ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2017/C 368/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8607 — Warburg Pincus/Tata Motors/Tata Technologies) ( 1 ) |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2017/C 368/02 |
||
2017/C 368/03 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2017/C 368/04 |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2017/C 368/05 |
||
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2017/C 368/06 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8670 — CDPQ/GE/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
2017/C 368/07 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8562 — Cargill/Faccenda Investments/JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2017/C 368/08 |
||
2017/C 368/09 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
28.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8607 — Warburg Pincus/Tata Motors/Tata Technologies)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 368/01)
Fit-12 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8607. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
28.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-27 ta’ Ottubru 2017
(2017/C 368/02)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1605 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
132,52 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4407 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,88633 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,7390 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1632 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,5348 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,673 |
HUF |
Forint Ungeriż |
311,23 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2462 |
RON |
Leu Rumen |
4,6010 |
TRY |
Lira Turka |
4,4361 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5196 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4961 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,0561 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6975 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5899 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 309,39 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,4855 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,7225 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5123 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 818,76 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,9228 |
PHP |
Peso Filippin |
60,174 |
RUB |
Rouble Russu |
67,8368 |
THB |
Baht Tajlandiż |
38,645 |
BRL |
Real Brażiljan |
3,8292 |
MXN |
Peso Messikan |
22,3514 |
INR |
Rupi Indjan |
75,5020 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
28.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368/3 |
Pubblikazzjoni tal-kontravalur f’valuta nazzjonali tat-thresholds finanzjarji espressi f’euro fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009
(2017/C 368/03)
F’konformità mal-obbligu skont l-Anness I(B) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 (1), it-thresholds finanzjarji applikabbli għal ċerti kategoriji ta’ prodotti kulturali għandhom jiġu kkonvertiti u espressi fil-valuta nazzjonali ta’ dawk l-Istati Membri li ma jużawx l-euro u ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-kontrovaluri elenkati hawn taħt ġew ikkalkulati abbażi tal-valur medju ta’ kuljum ta’ kull waħda mill-valuti kkonċernati, espressa f’euro, matul il-perjodu ta’ 24 xahar li jintemm fl-aħħar jum ta’ Awwissu 2017. Dawn il-valuri riveduti jidħlu fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2017.
EUR |
1 |
15 000 |
30 000 |
50 000 |
150 000 |
BGN Lev Bulgaru |
1,9558 |
29 337 |
58 674 |
97 790 |
293 370 |
CZK Koruna Ċeka |
26,8972 |
403 458 |
806 916 |
1 344 859 |
4 034 578 |
DKK Krone Daniż |
7,4451 |
111 676 |
223 352 |
372 253 |
1 116 758 |
GBP Lira sterlina |
0,8204 |
12 305 |
24 611 |
41 018 |
123 055 |
HRK Kuna Kroata |
7,5154 |
112 731 |
225 462 |
375 771 |
1 127 313 |
HUF Forint Ungeriż |
310,6583 |
4 659 875 |
9 319 749 |
15 532 915 |
46 598 747 |
PLN Zloty Pollakk |
4,3117 |
64 675 |
129 350 |
215 584 |
646 753 |
RON Leu Rumen |
4,5020 |
67 530 |
135 061 |
225 102 |
675 305 |
SEK Krona Żvediża |
9,4846 |
142 269 |
284 538 |
474 230 |
1 422 690 |
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
28.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368/4 |
Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikolu 5(2)
Twaqqif ta’ Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT)
(Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19))
(2017/C 368/04)
I.1) Isem, indirizz u punt ta’ kuntatt
Isem reġistrat: MURABA Korlátolt Felelősségű Európai Területi Társulás
Uffiċċju reġistrat:
Punt ta’ kuntatt: Veronika Huszár
Tel. +36 694553074
Indirizz elettroniku: palyazat3@szentgotthard.hu
Indirizz elettroniku tar-Raggruppament:
I.2) Tul ta’ żmien tar-Raggruppament
Tul ta’ żmien tar-Raggruppament: perjodu mhux definit
Data tar-reġistrazzjoni: il-15 ta’ Awwissu 2017
Data tal-pubblikazzjoni:
II. Objettivi
1.1 |
Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni ekonomika u soċjali transkonfinali u t-tisħiħ tal-koeżjoni territorjali fir-reġjuni b’popolazzjoni mħallta magħmula minn komunitajiet nazzjonali Ungeriżi u Sloveni; |
1.2 |
It-titjib tal-benesseri u l-kwalità tal-ħajja fir-reġjuni tar-REKT; |
1.3 |
L-iffaċilitar tal-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali Ungeriżi u Sloveni fir-reġjuni tar-REKT; iż-żamma tal-identità nazzjonali tal-membri tagħhom kif ukoll tar-relazzjonijiet tagħhom ma’ pajjiżhom, b’mod partikolari fir-rigward tas-salvagwardja u l-preservazzjoni tal-lingwa u l-kultura; it-teħid ta’ pożizzjoni u t-tfassil ta’ opinjoni f’dan il-qasam; it-tħejjija u t-tressiq ta’ rakkomandazzjonijiet lill-korpi kompetenti; |
1.4 |
Il-mobilizzazzjoni u l-użu tar-riżorsi lokali u oħrajn aċċessibbli, kemm umani jew materjali, sabiex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet imsemmija fit-Taqsimiet 1.1 sa 1.3 ta’ hawn fuq. |
III. DETTALJI ADDIZZJONALI DWAR ISEM IR-RAGGRUPPAMENT
L-isem bl-Ingliż : MURABA European Grouping of Territorial Cooperation Limited
L-isem bil-Franċiż : Groupement européen de coopération territoriale à responsabilité limitée MURABA
IV. Membri
IV.1) Numru totali ta’ membri fir-Raggruppament: 4
IV.2) Nazzjonalitajiet tal-membri tar-Raggruppament: Sloveni u Ungeriżi
IV.3) Informazzjoni dwar il-membri*
Isem uffiċjali: Szentgotthárd Város Önkormányzata
Indirizz postali:
Indirizz elettroniku:
Tip ta’ membri: Awtorità lokali
Isem uffiċjali: Országos Szlovén Önkormányzat
Indirizz postali:
Indirizz elettroniku:
Tip ta’ membru: Gvern awtonomu ta’ minoranza nazzjonali
Isem uffiċjali: Muniċipalità ta’ Lendava (občina Lendava)
Indirizz postali:
Indirizz elettroniku:
Tip ta’ membru: awtorità lokali
Isem uffiċjali: Komunità nazzjonali awtonoma Ungeriża ta’ Pomurje (Pomurska madžarska samoupravna narodna skupnost)
Indirizz postali:
Indirizz elettroniku:
Tip ta’ membru: Gvern awtonomu ta’ minoranza nazzjonali
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
28.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368/6 |
Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati fil-qafas tal-programm ta’ ħidma 2018-2020 tal-inizjattiva Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020), kif ukoll fil-qafas tal-programm ta’ ħidma tal-2018 tal-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplimenta l-programm Orizzont 2020
(2017/C 368/05)
B’dan qed jingħata avviż tat-tnedija ta’ sejħa għal proposti u attivitajiet relatati fil-qafas tal-programm ta’ ħidma 2018-2020 tal-inizjattiva Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020), kif ukoll fil-qafas tal-programm ta' ħidma tal-2018 tal-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplimenta l-programm Orizzont 2020.
