ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 382

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
13 ta' Novembru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2017/C 382/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 382/02

Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2017/C 382/03

Kawża C-591/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni 2011/678/UE — Għajnuna mill-Istat favur il-finanzjament tal-iskrining tal-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE) fl-annimali tal-ifrat — Għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Obbligu ta’ rkupru — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni)

5

2017/C 382/04

Kawża C-320/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 91/271/KEE — Trattament tal-ilma urban mormi — Artikolu 4(1) u (3) — Trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti)

6

2017/C 382/05

Kawża C-329/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – ENEA S.A. vs Prezes Urzędu Regulacji Energetyki (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Għajnuna mill-Istat — Kunċett ta’ għajnuna mogħtija mill-Istati jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat — Obbligu għal kumpannija b’kapital azzjonarju tas-settur tal-enerġija, miżmuma fl-intier tagħha mill-Istat, li tixtri l-enerġija prodotta mill-koġenerazzjoni bil-produzzjoni tas-sħana)

6

2017/C 382/06

Kawża C-552/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Settembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Vetturi bil-mutur — Kiri jew leasing ta’ vettura bil-mutur minn resident ta’ Stat Membru mingħand fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor — Taxxa ta’ reġistrazzjoni — Ħlas tal-ammont kollu tat-taxxa meta ssir ir-reġistrazzjoni — Kundizzjonijiet dwar ir-rimbors tat-taxxa — Proporzjonalità)

7

2017/C 382/07

Kawża C-569/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X vs Staatssecretaris van Financiën (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Applikazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali — Ħaddiema migranti — Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikolu 14(2)(b)(i) — Persuna normalment impjegata fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iktar — Persuna impjegata fi Stat Membru u li teżerċita attività mħallsa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor matul leave mingħajr ħlas ta’ tliet xhur.)

8

2017/C 382/08

Kawża C-570/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) –X vs Staatssecretaris van Financiën (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Applikazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali — Ħaddiema migranti — Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikolu 14(2)(b)(i) — Persuna normalment impjegata fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iktar — Persuna impjegata fi Stat Membru u li teżerċita parti mill-attivitajiet tagħha fl-Istat Membru tar-residenza tagħha)

8

2017/C 382/09

Kawżi magħquda C-588/15 P u C-622/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 – LG Electronics, Inc. vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Akkordji — Suq dinji tat-tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter — Ftehimiet u prattiki miftiehma fir-rigward ta’ prezzijiet, ta’ tqassim tas-swieq u ta’ klijenti u ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet mibgħuta biss lill-kumpanniji omm ta’ impriża konġunta u mhux lil din l-aħħar impriża — Multa — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi (2006) — Punt 13 — Determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ fir-rigward tal-ksur — Bejgħ intragrupp tal-prodott ikkonċernat barra miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) — Teħid inkunsiderazzjoni tal-bejgħ ta’ prodotti lesti li jintegraw il-prodott ikkonċernat fiż-ŻEE — Ugwaljanza fit-trattament)

9

2017/C 382/10

Kawża C-589/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ Settembru 2017 – Alexios Anagnostakis vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Dritt istituzzjonali — Inizjattiva taċ-ċittadini li tistieden lill-Kummissjoni Ewropea tissottometti proposta leġiżlattiva dwar it-tneħħija tad-dejn pubbliku għall-Istati Membri fi stat ta’ neċessità — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Rifjut tal-Kummissjoni — Nuqqas manifest ta’ setgħat tal-Kummissjoni — Regolament (UE) Nru 211/2011 — Artikolu 4(2)(b) — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 122 TFUE — Artikolu 136 TFUE — Ksur)

10

2017/C 382/11

Kawża C-628/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit – The Trustees of the BT Pension Scheme vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-kapital — Artikolu 63 TFUE — Kamp ta’ applikazzjoni — Leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru — Taxxa fuq il-kumpanniji — Kreditu ta’ taxxa — Fond għall-pensjoni — Rifjut li jingħata l-benefiċċju tal-kreditu ta’ taxxa lill-azzjonisti mhux suġġetti għat-taxxa fuq dħul minn investiment għal dividendi li joriġinaw minn dħul barrani — Interpretazzjoni tas-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 2006, Test Claimants in the FII Group Litigation (C-446/04, EU:C:200612:707:774) — Kreditu ta’ taxxa miżmum illegalment — Rimedji ġudizzjarji”)

10

2017/C 382/12

Kawża C-646/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) – ir-Renju Unit) – Trustees of the P Panayi Accumulation & Maintenance Settlements vs Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni diretta — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Moviment liberu ta’ kapital — Trust — Trustees — Persuni ġuridiċi oħra — Kunċett — Taxxa fuq il-qligħ kapitali relatata mal-assi miżmuma fi trust minħabba t-trasferiment tal-post tar-residenza fiskali tat-trustees lejn Stat Membru ieħor — Determinazzjoni tal-ammont tat-taxxa fil-mument ta’ dan it-trasferiment — Irkupru immedjat tat-taxxa — Ġustifikazzjoni — Proporzjonalità)

11

2017/C 382/13

Kawża C-648/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ Settembru 2017 – Ir-Repubblika tal-Awstrija vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Artikolu 273 TFUE — Tilwima bejn Stati Membri mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont ftehim ta’ kompromess — Tassazzjoni — Ftehim bilaterali dwar ħelsien minn taxxa doppja — Intaxxar tal-interessi ta’ titoli finanzjarji — Kunċett ta’ krediti b’parteċipazzjoni fil-profitti)

12

2017/C 382/14

Kawżi Magħquda C-673/15 P sa C-676/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Settembru 2017 – The Tea Board vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Delta Lingerie (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nruo207/2009 — Artikolu 8(1)(b) — Trade marks verbali u figurattivi li jinkludu l-element verbali darjeeling jew darjeeling collection de lingerie — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade marks kollettivi tal-Unjoni Ewropea — Trade marks kollettivi kkostitwiti mill-indikazzjoni ġeografika Darjeeling — Artikolu 66(2) — Funzjoni essenzjali — Kunflitt ma’ applikazzjonijiet għal trade marks individwali — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Kunċett — Xebh bejn il-prodotti jew is-servizzi — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Artikolu 8(5))

13

2017/C 382/15

Kawża C-18/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Rechtbank Den Haag zittingsplaats Haarlem – il-Pajjiżi l-Baxxi) – K. vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Standards għall-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali — Direttiva 2013/32/UE — Artikolu 9 — Dritt li wieħed jibqa’ fi Stat Membru sakemm tiġi eżaminata l-applikazzjoni — Direttiva 2013/33/UE — Punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(3) — Tqegħid f’detenzjoni — Verifika tal-identità jew tan-nazzjonalità — Determinazzjoni tal-elementi li hija bbażata fuqhom l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali — Validità — Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikoli 6 u 52 — Limitazzjoni — Proporzjonalità

13

2017/C 382/16

Kawża C-56/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 – L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) vs Instituto dos Vinhos do Douro e do Porto, IP, Bruichladdich Distillery Co.Ltd [Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(c) u (2)(d) — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PORT CHARLOTTE — Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ din it-trade mark — Protezzjoni mogħtija lid-denominazzjonijiet ta’ oriġini preċedenti Porto u Port skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u tad-dritt nazzjonali — Natura eżawrjenti tal-protezzjoni mogħtija lil dawn id-denominazzjonijiet ta’ oriġini — Artikolu 118m tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 — Kunċetti ta’ użu u ta’ evokazzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta]

14

2017/C 382/17

Kawża C-60/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat 13 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammarrätten i Stockholm – Migrationsöverdomstolen – l-Isvezja) – Mohammad Khir Amayry vs Migrationsverket (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (UE) Nruo604/2013 — Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz — Artikolu 28 — Detenzjoni tal-applikant għall-protezzjoni internazzjonali sabiex huwa jiġi ttrasferit lejn l-Istat Membru responsabbli — Perijodu li fih għandu jsir it-trasferiment — Perijodu massimu tad-detenzjoni — Kalkolu — Aċċettazzjoni tat-talba sabiex tittieħed responsabbiltà qabel id-detenzjoni — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment)

15

2017/C 382/18

Kawża C-111/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Udine – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Giorgio Fidenato, Leandro Taboga, Luciano Taboga (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Ikel u għalf immodifikat ġenetikament — Miżuri ta’ emerġenza — Miżura nazzjonali intiża li tipprojbixxi l-koltivazzjoni ta’ qamħirrum immodifikat ġenetikament MON 810 — Żamma jew tiġdid tal-miżura — Regolament (KE) Nru 1829/2003 — Artikolu 34 — Regolament (KE) Nru 178/2002 — Artikoli 53 u 54 — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni — Prinċipju ta’ prekawzjoni)

16

2017/C 382/19

Kawża C-132/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ((L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika – Sofia vs Iberdrola Inmobiliaria Real Estate Investments EOOD (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 26(1)(b) u Artikoli 168 u 176 — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Servizzi ta’ kostruzzjoni jew ta’ titjib ta’ proprjetà immobbli li tappartjeni lil terzi — Użu tas-servizzi mit-terzi u mill-persuna taxxabbli — Provvista tas-servizz mingħajr ħlas lit-terzi — Kontabbiltà tal-infiq iġġenerat għas-servizzi mwettqa bħala li jagħmel parti mill-ispejjeż ġenerali tal-persuna taxxabbli — Determinazzjoni tal-eżistenza ta’ rabta diretta u immedjata mal-attività ekonomika tal-persuna taxxabbli)

17

2017/C 382/20

Kawżi Magħquda C-168/16 u C-169/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Mons – il-Belġju) – Sandra Nogueira et vs Crewlink Ireland Ltd (C-168/16), Miguel José Moreno Osacar vs Ryanair Designated Activity Company, li kienet Ryanair Ltd (C-169/16) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni — Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti individwali ta’ xogħol — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 19(2)(a) — Kunċett ta’ post fejn l-impjegat abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu — Settur tat-trasport bl-ajru — Ekwipaġġ tal-kabina — Regolament (KEE) Nru 3922/91 — Kunċett ta’ ‘bażi ta’ residenza’)

17

2017/C 382/21

Kawża C-177/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Latvja) – Autortiesību un komunicēšanās konsultāciju aģentūra – Latvijas Autoru apvienība vs Konkurences padome (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kompetizzjoni — Artikolu 102 TFUE — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Kunċett ta’ prezz inġust — Tariffi miġbura minn soċjetà nazzjonali għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur — Ipparagunar mar-rati mitluba fi Stati Membri oħra — Għażla tal-Istati ta’ riferiment — Kriterji ta’ evalwazzjoni tal-prezz — Kalkolu tal-multa)

18

2017/C 382/22

Kawża C-183/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Settembru 2017 – Tilly-Sabco SAS vs Il-Kummissjoni Ewropea, Doux SA (Appell — Agrikoltura — Laħam tat-tjur — Tiġieġ iffriżati — Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni — Regolament ta’ implementazzjoni (UE) Nru 689/2013 li jistabbilixxi l-ħlas lura f’EUR 0 — Legalità — Regolament (KE) Nru 1234/2007 — Artikoli 162 u 164 — Għan u natura tal-ħlasijiet lura — Kriterji għall-fissazzjoni tal-ammonti tagħhom — Kompetenza tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali (DG) tal-Agrikoltura u tal-Iżvilupp Rurali biex jiffirma r-regolament ikkontestat — Użu ħażin ta’ poter — Komitoloġija — Regolament (UE) Nru 182/2011 — Artikolu 3(3) — Konsultazzjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni [ta’ Tmexxija] tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli — Abbozz tar-regolament ta’ implementazzjoni ingħata matul il-laqgħa ta’ dan il-kumitat — Osservanza tat-termini — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Annullament biż-żamma tal-effetti)

19

2017/C 382/23

Kawża C-184/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Dioikitiko Protodikeio Thessalonikis – il-Greċja) – Ovidiu-Mihaita Petrea vs Ypourgou Esoterikon kai Dioikitikis Anasygrotisis (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2004/38 — Direttiva 2008/115 — Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri — Residenza ta’ ċittadin ta’ Stat Membru fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor minkejja projbizzjoni ta’ aċċess għat-territorju ta’ dan l-Istat — Legalità ta’ deċiżjoni ta’ rtirar ta’ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni u tat-tieni deċiżjoni ta’ tneħħija mit-territorju — Possibbiltà li tiġi invokata, permezz ta’ eċċezzjoni, l-illegalità ta’ deċiżjoni preċedenti — Obbligu ta’ traduzzjoni)

20

2017/C 382/24

Kawża C-186/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Oradea – ir-Rumanija) – Ruxandra Paula Andriciuc et vs Banca Românească SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Direttiva 93/13/KEE — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Artikolu 3(1) u Artikolu 4(2) — Evalwazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżoli kuntrattwali — Kuntratt ta’ kreditu konkluż f’munita barranija — Riskju tal-kambju jinġarr b’mod sħiħ mill-konsumatur — Żbilanċ sinjifikattiv bejn id-dritttijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt — Mument li fih għandu jiġi evalwat l-iżbilanċ — Portata tal-kunċett ta’ klawżoli abbozzati b’lingwaġġ sempliċi u ċar — Livell ta’ informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-bank(

21

2017/C 382/25

Kawżi magħquda C-215/16, C-216/16, C-220/16 u C-221/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha – Spanja) – Elecdey Carcelen SA (C-215/16), Energías Eólicas de Cuenca SA (C-216/16), Iberenova Promociones SAU (C-220/16), Iberdrola Renovables Castilla La Mancha SA (C-221/16) vs Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Enerġija elettrika ta’ oriġini eolika — Direttiva 2009/28/KE — Promozzjoni tal-użu tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli — Punt (k) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 — Skema ta’ sostenn — Punt (e) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) — Tariffi amministrattivi — Direttiva 2008/118/KE — Arranġament ġenerali għad-dazju tas-sisa — Artikolu 1(2) — Taxxi indiretti supplimentari li għandhom għanijiet speċifiċi — Direttiva 2003/96/KE — Tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u fuq l-elettriku — Artikolu 4 — Tassazzjoni minima tal-enerġija — Taxxa imposta fuq turbini eoliċi intiżi għall-produzzjoni ta’ enerġija elettrika)

22

2017/C 382/26

Kawża C-223/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Casertana Costruzioni Srl vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti – Provveditorato Interregionale per le opere pubbliche della Campania e del Molise, Agenzia Regionale Campana per la Difesa del Suolo – A.R.CA.DI.S. [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2004/18/KE — Artikolu 47(2) u Artikolu 48(3) — Offerent li joqgħod fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħrajn sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tal-awtorità kontraenti — Telf minn dawn l-entitajiet tal-kapaċitajiet mitluba — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-esklużjoni tal-offerent fis-sejħa għal offerti u li tattribwixxi l-kuntratt lil kompetitur]

23

2017/C 382/27

Kawża C-300/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Settembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Frucona Košice a.s. (Appell — Għajnuna mill-Istat — Kunċett ta’ għajnuna — Kunċett ta’ vantaġġ ekonomiku — Kriterju ta’ kreditur privat — Kundizzjonijiet għall-applikabbiltà — Applikazzjoni — Obbligi ta’ investigazzjoni li jaqgħu fuq il-Kummissjoni Ewropea)

24

2017/C 382/28

Kawża C-350/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017 – Salvatore Aniello Pappalardo et vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Politika komuni tas-sajd — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea — Talba għal kumpens — Regolament (KE) Nru 530/2008 — Miżuri ta’ emerġenza adottati mill-Kummissjoni Ewropea — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali — Possibbiltà ta’ invokazzjoni ta’ dan il-ksur — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Awtorità ta’ res judicata)

24

2017/C 382/29

Kawża C-503/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Évora – il-Portugall) – Luís Isidro Delgado Mendes vs Crédito Agrícola Seguros – Companhia de Seguros de Ramos Reais, SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi bil-mutur — Direttivi 72/166/KEE, 84/5/KEE, 90/232/KEE u 2009/103/KE — Serq ta’ vettura — Inċident tat-traffiku — Dannu fiżiku u materjali subit mill-assigurat li huwa proprjetarju tal-vettura, bħala persuna mixja fit-triq — Responsabbiltà ċivili — Kumpens — Kopertura mill-assigurazzjoni obbligatorja — Klawżoli ta’ esklużjoni — Leġizlazzjoni nazzjonali li teskludi lill-assigurat li huwa proprjetarju tal-vettura minn kumpens mill-assigurazzjoni — Kompatibbiltà ma’ dawk id-direttivi — Kunċett ta’ terz li huwa vittma)

25

2017/C 382/30

Kawża C-158/17 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2017 minn Anton Riemerschmid Weinbrennerei und Likörfabrik GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (it-Tieni Awla) fil-25 ta’ Jannar 2017 fil-Kawża T-187/16: Anton Riemerschmid Weinbrennerei und Likörfabrik GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

26

2017/C 382/31

Kawża C-188/17 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ April 2017 minn Slavcho Asenov Todorov mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-14 ta Marzu 2017 fil-Kawża T-839/16, Todorov vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

26

2017/C 382/32

Kawża C-245/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fil-11 ta’ Mejju 2017 – Pedro Viejobueno Ibáñez u Emilia de la Vara González vs Consejería de Educación de Castilla-La Mancha

26

2017/C 382/33

Kawża C-321/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal du travail de Nivelles (il-Belġju) fid-29 ta’ Mejju 2017 – vs Partena, Assurances Sociales pour Travailleurs Indépendants ASBL, Institut national d’assurances sociales pour travailleurs indépendants (Inasti), Union Nationale des Mutualités Libres (Partenamut) (UNMLibres) OJ ( *1 )

27

2017/C 382/34

Kawża C-437/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fid-19 ta’ Lulju 2017 – Gemeinsamer Betriebsrat EurothermenResort Bad Schallerbach GmbH vs EurothermenResort Bad Schallerbach GmbH

28

2017/C 382/35

Kawża C-448/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (is-Slovenja) fil-25 ta’ Lulju 2017 – EOS KSI Slovensko s.r.o. vs Ján Danko, Margita Jalčová

28

2017/C 382/36

Kawża C-469/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Awwissu 2017 – Funke Medien NRW GmbH vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

30

2017/C 382/37

Kawża C-473/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-2 ta’ Awwissu 2017 – Repsol Butano S.A. vs Administración del Estado

31

2017/C 382/38

Kawża C-474/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Awwissu 2017 – Bundesrepublik Deutschland vs Sociedad de Transportes SA

31

2017/C 382/39

Kawża C-480/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Awwissu 2017 – Frank Montag vs Finanzamt Köln-Mitte

