ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 342

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
12 ta' Ottubru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Il-124 sessjoni plenarja, 12-13 ta’ Lulju 2017

2017/C 342/01

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni — Id-dimensjoni lokali u reġjonali tal-Programm Orizzont 2020 u l-Programm Qafas il-Ġdid għar-Riċerka u l-Innovazzjoni

1

2017/C 342/02

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-PAK wara l-2020

10

2017/C 342/03

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli — Azzjoni Ewropea għas-sostenibbiltà

20

2017/C 342/04

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Migrazzjoni fuq ir-Rotta tal-Mediterran Ċentrali

27

2017/C 342/05

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Governanza internazzjonali tal-oċeani: aġenda għall-futur tal-oċeani tagħna

32

2017/C 342/06

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Proġetti bejn il-persuni u proġetti fuq skala żgħira fil-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera

38

2017/C 342/07

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Spinta lin-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu fl-Ewropa: perspettiva reġjonali u lokali

43

2017/C 342/08

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Regolamentazzjoni intelliġenti għall-SMEs

51

2017/C 342/09

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Strateġija Ewropea għal mobbiltà b’emissjonijiet baxxi

57


 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

 

Il-124 sessjoni plenarja, 12-13 ta’ Lulju 2017

2017/C 342/10

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali

65

2017/C 342/11

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni — Il-klassifikazzjoni u t-tipoloġiji territorjali

74

2017/C 342/12

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-enerġija rinnovabbli u s-suq intern tal-elettriku

79

2017/C 342/13

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-enerġija nadifa

111

2017/C 342/14

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni — L-effiċjenza fl-enerġija u l-bini

119


MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Il-124 sessjoni plenarja, 12-13 ta’ Lulju 2017

12.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/1


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni — Id-dimensjoni lokali u reġjonali tal-Programm Orizzont 2020 u l-Programm Qafas il-Ġdid għar-Riċerka u l-Innovazzjoni

(2017/C 342/01)

Relatur:

Christophe CLERGEAU (FR/PSE), Kunsillier Reġjonali tal-Kunsill Reġjonali ta’ Pays-de-la-Loire

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR),

A)   IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI EWROPEJ: AMBIZZJONI LI GĦANDHA TISSAĦĦAĦ LIL HINN MILL-PROGRAMM QAFAS

Jiġi affermat mill-ġdid ir-rwol tal-Programm Qafas fit-twettiq taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u l-miri tal-Ewropa 2020

1.

jilqa’ b’sodisfazzjon is-suċċess kbir tal-politika Ewropea ta’ riċerka mnedija permezz tal-programmi qafas suċċessivi sal-Orizzont 2020 (H2020), l-aktar programm integrat ta’ riċerka importanti fid-dinja, ibbażat fuq l-eċċellenza xjentifika u l-aċċelerazzjoni tal-innovazzjonijiet;

2.

ifakkar li l-H2020 huwa l-għodda prinċipali ta’ appoġġ għall-iżvilupp tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa, fi ħdan strateġija komprensiva Ewropa 2020 u għas-servizz tat-twettiq taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER);

3.

jafferma mill-ġdid ir-rilevanza tal-Istrateġija Ewropa 2020 li tipproponi approċċ ikkonsolidat tat-“triangolu tal-għarfien” (riċerka – taħriġ – innovazzjoni), filwaqt li t-tibdil fl-approċċ ta’ tagħlim u ż-żieda fil-livell ta’ taħriġ għal kulħadd jibqgħu essenzjali u tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-universitajiet u n-negozju; jissuġġerixxi wkoll it-tfittxija għal koordinazzjoni u komplementarjetà akbar mal-Programmi Erasmus+ u Interreg, inkluż Interreg Europe, li huwa ddedikat għall-kooperazzjoni interreġjonali; jenfasizza li t-twettiq taż-ŻER għandu jissokta u jirrikjedi l-ksib ta’ għadd ta’ objettivi li fosthom l-eċċellenza xjentifika hija taqsima kruċjali u indispensabbli iżda mhux esklużiva;

4.

jenfasizza r-rilevanza kontinwa tal-objettivi taż-ŻER u l-benefiċċju li wieħed ifittex li jilħaqhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-kooperazzjoni transnazzjonali, il-mobbiltà tal-għarfien, suq tax-xogħol uniku għar-riċerkaturi u l-innovaturi, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-aċċess għall-informazzjoni u x-xjenza;

5.

jissuġġerixxi, li sabiex jiġi żviluppat l-appoġġ għall-proġett biex tinbena soċjetà fuq l-għarfien fl-Ewropa, jiġi identifikat it-talent Ewropew u jiġu mmonitorjati l-karrieri tar-riċerkaturi; għandhom jiġu stabbiliti mogħdijiet Ewropej għar-riċerkaturi, li jippermettulhom li jkollhom aċċess għall-programmi li jappoġġaw il-karriera ta’ riċerka tagħhom f’perjodi ta’ tranżizzjoni; l-involviment tar-riċerkaturi fl-ambjent tan-negozju għandu jiġi promoss;

6.

jirrifjuta li jillimita d-dibattitu baġitarju għall-programm qafas biss. Skont il-metodi ta’ valutazzjoni, is-sehem tal-politika ta’ koeżjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni jvarja bejn EUR 43 u 110 biljun mingħajr ma jingħaddu l-kontributi importanti ta’ politiki settorjali oħra u l-Pjan Juncker;

Għal ritorn ta’ prijorità politika u baġitarja partikolari għall-innovazzjoni u r-riċerka

7.

jitlob ir-ritorn tal-innovazzjoni u r-riċerka bħala prijorità ewlenija fid-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa, u tal-prijoritajiet previsiti fid-Dikjarazzjoni ta’ Ruma, (1) tisħiħ tal-governanza trasversali tal-kwistjonijiet ta’ riċerka, innovazzjoni u taħriġ fi ħdan l-UE, kif ukoll żieda fl-isforz fiskali ġenerali ddedikat min-naħa tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-politiki kollha fi ħdan il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) eżistenti u li jmiss. F’dan il-kuntest ġenerali, u f’konformità mal-abbozz ta’ rapport (2) tal-Parlament Ewropew u r-rapport tal-Grupp ta’ Livell Għoli indipendenti dwar il-massimizzazzjoni tal-impatt tal-Programmi ta’ Riċerka u Innovazzjoni tal-UE (Rapport Lamy), (3) il-baġit għal dan il-programm qafas għandu jiżdied b’mod konsiderevoli biex tal-anqas tinżamm l-ispinta tat-tkabbir mill-programm qafas attwali. (4) Fi kwalunkwe każ, il-promozzjoni neċessarja tar-R&I ma tistax iddgħajjef l-importanza tal-politika ta’ koeżjoni, li tibqa’ l-għodda ta’ finanzjament ewlenija tal-UE sabiex tintlaħaq il-koeżjoni ekonomika u soċjali u l-konverġenza bejn il-bliet u r-reġjuni. Għandu jiġi sfruttat il-potenzjal kollu tal-mezzi ta’ azzjoni tal-politika ta’ koeżjoni u għandu jiġi ikkombinat sabiex jissaħħaħ l-iżvilupp reġjonali;

8.

jitlob għal ambizzjoni kollettiva ġdida li ma tikkonċernax biss l-eċċellenza xjentifika fl-Ewropa iżda tikkonċerna l-eċċellenza xjentifika u l-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Ewropa kollha kemm hi, bl-użu tal-potenzjal kollu tar-reġjuni kollha tagħha, filwaqt li tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tagħhom u tippromovi innovazzjoni miftuħa u kollaborattiva;

9.

iqis li dan l-ambizzjoni hijaa iktar u iktar meħtieġa fil-kuntest ta’ globalizzazzjoni li l-effetti tagħha għad iridu jiġu indirizzati, b’mod partikolari fil-livell lokali u reġjonali, u li fir-rigward tagħha r-riċerka u l-innovazzjoni huma fatturi ta’ reżiljenza, ta’ valur miżjud għoli u kompetittività sostenibbli;

10.

għandu l-għan li jippromwovi approċċ olistiku għall-finanzjament Ewropew, nazzjonali u reġjonali li mingħajru din l-ambizzjoni u d-dibattitu dwar il-baġit tal-UE ma jkunux jagħmlu sens; jindika l-importanza tal-mira li jintefaq 3 % tal-PDG fuq R&I pubbliċi u privati li kienet stabbilita għall-Istati Membri kollha mill-istrateġija Ewropa 2020, li baqgħet staġnata fi 2,03 % sa mill-2015 u ddgħajfet, fost affarijiet oħra, mit-tnaqqis f’approprjazzjonijiet f’bosta Stati Membri; għal dak il-għan, iqis essenzjali li jibqgħu jissaħħu s-sistemi tar-R&I, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi f’kull pajjiż u reġjun, billi tittejjeb il-koordinazzjoni tal-politiki fil-livell Ewropew u jiġu promossi r-riformi neċessarji fil-livell nazzjonali u reġjonali, inkluż permezz tas-Semestru Ewropew u l-istrateġiji tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti;

Niċċaraw id-dibattitu dwar is-sinerġiji mal-politiki Ewropej l-oħra

11.

iqis neċessarju li jiġi ċċarat aktar id-dibattitu dwar is-sinerġiji u jipproponi ħames prinċipji operattivi li jistgħu jiġu kondiviżi bejn l-Unjoni, l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-bliet:

il-prinċipju ta’ koerenza: il-kondiviżjoni tal-governanza, l-għażla tal-objettivi ewlenin, tal-istrateġiji u l-proġetti ewlenin;

il-prinċipju tal-komparabbiltà: ikunu jistgħu jiġu kkombinati u integrati r-riżorsi b’mod effiċjenti u sempliċi li speċifikament jindirizzaw il-kwistjoni tal-għajnuna mill-Istat;

il-prinċipju ta’ komplementarjetà: jiġi żgurat tqassim ċar tar-rwoli u kontinwità tajba tal-azzjoni fil-finanzjament tal-partijiet differenti tal-proġetti, u l-appoġġ tagħhom upstream (tisħiħ tal-kapaċità, eċċ.) u downstream (valutazzjoni tar-riżultati tar-riċerka, it-tqegħid fis-suq, eċċ.);

il-prinċipju ta’ kostruzzjoni konġunta: jiġi stabbilit approċċ koerenti abbażi tal-idea “l-iffinanzjar flimkien jimplika t-tfassil flimkien u t-tmexxija flimkien”;

il-prinċipju ta’ ekosistemi: jiġi rikonoxxut ir-rwol tal-inizjattivi kollettivi lokali;

B)   IR-RINNOVAZZJONI TAL-PEDAMENTI TAL-PROGRAMM QAFAS FILWAQT LI TINŻAMM L-ARKITETTURA TIEGĦU

Programm miftuħ u kollaborattiv għas-servizz ta’ kulħadd

12.

ifakkar li l-valur miżjud Ewropew tal-Programm Qafas huwa bbażat qabel kollox fuq id-dimensjoni kollettiva u kollaborattiva tiegħu u l-kontribut tiegħu għan-netwerking tar-riċerkaturi u l-ekosistemi tal-innovazzjoni. Din id-dimensjoni għandha tkompli tieħu preċedenza fuq l-appoġġ għal proġetti individwali;

13.

jinsab imħasseb dwar it-tnaqqis tar-rata ta’ suċċess medju tas-sejħiet għall-proposti, rata aktar baxxa milli għall-Programm Qafas preċedenti, li jfixkel serjament it-tixrid tiegħu fil-bliet u r-reġjuni; Il-kompetizzjoni meħtieġa għal approċċ ta’ eċċellenza m’għandhiex twassal għall-esklużjoni u l-konċentrazzjoni eċċessiva;

14.

jemmen li ż-żamma tal-ftuħ tal-programm qafas hija essenzjali biex tiżgura t-tixrid tiegħu fl-Ewropa kollha, ir-reġjuni tagħha u kif ukoll fost iċ-ċittadini tagħha; iħeġġeġ għal innovazzjoni akbar fl-għodod tal-programm qafas sabiex jingħaqdu l-eċċellenza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni;

15.

ifakkar fl-importanza li jinżamm bilanċ bejn ir-riċerka fundamentali u r-riċerka qrib it-tqegħid fis-suq, iżda wkoll bejn ir-riċerka ħielsa u riċerka li tindirizza l-mistoqsijiet li jsiru mis-soċjetà u l-atturi ekonomiċi, u dan sabiex jiġu mmirati kemm l-innovazzjoni inkrementali kif ukoll l-innovazzjoni ta’ tfixkil, li t-tnejn jistgħu joħolqu attivitajiet u impjiegi ġodda;

16.

jinnota s-supremazija li tingħata attwalment lill-proġetti b’livelli għoljin ta’ tħejjija teknoloġika (TRL), li tagħti prijorità lill-innovazzjoni inkrementali billi tinkoraġġixxi lir-riċerkaturi jiffokaw fuq ideat maturi li jistgħu jinġiebu fis-suq fi żmien qasir; fl-istess ħin, jargumenta li l-appoġġ għall-proġetti f’livelli aktar baxxi ta’ TRLs huwa wkoll importanti sabiex tinġieb aktar innovazzjoni lis-suq; jenfasizza l-importanza ta’ innovazzjonijiet li jfixklu li huma bbażati fuq livelli aktar baxxi ta’ TRLs u jippermettu li prodotti u servizzi ġodda jinħarġu fis-suq malajr. Fi kwalunkwe każ, l-għajnuna lill-SMEs jaċċessaw is-suq u l-ħolqien ta’ impjiegi sostenibbli għandha tkun prijorità ewlenija tal-politika ta’ innovazzjoni. Dan għandu jkun ir-rwol ta’ Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni;

17.

jitlob li jiġu kkunsidrati aħjar il-forom kollha ta’ eċċellenza u innovazzjoni, u jfakkar li l-innovazzjoni mhux teknoloġika u l-innovazzjoni soċjali joħolqu ħtieġa ta’ għarfien ġdid li jista’ jsawwar oqsma ġodda ta’ eċċellenza;

18.

jitlob rikonoxximent sħiħ tal-innovazzjoni soċjali, li jfisser ideat ġodda (prodotti, servizzi u mudelli) li jagħmluha possibbli li jiġu sodisfati l-ħtiġijiet soċjali fis-sens wiesa’ tat-terminu;

19.

jenfasizza li r-riċerka u l-innovazzjoni mhumiex immirati esklużivament lejn il-kumpaniji iżda jikkonċernaw ukoll il-politiki pubbliċi, is-saħħa, il-kultura u l-ħajja komunitarja, kif ukoll l-ekonomija soċjali u mudelli ekonomiċi ġodda, li jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ sħubijiet ġodda, attivitajiet ġodda u relazzjonijiet soċjali ġodda. Għalhekk, l-isfruttar tar-riżultati tal-innovazzjoni għandhom jiffokaw mhux biss fuq il-kunċett ta’ prodott b’valur ekonomiku fis-suq, iżda wkoll fuq il-kunċett ta’ servizz b’valur soċjali għaċ-ċittadini;

Approċċ ġdid għall-eċċellenza

20.

jenfasizza li t-terminu eċċellenza jintuża biex issir referenza għal realtajiet differenti ħafna; jipproponi li ssir distinzjoni bejn l-isfidi li ġejjin li l-Programm Qafas għandu jgħin fl-indirizzar tagħhom:

l-eċċellenza tax-xjenza, ibbażata l-ewwel nett fuq il-prinċipju ta’ kollaborazzjoni u mbagħad dak tal-kompetizzjoni;

l-eċċellenza tal-proġett tax-xjenza u l-innovazzjoni li hija kkaratterizzata wkoll mill-impatt tagħhom u l-kontribuzzjoni tagħhom għat-trasferiment tal-għarfien;

l-eċċellenza tal-ekosistemi ta’ innovazzjoni u l-kollaborazzjoni bejn atturi differenti;

l-eċċellenza madwar l-Ewropa kollha u l-kapaċità globali tagħha ta’ innovazzjoni;

Approċċ ġdid għall-impatt tal-proġetti

21.

jissuġġerixxi li, fil-valutazzjoni tal-impatt tal-proġetti, kemm fil-fażi ex-ante fil-każ tal-proposti, kif ukoll fil-fażi ex-post fil-każ tal-proġetti mogħtija, jiġu kkunsidrati:

l-impatt xjentifiku, imkejjel b’mod predominanti permezz ta’ kwotazzjonijiet;

l-impatt tad-disseminazzjoni u s-sjieda tar-riżultati tal-proġetti;

l-impatt tal-innovazzjoni miftuħa u kollaborattiva u l-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi ġodda offruti b’mod partikolari mill-SMEs;

l-impatt fuq l-ekosistemi reġjonali ta’ innovazzjoni u fuq it-tliet pilastri tagħhom (riċerka-edukazzjoni-innovazzjoni) u fuq il-bliet u r-reġjuni u ċ-ċittadini tagħhom, b’mod partikolari fuq l-impjieg u l-benesseri;

Approċċ ġdid lejn ir-rwol tar-reġjuni fi ħdan il-Programm Qafas

22.

sabiex jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-eċċellenza fil-forom kollha tagħha, jissuġġerixxi rwol akbar fil-programm qafas futur għar-reġjuni u l-bliet:

imsieħba fil-governanza globali tal-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa u tal-Programm Qafas;

fil-qalba tan-netwerks Ewropej tal-eċċellenza tar-raggruppamenti (hubs) u l-ekosistemi ta’ innovazzjoni;

parteċipanti fil-proġetti bl-involviment iffaċilitat;

atturi prinċipali tal-innovazzjoni, l-isfruttar u d-disseminazzjoni tar-riżultati tal-H2020;

rwol ewlieni fid-djalogu kontinwu bejn ix-xjenza u s-soċjetà.

Nibdlu l-isfidi tas-soċjetà biex jissaħħu r-rilevanza u l-impatt tagħhom

23.

jitlob l-introduzzjoni ta’ żewġ sfidi tas-soċjetà ġodda biex tiġi żviluppata l-produzzjoni ta’ xjenza eċċellenti dwar l-isfidi ewlenin għall-futur tas-soċjetajiet Ewropej:

jingħelbu l-isfidi tal-aġenda Ewropea dwar il-kompetenzi: it-taħriġ tul il-ħajja fi ħdan il-mudell Ewropew soċjali u bbażat fuq il-prestazzjon;

id-dinamika territorjali tal-produzzjoni ta’ valur, l-innovazzjoni u l-impjiegi, ir-rabtiet soċjali, u l-iżvilupp sostenibbli, anke b’rabta mal-isfidi demografiċi li jiffaċċjaw ir-reġjuni tal-Unjoni Ewropea;

24.

jirrakkomanda li fl-isfidi tas-soċjetà jissaħħaħ ir-rwol tal-interdixxiplinarjetà u tax-xjenzi umani u soċjali, kif ukoll it-teħid ta’ riskju, biex jiġu ġġenerati ideat u soluzzjonijiet ġodda b’mod partikolari permezz tal-introduzzjoni ta’ sejħiet għal proġett ġodda;

25.

iħeġġeġ l-adozzjoni ta’ approċċ komplementari ġdid ibbażat fuq il-missjonijiet, sabiex jitwettqu proġetti fuq skala kbira u ta’ ħidma esploratorja, kif ukoll fuq enfasi trasversali, billi jintuża l-mudell ta’ bliet intelliġenti, kwistjonijiet tal-ambjent, jew kwistjonijiet marittimi u tar-riċerka dwar il-baħar; għal dan il-għan, itenni mill-ġdid is-sejħa tal-Kumitat biex tiġi stabbilita mira, fil-programm qafas li jmiss, għal 10 % tal-proġetti biex ikollhom impatt sinifikanti fuq ir-riċerka marittima u dwar il-baħar (5);

Għal modalitajiet ta’ parteċipazzjoni li jinkoraġġixxu diversità akbar ta’ proġetti

26.

jinsab sorpriż li bosta opportunitajiet offruti mir-regolamenti attwali ma jiġux użati biżżejjed u jipproponi diversi punti ta’ titjib:

sejħiet għal proposti aktar wesgħin u miftuħa li jippermettu l-iżvilupp ta’ approċċi ġodda;

aktar interdixxiplinarjetà fil-formulazzjoni tas-sejħiet għal proposti b’tali mod li jiġi mobilizzat l-għarfien kollu, teknoloġiku jew ieħor;

integrazzjoni aħjar tax-xjenzi umani u soċjali, li attwalment hemm nuqqas tagħha;

appoġġ aħjar għan-netwerks u l-inizjattivi minn isfel għal fuq;

trasparenza u responsabbiltà akbar fl-istadji kollha tal-proċedura ta’ valutazzjoni u l-għażla tal-proġetti u allokazzjoni tal-fondi, kif ukoll fir-redditi, sabiex il-proġetti jiġu emendati għas-suċċess tal-applikazzjoni li jmiss;

inċentiv għal aktar involviment ta’ parteċipanti ġodda f’sejħiet għall-proposti lejn parteċipanti li qed jieħdu sehem għall-ewwel darba;

użu akbar u koerenti għall-fondi kaskata, li huma metodu kif jintlaħqu l-udjenzi li ma tantx jafu dwar il-programm qafas;

l-istabbiliment ta’ proċeduri semplifikati sabiex titnaqqas il-burokrazija bla bżonn għall-utenti finali;

27.

jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta l-elementi ta’ evalwazzjoni li jiġġustifikaw il-livell għoli ta’ finanzjament tal-intrapriżi kbar fil-qafas tal-Orizzont 2020, filwaqt li l-infiq tagħhom fir-riċerka u l-innovazzjoni ftit li xejn żdied, u jipproponi għaldaqstant żviluppi għall-Programm Qafas li jmiss;

28.

jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu ffinanzjati attivitajiet ta’ riċerka permezz ta’ sussidji; jiddispjaċih dwar it-tendenza li s-sussidji qed jiġu sostitwiti b’self iżda jirrikonoxxi li l-proġetti ta’ livell għoli ta’ maturità teknoloġika, qrib l-attivitajiet tas-suq, għandhom ikunu jistgħu jirrikorru għas-self, fost strumenti oħra;

29.

iqis li l-iżvilupp ta’ għodod finanzjarji għall-appoġġ tal-objettivi tal-Programm Qafas huwa ġġustifikat biss, fi sħubija mal-istituzzjonijiet finanzjarji, jekk dawn ikunu jistgħu jkopru riskji għoljin li għalihom is-suq ma jkunx biżżejjed, pereżempju fuq il-mudell InnovFin; jiddispjaċih dwar l-użu limitat attwali tal-Pjan Juncker biex ikun hemm protezzjoni kontra dan it-tip ta’ riskju;

30.

jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jittejjeb il-finanzjament ta’ proġetti ta’ innovazzjoni għall-SMEs, b’enfasi fuq il-programmi Industrija 4.0, bħala mod aħjar biex tiġi strutturata n-nisġa industrijali Ewropea, filwaqt li tiġi ġġenerata wkoll domanda interna għat-teknoloġija li tiffavorixxi l-iżvilupp Ewropew;

C)   PROGRAMM QAFAS LI JAPPOĠĠJA R-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI ANKRATI FIL-BLIET U R-REĠJUNI KOLLHA

Il-promozzjoni ta’ approċċ ibbażat fuq l-eċċellenza li hija ankrata sew fil-bliet u r-reġjuni

31.

jinnota li l-eċċellenza xjentifika hija inkluża f’ragruppamenti u ekosistemi ta’ innovazzjoni. Il-biċċa l-kbira tal-benefiċjarji tal-Orizzont 2020 (universitajiet, organizzazzjonijiet ta’ riċerka, SMEs, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili) huma ankrati sew fil-bliet u r-reġjuni tagħhom u l-kwalità tagħhom tikkontribwixxi għall-kwalità tax-xjenza. Din ir-realtà għandha tiġi rikonoxxuta bis-sħiħ fil-Programm Qafas;

32.

ifakkar li d-dimensjoni territorjali għandha titqies sistematikament fit-tfassil tal-politiki kollha, peress li l-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti (RIS3) jipprovdu riżorsi għall-partijiet interessati xjentifiċi u tan-negozji u joħolqu l-valur għall-bliet, ir-reġjuni u u kif ukoll għaċ-ċittadini;

33.

jenfasizza li l-RIS3 ġew adottati u żviluppati mir-reġjuni bħala mezz biex jitfassal l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni għall-iżvilupp ekonomiku u b’komplementarjetà mar-reġjuni l-oħra, u li jiġu kkoordinati investimenti reġjonali u investimenti Ewropej fuq proġetti strutturali fl-oqsma tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti iżid l-impatt tal-Programm Qafas, filwaqt li jiġi evitat il-finanzjament ta’ proġetti li mhumiex relatati maċ-ċirkostanzi lokali;

34.

jiddikjara li l-Programm Qafas għandu jippromovi t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-bliet u r-reġjuni, sabiex jiġu akkumpanjati jitilgħu t-taraġ tal-eċċellenza, partikolarment fl-oqsma ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti, u tissaħħaħ il-kapaċità tar-reġjuni kollha li jipparteċipaw fl-H2020 billi jikkontribwixxu bi proġetti ta’ kwalità għolja;

35.

jenfasizza l-importanza tal-bliet bħala ċentri ta’ innovazzjoni li għandhom rwol ċentrali fil-bini tal-eċċellenza; jenfasizza wkoll li konċentrazzjoni kbira wisq tax-xjenza fiċ-ċentri tal-innovazzjoni tista’ tkun ostakolu għat-tfittxija ta’ effett kollaterali fuq in-nisġa ekonomika u soċjali u li hemm bżonn li jiġu mobilizzati l-gruppi ta’ eċċellenza remoti tas-siti ewlenin; ifakkar ir-rwol kruċjali li għandha l-politika reġjonali f’dan il-qasam;

Il-ħolqien ta’ alleanza ġdida bejn il-politika Ewropea tar-riċerka u l-bliet u r-reġjuni

36.

tipproponi sħubija ġdida għall-eċċellenza tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa bejn l-UE, l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-bliet imsejsa madwar governanza f’diversi livelli msaħħa, ir-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kultura komuni tal-innovazzjoni miftuħa u l-valutazzjoni tal-inizjattivi li joriġinaw mir-reġjun f’approċċ orjentat minn isfel għal fuq;

37.

jitlob li jkun hemm kontribuzzjoni tal-Programm Qafas għat-tisħiħ tar-raggruppamenti u l-ekosistemi reġjonali tal-innovazzjoni, aktar appoġġ għan-netwerks tat-trasferiment tat-teknoloġija, u l-ħolqien ta’ azzjoni ġdida “tal-konnessjonijiet territorjali” biex, permezz tal-Programm Qafas, jiġu rikonoxxuti u ffinanzjati n-netwerks reġjonali ta’ eċċellenza.

38.

jappella sabiex reġjuni pijunieri jiffurmaw konsorzji Ewropej bil-ħsieb li jinħolqu innovazzjonijiet rivoluzzjonarji madwar l-Ewropa. L-identifikazzjoni tal-opportunitajiet għall-kollaborazzjoni u tal-partijiet tal-katina tal-valur, u l-identifikazzjoni tal-partijiet interessati ewlenin u tal-kapaċitajiet permezz tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, huma passi ewlenin fil-proċess ta’ ħolqien ta’ valur miżjud tal-UE;

L-eliminazzjoni tad-distakk fl-innovazzjoni bejn ir-reġjuni u bejn l-Istati Membri

39.

jiddispjaċih li f’nofs it-terminu hemm nuqqas ta’ parteċipazzjoni fl-Orizzont 2020 min-naħa tal-pajjiżi tal-UE-13  (6) , u jenfasizza d-disparitajiet tal-parteċipazzjoni fil-livell reġjonali u lokali; Huwa importanti li l-programm qafas, u mhux biss il-politika ta’ koeżjoni, ikun jaħdem fil-bliet u r-reġjuni kollha tal-Unjoni biex jiġu appoġġjati l-aqwa pijunieri tal-eċċellenza u u jkun żgurat l-aċċess tagħhom għall-isforzi kollaborattivi Ewropej;

40.

jixtieq li l-programm It-tixrid tal-eċċellenza u ż-żieda fil-parteċipazzjoni tal-Orizzont 2020 jitkompla u jitwessa’ f’dan ir-rigward. Jitlob għal approċċ speċifiku għar-reġjuni li għadhom lura sew fl-iżvilupp tar-riċerka u l-innovazzjoni u li jinsabu f’pajjiżi mhux eliġibbli għal dan il-programm, li huwa l-każ tal-parti l-kbira tar-reġjuni ultraperiferiċi mingħajr ma titwarrab l-eċċellenza bħala kriterju fundamentali; jenfasizza s-sehem baxx tal-Orizzont 2020 mobilizzat f’dan il-programm (1 %), jinnota n-nuqqas ta’ evoluzzjoni sinifikanti fl-aċċess għall-programm qafas, u jinsab sorpriż li l-pajjiżi li huma l-benefiċjarji ewlenin tiegħu, huma wkoll il-benefiċjarji ewlenin għall-programm dwar It-tixrid tal-eċċellenza; iqis li din is-sitwazzjoni ddgħajjef il-leġittimità tal-Programm Qafas u jitlob għal aktar inizjattivi;

41.

jirrakkomanda li jkun hemm approċċ integrat għat-“triq lejn l-eċċellenza”, ibbażat fuq pjan ta’ koordinazzjoni għal kull pajjiż u reġjun sabiex tittieħed azzjoni dwar ir-riformi meħtieġa, il-bini ta’ ċentri ta’ eċċellenza li huma miftuħa għal kulħadd, li jiġi miġġieled l-eżodu ta’ mħuħ u ssir parteċipazzjoni bis-sħiħ fin-netwerks Ewropej ta’ riċerka. Dan il-pjan ta’ koordinazzjoni jkun iffinanzjat b’mod konġunt permezz ta’ finanzjament reġjonali, nazzjonali u Ewropej, inklużi riżorsi ta’ Orizzont 2020 u l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej;

42.

jipproponi għal dan l-għan li jissaħħaħ l-aċċess għall-kollaborazzjonijiet Ewropej:

billi jissaħħaħ l-appoġġ għall-infrastrutturi tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, u jiġu multiplikati l-kattedri taż-ŻER (“ERA chairs”) biex jiġu attirati riċerkaturi żgħażagħ promettenti u mexxejja xjentifiċi;

billi jissaħħu l-inċentivi għall-akkoljenza ta’ atturi ġodda fil-proġetti sottomessi u l-ftuħ tal-proġetti magħżula għal atturi ġodda komplementari;

billi jiżdied l-appoġġ għall-SMEs għall-ħolqien ta’ Unitajiet ta’ Riċerka u Żvilupp u Innovazzjoni u sabiex dawn jirreklutaw professjonisti fl-oqsma tat-teknoloġija u r-riċerka;

billi jiżdied l-appoġġ għall-ħolqien ta’ strutturi interni għall-SMEs li jippermettilhom jipparteċipaw f’netwerks ta’ riċerka u/jew innovazzjoni;

D)   IL-PROMOZZJONI TAL-GĦODOD KOLLETTIVI U KOMUNI GĦAS-SERVIZZ TA’ EĊĊELLENZA XJENTIFIKA U L-INNOVAZZJONi

In-netwerks tal-atturi Ewropej – in-nieqa tal-eċċellenza u l-innovazzjoni

43.

jafferma mill-ġdid bil-qawwa l-preċedenza tal-kollaborazzjoni stabbilita fin-netwerks dwar il-kompetizzjoni fi ħdan il-Programm Qafas skont il-valuri tal-Unjoni, kif ukoll l-importanza ta’ dawn in-netwerks bħala nieqa tal-proġetti u l-eċċellenza;

44.

jenfasizza, f’dan ir-rigward, ir-rilevanza tal-programm Reġjuni tal-Għarfien integrat fis-Seba’ Programm Qafas, li ippermetta l-interazzjonijiet mal-politika reġjonali billi għen biex jingħata bidu għal kollaborazzjonijiet fit-tul bejn l-atturi tat-trijangolu tal-għarfien fit-territorji, jiġi involut is-settur privat (b’mod partikolari l-SMEs) fi proġetti tal-Programm Qafas, jappoġġja l-kooperazzjoni transnazzjonali bejn l-ekosistemi innovattivi u jintegra l-atturi lokali u reġjonali fiż-ŻER;

45.

jitlob li tiġi stabbilita politika ambizzjuża għall-iżvilupp ta’ dawn in-netwerks kollaborattivi:

bejn ir-riċerkaturi, it-timijiet jew il-laboratorji, u bejn l-infrastrutturi ta’ riċerka għall-bini ta’ kwistjonijiet xjentifiċi, u biex jiġu proposti sejħiet għal proġetti u proġetti;

bejn ir-raggruppamenti (clusters), il-proġetti pilota u d-dimostraturi;

bejn diversi atturi, fosthom ir-reġjuni u l-bliet, ir-raggruppamenti u l-ekosistemi reġjonali ta’ innovazzjoni, b’rabta mar-RIS3;

46.

ifakkar li jeżistu diversi possibbiltajiet fi ħdan l-Orizzont 2020 biex jiġu appoġġjati dawn l-inizjattivi, għandu tħassib dwar ir-riżorsi u l-mobilizzazzjoni dgħajfa tagħhom u jitlob li jsir użu iktar intens tal-azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u ta’ appoġġ; iħeġġeġ rikonoxximent aħjar tal-inizjattivi innovattivi mwettqa mir-reġjuni permezz tal-programm qafas. Jitlob ukoll aktar appoġġ għall-koperazzjoni interreġjonali madwar l-RIS3, kemm fil-kuntest tal-Orizzont 2020 kif ukoll tal-politika ta’ koeżjoni;

L-iżvilupp ta’ programmi ta’ kostruzzjoni konġunta fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp flimkien mal-bliet u r-reġjuni

47.

jinnota li l-involviment tar-reġjuni fit-twettiq tal-Orizzont 2020 żdied minn mindu tnieda, b’għadd dejjem jikber ta’ reġjuni msieħba ta’ strumenti ta’ Programmazzjoni Konġunta bħall-azzjonijiet ERA-NET, l-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie COFUND u s-sħubijiet pubbliċi-privati ta’ riċerka u innovazzjoni, bħall-inizjattiva Clean Sky;

48.

jitlob li jiġu żviluppati dawn l-azzjonijiet ta’ kostruzzjoni konġunta, jitlob li jiġu ssemplifikati u armonizzati r-regoli ta’ implimentazzjoni u, pereżempju, li tiġi ffaċilitata bil-qbil tal-Istati Membri l-parteċipazzjoni tar-reġjuni fl-Inizjattivi ta’ Programmazzjoni Konġunta (Artikolu 185 TFUE);

49.

jappella għal aktar semplifikazzjoni ta’ kif tiġi trattata l-għajnuna; kontinwazzjoni u estensjoni taċ-ċentralizzazzjoni tas-sussidji u għajnuna permezz ta’ portal ta’ informazzjoni uniku; informazzjoni dwar il-programmi, proċeduri u l-pjattaforma għall-ġestjoni tal-għajnuna fil-portal tal-parteċipant għandhom ikunu kollha fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, sabiex jiġi faċilitat l-aċċess tal-parteċipanti;

50.

jinkoraġġixxi mekkaniżmi għall-għoti ta’ “top-up” tal-UE fil-Programm Qafas bħala appoġġ għal inizjattivi ta’ eċċellenza mit-territorji u li jimmobbilizza finanzjamenti sinifikanti u diversifikati;

51.

iqis li l-esperjenza ta’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti u l-implimentazzjoni tagħhom tipprovdi rispons siewi għat-tmexxija tal-Orizzont 2020 u l-Programm Qafas futur u d-definizzjoni ta’ programmi ta’ ħidma li jistabbilixxu s-suġġetti eliġibbli għall-finanzjament; jistieden lill-awtoritajiet involuti f’dan il-programm biex jinvolvu aktar lil-livell lokali fil-proċess, sabiex tissaħħaħ il-konsistenza mal-isfidi fil-livell lokali;

52.

iqis li huwa fundamentali li d-diversi sfidi tal-programm Orizzont 2020 jikkunsidraw l-impatt soċjoekonomiku fir-reġjuni sa mit-tfassil, l-ippjanar u l-identifikazzjoni tal-oqsma ta’ finanzjament ta’ dan il-programm, b’tali mod li l-għażla tagħhom tikkontribwixxi b’mod effettiv għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja tar-reġjuni Ewropej kollha;

53.

jitlob li jerġgħu jiġu analizzati d-dispożizzjonijiet tal-Programm Qafas fid-dawl tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-komplementarjetà biex tissaħħaħ ir-rabta bejn id-diversi atturi mil-lat mhux biss tal-finanzjament konġunt iżda wkoll mil-lat ta’ diviżjoni ġdida ta’ rwoli, billi l-azzjoni tal-Programm Qafas tkun ikkonċentrata fuq is-suġġetti b’valur miżjud Ewropew;

54.

jipproponi li tiġi żviluppata “t-tikketta ta’ eċċellenza”, mogħtija lill-aħjar applikazzjonijiet li ma kellhomx suċċess taħt l-istrument għall-SMEs, sabiex din issir strument ġenwin ta’ sħubija li t-tmexxija tiegħu tinqasam bejn l-UE u r-reġjuni biex tiġi definita aħjar l-azzjoni tagħhom upstream u downstream fir-rigward tal-applikazzjonijiet ippreżentati; Dawn il-prinċipji japplikaw għal miżuri oħra koperti mit-tikketta ta’ eċċellenza, bħalma huma l-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie u l-għotjiet tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, kif ukoll il-proġetti l-oħra kollha li jwasslu għal sinerġiji;

It-tisħiħ fi sħubija mal-bliet u r-reġjuni tal-effetti kollaterali, l-innovazzjoni u t-tixrid tal-għarfien

55.

jenfasizza r-rwol tal-awtoritajiet lokali bħala raġuni ta’ ttestjar u li jkunu minn tal-ewwel li jadottaw permezz ta’ akkwist pubbliku; jitlob għal tħaffif tal-qafas regolatorju għal dawn l-attivitajiet u s-semplifikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ appoġġ għall-akkwist pubbliku innovattiv, li attwalment mhux utilizzat biżżejjed u li r-regoli tiegħu mhumiex mifhuma biżżejjed mill-awtoritajiet kontraenti;

56.

jafferma mill-ġdid l-importanza ta’ approċċ ta’ 360o tal-innovazzjoni, inkrimentali u ta’ interruzzjoni, teknoloġiku u mhux teknoloġiku, l-innovazzjoni permezz tad-disinn u l-użu, l-innovazzjoni soċjali, l-innovazzjoni miftuħa u kollaborattiva; ifakkar li ċ-ċentri u l-ekosistemi lokali huma l-atturi ewlenin ta’ azzjonijiet ta’ innovazzjoni, ta’ trasferiment u żvilupp. Jitlob lill-Kummissjoni biex, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC), tikkunsidra r-rwol li għandhom l-awtoritajiet lokali fir-rigward ta’ dawn il-kwistjonijiet u biex dawn ikunu involuti fil-missjonijiet futuri tal-EIC;

57.

jipproponi l-introduzzjoni fil-Programm Qafas li jmiss ta’ strutturazzjoni ġdida tal-istrument tal-SMEs li r-rekwiżiti ta’ ppjanar u implimentazzjoni tagħha joħolqu rabta bejn it-territorji, kemm ’il fuq kif ukoll ‘isfel, sabiex dan jiġi adattat aħjar mal-ispeċjalizzazzjonijiet intelliġenti u l-finanzjamenti lokali u sabiex jittaffa l-effett ta’ skoraġġiment relatat mar-rata baxxa ta’ suċċess tiegħu;

58.

jopponi kwalunkwe idea ta’ trasferiment ta’ parti mill-fondi tal-politika ta’ koeżjoni lejn azzjonijiet tal-programm qafas li awtomatikament jiffinanzjaw aktar proġetti jew jappoġġjaw “proġetti eċċellenti li ġew miċħuda”; beħsiebu jiddefendi l-awtonomija tal-politiki reġjonali u jiddefendi l-approċċ propost ta’ kostruzzjoni konġunta u t-tisħiħ ta’ komplementarjetajiet u kooperazzjonijiet;

59.

jinsisti fuq il-ħtieġa li, sa mill-ħolqien tal-proġetti, jiġu kkunsidrati l-isfidi kollaterali, tat-tixrid u tas-sjieda tar-riżultati; iqis il-limiti tal-impatt attwali tal-proġetti f’dawn l-oqsma; jappoġġja għaldaqstant l-iżvilupp ta’ programmi Ewropej u lokali speċifikament iddedikati għal dawn l-attivitajiet; jistieden li r-reġjuni jiġu involuti aktar fl-esplojtazzjoni u t-tixrid tar-riżultati tal-proġetti fi ħdan il-programm qafas;

60.

jappoġġja wkoll l-iżvilupp ta’ għodod li huma intiżi biex il-prova tal-kunċett tgħaddi għas-suq bħall-proġett pilota “Rotta rapida lejn l-Innovazzjoni”, jew l-istrutturar ta’ setturi industrijali ġodda permezz tal-inizjattiva INNOSUP u t-taqsima tagħha ta’ “Proġetti ffaċilitati minn clusters tal-ktajjen ta’ valur industrijali ġodda” (“cluster-facilitated projects for new industrial value chain”), u jitlob l-estensjoni tagħhom;

61.

għandha tiġi żviluppata taħlita ta’ għodod ta’ appoġġ għar-raggruppamenti maħsubin għal gruppi ta’ intrapriżi aktar milli għal dawk individwali biex jippermettu approċċi intersettorjali u sħubiji kollaborattivi tal-UE. Barra dan, ir-rwol li jistgħu jaqdu r-raggruppamenti bħala pont bejn l-atturi ġewwa u barra r-reġjuni u bħala mezzi ta’ appoġġ tan-negozju għall-SMEs għandu jkun rifless fil-politiki tal-UE;

62.

jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt tar-riformi mnedija fl-2013 biex jinkoraġġixxu s-sinerġiji bejn l-Orizzont 2020 u l-Fondi SIE;

63.

jiddispjaċih li l-industriji emerġenti mhumiex biżżejjed fil-qalba tat-tieni pilastru, jiddispjaċih dwar l-appoġġ dgħajjef wisq għan-netwerks ta’ eċċellenza tar-raggruppamenti u l-ekosistemi tal-innovazzjoni mmirati lejn l-industrija tal-futur bħall-inizjattiva Vanguard; jinsab imħasseb ħafna dwar id-diffikultajiet persistenti li wieħed jiltaqa’ magħhom għall-finanzjament tal-proġetti pilota industrijali u d-dimostraturi fuq skala kbira; jitlob lill-Kummissjoni biex minn issa ssaħħaħ l-allokazzjonijiet u tipprevedi azzjonijiet ġodda f’dan ir-rigward;

64.

jipproponi l-ħolqien ta’ programm ta’ appoġġ għall-infrastrutturi ta’ dimostrazzjoni biex jippromovi n-netwerking ta’ siti tat-test, dimostraturi, u proġetti pilota, fuq il-mudell ta’ netwerking tal-infrastrutturi ta’ riċerka;

L-iżvilupp tar-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà b’rabta mar-reġjuni

65.

jinnota li, fi żmien meta l-kunċett ta’ progress qed jiġi kkontestat u diskuss, ir-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà għandha titqiegħed fil-qalba tar-riflessjoni dwar il-futur tal-politika Ewropea tar-riċerka u l-innovazzjoni, fir-rigward kemm tal-linji ta’ riċerka, il-kundizzjonijiet għat-twettiq ta’ proġetti kif ukoll l-għażliet għall-iżvilupp ta’ użi ġodda soċjali u tekniċi tax-xjenza.

66.

għaldaqstant jissuġġerixxi li tiġi promossa l-fiduċja fix-xjenza u fil-progress waqt li jiġi żviluppat approċċ għall-iżvilupp sostenibbli; f’dan ir-rigward beħsiebu jiddefendi l-prinċipju ta’ prekawzjoni, li huwa prinċipju ta’ prudenza fejn l-azzjoni tittieħed bil-kunsiderazzjoni sħiħa tar-riskju;

67.

jenfasizza l-isfida ewlenija li llum tirrappreżenta x-xjenza miftuħa (open science), permezz ta’ aċċess miftuħ għar-riżultati tar-riċerka u l-pubblikazzjonijiet, id-disponibbiltà ta’ informazzjoni għall-pubbliku ġenerali affidabbli u minn sorsi differenti, u d-dibattitu maċ-ċittadini u l-partijiet interessati;

68.

iqis li bejn ix-xjenza miftuħa u x-xjenza finalizzata għandu jkun hemm spazju ta’ djalogu bejn l-atturi ekonomiċi, xjentifiċi, iżda wkoll mis-soċjetà ċivili, biex niddiskutu u nibnu flimkien il-kwistjonijiet xjentifiċi ġodda filwaqt li tinżamm l-indipendenza rispettiva;

69.

jenfasizza l-bżonn urġenti li jiġu promossi x-xjenza, it-teknoloġija u l-impjiegi kollha tagħhom, inklużi dawk tal-industrija, fost iż-żgħażagħ u l-familji tagħhom, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-promozzjoni tal-professjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi fost in-nisa;

70.

jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ riżorsi allokati għall-programm Ix-xjenza mas-soċjetà u għas-soċjetà, il-frammentazzjoni tiegħu u b’hekk l-impatt dgħajjef tiegħu; jitlob li tingħata prijorità lill-azzjonijiet b’valur miżjud Ewropew u fil-qafas ta’ kollaborazzjoni ġenwina mal-partijiet interessati, l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-bliet.

Id-dimensjoni internazzjonali tal-Programm Qafas

71.

jiddefendi l-prinċipju ta’ xjenza miftuħa iżda jixtieq jippreserva n-natura speċifika tal-programm qafas, inkluż fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE; jittama li dan il-ħruġ ma jwassalx għal tnaqqis fil-finanzjament għall-programm qafas, filwaqt li jifhem li l-kwistjoni ser tiġi ttrattata bħala parti min-negozjati komprensivi mar-Renju Unit;

72.

jappella għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali fil-Programm Qafas, mal-imsieħba assoċjati, il-pajjiżi emerġenti, iżda wkoll fil-qafas tal-Politika tal-Viċinat jew tal-baċini tal-baħar bħal fil-Mediterran;

Brussell, it-12 ta’ Lulju 2017.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Dikjarazzjoni mill-mexxejja tas-27 Stat Membru u mill-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (25 ta’ Marzu 2017) http://www.consilium.europa.eu/press-releases-pdf/2017/3/47244656633_mt.pdf

(2)  Abbozz ta’ rapport tal-Parlament Ewropew dwar il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Orizzont 2020 fid-dawl tal-evalwazzjoni interim tiegħu u l-proposta tal-Programm Qafas 9 (2016/2147(INI))

(3)  Rapport tal-Grupp ta’ Livell Għoli indipendenti dwar il-massimizzazzjoni tal-impatt tal-Programmi ta’ Riċerka u Innovazzjoni tal-UE: “Ninvestu fil-futur Ewropew li rridu” https://ec.europa.eu/research/evaluations/pdf/archive/other_reports_studies_and_documents/hlg_2017_report.pdf#view=fit&pagemode=none

(4)  “F’livell minimu, il-baġit għandu jżomm ir-rata medja ta’ tkabbir annwali ta’ Orizzont 2020, filwaqt li jittieħed il-baġit previst għas-sena finali tal-programm bħala punt ta’ tluq. Dan iwassal għal baġit ta’ seba’ snin ta’ mill-inqas EUR 120 biljun fi prezzijiet kurrenti.” Ir-rapport tal-Grupp ta’ Livell Għoli indipendenti dwar il-massimizzazzjoni tal-impatt tal-Programmi ta’ Riċerka u Innovazzjoni tal-UE.

(5)  Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, Stadju ġdid għall-politika Ewropea ta’ tkabbir blu (CDR 6622/2016).

(6)  L-Istati Membri benefiċjarji ewlenin tal-programm It-tixrid tal-eċċellenza u ż-żieda fil-parteċipazzjoni huma l-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja (ħolqa).