Permezz tad-Deċiżjonijiet C(2017) 7123 u C(2017) 7124 tas-27 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni adottat żewġ programmi ta’ ħidma li jinkludu sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati.
Dawn huma soġġetti għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet previsti fl-abbozz tal-baġit għas-snin korrispondenti mill-awtorità tal-baġit, jew inkella, jekk il-baġit għal sena speċifika ma jiġix adottat, huma soġġetti għal dak previst fis-sistema tad-dodiċeżmi proviżorji.
Dawn il-programmi ta’ ħidma, inkluż id-dati tal-għeluq u l-baġits għall-attivitajiet, huma disponibbli fuq is-sit web tal-Portal tal-Parteċipanti (http://ec.europa.eu/research/participants/portal), flimkien ma’ informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħiet u tal-attivitajiet relatati, u l-gwida għall-applikanti dwar kif għandhom iressqu l-proposti. Din l-informazzjoni kollha se tiġi aġġornata kif meħtieġ fuq l-istess Portal tal-Parteċipanti.
F’dan l-istadju, jistgħu jintbagħtu biss proposti fir-rigward tas-suġġetti mmarkati “2018” fis-sejħiet għal proposti murija fil-Portal tal-Parteċipanti. L-informazzjoni dwar meta jkunu jistgħu jitressqu l-proposti fir-rigward ta’ suġġetti mmarkati “2019” u “2020” se tingħata fi stadju aktar tard fil-Portal tal-Parteċipanti.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
28.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368/7 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8670 — CDPQ/GE/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 368/06)
1. |
Fl-20 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
CDPQ u GE jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ EVAL. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta (joint venture, JV). |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal CDPQ: investitur istituzzjonali fil-ġestjoni ta’ fondi li huma primarjament għal pensjonijiet pubbliċi u parapubbliċi u pjanijiet tal-assikurazzjoni. — għal GE: attivitajiet wiesa’ u diversifikati, inkluża GECAS li hija attiva fil-kiri tal-ajruplani kummerċjali mad-dinja kollha u fl-industrija finanzjarja. — għal EVAL: l-akkwist u l-kiri ta’ ajruplani. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8670 — CDPQ/GE/JV Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
28.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368/9 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8562 — Cargill/Faccenda Investments/JV)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 368/07)
1. |
Fid-19 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Cargill u Faccenda jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV). Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — for Cargill: il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni internazzjonali tal-ikel, inkluża l-kummerċjalizzazzjoni taċ-ċereali u l-komoditajiet, l-ipproċessar u r-raffinar taż-żerriegħa u tal-kolza, it-tħin tad-dqiq u l-ipproċessar tal-laħam (inkluż it-tiġieġ), — għal Faccenda: it-trobbija, it-tismin, l-ipproċessar u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tiġieġ, tad-dundjani u tal-papri. Il-JV se tgħaqqad in-negozji tal-laħam tat-tjur frisk u nej b’valur miżjud ta’ Cargill u Faccenda bbażati fir-Renju Unit li jinkludu tiġieġ, dundjani u papri u inkluż l-għalf integrat tagħhom, it-tgħammir, it-trobbija, it-tismin, il-qatla u l-attivitajiet ta’ pproċessar. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8562 — Cargill/Faccenda Investments/JV Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
28.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368/10 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2017/C 368/08)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (1).
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53(2), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“SALCHICHÓN DE VIC”/“LLONGANISSA DE VIC”
Nru tal-UE: PGI-ES-02158 — 4.7.2016
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
Consejo regulador de la IGP Llonganissa de Vic |
Ronda St. Pere, 19-21, 5-6 |
08010 Barcelona |
ESPAÑA |
info@llonganissadevic.cat |
www.llonganissadevic.cat |
Il-Kunsill Regolatorju tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Salchichón de Vic”/“Llonganissa de Vic” huwa magħmul mill-produtturi kollha taz-zalzett kopert mill-IĠP “Salchichón de Vic” jew “Llonganissa de Vic”, u għandu interess leġittimu fit-tressiq tal-applikazzjoni għall-emenda.
