ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 417

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
6 ta' Diċembru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2017/C 417/01

Sommarju tar-riżultati tal-awditi annwali tal-QEA li jirrigwardaw l-Aġenziji u l-korpi l-oħra tal-EU għas-sena finanzjarja 2016

1

2017/C 417/02

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2016 flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

25

2017/C 417/03

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju

31

2017/C 417/04

Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru

37

2017/C 417/05

Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru

42

2017/C 417/06

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

47

2017/C 417/07

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għas-sena finanzjarja 2016 flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

52

2017/C 417/08

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju

57

2017/C 417/09

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

63

2017/C 417/10

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

68

2017/C 417/11

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

74

2017/C 417/12

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju

79

2017/C 417/13

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 flimkien mar-risposta tal-Awtorità

87

2017/C 417/14

Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru

92

2017/C 417/15

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2016 flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

98

2017/C 417/16

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2016 flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

104

2017/C 417/17

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2016 flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

110

2017/C 417/18

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Awtorità

115

2017/C 417/19

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Istitut

120

2017/C 417/20

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Awtorità

126

2017/C 417/21

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Istitut

131

2017/C 417/22

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

142

2017/C 417/23

Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru

150

2017/C 417/24

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

156

2017/C 417/25

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

160

2017/C 417/26

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

166

2017/C 417/27

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

171

2017/C 417/28

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Awtorità

176

2017/C 417/29

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħrġ għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni

181

2017/C 417/30

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju

187

2017/C 417/31

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT Fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

194

2017/C 417/32

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

201

2017/C 417/33

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

207

2017/C 417/34

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni

212

2017/C 417/35

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Unità ta’ Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Eurojust

218

2017/C 417/36

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju

223

2017/C 417/37

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

228

2017/C 417/38

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

233

2017/C 417/39

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

241

2017/C 417/40

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

247

2017/C 417/41

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

252

2017/C 417/42

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Bord

256


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Awdituri

6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/1


Sommarju tar-riżultati tal-awditi annwali tal-QEA li jirrigwardaw l-Aġenziji u l-korpi l-oħra tal-EU għas-sena finanzjarja 2016

(2017/C 417/01)

WERREJ

AKRONIMI TAL-AĠENZIJI U TAL-KORPI L-OĦRA TAL-UE 3
SOMMARJU EŻEKUTTIV 5
MIN AĦNA 5
X’AWDITJAJNA 5
Tipi differenti ta’ aġenziji jinsabu fi Stati Membri differenti tal-UE 5
Il-baġits u l-finanzjament tal-Aġenziji – żidiet fl-oqsma ta’ prijorità u fl-importanza tal-awtofinanzjament 7
Żidiet fil-persunal fl-oqsma ta’ prijorità 9
Arranġamenti għall-awditjar 9
X’SIBNA 10
Opinjonijiet favorevoli tal-awditjar dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet għall-aġenziji kollha 10
Opinjonijiet favorevoli tal-awditjar dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għall-aġenziji kollha, ħlief għall-EASO 10
Kwistjonijiet ta’ importanza speċifika aċċennati mill-QEA 10
Sejbiet tal-awditjar oħra f’diversi oqsma 11
Riżorsi umani — kwistjoni ta’ tħassib f’xi każijiet 11
L-akkwist pubbliku jibqa’ qasam suxxettibbli għal żbalji 11
Xenarju tal-IT divers fl-Aġenziji, minkejja li jwettqu attivitajiet li huma prinċipalment simili 12
Jeħtieġ li jsir titjib fil-konsulenza tal-IT u fil-ġestjoni tal-proġetti fl-EMA 13
Qed isir titjib fil-ġestjoni baġitarja, b’xi eċċezzjonijiet 14
B’mod ġenerali, l-evalwazzjonijiet esterni huma pożittivi 14
Ir-riżultati tal-awditjar tal-IAS jippermettulna niksbu stampa aktar komprensiva 14
Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, is-segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti jinsab qed jipprogressa kif mistenni 14

ANNESS I —

Baġit u persunal tal-Aġenziji 16

ANNESS II —

Kummenti li saru mill-QEA li ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tagħha 19

ANNESS III —

Segwitu għall-kummenti miftuħa li ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-QEA 22

AKRONIMI TAL-AĠENZIJI U TAL-KORPI L-OĦRA TAL-UE

Akronimu

Isem sħiħ

Fejn jinsabu

ACER

Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija

Ljubljana, is-Slovenja

BEREC

Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

Riga, il-Latvja

CdT

Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea

Lussemburgu, il-Lussemburgu

Cedefop

Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali

Tessaloniki, il-Greċja

CEPOL

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi

Budapest, l-Ungerija

CHAFEA

Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel

Lussemburgu, il-Lussemburgu

CPVO

Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti

Angers, Franza

EACEA

Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura

Brussell, il-Belġju

EASA

Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni

Cologne, il-Ġermanja

EASME

Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji

Brussell, il-Belġju

EASO

Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil

Valletta, Malta

EBA

Awtorità Bankarja Ewropea

Londra, ir-Renju Unit

ECDC

Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard

Stokkolma, l-Iżvezja

ECHA

Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

Ħelsinki, il-Finlandja

EEA

Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

Copenhagen, id-Danimarka

EFCA

Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd

Vigo, Spanja

EFSA

Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel

Parma, l-Italja

EIGE

Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

Vilnius, il-Litwanja

EIOPA

Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol

Frankfurt, il-Ġermanja

EIT

Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija

Budapest, l-Ungerija

EMA

Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Londra, ir-Renju Unit

EMCDDA

Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga

Lisbona, il-Portugall

EMSA

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

Lisbona, il-Portugall

ENISA

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni

Heraklion, il-Greċja

ERA

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji

Valenciennes, Franza

ERCEA

Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka

Brussell, il-Belġju

ESMA

Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

Pariġi, Franza

ETF

Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ

Turin, l-Italja

EUIPO

Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Alicante, Spanja

eu-LISA

Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja

Tallinn, l-Estonja

EU-OSHA

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

Bilbao, Spanja

Euratom

Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom

Lussemburgu, il-Lussemburgu

EUROFOUND

Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

Dublin, l-Irlanda

EUROJUST

L-Unità ta’ Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea

L-Aja, in-Netherlands

EUROPOL

Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija

L-Aja, in-Netherlands

FRA

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali

Vjenna, l-Awstrija

Frontex

Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

Varsavja, il-Polonja

GSA

Aġenzija tal-GNSS Ewropea

Praga, ir-Repubblika Ċeka

INEA

Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks

Brussell, il-Belġju

REA

Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka

Brussell, il-Belġju

SRB

Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Brussell, il-Belġju

SOMMARJU EŻEKUTTIV

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-QEA) awditjat il-kontijiet u t-tranżazzjonijiet ta’ bażi ta’ 41 korp, uffiċċju u aġenzija (aġenziji) tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016. Il-QEA ħarġet opinjonijiet mhux kwalifikati (favorevoli) tal-awditjar dwar il-kontijiet tal-aġenziji kollha u dwar it-tranżazzjonijiet ta’ bażi għall-aġenziji kollha ħlief għal waħda (EASO).

Għalkemm il-kontijiet tal-aġenziji ppreżentaw stampa ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika tagħhom, u t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet kienu legali u regolari fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, għad hemm lok għal titjib, kif ġie rrappurtat f’xi wħud mill-paragrafi ta’ osservazzjonijiet u dwar kwistjonijiet oħra tal-QEA, kif ukoll fil-kummenti dwar is-sejbiet tal-awditjar li ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-awditjar.

Dan id-dokument jipprovdi sommarju tar-riżultati ta’ dawn l-awditi. Huwa għandu l-għan li jiffaċilita l-analiżi u t-tqabbil tar-Rapporti Annwali Speċifiċi (RAS) tal-QEA għal dawn l-aġenziji. L-opinjonijiet u l-kummenti tal-QEA, kif ukoll ir-risposti għalihom, jistgħu jinstabu fir-RAS rispettivi. Dan is-sommarju mhuwiex rapport jew opinjoni tal-awditjar.

MIN AĦNA

Il-Qorti hija l-istituzzjoni tal-UE li tawditja l-finanzi tal-UE. Il-missjoni tal-Qorti hija li tikkontribwixxi għat-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-UE, tippromwovi l-obbligu ta’ rendikont u t-trasparenza, u taġixxi bħala l-gwardjan indipendenti tal-interessi finanzjarji taċ-ċittadini tal-Unjoni. Ir-rwol tal-Qorti bħala l-awditur indipendenti estern tal-UE huwa li tiċċekkja li l-fondi tal-UE jiġu kkontabilizzati b’mod korrett, li jinġabru u jintnefqu f’konformità mar-regoli u r-regolamenti rilevanti u li jkunu kisbu valur għall-flus. Fil-limiti ta’ dan il-mandat il-Qorti teżamina, kull sena, il-kontijiet u t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati, għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE.

X’AWDITJAJNA

Tipi differenti ta’ aġenziji jinsabu fi Stati Membri differenti tal-UE

L-aġenziji huma entitajiet legali distinti stabbiliti permezz ta’ att ta’ leġiżlazzjoni sekondarja biex iwettqu kompiti tekniċi, xjentifiċi jew maniġerjali li jgħinu lill-istituzzjonijiet tal-UE jfasslu u jimplimentaw il-politiki. Huma għandhom viżibbiltà għolja fl-Istati Membri u għandhom ukoll influwenza sinifikanti fuq it-tfassil ta’ politiki u t-teħid ta’ deċiżjonijiet kif ukoll fuq l-implimentazzjoni ta’ programmi f’oqsma ta’ importanza kbira għall-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini Ewropej, eż. is-saħħa, is-sikurezza, is-sigurtà, il-libertà u l-ġustizzja. Skont xi jkunu l-istruttura u l-kompitu tagħhom, tista’ ssir distinzjoni bejn aġenziji deċentralizzati, korpi oħra, u aġenziji eżekuttivi tal-Kummissjoni. F’dan is-sommarju, ir-referenzi għal aġenziji speċifiċi jsiru permezz tal-użu ta’ abbrevjazzjonijiet tal-ismijiet sħaħ tagħhom, liema abbrevjazzjonijiet huma pprovduti fil-lista ta’ akronimi fil-bidu tar-rapport.

It-32 aġenzija deċentralizzata għandhom rwol importanti fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE, speċjalment għal kompiti ta’ natura teknika, xjentifika, operazzjonali u/jew regolatorja. L-għan tagħhom huwa li jippermettu lill-Kummissjoni tikkonċentra fuq it-tfassil ta’ politika u tirrinforza l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-gvernijiet nazzjonali billi jiġbru flimkien il-kompetenzi tekniċi u speċjalizzati miż-żewġ naħat. Aġenziji deċentralizzati jiġu stabbiliti għal perjodu indefinit u jinsabu madwar l-UE (ara l-Figura 1).

It-tliet korpi l-oħra huma l-EIT, il-Euratom u l-SRB. L-EIT f’Budapest huwa korp indipendenti u deċentralizzat tal-UE li jiġbor flimkien riżorsi xjentifiċi, kummerċjali u edukattivi biex jistimula l-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-Unjoni. Il-Euratom fil-Lussemburgu nħoloq biex jappoġġa l-għanijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. L-SRB fi Brussell huwa l-awtorità ewlenija tal-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni fl-Unjoni Bankarja Ewropea. Il-missjoni tiegħu hija li jiżgura r-riżoluzzjoni ordnata ta’ banek f’diffikultà, b’impatt kemm jista’ jkun minimu fuq l-ekonomija reali u fuq il-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri tal-UE u oħrajn.

Is-sitt aġenziji eżekuttivi tal-Kummisjoni huma fdati b’kompiti relatati mal-ġestjoni ta’ wieħed jew aktar mill-programmi tal-Unjoni u huma stabbiliti għal perjodu ta’ żmien determinat. Huma jinsabu fi Brussell (EACEA, EASME, ERCEA, INEA, REA) u fil-Lussemburgu (CHAFEA).

Figura 1

Fejn jinsabu l-Aġenziji fl-Istati Membri

Image

Il-baġits u l-finanzjament tal-Aġenziji —żidiet fl-oqsma ta’ prijorità u fl-importanza tal-awtofinanzjament

Il-maġġoranza tal-aġenziji huma ffinanzjati kważi kompletament mill-baġit ġenerali tal-UE, u xi wħud minnhom huma awtofinanzjati kompletament jew parzjalment (ara r-ripartizzjoni fit-Tabella 1). L-ERA se ssir awtofinanzjata parzjalment mhux aktar tard minn Ġunju 2019.

Tabella 1

It-tipi u l-finanzjament tal-aġenziji

 

Iffinanzjati minn

Prinċipalment mill-baġit ġenerali tal-UE

Prinċipalment awtofinanzjati

Baġit tal-UE, kontribuzzjonijiet u/jew tariffi mill-Istati Membri

(awtofinanzjati parzjalment)

Aġenziji deċentralizzati

24

2

CPVO, EUIPO

6

EASA, EBA, ECHA, EIOPA, EMA, ESMA

Korpi oħra

2

EIT, Euratom

1

SRB

Aġenziji eżekuttivi tal-Kummissjoni

6

EACEA, REA, ERCEA, EASME, INEA, CHAFEA

It-total tal-baġit għall-2016 tal-aġenziji kollha (minbarra l-SRB, bil-mandat u l-mekkaniżmu speċifiċi tiegħu), ammonta għal madwar EUR 3,4 biljun (2015: EUR 2,8 biljun) li huwa ekwivalenti għal madwar 2,4 % tal-baġit ġenerali 2016 tal-UE (2015: 2,0 %). Din iż-żieda hija prinċipalment dovuta għall-aġenziji li jaħdmu fuq kwistjonijiet relatati mal-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (EUR 358 miljun addizzjonali) u mal-Libertajiet ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (EUR 174 miljun addizzjonali). Mill-baġit ta’ EUR 3,4 biljun, madwar EUR 2,3 biljun ġew iffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-UE, filwaqt li madwar EUR 1 biljun ġew iffinanzjati minn tariffi u wkoll minn kontribuzzjonijiet diretti mill-Istati Membri, mill-pajjiżi tal-EFTA, eċċ.

Barra minn hekk, l-SRB, li ġie stabbilit bir-Regolament SRM li jappoġġa l-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni, ibbaġitja madwar EUR 11,8 miljun f’kontribuzzjonijiet minn Istituzzjonijiet ta’ Kreditu sabiex sal-2023, jistabbilixxi bis-sħiħ il-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni.

Għalhekk, it-total tal-baġit għall-2016 tal-aġenziji kollha inkluż l-SRB ammonta għal madwar EUR 15,2 biljun. Dettalji dwar il-baġits individwali tal-aġenziji jingħataw fl-Anness I.

Figura 2

Is-sorsi ta’ finanzjament tal-aġenziji għall-2016

Image

Figura 3

Il-baġits tal-aġenziji f’miljuni ta’ EUR

Image

Żidiet fil-persunal fl-oqsma ta’ prijorità

Fi tmiem l-2016, l-aġenziji kienu jimpjegaw 10 364 membru tal-persunal (2015: 9 848) (1), (2). Bħal fis-sena preċedenti, l-akbar żieda fl-għadd ta’ membri tal-persunal seħħet f’aġenziji li jittrattaw kwistjonijiet relatati mal-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (110), il-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (177) u l-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (85). Dettalji dwar l-għadd ta’ membri tal-persunal tal-aġenziji individwali jingħataw fl-Anness I.

Arranġamenti għall-awditjar

L-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea (3) jistabbilixxi li l-QEA trid teżamina l-kontijiet tal-aġenziji kollha stabbiliti mill-Unjoni sa fejn l-att kostituttiv rilevanti ma jipprekludix dan l-eżami. Għalhekk, aħna awditjajna 41 aġenzija u ħriġna opinjonijiet dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tagħhom u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016.

Il-qafas leġiżlattiv attwali jiddefinixxi l-arranġamenti għall-awditjar tal-kontijiet tal-aġenziji, kif inhu ppreżentat fit-Tabella 2.

Tabella 2

Arranġamenti għall-awditjar tal-kontijiet tal-aġenziji

Aġenziji

Awditjati minn

Il-QEA

Ditta tal-awditjar u l-QEA

Aġenziji deċentralizzati

2

30

Korpi oħra

1 (4)

2

Aġenziji eżekuttivi

6

 

Il-kontijiet annwali ta’ 32 aġenzija ġew ivverifikati minn awdituri indipendenti esterni (ditti tal-awditjar) skont l-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (5) u l-Artikolu 107(1) tar-regolament finanzjarju qafas għall-aġenziji (6). Aħna eżaminajna x-xogħol tad-ditti tal-awditjar skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar. Dan l-eżaminar ipprovda aċċertament adegwat biex nibbażaw l-opinjonijiet tal-awditjar proprji tagħna fuq l-affidabbiltà tal-kontijiet bl-użu tax-xogħol tad-ditti tal-awditjar. Għad-disa’ aġenziji li jifdal, l-affidabbiltà tal-kontijiet ġiet awditjata minna biss. Bħal fis-snin preċedenti, il-QEA baqgħet esklussivament responsabbli għall-awditjar tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-aġenziji kollha.

Minbarra l-aġenziji awditjati mill-QEA, hemm tliet aġenziji relatati mad-difiża (l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, l-Istitut Ewropew għall-Istudji fuq is-Sigurtà, u ċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea) li jaqgħu taħt l-awtorità tal-Kunsill u li huma ffinanzjati permezz ta’ kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri. Dawn ma jiġux awditjati mill-QEA, iżda minn awdituri indipendenti esterni oħra. Fl-Analiżi Panoramika tagħna tal-2014 (7) dwar l-arranġamenti tal-UE fir-rigward tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar pubbliku, aħna sibna li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti għall-mandati tal-awditjar differenti għal dawn l-aġenziji.

X’SIBNA

Opinjonijiet favorevoli tal-awditjar dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet għall-aġenziji kollha

Il-kontijiet finali tal-41 aġenzija kollha jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħhom fil-31 ta’ Diċembru 2016 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħhom u l-flussi tal-flus tagħhom għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti finanzjarji applikabbli u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjonijiet favorevoli tal-awditjar dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għall-aġenziji kollha, ħlief għall-EASO

Aħna kkonkludejna li għal 40 aġenzija, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 kienu legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Aħna ħriġna opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-EASO. Il-kwalifika tirreferi għal żewġ proċeduri ta’ akkwist fejn ma kienx hemm konformità adegwata mal-prinċipji tal-akkwist pubbliku.

Kwistjonijiet ta’ importanza speċifika aċċennati mill-QEA

Aħna ħriġna paragrafi ta’ osservazzjonijiet  (8) għaż-żewġ aġenziji li huma bbażati f’Londra, l-EBA u l-EMA, rigward id-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Il-kontijiet tal-EBA u tal-EMA u n-noti relatati kienu tħejjew fuq il-bażi tal-informazzjoni limitata li kienet disponibbli fid-data ta’ meta dawn ġew iffirmati, u kienu għadhom ma jipprovdux stima affidabbli tal-ispejjeż futuri li jirriżultaw mill-waqfien tal-attivitajiet fir-Renju Unit u mill-ispostament tagħhom għal postijiet oħra. Aħna rreferejna wkoll għar-riskju li jkun hemm tnaqqis fid-dħul wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, u r-riskju li l-ispostament ta’ dawn l-aġenziji jwassal għal telfien ta’ għarfien espert, li min-naħa tiegħu jista’ jkun ta’ riskju għall-kontinwità tal-operat.

Aħna ħriġna seba’ paragrafi dwar kwistjonijiet oħra  (9) li jirrigwardaw l-impatt li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea jista’ jkollu fuq id-dħul u l-attivitajiet ta’ bosta aġenziji li mhumiex ibbażati f’Londra. Is-CPVO, l-EASA, l-ECHA, l-EIOPA, l-ESMA u l-EUIPO jistgħu jiffaċċjaw tnaqqis fid-dħul b’riżultat dirett tat-tnaqqis fl-attivitajiet li jiġġeneraw tariffi fir-Renju Unit. Il-GSA topera unitajiet tekniċi li jinsabu fir-Renju Unit, u li l-istatus tagħhom għadu jrid jiġi ddeterminat.

Fil-każ tal-SRB, aħna ħriġna paragrafu ta’ osservazzjonijiet dwar il-qafas ta’ kontroll stabbilit għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet mill-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni. Aħna enfasizzajna li l-kontribuzzjonijiet għall-Fond jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta’ informazzjoni pprovduta mill-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu lill-Bord permezz tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali. Madankollu, ir-Regolament SRM ma jipprevedix qafas ta’ kontroll, komprensiv u konsistenti, li jiżgura l-affidabbiltà ta’ din l-informazzjoni. Barra minn hekk, aħna osservajna li l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet u stabbilita fil-qafas legali hija kumplessa ħafna, li jirriżulta f’riskju għall-preċiżjoni. Minbarra dan, il-Bord ma jistax jirrilaxxa dettalji dwar il-kalkoli tal-kontribuzzjonijiet, li saritilhom valutazzjoni tar-riskju, għal kull Istituzzjoni ta’ Kreditu, billi dawn huma interkonnessi u jinkludu informazzjoni kunfidenzjali dwar Istituzzjonijiet ta’ Kreditu oħra. Dan jaffettwa t-trasparenza ta’ dawn il-kalkoli.

Aħna ħriġna wkoll paragrafi dwar kwistjonijiet oħra li jirrigwardaw id-dgħufijiet fil-proċeduri ta’ akkwist li twettqu mill-Entitajiet Ġuridiċi taċ-Ċentri ta’ Għarfien u Innovazzjoni tal-EIT, u l-fatt li r-riżorsi umani tal-EIT huma limitati wisq biex jittrattaw il-volum akbar ta’ xogħolhom.

Għas-CdT, aħna inkludejna paragrafu dwar kwistjonijiet oħra li jirrigwardaw il-fatt li bosta aġenziji qed jagħmlu użu dejjem akbar minn soluzzjonijiet interni u soluzzjonijiet alternattivi oħra għat-traduzzjoni. Dan jimplika li l-kapaċità tas-CdT mhijiex qed tintuża sal-massimu possibbli, u li qed ikun hemm duplikazzjoni tal-ispejjeż kemm għall-iżvilupp tas-sistemi kif ukoll għall-ispejjeż operazzjonali tat-traduzzjoni fil-livell Ewropew. L-użu akbar ta’ soluzzjonijiet alternattivi għat-traduzzjoni mill-aġenziji l-oħra jqiegħed f’riskju l-mudell kummerċjali tas-CdT.

Sejbiet tal-awditjar oħra f’diversi oqsma

Aħna rrappurtajna wkoll total ta’ 115-il sejba tal-awditjar, “kummenti” (2015: 90) li jaffettwaw 34 aġenzija (2015: 37) biex naċċennaw kwistjonijiet ta’ importanza u biex nindikaw li hemm lok għal titjib. Ħarsa ġenerali lejn il-kummenti li saru għal kull waħda mill-aġenziji tingħata fl-Anness II.

Riżorsi umani — kwistjoni ta’ tħassib f’xi każijiet

Ir-reklutaġġ adegwat ta’ persunal huwa element kruċjali għall-istabbiltà u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet tal-aġenziji, u għall-kapaċità tagħhom biex jimplimentaw il-programmi ta’ ħidma. Aħna sibna li seba’ aġenziji kienu affettwati minn problemi relatati mal-ġestjoni tar-riżorsi umani u kwistjonijiet oħra relatati mal-persunal, inklużi dawran frekwenti ħafna tal-persunal, nuqqasijiet fil-proċeduri ta’ reklutaġġ u postijiet battala li kienu okkupati minn persunal interim għal perjodu twil ta’ żmien.

Tliet aġenziji (il-Frontex, is-CEPOL u l-BEREC) kellhom diffikultajiet biex isibu kandidati xierqa bil-profil meħtieġ, li huwa possibbilment relatat mal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tas-salarji li jiġi applikat għall-pajjiż ospitanti (66,7 %, 69 % u 76,5 % rispettivament). Fejn instabu kandidati xierqa, l-għadd ta’ membri tal-persunal li setgħu jiġu rreklutati mill-pajjiż ospitanti kien sproporzjonatament ogħla minn dak għal persunal minn Stati Membri oħra. Sabiex jattira l-kandidati, il-Frontex irrekluta 14-il membru tal-persunal fi grad ogħla milli seta’ skont ir-Regolamenti tal-Persunal. Għaż-żewġ aġenziji l-oħra ġie osservat li kien hemm dawran frekwenti ħafna tal-persunal, li jista’ jkollu impatt fuq il-kontinwità tal-operat u fuq il-kapaċità tal-aġenziji biex jimplimentaw l-attivitajiet ippjanati fil-programmi ta’ ħidma tagħhom. Għas-CEPOL, raġuni possibbli oħra għad-diffikultajiet fir-reklutaġġ hija l-kompetizzjoni ma’ korp ieħor tal-UE li jinsab f’Budapest (l-EIT).

Tliet Aġenziji (l-EMA, l-EIT, l-ECDC) kienu qed jiffaċċjaw sfidi relatati mal-organizzazzjoni. Mill-2014 ’l hawn, l-EMA għaddiet minn żewġ riorganizzazzjonijiet kbar, inkluża r-riallokazzjoni interna ta’ pożizzjonijiet maniġerjali fil-livell superjuri u dak intermedju. Ir-riallokazzjoni ta’ persunal ewlieni fl-oqsma tal-IT u l-amministrazzjoni ma rnexxietx, u kkawżat riskju materjali ta’ instabbiltà għall-Aġenzija u għall-operazzjonijiet tagħha. Id-Direttur tal-EIT inbidel erba’ darbiet minn meta din l-aġenzija nħolqot fl-2008, sa Lulju 2014. Minn Awwissu 2014 ’il hawn, il-pożizzjoni tad-Direttur imtliet fuq bażi ad interim, kif ġara wkoll minn Frar 2013 ’il hawn għal pożizzjoni maniġerjali oħra, sitwazzjoni li tmur kontra l-limitu massimu ta’ sena ssettjat għal kollokamenti interim fir-Regolamenti tal-Persunal. Dan huwa l-kawża ta’ inċertezza għall-partijiet interessati u jipperikola l-kontinwità strateġika. Fl-ECDC, id-Direttur ad interim inħatar f’Mejju 2015 u kien għadu fl-istess kariga fil-31 ta’ Diċembru 2016, biex b’hekk qabeż il-limitu massimu ta’ sena. Din il-ħatra ad interim irriżultat ukoll fi 15-il arranġament ad interim addizzjonali għal persunal ieħor.

L-akkwist pubbliku jibqa’ qasam suxxettibbli għal żbalji

L-objettiv li fuqu huwa bbażat l-akkwist pubbliku huwa li tiġi żgurata l-kompetizzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi, biex tinkiseb l-offerta li tkun l-aktar ekonomikament vantaġġuża b’mod trasparenti, oġġettiv u konsistenti, u fuq il-bażi tal-qafas legali applikabbli. Fir-RAS għall-EASO, l-EMCDDA, l-eu-LISA, l-EMA u l-BEREC, aħna rrappurtajna li l-aġenziji ma kinux ikkonformaw bis-sħiħ mal-prinċipji u r-regoli tal-akkwist pubbliku kif stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju. Il-kummenti jindirizzaw, prinċipalment, l-inkonsistenzi fid-dokumenti ta’ sejħiet għall-offerti, in-nuqqas ta’ konformità mal-kriterji ssettjati għall-għażla tal-operaturi ekonomiċi, in-nuqqas ta’ proċeduri formali u n-nuqqas ta’ awtorità ta’ delega ċara għall-għoti u l-iffirmar tal-kuntratti.

Il-QEA apprezzat il-fatt li l-aġenziji kienu qed jagħmlu aktar użu minn kuntratti oqfsa (FWC) interistituzzjonali għall-akkwist ta’ prodotti u servizzi, li wassal għal effiċjenza amministrattiva u ekonomiji ta’ skala. Madankollu, għal FWC interistituzzjonali partikolari li kien jirrigwarda softwer, u liċenzji u servizzi tal-IT, u li ġie ffirmat fl-2014 bejn kuntrattur wieħed u l-Kummissjoni f’isem bosta Istituzzjonijiet u aġenziji, l-implimentazzjoni sussegwenti li saret minn mill-inqas tliet aġenziji (l-EMA, l-EEA, l-EASO) ma kinitx ottima. Il-kuntrattur jaġixxi bħala intermedjarju bejn l-Istituzjonijiet u l-aġenziji u l-fornituri potenzjali li jistgħu jindirizzaw il-ħtiġijiet tagħhom. Għal dawn is-servizzi intermedjarji, il-kuntrattur huwa intitolat li japplika żidiet ta’ bejn 2 % u 9 % fuq il-prezzijiet tal-fornituri. Aħna osservajna li, għall-pagamenti awditjati taħt dan il-FWC, il-prezzijiet u ż-żidiet iddebitati mhux dejjem ġew iċċekkjati sistematikament mal-kwotazzjonijiet u mal-fatturi tal-fornituri, li l-implimentazzjoni tal-FWC mhux dejjem żgurat kompetizzjoni suffiċjenti u, għalhekk, ma żguratx l-għażla tas-soluzzjoni l-aktar ekonomika.

Ġew irrappurtati wkoll dgħufijiet fil-proċeduri ta’ akkwist pubbliku relatati mal-kontrolli interni. F’ħames każijiet f’erba’ aġenziji (l-EASO, l-EIT, l-EMSA, l-EIGE) aħna sibna li l-kontrolli dgħajfa wasslu għal ineffiċjenzi, pereżempju minħabba ħtiġijiet tal-akkwist li ma ġewx stmati b’mod suffiċjenti fi żmien il-proċeduri.

Għalkemm l-aspetti ta’ prestazzjoni mhumiex il-fokus tal-awditi annwali li tal-aġenziji li nwettqu, l-awdituri tagħna huma mistennija joqgħodu attenti għar-riskji ta’ prestazzjoni dgħajfa u għar-riskji relatati mal-ġestjoni finanzjarja. F’seba’ każijiet f’sitt aġenziji (l-eu-LISA, il-Frontex, l-EU-OSHA, l-EEA, il-BEREC, l-EUIPO) aħna kkummentajna dwar arranġamenti ta’ akkwist pubbliku mhux ottimi li qiegħdu f’riskju l-valur miżjud għall-flus, kif ukoll dwar dgħufijiet fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-kuntratti.

Xenarju tal-IT divers fl-Aġenziji, minkejja li jwettqu attivitajiet li huma prinċipalment simili

L-aġenziji jwettqu firxa wiesgħa ta’ attivitajiet operazzjonali, li jirrikjedu soluzzjonijiet tal-IT li jkunu adegwati u li kultant ikunu mfassla apposta għalihom. Madankollu, l-attivitajiet operazzjonali u amministrattivi ewlenin jiġu implimentati fuq il-bażi tal-istess qafas legali, li jissuġġerixxi li għandhom proċessi simili li jistgħu jiġu appoġġati b’soluzzjonijiet tal-IT li jkunu simili. Filwaqt li l-aġenziji għamlu progress tajjeb ħafna fl-użu ta’ sistemi konsabilistiċi u ta’ ġestjoni tal-baġit li huma simili, f’oqsma ewlenin oħra bħal fil-ġestjoni tar-riżorsi umani u l-ġestjoni tal-akkwist/kuntratti għadhom jintużaw varjetajiet kbar ta’ soluzzjonijiet tal-IT. Jenħtieġ li l-aġenziji jarmonizzaw aktar is-soluzzjonjiet tagħhom tal-IT f’dawn l-oqsma wkoll, billi dan mhux biss jirriżulta f’titjib tal-kosteffiċjenza, iżda jnaqqas ukoll ir-riskji ta’ kontroll intern u jsaħħaħ il-governanza tal-IT.

Bidliet pożittivi oħra li jistgħu jsiru, huma, pereżempju, l-istabbiliment ta’ rappurtar lill-maniġment u rappurtar lill-partijiet interessati li jkunu aktar armonizzati, u l-introduzzjoni ta’ proċeduri tal-awditjar aktar awtomatizzati biex tiżdied l-effiċjenza tal-awditjar. In-Netwerk tal-Aġenziji tal-UE huwa impenjat biex ikompli jippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji u l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni dwar dawn il-kwistjonijiet u, f’dak li jikkonċerna l-awditjar estern, il-kooperazzjoni mal-QEA wkoll.

Figura 4

Varjetà ta’ soluzzjonijiet tal-IT fid-diversi aġenziji

Sistemi ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani

Image

Sistemi ta’ ġestjoni tal-akkwist/kuntratti

Image

Jeħtieġ li jsir titjib fil-konsulenza tal-IT u fil-ġestjoni tal-proġetti fl-EMA

Minbarra x-xogħol standard tal-awditjar annwali li jkopri l-aġenziji kollha, aħna eżaminajna r-reklutaġġ ta’ konsulenti tal-IT fl-EMA, b’konnessjoni ma’ żewġ proġetti kbar tal-IT (Farmakoviġilanza u Provi Kliniċi), li permezz tagħhom l-Aġenzija qed tindirizza obbligi leġiżlattivi biex tistabbilixxi sistemi ta’ netwerks pan-UE li huma kumplessi u li jirrikjedu żvilupp estensiv tal-IT. Billi ma kienx hemm żidiet fit-tabella tal-persunal tal-EMA biex jiġi ffaċilitat il-bini ta’ għarfien espert intern fl-iżvilupp operazzjonali u tal-IT, hija kkummissjonat kumpaniji ta’ konsulenza f’dawn l-oqsma, li għamilha dipendenti ħafna fuq għarfien espert estern.

Aħna sibna wkoll li qabel ma nbdew il-programmi, ma kienet ġiet stabbilita l-ebda metodoloġija adatta għal dawn il-proġetti kumplessi u fuq skala kbira, u dan seta’ affettwa l-kapaċità tal-maniġment biex jissorvelja u jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-proġetti u li jiżgura l-koerenza tagħhom. L-EMA kompliet tiżviluppa metodoloġija adegwata, ur-raffinament l-aktar reċenti sar f’Settembru 2016.

Il-kapaċità tal-EMA biex tikkontrolla l-attività tal-konsulenti tagħha u biex timmonitorja l-kwalità tat-twassil tal-proġetti kienet limitata wkoll, minħabba t-tip ta’ kuntratti ta’ konsulenza li ntużaw (kuntratti bbażati fuq il-ħin u l-mezzi) kif wkoll minħabba l-fatt li parti mill-proċess ta’ konsulenza mhux qed jitwettaq fuq il-post u qed isir fi Stat Membru ieħor. L-EMA esperjenzat dewmien kif ukoll spejjeż li dejjem kienu qed jogħlew fl-implimentazzjoni tal-proġetti. Bidliet frekwenti fl-ambitu, fil-baġit u fid-dati ta’ skadenza tal-proġetti kienu prinċipalment dovuti għal rekwiżiti tas-sistemi li dejjem kienu qed jevolvu skont il-bidliet fil-ħtiġijiet tal-Istati Membri. Għad ma hemmx ċertezza dwar l-ispejjeż finali u d-dati ta’ meta s-sistemi tal-IT se jibdew jiffunzjonaw.

Fir-rigward tar-riżultati ta’ dan l-awditu pilota tas-servizzi ta’ konsulenza fl-EMA, il-QEA biħsiebha tagħmel użu tajjeb fil-futur mill-metodoloġija, l-għarfien u l-ispeċjalizzazzjoni avvanzati li akkwistat matul dan l-awditu, fejn ikun xieraq.

Qed isir titjib fil-ġestjoni baġitarja, b’xi eċċezzjonijiet

L-għadd ta’ kummenti li saru f’dan il-qasam naqas b’mod konsiderevoli fl-2016, iżda l-livell għoli ta’ riporti ta’ approprjazzjonijiet baġitarji impenjati jibqgħu il-kumment l-aktar frekwenti fir-RAS, u għadhom jikkonċernaw 23 aġenziji. Madankollu, dawn ir-riporti normalment jiġu spjegati min-natura pluriennali tal-operazzjonijiet. Aħna stedinna lil bosta aġenziji biex iqisu l-possibbiltà li jintroduċu approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati. Din hija l-għodda pprovduta mir-Regolament Finanzjarju biex jiġu ttrattati sitwazzjonijiet bħal dawn.

1. Kanċellazzjonijiet ta’ approprjazzjonijiet baġitarji riportati mis-snin preċedenti, li jindikaw stimar eċċessiv tal-ħtiġijiet baġitarji u għaldaqstant dgħufija fl-ippjanar, ġew irrappurtati f’erba’ każijiet (il-Frontex, is-CPVO, iċ-CHAFEA, l-EASME).

B’rispons għall-kriżi tal-migrazzjoni li l-Unjoni qed tiffaċċja, il-kompiti tal-Frontex u tal-EASO żdiedu b’mod konsiderevoli. B’konsegwenza ta’ dan, il-baġits finali tal-EASO u tal-Frontex għall-2016 kienu tliet darbiet u 75 % ogħla, rispettivament, meta mqabbla mas-sena preċedenti. Iż-żewġ aġenziji kellhom jiffaċċjaw sfidi amministrattivi u operazzjonali konsiderevoli, kif ukoll aspettattivi għolja biex iwasslu riżultati immedjatament, mingħajr ma kellhom biżżejjed żmien biex jadattaw is-sistemi u l-proċeduri u biex jirreklutaw il-persunal meħtieġ. Konsegwentement, huma ffaċċjaw problemi fl-assorbiment tal-fondi addizzjonali matul is-sena baġitarja, li wassal għal kanċellazzjonijiet konsiderevoli (il-Frontex) jew livelli għoljin ta’ riporti (l-EASO) tal-fondi. Din kienet waħda mir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ konformità mar-regoli baġitarji u tal-akkwist pubbliku f’diversi każijiet, u għad-diffikultajiet fl-implimentazzjoni ottima tal-ftehimiet ta’ għotja mal-Kummissjoni jew mal-benefiċjarji.

B’mod ġenerali, l-evalwazzjonijiet esterni huma pożittivi

F’sitt każijiet, aħna għamilna referenza espliċita, għall-ewwel darba, għall-eżitu tal-evalwazzjonijiet esterni li saru fir-rigward tal-attivitajiet u l-prestazzjoni ġenerali tal-aġenziji. Inġenerali, ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet kienu pożittivi, u l-aġenziji ħejjew pjanijiet ta’ azzjoni biex jagħtu segwitu għall-kwistjonijiet li tqajmu fir-rapporti ta’ evalwazzjoni. Filwaqt li r-regolamenti fundaturi tal-biċċa l-kbira mill-aġenziji jipprevedu li ssir evalwazzjoni esterna perjodika (normalment kull erba’ sa sitt snin), aħna sibna li r-regolamenti fundaturi ta’ sitt aġenziji (l-EASO, l-eu-LISA, l-ETF, l-ENISA, l-EIGE, ir-REA) ma jinkludux dispożizzjoni bħal din, li hija kwistjoni li jeħtieġ tiġi indirizzata. Aħna rrappurtajna wkoll li r-regolament fundatur tal-EMA jeħtieġ li ssir evalwazzjoni esterna kull 10 snin, u dan huwa perjodu ta’ żmien twil wisq biex jingħata feedback effettiv dwar il-prestazzjoni lill-partijiet interessati.

Ir-riżultati tal-awditjar tal-IAS jippermettulna niksbu stampa aktar komprensiva

Għall-2016, aħna rreferejna għall-ewwel darba għall-konklużjonijiet tal-awditjar stabbiliti mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS), sabiex nipprovdu stampa aktar komprensiva tar-riżultati tal-awditjar. B’kollox, irreferejna għal 14-il rapport tal-awditjar tal-IAS. Fil-każijiet kollha, l-aġenziji kienu qablu mal-IAS dwar pjanijiet biex tittieħed azzjoni korrettiva.

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, is-segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti qed jipprogressa kif mistenni

Fejn kien applikabbli, aħna pprovdejna rapport ta’ progress dwar l-azzjonijiet ta’ segwitu li ttieħdu mill-aġenziji b’rispons għall-kummenti mis-snin preċedenti. L- Anness III juri li għal 140 kumment li kienu miftuħa fi tmiem l-2015 (2014: 134), l-azzjoni korrettiva ġiet, jew kienet qed tiġi implimentata fil-biċċa l-kbira mill-każijiet.

Figura 5

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Image


(1)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali kif ukoll esperti nazzjonali sekondati.

(2)  Iċ-ċifri tal-persunal għall-2015 ġew aġġornati bbażat fuq id-data pprovduta mill-aġenziji.

(3)  ĠU C 326, 26.10.2012, p. 47.

(4)  Minħabba r-riżorsi u l-operazzjonijiet limitati tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, din tiġi awditjata mill-QEA biss.

(5)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(6)  L-Artikolu 107 tar-Regolament Delegat tal-Kummisjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(7)  Analiżi Panoramika tal-QEA – Lakuni, duplikazzjonijiet u sfidi: analiżi panoramika tal- arranġamenti tal-UE fir-rigward tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar pubbliku

(8)  Il-paragrafi ta’ osservazzjonijiet jiġbdu l-attenzjoni għal kwistjonijiet importanti li huma fundamentali biex il-qarrejja jifhmu l-kontijiet.

(9)  Il-paragrafi dwar kwistjonijiet oħra jintużaw biex jiġu kkomunikati kwistjonijiet importanti minbarra dawk li jkunu ppreżentati jew iddivulgati fil-kontijiet annwali.


ANNESS I

Baġit u persunal tal-Aġenziji (1)

 

 

Baġit (2)

Persunal (3)

 

Kumitati Permanenti tal-PE

DĠ prinċipali

Qasam ta' Politika

2015

2016

2015

2016

(miljun EUR)

(miljun EUR)

Aġenziji Deċentralizzati

eu-LISA

Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

HOME

Affarijiet Interni

71,7

82,3

134

144

EASO

HOME

Affarijiet Interni

15,9

53,0

93

125

FRONTEX

HOME

Affarijiet Interni

143,3

251,0

309

365

EMCDDA

HOME

Affarijiet Interni

18,5

15,4

100

101

EUROPOL

HOME

Affarijiet Interni

95,0

104,0

666

737

FRA

JUST

Ġustizzja

21,6

21,6

107

105

CEPOL

HOME

Affarijiet Interni

8,8

10,3

41

51

EUROJUST

JUST

Ġustizzja

33,8

43,5

246

245

EBA

Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

FISMA

Servizzi Finanzjarji u Swieq Kapitali

33,4

36,5

156

161

EIOPA

FISMA

Servizzi Finanzjarji u Swieq Kapitali

20,2

21,8

133

139

ESMA

FISMA

Servizzi Finanzjarji u Swieq Kapitali

36,8

39,4

202

204

SRB (4)

FISMA

Servizzi Finanzjarji u Swieq Kapitali

22,0

11 865

108

180

EU-OSHA

Impjiegi u Affarijiet Soċjali

EMPL

Impjiegi u Affarijiet Soċjali

16,9

16,7

65

65

CEDEFOP

EAC

Edukazzjoni u Kultura

18,4

18,0

123

122

EUROFOUND

EMPL

Impjiegi u Affarijiet Soċjali

21,2

20,8

111

104

ETF

EAC

Edukazzjoni u Kultura

21,0

21,0

129

130

CDT

DGT

Servizzi Lingwistiċi

49,6

50,5

218

225

ECDC

Ambjent, Saħħa Pubblika u Sikurezza tal-Ikel

SANTE

Saħħa u Ħarsien tal-Konsumatur

58,5

58,2

260

260

ECHA

GROW

Intrapriża

114,8

110,1

572

578

EEA

ENV

Ambjent

49,2

50,5

219

208

EFSA

SANTE

Saħħa u Ħarsien tal-Konsumatur

78,8

79,5

434

443

EMA

SANTE

Saħħa u Ħarsien tal-Konsumatur

304,0

305,0

775

768

EFCA

Sajd

MARE

Affarijiet Marittimi u Sajd

9,2

10,0

64

64

CPVO

Industrija, Riċerka u Enerġija

SANTE

Agrikoltura u Żvilupp Rurali

14,7

16,1

46

44

EURATOM (4)

ENER & RTD

Enerġija u Innovazzjoni

0,1

0,1

17

17

ACER

ENER

Enerġija

11,3

15,9

80

103

GSA

GROW

Intrapriża

363,8

626,4

139

160

EIT

EAC

Innovazzjoni u Teknoloġija

232,0

283,0

50

59

ENISA

CNECT

Suq Uniku Diġitali

10,0

11,0

69

69

EUIPO

GROW

Suq Intern

384,2

421,3

848

910

BEREC

CNECT

Suq Uniku Diġitali

4,0

4,2

26

27

EASA

Trasport u Turiżmu

MOVE

Mobbiltà u Trasport

185,4

193,4

779

774

EMSA

MOVE

Mobbiltà u Trasport

64,8

71,1

246

246

ERA

MOVE

Mobbiltà u Trasport

26,3

27,5

157

155

EIGE

Drittijiet tan-Nisa u Ugwaljanza bejn is-Sessi

JUST

Ġustizzja

7,9

7,8

42

45

Aġenziji Eżekuttivi

EACEA

 

EAC & CNECT & HOME & ECHO

Edukazzjoni u Kultura

46,9

49,1

441

442

REA

 

RTD & EAC & GROW & HOME & CNECT & AGRI

Riċerka u Innovazzjoni

54,6

62,9

618

628

ERCEA

 

RTD

Riċerka u Innovazzjoni

39,6

42,6

417

461

EASME

 

ENTR & RTD & & ENR & ENV & CLIMA & CNECT & MARE

Enerġija, Intraprenditorija u Innovazzjoni

36,4

35,8

373

417

INEA

 

MOVE & ENER & CNECT & RTD

Mobbiltà u Trasport

18,4

21,7

186

225

CHAFEA

 

SANTE & JUST & AGRI

Ħarsien tal-Konsumatur

7,4

8,7

49

58

Total

 

 

 

2 770,40

15 182,70

9 848

10 364

Mingħajr il-“Baġit tal-Fond” tal-SRB

 

 

 

2 770,04

3 382,70

9 848

10 364


(1)  Sors: Data pprovduta mill-aġenziji

(2)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament

(3)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati

(4)  L-SRB u l-EURATOM mhumiex ikkonsolidati fil-kontijiet tal-UE


ANNESS II

Kummenti li saru mill-Qorti u li ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tagħha

 

 

Għadd Totali ta' kummenti

Affidabbiltà tal-kontijiet

Legalità/Regolarità tat-tranżazzjonijiet

Kontrolli interni

Ġestjoni baġitarja

Ġestjoni Finanzjarja Soda / Prestazzjoni Tajba

Kummenti oħra

 

 

Proċeduri ta' akkwist

Reklutaġġ, promozzjonijiet u salarji

Oħrajn

Proċeduri ta' akkwist

Monitoraġġ tal-implimentazzjoni finanzjarja tal-kuntratti

Oħrajn

Sejbiet tal-IAS

Livell għoli ta’ riporti

Livell għoli ta’ kanċellazzjonijiet tar-riporti għall-2015

Oħrajn

Proċeduri ta' akkwist

Ġestjoni tar-riżorsi umani

Kummenti tal-evalwazzjoni esterna

Oħrajn

L-ebda rekwiżit effettiv għall-evalwazzjoni esterna

Kwistjonijiet relatati mal-persunal

Oħrajn

 

Aġenziji deċentralizzati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1

CEPOL

2

 

 

 

 

 

 

 

 

1

 

 

 

 

 

 

 

1

 

2

EASO

11

 

1

 

 

1

1

3

1

1

 

 

 

 

1

2

 

 

 

3

EMCDDA

2

 

1

 

 

 

 

 

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4

eu-LISA

7

 

1

 

 

 

 

 

1

1

 

 

2

 

1

1

 

 

 

5

EUROJUST

1

 

 

 

 

 

 

 

 

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6

EUROPOL

1

 

 

 

 

 

 

 

 

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7

FRA

2

 

 

 

 

 

 

1

 

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

8

FRONTEX

9

 

 

1

1

 

 

 

 

1

1

 

1

 

 

1

 

2

1

9

EBA

0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10

EIOPA

0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11

ESMA

0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

12

SRB

6

1

 

 

 

 

 

 

 

1

 

3

 

 

 

 

 

1

 

13

CdT

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1

 

 

 

 

 

 

 

14

CEDEFOP

0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

15

ETF

2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1

 

 

 

1

16

EU-OSHA

3

 

 

 

 

 

 

 

 

1

 

 

1

 

 

 

1

 

 

17

EUROFOUND

4

 

 

1

 

 

 

 

1

1

 

 

 

 

 

 

1

 

 

18

ECDC

3

 

 

1

 

 

 

 

1

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

19

ECHA

3

 

 

 

 

 

 

 

1

1

 

 

 

 

 

 

1

 

 

20

EEA

3

 

 

 

 

 

 

1

1

 

 

 

1

 

 

 

 

 

 

21

EFSA

1

 

 

 

 

 

 

 

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

22

EMA

8

1

1

 

 

 

1

 

 

 

 

 

 

1

 

3

1

 

 

23

EFCA

0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

24

ACER

2

 

 

 

 

 

 

 

1

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

25

BEREC

5

 

1

1

 

 

 

 

 

 

 

 

1

 

 

 

1

1

 

26

CPVO

3

 

 

 

 

 

 

 

 

1

1

 

 

 

 

 

1

 

 

27

EIT

7

 

 

 

 

1

 

 

1

1

 

 

 

 

 

2

 

1

1

28

ENISA

3

 

 

 

 

 

 

 

 

1

 

 

 

1

1

 

 

 

 

29

EUIPO

3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1

1

 

 

 

 

 

1

30

EURATOM

0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

31

GSA

3

 

 

 

 

 

 

 

1

1

 

 

 

 

 

 

 

 

1

32

EASA

2

 

 

 

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1

33

EMSA

1

 

 

 

 

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

34

ERA

0

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

35

EIGE

4

 

 

 

 

2

 

 

 

1

 

 

 

 

1

 

 

 

 

 

Aġenziji eżekuttivi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

36

CHAFEA

2

 

 

 

 

 

 

 

 

1

1

 

 

 

 

 

 

 

 

37

EACEA

2

 

 

 

 

 

 

1

 

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

38

EASME

2

 

 

 

 

 

 

 

 

1

1

 

 

 

 

 

 

 

 

39

ERCEA

3

 

 

 

 

 

 

1

1

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

40

INEA

1

 

 

 

 

 

 

 

 

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

41

REA

3

 

 

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

1

 

 

 

 

Subtotali:

115

2

5

4

2

5

2

7

14

23

4

5

7

2

6

9

6

6

6

Totali:

11

28

32

24

18


ANNESS III

Segwitu għall-kummenti miftuħa li ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti

 

Total

Ikkompletati

Għadhom għaddejjin

Pendenti

L-ebda azzjoni meħtieġa

 

Aġenziji Deċentralizzati

1

FRONTEX

11

2

7

1

1

2

EUROPOL

2

1

 

 

1

3

eu-LISA

7

1

2

2

2

4

EASO

9

3

3

2

1

5

EUROJUST

2

 

1

 

1

6

EMCDDA

1

 

1

 

 

7

FRA

1

 

 

 

1

8

CEPOL

2

1

 

 

1

9

EBA

3

 

1

 

2

10

EIOPA

2

1

 

 

1

11

ESMA

6

4

 

 

2

12

SRB

5

 

1

 

4

13

EU-OSHA

2

 

 

 

2

14

CEDEFOP

2

1

 

 

1

15

EUROFOUND

1

 

 

 

1

16

ETF

1

1

 

 

 

17

CDT

5

 

1

 

4

18

ECDC

4

 

1

 

3

19

ECHA

3

1

1

 

1

20

EEA

4

4

 

 

 

21

EFSA

2

1

1

 

 

22

EMA

4

1

3

 

 

23

EFCA

1

1

 

 

 

24

CPVO

6

 

3

1

2

25

ACER

2

 

 

1

1

26

GSA

7

1

5

 

1

27

ENISA

2

 

1

 

1

28

EUIPO

6

5

 

 

1

29

BEREC

4

2

 

1

1

30

EASA

2

1

 

 

1

31

EMSA

0

 

 

 

 

32

ERA

2

1

1

 

 

33

EIGE

1

 

 

 

1

 

Aġenziji Eżekuttivi

34

EACEA

1

 

 

 

1

35

REA

0

 

 

 

 

36

ERCEA

1

 

 

 

1

37

EASME

4

1

 

 

3

38

INEA

1

 

 

 

1

39

CHAFEA

3

 

1

 

2

 

Korpi Oħra

40

EIT

17

2

10

2

3

41

EURATOM

1

 

 

 

1

Totali

140

36

44

10

50


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/25


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2016 flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2017/C 417/02)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“ACER”), li tinsab f’Ljubljana, inħolqot bir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu prinċipali tal-Aġenzija huwa li tgħin lill-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali fl-eżerċizzju, fil-livell tal-Unjoni, tal-kompiti regolatorji li huma jwettqu fl-Istati Membri u, fejn ikun meħtieġ, li tikkoordina l-azzjonijiet tagħhom. Skont ir-Regolament REMIT (2), l-Aġenzija ngħatawlha responsabbiltajiet addizzjonali, flimkien mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fir-rigward tal-monitoraġġ tas-suq Ewropew tal-enerġija bl-ingrossa.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (3).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR)

11,3

15,9

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (4)

80

103

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (5) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Aġenzija jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Aġenzija li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-Aġenzija.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Aġenzija għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Aġenzija taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Fit-tħejjija ta’ dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (7).

