ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2017/C 429/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8722 — Omers/Thames Water) ( 1 ) |
|
2017/C 429/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8681 — Endowment Strategies/Benvic Europe) ( 1 ) |
|
2017/C 429/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8562 — Cargill/Faccenda Investments/JV) ( 1 ) |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kunsill |
|
2017/C 429/04 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar aġenda mġedda tal-UE għall-edukazzjoni għolja |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2017/C 429/05 |
||
2017/C 429/06 |
||
2017/C 429/07 |
||
2017/C 429/08 |
||
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
2017/C 429/09 |
||
|
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA |
|
|
Awtorità ta' Sorveljanza EFTA |
|
2017/C 429/10 |
Festi pubbliċi fl-2018: Stati taż-ŻEE-EFTA u l-istituzzjonijiet taż-ŻEE |
|
2017/C 429/11 |
Għajnuna mill-istat — Deċiżjoni biex ma jitqajmux oġġezzjonijiet |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) |
|
2017/C 429/12 |
||
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
Qorti tal-EFTA |
|
2017/C 429/13 |
||
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2017/C 429/14 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8710 — JD/Sonae MC/Balaiko/JDSH/Sport Zone) ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
14.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8722 — Omers/Thames Water)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 429/01)
Fit-8 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8722. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
14.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8681 — Endowment Strategies/Benvic Europe)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 429/02)
Fil-5 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8681. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
14.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8562 — Cargill/Faccenda Investments/JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 429/03)
Fil-15 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8562. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
14.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/3 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar aġenda mġedda tal-UE għall-edukazzjoni għolja
(2017/C 429/04)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
FILWAQT LI JFAKKAR fl-isfond politiku ta' din il-kwistjoni kif jinsab fl-Anness għal dawn il-konklużjonijiet.
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU LI:
1. |
f'livell individwali, l-edukazzjoni għolja tikkontribwixxi għall-iżvilupp personali u professjonali tal-istudenti, u tgħin lill-individwi jieħdu r-responsabbiltà għat-tagħlim tul ħajjithom u l-karriera tagħhom. Fil-livell tas-soċjetà, hija twitti t-triq għall-iżvilupp sostenibbli, it-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni u l-koeżjoni soċjali u għandha rwol importanti fl-identifikazzjoni u l-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà. |
2. |
jeħtieġ li jissaħħu l-kollaborazzjoni u s-sinerġiji, kemm fis-setturi tal-edukazzjoni kif ukoll bejn l-edukazzjoni għolja u r-riċerka, l-innovazzjoni u d-dinja tax-xogħol. |
3. |
l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jeħtieġu appoġġ biex jaqdu r-rwol tagħhom ta' involviment ċiviku u biex jieħdu passi sabiex jiżguraw li l-kompożizzjoni tal-popolazzjoni tal-istudenti u l-persunal tagħhom tipprovdi riflessjoni aħjar tal-popolazzjoni kollha kemm hi. |
4. |
l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja għandhom jiġu mħeġġa jikkunsidraw mill-ġdid l-approċċi għal-apprendiment u t-tagħlim u jippromwovu, b'mod partikolari, approċċ iffukat fuq l-istudenti, tagħlim kollaborattiv u bbażat fuq ir-riċerka, ambjenti ta' tagħlim inklużivi, u l-użu ta' teknoloġiji diġitali. |
5. |
għalkemm sar progress notevoli fil-kisba tal-mira ewlenija ta' Ewropa 2020 biex mill-inqas 40 % ta' dawk bejn it-30 u l-34 sena jkunu lestew l-edukazzjoni terzjarja jew edukazzjoni ekwivalenti sal-2020, huwa kruċjali li jiġi żgurat li l-edukazzjoni għolja tkun ta' kwalità għolja u rilevanti biex tippermetti lill-gradwati jirnexxu kemm personalment kif ukoll professjonalment. |
6. |
f'dan il-kuntest, għad jenħtieġu sforzi biex tiġi pprovduta data ta' kwalità aħjar dwar l-edukazzjoni għolja, pereżempju dwar l-eżiti soċjali u tal-impjiegi u l-parteċipazzjoni ċivika ta' persuni li ma jkomplux l-edukazzjoni għolja, kif ukoll dwar il-mobbiltà transnazzjonali u l-isfidi tagħha. |
7. |
il-kooperazzjoni internazzjonali u l-mobbiltà għat-tagħlim fil-qasam tal-edukazzjoni għolja, speċjalment permezz tal-programm Erasmus+, ippermettew il-ħolqien ta' sħubiji transfruntieri ġodda, l-iskambju ta' prattiki tajbin, it-trawwim ta' fehim interkulturali u valuri komuni, u l-isfruttar u l-użu ta' għarfien ġdid, bl-għan li jiżdiedu l-attrattività u l-kompetittività tas-sistema edukattiva għolja fl-Ewropa mad-dinja kollha. |
8. |
l-isfidi speċifiċi għas-settur tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa huma li:
|
JILQA':
9. |
il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar aġenda mġedda tal-UE għall-edukazzjoni għolja (1), li hija bbażata fuq kooperazzjoni preċedenti u għandha l-għan li tiżgura li l-għodod u l-programmi tal-UE jappoġġaw it-tagħlim reċiproku u l-kooperazzjoni politika fl-edukazzjoni għolja. |
B'rispett sħiħ għall-prinċipji tal-libertà akkademika, u l-awtonomija istituzzjonali tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, u filwaqt li jirrikonoxxi r-rwol fundamentali tagħhom f'aktar modernizzazzjoni tas-sistemi tal-edukazzjoni għolja,
JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI biex jiffokaw fuq l-oqsma ta' azzjoni ta' prijorità li ġejjin:
A. IL-PROMOZZJONI TAL-EĊĊELLENZA FL-IŻVILUPP TAL-ĦILIET