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Spanja
3. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwat mill-emenda
— |
☐ |
Isem il-prodott |
— |
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
— |
☐ |
Żona ġeografika |
— |
☐ |
Prova tal-oriġini |
— |
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
— |
☒ |
Rabta |
— |
☒ |
Tikkettar |
— |
☒ |
Oħrajn (Korp ta’ spezzjoni u rekwiżiti leġiżlattivi) |
4. Tip ta’ emenda
— |
☒ |
Emenda fl-ispeċifikazzjoni ta’ DOP jew IĠP registrata li, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, mhijiex meqjusa minuri. |
— |
☐ |
Emenda fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ DOP jew IĠP registrata li d-dokument uniku tagħha (jew l-ekwivalenti) ma ġiex ippubblikat u li, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, mhijiex meqjusa minuri. |
5. Emenda/i
Deskrizzjoni tal-prodott:
— |
Il-kliem tal-ewwel paragrafu tad-deskrizzjoni tal-prodott tal-Ispeċifikazzjoni qed jiġi rivedut u ssuplimentat biex isir aktar konsistenti mat-taqsimiet differenti tal-Ispeċifikazzjoni u tad-Dokument Uniku. Dik it-taqsima la kienet issemmi x-xaħam, minkejja li huwa komponent ewlieni tal-prodott, u lanqas iz-zokkor, għalkemm l-użu tiegħu dejjem kien drawwa. Barra minn hekk, it-taqsimiet jużaw it-termini “sieq u dahar” jew “perżut u perżut tal-ispalla” li għalkemm huma ekwivalenti, huwa meqjus konvenjenti li t-termini jiġu standardizzati biex id-dokument jiftiehem aħjar. Il-kliem issa jaqra kif ġej: “Is-“Salchichón de Vic”/“Llonganissa de Vic” huwa zalzett tradizzjonali mill-Katalunja maħdum minn laħam dgħif tal-majjal (perżut, perżut tal-ispalla u laħam dgħif tal-aqwa kwalità), u xaħam, zokkor, melħ u bżar biss. Dan jiġi kkapuljat, immaċerat, ippakkjat fil-kisja tiegħu u staġjonat.” |
— |
Żdiedu t-tipi ta’ kisi permessi fil-produzzjoni tas-Salchichón de Vic”. Żdied l-użu ta’ kisi meħjut u rekostitwit li wkoll huma kisjiet naturali bħalma kien iddefinit s’issa. Din l-emenda qiegħda ssir bħala adattament għall-bidliet li saru fis-suq tal-kisi naturali għall-mili taz-zalzett. Dawn il-karatteristiċi ġodda ma jaffettwawx il-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott finali. Il-kliem issa jaqra kif ġej: “Kisi naturali, tawwali, imkemmex, meħjut jew rikostitwit.” |
— |
Jinbidel it-titolu tas-sottotaqsima “Kompożizzjoni kimika” tal-Ispeċifikazzjoni għal “Parametri fiżiko-kimiċi”, li ġie meqjus adattat aktar għall-kuntest tagħha. |
— |
Il-parametri fiżiko-kimiċi jinbidlu parzjalment biex tittejjeb id-deskrizzjoni tal-prodott kopert mill-IĠP “Salchichón de Vic”/“Llonganissa de Vic”. F’dan is-sens, jiġi kkjarifikat li l-persentaġġ massimu taz-“zokkor” jirreferi għaz-“zokkor totali espress fi glukożju”. Barra minn hekk, jinbidel il-parametru “Umdità (%)” għal dak ta’ “Attività tal-ilma (Aw) f’20 °C”. Jiżdied ukoll il-kejl tal-pH. Dawn iż-żewġ parametri ġodda jagħtu informazzjoni aktar preċiża dwar il-karatteristiċi fiżiko-kimiċi u tas-sikurezza alimentari tal-prodott. Ġew stabbiliti dawn il-valuri li jqisu l-varjabbiltà attribwità għall-proċess tat-tnixxif: Aw (a 20 °C) < 0,92 y 5,3 ≤ pH ≤ 6,2. Il-kliem issa jaqra kif ġej:
|
— |
Ġie speċifikat ukoll li l-uniku zokkor permess bħala ingredjent huwa dak mono- u disakkaridi |
— |
Ġew speċifikati l-adittivi permessi fil-produzzjoni tal-prodott kopert mill-IĠP billi dan ma kienx preċiżat fil-verżjoni ta’ qabel tal-Ispeċifikazzjoni. L-uniċi adittivi permessi huma l-aċidu askorbiku u l-melħ tas-sodju, in-nitrat tal-potassju u tas-sodju, in-nitrit tal-potassju u tas-sodju. |
— |
Daqsijiet u preżentazzjonijiet: Bħala risposta għall-bidliet fis-suq u għad-domanda ġdida tal-konsumaturi, se tiżdied il-medda ta’ piżijiet u formati tal-prodott kopert mill-IĠP “Salchichón de Vic”/“Llonganissa de Vic”. Jiżdied iz-zalzett żgħir (b’piż inqas minn 300 g) u l-pakketti taz-zalzett imqatta’. Dan ifisser tnaqqis fid-dijametru u jitnaqqas iż-żmien tal-istaġjonar taz-zalzett iż-żgħir biex jiġu ppreservati l-karatteristiċi tal-prodott. Barra minn hekk, titneħħa l-informazzjoni dwar it-tul għax ġie meqjus li permezz tad-dijametru u tal-piż, id-daqsijiet tal-prodott protett jibqgħu ddefiniti biżżejjed. Il-medda l-ġdida tad-daqsijiet flimkien mal-perjodu tal-istaġjonar huma kif ġej:
|
— |
Tneħħiet ir-referenza għall-istandard tal-kwalità tal-1980 applikabbli għall-prodotti taz-zalzett tal-laħam nej-staġjonat, billi dan l-istandard ġie revokat. Billi l-prodotti koperti mill-IĠP iridu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni settorjali fis-seħħ f’dak il-mument, mhuwiex meqjus meħtieġ li tiġi indikata r-regola li ssostitwietu. |
Metodu ta’ produzzjoni:
Barra mill-emendi deskritti hawn taħt, ġie introdott xi tibdil ta’ natura purament formali fit-test.
— |
It-taqsima “Metodu tal-produzzjoni” inkitbet mill-ġdid bil-għan li tittejjeb u titħalla biss l-informazzjoni meħtieġa. F’dan ir-rigward, tneħħew il-kundizzjonijiet tal-maċerazzjoni. Ir-raġuni għal dan hija li l-istudju li sar dwar l-effetti tal-kundizzjonijiet tat-temp u tat-temperatura tal-maċerazzjoni tal-biċċiet tal-laħam frisk u l-ingredjenti tas-“Salchichón de Vic” wara l-għaġna u qabel jimtela z-zalzett, wassal għall-konklużjoni li f’din il-fażi tal-produzzjoni taz-zalzett, l-azzjonijiet ta’ dawn il-fatturi f’termini ta’ intensità, ħin ta’ azzjoni u l-interferenzi bejniethom kollha, ma jaffettwawx il-proċess tal-produzzjoni, il-kwalità organolettika u iġenika jew il-kummerċjalizzazzjoni sussegwenti (shelf-life) tal-prodott kopert mill-IĠP “Salchichón de Vic”/“Llonganissa de Vic”. |
— |
Iż-żmien tal-istaġjonar ġie adattat għall-medda l-ġdida ta’ piżijiet. |
— |
Barra minn hekk, ġiet enfasizzata u spjegata aħjar l-idea li l-proċessi tal-fermentazzjoni u tal-enżimi li joriġinaw mill-flora mikrobijoloġika speċifikata fil-Pjanura ta’ Vic huma responsabbli għall-aromi u t-togħmiet tas-“Salchichón de Vic”. |
Ġie propost li t-test tat-taqsima “Metodu tal-produzzjoni” tal-Ispeċifikazzjoni jkun kif ġej:
“Tekniki speċjalizzati jirfinaw il-biċċiet tal-laħam frisk, li mbagħad jiġu kkapuljati u jitħalltu mal-biċċiet tax-xaħam imqatta’ u l-kumplament tal-ingredjenti, li fosthom jista’ jkun hemm tinsiliet bil-flora batterjali tal-produttur stess. Ladarba titlesta t-taħlita perfetta tal-ingredjenti u l-laħam, din titqassam fi blokok konsistenti mingħajr toqob tal-arja. Dawn jgħaddu minn proċess ta’ maċerazzjoni skont it-tradizzjoni biex jingħataw bidu tajjeb għall-fermentazzjoni, li mbagħad jiġi rifless fl-aroma u fil-kulur partikolari tal-prodott.