12.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/10


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-PAK wara l-2020

(2017/C 342/02)

Relatur:

Is-Sur Guillaume Cros (FR/PSE) Viċi President tal-Kunsill Reġjonali ta’ Occitanie

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR)

I.   KUMMENTI ĠENERALI

1.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-approċċ tal-Kummissjoni Ewropea li tinvolvi lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fl-eżerċizzju ta’ prospettiva li jirrigwarda l-PAK wara l-2020; u josserva li l-agrikoltura, l-ikel u ż-żoni rurali qed jiffaċċjaw sfidi kbar, u dan jagħmel ir-riforma tal-PAK waħda essenzjali;

2.

jenfasizza li l-PAK kellha, u għandu jkompli jkollha, rwol fundamentali fil-proġett Ewropew; l-għanijiet rikonoxxuti fl-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għadhom totalment validi fil-qafas tal-proċess ta’ reviżjoni li ninsabu għaddejjin minnu;

3.

jinnota li s-settur agrikolu huwa t-tieni l-akbar settur ta’ impjieg industrijali fl-UE li jimpjega 22 miljun bidwi, u 44 miljun ruħ fil-bqija tal-katina agroalimentari, u jipprovdi ikel tal-aqwa kwalità bi prezzijiet affordabbli lil aktar minn 500 miljun Ewropew; l-impatt tal-agrikoltura fuq l-impjieg huwa iżjed sostanzjali meta wieħed iqis il-produzzjoni, it-tiswija u l-kummerċjalizzazzjoni tal-makkinarju agrikolu, kif ukoll il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-inputs agrikoli;

4.

jitlob li l-PAK tissawwar f’politika agrikola ġusta, sostenibbli, u ta’ solidarjetà u kwalità tajba għall-benefiċċju tal-bdiewa, it-territorji, il-konsumaturi u ċ-ċittadini; huwa tal-fehma li hija biss politika Ewropea agrikola u tal-ikel b’saħħitha u komuni li tista’ tiggarantixxi s-sigurtà tal-ikel fil-livell Ewropew, u territorji rurali dinamiċi;

5.

jinnota li l-bdiewa u dawk li jrabbu l-bhejjem huma l-protagonisti u d-destinatarji ewlenin tal-PAK. Mingħajr il-kooperazzjoni tagħhom ma jkunx possibbli li jiġu applikati l-miżuri li permezz tagħhom beħsiebna nilħqu l-għanijiet mixtieqa. Jeħtieġ li l-PAK tqis ir-rwol u l-kontribut tagħhom, b’mod partikolari l-ħtieġa li l-azjendi agrikoli u tat-trobbija tal-bhejjem ikunu sostenibbli ekonomikament sabiex ikunu jistgħu jkunu mezz ta’ għajxien deċenti, filwaqt li jinżamm ambjent rurali ħaj b’livell adegwat ta’ impjieg;

6.

josserva li, fit-tiswir tal-PAK futura, għandhom jitqiesu l-konsumaturi Ewropej. L-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku dwar il-benefiċċji tal-PAK, l-iżgurar tas-sigurtà tal-ikel u tal-ħarsien tal-ambjent huma sfidi li għandhom jiġu kondiviżi mill-konsumaturi Ewropej;

7.

jinsab konvint li, sabiex il-biedja ssir attraenti bħala professjoni u tiżgura agrikoltura Ewropea sigura u ta’ kwalità għolja, is-swieq regolati jagħmluha possibbli li l-bdiewa jirċievu rimunerazzjoni akbar, permezz tat-teħid ta’ miżuri u l-użu ta’ għodod ta’ ġestjoni, fil-livell pubbliku u privat, li jistabbilizzaw il-prezzijiet agrikoli u jimpedixxu l-prattiki kummerċjali inġusti; jinsab konvint ukoll li jeħtieġ li tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa fil-konfront tal-atturi l-oħra tas-settur;

8.

jirrikonoxxi li l-leġittimità ekonomika, soċjali, ambjentali, territorjali u internazzjonali tal-PAK hija fundamentali għas-sopravivenza tagħha. Is-settur agrikolu Ewropew iħaddan ċerti kwalitajiet ewlenin li fuqhom tissejjes il-kompetittività tiegħu: il-kapaċità innovattiva, loġistika u infrastruttura b’saħħithom, id-diversità kbira, il-kwalitajiet naturali u kulturali u storiċi importanti taż-żoni agrikoli, l-għadd kbir ta’ azjendi agrikoli tal-familja u kultura żviluppata ħafna ta’ intraprenditorija, kif ukoll prodotti li jikkonformaw ma’ regoli ambjentali u tas-saħħa stretti. Dawn il-kwalitajiet kollha joffru potenzjal u jeħtieġ li nużaw PAK immirata biex insaħħu aktar iż-żoni agrikoli u rurali;

9.

huwa konvint li hija meħtieġa riforma urġenti tal-PAK sabiex din tkun aktar konformi mal-aspettattivi taċ-ċittadini u sabiex il-baġit tagħha jkun leġittimu f’kuntest fejn, f’xenarju b’riżorsi baġitarji kostanti, dan jiġbed ħafna attenzjoni;

10.

huwa konvint li s-suċċess tal-PAK huwa bbażat fuq l-għaqda u li fil-futur ma għandux ikun hemm ċaqliq favur ir-rinazzjonalizzazzjoni, filwaqt li huwa favur it-tisħiħ tar-reġjuni skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà; filwaqt li żżomm in-natura tagħha ta’ politika komuni, il-PAK għandha tkun flessibbli u tikkunsidra ċ-ċirkustanzi agrikoli differenti, b’mod partikolari dawk fir-reġjuni tal-Mediterran u r-reġjuni ultraperiferiċi;

11.

jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għall-interess dejjem jikber fost il-konsumaturi għal ikel prodott lokalment, ta’ kwalità għolja u bi prezz ġust li jirrispetta r-regoli dwar il-benessri tal-annimali u li għandu valur ambjentali u soċjali għoli, kif ukoll li joħloq l-impjiegi u l-valur miżjud; dan huwa wkoll evidenti miż-żieda fid-domanda;

12.

iqis li għandha tissaħħaħ u tiġi appoġġjata t-traċċabbiltà tal-ikel tal-metodi ta’ produzzjoni, li hija garanzija ta’ sigurtà għall-konsumaturi u għall-produtturi;

13.

josserva li, f’bosta setturi u sottosetturi produttivi, ix-xogħol ta’ bidwi mhuwiex ekonomikament attraenti, li jaggrava l-piramida tal-etajiet, li ma tiffavorixxi xejn it-tiġdid tal-azjendi agrikoli (1); huwa tal-fehma li n-nuqqas ta’ żgħażagħ li jiddedikaw ruħhom għall-agrikoltura huwa theddida għall-preżervazzjoni tal-agrikoltura Ewropea tal-familja u l-vitalità taż-żoni rurali. Fil-fehma tiegħu, huwa essenzjali li jittieħdu miżuri li jappoġġjaw liż-żgħażagħ bdiewa biex jibdew jaħdmu f’dan is-settur;

14.

josserva li l-PAK, minkejja baġit sostanzjali, wasslet għal tnaqqis konsiderevoli fl-impjieg agrikolu (l-għadd ta’ azjendi agrikoli Ewropej fl-UE naqas b’20 % bejn l-2007 u l-2013), u josserva li l-baġit tal-PAK naqas matul dawn l-aħħar 30 sena minn 75 % għal 40 % tal-baġit tal-UE;

15.

jiġbed l-attenzjoni li l-produzzjoni agrikola għandha tiġi promossa mill-PAK, kif previst fit-Trattat, billi l-bdiewa jingħataw il-mezzi biex jiksbu d-dħul tagħhom essenzjalment mis-suq, bi spiża raġonevoli u ġġustifikata miċ-ċittadini u l-konsumaturi Ewropej; jenfasizza li bosta studji wrew li l-PAK ikkontribwixxiet biex tiffoka l-produzzjoni agrikola f’ċerti reġjuni għad-detriment tal-oħrajn, li jmur kontra l-għan Ewropew tal-koeżjoni territorjali;

16.

huwa tal-fehma li l-PAK għandha tirrifletti b’mod ċar iċ-ċirkustanzi agrikoli u klimatiċi tal-Ewropa, b’mod partikolari dawk taż-żoni żvantaġġati, pereżempju l-agrikoltura tal-bwar fuq l-għoljiet, l-agrikoltura tal-muntanji, dik tal-baċir tal-Mediterran, ir-reġjuni tat-Tramuntana u dawk ultraperiferiċi; jeħtieġ li l-PAK tikkunsidra l-funzjoni li jwettqu biex jipproteġu l-art u l-ħamrija, u biex jappoġġjaw il-ħarisen tal-komunitajiet rurali u l-valuri kulturali tagħhom, kif ukoll ir-rwol li jaqdu fiż-żamma ta’ sistema soċjali attiva f’dawn ir-reġjuni;

17.

ifakkar li, minkejja t-twissijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, id-distribuzzjoni tal-appoġġ pubbliku għadha inugwali ħafna fost l-azjendi agrikoli u fost l-Istati Membri; jinnota li l-għoti tal-pagamenti diretti abbażi tal-medda tal-art wassal għal konċentrazzjoni qawwija tal-art agrikola u tal-pagamenti diretti, mentri dawn il-pagamenti għandhom iqisu iżjed id-diversità ta’ mudelli agrikoli, il-livell tad-dħul, il-valur miżjud iġġenerat u l-postijiet tax-xogħol okkupati, u jiżguraw li l-agrikoltura tinżamm fit-territorji kollha;

18.

josserva li numru kbir ta’ bdiewa għandhom dħul baxx ħafna, iktar baxx mil-limitu tal-faqar, u dan jikkontradixxi l-għan tat-Trattat ta’ Ruma li l-politika agrikola “tassigura (…) livell ġust ta’ għajxien għall-popolazzjoni agrikola” (Artikolu 39), u li jeħtieġ li jiġi żgurat id-dħul finanzjarju agrikolu (prezzijiet, għajnuniet diretti);

19.

iqis li l-appoġġ tal-PAK għandu jiġi allokat biss lill-produtturi li tassew jeżerċitaw l-attività agrikola, u li ma għandux jingħata lil azjendi inattivi li għalihom id-dħul agrikolu għas-sidien ikun insinifikanti;

20.

josserva li l-bdiewa ta’ spiss ikunu obbligati jbigħu l-prodotti tagħhom bi prezzijiet orħos mill-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom, u dan iwassal għal tnaqqis kontinwu fl-ispejjeż u fil-prezzijiet;

21.

jappoġġa l-konklużjonijiet tat-Task Force tas-Swieq Agrikoli tal-KE ta’ Novembru 2016 u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tipproponi proposta leġislattiva għall-ġlieda kontra prattiki kummerċjali inġusti;

22.

jinnota li l-esportazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi Ewropej, b’mod partikolari r-razez tal-annimali, qed tikkontribwixxi għall-erożjoni ġenetika ta’ razez indiġeni importanti, b’mod partikolari fil-pajjiżi terzi, u tikkontradixxi l-Għan 15 ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU biex tiġi ppreservata l-bijodiversità, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda r-riżorsi ġenetiċi b’implikazzjonijiet għas-sigurtà alimentari;

23.

huwa tal-fehma li r-regolazzjoni tas-suq, kif wera l-istudju tal-KtR dwar il-Programm ta’ Responsabbiltà tas-Suq fis-settur tal-ħalib, hija, għal bosta setturi, ħafna aktar effiċjenti u irħas milli jiġu skattati miżuri ta’ kriżi a posteriori, u b’hekk isir użu aħjar mill-baġit tal-PAK;

24.

huwa tal-fehma li l-iskemi tal-assigurazzjoni tad-dħul jistgħu jibbenefikaw lill-fornituri tal-assigurazzjoni pjuttost milli lill-bdiewa u jistgħu jiswew lill-kontribwenti ħafna flus f’każ ta’ tnaqqis qawwi tal-prezzijiet, mingħajr ma tiġi indirizzata l-volatilità tal-prezzijiet; jixtieq li jitwettaq studju u ssir valutazzjoni tal-iskema tal-assigurazzjoni stabbilita fl-Istati Uniti, u għandu jiġi studjat ukoll il-każ speċifiku tar-reġjuni ultraperiferiċi, li japplikaw għalihom kundizzjonijiet partikolari tas-suq;

25.

huwa tal-fehma li jeħtieġ li jkun hemm qafas leġislattiv ċar u stabbli li jiggarantixxi lill-bdiewa u lil dawk li jrabbu l-bhejjem iċ-ċarezza legali li għandhom bżonn biex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet ta’ natura ekonomika fuq perjodu medju u twil ta’ żmien;

26.

jenfasizza li l-UE, li saret l-akbar importatur u esportatur globali tal-ikel, żiedet id-dipendenza tagħha mill-pajjiżi terzi u żviluppat strateġija kummerċjali li tikkontradixxi l-għanijiet tagħha tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra;

27.

jinnota li proporzjon dejjem akbar ta’ prodotti agrikoli li qabel kienu jiġu prodotti fl-Ewropa issa qed jiġi impurtat minn pajjiżi bi spejjeż baxxi ta’ manodopera, li jfisser li l-prodotti tal-ikel fl-UE jkollhom żvantaġġ kompetittiv sostanzjali mil-lat tal-prezz;

28.

jinnota wkoll l-aspetti pożittivi li l-esportazzjonijiet tal-UE jikkostitwixxu għall-ekonomija, meta dawn ikunu prodotti agrikoli u tal-ikel b’valur miżjud għoli, li jiġġeneraw id-dħul u joħolqu l-impjieg fis-settur agrikolu u agroalimentari Ewropew;

29.

jinnota li l-kooperattivi, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u ċerti tipi ta’ integrazzjoni tal-produtturi jista’ jkollhom rwol importanti fis-setturi agroalimentari li jippermetti lill-bdiewa jikkonċentraw il-provvista, inaqqsu l-ispejjeż, jipprovdu għadd ta’ servizzi u jsaħħu l-pożizzjoni tagħhom fil-katina alimentari;

30.

jinnota li l-esportazzjonijiet Ewropej ta’ kwantitajiet żejda (trab tal-ħalib, tiġieġ, konċentrat tat-tadam, eċċ.) bi prezzijiet orħos mill-ispejjeż ta’ produzzjoni Ewropej u l-ispejjeż ta’ produzzjoni Afrikani jdgħajfu l-kapaċità produttiva tal-pajjiżi Afrikani u jħeġġu l-emigrazzjoni tal-popolazzjonijiet rurali, għall-kuntrarju tal-impenn tal-UE biex tqis l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) adottati min-Nazzjonijiet Uniti fl-2015 fil-“politika ta’ koerenza għall-iżvilupp” li tħaddan; jinnota wkoll li l-Unjoni Ewropea hija l-akbar importatur tal-ikel mill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, u dan joħloq impjiegi fis-settur agroalimentari ta’ dawn il-pajjiżi; jinnota madankollu li l-importazzjonijiet Ewropej (frott, ħaxix, laħam tal-ħaruf, eċċ.) bi prezzijiet orħos mill-ispejjeż ta’ produzzjoni Ewropej idgħajfu l-kapaċitajiet produttivi fl-UE u jistgħu jinvolvu riskji mil-lat tas-sigurtà tal-ikel;

31.

jinnota li l-prezzijiet agrikoli fl-Ewropa qed isiru dejjem aktar marbuta mal-prezz tal-irħas offerent fis-suq dinji u li l-bdiewa Ewropej huma għalhekk soġġetti għal kompetizzjoni akbar, minkejja li huma obbligati jirrispettaw standards ambjentali u sanitarji aktar stretti;

32.

jenfasizza li l-valur miżjud tax-xogħol ta’ produzzjoni agrikola fil-biċċa l-kbira kien prodott iktar ’il fuq u aktar ’l isfel fil-katina tal-attivitajiet, peress li, ta’ spiss, il-pożizzjoni tal-produtturi agrikoli tkun dgħajfa wisq meta mqabbla mal-pożizzjoni tal-industrija agrikola u l-kummerċ; konsultazzjoni aħjar bejn is-settur agrikolu, l-industrija agroalimentari u s-settur kummerċjali għandha twassal għal distribuzzjoni aħjar tal-marġnijiet tal-profitti;

33.

josserva li ż-żoni rurali qed jaqgħu lura meta mqabbla maż-żoni urbani u li dan id-distakk huwa ħafna aktar inkwetanti għax qed ikompli jikber, b’mod partikolari bħala riżultat tar-ritmu rapidu tal-iżvilupp tal-bliet il-kbar u l-bliet kapitali (2);

34.

jiddeplora l-qerda b’ritmu mgħaġġel tal-bijodiversità agrikola u selvaġġa, li tipperikola r-reżiljenza tas-sistemi agrikoli u l-ispazji naturali tagħna;

35.

jinsab imħasseb li l-erożjoni u d-degradazzjoni tal-ħamrija minħabba prattiki agrikoli ftit li xejn sostenibbli jipperikolaw il-fertilità tal-ħamrija u li ż-żieda tal-ħamrija agrikola artifiċjali qed teqred l-ispazji meħtieġa għas-sigurtà alimentari Ewropea;

36.

jinnota t-tniġġis agrikolu tal-uċuħ tal-ilma ta’ taħt l-art u tax-xmajjar, kif ukoll l-użu tiegħu, li xi kultant ikun eċċessiv, għat-tisqija;

37.

jenfasizza li t-tisħin globali diġà ħalla xi effetti agrikoli sinifikanti, li jsaħħu l-urġenza u l-fatt li l-metodi tal-produzzjoni għandhom jiġu orjentati mill-ġdid;

38.

jenfasizza l-ħtieġa li jsir investiment fl-innovazzjoni diġitali li jista’ jkollha impatt pożittiv fuq is-sostenibbiltà, is-sigurtà alimentari, l-effiċjenza fir-riżorsi, it-tnaqqis tal-iskart, iċ-ċirkwiti qosra, eċċ.; jenfasizza, fl-istess ħin, l-importanza li jiġu studjati bir-reqqa l-effetti ekonomiċi u soċjali ta’ dawn l-iżviluppi fuq l-agrikoltura tal-familja, u jinsab imħasseb dwar l-użu potenzjali tal-“big data” minn kumpaniji privati li jfisser li hemm il-periklu li l-azjendi agrikoli jaqgħu taħt superviżjoni teknika u finanzjarja;

39.

jinnota li d-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea tirriskja li twassal għal tnaqqis fir-riżorsi għall-PAK kif ukoll telf ta’ swieq tal-UE għar-Renju Unit; jitlob lir-Renju Unit u lill-UE biex iżommu kooperazzjoni kummerċjali mill-qrib fir-rigward tal-agrikoltura u tal-ikel;

40.

ifakkar li l-proporzjon tal-baġit tal-UE ddedikat għall-agrikoltura, stabbilit fuq livell ta’ 0,70 % biss tal-PDG Ewropew fl-2014, huwa biżżejjed biss biex isostni politika Ewropea komuni ġenwina ta’ importanza strateġika għas-sigurtà tal-ikel, iżda f’dak li jirrigwarda l-iżvilupp rurali u t-tieni pilastru, f’għadd ta’ oqsma ma hemmx riżorsi biżżejjed, u jfakkar ukoll li jeħtieġ li jitqiesu l-għanijiet il-ġodda tal-PAK fil-baġit futur;

41.

jirrifjuta l-idea li l-kofinanzjament tal-ewwel pilastru tal-PAK, li jixħet dubju fuq il-fatt li l-PAK hija l-unika politika integrata tal-UE, joħloq effettivament rinazzjonalizzazzjoni tal-PAK u jkun ta’ żvantaġġ għall-agrikoltura tal-iżjed Stati Mmebri foqra tal-UE li l-livell ta’ dipendenza tagħhom mill-finanzi Ewropej huwa akbar;

42.

jinnota li l-ispiża għas-saħħa pubblika ta’ ċerti dieti li jwasslu għall-obeżità, id-dijabete, eċċ., u ta’ ċerti prattiki agrikoli (użu eċċessiv tal-antibijotiċi f’ċerti tipi ta’ trobbija tal-bhejjem, cocktails ta’ pestiċidi, eċċ.) hija ħafna akbar mill-baġit tal-PAK; jitlob li jkun hemm koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-politika agrikola u tal-ikel; jitlob koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-politiki agrikoli u tal-ikel;

43.

jirrakkomanda li jingħata tagħrif dwar u jiġi promoss il-konsum ta’ prodotti tal-ikel li jiffurmaw parti minn dieti tajbin għas-saħħa, bħal dik Mediterranja, bi programmi speċifiċi ta’ appoġġ għall-inbid, il-frott, il-ħxejjex u l-produzzjoni tal-għasel, filwaqt li jissaħħu l-kwalità u l-valur miżjud ta’ dawn il-prodotti;

44.

fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi, u peress li t-traspożizzjoni tal-mudell Ewropew tal-agrikoltura għar-reġjuni ultraperiferiċi mhijiex fattibbli, l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) b’mod espliċitu jippermetti lill-Kunsill jadotta dispożizzjonijiet speċifiċi bil-għan li tiġi adattata l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE, inkluża l-PAK, għar-reġjuni ultraperiferiċi. F’dan il-kuntest, il-PAK wara l-2020 għandha żżomm trattament differenzjat għar-reġjuni ultraperiferiċi, billi jsiru l-aġġustamenti meħtieġa għall-FAEŻR, il-POSEI, l-għajnuna mill-Istat u strumenti oħra disponibbli;

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

45.

jipproponi li l-politika futura agrikola tal-UE wara l-2020 tissejjes fuq dawn l-għanijiet, li huma kondiviżi b’mod wiesa’:

a)

li tibqa’ tiġi kkunsidrata bħala politika ewlenija tal-proġett Ewropew;

b)

it-tilħiq tal-għanijiet stabbiliti fit-TFUE u d-disponibbiltà ta’ pakkett finanzjarju adegwat;

c)

l-iżvilupp ta’ agrikoltura sostenibbli u prospera bbażata fuq id-diversità tat-territorji rurali;

d)

l-iżgurar tas-sigurtà tal-ikel tal-popolazzjoni li tgħix fit-territorju Ewropew bi prezzijiet ġusti;

e)

il-forniment ta’ ikel tajjeb għas-saħħa, nutrittiv, varjat u ta’ kwalità għolja, billi jiġu promossi l-iżvilupp u t-tisħiħ tal-katini lokali u billi tingħata attenzjoni partikolari lill-atturi involuti fil-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel u s-solidarjetà soċjali;

f)

l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u tal-bijoekonomija sabiex ikunu jistgħu jsiru attivitajiet ekonomikament profittabbli fl-ambjent rurali;

g)

l-istabbilizzazzjoni tas-swieq u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-bdiewa fis-swieq;

h)

l-iżgurar ta’ standard ġust tal-għajxien għall-bdiewa, b’mod partikolari permezz ta’ dħul ġust u stabbli biżżejjed;

i)

l-iżgurar tat-tiġdid tal-akbar numru possibbli ta’ azjendi agrikoli, li jfisser ukoll l-iżgurar ta’ territorji rurali dinamiċi, billi jiġu appoġġjati l-bdiewa żgħażagħ, b’mod partikolari;

j)

l-iżgurar tal-aċċess għall-finanzjament, it-trasferiment tal-għarfien, it-taħriġ vokazzjonali, u t-tnaqqis tal-ostakli amministrattivi;

k)

l-evitar tad-destabilizzazzjoni tal-ekonomiji agrikoli tal-pajjiżi terzi għall-UE;

l)

l-orjentazzjoni tal-mezzi kollha tal-produzzjoni agrikola lejn prattiki li jieħdu ħsieb is-saħħa kemm tal-bdiewa kif ukoll tal-konsumaturi, kif ukoll li jipproteġu r-riżorsi ġenetiċi agrikoli, l-ambjent, inkluż l-ambjent akkwatiku, permezz tat-tisħiħ tal-bijodiversità kemm dik selvaġġa kif ukoll dik fuq l-art agrikola, li jirrispettaw il-benessri tal-annimali u jillimitaw it-tisħin globali;

m)

iż-żamma u l-preservazzjoni tul iż-żminijiet tal-ħamrija agrikola mil-lat ta’ kwantità, biex jiġi indirizzat b’mod deċiż l-isfruttament eċċessiv tal-ħamrija, u tiżdied il-kwalità, il-fertilità u l-bijodiversità permezz ta’ prattiki agrikoli adatti;

n)

il-promozzjoni tal-prodotti ta’ oriġini (DOP, IĠP) jew sistemi oħrajn ta’ kwalità li jiġġeneraw valur miżjud għall-katina u t-territorju, sabiex jinżammu ħajjin is-sistemi ta’ produzzjoni lokali u jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-identità rurali u l-wirt kulturali u gastronomiku;

o)

id-distribuzzjoni iżjed ġusta tal-fondi pubbliċi tal-politika agrikola u tal-ikel komuni fost l-azjendi agrikoli u fost l-Istati Membri skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, b’rabta mal-kapaċità tagħhom li jikkontribwixxu għall-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli tal-UE (inkluż li titħaffef il-konverġenza tal-pagamenti diretti bejn l-Istati Membri);

p)

l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità għas-sistema ta’ monitoraġġ li huma soġġetti għaliha l-bdiewa;

q)

it-tisħiħ tat-tieni pilastru tal-PAK bil-għan li jittejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien fiż-żoni urbani u tissaħħaħ il-kompetittività ġenerali;

r)

il-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali tat-territorji rurali kollha;

s)

l-indirizzar tal-isfida tad-depopolazzjoni u t-tixjiħ f’ħafna żoni rurali, bħala konsegwenza tan-nuqqas ta’ opportunitajiet ta’ għajxien u impjieg, b’mod speċjali għaż-żgħażagħ u n-nisa;

46.

josserva li l-PAK hija kumplessa, u dan jagħmilha diffiċli u saħansitra ta’ riskju għall-intraprendituri individwali u għall-bdiewa biex japplikaw għas-sussidji. Is-semplifikazzjoni hija essenzjali sabiex il-PAK tibqa’ tiġi aċċettata u tibqa’ attraenti. Ikun utli li jiġi ssemplifikat u jitħaffef il-pass tal-proċess, b’mod partikolari għat-tranżazzjonijiet ta’ valur baxx, anke billi jiġu ssemplifikati l-proċeduri amministrattivi;

47.

jittama li l-baġit tal-PAK jinżamm f’livell għoli biżżejjed, f’konformità mal-prinċipji definiti fit-trattati Ewropej u li jissodisfa l-istatus tagħha bħala l-unika politika integrata tal-Unjoni Ewropea, sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-agrikoltura Ewropea, u taż-żoni u l-komunitajiet rurali, u b’mod li jiġu ssodisfati d-domandi tas-soċjetà;

48.

josserva li għadd kbir ta’ sfidi msemmija hawn fuq dwar il-klima, l-enerġija, il-produzzjoni tal-ikel, u l-bijodiversità jistgħu jiġu indirizzati mis-settur agrikolu. Madankollu, dan jitlob li jiġu appoġġjati finanzjarment l-inizjattivi tekniċi u l-approċċi innovattivi ta’ natura intraprenditorjali jew kooperativa, bil-għan li jitħaffef il-pass tat-tranżizzjoni;

49.

jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa, fir-rigward tal-pagamenti diretti u l-pagamenti skont l-erja, li r-riżorsi jiġu kkonċentrati l-iktar fuq l-azjendi agrikoli ż-żgħar u dawk tal-familja, filwaqt li jiġu privileġġjati s-soluzzjonijiet finanzjarji għall-azjendi agrikoli l-kbar affettwati mil-limitu massimu tal-għajnuna;

50.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex twettaq valutazzjoni preċiża tar-riżultati tal-PAK attwali meta mqabbla mal-applikazzjoni tal-għanijiet assenjati lilha fit-Trattati Ewropej fil-qasam tad-dħul tal-azjendi agrikoli u l-istabbilizzazzjoni tas-swieq;

51.

jirrakkomanda li tiġi miġġielda l-volatilità tal-prezzijiet agrikoli, li jiġu pprovduti opportunitajiet ta’ dħul lill-bdiewa mis-suq, u li l-katini alimentari jsiru aktar ġusti (3);

52.

jitlob li jinżamm it-trattament tal-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi, abbażi tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, permezz tal-iskema POSEI, kif tirrikonoxxi l-Kummissjoni Ewropea stess fir-rapport tagħha COM(2016) 797 tal-15 ta’ Diċembru 2016 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill;

53.

jitlob aktar appoġġ għat-tkabbir tad-dwieli u taż-żebbuġ u t-trobbija tal-annimali pprattikati fuq artijiet b’pendil qawwi jew dawk f’żoni muntanjużi, kif ukoll f’żoni żvantaġġati b’rendiment baxx, kif ukoll fir-reġjuni ultraperiferiċi, u appoġġ għall-modi ta’ ġestjoni agrikola li jikkontribwixxu għat-titjib tal-bijodiversità tal-bwar u l-mergħat tal-muntanji;

54.

jitlob lill-UE tuża l-influwenza tagħha bħala l-akbar importatur u esportatur globali tal-ikel biex jiġu emendati r-regoli tal-kummerċ internazzjonali agrikolu introdotti fl-1994 (WTO) bil-għan li jkun hemm relazzjonijiet kummerċjali aktar ġusti u b’aktar solidarjetà; jinnota li l-volatilità tal-prezzijiet hija sfida għall-agrikoltura Ewropea, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tqis miżuri sabiex jitnaqqsu r-riskji marbutin ma’ żieda fl-esponiment għas-suq dinji;

55.

huwa tal-fehma li approċċ fejn id-dħul agrikolu jkun ibbażat aktar fuq is-suq milli fuq is-sussidji jista’ jsaħħaħ ir-rikonoxximent ekonomiku tal-impjieg tal-biedja, u b’hekk jagħmlu iżjed attraenti; għal dan il-għan, jirrakkomanda li l-UE tirregola s-swieq agrikoli tagħha sabiex tevita nuqqasijiet jew eċċessi u tistabilizza l-prezzijiet agrikoli għal livelli sodisfaċenti;

56.

jipproponi li jiġi stabbilit fond annwal tat-tfaddil ta’ prekawzjoni, li għandu jiġi riportat kull sena jekk ma jintużax kollu (4);

57.

jitlob lill-UE biex tiggarantixxi kundizzjonijiet ġusti fil-ftehimiet kummerċjali u s-sħubijiet bilaterali konklużi mal-pajjiżi terzi; għal dan il-għan huwa tal-fehma li l-obbligu li ma jibqgħux jiġu esportati prodotti agrikoli u tal-ikel bi prezzijiet orħos mill-ispejjeż medji tal-produzzjoni fl-Ewropa huwa marbut mad-dritt li l-produzzjoni Ewropea tiġi protetta minn importazzjonijiet bi prezzijiet irħas wisq li jeqirdu l-kapaċità tal-produzzjoni tagħha jew li ma jirrispettawx l-istandards Ewropej tal-produzzjoni;

58.

jappoġġja l-importanza ta’ katini tal-provvista qosra reġjonali u lokali, kemm minħabba s-sostenibbiltà ambjentali akbar tagħhom minħabba t-tnaqqis fit-tniġġis li jirriżulta mill-mezzi ta’ trasport, kif ukoll minħabba l-fatt li jippromovu agrikoltura b’aċċenn fuq il-kwalità tipika, it-tradizzjoni u l-wirt ekonomiku u kulturali;

59.

jitlob lill-UE tirrevedi l-komponenti agrikoli tal-ftehimiet bilaterali ta’ kummerċ “ħieles” jew ta’ “sħubija” ekonomika ma’ pajjiżi terzi, b’riżorsi adegwati u li jagħtu prijorità lill-azjendi agrikoli tal-familja li jirrikjedu ħafna ħaddiema, li jiffukaw l-ewwel u qabel kollox fuq is-swieq lokali u reġjonali, u lill-katini tal-provvista qosra; jitlob ukoll lill-UE biex tirrifletti sew dwar l-interessi tas-settur agrikolu tagħha fil-ftehimiet kummerċjali sabiex jiġu minimizzati r-riskji għall-produzzjoni Ewropea billi telenka lista strateġika ta’ prodotti li jistgħu jkunu suxxettibbli għal pressjoni eċċessiva; jitlob li dawn il-prodotti li jistgħu jkunu sensittivi għal-liberalizzazzjoni jingħataw trattament speċjali u differenzjat fil-ftehimiet kummerċjali;

60.

jissuġġerixxi reviżjoni tal-liġi Ewropea dwar il-kompetizzjoni li tippermetti lill-atturi kollha f’settur partikolari, inklużi l-konsumaturi u l-awtoritajiet pubbliċi, li jiddeċiedu dwar distribuzzjoni ġusta tal-valur miżjud u tal-marġnijiet tul il-katina ta’ valuri u tippermetti lill-bdiewa javvanzaw lejn pożizzjoni aktar ġusta fil-katina alimentari, u jsaħħu l-pożizzjoni tagħhom fis-suq;

61.

jitlob reviżjoni tal-liġi Ewropea dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fis-settur tal-forniment kollettiv tal-ikel u x-xorb (mass catering), biex tinkludi klawżola marbuta mal-lokalità tal-provvista tal-ikel, bil-għan li tiġi promossa l-provvista tal-ikel lokali; jappella wkoll għal skambju akbar tal-prattiki tajbin bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali, għal suq lokali għall-produzzjoni agrikola organika u għall-ipproċessar fuq skala żgħira li jipprovdi impjiegi rurali;

62.

jitlob li r-riċerka ffinanzjata mill-baġits Ewropej u tal-BEI fil-qasam agrikolu u rurali tkun orjentata b’mod partikolari lejn:

a)

l-effiċjenza sostenibbli tal-proċessi tal-produzzjoni u tal-azjendi agrikoli;

b)

metodi ta’ produzzjoni ta’ kwalità għolja u li jirrispettaw l-ambjent, l-agroekoloġija;

c)

ir-riġenerazzjoni tal-fertilità tal-ħamrija agrikola degradata u tal-bijodiversità;

d)

l-innovazzjoni soċjali tat-territorji rurali: servizzi pubbliċi lokali għall-metodi ta’ produzzjoni agrikola, ipproċessar fuq skala żgħira u distribuzzjoni lokali tal-prodotti agrikoli;

e)

l-innovazzjoni teknika li ssaħħaħ l-awtonomija u r-reżiljenza tal-azjendi agrikoli;

f)

il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti;

g)

il-prattiki agrikoli li jiġġieldu kontra t-tibdil fil-klima;

h)

il-benessri tal-annimali u soluzzjonijiet sostenibbli għall-mard tal-pjanti u tal-annimali;

i)

l-applikazzjonijiet teknoloġiċi għall-kontrolli fuq il-post bil-għan li l-metodoloġiji jiġu ssemplifikati u jsiru aktar effiċjenti;

63.

jitlob li l-pagamenti diretti għal kull ettaru jinbidlu f’pagamenti diretti għal kull ettaru b’ limitu massimu u modulati għal kull ħaddiem agrikolu – li għandu jinftiehem bħala bidwi attiv – sabiex:

a)

tinżamm u tiġi żviluppata l-agrikoltura fiż-żoni bi żvantaġġi agrikoli u klimatiċi, b’mod partikolari ż-żoni tal-muntanji, li għandhom spejjeż ogħla tal-produzzjoni jew għandhom żvantaġġi ġeografiċi, bħar-reġjuni ultraperiferiċi;

b)

jiġu appoġġjati azjendi agrikoli żgħar tal-familja li jkollhom ta’ spiss volum ta’ produzzjoni baxx wisq biex irendu dħul finanzjarju agrikolu suffiċjenti, iżda li huma importanti biex jagħtu ħajja lit-territorji rurali, filwaqt li jiġi enfasizzat li appoġġ akbar għall-ewwel ettari huwa ta’ importanza kbira għall-azjendi agrikoli ż-żgħar, speċjalment fil-qasam tal-biedja fil-muntanji;

c)

jiġi appoġġjat ir-reklutaġġ ta’ bdiewa żgħażagħ;

d)

tiġi appoġġjata fir-reġjuni kollha t-tranżizzjoni gradwali għal metodi ta’ produzzjoni iktar reżiljenti, aktar awtonomi, li jitolbu anqas inputs u mingħajr pestiċidi kimiċi, li jipproteġu s-saħħa, li jnaqqsu t-tisħin tal-klima, jiffavorixxu l-bijodiversità, itejbu l-kwalità tal-ilma u jirrispettaw il-benessri tal-annimali;

e)

jissaħħaħ l-iżvilupp tal-agrikoltura organika;

f)

tissaħħaħ l-agrikoltura fiż-żoni b’valur ambjentali għoli;

g)

jiġi promoss l-użu ta’ razez u varjetajiet indiġeni biex jiġu appoġġjati prodotti tal-ikel artiġjanali u speċjalizzati ta’ valur miżjud għoli;

h)

jiġi appoġġjat l-iżvilupp ta’ katini reġjonali ta’ kwalità għolja b’valur miżjud għoli;

64.

jappella, bħala parti minn approċċ aktar ekoloġiku, għat-tisħiħ gradwali tal-prattiki li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent permezz tal-aspetti li ġejjin:

a)

ir-rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba’, inklużi l-pjanti leguminużi, sabiex it-trobbija tal-bhejjem fil-livell Ewropew tkun inqas dipendenti mill-importazzjonijiet ta’ proteini veġetali u sabiex jitnaqqsu l-influssi ta’ fertilizzanti tan-nitroġenu, li jużaw ħafna enerġija u huma produtturi kbar ta’ gassijiet b’effett ta’ serra;

b)

iż-żamma tal-projbizzjoni tal-ħrit ta’ bwar permanenti, sabiex jiġi promoss is-sekwestru tal-karbonju fil-ħamrija u l-bijodiversità;

c)

iż-żamma taż-żoni ta’ interess ekoloġiku, mingħajr kultivazzjoni jew użu ta’ prodotti fitosanitarji, bil-għan li jgħinu biex tittaffa l-qerda tal-bijodiversità, iżda filwaqt li jkun permess ragħa estensiv limitat, li jikkontribwixxi għall-arrikament tal-ħamrija u huwa ta’ benefiċċju għal dawk li jrabbu l-bhejjem;

d)

id-disponibbiltà ta’ strumenti speċifiċi għall-prevenzjoni tar-riskji marbutin mat-tibdil fil-klima;

e)

l-introduzzjoni ta’ għajnuniet ta’ kumpens, li jkunu faċilment aċċessibbli u li jinkoraġġixxu l-impenji addizzjonali fiż-żoni Natura 2000 f’każ ta’ impenji addizzjonali marbutin mal-bijodiversità, fiż-żoni ta’ valur naturali għoli, kif ukoll fit-territorji fejn huma preżenti predaturi kbar protetti;

f)

miżuri oħra ta’ approċċ aktar ekoloġiku fil-livell reġjonali;

65.

jirrakkomanda li jitnaqqas l-għoti ta’ kwalunkwe pagament dirett lil azjendi agrikoli li ma jirrispettawx l-istandards soċjali fis-seħħ fl-Istati Membri tagħhom, bil-għan li jiġu protetti d-drittijiet tal-impjegati agrikoli;

66.

jitlob għat-tisħiħ tat-tieni pilastru tal-PAK u għal żieda fil-baġits dedikati għall-iżvilupp rurali; jitlob ukoll għal sussidjarjetà akbar sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jittrasferixxu fondi mill-ewwel għat-tieni pilastru;

67.

jiġbed l-attenzjoni għall-kontribut sostanzjali – bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet tal-PAK fil-livell lokali u reġjonali – tal-approċċ hekk imsejjaħ “Żvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità” (CLLD) u dak tal-LEADER, u għalhekk jirrakkomanda li, fil-qafas tal-programmi nazzjonali u reġjonali għall-implimentazzjoni tal-PAK, dawn l-approċċi jiġu allokati sa 20 % tar-riżorsi previsti għall-implimentazzjoni tat-tieni pilastru;

68.

itenni li l-Istati Membri u r-reġjuni għandhom jingħataw aktar setgħa sabiex jirregolaw l-art agrikola u jistabbilixxu restrizzjonijiet għal dan l-għan, b’mod partikolari biex jiġi indirizzat il-fenomenu fl-Ewropa tal-ħtif tal-art u tal-konċentrazzjoni, li qed jillimita l-għażliet għall-bdiewa żgħażagħ biex jistabbilixxu negozju agrikolu (5);

69.

iħeġġeġ li jiġi rriservat persentaġġ suffiċjenti mill-fondi għall-iżvilupp taż-żoni rurali, billi tingħata spinta lill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), biex jiġi żgurat l-iżvilupp armonjuż u integrat ta’ dawn iż-żoni, inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ infrastruttura lokali; l-għajnuna lill-SMEs, it-tiġdid rurali u diversifikazzjoni ekonomika usa’;

70.

jirrakkomanda li l-UE tagħti attenzjoni partikolari lir-reġjuni ultraperiferiċi, fejn is-settur agrikolu huwa essenzjali għall-ħolqien tal-impjiegi u l-ġid, kif ukoll għall-promozzjoni tal-iżvilupp tal-industrija agroalimentari, ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-ħarsien u l-promozzjoni ta’ spazji ġestiti ta’ kwalità għolja, kif ukoll għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;

71.

jipproponi li l-fondi tat-tieni pilastru għandhom jiffukaw l-iżjed fuq:

a)

it-qarrib tal-bdiewa u l-konsumaturi lejn xulxin permezz ta’ ktajjen qosra tal-provvista;

b)

l-appoġġ lill-bdiewa li l-metodi ta’ produzzjoni tagħhom imorru lil hinn mill-istandards ambjentali, għal agrikoltura b’valur ekoloġiku għoli;

c)

l-appoġġ għall-iżvilupp ta’ prattiki ta’ kultivazzjoni li jirrispettaw l-ambjent, filwaqt li jiġu ppreservati l-ekosistemi ta’ valur ambjentali għoli u filwaqt li titħeġġeġ l-afforestazzjoni ta’ art bħala bir tal-karbonju;

d)

l-appoġġ għall-promozzjoni tal-innovazzjoni u r-riċerka favur metodi ta’ produzzjoni u pproċessar aktar sostenibbli;

e)

l-adattament tal-bdiewa għas-swieq (pereżemju, servizzi ta’informazzjoni, ta’ konsulenza, servizzi ta’ ġestjoni tal-azjendi agrikoli, taħriġ, eċċ.);

f)

l-appoġġ għall-modernizzazzjoni sostenibbli tas-setturi tal-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli organizzati f’kożvilupp mal-katini tal-produzzjoni u filwaqt li jiġu rispettati l-ambjent, is-saħħa tal-konsumaturi, u distribuzzjoni ġusta tal-valur miżjud;

g)

inizjattivi li jippromovu l-bdiewa li jwaqqfu kooperattivi jew organizzazzjonijiet tal-produtturi;

h)

il-konsulenza dwar il-ġestjoni tar-riskji fil-ġlieda kontra l-perikli marbuta mal-klima u s-saħħa;

i)

l-investimenti sostenibbli sabiex il-provvista ta’ azjendi agrikoli tal-familja tiġi adattata għad-domanda tal-konsumaturi;

j)

l-appoġġ għall-iżvilupp ta’ settur b’tikketta uffiċjali ta’ kwalità;

k)

l-ipproċessar fuq skala żgħira ta’ prodotti agrikoli lokali;

l)

il-forniment kollettiv tal-ikel u x-xorb abbażi ta’ prodotti organiċi u lokali;

72.

jipproponi li minn approċċ imsejjes fuq “punt li jipprovdi servizz” nimxu għal wieħed imsejjes fuq “kuntratt”, b’ċerti tipi ta’ intrapriżi, setturi u reġjuni; abbażi ta’ għadd żgħir ta’ objettivi (il-kwalità, il-produttività, is-sostenibbiltà); jipproponi li jiġu ffinanzjati proġetti ta’ innovazzjoni maħsuba għal dan il-għan u li jista’ jkollhom impatt pożittiv fuq l-impjieg;

Sinerġiji bejn il-Fondi tal-UE għall-iżvilupp rurali

73.

jipproponi li jiżdied l-appoġġ finanzjarju tal-UE għall-iżvilupp rurali li naqas b'mod sinifikanti meta mqabbel mal-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti billi jinżammu biżżejjed fondi disponibbli fl-ewwel pilastru;

74.

jipproponi li jkun hemm appoġġ sostanzjali u sod għall-investimenti sostenibbli fil-manutenzjoni tal-azjendi agrikoli tal-familja, b’mod partikolari fl-oqsma tal-produzzjoni, id-distribuzzjoni u d-diversifikazzjoni;

75.

jirrakkomanda l-adozzjoni ta’ strateġija rurali sabiex jiġi żgurat li l-politiki kollha tal-UE jikkontribwixxu iżjed għall-innovazzjoni u l-kooperazzjoni b’rabta maż-żoni rurali u l-iżvilupp tagħhom b’konformità mal-għanijiet tal-koeżjoni territorjali (6);

76.

jipproponi li tiġi ssemplifikata l-integrazzjoni tar-riżorsi tal-fondi differenti li jiffinanzjaw l-iżvilupp rurali mhux agrikolu, sabiex jiġu appoġġjati:

a)

l-inizjattivi lokali għall-iżvilupp tal-impjieg rurali;

b)

it-taħriġ vokazzjonali għall-professjonijiet rurali;

c)

l-innovazzjoni teknika u soċjali għas-servizz ta’ ekonomija li ma tużax karbonju, u li hija diġitali, ċirkolari u faċli għall-utent;

d)

l-irkupru ekonomiku, ekoloġiku u rikreattiv taż-żoni forestali;

e)

il-promozzjoni ta’ sħubijiet u alleanzi bejn is-settur agrikolu u l-amministraturi taż-żoni protetti;

f)

it-tneħħija tad-distakk rurali mil-lat tal-konnettività diġitali;

g)

iż-żamma u l-iżvilupp ta’ servizzi pubbliċi lokali;

h)

iż-żamma u l-iżvilupp ta’ pajsaġġi u rħula attraenti;

i)

it-turiżmu rurali;

j)

l-iżvilupp ta’ sorsi lokali ta’ enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira;

k)

l-investiment pubbliku lokali fuq skala żgħira bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-komunitajiet rurali u l-vijabbiltà tal-intrapriżi, tal-anqas fir-reġjuni li għadhom lura ħafna meta mqabbla mal-medja tal-Istati Membri;

77.

jixtieq ukoll li jiġi sfruttat iktar il-potenzjal usa’ taż-żoni agrikoli u tal-foresti – speċjalment iż-żoni periurbani – għal skopijiet ekonomiċi, ekoloġiċi, klimatiċi, enerġetiċi u ta’ rikreazzjoni, bħall-produzzjoni tal-ikel u l-enerġija lokali u t-turiżmu rurali. Minħabba f’hekk, jeħtieġ li l-PAK ma tiffokax biss fuq il-bdiewa. L-inizjattivi LEADER huma u għandhom jibqgħu opportunità ta’ kollaborazzjonijiet u ta’ innovazzjonijiet għall-atturi rurali u periurbani;

78.

jitlob valutazzjoni rigoruża tal-Fondi Strutturali biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp taż-żoni rurali u jiġu promossi strateġiji globali biex tingħata spinta lil dawn iż-żoni billi tittejjeb il-konnettività tagħhom kemm mil-lat tat-trasport kif ukoll tal-broadband diġitali, filwaqt li jitħares l-ambjent, permezz tal-implimentazzjoni tat-“test rurali”, kif rakkomandat fid-Dikjarazzjoni ta’ Cork 2.0 (7);

79.

jenfasizza li l-iżvilupp territorjali bbilanċjat għandu jipprovdi appoġġ adegwat għaż-żoni rurali u periurbani fir-reġjuni li jinsabu fl-intern tal-pajjiż, u li huma żvantaġġjati (pereżempju, ir-reġjuni muntanjużi jew mal-fruntiera u reġjuni oħra bi żvantaġġi naturali jew demografiċi), sabiex jiġu żgurati l-investimenti meħtieġa fit-tkabbir, l-impjiegi, l-inklużjoni soċjali u s-sostenibbiltà ambjentali;

80.

jitlob li jittejbu r-rabtiet bejn il-bliet u ż-żoni rurali, billi l-bliet iżgħar u l-muniċipalitajiet rurali jkunu involuti b’mod sħiħ, sabiex il-politiki tal-UE ma jħeġġux relazzjoni kompetittiva bejn id-dimensjonijiet urbani, kostali u rurali;

81.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea favur Irħula Intelliġenti u l-kontribut tal-Parlament Ewropew biex il-proċess jirnexxi, u jipproponi li dan il-kunċett jiġi estiż għal dak ta’ Territorji Rurali Intelliġenti; barra minn hekk, jitlob li jkun jista’ jaqdi l-iżjed rwol wiesa’ possibbli fid-diskussjonijiet marbutin mal-ħolqien ta’ qafas ta’ azzjoni lokali u reġjonali b’rabta ma’ din l-inizjattiva;

82.

jinsisti dwar il-bżonn ta’ aktar armonizzazzjoni tar-regoli operattivi tal-Fondi Strutturali permezz ta’ qafas strateġiku komuni, sabiex jiġu ffaċilitati t-tfassil u l-ġestjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali u sabiex jiġu promossi approċċi integrati u bbażati fuq il-post (8);

83.

jipproponi li jissaħħaħ l-approċċ tal-fondi ewlenin sabiex tiġi armonizzata l-ġestjoni ta’ proġetti ffinanzjati minn diversi fondi;

84.

jissuġġerixxi li ssir diskussjoni dwar ir-rikonċiljazzjoni tal-fondi differenti għall-iżvilupp reġjonali mhux agrikolu.

Brussell, 12 ta’ Lulju 2017.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “L-appoġġ għal bdiewa żgħażagħ Ewropej” (ĠU C 207, 30.6.2017, p. 57).

(2)  “Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi. Il-promozzjoni tal-iżvilupp u ta’ governanza tajba f’reġjuni u bliet tal-UE: is-sitt rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”, Kummissjoni Ewropea, 23 ta’ Lulju 2014.

(3)  Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Ir-regolazzjoni tal-volatilità tal-prezzijiet agrikoli” (ĠU C 185, 9.6.2017, p. 36).

(4)  Opinjoni tal-KtR (ĠU C 185, 9.6.2017, p. 36).

(5)  Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “L-appoġġ għal bdiewa żgħażagħ Ewropej” (ĠU C 207, 30.6.2017, p. 57).

(6)  Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “L-innovazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-ekonomija rurali” (ĠU C 120, 5.4.2016, p. 10).

(7)  Dikjarazzjoni ta’ Cork 2.0 dwar “Għajxien aħjar fiż-żoni rurali”, Kummissjoni Ewropea, Settembru 2016.

(8)  ĠU C 120, 5.4.2016, p. 10.


12.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/20


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli — Azzjoni Ewropea għas-sostenibbiltà”

(2017/C 342/03)

Relatur:

Is-Sur Franco Iacop (PSE/IT), President tal-Kunsill Reġjonali tar-Reġjun Awtonomu tal-Friuli-Venezia Giulia

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli – Azzjoni Ewropea għas-sostenibbiltà

COM(2016) 739 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR)

Introduzzjoni

1.

Jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni Ewropea (KE) biex tikkontribwixxi b’mod attiv u kostruttiv għall-għanijiet strateġiċi tal-Aġenda 2030, billi tistabbilixxi bażi biex tindirizza għadd ta’ sfidi fundamentali u integrati fuq livell dinji;

2.

josserva li d-dokument ta’ politika, adottat mill-KE fit-22 ta’ Novembru 2016 fil-forma ta’ Komunikazzjoni, jipproponi strateġija ambizzjuża ħafna u mifruxa li tiffoka fuq l-iżvilupp sostenibbli;

3.

jagħraf l-impenn tal-KE li tixtieq tintegra l-Aġenda mal-Istrateġija Ewropa 2020 u b’hekk mal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej; minħabba l-kumplessità u l-multitudni ta’ oqfsa ta’ referenza differenti, jenfasizza l-ħtieġa għall-koerenza fil-politiki, is-semplifikazzjoni u qafas ta’ governanza konsistenti;

4.

jisħaq li biex jinkisbu r-riżultati huwa essenzjali li fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet jiġu involuti l-livelli kollha tal-gvern, b’mod partikolari dawk reġjonali u lokali;

Kummenti ġenerali

5.

josserva li, peress li l-politiki tal-Unjoni Ewropea (UE) jikkonformaw mal-principju tas-sussidjarjetà, l-għanijiet tas-sostenibbiltà huma marbuta direttament mar-responsabbiltà, il-ħiliet u l-funzjonijiet tal-livelli sottonazzjonali ta’ gvern;

6.

itenni li l-awtoritajiet lokali — reġjuni, provinċji, kontej u distretti, bliet metropolitani, bliet żgħar, lokalitajiet — ifasslu l-politika fil-veru sens tal-kelma, hekk kif inhuma mitluba jiddefinixxu l-livelli u l-metodi ta’ gvern l-aktar xierqa biex l-għanijiet tal-UE u tan-Nazzjonijiet Uniti jintrabtu ma’ dawk tal-komunitajiet lokali;

7.

ifakkar li fost is-17-il għan hemm tnejn, li għat-twettiq tagħhom il-gvernijiet lokali jużaw funzjonijiet fundamentali: l-SDGs 10 u 11. L-ewwel wieħed għandu l-għan li jnaqqas id-differenzi bejn it-territorji, filwaqt li t-tieni weħed iwettaq funzjonijiet fundamentali fl-ippjanar urban, fit-trasport, fil-benesseri soċjali u fil-modi ta’ għajxien ibbażati fuq il-mudell tas-sostenibbiltà;

8.

f’dan il-kuntest, jirrimarka li l-Komunikazzjoni ma tqisx il-ħtieġa li jitkejjel il-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-SDGs, kemm fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti, dak Ewropew u dak nazzjonali, kif ukoll fil-livell sottonazzjonali, u għalhekk jistieden lill-KE biex tqis din id-dimensjoni fl-iżvilupp ulterjuri ta’ indikaturi biex jintużaw għall-kejl ta’ progress bħal dan u biex tinvolvi lill-kompetenzi speċifiċi u lin-netwerks fil-livell lokali;

9.

itenni li ma’ dawn jiżdiedu l-prijoritajiet li jirriżultaw mit-twettiq integrat tal-ħiliet li jkopru b’mod trażversali għanijiet strateġiċi oħra, fosthom l-Aġenda Urbana, l-inklużjoni soċjali, il-politiki tal-Unjoni għall-enerġija u l-klima, it-tnaqqis tal-emissjonijiet, it-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri, il-politiki ambjentali u l-ekonomija ċirkolari, il-mobbiltà, l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, il-bliet intelliġenti (l-art intelliġenti) li huma t-tema tas-summit ta’ Bratislava u l-Patt tas-Sindki dwar il-klima u l-enerġija;

10.

jissuġġerixxi li għandha tiġi sfruttata l-opportunità tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) biex l-istrateġija tal-Aġenda 2030 tirkeb fuq dik tal-Ewropa 2020, filwaqt li jiġu riveduti l-linji gwida ewlenin biex jiġu finalizzati immedjatament għall-SDGs il-ġodda;

11.

japprezza l-isforz li sar mid-dokument ta’ ħidma, li jakkumpanja l-Komunikazzjoni, Key European action supporting the 2030 Agenda and the Sustainable Development Goals (Azzjoni Ewropea ewlenija li tappoġġja l-Aġenda 2030 u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli) (SWD (2016) 390 final) li permezz tiegħu huwa propost li l-Istrateġija “Ewropa 2020” tiġi integrata mal-għanijiet tal-Aġenda 2030, filwaqt li jissaħħu r-relazzjonijiet bejn it-tliet pilastri, is-7 inizjattivi ewlenin u l-5 għanijiet marbuta mal-prijoritajiet tal-Ewropa 2020 u dawk li jirrelataw mal-11-il għan tematiku proposti għall-Fondi ta’ Koeżjoni (FK);

12.

ifakkar li fi kwalunkwe każ l-għanijiet kollha proposti fil-Komunikazzjoni dwar futur sostenibbli jirrikjedu, li biex jitwettqu, dawn iridu jitnaqqsu għal-livell territorjali; jirrakkomanda f’dan ir-rigward il-lokalizzazzjoni tal-għanijiet tal-Aġenda 2030, li tirrappreżenta l-uniku mod biex ikun hemm impatt konkret u permanenti fuq il-ħajja tal-persuni;

13.

jaqbel dwar il-fatt li l-kumplessità tal-livelli differenti ta’ gvern għandha bżonn azzjoni ta’ kmand u kontroll, li jkollha l-kapaċità ssaħħaħ il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet permezz tal-valutazzjoni tal-politiki u l-innovazzjonijiet tal-istrutturi istituzzjonali (kejl tal-effetti);

14.

iqis li wħud mir-rabtiet bejn il-prijoritajiet tal-Kummissjoni Juncker u l-SDGs jingħaqdu f’oqsma sinifikanti għas-sistema tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Dan japplika l-ewwel nett għall-prijorità tal-impjieg, sa fejn din taffettwa lill-ħiliet imsemmija fl-SDG 4 (taħriġ u edukazzjoni), li għalihom is-sistema ta’ awtonomija tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tuża ħiliet importanti, l-aktar fir-rigward tal-ispejjeż ta’ tranżizzjoni għal Ewropa sostenibbli;

15.

jesprimi t-tama li l-“Pjan ta’ Investiment” tal-KE jinvolvi anke infrastrutturi materjali u mhux materjali tal-prerogattiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali (il-protezzjoni soċjali, in-netwerks ta’ informazzjoni, in-netwerks tal-mobbiltà, in-netwerks tal-enerġija u tat-telekomunikazzjoni, ir-rimi tal-iskart, il-ġestjoni integrata tal-ilma, eċċ.) u li f’ħafna każijiet jikkonverġu ma’ diversi SDGs (fosthom l-SDGs 8, 9, 12 u 13).