32

2017/C 382/40

Kawża C-513/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Köln (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Awissu 2017 – Bußgeldverfahren vs Josef Baumgartner

33

2017/C 382/41

Kawża C-521/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tallinna Ringkonnakohus (l-Estonja) fl-1 ta’ Settembru 2017 – c.v. SNB-REACT et vs Deepak Mehta

34

2017/C 382/42

Kawża C-564/17: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

34

2017/C 382/43

Kawża C-574/17 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2017 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-19 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-752/14, Combaro SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

35

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 382/44

Kawża T-138/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2017 – Aanbestedingskalender et vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Miżuri ta’ finanzjament mogħtija mill-awtoritajiet Olandiżi għall-ħolqien u għall-introduzzjoni tal-pjattaforma TenderNed dwar l-għoti elettroniku ta’ kuntratti pubbliċi — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat — Servizzi ta’ interess ġenerali mhux ekonomiċi)

37

2017/C 382/45

Kawża T-411/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2017 – Gappol Marzena Porczyńska vs EUIPO – Gap (ITM) (GAPPOL) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva GAPPOL — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti GAP — Rikors inċidentali — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Reputazzjoni — Profitt mislut indebitament mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001] — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001)]

38

2017/C 382/46

Kawża T-695/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Otturbu 2017 – BMB vs EUIPO – Ferrero (Kontenitur għall-ħelu) (Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Dissinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta kontenitur għall-ħelu — Trade mark internazzjonali tridimensjonali preċedenti — Forma ta’ kontenitur standard li jista’ jimtela bil-ħelu — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali — Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 — Artikolu 62 u Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 6/2002)

39

2017/C 382/47

Kawża T-765/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2017 – BelTechExport vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja — Iffriżar ta’ fondi — Sospensjoni tal-miżuri — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal smigħ — Żball ta’ evalwazzjoni)

39

2017/C 382/48

Kawża T-206/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 28 ta’ Settembru 2017 – Bodegas Verdúguez vs EUIPO [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali TRES TOROS 3 — Raġuni assoluta għal rifjut — Trade mark ta’ inbid li tinkludi indikazzjonijiet ġeografiċi — Artikolu 7(1)(j) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

40

2017/C 382/49

Kawża T-453/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2017 – Ellinikos Syndesmos Epicheiriseon gia ti Diacheirisi ton Diethnon Protypon GS1 vs EUIPO – 520 Barcode Hellas (520Barcode Hellas) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva 520Barcode Hellas — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 8 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Identifikazzjoni tan-natura tas-sinjal oppost — Sinjal preċedenti ieħor 520 — Identifikazzjoni tal-prodotti u servizzi li fuqhom hija bbażata l-oppożizzjoni)

41

2017/C 382/50

Kawżi magħquda T-495/16 RENV I u T-496/16 RENV II: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2017 – Hristov vs Il-Kummissjoni u EMA (Servizz pubbliku — Ħatra — Post ta’ direttur eżekuttiv ta’ aġenzija regolatorja — EMA — Proċedura ta’ selezzjoni u ta’ ħatra — Kompożizzjoni tal-kumitat ta’ pre-selezzjoni — Imparzjalità — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Ħatra ta’ kandidat ieħor — Awtorità ta’ res judicata)

42

2017/C 382/51

Kawża T-562/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – Hanschmann vs Europol (Servizz pubbliku — Europol — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt — Rifjut li jingħata kuntratt għal żmien indeterminat — Kumpens — Annallament mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Eżekuzzjoni tas-sentenzi fil-Kawżi F-27/09 u F-104/12)

42

2017/C 382/52

Kawża T-563/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – Knöll vs Europol (Servizz pubbliku — Europol — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt — Rifjut li jingħata kuntratt għal żmien indeterminat — Kumpens — Annullament mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Eżekuzzjoni ta’ sentenzi fil-Kawżi F-44/09 u F-105/12)

43

2017/C 382/53

Kawża T-717/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – Waldhausen vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ siluwett ta’ ras ta’ żiemel) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta s-siluwett ta’ ras ta’ żiemel — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza tal-karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

44

2017/C 382/54

Kawża T-755/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – La Rocca vs EUIPO (Take your time Pay After) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Take your time Pay After — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009]

44

2017/C 382/55

Kawża T-779/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2017 – Rühland vs EUIPO – 8 seasons design (Lampa f’forma ta’ stilla) (Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta lampa f’forma ta’ stilla — Disinn Komunitarju preċedenti — Raġuni għal invalidità — Karattru individwali — Impressjoni globali differenti — Artikolu 6 u l-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

45

2017/C 382/56

Kawża T-153/17: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2017 – FV vs Il-Kunsill

45

2017/C 382/57

Kawża T-521/17: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2017 – Hernández Díaz vs SRB

46

2017/C 382/58

Kawża T-554/17: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2017 – Gonzalez Calvet vs SRB

47

2017/C 382/59

Kawża T-575/17: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2017 – Algebris (UK) et vs SRB

47

2017/C 382/60

Kawża T-600/17: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2017 – Remolcadores Nosa Terra et vs Il-Kummissjoni u SRB

48

2017/C 382/61

Kawża T-609/17: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2017 – Franza vs Il-Kummissjoni

49

2017/C 382/62

Kawża T-615/17: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2017 – Ardigo u UO vs Il-Kummissjoni

50

2017/C 382/63

Kawża T-631/17: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2017 – Hola vs Il-Kummissjoni u SRB

50

2017/C 382/64

Kawża T-632/17: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2017 – Erdősi Galcsikné vs Il-Kummissjoni

51

2017/C 382/65

Kawża T-633/17: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2017 – Sárossy vs Il-Kummissjoni

52

2017/C 382/66

Kawża T-634/17: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2017 – Pint vs Il-Kummissjoni

53

2017/C 382/67

Kawża T-636/17: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2017 – PlasticsEurope vs ECHA

54

2017/C 382/68

Kawża T-637/17: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2017 – Policlínico Centro Médico de Seguros u Medicina Asturiana vs Il-Kummissjoni u SRB

55

2017/C 382/69

Kawża T-638/17: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2017 – Helibética vs Il-Kummissjoni u SRB

56

2017/C 382/70

Kawża T-641/17: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2017 – Ferri vs BĊE

57

2017/C 382/71

Kawża T-652/17: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2017 – Eddy’s Snack Company vs EUIPO – Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli (Eddy’s Snackcompany)

57

2017/C 382/72

Kawża T-668/17: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2017 – Maico Holding vs EUIPO – Eico (Eico)

58

2017/C 382/73

Kawża T-673/17: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2017 – Port autonome du Centre et de l’Ouest et vs Il-Kummissjoni

59

2017/C 382/74

Kawża T-674/17: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2017 – Le Port de Bruxelles u Région de Bruxelles-Capitale vs Il-Kummissjoni

60

2017/C 382/75

Kawża T-393/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Omnicom International Holdings vs EUIPO – eBay (dA/tA/bA/y)

61

2017/C 382/76

Kawża T-394/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Omnicom International Holdings vs EUIPO – eBay (DATABAY)

61


 


MT

 

Għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ data personali, xi informazzjoni li tinsab f’din il-ħarġa ma tistax tibqa’ tiġi żvelata, għalhekk ġiet ippubblikata verżjoni awtentika ġdida.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 382/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 374, 6.11.2017

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 369, 30.10.2017

ĠU C 357, 23.10.2017

ĠU C 347, 16.10.2017

ĠU C 338, 9.10.2017

ĠU C 330, 2.10.2017

ĠU C 318, 25.9.2017

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti Ġenerali

13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/2


Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli

(2017/C 382/02)

Fl-4 ta’ Ottubru 2017, il-Konferenza Plenarja tal-Qorti Ġenerali ddeċidiet, wara d-dħul fil-kariga tal-Imħallef G. De Baere, fuq proposta tal-President ippreżentata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regoli tal-Proċedura, li temenda d-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli tal-21 ta’ Settembru 2016 (1), kif emendata fit-8 ta’ Ġunju 2017 (2), għall-perijodu mill-4 ta’ Ottubru 2017 sal-31 ta’ Awwissu 2019 u li tassenja l-Imħallfin lill-Awli kif ġej:

L-Ewwel Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

I. Pelikánová, President tal-Awla, V. Valančius, P. Nihoul, J. Svenningsen u U. Öberg, Imħallfin.

L-Ewwel Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

I. Pelikánová, President tal-Awla;

a)

P. Nihoul u J. Svenningsen, Imħallfin;

b)

V. Valančius u U. Öberg, Imħallfin.

It-Tieni Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

M. Prek, President tal-Awla, E. Buttigieg, F. Schalin, B. Berke u M. J. Costeira, Imħallfin.

It-Tieni Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

M. Prek, President tal-Awla;

a)

F. Schalin u M. J. Costeira, Imħallfin;

b)

E. Buttigieg u B. Berke, Imħallfin.

It-Tielet Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

S. Frimodt Nielsen, President tal-Awla, V. Kreuschitz, I. S. Forrester, N. Półtorak u E. Perillo, Imħallfin.

It-Tielet Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

S. Frimodt Nielsen, President tal-Awla;

a)

I. S. Forrester u E. Perillo, Imħallfin;

b)

V. Kreuschitz u N. Półtorak, Imħallfin.

Ir-Raba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

H. Kanninen, President tal-Awla, J. Schwarcz, C. Iliopoulos, L. Calvo-Sotelo Ibáñez-Martín u I. Reine, Imħallfin.

Ir-Raba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

H. Kanninen, President tal-Awla;

a)

J. Schwarcz u C. Iliopoulos, Imħallfin;

b)

L. Calvo-Sotelo Ibáñez-Martín u I. Reine, Imħallfin.

Il-Ħames Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

D. Gratsias, President tal-Awla, I. Labucka, A. Dittrich, I. Ulloa Rubio u P. G. Xuereb, Imħallfin.

Il-Ħames Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

D. Gratsias, President tal-Awla;

a)

A. Dittrich u P. G. Xuereb, Imħallfin;

b)

I. Labucka u I. Ulloa Rubio, Imħallfin.

Is-Sitt Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

G. Berardis, President tal-Awla, S. S. Papasavvas, D. Spielmann, Z. Csehi u O. Spineanu-Matei, Imħallfin.

Is-Sitt Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

G. Berardis, President tal-Awla;

a)

S. S. Papasavvas u O. Spineanu-Matei, Imħallfin;

b)

D. Spielmann u Z. Csehi, Imħallfin.

Is-Seba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

V. Tomljenović, President tal-Awla, M. Kancheva, E. Bieliūnas, A. Marcoulli u A. Kornezov, Imħallfin.

Is-Seba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

V. Tomljenović, President tal-Awla;

a)

E. Bieliūnas u A. Kornezov, Imħallfin;

b)

E. Bieliūnas u A. Marcoulli, Imħallfin;

c)

A. Marcoulli u A. Kornezov, Imħallfin.

It-Tmien Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

A. Collins, President tal-Awla, M. Kancheva, R. Barents, J. Passer u G. De Baere Imħallfin.

It-Tmien Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

A. Collins, President tal-Awla;

a)

R. Barents u J. Passer, Imħallfin;

b)

M. Kancheva u G. De Baere, Imħallfin;

Id-Disa’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

S. Gervasoni, President tal-Awla, L. Madise, R. da Silva Passos, K. Kowalik-Bańczyk u C. Mac Eochaidh, Imħallfin.

Id-Disa’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

S. Gervasoni, President tal-Awla;

a)

L. Madise u R. da Silva Passos, Imħallfin;

b)

K. Kowalik-Bańczyk u C. Mac Eochaidh, Imħallfin.

Is-Seba’ Awla komposta minn erba’ Mħallfin ser tkun estiża biż-żieda ta’ ħames Imħallef mit-Tmien Awla. Il-ħames Imħallef, li ma huwiex il-President tal-Awla, huwa maħtur għal sena skont l-ordni previst fl-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura.


(1)  ĠU 2016 C 392, p. 2)

(2)  ĠU 2017 C 213, p. 2)


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-591/14) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni 2011/678/UE - Għajnuna mill-Istat favur il-finanzjament tal-iskrining tal-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE) fl-annimali tal-ifrat - Għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Obbligu ta’ rkupru - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni))

(2017/C 382/03)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, B. Stromsky, S. Noë u H. van Vliet, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet, L. Van den Broeck u J.-C. Halleux, aġenti, assistiti minn L. Van den Hende u J. Charles, avukati)

Dispożittiv

1)

Billi ma ħax il-miżuri kollha neċessarji sabiex jirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern mill-Artikolu 1(3) u (4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/678/UE, tas-27 ta’ Lulju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-iskrining għall-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSE) fil-bovini [annimali tal-ifrat] implimentata mill-Belġju [Għajnuna mill-Istat C 44/08 (ex NN 45/04)], u billi ma informax lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda sabiex jikkonforma ruħu ma’ din id-deċiżjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u l-Artikoli 2 sa 4 tal-imsemmija deċiżjoni.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 73, 2.3.2015.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-320/15) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/271/KEE - Trattament tal-ilma urban mormi - Artikolu 4(1) u (3) - Trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti))

(2017/C 382/04)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos u E. Manhaeve, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)

Sostnuta minn: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentati minn C. Brodie u J. Kraehling, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma żguratx trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti tal-ilma urban mormi li joriġina mill-agglomerazzjonijiet ta’ Prosotsani, Doxato, Eleftheroupoli, Vagia u Galatista, b’ekwivalenza ta’ popolazzjoni ta’ bejn 2 000 u 10 000, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1137/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Ellenika għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 328, 5.10.2015.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – ENEA S.A. vs Prezes Urzędu Regulacji Energetyki

(Kawża C-329/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Kunċett ta’ “għajnuna mogħtija mill-Istati jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat” - Obbligu għal kumpannija b’kapital azzjonarju tas-settur tal-enerġija, miżmuma fl-intier tagħha mill-Istat, li tixtri l-enerġija prodotta mill-koġenerazzjoni bil-produzzjoni tas-sħana))

(2017/C 382/05)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ENEA S.A.

Konvenuta: Prezes Urzędu Regulacji Energetyki

Dispożittiv

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq impriżi kemm privati kif ukoll pubbliċi obbligu ta’ xiri ta’ elettriku prodott mill-koġenerazzjoni bil-produzzjoni tas-sħana ma tikkostitwixxix intervent tal-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat.


(1)  ĠU C 320, 28.09.2015.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Settembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

(Kawża C-552/15) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Vetturi bil-mutur - Kiri jew leasing ta’ vettura bil-mutur minn resident ta’ Stat Membru mingħand fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor - Taxxa ta’ reġistrazzjoni - Ħlas tal-ammont kollu tat-taxxa meta ssir ir-reġistrazzjoni - Kundizzjonijiet dwar ir-rimbors tat-taxxa - Proporzjonalità))

(2017/C 382/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wasmeier u J. Tomkin, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon, L. Williams u M. A. Joyce, aġenti, assistiti minn M. Collins, SC, S. Kingston u C. Daly, BL)

Dispożittiv

1)

Billi imponiet l-obbligu li jitħallas, bil-quddiem, l-ammont kollu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi applikabbli fil-każ ta’ reġistrazzjoni definittiva, ikun xi jkun it-tul limitat reali tal-użu maħsub fl-Irlanda ta’ vettura importata f’dan l-Istat Membru, u minkejja li t-tul temporanju tal-leasing jew tal-kiri ġie ddeterminat b’mod preċiż u huwa magħruf bil-quddiem, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha skont l-Artikolu 56 TFUE.

2)

Billi naqset milli tipprevedi l-ħlas ta’ interessi mar-rimbors tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi u billi naqqset is-somma ta’ EUR 500 bħala spejjeż amministrattivi fuq l-ammont tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni li għandha tiġi rrimborsata, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha skont l-Artikolu 56 TFUE.

3)

L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 414, 14.12.2015.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-569/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Applikazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali - Ħaddiema migranti - Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 14(2)(b)(i) - Persuna normalment impjegata fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iktar - Persuna impjegata fi Stat Membru u li teżerċita attività mħallsa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor matul leave mingħajr ħlas ta’ tliet xhur.))

(2017/C 382/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Dispożittiv

L-Artikolu 14(2)(b)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nruo1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 592/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li tirrisjedi u li teżerċita attività mħallsa fit-territorju ta’ Stat Membru u li, matul perijodu ta’ tliet xhur, tieħu leave mingħajr ħlas u teżerċita attività mħallsa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għandha titqies li teżerċita normalment attività mħallsa fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, kemm-il darba, minn naħa, matul dan il-perijodu ta’ leave, din titqies li teżerċita attività mħallsa mil-leġiżlazzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali tal-ewwel Stat Membru u li, min-naħa l-oħra, l-attività eżerċitata fit-territorju tat-tieni Stat Membru jkollha natura abitwali u sinjifikanti, liema ħaġa għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 38, 01.02.2016.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) –X vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-570/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Applikazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali - Ħaddiema migranti - Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 14(2)(b)(i) - Persuna normalment impjegata fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iktar - Persuna impjegata fi Stat Membru u li teżerċita parti mill-attivitajiet tagħha fl-Istat Membru tar-residenza tagħha))

(2017/C 382/08)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Dispożittiv

L-Artikolu 14(2)(b)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 592/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 2008 għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teżerċita attività mħallsa għal persuna li timpjega stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru u li tirrisjedi fi Stat Membru ieħor li fit-territorju tiegħu din eżerċitat, matul is-sena li tkun għaddiet, parti minn din l-attività mħallsa għal 6,5 % tas-sigħat tax-xogħol tagħha, mingħajr ma dan kien is-suġġett ta’ ftehim minn qabel mal-persuna li timpjegah, ma għandhiex titqies li teżerċita normalment attività mħallsa fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 38, 01.02.2016.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 – LG Electronics, Inc. vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawżi magħquda C-588/15 P u C-622/15 P) (1)

((Appell - Akkordji - Suq dinji tat-tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter - Ftehimiet u prattiki miftiehma fir-rigward ta’ prezzijiet, ta’ tqassim tas-swieq u ta’ klijenti u ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet mibgħuta biss lill-kumpanniji omm ta’ impriża konġunta u mhux lil din l-aħħar impriża - Multa - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi (2006) - Punt 13 - Determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ fir-rigward tal-ksur - Bejgħ intragrupp tal-prodott ikkonċernat barra miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) - Teħid inkunsiderazzjoni tal-bejgħ ta’ prodotti lesti li jintegraw il-prodott ikkonċernat fiż-ŻEE - Ugwaljanza fit-trattament))

(2017/C 382/09)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: LG Electronics, Inc. (rappreżentanti: G. van Gerven u T. Franchoo, avukati), Koninklijke Philips Electronics NV (rappreżentanti: E. Pijnacker Hordijk, J. K. de Pree u S. Molin, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, V. Bottka u I. Zaloguin, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appelli huma miċħuda.