10. |
Jinkoraġġixxu lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja biex jiżviluppaw it-talent u l-potenzjal tal-istudenti kollha, u jattrezzawhom aħjar bl-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li jeħtieġu biex jaġixxu bħala ċittadini attivi u responsabbli fis-soċjetà u biex jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u fit-tagħlim tul il-ħajja. |
11. |
Jindirizzaw l-ispariġġ tal-ħiliet u n-nuqqas ta' ħiliet, kif ukoll jantiċipaw ħtiġijiet ta' ħiliet futuri billi jinkoraġġixxu lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja biex:
|
12. |
Jibnu rabtiet aktar b’saħħithom mal-komunitajiet lokali, billi pereżempju attivitajiet komunitarji u volontarji jiġu involuti aħjar fil-programmi, fejn xieraq, u billi jħeġġu kultura u ħiliet intraprenditorjali kemm fi ħdan kif ukoll barra l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja. |
13. |
Jinkoraġġixxu lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja biex jimplimentaw approċċi innovattivi għat-tagħlim u l-apprendiment, b'mod partikolari billi jiżviluppaw approċċ strateġiku lejn id-diġitalizzazzjoni u billi jsaħħu l-litteriżmu diġitali tal-istudenti kollha. |
B. L-INDIRIZZAR TAL-ĦTIĠIJIET TA' POPOLAZZJONI MĦALLTA TA' STUDENTI U L-APPOĠĠ LILL-PERSUNAL AKKADEMIKU
14. |
Jistinkaw għal aktar ugwaljanza billi jtejbu l-aċċess għall-edukazzjoni għolja billi jużaw firxa wiesgħa ta' mezzi, anke billi jaħdmu favur aktar aċċessibbiltà fil-livell reġjonali, kif ukoll joħolqu kundizzjonijiet aħjar biex l-istudenti jirnexxu u jiżguraw edukazzjoni u gwida ta' kwalità għolja għall-istudenti kollha, irrispettivament mill-ambjent li ġejjin minnu. |
15. |
Jagħmlu sforzi biex is-sistemi tal-edukazzjoni għolja jiftħuhom għal persuni fi kwalunkwe fażi ta' ħajjithom, billi jiffaċilitaw it-tranżizzjonijiet bejn livelli differenti ta’ kwalifiki u toroq edukattivi, itejbu r-rikonoxximent tat-tagħlim informali u mhux formali, u billi jiżviluppaw modi aktar flessibbli kif iwasslu l-edukazzjoni għolja, pereżempju permezz ta' tagħlim imħallat u Riżorsi Edukattivi Miftuħa. |
16. |
Jinkoraġġixxu lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja biex jappoġġaw u jinċentivaw it-taħriġ inizjali u l-iżvilupp professjonali kontinwu tal-persunal akkademiku, sabiex jakkwista l-ħiliet xierqa li huma meħtieġa sabiex jindirizza l-ħtiġijiet ta' popolazzjoni mħallta ta' studenti, joħloq ambjent effettiv ta' tagħlim kollaborattiv, jinvolvi lill-istudenti fl-attivitajiet ta' riċerka, jippromwovi l-interdixxiplinarjetà u juża aħjar prattiki pedagoġiċi innovattivi. |
17. |
Jieħdu passi biex itejbu l-kompetenzi diġitali tal-persunal akkademiku, inkluż il-pedagoġija diġitali u l-kompetenzi diġitali speċifiċi għad-dixxiplini. |
18. |
Jagħmlu sforzi biex japprezzaw l-eċċellenza u l-innovazzjoni fit-tagħlim, pereżempju billi jiżviluppaw sistemi ta' ppremjar u opportunitajiet ta' karrieri għall-persunal akkademiku, filwaqt li jieħdu inkonsiderazzjoni l-bilanċ bejn l-attivitajiet ta' tagħlim u l-attivitajiet ta' riċerka. |
19. |
Jippromwovu l-mobbiltà għat-tagħlim u esperjenza internazzjonali rilevanti oħra fost l-istudenti u l-persunal akkademiku, bħall-mobbiltà virtwali u l-mobbiltà mħallta jew l-internazzjonalizzazzjoni fid-dar, u jintegraw il-mobbiltà għall-apprendiment u t-tagħlim fi programmi b'mod aktar sistematiku. |
C. IL-KONTRIBUT GĦALL-INNOVAZZJONI FL-EKONOMIJA INĠENERALI
20. |
Jappoġġaw lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja fit-titjib tal-impatt tagħhom fuq l-istrateġiji makroreġjonali, l-ekonomiji reġjonali u l-kapaċità ta' innovazzjoni kif ukoll jikkontribwixxu għat-trasferiment tat-teknoloġija u l-politika dwar l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti reġjonali. |
21. |
Jappoġġaw lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja fil-ħolqien ta' netwerks ta' kollaborazzjoni effettivi bejn organizzazzjonijiet differenti u bejn is-setturi. |
22. |
Jinkoraġġixxu lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja biex joħolqu kundizzjonijiet favorevoli għall-mentalità intraprenditorjali u l-kreattività u biex jagħtu ħarsa olistika lejn kif ir-riċerka u l-innovazzjoni huma integrati fi programmi ta' studju. |
23. |
Jappoġġaw żviluppi fi programmi dottorali biex iħejju aħjar lill-gradwati għal karrieri kemm fis-settur akkademiku kif ukoll barra minnu, inkluż billi jtejbu l-viżibilità tal-kompetenzi li jistgħu jiġu trasferiti, u jgħinu biex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tagħhom filwaqt li jikkontribwixxu għall-innovazzjoni u l-iżvilupp fl-ekonomija u fis-soċjetà inġenerali. |
D. IL-PROMOZZJONI TAL-EFFIĊJENZA U L-IŻVILUPP ULTERJURI TAL-ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ FIS-SISTEMA EDUKATTIVA GĦOLJA
24. |
Jistinkaw għal finanzjament adegwat, ġust u sostenibbli u għall-governanza effettiva tas-sistemi tal-edukazzjoni għolja sabiex itejbu l-kwalità u r-rilevanza tat-tagħlim u l-apprendiment u biex jippromwovu l-inklużività u l-eċċellenza. |
25. |
Jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni attiva tal-partijiet ikkonċernati interni u l-involviment ta' dawk esterni fil-governanza tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja. |
26. |
Ikomplu jżidu l-effiċjenza, l-effettività u t-trasparenza tal-assigurazzjoni tal-kwalità sabiex isaħħu l-fiduċja reċiproka, isaħħu l-proċeduri ta' rikonoxximent ta' kwalifiki akkademiċi u jistimulaw il-mobbiltà internazzjonali. |
Bil-ħsieb tal-appoġġ għall-kooperazzjoni tal-Istati Membri fil-qasam, JILQA' L-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI LI:
27. |
issaħħaħ il-kooperazzjoni taħt il-programm Erasmus+ u l-qafas strateġiku għall-edukazzjoni u t-taħriġ inkluż billi tippromwovi l-inklużività, l-eċċellenza u l-innovazzjoni fl-għoti ta' tagħlim, trawwem ir-responsabbiltà ċivika u soċjali tal-istudenti u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, tħeġġeġ il-ħidma volontarja u komunitarja rilevanti u tiżviluppa kollaborazzjoni mas-settur tan-negozju. |