16.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

17.

Fir-rapport tal-awditjar tiegħu ddatat Mejju 2016, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni enfasizza ħtieġa kbira li jiġu kkjarifikati r-rwoli u r-responsabbiltajiet kif ukoll li jiġi analizzat il-piż tax-xogħol fiċ-ċellula għall-akkwist sabiex jinkisbu proċessi u proċeduri aktar effiċjenti. Huwa kkonkluda wkoll li jeħtieġ li l-ippjanar u l-monitoraġġ tal-akkwist jittejjeb sinifikattivament. L-Aġenzija u l-IAS qablu dwar pjan biex tittieħed azzjoni korrettiva.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

18.

L-Aġenzija rriportat EUR 4,9 miljun, jiġifieri 86 %, tal-approprjazzjonijiet impenjati għan-nefqa operazzjonali taħt it-Titolu III (2015: EUR 1,4 miljun, jiġifieri 59 %). Bħalma kien il-każ fi snin preċedenti, ir-riporti huma prinċipalment relatati mal-implimentazzjoni tar-Regolament REMIT dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (8) b’EUR 4,7 miljun fl-2016 (2015: EUR 1,1 miljun). Għan-nefqa amministrattiva taħt it-Titolu II, l-Aġenzija rriportat EUR 1 000 000, jiġifieri 38 % tal-approprjazzjonijiet impenjati (2015: EUR 0,8 miljun, jiġifieri 35 %).

19.

Il-livell dejjem jiżdied ta’ riporti huwa kwistjoni ta’ tħassib u huwa f’kontradizzjoni mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità. Huwa direttament marbut ma’ konċentrazzjoni ta’ proċeduri tal-akkwist li ġew iffinalizzati u ta’ kuntratti ffirmati lejn tmiem is-sena, li wassal għal konsenji u/jew pagamenti fis-sena ta’ wara. Fl-2016, 98 mill-299 kuntratt ġew iffirmati f’Novembru u f’Diċembru (EUR 5 976 122,47 jew 40 % tal-valur totali ta’ kuntratti li ġew konklużi fl-2016). L-Aġenzija tista’ tqis il-possibbiltà li tintroduċi approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati biex jiġu riflessi aħjar kemm in-natura pluriennali tal-operazzjonijiet kif ukoll id-dewmien inevitabbli bejn l-iffirmar tal-kuntratti, il-konsenji u l-pagamenti.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

20.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-12 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1), li jagħti rwol importanti lill-Aġenzija fis-superviżjoni tan-negozjar fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa madwar l-Ewropa.

(3)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.acer.europa.eu

(4)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: baġit ippubblikat fil-ĠU.

(5)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(7)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 326, 8.12.2011, pp. 1).


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2014

Skont il-Ftehim dwar is-Sede bejn l-Aġenzija u l-Gvern Sloven, għandha tiġi stabbilita Skola Ewropea fis-Slovenja. Madankollu, aktar minn erba’ snin wara l-ftehim għadha ma twaqqfet ebda Skola Ewropea.

Pendenti

2015

L-Aġenzija rriportat EUR 1,36 miljun, jiġifieri 59 %, tal-approprjazzjonijiet impenjati tagħha għan-nefqa operazzjonali tat-Titolu III (2014: EUR 1,57 miljun, jiġifieri 62 %). Dawn ir-riporti kienu prinċipalment relatati mal-implimentazzjoni tar-REMIT (EUR 1,1 miljun), attività operazzjonali kumplessa, ta’ natura pluriennali, dwar l-integrità u t-trasparenza tas-suq tal-enerġija bl-ingrossa. L-Aġenzija rriportat ukoll EUR 0,79 miljun, jiġifieri 35 % (2014: EUR 0,98 miljun, jiġifieri 41 %) tal-approprjazzjonijiet impenjati għan-nefqa amministrattiva taħt it-Titolu II, li huma prinċipalment relatati ma’ studji u servizzi li kienu għadhom ma twasslux fl-2015.

M/A


IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

18.

L-Aġenzija implimentat b’suċċess l-azzjonijiet, kif maqbula b’mod reċiproku mas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS). Mis-6 rakkomandazzjonijiet, 2 rakkomandazzjonijiet importanti ħafna u 3 rakkomandazzjonijiet importanti diġà ntlaħaq ftehim dwarhom. L-Aġenzija tippjana li tagħlaq l-aħħar rakkomandazzjoni tagħha sa Ottubru 2017.

19.

L-Aġenzija tirrikonoxxi l-livell għoli ta’ fondi riportati li jirriżultaw min-natura multiannwali ta’ investimenti relatati ma’ REMIT, li ma tantx huma kompatibbli mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità. Il-livell għoli tar-riporti huwa minħabba t-twaqqit taċ-ċiklu kuntrattwali annwali li kien stabbilit fl-2013, meta fl-aħħar tas-sena l-Aġenzija rċeviet baġit sostanzjali addizzjonali għall-proġett ta’ REMIT. Madankollu, ta’ min jinnota li l-approprjazzjoni ta’ impenn għas-sena finanzjarja 2016 taħt il-Kapitolu tal-baġit tan-nefqa ta’ REMIT ġiet implimentata fil-livell massimu ta’ 100 %. L-Aġenzija se tanalizza l-implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati għat-Titolu III.

20.

L-Aġenzija tikkunsidra l-introduzzjoni ta’ approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati sabiex it-Titolu III jirrifletti aħjar in-natura multiannwali ta’ xi wħud mill-operazzjonijiet tagħha, speċjalment fil-qasam ta’ REMIT, dejjem jekk ikun hemm stabbiltà u prevedibbiltà fir-riżorsi finanzjarji pprovduti lill-Aġenzija.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/31


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju

(2017/C 417/03)

INTRODUZZJONI

1.

L-Uffiċċju tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (minn hawn ’il quddiem “l-Uffiċċju”), li jinsab f’Riga, ġie stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu prinċipali tal-Uffiċċju huwa li jipprovdi servizzi ta’ appoġġ professjonali u amministrattiv lill-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u, taħt il-gwida tal-Bord tar-Regolaturi, li jiġbor u janalizza tagħrif dwar komunikazzjonijiet elettroniċi u jxerred fost l-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali l-aħjar prattiki regolatorji bħal approċċi komuni, metodoloġiji jew linji gwida dwar l-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju tal-UE.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Uffiċċju (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-uffiċċju

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR) (3)

4,0

4,2

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (4)

26

27

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Uffiċċju. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Uffiċċju, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (5) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Uffiċċju għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Uffiċċju fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu, il-flussi tal-flus tiegħu, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Uffiċċju jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Uffiċċju li jkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Uffiċċju jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Uffiċċju għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Dan l-eżaminar ikopri l-kategoriji kollha ta’ pagamenti minbarra pagamenti bil-quddiem fil-punt meta jsiru. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Uffiċċju jaċċetta l-ġustifikazzjoni billi japprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Fit-tħejjija ta’ dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Uffiċċju kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (7).

16.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

17.

F’Marzu 2016, l-Uffiċċju nieda proċedura ta’ akkwist bil-għan li jiġi ffirmat kuntratt qafas (FWC) partikolari maż-żewġ skejjel internazzjonali eżistenti li jinsabu f’Riga għat-tfal tal-persunal tiegħu. Filwaqt li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-offerta jiddikjaraw li l-Uffiċċju jkun jistabbilixxi kuntratt qafas multiplu partikolari f’sensiela ma’ żewġ operaturi ekonomiċi, il-kriterji tal-għoti jiddikjaraw li l-għażla tal-iskola qiegħda f’idejn il-ġenituri. Konsegwentement, il-kuntratt qafas ta’ EUR 400 000 li ġie ffirmat f’Lulju 2016 huwa bbażat fuq kunċetti kontradittorji, li jikkawża inċertezza legali għall-Uffiċċju u għall-iskejjel. Barra minn hekk, f’dan il-każ speċifiku, FWC ma kienx meħtieġ.

18.

Wara li saret riklassifikazzjoni, membru partikolari tal-persunal ġie assenjat għal grad ogħla direttament fl-iskala 2 minflok fl-iskala 1, li mhuwiex konformi mar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE.

KUMMENTI DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA U DWAR IL-PRESTAZZJONI

19.

F’Marzu 2016, l-Uffiċċju ffirma kuntratt ta’ EUR 60 000 għall-għoti ta’ servizzi ta’ appoġġ professjonali u konsulenza relatati mar-riżorsi umani. Il-proċedura ta’ akkwist kienet esklussivament ibbażata fuq il-prezz. L-involviment ta’ konsulent mingħajr ma jitqiesu l-kompentenza u l-għarfien espert bħala kriterji tal-għoti ma jiżgurax l-aħjar valur għall-flus.

KUMMENTI OĦRA

20.

Fl-2016, il-perjodu medju ta’ impjieg fl-Uffiċċju kien ta’ 2,58 sena u d-dawran tal-persunal kien għoli f’rata ta’ 25 %. Din is-sitwazzjoni taffettwa l-effiċjenza tal-Uffiċċju u toħloq riskji għall-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma tiegħu. Raġuni possibbli għal dan hija l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tas-salarji li jiġi applikat għall-Istat ospitanti (73 % fl-1 ta’ Lulju 2016).

21.

Ir-regolament fundatur tal-Uffiċċju ma jirrikjedix li jsiru evalwazzjonijiet esterni perjodiċi tal-prestazzjoni. Jenħtieġ li l-Uffiċċju, flimkien mal-Kummissjoni, iqis il-possibbiltà li jikkummissjona evalwazzjoni bħal din mill-inqas kull ħames snin, bħalma huwa l-każ għall-biċċa l-kbira mill-Aġenziji l-oħra. Jenħtieġ li kwalunkwe reviżjoni futura tar-regolament fundatur tintroduċi dan ir-rekwiżit.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

22.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tad-19 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Uffiċċju hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: www.berec.europa.eu.

(3)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(4)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Uffiċċju.

(5)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(7)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2014

Id-dispożizzjoni fil-baġit 2014 għal kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-EFTA (1) li għandhom status ta’ osservatur fil-BEREC ma mmaterjalizzatx fin-nuqqas ta’ ftehimiet mal-pajjiżi tal-EFTA.

Pendenti

2015

Fl-2013 l-Uffiċċju ffirma kuntratt qafas ta’ erba’ snin għall-forniment ta’ servizzi professjonali għall-organizzazzjoni ta’ avvenimenti. Madankollu l-ħtiġijiet tiegħu ġew stmati b’mod insuffiċjenti u l-kuntratt kien laħaq l-ammont massimu tiegħu f’Diċembru 2014. Tniedet proċedura ta’ akkwist biex jiġi ffirmat kuntratt qafas ieħor, iżda dan sar biss f’Awwissu 2015. Sadanittant l-Uffiċċju akkwista dawn is-servizzi mingħand l-istess fornitur bl-użu ta’ ordnijiet ta’ xiri u kuntratti ta’ valur baxx (proċeduri nnegozjati) (2). L-ammont totali tas-servizzi akkwistati b’dan il-mod qabeż il-valur soll (3). Kien imissha ntużat proċedura miftuħa ta’ akkwist fejn is-sħab ekonomiċi interessati kollha setgħu jippreżentaw offerta.

Ikkompletata

2015

Il-livell ta’ dettall fir-rapport tal-Uffiċċju dwar l-implimentazzjoni baġitarja, li ġie awditjat, huwa differenti minn dak fir-rapporti pprovduti mill-biċċa l-kbira mill-aġenziji l-oħra, li juri li hemm ħtieġa għal linji gwida ċari dwar ir-rappurtar, li jsir mill-aġenziji, tal-baġit.

Ikkompletata

2015

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) kienu għoljin f’ammont ta’ EUR 134 228 , jiġifieri 44 % (2014: EUR 91 757 , jiġifieri 40 %). Dawn ir-riporti huma prinċipalment relati mal-għoti ta’ servizzi li jkomplu għaddejjin wara l-2015.

M/A


(1)  L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

(2)  Fil-każ ta’ ordnijiet ta’ xiri u kuntratti ta’ valur baxx, ir-regoli tal-akkwist jillimitaw il-kompetizzjoni għal kandidat wieħed u għal tliet kandidati, rispettivament.

(3)  Il-valur totali tal-kuntratti ffirmati jammonta għal madwar EUR 80 000, filwaqt li s-soll stabbilit mill-Artikolu 137 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 1268/2012 huwa ta’ EUR 60 000.


IR-RISPOSTA TAL-UFFIĊĊJU BEREC

18.

L-Istat Membru ospitanti, il-Latvja, m’għandux Skola Ewropea akkreditata. It-twaqqif ta’ Skola Ewropea akkreditata ġdida huwa proċess twil, u sadanittant l-uffiċċju BEREC stabbilixxa kuntratti diretti ma’ skejjel li jipprovdu edukazzjoni bl-Ingliż, Franċiż u Ġermaniż bħala lingwa ewlenija ta’ tagħlim bħala miżura interim biex jiżgura edukazzjoni internazzjonali għall-istudenti tal-persunal f’konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-politika tal-persunal fl-Aġenziji Regolatorji Ewropej (1). L-Uffiċċju BEREC jaqbel mas-sejbiet tal-awdituri li l-użu ta’ kuntratti ta’ servizzi qafas mhux xieraq għas-sitwazzjoni tal-edukazzjoni tal-Uffiċċju BEREC u fil-futur se juża ftehimiet ta’ servizz dirett mal-iskejjel mingħajr akkwist. L-Uffiċċju BEREC japprezza linji gwida aġġornati tal-Kummissjoni li jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet tas-servizzi tal-edukazzjoni.

19.

Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Kumitat Konġunt ta’ Riklassifikazzjoni u skont il-fajls tal-persunal temporanju eliġibbli kollu għar-riklassifikazzjoni, l-Awtorità tal-Ħatra adottat il-lista riklassifikata tal-membri tal-persunal temporanju.

Barra minn dan, fuq proposta mill-Maniġer Amministrattiv, l-Awtorità tal-Ħatra qablet, wara konsiderazzjoni bir-reqqa, li tikklassifika mill-ġdid id-detentur tal-impjieg għal grad ogħla fl-iskala 2 minflok fl-iskala 1, u eċċezzjoni ex ante kienet irreġistrata rispettivament skont ir-regoli dwar l-immaniġġjar tad-devjazzjonijiet mir-regoli u l-proċeduri finanzjarji stabbiliti.

20.

L-Uffiċċju BEREC jaqbel ħafna mal-kumment dwar il-kuntratt qafas għas-servizzi ta’ ġestjoni tar-riżorsi umani. L-implimentazzjoni tal-ewwel kuntratt speċifiku diġà wriet xi diffikultajiet relatati mal-fatt li l-għoti tal-kuntratt kien esklużivament ibbażat fuq l-ipprezzar u mhux fuq il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali tal-konsulent.

Bi ftehim sħiħ mar-rimarki tal-awdituri, l-Uffiċċju BEREC temm il-kuntratt qafas u se jistabbilixxi strateġija differenti biex jikseb is-servizzi neċessarji.

21.

L-Uffiċċju BEREC jirrikonoxxi li d-dawran għoli tal-persunal huwa fattur ta’ riskju, li ġie rreġistrat fir-reġistru tar-riskju bħala riskju sinifikanti, speċjalment meta jiġi kkunsidrat iċ-ċokon tal-Aġenzija, li jagħmel impatt aktar negattiv fuq id-dawran għoli tal-persunal (L-Uffiċċju BEREC huwa l-iċken Aġenzija deċentralizzata tal-UE).

Il-maniġment qiegħed dejjem jaħdem fuq l-introduzzjoni tat-tekniki ta’ mitigazzjoni iżda jrid jiġi enfasizzat li xi elementi strutturali u orizzontali esterni li qed jaffettwaw id-dawran mhumiex fil-kontroll tal-Uffiċċju BEREC, minħabba li dawn ġejjin mill-ambjent tax-xogħol lokali/reġjonali tal-Uffiċċju BEREC.

It-tnaqqis tas-salarju nett reċenti, li ġej mit-tnaqqis kontinwu tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni għal-Latvja, żied il-fattur tar-riskju.

Kwalunkwe azzjoni li tittieħed jew li tiġi ppjanata mill-Uffiċċju BEREC biex ittejjeb is-sitwazzjoni tista’ biss timmitiga r-riskju u sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni taż-żamma tal-persunal b’mod xieraq, għandu jiġi implimentat intervent estern, speċjalment dwar is-sistema kurrenti tal koeffiċjenti ta’ korrezzjoni.

22.

L-Uffiċċju BEREC ikkopera mal-Kummissjoni għat-tħejjija tar-rapport ta’ evalwazzjoni previst fl-Artikolu 25 tar-regolament fondatur tiegħu u huwa lest li jikkopera mal-Kummissjoni għal evalwazzjonijiet futuri. L-Uffiċċju BEREC se jikkonforma ma’ kwalunkwe rekwiżit f’dak il-qasam li jista’ jiġi introdott mil-leġiżlatur. Ir-Regolament BEREC bħalissa qed jiġi rivedut u l-proposta tal-Kummissjoni tinkludi dispożizzjoni speċifika dwar evalwazzjoni rikorrenti kull ħames snin.


(1)  COM(2005) 5304.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/37


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru

(2017/C 417/04)

INTRODUZZJONI

1.

Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Entitajiet tal-Unjoni Ewropea (iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea) (minn hawn ’il quddiem “iċ-Ċentru”, magħruf ukoll bħala s-“CDT”), li jinsab fil-Lussemburgu, inħoloq bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 (1). Il-kompitu taċ-Ċentru huwa li jipprovdi s-servizzi ta’ traduzzjoni meħtieġa għall-attivitajiet ta’ kwalunkwe istituzzjoni u korp tal-Unjoni Ewropea li jitlob is-servizzi tiegħu.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għaċ-Ċentru (2).

Tabella 1

Iċ-ċifri ewlenin għaċ-Ċentru

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR)

49,6

50,5

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (3)

218

225

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll taċ-Ċentru. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet taċ-Ċentru, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet taċ-Ċentru għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja taċ-Ċentru fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu, il-flussi tal-flus tiegħu, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment taċ-Ċentru jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità taċ-Ċentru li jkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet taċ-Ċentru jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri taċ-Ċentru għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u ċ-Ċentru jaċċetta l-ġustifikazzjoni billi japprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Fit-tħejjija ta’ dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet taċ-Ċentru kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (6).

Kwistjoni oħra

16.

Il-kompitu taċ-Ċentru huwa li jipprovdi s-servizzi ta’ traduzzjoni meħtieġa għall-attivitajiet tal-aġenziji u l-korpi tal-UE minbarra li jagħmel dan ukoll għall-istituzzjonijiet tal-UE li jitolbu s-servizzi tiegħu. Ir-Regolamenti Fundaturi tal-biċċa l-kbira mill-aġenziji u l-korpi jeħtieġu li dawn jużaw is-servizzi ta’ traduzzjoni taċ-Ċentru. Bosta minnhom (li jirrappreżentaw aktar minn nofs id-dħul taċ-Ċentru) qed jagħmlu użu dejjem akbar minn soluzzjonijiet interni u soluzzjonijiet alternattivi oħra. Madankollu, dan ifisser li l-kapaċità taċ-Ċentru mhix qed tintuża sal-massimu, li qed ikun hemm duplikazzjoni tal-ispejjeż kemm għall-iżvilupp tas-sistemi kif ukoll għall-ispejjeż operazzjonali fil-livell Ewropew, u li l-mudell u l-kontinwità tal-operazzjonijiet taċ-Ċentru jistgħu jkunu f’riskju.

17.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

18.

Fl-2016, il-flus kontanti u d-depożiti għal terminu qasir taċ-Ċentru naqsu għal EUR 34,2 miljun (EUR 38,3 miljun fi tmiem l-2015) u r-riżervi naqsu għal EUR 31,1 miljun (EUR 34 miljun fi tmiem l-2015). Dan it-tnaqqis jirriżulta minn approċċ baġitarju li għandu l-intenzjoni li jnaqqas is-surplus akkumulat minn snin preċedenti.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

19.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-17 ta’ Ottubru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: www.cdt.europa.eu.

(3)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta miċ-Ċentru.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2012

Ir-Regolament Fundatur ta’ 20 aġenzija regolatorja awditjati mill-Qorti fl-2012 jeħtieġ li dawn jużaw iċ-Ċentru għall-ħtiġijiet tat-traduzzjoni kollha tagħhom (ir-Regolament Fundatur taċ-Ċentru jistipula l-istess ħaġa għal 4 aġenziji oħra). Aġenziji oħra mhumiex obbligati jużaw iċ-Ċentru. Għal dokumenti li mhumiex tekniċi l-aġenziji jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż tagħhom billi jużaw servizzi lokali. Fl-opinjoni tal-Qorti l-leġiżlatur għandu jikkunsidra li jippermetti lill-aġenziji kollha jagħmlu dan.

M/A

[Ir-rakkomandazzjoni ma ġietx adottata mil-leġiżlatur]

2015

Iċ-Ċentru għad ma għandux Pjan tal-Kontinwità tan-Negozju stabbilit. Għaldaqstant, mhuwiex qed jikkonforma mal-Istandard ta’ Kontroll Intern Nru 10 (1).

Għadha għaddejja

2015

Fi tmiem l-2015 il-flus kontanti u d-depożiti għal terminu qasir taċ-Ċentru kienu jammontaw għal EUR 38,3 miljun (EUR 44 miljun fi tmiem l-2014) u r-riżervi tiegħu kienu jammontaw għal EUR 34 miljun (EUR 40,4 miljun fi tmiem l-2014). Dan jirrifletti t-tnaqqis tal-prezzijiet fl-2015.

M/A

2015

Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f’ammont ta’ EUR 2 miljun, jiġifieri 29 % (2014: EUR 1,5 miljun, jiġifieri 24 %). Dawn ir-riporti prinċipalment jikkonċernaw ir-rinnovazzjoni ta’ uffiċċji addizzjonali li nkrew fl-2015 kif ukoll servizzi tal-IT li kienu għadhom ma ġewx ipprovduti sa tmiem l-2015.

M/A

2015

Iċ-Ċentru kkanċella EUR 5,9 miljun (12 %) ta’ approprjazzjonijiet li kienu disponibbli fi tmiem l-2015. Dawn il-kanċellazzjonijiet huma relatati mal-istimar b’mod eċċessiv tal-ispiża għat-tradutturi esterni.

M/A


(1)  L-Istandards ta’ Kontroll Intern taċ-Ċentru huma bbażati fuq l-istandards ekwivalenti stabbiliti mill-Kummissjoni.


IT-TWEĠIBA TAĊ-Ċentru

19.

Iċ-Ċentru ħa diversi passi biex inaqqas l-eċċessi tiegħu fil-baġit. Il-baġit 2016 tħejja bħala baġit li jinsab f’sitwazzjoni ta’ defiċit biex titnaqqas ir-riżerva għall-istabilità tal-prezzijiet. Il-bilanċ tal-eżitu tal-baġit tas-sena, li ammonta għal EUR -2,9 miljun, ikkontribwixxa għat-tnaqqis tar-riżerva għall-istabilità tal-prezzijiet kif ukoll għall-bilanċ tal-flus.

Huwa previst li t-tnaqqis tal-eċċessi tal-baġit se jkompli jiġi aċċelerat fl-2017 bħala riżultat tal-implimentazzjoni tal-istruttura l-ġdida tal-prezzijiet li se tnaqqas il-prezz medju għat-traduzzjoni mħallsa mill-klijenti taċ-Ċentru.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/42


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru

(2017/C 417/05)

INTRODUZZJONI

1.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali (Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali)(minn hawn ’il quddiem “iċ-Ċentru”, magħruf ukoll bħala s-“Cedefop”), li jinsab f’Tessaloniki, ġie stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 (1). Il-mandat prinċipali tiegħu huwa li jservi l-iżvilupp ta’ taħriġ vokazzjonali fil-livell tal-Unjoni. Sabiex jilħaq dan l-objettiv, huwa għandu l-kompitu li jiġbor u li jxerred dokumentazzjoni dwar is-sistemi ta’ taħriġ vokazzjonali.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għaċ-Ċentru (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għaċ-Ċentru

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR) (3)

18,4

18,0

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (4)

123

122

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll taċ-Ċentru. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet taċ-Ċentru, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (5) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet taċ-Ċentru għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja taċ-Ċentru fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu, il-flussi tal-flus tiegħu, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment taċ-Ċentru jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità taċ-Ċentru li jkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet taċ-Ċentru jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri taċ-Ċentru għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Dan l-eżaminar ikopri l-kategoriji kollha ta’ pagamenti minbarra pagamenti bil-quddiem fil-punt meta jsiru. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u ċ-Ċentru jaċċetta l-ġustifikazzjoni billi japprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Fit-tħejjija ta’ dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet taċ-Ċentru kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (7).

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

16.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-12 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: www.cedefop.europa.eu

(3)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(4)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta miċ-Ċentru.

(5)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(7)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2015

Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f’ammont ta’ EUR 477 994 , jiġifieri 28 % (2013: EUR 425 877 , jiġifieri 24 %). Dan irriżulta, fil-biċċa l-kbira, mill-volum kbir ta’ tagħmir tan-netwerk u tagħmir ieħor tal-IT li kien meħtieġ għar-rinnovazzjoni taż-żoni fejn saret tiswija fil-bini taċ-Ċentru, li kienu għadhom ma twasslux jew ma ġewx iffatturati sa tmiem l-2015.

M/A

2015

Il-bini pprovdut liċ-Ċentru mill-Istat Grieg huwa mibni fuq linja ta’ qasma attiva, li rriżulta fi ħsara strutturali għall-bini. L-awtoritajiet Griegi wettqu xogħol ta’ tiswija u tisħiħ strutturali, u dan ġie kkompletat fl-2015. Barra minn hekk, bħalma ċ-Ċentru qed jindirizza diversi problemi ta’ sikurezza relatati mal-kostruzzjoni tal-bini. Problema partikolari ta’ sikurezza tikkonċerna l-faċċata tal-bini, li hija tal-ħġieġ, u t-tamboċċi tas-swali tal-konferenzi taċ-Ċentru, u qed taffettwa d-disponibbiltà tal-faċilitajiet taċ-Ċentru.

Ikkompletata


IR-RISPOSTA TAĊ-ĊENTRU

Iċ-Ċentru ħa nota tar-rapport tal-Qorti.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/47


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2017/C 417/06)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala s-CEPOL), li tinsab f’Budapest, ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) 2015/2219 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI. Il-kompitu tal-Aġenzija huwa li taħdem bħala netwerk u li tiġbor flimkien l-istituti nazzjonali ta’ taħriġ tal-pulizija fl-Istati Membri biex tipprovdi sessjonijiet ta’ taħriġ, ibbażati fuq standards komuni, għall-uffiċjali għolja tal-pulizija.

2.

It-Tabella hawn taħt tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR)

8,8

10,3

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (3)

41

51

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Aġenzija jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Aġenzija li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Aġenzija għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Aġenzija taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Fit-tħejjija ta’ dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (6).

16.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

17.

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin għat-Titolu II (nefqa għal attivitajiet ta’ sostenn) f’ammont ta’ EUR 140 055, jiġifieri 30 % (2015: EUR 212 456, jiġifieri 49 %). Dawn prinċipalment jirreferu għal konsulenza tal-IT u għal oġġetti u servizzi relatati mal-IT li ġew ordnati lejn l-aħħar tas-sena.

KUMMENTI OĦRA

18.

Hemm dawran għoli tal-persunal li jista’ jkollu impatt fuq il-kontinwità tal-operat u fuq il-kapaċità tal-Aġenzija li timplimenta l-attivitajiet previsti fil-programm ta’ ħidma tagħha. Fl-2016, kien hemm 11-il membru tal-persunal li telqu mill-Aġenzija, filwaqt li 21 membru ġdid ġew irreklutati. L-għadd baxx ta’ applikazzjonijiet, b’mod partikolari mill-Istati Membri għajr l-istat ospitanti, iqiegħed f’riskju l-kapaċità tal-Aġenzija li tirrekluta kandidati adatti. Bejn l-2013 u l-2016, il-persunal mill-stat ospitanti żdied minn 1 għal 16, li jirrappreżenta 31 % tat-total tal-persunal fl-2016. Xi raġunijiet possibbli għall-għadd limitat ta’ applikazzjonijiet mill-Istati Membri l-oħra huma l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tas-salarji li jiġi applikat għall-istat ospitanti (69 %), kif ukoll il-kompetizzjoni ma’ korp ieħor tal-UE li jinsab f’Budapest.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

19.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-12 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  Ir-Regolament (UE) 2015/2219 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1).

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.cepol.europa.eu.

(3)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2015

Il-livell ta’ dettall fir-rapport tal-Aġenzija dwar l-implimentazzjoni baġitarja, li ġie awditjat, huwa differenti minn dak fir-rapporti pprovduti mill-biċċa l-kbira tal-aġenziji l-oħra, li juri li hemm ħtieġa għal linji gwida ċari dwar ir-rappurtar tal-baġit mill-aġenziji.

Ikkompletata

2015

Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f’ammont ta’ EUR 212 456 , jiġifieri 49 % (2014: EUR 383 940 jew 59 %). Dan irriżulta mir-rilokazzjoni tal-Aġenzija mir-Renju Unit għall-Ungerija f’Settembru 2014 u l-ħtieġa konsegwenzjali li jiġu inizjati kuntratti ġodda għal servizzi u għal provvisti. Il-biċċa l-kbira mis-servizzi li ġew akkwistati taħt dawn il-kuntratti annwali ma kinux ġew ipprovduti sa tmiem l-2015.

M/A


IT-TWEĠIBA TAL-AĠENZIJA

18.

L-Aġenzija ħadet nota tal-kummenti tal-Qorti. Ir-rata ta' riporti għat-Titolu II hija ġustifikata meta jitqiesu l-konsulenza fl-IT u l-prodotti u s-servizzi relatati mal-IT ordnati tard fis-sena. CEPOL kompliet ittejjeb il-ġestjoni tal-baġit tagħha u timpenja ruħha biex tkompli żżomm il-konformità mal-prinċipju baġitarju ta' annwalità previst fir-Regolament Finanzjarju.

19.

L-Aġenzija ħadet nota tal-kummenti tal-Qorti. Bħala konsegwenza tar-rilokazzjoni mir-Renju Unit għall-Ungerija, minħabba koeffiċjent ta' korrezzjoni sinifikament aktar baxx għas-salarji tal-persunal, in-numru ta' riżenji żdied. In-numru ta' applikazzjonijiet naqas meta mqabbel mal-perjodu ta' qabel ir-rilokazzjoni, madankollu, dan ma kellux impatt fuq il-kwalità tal-applikazzjonijiet riċevuti u l-ħila tal-Aġenzija li tirrekluta kandidati adatti. Il-gradazzjoni baxxa tal-karigi flimkien ma' koeffiċjent ta' korrezzjoni baxx, ma jħeġġux lill-barranin (speċjalment mill-Ewropa tal-Punent u tat-Tramuntana) biex imorru l-Ungerija, għaldaqstant il-bilanċ ġeografiku mhux dejjem jista' jkun żgurat matul il-proċess ta' reklutaġġ. CEPOL ser tkompli timplimenta ż-żamma tal-persunal u l-miżuri tal-kontinwità tan-negozju, madankollu sakemm l-Aġenzija ma tistax temenda l-gradi b'mod pożittiv, il-moviment tal-persunal jista' jżomm ix-xejra għolja tiegħu.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/52


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel għas-sena finanzjarja 2016 flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2017/C 417/07)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”) twaqqfet fl-1 ta’ Jannar 2005 (l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa Pubblika — PHEA — mill-2005 sal-2008, l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi — EAHC — mill-2008 sal-2013 u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel, CHAFEA — mill-1 ta’ Jannar 2014) (1). L-Aġenzija tinsab fil-Lussemburgu u l-mandat tagħha ġie estiż sal-31 ta’ Diċembru 2024. L-Aġenzija timplimenta l-Programm tal-UE dwar is-Saħħa, il-Programm tal-Konsumaturi u l-inizjattiva għat-Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl-Ikel.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR)

7,4

8,7

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (3)

49

58

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Aġenzija jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Aġenzija li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Aġenzija għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Dan l-eżaminar ikopri l-kategoriji kollha ta’ pagamenti minbarra pagamenti bil-quddiem fil-punt meta jsiru. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Aġenzija taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

16.

L-Aġenzija rriportat EUR 1,1 miljun, jiġifieri 48 % (2015: EUR 0,9 miljun, jiġifieri 52 %) tal-approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu III (nefqa marbuta mal-operazzjonijiet tal-Aġenzija). Dawn huma prinċipalment relatati ma’ servizzi tal-IT u ma’ studji oħra li ġew ikkuntrattati iżda li kienu għadhom ma twettqux jew ma ntemmux sa tmiem is-sena. Mir-riporti li saru mill-2015 sal-2016, l-Aġenzija kkanċellat EUR 0,2 miljun, jiġifieri 17 %, li jindika dgħufija fl-ippjanar tal-ħtiġijiet.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

17.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-12 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/770/UE (ĠU L 341, 18.12.2013, p. 69).

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: http://ec.europa.eu/chafea/

(3)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2015

L-Aġenzija rriportat EUR 0,5 miljun, jiġifieri 36,4  % (2014: EUR 0,1 miljun, jiġifieri 13 %) tal-approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva). Dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati mal-estensjoni tal-ispazju għall-uffiċċji tal-Aġenzija u mas-sistemazzjoni meħtieġa tal-uffiċċji (EUR 0,3 miljun).

M/A

2015

L-Aġenzija rriportat EUR 0,9 miljun, jiġifieri 52 % (2014: EUR 0,9 miljun, jiġifieri 50 %) tal-approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu III (nefqa marbuta mal-operazzjonijiet tal-Aġenzija). Dawn ir-riporti huma prinċipalment dovuti għall-ħruġ tardiv tal-pjan ta’ ħidma tal-Aġenzija mill-Kummissjoni f’Ġunju 2015.

M/A

2015

L-Aġenzija kkanċellat EUR 0,2 miljun, jiġifieri 18 % tar-riporti tagħha għall-2015 (2014: EUR 0,1 miljun, jiġifieri 14 %), li jindika dgħufijiet fl-ippjanar għalihom.

Għadha għaddejja


IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

16.

L-Aġenzija taċċetta l-kummenti tal-Qorti. L-Aġenzija għandha tkompli bl-isforzi tagħha biex tkompli tnaqqas il-livell ta’ riporti u r-rata ta’ kanċellazzjoni C8.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/57


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju

(2017/C 417/08)

INTRODUZZJONI

1.

L-Uffiċċju tal-Komunità tal-Varjetajiet ta’ Pjanti (l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti) (minn hawn ’il quddiem “l-Uffiċċju”, magħruf ukoll bħala s-“CPVO”), li jinsab f’Angers, inħoloq bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 (1). Il-kompitu prinċipali tiegħu huwa li jirreġistra u jeżamina applikazzjonijiet għall-għoti ta’ drittijiet ta’ proprjetà industrijali tal-Unjoni għal varjetajiet ta’ pjanti u li jiżgura li l-eżamijiet tekniċi meħtieġa jsiru mill-uffiċċji kompetenti fl-Istati Membri.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Uffiċċju (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-uffiċċju

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR)

14,7

16,1

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (3)

44

46

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Uffiċċju. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Uffiċċju, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Uffiċċju għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Uffiċċju fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu, il-flussi tal-flus tiegħu, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Uffiċċju jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Uffiċċju li jkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Uffiċċju jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivvalutaw il-proċeduri tal-Uffiċċju għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Uffiċċju jaċċetta l-ġustifikazzjoni billi japprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

Kwistjoni oħra

15.

Mingħajr ma tixħet dubju fuq l-opinjoni tagħha, il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit (UK) innotifika lill-Kunsill Ewropew dwar id-deċiżjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Ftehim li jistipula l-arranġamenti għall-ħruġ tiegħu se jiġi nnegozjat. Il-baġit tal-Uffiċċju huwa kompletament awtofinanzjat, prinċipalment minn dħul mingħand applikanti u detenturi ta’ Drittijiet ta’ Varjetajiet ta’ Pjanti fil-Komunità. Madankollu, peress li madwar 4 % biss tad-dħul tiegħu joriġina minn klijenti li jinsabu fir-Renju Unit, l-Uffiċċju jqis li mhuwiex probabbli li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE jikkawża riskju sinifikanti għad-dħul tiegħu. L-Uffiċċju jqis ukoll li jistgħu jittieħdu miżuri biex jiġi żgurat li faċilitajiet adatti jkunu disponibbli għal eżamijiet tal-ispeċijiet li attwalment qed jitwettqu fir-Renju Unit; dan mingħajr riskju notevoli għall-kontinwità tal-operat tal-Uffiċċju.

16.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

17.

Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f’ammont ta’ EUR 788 540, jiġifieri 40 % (2015: EUR 395 882, jiġifieri 28 %). Dan jista’ prinċipalment jiġi attribwit għal rinnovamenti tal-bini li għadhom għaddejjin (EUR 284 423), proġetti tal-IT (EUR 253 483) u spejjeż ta’ awditi u evalwazzjonijiet (EUR 137 098) li s-servizzi għalihom se jiġu pprovduti parzjalment fl-2017, jew il-fatturi tagħhom se jiġu riċevuti fl-2017.

18.

Ir-rata ta’ kanċellazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament tal-2015 li ġew riportati għall-2016 kienet ukoll għolja għat-Titolu II f’rata ta’ 17 % (2015: 20 %), li kienet tindika ħtieġa li jittejjeb l-ippjanar tal-baġit.

KUMMENTI OĦRA

19.

Ir-Regolament fundatur tal-Uffiċċju ma jirrikjedix evalwazzjonijiet esterni perjodiċi tal-prestazzjoni. Għalkemm l-Uffiċċju jew il-Kummissjoni wettqu evalwazzjonijiet ta’ suġġetti speċifiċi fuq bażi ad hoc, jenħtieġ li l-Uffiċċju, flimkien mal-Kummissjoni, iqis il-possibbiltà li jikkummissjona evalwazzjonijiet komprensivi esterni tal-prestazzjoni mill-inqas kull ħames snin, bħalma huwa l-każ għall-biċċa l-kbira mill-Aġenziji l-oħra. Kwalunkwe reviżjoni futura tar-Regolament fundatur għandha tintroduċi rekwiżit bħal dan.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

20.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tad-19 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Uffiċċju hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: www.cpvo.europa.eu.

(3)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Uffiċċju.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2014

L-Uffiċċju juża l-ibbankjar elettroniku għall-biċċa l-kbira mill-pagamenti tiegħu. L-Uffiċjal tal-Kontabbiltà jew iż-żewġ deputati tagħha jistgħu jiffirmaw il-pagamenti b’mod elettroniku. Ma tinħtieġx firma ta’ persuna oħra, u dan jirrappreżenta riskju finanzjarju għall-Uffiċċju.

Pendenti

2014

Għalkemm l-Uffiċċju sar operattiv fl-1995, għad ma hemmx ftehim dwar is-sede, iffirmat mal-Istat Membru ospitanti tiegħu, li jkun jikkjarifika l-kundizzjonijiet li taħthom l-Uffiċċju jista’ jopera u li huwa jista’ joffri lill-persunal tiegħu.

Għadha għaddejja

2015

Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f’ammont ta’ EUR 395 882 , jiġifieri 28 % (2014: EUR 394 599 , jiġifieri 30 %). Dawn huma prinċipalment relatati ma’ proġetti tal-IT (EUR 134 030 ), spejjeż għal missjonijiet (EUR 96 368 ) u spejjeż relatati mal-awditjar intern (EUR 82 070 ) li s-servizzi jew il-fatturi għalihom mhux se jiġu pprovduti jew riċevuti qabel l-2016.

M/A

2015

Ir-rata ta’ riporti tal-2014 li ġew ikkanċellati kienet għolja għat-Titolu II f’livell ta’ 20 % (2014: 26 %) u tindika dgħufijiet fl-ippjanar tagħhom.

Għadha għaddejja

2015

Fil-prinċipju, in-nefqa għal proċeduri assoċjati ma’ appelli kellha tkun koperta mill-piżijiet tal-appelli (1). Madankollu, dawn il-piżijiet ikopru parti żgħira biss mill-ispejjeż li fil-fatt iġġarrbu. Fl-2015, l-introjtu dderivat mill-piżijiet tal-appelli ammonta għal total ta’ EUR 11 000 (2014: EUR 12 500 ), filwaqt li l-ispejjeż tal-membri fuq il-bord tal-appelli ammonta għal madwar EUR 62 037 (2014: EUR 80 114 ).

M/A

2015

Fil-31 ta’ Diċembru 2015, il-piżijiet li kienu għadhom ma tħallsux wara 90 jum (fil-biċċa l-kbira piżijiet annwali) ammontaw għal EUR 240 766 . L-Uffiċċju ma użax l-alternattivi kollha previsti fir-Regolament Finanzjarju tiegħu biex jirkupra piżijiet li ma kinux tħallsu, bħal irkupru infurzat (2).

Għadha għaddejja


(1)  Il-Premessi tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1238/95 (ĠU L 121, 1.6.1995, p. 31).

(2)  L-Artikolu 53 tar-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju.


IR-RISPOSTA TAL-UFFIĊĊJU

L-Uffiċċju jieħu nota tal-kummenti tal-Qorti.

17.

Il-livell għoli ta’ riporti fl-2016 hu relatat fil-biċċa l-kbira ma’ rinnovazzjoni ta’ bini li għadha għaddejja u l-proġett tal-iżvilupp tal-IT. L-implimentazzjoni ta’ dawn il-proġetti, għal raġunijiet operazzjonali ma tistax tkun allineata mas-sena kalendarja.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/63


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2017/C 417/09)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“EACEA”), li tinsab fi Brussell, ġiet stabbilita bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru 2013/776/UE (1) li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2009/336/KE. Il-kompitu tal-Aġenzija huwa l-ġestjoni ta’ programmi li jiġu deċiżi mill-Kummissjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-awdjoviżiv u l-kultura, inkluż it-twettiq tal-implimentazzjoni dettaljata ta’ proġetti tekniċi.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-aġenzija

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR)

46,9

49,1

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (3)

441

442

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Aġenzija jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Aġenzija li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Aġenzija għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Dan l-eżaminar ikopri l-kategoriji kollha ta’ pagamenti minbarra pagamenti bil-quddiem fil-punt meta jsiru. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Aġenzija taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

16.

Hi u twettaq l-inventarju annwali tal-assi tagħha fl-2016, l-Aġenzija ma setgħetx issib 46 oġġett ta’ tagħmir tal-IT b’valur totali tal-akkwiżizzjoni inizjali ta’ bejn wieħed u ieħor EUR 22 000, li jindika dgħufijiet fis-salvagwardja tal-assi.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

17.

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin għat-Titolu III (appoġġ għall-operazzjonijiet tal-Aġenzija) f’ammont ta’ EUR 2,3 miljun, jiġifieri 47 % (2015: EUR 2,8 miljun, jiġifieri 50 %). Dawn huma prinċipalment relatati ma’ awditi ta’ proġetti li għadhom għaddejjin (EUR 0,8 miljun) u ma’ servizzi tal-IT (EUR 0,9 miljun) li ġew ordnati fl-2016 iżda li kienu għadhom ma ġewx fatturati sa tmiem is-sena, jew li mhumiex se jiġu pprovduti qabel l-2017.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

18.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-12 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 343, 19.12.2013, p. 46.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.eacea.ec.europa.eu.

(3)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2015

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin għat-Titolu III (appoġġ għall-operazzjonijiet tal-Aġenzija) f’ammont ta’ EUR 2,8 miljun, jiġifieri 50 % (2014: EUR 3,2 miljun, jiġifieri 56 %). Dawn huma prinċipalment relatati ma’ awditi ta’ proġetti li għadhom għaddejjin (EUR 1 miljun), servizzi tal-IT (EUR 0,8 miljun), servizzi ta’ komunikazzjoni ta’ informazzjoni u pubblikazzjoni (EUR 0,5 miljun) kif ukoll traduzzjonijiet (EUR 0,2 miljun) li ġew ordnati fl-2015 iżda li kienu għadhom ma ġewx fatturati sa tmiem is-sena jew li mhumiex se jiġu pprovduti qabel l-2016.

M/A


IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

16.

Il-valur tal-oġġetti tal-IT mhux misjuba matul l-eżerċizzju ta’ inventarju 2015/2016 jammonta biss għal 0,64 % tal-valur tal-oġġetti tal-IT kollha, li huwa konformi mar-riżultati ta’ snin preċedenti. Għandu jiġi nnotat li l-valur tal-ktieb residwu tal-oġġetti mhux misjuba huwa ferm iktar baxx (madwar EUR 8 000) mill-ispejjeż tal-kisba inizjali.

L-Aġenzija ser tkompli l-eżerċizzji ta’ inventarju regolari tagħha fejn tiżgura s-salvagwardja tal-assi.

17.

L-Aġenzija tieħu nota tal-kummenti tal-Qorti. L-Aġenzija ser tkompli bl-isforzi stabbiliti biex tikkontrolla r-rata ta’ riporti.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/68


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2017/C 417/10)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea (l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni) (minn hawn ’il quddiem“l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“EASA”), li tinsab f’Cologne, ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) li tħassar bir-Regolament (KE) Nru 216/2008 (2). L-Aġenzija ngħatat kompiti regolatorji u eżekuttivi speċifiċi fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (3).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-aġenzija

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR)

185,4

193,4

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (4)

779

774

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (5) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Aġenzija jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Aġenzija li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqies il-kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontroll intern. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Aġenzija għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Dan l-eżaminar ikopri l-kategoriji kollha ta’ pagamenti minbarra pagamenti bil-quddiem fil-punt meta jsiru. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Aġenzija taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Fit-tħejjija ta’ dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (7).

Kwistjoni oħra

16.