2)

LG Electronics Inc. u Koninklijke Philips Electronics NV huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 16, 18.01.2016

ĠU C 27, 25.01.2016


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ Settembru 2017 – Alexios Anagnostakis vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-589/15 P) (1)

((Appell - Dritt istituzzjonali - Inizjattiva taċ-ċittadini li tistieden lill-Kummissjoni Ewropea tissottometti proposta leġiżlattiva dwar it-tneħħija tad-dejn pubbliku għall-Istati Membri fi stat ta’ neċessità - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Rifjut tal-Kummissjoni - Nuqqas manifest ta’ setgħat tal-Kummissjoni - Regolament (UE) Nru 211/2011 - Artikolu 4(2)(b) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 122 TFUE - Artikolu 136 TFUE - Ksur))

(2017/C 382/10)

Lingwa tal-proċedura: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Alexios Anagnostakis (rappreżentanti: A. Anagnostakis, dikigoros, F. Moyse, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis u H. Krämer, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Alexios Anagnostakis huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 7, 11.01.2016


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit – The Trustees of the BT Pension Scheme vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-628/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 63 TFUE - Kamp ta’ applikazzjoni - Leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru - Taxxa fuq il-kumpanniji - Kreditu ta’ taxxa - Fond għall-pensjoni - Rifjut li jingħata l-benefiċċju tal-kreditu ta’ taxxa lill-azzjonisti mhux suġġetti għat-taxxa fuq dħul minn investiment għal dividendi li joriġinaw minn dħul barrani - Interpretazzjoni tas-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 2006, Test Claimants in the FII Group Litigation (C-446/04, EU:C:200612:707:774) - Kreditu ta’ taxxa miżmum illegalment - Rimedji ġudizzjarji”))

(2017/C 382/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Trustees of the BT Pension Scheme

Konvenuta: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jagħti, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, drittijiet lil azzjonist benefiċjarju ta’ dividendi kklassifikati bħala “dividendi minn dħul barrani” (foreign income dividend).

2)

Id-dritt tal-Unjoni jeħtieġ li d-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru jipprevedi rimedji ġudizzjarji miftuħa lil azzjonisti li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ikunu rċevew dividendi kklassifikati bħala “dividendi minn dħul barrani” mingħajr madankollu ma jkunu kisbu kreditu ta’ taxxa relatat ma’ dawn id-dividendi, sabiex dawn l-azzjonisti jkunu jistgħu jsostnu d-drittijiet li l-Artikolu 63 TFUE jagħtihom. F’dan ir-rigward, il-qorti nazzjonali kompetenti għandha tiżgura li l-azzjonisti mhux suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul fir-rigward ta’ dividendi, li rċevew dividendi li joriġinaw minn dividendi ta’ oriġini barranija u kklassifikati bħala “dividendi minn dħul barrani”, bħal The Trustees of the BT Pension Scheme, ikollhom rimedju ġudizzjarju li, minn naħa, ikun ta’ natura li jiżgura l-ħlas ta’ tali kreditu ta’ taxxa, li l-aventi kawża kienu ġew indebitament miċħuda minnu, skont modalitajiet li ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jikkonċernaw rikors intiż għall-ħlas ta’ kreditu ta’ taxxa, jew vantaġġ fiskali paragunabbli, f’sitwazzjoni fejn l-amministrazzjoni fiskali kienet indebitament ċaħdet lill-aventi kawża minn dan il-kreditu ta’ taxxa jew minn dan il-vantaġġ fiskali matul tqassim ta’ dividendi li joriġinaw minn dividendi rċevuti minn kumpannija residenti fir-Renju Unit u, min-naħa l-oħra, jippermetti li tiġi ggarantita l-protezzjoni tad-drittijiet mogħtija fl-Artikolu 63 TFUE lil tali azzjonisti b’mod effettiv.

3)

La ċ-ċirkustanza li The Trustees of the BT Pension Scheme ma humiex suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul fir-rigward ta’ dividendi li huma jirċievu, la ċ-ċirkustanza li l-ksur tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni ma huwiex, skont il-qorti tar-rinviju, suffiċjentement serju sabiex iwassal għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tal-kumpannija li tqassam dividendi kklassifikati bħala “dividendi minn dħul barrani”, konformement mal-prinċipji stabbiliti fis-sentenza tal-5 ta’ Marzu 1996, Brasserie du pêcheur u Factortame (C-46/93 u C-48/93, EU:C:1996:79), la ċ-ċirkustanza li kumpannija residenti tar-Renju Unit tkun qassmet ammont miżjud ta’ dividendi, ikklassifikati bħala “dividendi minn dħul barrani”, sabiex tiġi kkumpensata l-assenza ta’ kreditu ta’ taxxa fir-rigward tal-azzjonist benefiċjarju, ma jistgħu jbiddlu r-risposti mogħtija lid-domandi l-oħra magħmula mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 38, 1.2.2016.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) – ir-Renju Unit) – Trustees of the P Panayi Accumulation & Maintenance Settlements vs Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs

(Kawża C-646/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni diretta - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Moviment liberu ta’ kapital - Trust - Trustees - Persuni ġuridiċi oħra - Kunċett - Taxxa fuq il-qligħ kapitali relatata mal-assi miżmuma fi trust minħabba t-trasferiment tal-post tar-residenza fiskali tat-trustees lejn Stat Membru ieħor - Determinazzjoni tal-ammont tat-taxxa fil-mument ta’ dan it-trasferiment - Irkupru immedjat tat-taxxa - Ġustifikazzjoni - Proporzjonalità))

(2017/C 382/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Trustees of the P Panayi Accumulation & Maintenance Settlements

Konvenuti: Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-libertà ta’ stabbiliment jipprekludu, f’ċirkustanzi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn it-trustees, skont id-dritt nazzjonali, huma trattati bħala grupp ta’ persuni uniku u kontinwu, distint mill-persuni li minn żmien għal żmien iwettqu l-funzjoni ta’ trustees, leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi t-tassazzjoni tal-qligħ kapitali moħbi relatat mal-assi miżmuma fi trust meta l-maġġoranza tat-trustees jittrasferixxu l-post ta’ residenza tagħhom fi Stat Membru ieħor, mingħajr ma tippermetti l-irkupru iddifferit tat-taxxa hekk dovuta.


(1)  ĠU C 48, 8.2.2016.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ Settembru 2017 – Ir-Repubblika tal-Awstrija vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-648/15) (1)

((Artikolu 273 TFUE - Tilwima bejn Stati Membri mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont ftehim ta’ kompromess - Tassazzjoni - Ftehim bilaterali dwar ħelsien minn taxxa doppja - Intaxxar tal-interessi ta’ titoli finanzjarji - Kunċett ta’ “krediti b’parteċipazzjoni fil-profitti”))

(2017/C 382/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: C. Pesendorfer, F. Koppensteiner u H. Jirousek, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti)

Dispożittiv

1)

Il-kunċett ta’ “krediti b’parteċipazzjoni fil-profitti” imsemmi fl-Artikolu 11(2) tal-Abkommen zwischen der Republik Österreich und der Bundesrepublik Deutschland zur Vermeidung der Doppelbesteuerung auf dem Gebiet der Steuern vom Einkommen und vom Vermögen (Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Awstrija u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, għall-ħelsien mit-taxxa doppja fir-rigward tat-taxxi fuq id-dħul u fuq il-kapital), tal-24 ta’ Awwissu 2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jinkludix titoli bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali.

2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 38, 01.02.2016.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Settembru 2017 – The Tea Board vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Delta Lingerie

(Kawżi Magħquda C-673/15 P sa C-676/15 P) (1)

((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nruo207/2009 - Artikolu 8(1)(b) - Trade marks verbali u figurattivi li jinkludu l-element verbali “darjeeling” jew “darjeeling collection de lingerie” - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade marks kollettivi tal-Unjoni Ewropea - Trade marks kollettivi kkostitwiti mill-indikazzjoni ġeografika “Darjeeling” - Artikolu 66(2) - Funzjoni essenzjali - Kunflitt ma’ applikazzjonijiet għal trade marks individwali - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Kunċett - Xebh bejn il-prodotti jew is-servizzi - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Artikolu 8(5)))

(2017/C 382/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: The Tea Board (rappreżentanti: M. Maier u A. Nordemann, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent), Delta Lingerie (rappreżentanti: G. Marchais u P. Martini-Berthon, avukati)

Dispożittiv

1)

L-appelli huma miċħuda.

2)

The Tea Board hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appelli prinċipali.

3)

Delta Lingerie hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell inċidentali.


(1)  ĠU C 106, 21.3.2016.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Rechtbank Den Haag zittingsplaats Haarlem – il-Pajjiżi l-Baxxi) – K. vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawża C-18/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Standards għall-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali - Direttiva 2013/32/UE - Artikolu 9 - Dritt li wieħed jibqa’ fi Stat Membru sakemm tiġi eżaminata l-applikazzjoni - Direttiva 2013/33/UE - Punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(3) - Tqegħid f’detenzjoni - Verifika tal-identità jew tan-nazzjonalità - Determinazzjoni tal-elementi li hija bbażata fuqhom l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali - Validità - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 6 u 52 - Limitazzjoni - Proporzjonalità)

(2017/C 382/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag zittingsplaats Haarlem

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: K.

Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Dispożittiv

L-eżami tal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, ma wera ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità ta’ din id-dispożizzjoni fid-dawl tal-Artikoli 6 u 52(1) u (3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 98, 14.03.2016


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 – L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) vs Instituto dos Vinhos do Douro e do Porto, IP, Bruichladdich Distillery Co.Ltd

(Kawża C-56/16 P) (1)

([Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(c) u (2)(d) - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PORT CHARLOTTE - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ din it-trade mark - Protezzjoni mogħtija lid-denominazzjonijiet ta’ oriġini preċedenti “Porto” u “Port” skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u tad-dritt nazzjonali - Natura eżawrjenti tal-protezzjoni mogħtija lil dawn id-denominazzjonijiet ta’ oriġini - Artikolu 118m tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 - Kunċetti ta’ “użu” u ta’ “evokazzjoni” ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta])

(2017/C 382/16)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: E. Zaera Cuadrado u O. Mondéjar Ortuño, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-apellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers, I. Galindo Martín, J. Samnadda u T. Scharf, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Instituto dos Vinhos do Douro e do Porto, IP (rappreżentant: P. Sousa e Silva, avukat), Bruichladdich Distillery Co.Ltd (rappreżentant: S. Havard Duclos, avukat)

Intervenjenti insostenn ta’ Instituto dos Vinhos do Douro e do Porto, IP: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo u A. Alves, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-18 ta’ Novembru 2015, Instituto dos Vinhos do Douro e do Porto vs UASI – Bruichladdich Distillery (PORT CHARLOTTE) (T-659/14, EU:T:2015:863), hija annullata.

2)

Ir-rikors fil-Kawża T-659/14, ippreżentat minn Instituto dos Vinhos do Douro e do Porto IP kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-8 ta’ Lulju 2014 (Każ R 946/2013-4), huwa miċħud.

3)

Instituto dos Vinhos do Douro e do Porto IP hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Bruichladdich Distillery Co. Ltd fiż-żewġ istanzi.

4)

Ir-Repubblika Portugiża u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 175, 17.5.2016.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat 13 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammarrätten i Stockholm – Migrationsöverdomstolen – l-Isvezja) – Mohammad Khir Amayry vs Migrationsverket

(Kawża C-60/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nruo604/2013 - Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz - Artikolu 28 - Detenzjoni tal-applikant għall-protezzjoni internazzjonali sabiex huwa jiġi ttrasferit lejn l-Istat Membru responsabbli - Perijodu li fih għandu jsir it-trasferiment - Perijodu massimu tad-detenzjoni - Kalkolu - Aċċettazzjoni tat-talba sabiex tittieħed responsabbiltà qabel id-detenzjoni - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment))

(2017/C 382/17)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Kammarrätten i Stockholm – Migrationsöverdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mohammad Khir Amayry

Konvenut: Migrationsverket

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, moqri fid-dawl tal-Artikolu 6 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li, f’sitwazzjoni li fiha d-detenzjoni ta’ applikant għal protezzjoni internazzjonali tibda wara li l-Istat Membru rikjedenti aċċetta l-applikazzjoni sabiex tittieħed ir-responsabbiltà, din id-detenzjoni tista’ tinżamm għal perijodu massimu ta’ xahrejn, għaldaqstant, minn naħa, li t-terminu ta’ detenzjoni ma jaqbiżx iż-żmien neċessarju għall-finijiet tal-proċedura ta’ trasferiment, evalwata wara li jittieħdu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti konkreti ta’ din il-proċedura f’kull każ individwali, u, min-naħa l-oħra, li skont il-każ, dan it-terminu ma jaqbiżx is-sitt ġimgħat li jibdew jiddekorru mid-data minn meta l-appell jew ir-reviżjoni ma għandhomx iktar effett sospensiv, u;

jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti, f’sitwazzjoni bħal din, li żżomm l-imsemmija detenzjoni matul tlieta jew tnax-il xahar li matulhom it-trasferiment seta’ ġie mwettaq validament.

2)

L-Artikolu 28(3) tar-Regolament Nru 604/213 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma għandhomx jitnaqqsu mit-terminu ta’ sitt ġimgħat li bdew jiddekorru mill-mument meta l-appell jew ir-reviżjoni ma għandhomx iktar effett sospensiv, stabbiliti minn din id-dispożizzjoni, in-numru ta’ jiem li matulhom il-persuna kkonċernata kienet diġà ġiet imqiegħda f’detenzjoni wara li Stat Membru aċċetta l-applikazzjoni sabiex tittieħed ir-responsabbiltà jew it-teħid lura ta’ responsabbiltà.

3)

L-Artikolu 28(3) tar-Regolament Nru 604/213 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-terminu ta’ sitt ġimgħat li jibda jiddekorri mill-mument fejn l-appell jew ir-reviżjoni ma għandhomx iktar effett sospensiv, stabbilit minn din id-dispożizzjoni, japplika wkoll meta s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment ma ġietx speċifikament mitluba mill-persuna kkonċernata.


(1)  ĠU C 111, 29.3.2016.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Udine – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Giorgio Fidenato, Leandro Taboga, Luciano Taboga

(Kawża C-111/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Ikel u għalf immodifikat ġenetikament - Miżuri ta’ emerġenza - Miżura nazzjonali intiża li tipprojbixxi l-koltivazzjoni ta’ qamħirrum immodifikat ġenetikament MON 810 - Żamma jew tiġdid tal-miżura - Regolament (KE) Nru 1829/2003 - Artikolu 34 - Regolament (KE) Nru 178/2002 - Artikoli 53 u 54 - Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni - Prinċipju ta’ prekawzjoni))

(2017/C 382/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Udine

Partijiet fil-proċedura kriminali prinċipali

Giorgio Fidenato, Leandro Taboga, Luciano Taboga

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament, moqri flimkien mal-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Kummissjoni Ewropea ma għandhiex l-obbligu tadotta miżuri ta’ emerġenza, fis-sens ta’ dan l-aħħar artikolu, meta Stat Membru jinformaha uffiċjalment, skont l-Artikolu 54(1) ta’ dan l-aħħar regolament, dwar il-ħtieġa li tadotta tali miżuri, meta ma jkunx manifest li prodott awtorizzat mir-Regolament Nru 1829/2003 jew b’mod konformi miegħu, jista’ jkun ta’ riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent.

2)

L-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003, moqri flimkien mal-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 178/2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru jista’, wara li jkun informa uffiċjalment lill-Kummissjoni Ewropea dwar il-ħtieġa li tirrikorri għal miżuri ta’ emerġenza, u meta din ma tkun adottat ebda miżura b’mod konformi mal-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 178/2002, minn naħa, jadotta tali miżuri fuq livell nazzjonali u, min-naħa l-oħra, iżommhom jew iġeddidhom, sakemm il-Kummissjoni ma tkunx adottat, b’mod konformi mal-Artikolu 54(2) ta’ dan l-aħħar regolament, deċiżjoni li timponi l-estensjoni tagħhom, l-emenda tagħhom jew l-abrogazzjoni tagħhom.

3)

L-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ prekawzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 178/2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jagħtix lill-Istati Membri l-possibbiltà jadottaw, b’mod konformi mal-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 178/2002, miżuri ta’ emerġenza provviżorji biss fuq il-bażi ta’ dan il-prinċipju, mingħajr ma jkunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet sostantivi previsti fl-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003.


(1)  ĠU C 191, 30.5.2016.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ((L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia vs “Iberdrola Inmobiliaria Real Estate Investments” EOOD

(Kawża C-132/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 26(1)(b) u Artikoli 168 u 176 - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Servizzi ta’ kostruzzjoni jew ta’ titjib ta’ proprjetà immobbli li tappartjeni lil terzi - Użu tas-servizzi mit-terzi u mill-persuna taxxabbli - Provvista tas-servizz mingħajr ħlas lit-terzi - Kontabbiltà tal-infiq iġġenerat għas-servizzi mwettqa bħala li jagħmel parti mill-ispejjeż ġenerali tal-persuna taxxabbli - Determinazzjoni tal-eżistenza ta’ rabta diretta u immedjata mal-attività ekonomika tal-persuna taxxabbli))

(2017/C 382/19)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

Konvenuta:“Iberdrola Inmobiliaria Real Estate Investments” EOOD

Dispożittiv

L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna taxxabbli għandha d-dritt li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa għal provvista ta’ servizzi li tikkonsisti li tinbena jew titjieb proprjetà immobbli li tkun proprjetà ta’ terzi, meta din tal-aħħar tibbenefika mingħajr ħlas mir-riżultat ta’ dawn is-servizzi u li dawn jintużaw kemm minn din il-persuna taxxabbli kif ukoll minn din it-terzi fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom, sa fejn dawn is-servizzi ma jaqbżux dak li huwa neċessarju sabiex din il-persuna taxxabbli tkun tista’ twettaq tranżazzjonijiet tal-input intaxxati jew fejn l-infiq tagħhom huwa inkluż fil-prezz ta’ dawn it-tranżazzjonijiet.