28. |
tappoġġa miżuri, u trawwem it-tifrix tar-riżultati, biex itejbu l-kwalità fil-mobbiltà akkademika, bħal titjib fit-trasparenza tal-kwalifiki, inkluż dawk ta' refuġjati u migranti, u l-iskambju diġitali ta' data dwar l-istudenti, b'rispett sħiħ tar-regoli tal-protezzjoni tad-data nazzjonali u Ewropej. |
29. |
toffri appoġġ fil-livell tal-UE għall-koalizzjonijiet għall-promozzjoni tal-oqsma STE(A)M u biex tikkondividi l-aħjar prattiki. |
30. |
trawwem l-iżvilupp ta' pedagoġiji innovattivi biex tgħin lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jimplimentaw strateġiji komprensivi ta' tagħlim diġitali, pereżempju billi tesplora l-Mudell tal-Istat ta' Tħejjija għat-Tagħlim Diġitali. |
31. |
toħloq l-inċentivi u l-kapaċità għall-edukazzjoni għolja biex jinstabu soluzzjonijiet għall-isfidi soċjali u ekonomiċi u tagħti kontribut aqwa għat-tkabbir innovattiv u intraprenditorjali fir-reġjuni, b'mod partikolari billi tiffaċilita rabtiet aħjar mal-awtoritajiet pubbliċi, l-istituzzjonijiet ta' riċerka u s-settur tan-negozju. |
32. |
tikkontribwixxi għat-tisħiħ tar-rabtiet u l-koordinazzjoni bejn iż-Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja, iż-Żona Ewropea tar-Riċerka, l-inizjattivi fil-qasam tal-innovazzjoni u fora internazzjonali rilevanti oħra tal-edukazzjoni. |
33. |
tottimizza u toħloq sinerġiji bejn l-għodod tal-UE għall-bini tal-evidenza kif ukoll issaħħaħ il-ħidma tan-netwerk Eurydice u l-kooperazzjoni mal-OECD sabiex tiżgura sinerġiji bejn l-attivitajiet, tevita d-duplikazzjoni tal-isforzi u toħloq benefiċċju minn ħidma konġunta. |
34. |
tikkontribwixxi għall-eżami tal-istrutturi ta' finanzjament u ta' governanza fil-kuntest tal-kooperazzjoni mal-OECD, b'attenzjoni partikolari fuq il-bilanċ bejn l-għoti ta' tagħlim u r-riċerka, bl-objettiv li tiżgura riżultati mtejba tal-gradwati u l-iżvilupp ta' sistemi tal-edukazzjoni għolja li jkunu aktar effiċjenti u effettivi. |
JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX:
35. |
tikkunsidra b'mod sħiħ dawn il-konklużjonijiet fit-tħejjija tal-proposti tagħha għall-qafas strateġiku futur għall-kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-programm tal-Unjoni dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ wara l-2020, u strumenti finanzjarji oħra, filwaqt li tagħti l-importanza dovuta lill-kunsiderazzjonijiet strateġiċi, finanzjarji u kwalitattivi fl-iżvilupp ta’ dawn il-proposti. |
(1) 9843/17
ANNESS
Sfond Politiku
1. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (“ET2020”) (12 ta' Mejju 2009). |
2. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar l-iżviluppar tar-rwol tal-edukazzjoni fi trijanglu tal-għarfien li jiffunzjona kompletament (26 ta' Novembru 2009). |
3. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-immodernizzar tal-edukazzjoni (28 u 29 ta' Novembru 2011). |
4. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-dimensjoni soċjali tal-edukazzjoni għolja (16 u 17 ta' Mejju 2013). |
5. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-dimensjoni globali tal-edukazzjoni għolja Ewropea (25 u 26 ta' Novembru 2013). |
6. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità li tappoġġa l-edukazzjoni u t-taħriġ (20 ta' Mejju 2014). |
7. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-intraprenditorija fl-edukazzjoni u t-taħriġ (12 ta' Diċembru 2014). |
8. |
Dikjarazzjoni dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni (Pariġi, 17 ta' Marzu 2015). |
9. |
Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) — Prijoritajiet ġodda għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (23 u 24 ta' Novembru 2015). |
10. |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp u l-inklużività soċjoekonomiċi fl-UE permezz tal-edukazzjoni: il-kontribut tal-edukazzjoni u t-taħriġ għas-Semestru Ewropew 2016 (24 ta' Frar 2016). |
11. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-iżvilupp tal-litteriżmu fil-media u l-ħsieb kritiku permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ (30 ta' Mejju 2016). |
12. |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni: “Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa. Naħdmu flimkien biex insaħħu l-kapital uman, l-impjegabbiltà u l-kompetittività” (10 ta' Ġunju 2016). |
13. |
Monitoraġġ tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2016 (Novembru 2016). |
14. |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-titjib u l-immodernizzar tal-edukazzjoni (7 ta' Diċembru 2016). |
15. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-inklużjoni fid-diversità biex tinkiseb edukazzjoni ta' kwalità għolja għal kulħadd (17 ta' Frar 2017). |
16. |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar aġenda mġedda tal-UE għall-edukazzjoni għolja (30 ta' Mejju 2017). |
17. |
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-insegwiment tal-perkors tal-gradwati (20 ta' Novembru 2017). |
18. |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-futur tax-xogħol (7 ta' Diċembru 2017). |
Il-Kummissjoni Ewropea
14.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/8 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-13 ta’ Diċembru 2017
(2017/C 429/05)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1736 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
132,99 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4431 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,87905 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,9060 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1647 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,8253 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,650 |
HUF |
Forint Ungeriż |
314,36 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2146 |
RON |
Leu Rumen |
4,6325 |
TRY |
Lira Turka |