It-taħlita tal-laħam immaturat titpoġġa f’kisjiet naturali u totalment nodfa li jkunu ġew ippreparati minn qabel. Il-proċess tal-mili tal-laħam fil-kisi jrid isir b’kawtela kbira, u tingħata attenzjoni partikolari biex ma jitħallew l-ebda spazji vojta (toqob tal-arja) għaliex dawn jistgħu jkunu l-kawża ta’ difetti fl-istabilità u ta’ fermentazzjoni ħażina.
Meta l-kisi jimtela bil-mili tal-laħam, iz-zalzett jitpoġġa fi kmamar apposta tat-tnixxif fejn jitħalla jistaġjona u jinxef, proċess li tal-inqas jieħu perjodu ta’ 30 jum għall-iżgħar zalzett ta’ inqas minn 300 g u 45 jum għal dak li jkun fih 300 g jew aktar. Il-kundizzjonijiet ambjentali tal-kmamar tat-tnixxif (it-temperatura, l-umdità relattiva u l-veloċità tal-arja) jistgħu jiġu kkontrollati skont il-kundizzjonijiet klimatoloġiċi prevalenti.
Meta z-zalzett jinqata’, dan irid ikun uniformi, lixx u magħqud sew, mingħajr kuluri mhux normali u b’differenza ċara bejn il-laħam dgħif u l-biċċiet tax-xaħam. Ir-riħa u t-togħma tiegħu huma riżultat tal-proċessi tal-metaboliżmu fermentattivi u enżimatiċi tal-flora batterjali u fungali speċifika tal-Pjanura de Vic.”
Rabta maż-żona ġeografika:
— |
Fis-sottotaqsima “Naturali” tal-Ispeċifikazzjoni ġew ikkoreġuti u ċċarati xi referenzi għat-tip ta’ flora mikrobika. B’mod partikolari, l-emendi introdotti f’dan ir-rigward huma:
|
— |
F’din is-sottotaqsima, tneħħa dan il-paragrafu għax tqies li mhux meħtieġ. “Saru tentattivi biex jiġu żviluppati uċuħ tar-raba’ starters biex titkabbar il-flora mikrobika f’żoni oħra ta’ produzzjoni iżda dawn ma rnexxewx, la fil-fażi tal-iżvilupp u tat-tkabbir u lanqas fil-produzzjoni ta’ zalzett identiku għal dak prodott fil-Pjanura ta’ Vic. Dan juri li l-produzzjoni tas-“Salchichón de Vic” — “Llonganissa de Vic” hija possibbli biss fiż-żona ġeografika ta’ din l-Indikazzjoni Ġeografika Protetta.” Bl-istess mod, id-differenzi f’din it-taqsima bejn id-Dokument Uniku u d-Dokument ta’ Sinteżi huma riżultat ta’ taqsir eċċessiv fl-Ispeċifikazzjoni tad-Dokument ta’ Sinteżi u allura sar sforz biex id-Dokument Uniku l-ġdid ikun aktar komprensiv. |
Tikkettar:
— |
Ġiet aġġornata l-informazzjoni fuq it-tikketta. B’mod speċifiku, żdied l-obbligu tas-simbolu tal-UE tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta u ddaħħal ukoll il-logo tal-prodott “Salchichón de Vic”/“Llonganissa de Vic”. |
Oħrajn:
— |
: ġiet aġġornata l-informazzjoni dwar il-korp ta’ spezzjoni. |
— |
: din it-taqsima tħassret għaliex mhix rekwiżit tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
DOKUMENT UNIKU
“SALCHICHÓN DE VIC”/“LLONGANISSA DE VIC”
Nru tal-UE: PGI-ES-2158 — 4.7.2016
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Isem
“Salchichón de Vic”/“Llonganissa de Vic”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Spanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
“Is-“Salchichón de Vic”/“Llonganissa de Vic” huwa zalzett tradizzjonali mill-Katalunja maħdum minn laħam dgħif tal-majjal, xaħam, zokkor, melħ u bżar biss. Dan jiġi kkapuljat, immaċerat, ippakkjat fil-kisja tiegħu u staġjonat.”
Huwa zalzett b’kisja naturali (ġilda tal-intestini tal-majjal), b’dehra karatteristika esterna mkemmxa u bil-kisi ta’ barra ssikkat mal-mili, b’forma ċilindrika pjuttost regolari, kulur bajdani fuq barra, riżultat tal-flora fungali, li maż-żmien tieħu sfumaturi vjola fil-kannella. Fuq ġewwa jidhru sew il-biċċiet tax-xaħam u l-bżar sħiħ.
Riħa u togħma karatteristika u pjaċevoli li tiġi mill-proċess tal-istaġjonar u mill-ħwawar.
Il-kisi li jintuża jiddetermina d-dijametru u d-daqs tas-“Salchichón de Vic”/“Llonganissa de Vic” IĠP. Dawn huma d-daqsijiet fil-waqt tad-dispaċċ u ż-żmien tal-istaġjonar:
Piż (g) |
Dijametru taz-zalzett staġjonat (imnixxef) (mm) |
Perjodu minimu ta’ staġjonar (jiem) |
|
200-300 |
≥ 35 |
≤ 75 |
30 jum |
≥ 300 |
> 40 |
≤ 90 |
45 jum |
Parametri fiżikokimiċi:
— |
Massimu ta’ xaħam: 48 % (*2) |
— |
Minimu ta’ proteina: 38 % (*3) |
— |
Proporzjon ta’ kollaġen/proteini x 100, massimu: 12 |
— |
Total ta’ zokkor li jinħall espress fi glukożju, massimu: 3 % (*4) |
— |
Proteina miżjuda: Assenti |
— |
Attività tal-ilma f’20 °C: Aw < 0,92 |
— |
5,3 ≤ pH ≤ 6,2 |
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Jintuża laħam dgħif tal-majjal magħżul (perżut, perżut tal-ispalla u laħam dgħif tal-aqwa kwalità), xaħam, zokkor, melħ, bżar u kisi naturali tal-intestini tal-majjal (tawwali, imkemmex, meħjut jew rikostitwit).