(1)  ĠU C 175, 17.5.2016.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Mons – il-Belġju) – Sandra Nogueira et vs Crewlink Ireland Ltd (C-168/16), Miguel José Moreno Osacar vs Ryanair Designated Activity Company, li kienet Ryanair Ltd (C-169/16)

(Kawżi Magħquda C-168/16 u C-169/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni - Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti individwali ta’ xogħol - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 19(2)(a) - Kunċett ta’ “post fejn l-impjegat abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu” - Settur tat-trasport bl-ajru - Ekwipaġġ tal-kabina - Regolament (KEE) Nru 3922/91 - Kunċett ta’ ‘bażi ta’ residenza’))

(2017/C 382/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour du travail de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sandra Nogueira, Victor Perez-Ortega, Virginie Mauguit, Maria Sanchez-Odogherty, José Sanchez-Navarro (C-168/16), Miguel José Moreno Osacar (C-169/16)

Konvenuti: Crewlink Ireland Ltd (C-168/16), Ryanair Designated Activity Company, anciennement Ryanair Ltd (C-169/16)

Dispożittiv

L-Artikolu 19(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ ta’ rikors ippreżentat minn membru tal-ekwipaġġ tal-kabina ta’ kumpannija tat-trasport bl-ajru jew li jkun ipprovdut għad-dispożizzjoni tagħha, u sabiex tiġi ddeterminata l-ġurisdizzjoni ta’ qorti adita, il-kunċett ta’ “post fejn l-impjegat abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu”, fis-sens ta’ din id-dipożizzjoni, ma huwiex ekwiparabbli għal dak ta’ “bażi ta’ residenza”, fis-sens tal-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91, tas-16 ta’ Diċembru 1991, dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam ta’ l-avjazzjoni ċivili, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1899/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006. Madankollu, il-kunċett ta’ “bażi ta’ residenza” jikkostitwixxi indizju sinjifikattiv għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-“post fejn l-impjegat abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu”.


(1)  ĠU C 191, 30.05.2016.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Latvja) – Autortiesību un komunicēšanās konsultāciju aģentūra – Latvijas Autoru apvienība vs Konkurences padome

(Kawża C-177/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Artikolu 102 TFUE - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Kunċett ta’ “prezz inġust” - Tariffi miġbura minn soċjetà nazzjonali għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur - Ipparagunar mar-rati mitluba fi Stati Membri oħra - Għażla tal-Istati ta’ riferiment - Kriterji ta’ evalwazzjoni tal-prezz - Kalkolu tal-multa))

(2017/C 382/21)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Autortiesību un komunicēšanās konsultāciju aģentūra – Latvijas Autoru apvienība

Konvenut: Konkurences padome

Dispożittiv

1)

Il-kummerċ bejn Stati Membri jista’ jiġi affettwat mil-livell tat-tariffi ffissati minn soċjeta għall-amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur li għandha monopolju u li tamministra wkoll id-drittijiet ta’ detenturi barranin, sabiex ikun jista’ jiġi applikat l-Artikolu 102 TFUE.

2)

Għall-finijiet ta’ eżami dwar jekk soċjeta għall-amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur tapplikax prezzijiet inġusti fis-sens tal-punt (a) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 102 TFUE, huwa xieraq li tipparaguna r-rati tagħha ma’ dawk applikabbli fl-Istati ġirien kif ukoll dawk applikabbli fi Stati Membri oħra, korretti permezz tal-indiċi tal-parità tal-kapaċità tal-akkwist, sakemm l-Istati ta’ riferiment kienu ġew magħżula skont kriterji oġġettivi, xierqa u verifikabbli u li l-bażi tal-paraguni affettwati hija konsistenti. Jista’ jsir paragun tar-rati mitluba fi grupp wieħed speċifiku jew iktar ta’ utenti jekk hemm indikazzjonijiet li n-natura eċċessiva tat-tariffi tkopri dawn il-gruppi.

3)

Id-differenza bejn ir-rati pparagunati għandha tiġi kkunsidrata bħala kunsiderevoli jekk din hija sinjifikattiva u persistenti. Tali differenza tikkostitwixxi indikazzjoni ta’ abbuż minn pożizzjoni dominanti u hija s-soċjetà għall-amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur li hija f’pożizzjoni dominanti li għandha tipprova li l-prezzijiet tagħha huma ġusti billi tibbaża fuq elementi oġġettivi li jaffettwaw l-ispejjeż amministrattivi jew ir-remunerazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet.

4)

Fil-każ fejn il-ksur imsemmi fil-punt (a) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 102 TFUE huwa stabbilit, ir-remunerazzjonijiet intiżi għad-detenturi tad-drittijiet għandhom jiġu inklużi, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ammont tal-multa, fid-dħul mill-bejgħ tas-soċjetà għall-amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur ikkonċernata, sakemm dawn ir-remunerazzjonijiet jagħmlu parti mill-valur tas-servizzi pprovduti minn din is-soċjetà u li din l-inklużjoni hija neċessarja sabiex tiżgura n-natura effettiva, proporzjonata u dissważiva tas-sanzjoni imposta. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża, jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex issodisfatti.


(1)  ĠU C 200, 6.6.2016.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Settembru 2017 – Tilly-Sabco SAS vs Il-Kummissjoni Ewropea, Doux SA

(Kawża C-183/16 P) (1)

((Appell - Agrikoltura - Laħam tat-tjur - Tiġieġ iffriżati - Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni - Regolament ta’ implementazzjoni (UE) Nru 689/2013 li jistabbilixxi l-ħlas lura f’EUR 0 - Legalità - Regolament (KE) Nru 1234/2007 - Artikoli 162 u 164 - Għan u natura tal-ħlasijiet lura - Kriterji għall-fissazzjoni tal-ammonti tagħhom - Kompetenza tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali (DG) tal-Agrikoltura u tal-Iżvilupp Rurali biex jiffirma r-regolament ikkontestat - Użu ħażin ta’ poter - “Komitoloġija” - Regolament (UE) Nru 182/2011 - Artikolu 3(3) - Konsultazzjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni [ta’ Tmexxija] tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli - Abbozz tar-regolament ta’ implementazzjoni ingħata matul il-laqgħa ta’ dan il-kumitat - Osservanza tat-termini - Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali - Annullament biż-żamma tal-effetti))

(2017/C 382/22)

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Tilly-Sabco SAS (rappreżentanti: R. Milchior, F. Le Roquais u S. Charbonnel, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lewis u K. Skelly, aġenti), Doux SA

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta’ Jannar 2016, Tilly-Sabco vs Il-Kummissjoni (T-397/13, EU:T:2016:8) hija annullata.

2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 689/2013, tat-18 ta’ Lulju 2013, li jiffissa r-rifużjonijiet [ħlasijiet lura] tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur, huwa annullat.

3)

L-effetti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 689/2013 għandhom jinżammu sad-dħul fis-seħħ ta’ att ġdid imsejjaħ biex jissostitwixxieh.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 211, 13.6.2016.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Dioikitiko Protodikeio Thessalonikis – il-Greċja) – Ovidiu-Mihaita Petrea vs Ypourgou Esoterikon kai Dioikitikis Anasygrotisis

(Kawża C-184/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2004/38 - Direttiva 2008/115 - Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri - Residenza ta’ ċittadin ta’ Stat Membru fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor minkejja projbizzjoni ta’ aċċess għat-territorju ta’ dan l-Istat - Legalità ta’ deċiżjoni ta’ rtirar ta’ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni u tat-tieni deċiżjoni ta’ tneħħija mit-territorju - Possibbiltà li tiġi invokata, permezz ta’ eċċezzjoni, l-illegalità ta’ deċiżjoni preċedenti - Obbligu ta’ traduzzjoni))

(2017/C 382/23)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Dioikitiko Protodikeio Thessalonikis

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ovidiu-Mihaita Petrea

Konvenut: Ypourgou Esoterikon kai Dioikitikis Anasygrotisis

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva 2004/38/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, kif ukoll il-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi ma jipprekludux lil Stat Membru, minn naħa, jirtira ċertifikat ta’ reġistrazzjoni maħruġ b’mod żbaljat lil ċittadin tal-Unjoni li kien għadu suġġett għal ordni ta’ tneħħija mit-territorju u, min-naħa l-oħra, jieħu deċiżjoni ta’ tkeċċija kontrih ibbażata biss fuq il-konstatazzjoni li l-miżura ta’ tneħħija mit-territorju kienet għadha fis-seħħ.

2)

Id-Direttiva 2004/38/KE, u d-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, ma jipprekludux li deċiżjoni ta’ ritorn ta’ ċittadin tal-Unjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tittieħed mill-istess awtoritajiet u skont l-istess proċedura bħal deċiżjoni ta’ ritorn ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun jirrisjedi b’mod irregolari kif hemm fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/115, meta jkunu applikati l-miżuri li jittrasponu d-Direttiva 2004/38 li huma iktar favorevoli għaċ-ċittadin tal-Unjoni.

3)

Il-prinċipju ta’ effettività ma jipprekludix prattika ġudizzjarja li ċittadin ta’ Stat Membru li huwa suġġett għal deċiżjoni ta’ ritorn f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali ma jistax jibbaża ruħu, insostenn ta’ rikors kontra din id-deċiżjoni, fuq l-illegalità tad-deċiżjoni ta’ tneħħija mit-territorju meħuda kontra tiegħu preċedentement, sa fejn il-persuna kkonċernata effettivament kellha l-possibbiltà li tikkontesta fi żmien utli din l-aħħar deċiżjoni fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38.

4)

L-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/38 jimponi fuq l-Istati Membri li jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex il-persuna kkonċernata tista’ tifhem il-kontenut u l-effetti ta’ deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 27(1) ta’ din id-direttiva, iżda ma tirrikjedix li din id-deċiżjoni tiġi nnotifikata lilha f’lingwa li tifhem jew li jista’ jiġi raġonevolment mistenni li tifhem, anki jekk ma ressqitx din it-talba.


(1)  ĠU C 211, 13.06.2016


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/21


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Oradea – ir-Rumanija) – Ruxandra Paula Andriciuc et vs Banca Românească SA

(Kawża C-186/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Artikolu 3(1) u Artikolu 4(2) - Evalwazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżoli kuntrattwali - Kuntratt ta’ kreditu konkluż f’munita barranija - Riskju tal-kambju jinġarr b’mod sħiħ mill-konsumatur - Żbilanċ sinjifikattiv bejn id-dritttijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt - Mument li fih għandu jiġi evalwat l-iżbilanċ - Portata tal-kunċett ta’ klawżoli “abbozzati b’lingwaġġ sempliċi u ċar” - Livell ta’ informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-bank()

(2017/C 382/24)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Oradea

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ruxandra Paula Andriciuc et

Konvenuta: Banca Românească SA

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumaturi għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt [suġġett prinċipali tal-kuntratt]” tkopri klawżola kuntrattwali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, inserita f’kuntratt ta’ self f’munita barranija li ma ġietx innegozjata b’mod individwali u li tistabbilixxi li s-self għandu jiġi rrimborsat fl-istess munita barranija li fiha ngħata s-self, peress li din il-klawżola tistabbilixxi prestazzjoni essenzjali li tikkaratterizza dan il-kuntratt. Konsegwentement, din il-klawżola ma tistax titqies bħala inġusta, sa fejn tkun redatta b’mod ċar u li jinftiehem.

2)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit li klawżola kuntrattwali għandha tkun redatta b’mod ċar u li jinftiehem jippreżumi li, fil-każ ta’ kuntratti ta’ kreditu, l-istabbilimenti finanzjarji għandhom jipprovdu lill-persuni li jissellfu informazzjoni suffiċjenti li tippermettilhom jieħdu deċiżjonijiet infurmati sew u prudenti. F’dan ir-rigward, dan ir-rekwiżit jimplika li klawżola li tistabbilixxi li s-self għandu jiġi rrimborsat fl-istess munita barranija li jkun ingħata fiha s-self, għandha tinftiehem mill-konsumatur kemm fuq livell formali u grammatikali, iżda wkoll fir-rigward tal-portata konkreta tagħha, fis-sens li konsumatur li jkun normalment informat u raġjonevolment attent u avżat, ikun jista’ mhux biss jaf bil-possibbiltà li togħla jew tinżel il-munita barranija li fiha jkun ingħata s-self, iżda wkoll jevalwa l-konsegwenzi ekonomiċi, potenzjalment sinjifikattivi, ta’ tali klawżola fuq l-obbligi finanzjarji tiegħu. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tagħmel il-verifiki neċessarji f’dan ir-rigward.

3)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpetat fis-sens li l-evalwazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali għandha ssir b’riferiment għall-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt ikkonċernat, b’kont meħud taċ-ċirkustanzi kollha li n-negozjat seta’ jkun jaf bihom fl-imsemmi mument u li kienu ta’ natura li jinfluwenzaw l-eżekuzzjoni ulterjuri ta’ dan tal-aħħar. F’dan ir-rigward, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, u waqt li tieħu kont b’mod partikolari tat-tagħrif espert u tal-konoxxenzi tan-negozjant, f’dan il-każ tal-bank, fir-rigward tal-varjazzjonijiet possibbli tar-rati tal-kambju u r-riskji inerenti fit-teħid ta’ self f’munita barranija, l-eżistenza ta’ żbilanċ possibbli fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 243, 04.07.2016.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/22


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha – Spanja) – Elecdey Carcelen SA (C-215/16), Energías Eólicas de Cuenca SA (C-216/16), Iberenova Promociones SAU (C-220/16), Iberdrola Renovables Castilla La Mancha SA (C-221/16) vs Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha

(Kawżi magħquda C-215/16, C-216/16, C-220/16 u C-221/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Enerġija elettrika ta’ oriġini eolika - Direttiva 2009/28/KE - Promozzjoni tal-użu tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli - Punt (k) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 - Skema ta’ sostenn - Punt (e) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) - Tariffi amministrattivi - Direttiva 2008/118/KE - Arranġament ġenerali għad-dazju tas-sisa - Artikolu 1(2) - Taxxi indiretti supplimentari li għandhom għanijiet speċifiċi - Direttiva 2003/96/KE - Tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u fuq l-elettriku - Artikolu 4 - Tassazzjoni minima tal-enerġija - Taxxa imposta fuq turbini eoliċi intiżi għall-produzzjoni ta’ enerġija elettrika))

(2017/C 382/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elecdey Carcelen SA (C-215/16), Energías Eólicas de Cuenca SA (C-216/16), Iberenova Promociones SAU (C-220/16), Iberdrola Renovables Castilla La Mancha SA (C-221/16)

Konvenuta: Comunidad Autónoma de Castilla-La Mancha

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE, b’mod partikolari l-punt (k) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 u l-punt (e) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1), għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-impożizzjoni ta’ taxxa fuq turbini eoliċi intiżi għall-produzzjoni tal-enerġija elettrika.

2)

L-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi intepretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-impożizzjoni ta’ taxxa fuq turbini eoliċi intiżi għall-produzzjoni tal-enerġija elettrika, sakemm din it-taxxa ma hijiex imposta fuq prodotti ta’ enerġija jew fuq l-elettriku, fis-sens tal-Artikolu 1 u tal-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva u, għalhekk, ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.

3)

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi taxxa imposta fuq turbini eoliċi intiżi għall-produzzjoni tal-enerġija elettrika, peress li din it-taxxa ma tikkostitwixxix taxxa imposta fuq il-konsum ta’ prodotti tal-enerġija jew fuq l-elettriku u, għaldaqstant, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 243, 04.07.2016


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/23


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Casertana Costruzioni Srl vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti – Provveditorato Interregionale per le opere pubbliche della Campania e del Molise, Agenzia Regionale Campana per la Difesa del Suolo – A.R.CA.DI.S.

(Kawża C-223/16) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 47(2) u Artikolu 48(3) - Offerent li joqgħod fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħrajn sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tal-awtorità kontraenti - Telf minn dawn l-entitajiet tal-kapaċitajiet mitluba - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-esklużjoni tal-offerent fis-sejħa għal offerti u li tattribwixxi l-kuntratt lil kompetitur])

(2017/C 382/26)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Casertana Costruzioni Srl

Konvenuti: Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti – Provveditorato Interregionale per le opere pubbliche della Campania e del Molise, Agenzia Regionale Campana per la Difesa del Suolo – A.R.CA.DI.S.

fil-preżenza ta’: Consorzio Stabile Infratech, W.E.E. Water Environment Energy SpA, Massimo Fontana, Studio Tecnico Associato Thinkd, Claudio Della Rocca, Nicola Maione, Vittorio Ciotola, Fin.Se.Co. SpA, Edilgen SpA, Site Srl

Dispożittiv

L-Artikolu 47(2) u l-Artikolu 48(3) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, dwar kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-possibbiltà għall-operaturi ekonomiċi li jipparteċipaw f’sejħa għal offerti li jissostitwixxu impriża awżiljarja li tkun tilfet il-kwalifiki meħtieġa wara li tkun issottomettiet l-offerta tagħha u bil-konsegwenza tal-esklużjoni awtomatika ta’ dan l-operatur.


(1)  ĠU C 251, 11.7.2016.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/24


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Settembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Frucona Košice a.s.

(Kawża C-300/16 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Kunċett ta’ “għajnuna” - Kunċett ta’ “vantaġġ ekonomiku” - Kriterju ta’ kreditur privat - Kundizzjonijiet għall-applikabbiltà - Applikazzjoni - Obbligi ta’ investigazzjoni li jaqgħu fuq il-Kummissjoni Ewropea))

(2017/C 382/27)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Walkerová, L. Armati, T. Maxian Rusche u B. Stromsky, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Frucona Košice a.s. (rappreżentanti: K. Lasok QC, B. Hartnett, Barrister, J. Holmes QC u O. Geiss, Rechtsanwalt)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 260, 18.7.2016.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/24


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017 – Salvatore Aniello Pappalardo et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-350/16 P) (1)

((Appell - Politika komuni tas-sajd - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea - Talba għal kumpens - Regolament (KE) Nru 530/2008 - Miżuri ta’ emerġenza adottati mill-Kummissjoni Ewropea - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali - Possibbiltà ta’ invokazzjoni ta’ dan il-ksur - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Awtorità ta’ res judicata))

(2017/C 382/28)

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Salvatore Aniello Pappalardo, Pescatori La Tonnara Soc. coop., Fedemar Srl, Testa Giuseppe & C. Snc, Pescatori San Pietro Apostolo Srl, Camplone Arnaldo & C. Snc di Camplone Arnaldo & C., Valentino Pesca Sas di Camplone Arnaldo & C. (rappreżentanti: V. Cannizzaro u L. Caroli, avvocati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u D. Nardi, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Salvatore Aniello Pappalardo, Pescatori La Tonnara Soc. coop., Fedemar Srl, Testa Giuseppe & C. Snc, Pescatori San Pietro Apostolo Srl, Camplone Arnaldo & C. Snc di Camplone Arnaldo & C. u Valentino Pesca Sas di Camplone Arnaldo & C. huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 343, 19.9.2016.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/25


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Évora – il-Portugall) – Luís Isidro Delgado Mendes vs Crédito Agrícola Seguros – Companhia de Seguros de Ramos Reais, SA

(Kawża C-503/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi bil-mutur - Direttivi 72/166/KEE, 84/5/KEE, 90/232/KEE u 2009/103/KE - Serq ta’ vettura - Inċident tat-traffiku - Dannu fiżiku u materjali subit mill-assigurat li huwa proprjetarju tal-vettura, bħala persuna mixja fit-triq - Responsabbiltà ċivili - Kumpens - Kopertura mill-assigurazzjoni obbligatorja - Klawżoli ta’ esklużjoni - Leġizlazzjoni nazzjonali li teskludi lill-assigurat li huwa proprjetarju tal-vettura minn kumpens mill-assigurazzjoni - Kompatibbiltà ma’ dawk id-direttivi - Kunċett ta’ “terz li huwa vittma”))

(2017/C 382/29)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação de Évora

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Luís Isidro Delgado Mendes

Konvenuta: Crédito Agrícola Seguros – Companhia de Seguros de Ramos Reais, SA

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, kif emendat bid-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, kif ukoll l-Artikolu 1a tat-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, kif emendata bid-Direttiva 2005/14, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi l-kopertura u għalhekk il-kumpens mill-assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi bil-mutur għad-danni fiżiċi u materjali subiti minn persuna mixja fit-triq vittma ta’ inċident tat-traffiku, minħabba biss il-fatt li din il-persuna kienet id-detentriċi ta’ polza tal-assigurazzjoni u l-proprjetarja tal-vettura li kkawżat id-danni.