Mingħajr ma tixħet dubju fuq l-opinjoni tagħha, il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit (UK) innotifika lill-Kunsill Ewropew dwar id-deċiżjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Ftehim li jistipula l-arranġamenti għall-ħruġ tiegħu se jiġi nnegozjat. Perċentwal ta’ 70 % tal-baġit 2016 tal-Aġenzija ġie ffinanzjat minn tariffi miġbura mill-industrija tal-avjazzjoni filwaqt li perċentwal ta’ 30 % ġie ffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea. Huwa possibbli li, fil-futur, id-dħul tal-Aġenzija jonqos b’riżultat tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-UE.

17.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

18.

Għalkemm l-attivitajiet tal-2016 li ġew iffinanzjati mill-Industrija rriżultaw f’defiċit ta’ EUR 7,6 miljun, ir-riżultati baġitarji jvarjaw matul is-snin (8) u l-Aġenzija kellha bilanċ pożittiv ta’ EUR 52 miljun minn din il-kategorija ta’ attività. Ir-Regolament fundatur tal-Aġenzija jistabbilixxi li l-ħlasijiet (it-tariffi) imposti fuq l-Industrija għandhom ikunu adegwati biex ikopru l-ispiża tal-Aġenzija għall-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni relatati. Madankollu, hija ma tipprevedix li se jkollha bilanċ pożittiv.

KUMMENTI OĦRA

19.

Matul il-perjodu mill-2014 sal-2016, l-Aġenzija nefqet EUR 9,4 miljun (EUR 4,4 miljun fl-2016) mill-bilanċ pożittiv tagħha biex tiffinanzja l-ispiża ta’ EUR 12,4 miljun għar-rinnovament (u t-tneħħija), biex l-Aġenzija tiġi rrilokata f’bini ġdid. Il-Kummissjoni kkontribwiet ukoll EUR 3 miljun mill-baġit tal-UE għal dan il-għan. Dan il-finanzjament, maqsum bejn il-kontribuzzjonijiet mill-industrija u mill-Unjoni, kien konformi mal-metodoloġija standard ta’ allokazzjoni tal-ispejjeż użata mill-Aġenzija, u rriżulta fil-fatt li dawn ix-xogħlijiet ġew iffinanzjati, fil-biċċa l-kbira, minn tariffi imposti fuq l-industrija.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

20.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tad-19 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(3)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.easa.europa.eu.

(4)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(5)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(7)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(8)  Fl-2014 u fl-2015, kien hemm bilanċi pożittivi ta’ EUR 15,3 miljun u EUR 16,9 miljun, rispettivament.


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2013

L-Aġenzija saret operazzjonali fl-2004 u sal-lum ħadmet fuq il-bażi ta’ korrispondenza u skambji mal-Istat Membru ospitanti. Madankollu, ma ġiex iffirmat ftehim komprensiv dwar il-kwartieri ġenerali bejn L-Aġenzija u l-Istat Membru. Ftehim ta’ dan it-tip ikun jippromwovi t-trasparenza fir-rigward tal-kundizzjonijiet li taħthom joperaw l-Aġenzija u l-persunal tagħha.

Ikkompletata (1)

2015

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f’ammont ta’ EUR 4,4 miljun, jiġifieri 20,2  % (2014: EUR 3,6 miljun, jiġfieri 22 %) u għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f’ammont ta’ EUR 2 miljun, jiġifieri 32,0  % (2014: EUR 2 miljun, jiġifieri 38,1  %). Dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati ma’ żviluppi fl-IT li ġew ordnati lejn tmiem is-sena, kif ukoll ma’ attivitajiet ta’ regolamentazzjoni u ma’ proġetti ta’ riċerka li komplew wara l-2015.

M/A


(1)  Ġie ffinalizzat Ftehim dwar is-Sede bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri, u dan daħal fis-seħħ mis-17 ta’ Awwissu 2017.


IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

16.

L-aġenzija tieħu nota tal-osservazzjoni tal-Qorti. Ġie stabbilit grupp ta’ ħidma biex jinvestiga din il-kwistjoni u wettaq l-ewwel analiżi dwar ir-riskji u l-impatt potenzjali tal-Brexit.

20.

Ir-regolamenti bażi u finanzjarji jinkludu dispożizzjonijiet biex it-tariffi tal-Industrija jitqiesu bħala dħul assenjat. Konsegwentament, l-Aġenzija hi responsabbli għal kwalunkwe eċċess jew defiċit relatat mal-attivitajiet tal-ħlasijiet u tat-tariffi f’eċċess akkumulat. Dan l-eċċess akkumulat ivarja minn sena għal sena skont ir-riżultat tas-sena finanzjarja. Bejn l-2010 u l-2015, l-eċċess jew id-defiċit varja bejn defiċit ta’ 5,9 miljuni u eċċess ta’ 16,9 miljun. Dan l-eċċess akkumulat jew bafer jipprovdi kopertura għad-defiċit u jammonta għal 6 xhur ta’ operazzjoni kontinwa. L-Aġenzija għandha l-għan li temenda kemm ir-regolament Finanzjarju u tal-Ħlasijiet kif ukoll dak tat-tariffi biex tifformalizza aħjar dan it-trattament ta’ eċċess akkumulat.

21.

Skont l-artikolu 88 tar-RF tal-Aġenzija, il-president tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija informa lill-Awtorità tal-Baġit (il-Parlament Ewropew u l-Kunsill) dwar il-proġett tal-kwartieri ġenerali l-ġodda tal-Aġenzija. Fit-22 ta’ Mejju 2013 intbagħat rapport dettaljat, li b’mod partikolari jinkludi l-iskema ta’ finanzjament, u konsegwentement:

L-Aġenzija aġixxiet skont l-informazzjoni kkomunikata lill-awtorità tal-Baġit.

Hemm komunikazzjoni annwali dwar il-bini skont l-artikolu 87 tar-RF li ntbagħtet kull sena lill-Awtorità tal-Baġit.

Il-PE approva r-rapport u l-mekkaniżmu ta’ finanzjament f’konformità mal-iskema ta’ finanzjament tal-Aġenzija.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/74


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2017/C 417/11)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“EASME”), li tinsab fi Brussell, ġiet stabbilita għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2024 bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/771/UE (1). Il-kompitu prinċipali tagħha huwa li timmaniġġja, f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ seba’ Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni, l-azzjonijiet tal-UE fl-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni, il-kompetittività tal-SMEs, l-ambjent u l-azzjoni klimatika, l-affarijiet marittimi u s-sajd.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-aġenzija

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR)

36,4

35,8

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (3)

373

417

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Aġenzija jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Aġenzija li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Aġenzija għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Dan l-eżaminar ikopri l-kategoriji kollha ta’ pagamenti minbarra pagamenti bil-quddiem fil-punt meta jsiru. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Aġenzija taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

16.

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f’ammont ta’ EUR 1 250 000, jiġifieri 33 % (2015: EUR 998 324, jiġifieri 14 %) u għat-Titolu III (appoġġ għall-operazzjonijiet tal-Aġenzija) f’ammont ta’ EUR 2 550 000, jiġifieri 62 % (2015: EUR 4 miljun, jiġifieri 65 %). Għat-Titolu II, dawn huma prinċipalment relatati mal-kera (EUR 0,6 miljun) u mal-akkwist ta’ ħardwer li kien għadu ma ġiex ikkonsenjat sa tmiem is-sena (EUR 0,5 miljun). Ir-riporti għat-Titolu III huma relatati ma’ evalwazzjonijiet mill-esperti esterni u mal-monitoraġġ tal-Programm Life (EUR 1,5 miljun), ma’ verifikazzjonijiet ex post li għadhom għaddejjin (EUR 0,5 miljun), u ma’ servizzi tal-IT (EUR 0,5 miljun) li kienu ordnati fl-2016 iżda li ġew fornuti parzjalment biss u ma kinux ġew fatturati sa tmiem is-sena. L-Aġenzija tista’ tqis il-possibbiltà li tintroduċi approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati biex jiġu riflessi aħjar kemm in-natura pluriennali tal-operazzjonijiet kif ukoll id-dewmien inevitabbli bejn l-iffirmar tal-kuntratti, il-konsenji u l-pagamenti.

17.

Il-kanċellazzjoni ta’ riporti mis-sena preċedenti kienet għolja għat-Titolu I (spejjeż għall-persunal) f’ammont ta’ EUR 32 000, jiġifieri 8,3 %, li jindika li kienet saret stima eċċessiva tal-ħtiġijiet baġitarji.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

18.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-12 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 341, 18.12.2013, p. 73.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.ec.europa.eu/easme/.

(3)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2014

Għalkemm il-baġit inizjali tal-Aġenzija ġie emendat u tnaqqas bi EUR 3 miljun f’Settembru 2014, 91 % biss tal-approprjazzjonijiet baġitarji mnaqqsa ġew impenjati mill-Aġenzija. Din ir-rata baxxa ta’ implimentazzjoni hija prinċipalment spjegata minn sfidi organizzazzjonali u operazzjonali marbuta mal-mandat estiż tal-Aġenzija għall-implimentazzjoni ta’ programmi u kompiti addizzjonali f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni. Minkejja dan, il-konsum insuffiċjenti sinifikanti tal-baġit juri l-ħtieġa li jsir titjib fl-ippjanar baġitarju tal-Aġenzija.

Ikkompletata

2014

Dan huwa rifless ukoll fil-livell għoli u akbar ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2015, li jammontaw għal EUR 3,8 miljun, jiġifieri 17 % (2013: EUR 1,3 miljun, jiġifieri 8 %), prinċipalment relatati mat-Titolu III (Nefqa għall-Appoġġ tal-Programmi) bi EUR 2,6 miljun, jiġifieri 72 % (2013: EUR 0,6 miljun, jiġifieri 35 %) li jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

M/A

2015

L-approprjazzjonijiet impenjati riportati għat-Titolu III (Nefqa għall-Appoġġ tal-Programmi) jammontaw għal EUR 4 miljun, jiġifieri 65 % (2013: EUR 2,6 miljun, jiġifieri 72 %). Ir-riporti huma prinċipalment relatati ma’ kuntratti speċifiċi għal esperti (EUR 3 miljun) u awditi esterni (EUR 0,6 miljun), li minnhom EUR 0,8 miljun ġew iffirmati lejn tmiem l-2015. Dawn ir-riporti huma prinċipalment għal servizzi li għandhom jiġu pprovduti fl-2016.

M/A

2015

F’Diċembru 2015, l-Aġenzija ħallset EUR 2,2 miljun għall-kera tal-uffiċċji tagħha għall-2016 u għal spejjeż assoċjati. Dawn il-pagamenti saru mill-baġit tal-Aġenzija għall-2015 u għalhekk imorru kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità (1).

M/A


(1)  L-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 (ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6).


IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

17.

L-Aġenzija ser twettaq diversi miżuri li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tar-riporti ta' approprjazzjonijiet ta' impenn: (i) iż-żieda tal-ammonti ta' pagamenti bil-quddiem għal servizzi pprovduti mill-OIB u d-DĠ HR (kera, spejjeż ta' sigurtà,….) sal-iktar punt possibbli; (ii) il-monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-baġit bl-għodda tal-IT il-ġdida Bluebell u (iii) it-trasferiment tal-infiq baġitarju tal-esperti esterni għall-programm LIFE mill-baġit amministrattiva għal dak operattiv mill-2018, li konsegwentement ser ikun ġestit bħala approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati.

18.

Il-kanċellazzjoni ta' riporti ta' EUR 32 000 jew 8,3 % kienet limitata għal linja baġitarja partikolari waħda fit-Titolu I (intitolamenti individwali) u l-impatt fuqha ġej mill-fluttwazzjoni fin-numri tal-persunal. Din il-varjabbli hija mistennija li tkun aktar stabbli fil-futur. L-Aġenzija ser tkompli żżomm ir-riporti baxxi kemm jista' jkun filwaqt li tinżamm riżerva żgħira fil-linji kollha li l-ammonti finali li għandhom jitħallsu għalihom ma jkunux magħrufa b'mod preċiż meta jkun qed jitħejja r-riport.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/79


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju

(2017/C 417/12)

INTRODUZZJONI

1.

L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (minn hawn ’il quddiem “l-Uffiċċju”, magħruf ukoll bħala l-“EASO”), li jinsab fil-Belt Valletta, ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) bl-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni prattika dwar kwistjonijiet ta’ asil u li jgħin lill-Istati Membri jwettqu l-obbligi Ewropej u internazzjonali tagħhom biex jagħtu protezzjoni lil nies fil-bżonn. Fil-kuntest tal-kriżi tal-migrazzjoni, l-Uffiċċju ilu jipprovdi appoġġ lill-Greċja u lill-Italja sa mill-2015. Fl-2016, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li ssaħħaħ il-mandat tal-Uffiċċju u li tespandi b’mod konsiderevoli l-kompiti tiegħu biex kwalunkwe dgħufija strutturali li tirriżulta fl-applikazzjoni tas-sistema tal-asil tal-UE tiġi indirizzata (2). It-timijiet tal-Uffiċċju fil-hotspots ukoll ilhom minn Marzu 2016 jaħdmu fuq l-implimentazzjoni operazzjonali tal-Ftehim UE–Turkija u jappoġġaw lis-Servizz tal-Asil Grieg.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Uffiċċju (3).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-uffiċċju

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR) (4)

15,9

53

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (5)

93

125

3.

It-tabella turi li ż-żieda konsiderevoli fil-kompiti tal-Uffiċċju rriżultat f’baġit finali għall-2016 li kien aktar minn tliet darbiet ogħla minn dak tas-sena preċedenti. Minbarra dan, l-għadd ta’ membri tal-persunal disponibbli fl-2016 żdied b’34 %, u s-sistemi u l-proċeduri kienu għadhom fil-proċess li jiġu adattati għaċ-ċirkustanzi l-ġodda.

4.

Jenħtieġ li dan ir-rapport jinqara fil-kuntest ta’ dawn l-isfidi u tal-mandat tal-Qorti li huwa regolat minn standards internazzjonali tal-awditjar.

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

5.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Uffiċċju. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

6.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Uffiċċju, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (6) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (7) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Uffiċċju għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Uffiċċju fil-31 ta' Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu, il-flussi tal-flus tiegħu, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Bażi ta’ opinjoni kwalifikata

9.

Il-Qorti għamlet sejbiet materjali fir-rigward ta’ tnejn minn ħames proċeduri sinifikanti ta’ akkwist mill-2016, li għalihom il-pagamenti ġġarrbu matul is-sena, kif ippreżentat fil-paragrafi 9.1 u 9.2. Dan juri nuqqas ta’ rigorożità fil-proċeduri ta’ akkwist tal-Uffiċċju:

9.1.

Tnejn mit-tliet offerenti li pparteċipaw fi proċedura partikolari ta’ akkwist awditjata, għall-għoti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar taħt kuntratt qafas ta’ servizz li jammonta għal EUR 4 miljun għall-perjodu mill-2016 sal-2020, intalbu jipprovdu informazzjoni addizzjonali fir-rigward tal-istess kriterji tal-għażla. Għalkemm l-ebda wieħed minnhom ma ppreżenta l-informazzjoni mitluba (is-CVs tal-persuni li kellhom iwettqu l-kompitu fil-bini tal-EASO), wieħed minnhom biss ġie eskluż mill-proċedura għal din ir-raġuni. L-ieħor ingħata l-kuntratt għaliex qal li kien biħsiebu jipprovdi s-CVs rilevanti wara l-għoti tal-kuntratt. Għalhekk, il-proċedura ta’ akkwist ma kinitx tikkonforma mal-prinċipju tat-trattament indaqs, u l-kuntratt ingħata lil offerent li ma kienx jissodisfa l-kriterji kollha tal-għażla. Għalhekk, il-kuntratt qafas u l-pagamenti assoċjati għall-2016, li ammontaw għal EUR 920 561, huma irregolari.

9.2.

Fi Frar 2016 l-Uffiċċju ta, b’mod dirett, kuntratt qafas (FWC) li ammonta għal EUR 3,6 miljun għal servizzi interim ta’ appoġġ fir-rispons tiegħu għall-kriżi tal-migrazzjoni, għal perjodu ta’ 12-il xahar. L-FWC ingħata lil operatur ekonomiku uniku li kien intgħażel minn qabel, mingħajr ma ġiet applikata l-ebda waħda mill-proċeduri ta' akkwist stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju tal-UE (8). Għalhekk l-għoti ma kienx f’konformità mar-regoli rilevanti tal-UE, u l-pagamenti assoċjati għall-2016, li ammontaw għal EUR 592 273, huma irregolari.

10.

L-ammonti involuti fir-rigward tal-kwistjonijiet deskritti fil-paragrafi 9.1 sa 9.2 jirrappreżentaw 2,9 % tan-nefqa totali tal-Uffiċċju għall-2016.

Opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tagħna, bl-eċċezzjoni tal-effetti tal-kwistjonijiet deskritti fil-paragrafu 9 tal-Bażi ta’ opinjoni kwalifikata, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta' dawk inkarigati mill-governanza

12.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta' standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Uffiċċju jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

13.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Uffiċċju li jkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma' negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta' negozju avvjat.

14.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta' rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta' bażi

15.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Uffiċċju jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta' kwittanza rispettivi oħra b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta' konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta' dawn il-kontijiet.

16.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

17.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Uffiċċju għall-ġbir ta' tariffi u ta' introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

18.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta' pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Dan l-eżaminar ikopri l-kategoriji kollha ta' pagamenti minbarra pagamenti bil-quddiem fil-punt meta jsiru. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Uffiċċju jaċċetta l-ġustifikazzjoni billi japprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

19.

Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Uffiċċju kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (9).

20.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

21.

F’Awwissu 2016, l-Uffiċċju nieda proċdura miftuħa (ħames lottijiet) biex jagħti FWC sabiex ikopri l-ħtiġijiet tiegħu għall-medjaturi kulturali/interpreti f’pajjiżi differenti. L-ammont totali tal-FWC għall-erba’ lottijiet li ġew iffirmati u awditjati (il-Lottijiet 2 sa 5) kien ta’ EUR 60 miljun fuq erba’ snin. Dawn l-erba’ lottijiet ingħataw lill-istess offerent bħala l-ewwel kuntrattur fil-katina. Dan il-kuntrattur issodisfa r-rekwiżiti finanzjarji tal-kriterji tal-għażla (fatturat annwali ta’ EUR 1 000 000) għajr għal waħda mit-tliet snin ta’ qabel, li għaliha kuntratt ta’ fejda ġie ffirmat ma’ organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ li impenjat lilha nfisha li tagħmel il-“fatturat” tagħha disponibbli għall-kuntrattur. Ir-Regolament Finanzjarju jippermetti li jkun hemm dipendenza fuq il-kapaċitajiet finanzjarji u ekonomiċi ta’ entitajiet oħrajn. Madankollu, f’dan il-każ mhuwiex ċar kif il-“fatturat” ta’ din l-entità tista’ ssir disponibbli u lanqas, fid-dawl tan-natura tal-attivitajiet tagħha, jekk hija tistax tappoġġa t-twassil tas-servizzi li jridu jiġu pprovduti. L-Uffiċċju kien imissu rrifjuta l-offerta billi din ma ddimostratx konformità mar-rekwiżiti tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja tal-offerenti. B’konsegwenza ta’ dan, il-kuntratt qafas u l-pagamenti kollha relatati huma irregolari (ma sarux pagamenti fl-2016).

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

22.

Fil-laqgħa speċjali tal-Kunsill Ewropew fit-23 ta’ April 2015 u l-pjan fuq 10 punti dwar il-migrazzjoni li ġie adottat mill-Ministri tal-Affarijiet Barranin u tal-Intern fl-20 ta’ April 2015, l-Istati Membri ntalbu jiżguraw li jittieħdu l-marki tas-swaba’ tal-migranti kollha. Biex dan ir-rekwiżit jiġi ssodisfat, kien hemm ħtieġa urġenti li tiżdied il-kapaċità tal-awtoritajiet Griegi li jieħdu l-marki tas-swaba’. Il-Kummissjoni assenjat dan il-kompitu lill-Uffiċċju. Dan kien jirrikjedi x-xiri u d-donazzjoni sussegwenti, lill-Istat Grieg, ta’ 90 magna għall-iskennjar tas-swaba’ u 90 kompjuter (tagħmir) kompatibbli għal ammont ta’ EUR 1,1 miljun, taħt ftehim ta’ għotja bejn il-Kummissjoni u l-Uffiċċju. Il-ftehim ta’ għotja kien jirrikjedi li t-tagħmir jitwassal lid-Diviżjoni tal-IT tal-pulizija f’Ateni u minn hemm jiġi distribwit għall-hotspots li jinsabu fuq il-Gżejjer Griegi. Id-deskrizzjoni tal-azzjoni kienet tirrikjedi li l-persunal tal-Uffiċċju jkun fuq il-post biex jiżgura li t-twassil, l-installazzjoni u t-trasferiment sussegwenti tas-sjieda lill-pulizija Griega jsiru kif suppost. Madankollu, il-persunal tal-Uffiċċju ma kienx fuq il-post biex jissodisfa dan ir-rekwiżit, u kien biss f’Lulju 2017 li waslet il-konferma mingħand l-awtoritajiet Griegi rilevanti li t-tagħmir kien twassal fil-hotspots fi Frar u lejn il-bidu ta’ Marzu 2016, u li dan kien qed jintuża għall-iskop intenzjonat tiegħu.

23.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jitolbu bil-miktub dettalji tal-elementi kostitwenti tal-prezz jew il-kost, jekk dawn jidhru li huma baxxi b'mod anormali, u għandhom jagħtu lill-offerent l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu (10). Għal tnejn mil-lottijiet (il-Lottijiet 3 u 5) għall-akkwist ta’ medjaturi/interpreti kulturali f’pajjiżi differenti (ara wkoll il-paragrafu 21), l-Uffiċċju rċieva offerti finanzjarji li kienu, rispettivament, 50 % u 31 % aktar baxxi mill-offerti l-aktar baxxi ta’ qabilhom. Filwaqt li dan huwa indikattiv tal-fatt li l-offerti kienu anormalment baxxi, l-Uffiċċju ma qiesx li kien hemm ħtieġa li jitlob xi spjegazzjoni ulterjuri mingħand l-offerent f’dan ir-rigward.

24.

Fir-rapport tal-awditjar tiegħu datat Ottubru 2016, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) enfasizza l-fatt li ma hemmx ippjanar adegwat għall-proċeduri ta' akkwist għan-nefqa amministrattiva, u li l-monitoraġġ tal-proċeduri u tal-kuntratti speċifiċi li ġew konklużi taħt kuntratti qafas huwa dgħajjef. L-Uffiċċju u l-IAS qablu dwar pjan għat-teħid ta’ azzjoni korrettiva.

25.

Fl-2016, l-Uffiċċju ffaċċja bosta sfidi fl-ambjent operattiv tiegħu, li kienu jinkludu mhux biss żieda sostanzjali fil-baġit tiegħu u espansjoni tal-kompiti tiegħu, iżda wkoll żieda sinifikanti fl-għadd ta’ tranżazzjonijiet, bidla fl-uffiċjal tal-kontabbiltà (kontabilist) b’bosta soluzzjonijiet interim u l-introduzzjoni ta’ sistema tal-fluss tax-xogħol mingħajr karti. Din is-sitwazzjoni ta’ bidla u instabbiltà konsiderevoli la ġiet mitigata permezz ta’ validazzjoni mill-ġdid tas-sistema kontabilistika u lanqas permezz tal-introduzzjoni ta’ sistema ta’ verifikazzjonijiet ex post regolari tat-tranżazzjonijiet (11).

26.

Fl-2014, il-Kummissjoni, f’isem aktar minn 50 Istituzzjoni u korp tal-UE inkluż l-Uffiċċju, iffirmat ftehim qafas ma’ kuntrattur partikolari għall-akkwiżizzjoni ta’ softwer, liċenzji u l-forniment ta’ manutenzjoni u appoġġ. Il-kuntrattur qafas jaġixxi bħala intermedjarju bejn l-Uffiċċju u l-fornituri li jistgħu jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-Uffiċċju. Għal dawn is-servizzi intermedjarji, il-kuntrattur qafas huwa intitolat li japplika żidiet ta’ minn 2 % sa 9 % fuq il-prezzijiet tal-fornituri. Fl-2016, il-pagamenti totali li saru lill-kuntrattur qafas ammontaw għal EUR 534 900. L-Uffiċċju ma qabbilx sistematikament il-prezzijiet u ż-żidiet iddebitati mal-kwotazzjonijiet u mal-fatturi li nħarġu mill-fornituri lill-kuntrattur qafas.

KUMMENTI DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA U DWAR IL-PRESTAZZJONI

27.

Evalwazzjoni esterna tal-prestazzjoni tal-Uffiċċju fil-perjodu 2011 sa 2014 tħejjiet f’isem il-Kummissjoni, u r-rapport finali ġie ppreżentat f’Diċembru 2015. Hija kkonfermat ir-rilevanza tal-missjoni u tal-kompiti tal-Uffiċċju, u kkonkludiet li kumplessivament il-kompiti ewlenin tiegħu kienu ġew implimentati b’mod effettiv u li l-maġġoranza tar-riżultati mistennija kienu nkisbu. L-evalwazzjoni rreferiet ukoll għal ħtieġa li tiżdied l-effiċjenza tal-operazzjonijiet u li jiġu żgurati aktar il-kooperazzjoni u l-koerenza ta’ attivitajiet mal-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-UE kif ukoll dawk internazzjonali li jaħdmu fuq kwistjonijiet ta’ migrazzjoni. L-Uffiċċju qed jimplimenta pjan ta’ azzjoni li ntlaħaq qbil dwaru mal-Bord ta’ Tmexxija fid-dawl tal-mandat estiż tiegħu, u r-rapport finali ta’ implimentazzjoni tiegħu huwa ppjanat li jinħareġ f’Ġunju 2017.

28.

L-Uffiċċju xtara u installa 65 kontejner li għandhom jintużaw bħala uffiċċji mobbli fil-hotspots Griegi u Taljani għal ammont totali ta’ EUR 852 136. Xi wħud mill-kontejners tpoġġew f’post fejn kontejners simili, li ma kinux il-proprjetà tal-Uffiċċju, nqerdu aktar tard minn irvellijiet. L-Uffiċċju ma kopriex il-kontejners kontra dan ir-riskju permezz ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni.

29.

L-Uffiċċju ma rkuprax ir-riċevibbli dovuti kollha tiegħu b’mod f’waqtu. Ir-rimborżi tal-VAT għas-snin 2014 (EUR 180 919) u 2015 (EUR 245 960) baqgħu ma ġewx irkuprati sa tmiem l-2016.

ĠESTJONI BAĠITARJA

30.

Il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) li ġew riportati kien għoli f'ammont ta' EUR 2,5 miljun, jiġifieri 43,9 % (2015: EUR 1 076 583, jiġifieri 36,9 %). Ir-riporti huma prinċipalment relatati ma’ infrastruttura tal-IT, traduzzjonijiet u pubblikazzjonijiet, konsulenza dwar in-negozju u spejjeż tal-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija li għalihom il-kuntratti ġew iffirmati lejn tmiem l-2016 u/jew il-fatturi nħarġu fl-2017.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

31.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-17 ta’ Ottubru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

(2)  COM(2016) 271 final.

(3)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Uffiċċju hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: www.easo.europa.eu.

(4)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq approprjazzjonijiet ta' pagament.

(5)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Uffiċċju.

(6)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(7)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(8)  L-Artikolu 104 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1), jipprovdi li l-proċeduri tal-akkwisti għall-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni jew kuntratti pubbliċi, inklużi kuntratti qafas, għandhom jieħdu waħda mill-forom elenkati f’dak l-artikolu.

(9)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

(10)  L-Artikolu 151 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(11)  Bl-eċċezzjoni tat-tranżazzjonijiet li saru taħt ftehimiet ta’ delega mal-Kummissjoni.


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2012

Hemm lok għal titjib fit-trasparenza tal-proċeduri ta' reklutaġġ: ma kien hemm l-ebda evidenza li l-ponderazzjonijiet u l-punteġġi ta’ livell limitu biex wieħed jiġi mistieden għal intervisti u jitpoġġa fuq il-lista ta’ riżerva ġew issettjati qabel l-eżaminar tal-applikazzjonijiet, jew li l-mistoqsijiet għall-intervisti u t-testijiet bil-miktub ġew issettjati qabel l-eżaminar tal-applikazzjonijiet.

Ikkompletata

2013

Mill-għadd totali ta' pagamenti, 446 (18 %) saru wara l-limiti ta' żmien issettjati fir-Regolament Finanzjarju. Id-dewmien medju għal pagamenti tardivi kien ta' 21 jum.

Pendenti (1)

2013

Mis-16-il standard ta’ kontroll intern, 6 għadhom ma ġewx implimentati bis-sħiħ.

Għadha għaddejja (2)

2013

Hemm lok għal titjib fit-trasparenza tal-proċeduri ta' reklutaġġ: il-mistoqsijiet għall-intervisti u t-testijiet bil-miktub ġew abbozzati wara eżaminar tal-applikazzjonijiet, li jżid ir-riskju li l-mistoqsijiet jiġu influwenzati minn applikazzjonijiet individwali; il-kumitati tal-għażla mhux dejjem taw punteġġi lill-kriterji kollha tal-għażla inklużi fl-avviżi ta' postijiet battala; id-dikjarazzjoni dwar il-kunflitt ta' interess iffirmata mill-membri tal-kumitat tal-għażla tqis biss relazzjoni personali bħala kunflitt potenzjali ta' interess u teskludi b'mod espliċitu relazzjonijiet professjonali; fil-każ ta' proċedura speċifika ta' reklutaġġ, ġiet innutata diskrepanza bejn kriterju ta' eliġibbiltà indikat fl-avviż ta' post battal u l-kriterju tal-għażla korrispondenti, li kien jikkonċerna l-għadd ta' snin ta' esperjenza professjonali dokumentata.

Ikkompletata

2014

L-Uffiċċju għamel 1 062 (28,6  %) pagament wara l-limiti ta' żmien issettjati fir-Regolament Finanzjarju. Id-dewmien medju għal pagamenti tardivi kien ta' 24 jum.

Pendenti (1)

2014

L-Uffiċċju għandu dawran għoli tal-persunal, 14-il membru tal-persunal ħallew l-Uffiċċju fl-2014, inklużi 4 f'pożizzjonijiet ewlenin. Dan id-dawran għoli tal-persunal joħloq riskju konsiderevoli għall-ilħuq tal-objettivi ssettjati fil-programm ta' ħidma annwali u pluriennali.

Għadha għaddejja (3)

2014

Skont deċiżjoni mid-Direttur Eżekuttiv, il-parteċipanti f'laqgħat organizzati mill-EASO huma klassifikati f'waħda mit-tliet kategoriji (A, B jew C) għal rimborżi tal-ispejjeż. Ir-rimborżi totali tal-2014 lill-parteċipanti fil-laqgħat ammontaw għal EUR 997 506 . Il-parteċipanti tal-Kategorija“A”, li huma mistennija jassumu rwol speċifiku fil-laqgħat, jircievu rimborż b'rata fissa għall-ispejjeż għall-ivvjaġġar u s-sussistenza ta' kuljum, filwaqt li l-parteċipanti tal-Kategorija“B” jirċievu rimborż b'rata fissa għall-ispejjeż għall-ivvjaġġar biss. Il-parteċipanti tal-Kategorija“C” ma huma eliġibbli għall-ebda rimborż. L-għadd ta' parteċipanti klassifikati bħala riċevituri ta' rimborżi tal-Kategorija“A” żdiedu minn 61 % fl-2013 għal 69 % fl-2014. Ma hemm l-ebda dokumentazzjoni li tiġġustifika l-klassifikazzjoni tal-parteċipanti fit-tliet kategoriji.

Għadha għaddejja (4)

2015

L-Uffiċċju impenja EUR 14,5  miljun biss, jiġifieri 93,7  % tal-baġit approvat (2014: EUR 12,4  miljun, jiġifieri 84,7  %). Il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) kien għoli f'ammont ta' EUR 1 076 583 , jiġifieri 36,9  % (2014: EUR 635 492 , jiġifieri 28,7  %). Ir-riporti huma prinċipalment relatati ma' servizzi ta' konsulenza għal żviluppi fl-ICT ikkuntrattati fl-aħħar tliet xhur tal-2015 (EUR 0,4  miljun) u ma' investimenti fl-infrastruttura tal-IT (EUR 0,3  miljun), fid-dawl tar-reklutaġġ mistenni ta' persunal addizzjonali wara d-deċiżjoni tal-awtorità baġitarja, fi tmiem l-2015, li tkabbar it-tabella tal-persunal.

M/A

2015

Id-Direttur tal-Uffiċċju approva politika ġdida għar-reklutaġġ ta' aġenti temporanji u kuntrattwali f'Novembru 2015. Il-politika l-ġdida tindirizza l-biċċa l-kbira mill-kwistjonijiet li ġew identifikati mill-Qorti matul awditi fil-passat. L-implimentazzjoni tagħha se tingħata segwitu fl-2016 meta huwa mistenni li jkun hemm għadd sinifikanti ta' persunal reklutat.

Ikkompletata


(1)  Fl-2016, l-Uffiċċju għamel 2 007, jiġifieri 41,29 % (2015: 1 024, jiġifieri 29,2 %) pagamenti wara l-limiti ta' żmien issettjati fir-Regolament Finanzjarju. Id-dewmien medju għal pagamenti tardivi kien ta' 35 (2015: 29) jum.

(2)  Fi tmiem l-2016, ICS wieħed kien għad irid jiġi implimentat.

(3)  Kien hemm 17-il membru tal-persunal li ħallew l-Uffiċċju fl-2016, u ġew reklutati 70 ġodda. L-Uffiċċju rċieva 50 post ġdid skont it-tabella tal-persunal għall-2016.

(4)  Fl-2015, ir-rimborżi lill-parteċipanti tal-laqgħat ammontaw għal EUR 987 515. L-għadd ta' parteċipanti klassifikati bħala riċevituri ta' rimborżi tal-Kategorija“A” naqsu minn 69 % fl-2014 għal 52 % fl-2015. Fl-2016, ir-rimborżi lill-parteċipanti tal-laqgħat ammontaw għal EUR 1 012 147. L-għadd ta' parteċipanti klassifikati bħala riċevituri ta' rimborżi tal-Kategorija“A” naqsu minn 52 % fl-2015 għal 37 % fl-2016.


IR-RISPOSTA TAL-UFFIĊĊJU

9.1.

L-Uffiċċju jieħu nota tal-osservazzjoni tal-Qorti, madankollu, l-EASO ħa d-deċiżjoni tiegħu bbażata fuq il-fatt li l-kumpanija li ntgħażlet kienet l-unika waħda bil-kapaċità eżistenti li tissodisfa l-obbligi kuntrattwali.

9.2.

L-Uffiċċju jieħu nota tal-osservazzjoni tal-Qorti u ser jiżgura li jevita sitwazzjonijiet simili fil-futur. L-azzjonijiet tal-EASO kienu fil-kuntest ta' urġenza estrema marbuta mal-kriżi tar-refuġjati li kienet fl-aqwa tagħha f'dak iż-żmien, intensifikata bin-neċessità li jiġu implimentati d-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-kompiti ta' emerġenza fdati lill-Uffiċċju u li jiġi kkumpensat in-nuqqas ta' esperti fl-Istati Membri.

Il-kuntrattur li ntgħażel taħt dawn iċ-ċirkostanzi estremi kien l-istess wieħed li qabel kien ikkuntrattat minn aġenzija oħra tal-UE li tinsab il-Greċja. L-EASO bbaża fuq il-kontrolli ta' eliġibbiltà u ta' kapaċità finanzjarja mwettqa mill-Aġenzija. Id-deċiżjoni kienet dokumentata u approvata f'talba ta' eċċezzjoni.

Sadanittant, l-EASO nieda proċedura miftuħa ġdida ta' sejħa għall-offerti għall-għoti ta' kuntratt qafas ġdid.

21.

L-Uffiċċju jieħu nota tal-opinjoni tal-Qorti. L-EASO stinka biex jopera fi ħdan id-dispożizzjoni applikabbli. Il-każistika dwar entitajiet dipendenti u separati tħalli lok għal interpretazzjoni, u l-EASO emmen li kien aġixxa b'mod konformi.

22.

L-EASO wieġeb għall-ħtieġa urġenti biex tiżdied il-kapaċità għat-teħid tal-marki tas-swaba' fil-Greċja billi akkwista t-tagħmir u wasslu għand il-Pulizija Griega fit-12 ta' Frar 2016 u t-2 ta' Marzu 2016.

Għaldaqstant kellu jibda l-proċedura qabel il-firma tal-għoti tal-kuntratt li ġie ffirmat fit-3 ta' Marzu 2016. Ma kienx possibbli għall-persunal tal-EASO biex ikun fuq il-post biex jikkonferma l-installazzjoni tat-tagħmir EURADAC minħabba li l-għoti ġie iffirmat wara li t-tagħmir kien diġà wasal, u l-pulizija kienet diġà bdiet il-proċess tat-tqassim tagħhom lejn il-hotspots.

L-Uffiċċju l-ewwel kien talab formalment konferma tal-wasla u l-installazzjoni tat-tagħmir fil-Hotspots fit-23 ta' Mejju 2016 mill-awtoritajiet Griegi iżda din irċeviha biss fl-20 ta' Lulju 2017.

23.

L-Uffiċċju jieħu nota tal-osservazzjonijiet tal-Qorti.

24.

L-Uffiċċju jieħu nota tal-kumment tal-Qorti u jirreferi għall-fatt li ħafna mill-azzjonijiet inklużi fil-pjan kienu ġew implimentati diġà.

25.

L-Uffiċċju jieħu nota tal-kumment tal-Qorti iżda jirreferi għall-fatt li kienet ħarġet opinjoni pożittiva dwar il-kontijiet minn awditur estern indipendenti. Minkejja dan, il-validazzjoni mill-ġdid tas-sistema tal-kontabilità hi ppjanata għall-2017. Ser tiġi kkunsidrata strateġija ta' verifika ex-post fit-terminu medju.

26.

L-Uffiċċju jieħu nota tal-kumment tal-Qorti u informa lill-Qorti li f'konformità mal-fehma tal-ECA dwar il-kwistjoni li jiġi introdott kontroll sistematiku, l-Uffiċċju se jintroduċi kontrolli sistematiċi għal kull kwotazzjoni 'l fuq minn EUR 135 000 mill-1 ta' Jannar 2018.

28.

L-Uffiċċju jieħu nota tal-kumment tal-Qorti iżda jirreferi għall-fatt li l-Maniġment tal-EASO ddeċieda li ma kienx kosteffettiv biex tinkiseb assigurazzjoni.

29.

Kien hemm bidla imposta mill-Awtoritajiet Nazzjonali minn rifużjonijiet tal-VAT annwali għal dawk ta' kull tliet xhur li rriżultat fi ħtieġa li jissottomettu mill-ġdid talbiet għal rimborżi tal-VAT għas-snin 2014 u 2015 fuq bażi ta' kull tliet xhur.

30.

L-Uffiċċju jieħu nota tal-kumment tal-Qorti iżda jirreferi għall-fatt li minħabba emendi tal-baġit matul it-tieni nofs tas-sena, ġew akkumulati pagamenti għall-impenji rispettivi akkumulati matul l-aħħar tliet xhur u dan irriżulta fl-effetti msemmija mill-Qorti.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/87


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 flimkien mar-risposta tal-Awtorità

(2017/C 417/13)

INTRODUZZJONI

1.

L-Awtorità Bankarja Ewropea (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”, magħrufa wkoll bħala l-“EBA”), li tinsab f’Londra, ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu tal-Awtorità huwa li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ standards u prattiki regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja, li tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti, li tistimula u tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet fost l-awtoritajiet kompetenti, li timmonitorja u tivvaluta żviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha u li ssaħħaħ il-protezzjoni tad-depożitur u tal-investitur.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Awtorità (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Awtorità

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR)

33,4

36,5

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (3)

156

161

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Awtorità. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Awtorità, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Awtorità għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Awtorità fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Awtorità, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Awtorità jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Awtorità li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Awtorità jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Awtorità għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Awtorità taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Fit-tħejjija ta’ dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Awtorità kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (6).

Osservazzjonijiet

16.

Mingħajr ma tixħet dubju fuq l-opinjoni tagħha, il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit (UK) innotifika lill-Kunsill Ewropew dwar id-deċiżjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Ftehim li jistipula l-arranġamenti għall-ħruġ tiegħu se jiġi nnegozjat. Il-kontijiet proviżorji u n-noti relatati tal-Awtorità, li tinsab f’Londra, tħejjew bl-użu tal-informazzjoni limitata disponibbli fid-data tal-iffirmar (it-28 ta’ Frar 2017).

17.

Bil-ħsieb tad-deċiżjonijiet li għad iridu jittieħdu dwar ir-rilokazzjoni tal-Awtorità fil-futur, hija ddivulgat bħala obbligazzjonijiet kontinġenti fir-Rapporti Finanzjarji, l-ispiża residwa tagħha ta’ EUR 14-il miljun relatata mal-kuntratt għal-lokazzjoni tal-uffiċċju (bis-suppożizzjoni li dan jiġi kkanċellat sa tmiem l-2020), kif ukoll il-fatt li hemm spiża potenzjali oħra assoċjata ma’ dan l-ispostament, bħal pereżempju r-rilokazzjoni tal-persunal flimkien mal-familji tagħhom, li għad ma tistax issir stima tagħha. Barra minn hekk, perċentwal ta’ 40 % tal-baġit tal-Awtorità huwa ffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea filwaqt li perċentwal ta’ 60 % huwa ffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjonijiet diretti mill-Istati Membri tal-UE. Huwa possibbli li, fil-futur, id-dħul tal-Awtorità jonqos b’riżultat tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-UE.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

18.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-12 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Awtorità hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.eba.europa.eu

(3)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Awtorità.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2012

Sabiex tkopri tariffi ogħla tal-iskola, l-Awtorità tagħti lill-persunal li t-tfal tagħhom jattendu l-iskola primarja jew sekondarja kontribuzzjoni għall-edukazzjoni barra mill-allowances għall-edukazzjoni previsti fir-Regolamenti tal-Persunal. Il-kontribuzzjonijiet totali għall-edukazzjoni fl-2012 ammontaw għal madwar EUR 76 000 . Dawn mhumiex koperti mir-Regolamenti tal-Persunal u għalhekk huma irregolari.

Għadha għaddejja (1)

2015

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) kienu għoljin f’ammont ta’ EUR 1 487 794 , jiġifieri 28 % tat-total tal-approprjazzjonijiet impenjati taħt dan it-Titolu (2014: EUR 3 431 070 , jiġifieri 48 %). Dawn jinkludu kwistjoni mhux riżolta rigward il-VAT pendenti li għandha titħallas fuq l-imposta tal-ibbilanċjar, tal-binja l-ġdida tal-Awtorità u fattura li tikkonċerna r-rati tan-negozju mill-Uffiċċju tal-Valwazzjonijiet tar-Renju Unit (valur ikkombinat ta’ EUR 538 938 ).

M/A

2015

Ġew innutati dgħufijiet fl-istimar tal-ħtiġijiet tal-IT, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw servizzi esternalizzati, li jaffettwaw il-ġestjoni baġitarja ta’ spejjeż relatati mill-Awtorità.

M/A


(1)  Sa tmiem l-2016, l-Awtorità kienet iffirmat kuntratti ma’ 23 skola li fihom jattendu t-tfal ta’ membri tal-persunal tagħha.


IR-RISPOSTA TAL-AWTORITÀ

L-Awtorità ħadet nota tar-rapport tal-Qorti.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/92


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru

(2017/C 417/14)

INTRODUZZJONI

1.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (l-ECDC – minn hawn ’il quddiem “iċ-Ċentru”), li jinsab fi Stokkolma, ġie stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompiti prinċipali taċ-Ċentru huma li jiġbor u jxerred data dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-bniedem u li jipprovdi opinjonijiet xjentifiċi dwar dan is-suġġett. Huwa meħtieġ ukoll jikkoordina n-netwerk Ewropew ta’ korpi li jaħdmu f’dan il-qasam.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għaċ-Ċentru (2).

Tabella

iċ-ċifri ewlenin għaċ-ċentru

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR)

58,5

58,2

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (3)

260

260

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll taċ-Ċentru. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet taċ-Ċentru, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet taċ-Ċentru għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja taċ-Ċentru fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu, il-flussi tal-flus tiegħu, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment taċ-Ċentru jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità taċ-Ċentru li jkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet taċ-Ċentru jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri taċ-Ċentru għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u ċ-Ċentru jaċċetta l-ġustifikazzjoni billi japprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Fit-tħejjija ta’ dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet taċ-Ċentru kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (6).

16.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

17.

F’Mejju 2015, id-Direttur ad interim taċ-Ċentru nħatar b’deċiżjoni tal-Bord tal-Amministrazzjoni. Fil-31 ta’ Diċembru 2016, din il-kariga qabżet il-perjodu massimu ta’ sena, li huwa stipulat fir-Regolamenti tal-Persunal, bi tmien xhur. Dan irriżulta wkoll fi 15-il arranġament ad interim addizzjonali għal persunal ieħor.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

18.

Fir-rapport tal-awditjar tiegħu datat Ottubru 2016, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni enfasizza l-fatt li, filwaqt li jirrikonoxxi l-isforzi kontinwati taċ-Ċentru biex dan isaħħaħ il-kontrolli interni tal-akkwist tiegħu, għad hemm dgħufijiet sinifikanti fil-proċess ta’ akkwist. L-IAS ikkonkluda li l-ippjanar u l-monitoraġġ tal-akkwisti huma dgħajfa, u li l-akkwisti mhux dejjem ikunu koperti mill-Programm ta’ Ħidma Annwali jew mid-deċiżjoni ta’ finanzjament. Issir ukoll referenza għar-Rapport tal-Qorti dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2015 u d-dgħufijiet irrappurtati li jaffettwaw it-trasparenza tal-proċeduri ta’ akkwist. Iċ-Ċentru u l-IAS qablu dwar pjan biex tittieħed azzjoni korrettiva.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

19.

Bħal fi snin preċedenti, ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin għat-Titolu III (nefqa operattiva) f’ammont ta’ EUR 7,9 miljun, jiġifieri 41 % (2015: EUR 7,5 miljun, jiġifieri 42 %). Ir-riporti huma prinċipalment relatati ma’ proġetti pluriennali fl-oqsma tal-parir xjentifiku (EUR 2,4 miljun), is-sorveljanza (EUR 1,3 miljun), it-taħriġ fis-saħħa pubblika (EUR 1,4 miljun) u l-IT għas-saħħa pubblika (EUR 2,1 miljun). Iċ-Ċentru jista’ jqis il-possibbiltà li jintroduċi approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati biex jiġu riflessi aħjar kemm in-natura pluriennali tal-operazzjonijiet kif ukoll id-dewmien inevitabbli bejn l-iffirmar tal-kuntratti, il-konsenji u l-pagamenti.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

20.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tad-19 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: www.ecdc.europa.eu.

(3)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta miċ-Ċentru.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2015

Il-Qorti sabet diversi dgħufijiet li jaffettwaw it-trasparenza tal-proċeduri ta’ akkwist li ġew awditjati, bħan-nuqqas ta’ rabta ċara mal-programm ta’ ħidma annwali taċ-Ċentru, sostanzjar insuffiċjenti tal-valur stmat tal-kuntratt jew in-nuqqas ta’ punt ta’ riferiment (soll) finanzjarju għall-valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja tal-offerent.

Għadha għaddejja (1)

2015

Ir-rata kumplessiva ta’ eżekuzzjoni tal-baġit kienet għolja f’livell ta’ 94 % (99 % fl-2014). It-tnaqqis huwa relatat mal-fattur ta’ ponderazzjoni aktar baxx li ġie applikat mill-1 ta’ Ġunju 2014 għal rimunerazzjonijiet fl-Iżvezja u għal dewmien fir-reklutaġġ li rriżulta fi spejjeż għall-persunal li kienu aktar baxxi milli antiċipat.

M/A

2015

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f’ammont ta’ EUR 1,6 miljun, jiġifieri 23 % (2014: EUR 1,5 miljun, jiġifieri 25 %). Dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati mal-akkwist ta’ ħardwer u softwer tal-IT (EUR 0,8 miljun) kif ukoll ma’ servizzi tal-konsulenza immobiljari għal uffiċċji ġodda (EUR 0,3 miljun), li l-pagamenti għalihom huma dovuti biss fl-2016.

M/A

2015

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f’ammont ta’ EUR 7,5 miljun, jiġifieri 42 % (2014: EUR 8,1 miljun, jiġifieri 49 %). Ir-riporti huma prinċipalment relatati ma’ proġetti pluriennali (EUR 5 miljun) u ma’ sostenn tal-IT għal attivitajiet operazzjonali (EUR 1,7 miljun) li ġew pprovduti u mħallsa kif ippjanat.

M/A


(1)  Fl-2016, ġew iffirmati żewġ kuntratti speċifiċi għal ammont totali ta’ EUR 79 000 mingħajr deċiżjoni ta’ finanzjament li ssostnihom.


IR-RISPOSTA TAĊ-ĊENTRU

18.

Iċ-Ċentru jixtieq jikkjarifika li l-ħatra tad-Direttur bħala aġent Direttur saret f'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll mar-Regolament ta' Bażi taċ-Ċentru. Ir-reklutaġġ inizjali għall-kariga ta' Direttur ma kienx ta' suċċess u, għall-finijiet ta' kontinwità operattiva, l-arranġament bħala aġent Direttur ġie estiż lil hinn mil-limitu ta' 12-il xahar. Matul din l-estensjoni, fuq talba tal-Bord ta' Tmexxija l-membru tal-persunal aċċetta li jċedi l-kumpens finanzjarju previst fir-Regolamenti tal-Persunal waqt li jkun qed jokkupa temporanjament kariga bi grad għola.