4,5242 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5503 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5092 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,1612 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6886 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5874 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 280,07 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,9868 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,7692 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5505 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 969,18 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7959 |
PHP |
Peso Filippin |
59,252 |
RUB |
Rouble Russu |
69,1283 |
THB |
Baht Tajlandiż |
38,236 |
BRL |
Real Brażiljan |
3,8907 |
MXN |
Peso Messikan |
22,5424 |
INR |
Rupi Indjan |
75,6170 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
14.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/9 |
Aġġornament annwali tal-2017 tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni applikati għalihom
(2017/C 429/06)
1.1. |
It-tabella tal-ammonti tas-salarji bażiċi ta’ kull xahar għal kull grad u skala fil-gruppi ta’ funzjoni AD u AST kif imsemmi fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2017:
|
2. |
Tabella tal-ammonti tas-salarji bażiċi ta’ kull xahar għal kull grad u skala fil-gruppi ta’ funzjoni AST/SC imsemmija fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2017:
|
3. |
Tabella tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni applikabbli għar-remunerazzjoni u għall-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea msemmija fl-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal li fiha:
|
4.1. |
L-ammont tal-benefiċċju għal-liv tal-ġenituri msemmi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 42a tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2017 — EUR 986,72. |
4.2. |
L-ammont tal-benefiċċju għal-liv tal-ġenituri msemmi fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 42a tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2017 — EUR 1 315,62. |
5.1. |
L-ammont bażiku għall-benefiċċju għall-unità domestika msemmi fl-Artikolu 1(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2017 — EUR 184,55. |
5.2. |
L-ammont tal-benefiċċju għat-tfal dipendenti msemmi fl-Artikolu 2(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2017 — EUR 403,25. |
5.3. |
L-ammont tal-benefiċċju għall-edukazzjoni msemmi fl-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2017 — EUR 273,60. |
5.4. |
L-ammont tal-benefiċċju għall-edukazzjoni msemmi fl-Artikolu 3(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2017 — EUR 98,51. |
5.5. |
L-ammont minimu tal-benefiċċju għall-espatrijazzjoni msemmi fl-Artikolu 69 tar-Regolamenti tal-Persunal u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Anness VII tiegħu, applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2017 — EUR 546,95. |
5.6. |
L-ammont tal-benefiċċju għall-espatrijazzjoni msemmi fl-Artikolu 134 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti Oħra, applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2017 — EUR 393,20. |
6.1. |
L-ammont tal-benefiċċju kilometriku msemmi fl-Artikolu 7(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2017:
|
6.2. |
L-ammont tas-suppliment b’rata fissa tal-benefiċċju kilometriku msemmi fl-Artikolu 7(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2017:
|
7.1. |
L-ammont tal-benefiċċju kilometriku msemmi fl-Artikolu 8(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2018:
|
7.2. |
L-ammont tas-suppliment b’rata fissa tal-benefiċċju kilometriku msemmi fl-Artikolu 8(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2018:
|
8. |
L-ammont tal-benefiċċju tas-sussistenza ta’ kuljum imsemmi fl-Artikolu 10(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2017:
|
9. |
L-ammont tal-limitu inferjuri għall-benefiċċju tal-insedjament imsemmi fl-Artikolu 24(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti Oħra, applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2017:
|
10.1. |
L-ammont tal-limiti inferjuri u superjuri tal-benefiċċju tal-qgħad imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28a(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti Oħra, applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2017:
|
10.2. |
L-ammont tal-benefiċċju standard imsemmi fl-Artikolu 28a(7) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti Oħra, applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2017 — EUR 1 315,62. |
11. |
It-tabella li fiha l-ammonti tal-iskala tas-salarji bażiċi previsti fl-Artikolu 93 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti Oħra, applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2017:
|
12. |
L-ammont tal-limitu inferjuri għall-benefiċċju tal-insedjament imsemmi fl-Artikolu 94 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti Oħra, applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2017:
|
13.1. |
L-ammont tal-limiti inferjuri u superjuri tal-benefiċċju tal-qgħad imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 96(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti Oħra, applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2017:
|
13.2. |
L-ammont tal-benefiċċju standard imsemmi fl-Artikolu 96(7) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti Oħra għandu jkun ta’ EUR 986,72. |
13.3. |
L-ammont tal-limiti inferjuri u superjuri tal-benefiċċju tal-qgħad imsemmi fl-Artikolu 136 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti Oħra, applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2017:
|
14. |
L-ammont tal-benefiċċji għal xogħol bix-xift stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 (1):
|
15. |
Il-koeffiċjent, applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2017, għall-ammonti msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 (2) — 5,9705. |
16. |