(1)  ĠU C 454, 5.12.2016.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/26


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2017 minn Anton Riemerschmid Weinbrennerei und Likörfabrik GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (it-Tieni Awla) fil-25 ta’ Jannar 2017 fil-Kawża T-187/16: Anton Riemerschmid Weinbrennerei und Likörfabrik GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-158/17 P)

(2017/C 382/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Anton Riemerschmid Weinbrennerei und Likörfabrik GmbH & Co. KG (rappreżentant: P. Koch, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Permezz ta’ digriet tal-20 ta’ Settembru 2017 il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ddeċidiet li l-appell huwa inammissibbli.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/26


Appell ippreżentat fit-12 ta’ April 2017 minn Slavcho Asenov Todorov mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-14 ta Marzu 2017 fil-Kawża T-839/16, Todorov vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-188/17 P)

(2017/C 382/31)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Appellant: Slavcho Asenov Todorov (rappreżentant: K. Mladenova, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tas-7 ta’ Settembru 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) iddikjarat li dan l-appell huwa manifestament inammissibbli.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fil-11 ta’ Mejju 2017 – Pedro Viejobueno Ibáñez u Emilia de la Vara González vs Consejería de Educación de Castilla-La Mancha

(Kawża C-245/17)

(2017/C 382/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pedro Viejobueno Ibáñez u Emilia de la Vara González

Konvenut: Consejería de Educación de Castilla-La Mancha

Domandi preliminari

1)

It-tmiem tal-perijodu ta’ tagħlim tas-sena skolastika jista’ jitqies bħala raġuni oġġettiva li tiġġustifika trattament differenti tal-għalliema impjegati bħala aġenti temporanji msemmija iktar ’il fuq meta mqabbla ma’ għalliema uffiċjali?

2)

Il-fatt li l-għalliema impjegati bħala aġenti temporanji li l-impjieg tagħhom jiġi tterminat fi tmiem is-sena skolastika ma jistgħux jibbenefikaw mill-jiem ta’ leave tagħhom fil-forma ta’ jiem effettivi ta’ mistrieħ, iżda jiġu biss ikkumpensati finanzjarjament għal dawn tal-aħħar, huwa kompatibbli mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni tal-għalliema impjegati bħala aġenti temporanji?

3)

Regola astratta bħad-dispożizzjoni addizzjonali tlettax tal-Liġi Nru 5/2012, tat-12 ta’ Lulju 2012, dwar il-finanzi ġenerali tal-gvern tal-komunità ta’ Castilla la Mancha għas-sena 2012 (Ley 5/2012, de 12 de julio, de Presupuestos Generales de la Junta de Comunidades de Castilla la Mancha para 2012), li, fost affarijiet oħra, għal raġunijiet ta’ ekonomija baġitarja u ta’ osservanza tal-objettivi tad-defiċit, tissospendi l-applikazzjoni tal-ftehim, tal-10 ta’ Marzu 1994, konkluż bejn il-ministeru tal-edukazzjoni u tax-xjenzi u s-sindikat ANPE (Acuerdo de 10 de marzo de 1994, suscrito entre el Ministerio de Educación y Ciencia y el Sindicato ANPE), ippubblikat b’deċiżjoni tal-15 ta’ Marzu 1994 tad-direttorat ġenerali tal-persunal (Dirección General de Personal y Servicios) ([bulettin uffiċċjali tal-ministeru tal-edukazzjoni u tax-xjenzi] tat-28 ta’ Marzu 1994), fir-rigward tal-[kumpens finanzjarju] għal-leave ta’ Lulju u ta’ Awissu għas-sostituzzjonijiet ta’ iktar minn ħames xhur u nofs kif ukoll għall-kopertura tal-postijiet vakanti, u timponi kumpens favur l-għalliema mhux universitrarji impjegati bħala aġenti temporanji ekwivalenti għal 22 jum ta’ xogħol jekk dawn ikun ġew impjegati għal sena skolastika sħiħa jew għal numru ta’ jiem korrispondenti għall-perijodu li dawn ikunu ħadmu jekk dan tal-aħħar ikun inqas minn sena skolastika sħiħa, hija kompatibbli mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni ta’ dawn l-aġenti, li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ ħaddiema għal żmien determinat?


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal du travail de Nivelles (il-Belġju) fid-29 ta’ Mejju 2017 –  OJ (*1) vs Partena, Assurances Sociales pour Travailleurs Indépendants ASBL, Institut national d’assurances sociales pour travailleurs indépendants (Inasti), Union Nationale des Mutualités Libres (Partenamut) (UNMLibres)

(Kawża C-321/17)

(2017/C 382/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail de Nivelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:  OJ (*1)

Konvenuti: Partena, Assurances Sociales pour Travailleurs Indépendants ASBL, Institut national d’assurances sociales pour travailleurs indépendants (Inasti), Union Nationale des Mutualités Libres (Partenamut) (UNMLibres)

Permezz ta’ digriet tal-5 ta’ Ottubru 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) iddikjarat it-talba għal deċiżjoni preliminari manifestament inammissibbli.


(*1)  Informazzjoni mħassra fil-qafas tal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fid-19 ta’ Lulju 2017 – Gemeinsamer Betriebsrat EurothermenResort Bad Schallerbach GmbH vs EurothermenResort Bad Schallerbach GmbH

(Kawża C-437/17)

(2017/C 382/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gemeinsamer Betriebsrat EurothermenResort Bad Schallerbach GmbH

Konvenuta: EurothermenResort Bad Schallerbach GmbH

Domanda preliminari

L-Artikolu 45 TFEU u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011/KE (1) dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali [dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-punt 1 tal-Artikolu 3(2), tal-Artikolu 3(3) u tal-Artikolu 2(1) tal-Urlaubsgesetz (liġi dwar il-leave)], li skontha ħaddiem li jkollu total ta’ 25 sena servizz, iżda li ma jkunx wettaqhom mal-istess persuna li timpjega Awstrijaka, jibbenefika biss minn leave annwali ta’ ħames ġimgħat, filwaqt li ħaddiem li jkun wettaq 25 sena servizz mal-istess persuna li timpjega Awstrijaka għandu dritt għal sitt ġimgħat leave fis-sena?


(1)  Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011,dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, ĠU L 141, p. 1.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (is-Slovenja) fil-25 ta’ Lulju 2017 – EOS KSI Slovensko s.r.o. vs Ján Danko, Margita Jalčová

(Kawża C-448/17)

(2017/C 382/35)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd v Prešove

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EOS KSI Slovensko s.r.o.

Konvenuti: Ján Danko, Margita Jalčová

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-470/12, Pohotovost’, u tal-kunsiderazzjonijiet ifformulati mill-Qorti tal-Ġustizzja wkoll fil-punt 46 tal-motivazzjoni tagħha, leġiżlazzjoni li, filwaqt li tqiegħed fuq l-istess livell l-interessi protetti mil-liġi u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi kontra l-klawżoli inġusti, ma tawtorizzax, minn naħa, mingħajr il-kunsens tal-konsumatur konvenut, li persuna ġuridika li l-attività tagħha tikkonsisti li tipproteġi kollettivament il-konsumaturi kontra l-klawżoli inġusti u li jiġi osservat l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13/KEE (1), kif traspost mill-Artikolu 53a(1) u (2) tal-kodiċi ċivili tintervjeni bħala intervenjenti fi proċedura ġudizzjarja sa mill-bidu tagħha u ma tippermettix l-eżerċizzju effettiv, fil-proċedura preżenti, tal-motivi ta’ difiża u ta’ rikors għall-benefiċċju tal-konsumatur għall-finijiet li jiġi protett kontra l-użu ġenerali ta’ klawżoli inġusti, filwaqt li, f’każ ieħor, l-intervenjenti li għandha interess li s-suġġett tal-proċedura jiġi rregolat fil-mertu (mill-perspettiva patrimonjali) u li tintervjeni fi proċedura ġudizzjarja insostenn tal-konvenut ma għandhiex bżonn tal-kunsens ta’ dan tal-aħħar sabiex tintervjeni fil-proċedura ġudizzjarja sa mill-bidu tagħha għall-finijiet li jiġu sostnuti utilment motivi ta’ difiża u ta’ rikors għall-benefiċċju tal-konvenut li insostenn tiegħu hija tintervjeni tmur kontra l-prinċipju ta’ ekwivalenza tad-dritt tal-Unjoni?

2)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi C-26/13 u C-94/14, il-kelma “ċar” [li jinftiehem], li tinsab fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li klawżola tista’ tiġi kklassifikata bħala li ma tkunx tinftiehem, li jkollu bħala konsegwenza legali li l-qorti teżamina (ex officio) n-natura inġusta tal-klawżola, anki jekk is-sistema legali (l-istrument) li tirregola din il-klawżola kuntrattwali, hija fiha nnifisha kkomplikata b’mod li l-konsegwenzi legali tagħha huma diffiċilment prevedibbli għall-konsumatur medju u li l-ftehim tagħha ġeneralment jirrikjedi parir legali speċjalizzat li l-ispiża tiegħu hija sproporzjonata meta pparagunata mal-valur tas-servizz li l-konsumatur jirċievi mill-kuntratt?

3)

Jekk qorti tagħti deċiżjoni dwar id-drittijiet li jirriżultaw minn kuntratt konkluż ma’ konsumatur invokati kontra l-konsumatur, fil-kwalità tiegħu bħala konvenut, abbażi biss tal-affermazzjonijiet tar-rikorrenti, permezz ta’ ordni ta’ ħlas fil-kuntest ta’ proċedura mħaffa, mingħajr bl-ebda mod tapplika fil-kuntest tal-proċedura d-dispożizzjoni tal-Artikolu 172(9) tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili, li tipprevedi li ma tinħariġx ordni ta’ ħlas jekk il-kuntratt konkluż ma’ konsumatur jinkludi klawżoli inġusti, il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, peress li l-qorti ma tapplikax l-obbligu li jirriżulta mill-Artikolu 172(9) tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili u fid-dawl tat-terminu qasir sabiex tiġi ppreżentata oppożizzjoni kontra ordni ta’ ħlas u tal-eventwali impossibbiltà li jsir kuntatt mal-konsumatur, ma tippermettix li assoċjazzjoni ta’ protezzjoni tal-konsumaturi li għandha l-kwalità u li hija awtorizzata tapplika l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13, kif traspost mid-dispożizzjoni tal-Artikolu 53a(1) u (2) tal-kodiċi ċivili, issostni utilment, mingħajr il-kunsens tal-konsumatur (iżda mingħajr ma l-konsumatur juri n-nuqqas ta’ kunsens tiegħu), l-uniku motiv ta’ difiża tal-konsumatur fil-forma ta’ oppożizzjoni għall-ordni ta’ ħlas tmur kontra d-dritt tal-Unjoni?

4)

Għall-finijiet tar-risposta għat-tieni u għat-tielet domandi, tista’ titqies bħala rilevanti ċ-ċirkustanza li, skont l-ordinament ġuridiku, il-konsumatur ma għandux dritt għal rappreżentazzjoni legali obbligatorja u li l-ksur ta’ dan id-dritt flimkien ma’ assenza ta’ rappreżentazzjoni legali huwa l-bażi ta’ riskju li ma huwiex insinjifikattiv li ma jinvokax in-natura abbużiva tal-klawżoli kuntrattwali u li dan lanqas ma jressaq att li jawtorizza l-intervent fil-proċedura ġudizzjarja, insostenn tal-pożizzjoni tiegħu, ta’ assoċjazzjoni ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, li għandha l–kwalità u li hija awtorizzata teżegwixxi l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13/KEE, kif traspost permezz tal-Artikolu 53a(1) u (2) tal-kodiċi ċivili?

5)

Leġiżlazzjoni bħall-proċedura mħaffa dwar ordni ta’ ħlas (Artikoli 172(1) et seq tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili) li tippermetti li tingħata, mal-effetti marbuta ma’ deċiżjoni ġudizzjarja, 1) somma flus favur il-bejjiegħ jew fornitur, 2) fil-kuntest ta’ proċedura mħaffa, 3) minn impjegat amministrattiv ta’ qorti, 4) fuq il-bażi biss tal-affermazzjonijiet tal-bejjiegħ jew fornitur, u dan 5) mingħajr produzzjoni tal-prova u f’sitwazzjoni fejn, 6) il-konsumatur ma huwiex irrappreżentat minn espert tad-dritt u li 7) id-difiża tiegħu lanqas ma tista’ tiġi utilment żgurata, mingħajr il-kunsens tiegħu, minn assoċjazzjoni ta’ protezzjoni tal-konsumaturi li għandha l-kwalità u li hija awtorizzata teżegwixxi l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13, kif traspost mid-dispożizzjoni tal-Artikolu 53a(1) u (2) tal-kodiċi ċivili tmur kontra d-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari r-rekwiżit li jiġu evalwati ċ-ċirkustanzi tal-kawża kollha skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 93/13/KEE?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Awwissu 2017 – Funke Medien NRW GmbH vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-469/17)

(2017/C 382/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Funke Medien NRW GmbH

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar id-dritt esklużiv tal-awturi għar-riproduzzjoni [Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/29/KE (1)] u għall-komunikazzjoni lill-pubbliku, inkluż id-dritt ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku [Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE] tax-xogħlijiet tagħhom, u l-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet ta’ dawn id-drittijiet [Artikolu 5(2) u (3) tad-Direttiva 2001/29/KE], iħallu marġni diskrezzjonali għat-traspożizzjoni tagħhom fid-dritt nazzjonali?

2)

B’liema mod għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni d-drittijiet fundamentali tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fid-determinazzjoni tal-portata tal-eċċezzjonijiet jew tal-limitazzjonijiet, previsti fl-Artikolu 5(2) u (3) tad-Direttiva 2001/29/KE, tad-dritt esklużiv tal-awturi għar-riproduzzjoni [Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/29/KE] u għall-komunikazzjoni lill-pubbliku, inkluż it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku [Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE] tax-xogħlijiet tagħhom?

3)

Id-drittijiet fundamentali għal-libertà tal-informazzjoni [it-tieni sentenza tal-Artikolu 11(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea] jew għal-libertà tal-istampa [Artikolu 11(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea] jistgħu jiġġustifikaw eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-drittijiet esklużivi tal-awturi għar-riproduzzjoni [Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/29/KE] u għall-komunikazzjoni lill-pubbliku, inkluż id-dritt ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku [Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE] tax-xogħlijiet tagħhom, lil hinn mill-eċċezzjonijiet jew mil-limitazzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(2) u (3) tad-Direttiva 2001/29/KE?


(1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol.1, p. 230)


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-2 ta’ Awwissu 2017 – Repsol Butano S.A. vs Administración del Estado

(Kawża C-473/17)

(2017/C 382/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Repsol Butano S.A.

Konvenuta: Administración del Estado

Domandi preliminari

1)

Miżura li tistabbilixxi prezz massimu għaċ-ċilindri tal-gass likwifikat ibbottiljat, bħala miżura ta’ protezzjoni tal-utenti li huma soċjalment vulnerabbli, hija kompatibbli mal-ġurisprudenza stabbilita fis-sentenza Federutility (1) jew tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità fil-każ fejn ikun hemm, alternattivament jew simultanjament, iċ-ċirkustanzi li ġejjin?

l-miżura tiġi adottata b’mod ġenerali għall-konsumaturi kollha u għal perijodu indefinit “sakemm il-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni u ta’ kompetittività f’dan is-suq ma jitqisux suffiċjenti”,

il-miżura ilha fis-seħħ għal iktar minn [1]8 il-sena,

il-miżura tista’ tikkontribwixxi għall-iffriżar tas-sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni dgħajfa billi tostakola d-dħul fis-suq ta’ operaturi ġodda.

2)

Miżura li timponi d-distribuzzjoni fid-djar tal-gass likwifikat ibbottiljat, bħala miżura ta’ protezzjoni tal-utenti li huma soċjalment vulnerabbli jew li jgħixu f’żoni li l-aċċess għalihom huwa diffiċli, hija kompatibbli mal-ġurisprudenza stabbilita fis-sentenza Federutility iċċitata iktar ’il fuq jew tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità jekk ikun hemm, alternattivament jew simultanjament, iċ-ċirkustanzi elenkati fid-domanda preċedenti?


(1)  Sentenza tal-20 ta’ April 2010, Federutility et (C-265/08, EU:C:2010:205).


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Awwissu 2017 – Bundesrepublik Deutschland vs Sociedad de Transportes SA

(Kawża C-474/17)

(2017/C 382/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bundesrepublik Deutschland

Konvenuta: Sociedad de Transportes SA

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 67(2) kif ukoll l-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-9 ta’ Marzu 2016, dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1) jipprekludu dispożizzjoni ta’ liġi nazzjonali ta’ Stat Membru li finalment teżiġi li l-impriżi ta’ trasport bil-karozzi tal-linji li joperaw servizzi regolari transkonfinali fi ħdan iż-żona Schengen jikkontrollaw id-dokumenti ta’ qsim ta’ fruntieri tal-passiġġieri tagħhom qabel il-qsim ta’ fruntiera interna, sabiex jipprevjenu trasport ta’ barranin li ma għandhomx passaport u permess ta’ residenza fit-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja?