19.

L-ECDC ħadem mill-ġdid il-format tad-Deċiżjoni ta' Finanzjament tiegħu għal akkwist fil-Programm ta' Ħidma 2017 tiegħu. Ġiet stabbilita proċedura standardizzata għal approvazzjoni interna ta' akkwisti ġodda, li tiżgura li kwalunkwe aġġornament għad-Deċiżjoni ta' Finanzjament ikun approvat mill-Bord ta' Tmexxija tal-ECDC qabel it-tnedija tal-proċedura. L-ECDC qed jagħmel ukoll segwitu tar-rakkomandazzjonijiet ġenerali tal-IAS billi jirrieżamina l-proċeduri interni u l-materjali ta' gwida tiegħu.

20.

Flimkien mal-Qorti tal-Awdituri, iċ-Ċentru ser janalizza bir-reqqa l-vantaġġi/iżvantaġġi tal-introduzzjoni ta' approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati, inklużi r-riskji ta' aktar kumplessità u riżorsi addizzjonali meħtieġa.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/98


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2016 flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2017/C 417/15)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“ECHA”), li tinsab f’Ħelsinki, ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompiti prinċipali tagħha huma li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent kif ukoll il-moviment liberu ta’ sustanzi fis-suq intern filwaqt li jiġu mtejba l-kompetittività u l-innovazzjoni. L-Aġenzija tippromovi wkoll l-iżvilupp ta’ metodi alternattivi għall-istima ta’ perikli relatati ma’ sustanzi.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR) (3)

114,8

110,1

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (4)

572

578

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (5) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Aġenzija jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Aġenzija li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Aġenzija għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Aġenzija taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Fit-tħejjija ta’ dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (7).

Kwistjoni oħra

16.

Mingħajr ma tixħet dubju fuq l-opinjoni tagħha, il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit (UK) innotifika lill-Kunsill Ewropew dwar id-deċiżjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Ftehim li jistipula l-arranġamenti għall-ħruġ tiegħu se jiġi nnegozjat. Il-baġit tal-ECHA huwa ffinanzjat parzjalment minn tariffi li jinġabru mingħand l-operaturi ekonomiċi tal-UE. L-ammont ta’ tariffi jvarja kull sena skont il-volum ta’ reġistrazzjonijiet tas-sustanzi. Huwa possibbli li, fil-futur, id-dħul tal-Aġenzija jonqos b’riżultat tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-UE.

17.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

18.

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati baqgħu għoljin għat-Titolu III (Nefqa operazzjonali għar-REACH) f’ammont ta’ EUR 10,1 miljun, jiġifieri 39 % (2015: EUR 7,3 miljun, jiġifieri 32 %) u huma saħansitra ogħla għat-Titolu IV (Nefqa operazzjonali għall-bijoċidi) f’ammont ta’ EUR 1,3 miljun, jiġifieri 68 % (2015: EUR 1,5 miljun, jiġifieri 74 %). Livell hekk għoli ta’ riporti huwa f’kontradizzjoni mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità. L-Aġenzija tista’ tqis il-possibbiltà li żżid l-użu ta’ approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati biex jiġu riflessi aħjar kemm in-natura pluriennali tal-operazzjonijiet kif ukoll id-dewmien inevitabbli bejn l-iffirmar tal-kuntratti, il-konsenji u l-pagamenti.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLL INTERN

19.

Skont ir-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali, l-ECHA tikkontribwixxi għall-funzjonament tas-suq għal sustanzi u prodotti bijoċidali. Fir-rapport tal-awditjar tiegħu ddatat Novembru 2016, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni kkonkluda li t-tfassil u l-implimentazzjoni prattika tas-sistema ta’ kontroll intern fl-ECHA, fir-rigward tal-proċessi u l-attivitajiet tal-Aġenzija skont ir-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali, huma effettivi u effiċjenti. Għalkemm ma ġewx identifikati dgħufijiet serji, l-IAS identifika li hemm lok għal titjib ulterjuri. L-Aġenzija u l-IAS qablu dwar pjan biex tittieħed azzjoni korrettiva.

KUMMENTI OĦRA

20.

B’kuntrast mal-biċċa l-kbira mill-aġenziji l-oħra, ir-regolament fundatur tal-ECHA ma jirrikjedix b’mod espliċitu li jsiru evalwazzjonijiet esterni perjodiċi tal-attivitajiet tagħha, li huma elementi ewlenin għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

21.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-12 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.echa.europa.eu

(3)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(4)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(5)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(7)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2014

In-nefqa għal proċeduri assoċjati ma’ attività speċifika ġdida tal-Aġenzija, l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-prodotti bijoċidali, fil-prinċipju kellha tkun koperta mill-ħlasijiet għall-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ dawn il-prodotti. Madankollu, il-ħlasijiet miġbura fl-2014 koprew biss 17 % ta’ din in-nefqa u l-parti li kien fadal kienet fil-fatt iffinanzjata minn kontribuzzjonijiet għall-baġit tal-Aġenzija mill-Unjoni (EUR 6,3 miljun) u mill-pajjiżi tal-EFTA (EUR 0,2 miljun) (1).

Għadha għaddejja

2015

L-Aġenzija tħallas 50 % tal-ispiża għall-indukrar ta’ wlied il-persunal wara l-ħin tal-iskola, fl-Iskola Ewropea f’Ħelsinki. Il-kontribuzzjoni tagħha hija limitata għal EUR 1 000 għal kull wild, kull sena, u b’kollox ammontat għal madwar EUR 95 000 fl-2015. Din il-miżura ta’ natura soċjali ġiet approvata fl-2008 mid-Direttur tal-Aġenzija iżda ma ġietx ikkomunikata lill-awtorità baġitarja fil-qafas tal-proċedura tal-baġit (2).

Ikkompletata

2015

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin għat-Titolu IV (Nefqa operazzjonali għall-bijoċidi) f’ammont ta’ EUR 1,5 miljun, jiġifieri 74 %. Huma jikkonċernaw prinċipalment proġett tal-IT fuq skala kbira (EUR 1,4 miljun). Dan il-proġett seta’ jinbeda biss fit-tieni nofs tal-2015 meta kien inġabar biżżejjed introjtu mill-ħlasijiet, għall-finanzjament tiegħu.

M/A


(1)  Il-ħlasijiet miġbura fl-2015 koprew 62 % ta’ din in-nefqa.

(2)  L-Artikolu 1e tar-Regolament Nru 31 (KEE), 11 (KEEA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 45, 14.6.1962, p. 1385).


IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

19.

L-ogħla ammonti riportati ġejjin minn proġetti pluriennali għall-iżvilupp tal-IT u minn kuntratti ta' rapporteur għall-valutazzjoni tas-sustanza li jirrikjedu perjodu statutorju ta' 12-il xahar li jibda mill-adozzjoni tal-pjan ta' azzjoni Komunitarju rikorrenti f'Marzu. Għal tal-aħħar, l-Aġenzija diġà ħolqot linja baġitarja differenzjata għall-2017, li ser tnaqqas ir-rata ta' riporti nominali għall-2017 u lil hinn. Għan-nefqa tal-IT, l-ECHA ser tikkunsidra wkoll il-possibbiltà tal-użu ta' linji baġitarji differenzjati li jmorru 'l quddiem.

20.

Innotat.

21.

Ir-regolament ta' bażi tal-ECHA skeda l-ewwel valutazzjoni esterna tal-Aġenzija għall-2012, ara l-Artikolu 75(2). Il-Kummissjoni debitament wettqet dan ir-rieżami bl-appoġġ ta' kuntrattur estern (PwC). Għalkemm mhux meħtieġ b'mod espliċitu mir-regolament ta' bażi tal-ECHA, f'konformità mal-Linji Gwida tal-UE dwar Valutazzjoni b'Regolamentazzjoni Aħjar (Better Regulation EU Evaluation Guidelines), il-Kummissjoni kkummissjonat studju estern ieħor dwar il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-ECHA (Deloitte and VVA) fl-2016. Ir-rapport tal-konsulent huwa disponibbli hawnhekk:

https://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach_en

Hekk kif il-Kummissjoni tadotta r-rapport tagħha stess dwar ir-rieżami ta' REACH fl-2017, l-ECHA ser timplimenta azzjonijiet ta' segwitu xierqa sabiex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapport formali tal-Kummissjoni.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/104


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2016 flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2017/C 417/16)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija tal-Ambjent Ewropew (l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent) (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“EEA”), li tinsab f’Copenhagen, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 (1). Hija responsabbli mill-istabbiliment ta’ netwerk ta’ osservazzjoni li jipprovdi lill-Kummissjoni, lill-Parlament, lill-Istati Membri u, b’mod aktar ġenerali, lill-pubbliku b’informazzjoni ta’ min joqgħod fuqha dwar l-istat tal-ambjent. Din l-informazzjoni għandha, b’mod partikolari, tippermetti lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni ħalli jissalvagwardjaw l-ambjent u jivvalutaw l-effettività ta’ tali azzjoni.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR)

49,2

50,5

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (3)

219

208

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Aġenzija jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Aġenzija li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Aġenzija għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Aġenzija taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Fit-tħejjija ta’ dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (6).

16.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

17.

L-Aġenzija aġġornat il-Politika tagħha dwar is-Sigurtà fl-2016, iżda ħafna proċeduri interni oħra mhumiex aġġornati. Il-maniġment superjuri approva pjan ta’ azzjoni li jinkludi l-eżaminar u l-aġġornament tal-pjan tal-kontinwità tan-negozju. L-Aġenzija biħsiebha wkoll teżamina l-politika tagħha dwar il-ġestjoni ta’ dokumenti, li hija adottat fl-2009 f’konformità mal-Politika l-ġdida dwar is-Sigurtà. B’mod simili, l-Aġenzija biħsiebha teżamina u taġġorna l-istandards ta’ kontroll intern tagħha, fejn meħtieġ.

18.

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) wettaq awditu tal-prestazzjoni fuq il-proċessi għat-tħejjija tar-Rapport tal-2015 dwar il-Qagħda tal-Ambjent (SOER). Fir-rapport tal-awditjar tiegħu ta’ Lulju 2016, l-IAS ikkonkluda li l-proċessi tas-SOER kienu, b’mod ġenerali, adegwati għall-iskop tagħhom. Madankollu, l-Aġenzija u l-IAS qablu dwar pjan għat-titjib ulterjuri tagħhom.

KUMMENTI DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA U DWAR IL-PRESTAZZJONI

19.

Fl-2014, il-Kummissjoni, f’isem aktar minn 50 Istituzzjoni u korp tal-UE (inkluża l-Aġenzija) iffirmat ftehim qafas (FWC) ma’ kuntrattur għall-akkwist ta’ softwer, liċenzji u l-forniment ta’ manutenzjoni u konsulenza tal-IT, relatati. Il-kuntrattur qafas jaġixxi bħala intermedjarju bejn l-Aġenzija u fornituri li jistgħu jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-Aġenzija. Għal dawn is-servizzi intermedjarji, il-kuntrattur qafas huwa intitolat li japplika żidiet ta’ minn 2 % sa 9 % fuq il-prezzijiet tal-fornituri. Il-FWC jistipula espliċitament li huwa ma jikkonferix dritt esklużiv lill-kuntrattur. Fl-2016, l-Aġenzija u użat dan il-FWC biex tixtri liċenzji tas-softwer għal total ta’ EUR 442 754. Il-biċċa l-kbira minn dawn ix-xirjiet kienu għal prodotti li jappartjenu għal kategorija partikolari li għandha tintuża biss fuq bażi eċċezzjonali, u li għalihom ma ġewx ikkwotati prezzijiet la matul il-proċess tal-offerti u lanqas fil-FWC. Din il-proċedura ma tiżgurax li jkun hemm kompetizzjoni suffiċjenti u lanqas l-applikazzjoni tas-soluzzjoni l-aktar ekonomika. Barra minn hekk, iż-żidiet imposti mill-kuntrattur qafas ma ġewx iċċekkjati b’mod adegwat. L-akbar ordni kienet tikkonċerna t-tiġdid ta’ liċenzji tas-softwer ipprovduti minn rivenditur Skandinavu esklużiv (EUR 112 248). F’dan il-każ, ma kienx hemm ġustifikazzjoni għall-użu tal-FWC, li rriżulta fi spiża għal żieda li ma kinitx neċessarja.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

20.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tad-19 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 120, 11.5.1990, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.eea.europa.eu

(3)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija; tinkludi kemm il-baġit ta’ bażi kif ukoll dak ġenerali.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2012 u 2013

Verifikazzjonijiet (ex ante) fuq il-post, tal-ispejjeż ikklejmjati taħt il-programmi ta’ għotja fil-livell tal-benefiċjarji huma rari (1).

Għaldaqstant, il-kontrolli eżistenti jipprovdu biss aċċertament limitat dwar l-eliġibbiltà u l-preċiżjoni tal-ispejjeż ikklejmjati mill-benefiċjarji.

Ikkompletata (2)

2014

Barra minn hekk, l-awditur intern kien involut kemm fil-verifikazzjonijiet ex ante kif ukoll f’dawk ex post: dawn huma kompiti inkompatibbli. Għandu jiġi osservat li s-sistema ta’ kontrolli ex ante ilha s-suġġett ta’ diskussjoni bejn il-Qorti u l-Aġenzija mill-2012.

Ikkompletata

2014

L-Aġenzija kkuntrattat servizzi supplimentari (backup services), inklużi servizzi tal-email, ma’ fornitur tas-servizzi tal-cloud bl-użu ta’ kuntratt interistituzzjonali akkwistat mid-DIGIT. Il-kundizzjonijiet tal-kuntratt ma jiddefinixxux b’mod adegwat fejn tinstab id-data tal-Aġenzija. Il-kuntrattur irriżerva d-dritt li jittrasferixxi d-data tal-Aġenzija barra miż-żona ġeografika tal-Unjoni Ewropea mingħajr avviż, eż. biex jindirizza kwistjonijiet ta’ latenza, jista’ jkun meħtieġ li data dwar ir-rotot tiġi kkupjata lil ċentri differenti tad-data f’reġjuni differenti. Konsegwentement, l-Aġenzija ma żguratx li l-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, li għalihom hija suġġetta, jiġu ggarantiti u li l-fornitur tas-servizzi jirrispetta bis-sħiħ il-garanziji ta’ privatezza mogħtija permezz tal-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

Ikkompletata (3)

2015

Il-proċeduri ta’ akkwist li ġew awditjati wrew li l-Aġenzija ffirmat kuntratti qafas ma’ kuntrattur wieħed li jintużaw għal diversi servizzi taħt kuntratti speċifiċi bi prezzijiet fissi. B’konsegwenza tat-talba għal offerta bi prezz fiss minn kuntrattur wieħed taħt dawn il-kuntratti, il-kompetizzjoni dwar il-prezz hija newtralizzata u d-dipendenza fuq il-kuntrattur tiżdied. Jenħtieġ li l-Aġenzija tikkonkludi ftehimiet ma’ aktar minn fornitur wieħed permezz tal-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni jew kuntratti diretti ta’ servizz, kull meta jkun possibbli.

Ikkompletata


(1)  Fl-2012 u fl-2011 twettqet verifikazzjoni ex ante waħda biex jiġu ċċekkjati s-sistemi ta’ kontroll ta’ benefiċjarju partikolari. Fl-2010 kienet twettqet verifikazzjoni ex ante waħda biex tiġi ċċekkjata l-eliġibbiltà tal-infiq iddikjarat minn benefiċjarju partikolari.

(2)  Fl-2016, l-Aġenzija wettqet żewġ verifikazzjonijiet ex post fuq il-post ta’ benefiċjarji ta’ għotjiet mill-ETC.

(3)  L-Aġenzija qed timmonitorja l-iżviluppi ġodda fuq bażi kontinwa.


IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

KUMMENTI DWAR KONTROLLI INTERNI

18.

L-Aġenzija żżomm numru sinifikanti ta’ proċeduri aġġornati b’mod regolari li huma disponibbli għall-persunal kollu permezz tal-intranet. Fit-tieni nofs tal-2016, it-taqsima ddedikata lill-Ġestjoni tal-Kwalità kienet riveduta, inkluż ir-reġistru tal-proċeduri. Matul l-2017 il-proċeduri kollha fir-reġistru se jiġu rieżaminati u aġġornati jekk ikun xieraq.

19.

L-EEA tieħu nota tat-tweġiba tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA SODA U DWAR PRESTAZZJONI

20.

Il-kuntratt qafas ta’ servizz inkwistjoni huwa tabilħaqq ir-riżultat ta’ proċedura ta’ akkwist interistituzzjonali li saret mill-Kummissjoni Ewropea għall-iskop preċiż biex ikun realizzat gwadann ta’ effiċjenza, kif stipulat fl-Artikolu 104a (1) tar-regolament finanzjarju, u għaldaqstant, huwa primarjament u direttament ikkonċernat mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda. F’konformità mar-regoli applikabbli relatati mal-organizzazzjoni u l-ġestjoni ta’ proċedura ta’ akkwist interistituzzjonali, l-Aġenzija timpenja ruħha meta tieħu sehem f’din is-sejħa għall-offerti interistituzzjonali li mbagħad tirrinunzja li tagħmel akkwist mill-istess servizzi permezz ta’ kuntratt ieħor. L-impenn għandu l-għan li jiżgura mhux biss it-trasparenza lejn l-offerenti parteċipanti iżda wkoll, u qabel kollox, ir-rispett tal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda, b’mod partikolari fir-rigward tal-prinċipji tal-ekonomija u l-effiċjenza f’termini ta’ riżorsi użati. L-impenn waħdu jipprovdi ġustifikazzjoni adegwata għall-użu tal-kuntratt qafas. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun innotat li ż-żieda applikata fuq il-metodu ta’ distribuzzjoni tal-prodotti ġiet maqbula b’kuntratt bejn il-partijiet filwaqt li l-kuntrattur huwa responsabbli b’kuntratt għall-provvista tal-prodotti u s-servizzi bi prezz li r-relazzjoni tagħhom għall-prezz tas-suq prevalenti għal oġġetti ekwivalenti jibqa’ kostanti. L-Aġenzija se tistaqsi lill-Kummissjoni jekk abbażi tal-volum aggregat ta’ liċenzji li jinxtraw, dawn ikunux jistgħu jiġu promossi għall-kategorija lokali jew korporattiva tal-kuntratt qafas ta’ servizz.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/110


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2016 flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2017/C 417/17)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (minn hawn’il quddiem“l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“EFCA”), li tinsab f’Vigo, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 (1). Il-kompitu prinċipali tal-Aġenzija huwa li torganizza l-koordinazzjoni operattiva tal-attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni tas-sajd mill-Istati Membri sabiex tiġi żgurata applikazzjoni effettiva u uniformi tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR) (3)

9,2

10,0

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (4)

64

64

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (5) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Aġenzija jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Aġenzija li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Aġenzija għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Aġenzija taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Fit-tħejjija ta’ dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (7).

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

16.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-12 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.efca.europa.eu

(3)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(4)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(5)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(7)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2015

L-Aġenzija għadha mhix qed tikkonforma bis-sħiħ mal-Istandards ta’ Kontroll Intern Nru 10 (Kontinwità tan-Negozju), Nru 11 (Ġestjoni tad-Dokumenti) u Nru 12 (Informazzjoni u Komunikazzjoni) (1).

Ikkompletata


(1)  L-Istandards ta’ Kontroll Intern tal-Aġenzija huma bbażati fuq l-istandards ekwivalenti stabbiliti mill-Kummissjoni.


IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

L-Aġenzija ħadet nota tar-rapport tal-Qorti.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/115


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Awtorità

(2017/C 417/18)

INTRODUZZJONI

1.

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”, magħrufa wkoll bħala l-“EFSA”), li tinsab f’Parma, ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Ix-xogħlijiet prinċipali tal-Awtorità huma li tipprovdi t-tagħrif xjentifiku meħtieġ għat-tfassil tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ikel u s-sigurtà tal-ikel, li tiġbor u tanalizza data li tippermetti l-identifikazzjoni u l-immonitorjar tar-riskji, u li tipprovdi tagħrif indipendenti dwar dawn ir-riskji.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Awtorità (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Awtorità

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR) (3)

78,8

79,5

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (4)

434

443

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Awtorità. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Awtorità, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (5) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Awtorità għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Awtorità fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Awtorità, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Awtorità jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Awtorità li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Awtorità jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Awtorità għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Awtorità taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Fit-tħejjija ta’ dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Awtorità kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (7).

16.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

17.

Fir-rapport tal-awditjar tiegħu datat Novembru 2016, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) ikkonkluda li l-kontrolli stabbiliti għall-ġestjoni tal-proġetti tal-IT huma adegwati, iżda semma dgħufijiet sinifikanti fir-rigward tal-governanza tal-IT. Huwa rrakkomanda li tiġi aġġornata l-politika tal-EFSA dwar il-governanza tal-IT, biex jiġi introdott qafas ta’ ġestjoni u reġistru tar-riskji tal-IT fl-organizazzjoni kollha, u biex il-funzjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni tiġi sseparata mill-Unità tal-IT. L-EFSA qablet mal-IAS dwar pjan biex tittieħed azzjoni korrettiva.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

18.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-17 ta’ Ottubru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Awtorità hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.efsa.europa.eu

(3)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(4)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Awtorità.

(5)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(7)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2012

Wara li twettqu valutazzjonijiet tar-riskji ta’ livell għoli permezz ta’ konsultazzjoni esterna fl-2012 u mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni fi Frar 2013, ġew identifikati għadd ta’ riskji kritiċi potenzjali fl-operat tal-kontrolli interni tal-Awtorità, b’mod partikolari fl-oqsma tal-ġestjoni tad-data, tal-kontinwità tan-negozju u tas-sigurtà tal-IT. L-Awtorità bdiet awtovalutazzjoni komprensiva tas-sistema ta’ kontroll intern tagħha fl-2012. Il-proċess għadu għaddej u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi hija ppjanata għall-2013.

Ikkompletata

2015

L-Awtorità għadha ma stabbilietx strateġija ċara u komprensiva ta’ kontroll finanzjarju ex post li tkopri l-oqsma kollha ta’ operat u li tispeċifika l-frekwenza u l-ambitu ta’ dawn il-kontrolli.

Għadha għaddejja (1)


(1)  L-EFSA tinsab fil-proċess li tiżviluppa governanza ta’ assigurazzjoni aħjar u qed tirfina l-Qafas ta’ Kontroll Intern tagħha. B’mod partikolari, l-EFSA approvat u implimentat strateġija ta’ kontroll riveduta bl-użu ta’ valutazzjoni bbażata fuq ir-riskji għall-massa ta’ pagamenti li saru għal laqgħat u missjonijiet xjentifiċi, li se jiġu inkorporati fi proċedura tal-EFSA dwar il-kontroll finanzjarju ex anteex post.


IR-RISPOSTA TAL-AWTORITÀ

5.

L-EFSA tilqa’ l-opinjonijiet mingħajr riżervi maħruġa mill-QEA (ECA – Qorti Ewropea tal-Awdituri) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti tal-kontijiet. Din tagħti prova li s-sistema ta’ kontroll fis-seħħ fl-EFSA tiżgura b’mod adegwat il-konformità ġenerali.

17.

L-EFSA ser timplimenta l-pjan ta’ azzjoni wara l-awditu tal-governanza tal-IAS IT. L-azzjonijiet kollha li jikkonċernaw il-pożizzjonament tal-Funzjoni tas-Sigurtà ta’ Informazzjoni, il-parteċipazzjoni tan-Negozju u l-Istrateġija tal-IT ġew implimentati bis-sħiħ. Għall-Governanza tal-IT, il-maġġoranza tal-azzjonijiet ġew implimentati u l-azzjonijiet li jibqa’ huwa ppjanat li jiġu implimentati sal-aħħar tal-2017.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/120


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Istitut

(2017/C 417/19)

INTRODUZZJONI

1.

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (minn hawn ’il quddiem “l-Istitut”, magħruf ukoll bħala l-“EIGE”), li jinsab f’Vilnius, ġie stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu tal-Istitut huwa li jiġbor, janalizza u jxerred informazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u li jiżviluppa, janalizza, jevalwa u jxerred għodod ta’ metodoloġija sabiex jappoġġa l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politika kollha tal-Unjoni u l-politika nazzjonali li tirriżulta.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Istitut (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Istitut

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR)

7,9

7,8

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (3)

42

45

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Istitut. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Istitut, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Istitut għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Istitut fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu, il-flussi tal-flus tiegħu, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Istitut, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Istitut jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Istitut li jkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Istitut ikunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Istitut għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Istitut jaċċetta l-ġustifikazzjoni billi japprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Fit-tħejjija ta’ dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Istitut kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (6).

16.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

17.

Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati baqa’ għoli għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f’ammont ta’ EUR 1,7 miljun, jiġifieri 51 % (2015: EUR 2,2 miljun, jiġifieri 60 %), prinċipalment relatat ma’ studji li baqgħu għaddejjin anke wara tmiem is-sena. L-Istitut jista’ jqis il-possibbiltà li jintroduċi approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati biex jiġu riflessi aħjar kemm in-natura pluriennali tal-operazzjonijiet kif ukoll id-dewmien inevitabbli bejn l-iffirmar tal-kuntratti, il-konsenji u l-pagamenti.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

18.

Fl-2016, l-Istitut nieda sejħa miftuħa għall-offerti għal kuntratt qafas dwar il-manutenzjoni u l-aġġornament tal-għodod u r-riżorsi tiegħu ta’ statistika dwar is-sessi, għal ammont massimu ta’ EUR 1,6 miljun. Is-sejħa nqasmet f’żewġ lottijiet mingħajr indikazzjoni tal-ammonti speċifiċi għal kull lott. Wara mistoqsija mingħand offerent partikolari, l-Istitut ikkjarifika fuq is-sit web tiegħu li l-ammont massimu għal kull lott kien stmat f’ammont ta’ EUR 800 000. Madankollu, ġew iffirmati żewġ kuntratti qafas separati mal-istess offerent għal ammont massimu ta’ EUR 1,6 miljun għal kull lott, kif ukoll opzjoni ta’ żieda ulterjuri ta’ 50 % fuq l-ammonti għal kull lott, li ppermettew li l-Istitut jiffirma kuntratti speċifiċi matul id-durata massima tal-kuntratti qafas (erba’ snin), għal ammont sa EUR 4,8 miljun, jew tliet darbiet l-ammont li tħabbar fl-avviż dwar kuntratt. Barra minn hekk, fis-sejħa għal offerti, il-kompetizzjoni fil-prezz kienet ibbażata fuq ir-rati ta’ kuljum biss u mhux ukoll fuq iż-żmien meħtieġ biex jiġu kkompletati l-kompiti, u dan ma ppermettiex l-identifikazzjoni u l-għażla tal-offerti l-aktar ekonomikament vantaġġużi u lanqas l-iżgurar tal-aħjar valur għall-flus. Dawn id-dgħufijiet setgħu affettwaw il-kompetizzjoni. Il-pagamenti li saru fl-2016 ammontaw għal EUR 87 920. B’reazzjoni għall-awditu, l-Istitut iffirma emendi għaż-żewġ kuntratti qafas, fejn naqqas l-ammonti massimi għal EUR 800 000 kull wieħed (b’żieda potenzjali ta’ massimu ta’ 50 %).

19.

L-istedina għall-offerti taħt proċedura nnegozjata ma’ offerent uniku, biex jiġu akkwistati manutenzjoni u appoġġ għall-għodod tal-IT u d-databases iffissat il-limitu tal-prezz massimu f’ammont ta’ EUR 81 000 (eskluż il-VAT)għat-tliet outputs kollha ddefiniti, filwaqt li hija speċifikat li kull offerta li taqbeż dan l-ammont ma kinitx se titqies. Wara li rċieva offerta għal tnejn mit-tliet outputs mitluba, l-Istitut iffirma kuntratt ta’ servizz għal prezz ta’ EUR 97 410. Il-pagamenti li saru fl-2016 ammontaw għal EUR 73 057.

KUMMENTI DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA U DWAR IL-PRESTAZZJONI

20.

F’Jannar 2016, l-Istitut ippubblika l-evalwazzjoni esterna tiegħu. Huwa kkonkluda li l-attivitajiet tal-Istitut kienu konsistenti mal-mandat tiegħu u li l-amministrazzjoni kellha prestazzjoni relattivament tajba f’termini ta’ governanza u effiċjenza. Madankollu, l-evalwazzjoni kienet tinkludi bosta rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-operazzjonijiet tal-Istitut, pereżempju billi jissettja prijoritajiet aktar ċari, jimmira l-outputs tiegħu aħjar, jiżviluppa sinerġiji mal-atturi esterni rilevanti u wkoll billi jsaħħaħ ir-rwol tal-Bord ta’ Tmexxija tiegħu u jiċċara r-rwol tal-Forum ta’ Esperti. L-Istitut beda jimplimenta pjan ta’ azzjoni biex jindirizza r-rakkomandazzjonijiet.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tad-19 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Istitut hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: www.eige.europa.eu.

(3)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, aġenti temporanji u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Istitut.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2015

Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati taħt it-Titolu III baqa’ għoli f’rata ta’ 61 % (2014: 54 %). Dan jirriżulta prinċipalment min-natura ta’ attivitajiet tal-Istitut li jinvolvu l-akkwist ta’ studji li jdumu għaddejjin ħafna xhur, spiss jibqgħu sejrin anke wara tmiem is-sena.

M/A


IT-TWEĠIBA TAL-ISTITUT

18.

Il-livell tar-riporti fit-Titolu III baqa' fil-livell mogħti minħabba sfidi sinifikanti imposti fuq il-ħames proġetti konċernati, li wassalhom biex jiġu riportati għall-2017. Id-dewmien fid-deċiżjoni tal-Presidenza tal-Kunsill (wara l-bidla mir-Renju Unit għall-Estonja) u fil-konsultazzjonijiet twal mal-Kummissjoni kellu impatt fuq tnejn minn dawn il-proġetti. Proġetti oħrajn bdew aktar tard milli kien mistenni minħabba t-twassil tardiv ta' proġetti u studji preċedenti li fuqhom kienu bbażati proġetti ġodda, u minħabba li kandidati li ma kellhomx suċċess ma qablux mad-deċiżjoni tal-għoti u għalhekk kellhom jitwettqu evalwazzjonijiet ġodda.

L-EIGE jikkunsidra li minkejja l-isfidi kollha kkawżati minn fatturi ta' forza maġġuri li kellhom impatt negattiv fuq l-implimentazzjoni tal-baġit tal-EIGE, l-EIGE xorta waħda rnexxielu jnaqqas ir-riporti operazzjonali (C1) b'aktar minn 9 % u din hija kisba tajba li ta' min wieħed isemmi.

Fir-rigward tal-approprjazzjonijiet differenzjati, huwa importanti li jiġi kkunsidrat li fil-passat l-EIGE kien skuraġġut milli jintroduċi dan l-approċċ minħabba l-prinċipju tal-annwalità tal-baġit, minkejja li hu se jwettaq analiżi ta' fattibbiltà sabiex jiżviluppa bażi solida għat-teħid ta' deċiżjoni fil-futur dwar jekk għandhomx jiġu introdotti approprjazzjonijiet differenzjati jew le.

19.

L-Istitut jieħu nota tal-kumment tal-Qorti dwar il-kwistjoni li kienet ikkawżata minn żball amministrattiv li minħabba fih l-ammont speċifikat fil-kuntratt qafas għal kull lott ma ġiex emendat kif xieraq. Il-kuntratti qafas iffirmati ma għandhom l-ebda implikazzjoni baġitarja, iż-żewġ lottijiet ingħataw lill-istess kuntrattur u l-kandidati ġew infurmati kif xieraq matul il-fażi tal-offerti.

L-EIGE jippreferi jipproċedi bl-FWC uniku minħabba suq żgħir ħafna ta' kompetizzjoni speċifika li jillimita l-għadd ta' kuntratturi kkwalifikati u b'saħħithom. Is-soluzzjoni ta' FWC uniku tat garanzija aktar b'saħħitha ta' kwalità u kontinwità, għal dan il-proġett ferm speċifiku, li tkun f'riskju kieku kellu jintgħażel approċċ ta' kaskata jew il-ftuħ mill-ġdid ta' kompetizzjoni taħt FWC multipli.

Sabiex ikun konformi mal-prinċipju ta' tmexxija finanzjarja tajba, l-EIGE emenda l-mudelli rilevanti tal-ispeċifikazzjinijiet tekniċi. Fil-frattemp, l-EIGE se jimmitiga r-riskju billi jistabbilixxi numru massimu ta' jiem ta' xogħol f'talbiet fil-futur għal servizzi speċifiċi.

20.

L-Istitut jieħu nota tal-kummenti tal-Qorti. Minħabba l-fatt li l-offerent għandu drittijiet esklużivi għas-softwer użat mill-EIGE, intgħażlet proċedura negozjata eċċezzjonali ma' mistieden wieħed. Matul il-proċedura ta' negozjar saru aġġustamenti fit-talba oriġinali b'servizzi addizzjonali maħsuba biex jissodisfaw il-bżonnijiet li dejjem jiżdiedu tal-EIGE u d-disponibbiltà tal-baġit u minħabba l-fatt li wieħed mit-tliet riżultati inizjalment mitluba mill-EIGE ma setax jiġi implimentat mill-offerent.

21.

L-Istitut jieħu nota tal-kummenti tal-Qorti. Xi azzjonijiet bikrin diġà ġew implimentati bħall-Istrateġija tal-Komunikazzjonijiet u tal-Ġestjoni tal-Għarfien 2016–2018 kif adottata mill-Bord tat-Tmexxija fit-18 ta' Mejju 2016, id-Dokument Uniku dwar il-Programmazzjoni jinkludi azzjonijiet dettaljati dwar il-komunikazzjoni u żieda fil-monitoraġġ tat-teħid, linji bażi għall-kejl tal-indikaturi tal-eżitu ġew stabbiliti fl-2016.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/126


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Awtorità

(2017/C 417/20)

INTRODUZZJONI

1.

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (minn hawn ’il quddiem“l-Awtorità”, magħrufa wkoll bħala l-“EIOPA”), li tinsab fi Frankfurt, ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu tal-Awtorità huwa li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ standards u prattiki regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja, li tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti, li tistimula u tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet fost l-awtoritajiet kompetenti, li timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi fis-suq fil-qasam tal-kompetenzi tagħha u li tippromwovi l-ħarsien tad-detenturi ta’ poloz, u tal-membri u l-benefiċjarji ta’ skemi tal-pensjonijiet.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Awtorità (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Awtorità

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR)

20,2

21,8

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (3)

133

139

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Awtorità. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Awtorità, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Awtorità għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Awtorità fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Awtorità, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Awtorità jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Awtorità li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Awtorità jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Awtorità għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Awtorità taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Fit-tħejjija ta’ dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Awtorità kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (6).

Kwistjoni oħra

16.

Mingħajr ma tixħet dubju fuq l-opinjoni tagħha, il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit (UK) innotifika lill-Kunsill Ewropew dwar id-deċiżjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Ftehim li jistipula l-arranġamenti għall-ħruġ tiegħu se jiġi nnegozjat. Perċentwal ta’ 40 % tal-baġit tal-EIOPA huwa ffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea filwaqt li perċentwal ta’ 60 % huwa ffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjonijiet diretti mill-Istati Membri tal-UE. Huwa possibbli li, fil-futur, id-dħul tal-Awtorità jonqos b’riżultat tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-UE.

17.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-12 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Awtorità hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.eiopa.europa.eu.

(3)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Awtorità.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2014

Il-livell kumplessiv ta’ approprjazzjonijiet impenjati kien għoli f’rata ta’ 95 %. Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati wkoll baqa’ għoli f’ammont ta’ EUR 5,6 miljun, jiġifieri 26 % (2013: EUR 5,2 miljun, jiġifieri 28 %), b’mod partikolari għall-baġit operazzjonali (it-Titolu III) f’ammont ta’ EUR 4,7 miljun, jiġifieri 66 % (2013: EUR 3,7 miljun jew 85 %). Ir-riporti huma prinċipalment relatati ma’ kuntratti speċifiċi b’valur kumulattiv ta’ EUR 2,4 miljun iffirmati lejn tmiem is-sena, b’mod partikolari għall-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ database li kienu għadhom għaddejjin (EUR 1,8 miljun) u servizzi oħra tal-IT li kienu se jiġu pprovduti fl-2015. Parti mill-approprjazzjonijiet impenjati riportati hija relatata ma’ trasferimenti tal-baġit li saru f’Novembru u Diċembru 2014, meta l-Awtorità żiedet il-baġit operazzjonali (it-Titolu III) b’EUR 1,1 miljun (19 %) (1) permezz ta’ trasferimenti mill-baġit għall-persunal (it-Titolu I) ta’ EUR 858 828  (2) u min-nefqa amministrattiva (it-Titolu II) ta’ EUR 266 360  (3). It-trasferimenti kienu intenzjonati li jikkumpensaw għan-nuqqasijiet fil-baġit 2015 tal-Awtorità wara tnaqqis sostanzjali fil-baġit deċiż mill-awtoritajiet ta’ kwittanza. Dawn in-nuqqasijiet ma kinux se jippermettu li l-Awtorità tkompli timplimenta l-istrateġija pluriennali tal-IT tagħha, li kienet waħda mill-attivitajiet operazzjonali ewlenin tagħha.

M/A

2014

Għalkemm it-trasferimenti tal-baġit, ir-riporti u l-impenji relatati huma konformi mad-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament Finanzjarju tal-UE u ġew esegwiti wara deċiżjonijiet tal-Bord Maniġerjali, il-punt sa fejn l-attivitajiet tal-2015 kienu se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tal-2014 imur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità. Hemm il-ħtieġa li l-fondi li jkunu saru disponibbli fil-baġits annwali tal-aġenzija jiġu allinjati aħjar mal-ħtiġijiet finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-istrateġija pluriennali tal-IT tagħha.

Ikkompletata


(1)  2015: EUR 0,6 miljun (16 %)

(2)  2015: EUR 317 737

(3)  2015: EUR 322 737


IR-RISPOSTA TAL-AWTORITÀ

L-Aġenzija ħadet nota tar-rapport tal-Qorti.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/131


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Istitut

(2017/C 417/21)

INTRODUZZJONI

1.

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (minn hawn ’il quddiem “l-Istitut”, magħruf ukoll bħala l-“EIT”), li jinsab f’Budapest, inħoloq bir-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). L-objettiv tal-Istitut huwa li jikkontribwixxi għat-tkabbir u l-kompetittività ekonomiċi fl-Ewropa, b’mod sostenibbli, bit-tisħiħ tal-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea. L-Istitut jagħti għotjiet lil għadd dejjem jikber ta’ “Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni” (KICs), li jorbtu flimkien is-setturi tal-edukazzjoni superjuri, tar-riċerka u tan-negozju u li b’hekk jimmiraw li jagħtu spinta lill-innovazzjoni u l-intraprenditorija. Il-KICs jikkoordinaw l-attivitajiet ta’ mijiet ta’ sħab. L-għotjiet ipprovduti mill-Istitut jirrimborżaw l-ispejjeż tas-sħab u l-ispejjeż li ġejjin mill-attivitajiet ta’ koordinazzjoni tal-KICs.

2.

It-Tabelli 1 sa 3 jippreżentaw iċ-ċifri ewlenin dwar l-evoluzzjoni tal-baġit u ċ-ċifri tal-persunal għall-Istitut (2).

Tabella 1

Iċ-ċifri ewlenin għall-Istitut

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR) (3)

232

283

Total tal-persunal effettiv fil-31 ta’ Diċembru (4)

(postijiet stabbiliti)

50

(62)

59

(63)

Tabella 2

Evoluzzjoni taċ-ċifri ewlenin mill-2011 ’il hawn

Image

Tabella 3

Ċifri ewlenin tal-2016 għall-Istitut, skont l-atturi

Image

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Istitut. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Istitut, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (5) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Istitut għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Istitut fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu, il-flussi tal-flus tiegħu, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta' dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Istitut, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta' standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Istitut jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Istitut li jkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma' negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta' negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta' rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta' bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Istitut ikunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta' kwittanza rispettivi oħra b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta' konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta' dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Istitut għall-ġbir ta' tariffi u ta' introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta' pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Istitut jaċċetta l-ġustifikazzjoni billi japprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Istitut kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (7).

Kwistjoni oħra

Nuqqasijiet sinifikanti fil-proċeduri ta' akkwist tal-Entitajiet Ġuridiċi KIC (KIC LEs)

16.

Il-koordinazzjoni u r-rappreżentazzjoni tal-KICs jitwettqu mill-KIC LEs, li jiġu ffinanzjati kważi kompletament mill-Istitut. Fl-awditu tagħha, il-Qorti tat attenzjoni partikolari lill-proċeduri ta' akkwist imwettqa minn dawn l-entitajiet, li hija tqis bħala qasam ta’ riskju għoli.

17.

Taħt il-Ftehimiet ta’ Għotja tal-2015, il-KIC LEs u/jew is-Sħab tal-KICs iridu jiżguraw li kull akkwist jikseb l-aħjar valur għall-flus jew, fejn xieraq, isir bl-irħas prezz possibbli. Għall-kuntratti kollha li jaqbżu l-ammont ta’ EUR 60 000, il-Ftehim ta’ Għotja jistipula li l-KIC LEs u/jew is-Sħab tal-KICs iridu jistiednu mill-inqas tliet operaturi ekonomiċi biex jippreżentaw offerta, u jridu jiddokumentaw il-proċedura ta' akkwist fejn jiddimostraw it-trasparenza tagħha. Il-Qorti awditjat kampjun ta’ proċeduri ta' akkwist għal valur ta’ madwar EUR 7 miljun, li twettqu mill-KIC LEs u li ġew iffinanzjati kompletament mill-EIT. L-awditu wera dgħufijiet sinifikanti, bħal: għoti dirett ta’ kuntratti, nuqqas ta’ elementi essenzjali fl-offerti, estensjonijiet sinifikanti fiż-żmien u/jew fil-volum tal-kuntratti inizjali, kuntratti illimitati fiż-żmien u/jew fil-volum, jew ponderazzjonijiet tal-kwalità/tal-prezz li jinnewtralizzaw il-kompetizzjoni fuq il-prezz. Il-pagamenti għall-2016 relatati ma’ dawn il-proċeduri ta' akkwist irregolari ammontaw għal EUR 2,2 miljun. L-Istitut kien identifika wkoll id-dgħufijiet fl-akkwist għal KIC LE partikolari u stabbilixxa pjan ta' azzjoni biex itejjeb il-proċeduri ta' akkwist futuri kollha tal-KIC LEs.

18.

Attwalment hemm inċertezza tad-dritt dwar jekk il-KIC LEs jirrappreżentawx awtoritajiet kuntrattwali (8). Jekk dan kien il-każ, dawn ikunu meħtieġa japplikaw ir-regoli tal-akkwist pubbliku kif stabbiliti fid-Direttiva 2004/18/KE dwar l-Akkwist Pubbliku (9) (Direttiva), li huma aktar stretti minn dawk meħtieġa taħt il-Ftehimiet ta’ Għotja. L-Istitut, flimkien mas-servizzi tal-Kummissjoni, qed jiddiskuti l-kwistjoni sabiex jikseb iċ-ċertezza tad-dritt għall-KIC LEs fil-futur.

Kapaċità ta’ trattament tal-volum ta’ xogħol estiż

19.

Minkejja ż-żieda kbira fil-baġit, minn EUR 309 miljun (2008–2013) għal EUR 2,4 biljun (2014–2020), u ż-żieda tal-KICs minn tlieta għal sitta fi tmiem l-2016, l-għadd ta’ postijiet awtorizzati tal-Istitut ma nbidilx b’mod sinifikanti (ara t-Tabella 2). Fir-Rapport Speċjali Nru 4/2016 tagħha (10), il-Qorti ġibdet l-attenzjoni għar-riskju li l-Istitut mhuwiex se jkollu kapaċità suffiċjenti biex jittratta l-volum ta’ xogħol estiż. Id-Direttur interim tal-Istitut irrefera għal dan ir-riskju fir-Rapport Annwali tal-Attività tal-Istitut għas-sena 2015.

20.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

21.

Il-Qorti sabet dgħufijiet relatati ma’ verifikazzjonijiet ex post ta’ proċeduri ta' akkwist li twettqu mill-KIC LEs. Għal mill-inqas KIC LE wieħed, l-għażla ta’ proċeduri ta' akkwist għall-verifikazzjoni ma kinitx tirrappreżenta l-popolazzjoni. Barra minn hekk, il-Qorti laħqet konklużjoni differenti dwar il-legalità u r-regolarità ta’ żewġ proċeduri ta' akkwist. F’dawn il-każijiet, l-Istitut aċċetta l-għoti dirett jew l-estensjoni eċċessiva tal-kuntratti.

22.

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS), fir-rapport tal-awditjar tiegħu “Grant Management: Transition to Horizon H2020” (Ġestjoni tal-Għotjiet: Tranżizzjoni għal Orizzont 2020), li huwa datat Diċembru 2016, ikkonkluda li l-Istitut irnexxielu jadatta l-proċessi tiegħu għar-regoli ta’ Orizzont 2020, u b’mod partikolari għar-Regoli għall-Parteċipazzjoni, u li l-kontrolli tal-Istitut fuq il-proċess tal-bidu tal-operat kienu ġeneralment effettivi fl-appoġġar tal-KICs il-ġodda. L-IAS ikkonkluda wkoll li jenħtieġu azzjonijiet urġenti biex tiġi żgurata applikazzjoni robusta tal-qafas leġiżlattiv ta’ H2020, u biex jittejjeb aktar il-proċess tal-bidu tal-operat tal-KICs il-ġodda. L-Istitut u l-IAS qablu dwar pjan ta’ azzjoni għat-teħid ta’ azzjonijiet korrettivi.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

23.

Il-livell ta' riporti għal approprjazzjonijiet impenjati kien għoli għat-Titolu II f’ammont ta’ EUR 0,4 miljun, jiġifieri 40 % (2015: EUR 0,4 miljun, jiġifieri 44 %). Dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati ma' kuntratti għal servizzi tal-IT li jkomplu wara tmiem is-sena, u għal spejjeż ta’ laqgħat li għalihom kienu għadhom ma ġewx riċevuti l-fatturi.

KUMMENTI DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA U DWAR IL-PRESTAZZJONI

24.

L-għotjiet għall-perjodu 2015 ngħataw biss f’April 2015 u l-Ftehimiet ta’ Għotja ġew iffirmati f’Ġunju 2015 u f’Lulju 2015. Għall-perjodu 2016, l-għotjiet ingħataw u l-Ftehimiet ta’ Għotja ġew iffirmati f’April 2016. Minkejja f’titjib li sar fl-2016, dan id-dewmien fid-deċiżjonijiet dwar l-għoti ta’ għotjiet u fl-iffirmar joħloq inċertezza u jimmina r-rieda tas-sħab biex jimpenjaw ir-riżorsi u jibdew attivitajiet fil-bidu tas-sena.

25.

Is-sejħiet l-aktar reċenti għal KICs ġodda, li l-oqsma tematiċi tagħhom ġew iddefiniti fl-Aġenda Strateġika ta’ Innovazzjoni tal-EIT għas-snin 2014 sa 2020, urew kompetizzjoni limitata. Is-sejħa tal-2014 għal 2 KICs ġodda (Saħħa u Materja Prima) wasslet għal 7 proposti biss. Is-sejħa tal-2016 għal żewġ KICs addizzjonali (Ikel u Manifattura b’Valur Miżjud) irċeviet tliet proposti, filwaqt li l-proposta unika għal KIC ta’ Manifattura b’Valur Miżjud ma ntgħażlitx għal raġunijiet ta’ kwalità.

KUMMENTI OĦRA

26.

Id-Direttur tal-Istitut inbidel erba’ darbiet minn meta dan tal-aħħar inħoloq, fl-2008, sa Lulju 2014. Minn Awwissu 2014 ’il hawn, il-pożizzjoni tad-Direttur, u pożizzjoni maniġerjali oħra minn Frar 2013 ’il hawn, imtlew fuq bażi ad interim. Dan mhuwiex biss f’kontradizzjoni mal-perjodu massimu ta’ sena li huwa ssettjat għal kollokamenti interim fir-Regolamenti tal-Persunal, iżda l-bidliet frekwenti u s-soluzzjonijiet interim fit-tul jikkawżaw ukoll inċertezza għall-partijiet interessati u għall-kontinwità strateġika.

27.

L-Istitut huwa attur importanti fil-programm Orizzont 2020, b’baġit ta’ EUR 2,4 biljun allokat għall-perjodu 2014–2020. Il-Kummissjoni ħolqot Ċentru ta’ Appoġġ Komuni għal Orizzont 2020 sabiex tiżgura l-koerenza fost il-korpi li jimplimentaw il-programm u li jkopru aspetti bħal servizzi legali, għodod tal-IT, ġestjoni tal-għotjiet, tixrid u sfruttament tar-riżultati tar-riċerka, eċċ. Madankollu, billi huwa distint minn korpi oħra bħall-aġenziji eżekuttivi tal-Kummissjoni u s-sħubiji pubbliċi-privati, l-Istitut ma għandux aċċess dirett għaċ-Ċentru ta’ Appoġġ, iżda jeħtieġ approvazzjoni fuq bażi ta’ każ b’każ mid-DĠ Prinċipali tiegħu fil-Kummissjoni. Din il-limitazzjoni taffettwa l-effiċjenza tal-operazzjonijiet tal-Istitut.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

28.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tad-19 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Istitut hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: www.eit.europa.eu

(3)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament.

(4)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Istitut

(5)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(7)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(8)  L-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114).