It-tabella tal-ammonti previsti fl-Artikolu 8(2) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2017:
|
17. |
L-ammont, applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2017, tal-benefiċċju fiss msemmi fl-Artikolu 4a l-antik tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, fis-seħħ qabel l-1 ta’ Mejju 2004, li jintuża għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal:
|
18. |
It-tabella li fiha l-ammonti tal-iskala tas-salarji bażiċi previsti fl-Artikolu 133 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Aġenti Oħra, applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2017:
|
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 tad-9 ta’ Frar 1976 li jistabbilixxi l-kategoriji ta’ uffiċjali intitolati għal allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom (ĠU L 38, 13.2.1976, p. 1). Ir-Regolament kif supplimentat bir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 1307/87 (ĠU L 124, 13.5.1987, p. 6).
(2) Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar, 1968, li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 8).
14.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/15 |
Aġġornament interim tal-pondrazzjonijiet applikabbli għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali, tal-persunal temporanju u tal-persunal kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jservu f’pajjiżi terzi (1)
(2017/C 429/07)
FRAR 2017
POST TAL-IMPJIEG |
Parità ekonomika Frar 2017 |
Rata tal-kambju Frar 2017 (*1) |
Ponderazzjoni Frar 2017 (*2) |
Is-Sierra Leone |
8 809 |
7 763,60 |
113,5 |
Il-Mozambique |
42,38 |
74,6000 |
56,8 |
Il-Malawi |
451,7 |
780,761 |
57,9 |
Il-Botswana |
7,855 |
11,2233 |
70,0 |
Iċ-Ċilì |
536,2 |
691,992 |
77,5 |
Il-Liberja |
1,663 |
1,06300 |
156,4 |
Il-Madagascar |
3 318 |
3 447,30 |
96,2 |
Il-Comoros |
377,1 |
491,968 |
76,7 |
Is-Sudan |
14,55 |
7,33906 |
198,3 |
Il-Barbados |
2,823 |
2,13739 |
132,1 |
L-Arġentina |
11,57 |
16,9602 |
68,2 |
In-Niġerja |
253,6 |
327,906 |
77,3 |
L-Ażerbajġan |
1,267 |
2,02693 |
62,5 |
Il-Belarussja |
1,382 |
2,06760 |
66,8 |
MARZU 2017
Post tal-impjieg |
Parità ekonomika Marzu 2017 |
Rata tal-kambju Marzu 2017 (*3) |
Ponderazzjoni Marzu 2017 (*4) |
L-Eġittu |
8,592 |
16,6943 |
51,5 |
It-Tanzanija |
1 558 |
2 361,48 |
66,0 |
Is-Samoa |
2,458 |
2,66957 |
92,1 |
In-Nikaragwa |
20,78 |
31,2919 |
66,4 |
Ir-Russja |
63,69 |
61,1026 |
104,2 |
L-Ekwador |
0,9727 |
1,05870 |
91,9 |
Il-Malasja |
3,182 |
4,69900 |
67,7 |
Il-Georgia |
1,649 |
2,74340 |
60,1 |
L-Użbekistan |
3 073 |
3 604,19 |
85,3 |
APRIL 2017
POST TAL-IMPJIEG |
Parità ekonomika April 2017 |
Rata tal-kambju April 2017 (*5) |
Ponderazzjoni April 2017 (*6) |
Ir-Rwanda |
758,9 |
897,381 |
84,6 |
Il-Mozambique |
44,96 |
72,4000 |
62,1 |
Il-Lesoto |
9,373 |
13,8165 |
67,8 |
Il-Ghana |
3,802 |
4,72630 |
80,4 |
L-Angola |
323,2 |
185,388 |
174,3 |
Il-Belarussja |
1,453 |
2,03510 |
71,4 |
It-Taġikistan |
5,049 |
8,75463 |
57,7 |
L-Ukrajna |
18,74 |
29,1548 |
64,3 |
MEJJU 2017
Post tal-impjieg |
Parità ekonomika Mejju 2017 |
Rata tal-kambju Mejju 2017 (*7) |
Ponderazzjoni Mejju 2017 (*8) |
Il-Brażil |
3,577 |
3,43870 |
104,0 |
Il-Botswana |
8,272 |
11,1857 |
74,0 |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo |
2,393 |
1,08810 |
219,9 |
Trinidad u Tobago |
6,566 |
7,42100 |
88,5 |
It-Turkija |
2,626 |
3,8797 |
67,7 |
L-Arġentina |
12,25 |
16,7459 |
73,2 |
Is-Suriname |
5,052 |
8,21189 |
61,5 |
L-Eritrea |
20,56 |
16,6066 |
123,8 |
ĠUNJU 2017
Post tal-impjieg |
Parità ekonomika Ġunju 2017 |
Rata tal-kambju Ġunju 2017 (*9) |
Ponderazzjoni Ġunju 2017 (*10) |
It-Tanzanija |
1 658 |
2 492,38 |
66,5 |
Il-Mozambique |
47,65 |
66,8000 |
71,3 |
Il-Guyana |
179,3 |
232,260 |
77,2 |
Is-Samoa |
2,314 |
2,85135 |
81,2 |
Iċ-Ċilì |
579,2 |
748,870 |
77,3 |
Il-Comoros |
398,4 |
491,968 |
81,0 |
In-Nikaragwa |
21,82 |
33,4325 |
65,3 |
Il-Bolivja |
6,728 |
7,72054 |
87,1 |
Il-Haiti |
63,64 |
70,6186 |
90,1 |
Iż-Żambja |
8,441 |
10,3911 |
81,2 |
Il-Honduras |
21,04 |
26,2302 |
80,2 |
Ir-Russja |
68,41 |
63,2618 |
108,1 |
L-Ekwador |
0,9127 |
1,11730 |
81,7 |
Il-Gwatemala |
7,606 |
8,21386 |
92,6 |
In-Niġerja |
267,4 |
341,188 |
78,4 |
Il-Belarussja |
1,536 |
2,08680 |
73,6 |
Il-Moldova |
13,45 |
20,4829 |
65,7 |
Il-Każakistan |
246,8 |
349,390 |
70,6 |
Il-Myanmar |
1 021 |
1 497,18 |
68,2 |
(1) Ir-Rapport tal-Eurostat tat-22 ta’ Settembru 2017 dwar l-aġġornament interim tal-ponderazzjonijiet (koeffiċjenti ta’ korrezzjoni) applikabbli għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali, persunal temporanju u persunal kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jservu f’Delegazzjonijiet barra mill-UE skont l-Artikolu 64 u l-Anness X u l-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal applikabbli għall-uffiċjali u aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea (Ares(2017)4629878).
Aktar informazzjoni dwar il-metodoloġija hija disponibbli fuq is-sit web tal-Eurostat (“Bażi tad-Dejta tal-Istatistika” > “Ekonomija u finanzi” > “Prezzijiet” > “Koeffiċjenti ta’ korrezzjoni”)
(*1) EUR 1 = x unitajiet tal-munita domestika, minbarra l-USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste u ż-Żimbabwe.
(*2) Brussell u l-Lussemburgu = 100.
(*3) EUR 1 = x unitajiet tal-munita domestika, minbarra l-USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste u ż-Żimbabwe.
(*4) Brussell u l-Lussemburgu = 100.
(*5) EUR 1 = x unitajiet tal-munita domestika, minbarra l-USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste u ż-Żimbabwe.
(*6) Brussell u l-Lussemburgu = 100.
(*7) EUR 1 = x unitajiet tal-munita domestika, minbarra l-USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste u ż-Żimbabwe.
(*8) Brussell u l-Lussemburgu = 100.
(*9) EUR 1 = x unitajiet tal-munita domestika, minbarra l-USD għal: Kuba, El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste u ż-Żimbabwe.
(*10) Brussell u l-Lussemburgu = 100.