16.

ifakkar li anke l-prijorità 3 tal-KE Unjoni tal-Enerġija reżiljenti b’politiki li jħarsu ’l quddiem dwar it-tibdil fil-klima għandha x’taqsam ma’ diversi SDGs fuq livell ta’ interess tas-sistema tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. L-istess jgħodd għall-SDGs 5, 7 u 13, fejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma kemm destinatarji kif ukoll atturi tal-politiki li għandhom l-għan li jiġġieldu t-tibdil fil-klima, kif ukoll għall-provvista tal-enerġija sostenibbli u miftuħa għal kulħadd u l-ħarsien tad-drittijiet soċjali li biex ikunu possibbli huma essenzjali s-servizzi pprovduti fil-livell lokali;

17.

jinnota li l-prijorità 7, li għandha l-għan li toħloq spazju ta’ ġustizzja u ta’ ħarsien tad-drittijiet fundamentali bbażat fuq il-fiduċja reċiproka, tinkludi politiki għall-ugwaljanza tas-sessi li għalihom l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jiżvolġu rwol importanti, f’konverġenza sħiħa mal-SDG 5 u f’konformità mal-bżonn li terġa’ tinkiseb il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet Ewropej;

18.

itenni mill-ġdid li r-reżiljenza għad-diżastri hija waħda mill-aspetti ewlenin tal-iżvilupp sostenibbli u jistieden lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea sabiex jiżguraw li dan il-prinċipju jkun wieħed mill-pilastri ċentrali tal-miżuri futuri tal-iżvilupp sostenibbli fl-Ewropa (1);

19.

jinnota li l-prijorità 8 għandha l-għan li twieġeb għall-fenomenu rilevanti għal dawn iż-żminijiet u għad-dinja tal-migrazzjoni u tikkonforma kompletament mal-SDGs 1 u 10, li jinvolvu b’mod trażversali l-ħiliet tas-sistema tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li spiss ikunu taħt pressjoni qawwija biex jimmaniġġjaw flussi fi kwantitajiet kbar ħafna;

Kummenti speċifiċi

20.

josserva li l-azzjonijiet li ttieħdu biex jinkisbu l-SDGs jirriskjaw li mhux dejjem ikunu jistgħu jitqiegħdu f’qafas ta’ politiki integrati, b’kuntrast ma’ dak li jseħħ għall-politiki ta’ koeżjoni; għaldaqstant huwa essenzjali li jiġu stabbiliti prijoritajiet li jqisu l-bżonnijiet l-aktar urġenti f’perspettiva dinamika li għandha l-għan li fuq terminu twil tilħaq l-SDGs kollha: għalhekk huwa indispensabbli li wieħed iqis il-proposta tal-KtR dwar il-bżonn li jiġi approvat “kodiċi ta’ kondotta” għall-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

21.

jenfasizza li l-għanijiet jirrikjedu bilanċ bejn il-bżonnijiet attwali u dawk tal-ġenerazzjonijiet futuri, kif ukoll bilanċ bejn il-bżonnijiet tal-livelli differenti ta’ gvern. Dan huwa essenzjali biex jitnaqqsu l-“ispejjeż ta’ tranżizzjoni” għaljin għal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Jekk l-ispejjeż ma jkunux sostenibbli dan jista’ jqiegħed f’riskju l-aċċettazzjoni pubblika u l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri inkwistjoni, b’mod partikolari jitqiegħdu f’riskju l-kapaċitajiet taż-żoni l-aktar remoti (żoni interni) biex ikunu jistgħu jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà globali u b’mod aktar ġenerali għat-terminu tal-SDGs;

22.

josserva l-asimmetrija taż-żmien bejn l-azzjonijiet Ewropej (2020), li l-Komunikazzjoni tagħmel referenza għaliha, u l-Aġenda 2030, u jitlob li jitħejjew għodod ta’ appoġġ ekonomiku u finanzjarju kif ukoll id-definizzjoni mill-ġdid tal-għanijiet matul il-perjodu kollu ta’ żmien ta’ referenza kompatibbli ma’ dawk tal-Aġenda;

23.

jiddispjaċih li fil-Komunikazzjoni ma hemmx post għal analiżi tar-riskji possibbli fil-fażi ta’ implimentazzjoni tas-17-il SDG, u li din tista’ tkun ta’ appoġġ kbir biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu mgħammra b’għodod xierqa biex jingħelbu l-problemi ta’ implimentazzjoni tal-politiki relatati mal-għanijiet. Għodda indispensabbli huwa li jiġu lokalizzati l-indikaturi kollha sabiex jiġi permess monitoraġġ kontinwu tal-evoluzzjoni tad-disparitajiet, u dan permezz tal-indikaturi alternattivi għall-PDG, fosthom dawk kwalitattivi li kapaċi jkejlu kemm il-ġustizzja tal-iżvilupp kif ukoll il-progress soċjali tat-territorji;

24.

jisħaq li l-kisba ta’ subsett ta’ objettivi li għandu jiġi fdat f’idejn is-sistema tal-entitajiet awtonomi reġjonali u lokali għandha tkun akkumpanjata mill-allokazzjoni ta’ riżorsi xierqa. Dawn ir-riżorsi jistgħu jingħataw permezz ta’ trasferimenti nazzjonali speċifiċi, iżda wkoll permezz ta’ responsabbiltà finanzjarja akbar fil-livell lokali;

25.

jemmen li hemm bżonn li jiġu promossi pjattaformi u inizjattivi li jippermettu l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll li jintużaw dawk diġà mfassla minn organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-UNDP Live — Sustainable Development Knowledge Platform (Pjattaforma tal-Għarfien dwar l-Iżvilupp Sostenibbli), filwaqt li jiġi evitat l-użu tal-Aġenda biex terġa’ tingħata attenzjoni speċjali lill-politiki. Għal dan il-għan hija mistennija bil-ħerqa t-tnedija tal-Pjattaforma b’bosta partijiet ikkonċernati mħabbra mill-KE biex jiġi ffaċilitat it-tnaqqis fil-livell territorjali tal-elementi universali li jidhru fl-Aġenda, iżda fuq kollox biex jitrawwem l-iskambju tal-aħjar prattiki u biex jiġi kondiviż il-progress li sar mill-aktar territorji Ewropej dinamiċi; jistenna li jkun assoċjat ma’ din il-pjattaforma b’mod adatt fir-rwol istituzzjonali tiegħu bħala assemblea li tirrappreżenta lill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

26.

jirrikonoxxi li t-titjib fil-prospetti tal-ħajja fl-UE jiddependi mhux biss fuq il-kapaċità li tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, iżda wkoll fuq il-benesseri u s-sigurtà fiż-żoni mhux fl-UE. F’dan ir-rigward, f’konformità mal-linji gwida l-ġodda stabbiliti mill-Komunikazzjoni dwar it-tema “Il-Kunsens Ġdid dwar l-Iżvilupp”, jitlob li jkun hemm tisħiħ tal-azzjonijiet ta’ kooperazzjoni deċentralizzata kif ukoll l-iżvilupp fil-pajjiżi terzi, billi jiġi promoss l-użu tal-pjattaformi ta’ informazzjoni u diskussjoni għall-iżvilupp disponibbli għal-awtoritajiet lokali u reġjonali: ARLEM, CORLEAP, il-konferenzi biennali dwar il-kooperazzjoni deċentralizzata u l-atlas tal-kooperazzjoni deċentralizzata li jippermettu lill-pajjiżi msieħba biex jiltaqgħu, jitkellmu u jpartu l-aħjar prattiki;

27.

jaqbel mal-pożizzjoni tal-KE li tiġi promossa l-Aġenda urbana għall-UE adottata fl-2016 bil-Patt ta’ Amsterdam, li se tiġi implimentata flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex tkopri l-aspetti kollha tal-iżvilupp sostenibbli kif ukoll biex tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-aġenda urbana globali l-ġdida;

28.

jappoġġja l-bżonn li l-istrateġiji għall-iżvilupp urban sostenibbli u għall-kooperazzjoni orizzontali u vertikali f’sistema ta’ governanza parteċipatorja jqisu d-diversità tal-ibliet, l-importanza tal-innovazzjoni soċjali u l-ippjanar orjentat lejn il-futur, permezz ta’ approċċ integrat u kkoordinat, b’mod partikolari fid-dawl tal-isfidi importanti bl-għan li titjieb il-kwalità tal-ħajja fl-ibliet;

29.

huwa rrakkomandat li l-analiżi tal-Aġenda 2030 u tal-għanijiet li jinsabu fiha jkunu wkoll konsistenti mal-mudell ta’ żvilupp Ewropew li huwa strutturat madwar is-sistemi lokali ta’ produzzjoni (raggruppament) li huma ffurmati b’mod prevalenti minn SMEs. Jittama, f’dan il-kuntest, li l-mudelli ta’ żvilupp jagħtu attenzjoni partikolari anke lill-ibliet urbani iżgħar, peress li l-iżvilupp territorjali wisq ikkonċentrat jista’ jkun kawża tas-sottożvilupp li, min-naħa tiegħu, jista’ jikkawża aktar proċessi ta’ emarġinazzjoni u tnaqqis fil-popolazzjoni;

30.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li d-dokument jidentifika d-dimensjonijiet tal-iżvilupp sostenibbli (soċjali, ambjentali u ekonomiku) bħala l-pilastri li fuqhom il-linji gwida politiċi tal-KE għandhom jikkonverġu biex tinstab soluzzjoni għall-SDGs u t-13-il politika settorjali adottati bil-qafas finanzjarju 2014-2020; iqis madankollu li quddiem sfidi globali ġodda huwa meħtieġ li jissaħħaħ l-iżvilupp lokali billi tiżdied id-dimensjoni territorjali;

31.

jenfasizza l-bżonn li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu attribwiti r-rwol ta’ atturi tal-politiki minħabba l-qrubija tagħhom lejn iċ-ċittadini u l-kapaċità li jikkontribwixxu biex jitħeġġeġ mill-ġdid il-kunsens fil-konfront tal-istituzzjonijiet Ewropej u tal-proġett ta’ integrazzjoni. Il-governanza f’diversi livelli tirrappreżenta l-aħjar soluzzjoni għall-politiki indirizzati biex jibnu futur sostenibbli u ffukati fuq l-integrazzjoni tal-10 prijoritajiet tal-KE, il-11-il għan tematiku tal-Fondi ta’ Koeżjoni u s-17-il SDG tal-Aġenda 2030.

Intejbu l-impatt tal-politiki fuq il-pilastru tad-dimensjoni soċjali

32.

itenni li biex tiġi indirizzata l-kumplessità tal-iżvilupp sostenibbli u jiġi miġġieled il-faqar, l-aqwa metodi mhumiex il-politiki u l-programmi vertikali li huma mmaniġġjati fil-livell ċentrali, huwa meħtieġ ukoll li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jingħataw ir-responsabbiltà u l-awtonomija meħtieġa biex iwieġbu tajjeb għall-kwistjonijiet soċjali l-kbar;

33.

jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-politiki minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea permezz tal-ippjanar tal-politika soċjali sostenibbli li tinvolvi l-livelli kollha ta’ governanza, peress li dan huwa l-uniku mod biex jiġi żgurat l-aċċess għal kulħadd għal servizzi bażiċi u biex tinstab soluzzjoni għall-pressjonijiet ġodda kkawżati mit-tibdil demografiku b’politiki lokali mmirati biex jiffaċilitaw tixjiħ attiv u b’saħħtu;

34.

jiġbed l-attenzjoni tal-KE sabiex timpenja ruħha fil-politiki li għandhom l-għan jippromwovu s-saħħa tal-persuni, bħala prijorità għall-inklużjoni soċjali, biex b’hekk jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħajja fiż-żoni urbani u dawk li jinsabu fil-periferiji, kif ukoll jiġi żgurat l-aċċess għas-servizzi pubbliċi, l-attivitajiet ta’ rikreazzjoni u l-isport anke għall-persuni b’diżabilità u tiġi promossa l-kura preventiva għall-popolazzjoni kollha, inklużi l-anzjani u l-migranti u gruppi oħrajn fir-riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali, filwaqt li jħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri u ’l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jagħmlu l-istess;

35.

iqis li l-potenzjal tal-ekonomija soċjali jinsab fil-ħolqien tal-impjiegi u fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u n-nisa u minħabba dan iqis assolutament essenzjali li l-Aġenda tfittex li tingħata attenzjoni lir-responsabbiltà soċjali korporattiva u lill-bżonn li tinħoloq empatija bejn iż-żgħażagħ u l-intraprenditorija. Barra minn hekk, l-istrateġija l-ġdida għandha tinkludi, billi tindirizza b’approċċ trażversali, id-dimensjonijiet differenti tas-sostenibbiltà u l-perspettivi l-ġodda offruti mill-kreattività;

36.

iqis essenzjali li l-kultura tiġi integrata fl-Aġenda 2030, billi jiġi indikat biċ-ċar ir-rwol li għandha fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli u fil-ħolqien ta’ impjiegi ġodda filwaqt li tiġi segwita l-kostruzzjoni ta’ lokalitajiet ideali Ewropej biex fuq livell globali jinxterdu l-aspirazzjonijiet u l-prinċipji tad-demokrazija, tal-ġustizzja soċjali u tas-solidarjetà. Il-kultura tikkontribwixxi b’mod effettiv għall-istrateġiji ta’ żvilupp inklużiv, billi tħalli l-effett qawwi tagħha fuq l-SDGs, ittejjeb is-sistemi edukattivi, tiġġieled il-fenomeni ta’ esklużjoni soċjali u l-faqar, telimina l-kawżi tal-inugwaljanza, tiffaċilita l-opportunitajiet ugwali, telimina d-differenzi relatati mal-ġenerazzjonijiet u dawk demografiċi;

Intejbu l-impatt tal-politiki fuq il-pilastru tad-dimensjoni ambjentali

37.

jinnota li l-kwistjonijiet apparentement globali bħat-tibdil fil-klima, it-tnaqqis tas-CO2, il-konservazzjoni tal-enerġija, il-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, il-ħarsien tal-bijodiversità, it-tnaqqis tal-esplojtazzjoni tar-riżorsi, it-trasport integrat u l-ekonomija ċirkolari fir-realtà huma influwenzati minn politiki u azzjonijiet lokali. Jirrakkomanda minħabba f’hekk attenzjoni partikolari lill-produzzjonijiet kompatibbli mal-ambjent;

38.

iqis essenzjali, minħabba l-għadd ta’ setturi involuti, li jiġi adottat approċċ integrat u kooperattiv bejn il-governanza fuq bosta livelli u l-partijiet ikkonċernati mill-ambjent li huma involuti. F’dan ir-rigward il-kunċett ta’ koeżjoni joħloq rabta bejn l-effiċjenza ekonomika, il-koeżjoni soċjali, l-iżvilupp kulturali u l-bilanċ ambjentali, billi jqiegħed l-iżvilupp sostenibbli fil-qalba tat-tfassil tal-politika;

39.

jaqsam il-fehma li l-attivitajiet tal-bniedem u t-tibdil fil-klima qegħdin aktar ma jmur ipoġġu għadd ta’ pressjonijiet fuq l-ekosistemi tal-baħar. Għal dan il-għan għandha tinġibed l-attenzjoni tal-KE biex twettaq azzjonijiet relatati mal-kisba ta’ oċeani siguri, nodfa u ġestiti b’mod sostenibbli u biex tkompli tappoġġja l-implimentazzjoni tal-aġenda għat-Tkabbir Blu li għandha l-għan li tisfrutta l-potenzjal tal-oċeani u tal-ibħra Ewropej għall-ħolqien tax-xogħol, il-valur ekonomiku u s-sostenibbiltà. Barra minn hekk, itenni li l-innovazzjoni fl-ekonomija blu tista’ tgħin biex jiġi żgurat użu effiċjenti u sostenibbli ta’ riżorsi marini prezzjużi (2);

40.

jirrakkomanda li jkun hemm impenn min-naħa tal-istituzzjonijiet kollha biex titnaqqas il-ħela tal-ikel u biex jinġabar l-iskart filwaqt li tingħata spinta lill-investimenti u x-xogħol fil-kuntest aktar wiesa’ tal-ekonomija ekoloġika. L-UE jenħtieġ li timpenja ruħha biex tappoġġja b’determinazzjoni x-xewqa li tabbanduna l-mudell ekonomiku lineari biex issaħħaħ dak tal-ekonomija ċirkolari, kif diġà indikat mill-Kumitat tar-Reġjuni fl-opinjonijiet tiegħu Tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari: Programm ta’ skart żero għall-Ewropa, Proposti leġislattivi li jemendaw id-Direttivi dwar l-iskartPjan ta’ azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari.

Intejbu l-impatt tal-politiki fuq il-pilastru tad-dimensjoni ekonomika

41.

iqis li l-mudelli ta’ żvilupp, influwenzati minn fatturi kompetittivi ġodda, fosthom in-netwerks li jippermettu l-interkonnessjoni ta’ kwantità illimitata ta’ data ma’ numru illimitat ta’ utenti, jindikaw differenza ċara bejn il-ħtieġa tal-impriżi biex iqassru ż-żmien tat-“time to market” u ż-żminijiet ta’ bini tal-kunsens u tal-proċeduri burokratiċi. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jirrappreżentaw id-dimensjoni xierqa biex jitħaffef it-teħid tad-deċiżjonijiet tal-politika biż-żminijiet li jirrikjedu s-swieq;

42.

jitlob appoġġ ġenwin għall-mudelli tal-iżvilupp u, b’mod partikolari, appoġġ għal netwerks intanġibbli li jinfluwenzaw fatturi ġodda lokali ta’ kompetittività u t-tranżizzjoni għal mudelli ġodda ta’ produzzjoni billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għal kwantità mingħajr limiti ta’ data;

43.

iqis li huwa urġenti li jiġu żviluppati strateġiji li jattivaw il-politiki strutturali sabiex fost il-pilastri tal-iżvilupp tiddaħħal bidla radikali fil-mudelli ta’ produzzjoni, inkluż permezz tal-użu ta’ inċentivi għal produzzjoni sostenibbli, fil-każi fejn l-innovazzjonijiet għat-tranżizzjoni lejn l-ekonomija ċirkolari ma jagħmluhiex possibbli li tkun ekonomikament vijabbli. Jidher ċar li politiki bħal dawn, minbarra li jikkontribwixxu biex jingħelbu l-isfidi ġodda li jġibu magħhom il-proċessi ta’ globalizzazzjoni, jirrappreżentaw reazzjoni ċara għall-kompromessi fil-ħtiġijiet soċjali li jkunu f’kunflitt ml-impjiegi;

44.

jirrikonoxxi li l-globalizzazzjoni, xprunata primarjament minn mobbiltà aħjar tal-persuni, il-prodotti u d-data, taġixxi billi ssaħħaħ il-kompetizzjoni internazzjonali mhux biss bejn l-impriżi, iżda wkoll bejn it-territorji. Għalhekk huwa neċessarju li wieħed jaġixxi b’mod effettiv b’rabta mal-fatturi li huma bbażati fuq il-kompetittività territorjali, fosthom il-kapital soċjali u dak istituzzjonali, l-infrastrutturi, l-innovazzjoni, u dan sabiex jingħata impetu ġdid lill-ekonomiji Ewropej;

45.

itenni li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol ewlieni fir-rapport bejn is-sħubijiet pubbliċi-privati, peress li huma kapaċi jirrikonoxxu n-natura eteroġena tal-forom ta’ żvilupp li jistgħu jippromwovu investimenti mmirati biex itejbu r-riżorsi endoġeniċi li kull territorju għandu.

Intejbu l-impatt tal-politiki fuq il-pilastru tad-dimensjoni territorjali

46.

jiddispjaċih li fil-Komunikazzjoni adottata mill-KE huwa totalment nieqes il-kunċett ta’ “kapital territorjali” kif imfassal mill-OECD fl-2001 u mtenni mill-Kummissjoni Ewropea fl-2005. F’dan ir-rigward infakkru li l-kunċett jinkludi sett ta’ assi lokalizzati: naturali, uman, artifiċjali, organizzattiv, relazzjonali u konjittiv li huma potenzjal kompetittiv ta’ territorju;

47.

josserva li l-kriżi u l-effetti tal-globalizzazzjoni affettwaw ħafna r-relazzjonijiet li kienu jiżguraw il-koeżjoni fi ħdan it-territorji, u dan billi kkawża qsim (belt u żona rurali; ċentru u periferija) u bidliet fid-dinamika tal-kostruzzjoni soċjali. F’dan il-kuntest wieħed għandu jassumi l-obbligu li jmexxi l-mudelli antiki ta’ politika territorjali, li huma magħmula minn approċċi funzjonali li jqisu t-territorju bħala sempliċi spazju għal dawk ta’ matriċi neo-istituzzjonali li minflok jagħtu lit-territorju r-rwol ta’ attur kollettiv;

48.

jirrikonoxxi li l-“Patt ta’ Amsterdam” iqiegħed fil-qalba tal-interessi dejjem jikbru r-rwol tal-politiki “urbani”, imfassla biex jimplimentaw azzjonijiet orjentati biex jippromwovu l-koeżjoni soċjali u l-iżvilupp ekonomiku, bil-konvinzjoni li l-ibliet jistgħu jikkontribwixxu b’mod pożittiv għall-proċessi innovattivi.

RAKKOMANDAZZJONIJIET LILL-AWTORITAJIET REĠJONALI U LOKALI

49.

jenfasizza l-fatt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol fundamentali fil-protezzjoni u fl-iżvilupp tan-nisġa urbana, tat-territorji rurali u tal-wirt komuni u jistgħu jikkontribwixxu għal dik li fl-Aġenda 2030 hija definita bħala “dinja trasformata” permezz ta’ attitudni proattiva u impenn biex:

a.

itejbu l-kapaċità ta’ ġestjoni strateġika tagħhom;

b.

jinkoraġġixxu l-ħolqien ta’ soċjetà ċivili eżiġenti u konxja;

c.

jiżviluppaw ippjanar urban u territorjali integrat;

d.

jippromwovu l-opportunitajiet ekonomiċi fuq livell lokali għall-ħolqien ta’ impjiegi diċenti u l-koeżjoni soċjali;

e.

jippromwovu l-“Pjani/Strateġiji” reġjonali ta’ żvilupp sostenibbli, billi l-SDGs jingħaqdu mal-għanijiet politiċi, iżda wkoll billi jiġi rivedut u mibdul l-ipprogrammar, biex jitwieġbu l-isfidi tal-iżvilupp sostenibbli billi permezz ta’ dan ikunu jikkontribwixxu għad-definizzjoni tal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma (PNR);

f.

jiggwidaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u lejn bliet u reġjuni reżiljenti;

g.

jippromwovu d-definizzjoni ta’ pjani ta’ mobbiltà urbana sostenibbli;

h.

jagħrfu u jippromwovu r-rwol tal-kultura fl-iżvilupp sostenibbli u jenfasizzaw il-valur tal-wirt lokali, il-kreattività u d-diversità;

i.

iħeġġu l-parteċipazzjoni tal-entitajiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, tal-universitajiet u taċ-Ċentri ta’ riċerka xjentifika u taċ-ċittadini individwali għall-iżvilupp ta’ pjani u inizjattivi orjentati lejn l-ilħuq tal-SDGs b’kollaborazzjoni wkoll mal-JRC fl-azzjoni "Science meet Regions (Ix-Xjenza tiltaqa’ mar-Reġjuni);

j.

jippromwovu programmi ta’ edukazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli fl-iskejjel u l-attivitajiet kulturali suxxettibbli għall-problema tas-sostenibbiltà;

k.

jinkoraġġixxu l-inklużjoni ta’ “indikaturi ta’ benesseri ġust u sostenibbli” fiċ-ċiklu tat-tħejjija tal-liġijiet u tad-dokumenti tal-baġit reġjonali;

l.

jiġu stabbiliti sħubijiet fil-kuntest ta’ kooperazzjoni deċentralizzata għall-iżvilupp;

50.

itenni li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma istituzzjonijiet li għandhom il-kapaċità li jiżviluppaw forom ta’ demokrazija relatati mal-inklużjoni b’mod partikolari tan-nisa, iż-żgħażagħ, l-anzjani u l-minoranzi, bħala bażi għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji integrati għall-iżvilupp ekonomiku fil-livell lokali.

RAKKOMANDAZZJONIJIET LIL-LIVELLI NAZZJONALI

51.

jirrakkomanda li jiġi adottat approċċ minn isfel għal fuq u d-definizzjoni ta’ qafas legali xieraq bl-appoġġ ta’ biżżejjed riżorsi. Sistema ġdida bħal din tista’ tinħoloq b’suċċess biss jekk tkompli sseħħ deċentralizzazzjoni dejjem akbar fid-diversi pajjiż tal-UE. Il-gvernijiet nazzjonali għandhom:

a.

jippromwovu governanza kondiviża u deċentralizzazzjoni reali li tippermetti l-parteċipazzjoni tal-atturi kollha involuti, mhux biss fil-fażi axxendenti iżda anke f’dik dixxendenti;

b.

jibnu politiki territorjali konsistenti u integrati bil-konsultazzjoni mal-gvernijiet sottonazzjonali b’mod partikolari fil-bini tal-PNR;

c.

jirrevedu s-sistemi finanzjarji sottonazzjonali biex jirrikonċiljaw il-finanzjament mas-sostenibbiltà;

d.

jinvolvu lil-livelli reġjonali u lokali fis-segwitu tal-SDGs, appoġġjati minn data preċiża dwar it-territorji;

52.

itenni l-bżonn li l-livelli nazzjonali tal-gvern iridu jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, anke permezz ta’ approċċ minn isfel għal fuq, fit-tħejjija tal-pjani ta’ azzjoni territorjali li għandhom l-għan li jilħqu l-SDGs, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-punti pożittivi u n-nuqqasijiet, abbażi tal-prinċipju li “ħadd ma jitħalla barra” u tal-effiċjenza tal-infiq.

RAKKOMANDAZZJONIJIET LIL-LIVELLI TAL-UE U INTERNAZZJONALI

53.

huwa jemmen li, sakemm il-politiki u l-ftehimiet globali ma jisfruttawx bis-sħiħ l-impenji u l-esperjenzi fil-livell lokali, ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jrid ikun komponent tad-djalogu strutturat u parti integrali mill-governanza u mhux sempliċement parti kkonċernata. L-isforzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jorganizzaw u jipproduċu kontributi informati għandhom ikunu rikonoxxuti bħala parti mill-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, anke permezz ta’ azzjonijiet bħal pereżempju:

a.

l-inklużjoni ta’ netwerks organizzati tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-korpi governattivi tal-istituzzjonijiet internazzjonali għall-iżvilupp;

b.

it-tisħiħ tal-istrumenti ta’ finanzjament u r-reviżjoni tal-politiki ta’ żvilupp lokali sostenibbli;

c.

l-appoġġ lill-kooperazzjoni deċentralizzata, anke ma’ pajjiżi barra l-UE u l-kondiviżjoni tat-tagħlim u tal-għarfien biex jippromwovu l-innovazzjoni;

54.

jitlob li l-livell Ewropew u nazzjonali jipprovdu r-riżorsi għall-valutazzjoni ex ante u ex post tal-impatt tal-politiki marbuta mal-iżvilupp sostenibbli. Dan jimplika sforz sabiex titjieb il-koordinazzjoni tal-politiki kollha implimentati kemm mill-UE kif ukoll mill-Istati Membri u mill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

55.

jitlob lill-KE biex tuża b’mod aktar strateġiku u funzjonali l-PNR, li diġà ġie inkluż b’mod formali fl-ipprogrammar tal-Fondi ta’ Koeżjoni, u dan permezz tal-użu b’mod funzjonali tal-għodod diġà adottati fl-azzjoni għall-appoġġ tal-iżvilupp sostenibbli. Dan jippermetti biex fil-kuntest tas-Semestru Ewropew ma jiġux identifikati biss il-miżuri ta’ riforma ppjanati u identifikati fil-livell nazzjonali favur l-SDGs, iżda anke dawk li għandhom x’jaqsmu mad-dimensjoni reġjonali u lokali;

56.

jirrakkomanda li l-livelli Ewropej u internazzjonali ta’ gvern ikunu jafu jassumu tmexxija tas-sistema kumplessa tar-relazzjonijiet globali, billi jikkontrollaw it-tifqigħat reġjonali ta’ tensjoni, jakkumpanjaw it-trasformazzjonijiet u r-ristrutturar tal-istrutturi istituzzjonali u produttivi li ntirtu mis-seklu ta’ qabel, u l-atturi lokali jingħataw il-ħiliet neċessarji biex jittrasformaw id-dgħufijiet tal-bilanċi ġeoekonomiċi f’opportunitajiet ta’ żvilupp li jħeġġu l-kompetittività tas-sistemi lokali ta’ produzzjoni fis-suq globali.

Brussell, it-12 ta’ Lulju 2017.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  COR 5035/2016; COM(2016) 739 final

(2)  COR 2203/2012


12.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/27


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Migrazzjoni fuq ir-Rotta tal-Mediterran Ċentrali

(2017/C 342/04)

Relatur:

Hans Janssen (NL/PPE), Sindku ta’ Oisterwijk

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill

Il-migrazzjoni fuq ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali — Niġġestixxu l-flussi, insalvaw il-ħajjiet

JOIN(2017) 4 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR)

Introduzzjoni u kuntest

1.

jirrikonoxxi li din il-Komunikazzjoni tal-UE hija element importanti fir-riforma usa’ tal-politika tal-UE. Din għandha l-valur miżjud li tipproponi miżuri konkreti li jikkomplementaw il-linji gwida strateġiċi tal-Kunsill tal-2014 li fihom il-mexxejja Ewropej qablu li joffru mogħdija għall-iżvilupp tal-politika tal-ġejjieni fil-qasam tal-Ġustizzja u tal-Affarijiet Interni, inkluż dwar l-immigrazzjoni u l-asil, fis-snin li ġejjin;

2.

jikkunsidra li, f’qasam sensittiv u strateġiku bħal dan, jenħtieġ li l-Istati Membri tal-UE u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jibqgħu jibnu strateġija għar-reġjuni fil-kuntest tar-rabtiet ta’ dawn mal-Unjoni Ewropea u, b’konsegwenza, politika ġenwina dwar il-migrazzjoni, u jassumu responsabbiltà politika għall-implimentazzjoni tagħha fl-interessi taċ-ċittadini tal-Ewropa waqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tal-Istati Membri u tal-pajjiżi ta’ oriġini, u d-drittijiet tal-migranti skont il-konvenzjonijiet internazzjonali u Ewropej;

3.

jirrikonoxxi li l-politiki tal-migrazzjoni u l-iżvilupp huma marbuta mill-qrib. Il-kooperazzjoni internazzjonali, nazzjonali u reġjonali hija kruċjali biex il-politika Ewropea komuni dwar il-migrazzjoni ssir realtà, u għall-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea għall-Migrazzjoni;

4.

jirrakkomanda l-adozzjoni ta’ approċċ olistiku għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, li jkun jippermetti ġestjoni aktar deċentralizzata u effiċjenti tal-movimenti migratorji; Din il-ġestjoni deċentralizzata għandha tiżgura trattament u drittijiet indaqs;

5.

jisħaq fuq l-importanza assoluta li jitnaqqas in-numru ta’ persuni li jmutu fil-baħar fit-tentattiv li jaqsmu għall-Ewropa u l-ħtieġa li jitkomplew u jiġu estiżi l-isforzi sabiex jiġu salvati l-persuni f’diffikultà; jesprimi d-dispjaċir kbir tiegħu għall-mijiet ta’ ħajjiet li diġà ntilfu u jfaħħar lill-pajjiżi u ’l-organizzazzjonijiet kollha involuti fl-isforzi biex jippruvaw jevitaw din it-traġedja umana (1); itenni mill-ġdid li l-iżvilupp ta’ rotot legali sikuri u aċċessibbli addizzjonali għall-migrazzjoni għall-UE, bħalma huma l-viżi umanitarji, ir-risistemazzjoni, u aktar riunifikazzjoni tal-familja, għandu jkun parti mill-isforzi biex tinħoloq politika tal-migrazzjoni koprensiva u umana;

6.

jilqa’ l-miżuri addizzjonali li din il-Komunikazzjoni Konġunta ġabet sabiex issaħħaħ l-inizjattivi tul ir-rotta tal-migrazzjoni tal-Mediterran Ċentrali, inkluż fil-Libja u madwarha. Fid-dawl tan-numru kbir ta’ ħajjiet mitlufin fil-baħar u tul ir-rotta tal-migrazzjoni tal-Mediterran Ċentrali, il-kwistjoni ta’ ġestjoni tal-flussi u ta’ salvataġġ tal-ħajjiet tibqa’ prijorità ewlenija;

7.

jemmen li l-governanza fuq diversi livelli hija prerekwiżit għall-kisba tal-aqwa riżultati. F’dan il-qafas, huwa kruċjali li l-UE, l-awtoritajiet nazzjonali u dawk subnazzjonali jaħdmu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiżi ta’ tranżitu u mas-soċjetà ċivili, mal-assoċjazzjonijiet tal-migranti u mal-komunitajiet lokali fil-pajjiżi ospitanti, u jilqgħu l-kontribut tagħhom;

8.

jenfasizza li s-suċċess ta’ dawn l-azzjonijiet jirrekjedi kooperazzjoni mill-qrib mal-imsieħba rilevanti fil-pajjiżi tul ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali u sforzi miftehmin mill-istituzzjonijiet tal-UE u mill-Istati Membri, kif ukoll kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM). Iwissi li wħud mill-azzjonijiet proposti jistgħu jiġu implimentati b’suċċess biss jekk is-sitwazzjoni tkun tippermettihom fuq il-post. Jenħtieġ li dawn l-azzjonijiet jitqiesu bħala komplementari għan-numru sostanzjali ta’ inizjattivi li diġà qed jiġu implimentati mill-UE u mill-Istati Membri tagħha, b’mod partikolari skont l-Aġenda Ewropea dwar il-migrazzjoni u l-Programm ta’ Sħubija dwar il-migrazzjoni (2);

9.

jixtieq jesprimi l-apprezzament tiegħu għall-isforzi li għamlu l-Italja, Malta, il-Greċja, Ċipru, Franza, Spanja u l-Portugall, li diġà qabbdu ċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni għas-sorveljanza fil-fruntieri tagħhom tal-Eurosur mas-Seahorse Mediterranean Network;

10.

jirrikonoxxi li r-rotta tal-Mediterran Ċentrali saret ir-rotta dominanti għall-migranti u għar-rifuġjati li jippruvaw jaslu fl-Ewropa. Fl-2016 ġew individwati aktar minn 180 000 persuna fir-rotta tal-Mediterran Ċentrali, bil-maġġoranza assoluta tagħhom li waslet fil-kontinent permezz tal-Italja. Kważi 90 % ta’ dawk li jużaw ir-rotta jitilqu mil-Libja, fejn is-sitwazzjoni politika u ekonomika instabbli tipprovdi l-opportunità sabiex il-kuntrabandisti jespandu l-attivitajiet tagħhom; jenfasizza n-neċessità urġenti li jitnaqqsu n-numri ta’ persuni li jaqsmu bil-baħar u li jitwaqqfu d-dinghies u d-dgħajjes milli jitilqu illegalment u jilħqu l-UE. Jenfasizza l-importanza ta’ azzjonijiet preventivi fil-livelli kollha tal-gvern;

11.

jinnota li l-kuntrabandisti u t-traffikanti stess jikkontribwixxu għall-instabbiltà fil-Libja minħabba l-azzjonijiet u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom, u b’hekk iżidu l-vulnerabbiltà tal-migranti. Is-sejbien ta’ soluzzjoni dejjiema għall-isfidi relatati mal-governanza u mas-sigurtà tal-Libja għadu prijorità importanti għall-Unjoni Ewropea, għall-Istati Membri u għall-imsieħba internazzjonali tagħha, peress li hija prerekwiżit għall-ġestjoni sostenibbli tas-sitwazzjoni attwali;

12.

josserva li l-maġġoranza tal-migranti fil-Libja huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi, bl-akbar sehem li joriġina mill-pajjiżi tal-Afrika sub-Saħarjana. Għalhekk, approċċ effettiv irid iqis l-azzjonijiet fin-Nofsinhar tal-Libja wkoll;

13.

jenfasizza l-valur miżjud tal-miżuri mħabbrin fil-Komunikazzjoni: l-espansjoni tal-programmi ta’ taħriġ għall-Gwardja tal-Kosta Libjana, l-iżgurar ta’ sorsi sostenibbli ta’ finanzjament sabiex ikopru l-ħtiġijiet ta’ taħriġ fil-ġejjieni, it-teħid ta’ azzjoni soda sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-kuntrabandisti u t-traffikanti, u jiġu pprovduti inċentivi għall-parteċipazzjoni tat-Tuneżija, tal-Alġerija u tal-Eġittu fis-Seahorse Mediterranean Network sabiex jiġi żgurat impenn subreġjonali; jenfasizza li f’dawn l-attivitajiet kollha, il-bini mill-ġdid tar-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u l-istat tad-dritt għall-benefiċċju tal-migranti u l-popolazzjonijiet lokali għandu jkun prijorità ewlenija;

L-enfasi fuq il-Libja: meħtieġa iżda vulnerabbli

14.

itenni l-ħtieġa ta’ involviment serju mal-awtoritajiet Libjani sabiex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet fiċ-ċentri għall-migranti jittejbu, bl-għoti ta’ attenzjoni partikolari għall-persuni vulnerabbli u għall-minorenni filwaqt li jkunu żgurati kooperazzjoni mill-qrib mal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni u l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati u monitoraġġ effettiv tal-istandards minnhom;

15.

jilqa’ bi pjaċir iż-żieda fil-ħidma mal-muniċipalitajiet Libjani u l-involviment akbar magħhom sabiex jiġi promoss għajxien alternattiv, tiġi appoġġjata r-reżiljenza tal-komunitajiet lokali li jospitaw lill-migranti, iżda wkoll sabiex ikun hemm kooperazzjoni teknika bl-għan li l-muniċipalitajiet Libjani jkunu jistgħu jiżviluppaw strateġiji ta’ żvilupp fit-territorji tagħhom u jtejbu s-servizzi ta’ appoġġ għall-popolazzjoni tagħhom;

16.

jenfasizza l-bżonn ta’ strateġija ta’ kooperazzjoni, fuq perjodu medju u twil ta’ żmien, bil-għan li jiġu appoġġjati l-awtoritajiet lokali u nazzjonali tal-Libja, sabiex ikunu jistgħu jibnu l-kapaċità għall-ġestjoni tat-territorju tagħhom;

17.

iħeġġeġ il-promozzjoni tal-kooperazzjoni fil-fruntieri, tad-djalogu u tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Libja u l-ġirien tagħha fin-Nofsinhar, inkluż l-użu tal-potenzjal sħiħ tal-Komunità tal-Intelligence tal-Frontex dwar l-Afrika;

18.

jinnota li fit-twettiq ta’ azzjonijiet konġunti mal-Libja, irid jiġi mminimizzat ir-riskju li jiġu żviluppati rotot oħrajn f’pajjiżi ġirien; jilqa’ għalhekk b’sodisfazzjon approċċ reġjonali komprensiv permezz ta’ żieda fil-kooperazzjoni mal-Eġittu, mat-Tuneżija u mal-Alġerija, bl-approfondiment tad-djalogu u l-kooperazzjoni operazzjonali dwar il-migrazzjoni ma’ dawn il-pajjiżi. Hemm bżonn ta’ aktar assistenza għal dawn il-pajjiżi sabiex jiżviluppaw is-sistemi ta’ asil funzjonanti tagħhom stess u sabiex jiġu appoġġjati dawk fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali;

19.

b’kunsiderazzjoni tal-proġetti u tal-programmi differenti tal-UE fir-reġjun, li huma mmirati lejn suġġetti relatati ma’ xulxin, huwa essenzjali li dawn l-inizjattivi jiġu kkoordinati sabiex ikunu effiċjenti, bil-għan li jiġu kkonkretizzati l-għanijiet imsemmijin hawn fuq;

20.

jinnota li s’issa, ir-rispons komuni tal-UE għall-migrazzjoni irregolari ħa l-forma ta’ approċċi għas-sigurtà ffokati fuq l-istat li fil-parti l-kbira jiffokaw fuq il-ġlieda kontra l-prattiki ta’ kuntrabandu permezz tal-kollaborazzjoni mal-awtoritajiet tal-istat;

21.

jitlob li jkun hemm attenzjoni akbar fir-rigward tal-ekonomiji politiċi lokali differenti involuti fil-migrazzjoni irregolari. L-atturi involuti jinkludu kumpaniji tat-trasport li jiffaċilitaw il-moviment irregolari tal-migranti, popolazzjonijiet lokali li jipprovdu ikel u akkomodazzjoni sabiex jaqilgħu l-għajxien tagħhom, forzi tas-sigurtà lokali li jżidu l-introjtu tagħhom permezz ta’ tixħim u b’taxxi għall-użu tat-toroq, il-kbarat politiċi li jużaw ir-riżorsi finanzjarji ggwadanjati billi jiffaċilitaw il-migrazzjoni irregolari sabiex jiksbu favuri u influwenza politiċi, gruppi armati li jgħixu mid-dħul klandestin u mill-isfruttar ta’ persuni biex isaħħu l-pożizzjoni tagħhom, eċċ. Il-fehim dwar dawn l-atturi differenti u tar-relazzjoni tagħhom mal-governanza lokali u mad-dinamika tal-istabbiltà/tal-kunflitt huwa prerekwiżit neċessarju għall-ġestjoni effettiva tal-migrazzjoni, kif huwa wkoll l-iżgurara tas-sehem tagħhom fid-diskussjoni dwar l-istrateġiji għall-ħolqien u l-bini ta’ futur għal pajjiżhom;

22.

għaldaqstant, jilqa’ bi pjaċir is-suġġeriment li l-appoġġ soċjoekonomiku eżistenti għall-muniċipalitajiet tul ir-rotta migratorja jista’ jissaħħaħ, permezz tal-involviment tagħhom fl-implimentazzjoni ta’ strateġiji li jagħmluha possibbli li l-popolazzjonijiet lokali jkollhom kundizzjonijiet aħjar tal-għajxien u, għaldaqstant, prospetti aħjar għall-futur fit-territorju tagħhom;

23.

jisħaq li politiki dwar il-migrazzjoni mfasslin kif xieraq jistgħu jikkontribwixxu għal għajxien alternattiv u għal istituzzjonijiet ta’ kwalità ogħla fit-tul — u b’hekk jindirizzaw uħud mill-kawżi prinċipali tal-migrazzjoni internament. Sabiex tiġi żgurata tali formazzjoni effettiva tal-politiki, il-politiki attwali dwar il-migrazzjoni jridu jiġu rrikonċiljati mal-fatt li l-kwistjonijiet ta’ governanza u stabbiltà huma l-bażi tal-migrazzjoni irregolari trans-Saħarjana.

24.

itenni li r-rotot migratorji irregolari jaqsmu ħafna pajjiżi fir-reġjun fejn l-awtoritajiet tal-istat huma dgħajfin jew assenti. Il-Libja hija eżempju ċar ta’ dan. Diversi rapporti wrew li r-rikavati mill-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin u t-traffikar illeċiti jsaħħu lill-forzi armati irregolari li joperaw bħala awtoritajiet de facto fuq il-post, u b’ hekk jistgħu ifixklu l-proċessi ikbar ta’ riżoluzzjoni tal-konflitti. Anki f’dawk il-każijiet li fihom għadhom jeżistu awtoritajiet statali formali, il-kollaborazzjoni ma’ atturi bħal dawn fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari hija attività politika fis-sustanza tagħha li tista’ tispiċċa tissoda l-interessi tal-kuntrabandisti u tal-forzi armati irregolari li huma allinjati mal-istat. Qalb is-sovranità frammentata, ma jeżisti ebda interlokutur newtrali.

25.

jenfasizza li t-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali jistgħu jkunu fatturi li jwasslu għall-migrazzjoni u l-ispostament tal-persuni. Barra minn hekk, jappella għal investimenti biex tinbena r-reżiljenza tar-riskju ta’ diżastri bħala azzjoni preventiva biex jiġu ttrattati l-kawżi bażiċi tal-migrazzjoni;

It-titjib tal-ġestjoni tal-migrazzjoni fil-Libja

26.

iħeġġeġ l-isforzi kontinwi favur l-involviment sistematiku mal-awtoritajiet Libjani, b’enfasi fuq il-ġestjoni tal-fruntieri, il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-indirizzar tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ħtiġijiet tal-migranti fil-Libja, inkluż li jiġu żviluppati f’kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili, alternattivi għad-detenzjoni tal-migranti li għandhom jintużaw biss bħala miżura tal-aħħar għażla u biss taħt il-kundizzjonijiet li jissodisfaw l-istandards tad-drittijiet umanitarji internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem. Jenħtieġ li t-taħriġ u l-appoġġ loġistiku dwar dawn il-kwistjonijiet ikunu element importanti tal-programmi ta’ bini ta’ kapaċità appoġġjati mill-UE;

27.

jissuġġerixxi li tiġi esplorata mal-UNHCR il-fattibbiltà ta’ teħid ta’ passi prattiċi sabiex jiġu risistemati l-migranti mil-Libja fi bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali fl-Istati Membri tal-UE u f’pajjiżi msieħba internazzjonali oħrajn;

28.

jitlob li jkun hemm tisħiħ tal-inizjattiva pilota li għandha l-għan ta’ stabbilizzazzjoni tal-komunitajiet f’żoni affettwati minn ċaqliq intern u mit-tranżitu tal-migranti, inkluż permezz tal-kooperazzjoni fil-ħolqien ta’ strateġiji għat-territorji tagħhom li jkollhom l-għan li jsaħħu l-valur tal-pajjiż bħala żona ta’ għajxien għall-popolazzjonijiet, l-iżjed permezz tal-ħolqien ta’ opportunitajiet tax-xogħol għall-persuni li għandhom bżonn il-protezzjoni, li jkollu l-benefiċċju miżjud li jiffaċilita l-aċċettazzjoni tagħhom mill-komunitajiet ospitanti u jtejjeb is-servizzi u l-faċilitajiet pubbliċi ta’ appoġġ għall-popolazzjoni, fost l-oħrajn;

29.

jirrakkomanda ż-żieda tar-ritorni volontarji assistiti li qed isiru bħalissa mil-Libja lejn il-pajjiżi ta’ oriġini, jekk is-sitwazzjoni fil-prattika tkun tippermetti li jsiru u f’koordinazzjoni mal-imsieħba internazzjonali, b’mod partikolari mal-IOM;

Il-gvernijiet lokali: parti essenzjali mis-soluzzjoni

30.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma rikonoxxuti bħala atturi importanti għas-soluzzjoni u l-immaniġġjar tal-kwistjonijiet relatati mal-migrazzjoni, għas-salvataġġ tal-ħajjiet u għall-ġlieda kontra l-kriminalità;

31.

itenni li l-bliet huma atturi ewlenin fix-xena tal-migrazzjoni globali, minbarra li huma wkoll l-iktar milqutin direttament mill-konsegwenzi negattivi tal-migrazzjoni globali. Il-gvernijiet lokali għandhom responsabbiltà immedjata għall-kondizzjonijiet ta’ għajxien, għas-suċċessi u għall-isfidi tal-immigranti. Il-gvernijiet lokali jistgħu jirnexxu fil-każijiet fejn ħafna gvernijiet nazzjonali jsibu diffikultà, u saħansitra jfallu (3);

32.

jenfasizza r-rwol tal-awtoritajiet lokali f’pajjiżi tal-oriġini, ta’ tranżitu u destinazzjoni fil-politika dwar il-migrazzjoni, speċjalment b’rabta mal-integrazzjoni u mal-koeżjoni soċjali. Jidher ċar li l-awtoritajiet lokali huma minn ta’ quddiem nett sabiex jindirizzaw l-isfidi relatati mal-migrazzjoni, minħabba l-mandat tagħhom, il-preżenza tagħhom “fuq il-post” u l-esperjenza tagħhom fl-immaniġġjar tar-realtajiet ta’ kuljum tas-soċjetajiet li qed isiru dejjem iktar diversifikati; Wara kollox, il-migrazzjoni hija responsabbiltà kondiviża u kwistjoni li tiġi ġestita fil-livelli kollha: tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali. Fl-istess ħin huwa importanti li jitqiesu l-kundizzjonijiet lokali u reġjonali sabiex jiġi żgurat li l-akkoljenza tal-migranti tkun tajba u sostenibbli kemm jista’ jkun u b’hekk il-migranti jirnexxielhom jintegraw;

33.

jemmen li l-UE għandha tikkapitalizza fuq il-potenzjal u l-esperjenza tar-reġjuni li jifformaw il-fruntiera marittima tan-Nofsinhar — kemm fil-Mediterran kif ukoll fl-Atlantiku — bħala pontijiet speċjali għall-iżvilupp ta’ relazzjonijiet ta’ benefiċċju reċiproku mal-pajjiżi terzi.