Ingredjenti oħra: Jistgħu jintużaw biss zokkor (mono- u disakkaridi), tinsiliet tal-produttur stess, nitrit tal-potassju u tas-sodju, nitrat tal-potassju u tas-sodju, aċidu askorbiku u l-melħ sodiku tiegħu.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-produzzjoni tal-prodott (it-tħejjija tal-laħam frisk, l-irfinar u l-ikkapuljar, it-taħlit, l-għaġna tat-tinsila, l-immaċerar, l-ippakkjar, l-istaġjonar u l-immaturar) iridu jsiru fiż-żona ġeografika deskritta fil-punt 4.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.
Is-“Salchichón de Vic”/“Llonganissa de Vic” jista’ jinbiegħ isslajsjat u ppakkjat, u dan jista’ jsir kemm fiż-żona ġeografika definita fil-punt 4 jew barra minnha.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għaliħ jirreferi l-isem irreġistrat
Fuq l-imballaġġ jidher, b’mod ċar u obbligatorju, l-isem tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Salchichón de Vic” (bil-Kastellan)/“Llonganissa de Vic” (bil-Katalan), il-logo tal-IĠP stess u s-simbolu tal-UE għall-IĠP, it-tikketta awtorizzata u nnumerata tal-Kunsill Regolatorju, flimkien ma’ informazzjoni oħra ġenerali kif stabbilit mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ.
Ir-riproduzzjoni tal-logo nnifsu:
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona definita minn din l-indikazzjoni tikkorrispondi għall-muniċipalitajiet tal-Pjanura de Vic (Plana de Vic), li tinsab fil-comarca ta’ Osona, fil-provinċja ta’ Barċellona, kif ġej:
Aiguafreda, Sant Martí de Centelles, El Brull, Seva, Tona, Muntanyola, Malla, Taradell, Sant Julià de Vilatorta, Santa Eugènia de Berga, Calldetenes, Folgueroles. Vic. Santa Eulàlia de Riuprimer, Gurb, Tavèrnolas, Roda de Ter, Manlleu, Santa Cecila de Voltregà, Sant Hipòlit de Voltregà, Les Masies de Voltregà, Oris, Torelló, Centelles, Balenyà, Les Masies de Roda, San Vicenç de Torelló u Sant Pere de Torelló.
5. Rabta maż-żona ġeografika
L-ispeċifiċità tas-Salchichón de Vic hija bbażata fuq ir-reputazzjoni u l-fama li dan il-prodott kiseb kemm fil-Katalunja kif ukoll fil-kumplament ta’ Spanja matul is-sekli, speċjalment mis-seklu 19 ’il quddiem, u fuq il-kundizzjonijiet ambjentali u klimatiċi taż-żona ġeografika li jippermettu l-produzzjoni tiegħu.
Iż-żona ġeografika tal-IĠP, il-Pjanura ta’ Vic, hija pjanura b’kundizzjonijiet agrikoli tajbin ħafna u b’għadd ta’ rziezet u rħula żgħar. Tinsab bejn 400 u 600 metru ’il fuq mil-livell tal-baħar, u hija mdawra mill-muntanji Guilleries, el Montseny, Collsacabra u el Lluçané li jtuha ċertu grad ta’ iżolament. Għandha klima Mediterranja kontinentali iżda minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha, f’ċirkostanzi antiċikloniċi huwa normali li l-massa tal-arja tistaġna f’din iż-żona. Għaldaqstant, tipproduċi inverżjoni termika, b’temperaturi tal-pjanura li jinżlu sa 20 °C inqas minn dawn taż-żoni tal-madwar. Barra minn hekk, fuq iż-żona jaqa’ ċ-ċpar ta’ spiss, b’medja ta’ 225 jum ta’ ċpar fis-sena. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-Pjanura ta’ Vic għandha kundizzjonijiet ambjentali speċifiċi ħafna li huma diffiċli li jiġu riprodotti. Dawn jiffavorixxu l-iżvilupp tal-flora mikrobika tipika, li hija responsabbli għall-proċessi fermentattivi u enżimatiċi li jagħtu l-aromi u t-togħmiet karatteristiċi tas-Salchichón de Vic.
Jeżistu referenzi miktuba li jmorru lura għas-sena 1456 dwar is-Salchichón de Vic, għalkemm wieħed jista’ anke jsib ħjiel tal-oriġini tiegħu li tmur lura sar-raba’ seklu. Fil-qedem, dan iz-zalzett kien jiġi prodott fid-djar tal-bdiewa fqar taż-żona bħala mezz kif jippreservaw l-iprem qatgħat tal-laħam. Minn nofs is-seklu 19 ’il quddiem, insibu ħafna kitbiet li jfaħħru l-kwalità tas-Salchichón de Vic u jikkonfermaw ir-reputazzjoni tajba tiegħu. Bħala eżempju, artiklu mill-ġurnal “El Porvenir” ippubblikat fid-29 ta’ Mejju 1867 isemmi: “[…] los ya famosos salchichones de Vic” (il-famużi salchichones de Vic). Huwa magħruf ukoll li wieħed mill-ammiraturi tas-Salchichón de Vic kien ir-rè Alfonso XIII innifsu. Huwa għalhekk li Vic u z-zalzett ilhom snin jissemmew flimkien daqslikieku kienu isem u kunjom ta’ familja kbira, u maż-żmien dan sar teżor żgħir.
Minkejja t-tradizzjoni tal-kelma “salchichón” li tirreferi għal zalzett oħxon u staġjonat, ta’ min jinnota li bil-Katalan dan jissejjaħ “llonganissa”, li huwa l-isem oriġinali u nattiv tiegħu, li nbidel għal “salchichón” meta għadda għall-Kastellan. Din hija r-raġuni għala l-ismijiet “Salchichón de Vic” u “Llonganissa de Vic” jintużaw b’mod interkambjabbli.
Fil-qosor, is-Salchichón de Vic huwa prodott b’reputazzjoni eċċellenti, frott l-esperjenza li għaddiet minn ġenerazzjoni għall-oħra ta’ produtturi u l-kundizzjonijiet ambjentali partikolari taż-żona ġeografika fejn isir.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
http://agricultura.gencat.cat/pliegosalchichonvic.
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(*2) Valur espress abbażi tal-estratt niexef.
(*3) Valur espress abbażi tal-estratt niexef.
(*4) Valur espress abbażi tal-estratt niexef.
28.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 368/16 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2017/C 368/09)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONI TAL-ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“SQUACQUERONE DI ROMAGNA”
Nru tal-UE: PDO-IT-02292 — 22.2.2017
DOP ( X ) IĠP ( )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
Associazione Squacquerone di Romagna DOP |
c/o CNA Forlì-Cesena |
Via Pelacano, 29 |
47122 Forlì |
ITALIA |
Email: caseificiocomellini@pec.it |
L-assoċjazzjoni Squacquerone di Romagna hija kkostitwita minn produtturi tal-iSquacquerone di Romagna u hija intitolata li tressaq applikazzjoni għal emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13 tad-Digriet tal-Ministeru għall-Politika agrikola, alimentari u forestali Nru 12511 tal-14 ta’ Ottubru 2013.