14.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/18 |
Aġġornament annwali tal-ponderazzjonijiet applikabbli għar-rimunerazzjoni tal-uffiċjali, tal-persunal temporanju u tal-persunal kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jservu f’pajjiżi terzi (1)
(2017/C 429/08)
Post tal-impjieg |
Parità ekonomika Lulju 2017 |
Rata tal-kambju Lulju 2017 (*1) |
Ponderazzjoni Lulju 2017 (*2) |
L-Afganistan (*3) |
|
|
|
L-Albanija |
78,83 |
131,980 |
59,7 |
L-Alġerija |
88,26 |
121,428 |
72,7 |
L-Angola |
343,5 |
185,393 |
185,3 |
L-Arġentina |
12,64 |
18,6260 |
67,9 |
L-Armenja |
423,5 |
537,050 |
78,9 |
L-Awstralja |
1,569 |
1,48680 |
105,5 |
L-Ażerbajġan |
1,328 |
1,94272 |
68,4 |
Il-Bangladesh |
78,39 |
91,9774 |
85,2 |
Il-Barbados |
2,839 |
2,29483 |
123,7 |
Il-Belarussja |
1,581 |
2,20000 |
73,5 |
Il-Beliże |
1,859 |
2,28123 |
81,5 |
Il-Benin |
654,2 |
655,957 |
99,7 |
Il-Bolivja |
6,628 |
7,88638 |
84,0 |
Il-Bożnija-Ħerzegovina (Banja Luka) (*3) |
|
|
|
Il-Bożnija-Ħerzegovina (Sarajevo) |
1,277 |
1,95583 |
65,3 |
Il-Botswana |
8,579 |
11,4155 |
75,2 |
Il-Brażil |
3,465 |
3,74760 |
92,5 |
Il-Burkina Faso |
612,8 |
655,957 |
93,4 |
Il-Burundi |
1 634 |
1 933,63 |
84,5 |
Il-Kambodja |
3 630 |
4 595,50 |
79,0 |
Il-Kamerun |
545,0 |
655,957 |
83,1 |
Il-Kanada |
1,406 |
1,48670 |
94,6 |
Cape Verde |
75,48 |
110,265 |
68,5 |
Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana |
758,8 |
655,957 |
115,7 |
Iċ-Chad |
623,0 |
655,957 |
95,0 |
Iċ-Ċilì |
592,5 |
755,221 |
78,5 |
Iċ-Ċina |
6,891 |
7,74120 |
89,0 |
Il-Kolombja |
2 281 |
3 436,09 |
66,4 |
Il-Comoros |
401,7 |
491,968 |
81,7 |
Il-Kongo (Brazzaville) |
718,9 |
655,957 |
109,6 |
Il-Kosta Rika |
485,8 |
651,739 |
74,5 |
Kuba (*1) |
0,8909 |
1,14130 |
78,1 |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (Kinshasa) (*1) |
2,503 |
1,14130 |
219,3 |
Il-Djibouti |
177,2 |
202,833 |
87,4 |
Ir-Repubblika Dominicana |
34,28 |
53,0356 |
64,6 |
L-Ekwador (*1) |
0,8918 |
1,14130 |
78,1 |
L-Eġittu |
9,055 |
20,4985 |
44,2 |
El Salvador (*1) |
0,8345 |
1,14130 |
73,1 |
L-Eritrea |
19,94 |
17,0656 |
116,8 |
L-Etjopja |
19,11 |
26,0498 |
73,4 |
Fiġi |
1,846 |
2,30840 |
80,0 |
L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
30,54 |
61,6950 |
49,5 |
Il-Gabon |
722,3 |
655,957 |
110,1 |
Il-Gambja |
36,68 |
52,7800 |
69,5 |
Il-Georgia |
1,650 |
2,6921 |
61,3 |
Il-Ghana |
3,840 |
4,91735 |
78,1 |
Il-Gwatemala |
7,493 |
8,37077 |
89,5 |
Il-Guinea (Conakry) |
7 875 |
10 066,2 |
78,2 |
Il-Guinea-Bissau |
564,7 |
655,957 |
86,1 |
Il-Guyana |
181,1 |
231,555 |
78,2 |
Il-Haiti |
64,12 |
71,8662 |
89,2 |
Il-Honduras |
20,70 |
26,7556 |
77,4 |
Ħong Kong |
10,63 |
8,91070 |
119,3 |
L-Iżlanda |
183,8 |
118,200 |
155,5 |
l-Indja |
57,97 |
73,7130 |
78,6 |
L-Indoneżja (Banda Aceh) (*3) |
|
|
|
L-Indoneżja (Jakarta) |
11 587 |
15 217,0 |
76,1 |
l-Iran (*3) |
|
|
|
L-Iraq (*3) |
|
|
|
L-Iżrael |
4,592 |
3,98940 |
115,1 |
Il-Kosta tal-Avorju |
626,0 |
655,957 |
95,4 |
Il-Ġamajka |
122,1 |
141,111 |
86,5 |
Il-Ġappun |
130,8 |
128,590 |
101,7 |
Il-Ġordan |
0,8352 |
0,80918 |
103,2 |
Il-Każakistan |
248,6 |
362,800 |
68,5 |
Il-Kenja |
105,2 |
115,883 |
90,8 |
Il-Kosovo |
0,7141 |
1,00000 |
71,4 |
Il-Kirgiżistan |
58,30 |
78,5785 |
74,2 |
Il-Laos |
9 206 |
9 222,00 |
99,8 |
Il-Libanu |
1 698 |
1 720,51 |
98,7 |
Il-Lesoto |
9,994 |
14,8261 |
67,4 |
Il-Liberja (*1) |
1,669 |
1,14130 |
146,2 |
Il-Libja (*3) |
|
|
|
Il-Madagascar |
3 191 |
3 432,07 |
93,0 |
Il-Malawi |
474,6 |
812,058 |
58,4 |
Il-Malasja |
3,191 |
4,90020 |
65,1 |
Il-Mali |
645,2 |
655,957 |
98,4 |
Il-Mauritania |
287,4 |
404,790 |
71,0 |
Il-Mauritius |
29,23 |
39,4089 |
74,2 |
Il-Messiku |
12,02 |
20,4700 |
58,7 |
Il-Moldova |
13,57 |
20,5681 |
66,0 |
Il-Montenegro |
0,6258 |
1,00000 |
62,6 |
Il-Marokk |
7,806 |
10,964 |
71,2 |
Il-Mozambique |
49,05 |
67,5000 |
72,7 |
Il-Myanmar |
1 027 |
1 552,17 |
66,2 |
In-Namibja |
10,05 |
14,8261 |
67,8 |
In-Nepal |
114,6 |
116,035 |
98,8 |
New Caledonia |
129,0 |
119,332 |
108,1 |
New Zealand |
1,649 |
1,56510 |
105,4 |
In-Nikaragwa |
22,23 |
34,2879 |
64,8 |
In-Niġer |
556,3 |
655,957 |
84,8 |
In-Niġerja |
271,4 |
347,545 |
78,1 |
In-Norveġja |
12,20 |
9,57000 |
127,5 |
Il-Pakistan |
72,44 |
119,624 |
60,6 |
Il-Panama (*1) |
0,8561 |
1,14130 |
75,0 |
Il-Papua New Guinea |
3,465 |
3,62893 |
95,5 |
Il-Paragwaj |
4 165 |
6 347,35 |
65,6 |
Il-Perù |
3,295 |
3,71550 |
88,7 |
Il-Filippini |
44,01 |
57,7060 |
76,3 |
Ir-Russja |
70,05 |
67,3005 |
104,1 |
Ir-Rwanda |
763,2 |
941,859 |
81,0 |
Is-Samoa |
2,273 |
2,87062 |
79,2 |
L-Arabja Sawdija |
3,551 |
4,27988 |
83,0 |
Is-Senegal |
662,6 |
655,957 |
101,0 |
Is-Serbja |
65,12 |
121,320 |
53,7 |
Is-Sierra Leone |
8 466 |
8 375,31 |
101,1 |
Singapor |
1,954 |
1,57510 |
124,1 |
Il-Gżejjer Solomon |
10,12 |
8,92691 |
113,4 |