34.

jisħaq fuq il-bżonn li jissaħħu l-komunitajiet lokali b’mod partikolari fil-Libja, f’konformità mad-Dikjarazzjoni ta’ Malta mill-membri tal-Kunsill Ewropew dwar l-aspetti esterni tal-migrazzjoni (4) u jappoġġja għalhekk proġetti bħall-inizjattiva ta’ Nikosija; jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mal-KtR u l-assoċjazzjonijiet tal-gvernijiet lokali u reġjonali, biex jesploraw il-possibbiltajiet għal proġetti simili f’pajjiżi oħrajn;

35.

jirrikonoxxi l-valur miżjud tal-inizjattiva ta’ Nikosija bħala proġett ta’ bini ta’ kapaċità b’appoġġ għall-muniċipalitajiet Libjani mwettaq bi sħubija mal-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej u bil-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Kummissjoni Ewropea. Josserva li din għandha tissaħħaħ b’tali mod li l-azzjonijiet tagħha jkunu aktar effettivi u jipproduċu riżultati aħjar, filwaqt li jitqies il-bżonn li wieħed jibqa’ konxju mis-sitwazzjoni kumplessa fir-rigward tal-kwistjoni ta’ leġittimità fil-Libja u li wieħed jibqa’ sensittiv għal kwalunkwe implikazzjoni politika;

36.

jirrikonoxxi li l-kapaċità tal-awtoritajiet lokali tul ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali mhijiex żviluppata kif suppost. L-isfida ssir iktar kumplessa meta wieħed jipprova jwieġeb għall-ħtiġijiet differenti, speċjalment fi klima ekonomikament dgħajfa. L-awtoritajiet lokali jrid ikollhom l-għodod sabiex jivvalutaw l-iktar ħtiġijiet urġenti ta’ gruppi ta’ migranti differenti, speċjalment tfal u adolexxenti mhux akkumpanjati kif ukoll in-nisa;

37.

jenfasizza l-bżonn li tingħata attenzjoni ikbar lill-protezzjoni tat-tfal. Kien hemm numru rekord ta’ mwiet ta’ rifuġjati u ta’ migranti fil-Mediterran Ċentrali tul l-aħħar tliet xhur, inklużi madwar 190 tifel u tifla. Nissieħbu mas-sejħa tal-UNICEF lill-UE u lill-Istati Membri tagħha sabiex jieħdu impenn bl-għan li jħarsu lil tfal refuġjati u migranti, speċjalment dawk mhux akkumpanjati, mill-isfruttar, il-vjolenza u t-traffikar ta’ tfal, u bl-għan li jsaħħu l-programmi ta’ protezzjoni tat-tfal fil-Libja;

38.

jiċċara li l-appoġġ tal-UE għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet lokali ma jinvolvix biss iż-żieda tal-kapaċitajiet tekniċi tal-awtoritajiet lokali, iżda anki l-iżgurar tal-forniment effiċjenti tal-bżonnijiet u tas-servizzi bażiċi. L-evidenza empirika tissuġġerixxi li l-ġestjoni deċentralizzata tas-servizzi soċjali u tal-beni pubbliċi tipprovdi “valur għall-flus” ottimali fl-ippjanar tal-iżvilupp u fit-twettiq;

39.

jirrakkomanda l-promozzjoni ta’ programmi ta’ deċentralizzazzjoni u ta’ governanza lokali, f’konformità mal-istrateġiji nazzjonali għat-tnaqqis tal-faqar;

40.

jinsisti li l-koerenza u r-relazzjoni bejn il-politiki nazzjonali dwar il-migrazzjoni u l-inizjattivi fil-forniment ta’ servizzi u ta’ protezzjoni lill-migranti u l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali tagħhom, meta jkunu intitolati għall-protezzjoni internazzjonali, huwa qasam li jistħoqqlu iktar attenzjoni. Tal-inqas, il-gvernijiet lokali jeħtieġu l-awtorità u r-riżorsi sabiex iwieġbu kif xieraq għall-ħtiġijiet tal-migranti fil-komunitajiet taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom. Idealment, jenħtieġ li jkunu kapaċi joperaw f’ambjent ta’ politika ġenerali li jiffavorixxi approċċ inklużiv, fejn jeżistu l-kundizzjonijiet it-tajba;

41.

jinnota li l-Libja esperjenzat taqlib politiku u soċjali tul l-aħħar sitt snin bħala riżultat dirett tal-avvenimenti tar-rebbiegħa Għarbija. Il-kriżi ġenerali li l-Libja ilha fiha mill-2014 ikkaġunat taqlib assolut u deterjorament qawwi fil-kundizzjonijiet tal-għajxien madwar il-pajjiż kollu. L-assenza kważi sħiħa tal-istat u l-mezzi limitati ħafna għad-dispożizzjoni tal-kunsilli muniċipali jagħmlu d-dgħjufija istituzzjonali ostaklu konsiderevoli għall-istabbiltà u għall-iżvilupp. Fl-istess ħin, il-pajjiż għażel li jagħmel riformi li jistabbilixxu sistema ta’ governanza deċentralizzata li tapprova l-Liġi 59 (dwar il-governanza lokali) fl-2012 li minkejja l-instabbiltà fil-pajjiż, tibqa’ punt ta’ referenza fil-partiti Libjani kollha, minkejja l-affiljazzjoni politika tagħhom;

42.

jisħaq li ħafna żgħażagħ mill-bliet Libjani saru involuti fin-“negozju tal-migrazzjoni”, peress li huwa sors ta’ dħul li jħalli qligħ tajjeb ħafna. Iż-żgħażagħ li ħadu sehem fil-kunflitt armat u fl-attivitajiet militari huma partikolarment diffiċli biex jiġu integrati. L-organizzazzjonijiet soċjali tradizzjonali (tribujiet, familji, skejjel u istituzzjonijiet) isibu diffikultà biex jindirizzaw liż-żgħażagħ. Id-drogi u l-kriminalità huma mifruxin ħafna. In-nuqqas ta’ politiki speċifiċi għaż-żgħażagħ għamel is-sitwazzjoni agħar għaż-żgħażagħ.

43.

jenfasizza l-fatt li l-muniċipalitajiet mhux fil-Libja biss, iżda anki fil-pajjiżi differenti tul ir-rotta tal-Mediterran, jistgħu jaqdu rwol importanti. Bħala atturi istituzzjonali u leġittimi responsabbli għall-kwistjonijiet lokali, huma mitlubin jagħtu kontribut importanti għall-istabbilizzazzjoni. L-iżvilupp ekonomiku lokali, il-koordinazzjoni mal-atturi tas-sigurtà u l-politiki effiċjenti għaż-żgħażagħ u għall-migrazzjoni huma l-pilastri ta’ rwol bħal dan. Iżda l-gvernijiet lokali jeħtieġu ammont kbir ta’ assistenza sabiex ikunu jistgħu jlaħħqu ma’ dawn ir-responsabbiltajiet;

44.

jirrakkomanda programmi li jikkontribwixxu għat-tisħiħ, l-għoti tas-setgħa u għal aktar effiċjenza tal-governanza lokali fil-Libja u f’pajjiżi oħrajn tul ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali billi jiffokaw fuq tliet dimensjonijiet tal-governanza lokali: il-ġestjoni, il-forniment ta’ servizzi u l-parteċipazzjoni. Jenħtieġ li jsiru wkoll sforzi sabiex jittejbu l-prospetti ekonomiċi lokali, il-ħajja soċjali u l-inklużjoni politika ta’ żgħażagħ b’edukazzjoni għolja f’żoni rurali interni, fil-bliet u fl-irħula, sabiex jimmitigaw il-fatturi li jwasslu għar-radikalizzazzjoni u għall-migrazzjoni;

45.

jenfasizza li huwa possibbli li tinħoloq forza ta’ trazzjoni fil-livell lokali għal governanza mtejba, minkejja n-nuqqas de facto ta’ kapaċità tal-gvernijiet lokali f’dan l-istadju, u jirrakkomanda l-bżonn vitali li tiġi appoġġjata l-governanza lokali peress li din inevitabbilment se tippromovi stabbilizzazzjoni u toħloq il-kundizzjonijiet għar-rikostruzzjoni futura, li hija prerekwiżit għall-ġestjoni effiċjenti u sostenibbli tal-migrazzjoni fil-Libja;

46.

jisħaq fuq l-importanza tal-parteċipazzjoni tan-nisa u tal-involviment taż-żgħażagħ, xi ħaġa li jenħtieġ li tibqa’ kruċjali fid-diversi attivitajiet ta’ appoġġ, speċjalment permezz tal-involviment ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (CSOs) attivi u ta’ politiċi indipendenti;

47.

jinsisti fuq il-valur miżjud tal-objettivi fil-mira fit-tnaqqis tal-effetti negattivi tad-diversi forom ta’ migrazzjoni, ta’ ċaqliq sfurzat u ta’ rvelli billi jiżdiedu l-attraenza ekonomika taż-żoni rurali u l-attivitajiet li jappoġġjaw lill-muniċipalitajiet fil-mandat il-ġdid tagħhom, b’tali mod li tinżamm il-konformità mal-miżuri ta’ deċentralizzazzjoni;

48.

jirrikonoxxi li t-traġedja tibda mill-pajjiżi ta’ oriġini, u mhux fil-baħar. B’hekk, iħeġġeġ lill-UE sabiex tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku lokali fil-pajjiżi tul ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali billi tappoġġja lil muniċipalitajiet fir-rwol tagħhom bħala atturi tal-iżvilupp lokali u billi tippermetti l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u tan-nisa fl-affarijiet lokali u fl-attivitajiet soċjoekonomiċi;

49.

joffri l-appoġġ ulterjuri tiegħu fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni, filwaqt li jibbaża wkoll fuq l-għarfien u l-kompetenzi tal-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM).

Brussell, it-12 ta’ Lulju 2017.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  CdR 5728/2014, Opinjoni dwar L-isforzi biex tiġi promossa solidarjetà ġenwina għal politika Ewropea reali dwar il-migrazzjoni, relatur: François Decoster (FR/ALDE).

(2)  COR-2016-04555-00-00-AC-TRA, Opinjoni dwar Qafas ta’ sħubija ma’ pajjiżi terzi dwar l-Aġenda Ewropea dwar il-migrazzjoni, relatur: Peter Bossman (SL/PSE).

(3)  CdR 9/2012 fin, Opinjoni dwar Migrazzjoni u mobilità – Approċċ Globali, relatur: Nichi Vendola (IT/PSE).

(4)  http://www.consilium.europa.eu/en/press/press-releases/2017/01/03-malta-declaration/


12.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/32


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Governanza internazzjonali tal-oċeani: aġenda għall-futur tal-oċeani tagħna

(2017/C 342/05)

Relatur:

Anthony Gerard Buchanan (UK/AE), Membru tal-Kunsill ta' East Renfrewshire (l-Iskozja)

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni konġunta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Il-governanza internazzjonali tal-oċeani: aġenda għall-futur tal-oċeani tagħna

JOIN(2016) 49 final

PROPOSTI U RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR)

1.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-Komunikazzjoni Konġunta dwar il-Governanza tal-Oċeani, adottata fl-10 ta’ Novembru 2016 mill-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.

2.

jappoġġja l-azzjonijiet proposti sabiex jiġu żgurati oċeani sikuri, nodfa u ġestiti b'mod sostenibbli;

3.

jaqbel mal-għan li jiġi żgurat li l-UE tkun attur globali b’saħħitha li tkun kapaċi tistabbilixxi aġenda għal governanza aħjar tal-oċeani abbażi ta’ approċċ internazzjonali, transsettorjali u bbażat fuq ir-regoli; l-għan aħħari ta’ din l-inizjattiva tal-UE ser ikun li jitfittex standard internazzjonali relatat mal-kundizzjonijiet soċjali, ekonomiċi u ambjentali applikabbli għall-attivitajiet marbutin mal-baħar, kundizzjonijiet indaqs li jiggarantixxu sostenibbiltà adegwata tal-oċeani tagħna u kompetittività aktar b’saħħitha tal-operaturi Ewropej attivi f’dan is-settur;

4.

jappoġġja bis-sħiħ il-Konklużjonijiet reċenti tal-Kunsill (1) li jitolbu approċċ aktar koerenti bejn l-aspetti interni u esterni tal-governanza tal-oċeani, inklużi s-sinerġiji bejn l-UE, l-Istati Membri u l-istrateġiji reġjonali;

5.

ifakkar, fost l-oħrajn, l-opinjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Lejn Politika Marittima Integrata” (2), dwar l-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta (3), dwar l-iżvilupp tal-potenzjal tal-Enerġija mill-Oċeani (4) u dwar protezzjoni aħjar tal-ambjent tal-baħar (5);

6.

jenfasizza r-rwol ewlieni tal-Unjoni Ewropea fil-governanza marittima li għandha l-għan li tipprovdi lill-kosti u lill-ibħra tal-Ewropa bl-aktar sistema regolatorja u ta’ politika komprensiva fid-dinja, waħda li tirrikonoxxi r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, tal-komunitajiet kostali u tal-atturi ekonomiċi u soċjali biex jiġi żgurat li l-fatturi ekonomiċi, ambjentali, klimatiċi u soċjali jiġu indirizzati kif xieraq b’mod komprensiv u abbażi ta’ governanza f’diversi livelli;

7.

iqis, madankollu, li l-governanza tal-oċeani hija affettwata minn dak li huwa magħruf bħala t-“traġedja tar-riżorsi komuni”. Filwaqt li hemm sensiela ta’ ftehimiet ġenerali dinjija jew ibbażati fuq il-baħar bħall-UNCLOS u ftehimiet speċjalizzati, b’mod partikolari taħt l-OMI, hemm livell konsiderevoli ta’ frammentazzjoni. F’dan il-kuntest, ir-rwol tal-UE huwa kemm li sservi ta' xempju kif ukoll li toffri inċentivi sabiex is-sħab li mhumiex fl-UE jirreplikaw l-istandards għoljin li jeżistu fi ħdan il-politika tal-UE dwar il-baħar; Inċentivi bħal dawn, fosthom il-bini ta' kapaċità, jistgħu potenzjalment jiġu inklużi fi ftehimiet internazzjonali dwar il-kummerċ u programmi ta' żvilupp li l-UE tinnegozja ma' pajjiżi terzi;

8.

jinnota li l-UE u l-Istati Membri għandhom setgħat konkorrenti f’dak li jirrigwarda r-relazzjonijiet internazzjonali, inklużi kwistjonijiet relatati mal-baħar. Dan jitlob koordinazzjoni b’saħħitha bejn il-livelli tal-gvern, u li jiġi żgurat li l-pożizzjonijiet tal-UE u dawk nazzjonali f'fora internazzjonali jkunu għaddew minn valutazzjoni tal-impatt territorjali sabiex l-interessi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti jiġu inkorporati b’mod sħiħ fihom;

9.

jenfasizza li bosta kwistjonijiet relatati mal-governanza tal-oċeani huma inevitabbilment lokali minħabba l-estrazzjoni tar-riżorsi, il-benefiċċji ekonomiċi għaż-żoni kostali, il-komunitajiet tas-sajd u l-portijiet, jew l-impatt ambjentali tagħhom fuq il-kosti u l-ibħra tal-Ewropa. Il-politika dwar l-ambjent u l-klima u d-deċiżjonijiet ekonomiċi dwar l-oċeani fi bnadi oħra fid-dinja jaffettwaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE. Dan jeħtieġ investiment sostanzjali fl-Ippjanar Spazjali Marittimu u sostenn lill-governanza fil-livell lokali/reġjonali;

10.

jenfasizza li l-politika marittima hija marbuta direttament mal-politika ekonomika, ambjentali jew tal-ippjanar spazjali dwar iż-żoni qrib il-kosta. Il-mod li bih l-awtoritajiet lokali u reġjonali jimmaniġġjaw il-politiki dwar iż-żoni qrib il-kosta se jkollu effett dirett lil hinn mill-kosta. Ta’ spiss, fir-rigward ta' kwistjonijiet bħalma hija dik dwar il-parks eoliċi, l-attività lil hinn mill-kosta ta' spiss ġiet ipperċepita bħala s-soluzzjoni faċli għall-attivitajiet li qegħdin jiġu missielta fiż-żoni qrib il-kosta;

11.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom kompetenzi u esperjenzi posittivi fil-ġestjoni relatati ma' firxa ta’ kwistjonijiet bħas-sajd, is-sajd għall-frott tal-baħar u l-akkwakultura, is-sussidji (eż. għal flotot mhux effiċjenti), il-politiki ekonomiċi u ambjentali (eż. skart tal-baħar) u l-ispezzjonijiet (eż. spezzjoni tal-vetturi) li għandhom impatt pożittiv jew negattiv f’territorji oħra barra l-UE. Ħafna drabi jagħmlu wkoll parti minn awtoritajiet tal-port;

12.

ifakkar fil-ħidma reċenti ta’ riċerka li wettqu l-KtR (6) u l-OECD (7) dwar l-ekonomija tal-oċeani u l-ekonomija blu. Jinsisti, f'konformità mal-aġenda ta' “Regolamentazzjoni Aħjar”, li jinħtieġ li jitwettqu valutazzjonijiet tal-impatt minn qabel, inklużi l-impatti territorjali, sabiex jiġu ddefiniti t-theddid possibbli mis-setturi kollha, il-miżuri possibbli ta' mitigazzjoni u l-konsegwenzi soċjoekonomiċi mistennija qabel ma tiġi introdotta leġislazzjoni ġdida, jiġu awtorizzati teknoloġiji estrattivi ġodda jew jiġu ddefiniti ż-Żoni Marittimi Protetti;

13.

ifakkar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU l-ġodda ffirmati mill-Istati Membri kollha tal-UE u tan-NU. Il-governanza tal-oċeani tikkonċerna l-Għan Sostenibbli 14 dwar il-Ħajja Taħt l-Ilma u l-Għan 13 dwar l-Azzjoni Klimatika, kif ukoll l-Għan 11 dwar il-Bliet u l-Komunitajiet Sostenibbli. Il-Kumitat jilqa’ b'sodisfazzjon il-pjan tal-Kummissjoni biex issarraf dawn l-għanijiet f’diversi politiki tal-UE (8), peress li dan jista’ jkun bażi tajba biex jinbena ftehim komuni f’livell internazzjonali li jmur lil hinn minn soluzzjonijiet settorjali għal governanza sostenibbli tal-oċeani;

14.

jemmen, min-naħa l-oħra, li d-dħul tal-oġġetti u l-prodotti li joriġinaw mill-oċeani minn pajjiżi terzi fis-Suq Uniku tal-UE għandu jiddependi fuq il-fatt li dawn il-pajjiżi jikkonverġu b'mod progressiv lejn standards tal-UE ogħla, bħal pereżempju dwar il-projbizzjoni tar-rimi fil-baħar;

15.

jemmen li t-tliet oqsma ta’ prijorità, imqassmin f’14-il azzjoni stabbiliti fil-komunikazzjoni konġunta jiffurmaw bażi rilevanti li fuqha tista' tittieħed azzjoni ulterjuri fil-livell tal-UE u dak internazzjonali dwar il-governanza tal-oċeani. Filwaqt li l-komunikazzjoni hija relatata primarjament mal-komponent internazzjonali tal-politika marittima, hemm dimensjoni lokali u regjonali, kemm f'termini tal-kompetenza kif ukoll tal-impatt territorjali dirett u l-grad ta’ speċjalizzazzjoni u d-dipendenza fuq l-oċean;

Qasam ta’ prijorità 1: it-titjib tal-qafas tal-governanza internazzjonali tal-oċeani

16.

jinnota, rigward l-Azzjoni 1 li tfittex li jimtlew il-lakuni fil-qafas tal-governanza internazzjonali tal-oċeani sabiex jittejjeb il-qafas legali u li jiġu pprovduti kundizzjonijiet ekwi, li diġà hemm qafas legali estensiv fil-livell internazzjonali li jkopri l-limiti tal-ibħra, it-tbaħħir, l-istatus arċipelaġiku u s-sistemi ta’ tranżitu, iż-żoni ekonomiċi esklużivi, il-ġurisdizzjoni tal-blata kontinentali, l-estrazzjoni f’qiegħ il-baħar fond, is-sistema tal-esplojtazzjoni, il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, ir-riċerka xjentifika u s-soluzzjoni tat-tilwim; ifakkar, f’dan ir-rigward, li l-konfini amministrattivi eżistenti u l-ispeċifiċitajiet kulturali u tradizzjonali tal-komunitajiet lokali u reġjonali Ewropej għandhom jiġu kkunsidrati bil-għan li tissawwar politika marbuta mal-governanza tal-oċeani;

17.

jemmen li l-politiki tal-UE diġà huma b'saħħithom fir-rigward ta' kwistjonijet li jikkonċernaw ir-regolazzjoni tas-sajd, l-ippjanar spazjali marittimu u l-istrateġiji makroreġjonali. F’ċerti Stati Membri, l-ippjanar strateġiku tal-użu tal-art huwa għodda politika importanti għall-ippjanar spazjali lokali tal-art u tal-ilma. L-awtoritajiet lokali diġà huma responsabbli għall-ippjanar taż-żoni kostali u l-ibħra territorjali. L-ippjanar strateġiku tal-użu tal-art bħala għodda m’għandux jiġi kompromess mill-governanza jew mill-qafas legali propost mill-Kummissjoni. L-isfida ewlenija kemm fil-livell tal-UE u b’mod partikolari madwar id-dinja hija n-nuqqas ta’ kontroll u ta’ implimentazzjoni soda. L-UE sservi ta’ xempju f’dan, u għalhekk hija f’pożizzjoni li tintroduċi rekwiżiti ta’ reċiproċità u toffri inċentivi meta tkun qed tinnegozja regoli internazzjonali ġodda ma’ partijiet terzi u organizzazzjonijiet. Din l-inizjattiva globali għall-infurzar ta’ dawn ir-regoli hija meħtieġa sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-pajjiżi, ir-reġjuni u l-operaturi ekonomiċi;

18.

jaqbel, fir-rigward tal-Azzjoni 2, li l-promozzjoni tal-ġestjoni tas-sajd reġjonali u l-kooperazzjoni fiż-zoni prinċipali tal-oċeani biex jimtlew il-lakuni fil-governanza reġjonali se ttejjeb il-pożizzjoni tas-sajd tal-UE u tgħin lill-oħrajn biex jilħqu l-istandards għoljin li huma fis-seħħ fi ħdan l-UE;

19.

jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-gwida tal-Kummissjoni dwar il-minjieri ta' qiegħ il-baħar taġixxi bħala deterrent għall-enfasi fuq il-pjani dwar l-effiċjenza tar-riżorsi tal-UE aktar u aktar minħabba li t-teknoloġija għall-isfruttament tar-riżorsi naturali mhijiex eżaminata u għandha l-potenzjal li tagħmel ħsara lill-ambjent naturali. Jitlob li jkun hemm koordinazzjoni man-negozjati tal-Istati Membri fl-Awtorità Internazzjonali ta’ Qiegħ il-Baħar;

20.

jirrakkomanda f’dan ir-rigward li l-UE għandha tippromwovi u tipprovdi inċentivi għal pajjiżi u organizzazzjonijiet oħrajn biex jintroduċu s-sistema Ewropea tal-karti sofor u ħomor bħala mudell sabiex jiġi indirizzat is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat fuq skala globali, inklużi t-tqegħid f’lista sewda u projbizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet minħabba nonkonformità. Il-Kumitat jitlob li l-pjani attwali għal għodda elettronika għall-ġestjoni ta' ċertifikati tal-qbid jitħaffew. Dawn il-miżuri se jagħtu spinta lill-industrija f’dawk ir-reġjuni li japplikaw id-dispożizzjonijiet b’mod strett;

21.

jemmen li l-Azzjoni 3 dwar it-titjib tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet internazzjonali u t-tnedija ta’ Sħubijiet tal-Oċeani għall-ġestjoni tal-oċeani se tkun ta’ benefiċċju għaċ-ċentri marittimi reġjonali permezz ta' esponiment internazzjonali aħjar;

22.

jemmen li l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-kompetittività u ċ-ċentri ta’ eċċellenza, b’mod partikolari f’żoni b’dimensjoni marittima b’saħħitha, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi, jistgħu jaqdu rwol kruċjali u jeħtieġ li jkunu appoġġjati finanzjarjament fl-iżvilupp tal-gruppi ta’ riċerka internazzjonali u l-pjattaformi tat-trasferiment tat-teknoloġija pjattaformi b’appoġġ tal-ħidma tal-UE dwar il-Governanza tal-Oċeani;

23.

ma jaqbilx mal-idea li jinħolqu regoli u organizzazzjonijiet internazzjonali ġodda mill-bidu. Il-Kumitat jaqbel mal-Kummissjoni li jagħmel iżjed sens li tittejjeb is-sistema attwali tal-governanza u tal-infurzar permezz ta’ ffukar fuq l-ineffiċjenzi u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni internazzjonali. F’dan ir-rigward, huwa importanti li jiġi żgurat li, qabel ma jitnedew miżuri ġodda fi ħdan qafas speċifiku (eż. it-tiftix għaż-żejt), jinftiehem tajjeb l-effett indirett f’oqsma u setturi oħra tal-politika (eż. is-sajd);

24.

jirrakkomanda, fir-rigward tal-ġestjoni tal-bijodiversità bijoloġika f’żoni lil hinn mill-ġurisdizzjoni nazzjonali, li l-UE ttejjeb il-koordinazzjoni mal-EMSA (9) u l-EFCA kif ukoll tinvolvi mill-qrib lir-reġjuni Ewropej fl-azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u fil-konsultazzjoni mar-reġjuni Ewropej kontigwi;

25.

jemmen li l-governanza tal-oċeani tagħmel parti mill-governanza f’diversi livelli tal-UE u b’hekk titlob il-ġbir flimkien tar-riżorsi nazzjonali u dawk tal-UE għall-bini ta' kapaċità, l-ispezzjoni, l-infurzar, id-deterrenza u l-prosekuzzjoni ta’ kull entità li tikser l-oqfsa legali eżistenti. Dan jeħtieġ l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti fir-rigward tal-Azzjoni 4 dwar il-bini ta' kapaċità peress li dan se jkun ta' benefiċċju dirett lir-reġjuni kostali u marittimi f’ħafna aspetti tekniċi u amministrattivi;

26.

jenfasizza li l-Azzjoni 5 dwar l-iżgurar tas-sikurezza u s-sigurtà tal-ibħra u l-oċeani hija kruċjali għall-baħħara, għan-negozji u għall-operaturi tal-portijiet, u element ewlieni fil-ġlieda kontra x-xogħol furzat u t-traffikar tal-bnedmin. L-UE għandha tkompli tkun fuq quddiem nett fil-ġurisdizzjoni f'dan il-qasam, bl-aktar qafas legali komprensiv għas-sikurezza u s-sigurtà fuq il-baħar u fil-portijiet u għandha tkompli tuża l-influwenza internazzjonali sostanzjali tagħha biex tħeġġeġ arranġamenti reċiproċi fi nħawi oħra tad-dinja;

27.

jemmen li l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Frontex, l-EMSA u l-EFCA għandha tirriżulta f'kapaċità konġunta ta' sorveljanza marittima billi, fejn applikabbli, l-UE tipprovdi l-bastimenti u t-teknoloġija bl-ogħla livell tekniku sabiex tinforza s-sorveljanza b'mod effettiv;

Qasam ta’ prijorità 2: it-tnaqqis tal-pressjoni fuq l-oċeani u l-ħolqien tal-kundizzjonijiet għal ekonomija blu sostenibbli

28.

jemmen li, fir-rigward tal-Azzjoni 6, huwa kruċjali li jiġi implimentat il-Ftehim tan-NU dwar il-Klima li ntlaħaq fil-qafas tal-COP21 ta’ Pariġi bil-għan li jittaffa l-impatt negattiv tat-tibdil fil-klima fuq l-oċeani, il-kosti u l-ekosistemi, u jiġu indirizzati l-ispejjeż futuri marbutin mat-tisħin globali u ż-żieda fil-livelli tal-oċeani. L-għanijiet tal-klima globali jeħtieġu miżuri ta’ adattament fil-livell lokali, peress li l-biċċa l-kbira tal-impatti tal-klima huma impatti lokali. Għaldaqstant, kif dan l-aħħar afferma l-KtR (10), l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol kruċjali x’jaqdu fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-oqfsa ta’ adattament fil-livell nazzjonali, tal-UE u dak internazzjonali li jittrattaw il-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima fl-oċeani dinjija. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu pprovduti kapaċità u appoġġ finanzjarju speċifiċi lir-reġjuni kollha, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi minħabba l-lokalitajiet strateġiċi tagħhom fl-Oċean Atlantiku, fl-Oċean Indjan u fil-Baħar Karibew. brra minn hekk, sabiex ikun hemm konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi, jeħtieġ mhux biss li l-adattament għat-tibdil fil-klima jiġi inkorporat fil-ġestjoni marittima, iżda wkoll li jitħalla proporzjon sinifikanti tal-fjuwils fossili eżistenti taħt l-art. F’dan ir-rigward, huwa tal-fehma li, sabiex ikun hemm konsistenza, l-Azzjoni 6 għandha tissaħħaħ permezz tal-inklużjoni ta’ miżuri li jipprevjenu esplorazzjoni ġdida għaż-żejt f’żoni sensittivi fl-ibħra Ewropej;

29.

jenfasizza li l-Azzjoni 7 dwar il-ġlieda kontra s-sajd illegali u t-tisħiħ b’mod globali tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-ikel mill-oċean tibbenefika direttament lill-industrija tas-sajd tal-UE. Dan jimplika t-tisħiħ tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs) eżistenti u l-iżgurar tal-operabbiltà sħiħa tagħhom, u jitlob li l-Kummissjoni Ewropea jkollha mandat aħjar biex tinnegozja u tappoġġja l-RFMOs;

30.

jaqbel, f’konformità mal-Azzjoni 8, li s-sussidji tas-sajd li jagħmlu ħsara lill-ambjent kemm fl-UE kif ukoll fil-pajjiżi terzi għandhom jitneħħew gradwalment. Inċentivi u miżuri li jtaffu xierqa jeħtieġ li jiġu definiti sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà tal-komunitajiet li jiddependu ħafna fuq is-sajd kemm fl-UE kif ukoll fi bnadi oħra;

31.

jemmen li l-Azzjoni 9 dwar il-ġlieda kontra l-iskart tal-baħar u l-“baħar ta’ plastik” hija waħda mill-aktar inizjattivi rilevanti f'din il-proposta. Dan huwa ta’ benefiċċju dirett għat-turiżmu u s-sajd. Jekk in-nies ser ikoplu jarmu l-plastik fl-ambjent naturali bir-ritmu attwali, sal-2050 il-baħar ser ikollu iżjed plastik milli ħut. Is-setgħat eżistenti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-rigward tal-ġestjoni u l-prevenzjoni tal-iskart jistgħu jagħtu kontribut kruċjali. L-awtoritajiet lokali għandhom rwol importanti x’jaqdu mil-lat tal-kapaċità tagħhom biex jirkupraw l-enerġija mill-inċinerazzjoni tal-plastik irkuprat. Illum il-ġurnata, 28 % tal-iskart fl-UE għadu qed jintrema fil-miżbliet. Qafas ambjentali sod tal-UE għall-prevenzjoni, inkluża projbizzjoni possibbli tal-UE fuq il-mikroplastiċi, jeħtieġ infurzar xieraq fil-livell lokali u reġjonali u investiment kontinwu fit-teknoloġiji aktar nodfa, inkluż l-iżvilupp ta’ politiki għall-prevenzjoni tal-iskart fil-baħar adattati għal-livell lokali u reġjonali. Dan għandu jinkludi progress ulterjuri lejn sistema komuni mhux biss għall-faċilitajiet tal-akkoljenza tal-portijiet iżda wkoll għat-tariffi għal skart iġġenerat mill-vapuri u l-fdalijiet tal-merkanzija, sabiex il-vapuri jiġu skoraġġuti milli jarmuhom qabel ma jittrakkaw fil-portijiet. Huwa minnu li r-reġjuni u l-awtoritajiet lokali tal-Ewropa huma fost l-ikbar emittenti ta’ skart u plastik tal-baħar, iżda jintlaqtu wkoll minn skart li ġej minn barra l-UE, u dan ifisser li l-kooperazzjoni internazzjonali hija essenzjali;

32.

jilqa’ b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li tiġġieled it-tniġġis tal-oċeani u l-iskart tal-baħar b’mod partikolari, iżda jinnota li dan hu l-ewwel pass biex ikun hemm oċeani aktar nodfa, u li l-UE u l-Istati Membri jistgħu jkunu quddiem nett f’dan billi jintroduċu pjan konġunt għat-tneħħija eventwali ta’ sustanzi ta’ ħsara fil-baħar bħall-munizzjon, il-materjali kimiċi u nukleari. Għalhekk, il-Kumitat jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza ta’ proġetti pilota li jistgħu jiżviluppaw u juru l-kapaċitajiet, it-teknoloġija u l-impenn favur il-paċi fl-Ewropa. Proġetti bħal dawn jistgħu jkunu kemm sors ta’ esportazzjonijiet tat-teknoloġija kif ukoll ta' għarfien li jista’ jiġi sfruttat fil-kuntatti ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet bħala inċentiv għall-introduzzjoni ta’ politiki simili fi bnadi oħra;

33.

jemmen li pjan konġunt bħal dan dwar it-tniġġis tal-oċeani jista’ wkoll iġib miegħu benefiċċji tanġibbli għar-reġjuni u l-komunitajiet marittimi, mhux biss direttament mil-lat ta’ għarfien, speċjalizzazzjoni u żieda fil-kapaċitajiet tal-protezzjoni ċivili fir-rigward ta’ tiftix, salvataġġ u rkupru, iżda wkoll b’mod aktar wiesa’ f'forma ta' żieda fid-dħul finanzjarju mit-turiżmu u s-sajd, aktar żvilupp ekonomiku, u ambjent aktar nadif u benefiċċji għas-saħħa, mhux biss għaż-żoni kostali tal-Ewropa iżda wkoll għar-reġjuni kontigwi u għall-ekosistema sħiħa tal-oċeani;

34.

jinnota li l-Azzjoni 10 dwar il-promozzjoni tal-ippjanar spazjali marittimu (ISM) fil-livell globali, inklużi linji gwida internazzjonali possibbli tal-IOC-UNESCO dwar l-ISM, hija konsistenti ma' opinjonijiet preċedenti tal-KtR li jenfasizzaw il-politiki avvanzati tal-UE dwar l-ISM u l-kontribuzzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Din hija wkoll opportunità għall-kumpaniji tal-UE biex jipprovdu servizzi u prodotti relatati madwar id-dinja;

35.

jaqbel, f'dan ir-rigward mal-Azzjoni 11, li għandha l-għan li tikseb il-mira globali ta' konservazzjoni ta' 10 % taż-żoni marittimi u kostali u tippromwovi l-ġestjoni u l-infurzar effettiv taż-żoni protetti tal-baħar (MPAs) biex effettivament jinħolqu “parks ta' oċeani”. Studji attwali ta' proġetti simili fl-Awstralja juru benefiċċji għat-turiżmu u s-sajd fir-reġjuni ġirien li jistgħu jiġu replikati bnadi oħra, inklużi partijiet tax-xtut Ewropej. F’dan ir-rigward, il-Kumitat jenfasizza l-importanza li jiġu involuti u awtonomizzati l-partijiet interessati lokali fl-identifikazzjoni u l-ġestjoni tal-MPAs. Fil-fatt, in-nuqqas ta’ riżorsi għall-MPAs jew id-disponibbiltà limitata tad-data xjentifika, jistgħu jkunu ostaklu sinifikanti għall-iżvilupp ekonomiku sostenibbli, pereżempju l-enerġija tal-baħar, u l-portijiet;

Qasam ta’ prijorità 3: it-tisħiħ tad-data u r-riċerka internazzjonali dwar l-oċeani

36.

jemmen, fir-rigward tal-Azzjoni 12, li strateġija koerenti tal-UE dwar l-osservazzjoni tal-oċeani, id-data tas-sajd nazzjonali u l-kontabbiltà tal-baħar se jagħtu spinta lis-servizzi tad-data u lill-osservazzjoni. F’dan ir-rigward, jeħtieġ li l-pjattaformi eżistenti Ewropej u internazzjonali għall-immappjar tal-oċeani u ta’ qiegħ il-baħar bħall-EMODnet jew il-programm “Copernicus” tal-osservazzjoni tal-oċean jkunu integrati u li jsiru interoperabbli. Għandhom jitħeġġu inizjattivi bħall-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-servizzi Ekosistemiċi – IPBES (pjattaforma globali u korp intergovernattiv miftuħa għall-Istati Membri kollha tan-NU bil-għan li tissaħħaħ ir-rabta bejn ix-xjenza, il-politika u l-għarfien lokali fit-teħid tad-deċiżjonijiet marbuta mal-bijodiversità u s-servizzi ekosistemiċi), inkluż l-iżvilupp ta’ għodod ġodda bħan-Nordic IPBES, l-EU MAES (l-Immappjar u l-Valutazzjoni tal-Ekosistemi u s-Servizzi tagħhom) u ESMERALDA (It-Titjib tal-Immappjar tas-Servizzi Ekosistemiċi għall-Politika u t-Teħid tad-Deċiżjonijiet);

37.

iqis li t-taħlita tal-bażijiet tad-data differenti eżistenti u futuri tibni korp interdixxiplinari ta' għarfien u data dwar il-baħar li jolqot diversi oqsma, bħall-protezzjoni tal-ambjent, is-sajd u l-akkwakultura, għajnuna f’każ ta’ diżastru, l-ewwel rispons u s-servizzi ta’ sokkors, il-kontroll tal-fruntieri u l-monitoraġġ tal-migrazzjoni, u t-trasport. Il-Kumitat ma jarax il-bżonn li jiżdiedu l-bażijiet tad-data, iżda pjuttost li jistgħu jiġu kkoordinati l-bażijiet tad-data eżistenti, sabiex ikunu utli għall-Istati Membri;

38.

jenfasizza li bażijiet tad-data u ġbir ta’ data dwar il-baħar u l-immappjar tal-oċeani li jkunu kompatibbli, żejda u duplikati jeħtieġu aktar sinerġiji mhux biss bejn id-diversi istituzzjonijiet tal-UE u l-istituzzjonijiet kompetenti fil-livell nazzjonali iżda wkoll ma’ Stati Membri u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, peress li d-data komuni għandha tkun il-punt tat-tluq biex jiġu żviluppati risponsi komuni u transoċeaniċi;

39.

jinsisti li l-għarfien dwar il-baħar m’għandux jiġi biss mis-settur pubbliku; is-settur privat, il-kumpaniji tas-sajd u tal-merkanzija tal-baħar, l-inġinerija tal-baħar, it-telekomunikazzjoni, il-bijoteknoloġija u l-kumpaniji tat-tiftix taż-żejt u l-gass mill-baħar jistgħu jaqdu rwol kruċjali fil-ġbir u l-kondiviżjoni tad-data ambjentali li jiġbru matul l-attivitajiet tagħhom fil-baħar. L-UE u korpi internazzjonali oħra għandhom jipprovdu inċentivi u jiffaċilitaw dan b’tali mod li ma jżidx piż bla bżonn;

40.

itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea biex tippromovi l-aħjar prattiki għall-użu ta' sħubiji pubbliċi-privati fl-ekonomija blu (11). Tali promozzjoni għandha tqis il-potenzjal offrut minn negozji żgħar u ta' daqs medju u l-kapaċità amministrattiva limitata ta' xi wħud mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti;

41.

jenfasizza l-impatti territorjali asimmetriċi ta’ ħafna mill-isfidi li qed jiffaċċjaw l-oċeani tagħna, li jfissru li d-data dwar il-baħar marbuta ma’ diversi politiki jeħtieġ li ssir disponibbli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali b’mod li tkun faċli li tiġi aċċessata u tintuża;

42.

jitlob, f’konformità mal-opinjonijiet preċedenti tal-KtR dwar it-Tkabbir Blu (12), biex ikun hemm aktar investiment fix-xjenza “blu” u l-innovazzjoni (Azzjoni 13) u jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza ta’ edukazzjoni u ħiliet professjonali għall-baħħara, żviluppati f'kooperazzjoni mill-qrib mal-industriji tal-baħar;

43.

jappoġġja l-iżvilupp ta’ riċerka internazzjonali dwar l-oċeani, l-innovazzjoni u sħubiji tax-xjenza li għandhom jitfasslu biex jagħtu spinta lir-reġjuni li qed jinvestu fir-riċerka tal-baħar u l-innovazzjoni (Azzjoni 14). F’dan ir-rigward, il-politiki u l-programmi Ewropej, bħall-Orizzont 2020, kif ukoll l-FEMS, LIFE, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) u l-FEŻR jistgħu jintużaw b'mod utli biex jiżviluppaw sħubiji ta’ riċerka dwar l-oċeani u innovazzjoni, inkluż ma’ pajjiżi terzi;

44.

jirrikonoxxi r-rwol importanti li jista’ jkollha l-Istrateġija tat-Tkabbir Blu f’dan il-qasam u jitlob li jiġu promossi inizjattivi strateġiċi fil-livell lokali u reġjonali, jinxterdu u jiġu implimentati f’reġjuni oħra l-prattiki tajba u l-proġetti ta’ suċċess, b’enfasi speċjali fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni applikata fl-oqsma tal-attivitajiet marittimi u kostali;

Rakkomandazzjonijiet finali

45.

jemmen li l-governanza tal-oċeani tolqot lill-awtoritajiet lokali u reġjonali b’mod asimmetriku ħafna, u dan joħloq sfidi li ħafna drabi mhumiex attrezzati biex jindirizzaw. Fl-istess ħin, it-tibdil fl-oqfsa regolatorji, is-sajd jew l-isfruttar tar-riżorsi naturali fi nħawi oħra tad-dinja jista’ jkollu effett dirett ekonomiku jew soċjali fuq il-komunitajiet kostali Ewropej u dawk iż-żoni li jiddependu b’mod sinifikanti mill-attivitajiet marbutin mal-oċean;

46.

iqis, madankollu, li l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Ewropa għandhom rwol proattiv x’jaqdu biex jintroduċu politiki sostenibbli għall-prevenzjoni tas-sajd eċċessiv u t-tniġġis marittimu, u b’hekk jikkontribwixxu għall-governanza f’diversi livelli tal-UE u jissensibilizzaw lill-UE u lill-Istati Membri, li għandhom ġurisdizzjoni fuq aktar minn 10 % tal-oċeani tad-dinja, biex iservu ta’ xempju f’dak li jirrigwarda n-negozjati internazzjonali relatati mal-oċeani;

47.

jitlob, f’konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali eżistenti u l-pakkett “Regolamentazzjoni Aħjar” li jiġi koorganizzat b’mod regolari bejn il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament u l-KtR Djalogu Strutturat dwar il-Governanza tal-Oċeani sabiex b’mod konġunt jiżviluppaw inizjattivi ġodda ta’ politika relatati mal-baħar b’kontributi attivi minn rappreżentanti tar-reġjuni u l-komunitajiet kostali u tal-baħar tal-UE li huma affettwati, b’mod partikolari l-gżejjer, ir-reġjuni iżolati u ultraperiferiċi, jew ir-rappreżentanti tagħhom b’mandat dirett, potenzjalment bl-inklużjoni tal-Fora eżistenti tal-Partijiet Interessati tad-diversi strateġiji makroreġjonali tal-UE relatati mal-baħar, u r-rappreżentanti tal-RFMOs.

Brussell, it-12 ta’ Lulju 2017.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2017.

(2)  Relatur: Michael Cohen, KtR 126/2010.

(3)  Relatur: Paul O'Donoghue, KtR 3766/2013.

(4)  Relatur: Rhodri Glyn Thomas, KtR 01693/2015.

(5)  Relatur: Hermann Kuhn, KtR 07256/2014.

(6)  Alexander Charalambous et al., “Developing blue economy through better methodology for assessment on local and regional level” (L-iżvilupp tal-ekonomija blu permezz ta’ metodoloġija aħjar għall-valutazzjoni f’livell lokali u reġjonali), Kumitat tar-Reġjuni, 2016. http://cor.europa.eu/en/documentation/studies/Documents/order%206203_Blue%20Economy_form_WEB.pdf.

(7)  OECD, “The Ocean Economy in 2030”, 2016. http://www.oecd.org/futures/oceaneconomy.htm.

(8)  COM(2016) 740 final.

(9)  EMSA: Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima: (http://www.emsa.europa.eu/).

(10)  Relatur: Sirpa Hertell, KtR 2430/2016.

(11)  Relatur: Adam Banaszak, CdR 4835/2014.

(12)  Relaturi: Adam Banaszak, CdR 2203/2012, CdR 4835/2014 u Christophe Clergeau, CdR 6622/2016.


12.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/38


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Proġetti bejn il-persuni u proġetti fuq skala żgħira fil-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera

(2017/C 342/06)

Relatur:

is-Sur Branda (CZ/KRE),Viċi Sindku tal-Muniċipalità ta’ Rádlo

I.   KUMMENTI ĠENERALI

1.

Aktar minn terz taċ-ċittadini tal-UE jgħixu u jaħdmu fir-reġjuni tal-fruntieri tal-Ewropa. Dawn il-fruntieri għandhom impatt dirett u indirett fuq ħajjithom. Il-kooperazzjoni transfruntiera wriet li hija l-aktar għodda effettiva biex tegħleb l-effett barriera u r-rwol diviżorju tal-fruntieri, filwaqt li tintegra ż-żoni tal-fruntiera u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tar-reġjuni tal-fruntiera.

2.

Il-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea taqdi rwol importanti għat-tneħħija tal-ostakli fil-fruntieri u t-trawwim tal-kooperazzjoni transfruntiera. Fil-perjodu 2014-2020, se jiġu investiti aktar minn EUR 10 biljun fil-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni, li minnhom madwar EUR 6,6 biljuni se jmorru għar-reġjuni transfruntiera.

3.

Il-proġetti Interreg A kisbu bosta riżultati tanġibbli għal ħafna ċittadini Ewropej f’firxa ta’ territorji varjati ħafna madwar l-UE kollha. Għodda importanti u ta’ suċċess fil-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera (1) huma l-proġetti bejn il-persuni u l-proġetti fuq skala żgħira li huma mfasslin biex irawmu l-konverġenza tar-reġjuni tal-fruntiera u jniedu l-kuntatt fost il-persuni.

4.

Il-proġetti bejn il-persuni (P2P) u l-proġetti fuq skala żgħira jistgħu jiġu definiti mid-daqs, it-tul ta’ żmien u l-kontenut tagħhom. Il-proġetti fuq skala żgħira huma ġeneralment iżgħar fid-daqs mill-proġetti kbar tas-soltu (eż. daqs massimu ta’ EUR 100 000 (2)). Dawn jistgħu wkoll ikollhom durata limitata u l-enfasi prinċipali tagħhom hija li jiffinanzjaw inizjattivi f’ħafna oqsma differenti ta’ kooperazzjoni transfruntiera b’impatt lokali, sabiex jappoġġjaw objettivi tematiċi ewlenin ta’ programmi tal-UE (inkluż il-bini tal-fiduċja, il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet qafas favorevoli u approċċ minn isfel għal fuq, u t-tnedija ta’ sħubijiet ġodda). Il-proġetti bejn il-persuni huma proġetti fuq skala żgħira li jiffokaw primarjament fuq il-promozzjoni tal-kuntatti u l-interazzjoni bejn il-persuni fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera – proġetti P2P. Dawn ġeneralment ikollhom baġit iżgħar u anke durata limitata. L-attivitajiet tal-proġett iseħħu f’żoni ġeografiċi iżgħar (ħafna drabi fil-livell Ewroreġjonali) u l-approċċi tagħhom huma ġeneralment ibbażati fuq il-post.

5.

Il-proġetti P2P u l-proġetti fuq skala żgħira jitwettqu f’firxa wiesgħa ta’ oqsma bħalma huma l-kultura (eż it-tagħlim tal-lingwa fil-viċinat), l-isport, it-turiżmu, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-ekonomija, ix-xjenza, il-ħarsien tal-ambjent u l-ekoloġija, il-kura tas-saħħa, it-trasport u infrastruttura żgħira (konnessjonijiet transfruntiera neqsin), il-kooperazzjoni amministrattiva, l-attivitajiet promozzjonali, eċċ.

6.

Il-proġetti P2P u l-proġetti fuq skala żgħira huma aċċessibbli għal firxa wiesgħa ta’ benefiċjarji: muniċipalitajiet, NGOs (ħafna tipi ta’ assoċjazzjonijiet, pjattaformi, netwerks, fondazzjonijiet, knejjes, eċċ.), istituzzjonijiet edukattivi (skejjel, ċentri tat-taħriġ vokazzjonali u universitajiet), istituzzjonijet tar-riċerka u ta’ appoġġ għan-negozju, fost oħrajn.

7.

Dawn il-proġetti ġew appoġġjati minn diversi ġenerazzjonijiet ta’ programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera. Fil-perjodu attwali, il-proġetti P2P u l-proġetti fuq skala żgħira f’19-il programm ta’ kooperazzjoni transfruntiera (bejn wieħed u ieħor terz minnhom) qed jiġu prinċipalment appoġġjati permezz ta’ Fond għal Proġetti Żgħar (SPF) jew strument simili (xi kultant imsejħa mikroproġetti, fond ta’ dispożizzjoni jew proġett qafas biex jappoġġja proġetti/inizjattivi żgħar). Dawn l-SPFs normalment ikunu f’forma ta’ “proġett ġenerali (umbrella project)” li taħtu jiġu implimentati bosta sottoproġetti iżgħar.

8.

B’mod ġenerali, il-finanzjament kien pjuttost baxx – minn 1,5 % sa 20 % tal-allokazzjoni tal-programmi (iktar baxx fl-UE ta’ qabel, filwaqt li fl-Istati Membri l-ġodda u tul il-fruntieri esterni “antiki” d-domanda kienet ħafna ogħla).

9.

Studji indipendenti li jindirizzaw il-kooperazzjoni transfruntiera u l-evalwazzjonijiet kollha tal-Interreg (3) sal-lum jikkonfermaw li fil-programmi Interreg A l-aħjar riżultati kwalitattivi ma jintlaħqux primarjament permezz ta’ proġetti ewlenin iżda, pjuttost, is-suċċess huwa ddeterminat mill-varjetà ta’ proġetti tabilħaqq transfruntiera li jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi għar-reġjun filwaqt li jinvolvu b’mod dirett liċ-ċittadini, lill-awtoritajiet lokali u ’l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Ta’ spiss, il-ġestjoni ta’ dawn il-programmi Interreg A (sottoprogrammi) hija deċentralizzata. Sa mill-bidu tal-Interreg (1990), il-programmi bl-aħjar riżultati ta’ evalwazzjoni spiss kienu dawk amministrati b’mod deċentralizzat, li ħafna minnhom jinkludu appoġġ għal proġetti P2P u proġetti fuq skala żgħira.

10.

Minkejja l-impatt pożittiv tagħhom, dawn il-proġetti jiffaċċjaw ċerti diffikultajiet kbar. Dawn mhumiex imsejsa fuq regolamenti, u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni spiss jippreferu proġetti ikbar bħala aktar kosteffettivi (l-ispejjeż ogħla tal-amministrazzjoni tal-proġetti P2P) u b’impatt li jista’ jitkejjel. Huwa wkoll diffiċli li tinstab konnessjoni bejn l-effetti żgħar ta’ proġetti bħal dawn u l-indikaturi relatati mal-istrateġija UE2020 li jiffokaw fuq l-impjiegi u t-tkabbir (nuqqas ta’ metodoloġija u ta’ indikaturi ta’ evalwazzjoni adatti).

11.

L-għan ewlieni ta’ din l-Opinjoni huwa li tipprovdi lista bbażata fuq l-evidenza tal-benefiċċji u l-valur miżjud ta’ tali proġetti u tal-implimentazzjoni deċentralizzata permezz tal-ewroreġjuni u strutturi simili bħar-REKT; li tagħti rakkomandazzjonijiet għal aktar semplifikazzjoni tagħhom; u, fl-aħħar, li tressaq proposti speċifiċi għal programmi futuri ta’ kooperazzjoni transfruntiera, u b’hekk tikkontribwixxi għad-dibattitu dwar il-futur tal-politika ta’ koeżjoni wara l-2020.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR),

Il-valur miżjud u l-benefiċċji tal-proġetti bejn il-persuni u l-proġetti fuq skala żgħira

12.

iqis li l-proġetti P2P u l-proġetti fuq skala żgħira b’mod ġenerali għandhom valur miżjud kbir Ewropew u jikkontribwixxu b’mod konsiderevoli għall-għan ġenerali tal-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera billi jegħlbu l-ostakli tal-fruntieri u jintegraw iż-żoni tal-fruntieri u ċ-ċittadini tagħhom. Il-benefiċċji speċifiċi li ġejjin ta’ proġetti bħal dawn għandhom jiġu enfasizzati:

L-għajnuna biex jiġu żviluppati proġetti akbar u l-appoġġ sostanzjali għall-kooperazzjoni effettiva fi ħdan il-programm kollu ta’ kooperazzjoni transfruntiera permezz ta’:

titjib tal-ħiliet professjonali u interkulturali meħtieġa tal-benefiċjarji u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-livell lokali u reġjonali;

kopertura tal-oqsma ta’ kooperazzjoni legali u amministrattiva;

allokazzjoni ta’ spazju għall-isperimentazzjoni – proġetti fuq skala żgħira huma strumenti eċċellenti biex jiġu ttestjati ideat innovattivi u għodod ta’ kooperazzjoni transfruntiera; u

azzjoni bħala “inkubatur għal proġetti ikbar” – u b’hekk jikkontribwixxu għal kwalità akbar fi proġetti kbar permezz ta’ testijiet minn qabel fi proġetti żgħar;

It-tagħlim dwar il-kultura ta’ żoni ġirien. Il-promozzjoni tal-ħiliet interkulturali fost iċ-ċittadini tar-reġjuni tal-fruntieri.

Il-promozzjoni tal-kapaċità tan-nies biex jistudjaw, jaħdmu u jagħmlu n-negozju bejn il-fruntieri

L-iffaċilitar tal-komunikazzjoni bejn il-persuni. Ħafna drabi dawn il-proġetti jistgħu jgħinu biex jingħeleb l-ostaklu tal-lingwa billi jistimulaw it-tagħlim tal-lingwi.

L-iżvilupp ta’ kuntatti interpersonali u l-bini ta’ sħubijiet. Bosta sħubijiet transfruntiera (anke ta’ organizzazzjonijiet iżgħar) huma mibdija u mbagħad żviluppati f’kooperazzjoni fit-tul minn proġetti P2P u proġetti fuq skala żgħira.

Il-mobilizzazzjoni tas-soċjetà ċivili usa’ u anke l-inkoraġġiment għal soċjetà ċivili transfruntiera bħala kontribut importanti għall-koeżjoni territorjali.

L-iskambju tal-esperjenzi. Dawn il-proġetti joħolqu pjattaforma kbira għall-iskambju tal-esperjenzi u l-aħjar prattiki bejn l-atturi kollha tal-kooperazzjoni transfruntiera mis-soċjetà ċivili sal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

L-indirizzar tal-problemi lokali. It-tfittxija għal soluzzjonijiet lokali. Il-proġetti P2P u l-proġetti fuq skala zgħira jgħinu fl-implimentazzjoni ta’ viżjonijiet komuni. Ħafna problemi jistgħu jiġu solvuti biss permezz ta’ kooperazzjoni fil-livell lokali.