(9)  L-Artikoli 7 u 9 tad-Direttiva 2004/18/KE li ġiet emendata mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1336/2013.

(10)  Ir-Rapport Speċjali Nru 4/2016: Jeħtieġ li l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija jimmodifika l-mekkaniżmi operazzjonali tiegħu u l-elementi tat-tfassil tiegħu biex jikseb l-impatt mistenni.


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2012

Il-ftehimiet ta’ għotja ma stabbilewx livelli limiti individwali għal kategoriji speċifiċi tal-ispejjeż (jiġifieri spejjeż għall-persunal, subkuntrattar, servizzi legali, eċc.).

Għadha għaddejja (1)

2014

L-Istitut stama b'mod eċċessiv il-ħtiġijiet baġitarji tiegħu għall-2014 b'EUR 13,1  miljun, jiġifieri 5,6  % (2013: EUR 3,4  miljun, jiġifieri 2,5  %) u ġew impenjati biss EUR 220 miljun mill-EUR 233,1  miljun disponibbli. Ir-rata baxxa ta' implimentazzjoni hija prinċipalment relatata ma' approprjazzjonijiet mhux użati għal għotjiet (EUR 11,4  miljun) biex jiġu ffinanzjati l-attivitajiet tal-KICs. Il-pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju tal-KICs, li abbażi tagħhom ġew iffirmati ftehimiet ta' għotja, ma kinux jeħtieġu l-użu tal-approprjazzjonijiet totali tal-2014 li kienu disponibbli għall-Istitut. L-approprjazzjonijiet mhux użati se jerġgħu jiddaħħlu fil-baġits tal-Istitut għas-snin 2015-2017 kif stipulat fir-Regolament Finanzjarju tal-Istitut.

Għadha għaddejja (2)

2014

Filwaqt li l-KICs għandhom jiżviluppaw strateġiji għas-sostenibbiltà finanzjarja, sa issa, u fil-ħames sena tal-eżistenza tagħhom, huma għadhom kompletament dipendenti fuq finanzjament mill-Istitut u mis-sħab tal-KICs.

Għadha għaddejja (3)

2014

Mill-ħolqien tiegħu fl-2009, l-Istitut bata minn dawran frekwenti ħafna tal-persunal u minn instabbiltà fil-livell tal-maniġment. Tnejn mit-tliet postijiet ta' Kap ta' Unità ilhom battala mill-2013. Wieħed ilu okkupat ad interim mill-2013, li huwa f'kontradizzjoni mar-Regolamenti tal-Persunal li jistipulaw perjodu massimu ta' sena. L-ieħor huwa attwalment okkupat mis-COO li jservi wkoll bħala d-Direttur interim u li għaldaqstant jaqdi tliet rwoli fl-istess ħin.

Għadha għaddejja

2014

Għalkemm is-sitwazzjoni tjiebet meta mqabbla mal-2013, 20 % tal-postijiet fit-tabella tal-persunal tal-EIT kienu għadhom battala fi tmiem l-2014 (meta mqabbla ma' terz fi tmiem l-2013).

Ikkompletata

2015

Fl-2015, l-Istitut informa lill-KICs li l-kontribuzzjoni finanzjarja tiegħu matul l-ewwel ħames snin (2010-2014) ma kinitx taqbeż il-limitu massimu ta' 25 % tal-infiq globali rispettiv tagħhom. Madankollu, id-definizzjoni fqira ta' Attivitajiet Komplementari tal-KICs (“KCA”) xekklet milli ssir valutazzjoni ċara ta' jekk l-ispejjeż assoċjati mal-KCA għandhomx jiġu aċċettati jew le fil-kontribuzzjoni massima mill-EIT.

Ikkompletata

2015

Fir-Rapport Speċjali Nru 4/2016 tagħha, il-Qorti kkonkludiet li l-kundizzjoni ta' finanzjament li l-kontribuzzjoni mill-EIT ma għandhiex taqbeż 25 % hija ta' ftit li xejn jew ebda valur miżjud, u t-tneħħija tagħha tkun ittaffi ħafna mill-piż ta' rappurtar operazzjonali u finanzjarju tas-sħab tal-KICs (4).

Għadha għaddejja

2015

Iċ-Ċertifikat tar-Rapport Finanzjarju (“CFS”) li jintalab mis-sħab tal-KICs li jikklejmjaw rimborż ta' aktar minn EUR 325 000 għandu jikkontribwixxi għall-verifikazzjoni ex ante tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż mill-Istitut. Madankollu, il-kwalità ta' dawn iċ-ċertifikati tvarja b'mod sinifikanti, li jillimita l-aċċertament li jista' jinkiseb minnhom u li jirrikjedi li l-Istitut iwettaq kontrolli addizzjonali.

Għadha għaddejja

2015

Ir-regolament fundatur tal-EIT jipprovdi li“l-EIT għandu jimmobilita fondi minn sorsi pubbliċi u privati u juża r-riżorsi tiegħu skont dan ir-Regolament. B’mod partikolari huwa għandu jfittex li jgħaqqad proporzjon sinifikanti, u li jiżdied, tal-baġit tiegħu minn sorsi privati u minn dħul iġġenerat mill-attivitajiet tiegħu stess”. Minkejja din id-dispożizzjoni li tirreferi b'mod ċar għall-baġit tal-EIT, il-kontribuzzjoni mill-pakkett finanzjarju ta' Orizzont 2020 kienet tammonta għal 99 % tal-baġit tiegħu tal-2015.

Pendenti (5)

2015

Għalkemm l-Istitut jista' jerġa' jdaħħal approprjazzjonijiet mhux użati (approprjazzjonijiet mhux impenjati matul is-sena jew diżimpenjati sa tmiem is-sena) fil-baġits tat-tliet snin ta' wara, huwa ma kienx adatta l-proċess tiegħu fil-ħin biex jerġa' jdaħħal EUR 26,6  miljun, li kienu disponibbli mill-ftehimiet ta' għotja tal-2014, fil-baġits tal-2015-2017. Dawn l-approprjazzjonijiet jirriżultaw mill-użu tal-fondi mill-KICs, li kien aktar baxx milli mistenni.

Għadha għaddejja (6)

2015

Il-livell ta' riporti għal approprjazzjonijiet impenjati kien għoli għat-Titolu II f’ammont ta’ EUR 0,4  miljun, jiġifieri 44 % (2014: EUR 0,5  miljun, jiġifieri 36 %). Dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati ma' kuntratti għal servizzi tal-IT li jkomplu wara tmiem is-sena, u għal laqgħat li kienu għadhom ma ġewx fatturati.

M/A

2015

Il-mira oriġinali ssettjata mill-Kummissjoni biex l-Istitut jikseb l-awtonomija finanzjarja kienet l-2010. Madankollu huwa kiseb awtonomija finanzjarja parzjali biss f'Ġunju 2011 taħt il-kundizzjoni ta' approvazzjoni ex ante kontinwata tat-tranżazzjonijiet relatati mal-għotjiet, u ta' akkwisti ogħla minn EUR 60 000 , mid-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura (id-Direttorat prinċipali) tiegħu.

Għadha għaddejja

2015

Il-ftehimiet ta' għotja tal-2014 mat-tliet KICs ġew iffirmati wara l-bidu tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-għotjiet fl-1 ta’ Jannar 2014. Inizjalment iffirmati fi Frar 2014, emendi li kienu jinvolvu EUR 38 miljun ta' fondi addizzjonali ġew iffirmati biss fi tmiem Marzu 2014.

M/A

2015

L-Istitut jiffinanzja l-programm ta' Master's tal-EIT Digital li fih jipparteċipaw 16-il università Ewropea. Il-mudell għar-rimborż tal-ispejjeż tal-universitajiet jikkombina somma f'daqqa b'massimu ta' EUR 8 000 għal kull student (skont id-dispożizzjonijiet tal-programm Erasmus Mundus), kif ukoll spejjeż reali li jinkludu spejjeż indiretti bbażati fuq rata fissa. Fuq din il-bażi, fl-2015 tħallas total medju ta' EUR 15 000 għal kull student lill-universitajiet (inkluża s-somma f'daqqa). Madankollu, il-mudell qatt ma ġie ddefinit formalment u ma jippermettix li ssir distinzjoni bejn l-attivitajiet koperti mis-somma f'daqqa u dawk koperti mill-ispejjeż reali. Jenħtieġ li l-Istitut jieħu passi lejn mudell ċar u ddefinit formalment, li jkun ibbażat fuq metodu uniku għad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż, bħal somma f'daqqa unika u sostanzjata.

Għadha għaddejja (7)

2015

Abbażi tad-deċiżjoni tal-Bord Superviżorju tal-KICs, waħda mill-entitajiet ġuridiċi tal-KICs ħallset bonusijiet grossi ta' EUR 646 000 lil 55 membru tal-persunal tagħha (bonusijiet individwali li jaslu sa EUR 100 000 ), li l-Istitut irrimborża kompletament. Il-pagament ta' bonusijiet bħal dawn bl-użu ta' fondi pubbliċi biss huwa prattika mhux tas-soltu u jenħtieġ li dawn jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-limitu massimu għall-finanzjament ta' salarji individwali mill-EIT, li se jiġi applikat b'effett mill-ftehim ta' għotja tal-2016.

M/A

2015

Il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba inkiser meta sieħeb tal-KKI akkwista servizzi ta' relazzjonijiet pubbliċi b'rati ta' kuljum li jvarjaw minn EUR 800 sa EUR 3 250 għal kull persuna, li ġew rimborżati kompletament mill-Istitut (8).

Pendenti

2015

L-Istitut uża kuntratt qafas tal-Kummissjoni (“FWC”) għall-organizzazzjoni ta' konferenzi dwar l-innovazzjoni li saru fl-2015 u fl-2016. Taħt dan l-FWC ġew issubkuntrattati servizzi li għalihom ma ġewx issettjati prezzijiet fl-FWC. Il-prezzijiet maqbula għal dawn is-servizzi jvarjaw minn EUR 800 kuljum għal konsulent subaltern, sa EUR 2 250 kuljum għal konsulent superjuri (kważi erba' darbiet iktar mill-prezz maqbul fl-FWC għal maniġer superjuri). L-ispiża tas-servizzi akkwistati b'dawn il-prezzijiet tammonta għal aktar minn EUR 100 000 għal kull konferenza.

Għadha għaddejja


(1)  Skont l-EIT, ġew stabbiliti limiti massimi għall-ftehimiet ta' għotja tal-2016.

(2)  Il-ħtiġijiet baġitarji għall-2016 ġew stmati b’mod eċċessiv bl-ammont ta’ EUR 13,1 miljun, jiġifieri 5,0 % (2015: EUR 25 miljun, jiġifieri 9,4 %) u ġew impenjati biss EUR 249,9 miljun mill-EUR 263 miljun disponibbli. L-approprjazzjonijiet li ma ntużawx jistgħu jerġgħu jiddaħħlu fil-baġits għall-2017-2019.

(3)  L-EIT iffinanzja medja ta’ 90 % tal-ispejjeż eliġibbli ddikjarati mill-KICs fil-ftehimiet ta' għotja tal-2015. L-ammonti miġbura mill-KICs minn sorsi differenti laħqu 2,5 % tal-finanzjament mitlub mill-EIT.

(4)  Ir-Rapport Speċjali Nru 4/2016: Jeħtieġ li l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija jimmodifika l-mekkaniżmi operazzjonali tiegħu u l-elementi tat-tfassil tiegħu biex jikseb l-impatt mistenni.

(5)  L-EIT għadu jinterpreta r-Regolament tal-EIT b’mod differenti, kif jiddeskrivi fir-risposta tiegħu tal-2015.

(6)  Fl-2016, l-Istitut ma setax jiddiżimpenja EUR 14-il miljun li kienu disponibbli mill-Ftehimiet ta’ Għotja tal-2015. Dawn l-approprjazzjonijiet ma setgħux jerġgħu jiddaħħlu fil-baġits 2016-2018.

(7)  Fl-2016, bħala medja tħallas total ta’ EUR 17 000 lill-universitajiet għal kull student li għamel sena sħiħa, fuq il-bażi tal-mudell deskritt li kkombina spejjeż reali u somom f'daqqa. Il-mudell ġie ddefinit formalment fi tmiem l-2016 u se jkun applikabbli mill-2017.

(8)  Fl-2016 (tranżazzjonijiet tal-għotja tal-2015), l-EIT irrimborża ammont ta’ EUR 410 000 relatat ma’ dak il-kuntratt.


IR-RISPOSTA TAL-ISTITUT

17.

L-EIT jaqbel li l-proċessi ta’ akkwist ta’ żewġ Entitajiet Ġuridiċi tal-KIC kellhom dgħjufijiet fis-sena awditjata (għotjiet tal-2015). L-EIT irrkonoxxa din il-kwistjoni u wettaq attività pilota ta’ monitoraġġ fuq il-proċeduri ta’ akkwist ta’ Entità Ġuridika waħda fl-2016 u għamel rakkomandazzjonijiet immirati għal titjib f’dan il-qasam. L-Entità Ġuridika kkonċernata implimentat ir-rakkomandazzjonijiet fl-2016, irrevediet il-politiki u l-proċeduri ta’ akkwist tagħha u pprovdiet taħriġ lill-persunal tagħha li hu responsabbli għall-akkwist, li ser iwasslu għal assigurazzjoni miżjuda li tibda mill-2017. Fl-2017 twettqu attivitajiet simili ta’ monitoraġġ għall-Entitajiet Ġuridiċi l-oħrajn kollha tal-KIC u tpoġġew fis-seħħ pjanijiet ta’ azzjoni għal titjib. L-EIT jikkunsidra li l-pagamenti kkonċernati kienu legali u regolari, għaliex l-Entitajiet Ġuridiċi tal-KIC ikkonformaw mal-obbligu legali tagħhom li jiżguraw l-aħjar valur għall-flus u rrispettaw il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba għan-nefqa kkonċernata.

18.

L-opinjoni tal-EIT kienet li l-Entitajiet Ġuridiċi tal-KIC ma jaqgħux taħt id-direttivi dwar l-akkwist pubbliku tal-UE. Madankollu, reċentament l-EIT irċieva opinjonijiet legali kontradittorji dwar il-kwistjoni, li fil-fatt iwassal għal inċertezza tad-dritt. Madankollu, hu importanti li wieħed jinnota li, irrispettivament mill-istatus tagħhom, l-iżgurar tal-aħjar valur għall-flus għal kuntratti konklużi minn Entitajiet Ġuridiċi tal-KIC hu obbligu legali fil-ftehimiet tal-għoti tal-EIT-KIC li huma bbażati fuq il-ftehim mudell tal-għotja tal-Orizzont 2020. Barra minn hekk, l-EIT, f’konsultazzjoni mas-servizzi tal-Kummissjoni, ser jistabbilixxi rekwiżiti għal Entitajiet Legali tal-KIC li jiżguraw konformità mal-prinċipji ġenerali tad-direttivi dwar l-akkwist pubbliku UE.

19.

L-EIT jaqbel li l-kapaċità tiegħu hi limitata f’termini tal-għadd ta’ postijiet allokati għall-EIT meta mqabbel mal-ħiliet u mal-baġit fdati lilu. L-EIT diġà talab lill-Kummissjoni Ewropea tipprovdi aktar riżorsi fil-pjan ta' stabbiliment. Fl-istess waqt, l-effiċjenza li biha jopera l-EIT hija notevoli. Kif indikat fit-Tabella 3, il-proporzjon tan-nefqa amministrattiva fl-EIT kien biss 1,9 % tal-baġit totali fl-2016, li hu ferm inqas mill-medja ta’ 4,6 % irrappurtata għall-Orizzont 2020 in ġenerali.

21.

Fir-rigward tal-għażla tal-proċeduri ta’ akkwist li għandhom jiġu vverifikati waqt l-awditi ex-post, hu importanti li wieħed jinnota li l-verifika ta’ subkampjun rappreżentattiv mhuwiex rekwiżit taħt l-Orizzont 2020. Skont il-programm ta’ verifika tal-Orizzont 2020, jekk popolazzjoni jkollha aktar minn 15-il entrata, l-awdituri għandhom jagħżlu massimu ta’ 15-il entrata kif ġej: “Agħżel għall-ittestjar tal-entrati kollha b’valur ogħla minn jew ugwali għal 10 % tal-ispejjeż tas-subkuntrattar iddikjarati. Żid entrati magħżula b’mod każwali sakemm tinkiseb kopertura ta’ 50 % tal-ispejjeż tas-subkuntrattar jew sakemm jintlaħaq in-numru massimu totali ta’ 15-il entrata.” Fir-rigward taż-żewġ kuntratti kkonċernati, l-EIT aċċetta n-nefqa relatata abbażi tal-valutazzjoni tiegħu li l-benefiċjarji kienu kkonformaw mal-obbligu legali tagħhom li jiżguraw l-aħjar valur għall-flus u konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

22.

L-IAS ħareġ tliet rakkomandazzjonijiet bħala riżultat tal-awditu “Tranżizzjoni għall-Orizzont 2020 (Transition to Horizon 2020)” tagħhom fejn l-ebda waħda minnhom ma kienet kritika. Fil-qosor, l-EIT ġie rrakkomandat 1) li jiżviluppa u jimplimenta sistema komprensiva tal-ġestjoni tal-għarfien; 2) li jsaħħaħ il-kontrolli tiegħu fuq il-bidliet fil-portafoll tas-Sħab tal-KICs matul il-proċess tal-bidu tal-operat; u 3) li jtejjeb iċ-ċarezza tal-istadji importanti li għandhom jintlaħqu fil-proċess tal-bidu tal-operat. L-ebda mir-riskji identifikati ma jipperikola l-applikazzjoni robusta tal-qafas leġiżlattiv tal-Orizzont 2020 u l-EIT diġà ħa azzjonijiet biex jindirizza r-rakkomandazzjonijiet tal-IAS.

23.

L-ammont totali rrappurtat mill-Qorti jikkonsisti minn riporti ppjanati li kienu meħtieġa minħabba n-natura ta' attivitajiet bħal servizzi li jaqbżu tmiem is-sena u laqgħat li saru f'Diċembru 2016 li għalihom il-fatturi waslu biss f'Jannar 2017. Dawn ir-riporti ppjanati ma jindikawx dgħufijiet fil-ġestjoni tal-baġit mill-EIT iżda huma għodda standard ta' ġestjoni tal-baġit.

24.

L-EIT jaċċetta li l-Ftehimiet Speċifiċi tal-Għotja ġew iffimarti relattivament tard fl-2015, li ġie kkawżat min-negozjati li kienu għaddejjin mal-KICs dwar il-Ftehimiet Qafas ta’ Sħubija l-ġodda li jsegwu l-ftehimiet mudelli tal-Orizzont 2020. In-negozjati bejn il-Kummissjoni Ewropea, l-EIT u l-KICs damu aktar minn kemm kien previst fil-bidu minħabba l-ħtieġa li jintlaħaq qbil dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi mfassla apposta għall-ħtiġiet tal-KICs. Sadanittant, l-EIT, filwaqt li jindirizza r-rakkomandazzjoni tar-Rapport Speċjali tal-Qorti 4/2016, irreveda l-iskeda taż-żmien għat-tħeħħija u l-valutazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Direzzjoni tan-Negozju tal-KICs sabiex jiżgura l-firma f'waqtha tal-ftehimiet tal-għotja. L-iskeda taż-żmien riveduta ġiet implimentata b’suċċess matul l-2016, u dan wassal għal firma f'waqtha tal-Ftehimiet Speċifiċi tal-Għotja tal-2017. Ġew iffirmati erba’ Ftehimiet Speiċifiċi tal-Għotja u ġew ittrasferiti pagamenti ta’ prefinanzjament mill-EIT għall-KICs fi Frar 2017. Iż-“żmien għall-għotja” ta’ 4-5 xhur hu inqas mill-medja għall-Orizzont 2020 in ġenerali.

25.

Hu importanti li wieħed jinnota li l-għan tas-sejħiet hu li tinħatar sħubija eċċellenti u mhux li jattiraw għadd partikolari ta’ proposti. Tista’ titfassal sħubija eċċellenti għas-sejħiet kollha tal-KICs, ħlief għall-Manifattura tal-EIT. Madankollu, anki fit-tema tal-Manifattura b’Valur miżjud, fejn proposta waħda biss ġiet irċevuta, din inkludiet dikjarazzjonijiet ta’ interess minn aktar minn 150 organizzazzjoni biex jipparteċipaw fil-KIC. L-EIT diġà wettaq analiżi fil-fond tar-riżultat tas-sejħa tal-2016 bl-għajnuna ta’ esperti esterni u bl-involviment tal-Bord ta’ Tmexxija tiegħu. Wara r-riżultati tal-analiżi, l-EIT ikkonkluda fuq diversi miżuri ta’ mitigazzjoni, li ser inaqqsu r-riskju li fil-futur tiġi rċevuta proposta waħda biss f'tema.

26.

L-EIT ma jinsabx f’pożizzjoni li jikkummenta dwar il-proċedura tar-reklutaġġ għad-Direttur tal-EIT, għaliex hi mmaniġġjata mill-Kummissjoni Ewropea. L-arranġament temporanju hu meħtieġ biex tiġi żgurata l-kontinwità tan-negozju sakemm jiġi rreklutat u jinħatar Direttur. Fir-rigward tat-tieni pożizzjoni maniġerjali kkonċernata, fit-2 ta’ Diċembru 2015, l-EIT ippubblika sejħa għal espressjoni ta’ interess bl-għan li jistabbilixxi lista ta’ riżerva għall-profil tal-Kap tal-Unità tal-Politika u l-Komunikazzjonijiet. Bħala riżultat tal-proċedura tal-għażla, l-EIT offra l-pożizzjoni għall-ewwel kandidat fuq il-lista ta’ riżerva, iżda l-kandidat irrifjuta l-offerta. Din hija r-raġuni għala l-pożizzjoni baqgħet battala fit-tmiem tal-2016. L-EIT ser jikkompleta l-proċedura tar-reklutaġġ ta’ din il-pożizzjoni maniġerjali fl-2017, u dan ser iġib fi tmiemu l-arranġament temporanju li sar neċessarju għall-iżgurar tal-kontinwità operattiva.

27.

Fil-fatt, l-EIT bħalissa mhux qed jipparteċipa direttament u b’mod sħiħ fiċ-Ċentru ta’ Appoġġ Komuni għall-Orizzjont 2020. Madankollu, l-EIT għandu aċċess xieraq għal uħud mis-servizzi taċ-Ċentru ta’ Appoġġ Komuni permezz tad-Direttorat-Ġenerali sieħeb tiegħu, id-DĠ Edukazzjoni u Kultura. L-EIT jkompli jaħdem mal-Kummissjoni biex jiġi żgurat li l-EIT jkollu s-servizzi u l-pariri li jeħtieġ mis-CSC.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/142


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2017/C 417/22)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn hawn “il quddiem"l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“EMA”), li tinsab f'Londra, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2309/93, li ġie sostitwit bir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). L-Aġenzija topera permezz ta' netwerk pan-UE kollha u tikkoordina r-riżorsi xjentifiċi magħmula disponibbli mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex tiżgura l-valutazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem jew użu veterinarju.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2)

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR)

304

305

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (3)

775

768

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta' dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta' standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Aġenzija jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Aġenzija li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma' negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta' negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta' rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta' bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta' kwittanza rispettivi oħra b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta' konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta' dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Aġenzija għall-ġbir ta' tariffi u ta' introjtu ieħor.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta' pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Aġenzija taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (6).

Osservazzjonijiet

16.

Mingħajr ma tixħet dubju fuq l-opinjoni tagħha, il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit (UK) innotifika lill-Kunsill Ewropew dwar id-deċiżjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Ftehim li jistipula l-arranġamenti għall-ħruġ tiegħu se jiġi nnegozjat. Il-kontijiet proviżorji u n-noti relatati tal-Aġenzija, li tinsab f’Londra, tħejjew bl-użu tal-informazzjoni limitata li kienet disponibbli fid-data tal-iffirmar (it-28 ta’ Frar 2017).

17.

Bil-ħsieb tad-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu dwar ir-rilokazzjoni tal-Aġenzija fil-futur, din iddivulgat bħala obbligazzjoni kontinġenti fir-Rapporti Finanzjarji tagħha, ammont stmat ta’ EUR 448 miljun bħala kera għall-perjodu li fadal bejn l-2017 u l-2039, billi l-kuntratt ta’ kera ma jinkludix klawżola ta’ ħruġ. Barra minn hekk, l-obbligazzjonijiet kontinġenti relatati ma’ spejjeż oħra assoċjati ma’ spostament, bħal pereżempju r-rilokazzjoni tal-persunal flimkien mal-familji tagħhom, azzjonijiet għall-mitigazzjoni tat-telf potenzjali ta’ għarfien espert intern u dak estern ibbażat fir-Renju Unit, u r-riskju konsegwenti għall-kontinwità tal-operat, għadhom iridu jiġu ddeterminati. Barra minn hekk, perċentwal ta’ 95 % tal-baġit 2016 tal-Aġenzija ġie ffinanzjat minn tariffi mħallsa minn kumpaniji farmaċewtiċi filwaqt li perċentwal ta’ 5 % ġie ffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea. Huwa possibbli li, fil-futur, id-dħul tal-Aġenzija jonqos b’riżultat tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-UE.

18.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR L-AFFIDABBILTÀ TAL-KONTIJIET

19.

Minn meta ddaħħlet sistema ġdida tal-IT għall-kontabbiltà fl-2011, ir-rappurtar dwar il-fluss tax-xogħol u l-użu tal-impenji ma kienx trasparenti biżżejjed. Għalkemm il-kwistjoni ġiet ippreżentata kemm-il darba lill-Aġenzija, ma ttieħdet ebda azzjoni korrettiva.

KUMMENTI DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

20.

L-Aġenzija kkonkludiet Ftehimiet dwar Rati Korporattivi ma’ 25 lukanda f’Londra għall-provvediment ta’ akkommodazzjoni għal esperti, mingħajr ma użat proċedura kompetittiva ta' akkwist. Għal sitt lukandi, il-pagamenti li saru fl-2016 kienu ogħla mis-soll stipulat fir-Regolament Finanzjarju, li għalih hija meħtieġa proċedura kompetittiva, miftuħa jew ristretta, ta' akkwist. Għalhekk, is-sitt Ftehimiet ta’ Rata Korporattiva u l-pagamenti relatati għall-2016, li jammontaw għal madwar EUR 2,1 miljun, huma irregolari.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLL INTERN

21.

Fl-2014, il-Kummissjoni, f’isem aktar minn 50 Istituzzjoni u korp tal-UE (inkluża l-Aġenzija) iffirmat kuntratt qafas ma’ kuntrattur għall-akkwist ta’ softwer, liċenzji u l-forniment ta’ manutenzjoni u konsulenza relatati tal-IT. Il-kuntrattur qafas jaġixxi bħala intermedjarju bejn l-Aġenzija u l-fornituri li jistgħu jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-Aġenzija. Għal dawn is-servizzi intermedjarji, il-kuntrattur qafas huwa intitolat li japplika żidiet ta’ minn 2 % sa 9 % fuq il-prezzijiet tal-fornituri. Fl-2016, il-pagamenti totali li saru lill-kuntrattur qafas ammontaw għal EUR 8,9 miljun. L-Aġenzija ma qabblitx sistematikament il-prezzijiet u ż-żidiet iddebitati mal-kwotazzjonijiet u mal-fatturi li nħarġu mill-fornituri lill-kuntrattur qafas.

KUMMENTI DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA U DWAR IL-PRESTAZZJONI

Ġestjoni tar-riżorsi umani

22.

Mill-2014 ’l hawn, l-Aġenzija għaddiet minn żewġ riorganizzazzjonijiet kbar, inkluża r-riallokazzjoni interna ta’ pożizzjonijiet maniġerjali fil-livell superjuri u dak intermedju. Ir-riallokazzjoni ta’ persunal ewlieni fl-oqsma tal-IT u l-amministrazzjoni ma rnexxietx, u kkawżat riskju materjali ta’ instabbiltà għall-Aġenzija u għall-operazzjonijiet tagħha. Barra minn hekk, ma hemmx sistema stabbilita għall-analiżi tad-disponibbiltà ta’ ħiliet, l-identifikazzjoni ta’ lakuni u r-reklutaġġ u allokazzjoni ta’ membri tal-persunal li jkunu xierqa.

Konsulenza

23.

Minbarra x-xogħol annwali tal-awditjar li twettaq għall-aġenziji kollha, il-Qorti analizzat l-użu li l-Aġenzija għamlet mis-servizzi ta’ konsulenza fir-rigward ta’ żewġ proġetti kbar.

24.

L-Aġenzija ġiet inkarigata mill-Parlament u mill-Kunsill biex timplimenta r-Regolament dwar il-Farmakoviġilanza (Regolament (UE) Nru 1027/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7)) u r-Regolament dwar il-Provi Kliniċi (Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8)) li jirrikjedu l-istabbiliment ta’ sistemi ta’ netwerks pan-UE li huma kumplessi. Dan ikun jeħtieġ żvilupp tekniku estensiv tal-IT, kif ukoll il-parteċipazzjoni u l-input ta’ bosta partijiet interessati, u b’mod partikolari tal-Istati Membri.

25.

Dawn il-kompiti ġew assenjati lill-Aġenzija meta din kienet mistennija tnaqqas il-persunal tagħha skont il-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja, li ġie adottat fit-2 ta’ Diċembru 2013. Ma saret ebda żieda fit-tabella tal-persunal tal-Aġenzija li kien jippermettilha tibni l-għarfien espert meħtieġ fl-oqsma tan-negozju u tal-iżvilupp tal-IT.

Użu estensiv ta’ konsulenti esterni

26.

Minħabba li l-Aġenzija kellha biss 13-il membru tal-persunal impjegati fid-Dipartiment I-Delivery, hija involviet kumpaniji ta’ konsulenza fl-oqsma ta’ analiżi tan-negozju, teknoloġija tal-informazzjoni, ġestjoni tal-proġetti u garanzija tal-kwalità. Fit-tieni kwart tal-2016, l-Aġenzija kellha 131 konsulent fuq il-post u 60 konsulent addizzjonali mhux fuq il-post.

27.

Għalhekk, l-Aġenzija ilha tiddependi b’mod kruċjali fuq għarfien espert estern minn mindu nbdew il-proġetti, iżda għad ma hemmx stabbilita politika biex tirregola l-użu ta’ konsulenti. Pereżempju, il-profili tal-persunal proprju tal-Aġenzija mhumiex iddefiniti (Ġestjoni tal-Proġetti, Analiżi tan-Negozju, Arkitetti tan-Negozju, Arkitetti tas-Soluzzjonijiet, Arkitetti tad-Data eċċ). Profili bħal dawn xi kultant ġew assenjati lil konsulenti esterni.

Kontroll inadegwat tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-proġetti

28.

Meta l-Aġenzija ġiet fdata bil-kompiti l-ġodda fl-2012 u fl-2014, hija ma kellhiex stabbilita metodoloġija adegwata biex timmaniġġja proġetti ta’ skala bħal din. Fl-2014 ġiet introdotta metodoloġija ġdida li kellha tiġi rfinata konsiderevolment f’Settembru 2016.

29.

F’għadd ta’ każijiet, seħħew alterazzjonijiet mill-attivitajiet jew l-approċċ ippjanati qabel dawn ġew awtorizzati permezz ta’ talba formali għal modifiki. Prattika bħal din mhux biss tnaqqas il-kapaċità tal-maniġment biex jissorvelja u jimmonitorja l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-proġetti, iżda tista’ wkoll timmina l-koerenza tal-proġetti.

30.

Sa nofs l-2016, il-konsulenti esterni kollha kienu impjegati fuq il-bażi ta’ kuntratti bbażati fuq il-ħin u l-mezzi, għalkemm ir-riżultati tanġibbli tal-proġetti kienu ddefiniti b’mod ċar. Barra minn hekk, parti konsiderevoli mill-inkarigi ta’ konsulenza twettqu fi Stat Membru ieħor billi r-riżorsi esterni kollha bbażati f’Londra kienu ġew eżawriti. Dan illimita l-kapaċità tal-Aġenzija biex timmonitorja l-implimentazzjoni tal-proġetti b’mod f’waqtu. Problemi ta’ kwalità li ġew identifikati hekk kif ingħataw riżultati tanġibbli kienu jeħtieġu li jsiru rettifiki, u l-ispiża addizzjonali ta’ dawn ġiet iddebitata lill-Aġenzija.

Dewmien u spiża dejjem togħla

31.

L-Aġenzija esperjenzat dewmien kif ukoll spejjeż li dejjem kienu qed jogħlew fl-iżvilupp tas-sistemi. Bidliet frekwenti fl-ambitu tal-proġetti, fil-baġit u fid-dati ta' skadenza kienu prinċipalment dovuti għal rekwiżiti tas-sistemi li dejjem kienu qed jevolvu skont il-bidliet fil-ħtiġijiet tal-Istati Membri (9). Għad ma hemmx ċertezza dwar l-ispejjeż finali u d-dati ta’ meta s-sistemi se jibdew jiffunzjonaw. Ara l-eżempji fit-tabella hawn taħt għal żewġ proġetti kbar:

 

Data inizjali għat-TNEDIJA

Data attwali ppjanata għat-TNEDIJA

Baġit Inizjali

Baġit fil-31 ta’ Ottubru 2016

Database Eudravigilance dwar Reazzjonijiet Avversi għal Prodotti Mediċinali

Q3 2015

Q4 2017

3,7  miljun

14,3  miljun

Provi Kliniċi u Database tal-UE

Q1 2017

Q3 2018

6,1  miljun

24,3  miljun

KUMMENTI OĦRA

32.

Ir-Regolament Fundatur jeħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni esterna tal-Aġenzija u tal-operazzjonijiet tagħha kull 10 snin. L-aħħar rapport ta’ evalwazzjoni nħareġ fl-2010. Perjodu ta’ żmien twil daqshekk ma jiżgurax li jingħata feedback f'waqtu dwar il-prestazzjoni lill-partijiet interessati.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

33.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tad-19 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 214, 24.8.1993, p. 1, u ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1. Skont ir-Regolament imsemmi l-aħħar, l-isem oriġinali tal-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni tal-Prodotti Mediċinali, ġie mibdul għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.ema.europa.eu.

(3)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(7)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 38.

(8)  ĠU L 158, 27.5.2014, p. 1.

(9)  Korpi ta’ governanza għall-komunikazzjoni telematika fejn l-Istati Membri huma rrappreżentati biex jelaboraw u japprovaw ir-rekwiżiti ta’ sistemi futuri tal-IT.


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2014

Ir-Regolament tal-A6ġenzija dwar it-tariffi jipprevedi dati ta' skadenza għall-ġbir ta' tariffi mill-applikanti u l-pagamenti relatati tal-Aġenzija lill-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti (1). Dawn id-dati ta' skadenza ma ġewx rispettati għall-biċċa l-kbira mit-tranżazzjonijiet awditjati mill-Qorti.

Għadha għaddejja (ġbir ta’ tariffi)

Ikkompletata (pagamenti lill-NCAs)

2014

Fl-2014, l-Aġenzija wettqet proċedura amministrattiva kontra l-maniġer tal-Informazzjoni, Komunikazzjoni u Teknoloġija (ICT) tagħha. Ġew irrappurtati dgħufijiet sinifikanti fil-kontroll tal-ġestjoni, li jimplikaw riskji operazzjonali u finanzjarji konsiderevoli għall-Aġenzija. Ġie stabbilit u implimentat pjan ta' azzjoni biex il-kwistjoni tiġi indirizzata. Madankollu, l-effettività tal-miżuri li ttieħdu għadha trid tiġi evalwata mill-Aġenzija.

Għadha għaddejja

2014

Wieħed mill-kompiti tal-Aġenzija huwa li tqassam informazzjoni xierqa dwar il-farmakoviġilanza lill-Istati Membri u lill-pubbliku ġenerali. Din l-informazzjoni tinġabar minn awtoritajiet nazzjonali individwali u tiġi vverifikata mal-kumpaniji farmaċewtiċi kkonċernati. Madankollu, l-Aġenzija fil-biċċa l-kbira tiddependi fuq kontrolli u spezzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet tal-Istati Membri. Dawn jiddeterminaw il-kompletezza u l-preċiżjoni tal-informazzjoni disseminata lill-pubbliku.

Għadha għaddejja


(1)  Ir-Regolament tal-Aġenzija dwar it-tariffi, l-Artikoli 10(1) u 11(1).


IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

19.

L-Aġenzija tieħu nota tal-kummenti tal-Qorti. Wara r-referendum, l-Aġenzija stabbilixxiet task force ddedikat biex jivvaluta l-impatt u biex iħejji l-Aġenzija għar-rilokazzjoni. It-task force u s-sottogruppi jiffokaw fuq aspetti differenti tal-impatt u r-rilokazzjoni: proċeduri xjentifiċi u xogħol tal-kumitati xjentifiċi; akkwisti; impatt fuq sistemi tal-IT; impatt fuq ir-riżorsi umani u finanzjarji; appoġġ għar-rilokazzjoni tal-persunal; ċaqliq; arranġamenti tal-kontinwità tan-negozju. L-isfida għal previżjoni baġitarja b'saħħitha tibqa' l-livell għoli ta' fatturi mhux magħrufa, eż. post ta' sede ġdid u ambjent ta' kostijiet operatorji assoċjati; kundizzjonijiet offruti minn ospitant ġdid; livell ta' investiment fl-infrastruttura meħtieġ biex l-Aġenzija tkun tista' taħdem b'mod effettiv; telf tal-persunal bħala konsegwenza ta' rilokazzjoni. Huwa importanti li jiġi rikonoxxut li l-implikazzjonijiet finanzjarji dettaljati jistgħu biss jiġu vvalutati kif suppost ladarba jiġi konkluż il-qbil dwar is-sede.

21.

Is-sistema kontabilistika tal-IT għandha proċess tal-fluss tax-xogħol ta' impenn solidu u affidabbli li jipprovdi assigurazzjoni fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet individwali sottostanti għall-kontijiet u l-Aġenzija timmonitorja l-konsum tal-baġit permezz ta' proċess ta' monitoraġġ tal-baġit robust. Madanakollu, il-kumplessità tas-sistema u n-numru sinifikanti ta' tranżazzjonijiet ipproċessati kull sena jagħmlu l-istabbiliment ta' sistema ta' rappurtar kompletament trasparenti adegwata għall-ħtiġijiet tal-ECA għali u kkumplikat. L-isforz tal-Aġenzija se jkompli fl-2017, għalkemm għandu jiġi nnotat li l-istess tim se jkunu involut ukoll f'attivitajiet ta' tħejjija ta' Brexit.

22.

L-Aġenzija tinnota s-sejba tal-Qorti u, kif diskuss mal-awdituri, se tidentifika u timplimenta soluzzjoni għal prenotazzjonijiet tal-lukandi matul l-2017-2018. L-Aġenzija trid tenfasizza li l-proċedura soġġetta għall-kumment tal-ECA ġiet implimentata sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u finanzjarju tad-delegati tal-Aġenzija, tiġi ssimplifikata l-organizzazzjoni u tiġi ggarantita tmexxija effiċjenti tal-laqgħat tagħhom. Ir-regoli rigward ir-rimbors tad-delegati japplikaw limiti tal-ispejjeż tal-lukandi approvati mill-Bord tat-Tmexxija u f'konformità mal-Kummissjoni Ewropea. Qed jiġi ppreparat akkwist biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni.

23.

F'konformità mal-fehma tal-ECA dwar il-kwistjoni tal-introduzzjoni ta' verifiki sistematiċi, l-Aġenzija se tintroduċi verifiki sistematiċi għal kull kwotazzjoni 'l fuq minn EUR 135 000 mill-1 ta' Jannar 2018.

24.

Fl-2014, l-Aġenzija kellha tirristruttura d-Diviżjoni tal-IT tagħha minħabba xi ċirkustanzi ta' eċċezzjoni. Wara r-riorganizzazzjoni, il-produttività ġiet irkuprata u msaħħa b'mod sinifikanti. Saru bidliet organizzattivi fid-diviżjoni amministrattiva, wara l-irtirar u t-tluq tal-persunal anzjan, bl-għan li ssir simplifikazzjoni tal-katina tar-rappurtar, l-ispeċjalizzazzjoni u l-effiċjenza tad-diversi dipartimenti u servizzi involuti, u biex l-organizzazzjoni tiġi allinjata mar-rekwiżiti tar-regolament finanzjarju dwar l-ipprogrammar. L-Aġenzija tqis li ma ġiet imġarrba l-ebda instabbilità mill-Aġenzija minħabba bidliet organizzattivi.

L-Istrateġija tal-HR tal-2017 sal-2020 tistipula objettivi għal approċċ aktar strutturat u sistematiku fir-rigward tal-valutazzjoni tal-ħiliet, inkluż l-introduzzjoni ta' għodda biex titjieb l-effiċjenza fl-immappjar tal-ħiliet u l-kompetenzi għall-analiżi tad-diskrepanza u bħala appoġġ għall-attivitajiet ta' reklutaġġ tagħha. L-implimentazzjoni għall-ewwel fażi qed issir.

25.

L-Aġenzija tieħu n-nota tal-kumment.

26.

L-Aġenzija tieħu n-nota tal-kumment.

27.

L-Aġenzija tieħu n-nota tal-kumment.

28.

L-Aġenzija tieħu n-nota tal-kumment.

29.

L-Aġenzija tixtieq terġa' ttenni li, minkejja li l-EMA m'għandhiex politika ddokumentata li tirregola l-użu tal-konsulenti, fl-IT, il-prattika mill-2016 hija li jiġi impjegat persunal għal profili sensittivi (eż maniġer tal-proġett) jew li jintużaw konsulenti għal profili bħal dawn meta dawn jiġu ssorveljati mill-qrib minn persunal anzjan tal-istess profil.L-EMA se tiddokumenta din il-politika.

30.

Il-metodoloġiji tal-maniġment tal-proġett kienu fis-seħħ mill-bidu tal-proġetti kollha iżda ġew assenjati kompiti ġodda sinifikanti lill-Aġenzija mingħajr żieda korrispondenti fir-riżorsi li kienet tippermetti l-bini tal-għarfien u l-kapaċità meħtieġa fl-oqsma tal-IT u l-iżvilupp tan-negozju. Matul il-perjodu minn meta tnedew dawn il-proġetti, l-Aġenzija wettqet rieżami u riorganizzazzjoni fundamentali kemm tal-metodoloġija ta' governanza tal-IT kif ukoll tal-maniġment tal-proġett. L-Aġenzija, issa ilha taħdem bil-metodoloġija “gated” għal aktar minn tliet snin u kontinwament ittejjibha.

31.

Il-bidliet fl-attivitajiet ippjanati kienu dejjem soġġetti għal diskussjonijiet u qbil interni dettaljati f'korpi ta' governanza stabbiliti bħall-Bord tal-Proġett tal-Portal u l-Bażi ta' Data tal-UE u l-Bord tal-Programm tal-Provi Kliniċi. Barra minn hekk, kien fis-seħħ rapportar tal-programm u tal-proġett regolari li jippermetti s-sorveljanza tal-bidliet proposti fl-approċċ. F'numru ta' każijiet, il-Bord Eżekuttiv għamel ftehimiet fil-prinċipju, qabel ma l-bordijiet individwali setgħu mbagħad jipproċessaw il-passi maqbula.

32.

Qabel nofs l-2016, l-EMA kienet limitata minn kuntratti qafas tal-IT eżistenti li ma kinux jippermettu l-użu estensiv ta' kuntratti ta' prezzijiet fissi. L-Aġenzija ħadet deċiżjoni kkunsidrata bir-reqqa li jintużaw kuntratturi esterni biex ikunu ta' stimolu fuq timijiet barra mill-post ta' kuntrattur stabbilit (għall-kuntrarju ta' reklutaġġ ta' kuntratturi individwali fuq il-post). Il-monitoraġġ fuq il-post sar mill-persunal (maniġers tal-proġett, maniġers tekniċi). Il-monitoraġġ barra mill-post fi Stat Membru ieħor sar billi ġie stabbilit monitoraġġ mill-bogħod bl-użu ta' spazju ta' xogħol kondiviż u laqgħat mill-bogħod u meta jkun meħtieġ jintbagħat persunal barra mill-post. Għall-ġejjieni: minn nofs l-2016 'il quddiem, ġie ffirmat kuntratt qafas ġdid li jippermetti użu aktar estensiv b'mod sinifikanti ta' kuntratti bi prezzijiet fissi. Minn nofs l-2016 il-proġetti kbar tal-IT kollha qed jiġu kkonsenjati b'kuntratti bi prezzijiet fissi.

33.

Kif rikonoxxut mill-Qorti, il-bidliet fil-kamp ta' applikazzjoni, fil-baġit u fl-iskadenzi tal-proġetti kienu l-aktar minħabba r-rekwiżiti tas-sistema li qed tevolvi filwaqt li jiġu kkunsidrati l-ħtiġijiet li qed jevolvu tal-Istati Membri. Dawn huma sistemi kbar u kumplessi meħtieġa biex iservu r-rekwiżiti operattivi tan-negozju, u jippermettu l-obbligi legali, ta' Detenturi tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, sponsors ta' provi kliniċi u Stati Membri u mhux biss, jew għal kollox, l-attivitajiet operattivi tal-Aġenzija nnifisha.

34.

Attwalment il-Kummissjoni qed tħejji l-valutazzjoni li jmiss li għandha ssir fil-perjodu tal-2017-2018. Għandu jiġi nnotat ukoll li, meta jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-Aġenzija, hemm ukoll rekwiżiti ta' rapportar u awditjar dwar it-tħaddim ta' partijiet speċifiċi tal-leġiżlazzjoni (eż. regolament pedjatriċi, ta' farmakoviġilanza, u dak ta' prodotti mediċinali ta' terapija avvanzata) implimentati mill-Aġenzija. Dawn jissumplimentaw ix-xogħol tal-valutazzjoni msemmija hawn fuq.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/150


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru

(2017/C 417/23)

INTRODUZZJONI

1.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (minn hawn ’il quddiem“iċ-Ċentru”, magħruf ukoll bħala l-“EMCDDA”), li jinsab f’Lisbona, inħoloq bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 302/93 (1). Id-dmir prinċipali tiegħu huwa li jiġbor, janalizza u jxerred informazzjoni dwar id-droga u d-dipendenza fuq id-droga sabiex iħejji u jippubblika informazzjoni fil-livell Ewropew li hija oġġettiva, ta’ min joqgħod fuqha u kumparabbli. L-informazzjoni hija maħsuba biex tipprovdi bażi għall-analiżi tad-domanda għad-droga u l-modi kif din titnaqqas, kif ukoll, b’mod ġenerali, fenomeni assoċjati mas-suq tad-droga.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għaċ-Ċentru (2).

Tabella 1

Iċ-ċifri ewlenin għaċ-Ċentru

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR) (3)

18,5

15,4

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (4)

100

101

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll taċ-Ċentru. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet taċ-Ċentru, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (5) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet taċ-Ċentru għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja taċ-Ċentru fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu, il-flussi tal-flus tiegħu, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment taċ-Ċentru jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità taċ-Ċentru li jkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet taċ-Ċentru jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri taċ-Ċentru għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u ċ-Ċentru jaċċetta l-ġustifikazzjoni billi japprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Fit-tħejjija ta’ dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet taċ-Ċentru kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (7).

16.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

17.

Għal żewġ kuntratti qafas b’valuri massimi ta’ EUR 135 000 u EUR 650 000, wieħed mill-impjegati taċ-Ċentru aġixxa bħala Uffiċjal Awtorizzanti b’delega meta ħatar il-kumitat ta’ evalwazzjoni, ħa deċiżjonijiet dwar l-għotjiet u ffirma l-kuntratti. Madankollu, id-delega mogħtija mill-Uffiċjal Awtorizzanti kienet limitata għal EUR 130 000 u ma kinitx tirreferi għall-kuntratti qafas b’mod espliċitu. Il-pagamenti li saru fl-2016 ammontaw għal total ta’ EUR 35 310.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLL INTERN

18.

Fir-rapport tal-awditjar tiegħu ta’ Jannar 2016, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni enfasizza ħtieġa kbira li jittejjeb il-mod kif iċ-Ċentru jimmaniġġja l-proġetti tal-IT. B’mod partikolari, l-IAS ikkonkluda li ma hemm ebda viżjoni strateġika kumplessiva fit-tul għas-sistemi tal-IT li jappoġġaw il-proċessi operazzjonali li jinsabu fil-qalba taċ-Ċentru, li l-metodoloġija tiegħu ta’ ġestjoni tal-proġetti tal-IT kienet biss parzjalment adatta għall-ħtiġijiet tiegħu, u li l-proċess għall-ġestjoni tar-rekwiżiti tas-sistema huwa inadegwat. Iċ-Ċentru u l-IAS qablu dwar pjan biex tittieħed azzjoni korrettiva.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

19.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-17 ta’ Ottubru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 36, 12.2.1993, p. 1. Dan ir-Regolament u l-emendi tiegħu tħassru mir-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1).

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: www.emcdda.europa.eu.

(3)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(4)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta miċ-Ċentru.

(5)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(7)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2015

Fl-2012, iċ-Ċentru ffirma kuntratt qafas b’ammont massimu għall-iffirmar ta’ kuntratti speċifiċi ta’ EUR 250 000 , li kien speċifikat fl-avviż dwar kuntratt. Madankollu, iċ-Ċentru ma rrispettax dan il-limitu massimu. Sa tmiem l-2015, il-pagamenti totali li saru taħt dan il-kuntratt kienu ammontaw għal EUR 382 181 , jiġifieri kienu qabżuh b’50 %. Il-pagamenti li saru u li kienu ogħla mil-limitu massimu jindikaw li jenħtieġ li tittejjeb il-proċedura taċ-Ċentru għall-monitoraġġ ta’ kuntratti qafas.