Is-Somalja (*3) |
|
|
|
L-Afrika t’Isfel |
9,235 |
14,8261 |
62,3 |
Il-Korea t’Isfel |
1 192 |
1 304,08 |
91,4 |
Is-Sudan t’Isfel (*3) |
|
|
|
Is-Sri Lanka |
136,4 |
173,780 |
78,5 |
Is-Sudan |
15,48 |
18,6475 |
83,0 |
Is-Suriname |
5,182 |
8,56831 |
60,5 |
Is-Swaziland |
10,66 |
14,8261 |
71,9 |
L-Iżvizzera (Bern) |
1,397 |
1,09350 |
127,8 |
L-Isvizzera (Ġinevra) |
1,397 |
1,09350 |
127,8 |
Is-Sirja (*3) |
|
|
|
It-Tajwan |
29,89 |
34,5611 |
86,5 |
It-Taġikistan |
5,181 |
10,0562 |
51,5 |
It-Tanzanija |
1 694 |
2 492,60 |
68,0 |
It-Tajlandja |
30,36 |
38,7870 |
78,3 |
Timor Leste (*1) |
1,016 |
1,14130 |
89,0 |
It-Togo |
522,7 |
655,957 |
79,7 |
Trinidad u Tobago |
6,392 |
7,71960 |
82,8 |
It-Tuneżija |
1,878 |
2,76920 |
67,8 |
It-Turkija |
2,656 |
4,01430 |
66,2 |
It-Turkmenistan |
2,741 |
3,99455 |
68,6 |
L-Uganda |
2 776 |
4 021,51 |
69,0 |
L-Ukrajna |
20,17 |
29,7652 |
67,8 |
L-Emirati Għarab Magħquda |
3,913 |
4,17370 |
93,8 |
L-Istati Uniti (New York) |
1,186 |
1,14130 |
103,9 |
L-Istati Uniti (Washington) |
1,044 |
1,14130 |
91,5 |
L-Urugwaj |
31,74 |
32,3399 |
98,1 |
L-Użbekistan |
3 146 |
4 517,90 |
69,6 |
Vanuatu |
136,3 |
124,930 |
109,1 |
Il-Veneżwela (*3) |
|
|
|
Il-Vjetnam |
15 260 |
25 953,2 |
58,8 |
Ix-Xatt tal-Punent — l-Istrixxa ta’ Gaża (*3) |
|
|
|
Il-Jemen (*3) |
|
|
|
Iż-Żambja |
8,338 |
10,4537 |
79,8 |
Iż-Żimbabwe (*1) |
1,035 |
1,14130 |
90,7 |
(1) Ir-rapport tal-Eurostat tal-20 ta’ Ottubru 2017 dwar l-aġġornament annwali tal-2017 tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-UE skont l-Artikoli 64 u 65 u l-Annessi XI mar-Regolamenti tal-Persunal applikabbli għall-uffiċjali u għall-aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea, li jaġġusta b’effett mill-1 ta’ Lulju 2017 ir-remunerazzjoni tal-persunal attiv u l-pensjonijiet tal-persunal irtirat, u li jaġġorna b’effett mill-1 ta’ Lulju 2017, il-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni applikati għar-remunerazzjoni tal-membri tal-persunal attivi li jservu f’postijiet tax-xogħol ġewwa jew barra l-UE, għall-pensjonijiet tal-membri tal-persunal irtirat skont il-pajjiż ta’ residenza tagħhom, u għat-trasferimenti tal-pensjonijiet.
Aktar informazzjoni dwar il-metodoloġija hija disponibbli fis-sit web tal-Eurostat (“Bażi tad-Dejta tal-Istatistika” > “Ekonomija u finanzi” > “Prezzijiet” > “Koeffiċjenti ta’ korrezzjoni”)
(*1) 1 EUR = x unitajiet tal-munita domestika (l-USD għal Kuba, l-El Salvador, l-Ekwador, il-Liberja, il-Panama, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, Timor Leste u ż-Żimbabwe).
(*2) Brussell u l-Lussemburgu = 100 %.
(*3) Mhux disponibbli minħabba instabbiltà lokali jew data mhux affidabbli.
Il-Qorti tal-Awdituri
14.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/24 |
Rapport Speċjali Nru 21/2017
“Ekoloġizzazzjoni: skema aktar kumplessa ta’ appoġġ għall-introjtu, li għadha mhijiex ambjentalment effettiva”
(2017/C 429/09)
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 21/2017 “Ekoloġizzazzjoni: skema aktar kumplessa ta’ appoġġ għall-introjtu, li għadha mhijiex ambjentalment effettiva” għadu kif ġie ppubblikat.
Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
Awtorità ta' Sorveljanza EFTA
14.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/25 |
Festi pubbliċi fl-2018: Stati taż-ŻEE-EFTA u l-istituzzjonijiet taż-ŻEE
(2017/C 429/10)
|
L-Iżlanda |
Il-Liechtenstein |
In-Norveġja |
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA |
Il-Qorti tal-EFTA |
It-Tnejn, l-1 ta’ Jannar |
X |
X |
X |
X |
X |
It-Tlieta, it-2 ta’ Jannar |
|
X |
|
X |
X |
Il-Ġimgħa, it-2 ta’ Frar |
|
X |
|
|
|
It-Tnejn, it-12 ta’ Frar |
|
|
|
|
X |
It-Tlieta, it-13 ta’ Frar |
|
X |
|
|
|
It-Tnejn, id-19 ta’ Marzu |
|
X |
|
|
|
Il-Ħamis, id-29 ta’ Marzu |
X |
|
X |
X |
X |
Il-Ġimgħa, it-30 ta’ Marzu |
X |
X |
X |
X |
X |
It-Tnejn, it-2 ta’ April |
X |
X |
X |
X |
X |
Il-Ħamis, id-19 ta’ April |
X |
|
|
|
|
It-Tnejn, it-30 ta’ April |
|
|
|
|
X |
It-Tlieta, l-1 ta’ Mejju |
X |
X |
X |
X |
X |
Il-Ħamis, l-10 ta’ Mejju |
X |
X |
X |
X |
X |
Il-Ġimgħa, il-11 ta’ Mejju, |
|
|
|
X |
X |
Il-Ħamis, is-17 ta’ Mejju |
|
|
X |
|
|
It-Tnejn, il-21 ta’ Mejju |
X |
X |
X |
X |
X |
Il-Ħamis, il-31 ta’ Mejju |
|
X |
|
|
|
It-Tnejn, is-6 ta’ Awwissu |
X |
|
|
|
|
L-Erbgħa, il-15 ta’ Awwissu |
|
X |
|
X |
X |
It-Tnejn, it-3 ta’ Settembru |
|
|
|
|
X |
Il-Ħamis, l-1 ta’ Novembru |
|
X |
|
X |
X |
Il-Ġimgħa, it-2 ta’ Novembru |
|
|
|
X |
X |
It-Tnejn, l-24 ta’ Diċembru |
X |
X |
|
X |
X |
It-Tlieta, il-25 ta’ Diċembru |
X |
X |
X |
X |
X |
L-Erbgħa, is-26 ta’ Diċembru |
X |
X |
X |
X |
X |
Il-Ħamis, is-27 ta’ Diċembru |
|
|
|
X |
X |
Il-Ġimgħa, it-28 ta’ Diċembru |
|
|
|
X |
X |
It-Tnejn, il-31 ta’ Diċembru |
X |
X |
|
X |
X |
Il-festi pubbliċi li jinzertaw nhar ta’ Sibt u nhar ta’ Ħadd mhumiex elenkati.