L-indirizzar ta’ temi ta’ rilevanza ordinarja (pereżempju l-iżgurar ta’ servizzi pubbliċi aħjar) u approċċ apolitiku biex jissawwar il-preżent u l-futur tal-persuni.

Il-bini tal-fiduċja. Illum hemm nuqqas ta’ fiduċja fl-Ewropa. Dawn il-proġetti P2P tanġibbli huma strument importanti biex terġa’ tiddaħħal il-fiduċja bejn il-fruntieri u fl-Ewropa. Dawn jikkostitwixxu investiment għall-futur.

It-tneħħija ta’ sterjotipi u preġudizzji kkawżati mill-istorja, xi kultant diffiċli, taż-żoni tal-fruntiera jew anke minn żviluppi attwali. Il-kooperazzjoni transfruntiera u speċjalment il-proġetti P2P jgħinu biex jagħlqu l-ġrieħi li jħallu l-fruntieri. Huma jippromovu l-prinċipju tat-tolleranza u r-rispett. Jistgħu jaqdu rwol sinifikanti fir-rikonċiljazzjoni tul il-fruntieri problematiċi fil-Balkani tal-Punent u fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant.

Il-promozzjoni tal-idea Ewropea. Il-benefiċċju tal-integrazzjoni Ewropea jinħass fl-interazzjonijiet transfruntiera tal-persuni u fil-ħidma flimkien mal-ġirien. Dawn il-proġetti appoġġjati mill-UE jistgħu jgħinu biex jiġġeneraw mill-ġdid l-entużjażmu dwar l-Ewropa;

Il-vantaġġi ta’ ġestjoni deċentralizzata

13.

jara madankollu l-vantaġġi għal aktar sħubijiet fejn id-daqs tat-territorju eliġibbli huwa akbar, madankollu huwa konxju tal-impatt negattiv possibbli: huwa aktar diffiċli għall-programmi biex jirriflettu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-partijiet differenti ta’ territorju kbir. Hemm it-tendenza li jingħata appoġġ għal proġetti ikbar u dan l-appoġġ isir inqas aċċessibbli għal atturi lokali/reġjonali;

14.

jissuġġerixxi li l-ġestjoni deċentralizzata ta’ programmi bħal dawn, pereżempju permezz tal-promozzjoni ta’ sottoprogrammi u anke bl-abilitazzjoni ta’ finanzjament għal proġetti fuq skala żgħira u proġetti P2P, hija l-aħjar soluzzjoni għal din it-tendenza li tkun ta’ għajnuna biex il-programmi jinżammu eqreb taċ-ċittadini;

15.

jinnota l-vantaġġi ta’ Fondi għal Proġetti Żgħar (jew strumenti simili li jiffinanzjaw il-proġetti P2P u l-proġetti fuq skala żgħira) immaniġġjati b’mod deċentralizzat:

L-iżvilupp ta’ proġetti minflok sempliċiment amministrazzjoni tal-proġetti. Il-ġestjoni deċentralizzata tiffavorixxi: il-ħidma ma’ applikanti potenzjali fuq il-post u għajnuna biex il-proġetti jirnexxu, il-konnessjoni tal-imsieħba bejn il-fruntieri, l-iżvilupp ta’ ideat għall-proġetti, l-għajnuna biex dawn l-ideat jissarfu f’applikazzjonijiet reali tal-proġetti, il-monitoraġġ tal-proġetti, l-enfasi fuq il-prevenzjoni u l-għajnuna għar-rettifika tal-iżbalji, eċċ.

Rabta mill-qrib mal-applikanti. Din hija importanti b’mod speċjali fil-każ ta’ muniċipalitajiet iżgħar, is-soċjetà ċivili, u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, eċċ.

L-aċċessibbiltà tal-finanzjament. Għal proġetti iżgħar bħal dawn huwa aktar faċli biex jiġi żgurat kofinanzjament u prefinanzjament. Il-proċeduri tal-applikazzjoni huma ħafna drabi aktar sempliċi minn dawk għal proġetti l-kbar.

Flessibbiltà. Dan l-istrument huwa adattat biex jindirizza kwistjonijiet speċifiċi lokali li jistgħu jinbidlu;

16.

huwa konxju li dan l-approċċ jista’ jirriżulta fi spejjeż amministrattivi relattivament ogħla. Barra dan, għandu jiġi enfasizzat li, barra mill-amministrazzjoni regolari tal-proġetti, iseħħu ħafna attivitajiet oħra (eż. ta’ sensibilizzazzjoni, konsultazzjoni għat-tħejjija, implimentazzjoni u kontabbiltà). Mingħajr din l-attenzjoni deċentralizzata u l-approċċ minn isfel għal fuq proġetti bħal dawn huma diffiċli li jitwettqu;

Ir-rwol tal-ewroreġjuni u strutturi transfruntiera simili

17.

jinnota li l-vantaġġi ta’ implimentazzjoni deċentralizzata tal-proġetti P2P u l-proġetti fuq skala żgħira jinkisbu bl-aħjar mod permezz tal-involviment tal-ewroreġjuni u strutturi transfruntiera simili (4). Dawn jista’ jkollhom il-forma legali ta’ REKT, li huma adatti ħafna għal dan ir-rwol;

18.

jirrakkomanda li, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni b’suċċess, dawn l-istrutturi għandhom ikollhom esperjenza konsiderevoli fil-kooperazzjoni transfruntiera fil-livell lokali u reġjonali. Dawn għandhom ikunu:

permanenti;

transfruntiera (5);

ta’ natura pubblika (6): magħmulin prinċipalment minn awtoritajiet lokali u reġjonali;

jiffokaw fuq il-kooperazzjoni transfruntiera bħala l-għan ewlieni tagħhom; u

b’esperjenza fi programmi u proġetti tal-UE;

Is-semplifikazzjoni bħala prerekwiżit għal implimentazzjoni b’suċċess ta’ proġetti żgħar

19.

jenfasizza li sabiex jiġi ppreservat il-valur miżjud tal-proġetti P2P u proġetti fuq skala żgħira u l-ġestjoni deċentralizzata tagħhom, dawn il-proġetti u l-proċeduri għandhom isiru sempliċi ħafna;

20.

jirrimarka li l-pożizzjoni tal-KtR ġiet espressa fl-Opinjoni tiegħu dwar “Is-semplifikazzjoni tal-FSIE mill-perspettiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali” (7). Rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-kooperazzjoni transfruntiera bħalma hi t-tneħħija tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea mill-ambitu tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, jew approċċ aktar flessibbli fl-applikazzjoni tal-objettivi tematiċi tal-UE2020, huma saħansitra aktar rilevanti għall-proġetti P2P u l-proġetti fuq skala żgħira;

21.

jistqarr li proċeduri aktar sempliċi għandhom ikunu proporzjonati għall-ammonti konċernati, kemm għall-ġestjoni ta’ dawn il-proġetti (amministrazzjoni, ġestjoni finanzjarja, mekkaniżmi ta’ kontroll, eċċ.), kif ukoll għall-gruppi destinatarji (tnaqqis ta’ piżijiet amministrattivi, informazzjoni bil-quddiem speċifika għad-destinatarji, l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ darba biss (8)). Dawn il-proċeduri aktar sempliċi għandhom ikunu applikati fil-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-proġett;

22.

jirrakkomanda li, waqt il-kontroll, il-monitoraġġ u l-awditjar, huwa neċessarju li ssir enfasi aktar fuq il-kontenut u r-riżultati, u mhux biss fuq il-proċessi;

23.

jappella lil-livelli kollha ta’ ġestjoni kondiviża biex jippermettu u jużaw alternattivi ta’ spejjeż semplifikati bħala l-approċċ ewlieni fir-rigward tal-proġetti P2P u l-proġetti fuq skala żgħira. Minkejja l-kontroll neċessarju tal-finanzjament pubbliku, il-KtR jitlob li f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontabbiltà għal dawn il-proġetti jiġu promossi l-prinċipju ta’ darba biss, somom f’daqqa, rati fissi u spejjeż ta’ dikjarazzjonijiet semplifikati (eż. spejjeż unitarji standardizzati);

Il-komunikazzjoni tar-riżultati – evalwazzjoni tal-Fondi għal Proġetti Żgħar

24.

jemmen li fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali fl-UE (nazzjonaliżmu li qed jinfirex, il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, il-kriżi tal-migrazzjoni, id-diffikultajiet ekonomiċi u monetarji), jidher b’mod ċar li hemm ħtieġa dejjem ikbar biex jiġu kkomunikati l-benefiċċji speċifiċi u l-valur miżjud tal-azzjoni tal-UE. Il-kooperazzjoni transfruntiera u speċjalment il-proġetti P2P u l-proġetti fuq skala żgħira huma fost l-aktar eżempji konkreti ta’ tali benefiċċji speċifiċi u l-valur miżjud tagħhom fil-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini. F’dan ir-rigward il-fondi tal-UE għandhom effetti pożittivi fil-ħajja ta’ kuljum, fil-prospetti u fil-perċezzjonijiet taċ-ċittadini tal-UE;

25.

jissuġġerixxi li għandhom isiru sforzi mill-atturi kollha biex tiżdied il-viżibilità tar-riżultati u l-benefiċċji ta’ proġetti bħal dawn – mhux daqstant fir-reġjuni tal-fruntieri fejn dawn huma ovvji, iżda fil-livell nazzjonali (l-Istati Membri) u l-livell Ewropew (l-istituzzjonijiet tal-UE) li jieħu deċiżjonijiet dwar il-politika ta’ koeżjoni. Din l-Opinjoni, flimkien ma’ ktejjeb b’eżempji ta’ proġetti speċifiċi, għandha l-għan li tikkontribwixxi għal dawn l-isforzi. Il-komunikazzjoni ta’ dawn ir-riżultati tista’ wkoll tiġi ffaċilitata permezz tal-Jum il-Kooperazzjoni Ewropea;

26.

jirrikonoxxi l-ħtieġa li tiġi implimentata metodoloġija speċifika għall-evalwazzjoni tal-Fondi għal Proġetti Żgħar (u strumenti simili) li jappoġġjaw il-proġetti P2P u l-proġetti fuq skala żgħira. Minħabba li l-effetti tal-proġetti P2P huma iżgħar, huwa ċar li l-indikaturi tar-riżultati standard mhumiex adatti għal dan it-tip ta’ evalwazzjoni (eż. biex jitkejlu l-livell ta’ fiduċja jew it-tneħħija tal-preġudizzji). F’dan ir-rigward huwa ssuġġerit li huwa riżultat pożittiv fih innifsu sempliċiment il-fatt li sseħħ il-kooperazzjoni transfruntiera bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet tar-reġjuni tal-fruntiera (simili għal għadd dejjem jikber ta’ studenti li jistudjaw barra minn pajjiżhom bis-saħħa tal-programm Erasmus). L-għadd ta’ ċittadini li jipparteċipaw u msieħba li jikkooperaw għandu jkun biżżejjed. Il-proġetti fuq skala żgħira għandhom jikkontribwixxu għall-indikaturi tal-prijorità ta’ investiment speċifika iżda wkoll bil-proġetti li mhumiex purament proġetti P2P għandu jitqies l-aspett ta’ imsieħba li jikkooperaw u l-għadd ta’ persuni involuti b’mod attiv fil-kooperazzjoni transfruntiera, peress li dan jibni l-kapaċità ta’ dawn l-imsieħba biex jiżviluppaw aktar din il-kooperazzjoni fil-futur. Dan jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ operazzjonijiet immexxija mill-UE b’approċċ ibbażat fuq il-post u ffukati fuq iċ-ċittadini li jsiru atturi impenjati biex jibnu Ewropa aktar preżenti fil-livell lokali. Ħafna drabi, il-ħiliet professjonali u interkulturali miksubin mill-membri tat-timijiet tal-proġetti transfruntiera huma ta’ valur akbar mir-riżultat tal-proġett fih innifsu (l-investiment fuq skala żgħira);

Rakkomandazzjonijiet għall-programmi futuri ta’ kooperazzjoni transfruntiera wara l-2020

27.

jirrakkomanda li l-proġetti P2P u l-proġetti fuq skala żgħira jkunu inkorporati fir-regolamenti li jirregolaw l-appoġġ tal-UE għall-kooperazzjoni transfruntiera bħala strument leġittimu fil-programmi tal-kooperazzjoni transfruntiera u jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel id-dispożizzjonijiet neċessarji fil-proposta għall-ġenerazzjoni ta’ regolamenti li jmiss;

28.

jirrakkomanda wkoll li l-proġetti bejn il-persuni u l-proġetti fuq skala żgħira jitħeġġu mill-Kummissjoni biex ikunu parti mill-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera, speċjalment fejn hemm id-domanda għal tali proġetti fil-livell lokali u reġjonali. Għandhom jiġu żgurati allokazzjonijiet suffiċjenti biex jissodisfaw din id-domanda minn isfel għal fuq. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-fruntieri li se jiġu affettwati mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE (9), fejn iridu jinstabu soluzzjonijiet għat-tkomplija tal-kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali tar-Renju Unit u ma’ msieħba oħra;

29.

jirrimarka li l-benefiċċji sħaħ ta’ dawn il-proġetti jistgħu jinkisbu permezz ta’ ġestjoni deċentralizzata jew permezz ta’ Fondi għal Proġetti Żgħar, jew xi strument simili jew direttament minn kumitati ta’ tmexxija fuq il-post. Huwa essenzjali li kull reġjun tal-fruntiera jkun liberu li juża l-istrumenti u l-proċeduri eżistenti tiegħu li jkunu rriżultaw effettivi għal bosta snin, u b’hekk tiġi żgurata l-kontinwità ta’ tali finanzjament mal-objettiv ġenerali li programmi jinżammu eqreb għaċ-ċittadini;

30.

jirrakkomanda li l-ewroreġjuni jew strutturi simili u r-REKT għandhom ikunu l-qafas biex jiggarantixxu implimentazzjoni deċentralizzata tal-proġetti P2P u l-proġetti fuq skala żgħira, filwaqt li tiġi żgurata l-kontinwità tagħhom u jitqiesu r-rwoli eżistenti ta’ dawn l-istrutturi (eż. benefiċjarji ta’ proġetti ġenerali (umbrella projects)) li wrew li huma siewja. F’żoni tal-fruntiera fejn dawn l-istrutturi mhumiex preżenti, għandu jitħeġġeġ il-ħolqien tagħhom jew jinstabu soluzzjonijiet adatti filwaqt li jiġu rispettati kemm jista’ jkun il-prinċipji msemmijin iktar ’il fuq;

31.

jenfasizza li kemm il-proġetti bejn il-persuni u l-proġetti fuq skala żgħira kif ukoll il-ġestjoni tagħhom għandhom jinżammu sempliċi kemm jista’ jkun, biex b’hekk jiġu ppreservati l-valur miżjud u l-benefiċċji tagħhom. Għandu jkun hemm aktar enfasi fuq il-kontenut milli fuq il-proċeduri, u għandha tingħata preferenza għal alternattivi ta’ spejjeż semplifikati;

32.

jirrimarka li P2P spiss jgħaqqdu flimkien l-imsieħba li jinsabu f’servizzi pubbliċi jew semi-pubbliċi, inaqqsu l-effett tad-differenzi f’regolamenti u finanzjament bejn organizzazzjonijiet fi Stati Membri differenti. Madankollu lil hinn mill-finanzjament temporanju ta’ proġetti P2P li jirnexxu għandhom ikunu jistgħu jitkomplew permezz ta’ fondi strutturali. Għandu jsir aktar sforz fil-perjodu ta’ programmar li jmiss biex l-esperjenzi fil-fruntiera jiġu kkomunikati lil-leġislaturi nazzjonali. L-Istati Membri għandhom ikunu involuti fi ftehim tal-fruntiera sabiex jitnaqqsu l-effetti tal-fruntieri li jirriżultaw minn regolamentazzjoni nazzjonali u finanzjament.

33.

jistieden lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew sabiex jikkunsidraw dawn ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi u jinkludu r-regoli kollha meħtieġa biex jimplimentawhom fit-tħejjija tal-proposti leġislattivi għall-ġenerazzjoni li jmiss tal-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera, fit-twaqqif ta’ dawn il-programmi u matul l-implimentazzjoni tagħhom b’suċċess. Dan se jiżgura li l-benefiċċji tal-integrazzjoni Ewropea jinħassu b’mod qawwi fost iċ-ċittadini tar-reġjuni tal-fruntieri tal-Ewropa.

Brussell, it-12 ta’ Lulju 2017.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Huwa nnotat li jeżistu wkoll inizjattivi simili transfruntiera barra l-programmi tal-proġetti transfruntiera (eż. fil-fruntieri ta’ Franza bejn id-Dipartiment ta’ Pyrénées-Orientales u l-Generalitat de Catalunya, eċċ.), li jistgħu wkoll jipprovdu kontribut siewi.

(2)  Id-daqs tal-proġetti li għalihom ir-regolament omnibus jissuġġerixxi proċeduri semplifikati ta’ spejjeż.

(3)  Pereżempju: DĠ għall-politiki interni: Governanza territorjali u Politika ta' Koeżjoni, Parlament Ewropew, Brussell, 2015; Panteia and partners, Evalwazzjoni Ex-Post ta’ Interreg III 2000 – 2006, Kummissjoni Ewropea, 2010.

(4)  L-importanza tal-ewroreġjuni fl-iżvilupp tal-kooperazzjoni transfruntiera kienet enfasizzata fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rwol tal-“Ewroreġjuni” fl-iżvilupp tal-politika reġjonali (2004/2257(INI)).

(5)  De facto mhux dejjem de jure.

(6)  Skont id-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku, mhux neċessarjament taħt id-dritt pubbliku.

(7)  COR-2016-00008-00-00-AC-TRA.

(8)  Is-sistemi legali addizzjonali involuti, minħabba l-applikazzjoni simultanja ta’ regolamenti Ewropej, nazzjonali u reġjonali, joħolqu konfużjoni.

(9)  B’mod partikolari bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq iżda wkoll bejn Franza u l-Ingilterra.


12.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/43


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Spinta lin-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu fl-Ewropa: perspettiva reġjonali u lokali

(2017/C 342/07)

Relatur:

Is-Sur Truskolaski (PL/AE), Sindku tal-Belt ta’ Białystok

Referenza:

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar oqfsa ta' ristrutturar preventiv u tat-tieni opportunità, kif ukoll miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn u li temenda d-Direttiva 2012/30/UE

COM(2016) 723 final

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Il-mexxejja li jmiss tal-Ewropa: l-Inizjattiva favur in-Negozji l-ġodda u n-Negozji li qed jespandu

COM(2016) 733 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-objettiv ta’ din id-Direttiva huwa li tneħħi l-ostakli għall-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali, bħall-moviment liberu tal-kapital u l-libertà ta’ stabbiliment , li jirriżultaw minn differenzi bejn il-liġijiet u l-proċeduri nazzjonali dwar ir-ristrutturar tal-prevenzjoni, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità. Din id-Direttiva timmira li tneħħi dawn l-ostakli billi tiżgura li l-impriżi vijabbli f’diffikultajiet finanzjarji jkollhom aċċess għal oqfsa nazzjonali effettivi ta’ ristrutturar preventiv li jippermettulhom jibqgħu jaħdmu; li l-imprendituri onesti li jkollhom dejn eċċessiv ikollhom it-tieni opporutnità wara ħelsien sħiħ mid-dejn wara perjodu ta’ żmien raġonevoli; u li l-effettività tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn tiġi mtejba, b’mod partikolari bil-għan li titnaqqas id-durata tagħhom.

L-objettiv ta’ din id-Direttiva huwa li tneħħi l-ostakli għall-eżerċizzju tal-libertajiet marbuta mas-suq intern , li jirriżultaw minn differenzi bejn il-liġijiet u l-proċeduri nazzjonali dwar ir-ristrutturar tal-prevenzjoni, tal-insolvenza u tat-tieni opportunità. Din id-Direttiva timmira li tneħħi dawn l-ostakli billi tiżgura li l-impriżi vijabbli f’diffikultajiet finanzjarji jkollhom aċċess għal oqfsa effettivi ta’ ristrutturar preventiv li jippermettulhom jibqgħu jaħdmu; li l-imprendituri onesti li jkollhom dejn eċċessiv ikollhom it-tieni opportunità wara ħelsien sħiħ mid-dejn wara perjodu ta’ żmien raġonevoli; u li l-effettività tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn tiġi mtejba, b’mod partikolari bil-għan li jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti marbuta mal-konsultazzjoni tal-ħaddiema (l-Artikolu 27 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali) u titnaqqas id-durata tagħhom. Is-soluzzjonijiet preventivi magħrufa xi drabi bħala “pre-pack” huma parti minn xejra dejjem tikber tad-dritt tal-insolvenza moderna li tiffavorixxi approċċi li, b’differenza minn dak tradizzjonali għal-likwidazzjoni tal-impriża f’diffikultà, għandhom l-għan li jirkuprawha jew tal-anqas li jsalvaw l-unitajiet tagħha li jkunu għadhom ekonomikament vijabbli.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 2

Arikolu 1(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(a)

il-proċeduri ta’ ristrutturar preventiv disponibbli għad-debituri f'diffikultà finanzjarja meta jkun hemm probabbiltà ta’ insolvenza;

(a)

il-proċeduri ta’ ristrutturar preventiv disponibbli għad-debituri f’diffikultà finanzjarja meta jkun hemm probabbiltà ta’ insolvenza li jippruvaw isolvu diffikultà ta’ darba, inaqqsu l-obbligazzjonijiet dovuti lill-kredituri kollha jew uħud minnhom jew jittrasferixxu l-attivitajiet vijabbli kollha jew uħud minnhom lil xi impriża oħra taħt kundizzjonijiet li jagħtu lill-kredituri dividend tal-anqas daqs dak li kienu jirċievu f’każ ta’ likwidazzjoni ;

Raġuni

Evidenti.

Emenda 3

Arikolu 3(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-debituri u l-imprendituri jkollhom aċċess għal għodod ta’ twissija bikrija li jistgħu jindividwaw żvilupp tan-negozju li jkun qed jiddeterjora u jissenjalaw lid-debitur jew lill-imprenditur il-ħtieġa li tittieħed azzjoni bħala kwistjoni ta’ urġenza.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-debituri u l-imprendituri ,kif ukoll il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom, ikollhom aċċess għal għodod ta’ twissija bikrija li jistgħu jindividwaw żvilupp tan-negozju li jkun qed jiddeterjora u jissenjalaw lid-debitur jew lill-imprenditur il-ħtieġa li tittieħed azzjoni bħala kwistjoni ta’ urġenza.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 4

Artikolu 3(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-debituri u l-imprendituri jkollhom aċċess għal informazzjoni rilevanti, aġġornata, ċara, konċiża u faċli għall-utent dwar id-disponibbiltà ta' għodod ta' twissija bikrija u kull mezz disponibbli għalihom sabiex jirristrutturaw fi stadju bikri jew biex jiksbu ħelsien minn dejn personali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-debituri u l-imprendituri , kif ukoll il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom, ikollhom aċċess għal informazzjoni rilevanti, aġġornata, ċara, konċiża u faċli għall-utent dwar id-disponibbiltà ta’ għodod ta’ twissija bikrija u kull mezz disponibbli għalihom sabiex jirristrutturaw fi stadju bikri jew biex jiksbu ħelsien minn dejn personali.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 5

Arikolu 3(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-aċċess previst fil-paragrafi 1 u 2 lil intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jew għall-imprendituri

 

Raġuni

Mhuwiex ċar għaliex u skont liema kriterji (numru ta’ impjegati, fatturat, eċċ.) ċerti kumpaniji għandhom jiġu esklużi mill-mekkaniżmi ta’ twissija bikrija.

Emenda 6

Artikolu 4 (paragrafu ġdid wara l-Artikolu 4(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

L-Istati Membri jeħtieġ jistabbilixxu dispożizzjonijiet speċifiċi li jippermettu lill-ħaddiema jikkunsidraw il-possibbiltà li, qabel ir-ristrutturar, issir buy-out ta’ kumpanija billi tiġi ffurmata kooperattiva, inkluż li jidħlu f’diskussjonijiet ma’ kredituri, amministraturi, awdituri, istituzzjonijiet finanzjarji, trejdjunjins u awtoritajiet pubbliċi sabiex tingħata alternattiva ta’ buy-out vijabbli u fit-tul li ma tkunx meqjusa bħala l-aħħar rimedju.

Raġuni

It-telf ta’ riżorsi f’każ ta’ negozju li jkun għaddej minn ristrutturar kbir jew likwidazzjoni huwa telfa għall-ekonomija tal-UE kollha kemm hi. Sabiex in-negozju jissalva, l-għażliet kollha possibbli għandhom ikunu disponibbli, inkluża l-possibbiltà li n-negozju jinbidel f’kooperattiva.

Emenda 7

Artikolu 8(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(f)

it-termini tal-pjan, li jinkludu, imma mhux limitati għal:

(i)

it-tul ta’ żmien propost tiegħu;

(ii)

kwalunkwe proposta li permezz tagħha d-djun huma skedati mill-ġdid jew rinunzjati jew mibdula f’forom ta’ obbligi oħra;

(iii)

kull finanzjament ġdid antiċipat bħala parti mill-pjan ta’ ristrutturar;

(F)

it-termini tal-pjan, li jinkludu, imma mhux limitati għal:

(i)

it-tul ta’ żmien propost tiegħu;

(ii)

kwalunkwe proposta li permezz tagħha d-djun huma skedati mill-ġdid jew rinunzjati jew mibdula f’forom ta’ obbligi oħra;

(iii)

kull finanzjament ġdid antiċipat bħala parti mill-pjan ta’ ristrutturar;

(iv)

l-impatti għall-ħaddiema u s-sottokuntratturi tal-pjanijiet ta’ ristrutturar;

(v)

l-impatti fuq il-pensjonijiet tal-ħaddiema rtirati;

Raġuni

Evidenti.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR)

1.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-mexxejja li jmiss tal-Ewropa: l-Inizjattiva favur in-Negozji l-ġodda u n-Negozji li qed jespandu”. Fl-istess ħin jistieden lill-Kummissjoni taġġorna u tippreserva n-natura omoġenja tas-Small Business Act;

2.

jaqbel mat-tħassib espress fil-Komunikazzjoni dwar l-impatt negattiv tal-frammentazzjoni li għadha eċċessiva fis-suq intern (inkluż is-suq uniku diġitali) fir-rigward tal-potenzjal ta’ tkabbir tan-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu;

3.

jafferma li jappoġġja bis-sħiħ il-miżuri għall-iżvilupp ta’ intraprenditorija innovattiva u l-eliminazzjoni ta’ ostakli, li jillimitaw dawn l-opportunitajiet ta’ żvilupp;

4.

jinnota li l-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu huma aktar ħerqana għal forom ta’ impjieg flessibbli u moderni, inklużi t-telexogħol, sigħat flessibbli tal-impjieg, xogħol temporanju b’aġenzija u leasing tal-impjegati, xogħol b’kuntratti u kondiviżjoni tax-xogħol u l-impjieg. Forom ta’ impjieg bħal dawn għandhom impatt pożittiv biex jintlaħaq bilanċ bejn il-ħajja privata u dik tax-xogħol, filwaqt li fl-istess ħin jimminimizzaw l-effetti negattivi tal-qgħad fit-tul u saħansitra jnaqqsuh;

5.

jenfasizza li l-kooperazzjoni bbażata fuq is-sħubija bejn l-awtoritajiet pubbliċi fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali hija essenzjali għall-ħolqien ta’ ambjent favorevoli għall-espansjoni tan-negozji l-ġodda;

6.

jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi sabiex tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jiżguraw li l-livelli kollha tal-edukazzjoni (kemm dawk dwar in-negozju u dawk li mhumiex) jieħdu kunsiderazzjoni ta’ suġġetti bħall-kreattività, l-intraprenditorija, l-ekonomija u l-finanzi;

7.

jenfasizza l-impatt tal-prestazzjoni tar-reġjuni u l-bliet fuq it-tkabbir relatat mal-innovazzjoni fl-ekonomija globali minħabba li huma jinsabu f’pożizzjoni biex jadattaw b’mod flessibbli għaċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu fis-suq, it-teknoloġija u l-kultura;

8.

jenfasizza li l-appoġġ tal-partijiet interessati fl-innovazzjoni b’dinamika ta’ tkabbir partikolarment b’saħħitha jaffettwa wkoll lil parteċipanti oħra fis-suq. Flimkien mal-orjentazzjoni attwali tal-ħidma fuq il-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari, l-ekonomija soċjali u l-ekonomija kollaborattiva (1), is-sinerġiji bejn il-miżuri ta’ appoġġ u l-faċilitazzjoni legali ser jikkontribwixxu wkoll għall-iżvilupp tas-soċjetajiet inġenerali;

9.

jenfasizza li dawk il-miżuri li ser iwasslu għal rabta aktar mill-qrib bejn l-istrateġiji settorjali u jistabbilixxu rabta bejn ix-xjenza, l-ekonomija u l-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha huma deċiżivi għall-implimentazzjoni tal-għanijiet komuni;

It-tnaqqis tal-ostakli regolatorji, legali u relatati mal-informazzjoni

10.

jenfasizza li l-leġislazzjoni differenti u li dejjem tinbidel fIstati Membri tal-UE hija waħda mill-ostakli ewlenin għall-espansjoni tan-negozji l-ġodda Ewropej (2);

11.

jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi definizzjoni ċara tan-negozji l-ġodda, u tkompli tintegra soluzzjonijiet legali għall-SMEs;

12.

jirrakkomanda l-metodu ta’ analiżi stabbilit fil-programm Orizzont 2020 (dwar il-possibbiltà li jinkiseb parir espert) u l-ħidma tal-Osservatorju Ewropew tal-Clusters u l-Bidla Industrijali;

13.

jipproponi li, wara tliet ċikli tat-test, jiġu riveduti l-istrumenti u l-miżuri sabiex jiġi żgurat li mhux biss tinġabar data spjegattiva dwar in-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu iżda li l-istudji jiġu kkomplementati b’aspetti kwalitattivi sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni tal-problemi;

14.

jilqa’ l-fatt li, f’konformità mal-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni Ewropea taħt l-Istrateġija tas-Suq Uniku, il-miżuri tal-programm COSME huma primarjament intiżi biex jappoġġjaw in-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu;

15.

jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-progress kajman li qed isir fit-28 Stat Membru tal-UE fir-rigward tal-miżuri għat-tnaqqis tal-frammentazzjoni tas-sistemi fiskali, b’mod partikolari s-sistemi tal-VAT. Il-frammentazzjoni tagħmel it-tkabbir u l-kummerċ transkonfinali tal-SMEs, u b’mod partikolari tan-negozji l-ġodda, diffiċli;

16.

jipproponi li l-Kummissjoni tappoġġja lin-negozji l-ġodda billi tipprovdi riżorsi addizzjonali għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni sussegwenti tal-istrateġiji għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

Aktar attività ekonomika – it-tieni opportunità

17.

jiġbed l-attenzjoni għall-problema tal-proċedimenti ineffiċjenti u eċċessivi applikati fl-Istati Membri tal-UE fil-każ ta’ insolvenza tal-intraprendituri, fejn ħafna intraprendituri onesti iżda b’dejn eċċessiv jingħataw it-tieni opportunità;

18.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar oqfsa ta’ ristrutturar preventiv u tat-tieni opportunità, kif ukoll miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn u li temenda d-Direttiva 2012/30/UE [dokument COM(2016) 723 tat-22 ta’ Novembru 2016], bil-għan li jiġu eliminati l-ostakli ewlenin dovuti għall-oqfsa differenti ta’ ristrutturar u insolvenza fl-Istati Membri u li jfixklu l-moviment liberu tal-kapital; madankollu, jesprimi t-tħassib li l-proposta hija limitata għall-aspetti finanzjarji, bil-ħaddiema impjegati fl-impriża kklassifikati bħala kredituri bl-istess mod bħal bank jew kwalunkwe detentur ieħor tal-kapital, u bir-rimedju ta’ impriża ppreżentat biss bħala riaġġustament finanzjarju tal-partijiet ikkonċernati;

19.

iqis li l-Kummissjoni tiġġustifika b’mod konvinċenti l-valur miżjud li jirriżulta mill-implimentazzjoni tas-soluzzjonijiet legali proposti fil-livell tal-UE u għaldaqstant jinnota li l-proposta għal Direttiva tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà; għall-istess raġuni iqis li l-proposta għal Direttiva hija kompatibbli wkoll mal-prinċipju tal-proporzjonalità;

20.

madankollu, jesprimi t-tħassib tiegħu li dan l-istrument legali mhux ser jikkontribwixxi b’mod deċiżvi biex aktar negozji ġodda jkunu jistgħu jibqgħu fis-suq għal aktar minn sentejn jew tlieta, minħabba n-nuqqas tal-possibbiltà tal-armonizzazzjoni kontinwa tas-sistemi legali tal-Istati Membri fil-qasam tal-proċedimenti ta’ insolvenza;

21.

ifakkar fl-adozzjoni fl-20 ta’ Mejju 2015 mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tar-Regolament (UE) 2015/848 dwar proċedimenti ta’ insolvenza fl-Istati Membri differenti u jappoġġa l-approċċ li skontu l-proċedimenti ta’ insolvenza ma għandhomx jibqgħu jitqiesu sempliċiment f’termini ta’ likwidazzjoni iżda bħala strument biex jiġi ggarantit li r-riżorsi tal-impriża jiġu ppreżervati – inkluż id-dritt għax-xogħol tal-impjegati tagħha – u, sa fejn ikun possibbli, tiġi żgurata s-sopravivenza tal-impriża. Jilqa’ b’sodisfazzjon ukoll l-istabbiliment, sa Ġunju 2019, ta’ sistema diġitali interkonnessa ta’ “reġistri tal-insolvenza” li għandhom jiġu implimentati f’kull Stat Membru u jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas permezz tal-portal Ewropew tal-ġustizzja elettronika. Madankollu jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li huwa meħtieġ appoġġ supplimentari sabiex jiġu żgurati s-speċjalizzazzjoni tal-imħallfin u l-professjonalizzazzjoni tal-amministraturi maħtura fil-proċedimenti;

22.

jilqa’ b’sodisfazzjon ir-riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ April 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi tas-Suq Monetarju (COM(2013) 0615) u l-istabbiliment propost ta’ kategorija ġdida ta’ fond tas-suq monetarju (MMF), l-MMF b’volatilità baxxa tal-valur nett tal-assi, imfassal b’mod speċifiku biex japplika għall-impriżi żgħar fl-ekonomija reali;

23.

jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex iniedu jew jipparteċipaw b’mod attiv:

f’kampanji ta’ sensibilizzazzjoni tas-soċjetà dwar l-importanza ta’ fallimenti fit-triq lejn is-suċċess fin-negozju;

f’kampanji ta’ promozzjoni ta’ kultura ta’ ristrutturazzjoni minflok ta’ riżoluzzjoni;

f’kampanji ta’ promozzjoni ta’ sistemi ta’ twissija bikrija;

f’miżuri biex jippromovu l-edukazzjoni fi kwistjonijiet ekonomiċi u finanzjarji għall-intraprendituri, iffukati b’mod partikolari għall-intraprendituri futuri jew in-negozji l-ġodda bil-għan li jtjebu l-għarfien tagħhom u jbiddlu l-approċċ tagħhom lejn id-diversi sorsi ta’ kapital;

programmi speċifiċi ta’ taħriġ għall-intraprendituri li jkunu qed jibdew mill-ġdid, u mezzi ta’ appoġġ finanzjarju għal kundizzjonijiet vantaġġużi sabiex terġa’ tingħata ħajja lil impriżi fi kriżi li juru vijabbiltà fil-ġejjieni;

Ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda

24.

jinnota l-ħtieġa li jiġu ffaċilitati l-attivitajiet tan-negozji l-ġodda tal-intrapriżi ż-żgħar u medji fis-suq uniku, b’mod partikolari bl-istabbiliment ta’ limiti adatti biex jiġu eżentati mir-rekwiżiti nazzjonali marbuta mar-riorganizzazzjoni jew mar-reġistrazzjoni mill-ġdid;

25.

jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu l-passi meħtieġa bil-għan li tinħoloq bażi għal viża tan-negozji l-ġodda u katalgu ta’ kundizzjonijiet li jippermettu użu sigur u ta’ benefiċċju tal-kapital intellettwali kwalifikat minn pajjiżi terzi li jista’ jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ekonomija tal-Unjoni Ewropea;

26.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-isforzi tal-Kummissjoni biex jittejjeb l-aċċess għall-akkwist pubbliku għan-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu u jenfasizza l-ħtieġa li jiġu ssorveljati mill-qrib it-traspożizzjoni u l-infurzar tad-Direttiva 2014/24/UE dwar l-akkwist pubbliku fil-livell tal-Istati Membri sabiex jiġi ggarantit li l-Istati Membri jieħdu vantaġġ sħiħ mid-dispożizzjonijiet eżistenti għat-titjib tal-aċċess tal-SMEs għall-akkwist pubbliku;

27.

jilqa’ l-proposta li jiġu introdotti intermedjarji tal-innovazzjoni sabiex jibnu netwerks ta’ klijenti li jkunu interessati f’akkwist pubbliku innovattiv, u dawn jitqiegħdu f’kuntatt ma’ kumpaniji innovattivi u li dawn il-kumpaniji jiġu megħjuna jaċċessaw finanzjament tar-riskju;

28.

ifaħħar l-emendi proposti għall-programm Orizzont 2020 biex jiġu appoġġjati l-approċċ multisettorjali minn isfel għal fuq, kif ukoll l-innovazzjonijiet radikali kkaratterizzati minn livell għoli ta’ rilevanza soċjali u potenzjal enormi għat-tkabbir;

29.

jilqa’ t-tisħiħ tan-Netwerk Enterprise Europe (EEN) billi tiġi estiża l-firxa tas-servizzi ta’ konsulenza speċjalizzata tagħha dwar l-espansjoni, u permezz ta’ informazzjoni dwar ir-regoli nazzjonali u Ewropej, l-opportunitajiet ta’ finanzjament, il-ħolqien ta’ sħubijiet, kif ukoll dwar l-aċċess għal parteċipazzjoni fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku transkonfinali;

30.

jenfasizza l-importanza tal-uffiċċji reġjonali tal-EEN li jsawru rabtiet kooperattivi b’saħħithom ma’ inkubaturi tal-kummeċ lokali, aċċelleraturi tan-negozji l-ġodda u parks tax-xjenza u t-teknoloġija, minħabba l-prossimità tagħhom man-negozji l-ġodda u peress li jafu tajjeb il-problemi u l-ħtiġijiet reali tagħhom;

31.

jenfasizza li l-intensifikazzjoni mħabbra mill-Kummissjoni tal-miżuri biex jiġu żviluppati rabtiet bejn il-clusters u l-ekosistemi intraprenditorjali lokali u reġjonali, b’mod partikolari fil-qasam tal-medjazzjoni bejn l-investituri u l-kumpaniji l-kbar u n-netwerking bejn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet lokali, għanda tiġi estiża biex in-negozji l-ġodda jitlaqqgħu ma’ istituzjonijiet xjentifiċi bħala provvedituri potenzjali ta’ soluzzjonijiet innovattivi teknoloġiċi u mhux teknoloġiċi;

32.

jitlob lill-Kummissjoni tintroduċi miżuri ta’ appoġġ orjentati lejn il-ħolqien ta’ inkubaturi ta’ impriżi innovattivi li jgħinu u jakkumpanjaw lill-intraprendituri fil-fażijiet inizjali tal-impriża tagħhom billi jsaħħu l-kapaċitajiet tagħha ta’ ġestjoni tan-negozju, jagħmlu possibbli l-finanzjament alternattiv, jilħqu ftehimiet ma’ impriżi li jinsabu fuq quddiem nett fl-innovazzjoni (elevator pitch), jappoġġjaw l-espansjoni fuq livell internazzjonali, eċċ.;

33.

jiġbed l-attenzjoni lejn it-twessigħ tad-distakk teknoloġiku bejn ir-reġjuni metropolitani u r-reġjuni anqas żviluppati u periferiċi. F’dan ir-rigward, jirrakkomanda li l-Kummissjoni tieħu miżuri biex tappoġġja n-netwerking ta’ reġjuni mexxejja ma’ reġjuni li l-ekonomija tagħhom hija bbażata fuq l-agrikoltura;

34.

għalkemm għad fadal ħafna xi jsir, ta’ min wieħed ifaħħar il-progress li sar fil-qasam tal-intraprenditorija f’reġjuni anqas żviluppati, u jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tkompli tappoġġja l-inizjattivi fis-seħħ li huma intiżi biex jippromovu l-ispirtu intraprenditorjali fihom, u li tikkunsidra l-possibbiltà li toħloq oħrajn ġodda, bħal strument separat għall-proġetti ta’ netwerking;

35.

jenfasizza li huma ferm mixtieqa miżuri addizzjonali għat-tisħiħ u n-netwerking tal-atturi li jaħdmu favur il-promozzjoni tal-intraprenditorija fis-setturi ekonomiċi tradizzjonali, inklużi s-settur tal-isnajja’ u l-industriji kulturali u kreattivi, fir-reġjuni rurali u periferali u ż-żoni periurbani;

36.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li tinħoloq pjattaforma li tgħaqqad lin-negozji l-ġodda ma’ msieħba potenzjali (flimkien ma’ pjattaformi pubbliċi u privati eżistenti). Dan l-istrument isaħħaħ l-iżvilupp ta’ netwerks ta’ ekosistemi intraprenditorjali u clusters fl-Ewropa;

37.

jilqa’ d-direzzjoni ppjanata tal-miżuri tal-Kummissjoni f’dan il-qasam (il-Koalizzjoni għall-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Kooperazzjoni Settorjali dwar il-Ħiliet u l-Big-Data-Tool);

38.

jappoġġja l-inizjattiva li l-programm Erasmus għall-intraprendituri żgħażagħ jiġi estiż għall-inkubaturi u n-negozji fis-swieq internazzjonali;

39.

jinsab imħasseb li l-Komunikazzjoni, li tindirizza problema partikolarment kbira, hija superfiċjali wisq fir-rigward tal-miżuri previsti u titratta b’mod selettiv biss il-passi futuri — pereżempju, hemm nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-programm fuq iċ-ċentri tal-innovazzjoni diġitali, u t-twaqqif ta’ Kunsill Ewropew għall-Innovazzjoni jissemma’ biss b’mod każwali mingħajr mhu speċifikat il-mod ta’ kif se jiffunzjona;

40.

jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni aktar dettaljata dwar il-kompetenzi ppjanati u l-leġittimità ta’ dan il-Kunsill;

41.

jinnota li l-iżgurar ta’ rappreżentanza adegwata tal-kumpaniji u tal-ambjent korrispondenti, kif ukoll tal-komunità xjentifika u l-awtoritajiet pubbliċi fi ħdan il-qafas tal-Kunsill Ewropew għall-Innovazzjoni hija fattur ewlieni li jiddetermina l-kwalità tal-ħidma tiegħu;

42.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea teżamina l-possibbiltà ta’ appoġġ għall-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jistabbilixxu korpi magħmula minn rappreżentanti tal-intrapriżi b’esperjenza, li jkunu joffru għajnuna għall-iżvilupp tal-intraprenditorija u għan-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu fi ħdan l-awtorità lokali u reġjonali rispettiva tagħhom;

43.

jenfasizza r-rwol ewlieni li jaqdu, u li se jibqgħu jaqdu, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-komunità akkademika u l-intraprendituri innifishom (jiġifieri l-hekk imsejjaħ “triple helix”) biex jippromovu l-intraprenditorija, il-ħolqien ta’ kultura tax-xjenza u l-innovazzjoni fir-reġjuni Ewropej u l-iżvilupp ta’ ekosistemi intraprenditorjali reġjonali qawwija;

44.

jistieden lill-Kummissjoni biex tinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-evalwazzjoni bejn il-pari prevista tal-prinċipji u l-prattiki tal-Istati Membri b’rabta man-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu. L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma l-aktar qrib tal-intraprendituri lokali u jkun utli li jintuża l-għarfien komprensiv tagħhom dwar l-ambjent kummerċjali lokali;

45.

iqis li, bis-suq uniku diġitali, il-kompetizzjoni ser tieħu dimensjoni ġdida u li kull reġjun ser ikollu jiffaċċja reġjuni Ewropej oħra li ser jibbenefikaw mill-istess bażijiet legali. Għalhekk, din hija opportunità għan-negozji l-ġodda li s’issa ma kellhomx opportunitajiet kbar sabiex jinternazzjonalizzaw u jaċċessaw swieq transkonfinali ġodda.

Aċċess għall-finanzjament

46.

jenfasizza li negozji l-ġodda u n-negozju li jkunu qed jespandu jirrikorru għal soluzzjonijiet innovattivi u atipiċi u għaldaqstant l-effetti tal-implimentazzjoni tagħhom jistgħu jiġu previsti biss sa ċertu punt. Dan jagħmel l-aċċess għall-finanzjament minn programmi regolari aktar diffiċli;

47.

jirrakkomanda li l-Kummissjoni tillaxka s-sistema ta’ finanzjament sabiex tipprovdi aktar flessibilità fir-rigward ta’ ideat innovattivi, u tħeġġeġ lill-atturi responsabbli biex iqassmu l-fondi Ewropej biex ikunu aktar selettivi fl-għażla ta’ esperti;

48.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għall-ħolqien ta’ fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju, sabiex titnaqqas il-frammentazzjoni tas-suq tal-kapital ta’ riskju fl-UE;

49.

jipproponi li ssir analiżi dwar il-possibbiltà li jiġi mobilizzat il-kapital ta’ riskju lokali fl-awtoritajiet lokali u reġjonali;

50.

jistieden lill-Kummissjoni tippromovi d-divrenzjar bejn id-diversi sorsi ta’ finanzjament; fil-fatt, il-fondi ta’ kapital ta’ riskju, il-fondi ta’ ekwità privati u l-investituri informali għadhom mhumiex żviluppati biżżejjed fl-Ewropa;

51.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta li jiżdied il-baġit għall-COSME, u, bil-kundizzjoni li ma jkun hemm l-ebda fondi meħuda mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa jew mill-Orizzont 2020, fil-prinċipju, jilqa’ wkoll il-proposta li jiżdiedu l-approprjazzjonijiet għall-FEIS, sabiex ikun jista’ jiġi mobilizzat finanzjament addizzjonali għall-SMEs fil-fażijiet tal-bidu u ta’ espansjoni. B’mod partikolari, ikun utli li jiġu promossi l-integrazzjoni u s-sħubijiet bejn l-SMEs u n-negozji l-ġodda;

52.

jilqa’ l-miżuri previsti tal-Kummissjoni biex jinħolqu inċentivi addizzjonali għal finanzjament ta’ kapital ta’ riskju, pereżempju permezz tal-possibbiltà li individwi privati jew l-awtoritajiet lokali u reġjonali jibbenefikaw minn garanziji pubbliċi fir-rigward tal-fondi ta’ investiment tagħhom jekk jiġġeneraw il-kapital, peress li dan jista’ jwassal għal aktar parteċipazzjoni fil-kapital u għal aktar investiment fit-titoli ta’ dejn tan-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu;

53.

huwa favur il-ħolqien ta’ programm fil-livell tal-UE għal appoġġ mhux finanzjarju għan-negozji l-ġodda u n-negozji li jkunu qed jespandu, li jiffaċilita l-aċċess għal swieq ġodda u li jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda u l-iżvilupp tal-innovazzjoni fl-UE;

54.

jemmen li jeħtieġ li tissaħħaħ ekosistema strutturata ta’ investiment Ewropew permezz ta’ miżuri ta’ appoġġ ekonomiku u fiskali li jattiraw u jinċentivaw l-investiment privat f’impriżi innovattivi, bil-għan li jkunu jistgħu jiżviluppaw u jikbru fl-aħjar kundizzjonijiet ekonomiċi finanzjarji u jilħqu grad għoli ta’ kompetittività. Għal dan il-għan, huwa ta’ importanza speċjali t-tisħiħ ta’ strumenti ta’ finanzjament alternattiv (kapital ta’ riskju, self parteċipattiv, garanziji, eċċ.). Għalhekk, tinħtieġ semplifikazzjoni ġenwina dwar kif jiġu implimentati l-istrumenti finanzjarji kofinanzjati mill-Fondi Strutturali;

55.

jiġbed l-attenzjoni għall-iżvilupp intensiv ta’ pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv bħala sors alternattiv ta’ finanzjament għas-soluzzjonijiet innovattivi tan-negozji l-ġodda;

56.

jistieden lill-Kummissjoni tanaliżża l-opportunitajiet u r-riskji tal-finanzjament kollettiv għas-soċjetà Ewropea, partikolarment dawk b’impatt dirett fuq l-investituri li, meta mqabbel ma’ investituri professjonali, jaf ma jkollhomx l-istess aċċess għall-informazzjoni u jkunu inqas imħejjija għal dan it-tip ta’ tranżazzjonijiet;

57.

jinnota li oqfsa legali korrispondenti għall-operazzjoni tal-pjattaformi tal-finanzjament kollettiv fl-UE jippermettu li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal ta’ dan is-sors ta’ finanzjament. L-istandards għall-protezzjoni tal-interessi tal-investituri għandhom ikunu parti integrali ta’ dawn l-oqfsa legali;

58.

jappoġġja t-tisħiħ ta’ Startup Europe u l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tagħha lil hinn mis-settur tal-ICT u tan-negozji ġodda bbażati fuq il-web. Barra minn hekk, f’dan il-kuntest jirrakkomanda li jkun hemm semplifikazzjoni ulterjuri bil-għan li tiġi pprovduta gwida b’mod dejjem aktar mingħajr xkiel u effettiv lin-negozji ġodda li jixtiequ jkollhom aċċess għal għadd kbir ta’ possibilitajiet offruti mill-programmi Ewropej;

Attivitajiet tan-negozji l-ġodda f’oqsma ta’ rilevanza soċjali partikolari

59.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tadotta strateġija għal inizjattivi tan-negozju innovattivi u soċjali b’impatt fuq il-kwalità tal-ħajja, li jkunu bbażati fuq oqsma eżistenti ta’ interess partikolari (l-ekonomija tal-anzjani, l-intraprenditorija soċjali, il-mudell tat-triple helix) sabiex ikunu jistgħu jiġu appoġġjati l-attivitajiet minn isfel għal fuq u l-kreattività soċjali permezz ta’ inċentivi;

60.

jiġbed l-attenzjoni għall-ambitu għal kooperazzjoni bejn in-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu, minn naħa waħda, u n-negozji l-kbar, min-naħa l-oħra. Huwa importanti li jiġu applikati l-prattiki tajbin tar-reġjuni tal-UE, fejn il-kooperazzjoni twassal għal sinerġiji bejn l-intrapriżi ta’ daqsijiet differenti u minn setturi differenti;

61.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni dwar il-ħolqien ta’ “Pjattaforma għall-Isfida tal-Innovazzjoni Soċjali” biex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà;

62.

jiġbed l-attenzjoni li l-irbit ta’ din il-pjattaforma ma’ sistema ta’ akkwist pubbliku jista’ jkollu valur miżjud, b’impatt potenzjali fuq ir-rata ta’ tkabbir tal-intrapriżi soċjali. Madankollu, jeħtieġ li s-sistema tkun aktar flessibbli sabiex il-problemi jiġu solvuti b’mod kreattiv, jiġifieri b’mod ottimu mill-perspettiva tal-benefiċjarji aħħarin, u mhux b’mod prevedibbli, mil-lat tal-indikaturi strutturali.

Brussell, it-12 ta’ Lulju 2017.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Id-dimensjoni lokali u reġjonali tal-ekonomija kollaborattiva, relatur: Benedetta Brighenti, CdR 2015/2698; L-ekonomija kollaborattiva u l-pjattaformi onlajn: viżjoni komuni tal-bliet u r-reġjuni, relatur: Benedetta Brighenti, CdR 2016/4163; Ir-rwol tal-ekonomija soċjali fil-ġlieda kontra l-qgħad u r-rilanċ tat-tkabbir, relatur: Luis Gomes, CdR 2015/1691.

(2)  Regolamentazzjoni intelliġenti għall-SMEs, relatur: Buchmann Christian, CDR 5387/2016.