Għadha għaddejja


IR-RISPOSTA TAĊ-ĊENTRU GĦALL-MONITORAĠĠ

20.

Skont ir-regoli relevanti, il-valuri massimi taż-żewġ kuntratti ta’ qafas indikaw biss l-ammont totali kumulattiv tal-kuntratti speċifiċi li aktarx jiġu konklużi għall-eżekuzzjoni tagħhom.

Għaldaqstant, l-EMCDDA ser jaġġusta d-deċiżjoni tiegħu dwar id-delegazzjoni tal-poteri tal-Uffiċjal ta’ Awtorizzazzjoni sabiex ikunu ċċarati aktar b’mod espliċitu l-atti koperti minn din id-delegazzjoni.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/156


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2017/C 417/24)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà (l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima) (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“EMSA”), li tinsab f’Lisbona, twaqqfet bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompiti tal-Aġenzija huma li tiżgura livell għoli ta’ sigurtà marittima u li tipprevieni tniġġis mill-vapuri, tipprovdi assistenza teknika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, u timmonitorja l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, kif ukoll li tevalwa l-effettività tagħha.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR) (3)

64,8

71,1

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (4)

246

246

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (5) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Aġenzija jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Aġenzija li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Aġenzija għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Aġenzija taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Fit-tħejjija ta’ dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (7).

16.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

17.

Fl-2014 l-Aġenzija kkonkludiet kuntratt qafas li kien jammonta għal EUR 3,5 miljun, għax-xiri ta’ oġġetti u servizzi relatati mal-IT fuq perjodu ta’ sitt snin. L-Aġenzija ma stmatx b’mod suffiċjenti l-ħtiġijiet u l-valur probabbli tal-kuntratt, u dan wassal għal konsum ta’ 80 % tal-kuntratt sa tmiem l-2016. Minħabba f’dan, se jkollha titnieda proċedura ġdida ta’ akkwist erba’ snin aktar kmieni milli mistenni, u dan se jirriżulta fi spejjeż amministrattivi addizzjonali.

18.

Fl-2016, l-Aġenzija kkonkludiet seba’ kuntratti qafas għax-xiri ta’ sistemi ta’ reazzjoni għat-tniġġis miż-żejt. Kull kuntratt qafas (li jirrappreżenta lott fil-proċedura ta’ akkwist) kien ikopri tip speċifiku ta’ tagħmir. Il-proċedura ta’ akkwist tniedet bis-suppożizzjoni li l-valur totali tas-seba’ kuntratti qafas jkun ta’ EUR 7 miljun. Madankollu, din is-suppożizzjoni ma stmatx il-ħtiġijiet tal-Aġenzija b’mod suffiċjenti, u ġew iffirmati seba’ kuntratti qafas għal ammont ta’ EUR 7 miljun kull wieħed, li wassal għal valur totali ta’ EUR 49 miljun għall-kuntratti.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-17 ta’ Ottubru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

(2)  [Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.emsa.europa.eu.

(3)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(4)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(5)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(7)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


IR-RISPOSTA TAL-EMSA

18.

L-ispjegazzjoni tal-ħtiġijiet relatati ma’ dal-kuntratt kienet partikolarment ikkumplikata minħabba li fiż-żmien tal-akkwist in-negozjati dwar il-Ftehim tad-Delegazzjoni għal Copernicus kienu għadhom għaddejjin u, importanti iktar minn hekk, ma kienx ċar jekk u sakemm l-ispejjeż tal-IT se jkunu eliġibbli skont dan il-ftehim, l-aktar minħabba l-kwistjoni fuq kif tindirizza mal-ħtiġijiet speċifiċi ta’ Copernicus f’ambjent tal-IT ibridu u kkombinat fl-EMSA. Il-fatt li Copernicus jikkonsma parti sostanzjali mill-kuntratt ta’ qafas imsemmi hawn fuq ma setax jitbassar meta l-kuntratt ġie konkluż.

19.

Oriġinarjament kien imbassar li titnieda proċedura tal-akkwist fuq sitt lottijiet bi stima ta’ baġit ġenerali ta’ EUR 7 miljuni mingħajr il-VAT. Madankollu, fil-perjodu ta’ bejn l-istima inizjali tal-ħtiġijiet u t-tnedija proprja tas-sejħa għall-offerti, il-ħtiġijiet imbassra evolvew u b’riżultat ta’ dan, is-sejħa għall-offerti tnediet b’numru differenti ta’ lottijiet u livell massimu tal-baġit differenti għal kull lott.

Il-pakkett sħiħ tad-dokumentazzjoni tas-sejħa għall-offerti (L-Ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti, l-Abbozz tal-kuntratt, l-Avviż dwar il-Kuntratt l-Kuntratt, ir-Rapport lill-Uffiċjali ta’ Awtorizzazzjoni, id-Deċiżjoni tal-Għoti u l-Avviż ta’ Għoti ta’ Kuntratt) kienu adattati kif xieraq u ppubblikati b’mod koerenti bl-indikazzjoni ta’ EUR 7 miljuni għal kull lott.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/160


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2017/C 417/25)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“ENISA”), li tinsab f’Ateni u f’Heraklion (1), inħolqot bir-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li, wara emendi differenti, tħassar bir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (3). Il-kompitu prinċipali tal-Aġenzija huwa li ttejjeb il-kapaċità tal-Unjoni biex tipprevieni u tirrispondi għall-problemi tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni billi tibni fuq l-isforzi nazzjonali u tal-Unjoni.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (4).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR)

10

11

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (5)

69

69

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (6) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (7) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Aġenzija jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Aġenzija li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Aġenzija għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Dan l-eżaminar ikopri l-kategoriji kollha ta’ pagamenti minbarra pagamenti bil-quddiem fil-punt meta jsiru. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Aġenzija taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Fit-tħejjija ta’ dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (8).

16.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

17.

L-approprjazzjonijiet ta’ impenn li ġew riportati huma għoljin għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) b’ammont ta’ EUR 0,3 miljun, jiġifieri 25 % (2015: EUR 0,15 miljun, jiġifieri 22 %) ta’ approprjazzjonijiet impenjati. Dan il-livell għoli jirriżulta prinċipalment minn trasferimenti li saru mit-Titolu I (nefqa għall-persunal) u mit-Titolu III (nefqa operazzjonali), u huwa primarjament relatat ma’ investimenti fl-IT u f’karozza tas-servizz li saru lejn tmiem is-sena.

KUMMENTI DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA U DWAR IL-PRESTAZZJONI

18.

Kif meħtieġ mir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, tħejjew evalwazzjonijiet esterni tal-prestazzjoni tal-ENISA għall-2014 u l-2015, u r-rapporti finali ġew ippreżentati f’Ottubru 2015 u f’Mejju 2016 rispettivament. L-evalwazzjoni tal-2014 ikkonkludiet li l-attivitajiet operazzjonali ewlenin li twettqu taħt il-Programm ta’ Ħidma 2014 għandhom konnessjoni ċara mal-mandat legali tal-ENISA, u l-effettività tal-Aġenzija ġiet ivvalutata bħala tajba. Madankollu, hija identifikat li hemm lok għal titjib fir-rigward tad-diviżjoni tal-Aġenzija bejn Heraklion u Ateni, li jwassal għal proċessi ta’ xogħol ikkumplikati u għal nuqqas ta’ komunikazzjoni u kooperazzjoni. L-evalwazzjoni tal-2015 ikkonkludiet li x-xogħol u l-outputs tal-ENISA qed jirrispondu għall-ħtieġa għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni madwar l-UE u fi ħdan l-Istati Membri, u li l-Aġenzija effettivament tissodisfa l-aspettattivi tal-partijiet interessati tagħha. Madankollu, ir-rapport enfasizza li hemm il-ħtieġa ta’ titjib fil-komunikazzjoni bejn l-ENISA u l-partijiet interessati tagħha, li jsibu li l-mandat u l-ambitu tagħha huma limitati wisq. B’rispons għal dan, l-Aġenzija qed timplimenta pjan ta’ azzjoni li ġie maqbul mal-Bord tat-Tmexxija.

19.

Fl-2016, l-Aġenzija ttrasferiet 8 membri addizzjonali tal-persunal lejn Ateni, u b’hekk l-għadd ta’ membri tal-persunal f’Heraklion naqas għal 14. Kif ġie enfasizzat fir-Rapport 2013 tal-Qorti, huwa probabbli li l-ispejjeż jistgħu jitnaqqsu aktar jekk il-persunal jiġi ċċentralizzat f’post wieħed.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

20.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tad-19 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  Il-persunal operazzjonali tal-Aġenzija ġie rrilokat f’Ateni f’Marzu 2013.

(2)  ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.

(4)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.enisa.europa.eu

(5)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(6)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(7)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(8)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2015

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati huma għoljin għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f’ammont ta’ EUR 0,15  miljun, jiġifieri 22 % (2014: EUR 0,6  miljun, jiġifieri 49 %). Dawn ir-riporti kienu relatati ma’ investimenti fl-infrastruttura tal-IT li kienet ordnata, kif ippjanat, lejn tmiem is-sena.

M/A

2015

Fl-2016, l-Aġenzija kienet qed tippjana li tirriloka xi membri tal-persunal amministrattiv minn Heraklion għal Ateni filwaqt li r-Regolament bażiku tagħha jipprovdi li l-persunal li hu primarjament involut fl-amministrazzjoni tal-Aġenzija għandu jkun ibbażat f’Heraklion.

Għadha għaddejja


IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

17.

L-ENISA identifikat mappa tal-partijiet ikkonċernati u ddefinixxiet il-prijoritajiet. Fl-istess ħin, l-ENISA qed timplimenta softwer għall-Ġestjoni tar-Relazzjoni tal-Partijiet Konċernati li huwa maħsub biex jappoġġa l-allinjament tal-ħtiġijiet u l-aspettattivi tal-partijiet ikkonċernati biex b’hekk ittejjeb strateġija ta’ komunikazzjoni effettiva.

Ir-riport hu għaldaqstant ġustifikat u relatat mal-akkwist tas-softwer SRM li kien iffinalizzat f’Diċembru 2016 kif ukoll l-akkwist għall-karozza ta’ servizz tal-Aġenzija.

18.

Sabiex iżżid l-effiċjenza, l-Aġenzija tejbet il-faċilitajiet tagħha tal-vidjokonferenza u tuża softwer li jissejjaħ “Mingħajr Karti” li jippermetti lill-Aġenzija tindirizza l-ħidma ta’ kuljum b’mod aktar effettiv (dan hu softwer elettroniku tal-fluss tax-xogħol li huwa totalment “mingħajr karti”). Dawn iż-żewġ miżuri rriżultaw f’komunikazzjoni mtejba ġewwa l-Aġenzija.

Fir-rigward tal-ENISA u r-relazzjonijiet esterni tagħha, l-Aġenzija ddiskutiet mal-awtoritajiet tal-pajjiżi ospitanti tagħha l-possibbiltà li tirriloka l-persunal tal-Aġenzija tagħha fl-uffiċċju tagħha ta’ Ateni.

Barra minn dan, il-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija u l-Maniġment qed jiddiskutu l-futur tal-Aġenzija u l-aħjar mod biex jintlaħqu l-Partijiet Ikkonċernati tal-Aġenzija kif ukoll il-mod kif titjieb is-sensibilizzazzjoni tal-Aġenzija fi ħdan ir-riżorsi umani u finanzjarji disponibbli. It-tim tal-komunikazzjonijiet ġie integrat f’dipartiment ġdid, imsejjaħ Relazzjonijiet tal-Partijiet Ikkonċernati u l-Amministrazzjoni bl-għan li jkun hemm effiċjenza interna u esterna. Pjanijiet strateġiċi u operazzjonali qed jiġu evalwati b’mod kontinwu biex jaqdu aħjar lill-UE bl-informazzjoni taċ-ċibersigurtà u s-sensibilizzazzjoni meħtieġa. U kif spjegat fil-punt 17, l-ENISA investiet f’għodda SRM.

19.

Seba’ membri tal-persunal fl-2016 u tnejn fl-2017, talbu li jiċċaqilqu lejn l-uffiċċju t’Ateni minħabba l-limitazzjonijiet tal-lokalità ta’ Heraklion. It-total tal-persunal li huwa mistenni li jkun Heraklion sal-aħħar tal-2017 huwa ta’ tmienja.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/166


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2017/C 417/26)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“ERA”), li tinsab f’Lille u f’Valenciennes, inħolqot bir-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li ġie sostitwit mir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu tal-Aġenzija huwa li żżid il-livell ta’ interoperabbiltà tas-sistemi ferrovjarji u li tiżviluppa approċċ komuni għas-sikurezza sabiex tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ settur ferrovjarju Ewropew aktar kompetittiv u b’livell għoli ta’ sikurezza.

2.

It-Tabella hawn taħt tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-aġenzija

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR)

26,3

27,5

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (3)

157

155

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Aġenzija jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Aġenzija li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Aġenzija għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Aġenzija taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Fit-tħejjija ta’ dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (6).

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

16.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-12 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 220, 21.6.2004, p. 3, u ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1. Skont ir-Regolament tal-aħħar, l-isem oriġinali tal-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji, inbidel għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.era.europa.eu.

(3)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2013

Skont ir-regolament fundatur tal-Aġenzija (1), il-persunal għandu jikkonsisti minn:

impjegati temporanji reklutati mill-Aġenzija għal massimu ta’ ħames snin minn fost professjonisti mis-settur ferrovjarju, abbażi tal-kwalifiki u l-esperjenza tagħhom fil-qasam tas-sigurtà (sikurezza) u l-interoperabbiltà ferrovjarja;

uffiċjali assenjati jew sekondati mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri għal massimu ta’ ħames snin; u

ħaddiema oħrajn biex iwettqu kompiti implimentattivi jew segretarjali.

Ikkompletata (2)

Fi tmiem l-2013, 136 impjegat temporanju kienu jaħdmu għall-Aġenzija. Ir-regolament fundatur jistipula wkoll li matul l-ewwel 10 snin ta’ operat tal-Aġenzija, il-perjodu ta’ 5 snin għalihom jista’ jiġi estiż b’massimu ta’ 3 snin oħra meta meħtieġ biex tiġi garantita l-kontinwità tal-operat. L-Aġenzija użat din il-possibbiltà bħala prattika standard sa nofs l-2013. Barra minn hekk, fil-perjodu minn Settembru 2013 sa Marzu 2014, l-Aġenzija impjegat mill-ġdid erba’ impjegati temporanji (għal perjodu ta’ tmien snin) li l-kuntratti tagħhom mal-ERA kienu ntemmu fl-2013 wara l-perjodu massimu ta’ tmien snin.

Fl-2013, l-Aġenzija adottat deċiżjoni ġdida bi ftehim mal-Bord Amministrattiv (Bord ta’ Tmexxija) tagħha u l-Kummissjoni, skont liema impjegati temporanji jista’ jkollhom kuntratti indefiniti. Il-proposta għal regolament fundatur rivedut għall-ERA tinkludi dispożizzjonijiet simili iżda mhuwiex ċar jekk u meta din se tiġi adottata mill-Parlament u mill-Kunsill.

2013

L-Aġenzija tinsab f’Lille u f’Valenciennes. Kif semmiet il-Qorti fir-Rapport Annwali Speċifiku tagħha għas-sena finanzjarja 2006, huwa probabbli li l-ispejjeż jistgħu jitnaqqsu jekk l-operazzjonijiet kollha jiġu ċċentralizzati f’post wieħed. Dan għandu mnejn ukoll jiffaċilita ftehim komprensiv dwar is-sede mal-Istat Membru ospitanti, biex b’hekk jiġu kkjarifikati l-kundizzjonijiet li taħthom l-Aġenzija u l-persunal tagħha joperaw.

Għadha għaddejja


(1)  L-Artikolu 24(3) tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1), li jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 881/2004, indirizza l-osservazzjoni tal-Qorti rigward l-arranġamenti tar-reklutaġġ ta’ persunal tal-aġenzija.


IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

L-Aġenzija ħa nota tar-rapport tal-Qorti.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/171


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2017/C 417/27)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“ERCEA”), li tinsab fi Brussell, inħolqot bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/37/KE (1). L-Aġenzija ġiet stabbilita għal perjodu li beda fl-1 ta’ Jannar 2008 u li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017 bl-għan li tmexxi l-programm speċifiku “Ideat” taħt is-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka. Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE (2), l-Aġenzija saret l-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni li hija responsabbli għall-implimentazzjoni amministrattiva u l-eżekuzzjoni tal-programm għar-riċerka Orizzont 2020, u timplimenta l-azzjonijiet, skont il-Parti I “Xjenza eċċellenti” tal-programm, li huma relatati mal-objettiv speċifiku tat-tisħiħ tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien, permezz tal-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC).

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (3).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-aġenzija

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR)

39,6

42,6

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (4)

417

461

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (5) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Aġenzija jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Aġenzija li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Aġenzija għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Aġenzija taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

16.

Ir-rapporti ta’ ftuħ u tal-kumitat ta’ evalwazzjoni, li jitħejjew mill-kumitati tal-Aġenzija inkarigati mill-akkwist pubbliku u r-reklutaġġ, ma jippreżentawx rekord sħiħ u preċiż tal-proċeduri li fil-fatt intużaw. Ir-rapporti inadegwati jinkludu t-trasparenza ta’ dawn il-proċeduri.

17.

Fir-rapport tal-awditjar tiegħu datat Settembru 2016, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) ikkonkluda li l-Aġenzija ħadet għadd ta’ miżuri strateġiċi u operazzjonali biex ittejjeb il-proċess għar-reklutaġġ, iż-żamma u l-allokazzjoni tal-persunal tagħha. F’dan il-kuntest, l-IAS ikkonkluda li l-Aġenzija fasslet u implimentat proċess adegwat għall-ġestjoni tar-riżorsi umani biex ikollha forza tax-xogħol li tkun kompetenti u impenjata sabiex tiżgura l-ilħuq tal-objettivi tagħha. Filwaqt li ma ġiet identifikata l-ebda problema kruċjali jew ta’ importanza kbira, l-Aġenzija u l-IAS qablu dwar pjan ta’ azzjoni biex ikompli jsir titjib f’ċerti oqsma ta’ dan il-proċess.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

18.

Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati kien għadu għoli għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f’ammont ta’ EUR 1,3 miljun, jiġifieri 40 % (2015: EUR 1,5 miljun, jiġifieri 43 %), prinċipalment fir-rigward ta’ awditi esterni u ta’ komunikazzjoni, li jkomplu sejrin wara tmiem is-sena. Il-livell għoli ta’ riporti jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

19.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-12 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 9, 12.1.2008, p. 15.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965.

(3)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.erc.europa.eu.

(4)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija

(5)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2015

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) kienu għoljin f’ammont ta’ EUR 1 457 920 , jiġifieri 43,14  % (2014: EUR 1 126 275 , jiġifieri 38,50  %). Dawn huma prinċipalment relatati man-natura pluriennali ta’ kuntratti tal-IT (EUR 504 473 ) u mal-awditi ex post ta’ skemi ta’ għoti (EUR 687 522,50 ) li nbdew fl-2015 iżda li kienu għadhom ma ġewx konklużi sa tmiem is-sena.

M/A


IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

16.

Filwaqt li tikkunsidra li fil-futur toqgħod attenta għaċ-ċarezza tar-rapport tal-ftuħ tagħha (għal akkwist pubbliku) u għall-formulazzjoni tal-kliem fir-rapporti ta’ reklutaġġ, l-ERCEA xorta waħda tikkunsidra l-konklużjoni tal-Qorti dwar it-trasparenza ta’ dawn il-proċeduri bħala sproporzjonata fid-dawl tas-serjetà tal-fatti rrapportati u tal-okkorrenza osservata tagħhom.

17.

Bħalissa qed jiġi implimentat il-pjan ta’ azzjoni tal-ERCEA relatat mal-Awditu tal-IAS dwar il-ġestjoni tar-Riżorsi Umani.

18.

L-ERCEA tieħu nota tal-kumment tal-Qorti u tikkunsidra li ma jagħtix lok għal azzjonijiet korrettivi, peress li “r-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu III” huma ġustifikati skont in-natura u t-twaqqit tat-tranżazzjonijiet ekonomiċi sottostanti. L-ERCEA tosserva wkoll li r-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati naqsu fl-2016 meta mqabbla mal-2015, minn 43,1 % għal 40,1 %.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/176


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Awtorità

(2017/C 417/28)

INTRODUZZJONI

1.

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (minn hawn ’il quddiem“l-Awtorità”, magħrufa wkoll bħala l-“ESMA”), li tinsab f’Pariġi, ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu tal-Awtorità huwa li ttejjeb l-operat tas-suq finanzjarju intern tal-UE billi tiżgura livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni, tippromwovi l-integrità u l-istabbiltà tas-sistemi finanzjarji u ssaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali sabiex tiżgura l-istabbiltà u l-effettività tas-sistema finanzjarja.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Awtorità (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-awtorità

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR) (3)

36,8

39,4

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (4)

202

204

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Awtorità. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Awtorità, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (5) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Awtorità għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Awtorità fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Awtorità, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Awtorità jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Awtorità li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Awtorità jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Awtorità għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Awtorità taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Fit-tħejjija ta’ dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Awtorità kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (7).

Kwistjoni oħra

16.

Mingħajr ma tixħet dubju fuq l-opinjoni tagħha, il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit (UK) innotifika lill-Kunsill Ewropew dwar id-deċiżjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Ftehim li jistipula l-arranġamenti għall-ħruġ tiegħu se jiġi nnegozjat. Perċentwal ta’ 26 % tal-baġit tal-Awtorità huwa ffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea, 47 % permezz ta’ kontribuzzjonijiet diretti mill-Istati Membri tal-UE u 27 % minn tariffi li tirċievi minn entitajiet sorveljati (Aġenziji ta’ Klassifikazzjoni tal-Kreditu u Repożitorji tat-Tranżazzjonijiet). Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE jista’ jaffettwa l-attivitajiet tal-Awtorità peress li, attwalment, l-entitajiet sorveljati li huma l-aktar sinifikanti jinstabu hemm. Huwa possibbli li, fil-futur, id-dħul tal-Awtorità jonqos b’riżultat tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-UE.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

17.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-12 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Awtorità hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.esma.europa.eu.

(3)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(4)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Awtorità.

(5)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(7)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

Ġew innutati dgħufijiet fir-rigward ta’ sitt impenji legali li saru qabel l-impenji baġitarji (EUR 483 845 ).

Ikkompletata

2012

Matul it-tieni sena ta’ attività tagħha, l-Awtorità ħadet pass importanti bl-adozzjoni u l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti bażi għall-istandards kollha ta’ kontroll intern. Madankollu, għadha ma nkisbitx implimentazzjoni sħiħa tal-istandards.

Ikkompletata

2012

Hemm lok konsiderevoli għal titjib fil-puntwalità u d-dokumentazzjoni tal-proċeduri ta’ akkwist.

Ikkompletata

2014

L-ammont ta’ tariffi ddebitati lil entitajiet sorveljati (Aġenziji ta’ Klassifikazzjoni tal-Kreditu u Repożitorji tat-Tranżazzjonijiet) fl-2014 (EUR 6 623 000 ) li jidher bħala dħul fir-rapport finali tal-prestazzjoni finanzjarja kien ibbażat fuq spejjeż stmati, aktar milli fuq spejjeż reali, tal-attivitajiet superviżorji mwettqa. Tariffi imposti fuq entitajiet sorveljati għandhom ikunu qrib kemm jista’ jkun għall-ispiża reali mġarrba f’dan il-qasam. Sabiex tikseb dan, l-ESMA attwalment qiegħda twettaq eżerċizzju ta’ mmudellar ta’ Spiża Bbażata fuq l-Attività.

Ikkompletata

2015

Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f’ammont ta’ EUR 2,2 miljun, jiġifieri 26 % (2014: EUR 1,4 miljun, jiġifieri 19 %). Dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati ma’ proġetti tal-IT li s-servizzi għalihom kienu għadhom ma twasslux jew li l-fatturi għalihom se jiġu riċevuti biss fl-2016.

M/A

2015

Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati kien għoli wkoll għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f’ammont ta’ EUR 2,3 miljun, jiġifieri 33 % (2014: EUR 4,1 miljun, jiġifieri 45 %). Dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati ma’ proġetti tal-IT li s-servizzi għalihom kienu għadhom ma twasslux jew li l-fatturi għalihom se jiġu riċevuti biss fl-2016 (EUR 1,7 miljun) kif ukoll ma’ spejjeż għall-missjonijiet li se jiġu rimborżati biss fl-2016 (EUR 0,1 miljun).

M/A


IR-RISPOSTA TAL-AWTORITÀ

L-Awtorità ħadet nota tar-rapport tal-Qorti.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/181


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħrġ għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni

(2017/C 417/29)

INTRODUZZJONI

1.

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (minn hawn ’il quddiem “il-Fondazzjoni”, magħrufa wkoll bħala l-“ETF”), li tinsab f’Turin, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 (1) (tfassil mill-ġdid (KE) Nru 1339/2008). Il-kompitu tal-Fondazzjoni huwa li tappoġġa r-riforma tat-taħriġ vokazzjonali fil-pajjiżi msieħba tal-Unjoni Ewropea. Biex tagħmel dan, hija tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta’ diversi programmi ta’ taħriġ vokazzjonali.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Fondazzjoni (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-fondazzjoni

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR)

21

21

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (3)

129

130

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Fondazzjoni. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Fondazzjoni, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Fondazzjoni għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Fondazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Fondazzjoni, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Fondazzjoni jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Fondazzjoni li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Fondazzjoni jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Fondazzjoni għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Fondazzjoni taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Fit-tħejjija ta’ dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Fondazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (6).

16.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA U DWAR IL-PRESTAZZJONI

17.

Fl-2016 twettqet evalwazzjoni esterna tal-Fondazzjoni, f’isem il-Kummissjoni. Dan kien l-ewwel pass f’evalwazzjoni trasversali tal-erba’ aġenziji li jaħdmu fil-qasam tal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni (7). L-evalwazzjoni kkonkludiet li r-riorganizzazzjoni konsiderevoli li saret fl-ETF mill-2011 ’il hawn ma kellhiex effetti negattivi sinifikanti u tqieset bħala pass pjuttost pożittiv mill-partijiet interessati, kemm dawk interni kif ukoll dawk esterni, speċjalment f’termini ta’ strateġija u effettività. Il-governanza tal-ETF tqieset bħala effiċjenti u effettiva. L-evalwazzjoni tenfasizza wkoll il-fatt li l-ETF kompliet issaħħaħ il-kapaċità tagħha ta’ monitoraġġ mill-2011 ’il hawn iżda li għad hemm lok biex tingħata stampa aktar ċara tal-attivitajiet u l-kisbiet tagħha. L-unifikazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-indikaturi madwar loġika ta’ intervent waħdanija, u l-użu ta’ terminoloġija komuni fl-organizzazzjoni kollha, jgħinu biex is-sitwazzjoni tittejjeb. Il-Fondazzjoni ħejjiet pjan għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-evalwaturi.

KUMMENTI OĦRA

18.

Fir-Rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena 2011, il-Qorti diġà kienet enfasizzat il-fatt li s-sitwazzjoni rigward il-bini tal-Fondazzjoni mhijiex sodisfaċenti u hemm ir-riskju li twassal għall-interruzzjoni tal-attivitajiet. Is-sitwazzjoni tibqa’ waħda ta’ status quo peress li l-Konsorzju li kien qed jimmaniġġja u jokkupa parti mill-kumpless ġie llikwidat fl-2011 u ħalla parti mill-kumpless vojt. Hemm ħtieġa urġenti biex il-pajjiż ospitanti jsib soluzzjoni għal din il-kwistjoni. Skont il-ftehim mal-pajjiż ospitanti, faċilitajiet xierqa huma garantiti sal-2027.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

19.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-12 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 131, 23.5.1990, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Fondazzjoni hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.etf.europa.eu.

(3)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Fondazzjoni.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(7)  L-Aġenziji l-oħra li se jkunu koperti huma l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Dublin), l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (Bilbao) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali (Salonka).


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2013

Fi tmiem l-2013, il-Fondazzjoni kellha EUR 7,5 miljun f’kontijiet f’bank wieħed bi klassifikazzjoni baxxa tal-kreditu (F3, BBB) (1).

Ikkompletata


(1)  Ammont imnaqqas għal EUR 1,8 miljun.


IT-TWEĠIBIET TAL-FONDAZZJONI

L-Aġenzija ħa nota tar-rapport tal-Qorti.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/187


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju

(2017/C 417/30)

INTRODUZZJONI

1.

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “l-Uffiċċju”, magħruf ukoll bħala l-“EUIPO”), li sat-23 ta’ Marzu 2016 kien magħruf bħala l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (l-“OHIM”), ġie stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), li ġie emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) 2015/2424 (2). L-attività prinċipali tal-Uffiċċju, li jinsab f’Alicante, hija r-reġistrazzjoni ta’ trademarks tal-UE u disinji Komunitarji rreġistrati, li huma validi fl-UE kollha.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Uffiċċju (3).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-uffiċċju

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR) (4)

384,2

421,3

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru

848

910

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Uffiċċju. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Uffiċċju, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (5) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Uffiċċju għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Uffiċċju fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu, il-flussi tal-flus tiegħu, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Uffiċċju jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Uffiċċju li jkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Uffiċċju jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivvalutaw il-proċeduri tal-Uffiċċju għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Uffiċċju jaċċetta l-ġustifikazzjoni billi japprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

Kwistjoni oħra

15.

Mingħajr ma tixħet dubju fuq l-opinjoni tagħha, il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit (UK) innotifika lill-Kunsill Ewropew dwar id-deċiżjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Ftehim li jistipula l-arranġamenti għall-ħruġ tiegħu se jiġi nnegozjat. Il-baġit tal-Uffiċċju huwa ffinanzjat kompletament minn tariffi li jinġabru mingħand l-operaturi ekonomiċi tal-UE. L-ammont ta’ tariffi jvarja kull sena skont il-volum ta’ reġistrazzjonijiet u tiġdid ta’ trademarks u disinji. Huwa possibbli li, fil-futur, id-dħul tal-Uffiċċju jonqos b’riżultat tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-UE.

16.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

17.

Ir-rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit mill-Uffiċċju kienet baxxa f’livell ta’ 89 %, li jindika li l-istima tal-infiq tiegħu fil-baġit għall-2016 ma kinitx preċiża. Il-preċiżjoni tal-baġit tal-Uffiċċju, fejn meħtieġ permezz ta’ emenda, saret aktar importanti wara l-bidliet reċenti li saru fir-Regolament fundatur u fir-Regolament finanzjarju tiegħu, fejn huma speċifikati mekkaniżmi bħall-allokazzjoni ta’ bilanċi pożittivi għal fond ta’ riżerva (7) u l-mekkaniżmu ta’ kumpens (8) li huma konnessi mal-ammonti bbaġitjati.

KUMMENTI DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA U DWAR IL-PRESTAZZJONI

18.

Fl-2014, l-Uffiċċju nieda sejħa għall-offerti biex jikkonkludi kuntratt qafas (FWC) ta’ erba’ snin li kellu volum tas-suq stmat ta’ EUR 30 miljun, bl-għan li jakkwista servizzi ta’ konsulenza li jkopru firxa wiesgħa ta’ attivitajiet inklużi servizzi tal-awditjar, ġestjoni tal-proġetti, konsulenza ġenerali u studji. Madankollu, il-proċedura ta’ akkwist u l-użu sussegwenti tal-FWC ma ġewx immaniġġjati tajjeb f’xi partijiet. L-objettivi u l-attivitajiet li kellhom jitwettqu ma kinux ġew speċifikati b’mod suffiċjenti u għalhekk, il-volum tal-FWC ma setax ikun stmat b’mod preċiż. B’konsegwenza ta’ dan, huwa kien diġà ntuża kompletament fi żmien sentejn u nofs biss. Barra minn hekk, minkejja d-diversità wiesgħa ta’ servizzi li kellhom jiġu akkwistati u l-livelli ta’ nfiq għal kull attività li kienu jvarjaw ħafna, l-ebda lott ma ntuża. Li kieku l-lottijiet intużaw, dan seta’ jħeġġeġ il-partiċipazzjoni ta’ kumpaniji iżgħar f’attivitajiet b’valur baxx. Fl-aħħar nett, il-kompetizzjoni fuq prezzijiet kienet newtralizzata u d-dipendenza fuq il-kuntrattur żdiedet b’konsegwenza tal-fatt li ntalbu offerti bi prezzijiet fissi mingħand kuntrattur wieħed bl-użu tal-FWC. Jenħtieġ li l-Uffiċċju jqis il-possibbiltà li jikkonkludi ftehimiet ma’ bosta fornituri billi jerġa’ jiftaħ il-kompetizzjoni mill-ġdid kull meta dan ikun xieraq.

KUMMENTI OĦRA

19.

Il-mandat tal-Uffiċċju li jirreġistra trademarks u disinji għas-Suq Uniku Ewropew jipproduċi volum kbir ta’ xogħol ta’ traduzzjoni. Ir-Regolament fundatur tal-Uffiċċju jistabbilixxi li s-servizzi ta’ traduzzjoni li huma meħtieġa għall-funzjonament tal-Uffiċċju għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (is-“CdT”), u dan ifisser li l-Uffiċċju huwa l-klijent prinċipali tas-CdT. L-Uffiċċju qed jagħmel użu dejjem akbar minn soluzzjonijiet interni bħal memorji lingwistiċi u memorji ta’ traduzzjoni kif ukoll ta’ softwer relatat. Dawn l-għodod għandhom l-għan li jtejbu l-kosteffettività u l-effiċjenza proprja tal-Uffiċċju. Madankollu, mill-perspettiva tal-Unjoni Ewropea, is-sitwazzjoni attwali tista’ tirriżulta f’duplikazzjoni tal-isforzi u tal-ispejjeż relatati.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

20.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-12 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 341, 24.12.2015, p. 21.

(3)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Uffiċċju hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: https://euipo.europa.eu.

(4)  Iċ-ċifri tal-baġit jinkludu riżerva għal avvenimenti mhux previsti.

Sors: data pprovduta mill-Uffiċċju.

(5)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(7)  L-Artikolu 89(1) tar-Regolament finanzjarju tal-Uffiċċju jipprovdi li huwa għandu jistabbilixxi fond ta’ riżerva li jkollu fondi suffiċjenti biex jiżgura l-kontinwità tal-operazzjonijiet tiegħu u l-eżekuzzjoni tal-kompiti tiegħu għal sena, jiġifieri, l-ekwivalenti tal-approprjazzjonijiet stmati li huma previsti fit-Titoli 1, 2 u 3 tal-baġit tal-Uffiċċju.

(8)  L-Artikolu 139(4) u (6) tar-Regolament fundatur tal-Uffiċċju jipprovdi li kull sena huwa għandu jikkumpensa għall-ispejjeż imġarrba mill-uffiċċji li jittrattaw il-proprjetà industrijali tal-Istati Membri, mill-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjetà Intellettwali u minn kwalunkwe awtorità rilevanti oħra li tiġi nnominata minn Stat Membru, bħala riżultat tal-kompiti speċifiċi li huma jwettqu bħala partijiet funzjonali tas-sistema tat-trademarks tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta’ diversi servizzi u proċeduri, li permezz tagħhom dan l-obbligu għandu japplika biss sal-punt li ma jkun hemm l-ebda defiċit baġitarju f’dik is-sena.


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2013

L-Uffiċċju għandu stabbilit Pjan tal-Kontinwità tan-Negozju u ta’ Ġestjoni tal-Kriżi li jistipula li madwar 25 rwol għandhom ikunu koperti b’mod permanenti minn impjegati fuq xogħol stand-by. Għalkemm l-approprjazzjonijiet tal-baġit għal allowances ta’ xogħol stand-by jiġu approvati kull sena mill-Kumitat tal-Baġit tal-Uffiċċju, l-ammont imħallas fl-2013 (EUR 402 458 ) jaqbeż b’mod konsiderevoli allowances ta’ dan it-tip li jitħallsu minn aġenziji oħra li jeħtiġilhom jiżguraw servizz permanenti.

Ikkompletata

2014

Fir-Rapport tagħha għall-2013 dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju, il-Qorti qajmet dubju dwar l-ammont li ntnefaq fuq allowances ta’ xogħol stand-by (EUR 0,40 miljun). Dawn il-pagamenti kienu ogħla fl-2014 (EUR 0,44 miljun). F’Novembru 2014, l-Uffiċċju rreveda l-politika tiegħu u naqqas l-għadd ta’ rwoli intitolati għal allowances ta’ xogħol stand-by minn 25 għal 17, u l-effett finanzjarju ta’ dan se jkun jidher mill-2015 (1). Disa’ membri tal-persunal irċevew aktar minn EUR 11 000 kull wieħed f’allowances ta’ xogħol stand-by, u sebgħa minnhom huma maniġers.

Ikkompletata

2015

Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati għall-2016 kien għoli għat-Titolu III f’ammont ta’ EUR 12,9 miljun, jiġifieri 36 % (2014: EUR 14,1 miljun, jiġifieri 38 %). Ir-riporti huma prinċipalment relatati ma’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni mal-Uffiċċji Nazzjonali li jippreżentaw klejms għall-ispejjeż wara tmiem is-sena biss.

M/A

2015

L-akkwist ta’ servizzi bbażati fuq proċedura negozjata mingħajr il-pubblikazzjoni ta’ avviż dwar kuntratt jillimita l-kompetizzjoni għal parti unika ta’ negozjar u għalhekk għandu jintuża biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali. Konformement ma’ din il-proċedura, fl-2015 l-Uffiċċju estenda sitt kuntratti qafas b’valur tas-servizzi estiżi ta’ EUR 1,9 miljun (fl-2014: 12-il kuntratt qafas b’valur tas-servizzi estiżi ta’ EUR 12,6 miljun) (2). L-użu li l-Uffiċċju għamel minn din il-proċedura ma jistax jitqies bħala “eċċezzjonali” minħabba l-għadd, il-valur u l-frekwenza ta’ dawn il-kuntratti, u huwa ma kienx jikkonforma bis-sħiħ mar-rekwiżiti formali (3).

Ikkompletata

2015

L-Uffiċċju jirrimborża parti mis-salarju gross, jew is-salarju gross kollu, tal-Esperti Nazzjonali Sekondati (ENS) lill-impjegaturi tagħhom. Din hija devjazzjoni mill-prattika tal-Kummissjoni li l-impjegaturi tal-ENS ikomplu jħallsu s-salarji tagħhom. Fl-2015, dawn ir-rimborżi ammontaw għal EUR 1,9 miljun.

Ikkompletata

2015

Fil-31 ta’ Diċembru 2015, disa’ membri tal-persunal tal-OHIM ġew sekondati, fl-interess tas-servizz, lill-Bord tal-Appell tal-OHIM. Madankollu, ir-Regolamenti tal-Persunal tal-UE ma jipprevedux sekondar ta’ dan it-tip (4).

Ikkompletata (5)


(1)  Fl-2015, l-Uffiċċju ħallas EUR 285 242 għal allowances ta’ xogħol stand-by, u 13-il rwol kienu intitolati għal dan.

(2)  Kuntratti qafas estiżi bbażati fuq l-Artikolu 134(1)(f) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(3)  Kif stipulat fl-Artikolu 134(3) tar-Regoament Delegat (UE) Nru 1268/2012.

(4)  L-Artikolu 37(a) tar-Regulation No 31 (EEC), 11 (EAEC), laying down the Staff Regulations of Officials and the Conditions of Employment of Other Servants of the European Economic Community and the European Atomic Energy Community (ir-Regolament Nru 31 (KEE), 11 (KEEA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika) (ĠU 45, 14.6.1962, p. 1385/62).

(5)  Fl-2016, l-Uffiċċju ħa miżuri ulterjuri biex jiżgura l-indipendenza tal-Bord mill-Uffiċċju.


IT-TWEĠIBA TAL-UFFIĊĊJU

17.

L-Uffiċċju jaqbel li l-preċiżjoni tal-baġit tal-Uffiċċju saret aktar importanti wara l-bidliet reċenti fir-Regolamenti ta’ stabbiliment u finanzjarji tiegħu li jispeċifikaw mekkaniżmi bħall-allokazzjoni ta’ eċċessi lil fond ta’ riżerva, il-livell limitu tal-attivitajiet ta’ Kooperazzjoni tal-UE u l-mekkaniżmu ta’ tpaċija, peress li dawn huma marbuta mal-ammonti bbaġitjati. Għal din ir-raġuni, l-Uffiċċju ser jagħti attenzjoni partikolari għall-elaborazzjoni ta’ baġits aktar preċiżi fil-futur u, fejn meħtieġ, permezz ta’ baġits emendati sabiex jiġu ppreżentati lill-korpi ta’ Tmexxija tal-Uffiċċju f’mument konvenjenti li jippreżerva n-natura ta’ tbassir tal-baġit.

18.

L-Uffiċċju jinnota sew il-kummenti tal-Qorti.

Kien diffiċli biex tiġi kkalkolata l-istima inizjali tal-volum tal-FWC fil-mument tal-offerti minħabba l-fatt li l-ispeċifikazzjoni tal-objettivi u l-attivitajiet biex jiġu koperti l-aħħar sentejn tal-kuntratt kienet direttament marbuta mal-Pjan Strateġiku 2020 (1) (SP2020) li f’dak iż-żmien kien għadu ma ġiex iddettaljat jew saħansitra żviluppat. Madankollu, wieħed għandu jinnota li dan ġie ratifikat fl-FWC ta’ wara fejn l-istimi tal-volum jikkorrispondu għal lista dettaljata ta’ attivitajiet sottostanti.

Fil-każ tal-użu possibbli ta’ lottijiet, l-Uffiċċju ser jikkunsidrah, għal offerti futuri ta’ dan it-tip.

Fir-rigward tal-osservazzjoni tal-Qorti dwar il-kwistjoni ta’ kompetizzjoni newtralizzata fuq il-prezz u d-dipendenza akbar fuq il-kuntrattur konsegwenza tat-talba għal offerti bi prezz fiss minn kuntrattur wieħed, għandu jiġi nnotat li 50 % biss tal-kuntratti speċifiċi ffirmati taħt dan il-FWC għandhom prezz fiss. F’dan il-kuntest, l-Uffiċċju kien stabbilixxa tim dedikat speċjalizzat fil-ġestjoni ta’ kuntratti madwar l-uffiċċju kollu u kien stabbilixxa qafas għall-ġestjoni tal-bejjiegħa li jippermettilu jevalwa l-korrettezza tal-offerta bi prezz fiss u, skont il-każ, li jirrikorri għal mekkaniżmu ta’ kuntratt ieħor bħal “Quoted Times & Means” jew, bħala l-aħħar alternattiv, għal “Times & Means”. Barra minn hekk, il-ftuħ mill-ġdid tal-mekkaniżmu ta’ kompetizzjoni jimplika aktar kostijiet amministrattivi u jirriżulta li jieħu aktar ħin minn soluzzjonijiet oħrajn.

Apparti dan, għal FWCs konsegwenti, l-Uffiċċju qed juża kuntratt qafas multiplu mħallat, parzjalment kaskati, parzjalment miftuħ mill-ġdid għas-servizzi ta’ dan it-tip.

19.

Filwaqt li l-atti bażiċi kemm tas-CdT kif ukoll tal-EUIPO jistabbilixxu biss li s-CdT jipprovdi s-servizzi ta’ traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Uffiċċju, l-EUIPO kien qed jibbaża fuq is-servizzi tas-CdT mhux biss għal dawk it-traduzzjonijiet meħtieġa kollha iżda wkoll għal numru ta’ kompiti addizzjonali, inklużi editjar u xogħol ta’ terminoloġija. Madankollu, bħal kwalunke aġenzija jew korp ieħor Ewropew, l-Uffiċċju huwa marbut bil-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u jqis li l-ħlas għal traduzzjonijiet li diġà ġew mitubla u mħallsa fil-passat ma jaqbilx ma’ dan il-prinċipju.

Kif osservat mill-Qorti tal-Awdituri, l-EUIPO jibqa’ l-klijent ewlieni tas-CdT u fl-2016 ikkontribwixxa għal aktar minn nofs id-dħul, minkejja l-fatt li l-Uffiċċju qed juża memorji tat-traduzzjoni tal-IP (2), li jirriżultaw mir-rekords ta’ traduzzjonijiet tal-IP tal-passat li nġabru mill-20 sena li għaddew. Fl-2016, 96 % tat-termini meħtieġa għal traduzzjonijiet tal-IP setgħu jinkisbu minn dawk ir-rekords. L-4 % tat-traduzzjonijiet tal-IP neċessarji li kienu jeħtieġu traduzzjoni mis-CdT swew lill-Uffiċċju 15,5-il miljun ewro.

F’konformità mal-missjoni tiegħu, l-EUIPO dejjem fittex li jipprovdi lill-utenti tal-IP bl-aħjar kwalità bl-inqas prezz possibbli sabiex jappoġġja lin-negozji tal-UE. F’dan ir-rigward, l-Uffiċċju naqqas it-tariffi tat-trademarks b’aktar minn 50 %, b’benefiċċju ċar għall-utenti tagħna, b’mod partikolari l-SMEs. It-tfaddil relatat mal-prattika t’hawn fuq kellu rwol f’dan it-tnaqqis sinifikanti.

Fir-rigward tat-tħassib imfisser mill-Qorti tal-Awdituri dwar id-duplikazzjoni possibbli tal-isforzi u l-kostijiet relatati fil-livell tal-Unjoni Ewropea, l-Uffiċċju jqis li ż-żamma u l-użu mill-ġdid tar-rekords disponibbli tal-EUIPO ma jikkostitwixxix sforz jew kost kbir. L-Uffiċċju kontinwament jirrifletti dwar modi ta’ kif jiġi ggarantit valur għall-flus fil-qafas legali attwali.

Is-CdT huwa sieħeb ewlieni fit-twettiq tal-missjoni tal-Uffiċċju u, fid-dawl tal-progress fil-qasam ta’ traduzzjonijiet awtomatizzati, l-Uffiċċju jemmen li hija ħaġa ta’ importanza fundamentali li l-azzjonijiet jittieħdu flimkien fl-interess strateġiku reċiproku għall-futur qarib u prevedibbli sabiex jintlaħaq mudell kummerċjali modern u sostenibbli li jkun ta’ benefiċċju għall-partijiet involuti kollha b’mod ġust.


(1)  L-SP2020 jirreferi għal programm ta’ ħidma multiannwali li jkopri attivitajiet u proġetti għall-perjodu 2016-2020

(2)  Il-memorji tat-traduzzjoni jirreferu għall-użu mill-ġdid tat-traduzzjonijiet disponibbli u fil-fatti jissejħu “traduzzjoni li ssir minn qabel”


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/194


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT Fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA) għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2017/C 417/31)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA), minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, li tinsab f’Tallinn, fi Strasburgu u f’St. Johann im Pongau, ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1077/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-missjoni ċentrali ta’ din l-Aġenzija hija li twettaq il-kompiti ta’ tmexxija operattiva għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II), is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u s-Sistema Ewropea għat-tqabbil tal-marki tas-swaba’ (Eurodac).

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-aġenzija

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR) (3)

71,7

82,3

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (4)

134

144

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (5) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Aġenzija jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Aġenzija li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Aġenzija għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Aġenzija taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Fit-tħejjija ta’ dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (7).

16.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

17.

Fl-2016, l-Aġenzija rċeviet u aċċettat fornimenti li jammontaw għal EUR 2,8 miljun mingħajr ma kellha baġit u impenji legali (kuntratti) stabbiliti. Dawn saru b’mod retroattiv sabiex ix-xirjiet jiġu regolarizzati.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

18.

Fir-rapport tal-awditjar tiegħu ta’ Lulju 2016, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) ikkonkluda li t-tfassil ġenerali u l-implimentazzjoni prattika tal-proċessi tiżgura li l-eu-LISA topera s-sistemi tal-IT tas-SIS II, tal-VIS u tal-Eurodac b’mod li jippermetti l-iskambju kontinwu u mhux interrott ta’ data bejn l-awtoritajiet nazzjonali li jużawhom. Għalkemm ma kienx hemm kwistjonijiet importanti ħafna li ġew enfasizzati mill-IAS, dan qies li hemm lok għal titjib tal-effiċjenza tal-proċessi fir-rigward tal-ġestjoni tal-konfigurazzjonijiet u l-ġestjoni tal-bidliet, il-ġestjoni tar-rilaxxi u tal-ittestjar, il-ġestjoni tal-problemi, kif ukoll il-ġestjoni tas-servizzi u tal-inċidenti. L-Aġenzija u l-IAS qablu dwar pjan għat-teħid ta’ azzjonijiet korrettivi.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

19.

L-approprjazzjonijiet riportati taħt it-Titolu II (nefqa amministrattiva) huma għoljin f’ammont ta’ EUR 5 miljun, jiġifieri 63 % tal-approprjazzjonijiet impenjati (2015: EUR 9 miljun, jiġifieri 50 %). Huma prinċipalment jikkonċernaw il-manutenzjoni tal-bini u s-servizzi ta’ konsulenza li għandhom jiġu fornuti fl-2017. Livell tant għoli ta’ riporti biex jiġu koperti attivitajiet tas-sena d-dieħla huwa f’kontradizzjoni mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità.

KUMMENTI DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA U DWAR IL-PRESTAZZJONI

20.