B’mod partikolari:

a)

L-obbligu legali ġenerali jew l-obbligu impost mill-awtoritajiet fuq impriżi ta’ trasport individwali, li ma jittrasportawx barranin fit-territorju Ġermaniż mingħajr il-passaport meħtieġ jew il-permess ta’ residenza meħtieġ, li jista’ jiġi ssodisfatt biss billi jiġu kkontrollati d-dokumenti ta’ qsim ta’ fruntieri tal-passiġġieri kollha qabel il-qsim tal-fruntiera interna, jikkostitwixxi verifika fuq il-persuni fuq il-fruntieri interni fis-sens tal-Artikolu 22 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen jew għandu jiġi assimilat għal tali verifika?

b)

L-impożizzjoni tal-obbligi msemmija fil-punt (1) għandha tiġi evalwata b’riferiment għall-Artikolu 23(a) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, minkejja li l-impriżi ta’ trasport ma jeżerċitawx “setgħat ta’ pulizija” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni u minkejja li l-obbligu li jwettqu kontrolli li huwa impost fuqhom mill-Istat ma jawtorizzahomx formalment sabiex jeżerċitaw prerogattivi ta’ awtorità pubblika?

c)

Fil-każ li l-ewwel domanda, punt (b), tingħata risposta fl-affermattiv: fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 23(a) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, il-kontrolli mitluba mill-impriżi ta’ trasport jikkostitwixxu miżura illegali ta’ effett ekwivalenti għal kontrolli fuq il-fruntieri?

d)

L-impożizzjoni tal-obbligi msemmija fil-punt (1) sa fejn hija tirrigwarda impriżi ta’ trasport bil-karozzi tal-linji li joperaw servizzi regolari, għandha tiġi evalwata b’riferiment għall-Artikolu 23(b) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen li jipprevedi li l-assenza ta’ kontroll fuq il-fruntieri interni ma għandhiex taffettwa l-kompetenza tal-impriżi ta’ trasport li jwettqu kontrolli ta’ sigurtà fuq il-persuni fil-portijiet jew fl-ajruporti? Minn dan jirriżulta li l-kontrolli fis-sens tal-ewwel domanda mwettqa barra minn portijiet u ajruporti ma humiex permessi meta ma jikkostitwixxux kontrolli ta’ sigurtà u ma jitwettqux ukoll fuq persuni li jivvjaġġaw fi ħdan l-Istat Membru?

2.

L-Artikoli 22 u 23 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen jipprekludu leġiżlazzjonijiet li jippermettu, sabiex tiġi żgurata l-osservanza tal-obbligu, li tiġi adottata deċiżjoni ta’ projbizzjoni taħt piena ta’ penalità kontra impriża ta’ trasport bil-karozzi tal-linji jekk, minħabba li l-kontrolli ma twettqux, barranin ġew ukoll ittrasportati fit-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja minkejja li ma kellhomx passaport u permess ta’ residenza?


(1)  ĠU L 77, p. 1.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Köln (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Awwissu 2017 – Frank Montag vs Finanzamt Köln-Mitte

(Kawża C-480/17)

(2017/C 382/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Frank Montag

Konvenut: Finanzamt Köln-Mitte

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 49 TFUE, flimkien mal-Artikolu 54 TFUE, jipprekludi dispożizzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li l-kontribuzzjonijiet obbligatorji lil skema ta’ pensjoni professjonali minn persuna taxxabbli li ma hijiex residenti (li jsiru abbażi tal-appartenenza tagħha ma’ kamra tal-avukati fl-Istat Membru li, għal raġunijiet professjonali, hija mandatorja sabiex tkun tista’ teżerċita l-attività tagħha f’diversi Stati Membri), ma jittiħdux inkunsiderazzjoni fit-tnaqqis mid-dħul, fil-kuntest tal-obbligu fiskali limitat, filwaqt li fil-każ ta’ persuni taxxabbli residenti, id-dritt nazzjonali jippermetti t-tnaqqis tagħhom mid-dħul sa limitu speċifiku fil-kuntest tal-obbligu fiskali illimitat?

2)

L-Artikolu 49 TFUE, flimkien mal-Artikolu 54 TFUE, jipprekludi d-dispożizzjoni deskritta fl-ewwel domanda meta, minbarra l-kontribuzzjonijiet obbligatorji, il-persuna taxxabbli tagħmel – volontarjament – kontribuzzjonijiet addizzjonali lil skema ta’ pensjoni professjonali, liema kontribuzzjonijiet ma jittiħdux inkunsiderazzjoni mill-Istat Membru fit-tnaqqis mid-dħul, minkejja li, skont id-dritt nazzjonali, il-pagamenti futuri ta’ pensjonijiet imħallsa f’dan l-Istat Membru jistgħu jkunu taxxabbli anki fil-kuntest ta’ obbligu fiskali limitat?

3)

L-Artikolu 49 TFUE, flimkien mal-Artikolu 54 TFUE, jipprekludi l-leġiżlazzjoni deskritta fl-ewwel domanda, meta l-persuna taxxabbli, indipendentement mill-appartenenza tagħha mal-kamra tal-avukati u mill-kontribuzzjonijiet tagħha lil skema ta’ pensjoni professjonali, tħallas kontribuzzjonijiet lil assigurazzjoni ta’ pensjoni privata li affiljat ruħha magħha volontarjament, liema kontribuzzjonijiet ma jittiħdux inkunsiderazzjoni mill-Istat Membru fit-tnaqqis mid-dħul, minkejja li, skont id-dritt nazzjonali, il-pagamenti futuri ta’ pensjonijiet imħallsa f’dan l-Istat Membru jistgħu jkunu taxxabbli anki fil-kuntest ta’ obbligu fiskali limitat?


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/33


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Köln (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Awissu 2017 – Bußgeldverfahren vs Josef Baumgartner

(Kawża C-513/17)

(2017/C 382/40)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Josef Baumgartner

Partijiet oħra: Bundesamt für Güterverkehr, Staatsanwaltschaft Köln

Domanda preliminari

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 19(2) tar-Regulament (KE) Nru 561/2006 (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li huwa biss l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu impriża tkun stabbilita li jista’ jimponi penali fuq tali impriża jew fuq direttur tagħha, skont l-Artikoli 30, 9 u 130 tal-Gesetz über Ordnungswidrigkeiten (liġi Ġermaniża dwar il-ksur amministrattiv) għal ksur amministrattiv imwettaq fis-sede tal-impriża? Jew l-Istati Membri oħra jistgħu wkoll jimponu penali għall-ksur amministrattiv meta l-ksur ikun ġie kkonstatat fit-territorju tagħhom?


(1)  Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, p. 1).


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tallinna Ringkonnakohus (l-Estonja) fl-1 ta’ Settembru 2017 – c.v. SNB-REACT et vs Deepak Mehta

(Kawża C-521/17)

(2017/C 382/41)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Tallinna Ringkonnakohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: c.v. SNB-REACT et

Konvenut: Deepak Mehta

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4(ċ) tad-Direttiva 2004/48/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri huma obbligati li jirrikonoxxu l-organi ta’ rappreżentazzjoni kollettiva ta’ proprjetarji ta’ trade marks bħala persuni li għandhom il-kwalità sabiex jitolbu, f’isimhom stess, l-applikazzjoni ta’ rimedji bil-għan li jiġu protetti d-drittijiet tal-proprjetarji tat-trademarks fil-każ ta’ ksur tal-imsemmija drittijiet, u sabiex jippreżentaw, f’isimhom stess, azzjoni ġudizzjarja bil-għan li jiġu infurzati d-drittijiet ta’ proprjetarji ta’ trade marks?

2)

L-Artikoli 12, 13 u 14 tad-Direttiva 2000/31/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) għandhom jiġu interpretati fis-sens li għandu wkoll jitqies bħala dak li jipprovdi s-servizz imsemmi f’dawn l-artikoli, li għalih japplikaw il-limiti ta’ responsabbiltà previsti mill-Artikoli ċċitati iktar ’il fuq, dak li jipprovdi s-servizz li s-servizz tiegħu jikkonsisti fir-reġistrazzjoni ta’ indirizzi IP, li jippermetti li l-indirizzi IP jintrabtu ma’ ismijiet ta’ domaine b’mod anonimu, u fil-kiri ta’ dawn l-indirizzi IP?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/34


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-564/17)

(2017/C 382/42)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Cattabriga, G. von Rintelen, R. Troosters, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottax, sa mhux iktar tard mill-25 ta’ Diċembru 2013, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru (1) jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 16(1) tal-imsemmija direttiva;

timponi fuq ir-Renju tal-Belġju, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, il-pagamenti ta’ penalità tal-ammont ta’ EUR 70 828,80 kuljum sa mid-data li fiha tingħata s-sentenza fil-kawża preżenti għal nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li jiġu kkomunikati l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2011/98/UE;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Istati Membri kienu obbligati, taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2011/98/UE, jadottaw il-miżuri nazzjonali meħtieġa sabiex jiġu trasposti l-obbligi tad-direttiva sa mhux iktar tard mill-25 ta’ Diċembru 2013. Peress li l-Belġju ma kkomunikax it-traspożizzjoni kompluta tad-direttiva, il-Kummissjoni ddeċidiet li tressaq kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni tipproponi li pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 70 828,80 kuljum jiġu imposti fuq ir-Renju tal-Belġju. L-ammont tal-pagamenti ta’ penalità huwa kkalkolat b’teħid inkunsiderazzjoni tal-gravità, tat-tul tal-ksur, kif ukoll tal-effett dissważiv skont il-kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru.


(1)  ĠU L 343, p. 1.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/35


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2017 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-19 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-752/14, Combaro SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-574/17 P)

(2017/C 382/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros u B.-R. Killmann, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Combaro SA

Talbiet tal-appellanti

1.

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-752/14, Combaro SA vs Il-Kummissjoni Ewropea;

2.

tiċħad ir-rikors ta’ Combaro SA bħala infondat;

3.

tikkundanna lil Combaro SA għall-ispejjeż tal-proċeduri tal-ewwel istanza u tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka l-aggravji segwenti:

1.

Il-Qorti Ġenerali wettqet klassifikazzjoni legali żbaljata tal-fatti fir-rigward tal-eżistenza ta’ sitwazzjoni partikolari skont l-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali (1).

Il-Qorti Ġenerali kkonstatat aġir irregolari fir-rigward tal-Kummissjoni sa fejn attribwixxiet poteri lill-Kummissjoni li hija ma għandhiex u, min-naħa l-oħra, obbligatha teżerċita l-poteri li ma setgħux iktar jikkontribwixxu għal kjarifika tal-fatti. Madankollu, ma kienx hemm aġir irregolari min-naħa tal-Kummissjoni, bil-konsegwenza li ma kien hemm ebda sitwazzjoni partikolari fis-sens tal-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali.

2.

Il-Qorti Ġenerali żnaturat il-provi relatati mal-eżistenza ta’ sitwazzjoni partikolari skont l-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali.

Il-Qorti Ġenerali sostniet, kuntrarjament għall-atti tal-proċess, li l-firem fuq iċ-ċertifikati ta’ ċirkulazzjoni kienu dawk ta’ R u li l-Latvja ma kinitx ipprovdiet kopji oriġinali tat-timbri użati mill-uffiċċji doganali ta’ Jelgava u ta’ Bauska. Li kieku l-Qorti Ġenerali eżaminat il-provi korrettament, hija kienet neċessarjament tikkonkludi li l-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni suffiċjenti tal-fatti tal-kawża fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ tessut tal-għażel u li kienet awtorizzata tikkonkludi li ma kien hemm ebda sitwazzjoni partikolari fis-sens tal-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali.

3.

Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali dwar l-eżistenza ta’ sitwazzjoni partikolari.

Il-Qorti Ġenerali naqset milli tibbilanċja effettivament l-allegat aġir irregolari tal-Kummissjoni mal-interessi tal-importatur, li kien għamel użu minn ċertifikati foloz għaċ-ċirkulazzjoni tal-beni. Fin-nuqqas ta’ bbilanċjar tal-interessi, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali, peress li f’din il-kawża, l-interessi tal-Unjoni li tiżgura konformità mad-dispożizzjonijiet doganali għandhom jipprevalu fuq l-interessi tal-importatur.

4.

Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali dwar in-negliġenza manifesta ta’ Combaro SA.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta talbet lill-Kummissjoni tattesta l-fatt li l-importatur kien intenzjonalment wettaq ksur tar-regoli ta’ oriġini. Li kieku r-regoli tal-oneru tal-prova ġew applikati b’mod korrett, il-Qorti Ġenerali kienet neċessarjament tirrikonoxxi li dubji li tqajmu leġittimament kienu jkunu suffiċjenti sabiex importatur jiġi obbligat jipproduċi informazzjoni jew kjarifiki dwar il-proċeduri ta’ żdoganar inkwistjoni, minn tal-inqas mingħand l-esportaturi tiegħu.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).


Il-Qorti Ġenerali

13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2017 – Aanbestedingskalender et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-138/15) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri ta’ finanzjament mogħtija mill-awtoritajiet Olandiżi għall-ħolqien u għall-introduzzjoni tal-pjattaforma TenderNed dwar l-għoti elettroniku ta’ kuntratti pubbliċi - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Servizzi ta’ interess ġenerali mhux ekonomiċi”))

(2017/C 382/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aanbestedingskalender BV (Ede, il-Pajjiżi l-Baxxi); Negometrix BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); CTM Solution BV (Breukelen, il-Pajjiżi l-Baxxi); Stillpoint Applications BV (Amsterdam), Huisinga Beheer BV (Amsterdam) (rappreżentanti: C. Dekker u L. Fiorilli, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P.-J. Loewenthal u K. Herrmann, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, B. Koopman u M. Noort, aġenti) u r-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 9548 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34646 (2014/NN) (ex 2012/CP) – Pjattaforma E-procurement TenderNed fil-Pajjiżi l-Baxxi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Aanbestedingskalender BV, Negometrix BV, CTM Solution BV, Stillpoint Applications BV u Huisinga Beheer BV huma kkundannati għall-ispejjeż.

3)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Repubblika Slovakka għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 198, 15.6.2015.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2017 – Gappol Marzena Porczyńska vs EUIPO – Gap (ITM) (GAPPOL)

(Kawża T-411/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva GAPPOL - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti GAP - Rikors inċidentali - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Reputazzjoni - Profitt mislut indebitament mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001] - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001)”])

(2017/C 382/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PP Gappol Marzena Porczyńska (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: J. Gwiazdowska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gap (ITM), Inc. (San Francisco, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Siciarek u J. Mrozowski, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Mejju 2015 (Każ R 686/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gap (ITM) u PP Gappol Marzena Porczyńska.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Mejju 2015 (Każ R 686/2013-1) hija annullata sa fejn il-Bord tal-Appell ċaħad, b’applikazzjoni tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2017, dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea], l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu fil-klassi 20 u li jikkorrispondu għad-deskrizzjoni “għamara”.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha marbuta mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 328, 5.10.2015.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Otturbu 2017 – BMB vs EUIPO – Ferrero (Kontenitur għall-ħelu)

(Kawża T-695/15) (1)

((“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Dissinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta kontenitur għall-ħelu - Trade mark internazzjonali tridimensjonali preċedenti - Forma ta’ kontenitur standard li jista’ jimtela bil-ħelu - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali - Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Artikolu 62 u Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 6/2002”))

(2017/C 382/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BMB sp. z o.o. (Grójec, il-Polonja) (rappreżentant: K. Czubkowski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ferrero SpA (Alba, l-Italja) (rappreżentant: M. Kefferpütz, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Settembru 2015 (Każ R 1150/2012-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Ferrero u BMB.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

BMB sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 38, 01.02.2016.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2017 – BelTechExport vs Il-Kunsill

(Kawża T-765/15) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja - Iffriżar ta’ fondi - Sospensjoni tal-miżuri - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ - Żball ta’ evalwazzjoni”))

(2017/C 382/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BelTechExport ZAO (Minsk, il-Bjelorussja) (rappreżentanti: J. Jerņeva u E. Koškins, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert u J.-P. Hix, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Paasivirta u L. Havas, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1957, tad-29 ta’ Ottubru 2015, dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU 2015, L 284, p. 149), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1948, tad-29 ta’ Ottubru 2015, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (ĠU 2015, L 284, p. 62), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

BelTechExport ZAO għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 68, 22.2.2016.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 28 ta’ Settembru 2017 – Bodegas Verdúguez vs EUIPO

(Kawża T-206/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali TRES TOROS 3 - Raġuni assoluta għal rifjut - Trade mark ta’ inbid li tinkludi indikazzjonijiet ġeografiċi - Artikolu 7(1)(j) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 382/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Bodegas Verdúguez, SL (Villanueva de Alcardete, Spanja) (rappreżentant: J. García Domínguez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u A. Muñiz Rodríguez, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Frar 2016 (Każ R 407/2015-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali TRES TOROS 3 bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bodegas Verdúguez, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 251, 11.7.2016.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2017 – Ellinikos Syndesmos Epicheiriseon gia ti Diacheirisi ton Diethnon Protypon GS1 vs EUIPO – 520 Barcode Hellas (520Barcode Hellas)

(Kawża T-453/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva 520Barcode Hellas - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 8 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Identifikazzjoni tan-natura tas-sinjal oppost - Sinjal preċedenti ieħor 520 - Identifikazzjoni tal-prodotti u servizzi li fuqhom hija bbażata l-oppożizzjoni”))

(2017/C 382/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ellinikos Syndesmos Epicheiriseon gia ti Diacheirisi ton Diethnon Protypon GS1 (Argiroupoli Attikis, il-Greċja) (rappreżentant: A. Mouzaki, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: 520 Barcode Hellas – AE Diacheirisis Diethnon Protypon kai Parochis Symvouleutikon Ypiresion (Kifisia Attikis, il-Greċja) (rappreżentanti: A. Roussou, M.-M. Theodoridou u F. Christodoulou-Kardiopoulis, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 238/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ellinikos Syndesmos Epicheiriseon gia ti Diacheirisi ton Diethnon Protypon GS1 u 520 Barcode Hellas — AE Diacheirisis Diethnon Protypon kai Parochis Symvouleutikon Ypiresion.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tal-14 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 238/2015-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Ellinikos Syndesmos Epicheiriseon gia ti Diacheirisi ton Diethnon Protypon GS1.