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
L-Italja
3. L-intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
— |
☐ |
Isem il-prodott |
— |
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
— |
☐ |
Żona ġeografika |
— |
☐ |
Prova tal-oriġini |
— |
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
— |
☐ |
Rabta |
— |
☐ |
Tikkettar |
— |
☒ |
Oħrajn: Aġġustament tar-referenzi legali Korrezzjoni ta’ xi żbalji tipografiċi. Aġġornament tal-isem kummerċjali tal-korp ta’ kontroll. |
4. Tip ta’ emenda/i
— |
☒ |
Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
— |
☐ |
Emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie pubblikat l-ebda dokument uniku (jew dokument ekwivalenti) u li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
5. Emenda/i
Deskrizzjoni tal-prodott
Għandha tiġi kkoreġuta fil-verżjoni Taljana s-sentenza li għandha x’taqsam mal-piż, mingħajr ma jibdlu l-valuri: fejn hemm miktub “dal hg a 2 Kg” inkiteb “da 1 hg a 2 Kg” (dawn l-emendi ma jirrigwardawx it-test Malti).
Karatteristiċi fiżiċi u kimiċi: għandhom jiżdiedu bi ftit punti perċentwali l-meded tal-kontenut tax-xaħam (tal-materjal niexef), il-kontenut tal-ilma u l-pH, kif stipulat hawn taħt.
Kontenut tax-xaħam (tal-materjal niexef): il-limitu massimu jinbidel minn: “compreso tra il 46 e il 55 %” għal “compreso tra il 46 e il 59 %”;
Il-ħtieġa għal xi aġġornamenti ġiet enfasizzata minħabba li l-ispeċifikazzjoni tal-produzzjoni ġiet applikata bir-reqqa kuljum minn mindu daħlu fis-seħħ ftit snin ilu. Il-parametru tal-kontenut tax-xaħam (tal-materjal niexef) huwa influwenzat mill-karatteristiċi tal-materja prima, li, għal raġunijiet totalment naturali, fix-xitwa għandha kontenut ogħla ta’ xaħam u dan jista’ jwassal sabiex jinqabeż il-limitu, speċjalment f’dawk l-imħaleb fejn jintuża ħalib li ġej minn razzett wieħed jew ftit irziezet. Fil-fatt, f’dawn il-każijiet ma tistax tiġi kkalkolata medja tal-valuri ta’ bosta produtturi tal-ħalib.
Kontenut tal-ilma: il-valur jinbidel minn “tra il 58 e il 65 %” għal “tra il 58 e il 69 %” u
pH: il-valur jinbidel minn “compreso tra 4,95 e 5,30” għal “compreso tra 4,75 e 5,35”.
Anki l-valuri tal-kontenut tal-ilma u l-pH tal-prodott lest jistgħu jvarjaw b’mod li ma jistax jiġi kompletament ikkontrollat waqt l-istaġuni. Id-distribuzzjoni annwali tal-valuri tal-pH u tal-kontenut tal-ilma rreġistrati matul il-kontrolli li saru f’dawn l-aħħar snin juru li l-medda ta’ valuri identifikata fiż-żmien meta tfasslet l-ispeċifikazzjoni tal-prodott kienet wisq limitata meta mqabbla mal-varjazzjonijiet rreġistrati.
Barra minn hekk, tħassar is-sottotitlu “caratteristiche microbiologiche” qabel il-valur tal-pH minħabba li ma kienx korrett.
Metodu ta’ produzzjoni
Tħassret is-sentenza
“Le razze bovine allevate nell’area di interesse il cui latte interviene nella produzione del formaggio Squacquerone di Romagna DOP sono la Frisona italiana, la Bruna Alpina e la Romagnola.”
Probabbilment, fiż-żmien meta saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-DOP, ġiet sottovalutata l-eteroġeneità tal-annimali fl-irziezet. Madankollu, huwa rikonoxxut li l-karatteristiċi organolettiċi tal-ġobon huma l-aktar influwenzati mid-dieta tal-bovini u mill-karatteristiċi fiżjoloġiċi u bijokimiċi tat-kulturi, u fid-dawl ta’ dan huwa xieraq li titħassar ir-referenza għal razez li huma obbligatorji.
Ġie kkoreġut żball tipografiku bejn il-kliem “disidratati insilati” li saru “disidratati e insilati”.
Is-sentenza: “Nell’alimentazione delle bovine da latte destinato alla produzione del formaggio Squacquerone di Romagna DOP è vietato 1’uso di residui della lavorazione di cavoli e la barbabietola da foraggio.” tressqet żewġ linji “l fuq sabiex tiddaħħal fil-parti li tirrigwarda l-alimentazzjoni u b’hekk l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tkun koerenti u tista” tinqara b’aktar faċilità.
L-aċidifikazzjoni
Ġie speċifikat li l-ispeċi tal-batterju indikata fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott tintuża biex jibda l-proċess ta’ fermentazzjoni.
Għalhekk fejn kien miktub:
“la specie batterica utilizzata è lo Streptococcus thermophilus”
inkiteb
“la specie batterica utilizzata per avviare la fermentazione è lo Streptococcus thermophilus”.
It-tali emenda saret meħtieġa minħabba li waqt il-verifiki l-preżenza anki minima ta’ razez oħrajn ħolqot diversi tilwimiet.
Il-koagulazzjoni
Ġie kkoreġut żball tipografiku bejn “01:10 000; 1:40 000” kif ġej: “1:10 000 e 1:40 000”.
Il-medda tal-kwantità ta’ kimożina nbidlet
minn: “nella quantità compresa fra 30 e 50 ml per Hl di latte”
għal “nella quantità compresa fra 15 e 50 ml per Hl di latte”.
It-tali emenda tikkoreġi żball fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott attwali minħabba li fi proporzjon ta’ tames ta’ 1:40 000 huwa suffiċjenti kwantità ta’ 15 ml ta’ kimożina għal kull Hl.