F’Ġunju 2015, l-Aġenzija ffirmat kuntratt ta’ kostruzzjoni għall-uffiċċji tagħha fi Strasburgu, għal ammont ta’ EUR 21,5 miljun. Sar qbil dwar pagamenti fi stadji bħala l-metodu prinċipali ta’ pagament. Madankollu, sabiex iżżid il-konsum tal-baġit, l-Aġenzija emendat il-kuntratt f’Lulju 2015 biex il-pagamenti bil-quddiem isiru l-metodu preferut. Sa Novembru 2016, l-Aġenzija kienet ħallset l-ammont kollu tal-kuntratt, għalkemm kienu għadhom lanqas ġew ikkompletati nofs ix-xogħlijiet.

21.

F’waħda mil-laqgħat tagħha li saru fl-2016, ir-rappreżentant tal-Kummissjoni fil-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija indirizza l-problema tal-ispejjeż ta’ manutenzjoni li kienu qed jiżdiedu. Filwaqt li hemm bosta argumenti li jispjegaw dan, bħall-iżvilupp kontinwu u l-għadd akbar ta’ funzjonalitajiet tas-sistemi, il-Qorti identifikat akkwisti fejn l-Aġenzija ma ċċekkjatx x’inhi s-soluzzjoni l-aktar ekonomika. Pereżempju, l-Aġenzija xtrat liċenzja ġdida tas-softwer għal ammont ta’ EUR 4,6 miljun taħt kuntratt qafas (FWC) mingħajr ma ċċekkjat li l-kuntrattur qafas, li aġixxa bħala intermedjarju bejn l-Aġenzija u l-fornituri potenzjali tas-softwer, kien sab l-aħjar prezz.

22.

F’Mejju 2016, l-Aġenzija ffirmat FWC ma’ Konsorzju għal EUR 194 miljun għall-iżvilupp ulterjuri u l-manutenzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u tas-Sistema ta’ Tqabbil Bijometriku (BMS) għal perjodu massimu ta’ sitt snin. Il-kuntratt ingħata permezz ta’ proċedura ta’ akkwist pubbliku. Wieħed mir-rekwiżiti prinċipali biex l-offerenti jiġu aċċettati kien li jkollhom aċċess kummerċjali għat-teknoloġija BMS. Madankollu, billi l-kumpanija li żviluppat it-teknoloġija BMS ma kinitx kuntrattwalment obbligata li tagħti aċċess kummerċjali lil xi offerent interessat, kien hemm riskju potenzjali għall-kompetittività tal-proċedura.

23.

Bejn Marzu u Diċembru 2015, twettqet evalwazzjoni esterna tal-Aġenzija f’isem il-Kummissjoni, u r-riżultati ġew ippreżentati fir-rapport ta’ evalwazzjoni finali f’Marzu 2016. L-evalwazzjoni kkonkludiet li l-Aġenzija tikkontribwixxi għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT Fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, u tissodisfa l-kompiti tagħha b’mod effettiv. Sabiex it-tmexxija operattiva titjieb aktar, l-evalwaturi għamlu 64 rakkomandazzjoni, li 7 minnhom jitqiesu bħala kritiċi u 11 minnhom bħala importanti ħafna. L-Aġenzija ħejjiet pjan biex tindirizza r-rakkomandazzjonijiet, li attwalment qed jiġi implimentat.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

24.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tad-19 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 286, 1.11.2011, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.eulisa.europa.eu.

(3)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

(4)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(5)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(7)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2013

Skont ir-Regolament Fundatur tal-Aġenzija, il-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u l-miżuri relatati mal-Eurodac għandhom jikkontribwixxu għall-baġit tal-Aġenzija. Għalkemm il-pajjiżi assoċjati ma’ Schengen kienu qed jużaw is-sistemi mmaniġġjati mill-Aġenzija fl-2013, in-negozjati tal-Kummissjoni kienu għadhom għaddejjin.

Għadha għaddejja

2014

Osservazzjonijiet relatati mal-affidabbiltà tal-kontijiet

Mingħajr ma tixħet dubju fuq l-opinjoni espressa fil-paragrafu 8, il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-valwazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II), is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-EURODAC (sistemi) fil-kontijiet tal-Aġenzija. Il-ġestjoni operazzjonali ta’ dawn is-sistemi hija l-kompitu ewlieni tal-Aġenzija. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni affidabbli u kompleta fir-rigward tal-ispiża totali tal-iżvilupp tagħhom, dawn huma rreġistrati fil-kontijiet tal-Aġenzija bil-valuri netti tagħhom skont kif inhuma fil-kotba tal-Kummissjoni, u jiġu aġġornati fi tmiem is-sena (bejn wieħed u ieħor EUR 6,6 miljun fid-data ta’ trasferiment u EUR 2,1 miljun fil-31 ta’ Diċembru 2014). Dawn il-valuri huma prinċipalment relatati ma’ komponenti ta’ ħardwer u ta’ softwer kummerċjalment disponibbli u ma jinkludux spejjeż tal-iżvilupp ta’ softwer (ara n-nota 6.3.1 għall-kontijiet annwali tal-Aġenzija).

Ikkompletata

2015

L-Aġenzija ffirmat kuntratt qafas ta’ EUR 2 miljun għas-servizzi ta’ akkwist minn kuntrattur (servizzi ta’ akkwist), għal servizzi ta’ taħriġ, ta’ kowċjar u ta’ tagħlim minn fornituri terzi (servizzi ta’ taħriġ). Il-kuntrattur jidentifika servizzi adatti ta’ taħriġ għal kwalunkwe talba speċifika, u jipprovdi kwotazzjoni għas-servizzi ta’ taħriġ flimkien ma’ tariffa għas-servizzi ta’ akkwist (żieda) proprji tiegħu. Madankollu, il-kuntratt qafas ma jispeċifikax li s-servizzi ta’ akkwist għandhom ikunu f’konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-akkwist fir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija. Għalhekk, il-proċess attwali biex jiġu ppreżentati l-kwotazzjonijiet għall-approvazzjoni mill-Aġenzija ma jiżgurax li s-servizzi jiġu akkwistati f’konformità mar-rekwiżiti kollha tar-regoli finanzjarji.

Pendenti

2015

Is-sejħa għal espressjoni ta’ interess u l-preselezzjoni ta’ kandidati, għall-parteċipazzjoni fi proċedura negozjata b’valur stmat ta’ EUR 20 miljun, twettqu mingħajr delega mill-uffiċjal awtorizzanti.

M/A

2015

L-approprjazzjonijiet impenjati riportati taħt it-Titolu II (nefqa amministrattiva) jammontaw għal EUR 9 miljun jew 50 % tal-approprjazzjonijiet impenjati totali (2014: EUR 15-il miljun; jiġifieri 87 %). Dawn ir-riporti prinċipalment jikkonċernaw kuntratt kbir għall-estensjoni tal-bini fi Strasburgu (EUR 4,6 miljun) kif ukoll servizzi pprovduti taħt kuntratti pluriennali.

M/A

2015

Għadhom ma ġewx konklużi arranġamenti mal-Pajjiżi Assoċjati ma’ Schengen (l-Iżvizzera, il-Liechtenstein, l-Iżlanda u n-Norveġja) li jiddefinixxu regoli dettaljati għall-parteċipazzjoni tagħhom fix-xogħol tal-Aġenzija, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-vot u l-kontribut tagħhom għall-baġit tal-Aġenzija. Fin-nuqqas tagħhom, il-Pajjiżi Assoċjati ma’ Schengen jikkontribwixxu għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) tal-baġit tal-Aġenzija wara dispożizzjoni fil-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni li ġew iffirmati mal-UE. Madankollu, huma għadhom ma jikkontribwux għal attivitajiet taħt it-Titoli I u II (salarji u nefqa amministrattiva oħra) tal-baġit tal-Aġenzija.

Għadha għaddejja

2015

Il-proċeduri ta’ akkwist li ġew awditjati wrew li l-Aġenzija kienet involuta fi ftehimiet kuntrattwali jew negozjati ma’ kuntrattur wieħed mingħajr ma ddefiniet b’mod preċiż is-servizzi mitluba. Dan jillimita l-kompetizzjoni u jżid id-dipendenza fuq il-kuntrattur. Kull meta huwa possibbli, l-Aġenzija għandha tikkonkludi ftehimiet ma’ aktar minn fornitur wieħed jew tiddefinixxi s-servizzi meħtieġa b’mod aktar preċiż.

Pendenti


IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

17.

Il-proċeduri kienu magħżula sabiex jittrattaw rekwiżiti operazzjonali urġenti, b’rispons ukoll għall-bżonnijiet ta’ ħażna li dejjem jiżdiedu meħtieġa mill-Istati Membri.

18.

L-Aġenzija ħadet nota tal-kummenti tal-Qorti. Sar qbil bejn l-eu-LISA u l-IAS dwar pjan ta’ azzjoni għall-indirizzar tas-sejbiet u dan il-pjan qiegħed fil-proċess li jiġi implimentat.

20.

Ir-riporti għall-approprjazzjonijiet tat-Titoli 1 u 2 il-ħin kollu jiġu riveduti u ppjanati bil-għan li maż-żmien jitnaqqsu għal dak li huwa strettament neċessarju u f’każijiet biss meta l-operazzjoni tkun iġġustifikata.

Bħala indikatur tal-prestazzjoni, mid-EUR 19 551 594,31 approprjazzjonijiet mhux differenzjati li ġew riportati għall-2016, EUR 474 015,04 biss ġew ikkanċellati (2,42 %).

21.

Il-mekkaniżmu previst għall-pagament irreaġixxa għar-restrizzjonijiet baġitarji biex jippermetti l-użu sħiħ tal-approprjazzjonijiet C1 u C2 fi ħdan ir-regoli tas-sena n+1 li jirregolaw approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

Il-pagamenti tal-prefinanzjament kienu assoċjati ma’ garanzija finanzjarja li taqbel magħhom, li ġiet irrilaxxata b’konformità mal-progress tax-xogħol, biex b’hekk timminimizza r-riskju għall-Aġenzija. B’żieda mal-garanziji finanzjarji, il-Kuntrattur ħareġ garanzija tal-eżekuzzjoni ta’ 5 %. Il-garanzija tal-eżekuzzjoni hija marbuta speċifikament mal-eżekuzzjoni tal-obbligi kuntrattwali.

22.

Fir-rigward tal-estensjoni tal-manutenzjoni tal-komponenti VIS, ġie vvalutat li l-bidliet previsti ma setgħux jiġu separati teknikament jew ekonomikament mill-kuntratt ewlieni. F’dan ir-rigward, ta’ min wieħed jinnota li WCC huwa s-sid tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-magna ta’ riċerka Elise. Għaldaqstant, kwalunkwe bejjiegħ ieħor ikun fil-fatt sottokuntrattur ta’ WCC, u għaldaqstant mhux f’pożizzjoni li jipprovdi valur aħjar għall-flus. Barra minn hekk, SC 14 ma kkonċernax biss il-Liċenzji WCC Elise permanenti, iżda wkoll il-manutenzjoni sussegwenti tagħhom; tali manutenzjoni ma setgħetx tiġi attribwita lil bejjiegħ ta’ parti terza mingħajr ma tiġi kompromessa r-responsabbiltà ġenerali tal-kuntrattur MWO għall-manutenzjoni VIS.

Barra minn hekk, huwa nnutat li l-akkwist tal-liċenzij WCC Elise permanenti rriżulta fi tfaddil sinifikanti għall-Aġenzija fuq terminu twil, stmat mal-EUR 402 243,22 fuq perjodu ta’ erba’ snin.

Fl-aħħar nett, huwa nnutat li l-Artiklu I.19.1 tal-kundizzjonijiet speċjali ta’ FWC jipprevedi l-klawżola “l-konsumatur l-aktar iffavorit”, biex b’hekk ikompli jipproteġi l-interess finanzjarju tal-Aġenzija fl-akkwist ta’ ħardwer jew softwer mill-kuntrattur.

23.

L-Aġenzija tirrikonoxxi r-riskju potenzjali identifikat mill-Qorti imma tikkunsidra li ma mmaterjalizzax peress li l-ebda operatur ekonomiku ma qajjem oġġezzjonijiet dwar l-aċċess tiegħu għat-teknoloġija. Għaldaqstant għandna assigurazzjoni raġonevoli li l-ftehim kien irrispettat.

24.

L-Aġenzija tieħu nota tal-kumment tal-Qorti u tikkonferma li l-pjan ta’ azzjoni maqbul qiegħed jiġi implimentat.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/201


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2017/C 417/32)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (minn hawn’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“EU-OSHA”), li tinsab f’Bilbao, inħolqot bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 (1). Id-dmir tal-Aġenzija huwa li tiġbor u xxerred informazzjoni dwar prijoritajiet nazzjonali u tal-Unjoni fil-kamp tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, li ssostni organizzazzjonijiet nazzjonali u tal-Unjoni involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika, u li tipprovdi informazzjoni dwar miżuri preventivi.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-aġenzija

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR)

16,9

16,7

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (3)

65

65

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Aġenzija jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Aġenzija li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Aġenzija għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Aġenzija taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Fit-tħejjija ta’ dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (6).

16.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

17.

Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati għall-2017 kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f’ammont ta’ EUR 417 279, jiġifieri 30 % (2015: EUR 364 740, jiġifieri 26 %). Dawn ir-riporti prinċipalment jikkonċernaw servizzi tal-IT li kienu għadhom ma twasslux kompletament jew ma ġewx fatturati għalkollox sa tmiem is-sena. L-approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati taħt it-Titolu III ammontaw għal EUR 3 370 616, jiġifieri 43 % (2015: EUR 3 383 052, jiġifieri 41 %). Dawn ir-riporti prinċipalment jikkonċernaw proġetti ta’ riċerka u studji b’durata ta’ aktar minn sena. L-Aġenzija tista’ tqis il-possibbiltà li tintroduċi approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati biex jiġu riflessi aħjar kemm in-natura pluriennali tal-operazzjonijiet kif ukoll id-dewmien inevitabbli bejn l-iffirmar tal-kuntratti, il-konsenji u l-pagamenti.

KUMMENTI DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA U DWAR IL-PRESTAZZJONI

18.

Fl-2014 l-Aġenzija ffirmat kuntratt qafas (FWC) għall-għoti ta’ servizzi ta’ konsulenza fl-IT fil-perjodu mill-2014 sal-2017 għal ammont totali ta’ EUR 1,1 miljun. Għalkemm il-kuntratti speċifiċi li ġew iffirmati fl-2016 għall-implimentazzjoni ta’ dan l-FWC jiddefinixxu b’mod ċar ir-riżultati tanġibbli tal-proġett, il-konsulenti tqabbdu fuq il-bażi ta’ “żmien u mezzi” (“time & means”) fejn il-prezz mhuwiex fiss u marbut direttament mat-twassil tas-servizzi, iżda minflok huwa marbut mal-għadd ta’ jiem ta’ xogħol li jkunu ttieħdu. Barra minn hekk, fl-2016, madwar 50 % tas-servizzi ta’ konsulenza fl-IT twettqu barra mill-bini tal-Aġenzija, u dan illimita l-kapaċità tal-Aġenzija li timmonitorja l-implimentazzjoni effiċjenti tal-kuntratti. Pagamenti li saru taħt dan il-kuntratt qafas fl-2016 ammontaw għal madwar EUR 0,4 miljun.

KUMMENTI OĦRA

19.

Ir-Regolament fundatur tal-Aġenzija ma jirrikjedix b’mod espliċitu li jsiru evalwazzjonijiet esterni tal-attivitajiet tagħha. Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament fundatur ġdid tinkludi l-obbligu li titwettaq evalwazzjoni kull ħames snin.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

20.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-12 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1. Ir-Regolament ġie emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1112/2005 (ĠU L 184, 15.7.2005, p. 5).

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.osha.europa.eu.

(3)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2015

Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) għadu għoli f’ammont ta’ EUR 364 740 , jiġifieri 26 % (2014: EUR 443 412 , jiġifieri 34 %). Dawn ir-riporti prinċipalment jikkonċernaw servizzi li huma kkuntrattati għal perjodu li jkopri sentejn kalendarji kif ukoll servizzi tal-IT li kienu għadhom ma twasslux kompletament, jew li kienu għadhom ma ġewx iffatturati, sa tmiem l-2015.

M/A

2015

Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati għat-Titolu III (nefqa amministrattiva) għadu għoli f’ammont ta’ EUR 3 383 052 , jiġifieri 41 % (2014: EUR 4 277 160 , jiġifieri 42 %). Dawn ir-riporti prinċipalment jikkonċernaw proġetti ta’ riċerka fuq skala kbira b’durata ta’ aktar minn sena, kif ukoll laqgħa tal-bord li saret f’Jannar 2016 u li kellha tiġi organizzata fl-aħħar tliet xhur tal-2015.

M/A


IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

18.

Rigward ir-riport ta' 41 % tal-approprjazzjonijiet impenjati taħt it-Titolu III, l-EU-OSHA tikkonferma li dawn jikkonċernaw l-aktar proġetti u studji ta' riċerka b'dewmien ta' aktar minn sena, li jirriżultaw b'mod partikolari mid-deċiżjoni tal-aġenzija biex tersaq b'mod progressiv lejn inqas attivitajiet akbar ta' riċerka. Inqas minn hekk, ir-riport irrużulta minn dewmien fl-akkwist li jinvolvi tnedija mill-ġdid ta' proċedura u perjodi estiżi ta' evalwazzjoni, li t-tnejn huma meqjusa bħala sitwazzjonijiet normali waqt servizzi ta' akkwist għal riċerka esploratorja. L-Aġenzija se tistudja l-possibilità li tikkonċerna s-suġġeriment ta' introduzzjoni ta' approprjazzjonijiet differenzjati biex tara jekk il-ġestjoni tal-baġit tistax titjieb.

19.

L-Aġenzija ħadet nota tal-kummenti tal-awdituri waqt iż-żjara tagħhom u diġà qed tapplika l-parir tagħhom għall-kuntratti qafas ġodda tagħha ta’ konsulenza u ICT billi qed tagħmel użu minn kuntratti speċifiċi ta' Żmien u Mezzi Kkwotati fejn hu xieraq.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/207


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2017/C 417/33)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”), li tinsab fil-Lussemburgu, inħolqot fl-1958 (1). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, Euratom (2) issostitwiet l-Istatuti preċedenti tal-Aġenzija. Il-kompitu prinċipali tal-Aġenzija huwa li tiżgura forniment regolari ta’ materjali nukleari, b’mod partikolari fjuwils nukleari, lill-utenti tal-UE, permezz ta’ strateġija ta’ forniment komuni bbażata fuq il-prinċipju tal-aċċess ugwali għal sorsi ta’ forniment.

2.

Mill-2008 sal-2011 inkluż, l-Aġenzija ma rċevietx baġit tagħha stess biex tkopri l-operazzjonijiet tagħha. Il-Kummissjoni refgħet l-ispejjeż kollha mġarrba mill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet tagħha. Mill-2012 ’il quddiem, l-Aġenzija ngħatat il-baġit tagħha stess mill-Kummissjoni, li madankollu jkopri biss parti żgħira mill-infiq tagħha.

3.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (3).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-aġenzija

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR)

0,1

0,1

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (4)

17

17

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

4.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

5.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (5) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

9.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Aġenzija jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

10.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Aġenzija li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

11.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

12.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

13.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

14.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Aġenzija għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

15.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Dan l-eżaminar ikopri l-kategoriji kollha ta’ pagamenti minbarra pagamenti bil-quddiem fil-punt meta jsiru. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Aġenzija taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

16.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-12 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU 27, 6.12.1958, p. 534/58.

(2)  ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.

(3)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: http://ec.europa.eu/euratom/index.html.

(4)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(5)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2015

Il-livell ta’ riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati huwa għoli għat-Titolu II f’ammont ta’ EUR 41 482 , jiġifieri 50,5  % (2014: EUR 8 970 , jiġifieri 14,9  %). Dawn huma prinċipalment relatati max-xiri ta’ ħardwer tal-IT (servers u laptops) li kien ordnat f’Diċembru 2015 u ma’ servizzi ta’ konsulenza tal-IT li jmorru lil hinn mis-sena kalendarja.

M/A


IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

L-Aġenzija ħa nota tar-rapport tal-Qorti.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/212


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni

(2017/C 417/34)

INTRODUZZJONi

1.

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (minn hawn’il quddiem“il-Fondazzjoni”, magħrufa wkoll bħala l-“Eurofound”), li tinsab f’Dublin, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 (1). Il-kompitu tal-Fondazzjoni huwa li tikkontribwixxi għall-ippjanar u t-twaqqif ta’ kundizzjonijiet ta’ ħajja u ta’ xogħol aħjar fl-Unjoni billi żżid u xxerred għarfien li huwa rilevanti għal dan is-suġġett.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Fondazzjoni (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Fondazzjoni

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR)

21,2

20,8

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (3)

111

104

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Fondazzjoni. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Fondazzjoni, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Fondazzjoni għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Fondazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Fondazzjoni, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Fondazzjoni jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Fondazzjoni li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Fondazzjoni jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Fondazzjoni għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Fondazzjoni taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Fit-tħejjija ta’ dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Fondazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (6).

16.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONI

17.

Fir-Rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali għall-2014, il-Qorti rrappurtat pagamenti insuffiċjenti li saru lill-persunal għall-perjodu 2005 sa 2014, li kienu relatati mat-tranżizzjoni għar-Regolament l-ġodda tal-Persunal tal-UE fl-2005. Għalkemm ir-raġunijiet għall-pagamenti insuffiċjenti (2014: nuqqas ta’ rispett tas-salarji minimi ggarantiti; 2015: fattur ta’ multiplikazzjoni skorrett fuq is-salarji) huma differenti, il-Qorti reġgħet sabet pagamenti insuffiċjenti (EUR 43 350) u xi pagamenti eċċessivi (EUR 168 930), li jaffettwaw lil 30 membru tal-persunal kemm attiv kif ukoll preċedenti. L-Eurofound ikkoreġiet il-pagamenti insuffiċjenti kollha, iżda mhijiex se tirkupra l-pagamenti eċċessivi (dan huwa f’konformità mal-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal attwali). Jenħtieġ li l-Fondazzjoni terġa’ tanalizza kull żball possibbli relatat mat-tranżizzjoni għar-Regolamenti tal-Persunal tal-2005 kif ukoll twettaq evalwazzjoni sħiħa tal-funzjoni tal-pagi tagħha.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

18.

Fir-rapport tal-awditjar tiegħu datat Diċembru 2016, is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni enfasizza l-ħtieġa li jittejjeb il-mod kif il-Fondazzjoni timmaniġġja l-proġetti, prinċipalment fir-rigward ta’ arranġamenti ta’ governanza, monitoraġġ u rappurtar. Il-Fondazzjoni u l-IAS qablu dwar pjan biex tittieħed azzjoni korrettiva.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

19.

Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati żdied għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f’ammont ta’ EUR 2,8 miljun, jiġifieri 43 % (2015: EUR 2,1 miljun, jiġifieri 31 %), prinċipalment fir-rigward ta’ proġetti (studji u skemi pilota) li baqgħu għaddejjin wara tmiem is-sena. Il-livell għoli ta’ riporti jikkontradixxi l-prinċipju baġitarju tal-annwalità. Il-Fondazzjoni tista’ tqis il-possibbiltà li tintroduċi approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati biex jiġu riflessi aħjar kemm in-natura pluriennali tal-operazzjonijiet kif ukoll id-dewmien inevitabbli bejn l-iffirmar tal-kuntratti, il-konsenji u l-pagamenti.

KUMMENT IEĦOR

20.

Ir-regolament fundatur tal-Fondazzjoni ma jeħtieġx b’mod espliċitu li jsiru evalwazzjonijiet esterni tal-attivitajiet tagħha. Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament Fundatur ġdid tinkludi l-obbligu li titwettaq evalwazzjoni kull ħames snin.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

21.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-12 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Fondazzjoni hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.eurofound.europa.eu.

(3)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Fondazzjoni.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kumment tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2015

Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati għall-2016 kien għoli għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f’ammont ta’ EUR 2 135 164 , jiġifieri 31,2  % (2014: EUR 3 814 156 , jiġifieri 53,7  %), prinċipalment fir-rigward ta’ proġetti pluriennali li ġew implimentati kif skedat.

M/A


IR-RISPOSTA TAL-FONDAZZJONI

17.

F’April 2017, sar awditu komprensiv intern tal-funzjoni tal-ħlas tal-pagi. L-Eurofound attwalment qed tistenna r-rapport finali u la jasal se jiġu kkonsidrati kwalunkwe rakkomandazzjonijiet li jsiru.

18.

L-Eurofound tieħu nota tal-kwotazzjoni tal-Qorti tal-aħħar rapport tal-IAS. Wara l-prattika tas-snin preċedenti bil-IAS, l-Eurofound ser timplimenta l-pjan ta’ azzjoni maqbul b’kooperazzjoni u komunikazzjoni mill-qrib mal-IAS.

19.

Bħal fis-snin preċedenti u bi qbil mal-Qorti, l-Eurofound tiddistingwi bejn ir-riporti ppjanati u dawk mhux ippjanati. Fl-2016 l-Aġenzija kienet pjanat riporti ta’ EUR 3 miljun (kif komunikat lill-Qorti) filwaqt li r-riporti proprja ammontaw għal EUR 2,8 miljun biss. Il-figura inqas minn dak li kien ippjanat inkisbet minħabba t-tlestija ta’ proġett fiż-żmien stipulat, ħlasijiet fil-pront lill-kuntratturi kif ukoll tnaqqis fil-baġit f’Titolu III li kienu meħtieġa biex ikun ibbilanċjat nuqqas f’Titolu I. Filwaqt li l-E urofound għadha tikkonsidra d-distinzjoni bejn ir-riporti ppjanati u dawk mhux ippjanati bħala utli biex tkun riflessa aħjar in-natura multiannwali tal-operat, il-Fondazzjoni qed tikkonsidra tintroduċi b’attenzjoni approprjazzjonijiet differenzjati tal-baġit.

20.

Filwaqt li r-Regolament ta’ Bażi tal-Eurofound ma jitlobx valutazzjoni esterna tal-attivitajiet tagħha, kull wieħed mill-programmi ta’ ħidma ta’ erba’ snin sa mill-2001 kienu soġġetti għal valutazzjoni esterna. L-eżerċizzju attwali fuq il-programm ta’ ħidma 2013-2016 qiegħed isir bħalissa.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/218


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Unità ta’ Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Eurojust

(2017/C 417/35)

INTRODUZZJONI

1.

L-Unità ta’ Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “l-Eurojust”), li tinsab fl-Aja, ġiet stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA (1) bl-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata serja. L-objettiv tagħha hu li ttejjeb il-koordinazzjoni ta' investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet transkonfinali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u bejn l-Istati Membri u Stati mhux Membri.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Eurojust (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Eurojust

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR)

33,8

43,5

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (3)

246

245

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Eurojust. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Eurojust, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Eurojust għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurojust fil-31 ta' Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta' dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Eurojust, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta' standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Eurojust jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Eurojust li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma' negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta' negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta' rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta' bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Eurojust ikunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta' kwittanza rispettivi oħra b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta' konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta' dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Eurojust għall-ġbir ta' tariffi u ta' introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta' pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Eurojust taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Eurojust kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (6).

16.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

17.

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin għat-Titolu II (nefqa għal attivitajiet ta’ sostenn) f’ammont ta’ EUR 6 446 530, jiġifieri 40 % (2015: EUR 1,6 miljun jew 22 %). Dawn huma prinċipalment relatati ma’ xogħlijiet li baqgħu għaddejjin wara minn tmiem is-sena u ma’ xiri li kien ordnat bi tħejjija għat-trasferiment tal-Eurojust għal uffiċċji ġodda fl-2017 (EUR 4 867 482).

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

18.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-12 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Eurojust hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.eurojust.europa.eu.

(3)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Eurojust.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2011

Fir-rapport għas-sena finanzjarja 2010, il-Qorti osservat li kien hemm lok biex tiġi kkunsidrata mill-ġdid id-definizzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi bejn id-Direttur u l-Kulleġġ tal-Eurojust sabiex ir-responsabbiltajiet, li bħalissa jirriżultaw mir-Regolament Fundatur, ma jikkonċidux. Ma ttieħdet ebda miżura korrettiva fl-2011 (1).

Għadha għaddejja

2015

Il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati huwa għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f'ammont ta' EUR 1,6  miljun, jiġifieri 21 % (2014: EUR 1,5  miljun jew 20 %). Dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati ma' kuntratti speċifiċi għal servizzi ta' sigurtà u ospitalità (EUR 0,3  miljun) u għal proġetti tal-ICT, ħardwer u manutenzjoni (EUR 0,6  miljun) kif ukoll għal spejjeż ta’ konsulenza u ta’ proġetti għall-uffiċċji l-ġodda (EUR 0,3  miljun), fejn EUR 0,5  miljun ġew impenjati lejn tmiem is-sena, fil-biċċa l-kbira għal servizzi li kellhom jiġu pprovduti fl-2016.

M/A


(1)  Ir-Regolament il-ġdid tal-Eurojust għadu qed jiġi eżaminat mil-leġiżlatur.


IR-RISPOSTA TAL-EUROJUST

18.

Eurojust jaċċetta l-fatt li l-carry-overs għas-sena 2017 għat-titolu II huma relattivament għolja, madankollu jirreferi għall-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-Qorti. Eurojust jibqa’ viġilanti sabiex jevita kwalunkwe carry-over mhux ġustifikat, li mhuwiex ir-riżultat dirett taċ-ċaqliq fil-bini l-ġdid, ir-rekwiżiti ta’ sigurtà li għadhom għaddejjin u l-ispejjeż operattivi.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/223


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju

(2017/C 417/36)

INTRODUZZJONI

1.

L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (minn hawn ’il quddiem “l-Uffiċċju”, magħruf ukoll bħala l-“Europol”), li jinsab fl-Aja, ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (2009/371/ĠAI) (1). L-objettiv tal-Uffiċċju hu li jappoġġa u jsaħħaħ l-azzjoni tal-awtoritajiet tal-pulizija u ta' servizzi oħra ta’ infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar, it-terroriżmu u forom ta’ kriminalità li jolqtu interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Uffiċċju (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Uffiċċju

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR)

95

104

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (3)

666

737

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Uffiċċju. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Uffiċċju, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Uffiċċju għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Uffiċċju fil-31 ta' Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu, il-flussi tal-flus tiegħu, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta' dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta' standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Uffiċċju jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Uffiċċju li jkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma' negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta' negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta' rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta' bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Uffiċċju jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta' kwittanza rispettivi oħra b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta' konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta' dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Uffiċċju għall-ġbir ta' tariffi u ta' introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta' pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Dan l-eżaminar ikopri l-kategoriji kollha ta' pagamenti minbarra pagamenti bil-quddiem fil-punt meta jsiru. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Uffiċċju jaċċetta l-ġustifikazzjoni billi japprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Uffiċċju kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (6).

16.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

17.

Bħal fis-snin preċedenti, ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f’ammont ta’ EUR 3,5 miljun, jiġifieri 39 % (2015: EUR 4,2 miljun, jiġifieri 41 %). Dawn prinċipalment jikkonċernaw in-nefqa għall-kwartieri ġenerali tal-Uffiċċju li saret fl-2016, u li se tiġi fatturata mill-Istat Ospitanti fl-2017 (EUR 2 miljun).

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

18.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tad-19 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Uffiċċju hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: www.europol.europa.eu

(3)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Uffiċċju.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2011

Ġew irreġistrati eċċezzjonijiet u devjazzjonijiet għal 7 % tal-pagamenti tal-2011.

Ikkompletata

2015

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati huma għoljin għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f’ammont ta’ EUR 4,2  miljun, jiġifieri 41 % (2014: EUR 1,9  miljun, jiġifieri, 27 %). Dawn prinċipalment jikkonċernaw xogħlijiet relatati mal-bini, bħal titjib funzjonali u titjib tekniku tal-kmamar operazzjonali fil-kwartieri ġenerali tal-Uffiċċju (EUR 1,5  miljun) jew manutenzjoni preventiva/korrettiva u xogħlijiet addizzjonali (EUR 0,8  miljun). Dawn ix-xogħlijiet kienu għadhom għaddejjin jew il-fatturi kienu għadhom ma waslux sa tmiem l-2015.

M/A


IR-RISPOSTA TAL-EUROPOL

18.

L-Europol tieħu nota tal-kumment tal-QEA u se tkompli bl-isforzi tagħha biex tiżgura implimentazzjoni ta' baġit effiċjenti u konformi, speċjalment fir-rigward ta' riporti b'relazzjoni man-nefqa amministrattiva. Minħabba x-xogħol fir-rigward tal-kwartieri ġenerali tal-Europol li qiegħed isir taħt l-awtorità tal-Istat Ospitanti bħala parti esterna, il-ġestjoni tal-kostijiet relatati mal-bini hija mistennija taffettwa wkoll is-snin finanzjarji fil-ġejjieni. Dan huwa minħabba l-istabbiliment amministrattiv inerenti, li l-Europol tirċievi l-fatturi relatati wara li l-Istat Ospitanti jkun ikkoordina mal-kuntratturi rilevanti fil-livell nazzjonali.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/228


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2017/C 417/37)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“FRA”), li tinsab fi Vjenna, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 (1). L-objettiv tal-Aġenzija huwa li tipprovdi lill-awtoritajiet rilevanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha b’assistenza u b’kompetenza fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni relatata mad-drittijiet fundamentali.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR)

21,6

21,6

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (3)

107

105

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta' Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta' dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta' standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Aġenzija jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Aġenzija li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma' negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta' negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta' rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta' bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta' kwittanza rispettivi oħra b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta' konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta' dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Aġenzija għall-ġbir ta' tariffi u ta' introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta' pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Aġenzija taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (6).

16.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

17.

(Sotto)delegazzjonijiet formali minn uffiċjali awtorizzanti (b’delega) ma kinux dejjem konsistenti mad-drittijiet ta’ awtorizzazzjoni għat-tranżazzjonijiet fis-sistema ta’ fluss tax-xogħol ABAC.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

18.

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f’ammont ta’ EUR 5,2 miljun, jiġifieri 68 % (2015: EUR 5,7 miljun, jiġifieri 70 %). Dawn prinċipalment jirriflettu n-natura tal-attivitajiet li jinvolvu l-finanzjament ta’ studji li jdumu għaddejjin għal bosta xhur, u spiss jibqgħu sejrin anke wara tmiem is-sena. L-Aġenzija tista’ tqis il-possibbiltà li tintroduċi approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati biex jiġu riflessi aħjar kemm in-natura pluriennali tal-operazzjonijiet kif ukoll id-dewmien inevitabbli bejn l-iffirmar tal-kuntratti, il-konsenji u l-pagamenti.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

19.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tad-19 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.fra.europa.eu

(3)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2015

Il-livell ta' riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati baqa' għoli għat-Titolu III f'ammont ta' EUR 5 723 282 , jiġifieri 70 % (2014: EUR 5 848 956 , jiġifieri 75 %). Dan jirriżulta prinċipalment min-natura tal-attivitajiet tal-Aġenzija li jinvolvu l-akkwist ta' studji li jdumu għaddejjin għal ħafna xhur, u spiss jibqgħu sejrin anke wara tmiem is-sena.

M/A


IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

17.

Fl-2015 u l-2016, bħala riżultat ta’ bidliet organizzazzjonali fl-Aġenzija, ġew aġġornati s-sottodelegazzjonijiet tal-Uffiċjal Awtorizzanti. Minħabba żball fit-traskrizzjoni, id-delegazzjonijiet kollha, kemm dawk antiki kif ukoll dawk attwali, kienu meqjusa validi mis-sistema finanzjarja ABAC. L-iżball ġie kkoreġut u ġew stabbiliti miżuri biex jiżguraw li ABAC jirrifletti biss delegazzjonijiet attwalment validi.

18.

Kif il-Qorti semmiet fis-snin preċedenti, ir-riporti tal-Aġenzija għal T3 jirriflettu n-natura multiannwali tal-proġetti operattivi tal-Aġenzija, fejn il-pagamenti jsiru skont skedi ppjanati u kkontrollati bir-reqqa. Minħabba li l-eżitu tal-baġit finali tal-Aġenzija kien aktar minn 99 % matul l-aħħar snin, u l-livell tal-approprjazzjonijiet C8 ikkanċellati kien dejjem baxx ħafna (jiġifieri medja ta’ 2,4 % fl-aħħar tliet snin), fl-opinjoni tal-Aġenzija, dan jindika li r-riporti huma ġustifikati għal kollox.

L-Aġenzija diġà evalwat il-possibbiltà tal-użu ta’ approprjazzjonijiet differenzjati u kkonkludiet li, minħabba li l-proġetti operattivi mhux se jdumu iktar minn sentejn, hemm ftit valur miżjud li jintużaw. L-estensjoni tal-perjodu għall-implimentazzjoni aktarx mhux biss se tittardja l-implimentazzjoni tal-proġetti iżda wkoll iżżid ir-riskju ta’ likwidità b’mod sinifikanti.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/233


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2017/C 417/38)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (minn hawn ’il quddiem“l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“Frontex”), inħolqot bir-Regolament (UE) 2016/1624 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-“Regolament fundatur il-ġdid”) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2007/2004 (2). Hija ġiet żviluppata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri u żammet l-isem qasir “Frontex” u s-sede tal-kwartieri ġenerali tagħha f’Varsavja. Ir-Regolament fundatur il-ġdid jestendi l-mandat tal-Aġenzija u jinkarigah biex jiżgura ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri esterni bil-ħsieb li jkun hemm ġestjoni effiċjenti tal-qsim tal-fruntieri esterni. Dan jinkludi l-indirizzar tal-isfidi migratorji u t-theddidiet futuri potenzjali f’dawk il-fruntieri, u b’hekk jingħata kontribut biex tiġi indirizzata l-kriminalità serja b’dimensjoni transfruntiera, biex jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà interna fl-Unjoni, b’rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali, filwaqt li jiġi ssalvagwardjat il-moviment liberu tal-persuni fi ħdanha.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (3).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR)

143,3

251

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (4)

309

365

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (5) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Aġenzija jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Aġenzija li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Aġenzija għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Dan l-eżaminar ikopri l-kategoriji kollha ta’ pagamenti minbarra pagamenti bil-quddiem fil-punt meta jsiru. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Aġenzija taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Fit-tħejjija ta’ dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (7).

16.

B’rispons għall-kriżi tal-migrazzjoni li l-Unjoni qed tiffaċċja, il-mandat tal-Frontex ġie estiż b’mod konsiderevoli u l-baġit finali 2016 tagħha kien 75 % ogħla minn dak tas-sena preċedenti. Il-persunal disponibbli fl-2016 żdied bi 18 % biss, u s-sistemi u l-proċeduri kienu għadhom fil-proċess li jiġu adattati biex ikampaw maċ-ċirkustanzi ġodda. Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti u għandhom jinqraw fil-kuntest tal-isfidi li l-Aġenzija kellha tiffaċċja.

KUMMENTI DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

17.

Ir-Regolament fundatur preċedenti tal-Aġenzija, li kien fis-seħħ sal-5 ta’ Ottubru 2016, ippreveda l-finanzjament ta’ operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn imwettqa mal-pajjiżi parteċipanti. Operazzjonijiet nazzjonali ta’ ritorn saru eliġibbli biss taħt ir-Regolament fundatur il-ġdid. Madankollu, fil-perjodu Jannar sa Ottubru 2016, l-Aġenzija ffinanzjat operazzjonijiet nazzjonali ta’ ritorn għal ammont ta’ EUR 3,6 miljun. Dawn il-pagamenti huma irregolari.

18.

Ir-Regolamenti tal-Persunal jipprovdu li, fil-każ ta’ proċedura tal-għażla esterna, il-persunal temporanju jista’ jiġi impjegat biss fil-gradi SC 1 sa SC 2, AST 1 sa AST 4 jew AD 5 sa AD 8 (8). Fl-2016, l-Aġenzija rreklutat 14-il membru tal-persunal fi gradi AST ogħla. Ir-reklutaġġ f’dawn il-gradi huwa irregolari.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

19.

Il-livell ta’ riporti għall-approprjazzjonijiet impenjati żdied għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) għal ammont ta’ EUR 6,4 miljun, jiġifieri 43 % (2015: EUR 3,2 miljun, jiġifieri 38 %), u t-Titolu III (nefqa operazzjonali) għal ammont ta’ EUR 67,3 miljun, jiġifieri 37 % (2015: EUR 40,2 miljun, jiġifieri 35 %). Ir-raġuni prinċipali hija kuntratti u operazzjonijiet li li jestendu lil hinn minn tmiem is-sena. L-Aġenzija tista’ tqis il-possibbiltà li tintroduċi approprjazzjonijiet baġitarji differenzjati biex jiġi rifless aħjar id-dewmien inevitabbli bejn l-impenji legali, l-implimentazzjoni ta’ kuntratti u l-pagamenti relatati.

20.

Il-livell ta’ riporti kkanċellati mill-2015 kien għoli għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f’ammont ta’ EUR 6,4 miljun, jiġifieri 16 %, minħabba stimar eċċessiv tal-ispejjeż għall-2015 li kienu għadhom iridu jiġu rimborżati lill-pajjiżi parteċipanti fl-2016. Mill-pajjiżi li jikkooperaw, hemm ħtieġa li jinkisbu stimi aktar preċiżi tal-ispejjeż kif ukoll rappurtar aktar f’waqtu tal-ispejjeż.

KUMMENTI DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA U DWAR IL-PRESTAZZJONI

21.

Taħt il-mandat estiż tal-Aġenzija, tingħata importanza kbira għall-operazzjonijiet ta’ ritorn, u għal dawn kienu ġew assenjati EUR 63 miljun fil-baġit 2016 tagħha. Madankollu EUR 23 miljun, jiġifieri 37,5 %, tħallsu lura lill-baġit tal-UE peress li twettqu inqas operazzjonijiet ta’ ritorn milli kien previst. Id-dewmien sinifikanti tal-proċedura ta’ akkwist għal kuntratt qafas ta’ EUR 50 miljun, għall-kiri ta’ inġenji tal-ajru u servizzi relatati għall-operazzjonijiet ta’ ritorn tal-Frontex, ikkontribwixxa għal din is-sitwazzjoni u jkompli jaffettwa l-għadd ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn li l-Aġenzija torganizza. Filwaqt li t-tnedija ta’ din il-proċedura ta’ akkwist kienet ippjanata għal Marzu 2016, sa tmiem is-sena din ma kinitx inbdiet.

22.

Fit-22 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni u l-Aġenzija, li hija kobenefiċjaru u koordinatur ta’ tliet kobenefiċjarji oħra (l-EASO, l-IOM u l-UNHCR) (9), iffirmaw ftehim ta’ għotja, li kien jammonta għal EUR 5,5 miljun, dwar appoġġ reġjonali għall-ġestjoni tal-migrazzjoni sensittiva għal kwistjonijiet ta’ protezzjoni fil-Balkani tal-Punent u t-Turkija għal perjodu ta’ tliet snin li beda fl-1 ta’ Jannar 2016. Madankollu, ftehimiet ta’ kooperazzjoni mat-tliet sħab (impenji legali) li kienu jammontaw għal EUR 3,4 miljun ġew iffirmati biss bejn Awwissu u Novembru 2016. Għal tnejn mill-ftehimiet, l-impenji baġitarji, li kien messhom irrilaxxaw il-fondi qabel ma saru l-impenji legali, ġew iffirmati biss f’Ottubru u f’Diċembru 2016. Barra minn hekk, l-impenji baġitarji kienu jammontaw għal EUR 1,2 miljun, u b’hekk il-pagamenti ta’ prefinanzjament biss ġew koperti. Din il-proċedura tikser ir-regoli tar-Regolament Finanzjarju dwar il-ġestjoni baġitarja, u l-iffirmar tardiv tal-ftehimiet ikkawża inċertezza għall-kooperazzjoni operazzjonali bejn is-sħab.

KUMMENTI OĦRA

23.

It-tabella tal-persunal tal-Aġenzija għall-2016 tipprevedi 275 post għal uffiċjali u aġenti temporanji (10). Sa tmiem l-2016, imtlew biss 197 minn dawn il-postijiet, jiġifieri 71 %, prinċipalment minħabba l-fatt li 50 post ġdid ġew stabbiliti biss f’Ottubru 2016 u r-reklutaġġ għad irid jiġi kkompletat. Tradizzjonalment, l-Aġenzija tesperjenza diffikultajiet biex issib persunal bil-profil meħtieġ, parzjalment minħabba l-koeffiċjent tal-korrezzjoni tas-salarji (66,7 %).

24.

Wara l-estensjoni tal-mandat tagħha, il-persunal tal-Aġenzija se jiżdied b’aktar mid-doppju fl-għadd, minn 365 fl-2016 għal 1 000 fl-2020 (11). Din iż-żieda ma kinitx ibbażata fuq stima bir-reqqa tal-ħtiġijiet.

25.

Iż-żieda ppjanata fil-persunal se tirrikjedi spazju addizzjonali għal uffiċċji. L-Aġenzija qed tanalizza l-għażliet biex tindirizza l-ħtiġijiet, flimkien mal-Kummissjoni u l-pajjiż ospitanti.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tad-19 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1.

(2)  ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.

(3)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.frontex.europa.eu.

(4)  Il-persunal effettiv li jaħdem mal-Aġenzija li jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati. L-għadd ta’ postijiet awtorizzati taħt it-Tabella tal-Persunal finali għall-2016 kien ogħla billi kien hemm 275 post għal uffiċjali u aġenti temporanji, u 192 post għal persunal kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(5)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(6)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(7)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(8)  L-Artikolu 53.2 tar-Regolament tal-Persunal.

(9)  L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (Malta), l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (Belgrad) u l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (Ġinevra).

(10)  Ġew awtorizzati 192 post addizzjonali għal persunal kuntrattwali u għal esperti nazzjonali sekondati.

(11)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u l-Kosta u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2007/2004, ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (COM/2015/0671 final – 2015/0310 (COD))


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2012

Il-proċeduri ta’ reklutaġġ eżaminati wrew nuqqasijiet sinifikanti li affettwaw it-trasparenza u t-trattament indaqs tal-kandidati: mistoqsijiet għat-testijiet bil-miktub u għall-intervisti ġew stabbiliti wara li l-applikazzjonijiet kienu ġew eżaminati mill-bord tal-għażla; ma ġie stabbilit l-ebda punteġġ minimu għall-ammissjoni għat-testijiet bil-miktub u għall-intervisti u għall-inklużjoni fuq il-lista ta’ kandidati adatti; il-Bord tal-Għażla ma ddokumentax il-laqgħat u d-deċiżjonijiet kollha tiegħu.

Ikkompletata

2013

Id-dikjarazzjonijiet tal-fornituri fi tmiem is-sena ġew rikonċiljati b’diffikultà konsiderevoli. Hemm ħtieġa għal monitoraġġ tal-bilanċi tal-fornituri b’mod aktar regolari u għal analiżi tad-differenzi b’mod aktar f’waqtu.

Għadha għaddejja

2013

Il-Frontex bdiet topera fl-2005 u, sal-lum, ħadmet fuq il-bażi ta’ korrispondenza u skambji mal-Istat Membru ospitanti. Madankollu, ma ġiex iffirmat ftehim komprensiv dwar il-kwartieri ġenerali bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru. Ftehim bħal dan kieku jkompli jippromwovi t-trasparenza fir-rigward tal-kundizzjonijiet li taħthom joperaw l-Aġenzija u l-persunal tagħha.

Għadha għaddejja

2014

Ġie nnutat titjib konsiderevoli kemm fil-verifikazzjonijiet ex ante kif ukoll f’dawk ex post tal-infiq ikklejmjat mill-pajjiżi li jikkooperaw taħt ftehimiet ta’ għotja. Madankollu, id-dokumentazzjoni mill-pajjiżi li jikkooperaw li ssostni l-infiq ikklejmjat mhijiex dejjem suffiċjenti. Barra minn hekk, ma ntalab l-ebda ċertifikat tal-awditjar, għalkemm ir-regoli ta’ applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju tal-UE jirrakkomandaw dan għall-għotjiet ogħla minn limiti speċifiċi (1). Ċertifikati tal-awditjar kieku jżidu aktar aċċertament dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet tal-għotjiet.

Għadha għaddejja għall-ex ante u għall-ex post

Ikkompletata għaċ-ċertifikati tal-awditjar

2014

L-għadd għoli u dejjem jiżdied b’mod kostanti ta’ ftehimiet ta’ għotja u l-kobor tan-nefqa relatata li għandha tiġi vverifikata u rimborżata mill-Frontex iqjamu l-mistoqsija dwar jekk jistgħux jintużaw mekkaniżmi ta’ finanzjament alternattivi li huma aktar effiċjenti u kosteffettivi.

Pendenti (2)

2014

Hemm il-ħtieġa li jiġi raffinat il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi assoċjati ma’ Schengen (l-Iżvizzera, il-Liechtenstein, l-Iżlanda u n-Norveġja) biex jiġu riflessi aħjar id-dispożizzjonijiet legali relatati (3). Pereżempju, il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq is-sussidju annwali finali minflok fuq is-sussidju annwali bbaġitjat riċevut mill-Kummissjoni.

Għadha għaddejja

2015

L-awditu ex post fl-Iżlanda li twettaq mill-Aġenzija f’Ottubru 2015 qabad pagamenti irregolari li ammontaw għal total ta’ EUR 1,4 miljun u li kienu relatati mad-deprezzament ta’ bastiment li pparteċipa f’seba’ operazzjonijiet konġunti mill-2011 sal-2015. Il-gwardja tal-kosta tal-Iżlanda kien ikklejmja rimborż tad-deprezzament għal dak il-bastiment minkejja li dan kien qabeż il-limitu tat-terminu utli previst fil-linji gwida tal-Aġenzija. Filwaqt li l-Aġenzija għandha d-dritt li tirkupra pagamenti irregolari li jkunu saru fl-aħħar ħames snin, hija ħabbret li se tirkupra biss il-pagamenti li saru minn Jannar 2015 ’il hawn, li jammontaw għal EUR 0,6 miljun.