3)

520 Barcode Hellas — AE Diacheirisis Diethnon Protypon kai Parochis Symvouleutikon Ypiresion għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 371, 10.10.2016.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2017 – Hristov vs Il-Kummissjoni u EMA

(Kawżi magħquda T-495/16 RENV I u T-496/16 RENV II) (1)

((“Servizz pubbliku - Ħatra - Post ta’ direttur eżekuttiv ta’ aġenzija regolatorja - EMA - Proċedura ta’ selezzjoni u ta’ ħatra - Kompożizzjoni tal-kumitat ta’ pre-selezzjoni - Imparzjalità - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Ħatra ta’ kandidat ieħor - Awtorità ta’ res judicata”))

(2017/C 382/50)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrent: Emil Hristov (Sofia, il-Bulgarija) (rappreżentanti: fil-Kawża T-495/16 RENV I, M. Ekimdzhiev, K. Boncheva u G. Chernicherska u, fil-Kawża T-495/16 RENV II, inizjalment minn M. Ekimdzhiev, K. Boncheva u G. Chernicherska, sussegwentement minn M. Ekimdzhiev u K. Boncheva, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: G. Berscheid u N. Nikolova, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, b’mod partikolari, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ April 2011 li permezz tagħha hija pproponiet lill-kumitat amministrattiv tal-EMA lista ta’ erba’ kandidati irrakkomandati mill-kumitat ta’ pre-selezzjoni u kkonfermati mill-kumitat konsultattiv tal-ħatriet u tad-deċiżjoni tal-kumitat amministrattiv tal-EMA tas-6 ta’ Ottubru 2011 li dwar il-ħatra tad-direttur eżekuttiv tal-EMA kif ukoll għar-riżarċiment tad-danni allegatament subiti mir-rikorrent minħabba l-imsemmija deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Emil Hristov huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti fil-Kawżi F-2/12, T-26/15 P, T-27/15 P, T-495/16 RENV I u T-495/16 RENV II.


(1)  ĠU C 184, 23.6.2012 (Kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-2/12).


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – Hanschmann vs Europol

(Kawża T-562/16) (1)

((Servizz pubbliku - Europol - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt - Rifjut li jingħata kuntratt għal żmien indeterminat - Kumpens - Annallament mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Eżekuzzjoni tas-sentenzi fil-Kawżi F-27/09 u F-104/12))

(2017/C 382/51)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ingo Hanschmann (Taucha, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Dammingh u N. Dane, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (rappreżentanti: D. Neumann u C. Falmagne, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck, A. Duron u I. Antypas, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ Europol tad-29 ta’ Lulju 2014 li ma ġġeddidx għal żmien indeterminat il-kuntratt għal żmien indeterminat il-kuntratt mogħti lir-rikorrent u sabiex tallokalu ammont ta’ EUR 10 000 minħabba t-tul tal-proċedura u l-estensjoni tal-istat ta’ inċertezza tiegħu kif ukoll għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tiegħu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

I. Hanschmann huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 354, 26.10.2015 (kawża inizzjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-119/15) u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-01.09.2016).


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – Knöll vs Europol

(Kawża T-563/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Europol - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt - Rifjut li jingħata kuntratt għal żmien indeterminat - Kumpens - Annullament mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Eżekuzzjoni ta’ sentenzi fil-Kawżi F-44/09 u F-105/12”))

(2017/C 382/52)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Brigitte Knöll (Hochheim am Main, il-Ġermaniż) (rappreżentanti: W. Dammingh u N. Dane, avukati)

Konvenuta: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (rappreżentanti: D. Neumann u C. Falmagne, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck, A. Duron u I. Antypas, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol, tad-29 ta’ Lulju 2014, li ma jiġġeddidx għal żmien indeterminat il-kuntratt mogħti lir-rikorrenti u li jagħtiha somma ta’ EUR 10 000 minħabba t-tul tal-proċeduri u l-estensjoni tal-istat ta’ inċertezza tiegħu kif ukoll l-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tiegħu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Brigitte Knöll hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 354 tas-26.10.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-120/15 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – Waldhausen vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ siluwett ta’ ras ta’ żiemel)

(Kawża T-717/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta s-siluwett ta’ ras ta’ żiemel - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza tal-karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 382/53)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Waldhausen GmbH & Co. KG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Ekey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-31 ta’ Awwissu 2016 (Każ R 1195/2016-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta s-siluwett ta’ ras ta’ żiemel bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Waldhausen GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 441, 28.11.2016.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2017 – La Rocca vs EUIPO (Take your time Pay After)

(Kawża T-755/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Take your time Pay After - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2017/C 382/54)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Alessandro La Rocca (Anzio, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani u J. Graffer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Awwissu 2016 (Każ R 406/2016-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Take your time Pay After bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Alessandro La Rocca huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 475, 19.12.2016.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2017 – Rühland vs EUIPO – 8 seasons design (Lampa f’forma ta’ stilla)

(Kawża T-779/16) (1)

((“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta lampa f’forma ta’ stilla - Disinn Komunitarju preċedenti - Raġuni għal invalidità - Karattru individwali - Impressjoni globali differenti - Artikolu 6 u l-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”))

(2017/C 382/55)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Lothar Rühland (Wendeburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H.-P. Schrammek, C. Drzymalla, S. Risthaus u J. Engberding, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Hanne, sussegwentement M. Fischer, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: 8 seasons design GmbH (Eschweiler, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Haberl, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tmien Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Lulju 2016 (Każ R 878/2015-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjon ta’ invalidità bejn 8 seasons design u L. Rühland.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lothar Rühland huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 14, 16.1.2017.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/45


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2017 – FV vs Il-Kunsill

(Kawża T-153/17)

(2017/C 382/56)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: FV (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-rapporti ta’ evalwazzjoni li jirrigwardaw is-snin 2014 u 2015 adottati definittivament fil-5 ta’ Diċembru 2016;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi, billi jqis li, f’dan il-każ, ir-rapporti ta’ evalwazzjoni tal-2014 u l-2015 adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-konfront tiegħu huma vvizzjati bi żball manifest ta’ evalwazzjoni, b’ insuffiċjenza ta’ motivazzjoni kif ukoll bi ksur tad-dmir ta’ premura.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/46


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2017 – Hernández Díaz vs SRB

(Kawża T-521/17)

(2017/C 382/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Alberto Hernández Díaz (San Martin del Rey Aurelio, Spanja) (rappreżentant: L. Hernández Cabeza, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla l-ftehim ta’ riżoluzzjoni ta’ Banco Popular minħabba irregolaritajiet serji u irrimedjabbli li jikkawżaw in-nullità tal-ftehim, fuq il-bażi ta’ rapport maħruġ minn Deloitte li dan ma kienx indipendenti, peressi li l-azzjonisti sostnew telf ħafna ikbar minn dak li kien ikun sostnut fil-każ ta’ ftehim mal-kredituri u minħabba n-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-istrument ta’ rikapitalizzazzjoni interna.

tannulla l-bejgħ ta’ Banco Popular lill-bank xerrej għall-prezz ta’ EUR 1 minħabba nuqqas ta’ trasparenza fil-proċess ta’ bejgħ li jippreżumi ksur flagranti kemm tal-prinċipju ta’ trasparenza kif ukoll tal-prinċipju ta’ kompetizzjoni;

tikkundanna lill-SRB tikkumpensa lill-azzjonisti minħabba fl-esproprjazzjoni tal-azzjonijiet tagħhom, li f’dan il-mument ma jistgħux jippreċiżaw il-valur mitlub għalihom minħabba nuqqas ta’ trasparenza fil-proċedura ta’ riżoluzzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/47


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2017 – Gonzalez Calvet vs SRB

(Kawża T-554/17)

(2017/C 382/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ramón Gonzalez Calvet (Barcelona, Spanja) u Joan González Calvet (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: P. Molina Bosch, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali tikkunsidra bħala ppreżentat dan ir-rikors kontra d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08, u wara l-proċedura legali rilevanti, taqta’ u tilqa’ fis-sentenza tagħha dan ir-rikors u tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08 u tiddikjara mingħajr effett l-implementazzjoni tal-imsemmija deċiżjoni kif ukoll l-azzjonijiet li twettqu bħala konsegwenza tal-implementazzjoni ta’ din id-deċiżjoni. Fil-każ li d-deċiżjoni ma tiġix annullata, ir-rikorrenti jitolbu li jiġu kkumpensati kif xieraq għat-telf tal-azzjonijiet tagħhom.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/47


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2017 – Algebris (UK) et vs SRB

(Kawża T-575/17)

(2017/C 382/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Algebris (UK) Ltd (Londra, ir-Renju Unit), Anchorage Capital Group LLC (New York, New York, l-Istati Uniti), Ronit Capital LLP (Londra) (rappreżentanti: T. Soames u J. Vandenbussche, lawyers, R. East, Solicitor, u N. Chesaites, Barrister)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08 tas-7 ta’ Ġunju 2017, adopting a resolution scheme in respect of banco Popular Español, S.A. (1) kollha kemm hija, jew, sussidjarjament, l-Artikolu 1 u/jew 6 ta’ dan;

tikkundanna lill-SRB għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegat ksur mill-SRB tal-prinċipji ta’ kunfidenzjalità u ta’ segretezza professjonali, kuntrarjament għall-Artikolu 339 TFUE u għall-Artikolu 88(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 u għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u b’dan il-mod, dan naqas milli jirrispetta d-dritt tar-rikorrenti għal amministrazzjoni tajba stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegati żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea fl-applikazzjoni tal-Artikoli 14, 18, 20, 21, 22 u 24 tar-Regolament Nru 806/2014.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jsostnu li l-evalwazzjoni tal-Banco Popular, li kienet il-bażi għall-azzjoni ta’ riżoluzzjoni li ttieħdet taħt l-iskema ta’ riżoluzzjoni, ma kinitx ġusta, prudenti jew affidabbli u kienet inkonsistenti mal-“prinċipju li l-ebda kreditur ma jmur għall-agħar”; dan għalhekk ma kienx jikkostitwixxi prova preċiża u affidabbli u konsistenti li fuqha tista’ tiġi bbażata l-iskema ta’ riżoluzzjoni; u ma kinitx kapaċi ssostni d-deċiżjoni kkontestata. Barra minn hekk u għall-istess raġunijiet, l-iskema ta’ riżoluzzjoni (u għalhekk id-deċiżjoni kkontestata) kienet manifestament sproporzjonata billi tmur lil hinn mill-miżuri neċessarji għall-ksib tal-għanijiet tar-riżoluzzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegata esproprjazzjoni mill-SRB tal-proprjetà tar-rikorrenti bi ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom kif protetti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u kif stabbiliti fl-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegat nuqqas tal-SRB li jiżgura, skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dritt għal smigħ tar-rikorrenti matul il-proċedura.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegat nuqqas ta’ approvazzjoni skont il-liġi mill-Kummissjoni u li minħabba f’dan id-deċiżjoni kkontestata ma ġietx implementata legalment.

F’dan ir-rigward huwa sostnut li, qabel ma adottat id-Deċiżjoni tagħha (UE) 2017/1246 li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni, il-Kummissjoni Ewropea naqset milli tevalwa sew, jew li tevalwa għal kollox, l-aspetti diskrezzjonarji tal-iskema ta’ riżoluzzjoni. Dan jikkostitwixxi ksur tal-obbligi tal-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 u tal-prinċipji tal-ġurisprudenza Meroni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Għaldaqstant, il-SRB wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni u żball ta’ liġi billi kkonkluda li d-deċiżjoni tiegħu li tadotta l-iskema ta’ riżoluzzjoni setgħet jew kienet daħlet fis-seħħ; barra minn hekk, jew sussidjarjament, u fi kwalunkwe każ, l-iskema ta’ Riżoluzzjoni adottata mid-deċiżjoni kkontestata ma daħlitx fis-seħħ legalment.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A. (notifikata bid-dokument C(2017) 4038) (ĠU 2017, L 178, p. 15).


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/48


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2017 – Remolcadores Nosa Terra et vs Il-Kummissjoni u SRB

(Kawża T-600/17)

(2017/C 382/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Remolcadores Nosa Terra, SA (Vigo, Spanja), Grupo Nosa Terra 2000, SLU (Vigo), Hospital Povisa, SA (Vigo) u Industrias Lácteas Asturianas, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. Otero Novas, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla l-approvazzjoni mill-Kummissjoni tad-deċiżjoni preċedenti tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, tal-istess data, li tistabbilixxi l-iskema ta’ riżoluzzjoni ta’ Banco Popular Español, ftehim li ġie implementat fi Spanja mill-FROB, li jispeċifika ħlas ta’ żero euro għad-drittijiet tar-rikorrenti f’Banco Popular.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/49


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2017 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-609/17)

(2017/C 382/61)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: F. Alabrune, D. Colas, B. Fodda u E. de Moustier, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla parzjalment id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1144, tas-26 ta’ Ġunju 2017, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR), sa fejn hija teskludi ċerti ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni mħallsa mir-Repubblika Franċiża għas-snin finanzjarji 2011 sa 2014;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn il-Kummissjoni bbażat il-parti l-kbira tad-deċiżjoni tagħha fuq preżunti nuqqasijiet serji tar-Repubblika Franċiża milli twettaq l-obbligi tagħha fil-qasam ta’ kontrolli tal-kontenut ta’ ilma tat-tiġieġ iffriżat intiż għall-esportazzjoni bi ħlas lura.

Issa, ma jkunx eżatt li jiġi affermat li l-awtoritajiet Franċiżi naqsu serjament milli jwettqu dawn l-obbligi, fid-dawl tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u tal-miżuri msaħħa stabbiliti mill-2010. Fil-fatt, l-analiżijiet tal-kontenut ta’ ilma jaqgħu taħt il-kontrolli tal-kwalità tajba, ġenwina u li tista’ tiġi kkummerċjalizzata tat-tiġieġ iffriżat intiż għall-esportazzjoni bi ħlas lura, imwettqa abbażi tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Nru 1276/2008. Skont ir-rikorrenti, dawn id-dispożizzjonijiet ma jeħtiġux li kull kontroll fiżiku tat-tiġieġ iffriżat intiż għall-epsortazzjoni bi ħlas lura jinkludi analiżi fil-laboratorju tal-kontenut ta’ ilma.

Għaldaqstant, hija tqis li kellhom ikunu l-awtoritajiet Franċiżi li jiddeterminaw il-miżuri ta’ kontroll li għandhom jittieħdu, bla ħsara li dawn ikunu pproporzjonati fid-dawl tar-riskju finanzjarju għall-FAEG. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-awtoritajiet Franċiżi stabbilixxew skema ambizzjuża u adattata għal dan ir-riskju finanzjarju.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/50


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2017 – Ardigo u UO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-615/17)

(2017/C 382/62)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Nicola Ardigo (Lissone, l-Italja) u UO (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikkjara u tiddeċiedi,

id-deċiżjonijiet li jikkonfermaw it-trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni tar-rikorrenti fl-[iskema tal-pensjonijiet tal-Unjoni Ewropea (iktar 'il quddiem “SPUE”) huma annullati;

il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur mill-Awtorità tal-Ħatra tal-Artikolu 7(1) tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni (iktar 'il quddiem id-“DĠI”) tat-3 ta’ Marzu 2011 fil-kalkolu minn din tal-aħħar tat-tnaqqis tal-ammont li jirrappreżenta ż-żieda f’dan il-kapital bejn id-data tat-talba għal trasferiment u dik tat-trasferiment effettiv.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-formalità essenzjali, jiġifieri l-ksur mill-Awtorità tal-Ħatra tal-obbligi ta’ motivazzjoni tagħha u li tiffissa, permezz ta’ DĠI, il-formula matematika skont liema hija kkalkolat il-koeffiċjenti neċessarji għall-konverżjoni tal-kapital ittrasfrit fi snin ta’ servizz.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/50


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2017 – Hola vs Il-Kummissjoni u SRB

(Kawża T-631/17)

(2017/C 382/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Hola, S.L. (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: R. Vallina Hoset u C. Iglesias Megías, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08, tas-7 ta’ Ġunju 2017, concerning the adoption of a resolution scheme in respect of banco Popular Español, S.A.;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummisjoni UE/2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A.;

tiddikjara bħala inapplikabbli, f’dan il-każ, l-Artikoli 15, 18, 20, 21, 22 u/jew 24 tar-Regolament 806/2014, skont l-Artikolu 277 TFUE; u

tikkundanna lill-SRB u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/51


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2017 – Erdősi Galcsikné vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-632/17)

(2017/C 382/64)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Éva Erdősi Galcsikné (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: D. Lazar, Rechtsanwalt)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares (2017) 2755900, tal-1 ta’ Ġunju 2017,

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 5146 finali, tas-17 ta’ Lulju 2017,

tordna lill-Kummissjoni tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għad-dokumenti kollha marbuta mal-proċedura EU Pilot Nru 8572/15 [CHAP (2015) 00353], indipendentement minn jekk dawn humiex diġà fil-pussess tagħha jew jekk dawn jiġux ikkomunikati lilha biss fil-ġejjieni, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv: l-iżvelar tad-dokumenti inkwistjoni ma jippreġudikax l-għan ta’ protezzjoni tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni

Skont ir-rikorrenti, il-proċedura EU Pilot Nru 8572/15 għandha bħala suġġett l-ksur fuq skala kbira mwettaq mill-qrati Ungeriżi tad-dritt għal proċess imparzjali u għal smigħ xieraq minħabba l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni rigward il-konverżjoni fil-munita Ungeriża tal-krediti ddenominati f’munita barranija. Dawn il-liġijiet jiksru s-separazzjoni tas-setgħat billi jinterferixxu fir-relazzjonijiet legali privati taċ-ċittadini. B’mod partikolari, dawn il-liġijiet iġiegħlu lil min jissellef ibati t-telf marbut mar-riskju ta’ kambju u jipprojbixxu l-kontestazzjoni quddiem qorti tal-validità ta’ kuntratti ta’ self.

In-negozjati bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern Ungeriż intiżi sabiex l-ordinament ġuridiku Ungeriż jinġab f’konformità mad-dritt tal-Unjoni ma humiex adatti sabiex jintlaħaq dan l-għan fid-dawl tal-indipendenza tal-ġustizzja fi Stat tad-dritt.

L-iżvelar tad-dokumenti inkwistjoni ma jippreġudikax l-għan ta’ protezzjoni tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni iżda jippromwovih, għaliex huwa biss dibattitu pubbliku li jista’ jibdel il-ġurisprudenza tal-qrati Ungeriżi.

2.