12.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/51


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Regolamentazzjoni intelliġenti għall-SMEs

(2017/C 342/08)

Relatur:

Christian Buchmann (AT/PPE), Membru tal-Parlament Reġjonali tal-Land ta’ Steiermark

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR),

Ambjent regolatorju li jiffavorixxi l-SMEs

1.

jenfasizza li l-SMEs, bħala muturi ewlenin tal-Ewropa għall-ħolqien tat-tkabbir u l-impjiegi, jeħtieġu qafas regolatorju sempliċi, ċar, konsistenti u legalment stabbli, kif ukoll qafas ekonomiku bbażat fuq livell suffiċjenti ta’ kapaċitajiet ta’ investiment pubbliċi u privati;

2.

jinnota l-impatt sproporzjonat ta’ burokrazija żejda fuq l-SMEs, fejn l-ispejjeż ta’ konformità relattivi f’oqsma bħat-tassazzjoni jew l-obbligi ta’ rappurtar, huma ogħla għall-SMEs meta mqabbla ma’ kumpaniji ikbar;

3.

għalhekk jenfasizza bil-qawwa l-ħtieġa li l-ambjent regolatorju Ewropew isir iktar favorevoli għall-SMEs billi jiġu indirizzati l-ostakoli għall-ħolqien tan-negozju u t-tkabbir fil-livelli kollha;

4.

jirrikonoxxi l-progress miksub permezz tas-“Small Business Act” għall-Ewropa (SBA) tal-2008 (1), ir-reviżjoni tal-SBA tal-2011 (2), u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Intraprenditorija 2020 tal-2013 (3);

5.

itenni l-appoġġ tiegħu għall-għan tal-Kummissjoni biex itaffi l-obbligi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar tal-VAT bħala parti mill-Istrateġija tas-Suq Uniku, espress fl-Opinjoni tiegħu dwar Naġġornaw is-Suq Uniku (4); jiddispjaċih, madankollu, li r-rappreżentanti lokali u reġjonali ma ġewx ikkonsultati formalment biex jiżguraw li t-tħassib tagħhom – pereżempju fir-rigward il-ħtiġijiet tal-SMEs f’reġjuni transkonfinali – jitqies bis-sħiħ;

6.

jenfasizza l-bżonn persistenti għal politika Ewropea tal-SMEs li hija koerenti, viżibbli u aġġornata, orjentata lejn ir-riżultati u l-implimentazzjoni, li tibni fuq u ssaħħaħ l-inizjattivi preċedenti, u l-integrazzjoni tal-prinċipju “L-Ewwel Aħseb fiż-Żgħir” fil-livelli u l-politiki kollha tal-gvern;

7.

għaldaqstant itenni l-appell tiegħu għal SBA rivedut u msaħħaħ u għal rwol iktar b’saħħtu għar-reġjuni u l-bliet fl-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-SBA; jisħaq mill-ġdid l-impenn tiegħu li jippromovi l-implimentazzjoni tal-SBA permezz tal-iskema tiegħu Reġjun Intraprenditorjali Ewropew (EER);

8.

jinnota li n-netwerk tar-rappreżentanti tal-SMEs jaġixxi bħala l-pont ewlieni bejn il-Kummissjoni Ewropea u dawk li jfasslu l-politika fil-livell nazzjonali; jappella lill-Kummissjoni biex tinkludi formalment u sistematikament ir-rappreżentanti reġjonali u lokali tal-SMEs f’dan in-netwerk;

9.

jirrikonoxxi li l-UE għandha ambjent regolatorju li fundamentalment jiffavorixxi lin-negozju; jenfasizza, madankollu, li għad hemm differenzi fir-rigward taż-żmien, l-ispiża u l-għadd ta’ proċeduri meħtieġa biex wieħed jistabbilixxi kumpanija; jappella lill-Istati Membri biex jimpenjaw ruħhom biex jallinjaw ir-regoli rispettivi tagħhom ma’ dawk bl-aqwa prestazzjonijiet, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju tas-sussidjarjetà u wara li jikkontrollaw il-fattibilità; jirrimarka li prattiki tajba bħal, fost oħrajn Iniciativa Lisboa, li tippermetti li kumpanija tiġi stabbilita f’36 minuta, jistgħu jservu ta’ ispirazzjoni f’dan ir-rigward;

10.

jiġbed l-attenzjoni lejn ir-rwol ta’ raggruppamenti li jgħinu lin-negozji ż-żgħar biex jikbru permezz ta’ ttestjar u analiżi tas-suq, il-ħolqien tal-innovazzjoni, u l-kwalifiki, u jirrakkomanda appoġġ iffokat għal dawn l-attivitajiet permezz ta’ programmi bħal COSME;

11.

jissottolinja r-riżultati tas-seminar tal-ECON “Regolamentazzjoni Intelliġenti – Tkabbir Intelliġenti” f’Seggauberg, Steiermark, u d-djalogu taċ-ċittadini li segwa, li juru li hemm bżonn li jinkisbu riżultati konkreti permezz ta’ approċċi ġodda u innovattivi;

L-integrazzjoni tal-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”

12.

jenfasizza l-importanza tal-integrazzjoni tal-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” madwar il-politiki kollha tal-UE u l-proċess kollu tat-teħid ta’ deċiżjonijiet; jappella biex il-kriterji tal-valutazzjoni tal-impatt jitfasslu b’tali mod li jiffavorixxu aktar l-SMEs u li l-impatt territorjali tar-regoli jiġi kkunsidrat b’mod aktar sistematiku;

13.

jenfasizza li regoli dduplikati u kontradittorji f’politiki differenti tal-UE – il-politika reġjonali, l-għajnuna mill-istat, l-akkwist pubbliku, il-protezzjoni ambjentali, tensjoni bejn l-appoġġ tar-raggruppamenti u r-regoli tall-kompetizzjoni u ta’ konformità – jaffettwaw b’mod disproporzjonat lill-SMEs;

14.

huwa mħasseb dwar l-ostakoli minħabba r-rekwiżiti inkoerenti u d-definizzjonijiet konfliġġenti bejn politiki settorjali tal-UE, bħalma huma settijiet separati ta’ regoli marbuta mal-akkwist, il-politika reġjonali u l-politika dwar il-kompetizzjoni (5), jew definizzjonijiet diverġenti tal-innovazzjoni fil-politika reġjonali u tal-kompetizzjoni (6);

15.

huwa konvint li l-piż tar-rekwiżiti ta’ rappurtar fuq l-SMEs ma jistax jiġi indirizzat biss bis-semplifikazzjoni ta’ att wieħed ta’ leġislazzjoni; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jadottaw approċċ olistiku, imsejjes fuq valutazzjoni komprensiva tar-rekwiżiti kollha ta’ rappurtar li jiffaċċjaw l-SMEs;

16.

jissuġġerixxi li jkunu esplorati modi biex jitħaffef il-piż fuq l-SMEs permezz ta’ azzjonijiet bħall-ħolqien ta’ limitu li taħtu l-kumpaniji jkollhom jipprovdu anqas informazzjoni, biex jiġi limitat in-numru ta’ kwestjonarji obbligatorji, u jkun evitat il-ħolqien ta’ kwestjonarji ġodda billi tiġi inkluża, pereżempju, informazzjoni statistika f’dawk li diġà jeżistu;

17.

jilqa’ b’sodisfazzjon li issa kapitli speċifiċi huma dedikati lill-SMEs fil-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ ftehimiet ta’ kummerċ ħieles tal-UE sabiex ikun faċilitat, b’mod partikolari għall-SMEs, l-aċċess għas-suq l-ieħor, speċjalment permezz taċ-ċertezza tad-dritt miżjuda, it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tal-ostakli nontariffarji, l-estensjoni tal-proċess ta’ sejħa għall-offerti għall-offerent bl-aħjar offerta u t-tisħiħ tal-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali u industrijali u jfakkar fl-Opinjoni tiegħu dwar it-TTIP tat-12 ta’ Frar 2015;

L-Aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar u l-programm REFIT iffokati b’mod aktar qawwi fuq il-ħtiġijiet tal-SMEs

18.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-isforzi biex jitnaqqas il-piż fuq l-SMEs fil-qafas tal-Aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar, il-programm REFIT, u l-Ftehim Inter-Istituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (IIA);

19.

itenni t-tħassib tiegħu, kif espress fl-Opinjoni tiegħu dwar il-Programm REFIT (7), li r-rappreżentanti eletti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll il-KtR bħala r-rappreżentanza istituzzjonali tagħhom, mhumiex inklużi fl-IIA minkejja l-mandat u l-piż mogħtija lilhom mit-Trattat ta’ Lisbona;

20.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-integrazzjoni ta’ prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar madwar iċ-ċiklu tal-politika u l-estensjoni tal-Valutazzjonijiet tal-Impatt (VI) għall-Parlament u l-Kunsill; jiddispjaċih li l-IIA ma jinkludix impenn mill-Kunsill u l-Parlament biex iwettqu Valutazzjonijiet tal-Impatt b’mod sistematiku;

21.

jenfasizza li l-introduzzjoni ta’ emendi jew regoli addizzjonali fi stadji iktar tard tal-proċess leġislattiv jew matul it-traspożizzjoni tad-direttivi tal-UE mill-Istati Membri għandha timxi id f’id ma’ impenn li jwettqu Valutazzjonijiet tal-Impatt, sabiex tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejda u jiġi żgurat li l-element REFIT ta’ regola partikolari ma tkunx imdgħajfa;

22.

jirrikkonoxxi l-importanza ta’ konsultazzjonijiet tal-partijiet interessati fit-tlestija tal-proposti leġislattivi; jinnota, madankollu, li wara li jsiru l-konsultazzjonijiet, il-kontributuri jaf jibqgħu ma jafux sa liema punt it-tħassib tagħhom ġie integrat; jissuġġerixxi li r-rappreżentanti lokali u reġjonali jiġu assoċjati ma’ Bordijiet tal-Valutazzjonijiet tal-Impatt, sabiex ikun provdut skrutinju addizzjonali tal-proposti tal-Kummissjoni;

23.

jenfasizza li r-rwol istituzzjonali tal-KtR fi ħdan il-Pjattaforma REFIT m’għandux jiġi mfixkel ma’ partijiet interessati oħrajn; għalhekk jaħseb li rappreżentanti tal-kummissjonijeit tal-KtR għandhom ikunu jistgħu jappoġġjaw ir-rappreżentant tal-KtR fil-Pjattaforma, billi jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Pjattaforma dwar dossiers relatati mal-mandati tagħhom;

24.

jimpenja ruħu li jiġu integrati l-prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar fix-xogħol proprju tiegħu billi juża l-għarfien espert rilevanti tal-kummissjonijiet tematiċi meta joħroġ opinjoni dwar dossier li jaffettwa lill-SMEs;

25.

jinnota li l-ħidma tal-Pjattaforma REFIT tiffoka l-ewwel nett fuq kwistjonijiet speċifiċi fil-leġislazzjoni tal-UE li jistgħu jiġu mtejba mingħajr tibdil fundamentali f’biċċa leġislazzjoni kollha kemm hi; jaħseb li l-enfasi dejqa għandha tkun ikkumplimentata minn approċċ iżjed ambizzjuż, immirat lejn titjib strutturali tal-qafas regolatorju tal-UE fuq medda medja ta’ żmien;

26.

jikkunsidra li l-prijoritajiet speċifiċi fir-Regolamentazzjoni Intelliġenti għall-SMEs jistgħu jiġu identifikati fl-aċċess tal-SMEs għall-akkwist pubbliku, u fir-regoli tal-VAT u tat-tassazzjoni; jara wkoll ħtieġa ċara għal azzjoni fl-aċċess tal-SMEs għas-Suq Uniku, l-aċċess għall-finanzjament, l-appoġġ tal-SMEs mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE), u li jinsab bilanċ aħjar bejn il-ħtiġijiet tal-SMEs u l-protezzjoni tal-ħaddiema, tal-konsumaturi u tal-ambjent;

Il-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-akkwist pubbliku

27.

jilqa’ b’sodisfazzjon is-semplifikazzjoni tal-liġi tal-akkwist Ewropea, introdotta permezz ta’ direttivi ġodda dwar l-akkwist u d-Dokument Ewropew Uniku għall-Akkwist (8); jappella lill-Istati Membri biex jiżguraw implimentazzjoni sħiħa u l-applikazzjoni korretta tas-sistema legali semplifikata Ewropea dwar l-akkwist pubbliku;

28.

jenfasizza r-rwol sinifikanti li jaqdu l-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-aċċess tal-SMEs għall-akkwist pubbliku u jqis b’hekk it-tnaqqis tal-ostakoli li jiffaċċjaw l-SMEs meta jiġu għall-akkwist bħala partikolarment importanti għar-reġjuni u l-bliet;

29.

huwa imħasseb li r-regoli attwali dwar l-akkwist li huma favorevoli għall-SMEs ta’ sikwit ma jintużawx bis-sħiħ; jenfasizza li dawn ir-regoli jridu jkunu komplimentati minn implimentazzjoni tajba;

30.

iħeġġeġ lill-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha biex jiżguraw li s-sejħiet għall-offerti tagħhom huma favorevoli għall-SMEs u l-istart ups fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ eliġibilità u l-mezzi ta’ ħlas, billi jiġu mfassla l-garanzija meħtieġa skont il-karatteristiċi tal-SMEs, jitnaqqas id-dewmien fil-ħlasijiet, u tiġi inforzata d-dixxiplina fil-pagamenti; jappella lill-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha biex jimpenjaw ruħhom għall-istandards komuni ta’ akkwist favorevoli għall-SMEs;

31.

jenfasizza li l-prattiki tajba, inkluż, fost l-oħrajn, is-Servizz tal-Akkwist Pubbliku tal-Belt ta’ Pariġi, li żdied b’mod sinifikanti l-aċċess tal-SMEs għas-swieq pubbliċi u naqqas id-dewmien fil-ħlasijiet, jistgħu jservu ta’ eżempji tajbin għall-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha;

32.

jistieden lill-awtoritajiet pubbliċi kollha biex jippromovu l-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-akkwist ta’ tal-innovazzjoni billi jevitaw l-ispeċifikazzjoni żejda, jiffavorixxu l-ispeċifikazzjoni bbażata fuq ir-riżultati, jagħmlu l-informazzjoni disponibbli liberament, u jużaw alternattivi bħal djalogu kompetittiv u proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar, qabel ma jiġu speċifikati t-termini finali;

33.

jinnota sempliċità akbar għall-SMEs biex ikollhom aċċess għall-istrumenti finanzjarji taħt il-programmi tal-UE, b’mod partikolari l-COSME. Dawn huma ħafna inqas ikkomplikati għall-SMEs meta mqabbla ma’ sorsi aktar tradizzjonali ta’ finanzjament. F’dan ir-rigward jenfasizza l-importanza tal-ispazju dedikat għall-SMEs fi ħdan il-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi, li jista’ jippromwovi wkoll, fi ħdan linji ta’ finanzjament eżistenti, finanzjamenti favur negozji li għadhom jibdew u mikrointrapriżi li jeħtieġu aċċess għal kreditu;

Regoli tat-tassazzjoni u tal-VAT favur l-SMEs

34.

jitlob li jkun hemm aktar semplifikazzjoni u armonizzazzjoni tar-regoli tat-taxxa, li huma meqjusa bħala l-qasam ta’ politika l-aktar problematiku mill-maġġoranza tal-SMEs Ewropej;

35.

itenni l-appoġġ tiegħu, espress fl-Opinjoni tiegħu dwar il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-VAT, tal-eliminazzjoni tal-eżenzjoni mill-VAT għall-importazzjoni ta’ kunsinni żgħar minn pajjiżi terzi u li jkunu permessi kontrolli permezz ta’ awditjar uniku ta’ kumpaniji transkonfinali, biex jitneħħew l-iżvantaġġi kompetittivi għall-SMEs tal-UE meta mqabblin ma’ dawk f’pajjiżi terzi li jirriżultaw minn din l-eżenzjoni (9);

36.

jenfasizza li l-frammentazzjoni u l-kumplessità tas-sistema tal-VAT jistgħu jikkawżaw spejjeż ta’ konformità kbar għall-SMEs involuti fil-kummerċ transkonfinali u jkollhom impatt partikolari fuq ir-reġjuni tal-fruntiera; għalhekk jappella għal iżjed semplifikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri marbuta ma’ sistemi tal-VAT differenti fil-kummerċ transkonfinali, għal estensjoni tal-prinċipju ta’ “punt uniku ta’ servizz”, li bħalissa huwa limitat għal servizzi tat-telekomunikazzjoni, tax-xandir u elettroniċi, għal bejgħ mill-bogħod ta’ oġġetti u servizzi, u għal limitu transkonfinali tal-UE li taħtu ma tiġi applikata l-VAT;

37.

jappella għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv marbut mal-VAT, bħal rekwiżiti ta’ rappurtar, skadenzi u perjodi ta’ żamma tar-rekords, u biex il-prattiki amministrattivi jitħaffu fl-ipproċessar tad-dikjarazzjonijiet tal-VAT;

L-aċċess tal-SMEs għas-Suq Uniku

38.

josserva li s-Suq Uniku għas-Servizzi għadu jbati minn ħafna restrizzjonijiet li jaffettwaw lill-SMEs, inkluż il-liċenzjar okkupazzjonali, ir-regoli ta’ stabbiliment, prezzijiet fissi jew minimi, formalitajiet legali u regoli speċifiċi għas-settur; jappella għal semplifikazzjoni u armonizzazzjoni ambizzjużi fis-settur tas-servizzi, li jiġi promoss it-tkabbir li jirriżulta minn ekonomija ta’ skala, tiġi xprunata l-innovazzjoni billi tissaħħaħ il-kompetizzjoni tal-importazzjonijiet, u jiġi attratt l-investiment ’il ġewwa billi titnaqqas il-frammentazzjoni tas-suq;

39.

jinnota li differenzi fir-regolamenti nazzjonali tas-suq tal-prodotti jirrappreżentaw ostakolu ewlieni għall-SMEs, billi jirriżultaw fi ħtieġa li jiġu introdotti linji ta’ prodotti differenti fi Stati Membri differenti u li jixxekkel l-iżvilupp ta’ katini ta’ provvista pan-Ewropej; jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jaħdmu lejn armonizzazzjoni iktar qawwija f’dan il-qasam;

L-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament

40.

jinnota l-importanza ta’ metodi ta’ finanzjament alternattivi għal kumpaniji ġodda; huwa mħasseb li l-aċċess tal-istart ups għal crowdfunding għadu mhuwiex fl-ogħla livell possibbli minħabba sistemi nazzjonali diverġenti li jagħmluha diffiċli għall-istart ups biex jiġbru fondi transkonfinali, u l-limitazzjonijiet fuq l-offerta ta’ ekwità lil għadd potenzjalment kbir ta’ investituri li jirriżultaw minn sistemi korporattivi “irħas” li tipikament jintgħażlu mill-istart ups;

41.

jappella għal qafas regolatorju armonizzat li joħloq passaport Ewropew għal pjattaformi ta’ crowdfunding, li jesiġi awtorizzazzjoni waħda biss minn awtorità kompetenti waħda fl-UE sabiex jiġu offruti servizzi b’mod transkonfinali, u b’hekk ikun faċilitat suq Ewropej ġenwin ta’ crowdfunding;

L-appoġġ tal-SMEs mingħand il-FSIE

42.

itenni t-twissija tiegħu, espressa fl-opinjoni tiegħu dwar is-semplifikazzjoni tal-FSIE (10), li proċeduri għall-użu tal-FSIE qed isiru dejjem iktar kumplessi u burokratiċi; għalhekk jappella għal semplifikazzjoni urġenti tar-regoli dwar l-istabbiliment, ir-rappurtar ta’ rekwiżiti u l-awditjar tal-istrumenti finanzjarji taħt l-FSIE;

43.

jirrimarka li l-SMEs jiffaċċjaw diffikultajiet partikolari biex jużaw ir-riżorsi tal-FSIE, kif muri minn stħarriġ ta’ reġjuni tal-EER li sar fl-2016 u li identifika l-parteċipazzjoni tal-SMEs fi proġetti finanzjati mill-FSIE bħala l-aktar prijorità importanti li tagħmel il-ħajja aktar faċli għall-SMEs;

44.

ifakkar fl-importanza li jitnaqqsu l-kumplessità regolatorja, pressjoni ta’ awditjar eċċessiva u l-ispejjeż għolja ta’ eżekuzzjoni li jfixklu l-appoġġ tal-SMEs mingħand l-FSIE, u s-semplifikazzjoni mhux biss ta’ regolamenti speċifiċi, iżda wkoll tal-korp sħiħ ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni, kif ukoll ta’ “liġi mhux vinkolanti” bħal pereżempju noti ta’ gwida, kemm għall-awtoritajiet pubbliċi kif ukoll għall-SMEs;

45.

jenfasizza li, sabiex jintlaħqu l-objettivi kemm tal-FSIE u tal-politika tal-SMEs tal-UE, ir-regoli tal-FSIE għandhom jiġu kkunsidrati mill-perspettiva tal-proporzjonalità, bil-ħolqien ta’ sħubija għas-semplifikazzjoni li tqis l-interessi tal-partijiet kollha; jappella għal relazzjoni msejsa fuq il-fiduċja minflok in-nuqqas ta’ fiduċja fundamentali ta’ sikwit murija mill-istituzzjonijiet tal-UE lejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali;

L-ibbilanċjar tal-ħtiġijiet tal-SMEs fir-rigward il-protezzjoni tal-ħaddiema, tal-konsumaturi u tal-ambjent

46.

jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ bilanċ bejn id-drittijiet tal-ħaddiema, is-saħħa, is-sikurezza u l-protezzjoni tal-konsumatur u tal-ambjent fuq naħa, u l-piżijiet regolatorji fuq l-SMEs fuq in-naħa l-oħra;

47.

jinnota li l-impjegar tal-ewwel impjegat jista’ jikkostitwixxi sfida partikolari għall-proċess ta’ tkabbir u ta’ espansjoni għal kumpanija, u li r-regolamenti dwar ix-xogħol għandhom impatt ikbar fuq l-SMEs milli fuq kumpaniji kbar, li jfisser li l-SMEs joqogħdu lura milli jirreklutaw persunal; jenfasizza li approċċi ġodda f’dan il-qasam jistgħu jagħtu kontribut ta’ valur, notevolment għat-tnaqqis tal-qgħad taż-żgħażagħ;

48.

għaldaqstant jissuġġerixxi l-ħolqien ta’ skema Ewropea “Take One” li tinkoraġġixxi l-impjegar tal-ewwel impjegat minn intraprenditur waħdu jew minn mikrointrapriża, permezz ta’ inċentivi finanzjarji u regoli flessibbli; jikkunsidra li skema bħal din tista’ tkun iffinanzjata permezz tal-programm COSME;

49.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippromwovi s-semplifikazzjoni favur l-intrapriżi tal-artiġjanat u l-mikrointrapriżi billi attwalment il-kumplessività eċċessiva tas-sistema tipperikola l-operatività tagħhom u r-rwol importanti li dawn għandhom fil-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni u l-awtoritajiet lokali, kif ukoll f’ċerti każi għall-protezzjoni tal-wirt kulturali u lokali;

50.

jaħseb li l-ambitu tad-definizzjoni ta’ kuntratti barra mill-post tan-negozju (off-premises contracts) fid-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur huwa wisq wiesa’, potenzjalment ta’ ħsara lil persuni ta’ snajja’ li jissejħu fid-dar minn konsumatur; għalhekk jappella għal definizzjoni iżjed iffokata li tqis il-ħtiġijiet tal-SMEs u l-mikrointrapriżi;

Approċċi innovattivi għar-regolamentazzjoni

51.

jenfasizza li r-Regolamentazzjoni Intelliġenti ma tfissirx neċessarjament inqas regolamentazzjoni, li tista’ timplika riskju ta’ inċertezza u frammentazzjoni regolatorja, iżda pjuttost regoli aktar ċari u sempliċi li jagħmlu l-ħajja aktar faċli għall-SMEs filwaqt li jippermettu li jintlaħqu l-għanijiet ta’ politika f’qasam partikolari;

52.

jenfasizza l-importanza ta’ regoli li jħeġġu l-innovazzjoni u li joħolqu spazju għall-esperimentazzjoni fejn xieraq, inkluż permezz tal-ħolqien ta’ żoni ta’ regoli limitati għal proġetti pilota u l-introduzzjoni ta’ klawżoli ta’ estinzjoni (sunset clauses) f’oqsma innovattivi u li jinbidlu malajr, kif muri, inter alia, permezz tal-eżempju tal-Fjandri;

53.

jenfasizza li approċċi bħall-awtoregolazzjoni volontarja – li tikkonsisti minn ftehimiet, wegħdiet jew kodiċijiet ta’ prattika volontarji – jistgħu jħeġġu kultura ta’ kooperazzjoni bejn in-negozji u l-gvern; jaħseb li l-ħidma tal-iScottish Regulatory Review Group tista’ sservi ta’ eżempju tajjeb għall-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli differenti;

54.

jenfasizza l-proġett Danish Burden Hunter bħala prattika tajba fil-livell nazzjonali li jippermetti l-identifikar ta’ ostakoli fid-djalogu dirett u t-tiftix b’mod konġunt ta’ soluzzjonijiet; jappella lill-Kummissjoni biex tieħu kont sħiħ ta’ eżempji ta’ dan it-tip u tippromopvi l-użu u t-trasferiment tagħhom fejn possibbli;

55.

jenfasizza l-ħtieġa li tiġi promossa mentalità intraprenditorjali fil-livelli kollha tal-gvern u biex jiġu faċilitati soluzzjonijiet innovattivi minn isfel għal fuq bil-ħolqien ta’ mekkaniżmu ta’ “dritt ta’ sfida” li jippermetti lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jissospendu temporanjament ir-regoli eżistenti biex jittestjaw soluzzjonijiet alternattivi, jekk ikun hemm evidenza li tindika li l-għanijiet tagħhom jistgħu jintlaħqu aħjar permezz ta’ approċċ innovattiv.

Brussell, it-13 ta’ Lulju 2017.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: “Aħseb l-ewwel fiż-Żgħir” – “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa, 25 ta’ Ġunju 2008 (COM/2008/394 final).

(2)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: Reviżjoni tal-“Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa, 23 ta’ Frar 2011 (COM/2011/78 final).

(3)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Intraprenditorija 2020 – Tkebbis mill-ġdid tal-ispirtu tal-intraprendenza fl-Ewropa, 9 ta’ Jannar 2013 (COM/2012/795 final).

(4)  Opinjoni tal-KtR dwar “Naġġornaw is-Suq Uniku”, CdR 6628/2015, 12.

(5)  Ara Europa Decentraal (2016). Bridge! – Better EU regulation for local and regional authorities.

(6)  Ara House of the Dutch Provinces (2015). Dutch Provinces for Better Regulation.

(7)  Opinjoni tal-KtR dwar Il-Programm REFIT: il-perspettiva lokali u reġjonali, CdR 983/2016, 5.

(8)  Id-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE, 2014/25/UE, ir-Regolament tal-Implimentazzjoni (UE) 2016/7.

(9)  Opinjoni tal-KtR dwar il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-VAT, CdR 2419/2016, 34.

(10)  Opinjoni tal-KtR dwar Is-Semplifikazzjoni tal-FSIE, ref. COR-2016-00008-00-00-AC-TRA.


12.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/57


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Strateġija Ewropea għal mobbiltà b’emissjonijiet baxxi

(2017/C 342/09)

Relatur:

József Ribányi (HU/PPE) Viċi President tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Tolna Megye

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR)

1.

jilqa’ l-fatt li l-istrateġija attwali hija approċċ multidixxiplinari u komprensiv li jinkludi aspetti soċjoloġiċi u ekonomiċi, innovazzjonijiet fis-setturi tal-enerġija, tal-infrastruttura u dak diġitali, kif ukoll kompetittività industrijali u żvilupp fil-ħiliet;

2.

japprova l-għanijiet tal-istrateġija, li kienu diġà ġew stabbiliti fil-White Paper tal-2011 (1), jiġifieri li jitnaqqsu l-gassijiet b’effett serra mit-trasport b’mill-inqas 60 % meta mqabbla mal-1990;

3.

madankollu, jissuġġerixxi li din l-istrateġija, skont il-White Paper tal-2011, għandha tqis il-progress li sar mill-2011 ’l hawn f’termini ta’ titjib fl-effiċjenza tas-sistema tat-trasport u l-qafas ta’ politika dwar l-enerġija u l-klima attwali tal-UE għall-2030 u kif ukoll l-impenji li saru mill-UE fil-kuntest tal-ftehim ta’ Pariġi tal-2015;

OTTIMIZZAZZJONI TAS-SISTEMA TAT-TRASPORT U TITJIB TAL-EFFIĊJENZA TAGĦHA

Soluzzjonijiet għal mobbiltà diġitali

4.

jenfasizza li bl-isfruttar tal-potenzjal ta’ teknoloġiji diġitali ser ikun possibbli li jiġi ottimizzat it-trasport u jiġi stabbilit netwerk trans-Ewropew tat-trasport multimodali (TEN-T). Il-prerekwiżiti huma sistemi ta’ trasport intelliġenti (ITSs) u l-infrastruttura. Huwa wkoll importanti li jittieħed kont tal-ekosistemi li jirriflettu l-karatteristiċi ambjentali lokali u jinsistu fuq l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-fażi ta’ implimentazzjoni;

5.

jenfasizza li l-bliet u r-reġjuni Ewropej, meta jkollhom rwol attiv fl-istabbiliment tat-telekomunikazzjoni intelliġenti u l-infrastruttura tat-trasport, jistgħu jiżguraw l-użu effiċjenti ta’ vetturi konnessi u awtomatizzati tul il-kurituri tan-netwerk TEN-T li jaqsam il-fruntieri u t-territorji tal-Istati Membri fi ħdan iż-żoni urbani meta jitwasslu l-Pjani ta’ Mobilità Urbana Sostenibbli (SUMPS) u l-pjani regolatorji tat-trasport sostenibbli reġjonali;

6.

jirrikonoxxi li s-soluzzjonijiet tal-IT isawru l-mudelli u x-xejriet kummerċjali tat-trasport. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom japplikaw soluzzjonijiet tal-IT li faċli jintużaw u inklużivi sabiex jintużaw l-ITSs fl-iżviluppi ta’ “bliet intelliġenti” u ta’ mobilità għaż-żona tagħhom;

7.

jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta’ bażijiet ta’ data u interkonnessjoni semplifikati bejniethom billi jiġi propost l-iżvilupp ta’ standards Ewropej li jistgħu jiffaċilitaw l-interoperabilità ta’ data, servizzi u soluzzjonijiet tekniċi fil-livelli kollha. Din id-data għandha tiġi pprovduta u garantita mill-awtoritajiet tat-trasport reġjonali rilevanti permezz ta’ sistema unika ta’ kompressjoni tad-data;

Prezzijiet ġusti u effiċjenti tat-trasport

8.

iqis li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom biżżejjed kompetenzi legali u finanzjarji fihom infushom (eż. bl-użu ta’ spazji għall-parkeġġ, mogħdijiet għall-karozzi tal-linja, benefiċċji ta’ akkwist, pjanċi tar-reġistrazzjoni “ħodor” jew tnaqqis tat-tariffi fuq nollijiet) li jistgħu jinfluwenzaw il-preferenzi u l-għażliet tal-konsumaturi, u b’hekk iħeġġu l-użu ta’ vetturi bi fjuwil alternattiv. Iwissi lill-Kummissjoni li dawn l-għodod huma limitati mill-kondizzjonijiet imposti fuq l-użu tal-Fondi SIE għaliex ma jippermettux li jingħataw sussidji għat-tiġdid ta’ flotot ta’ vetturi privati. L-effett ta’ dan huma dewmien fir-rinnovazzjoni u telf ta’ opportunitajiet għal effiċjenza u kompetittività fit-trasport aħjar u għal kwalità tal-arja aħjar fl-ibliet, permezz ta’ titjib fl-użu tal-enerġija u fl-ambjent, pereżempju f’servizzi ta’ taxi jew tal-aħħar fażi tal-kunsinna (last-mile deliveries);

9.

jenfasizza li, għal skopijiet ta’ prezzijiet, l-informazzjoni dwar it-trasport disponibbli minn sorsi differenti relatata mal-mobbiltà għandha tkun armonizzata. Għad hemm ostakli għall-ħruġ integrat ta’ biljetti kontra l-użu wiesa’ tiegħu peress li l-mezzi ta’ trasport pubbliku huma differenti f’termini ta’ profitabbiltà. L-ispiża tal-introduzzjoni ta’ prezzijiet integrati tista’ tnaqqas jew tibdel il-profitti finanzjarji globali ta’ mezz ta’ trasport partikolari f’telf finanzjarju globali.

10.

iwissi li minkejja sforzi u riżorsi konsiderevoli li ġew mobilizzati biex jappoġġjaw it-trasport pubbliku u multimodali, l-informazzjoni disponibbli għall-passiġġieri li jużaw it-trasport multimodali hija kompletament inadegwata. Is-sitwazzjoni hija agħar f’dak li għandu x’jaqsam mas-servizzi ta’ ħruġ ta’ biljetti. Dan mhuwiex minħabba l-fatt li jkun impossibbli minn perspettiva teknika li tiġi pprovduta informazzjoni dettaljata u faċli għall-utent dwar it-trasport jew is-servizzi multimodali, jew li l-utenti jiġu pprovduti b’informazzjoni dwar il-ħruġ ta’ biljetti; aktar milli hekk, huwa minħabba n-nuqqas ta’ rieda tal-operaturi tat-trasport pubbliku li jipprovdu l-informazzjoni u s-servizzi. L-UE għandha għalhekk tgħaddi leġislazzjoni li tagħmilha obbligatorja li jiġu ppubblikati l-iskedi ta’ żmien u informazzjoni oħra ta’ vvjaġġar u biex din l-informazzjoni tkun aċċessibbli b’mod sħiħ għaċ-ċittadini kollha tal-UE b’tali mod li kollha jkunu jistgħu jużawha b’mod kemm jista’ jkun faċli u effettiv; jiġbed l-attenzjoni f’dan ir-rigward għall-Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar Servizzi ta’ informazzjoni u ppjanar u bejgħ ta’ biljetti għall-ivvjaġġar multimodali, CdR 4895/2014;

11.

il-modi kollha tat-trasport għandhom jikkontribwixxu fi proporzjon ma’ kemm iniġġsu, u mal-ispejjeż esterni li huma jikkawżaw, skont il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”;

12.

jirrimarka li l-grilji elettriċi, il-ħżin tal-elettriku, il-kummerċ, u l-ġestjoni tal-infrastruttura pubblika ser jeħtieġu jiġu modernizzati kollha, flimkien mar-regoli tat-trasport u t-tassazzjoni tal-vetturi, sabiex ikunu mgħammra kif suppost għal mezzi ta’ trasportazzjoni ġodda u innovattivi, inklużi ċelloli tal-fjuwil bil-batterija jew bl-idroġenu; F’dan ir-rigward, soluzzjonijiet ta’ pagament interoperabbli u faċli għal għall-iċċarġjar ta’ dan it-tip ta’ vetturi huma rakkomandati wkoll;

13.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-sistema tal-eżenzjoni mit-taxxa applikata għall-fjuwils tal-avjazzjoni u l-biljetti tat-titjiriet internazzjonali tirrappreżenta distorsjoni ċara tas-suq fis-settur tat-trasport. Jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex jiddiskutu s-sistema tat-tassazzjoni tal-fjuwil internazzjonali eżistenti fl-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma’ impenji internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima, mingħajr preġudizzju għar-rikonoxximent tal-karatteristiċi speċifiċi u l-interessi tar-reġjuni ultraperiferiċi;

Promozzjoni tal-multimodalità

14.

iħeġġeġ, fil-kuntest tal-SUMPs, il-multimodalità u l-użu kkoordinat b’emissjonijiet baxxi jew żero emissjonijiet tat-trasport u tal-loġistika urbani u reġjonali, u t-trasport ferrovjarju, marittimu u tax-xmajjar. B’mod partikolari l-bidla mit-trasport bit-triq għal mezzi oħra b’anqas emissjonijiet għandha jkollha potenzjal sinifikanti f’termini ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet. Fi kwalunkwe każ, is-soluzzjonijiet ta’ bidla modali li jinvolvu l-mobbiltà b’emissjonijiet baxxi għandhom jingħataw prijorità għolja, pereżempju, billi jerġgħu jiġu kkunsidrati sussidji moħbija eżistenti jew miftuħin għat-trasport bit-triq;

15.

jitlob li jkun hemm approċċ ġdid għat-trasport bil-baħar fuq distanzi qosra billi jiġi żviluppat l-użu ta’ skemi ta’ bonus ekoloġiku u l-awtostradi tal-baħar jitqiesu bħala infrastrutturi li għandhom ikunu soġġetti għal approċċ adattat fir-rigward tal-kontrolli tal-għajnuna mill-Istat. Dan l-approċċ huwa partikolarment kruċjali għal oqsma li jibqgħu periferiċi għall-kurituri tat-trasport Ewropew;

16.

f’dan il-kuntest, għandhom jitqiesu b’mod speċifiku n-nodi urbani u l-pjattaformi loġistiċi kif inhuma definiti mit-TEN-T (netwerk bażiku u ġenerali) u kif definiti fir-Regolament Nikkollegaw l-Ewropa tal-2013, minħabba r-rwol fundamentali tagħhom fir-rigward tal-mobbiltà sostenibbli u intermodali fil-livell tal-Istati Membri, tar-reġjuni u tal-UE. Għalhekk qed jiġi propost li tiġi inkluża riflessjoni dwar din il-kwistjoni fid-diversi fora Ewropej dwar il-kurituri multimodali fejn tiġi trattata speċifikament it-tema tan-nodi.

17.

jappoġġja lill-UE fir-rwol attiv tagħha fl-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fis-setturi marittimi u tal-avjazzjoni. L-iżvilupp u l-iskjerament ta’ teknoloġiji ġodda b’emissjonijiet aktar baxxi għandhom jiġu promossi;

ŻIEDA TAL-UŻU TA’ ENERĠIJA ALTERNATTIVA B’EMISSJONIJIET BAXXI GĦAT-TRASPORT

Qafas effettiv għall-enerġija alternattiva b’emissjonijiet baxxi

18.

iħeġġeġ, billi jappoġġja l-iżvilupp tas-settur tal-enerġija, l-introduzzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija alternattivi fit-trasport, biex titwitta t-triq għal trasport “b’emissjonijiet żero”;

19.

jisħaq li l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet huma mħeġġa jinvestu f’enerġija alternattiva għat-trasport permezz ta’ għotjiet mhux rimborsabbli taħt il-politika ta’ koeżjoni, f’konformità mal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika stabbilit fid-Direttiva 2014/94/UE dwar l-infrastrutturi tal-fjuwils alternattivi;

20.

jirrakkomanda użu aktar estensiv ta’ bijofjuwils rinnovabbli avvanzati, fejn il-produzzjoni tkun favur l-ambjent u fejn il-volum tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju jkunu inqas minn dawk tal-fjuwils fossili tradizzjonali, biex is-settur tat-trasport jiġi dekarbonizzat. F’dan ir-rigward, il-bijofjuwils mhux abbażi tal-ikel (sintetiċi) jew ibbażati fuq l-għalf għandhom jingħataw prijorità. L-impatti pożittivi mistennija huma opportunitajiet ta’ xogħol u l-ħolqien tal-impjiegi f’żoni rurali u dawk anqas żviluppati, minbarra l-produzzjoni tal-valur miżjud ekonomiku addizzjonali. Peress li l-bijofjuwils avvanzati mhumiex attwalment meqjusa sorsi kompetittivi tal-enerġija mingħajr appoġġ, il-produzzjoni tagħhom għandha tiġi sussidjata biex tikkompeti ma’ fjuwils fossili jew bijofjuwils ibbażati fuq l-ikel;

21.

jirrimarka li d-Direttiva dwar l-installazzjoni ta’ infrastruttura tal-fjuwils alternattivi (2) diġà stabbiliet rekwiżiti obbligatorji dwar l-użu tal-elettriku, il-gass naturali u l-idroġenu għall-vetturi bil-fjuwil;

22.

jenfasizza li l-enerġiji alternattivi, il-bijometan u l-bijofjuwils attwalment disponibbli, ser jissostitwixxu parzjalment il-vetturi konvenzjonali li jaħdmu bid-diżil jew bil-petrol. Dan itejjeb is-sigurtà tal-enerġija billi jnaqqas id-domanda għall-fjuwils konvenzjonali;

23.

jappella għal definizzjoni aċċettata b’mod wiesa’ ta’ bijofjuwils u kif ukoll l-adozzjoni, f’dan il-qafas, ta’ sett ta’ kriterji li huma marbutin mas-sostenibbiltà u mat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju li se jkun isaħħaħ iċ-ċertezza legali u jappoġġja l-infurzar tal-liġi u t-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-investiment fil-produzzjoni u l-użu tal-bijofjuwils;

24.

jirrakkomanda li huwa importanti li jitqiesu s-sitwazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali speċifiċi, kif ukoll il-materja prima differenti disponibbli lokalment u reġjonalment. Il-bilanċ totali tal-enerġija (inkluża l-produzzjoni tal-fjuwil) jenħtieġ li jiġi kkunsidrat meta jiġi regolat l-użu ta’ fjuwils alternattivi minn riżorsi rinnovabbli;

25.

jenfasizza li mil-lat reġjonali u lokali, l-enerġija alternattiva ideali b’emissjonijiet baxxi għandha tkun prodotta lokalment, u tinħażen lokalment u tintuża/tiġi kkonsmata lokalment ukoll. Il-produzzjoni ta’ enerġija alternattiva b’emissjonijiet baxxi u l-ħażna tagħha għall-konsum lokali huma saħansitra aktar importanti għal reġjuni remoti bħall-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi, sabiex titnaqqas id-dipendenza esterna tagħhom;

Tnedija tal-infrastruttura għall-fjuwils alternattivi

26.

jenfasizza li l-mobbiltà b’emissjonijiet baxxi jew b’emissjonijiet żero hija mistennija li twassal għal rivoluzzjoni fit-trasport f’termini ta’ netwerks, vetturi u fjuwils. Il-prerekwiżit ta’ dan huwa enerġija u fjuwils irħas u aċċessibbli; Minbarra l-muturi elettriċi u tal-idroġenu, li joffru alternattiva mingħajr tniġġis, il-bijofjuwils avvanzati, li mhumiex f’kompetizzjoni mal-produzzjoni tal-ikel u huma prodotti b’mod ekoloġiku, għandhom rwol importanti biex jintlaħqu l-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Għalhekk il-konċentrazzjoni għandha tkun prinċipalment, iżda mhux esklużivament, fuq l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-iċċarġjar affordabbli għall-vetturi tal-elettriku u biċ-ċelloli tal-idroġenu filwaqt li jittieħed kont tal-funzjonament tal-fjuwil u tal-kapaċità ta’ ħżin ta’ dan il-gass. Madankollu, għandu jingħata appoġġ, permezz ta’ inċentivi finanzjarji, lit-teknoloġiji b’emissjonijiet baxxi bħall-bijofjuwils avvanzati;

27.

jirrakkomanda li jiġu stabbiliti skadenzi vinkolanti għal-livelli kollha tal-amministrazzjoni pubblika sabiex l-offerti għax-xiri ta’ vetturi ġodda għall-flotot tagħhom kif ukoll il-konċessjonijiet tas-servizzi tat-trasport pubbliku tagħhom ikunu esklużivament għal vetturi ta’ enerġija alternattiva;

28.

jappella għall-ħtieġa ta’ strateġija biex jiġi promoss l-użu tal-LNG fit-trasport u l-kummerċ marittimu billi jissaħħaħ l-appoġġ għall-adattament ta’ infrastrutturi tal-port u bl-iżvilupp ta’ approċċ ġenerali għall-innovazzjoni u l-finanzjament tat-tagħmir li jagħmluha possibbli li l-bastimenti jużaw l-LNG u l-metanol prodotti mill-ipproċessar tal-iskart;

29.

jappoġġja l-ħtieġa għall-infrastruttura tal-elettriku tal-baċiri sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 mill-vapuri li jirmiġġaw fil-port bil-magni mixgħulin, u li jiddeterminaw il-parti l-kbira tat-tniġġis fil-bliet portwarji;

30.

jinnota li t-trasportazzjoni tal-elettriku u l-infrastruttura tal-iċċarġjar bl-elettriku għall-iċċarġjar tal-vetturi bil-batteriji elettriċi jew biċ-ċelloli tal-fjuwil tal-idroġenu jistgħu jintużaw malajr ħafna f’żoni urbani u l-konurbazzjonijiet fejn l-awtoritajiet lokali jaraw li hu xieraq. L-infrastruttura tat-trasport bl-elettriku jeħtieġ li tinbena flimkien mar-rotot strateġiċi li jgħaqqdu r-reġjuni tal-Ewropa; peress li l-mobbiltà elettrika transkonfinali tista’ (il-mobbiltà elettronika) tegħleb il-frammentazzjoni tas-suq intern. Ħafna gżejjer Ewropej, pereżempju, jirrappreżentaw post ideali għall-mobbiltà elettronika minħabba d-daqs tagħhom. L-iskjerament adatt ta’ infrastruttura għall-iċċarġjar mill-ġdid tista’ tikkontribwixxi b’mod rapidu għall-użu tal-mobilità elettrika fuq skala kbira f’dawn ir-reġjuni;

31.

jenfasizza li l-enerġija elettrika prodotta u maħżuna lokalment tista’ sservi bħala sors tal-fjuwil stabbli u rħis biex titħaffef it-tranżizzjoni lejn il-mobbiltà b’emissjonijiet baxxi. L-applikazzjoni gradwali ta’ tali mobbiltà tista’ tindirizza l-iżvantaġġ kompetittiv tagħha meta mqabbla ma’ fjuwils konvenzjonali. Il-ħżin ta’ elettriku deċentralizzat li jkun integrat fil-grilja jista’ joffri servizzi addizzjonali ngħidu aħna billi jgħin biex tingħeleb id-diskrepanza bejn il-provvista tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u d-domanda għall-enerġija f’perjodi ta’ domanda għolja u baxxa, jew billi jgħin għar-regolazzjoni tal-frekwenza; Għal dan l-għan, huwa wkoll meħtieġ li jiġi ffaċilitat l-involviment attiv tal-konsumaturi fil-ġestjoni tas-sistema tal-elettriku, pereżempju permezz ta’ aggregaturi tad-domanda, filwaqt li jitneħħew l-ostakli leġislattivi eżistenti;

Interoperabbiltà u standardizzazzjoni għall-mobbiltà elettrika

32.

jaqbel mal-fehma tal-KE dwar li jiġu introdotti standards tekniċi u teknoloġiċi komuni, filwaqt li jitqiesu l-bżonnijiet tal-Istati Membri differenti u r-reġjuni. L-istandardizzazzjoni ser tmexxi l-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’ trasport lokali fi ħdan reġjuni individwali u bejn reġjuni differenti;

33.

jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-iżvilupp ta’ pjani ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-iskjerament ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi qed isir, fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, mingħajr il-kontribut attiv tal-awtoritajiet reġjonali u lokali kompetenti, minkejja li dawn il-pjani huma każ ċar fejn tinħtieġ governanza f’diversi livelli, u dwar il-fatt li l-pjani ta’ promozzjoni għall-mobilità elettronika mhux qed jirċievu biżżejjed appoġġ politiku u baġitarju;

34.

jirrimarka li l-istazzjonijiet ta’ ċċarġjar għall-vetturi elettriċi għandhom jiġu standardizzati u jistieden lill-KE biex tappoġġja l-introduzzjoni ta’ stazzjonijiet tal-iċċarġjar bl-elettriku permezz tal-iżvilupp ta’ standards li jippermettu l-integrazzjoni ta’ stazzjonijiet tar-riforniment tal-fjuwil f’bini/faċilitajiet eżistenti, f’konformità mal-leġislazzjoni attwali f’kull pajjiż;

ID-DIREZZJONI LEJN VETTURI B’EMISSJONIJIET ŻERO

Titjib fl-ittestjar tal-vetturi biex terġa’ tinkiseb il-fiduċja tal-konsumaturi

35.

jilqa’ l-arranġamenti riċenti għall-kejl u l-verifika tal-emissjonijiet ta’ sustanzi ta’ ħsara mill-vetturi, sabiex jiġi żgurat li l-prestazzjoni ambjentali tal-vetturi tkun trasparenti u affidabbli. Dan ser jgħin biex jiġu implimentati limiti fuq l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja u tiżdied il-fiduċja tal-konsumaturi. Il-valuri tal-limitu ta’ emissjoni għal karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief għandhom ikunu adatti biex jiżguraw il-kisba tal-objettivi u l-ftehimiet fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu u s-saħħa tal-bniedem;

36.

jappoġġja l-abbozzar ta’ linji gwida ġodda dwar it-tikkettar tal-vetturi, billi dan jgħin biex jiġi evitat li l-konsumaturi jiġu mqarrqin. Għandhom jiġu ċċarati u jintwerew ir-regoli dwar kif il-valuri mkejla permezz tal-Programm il-ġdid dwar il-Proċeduri Armonizzati għall-Ittestjar Dinji għall-Vetturi Ħfief (WLTP) u l-proċedura qadima (Ċiklu tas-Sewqan Ewropew Ġdid- NEDC) Għandu jiġi kkunsidrat mhux biss li jiġu emendati l-linji gwida, iżda wkoll id-Direttiva dwar it-tikkettar (3). B’mod simili, id-Direttiva dwar il-Promozzjoni ta’ Vetturi Nodfa u Effiċjenti fl-Enerġija (4) teħtieġ li tinbidel għal kollox sabiex tlaħħaq mal-iżviluppi tekniċi reċenti;

Strateġija għall-karozzi u l-vannijiet ta’ wara l-2020

37.

jenfasizza li l-miżuri li jinkoraġġixxu l-introduzzjoni tal-mobbiltà elettronika għandhom jiġu stabbiliti b’parametri kwantitattivi u jkunu marbuta biż-żmien sabiex jiġi żgurat li t-tranżizzjoni sseħħ;

Strateġija għal wara l-2020 għat-trakkijiet, il-karozzi tal-linja u l-kowċis

38.

iqis li t-trasport pubbliku għandu jkompli jissaħħaħ meta mqabbel mal-karozzi privati u għalhekk jipproponi li t-tranżizzjoni lejn il-mobbiltà elettronika u l-użu ta’ fjuwils oħrajn meqjusin mill-UE li huma alternattivi għal derivattivi petroliferi jiġu aċċellerati billi jiġu prijoritizzati l-produzzjoni u l-użu ta’ karozzi tal-linja u trammijiet elettriċi, anke dawk li jaħdmu biċ-ċelloli tal-fjuwil tal-idroġenu, flimkien mal-użu tal-gass naturali fil-karozzi tal-linja u l-kowċis, u b’hekk jonqsu l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mill-karozzi tal-linja; Fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija fuq distanzi twal, jipproponi li jitħaffef ir-ritmu tat-tranżizzjoni tal-flotot ta’ trakkijiet mid-diżil għall-gass naturali, peress li dan huwa l-uniku fjuwil li jista’ jissostitwixxi d-diżil, kważi mingħajr emissjonijiet li jniġġsu u b’inqas kontenut ta’ karbonju mid-diżil;

39.

jilqa’ l-isforzi mill-KE biex tippromovi l-Inizjattiva “Clean Bus Deployment” fl-UE, bl-għan li tappoġġja skambju aħjar ta’ informazzjoni u l-iskala tas-suq billi tipprovdi pjattaforma għal bliet, ir-reġjuni, l-operaturi u l-manifatturi. Dan isaħħaħ il-fiduċja tal-manifatturi tax-xarabanks Ewropej fid-domanda futura għal karozzi tal-linja li jaħdmu bi fjuwils alternattivi nodfa, tagħmel użu aħjar ta’ offerti pubbliċi li jmiss u hija iktar effettiva biex tfittex soluzzjonijiet ta’ finanzjament għal offerti akbar permezz pereżempju tal-Bank Ewropew tal-Investiment;

40.

iqis li hemm bżonn li tiżdied l-intensità tal-għajnuna tal-UE, li tinkiseb sinerġija akbar bejn ir-riżorsi finanzjarji li ġejjin mill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) u l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE), u li jsir użu tas-sussidji. B’hekk tiġi ffaċilitata s-sostituzzjoni rapida tal-flotot niġġiesa attwali tat-trasport pubbliku u jkun garantit l-aqwa użu tal-finanzjamenti tal-Unjoni disponibbli;

Trasport tal-ajru u trasport fuq binarji

41.

jenfasizza l-vantaġġi ta’ mezzi ta’ trasport fuq il-binarji operati bl-użu ta’ enerġija elettrika rinnovabbli jew fjuwils alternattivi, li jkunu ekonomikament sostenibbli;

42.

jinnota l-ħtieġa li jsiru l-infrastrutturi meħtieġa, kemm fuq livell lokali kif ukoll reġjonali, f’dawk ir-reġuni inqas żviluppati fil-qasam ferrovjarju b’mod li jkun jista’ jsir użu mit-trasport bil-ferrovija taħt l-istess kundizzjonijiet bħal fil-kumplament tal-Istati Membri bl-għan li jiġi stabbilit l-ispazju ferrovjarju Ewropew uniku;

AMBJENT LI JIFFAĊILITA L-MOBBILTÀ B’EMISSJONIJIET BAXXI

L-Unjoni tal-Enerġija: rabta bejn is-sistemi ta’ trasport u l-enerġija

43.

jinsab kuntent li l-istrateġija hija meqjusa bħala pass tajjeb fi ħdan il-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 adottat mill-Kunsill tal-UE fit-23-24 ta’ Ottubru 2014 (5), u mal-Ftehim ta’ Pariġi adottat fit-12 ta’ Diċembru 2015 fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (6), billi tgħaqqad żewġ atturi ewlenin fi ħdan l-UE: it-trasport min-naħa tad-domanda, u l-atturi ewlenin fil-qasam tal-produzzjoni tal-enerġija u t-trażmissjoni min-naħa tal-provvista;

44.

jikkunsidra li l-pakkett Enerġija Nadifa għall-Ewropej kollha (7) huwa parti mill-isforzi tal-UE biex: twitti t-triq lejn enerġija aktar intelliġenti u aktar nadifa għal kulħadd, tappoġġja t-tkabbir ekonomiku, l-investiment u t-tmexxija teknoloġika, toħloq opportunitajiet ġodda ta’ impjieg u ttejjeb il-benessri taċ-ċittadini fir-reġjuni u l-bliet tal-UE;

Ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività

45.

iqis li l-mobbiltà elettronika hija waħda mill-ixpruni għall-innovazzjoni u l-iżvilupp teknoloġiku, li għandha benefiċċji immedjati kif ukoll rwol ewlieni fit-tnaqqis tal-impatt ambjentali;

46.

jemmen li t-tranżizzjoni lejn trasport b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju tista’ tinkiseb primarjament permezz ta’ politika reġjonali u ta’ koeżjoni. Billi jsir investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni, ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet jistgħu jappoġġjaw enerġiji rinnovabbli b’emissjonijiet baxxi, il-grilji intelliġenti u trasport urban sostenibbli;

47.

jappoġġja l-kapitalizzazzjoni mir-riżultati tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ta’ Orizzont 2020 (H2020) għal soluzzjonijiet ta’ mobbiltà b’emissjonijiet baxxi aktar innovattivi li jinvolvu s-servizzi/investimenti;

48.

jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi għal tankijiet LNG fil-bastimenti u l-kowċis tal-passiġġieri sabiex itejbu l-effiċjenza tal-ħżin ta’ dan il-fjuwil alternattiv u jitlob li jkun hemm iffinanzjar ta’ proġetti ta’ dimostrazzjoni fuq bastimenti tal-ġarr u tal-passiġġieri u fuq kowċis tal-passiġġieri fuq distanzi twal għal dan l-għan;

49.