14.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/27 |
Għajnuna mill-istat — Deċiżjoni biex ma jitqajmux oġġezzjonijiet
(2017/C 429/11)
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura li ġejja dwar l-għajnuna mill-Istat:
Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
: |
fl-14 ta’ Settembru 2017. |
||||
Każ Nru |
: |
81018 |
||||
Deċiżjoni Nru |
: |
156/17/COL |
||||
Stat tal-EFTA |
: |
In-Norveġja |
||||
Titolu |
: |
Emenda għall-iskema tar-rifużjoni fiskali għall-impjegar ta’ baħħara 2016–2026 |
||||
Bażi legali |
: |
Ir-Regolament tas-26 ta’ Frar 2016 Nru 204 dwar ir-refużjonijiet għall-impjegar ta’ baħħara Taqsima 13a |
||||
Tip ta’ miżura |
: |
Skema |
||||
Għan |
: |
Trasport marittimu |
||||
Forma tal-għajnuna |
: |
Rifużjoni tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali |
||||
Baġit |
: |
Żieda annwali ta’ NOK 80 miljun |
||||
Durata |
: |
Għaxar (10) snin mill-1 ta’ Marzu 2016 sat-28 ta’ Frar 2026 |
||||
Setturi ekonomiċi |
: |
Trasport marittimu |
||||
Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti |
: |
|
||||
Aktar informazzjoni |
: |
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:
http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)
14.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/28 |
AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI
(2017/C 429/12)
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjoni ġenerali li ġejja:
|
EPSO/AST/144/17 — ASSISTENTI LINGWISTIĊI (AST 1) għal-lingwi li ġejjin:
|
L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat f’24 lingwa f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 429 A tal-14 ta’ Diċembru 2017.
Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq is-sit web tal-EPSO: https://epso.europa.eu/
PROĊEDURI TAL-QORTI
Qorti tal-EFTA
14.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/29 |
Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA magħmula minn Héraðsdómur Reykjavíkur, iddatata t-30 ta’ Ġunju 2017 fil-kawża ta’ Fjarskipti hf. vs Síminn hf.
(Kawża E-6/17)
(2017/C 429/13)
Permezz ta’ ittra ddatata t-30 ta’ Ġunju 2017, saret talba lill-Qorti tal-EFTA minn Héraðsdómur Reykjavíkur (il-Qorti Distrettwali ta’ Reykjavik) li waslet għand ir-Reġistru tal-Qorti fid-19 ta’ Lulju 2017, għal Opinjoni Konsultattiva fil-kawża ta’ Fjarskipti hf. vs Síminn hf. dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:
1. |
Il-fatt li persuna fiżika jew ġuridika fi Stat tal-EFTA tkun tista’ tinvoka l-Artikolu 54 tal-Ftehim quddiem qorti nazzjonali sabiex titlob kumpens għal ksur tal-projbizzjonijiet ta’ din id-dispożizzjoni, jikkostitwixxi parti mill-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim taż-ŻEE? |
2. |
Meta jkun qed jiġi vvalutat jekk humiex issodisfati l-kundizzjonijiet ta’ talba għal kumpens fid-dawl ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, huwa sinifikanti jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunux taw deċiżjoni finali dwar ksur tal-Artikolu 54 taż-ŻEE? |
3. |
Huwa meqjus bħala każ ta’ kompressjoni tal-marġni illegali bi ksur tal-Artikolu 54 taż-ŻEE, meta impriża f’pożizzjoni dominanti fis-suq tal-operaturi tapplika rati ta’ terminazzjoni lill-kompetituri tagħha b’tali mod li t-taqsima tal-konsumaturi tal-impriża dominanti stess ma tkunx tista’ tagħmel qligħ mill-bejgħ ta’ telefonati fis-sistema tagħha kieku kellha ġġorr l-ispiża tal-bejgħ tagħhom taħt l-istess ċirkostanzi, meta l-impriża dominanti nnifisha hija wkoll obbligata li tixtri terminazzjoni minn dawn l-istess kompetituri bi prezz ogħla minn dak li bih tbiegħ it-terminazzjoni lill-kompetituri tagħha? |
4. |
Il-fatt li impriża tkun f’pożizzjoni dominanti fis-suq tal-operaturi rilevanti huwa biżżejjed biex din tkun ħatja ta’ applikazzjoni ta’ kompressjoni tal-marġni illegali bi ksur tal-Artikolu 54 taż-ŻEE, jew jeħtieġ li l-impriża tkun ukoll f’pożizzjoni dominanti fis-suq tal-konsumaturi rilevanti? |
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
14.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/30 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8710 — JD/Sonae MC/Balaiko/JDSH/Sport Zone)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 429/14)
1. |
Fil-5 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
JD, Sonae MC u Balaiko takkwista/jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ JDSH u Sport Zone kollha kemm huma. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — JD: bejgħ bl-imnut ta’ lbies u żraben sportivi; It-tħaddim ta’ ċentri tal-fitness fir-Renju Unit. JD hija kkontrollata mill-Pentland Group, li huwa attiv fil-fornitura bl-ingrossa ta’ prodotti tad-ditta li jintużaw barra lill-bejjiegħa bl-imnut li jbigħu barra. — Sonae MC: kummerċ bl-imnut u bl-ingrossa ta’ prodotti tal-ikel u prodotti mhux tal-ikel u l-ġestjoni ta’ assi ta’ proprjetà immobbli. — Balaiko: kumpanija veikolu ta’ investiment. — JDSH: Kummerċ bl-imnut ta’ prodotti sportivi fil-Portugall u Spanja bl-isem tad-ditti JD, “size?” u Sprinter. — SPZ: il-kummerċ bl-imnut ta’ prodotti sportivi fil-Portugall u Spanja bl-isem tad-ditta Sport Zone. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8710 — JD/SONAE MC/BALAIKO/JDSH/SPORT ZONE Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).