It-tmelliħ
Tiżdied il-possibbiltà li jintużaw iż-żewġ metodi ta’ tmelliħ imsemmija fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, anki flimkien. Għalhekk it-test qed jiġi emendat billi tiżdied is-sentenza li ġejja bejn iż-żewġ metodi ta’ tmelliħ:
“…in aggiunta o sostituzione al precedente”
Għal dawk li japplikaw it-teknoloġija tas-salmura mhux biex għat-tmelliħ, iżda wkoll biex titbaxxa t-temperatura tal-prodott u titnaqqas il-fermentazzjoni, iż-żieda ta’ porzjon ta’ melħ fil-kaldarun tippermetti li jitnaqqas il-ħin fis-salmura u b’hekk titjieb l-istruttura tal-prodott lest.
Oħrajn
Fl-Artikolu 1 Id-Denominazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott,
ġiet sostitwita r-referenza għar-“Regolament (KE) Nru 510/2006” bir-referenza għar-“Regolament (UE) Nru 1151/2012”.
Fl-Artikolu 7 Il-Verifiki tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott,
ġiet sostitwita r-referenza għar-“Regolament (KE) Nru 510/2006” bir-referenza għar-“Regolament (UE) Nru 1151/2012”. Ġie aġġornat l-isem kummerċjali tal-korp ta’ verifika, kif ġej: “L’organismo di controllo preposto alla verifica del disciplinare di produzione è Kiwa Cermet Italia SpA con unico socio, Via Cadriano 23, 40057 Cadriano Granarolo dell’Emilia (BO), ITALIA, Tel. +39 514593303, Fax +39 51763382.”
DOKUMENT UNIKU
“SQUACQUERONE DI ROMAGNA”
Nru tal-UE: PDO-IT-02292 — 22.2.2017
DOP ( X ) IĠP ( )
1. Isem
“Squacquerone di Romagna”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.3. Ġobon
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
L-iSquacquerone di Romagna DOP huwa ġobon artab li jimmatura malajr, magħmul mill-ħalib tal-baqra miż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4. Meta joħroġ għall-konsum, il-ġobon Squacquerone di Romagna DOP għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:
Il-piż: il-ġobon Squacquerone di Romagna DOP jiżen bejn 0,1 kg u 2 kg.
Id-dehra: il-ġobon Squacquerone di Romagna DOP għandu lewn abjad madriperla, u għandu jkun mingħajr skorċa jew qoxra.
L-għamla: tiddependi mir-reċipjent li fih jitqiegħed il-ġobon, billi l-konsistenza kremuża ħafna tiegħu ma tippermettilux jieħu forma kompatta.
Kontenut tax-xaħam (tal-materjal niexef): bejn 46 % u 59 %, kontenut tal-ilma: bejn 58 % u 69 %; pH: bejn 4,75 u 5,35.
It-togħma: pjaċevoli, ħelwa, kemxejn aċiduża, b’laqta sottili ta’ melħ.
Ir-riħa: delikata, tipika tal-ħalib, bi ħjiel ta’ ħaxix.
Il-konsistenza: ratba, kremuża, teħel, tinħall jew tindilek faċilment.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Tal-anqas 60 % mill-materjal niexef tad-dieta tal-baqar għandu jkun tal-ħaxix u tal-ħaxix maħżun, issupplimentat bl-għalf.
Il-ħaxix u l-ħaxix maħżun jikkonsistu minn legumi u ħxejjex li jikbru esklussivament fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4.
Jenħtieġ li wieħed jindika li l-firxa wiesgħa ta’ speċijiet ta’ ħaxix tinkludi pjanti mediċinali varji, fosthom, b’mod partikolari, l-ispeċijiet Pomposa, Classe, Garisenda, Delta u Prosementi.
L-għalf huwa sors ta’ alimentazzjoni konċentrata u b’livell għoli ta’ enerġija, u jista’ jinkludi:
1. |
il-proteini: il-ħbub tal-legumi, bħas-sojja, il-ful, il-ġirasol u l-piżelli; kif ukoll dqiq tas-sojja u tal-ġirasol. |
2. |
il-fibri bħal pereżempju l-polpa mnixxfa, in-nuħħala u l-qxur tas-sojja. |
3. |
l-enerġija: iż-żrieragħ tal-qamħirrum, ix-xgħir, is-sorgu, il-qamħ, il-ħafur, iż-żjut veġetali, iż-żejt tas-sojja, iż-żrieragħ sħaħ tal-kittien imqaxxrin. |
L-iSquacquerone di Romagna DOP huwa ġobon artab magħmul mill-ħalib sħiħ tal-baqra, tar-razez imrobbija fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita huma: il-produzzjoni u l-ipproċessar tal-ħalib.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
L-iSquacquerone di Romagna għandu jiġi ppakkjat fiż-żona ġeografika ddefinita. Billi huwa mingħajr skorċa u jista’ jittiekel kollu kemm hu, il-ġobon huwa partikularment soġġett għat-tniġġis wara l-produzzjoni, u għaldaqstant għat-taħsir minħabba żieda fil-batterji fl-ambjent, li jistgħu jmissu ma’ wiċċ il-prodott f’kull stadju. Barra minn hekk, minħabba li dan huwa prodott frisk, għandu jiġi evitat kwalunkwe tkabbir mikrobiku fl-iSquacquerone di Romagna, waqt li jkun jinsab għall-bejgħ. Biex jiġu evitati r-riskji ta’ taħsir, il-prodott għandu jiġi ppakkjat fl-istess impjant iċċertifikat ta’ produzzjoni. Il-materjal ewelieni għall-ippakkjar tal-iSquacquerone di Romagna DOP huwa l-karta tal-ikel jew reċipjenti magħmulin apposta u adattati għall-konsistenza ratba u kremuża tal-prodott.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
L-ippakkjar tal-ġobon prodott skont din l-ispeċifikazzjoni għandu juri l-kitba “Squacquerone di Romagna — Denominazione d’Origine Protetta” jew “Squacquerone di Romagna — DOP”, flimkien mal-logo tal-UE. It-tikketta għandha ġġib ukoll l-isem, l-isem kummerċjali, u l-indirizz tal-produttur/pakkjatur. Il-prodott għandu jinżamm f’temperatura bejn 0 °C u + 6 °C. It-temperatura massima tal-ħażna għandha tkun indikata fit-tikketta. Il-tikketta li tinhemeż mat-tgeżwir li jipproteġi l-ġobon minn barra għandha turi l-kliem: “Squacquerone di Romagna” bit-tipa Sari Extra Bold, bil-korsiv, bil-blu Pantone Nru 2747 u bl-abjad, u b’daqs proporzjonali għall-pakkett. Kwalunkwe żieda ta’ dettalji oħra mhux speċifikati hawnhekk hija pprojbita.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ta’ produzzjoni tal-iSquacquerone di Romagna DOP tinkludi l-provinċji li ġejjin tar-Reġjun tal-Emilia-Romagna: il-provinċja ta’ Ravenna, il-provinċja ta’ Forlì-Cesena, il-provinċja ta’ Rimini, il-provinċja ta’ Bologna; u parti mit-territorju tal-provinċja ta’ Ferrara, delimitata bejn l-iStrada Statale n. 64 (Porrettana) fil-Punent u x-xmara Po fit-Tramuntana.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Iż-żona li fiha jiġi prodott il-ġobon Squacquerone di Romagna DOP hija karatterizzata minn artijiet li jinsabu “l fuq mill-pjanura alluvjali. Dawn l-artijiet jintużaw għat-tkabbir taċ-ċereali, ħxejjex għall-għalf, u wċuħ intensivi speċjalizzati. Il-klima taż-żona ta’ produzzjoni tal-iSquacquerone di Romagna DOP huwa tat-tip subkontinentali moderat. Minn żmien il-qedem, iż-żona tal-oriġini ta’ dan il-ġobon rat il-preżenza ta’ azjendi agrikoli ddedikati fuq kollox għall-produzzjoni ta’ wċuħ veġetali, u għat-trobbija limitata tal-bhejjem għall-ħalib u għall-ħdim fir-raba”. Parti mill-ħalib użat għall-konsum mill-bniedem kienet tiġi pproċessata fil-ġobon Squacquerone di Romagna, bil-għan li l-bdiewa jissupplimentaw id-dħul tagħhom bit-tpartit.