Huwa jinkoraġġixxi wkoll l-iżvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi li jippermettu l-użu ta’ bijofjuwils, bħal pereżempju l-metanol, prodott mill-ipproċessar tal-iskart, anki għall-magni ta’ bastimenti għat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri, u għalhekk jitlob li jkun hemm il-fondi għal dan;

50.

jappella wkoll għal fondi għall-infrastruttura tal-elettriku tal-baċiri portwarji u b’mod partikolari ta’ qafas regolatorju vinkolanti li japplika fil-portijiet kollha tal-UE;

Teknoloġiji diġitali: Sistemi ta’ trasport intelliġenti (ITS), vetturi konnessi u awtonomi

51.

jinnota li s-soluzzjonijiet tal-IT jippromovu l-mobbiltà bbażata fuq l-użu kkombinat tal-mezzi kollha ta’ trasport għall-passiġġieri u l-merkanzija (eż. sistemi ta’ biljetti u pedaġġ integrati, dokumenti tat-trasport tal-merkanzija intermodali, ippjanar elettroniku tar-rotta, informazzjoni tal-passiġġieri f’ħin reali, eċċ.);

52.

Jinnota li l-introduzzjoni ta’ vetturi konnessi u awtomatizzati (awtonomi) bl-użu ta’ teknoloġija diġitali tista’ toffri bosta opportunitajiet biex jiġu indirizzati l-effetti negattivi tat-trasport u biex jiġi pprovdut it-trasport f’żoni b’popolazzjoni aktar baxxa; jappella bis-sħiħ biex jiġu implimentati miżuri dwar is-sewqan konness u awtomatizzat, f’konformità mad-Dikjarazzjoni ta’ Amsterdam (8); jilqa’ l-adozzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar is-Sistemi tat-Trasport Intelliġenti u Kooperattivi fit-30 ta’ Novembru 2016 f’dan ir-rigward (9); jappella f’dan ir-rigward għal viżjoni aktar koerenti tal-iżviluppi tat-trasport sostenibbli innovattivi u għal rabtiet aktar b’saħħithom bejn il-pakketti ta’ ħidma relatati mill-qrib tal-Kummissjoni u l-komunikazzjoni li tikkonċernahom;

53.

jenfasizza li r-reġjuni Ewropej iridu jkunu involuti fl-istabbiliment ta’ telekomunikazzjonijiet u infrastruttura ta’ trasport intelliġenti. Permezz ta’ dan, il-vetturi konnessi u awtomatizzati jistgħu jintużaw b’mod effiċjenti u mingħajr tfixkil fil-kurituri tat-TEN-T u fir-reġjuni urbani u rurali;

54.

jenfasizza li l-prinċipji ta’ proporzjonalità u sussidjarjetà għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jiddeċiedu jekk u kif għandhom jużaw l-ITS u l-vetturi li ma jniġġsux, kif ġie rikonoxxut mill-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Mobbiltà Urbana tal-UE, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trasport tagħhom u l-problemi ta’ konġestjoni, u tiġi promossa l-inklużjoni soċjali;

Ħiliet

55.

jirrikonoxxi li l-bidla lejn mobbiltà b’emissjonijiet baxxi toħloq l-isfidi għas-suq tax-xogħol, u għalhekk hija prijorità li l-forza tax-xogħol titħarreġ mill-ġdid għal impjiegi ġodda. Minkejja rati għolja ta’ qgħad, hemm nuqqas ta’ persunal f’ħafna oqsma importanti tas-settur tat-trasport b’riżultat ta’ nuqqas ta’ ħiliet diġitali;

56.

jiddispjaċih li l-proposti inklużi fil-Komunikazzjoni preċedenti tal-2009 dwar il-mobbiltà urbana, fir-rigward tal-iżvilupp ta’ pjani ta’ mobbiltà urbana sostenibbli (SUMPS) mill-awtoritajiet lokali, mhumiex inklużi fil-Komunikazzjoni preżenti. Għalhekk jenfasizza l-ħtieġa għal kjarifika, kemm fl-ambitu ta’ din l-istrateġija u kif ukoll fl-inizjattivi u l-atti ta’ implimentazzjoni tagħha, li l-ippjanar integrat tal-bliet huwa fattur ewlieni għall-iżvilupp ta’ mobbiltà sostenibbli, inkluż permezz tat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ pjani ta’ mobbiltà urbana sostenibbli;

57.

jenfasizza l-importanza ta’ sistemi ta’ taħriġ doppju, jipproponi skambju intensiv ta’ esperjenza bejn ir-reġjuni tal-UE dwar prattiki tajba fil-qasam ta’ mobbiltà b’emissjonijiet baxxi, li jinvolvu l-edukazzjoni vokazzjonali u n-negozji;

Investiment

58.

jilqa’ l-fatt li l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta’ infrastruttura huma fil-qalba tal-objettivi tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) għall-inċentiv ta’ investimenti kkombinati (pubbliku-privat) għat-trasport u l-infrastruttura. Il-FEIS, flimkien mar-riżorsi fil-forma ta’ għotjiet mhux rimborsabbli mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE), jista’ jipprovdi parteċipazzjoni aktar intensiva ta’ livelli lokali u reġjonali f’tali proġetti, sew jekk ikunu fuq skala żgħira u sew jekk fuq waħda kbira;

59.

jipproponi li jiżdied l-ammont u s-sehem ta’ fondi għal trasport b’emissjonijiet baxxi f’Orizzont 2020, kif ukoll tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), meta jiġi ppjanat il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss. Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għandha tkompli tiġi promossa peress li toffri lieva konsiderevoli: kull euro li jintefaq mill-għotjiet tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa jiġġenera EUR 3-3,5 f’investiment tat-trasport b’emissjonijiet baxxi;

60.

jirrimarka li l-iżviluppi bbażati fuq sħubija pubblika-privata, u dawk li jsiru mill-awtoritajiet pubbliċi, fi bliet u reġjuni jistgħu jipprovdu l-effett ta’ lieva meħtieġ għall-finanzjament u l-operat effettiv tas-soluzzjonijiet għall-mobbiltà b’emissjonijiet baxxi; jipproponi wkoll li l-użu tal-FEIS u l-FSIE għal soluzzjonijiet tat-trasport innovattivi u b’emissjonijiet baxxi għandhom jiġu prijoritizzati. Għandhom ikunu disponibbli għotjiet mhux rimborsabbli għall-għanijiet li ssemmew hawn fuq fil-Qafas ta’ Referenza Strateġiku ta’ wara l-2020;

61.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol ewlieni biex jistimulaw il-produzzjoni tal-enerġija lokali, kif ukoll fil-grilji elettriċi integrati u intelliġenti. Il-FSIE għandhom jiffaċilitaw l-investimenti meħtieġa permezz ta’ għotjiet mhux rimborsabbli, primarjament fir-reġjuni tal-UE anqas żviluppati li l-aktar qegħdin lura;

62.

jinnota li l-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa jipprovdi wkoll finanzjament pubbliku għall-proġetti tat-trasport b’emissjonijiet baxxi u grilji intelliġenti bejn il-bidu tal-2015 u l-aħħar tal-2017;

Azzjoni mill-bliet

63.

jipproponi li prattiki ta’ ppjanar urban u interurban ta’ bliet Ewropej għandhom, fi ħdan il-Pjani ta’ Mobbiltà Urbana Sostenibbli, jinkludu d-denominazzjoni ta’ żoni għal trasport b’emissjonijiet baxxi u l-mobbiltà elettronika. It-trasport attiv (iċ-ċikliżmu u l-mixi), is-soluzzjonijiet ta’ trasport pubbliku għall-passiġġieri, il-kondiviżjoni u l-pooling tal-karozzi għandhom jingħataw preferenza fl-ippjanar urban; jappella għalhekk għal politika ta’ investiment tat-trasport tal-UE li tħares ’il quddiem, li għandha ttejjeb is-saħħa pubblika u li tinvesti, b’konsiderazzjoni sħiħa tal-Ftehim ta’ Pariġi f’COP 21, tal-anqas 10 % tal-fondi tat-trasport tal-UE fiċ-ċikliżmu f’dawk ir-reġjuni fejn il-kundizzjonijiet ġeografiċi jippermettu dan;

64.

Qed jiġi propost li jsir studju preliminari tal-mobbiltà ġġenerata permezz ta’ ppjanar urban u territorjali fiż-żoni metropolitani. Hemm bżonn li tiżdied id-densità tal-bliet u ż-żoni metropolitani tagħhom bil-għan li, minn naħa, titnaqqas il-ħtieġa għal vjaġġi motorizzati, billi s-servizzi jkunu eqreb taċ-ċittadini u, minn naħa oħra, jippermettu titjib tan-netwerks tat-trasport pubbliku, filwaqt li tiżdied l-effiċjenza soċjali u ekonomika u l-użu tiegħu.

65.

jenfasizza li l-ippjanar spazjali huwa element importanti ħafna fil-mobbiltà b’emissjonijiet baxxi. Huma l-istruttura taċ-ċentri ta’ abitazzjoni u t-tfassil tal-ambjent urban li jipprovdu l-kundizzjonijiet topografiċi li jippermettu li l-mobbiltà b’emissjonijiet baxxi tiġi żviluppata fuq medda twila ta’ żmien. Huwa rakkomandat, fejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom il-kompetenza fil-qasam tal-ippjanar spazjali skont is-sistemi tal-ordni legali jew kostituzzjonali tal-Istat Membru, biex il-pjani territorjali, supramuniċipali jew metropolitani funzjonali tagħhom jinkludu wkoll dan it-tip ta’ inizjattivi;

66.

jirrikonoxxi li ċ-ċikliżmu, f’konformità mal-opinjoni tal-KtR dwar “Pjan direzzjonali tal-UE għaċ-ċikliżmu” (10), għandu jissaħħaħ bħala mezz ta’ trasport billi jiżdied ir-rwol ta’ finanzjament pubbliku tal-UE disponibbli għal proġetti tat-trasport għaċ-ċikliżmu, u jtenni mill-ġdid is-sejħa tiegħu għal Pjan Direzzjonali tal-UE għaċ-Ċikliżmu biex jiġi inkluż fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni tal-2018. Bħala promoturi attivi taċ-ċikliżmu u, f’din il-konnessjoni, tal-akkwisti ekoloġiċi wkoll, il-muniċipalitajiet jistgħu jsaħħu r-rwol tagħhom stess fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima billi jipparteċipaw f’inizjattivi bħall-Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa jew ix-Xjenza tiltaqa’ mar-Reġjuni. Il-proposti jistgħu jitressqu biex jintegraw rotot speċifiċi prinċipali tat-trasport taċ-ċikliżmu fin-netwerk TEN-T;

67.

jenfasizza li skont id-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (11), il-bini ġdid li jinbena fl-UE għandu jinkludi punti ta’ ċċarġjar tal-vetturi elettriċi (preferibbilment bil-faċilità ta’ ħżin) B’mod simili, ir-restawr ta’ blokok ta’ flats għandu jinvolvi tali attivitajiet ta’ kostruzzjoni (12);

68.

jinnota li l-installazzjoni ta’ sistemi ta’ ċċarġjar intelliġenti fil-bini, tista’ tgħin biex tiżgura li l-grilji elettriċi jibqgħu flessibbli, jiġifieri, l-enerġija maħżuna fil-batteriji tal-vetturi elettriċi tista’ tittella’ fin-netwerk. Għandu jiġi adottat approċċ olistiku li, pereżempju, jittratta l-vetturi elettriċi bħala partijiet integrali tal-istokk tal-bini;

69.

jenfasizza li l-bliet u l-irħula, huma l-partijiet interessati ewlenin tat-trasport f’termini ta’ ċentri għall-popolazzjoni, u jinnota li l-problemi tal-mobilità urbana ma jistgħux jissolvew b’approċċ settorjali biss. Għalhekk ifakkar fil-valur miżjud reali għall-awtoritajiet lokali u reġjonali meta jabbozzaw il-Pjani ta’ Mobilità Urbana Sostenibbli (SUMPs (13)) fl-istess ħin mal-Pjani ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli (SEAP), biex jittieħed kont tar-rabta bejn id-dimensjoni urbana tal-politika tat-trasport u l-kunċett aktar wiesa’ tal-ippjanar spazjali li jinkludu inventarju tat-taħlita tal-enerġija lokali reali u ideali. Dawn l-isforzi lokali jistgħu jirċievu gwida professjonali u l-assistenza mill-Patt tas-Sindki, sabiex jinħoloq trasport lokali aktar inklużiv b’inqas tniġġis tal-arja u tal-istorbju;

70.

bl-istess mod, fejn ir-reġjuni għandhom il-kompetenza fil-qasam tal-ippjanar spazjali skont is-sistema tal-ordni legali jew kostituzzjonali tal-Istat Membru, huwa rrakkomandat li fil-pjani ta’ mobbiltà urbana sostenibbli tagħhom jiġu kkunsidrati wkoll dan it-tip ta’ inizjattivi;

71.

jipproponi li jiġu stabbiliti netwerks tal-bliet Ewropej tematiċi għall-promozzjoni ta’ mobbiltà b’emissjonijiet baxxi. Tali netwerks ikunu jippermettu intrapriżi lokali u anke lill-pubbliku ġenerali biex ikunu aktar involuti aktar fl-implimentazzjoni ta’ żviluppi ta’ mobbiltà b’emissjonijiet baxxi, pereżempju billi jkunu pprovduti servizzi ta’ mobbiltà kondiviżi. Bl-użu ta’ soluzzjonijiet tal-IT aġġornata, dawn in-netwerks tal-bliet jistgħu wkoll jimmobilizzaw gruppi mmirati rilevanti għal konsenja usa’ ta’ mobbiltà b’emissjonijiet baxxi.

Brussell, it-13 ta’ Lulju 2017.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  White paper – Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti. Brussell, 28 ta’ Marzu 2011, COM(2011) 144 final.

(2)  Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta’ infrastruttura tal-fjuwils alternattivi.

(3)  Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Reviżjoni tad-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija Brussell, 15 ta’ Lulju 2015, COM(2015) 345 final.

(4)  Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija Direttiva 2009/33/KE.

(5)  Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew (23-24 ta’ Ottubru 2014) Brussell, 24 ta’ Ottubru 2014, EUCO 169/14.

(6)  Ftehim ta’ Pariġi COP21, 30 ta’ Novembru-11 ta’ Diċembru 2015.

(7)  Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha – l-iżblukkar tal-potenzjal ta’ tkabbir tal-Ewropa. Bażi tad-data tal-istqarrijiet għall-istampa tal-KE. http://europa.eu/rapid/press-release_IP-16-4009_mt.htm

(8)  Id-Dikjarazzjoni ta’ Amsterdam – Kooperazzjoni fil-qasam ta’ sewqan konness u awtomatizzat, 14-15 ta’ April 2016.

(9)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Strateġija Ewropea dwar is-Sistemi tat-Trasport Intelliġenti u kooperattivi: l-ewwel pass importanti lejn mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata, Brussell, 30.11.2016 COM(2016) 766 final.

(10)  Pjan direzzjonali tal-UE għaċ-ċikliżmu, Kumitat tar-Reġjuni. Adottata fit-12 ta’ Ottubru 2016.

(11)  Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija.

(12)  Opinjoni li qed tiġi diskussa ENVE-VI-019 dwar “L-effiċjenza enerġetika u l-bini” (M. Rijsberman ALDE/NL).

(13)  Opinjoni tal-KtR dwar is-SUMPs COTER-V-048 dwar Il-Pakkett dwar il-Mobilità Urbana.


III Atti preparatorji

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Il-124 sessjoni plenarja, 12-13 ta’ Lulju 2017

12.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/65


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali

(2017/C 342/10)

Relatur:

Ulrike Hiller (DE/PSE), Membru tas-Senat ta’ Bremen

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE u l-Iżvizzera)

COM(2016) 815 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Il-Proposta għal Regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-benefiċċji tal-kura fit-tul għadhom s’issa ma ġewx inklużi b’mod espliċitu fl-ambitu materjali tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 iżda kkoordinati bħala benefiċċji tal-mard , u dan qed iwassal għal inċertezza legali kemm għall-istituzzjonijiet u kif ukoll għall-persuni li jitolbu l-benefiċċji tal-kura fit-tul. Hemm il-ħtieġa li jiġi żviluppat qafas legali stabbli xieraq għall-benefiċċji tal-kura fit-tul fir-Regolament biex jinkludi definizzjoni ċara ta’ tali benefiċċji .

Il-benefiċċji tal-kura fit-tul għadhom s’issa ma ġewx inklużi b’mod espliċitu fl-ambitu materjali tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 iżda kkoordinati bħala benefiċċji tal-mard. Hemm il-ħtieġa li jiġi żviluppat qafas legali stabbli xieraq għall-benefiċċji tal-kura fit-tul fir-Regolament.

Raġuni

Aktar koordinazzjoni ta’ benefiċċji ta’ kura fit-tul għandha tiġi milqugħa. Barra minn hekk, minħabba r-regoli differenti fost l-Istati Membri, bħalissa mhuwiex possibbli li tinkiseb demarkazzjoni ċara u uniformi bejn il-benefiċċji għall-kura u tal-kura tas-saħħa fit-tul.

Il-koordinazzjoni tiddependi mir-rikonoxximent u l-iżvilupp tal-benefiċċji għall-kura fit-tul bħala klassi ta’ benefiċċji eżistenti fl-Istati Membri kollha b’mod supplimentari għall-benefiċċji marbuta mal-mard. Għalhekk, f’dan l-istadju, adattament tal-Artikolu 34 għandu jingħata prijorità fuq introduzzjoni ta’ kapitlu separat dwar il-kura.

Emenda 2

Il-Proposta għal Regolament

Artikolu 1, punt 3(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Wara l-Premessa 5, jiddaħħal dan li ġej:

Wara l-Premessa 5, jiddaħħal dan li ġej:

“(5a)

Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Istati Membri huma intitolati li jiftħu l-aċċess taċ-ċittadini ekonomikament inattivi fl-Istat Membru ospitanti għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, li ma jikkostitwixxux assistenza soċjali fit-tifsira tad-Direttiva 2004/38/KE soġġetta għal dritt ta’ residenza legali fit-tifsira ta’ din id-Direttiva. Il-verifika tad-dritt legali ta’ residenza għandha ssir skont ir-rekwiżit tad-Direttiva 2004/38/KE. Għal dawn il-finijiet, għandu jkun hemm distinzjoni ċara ta’ ċittadin ekonomikament inattiv minn persuna li qed tfittex ix-xogħol li d-dritt tagħha ta’ residenza ngħatalha direttament bl-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Sabiex tittejjeb iċ-ċarezza ġuridika għaċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet, hemm bżonn ta’ kodifikazzjoni ta’ din il-każistika.

“(5a)

Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Istati Membri huma intitolati li jiftħu l-aċċess taċ-ċittadini ekonomikament inattivi fl-Istat Membru ospitanti għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, li fl-istess waqt jikkostitwixxu assistenza soċjali fit-tifsira tad-Direttiva 2004/38/KE soġġetta għal dritt ta’ residenza legali fit-tifsira ta’ din id-Direttiva. Il-verifika tad-dritt legali ta’ residenza għandha ssir skont ir-rekwiżit tad-Direttiva 2004/38/KE. Għal dawn il-finijiet, għandu jkun hemm distinzjoni ċara ta’ ċittadin ekonomikament inattiv minn persuna li qed tfittex ix-xogħol li d-dritt tagħha ta’ residenza ngħatalha direttament bl-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Sabiex tittejjeb iċ-ċarezza ġuridika għaċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet, hemm bżonn ta’ kodifikazzjoni ta’ din il-każistika.

Raġuni

Fis-sentenzi tagħha, il-QtĠ-UE kkonstatat li benefiċċji relatati mas-sigurtà soċjali, li skont l-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandhom jiġu ddefiniti bħala benefiċċji soċjali fi flus mhux kontributorji, ukoll jgħoddu bħala benefiċċju tal-assistenza soċjali skont l-Artikolu 24 II tad-Direttiva 2004/38/KE. Hija qalet li sakemm fl-istess waqt dawn jitqiesu bħala benefiċċji tal-assistenza soċjali, il-kompetenza prevista tal-Istati Membri hija ġustifikata. L-emenda proposta hawnhekk għandha sservi ta’ kjarifika.

Emenda 3

Il-Proposta għal Regolament

Artikolu 1(3), it-tielet paragrafu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(5c)

Minkejja il-limitazzjonijiet fid-dritt għal trattament ugwali għal persuni ekonomikament inattivi, li joħroġu mid-Direttiva 2004/38/KE jew inkella bis-saħħa tal-liġi tal-Unjoni, xejn f’dan ir-Regolament ma għandu jirristrinġi d-drittijiet fundamentali rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt għad-dinjità tal-bniedem (l-Artikolu 1), id-dritt għall-ħajja (l-Artikolu 2) u l-protezzjoni tas-saħħa (l-Artikolu 35).”

(5c)

Minkejja il-limitazzjonijiet fid-dritt għal trattament ugwali għal persuni ekonomikament inattivi, li joħroġu mid-Direttiva 2004/38/KE jew inkella bis-saħħa tal-liġi tal-Unjoni, xejn f’dan ir-Regolament ma għandu jirristrinġi d-drittijiet fundamentali rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt għad-dinjità tal-bniedem (l-Artikolu 1), id-dritt għall-ħajja (l-Artikolu 2), id-dritt għas-sigurtà soċjali u l-assistenza soċjali (Artikolu 34) u l-protezzjoni tas-saħħa (l-Artikolu 35).”

Raġuni

Evidenti.

Emenda 4

Il-Proposta għal Regolament

Artikolu 1(13)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Artikolu 12 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 12

Regoli speċjali

1.   Persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f’isem impjegatur li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk u li tiġi stazzjonata fit-tifsira tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (1) jew tintbagħat mill-impjegatur fi Stat Membru ieħor biex iwettaq xogħol f’isem dak l-impjegatur, għandu jkompli jkun soġġett għal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, sakemm it-tul ta’ żmien antiċipat ta’ dan ix-xogħol ma jaqbiżx l-24 xahar u sakemm il-persuna ma tiġix stazzjonata jew tintbagħat biex tieħu post persuna oħra impjegata jew persuna li taħdem għal rasha, stazzjonata jew mibgħuta qabel fit-tifsira ta’ dan l-Artikolu.

2.   Persuna li normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru u li tmur biex twettaq attività simili fi Stat Membru ieħor għandha tibqa’ tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru sakemm it-tul ta’ żmien antiċipat ta’ din l-attività ma taqbiżx l-24 xahar u sakemm il-persuna mhix tieħu post persuna oħra impjegata jew li taħdem għal rasha stazzjonata.”.

L-Artikolu 12 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 12

Regoli speċjali

1.   Persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f’isem impjegatur li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk u li tiġi stazzjonata fit-tifsira tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (1) jew tintbagħat mill-impjegatur fi Stat Membru ieħor biex iwettaq xogħol f’isem dak l-impjegatur, għandu jkompli jkun soġġett għal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, sakemm it-tul ta’ żmien antiċipat ta’ dan ix-xogħol ma jaqbiżx it-12-il xahar u sakemm il-persuna ma tiġix stazzjonata jew tintbagħat biex tieħu post persuna oħra impjegata jew persuna li taħdem għal rasha, stazzjonata jew mibgħuta qabel fit-tifsira ta’ dan l-Artikolu.

2.   Persuna li normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru u li tmur biex twettaq attività simili fi Stat Membru ieħor għandha tibqa’ tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru sakemm it-tul ta’ żmien antiċipat ta’ din l-attività ma taqbiżx it-12-il xahar u sakemm il-persuna mhix tieħu post persuna oħra impjegata jew li taħdem għal rasha stazzjonata.”.

Raġuni

It-tnaqqis propost fil-limitu ta’ żmien li lil hinn minnu l-liġi tal-pajjiż ospitanti tapplika bis-sħiħ għal ħaddiem stazzjonat huwa konformi mal-pożizzjoni adottata tal-KtR rigward id-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema (COR-2016–02881).

Emenda 5

Il-Proposta għal Regolament

Artikolu 1(16)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Artikolu 34 jitħassar.

Artikolu 34

Sitwazzjoni ta’ overlapping ta’ benefiċċji tal-kura fit-tul

1.     (1) Jekk persuna li tirċievi benefiċċju ta’ kura fit-tul fi flus, liema benefiċċju għandu jitqies bħala benefiċċju marbut ma’ mard u għaldaqstant jingħata mill-Istat Membru kompetenti għal benefiċċji mogħtija fi flus taħt l-Artikoli 21 jew 29, tkun fl-istess żmien u taħt dan il-Kapitolu intitolata biex titlob benefiċċji mogħtija in natura maħsuba għall-istess għan mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza jew ta’ żjara fi Stat Membru ieħor, u istituzzjoni fl-ewwel Stat Membru hija wkoll mitluba biex tħallas lura l-ispejjeż ta’ dawn il-benefiċċji mogħtija in natura taħt l-Artikolu 35, id-disposizzjonijiet ġenerali dwar sitwazzjonijiet fejn ikun hemm overlapping ta’ benefiċċji stabbilita fl-Artikolu 10 għandha tapplika, iżda b’din ir-restrizzjoni biss: jekk il-persuna kkonċernata titlob u tirċievi l-benefiċċju mogħti in natura, l-ammont tal-benefiċċju fi flus għandu jitnaqqas mill-ammont tal-benefiċċji mogħti in natura li ntalab jew li jista’ jintalab mill-istituzzjoni ta’ l-ewwel Stat Membru mitluba biex tħallas lura l-ispejjeż.

2.     Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfassal lista dettaljata tal-benefiċċji tal-kura fit-tul li jissodisfaw il-kriterji li hemm fl-Artikolu 1 (vb) ta’ dan ir-Regolament, li jispeċifika liema huma l-benefiċċji in natura u liema huma l-benefiċċji fi flus.

3.     Żewġ Stati Membri jew aktar, jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jistgħu jaqblu fuq miżuri oħra jew fuq miżuri supplimentari li ma għandhomx ikunu anqas favorevoli għall-persuni konċernati mill-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 1.

Raġuni

Jekk ma jiġix introdott Kapitolu 1a (Emenda 5), l-Artikolu 34(2) irid jiġi riformulat, sabiex jiġi speċifikat kif għandha titfassal il-lista preparata mill-Kummissjoni Amministrattiva. Ara r-raġuni tal-Emenda 1 (Premessa 6).

Informazzjoni tas-Segretarjat: fl-Artikolu 34(2) tiegħu, it-test oriġinali tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali jiddisponi: “2. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tipprepara l-lista ta’ benefiċċji mogħtija fi flus u ta’ benefiċċji mogħtija in natura koperti mill-paragrafu 1.”

Emenda 6

Il-Proposta għal Regolament

Artikolu 1(17)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Wara l-Artikolu 35, jiddaħħal dan il-Kapitolu li ġej:

“KAPITOLU 1a

Benefiċċji tal-kura fit-tul

Artikolu 35a

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.     Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dan il-Kapitolu, l-Artikoli 17 sa 32 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-benefiċċji tal-kura fit-tul.

2.     Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfassal lista dettaljata tal-benefiċċji tal-kura fit-tul li jissodisfaw il-kriterji li hemm fl-Artikolu 1 (vb) ta’ dan ir-Regolament, li jispeċifika liema huma l-benefiċċji in natura u liema huma l-benefiċċji fi flus.

3.     B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħtu benefiċċji tal-kura fit-tul fi flus skont l-Kapitoli l-oħra tat-Titolu III, jekk il-benefiċċju u l-kundizzjonijiet speċifiċi li għalihom il-benefiċċju huwa soġġett huma elenkati fl-Anness XII u sakemm l-eżitu ta’ din il-koordinazzjoni hija mill-inqas daqstant favorevoli għall-benefiċjarji bħallikieku l-benefiċċju ġie kkoordinat skont dan il-Kapitolu.

Artikolu 35b

Sitwazzjoni ta’ overlapping ta’ benefiċċji tal-kura fit-tul

1.     Jekk persuna li tirċievi l-benefiċċju tal-kura fit-tul fi flus mogħtija skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti jirċievi, fl-istess żmien u skont dan il-Kapitolu, il-benefiċċji tal-kura fit-tul in natura mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza jew żjara fi Stat Membru ieħor, u istituzzjoni fl-ewwel Stat Membru hija wkoll rikjesta li tħallas lura l-ispiża ta’ dawn il-benefiċċji in natura skont l-Artikolu 35c, id-dispożizzjoni ġenerali dwar il-prevenzjoni tal-overlapping tal-benefiċċji stabbilita fl-Artikolu 10 għandha tapplika, b’din ir-restrizzjoni li ġejja biss: l-ammont tal-benefiċċju fi flus għandu jitnaqqas mill-ammont eliġibbli tal-ħlas in natura li jista’ jintalab mill-istituzzjoni tal-ewwel Stat Membru skont l-Artikolu 35c.

2.     Żewġ Stati Membri jew aktar, jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jistgħu jaqblu fuq miżuri oħra jew fuq miżuri supplimentari li ma għandhomx ikunu anqas favorevoli għall-persuni konċernati mill-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 1.

Artikolu 35c

Rimborż bejn istituzzjonijiet

1.     L-Artikolu 35 għandu japplika mutatis mutandis għall-benefiċċji tal-kura fit-tul.

2.     Jekk il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru fejn l-istituzzjoni kompetenti taħt dan il-Kapitolu hija stabbilita ma tipprovdix benefiċċji tal-kura fit-tul in natura, l-istituzzjoni li hi jew tkun kompetenti f’dan l-Istat Membru taħt il-Kapitolu 1 għar-rimborż tal-benefiċċji tal-mard in natura mogħtija fi Stat Membru ieħor għandha titqies li hi dik kompetenti wkoll taħt il-Kapitolu 1a.”

 

Raġuni

Ara r-raġuni tal-Emenda 1 (premessa 6).

Emenda 7

Il-Proposta għal Regolament

Artikolu 1, punt 22(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, persuna kompletament qiegħda li, matul l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, kienet residenti fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti, li ma kinitx lestiet 12-il xahar ta’ assigurazzjoni tal-qgħad esklussivament taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti, għandha tagħmel lilha nnifisha disponibbli għas-servizz tal-impjiegi fl-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha. Din il-persuna għandha tirċievi benefiċċji skont il-leġislazzjoni tal-Istat Membru kompetenti bħallikieku hija kienet residenti f’dak l-Istat Membru. Dawn il-benefiċċji għandhom jingħataw mill-istituzzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza. Alternattivament, persuna kompletament qiegħda msemmija f’dan il-paragrafu, li tkun intitolata għal benefiċċju tal-qgħad biss skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru kompetenti jekk din kienet residenti hemm, tista’ minflok tagħżel li tkun disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi f’dak l-Istat Membru u li tirċievi benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat Membru jekk din il-persuna kienet residenti hemm.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, persuna kompletament qiegħda li, matul l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, kienet residenti fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti, li ma kinitx lestiet 12-il xahar ta’ assigurazzjoni tal-qgħad esklussivament taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti, għandha tagħmel lilha nnifisha disponibbli għas-servizz tal-impjiegi fl-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha. Din il-persuna għandha tirċievi benefiċċji skont il-leġislazzjoni tal-Istat Membru kompetenti bħallikieku hija kienet residenti f’dak l-Istat Membru. Dawn il-benefiċċji għandhom jingħataw mill-istituzzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza.

Raġuni

L-eċċezzjoni m’għandhiex konsegwenzi jekk ma jirriżulta l-ebda dritt wara perjodu ta’ impjieg qasir – ta’ anqas minn 12-il xahar. Din imbagħad tkun dispensabbli. Iżda, li kieku l-eċċezzjoni kellha twassal għal dritt, jiġifieri f’relazzjoni mal-perjodi ta’ impjieg komputabbli skont l-Artikolu 6 u li sar fi Stati Membri oħrajn, ikun hemm bżonn ta’ spjegazzjoni għalfejn l-Istat Membru ta’ residenza jkollu jħallas il-benefiċċji filwaqt li Stati Membri oħrajn ikunu rċevew il-kontribuzzjonijiet. Barra minn hekk, din mhijiex armonizzata mar-regoli proposti fl-Artikolu 64, li f’dawn il-każi jiżguraw l-esportazzjoni tal-benefiċċji.

Emenda 8

Il-Proposta għal Regolament

Artikolu 2, punt 11(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Dawn il-paragrafi li ġejjin jiddaħħlu wara l-Artikolu 19(2):

3.   Kull meta istituzzjoni tintalab biex toħroġ l-attestazzjoni msemmija hawn fuq, għandha twettaq valutazzjoni xierqa tal-fatti rilevanti u tiggarantixxi li l-informazzjoni li fuqha l-attestazzjoni tingħata hija korretta.

Dawn il-paragrafi li ġejjin jiddaħħlu wara l-Artikolu 19(2):

3.   Kull meta istituzzjoni tintalab biex toħroġ l-attestazzjoni msemmija hawn fuq, għandha twettaq valutazzjoni xierqa tal-fatti rilevanti.

Raġuni

L-istituzzjonijiet li joħorġu l-attestazzjonijiet ma jistgħux jipprovdu garanzija li din l-informazzjoni tkun korretta. Huma jridu joqogħdu fuq id-dettalji xierqa pprovduti mill-impjegatur. B’mod partikolari, l-awtoritajiet li joħorġu l-attestazzjonijiet ma jistgħux jitqiesu responsabbli għal informazzjoni skorretta jekk huma stess ġew infurmati ħażin.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR)

Kummenti ġenerali

1.

jesprimi l-impenn tiegħu favur il-mobbiltà ħielsa u ġusta tal-ħaddiema u jilqa’ għalhekk ir-reviżjoni tar-regoli dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali fil-kuntest tal-mobbiltà li dejjem tiżdied taċ-ċittadini fl-UE;

2.

jinnota li l-moviment liberu tal-ħaddiema bħala integrazzjoni negattiva tas-suq intern irid jiġi kkomplementat bħala integrazzjoni pożittiva permezz tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali f’konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (QtĠ-UE);

3.

jikkunsidra li l-proposti ppreżentati mill-Kummissjoni Ewropea li jemendaw ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 huma sostanzjalment adatti u jħarsu ’l quddiem u għaldaqstant jilqagħhom;

4.

ifakkar lill-Kummissjoni dwar l-inizjattivi tagħha għal Regolamentazzjoni aħjar u jirrimarka li s-sett kumpless ta’ regoli stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 għanu jibqa’ komprensibbli kemm mill-awtoritajiet kif ukoll miċ-ċittadini biex tiġi ddeterminata s-sitwazzjoni legali;

5.

jenfasizza l-importanza tan-netwerks għall-konsulenza u għall-assistenza għal ċittadini mobbli tal-UE fil-livell reġjonali. Dawn huma essenzjalment neċessarji biex jiġu evitati l-esplojtazzjoni tal-ħaddiema mobbli u l-frodi organizzata. Il-KtR huwa favur it-tisħiħ ta’ dawn in-netwerks;

6.

jenfasizza li l-proposta tal-Kummissjoni hija neċessarja sabiex jiġi ggarantit il-moviment ħieles tal-ħaddiema. Jenfasizza l-fatt li l-bażi legali ċara tal-Artikolu 48 tat-TFUE ma tqajjem l-ebda mistoqsija rilevanti għas-sussidjarjetà tal-proposta tal-Kummissjoni. Fil-fatt, l-għanijiet tal-azzjoni proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda minħabba l-iskala u/jew l-effetti ta’ din l-azzjoni, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-UE, peress li l-azzjoni proposta tinvolvi aspetti transnazzjonali li ma jistgħux jiġu regolati b’mod adatt mill-Istati Membri u/jew l-awtoritajiet lokali u reġjonali jekk jaġixxu waħidhom;

7.

jenfasizza l-interess speċjali tiegħu fit-tkomplija tad-djalogi tekniċi mal-Kummissjoni dwar dan is-suġġett u, f’dan ir-rigward, jisħaq dwar l-importanza tar-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt li l-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta fi żmien debitu abbażi tal-ftehim ta’ kooperazzjoni tagħha mal-KtR;

L-istazzjonar tal-ħaddiema

8.

jinnota progress fir-regolazzjoni tal-istazzjonar u titjib fl-attestazzjoni tal-istazzjonar. Jilqa’ l-fatt li, bl-introduzzjoni tal-Artikolu 76a, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE, li permezz tagħhom għandha tiġi stabbilita proċedura standard għall-ħruġ, l-appell u r-revoka tad-Dokument portabbli A1 (l-hekk imsejjaħ Ċertifikat A1), sabiex l-użu ħażin ta’ dan id-dokument isir aktar diffiċli. Il-proċedura proposta tista’, b’mod partikolari, tkun kapaċi tevita tilwim legali twil li jwassal għall-proċeduri ta’ ksur, u b’hekk tikkontribwixxi għall-paċi ġuridika fl-Ewropa;

9.

ifakkar li r-Regolament propost attwali li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 bl-aġġornament tal-proċeduri li joħorġu l-hekk imsejħa ċertifikati A1, huwa element essenzjali għat-titjib fil-protezzjoni tal-ħaddiema kontra l-abbuż soċjali fil-kuntest tar-reviżjoni parallela tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema Nru 96/71/KE. Fid-dawl tal-importanza ta’ dan l-aspett, kull pass lejn it-tfassil vinkolanti, ċar u dirett tal-għoti futur taċ-ċertifikat A1 huwa ta’ importanza partikolari u għandu jingħata attenzjoni xierqa;

10.

fir-rigward tal-istazzjonar tal-ħaddiema, jirrimarka li s-sigurtà soċjali tiddependi b’mod konsiderevoli mill-kjarifika tar-regoli u tad-definizzjonijiet u għalhekk, interpretazzjoni ċara ta’ termini importanti bħal “impjieg indipendenti jew “stabbiliment” tgħin biex jiġu miġġielda b’mod effettiv il-problemi tal-impjieg indipindenti fittizju jew tal-kumpaniji tal-isem.

11.

itenni, f’dan ir-rigward, il-fehma tal-Kumitat li l-limitu ta’ żmien li lil hinn minnu l-liġi tal-pajjiż ospitanti tapplika bis-sħiħ għar-relazzjonijiet tal-impjieg b’rabta ma’ sitwazzjonijiet tal-istazzjonar għandu jkun ta’ 12-il xahar (1);

12.

jiddispjaċih dwar id-dewmien fl-introduzzjoni tal-iskambju elettroniku tal-informazzjoni tas-sigurtà soċjali (EESSI). Iqis li skambju elettroniku ta’ data madwar l-Ewropa huwa indispensabbli;

Benefiċċji għall-mard u l-kura

13.

jinnota li l-koordinazzjoni tal-benefiċċji għall-kura twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt li għandu jiġi koordinat, li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-azzjoni proposta; madankollu, l-applikazzjoni tal-projbizzjoni tal-kumulazzjoni fir-rigward tal-benefiċċji għall-mard u għall-kura x’aktarx se tkun kumplessa;

14.

jirrimarka li għandha tiġi żgurata wkoll il-protezzjoni tal-persuni morda li jinsabu fi Stat Membru, anke jekk dawn ma jkollhomx dritt ta’ residenza f’dan l-Istat Membru. Iżda l-ewwel nett jiġbed attenzjoni għall-fatt li, skont id-dritt tal-UE applikabbli, l-approvazzjoni ta’ kopertura ta’ assigurazzjoni medika kostitwita barra l-pajjiż ħafna drabi tirnexxi biss b’diffikultà u li, f’xi pajjiżi tal-UE, persuni b’parteċipazzjoni prekarja fis-suq tax-xogħol ħafna drabi jiċċaħħdu għalkollox mill-kopertura ta’ assigurazzjoni medika inġustament;

15.

għalhekk fil-prinċipju jilqa’ li s-sempliċement residenza fattwali fi Stat Membru se tkun biżżejjed biex tingħata l-kopertura ta’ assigurazzjoni medika lil ċittadini tal-UE li ma jaħdmux u li huma fil-bżonn, filwaqt li l-permanenza awtorizzata mhix se tibqa’ meħtieġa; F’dan ir-rigward, jeħtieġ jiġi stabbilit id-dritt tal-Istat Membru ospitanti għar-rimborż mill-Istat Membru kompetenti;

Benefiċċji tal-qgħad

16.

iqis li r-regolamenti ġodda relatati mal-koordinazzjoni tal-benefiċċju tal-qgħad huma korretti. Minkejja li jista’ jkun li l-esklużjoni prevista fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għall-okkupazzjoni fuq perjodu ta’ anqas minn 12-il xahar mhux bilfors tkun meħtieġa, din tikkjarifika t-test;

17.

jilqa’ l-estensjoni ppjanata tal-possibbiltà tal-esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad minn tliet xhur għal sitt xhur. Madankollu, isostni li dan għandu jsir flimkien ma’ politiki fis-suq tax-xogħol (ALMPs) attivi u adegwati, li jikkostitwixxu element ewlieni tal-hekk imsejħa “strateġiji ta’ attivazzjoni”, li jindirizzaw l-interazzjoni bejn is-sistemi tal-assigurazzjoni tal-qgħad u s-sistemi ta’ assistenza, l-ALMPs u l-kondizzjonalità tal-benefiċċji. Il-KtR jemmen li hemm bżonn jiġi ċċarat kif l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jestendu ż-żmien tal-esportazzjoni lil hinn mid-dritt Ewropew applikabbli. Iżda l-KtR jesprimi tħassib fir-rigward tar-regoli speċjali għal perjodi ta’ impjieg iqsar minn 12-il xahar;

Benefiċċji marbutin mal-familja

18.

jenfasizza li ċ-ċittadini kollha tal-UE huma intitolati għall-benefiċċji soċjali tal-familja tal-pajjiż li fih huma rreġistrati, għandhom impjieg jew huma taxxabbli, għad li jista’ jkun hemm diverġenzi konsiderevoli fost l-Istati Membri fir-rigward tal-intitolamenti soċjali tal-familja.

Benefiċċji speċjali li mhumiex kontributorji u li jingħataw fi flus

19.

jirrikonoxxi l-ġurisdizzjoni li toħroġ mill-ġurisprudenza tal-QtĠ dwar il-kompetenzi tal-Istati Membri waqt it-tfassil tal-assistenza soċjali għal persuni mingħajr impjieg u jilqa’ r-rimarka li dan it-tfassil irid ikun mogħti fid-dawl tad-drittijiet fundamentali u tal-bniedem Ewropej bħala aspett importanti u ġdid. Li dawn il-persuni fil-futur ma jiġux esklużi minn kopertura ta’ assigurazzjoni medika f’każ ta’ residenza fattwali għandu jintlaqa’, u jinnota li dawn jistgħu jitħallew jikkontribwixxu b’mod proporzjonat fi skema għal kopertura kontra l-mard fuq il-bażi tar-residenza abitwali tagħhom. Madankollu, tibqa' l-kwistjoni dwar x’għandu jiġġustifika l-limitazzjoni jew saħansitra l-esklużjoni mill-assistenza soċjali;. Fl-istess ħin, l-estensjoni ta’ dan il-prinċipju għal persuni li fil-fatt huma residenti fi Stat Membru differenti minn dak tagħhom tesiġi r-regolazzjoni tal-applikazzjoni tagħha, anke bl-għan li jiġu stabbiliti l-istess kondotta u responsabbiltà għall-Istati Membri;

Il-ħaddiema transkonfinali

20.

jiddispjaċih li hemm nuqqas ta’ data u informazzjoni affidabbli dwar in-numru ta’ ħaddiema transkonfinali kif definit mid-definizzjoni legali inkluża fir-Regolament (KE) Nru 883/2004;

21.

jirrimarka li r-reġjuni tal-fruntiera għandhom esperjenza estensiva fir-rigward tal-ħaddiema mobbli. Il-KtR jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jagħmlu użu minn din l-esperjenza. F’dan ir-rigward, il-Kumitat jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ is-servizzi ta’ appoġġ għall-mobilità transkonfinali tal-ħaddiema pprovduti minn EURES – inkluż permezz tas-Sħubijiet Transfruntiera tal-EURES eżistenti, filwaqt li jiġi inkoraġġut il-ħolqien ta’ oħrajn ġodda – u biex tippermetti li dawn is-servizzi jiġbru informazzjoni affidabbli dwar l-għadd u l-profil ta’ ħaddiema transkonfinali u min iħaddimhom.

Brussell, 12 ta’ Lulju 2017.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Opinjoni dwar ir-Rieżami tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar ta’ Ħaddiema (COR-2016-02881).


12.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/74


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni — Il-klassifikazzjoni u t-tipoloġiji territorjali

(2017/C 342/11)

Relatur:

Is-Sur Struk (PL/PPE), President tar-Reġjun tal-Pomeranja

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 fir-rigward tat-tipoloġiji territorjali (Tercet)

COM(2016) 788 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

COM(2016) 788 final

Artikolu 1(1)

Ibdel it-test kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 1

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 huwa emendat kif ġej:

Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

“Artikolu 1

Suġġett

Suġġett

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), biex ikunu jistgħu jsiru l-ġbir, il-kumpilazzjoni u t-tixrid ta’ statistika armonizzata fil-livelli territorjali differenti tal-UE.

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), biex ikunu jistgħu jsiru l-ġbir, il-kumpilazzjoni u t-tixrid ta’ statistika armonizzata fil-livelli territorjali differenti tal-UE.

2.   Il-klassifikazzjoni NUTS hija stabbilita fl-Anness I.

2.   Il-klassifikazzjoni NUTS hija stabbilita fl-Anness I.

3.   L-unitajiet amministrattivi lokali (LAU), kif imsemmi fl-Artikolu 4, għandhom jikkumplimentaw il-klassifikazzjoni NUTS.

3.   L-unitajiet amministrattivi lokali (LAU), kif imsemmi fl-Artikolu 4, għandhom jikkumplimentaw il-klassifikazzjoni NUTS.

4.   Il-grilji tal-istatistika, kif imsemmi fl-Artikolu 4a, għandhom jikkumplimentaw il-klassifikazzjoni NUTS. Dawn għandhom jintużaw sabiex jiġu kkalkulati tipoloġiji territorjali bbażati fuq il-popolazzjoni .

4   Il-grilji tal-istatistika, kif imsemmi fl-Artikolu 4a, għandhom jikkumplimentaw il-klassifikazzjoni NUTS. Dawn għandhom jintużaw sabiex jiġu kkalkulati tipoloġiji territorjali bbażati fuq it-tqassim u d-densità tal-popolazzjoni .

5.   It-tipoloġiji territorjali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 4b, għandhom jikkumplimentaw il-klassifikazzjoni NUTS billi jattribwixxu tipi għall-unitajiet territorjali.”;

5.   It-tipoloġiji territorjali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 4b, għandhom jikkumplimentaw il-klassifikazzjoni NUTS billi jattribwixxu tipi għall-unitajiet territorjali.”;

Raġuni

Formulazzjoni aktar preċiża.

Emenda 2

COM(2016) 788 final

Artikolu 1(5)

Ibdel it-test kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(5)   jiżdiedu l-Artikoli 4a u 4b li ġejjin:

(5)   jiżdiedu l-Artikoli 4a u 4b li ġejjin:

(…)

(…)

Artikolu 4b

Artikolu 4b

Tipoloġiji territorjali tal-Unjoni

Tipoloġiji territorjali tal-Unjoni

(…)

(…)

3.   It-tipoloġiji li ġejjin għandhom ikunu stabbiliti fil-livell tal-LAU:

3.   It-tipoloġiji li ġejjin għandhom ikunu stabbiliti fil-livell tal-LAU:

(a)

il-grad ta’ urbanizzazzjoni (DEGURBA):

(a)

il-grad ta’ urbanizzazzjoni (DEGURBA):

 

“Żoni urbani”:

 

“Żoni urbani”,

 

“Bliet” jew “Żoni b’densità għolja ta’ popolazzjoni”,

 

Żoni b’densità għolja ta’ popolazzjoni,

 

“Bliet żgħar u subborgi” jew “Żoni b’densità intermedja ta’ popolazzjoni”,

 

“Żoni b’densità intermedja ta’ popolazzjoni”,

 

“Żoni rurali” jew “Żoni b’popolazzjoni baxxa ”;

 

“Żoni b’popolazzjoni mhux iffullata ”,

(b)

żoni urbani funzjonali:

(b)

żoni urbani funzjonali:

 

“Bliet” flimkien maż-“Żoni għall-ivvjaġġar” tagħhom;

 

Żoni urbani ” flimkien maż-“Żoni għall-ivvjaġġar” tagħhom;

(c)

żoni kostali:

(c)

żoni kostali:

 

“Żoni kostali”,

 

“Żoni kostali”,

 

“Żoni mhux kostali”.

 

“Żoni mhux kostali”.

Jekk ikun hemm aktar minn livell amministrattiv wieħed tal-LAU fi Stat Membru, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkonsulta ma' dak l-Istat Membru biex jiġi stabbilit il-livell amministrattiv tal-LAU li għandu jintuża għall-attribuzzjoni tat-tipoloġiji.

Jekk ikun hemm aktar minn livell amministrattiv wieħed tal-LAU fi Stat Membru, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkonsulta ma’ dak l-Istat Membru biex jiġi stabbilit il-livell amministrattiv tal-LAU li għandu jintuża għall-attribuzzjoni tat-tipoloġiji.