Għadha għaddejja

2015

Il-Fond għas-Sigurtà Interna (FSI) huwa mwaqqaf għall-perjodu 2014-20. Huwa magħmul minn żewġ strumenti, FSI – Fruntieri u Viżi kif ukoll FSI – Pulizija, li taħthom hemm EUR 2,8 biljun u EUR 1 000 000 disponibbli għall-finanzjament ta’ azzjonijiet rispettivament. Il-Kummissjoni taħt FSI – Fruntieri u Viżi tirrimborża xirjiet, imwettqa mill-Istati Membri, ta’ mezzi bħalma huma vetturi jew bastimenti kif ukoll spejjeż operazzjonali bħall-konsum tal-fjuwil jew il-manutenzjoni. L-Aġenzija tirrimborża wkoll spejjeż bħal dawn lil parteċipanti f’operazzjonijiet konġunti. Għalhekk hemm riskju ta’ finanzjament doppju li mhuwiex qed jiġi indirizzat (4).

Għadha għaddejja

2015

Il-livell ta’ riporti għal approprjazzjonijiet impenjati kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f’ammont ta’ EUR 3,2 miljun, jiġifieri 38 % (2014: EUR 4,5 miljun, jiġifieri 36 %), u t-Titolu III (nefqa operazzjonali) f’ammont ta’ EUR 40,2 miljun, jiġifieri 35 % (2014: EUR 28,4 miljun, jiġifieri 44 %). Għat-Titolu II, ir-raġuni prinċipali għal-livell għoli ta’ riporti hija kuntratti tal-IT li jestendu lil hinn minn tmiem is-sena, filwaqt li għat-Titolu III hija n-natura pluriennali tal-operazzjonijiet tal-Aġenzija.

M/A

2015

Stati li jipparteċipaw f’operazzjonijiet tal-fruntieri jiddikjaraw l-ispejjeż imġarrba abbażi ta’ fuljetti ta’ kklejmjar tal-ispejjeż li jinkludu”“spejjeż fissi” (deprezzament u manutenzjoni),“spejjeż varjabbli” (fil-biċċa l-kbira fjuwil) u“spejjeż tal-missjonijiet” (fil-biċċa l-kbira allowances u spejjeż oħra tal-ekwipaġġ). L-ispejjeż iddikjarati huma bbażati fuq valuri reali u jsegwu standards nazzjonali, u dan iwassal għal approċċi diverġenti fost l-Istati parteċipi li joħloq sistema partikolarment oneruża għall-partijiet kollha involuti. Fir-Rapport Speċjali Nru 12/2016 tagħha, il-Qorti rrakkomandat li l-aġenziji għandhom jużaw possibbiltajiet ta’ spejjeż simplifikati kull meta xieraq, biex jiġu evitati ineffiċjenzi bħal dawn (5).

Għadha għaddejja


(1)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(2)  L-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 jillimita l-kofinanzjament mill-Aġenzija ta’ operazzjonijiet konġunti għal għotjiet.

(3)  Arranġament bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda u l-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 243, 16.9.2010, p. 4); Arranġament bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawn l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 188, 20.7.2007, p. 19).

(4)  Il-Qorti kienet irreferiet għal dan ir-riskju fil-paragrafu 39 u r-Rakkomandazzjoni 4 tar-Rapport Speċjali Nru 15/2014 tagħha “Il-Fond għall-Fruntieri Esterni rawwem solidarjetà finanzjarja iżda jeħtieġ kejl aħjar tar-riżultati u jeħtieġ jipprovdi valur miżjud ulterjuri tal-UE”.

(5)  Ir-Rakkomandazzjoni 1 fir-Rapport Speċjali Nru 12/2016 tal-Qorti “L-użu li l-aġenziji jagħmlu minn għotjiet: mhuwiex dejjem xieraq u mhux dejjem jista’ jintwera li huwa effettiv”.


IT-TWEĠIBA TAL-AĠENZIJA

18.

Fl-2016, minħabba l-pressjoni migratorja sproporzjonata lejn l-Istati Membri tal-UE u wara l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għal ritorn minn Ottubru 2015, il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew mill-15 ta' Ġunju 2015 u s-16/17 ta' Marzu 2016, id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija adotta d-Deċiżjoni 2016/36, li pprovdiet interpretazzjoni usa' ta' modalitajiet ta' kofinanzjament ta' operazzjoni ta' ritorn konġunta sal-punt li anke operazzjoni ta' ritorn nazzjonali mwettqa minn Stat Membru wieħed biss li jiffaċċja pressjoni migratorja sproporzjonata tkun kofinanzjata mill-baġit ta' Frontex. Barra minn hekk: L-awtorità baġitarja emendat il-baġit għall-2016 speċifikament biex timplimenta l-Pjan ta' Azzjoni dwar ir-ritorn imsemmi qabel.

19.

Id-deċiżjoni meħuda mill-Frontex fir-rigward tal-ingaġġ ta' persunal temporanju ġdid fi gradi ogħla minn AST4, kienet appoġġata mill-Bord Amministrattiv meta adotta l-Programm ta' Ħidma u l-Baġit 2016, inkluż it-Tabella tal-persunal.

Il-motivazzjoni għat-titjib ta' 5 postijiet vakanti AST4 għal 5 postijiet vakanti AST5 kienet minħabba l-ħtiġijiet tan-negozju sabiex jiġi operat is-servizz 24/7 tal-Uffiċjali tas-Servizz (Duty Officers). Minħabba l-livell ta' responsabbiltajiet fil-kuntest tal-flussi migratorji u l-isfida tas-sigurtà fil-fruntieri esterni tal-UE, il-Frontex għandha tkun kapaċi tattira kandidati kkwalifikati u esperjenzati b'esperjenza tax-xogħol preċedenti rilevanti, iżda bl-ebda edukazzjoni universitarja kif meħtieġ għall-postijiet vakananti AD. Barra minn hekk: Il-koeffiċjent ta' korrezzjoni tas-salarju ta' 66,7 % għandu impatt sinifikanti u kull skala ogħla tattira potenzjalment kandidati aktar xierqa.

20.

L-użu ta' approprjazzjonijiet differenzjati jimplika bidla konsiderevoli fil-ġestjoni tal-baġit. Meta jiġu kkunsidrati l-bidliet u l-isfidi li l-Aġenzija qiegħda tiffaċċja, il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ser jiġu vvalutati bir-reqqa fid-dawl ta' qafas ta' kontroll intern sod.

21.

L-Aġenzija taqbel li hemm bżonn li jinkisbu stimi tal-ispejjeż aktar preċiżi u rappurtar tal-ispejjeż aktar f’waqtu minn Stat Membru/SAC li jikkooperaw. L-Aġenzija timpenja ruħha li tagħmel l-almu tagħha sabiex ikun hemm kooperazzjoni aħjar mal-Istat Membru/SAC fil-livell tal-abbozzar tal-istimi tal-ispejjeż. Fl-istess waqt, fl-2017, l-Aġenzija qiegħda tirrevedi l-iskema finanzjarja sħiħa tagħha bl-għan li tissimplifika, taqleb minn għotjiet għal kuntratti ta' servizz u tintroduċi rati fissi.

22.

L-Aġenzija żiedet drastikament l-għadd ta' titjiriet konġunti ta' ritorn: 232 fl-2016 meta mqabbla ma' 66 fl-2015 u 39 fl-2014. Fl-2016, dan kien ifisser li 10 700 persuna rritornaw lura lejn pajjiżi terzi, kif ukoll li, mill-Aġenzija ġew ittrasportati elf mill-gżejjer Griegi lejn it-Turkija wara d-dikjarazzjoni tal-UE/it-Turkija ta' Marzu 2016. Minkejja din iż-żieda mingħajr preċedent fis-servizzi ta' ritorn ipprovduti mill-Aġenzija, EUR 40,0 m biss setgħu jintużaw mis-EUR 63,0 m assenjati għal din l-attività fil-baġit 2016. It-EUR 23,0 m li jifdal ma setgħux jintużaw prinċipalment minħabba l-Kuntratt Qafas għall-kiri ta' ajruplani u servizzi relatati għall-operazzjonijiet ta' ritorn iffaċċjati minn dewmien iġġenerat minħabba t-tnaqqis fil-prijorità ta' proġetti favur l-isforzi meħuda biex jiġi żgurat appoġġ loġistiku (laneċ u xarabanks) għall-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija. It-tnaqqis fil-prijorità kien affettwat b'mod negattiv minn nuqqas ta' persunal, appoġġat ukoll minn żieda fil-ħtiġijiet operazzjonali li għandhom ikunu koperti. Ir-rekwiżit tas-suġġett jinvolvi proċedura kumplessa ta' sejħa għall-offerti taħt l-FWC u baġit li jinvolvi miljuni kbar ta' flus. Sadanittant, ġiet ippubblikata l-proċedura ta' sejħa għall-offerti għall-istabbiliment ta' FWC ta' 4 snin, madankollu b'baġit stmat aktar baxx (EUR 20,0 m).

23.

Flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, il-Frontex ilha mill-2014 fil-proċess li tabbozza l-Ftehim ta' Għotja għal dan il-Programm reġjonali. F'Awwissu 2015, ftit qabel ma ġie ffinalizzat u ffirmat il-Ftehim ta' Għotja, fatturi li jikkumplikaw, inkluż il-bidla drastika tas-sitwazzjoni migratorja fil-Balkani tal-Punent, wasslu lill-Kummissjoni biex titlob li l-proġett jitfassal mill-ġdid b’tali mod li jirrifletti b'mod adegwat is-sitwazzjoni migratorja. Bħala riżultat, il-kunċett tal-Proġett inbidel totalment b'mod urġenti u l-Ftehim ta' Għotja ġie ffirmat biss fit-tmiem tal-iskadenza kontraenti, fit-tmiem ta' Diċembru 2015.

Minħabba dawn il-bidliet tal-aħħar minuta, l-erba' Sħab tal-Proġett ta' implimentazzjoni (Frontex, EASO, IOM u UNHCR) setgħu jibdew jiddiskutu d-dispożizzjonijiet tal-Ftehimiet ta' Kooperazzjoni biss f'Jannar tal-2016. Peress li l-Ftehimiet ta' Kooperazzjoni jinkludu dispożizzjonijiet li jirregolaw l-allokazzjoni globali għal kull sieħeb, kellu jiġi żviluppat u maqbul baġit tal-proġett dettaljat bejn il-partijiet kollha qabel ma jiffirmaw il-Ftehimiet ta' Kooperazzjoni. Għandu jiġi rrimarkat ukoll li l-firma mal-EASO kienet rapida u bla xkiel, filwaqt li sħab oħrajn qajmu dubju dwar ir-regoli mistennija mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija biex tintuża l-euro u mhux id-dollaru Amerikan jew biex tiġi żvelata aktar data dwar il-baġit minħabba t-trasparenza.

Minħabba l-ispjegazzjoni mogħtija hawn fuq u minħabba l-fatt li f'Jannar 2016, kienet bdiet l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Għotija, is-sħab ta' implimentazzjoni kellhom jibdew iġarrbu l-ispejjeż tal-attivitajiet anke qabel ma ffirmaw il-Ftehimiet ta' Kooperazzjoni mal-Frontex. Sabiex tiġġustifika dan u anke biex tiddokumenta l-fatt li l-impenn legali għat-tliet sħab kollha tal-proġett sar qabel l-impenn baġitarju, il-Frontex iddokumentat dan, kif xieraq, bħala eċċezzjoni.

Skont l-Artikolu 7.2 tar-Regoli tal-Applikazzjoni (RAP), l-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għal dħul assenjat għandhom isiru disponibbli awtomatikament, kemm bħala approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll bħala approprjazzjonijiet ta' ħlas, meta l-istituzzjoni tkun irċeviet id-dħul.

24.

L-Aġenzija tapprezza r-rikonoxximent tal-Qorti li l-koeffiċjent ta' korrezzjoni baxx ħafna jaffettwa b'mod negattiv ir-reklutaġġi. L-Aġenzija tinsab f'kuntatt mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea biex issib miżuri ta' rimedju u tittama li l-interpretazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal tista’ toffri xi soluzzjonijiet għas-sitwazzjoni ta' detriment eżistenti.

25.

L-Aġenzija tinnota l-impenn li sar mill-Qorti; fl-istess ħin tixtieq tiċċara li ċ-ċifri tal-persunal ġew inklużi fid-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Leġiżlattivi li jakkumpanjaw il-proposta tal-Kummissjoni għar-Regolament Ewropew dwar il-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta.

26.

Fil-bidu tal-2017, l-Aġenzija kienet diġà indirizzat lill-awtorità baġitarja u rċeviet approvazzjoni biex tespandi l-bini attwali tagħha sabiex takkomoda l-għadd addizzjonali tal-persunal. Barra minn hekk, ladarba l-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali jkun fis-seħħ, il-gvern Pollakk impenja ruħu li jagħti biċċa art lill-Aġenzija sabiex din tkun tista' tibni bini ġdid li ser jibqa' bħala s-sjieda tal-Aġenzija.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/241


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2017/C 417/39)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita) (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala l-“GSA”), li ġiet rilokata minn Brussell għal Praga fl-1 ta’ Settembru 2012 (1), ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li jħassar ir-Regolament (tal-Kunsill) (KE) Nru 1321/2004 (3) dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, li ġiet stabbilita taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 ħadet taħt ir-responsabbiltà tagħha uffiċjalment il-kompiti kollha li qabel kienu assenjati lill-Impriża Konġunta GALILEO fl-1 ta’ Jannar 2007 u li qed ikomplu jitwettqu mill-Aġenzija bħala l-“Aġenzija tal-GNSS Ewropea” fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 912/2010, kif emendat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni fdat l-isfruttar tas-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS) lill-Aġenzija permezz ta’ ftehim ta’ delega.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (5).

Tabella

iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR) (6)

363,8

626,4

Total tal-persunal fil-31 ta' Diċembru (7)

139

160

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (8) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (9) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta' Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta' dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta' standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Aġenzija jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Aġenzija li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma' negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta' negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta' rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta' bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta' kwittanza rispettivi oħra b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta' konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta' dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Aġenzija għall-ġbir ta' tariffi u ta' introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta' pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Dan l-eżaminar ikopri l-kategoriji kollha ta' pagamenti minbarra pagamenti bil-quddiem fil-punt meta jsiru. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Aġenzija taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Aġenzija kif stipulat fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (10).

Kwistjoni oħra

16.

Mingħajr ma tixħet dubju fuq l-opinjoni tagħha, il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit (UK) innotifika lill-Kunsill Ewropew dwar id-deċiżjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Ftehim li jistipula l-arranġamenti għall-ħruġ tiegħu se jiġi nnegozjat. L-Aġenzija topera kemm iċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo kif ukoll l-istazzjonijiet tal-art Galileo li jinsabu fit-territorju tar-Renju Unit. L-istatus tar-Renju Unit fi ħdan dawn l-oqfsa għad irid jiġi ddeterminat.

17.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

18.

Fir-rapport tal-awditjar tiegħu ddatat Novembru 2016, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea (IAS) ikkonkluda li ma twettaqx eżerċizzju annwali ta' valutazzjoni tar-riskji fl-Aġenzija kollha fl-2016 u li r-riskji sinifikanti tal-Aġenzija mhumiex inklużi fid-dokumenti ta' ppjanar tagħha jew fir-Rapporti tal-attività tagħha. Minbarra dan, l-IAS innota wkoll li t-terminoloġija li ntużat għad-diversi elementi tas-sistema ta' kejl tal-prestazzjoni mhijiex konsistenti, u għalhekk tfixkel il-monitoraġġ tal-prestazzjoni. L-Aġenzija u l-IAS qablu dwar pjan biex tittieħed azzjoni korrettiva.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

19.

Il-livell ta' riporti għal approprjazzjonijiet impenjati kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f’ammont ta’ EUR 2,8 miljun, jiġifieri 46 % (2015: EUR 2,5 miljun, jiġifieri 42 %). Dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati ma’ servizzi tal-IT ipprovduti fl-2016 li l-fatturi għalihom ma waslux.

KUMMENTI OĦRA

20.

Fil-15 ta' Diċembru 2016, l-Aġenzija ffirmat Kuntratt Qafas dwar l-isfruttar tas-sistema bis-satellita Galileo matul il-perjodu 2017 sa 2027, li ammonta għal EUR 1,5 biljun. Il-kuntratt ingħata wara li saret proċedura ta' akkwist pubbliku. Wieħed mill-offerenti involuti nieda proċedimenti legali kontra l-Aġenzija fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, fejn huwa qed jikkontesta l-eżitu tal-proċedura ta' akkwist. Is-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja se tiddeċiedi dwar il-legalità u r-regolarità tal-proċedura ta' akkwist għall-kuntratt qafas u l-kuntratti speċifiċi u pagamenti futuri relatati kollha. L-ewwel pagamenti huma mistennija li jsiru fl-2017.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

21.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tad-19 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  Id-Deċiżjoni 2010/803/UE meħuda bi ftehim komuni bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri (ĠU L 342, 28.12.2010, p. 15).

(2)  ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.

(3)  ĠU L 246, 20.7.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1.

(5)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: https://www.gsa.europa.eu/

(6)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament.

(7)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(8)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(9)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(10)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata / Għadha għaddejja / Pendenti / M/A)

2014

Ma hemm l-ebda kopertura tal-assigurazzjoni għal assi tanġibbli fissi (valur nett skont il-kotba ta’ EUR 1,0  miljun).

Għadha għaddejja

2015

L-aħħar validazzjoni tas-sistemi kontabilistiċi twettqet fl-2012. Il-validazzjoni li kellha ssir minħabba t-tibdil estensiv mistenni tal-proċessi u tal-fluss ta’ informazzjoni, b’segwitu għar-rilokazzjoni tal-Aġenzija, ma seħħitx. Il-kontabilist il-ġdid jippjana li jwettaq il-validazzjoni li jmiss fl-2020.

Għadha għaddejja

2015

L-Aġenzija stabbiliet Pjanijiet tal-Kontinwità tal-Operat għas-siti ta’ sigurtà fi Franza, fir-Renju Unit u fin-Netherlands. Madankollu, ma hemm l-ebda Pjan tal-Kontinwità tal-Operat stabbilit għall-Kwartieri Ġenerali fi Praga u għall-Aġenzija fl-intier tagħha.

Għadha għaddejja

2015

Il-livell ta' dettall fir-rapport tal-Aġenzija dwar l-implimentazzjoni baġitarja, li ġie awditjat, huwa differenti minn dak fir-rapporti pprovduti mill-biċċa l-kbira tal-aġenziji l-oħra, li juri li hemm ħtieġa għal linji gwida ċari dwar ir-rappurtar tal-baġit mill-aġenziji.

Ikkompletata

2015

Il-livell ta' riporti għal approprjazzjonijiet impenjati kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f’ammont ta’ EUR 2,5  miljun, jiġifieri 42 % (2014: EUR 3,4  miljun, jiġifieri 54 %). Dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati ma’ servizzi pprovduti fl-2015 li l-fatturi għalihom ma waslux qabel l-2016, għadd ta’ kuntratti tal-IT ta' valur għoli, kif ukoll kuntratt tal-valutazzjoni tar-riskju li ġie ffirmat fi tmiem l-2015. Dawn il-proġetti, li oriġinarjament kienu ppjanati għall-2016, inbdew fl-2015 biex jiġu utilizzati l-fondi rilaxxati minn iffrankar fuq linji baġitarji oħra.

M/A

2015

Il-Programm ta’ Ħidma Annwali (AWP) tal-Aġenzija għall-2015 ġie adottat biss f’Marzu 2015 u l-adozzjoni tal-Programm ta’ Ħidma Pluriennali tagħha għall-2014-2020 għadha pendenti. L-adozzjoni tardiva ta’ dokumenti ewlenin ta’ ppjanar tqiegħed f’riskju l-ilħuq tal-objettivi tal-Aġenzija.

Għadha għaddejja (1)

2015

Fl-2015, l-Aġenzija kellha tibdil għoli fil-persunal, billi 14-il membru tal-persunal telqu filwaqt li 26 daħlu jaħdmu magħha (2).

Għadha għaddejja


(1)  Id-Deċiżjoni li tadotta d-dokument ta’ programmazzjoni tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għall-2017-2020 ittieħdet fit-28 ta’ Marzu 2017.

(2)  Fl-2016, telqu 8 membri tal-persunal mill-Aġenzija, u 24 daħlu jaħdmu magħha.


IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

18.

L-Aġenzija implimentat is-sejbiet tal-IAS fir-rigward tal-ġestjoni tar-riskji. B'mod partikolari fil-Q4 2016 l-Aġenzija ffinalizzat politika u proċedura korporattivi dwar il-ġestjoni tar-riskji. L-Aġenzija torganizza bordijiet korporattivi dwar il-ġestjoni tar-riskji kull tliet xhur, li permezz tagħhom jiġi rieżaminat u aġġornat ir-reġistru korporattiv dwar ir-riskji. Bħala l-ewwel eżitu ta' dan il-proċess, ir-riskji korporattivi maqbula huma inklużi fl-Anness VIII tad-Dokument Uniku dwar il-Programmazzjoni 2018-2020 proviżorju li ġie deċiż mill-Bord Amministrattiv f'Jannar 2017. Fir-rigward tat-titjib tal-ġestjoni tal-prestazzjoni, l-Aġenzija qed timplimenta s-sejbiet tal-IAS, b'mod partikolari permezz tal-finalizzazzjoni fil-Q1 2017 ta' proċess għall-iżvilupp u r-rapportar ta' indikatur tal-prestazzjoni, u l-integrazzjoni tiegħu fid-Dokument Uniku dwar il-Programmazzjoni.

19.

Jenħtieġ li jiġi nnotat li l-livell ta' kanċellazzjonijiet ta' riporti huwa baxx ħafna (0,7 % fuq il-linji baġitarji kollha fl-2016) u l-GSA tikkunsidra dan bħala indikazzjoni ferm itjeb tal-ġestjoni tal-baġit mil-livell ta' riporti nnifsu li huwa inevitabbilment għoli meta titqies in-natura operazzjonali tal-Aġenzija u l-perjodi ta' fatturar għal numru kbir ta' kuntratti amministrattivi ta' valur għoli, b'hekk jirrappreżenta numru kbir ta' riporti ppjanati – minflok mhux ippjanati.

20.

L-Aġenzija tilqa' d-deċiżjoni mill-QEA li f'dan l-istadju ma tinterferixxix bil-proċedimenti tal-qorti li hemm referenza għalihom fil-pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. L-applikazzjoni ġiet innotifikata lill-GSA fit-13 ta' Lulju 2017 skont ir-reġ. numru T-99/17 EUTELSAT vs. GSA.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/247


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2017/C 417/40)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA – minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”), li tinsab fi Brussell, twaqqfet bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/801/UE (1) biex tieħu post l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport. L-Aġenzija ġiet stabbilita għal perjodu li beda fl-1 ta’ Jannar 2014 u li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2024 għall-ġestjoni ta’ azzjonijiet tal-UE relatati mal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Programm Orizzont 2020 għall-Finanzjament tar-Riċerka u l-Innovazzjoni, in-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u l-programm Marco Polo.

2.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (2).

Tabella 1

Iċ-ċifri ewlenin għall-aġenzija

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR)

18,4

21,7

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (3)

186

225

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Aġenzija jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Aġenzija li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Aġenzija għall-ġbir ta’ tariffi u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Aġenzija taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

16.

Il-livell ta’ riporti għal approprjazzjonijiet impenjati kien għoli għat-Titolu III f’ammont ta’ EUR 0,5 miljun, jiġifieri 48 % (2015: EUR 0,5 miljun, jiġifieri 51 %). Il-kawża prinċipali kienet l-esekuzzjoni ta’ kuntratti tal-IT u kuntratti tal-awditjar li saret wara tmiem is-sena.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

17.

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-12 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 352, 24.12.2013, p. 65.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.ec.europa.eu/inea.

(3)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2015

Il-livell ta’ riporti għal approprjazzjonijiet impenjati kien għoli għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f’ammont ta’ EUR 0,5 miljun, jiġifieri 51 % (2014: EUR 0,4 miljun, jiġifieri 56 %). Il-kawża prinċipali kienet il-konklużjoni ta’ kuntratti tal-IT u kuntratti tal-awditjar għal servizzi li kellhom jiġu pprovduti wara tmiem is-sena.

M/A


IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

16.

L-INEA tikkonsidra l-livelli tar-riporti għal Titolu III bħala ġustifikat in vista tan-natura tal-infiq. Kif semmiet il-Qorti, l-infiq huwa relatat mal-kuntratti tal-2016 tal-IT u tal-awditjar li jestendu sal-2017, li l-implimentazzjoni tagħhom ma tistax tibda u tispiċċa fl-istess sena mogħtija. Għal dak li jirrigwarda l-kuntratti tal-IT, għandu jkun innutat li mill-ammont riportat, 35 % jikkorrispondi għal servizzi pprovduti matul l-aħħar kwart tal-2016 iżda fatturati kmieni fl-2017. Persentaġġ simili ħafna japplika għall-kuntratti tal-awditjar, bir-rimarka partikolari li għal dat-tip ta’ kuntratti, il-ħlas finali jista’ jiġi rilaxxat biss lill-kumpanija tal-awditjar ladarba r-rapport ta’ awditjar finali jiġi aċċettat wara l-konklużjoni ta’ proċedura kontradittorja ma’ min jiġi awditjat, u tali dewmien mhux fil-kontroll tal-INEA.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/252


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija

(2017/C 417/41)

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala r-“REA”), li tinsab fi Brussell, ġiet stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/46/KE (1). L-Aġenzija ġiet stabbilita għal perjodu limitat li beda fl-1 ta’ Jannar 2008 u li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017 bl-għan li tmexxi attivitajiet speċifiċi tal-Unjoni fil-qasam tar-riċerka. Fil-15 ta’ Ġunju 2009 l-Aġenzija uffiċjalment ingħatat l-awtonomija amministrattiva u operazzjonali tagħha mill-Kummissjoni Ewropea. Fit-13 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni, bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/778/UE (2) tagħha, estendiet tul il-ħajja tar-REA għall-2024 u ddelegat lilha wkoll xi partijiet minn Orizzont 2020, il-Programm Qafas il-ġdid għar-Riċerka u l-Innovazzjoni.

2.

It-Tabella hawn taħt tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija (3).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Aġenzija

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR) (4)

54,6

62,9

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (5)

618

628

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b'evidenza pprovduta mix-xogħol ta' awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

4.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Aġenzija, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (6) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (7) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

5.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Aġenzija għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Aġenzija fil-31 ta' Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

6.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta' dawk inkarigati mill-governanza

8.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta' standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Aġenzija jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

9.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Aġenzija li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma' negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta' negozju avvjat.

10.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta' rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta' bażi

11.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Aġenzija jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta' kwittanza rispettivi oħra b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta' konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta' dawn il-kontijiet.

12.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqiesu l-kontrolli interni rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontrolli interni. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

13.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw is-sussidju li jiġi riċevut mingħand il-Kummissjoni u nivvalutaw il-proċeduri tal-Aġenzija għall-ġbir ta' tariffi u ta' introjtu ieħor, jekk ikun il-każ.

14.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta' pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Aġenzija taċċetta l-ġustifikazzjoni billi tapprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

15.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI INTERNI

16.

Fir-rapport tal-awditjar tiegħu datat Diċembru 2016, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) ikkonkluda li, b’mod ġenerali, l-Aġenzija kienet implimentat proċess adegwat għall-ġestjoni tar-riżorsi umani. L-Aġenzija u l-IAS qablu dwar pjan għat-teħid ta’ azzjoni korrettiva għall-unika sejba rrappurtata.

17.

F’rapport tal-awditjar ieħor datat Mejju 2016, l-IAS ikkonkluda li l-Aġenzija, flimkien mal-Kummissjoni, kienet stabbiliet sistema effiċjenti ta’ kontroll intern għall-ġestjoni tal-għotjiet fi ħdan il-programm ORIZZONT 2020. L-Aġenzija u l-IAS, flimkien mal-Kummissjoni, qablu dwar pjan biex tittieħed azzjoni korrettiva għall-unika sejba li tqieset importanti ħafna.

KUMMENTI DWAR ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA U DWAR IL-PRESTAZZJONI

18.

Evalwazzjoni esterna tal-prestazzjoni tal-Aġenzija fil-perjodu 2012 sa 2015 tħejjiet f’isem il-Kummissjoni, u r-rapport finali ġie ppreżentat f’Mejju 2016. Dan ikkonkluda li, matul il-perjodu ta’ referenza, l-Aġenzija kienet wettqet l-implimentazzjoni tal-kompiti tagħha b’mod effettiv, effiċjenti u kosteffettiv, li l-mandat tagħha jibqa’ rilevanti ħafna għall-Kummissjoni u għall-benefiċjarji tal-Aġenzija, u li d-delegar ta’ kompiti operazzjonali mill-Kummissjoni kien irnexxa. Madankollu, l-evalwaturi identifikaw ukoll lok għal titjib ulterjuri fl-effettività u fl-effiċjenza tal-operazzjonijiet, u kemm l-Aġenzija kif ukoll il-Kummissjoni ġew mistiedna jtejbu d-djalogu intern u l-kooperazzjoni tagħhom, il-komunikazzjoni esterna kif ukoll kwistjonijiet speċifiċi fl-oqsma tal-IT u tal-ġestjoni tar-riżorsi umani. L-Aġenzija u l-Kummissjoni qablu dwar pjan biex tittieħed azzjoni korrettiva.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tad-19 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 11, 15.1.2008, p. 9.

(2)  ĠU L 346, 20.12.2013, p. 54.

(3)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija hija disponibbli fuq is-sit web tagħha: www.ec.europa.eu/rea

(4)  Iċ-ċifri tal-baġit huma bbażati fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament.

(5)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Aġenzija.

(6)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(7)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.


IR-RISPOSTA TAL-AĠENZIJA

L-Aġenzija ħadet nota tar-rapport tal-Qorti.


6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/256


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Bord

(2017/C 417/42)

INTRODUZZJONI

1.

Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (minn hawn’il quddiem“il-Bord”, magħruf ukoll bħala l-“SRB”), li jinsab fi Brussell, ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 806/2014 dwar il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (“ir-Regolament SRM”) (1). Il-missjoni tal-Bord hija li jiżgura r-riżoluzzjoni ordnata ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti ditti tal-investiment (minn hawn ’il quddiem “Istituzzjonijiet ta’ Kreditu”) li qed ifallu, b’impatt minimu fuq l-ekonomija reali u fuq il-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri parteċipanti fl-Unjoni Bankarja.

2.

Il-Bord huwa inkarigat bl-amministrazzjoni tal-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (minn hawn ’il quddiem “il-Fond”) li ġie stabbilit bir-Regolament SRM u għandu jagħti appoġġ lill-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni. Il-Fond se jiġi żviluppat gradwalment matul il-perjodu mill-2016 sal-2023 u, sal-31 ta’ Diċembru 2023, għandu jilħaq il-mira ta’ mill-inqas 1 % tal-ammont ta’ depożiti koperti tal-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu kollha fi ħdan l-Unjoni Bankarja Ewropea.

3.

Il-Bord għandu baġit awtonomu li mhuwiex parti mill-baġit tal-UE. Il-kontribuzzjonijiet jinkisbu minn Istituzzjonijiet ta’ Kreditu li huma stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti fl-Unjoni Bankarja. Il-baġit għas-sena 2015 kien jikkonsisti biss fil-Parti I (baġit amministrattiv). Il-baġit għas-sena 2016 kien jikkonsisti fil-Parti I, li tammonta għal EUR 65 miljun, kif ukoll fil-Parti II (kontribuzzjonijiet għall-Fond mill-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu), li tammonta għal EUR 11 800 miljun.

4.

It-Tabella tippreżenta ċ-ċifri ewlenin għall-Bord (2).

Tabella

Iċ-ċifri ewlenin għall-Bord

 

2015

2016

Baġit (miljun EUR)

 

 

Parti I (Baġit amministrattiv tal-Bord)

22

65

Parti II (Baġit tal-Fond)

0

11 800

Total tal-persunal fil-31 ta’ Diċembru (3)

108

180

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

5.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Bord. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

OPINJONI

6.

Aħna awditjajna:

(a)

il-kontijiet tal-Bord, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet,

kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Affidabbiltà tal-kontijiet

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

7.

Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet tal-Bord għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Bord fil-31 ta’ Diċembru 2016, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu, il-flussi tal-flus tiegħu, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju tiegħu u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni. Dawn huma bbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment.

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet

8.

Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Pagamenti

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

9.

Fl-opinjoni tagħna, il-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2016 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

Responsabbiltajiet tal-maniġment u ta’ dawk inkarigati mill-governanza

10.

Skont l-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u r-Regolament Finanzjarju tal-Bord, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet abbażi ta’ standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-maniġment tal-Bord jerfa’ r-responsabbiltà aħħarija għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet.

11.

Fit-tħejjija tal-kontijiet, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-Bord li jkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga, kif applikabbli, kwistjonijiet relatati ma’ negozju avvjat u juża l-bażi kontabilistika ta’ negozju avvjat.

12.

Dawk inkarigati mill-governanza huma responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-entità.

Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

13.

L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet tal-Bord ikunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew lil awtoritajiet ta’ kwittanza rispettivi oħra b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li awditu dejjem se jaqbad dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet ekonomiċi li l-utenti jieħdu fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet.

14.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, inkluża valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jsiru dawk il-valutazzjonijiet tar-riskji, jitqies il-kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, sabiex jitfasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li tingħata opinjoni dwar l-effettività tal-kontroll intern. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi li jsiru mill-maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

15.

Għad-dħul, aħna nivverifikaw il-proċeduri tal-Bord għall-kalkolu u l-ġbir ta’ kontribuzzjonijiet għall-Fond u ta’ introjtu ieħor, jekk ikun il-każ (6). Il-verifikazzjoni tagħna tal-kontribuzzjonijiet għall-Fond kienet ibbażata fuq informazzjoni kkomunikata mill-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu permezz tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali, u ma koprietx l-affidabbiltà ta’ din l-informazzjoni. Barra minn hekk, il-kontribuzzjonijiet għall-Fond li huma s-suġġett ta’ appelli amministrattivi jew ta’ proċedimenti ġudizzjarji bejn xi wħud mill-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali, kif ukoll ta’ proċedimenti ġudizzjarji bejn xi wħud mill-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu u l-Bord quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, rispettivament, ma kinux suġġetti għall-awditu tagħna sabiex bl-ebda mod ma naffettwaw il-pożizzjoni tal-partijiet f’dawn il-proċedimenti. Informazzjoni dettaljata dwar appelli amministrattivi jew proċedimenti ġudizzjarji tingħata fil-paragrafu 7(i) tal-kontijiet annwali tal-Bord.

16.

Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Dan l-eżaminar ikopri l-kategoriji kollha ta’ pagamenti minbarra pagamenti bil-quddiem fil-punt meta jsiru. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati meta r-riċevitur tal-fondi jipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu xieraq tagħhom u l-Bord jaċċetta l-ġustifikazzjoni billi japprova l-pagament bil-quddiem, sew jekk fl-istess sena u sew jekk aktar tard.

17.

Fit-tħejjija ta’ dan ir-rapport u d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, aħna qisna x-xogħol tal-awditjar li l-awditur indipendenti estern wettaq fuq il-kontijiet tal-Bord kif stipulat fl-Artikolu 102 (1) tar-Regolament Finanzjarju tal-Bord.

Osservazzjonijiet

18.

Mingħajr ma tixħet dubju fuq l-opinjonijiet tagħha li jingħataw fil-paragrafi 6 sa 17, il-Qorti tixtieq tenfasizza li l-kontribuzzjonijiet għall-Fond jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta’ informazzjoni pprovduta mill-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu lill-Bord permezz tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali. Madankollu, ir-Regolament SRM ma jipprevedix qafas ta’ kontroll, komprensiv u konsistenti, li jiżgura l-affidabbiltà ta’ din l-informazzjoni. Barra minn hekk, il-Qorti tosserva li l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet u stabbilita fil-qafas legali hija kumplessa ħafna, li jirriżulta f’riskju għall-preċiżjoni. Minbarra dan, il-Bord ma jistax jirrilaxxa dettalji dwar il-kalkoli tal-kontribuzzjonijiet, li saritilhom valutazzjoni tar-riskju, għal kull Istituzzjoni ta’ Kreditu, billi dawn huma interkonnessi u jinkludu informazzjoni kunfidenzjali dwar Istituzzjonijiet ta’ Kreditu oħra. Dan jaffettwa t-trasparenza ta’ dawn il-kalkoli.

19.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR L-AFFIDABBILTÀ TAL-KONTIJIET

20.

Is-sistema kontabilistika tal-Bord kienet għadha ma ġietx ivvalidata mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà.

21.

L-Artikolu 92(4) tar-Regolament SRM jirrikjedi li l-Qorti tirrapporta, b’mod partikolari, dwar l-obbligazzjonijiet kontinġenti tal-Bord, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li jirriżultaw mit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont ir-Regolament SRM. Il-Qorti se tippubblika rapport separat dwar din il-kwistjoni.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

Parti I (Baġit amministrattiv tal-Bord)

22.

Ir-rata ta’ implimentazzjoni kienet baxxa f’livell ta’ 62 % (2015: 67 %), jew EUR 35 miljun (2015: EUR 15-il miljun) ta’ approprjazzjonijiet disponibbli. Dan huwa prinċipalment ikkawżat min-natura tal-attivitajiet tal-Bord u l-qafas baġitarju legali stabbilit. Filwaqt li l-baġit jipprovdi approprjazzjonijiet għall-operat ta’ kuljum tal-Bord u għall-amministrazzjoni ta’ każijiet ta’ riżoluzzjoni, ma seħħet ebda riżoluzzjoni fl-2016. L-approprjazzjonijiet li ma ntużawx se jnaqqsu l-kontribuzzjonijiet futuri mill-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu.

23.

L-approprjazzjonijiet impenjati riportati taħt it-Titolu II tal-baġit (nefqa amministrattiva) jammontaw għal EUR 3,1 miljun, jiġifieri 35 % (2015: EUR 3,3 miljun, jiġifieri 70 %) tal-approprjazzjonijiet impenjati totali. Dawn prinċipalment jikkonċernaw kuntratti tal-IT li ġew iffirmati fl-2016 (EUR 1,9 miljun) u servizzi ta’ sigurtà pprovduti fl-2016 li kienu għadhom ma ġewx fatturati u ma kinux tħallsu (EUR 0,6 miljun).

24.

L-approprjazzjonijiet impenjati riportati taħt it-Titolu III tal-baġit (nefqa operazzjonali) jammontaw għal EUR 5,3 miljun, jiġifieri 66 % (2015: EUR 1,6 miljun, jiġifieri 40 %) tal-approprjazzjonijiet impenjati. Dawn prinċipalment jikkonċernaw servizzi pprovduti mill-Bank Ċentrali Ewropew (EUR 1,9 miljun), servizzi legali (EUR 1,5 miljun) u kuntratti tal-IT (EUR 1,3 miljun) li l-pagamenti għalihom huma dovuti fl-2017. Livell tant għoli ta’ riporti huwa f’kontradizzjoni mal-prinċipju tal-annwalità.

25.

Fil-perjodu minn Lulju sa Ottubru 2016, il-Bord impenja EUR 2 miljun għall-akkwist ta’ servizzi legali li ma kinux preċeduti minn deċiżjoni ta’ finanzjament, u lanqas ma kienu ppjanati fil-Programm ta’ Ħidma Annwali jew fil-baġit.

Parti II (Baġit tal-Fond)

26.

Bl-applikazzjoni, mill-Bank Ċentrali Ewropew, tar-rata negattiva għall-faċilità ta’ depożitu fl-2016, il-Fond ħallas imgħax negattiv li ammonta għal EUR 24 miljun lill-banek ċentrali nazzjonali. Dan naqqas l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet akkumulati li huma disponibbli għal riżoluzzjonijiet futuri.

KUMMENTI OĦRA

27.

Jeħtieġ li l-Bord itejjeb il-veloċità tal-proċeduri ta’ reklutaġġ tiegħu, jissettja sollijiet minimi ċari li l-kandidati jridu jissodisfaw, u jiddefinixxi aħjar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-membri tal-kumitat tal-għażla.

SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI

Ħarsa ġenerali lejn l-azzjoni korrettiva li ttieħdet b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tad-19 ta’ Settembru 2017.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.

(2)  Aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Bord hija disponibbli fuq is-sit web tiegħu: http://srb.europa.eu/.

(3)  Il-persunal jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati.

Sors: data pprovduta mill-Bord

(4)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu r-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tal-bidliet fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti li jaggregaw l-operazzjonijiet baġitarji kollha u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(6)  Il-kontribuzzjonijiet għall-Fond għas-sena 2015 li ġew trasferiti għall-Bord fl-2016 kienu kkalkulati mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali, u għalhekk mhumiex suġġetti għall-awditu tal-Qorti.


ANNESS

Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti

Sena

Kummenti tal-Qorti

Status tal-azzjoni korrettiva

(Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A)

2015

Fl-2015, il-Bord sar operazzjonali u gradwalment stabbilixxa l-ambjent ta’ kontroll intern tiegħu. Madankollu għadd ta’ proċeduri u kontrolli essenzjali għadhom iridu jiġu abbozzati, adottati jew implimentati, inklużi l-istrateġija għall-ġestjoni u l-kontroll tar-riskju, l-istandards ta’ kontroll intern, il-valutazzjoni perjodika tal-funzjonament tajjeb tas-sistema ta’ kontroll intern u l-istrateġija kontra l-frodi.

Għadha għaddejja

2015

Il-baġit tal-SRB huwa ffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjonijiet minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u fl-2015 ammonta għal EUR 22 miljun. L-SRB impenja 67 % tal-baġit mitlub u uża 45 % minnu. Ir-rata baxxa ta’ implimentazzjoni rriżultat f’bilanċ pożittiv sinifikanti ta’ EUR 7,7 miljun.

M/A

2015

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f’ammont ta’ EUR 3,6 miljun, jiġifieri 70,4  %. Dawn ir-riporti prinċipalment kienu jikkonċernaw kuntratti li ġew konklużi fl-2015 għall-bini l-ġdid tal-SRB (eż. infrastruttura tal-IT, infrastruttura tas-sigurtà u tagħmir tal-uffiċċji) fejn is-servizzi u l-oġġetti kienu għadhom ma twasslux jew ma ġewx fatturati kompletament sa tmiem l-2015.

M/A

2015

Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati kienu għoljin għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f’ammont ta’ EUR 0,6 miljun, jiġifieri 40,3  %. Dawn ir-riporti prinċipalment kienu jikkonċernaw servizzi ta’ konsulenza għall-“Proġett ta’ ġbir ta’ kontribuzzjonijiet” li kienu għadhom ma twasslux jew ma ġewx fatturati kompletament sa tmiem l-2015.

M/A

2015

Fl-2015, l-SRB iffirma kuntratt għall-kwartieri ġenerali l-ġodda tiegħu fi Brussell, b’durata minima ta’ 15-il sena u valur totali ta’ mill-inqas EUR 42,4 miljun. Il-proċedura ta’ akkwist ma ġietx iddokumentata b’mod tajjeb biżżejjed u l-lokalità fl-avviż dwar kuntratt illimitatu għal wieħed mill-aktar żoni għaljin fi Brussell, bl-esklużjoni ta’ alternattivi oħra li kienu orħos.

M/A


IR-RISPOSTA TAL-BORD

18.

Il-Bord jinnota li l-BRRD u l-SRMR jinkludu obbligu għall-Istati Membri sabiex jistabbilixxu qafas regolatorju, ta' kontabilità u ta' rappurtar xieraq sabiex tiġi żgurata, fost l-oħrajn, il-preċiżjoni tal-kontribuzzjonijiet. Barra minn hekk, maġġoranza kbira tal-informazzjoni meħtieġa għall-kalkolu tirriżulta minn rekwiżiti ta' rappurtar superviżorju applikabbli. Barra minn hekk, il-Bord implimenta għadd ta' salvagwardji fi ħdan il-mandat tiegħu sabiex jikkontrolla l-preċiżjoni tad-data pprovduta mill-istituzzjonijiet ta' kreditu. Barra minn hekk, għalkemm it-tħassib tal-kunfidenzjalità jaffettwa t-trasparenza tal-kalkolu, il-metodoloġija tal-kalkolu hija żvelata bis-sħiħ u l-Bord ipprovda lill-ARN bid-dettalji kollha li jistgħu jiġu kondiviżi skont ir-regolament.

21.

Il-Bord jaċċetta l-kumment. Filwaqt li l-Bord juża s-sistema tal-kontabilità tal-Kummissjoni Ewropea, l-ewwel validazzjoni tal-karatteristiċi speċifiċi tal-Bord kienet ippjanata sal-aħħar tal-2017. Madankollu, peress li l-Bord ser iniedi sistema ġdida għall-kalkolu u l-fatturat tal-kontribuzzjonijiet amministrattivi f'Q4 2017-Q1 2018, għal raġunijiet ta' effiċjenza huwa ser iwettaq validazzjoni unika fl-ewwel nofs tal-2018 li tkopri s-sistemi kollha tal-kontabilità.

23.

Il-Bord jaqbel mal-isfidi li huma riżultat tal-missjoni tal-ġestjoni tal-kriżi tiegħu, u qed jieħu miżuri sabiex tiżdied it-trasparenza fir-rappurtar tal-implimentazzjoni tal-baġit. Fl-2017, il-Bord irriforma l-istruttura tal-baġit tiegħu sabiex jintroduċi distinzjoni ċara bejn in-nefqa pjanata u l-kontinġenzi. Dan ser jirrifletti aħjar l-implimentazzjoni tal-baġit relatata mal-operazzjonijiet “normali” u l-implimentazzjoni relatata mal-baġit previst fil-każ ta' kriżi (baġit kontinġenti). L-istruttura l-ġdida diġà ntużat għall-abbozz tal-baġit tal-2018.

24.

Il-Bord jaċċetta l-kumment. Filwaqt li parti mill-pagamenti skont it-Titolu II jiddependu mill-fatturat minn bosta servizzi tal-Kummissjoni (OIB inklużi s-servizzi tas-sigurtà, DĠ HR eċċ), bosta proċeduri ta’ akkwist għall-proġetti tal-ICT tnedew biss tard matul is-sena. Minħabba l-fażi tal-bidu tal-Bord, ma kienx possibbli li jitwettaq allinjament sħiħ tal-proġetti tal-ICT maċ-ċiklu tal-baġit.

25.

Minħabba l-prinċipju strett tiegħu relatat mal-“irkupru tal-ispejjeż”, il-BĊE jista’ joħroġ fattura lill-Bord biss wara l-31 ta' Diċembru ta' kull sena. Dan il-fatt jagħmel it-trasferiment tal-approprjazzjonijiet relatati mas-servizzi mill-BĊE inevitabbli.

L-ammont ittrasferit għas-servizzi legali jikkorrispondi għal nefqa eċċezzjonali u mhux prevedibbli relatata mar-riżoluzzjoni u l-kawżi. It-trasferiment ta' din it-tip ta’ nefqa għandu jkun mistenni, u għandu jitqies bħala marbut direttament man-natura speċifika tas-servizzi pprovduti u mar-rwol tal-ġestjoni tal-kriżi tal-Bord.

Il-Bord jaċċetta l-kumment dwar il-kuntratti tal-IT f'konformità mat-tweġiba mogħtija taħt il-kumment 24.

26.

Il-Bord jinnota li n-nefqa operazzjonali kollha ġiet koperta minn deċiżjoni ta’ finanzjament fil-formola tal-Anness I tal-Programm ta' Ħidma Annwali, f'konformità mar-Regolament Finanzjarju tal-Bord. Madankollu, il-Bord jirrikonoxxi li l-allokazzjoni tal-attivitajiet fi ħdan id-deċiżjoni ta’ finanzjament ma kkorrispondietx għall-ambitu tas-servizzi akkwistati. Is-servizzi inkwistjoni ġew akkwistati għal difiża legali fir-rigward tal-Fond, filwaqt li d-deċiżjoni ta' finanzjament allokat il-baġit għall-konsulenza fit-tħejjija tar-riżoluzzjoni.

27.

Il-Bord jirrikonoxxi l-kumment. Minkejja talbiet lis-Sistema tal-Euro sabiex ma tapplikax rati negattivi għall-Bord, il-Fond ġarrab rati negattivi fuq il-kontijiet tal-bank ċentrali tiegħu. Il-Bord ivvaluta perjodikament alternattivi għall-kontijiet tal-flus kontanti fil-forma ta' depożiti ta' żmien fiss, iżda dawn ma offrewx alternattiva finanzjarjament attraenti. F'Settembru 2016, il-Bord adotta Strateġija ta' Investiment li ser tiġi implimentata gradwalment. Madankollu, taħt iċ-ċirkustanzi attwali tas-suq mhuwiex possibbli li jinbena portafoll li joffri redditu mistenni pożittiv b'livell ta' riskju aċċettabbli u li jissodisfa l-bżonnijiet tal-likwidità.

28.

Il-Bord jaċċetta l-kumment u diġà ħa azzjoni sabiex jirranġa n-nuqqasijiet tiegħu matul l-2017. Il-Bord abbozza u implimenta Manwal ta' Reklutaġġ, li jiddefinixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-membri tal-bord tal-għażla u jinkludi linja gwida dwar il-limiti minimi.