It-tieni motiv: jeżisti interess pubbliku superjuri li jiġu żvelati d-dokumenti inkwistjoni

Huwa ta’ interess pubbliku li jiġu żvelati d-dokumenti sa fejn dan l-iżvelar jippermetti:

li tinbidel il-kultura ġuridika tal-qrati Ungeriżi,

dibattitu pubbliku fl-Ewropa rigward il-fehim li l-Gvern Ungeriż għandu dwar l-interpretazzjoni tad-drittijiet fundamentali, u

li jinfetaħ dibattitu pubbliku rigward il-fehim li l-Kummissjoni għandha dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/52


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2017 – Sárossy vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-633/17)

(2017/C 382/65)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Róbert Sárossy (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: D. Lazar, Rechtsanwalt)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares (2017) 2929030, tat-12 ta’ Ġunju 2017,

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 5147 finali, tas-17 ta’ Lulju 2017,

tordna lill-Kummissjoni tagħti lir-rikorrent l-aċċess għad-dokumenti kollha marbuta mal-proċedura EU Pilot Nru 8572/15 [CHAP (2015) 00353], indipendentement minn jekk dawn humiex diġà fil-pussess tagħha jew jekk dawn jiġux ikkomunikati lilha biss fil-ġejjieni, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.

Skont it-rikorrent, jeżisti interess pubbliku superjuri li jiġu żvelati d-dokumenti inkwistjoni sa fejn dan l-iżvelar jippermetti:

li jiġu protetti l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi,

li jiġi protett is-suq intern,

li tiġi kkontrollata l-attività ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni,

li tissaħħaħ id-demokrazija fl-Ungerija, u

li jintwerew b’mod ċar liċ-ċittadini l-vantaġġi li l-Ungerija għandha minħabba l-appartenenza tagħha fl-Unjoni Ewropea.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/53


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2017 – Pint vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-634/17)

(2017/C 382/66)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Anikó Pint (Göd, l-Ungerija) (rappreżentant: D. Lazar, Rechtsanwalt)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares (2017) 2755260, tal-1 ta’ Ġunju 2017,

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 5145 finali, tas-17 ta’ Lulju 2017,

tordna lill-Kummissjoni tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għad-dokumenti kollha marbuta mal-proċedura EU Pilot Nru 8572/15 [CHAP (2015) 00353], indipendentement minn jekk dawn humiex diġà fil-pussess tagħha jew jekk dawn jiġux ikkomunikati lilha biss fil-ġejjieni, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv: l-iżvelar tad-dokumenti inkwistjoni ma jippreġudikax l-għan ta’ protezzjoni tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni

Skont ir-rikorrenti, il-proċedura EU Pilot Nru 8572/15 għandha bħala suġġett l-ksur fuq skala kbira mwettaq mill-qrati Ungeriżi tad-dritt għal proċess imparzjali u għal smigħ xieraq minħabba l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni rigward il-konverżjoni fil-munita Ungeriża tal-krediti ddenominati f’munita barranija. Dawn il-liġijiet jiksru s-separazzjoni tas-setgħat billi jinterferixxu fir-relazzjonijiet legali privati taċ-ċittadini. B’mod partikolari, dawn il-liġijiet iġiegħlu lil min jissellef ibati t-telf marbut mar-riskju ta’ kambju u jipprojbixxu l-kontestazzjoni quddiem qorti tal-validità ta’ kuntratti ta’ self.

In-negozjati bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern Ungeriż intiżi sabiex l-ordinament ġuridiku Ungeriż jinġab f’konformità mad-dritt tal-Unjoni ma humiex adatti sabiex jintlaħaq dan l-għan fid-dawl tal-indipendenza tal-ġustizzja fi Stat tad-dritt.

L-iżvelar tad-dokumenti inkwistjoni ma jippreġudikax l-għan ta’ protezzjoni tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni iżda jippromwovih, għaliex huwa biss dibattitu pubbliku li jista’ jibdel il-ġurisprudenza tal-qrati Ungeriżi.

2.

It-tieni motiv: jeżisti interess pubbliku superjuri li jiġu żvelati d-dokumenti inkwistjoni

Huwa ta’ interess pubbliku li jiġu żvelati d-dokumenti sa fejn dan l-iżvelar jippermetti:

li tinbidel il-kultura ġuridika tal-qrati Ungeriżi,

dibattitu pubbliku fl-Ewropa rigward il-fehim li l-Gvern Ungeriż għandu dwar l-interpretazzjoni tad-drittijiet fundamentali,

li jinfetaħ dibattitu pubbliku rigward il-fehim li l-Kummissjoni għandha dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali,

li jiġi protett is-suq intern,

li jintwerew b’mod ċar liċ-ċittadini l-vantaġġi li l-Ungerija għandha minħabba l-appartenenza tagħha fl-Unjoni Ewropea.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/54


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2017 – PlasticsEurope vs ECHA

(Kawża T-636/17)

(2017/C 382/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PlasticsEurope (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: R. Cana, E. Mullier u F. Mattioli, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat,

tannulla d-deċiżjoni, ippubblikata fis-7 ta’ Lulju 2017, li taġġorna l-entrata eżistenti tal-Bisphenol A fil-lista ta’ kandidati bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna abbażi tal-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (ĠU 2006, L 396, p. 1, iktar ’il quddiem ir-“Regolament REACH”),

tikkundanna lill-ECHA għall-ispejjeż, u

tordna kull miżura oħra li tqis meħtieġa.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ ċertezza legali billi applikat kriterji inkonsistenti u mhux prevedibbli biex tevalwa l-allegati proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrina (iktar ’il quddiem “JSE”) li l-BPA għandu fuq is-saħħa tal-bniedem.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u kisret id-dmir ta’ diliġenza.

Il-konvenuta naqset milli tistabbilixxi li l-BPA huwa sustanza li tixkel s-sistema endokrina li fir-rigward tagħha hemm provi xjentifiċi ta’ probabbiltà ta’ effetti serji fuq is-saħħa ta-bniedem jew fuq l-ambjent li jagħtu lok għal livell ta’ tħassib ekwivalenti għal dak relatat ma’ sustanzi oħra elenkati fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 57 tar-Regolament REACH, peress li (i) il-konvenuta ppruvat tistabbilixxi biss li l-PBA għandu “proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrina” allegati, (ii) l-identifikazzjoni tal-BPA ma tissodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57(f) tar-Regolament REACH u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, u (iii) il-konvenuta wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta naqset milli tiħu inkunsiderazzjoni d-derivazzjoni ta’ livell mhux perikoluż bħala fattur rilevanti għall-evalwazzjoni tal-BPA fid-dawl tal-kriterji previsti fl-Artikolu 57(f) tar-Regolament REACH; u

il-konvenuta naqset milli tiħu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni rilevanti kollha, u b’mod partikolari l-istudju CLARITY-BPA.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi billi naqset milli tiħu inkunsiderazzjoni studji mistennija li ġew irrikonoxuti bħala rilevanti għall-evalwazzjoni tal-allegati proprjetajiet JSE tal-BPA, u b’mod partikolari l-istudju CLARITY-BPA, u billi ma qisitx li d-derivazzjoni ta’ livell mhux perikoluż hija fattur rilevanti għall-istabbiliment tal-livell ta’ tħassib ekwivalenti.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikoli 59 u 57(f) tar-Regolament REACH billi tidentifika l-BPA bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna abbżi ta’ kriterji msemmija fl-Artikolu 57(f), peress li l-Artikolu 57(f) ikopri biss sustanzi li għadhom ma ġewx identifikati taħt l-Artikolu 57(a) sa (e).

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 2(8)(b) tar-Regolament REACH peress li l-intermedji huma eżentati mit-Titolu VII kollu kemm hu, u għalhekk ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 57 u 59 u taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li l-inklużjoni tal-BPA fil-lista ta’ kandidati meta dan ma huwiex intermedju tmur lil hinn mil-limiti ta’ dak li huwa xieraq u neċessarju għall-ilħuq tal-għanijiet imfittxija u ma hijiex l-inqas miżura restrittiva li setgħet tingħażel mill-Aġenzija.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/55


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2017 – Policlínico Centro Médico de Seguros u Medicina Asturiana vs Il-Kummissjoni u SRB

(Kawża T-637/17)

(2017/C 382/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Policlínico Centro Médico de Seguros, SA (Oviedo, Spanja) u Medicina Asturiana, SA (Oviedo) (rappreżentanti: R. Vallina Hoset u A. Lois Perreau de Pinninck, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08, tas-7 ta’ Ġunju 2017, concerning the adoption of a resolution scheme in respect of banco Popular Español, S.A.;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummisjoni UE/2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A.;

tiddikjara bħala inapplikabbli, f’dan il-każ, l-Artikoli 15, 18, 20, 21, 22 u/jew 24 tar-Regolament 806/2014, skont l-Artikolu 277 TFUE; u

tikkundanna lill-SRB u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/56


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2017 – Helibética vs Il-Kummissjoni u SRB

(Kawża T-638/17)

(2017/C 382/69)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Helibética, SL (Alicante, Spanja) (rappreżentanti: R. Vallina Hoset u A. Lois Perreau de Pinninck, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08, tas-7 ta’ Ġunju 2017, concerning the adoption of a resolution scheme in respect of banco Popular Español, S.A.;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummisjoni UE/2017/1246, tas-7 ta’ Ġunju 2017, li tapprova l-iskema ta’ riżoluzzjoni għall-Banco Popular Español S.A.;

tiddikjara bħala inapplikabbli, f’dan il-każ, l-Artikoli 15, 18, 20, 21, 22 u/jew 24 tar-Regolament 806/2014, skont l-Artikolu 277 TFUE; u

tikkundanna lill-SRB u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/57


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2017 – Ferri vs BĊE

(Kawża T-641/17)

(2017/C 382/70)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Claudio Ferri (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: A. Campagnola, avukat)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tikkonstata l-assenza ta’ eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ superviżjoni attivata bin-nota tal-24 ta’ Marzu 2017 u, bħala riżultat tal-korrispondenza skambjata li fir-rigward tagħha s-servizz kompetenti tal-BĊE ddeċieda li ma jagħtix provvedimenti fuqha peress li qies li l-kwistjoni tirrigwarda l-funzjonijiet ta’ awtoregolamentazzjoni kif ukoll ta’ superviżjoni dwar l-adozzjoni tal-kriterji ta’ kontroll fuq l-operat tal-banek Taljani.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni li l-Bank Ċentrali Ewropew ma eżerċitax il-funzjonijiet ta’ superviżjoni li għandu b’riferiment għal dan li ġej:

L-assenza ta’ ta’ ħruġ fil-ħin tad-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 72 tal-2015 u l-applikazzjoni konsegwenti tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 385 tal-1993, li tqies li huwa jkompli japplika għal attività oħra li tirriżulta mill-imsmemija assenza ta’ ħruġ mill-Bank d’Italia tad-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni.

L-assenza ta’ sejħa lill-Banca d’Italia sabiex twettaq fis-sistema tal-Istat l-adattament tal-leġiżlazzjoni regolatorja tat-tilwim dwar l-applikazzjoni tas-sanzjonijiet.

L-assenza ta’ superviżjoni tal-kompatibbiltà tal-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-effiċjenza tas-sistema bankarja, issa ifformulati b’mod ċar fir-rigward tal-entitajiet bankarji ta’ kumplessità u struttura kbira, fin-nuqqas ta’ indikazzjonijiet ta’ adattament u adegwatezza effettiva.

Inkorrettezza tal-kriterji ta’ evalwazzjoni dwar l-adegwatezza tal-attività tal-Banco di Credito Cooperattivo fi Frascati, peress li dawn l-istess kriterji ġew b’mod ċar maħsuba u fformulati sabiex jevalwaw l-adegwatezza ta’ sistema bankarja kumplessa u ta’ strutturata ħafna.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/57


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2017 – Eddy’s Snack Company vs EUIPO – Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli (Eddy’s Snackcompany)

(Kawża T-652/17)

(2017/C 382/71)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Eddy’s Snack Company GmbH (Lügde, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Decker, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG (Kilchberg, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “Eddy’s Snackcompany” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 363 931

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Lulju 2017 fil-Każ R 1999/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad b’mod definittiv l-oppożizzjoni magħmula mill-parti l-oħra kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 363 931, “Eddy’s Snackcompany”, tal-kumpannija Eddy’s Snack Company GmbH;

tordna lill-EUIPO jippermetti l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 363 931 “Eddy’s Snackcompany” sabiex tiġi awtorizzata r-reġistrazzjoni tal-prodotti kollha indikati;

mill-inqas tordna lill-EUIPO jippermetti l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 363 931, “Eddy’s Snackcompany”, għall-prodotti kollha indikati li jaqgħu taħt il-klassijiet 29, 31 u 32;

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell jew lill-EUIPO, b’mod konġunt jew b’mod separat, sabiex jirrimborsaw lir-rikorrenti l-ispejjeż, it-taxxi u l-onorarji sostnuti minn din tal-aħħar kemm fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u tal-appell quddiem l-EUIPO kif ukoll fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 74(1) tar-Regolament Nru 207/2009.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/58


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2017 – Maico Holding vs EUIPO – Eico (Eico)

(Kawża T-668/17)

(2017/C 382/72)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Maico Holding GmbH (Villingen-Schwenningen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Krüger u D. Deckers, Rechtsanwälte)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eico A/S (Brønderslev, id-Danimarka)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 706 726

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Lulju 2017 fil-Każ R 2089/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Lulju 2017 fil-Każ R 2089/2016-4 Eico vs Maico kif ukoll id-deċiżjoni dwar l-oppożizzjoni Nru B 002528654 tas-26 ta’ Ottubru 2016 u tirriformhom b’mod li jintlaqaw b’mod sħiħ ir-rikors u l-oppożizzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk esposti fir-rikors.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 42 tar-Regolament Nru 207/2009 moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tal-istess regolament.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/59


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2017 – Port autonome du Centre et de l’Ouest et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-673/17)

(2017/C 382/73)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Port autonome du Centre et de l’Ouest SCRL (La Louvière, il-Belġju), Port autonome de Namur (Namur, il-Belġju), Port autonome de Charleroi (Charleroi, il-Belġju), Port autonome de Liège (Liège, il-Belġju) u Région wallonne (Jambes, il-Belġju) (rappreżentant: J. Vanden Eynde, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli fir-rigward ta’ kull wieħed mir-rikorrenti u, konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni bir-referenza: SA. 38393 (2016CP, ex 2015/E) – Tassazzjoni tal-portijiet fil-Belġju [C(2017) 5174 finali];

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tqis bħala għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern il-fatt li l-attivitajiet ekonomiċi tal-portijiet Belġjani, u b’mod partikolari l-portijiet tal-Wallonie, ma humiex suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw, essenzjalment, motiv uniku. Fl-opinjoni ta’ dawn tal-aħħar, il-Kummissjoni eskludiet mill-ewwel l-Artikolu 93 TFUE li jistabbilixxi regoli speċifiċi għas-settur tat-trasport u, għaldaqstant, għall-portijiet, u b’hekk naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni r-rieda tal-leġiżlatur Ewropew.

L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni ma hijiex iġġustifikata, la fil-fatt u lanqas fid-dritt, u tmur kontra l-kliem tal-Artikolu 1 tal-Kodiċi Belġjan dwar id-dħul (CIR) u l-prerogattivi tal-awtoritajiet pubbliċi li jiddefinixxu l-attivitajiet mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali.

Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni lanqas ma hija koerenti mal-Proposta għal Direttiva tas-16 ta’ Marzu 2011 (COM/2011/0121 finali) dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (BKKTK) li tipprevedi, anki għall-kumpanniji kummerċjali, eżenzjoni mit-taxxa fuq is-sussidji direttament relatati mal-akkwist, mal-kostruzzjoni jew mat-titjib ta’ assi fissi.

Barra minn hekk, billi tintima lill-Belġju sabiex temenda l-leġiżlazzjoni fiskali tagħha, il-Kummissjoni qegħda tipprova taqbeż il-kompetenzi fiskali tal-Istati Membri, bl-impożizzjoni ta’ armonizzazzjoni fiskali li ma taqax taħt il-kompetenza tagħha fis-sens tal-Artikolu 113 TFUE. Hija tonqos milli tieħu inkunsiderazzjoni għalhekk prerogattivi tal-Istati Membri fil-qasam ta’ definizzjoni tal-attivitajiet ta’ servizzi pubbliċi u tal-kamp ta’ applikazzjoni tat-tassazzjoni diretta, tal-obbligu li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-servizzi ta’ interess ġenerali (“SIĠ) neċessarji għall-koeżjoni soċjali u ekonomika kif ukoll tal-organizzazzjoni diskrezzjonali tas-SIĠ. Il-leġiżlatur Ewropew fil-fatt iddelega lill-Istati Membri l-kompetenza sabiex jeżentaw mit-taxxi l-attivitajiet li dawn tal-aħħar jiddefinixxu b’mod sovran li huma ta’ servizz pubbliku.

Skont ir-rikorrenti, l-attivitajiet essenzjali tal-portijiet interni tal-Wallonie huma SIĠ, li ma humiex irregolati, konformement mal-leġiżlazzjoni Ewropea, bir-regoli tal-kompetizzjoni.

Fl-aħħar nett, il-kriterji Ewropej għad-definizzjoni ta’ għajnuna mill-Istat ma humiex issodisfatti f’dan il-każ, b’mod partikolari l-kriterju ta’ selettività.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/60


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2017 – Le Port de Bruxelles u Région de Bruxelles-Capitale vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-674/17)

(2017/C 382/74)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Le Port de Bruxelles (Brussell, il-Belġju), Région de Bruxelles-Capitale (Brussell) (rappreżentant: J. Vanden Eynde, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli fir-rigward ta’ kull wieħed mir-rikorrenti u, konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni bir-referenza: SA.38393 (2016CP, ex 2015/E) – Tassazzjoni tal-portijiet fil-Belġju [C(2017)5174 finali];

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tqis bħala għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern il-fatt li l-attivitajiet ekonomiċi tal-portijiet Belġjani, u b’mod partikolari tal-portijiet tal-Wallonie, ma humiex suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw, essenzjalment, motiv uniku li huwa sostanzjalment identiku jew simili għal dak invokat fil-kuntest tal-Kawża T-673/17, Port autonome du Centre et de l’Ouest et vs Il-Kummissjoni.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/61


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Omnicom International Holdings vs EUIPO – eBay (dA/tA/bA/y)

(Kawża T-393/16) (1)

(2017/C 382/75)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 364, 3.10.2016.


13.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/61


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Omnicom International Holdings vs EUIPO – eBay (DATABAY)

(Kawża T-394/16) (1)

(2017/C 382/76)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 364, 3.10.2016.