L-istudji li saru dwar il-ġobon Squacquerone di Romagna DOP ħarġu fid-dieher il-karatteristiċi tal-kulturi naturali li jintużaw, u wrew uniformità żgura fl-ispeċijiet tal-batterji li fih: jiġifieri l-bijotipi indiġeni tal-iStreptococcus termophilus. Dawn il-kulturi naturali jiġu żviluppati f’fermentaturi fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4, dejjem bl-użu ta’ ħalib li ġej mill-istess żona.
It-tekniki tal-produzzjoni, li baqgħu simili ħafna għall-metodi storiċi, għandhom iqisu li ż-żminijiet għall-produzzjoni tal-ġobon ivarjaw skont l-istaġun: b’perjodi itwal fix-xitwa u iqsar fis-sajf. Il-ħila u l-esperjenza tal-produtturi huma importanti biex tinkiseb il-konsistenza t-tajba tal-ġobon.
Il-karatteristiċi ewlenin li jiddistingwu l-iSquacquerone di Romagna minn ġobnijiet rotob oħrajn ta’ maturazzjoni rapida huma l-lewn abjad madriperla u r-riħa delikata, tipika tal-ħalib, bi ħjiel ta’ ħwawar.
Madankollu, l-aktar karatteristika li wasslet għall-prestiġju tal-iSquacquerone di Romagna hija l-konsistenza kremuża u ġelatinuża tiegħu, il-fatt li jindilek faċilment minħabba li huwa artab ħafna.
Il-karatteristiċi tal-ġobon Squacquerone, partikularment il-kremożità tiegħu u l-fatt li faċli ħafna jindilek minħabba li huwa artab mingħajr nervituri, huma dovuti għat-tip tal-ħalib użat fil-produzzjoni tiegħu, bi proprjetajiet speċifiċi bħal-livell baxx ta’ proteini u tax-xaħam. In-nuqqas ta’ proteini u tax-xaħam ġej mid-dieta mogħtija lill-baqar, iddeterminata, min-naħa tagħha, miż-żona ġeografika ddefinita.
Fi kliem aktar preċiż, il-kwalitajiet speċifiċi tal-ħaxix imkabbar esklussivament fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4, li fih kontenut għani taz-zokkor u tal-fibra li tiġi ddiġerita faċilment, jipprovdu lill-baqar b’dieta karatteristika. Din id-dieta tispikka għal-livell baxx ta’ kontributi enerġetiċi mix-xaħam u mil-lamtu, u l-enerġija mogħtija mill-ħaxix tipiku tal-mergħat taż-żona tagħmel tajjeb għal dan. B’hekk jinkiseb ħalib b’livell baxx ta’ proteina u tax-xaħam, li min-naħa tiegħu jwassal għall-karatteristiċi tipiċi tal-iSquacquerone, jiġifieri l-konsistenza ratba tiegħu (bl-ebda nervitura, kemxa, eċċ.). Dan il-ħalib jipproduċi l-karatteristiċi organolettiċi deskritti fil-punt 3.2, fosthom il-konsistenza ratba u kremuża, it-togħma ħelwa u kemxejn aċiduża, u r-riħa delikata bi ħjiel ta’ ħaxix. Barra minn hekk, bis-saħħa tal-esperjenza tal-produtturi li jadattaw b’suċċess iż-żminijiet tal-produzzjoni tal-ġobon skont l-istaġuni, jirnexxilhom jevitaw li l-ġobon isir qisu tal-ġibs jew aktar sfiq milli suppost.
Rabta importanti oħra bejn iż-żona ġeografika ddefinita u l-iSquacquerone di Romagna hija l-użu tar-razez ta’ kulturi indiġeni. Fejn tidħol it-tassonomija, l-iStreptococcus thermophilus hija l-ispeċi identifikata fil-kulturi naturali kollha studjati, u dan jikkaratterizza l-mikroflora tal-ħalib tipika tal-iSquacquerone di Romagna DOP. Il-bijotipi varji iżolati juru ċerti karatteristiċi fiżjoloġiċi u bijokimiċi li ma jinstabux fil-ġabra ta’ razez fil-kollezzjonijiet internazzjonali. Dan jerġa’ joħroġ fid-dieher in-natura unika u speċifika tal-firxa ta’ batterji użata fil-produzzjoni tal-iSquacquerone di Romagna. Il-bijotipi indiġeni tal-iStreptococcus thermophilus ġew iżolati minn diversi kampjuni tal-ħalib nej, meħudin minn għadd ta’ rziezet fiż-żona tradizzjonali ta’ produzzjoni tal-ġobon. Dawn il-bijotipi jistgħu għaldaqstant jitqiesu bħala indiġeni, u flimkien jikkostitwixxu l-għelm karatteristiku tal-mikrobi assoċjati b’riżultat tas-selezzjoni naturali u umana, fin-niċċa ekoloġika speċifika li tiddistingwi dawn it-territorji.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq is-sit web li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335
Jew
billi wieħed imur direttament fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Politika agrikola, alimentari u forestali (www.politicheagricole.it), jikklikkja fuq il-kliem “Qualità e sicurezza” (fil-parti ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin) u fl-aħħar nett jikklikkja fuq il-kliem “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.