4.   It-tipoloġiji u t-tikketti li ġejjin għandhom jiġu stabbiliti fil-livell NUTS 3.

4.   It-tipoloġiji u t-tikketti li ġejjin għandhom jiġu stabbiliti fil-livell NUTS 3.

(a)

tipoloġija urbana-rurali:

a)

tipoloġija urbana-rurali:

 

“Reġjuni fil-biċċa l-kbira urbani”,

 

“Reġjuni fil-biċċa l-kbira urbani”,

 

“Reġjuni intermedji”,

 

“Reġjuni intermedji”,

 

“Reġjuni fil-biċċa l-kbira rurali”;

 

“Reġjuni fil-biċċa l-kbira rurali”;

(b)

tipoloġija metropolitana:

b)

tipoloġija metropolitana:

 

“Reġjuni metropolitani”,

 

“Reġjuni metropolitani”,

 

“Reġjuni mhux metropolitani”;

 

“Reġjuni mhux metropolitani”;

(c)

tipoloġija kostali:

c)

tipoloġija kostali:

 

“Reġjuni kostali”

 

“Reġjuni kostali”

 

- “Reġjuni mhux kostali”.

 

“Reġjuni mhux kostali”;

 

d)

tipoloġija insulari:

“Reġjuni insulari”,

“Reġjuni mhux insulari”;

e)

tipoloġija tal-muntanji:

“Reġjuni muntanjużi”,

“Reġjuni mhux muntanjużi”;

f)

tipoloġija tal-fruntieri:

“Reġjuni mal-fruntieri”,

“Reġjuni mhux mal-fruntieri”;

g)

tipoloġija tal-popolazzjoni:

“Reġjuni b’popolazzjoni baxxa”,

“Reġjuni li m’għandhomx popolazzjoni baxxa”;

“Reġjuni li qed jixjieħu”,

“Reġjuni li mhux qed jixjieħu”,

“Reġjuni fejn qed tonqos il-popolazzjoni”,

“Reġjuni fejn mhux qed tonqos il-popolazzjoni”

h)

tipoloġija periferika:

“Reġjuni periferiċi”;

“Reġjuni mhux periferiċi”.

Raġuni

It-territorji b’karatteristiċi speċifiċi (ġeografiċi, ekonomiċi, soċjali u demografiċi) ser ikunu jistgħu jużaw l-indikaturi rilevanti biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-politiki pubbliċi li jindirizzaw l-isfidi li qed jiffaċċjaw.

Emenda 3

COM(2016) 788 final

Artikolu 1(5)

Ibdel it-test kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(5)   jiżdiedu l-Artikoli 4a u 4b li ġejjin:

(5)   jiżdiedu l-Artikoli 4a u 4b li ġejjin:

(…)

(…)

Artikolu 4b

Artikolu 4b

Tipoloġiji territorjali tal-Unjoni

Tipoloġiji territorjali tal-Unjoni

(…)

(…)

5.    Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni , il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni armonizzata tat-tipoloġiji fl-Istati Membri kollha u fil-livell tal-Unjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 7.

5.    Wara li tikkonsulta l-Istati Membri u r-reġjuni , il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni armonizzata tat-tipoloġiji fl-Istati Membri kollha u fil-livell tal-Unjoni.

 

6.     It-tipoloġiji msemmija fil-punti 3 u 4 hawn fuq jistgħu jiġu kkomplementati b’oħrajn ġodda, jekk ikun hemm ħtieġa ġustifikata identifikata mill-Istati Membri jew mill-Kumitat tar-Reġjuni u kkonfermata mill-Kummissjoni.

Raġuni

It-territorji b’karatteristiċi speċifiċi (ġeografiċi, ekonomiċi, soċjali u demografiċi) ser ikunu jistgħu jużaw l-indikaturi rilevanti biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-politiki pubbliċi li jindirizzaw l-isfidi li qed jiffaċċjaw.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR)

1.

jenfasizza l-importanza tal-istatistika reġjonali Ewropea bħala strument importanti għal tfassil immirat ta’ politika u għodda utli sabiex jinftiehem u jiġi kkwantifikat l-impatt tad-deċiżjonijiet politiċi f’territorji speċifiċi. Din l-istatistika tintuża għal firxa wiesgħa ta’ skopijiet minn numru ta’ utenti pubbliċi u privati, inklużi l-awtoritajiet reġjonali u lokali, u tipprovdi bażi oġġettiva biex jiġu appoġġjati l-proċessi għat-teħid tad-deċiżjonijiet f’bosta oqsma ta’ intervent pubbliku, bħall-appoġġ għall-SMEs, il-politika tal- innovazzjoni, l-edukazzjoni, is-suq tax-xogħol, it-trasport, it-turiżmu u l-industriji marittimi;

2.

jikkonferma li t-tipoloġiji territorjali li jirriżultaw minn statistika Ewropea għandhom rwol importanti fil-politika reġjonali peress li dawn jistgħu jikkontribwixxu għal interventi ta’ politika bbażati fuq l-evidenza u approċċi territorjali aktar integrati li jirriflettu d-diversità tar-reġjuni tal-UE;

3.

jieħu nota tal-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea biex jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 fir-rigward tat-tipoloġiji territorjali (Tercet). Il-kodifikazzjoni ta’ dawn it-tipoloġiji f’test ġuridiku wieħed tista’ tagħmilha possibbli li tiġi aggregata d-data għal tipi differenti ta’ territorji, u b’hekk tiġi żgurata l-applikazzjoni armonizzata u trasparenti tal-metodoloġiji eżistenti kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak tal-Istati Membri. Madankollu, dan m’għandux iwassal f’li l-klassifikazzjoni l-ġdida Tercet tiġi tradotta f’regoli tal-eliġibbiltà għal kwalunkwe politika tal-UE, inkluża l-politika ta’ koeżjoni;

4.

jikkonkludi li l-proposta leġislattiva biex jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, peress li l-għan li jiġu stabbiliti, ikkoordinati u miżmuma klassifikazzjonijiet statistiċi armonizzati għal skopijiet ta’ statistika fil-livell tal-UE ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu waħedhom. Min-naħa l-oħra, madankollu, is-sussidjarjetà tista’ tkun salvagwardjata biss jekk it-tipoloġiji territorjali jkunu kkoordinati fi djalogu intensiv mal-Istati Membri u r-reġjuni. Barra minn hekk, il-proposta ma tmurx, bi prinċipju, lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tagħha u għaldaqstant tista’ titqies bħala li tikkonforma wkoll mal-prinċipju tal-proporzjonalità;

5.

jenfasizza l-bżonn għal djalogu aktar mill-qrib bejn l-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika u l-awtoritajiet reġjonali (lokali) biex jiġi żgurat li l-iżvilupp tal-klassifikazzjoni l-ġdida Tercet iqis b’mod adegwat l-ispeċifiċitajiet amministrattivi, spazjali u soċjoekonomiċi tat-territorji differenti;

6.

jenfasizza l-importanza li tiġi indirizzata s-sitwazzjoni speċifika tat-territorji b’karatteristiċi ġeografiċi, ekonomiċi, soċjali u demografiċi partikolari, li għandha tkun koperta b’mod adegwat fil-qafas ta’ statistika reġjonali Ewropea bil-għan li tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kif imfissra fl-Artikolu 174 tat-TFUE;

7.

f’dan ir-rigward, jiġbed l-attenzjoni:

a)

għall-Artikolu 174 tat-TFUE li jistipula li għandha tingħata attenzjoni partikolari lil żoni rurali, lil żoni milquta minn tranżizzjoni industrijali, u lil reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti, pereżempju r-reġjuni tat-Tramuntana mbiegħda b’densità ta’ popolazzjoni baxxa ħafna, kif ukoll reġjuni insulari, transkonfinali u muntanjużi.

b)

il-Green Paper dwar il-Koeżjoni Territorjali (COM(2008) 616 final) u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaha (SEC(2008) 2550), li jsemmu tipoloġiji territorjali bħar-reġjuni tal-fruntiera, reġjuni muntanjużi, reġjuni insulari, u reġjuni b’popolazzjoni baxxa. Dawn it-tipoloġiji diġà ġew użati fi ħdan il-kuntest tal-Ħames rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (ippubblikat f’Novembru 2010);

c)

l-Opinjoni tal-KtR dwar il-Green Paper imsemmija hawn fuq (COTER-IV-020), li tappella lill-Kummissjoni Ewropea testendi r-riċerka tagħha biex jiġu żviluppati indikaturi rilevanti għall-problemi soċjoekonomiċi partikolari li jiffaċċjaw tipi speċifiċi ta’ reġjuni bħar-reġjuni muntanjużi, il-gżejjer, iż-żoni b’densità ta’ popolazzjoni baxxa u ż-żoni tal-fruntiera, u biex ittejjeb b’mod sinifikanti d-data statistika u r-rappreżentazzjoni kartografika tagħha, sabiex dawn jirriflettu s-sitwazzjoni reali;

d)

l-Opinjoni tal-KtR dwar “Is-sitt rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” (COTER-V-052), li titlob li l-Artikolu 174 tat-TFUE għandu jiġi rispettat aktar;

e)

l-Opinjoni tal-KtR dwar “L-indikaturi għal żvilupp territorjali – Il-PDG u lil hinn” (COTER-VI-009), li tindika li hemm nuqqas ta’ informazzjoni kwantitattiva dwar id-diversi territorji b’karatteristiċi (ġeografiċi, ambjentali, ekonomiċi u soċjali) partikolari li jinfluwenzaw l-iżvilupp tagħhom, kif ukoll li tissuġġerixxi li l-Kummissjoni (l-Eurostat) tadotta l-kategoriji territorjali identifikati mit-Trattat sabiex tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tajba tal-politiki tal-UE b’dimensjoni territorjali;

f)

l-abbozz ta’ Opinjoni tal-KtR dwar “L-intraprenditorija fil-gżejjer: kontribut għall-koeżjoni territorjali” (COTER-VI/022), li jissuġġerixxi li l-gżejjer jiżdiedu bħala kategorija addizzjonali fil-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Tercet;

8.

jiddispjaċih li l-proposta tal-Kummissjoni tinkludi għadd limitat ta’ tipoloġiji territorjali u ma tqisx tipoloġiji oħra relatati mat-territorji b’karatteristiċi ġeografiċi, ekonomiċi, soċjali u demografiċi speċifiċi li diġà ġew żviluppati u użati, jiġifieri t-tipoloġiji fir-reġjuni insulari, fir-reġjuni muntanjużi, fir-reġjuni fil-fruntiera, fir-reġjuni b’popolazzjoni baxxa jew fir-reġjuni periferiċi. Li jiġu adottati tipoloġiji territorjali li jipprovdu evidenza statistika tad-diversità u l-kumplessità ta’ dawn ir-reġjuni huwa konsiderevolment importanti sabiex tinkiseb stampa aħjar ta’ dawn it-territorji. Għaldaqstant, il-KtR jirrakkomanda li jiġu inklużi referenzi għat-tipoloġiji territorjali msemmija hawn fuq meta jiġi modifikat ir-Regolament Tercet bl-involviment tal-Istati Membri u r-reġjuni.

Brussell, it-13 ta’ Lulju 2017.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


12.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/79


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-enerġija rinnovabbli u s-suq intern tal-elettriku

(2017/C 342/12)

Relatur:

Is-Sinjura Matonienė (LT/KRE), Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Šiauliai

Dokumenti ta’ referenza:

Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata)

COM(2016) 767 final

Proposta għal Regolament dwar is-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni)

COM(2016) 861 final

Proposta għal Direttiva dwar regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni)

COM(2016) 864 final

Proposta għal Regolament li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (tfassil mill-ġdid)

COM(2016) 863 final

Proposta għal Regolament dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku

COM(2016) 862 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

(7)

Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Għaldaqstant jixraq li tiġi stabbilita mira vinkolanti tal-Unjoni ta’ mill-anqas 27 % ta’ enerġija rinnovabbli. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kontribut tagħhom għall-ilħuq ta’ din il-mira fi ħdan il-pjanijiet nazzjonali integrati tal-enerġija u tal-klima tagħhom permezz ta’ proċess ta’ governanza stabbiliti fir-Regolament [Governance].

Għaldaqstant jixraq li tiġi stabbilita mira vinkolanti tal-Unjoni ta’ mill-anqas 27 % ta’ enerġija rinnovabbli. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kontribut tagħhom għall-ilħuq ta’ din il-mira fi ħdan il-pjanijiet nazzjonali integrati tal-enerġija u tal-klima tagħhom permezz ta’ proċess ta’ governanza stabbiliti fir-Regolament [Governance].

 

Fl-interess ta’ konsistenza mal-Ftehim ta’ Pariġi, se jkun meħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu l-miri vinkolanti tagħhom stess li jipprevedu proporzjon ogħla ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli.

Raġuni

L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jistabbilixxu miri vinkolanti nazzjonali aktar ambizzjużi għas-sehem tagħhom ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. F’dan il-proċess, huma jistgħu jimmiraw li jiksbu sehem akbar ta’ enerġija rinnovabbli mill-mira vinkolanti tal-UE ta’ 27 %. Madankollu, l-iffissar ta’ mira nazzjonali għandha titħalla f’idejn kull Stat Membru li jiddeċiedi wara li jikkunsidra l-għażliet, il-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi tiegħu stess. L-ebda mira vinkolanti ogħla m’għandha tiġi stabbilita fil-livell tal-UE.

Emenda 2

(13)

Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattika bejn l-awtoritajiet jew il-korpi nazzjonali jew reġjonali kompetenti, pereżempju permezz ta’ laqgħat regolari biex isibu approċċ komuni ħalli jippromwovi aktar proġetti ta’ enerġija rinnovabbli kosteffikaċi, jinkoraġġixxu l-investiment f’teknoloġiji nodfa, ġodda u flessibbli, u jistabbilixxu strateġija adegwata biex jimmaniġġjaw l-irtirar ta’ teknoloġiji li ma jikkontribwux għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet jew li ma joffrux biżżejjed flessibbiltà, abbażi ta’ kriterji trasparenti u sinjali tal-prezz tas-suq affidabbli.

Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattika bejn l-awtoritajiet jew il-korpi nazzjonali jew reġjonali u lokali kompetenti, pereżempju permezz ta’ laqgħat regolari biex isibu approċċ komuni ħalli jippromwovi aktar proġetti ta’ enerġija rinnovabbli kosteffikaċi, jinkoraġġixxu l-investiment f’teknoloġiji nodfa, ġodda u flessibbli, u jistabbilixxu strateġija adegwata biex jimmaniġġjaw l-irtirar ta’ teknoloġiji li ma jikkontribwux għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet jew li ma joffrux biżżejjed flessibbiltà, abbażi ta’ kriterji trasparenti u sinjali tal-prezz tas-suq affidabbli.

Raġuni

It-test propost mill-Kummissjoni għandu jirreferi wkoll għall-awtoritajiet lokali. Dan huwa importanti ħafna għaliex l-awtoritajiet lokali fis-settur tal-enerġija jikkontribwixxu direttament għall-espansjoni tal-enerġija rinnovabbli fit-territorju tagħhom u għall-implimentazzjoni tal-għanijiet nazzjonali fil-qasam tal-enerġija.

Emenda 3

(15)

Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-iskemi ta’ appoġġ għall-elettriku ġġenerat minn sorsi rinnovabbli wrew li huma mod effettiv biex jitrawwem l-użu tal-elettriku rinnovabbli. Jekk u meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jimplimentaw l-iskemi ta’ appoġġ, dan l-appoġġ għandu jkun ipprovdut f’forma li tkun mhux ta’ tfixkil possibbli għall-funzjonament tas-swieq tal-elettriku. Għal dan l-għan, għadd dejjem jiżdied ta’ Stati Membri jallokaw l-appoġġ f’forma fejn l-appoġġ jingħata flimkien ma’ dħul finanzjarju fis-suq.

L-iskemi ta’ appoġġ għall-elettriku ġġenerat minn sorsi rinnovabbli wrew li huma mod effettiv biex jitrawwem l-użu tal-elettriku rinnovabbli. Jekk u meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jimplimentaw l-iskemi ta’ appoġġ, dan l-appoġġ għandu jkun ipprovdut f’forma li tkun mhux ta’ tfixkil possibbli għall-funzjonament tas-swieq tal-elettriku. Għal dan l-għan, għadd dejjem jiżdied ta’ Stati Membri jallokaw l-appoġġ f’forma fejn l-appoġġ jingħata flimkien ma’ dħul finanzjarju fis-suq u għaldaqstant jeħtieġ li l-produtturi tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli jingħataw inċentiv biex ikunu jistgħu jirreaġixxu għas-sinjali tas-suq .

Raġuni

Il-Proposta għal Direttiva tal-UE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli tistabbilixxi li l-iskemi ta’ appoġġ għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli m’għandhomx iwasslu għal distorsjonijiet fis-suq, u għalhekk jeħtieġ li l-produtturi tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli jingħataw inċentiv biex ikunu jistgħu jirreaġixxu għas-sinjali tas-suq.

Emenda 4

(33)

Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Fil-livell nazzjonali u reġjonali, regoli u obbligi għal rekwiżiti minimi għall-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli f’bini ġdid jew irrenovat wasslu għal żidiet konsiderevoli fl-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. Dawk il-miżuri għandhom jiġu inkoraġġiti f’kuntest tal-Unjoni usa’, filwaqt li jkun promoss l-użu ta’ applikazzjonijiet ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli b’aktar effiċjenza tal-enerġija f’regolamenti u kodiċijiet tal-bini.

Fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali , regoli u obbligi għal rekwiżiti minimi għall-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli f’bini ġdid jew irrenovat wasslu għal żidiet konsiderevoli fl-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. Dawk il-miżuri għandhom jiġu inkoraġġiti f’kuntest tal-Unjoni usa’, filwaqt li jkun promoss l-użu ta’ applikazzjonijiet ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli b’aktar effiċjenza tal-enerġija f’regolamenti u kodiċijiet tal-bini.

Raġuni

Qed jiġi suġġerit li ssir referenza wkoll għall-awtoritajiet lokali. Il-muniċipalitajiet jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi għall-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli huma u jfasslu pjani għall-iżvilupp tal-enerġija sostenibbli u l-użu tal-enerġiji rinnovabbli.

Emenda 5

(54)

Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini lokali fi proġetti ta’ enerġija rinnovabbli permezz ta’ komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli rriżultat f’valur miżjud sostanzjali f’termini ta’ aċċettazzjoni lokali tal-enerġija rinnovabbli u aċċess għal kapital privat addizzjonali. Dan l-involviment lokali se jkunu dejjem aktar importanti f’kuntest ta’ żieda fil-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli fil-futur.

Il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini lokali fi proġetti ta’ enerġija rinnovabbli permezz ta’ komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli rriżultat f’valur miżjud sostanzjali f’termini ta’ aċċettazzjoni lokali tal-enerġija rinnovabbli u aċċess għal kapital privat addizzjonali. Dan l-involviment lokali se jkunu dejjem aktar importanti f’kuntest ta’ żieda fil-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli fil-futur.

 

Il-ħolqien ta’ tali komunitajiet għandu jiġi promoss fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

Raġuni

Il-proposta tal-Kummissjoni tenfasizza li l-konsumaturi għandhom ikunu parteċipanti attivi fis-suq il-ġdid tal-elettriku. Il-komunitajiet lokali tal-enerġija jistgħu jkunu mezz effiċjenti ta’ ġestjoni tal-enerġija fil-livell lokali, fejn l-elettriku ġenerat jintuża direttament jew jintuża għat-tkessiħ u t-tisħin, u għaldaqstant il-ħolqien ta’ tali komunitajiet għandu jiġi promoss fil-livelli kollha ta’ governanza u amministrazzjoni.

Emenda 6

(55)

Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-karatteristiċi speċifiċi ta’ komunitajiet lokali tal-enerġija rinnovabbli f’termini ta’ daqs, struttura ta’ sjieda u n-numru ta’ proġetti jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni tagħhom fuq bażi ugwali ma’ atturi fuq skala kbira, jiġifieri l-kompetituri bi proġetti akbar jew differenti. Miżuri li jikkumpensaw dawk l-iżvantaġġi jinkludu l-permess lill-komunitajiet tal-enerġija li joperaw fis-sistema tal-enerġija u l-faċilitazzjoni tal-integrazzjoni tagħhom fis-suq.

Il-karatteristiċi speċifiċi ta’ komunitajiet lokali tal-enerġija rinnovabbli f’termini ta’ daqs, struttura ta’ sjieda u n-numru ta’ proġetti jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni tagħhom fuq bażi ugwali ma’ atturi fuq skala kbira, jiġifieri l-kompetituri bi proġetti akbar jew differenti. Miżuri li jikkumpensaw dawk l-iżvantaġġi jinkludu l-permess lill-komunitajiet tal-enerġija li joperaw fis-sistema tal-enerġija u l-faċilitazzjoni tal-integrazzjoni tagħhom fis-suq. Huwa propost li l-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom, ifasslu rakkomandazzjonijiet li jistabbilixxu l-prinċipji bażiċi li jirregolaw l-istrutturi u l-attivitajiet tal-komunitajiet.

Raġuni

Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni fil-proposta hija li ċ-ċittadini għandhom jassumu r-responsabbiltà għall-konverżjoni tas-sistema tal-enerġija, inaqqsu l-konsum tal-enerġija tagħhom u jipparteċipaw b’mod attiv fis-suq permezz ta’ teknoloġiji ġodda u b’hekk il-komunitajiet lokali tal-enerġija jistgħu jkunu mezz effiċjenti għall-ġestjoni tal-enerġija fil-livell lokali. Sabiex jinkisbu dawn l-objettivi jeħtieġ li l-popolazzjoni tingħata informazzjoni dettaljata dwar kif jinħolqu l-komunitajiet, dwar l-attivitajiet u l-opportunitajiet tagħhom u x’benefiċċji jipprovdu.

Emenda 7

Artikolu 3(1), (2) u (4)

Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   L-Istati Membri għandhom kollettivament jiżguraw li l-parti tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija tal-Unjoni fl-2030 tkun ta’ mill-inqas 27 %.

1.   L-Istati Membri għandhom kollettivament jiżguraw li l-parti tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija tal-Unjoni fl-2030 tkun ta’ mill-inqas 27 %. Wara evalwazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet lokali, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miri vinkolanti proprji li jipprovdu għal proporzjon akbar.

2.    Il-kontributi rispettivi tal-Istati Membri lejn din il-mira kumplessiva tal-2030 għandhom jiġu ffissati u nnotifikati lill-Kummissjoni bħala parti mill-Pjanijiet Integrati Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima skont l-Artikoli minn 3 sa 5 u mill-Artikoli 9 sa 11 tar-Regolament [Governance].

2.    Il-mod kif l-Istati Membri se jilħqu din il-mira kumplessiva tal-2030 għandu jiġi stabbilit u nnotifikat lill-Kummissjoni bħala parti mill-Pjanijiet Integrati Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima skont l-Artikoli minn 3 sa 5 u mill-Artikoli 9 sa 11 tar-Regolament [Governance].

4.   Il-Kummissjoni għandha tappoġġja l-ambizzjoni għolja tal-Istati Membri permezz ta’ qafas abilitanti li jikkonsisti fl-użu mtejjeb tal-fondi tal-Unjoni, b’mod partikolari l-istrumenti finanzjarji, speċjalment fid-dawl tat-tnaqqis tal-ispejjeż tal-kapital għal proġetti tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

4.   Il-Kummissjoni għandha tappoġġja l-ambizzjoni għolja tal-Istati Membri permezz ta’ qafas abilitanti li jikkonsisti fl-użu mtejjeb tal-fondi tal-Unjoni, b’mod partikolari l-istrumenti finanzjarji, speċjalment fid-dawl tat-tnaqqis ta’ spejjeż ekonomiċi li jvarjaw għal proġetti tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u t-titjib tal-kapaċitajiet u tal-kompetittività teknoloġika għall-manifatturi u l-installaturi Ewropej jew l-interess tal-konsumaturi biex jakkwistaw l-enerġiji rinnovabbli . Bl-istess mod, permezz tal-użu tal-fondi tal-UE, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi mekkaniżmi li, meta jitqiesu l-fatturi u ċ-ċirkostanzi differenti, se jinkoraġġixxu reġjuni jew Stati Membri li l-progress tagħhom fl-enerġiji rinnovabbli jista’ jitqies ogħla mill-medja.

 

6.     Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross ta’ enerġija fl-2030, ikkalkulat skont il-kontenut ta’ din id-Direttiva, ikun mill-inqas il-mira globali nazzjonali tiegħu (maqsuma f’elettriku, konsum termali u trasport) għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli f’dik is-sena, kif stabbilit fl-Anness XX.

Raġuni

Rigward l-Artikolu 3(1)

L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jistabbilixxu miri vinkolanti nazzjonali aktar ambizzjużi għas-sehem tagħhom ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. F’dan il-proċess, huma jistgħu jimmiraw li jiksbu sehem ta’ enerġija rinnovabbli akbar mill-mira vinkolanti tal-UE ta’ 27 %. Madankollu, l-iffissar ta’ mira nazzjonali għandha titħalla f’idejn kull Stat Membru li jiddeċiedi wara li jikkunsidra l-għażliet, il-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi tiegħu stess. L-ebda mira vinkolanti ogħla m’għandha tiġi stabbilita fil-livell tal-UE.

Rigward l-Artikolu 3(4)

L-emenda tintroduċi l-idea li l-fondi Ewropej jistgħu jiġu allokati f’ammonti akbar lil dawk il-pajjiżi (u possibbilment reġjuni) li jiksbu l-aktar suċċess fil-promozzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Tali mekkaniżmu għandu jqis iċ-ċirkostanzi differenti ta’ kull pajjiż u jaġixxi bħala inċentiv għalihom. Barra minn hekk, għal żvilupp bilanċjat u kompetittiv, il-fondi pubbliċi m’għandhomx jintużaw għal għan wieħed biss.

Rigward l-Artikolu 3(6)

L-emenda tirkupra t-test tad-Direttiva preċedenti, li kien jobbliga lil kull Stat Membru jistabbilixxi u jimpenja ruħu favur l-objettivi nazzjonali tiegħu stess. Qed jiġi ssuġġerit ukoll li dawn l-objettivi għandhom ikunu dettaljati mill-aspett elettriku, termali u relatat mat-trasport.

Emenda 8

Artikolu 4

Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Suġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, biex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni ffissata fl-Artikolu 3(1), l-Istati Membri jistgħu japplikaw għal skemi ta’ appoġġ. L-iskemi ta’ appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli għandhom jitfasslu b’mod li jevita distorzjonijiet bla bżonn tas-swieq tal-elettriku u li jiżgura li l-produtturi jqisu l-provvista u d-domand tal-elettriku kif ukoll il-limiti possibbli tal-grilja.

1.   Suġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, biex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni ffissata fl-Artikolu 3(1), l-Istati Membri jistgħu japplikaw għal skemi ta’ appoġġ. L-iskemi ta’ appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli (u r-regolamenti kollha relatati mas-suq tagħhom stess) għandhom jitfasslu b’mod li jevita distorzjonijiet tas-swieq tal-elettriku (b’rabta mal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż kollha u r-riskji ambjentali), sabiex ikun garantit li ma jintlaqtux l-affidabbiltà u l-kwalità tal-provvista, il-kompetittività u l-affordabbiltà , u sabiex jiżgura li l-produtturi jqisu l-provvista u d-domanda tal-elettriku kif ukoll il-limiti possibbli tal-grilja.

2.   L-appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli għandu jitfassal b’mod li jintegra l-elettriku minn sorsi rinnovabbli fis-suq tal-elettriku u jiżgura li l-produtturi tal-enerġija rinnovabbli qed iwieġbu għas-sinjali tal-prezz tas-suq u jimmassimizzaw l-introjti tagħhom mis-suq.

2.   L-appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli għandu jitfassal b’mod li jintegra l-elettriku minn sorsi rinnovabbli fis-suq tal-elettriku u jiżgura li l-produtturi tal-enerġija rinnovabbli qed iwieġbu għas-sinjali tal-prezz tas-suq u jimmassimizzaw l-introjti tagħhom mis-suq.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ għall-elettriku rinnovabbli jingħata b’mod miftuħ, trasparenti, kompetittiv, mhux diskriminatorju u kosteffiċjenti.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ għall-elettriku rinnovabbli jingħata b’mod miftuħ, trasparenti, kompetittiv, mhux diskriminatorju u kosteffiċjenti.

4.   L-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-effettività tal-appoġġ tagħhom għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli tal-anqas darba kull erba’ snin. Id-deċiżjonijiet dwar il-kontinwazzjoni jew il-prolongazzjoni tal-appoġġ u t-tfassil ta’ appoġġ ġdid għandhom jissejsu fuq ir-riżultati tal-valutazzjonijiet.

4 .    L-Istati Membri jistgħu jaġġustaw l-iskemi ta’ appoġġ finanzjarju fir-reġjuni ultraperiferiċi abbażi tal-ispejjeż ta’ produzzjoni reali li jirriżultaw minn karatteristiċi speċifiċi jew id-dipendenza fuq sorsi esterni, bl-għan li jiżdied l-elettriku ġġenerat minn sorsi rinnovabbli u minn sorsi oħra ta’ enerġija nadifa prodotta domestikament.

 

5 .   L-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-effettività tal-appoġġ tagħhom għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli tal-anqas darba kull erba’ snin. Id-deċiżjonijiet dwar il-kontinwazzjoni jew il-prolongazzjoni tal-appoġġ u t-tfassil ta’ appoġġ ġdid għandhom jissejsu fuq ir-riżultati tal-valutazzjonijiet.

Raġuni

Rigward l-Artikolu 4(1)

Meta jitqiesu d-distorsjonijiet fis-swieq ikkawżati minn regolamenti nazzjonali jew minn kumpaniji tal-karburanti fossili li joperaw taħthom, ikun xieraq li d-distorsjoni fis-suq imsemmija mid-Direttiva titpoġġa fil-kuntest.

L-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli għandu jiġi integrat fis-suq tal-elettriku billi jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi ta’ kull teknoloġija. L-użu tal-prezz bħala l-uniku prinċipju gwida jista’ jaħbi r-realtà.

Rigward l-Artikolu 4(2)

L-integrazzjoni ta’ sorsi rinnovabbli differenti kieku għandha ssir fir-rigward tal-pekuljaritajiet tat-teknoloġija. Li nipprovaw nistabbilixxu l-prezz bħala indikatur uniku, jista’ jkun li nkunu qed niffalsifikaw is-sitwazzjoni reali.

Rigward l-Artikoli 4(3) u 4(5)

Iċ-ċentralizzazzjoni mhix f’konformità mal-objettiv tal-Kummissjoni li tagħti diskrezzjoni wiesgħa lill-Istati Membri biex jipprovdu appoġġ b’mod miftuħ, trasparenti, kompetittiv, mhux diskriminatorju u kosteffettiv. Peress li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu r-rekwiżiti ta’ miri tagħhom, referenza għal kriterji tal-UE obbligatorji mhix f’lokha.

Emenda 9

Artikolu 5(2)

Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ għal tal-anqas 10 % tal-kapaċità ġdida appoġġjata f’kull sena mill-2021 sal-2025 u tal-anqas 15 % tal-kapaċità ġdida appoġġjata f’kull sena mill-2026 sal-2030 jkun miftuħ għal stallazzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri oħrajn.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ għal tal-anqas 10 % tal-kapaċità ġdida appoġġjata f’kull sena mill-2021 sal-2025 u tal-anqas 15 % tal-kapaċità ġdida appoġġjata f’kull sena mill-2026 sal-2030 jkun miftuħ għal stallazzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri oħrajn. Għandha tingħata wkoll promozzjoni lill-investimenti fil-kooperazzjoni transkonfinali li jipprevedu l-livell adatt ta’ interkonnessjonijiet.

Raġuni

Meta titnaqqas l-enfasi fuq is-sejħa għal offerti transfruntiera s-sistema titlef l-pressjoni kompetittiva. Għad hemm potenzjal biex jitnaqqsu l-ispejjeż. Għalhekk huwa importanti li tinħoloq kapaċità ta’ interkonnessjoni adatta bejn l-Istati Membri.

Emenda 10

Artikolu 6

Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Bla ħsara għall-adattamenti neċessarji għall-konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livell tal-appoġġ mogħti lill-proġetti tal-enerġija rinovabbli, u l-kundizzjonijiet mehmuża miegħu, ma jiġux riveduti b’xi mod li jħalli impatti negattivi fuq id-drittijiet mogħtija hemmekk u fuq l-ekonomija tal-proġetti appoġġati.

Bla ħsara għall-adattamenti neċessarji għall-konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, jew ċirkostanzi speċjali oħrajn ta’ force majeure li għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi ta’ każ b’każ mill-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livell tal-appoġġ mogħti lill-proġetti tal-enerġija rinovabbli, u l-kundizzjonijiet mehmuża miegħu, ma jiġux riveduti b’xi mod li jħalli impatti negattivi fuq id-drittijiet mogħtija hemmekk u fuq l-ekonomija tal-proġetti appoġġati.

Raġuni

Għandha tiġi permessa ċerta flessibbiltà lill-Istati Membri f’każijiet ta’ force majeure jew f’każijiet fejn il-fondi pubbliċi li huma ddedikati, pereżempju, għall-edukazzjoni u s-saħħa, jinsabu f’riskju ta’ tnaqqis fil-baġit filwaqt li l-fondi allokati għall-promozzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli ma jintmissux.

Emenda 11

Artikolu 7(1)

Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Għall-kalkolu tal-konsum finali gross ta’ Stat Membru tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, il-kontribut mill-bijokarburanti u l-bijolikwidi, kif ukoll mill-karburanti mill-bijomassa kkonsmati fit-trasport, jekk prodotti minn għelejjel tal-ikel jew tal-għalf, m’għandux jaqbeż is-7 % tal-konsum finali tal-enerġija għat-trasport fit-toroq u l-ferroviji f’dak l-Istat Membru. Dan il-limitu għandu jitnaqqas għal 3,8  % fl-2030 b’segwiment tal-perkors stipulat fil-parti A tal-Anness X. L-Istati Membri jistgħu jiffissaw limitu aktar baxx u jistgħu jiddistingwu bejn tipi differenti ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa prodotti minn għelejjel tal-ikel u l-għalf, pereżempju billi jiffissaw limitu aktar baxx għall-kontribut mill-bijokarburanti bbażati fuq l-għelejjel mill-ikel u l-għalf, b’qies indirett tal-bidla indiretta fl-użu tal-art.

Għall-kalkolu tal-konsum finali gross ta’ Stat Membru tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, il-kontribut mill-bijokarburanti u l-bijolikwidi, kif ukoll mill-karburanti mill-bijomassa kkonsmati fit-trasport, jekk prodotti minn għelejjel tal-ikel jew tal-għalf, minbarra l-bijokarburanti ta’ riskju baxx tat-tibdil indirett tal-użu tal-art kif definiti fl-Artikolu 2(u) , għat-trasport fit-toroq u l-ferroviji f’dak l-Istat Membru. Dan il-limitu għandu jitnaqqas għal 3,8  % fl-2030 b’segwiment tal-perkors stipulat fil-parti A tal-Anness X. L-Istati Membri jistgħu jiffissaw limitu aktar baxx u jistgħu jiddistingwu bejn tipi differenti ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa prodotti minn għelejjel tal-ikel u l-għalf, pereżempju billi jiffissaw limitu aktar baxx għall-kontribut mill-bijokarburanti bbażati fuq l-għelejjel mill-ikel u l-għalf, b’qies indirett tal-bidla indiretta fl-użu tal-art.

Raġuni

Il-bijokarburanti konvenzjonali bi prestazzjoni klimatika u sostenibbiltà tajbin, inkluż riskju baxx tat-tibdil indirett fl-użu tal-art (ILUC), ma għandhomx jitneħħew gradwalment. Il-FAO tippromovi l-produzzjoni sostenibbli tal-ikel u l-fjuwil. Hemm żoni kbar ta’ art agrikola mistrieħa fl-UE u t-tneħħija gradwali timpedixxi l-użu flessibbli tar-riżorsi u l-iżvilupp tat-teknoloġija.

Emenda 12

Artikolu 9(1)

Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jikkooperaw għal kull tip ta’ proġetti konġunti marbuta mal-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin jew it-tkessiħ minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Din il-kooperazzjoni tista’ tinvolvi operaturi privati.

1.   Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jikkooperaw għal kull tip ta’ proġetti konġunti marbuta mal-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin jew it-tkessiħ minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Din il-kooperazzjoni tista’ tinvolvi operaturi privati. Għandhom jiġu enfasizzati b’mod partikolari l-benefiċċji tal-kooperazzjoni reġjonali.

Raġuni

Huwa importanti li tiġi enfasizzata l-importanza tal-kooperazzjoni reġjonali fis-suq tal-enerġija rinnovabbli. Il-kooperazzjoni fil-livell reġjonali tista’ tkun ta’ vantaġġ ekonomiku kbir iżda toffri wkoll opportunitajiet ġenwini għall-iżvilupp komuni tas-suq intern tal-elettriku.

Emenda 13

Artikolu 11(1)

Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Stat Membru wieħed jew aktar jistgħu jikkooperaw ma’ pajjiż terz jew aktar dwar kull tip ta’ proġetti konġunti rigward il-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Din il-kooperazzjoni tista’ tinvolvi operaturi privati.

Stat Membru wieħed jew aktar jistgħu jikkooperaw ma’ pajjiż terz jew aktar dwar kull tip ta’ proġetti konġunti rigward il-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Din il-kooperazzjoni tista’ tinvolvi operaturi privati.

Impjanti għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli li jinsabu f’pajjiżi terzi li huma inklużi fil-proġetti konġunti għandhom jikkonformaw matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom ma’ standards ambjentali, soċjali, tax-xogħol u tas-sikurezza applikati b’mod ġenerali fl-Unjoni Ewropea u fl-Istat Membru li jkollu l-intenzjoni li juża din il-produzzjoni tal-enerġija fil-kontijiet nazzjonali tiegħu stess.

Raġuni

Din is-salvagwardja hija intiża sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet potenzjali ta’ dumping fit-trasferimenti tal-enerġija ma’ pajjiżi li mhumiex Stati Membri.

Emenda 14

Artikolu 16(1)

Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sal-1 ta’ Jannar 2021, l-Istati Membri għandhom iwaqqfu punt ta’ kuntatt amministrattivi singulari wieħed jew aktar li jikkoordina l-proċess tal-għoti tal-permessi kollu kemm hu għall-applikanti tal-permessi biex jinbnew u jitħaddmu impjanti u infrastrutturi tan-netwerks tad-distribuzzjoni u tat-trażmissjoni assoċjata għall-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

Sal-1 ta’ Jannar 2021, l-Istati Membri għandhom iwaqqfu punt ta’ kuntatt amministrattivi singulari wieħed jew aktar li jikkoordina l-proċess tal-għoti tal-permessi kollu kemm hu għall-applikanti tal-permessi biex jinbnew u jitħaddmu impjanti u infrastrutturi tan-netwerks tad-distribuzzjoni u tat-trażmissjoni assoċjata għall-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Dawn il-punti ta’ kuntatt jistgħu jkunu ġestiti mir-reġjuni jew mill-awtoritajiet lokali fil-qasam tal-kompetenzi tagħhom.

Raġuni

Huwa maħsub li tingħata aktar rilevanza lill-entitajiet reġjonali u lokali fil-ġestjoni ta’ proġetti ta’ enerġija rinnovabbli. Dawn l-entitajiet għandhom setgħat ta’ ġestjoni anke għal ċerti tipi ta’ faċilitajiet.

Emenda 15

Artikolu 19(2), (7)

Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.   […]

2.   […]

Stat Membru għandu jiżgura li ma jinħarġu l-ebda garanziji tal-oriġini lil produttur li jirċievi appoġġ finanzjarju minn skema ta’ appoġġ għall-istess produzzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. Stat Membru għandu joħroġ it-tali garanziji tal-oriġini u jittrasferihom lis-suq billi jirkantahom. L-introjtu mdaħħal permezz tal-irkantar għandu jintuża biex ipatti għall-ispejjeż tal-appoġġ għar-rinnovabbli.

Stat Membru għandu jiżgura li ma jinħarġu l-ebda garanziji tal-oriġini lil produttur li jirċievi appoġġ finanzjarju minn skema ta’ appoġġ għall-istess produzzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli.

7.   Garanzija tal-oriġini għandha tispeċifika, għall-inqas:

7.   Garanzija tal-oriġini għandha tispeċifika, għall-inqas:

(a)

is-sors ta’ enerġija li minnu ġiet prodotta l-enerġija u d-dati ta’ bidu u ta’ tmiem tal-produzzjoni;

(a)

is-sors ta’ enerġija li minnu ġiet prodotta l-enerġija u d-dati ta’ bidu u ta’ tmiem tal-produzzjoni;

(b)

jekk din hijiex relatata ma’:

(i)

l-elettriku; jew

(ii)

il-gass, jew

(iii)

it-tisħin jew it-tkessiħ;

(b)

jekk din hijiex relatata ma’:

(i)

l-elettriku; jew

(ii)

il-gass, jew

(iii)

it-tisħin jew it-tkessiħ;

(c)

l-identità, il-post, it-tip u l-kapaċità tal-impjant fejn ġiet prodotta l-enerġija;

(c)

l-identità, il-post, it-tip u l-kapaċità tal-impjant fejn ġiet prodotta l-enerġija;

(d)

jekk l-impjant ibbenefika minn appoġġ għall-investiment u jekk l-unità tal-enerġija bbenefikat b’xi mod minn skema ta’ appoġġ nazzjonali , u t-tip ta’ skema ta’ appoġġ;

d)

jekk l-impjant ibbenefika minn appoġġ għall-investiment u jekk l-unità tal-enerġija bbenefikat b’xi mod minn skema ta’ appoġġ pubbliku , u t-tip ta’ din l-iskema ta’ appoġġ;

(e)

id-data li fiha l-impjant sar operattiv;

(e)

id-data li fiha l-impjant sar operattiv;

(f)

id-data u l-pajjiż ta’ ħruġ u numru ta’ identifikazzjoni uniku.

(f)

id-data u l-pajjiż ta’ ħruġ u numru ta’ identifikazzjoni uniku.

Informazzjoni simplifikata tista’ tkun speċifika għall-garanziji tal-oriġini minn stallazzjonijiet ta’ skala żgħira.

Informazzjoni simplifikata tista’ tkun speċifika għall-garanziji tal-oriġini minn stallazzjonijiet ta’ skala żgħira.

Raġuni

Rigward l-Artikolu 19(2)

Huwa importanti ħafna li l-produtturi tal-enerġija rinnovabbli ma jingħatawx darbtejn l-istess garanzija ta’ oriġini – permezz ta’ skemi ta’ appoġġ ta’ għajnuna mill-Istat u garanziji ta’ rkantar ta’ oriġini.

Rigward l-Artikolu 19(7)

L-għajnuna pubblika m’għandhiex għalfejn tiġi biss mill-pajjiżi.

Emenda 16

Artikolu 20

Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.    Fejn ikun rilevanti, l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-ħtieġa tal-estensjoni tal-infrastuttura tan-netwerk tal-gass eżistenti sabiex jiffaċilitaw l-integrazzjoni tal-gass minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

1.     Soġġett għar-rekwiżiti marbuta maż-żamma tal-affidabbiltà u s-sigurtà tal-grilja, fuq il-bażi ta’ kriterji trasparenti u mhux diskriminatorji ddefiniti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti:

a)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta’ trasmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni jiggarantixxu fit-territorju tagħhom it-trasmissjoni u d-distribuzzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, inkluża l-installazzjoni ta’ sistemi għall-ħażna tal-enerġija elettrika u sistemi għall-ġestjoni tal-potenza mill-batteriji bil-għan li jiġu eliminati l-perturbazzjonijiet marbutin mas-sorsi intermittenti ta’ enerġija rinnovabbli u biex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-grilja tal-elettriku;

(b)

L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll jew għal aċċess prijoritarju jew għal aċċess garantit għas-sistema tal-grilja tal-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli;

(c)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fl-implimentazzjoni ta’ impjanti li jiġġeneraw l-elettriku, l-operaturi ta’ sistemi ta’ trasmissjoni għandhom jagħtu prijorità lill-impjanti ta’ ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli sa fejn tippermetti l-operazzjoni sikura tas-sistema tal-elettriku nazzjonali u fuq il-bażi ta’ kriterji trasparenti u mhux diskriminatorji. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri operattivi xierqa relatati mal-grilja u mas-suq sabiex ikunu minimizzati r-restrizzjoniet fuq l-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Fil-każ li jittieħdu miżuri sinifikanti biex jitnaqqsu s-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli sabiex tkun garantita s-sigurtà tas-sistema nazzjonali tal-elettriku u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi responsabbli mis-sistema jirrappurtaw lill-awtorità regolatorja kompetenti dwar dawk il-miżuri u jindikaw liema miżuri korrettivi għandhom l-intenzjoni li jieħdu sabiex jevitaw restrizzjonijiet mhux adatti.

d)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-remunerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli hija f’konformità mal-kriterji ta’ trasparenza, filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-elettriku ġġenerat mill-karburanti fossili fil-grilja tal-elettriku fejn tiġi injettata l-enerġija rinnovabbli, b’mod speċifiku f’sistemi iżolati żgħar, u b’hekk jitneħħew id-distorzjonijiet introdotti minħabba appoġġ u benefiċċji potenzjali li jingħataw lis-sistemi konvenzjonali tal-produzzjoni u lis-sistemi tal-provvista tal-karburanti fossili, sabiex jiġu evitati distorzjonijiet li jiffavorixxu s-sorsi ta’ enerġija ġġenerata mill-karburanti fossili għad-detriment tal-enerġija rinnovabbli.

e)

Jeħtieġ li l-impjanti tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli essenzjalment immirati għall-awtokonsum, b’mod partikolari fis-settur residenzjali, jiġu żgurati li l-enerġija żejda tista’ tiġi injettata fin-netwerk pubbliku, b’limiti tal-potenza u l-enerġija abbażi tal-konsum effettiv, u għandu jkollhom proċeduri ta’ awtorizzazzjoni ffaċilitati u prezzijiet ġusti ta’ remunerazzjoni abbażi tal-prezzijiet tal-enerġija fornita lill-konsumatur.

 

2 .   Fejn ikun rilevanti, l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-ħtieġa tal-estensjoni tal-infrastuttura tan-netwerk tal-gass eżistenti sabiex jiffaċilitaw l-integrazzjoni tal-gass minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

3.    Soġġett għall-evalwazzjoni tagħhom inkluża fil-pjanijiet integrati nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima skont l-Anness I tar-Regolament [Governance], dwar in-neċessità li tinbena infrastruttura ġdida għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali prodotti minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli bil-għan li tinkiseb il-mira tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-Direttiva l-Istati Membri għandhom, fejn ikun rilevanti, jieħdu passi bil-għan li tkun żviluppata infrastruttura distrettwali għat-tisħin sabiex takkomoda l-iżvilupp tal-produzzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ minn faċilitajiet kbar tal-bijomassa, solari u ġeotermali.

3.     Fejn ikun rilevanti, l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-ħtieġa tal-iżvilupp tal-infrastuttura attwali tan-netwerk tal-karburant għat-trasport sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni tal-karburant minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

 

4 .   Soġġett għall-evalwazzjoni tagħhom inkluża fil-pjanijiet integrati nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima skont l-Anness I tar-Regolament [Governance], dwar il-possibilità u l-interess li tinbena infrastruttura ġdida għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali prodotti minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli bil-għan li tinkiseb il-mira tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-Direttiva l-Istati Membri għandhom, fejn ikun rilevanti, jieħdu passi bil-għan li tkun żviluppata infrastruttura għall-użu tal-enerġija termali (pereżempju permezz ta’ sistemi għat-tisħin distrettwali) sabiex takkomoda l-iżvilupp tal-produzzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ minn faċilitajiet kbar tal-bijomassa, solari u ġeotermali.

Raġuni

Rigward dak li qabel kien l-Artikolu 20(2)

Huwa ssuġġerit li jinżamm il-paragrafu tad-Direttiva preċedenti li jagħti preferenza għall-aċċess, id-dispaċċ u l-konnessjoni tal-elettriku rinnovabbli.

Rigward l-Artikolu 20(3) tal-opinjoni

Bħal fil-każ tal-bijogass, qed jiġi ffaċilitat id-dħul ta’ kwalunkwe karburant ta’ oriġini rinnovabbli fl-infrastruttura tad-distribuzzjoni għall-karburant tat-trasport.

Rigward l-Artikolu 20(4) tal-opinjoni

Il-kelma “neċessità” hija evitata, li jidher li qed jiġi suġġerit li t-tisħin u t-tkessiħ distrettwali huma l-uniku mod kif jintlaħqu l-objettivi tal-UE.

Emenda 17

Artikolu ġdid wara l-Artikolu 20

Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Dwar in-negozju u l-iżvilupp teknoloġiku.

1.     Bħalissa, l-Unjoni Ewropea għandha rwol ta’ tmexxija teknoloġika u kummerċjali globali fil-qasam tas-SER abbażi tal-kompetittività tal-kumpaniji tagħna li jfornu prodotti u servizzi, minn manifatturi ta’ tagħmir għal konsulenti għal installaturi, dawk li jieħdu ħsieb il-manutenzjoni jew istituzzjonijiet finanzjarji.

Huwa l-għan prijoritarju tal-Kummissjoni li tikkonsolida u tespandi din it-tmexxija sal-2030.

2.     Kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istati Membri għandhom jallokaw tal-inqas 15 % tal-fondi kollha tagħhom għal appoġġ għal enerġiji rinnovabbli, għal azzjonijiet li jtejbu l-kapaċità, il-kompetittività tal-intrapriżi u speċjalment l-iżvilupp teknoloġiku tagħhom.

Bl-istess mod, fil-każ tal-FSIE, il-Kummissjoni Ewropea għandha tistabbilixxi mekkaniżmi li, meta jitqiesu l-fatturi u ċ-ċirkostanzi differenti, jippermettu lil reġjuni jew Stati Membri li l-progress tagħhom f’dan il-qasam speċifiku jitqies ogħla mill-medja biex jinċentivaw lil RES fit-territorji tagħhom.

3.     Sabiex iżżomm din it-tmexxija, dawn il-linji ta’ prijorità li ġejjin għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea, mingħajr ħsara lill-oħrajn:

(A)

Teknoloġija:

(i)

tnaqqis kontinwu tal-ispejjeż ta’ investiment u dawk operattivi, bl-inklużjoni, fost l-oħrajn, tal-ITCs (it-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni)

(ii)

aktar rendiment enerġetiku u adattabilità tal-faċilitajiet għar-rekwiżiti ta’ konsumaturi differenti.

(iii)

mingħajr ħsara lil teknoloġiji oħra, il-fotovoltajċi, il-ħżin tal-enerġija, il-pompi tas-sħana, il-bijokarburanti tat-tielet ġenerazzjoni u l-enerġija tal-baħar se jkollhom rilevanza partikolari.

(iv)

kemm tkun tista’ tiġi ġestita l-produzzjoni rinnovabbli u t-trasport tagħha.

(v)

l-implimentazzjoni ta’ titjib teknoloġiku, kbir jew żgħir, fil-proċessi u l-katini tal-valur kollha tas-setturi rinnovabbli.

(B)

Negozju:

(i)

l-iżvilupp u d-diffużjoni ta’ strumenti finanzjarji differenti.

(ii)

it-titjib fil-proċessi ta’ negozju interni billi jiġu orjentati skont l-interessi u l-aspettattivi ta’ klijenti attwali jew potenzjali, it-titjib fis-suq u studji ta’ kummerċjalizzazzjoni.

(iii)

l-iffaċilitar tal-iskambju ta’ metodoloġiji u metodi ta’ ħidma ta’ kumpaniji minn Stati Membri differenti, fejn jiġi favorit l-istabbiliment ta’ ftehimiet kummerċjali fit-tul u ż-żieda fid-daqs u fil-kapaċità ta’ kumpaniji.

(iv)

l-iffaċilitar tat-tranżitu ta’ informazzjoni bejn il-kumpaniji, l-universitajiet u ċ-ċentri teknoloġiċi.

4.     Il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, se tħejji strateġija speċifika f’dan il-qasam qabel il-31.12.2018, li tikkaratterizza l-linji prijoritarji u, skont l-evoluzzjoni tas-setturi rinnovabbli differenti u ż-żoni ġeografiċi, il-konġestjoni, opportunitajiet u l-azzjonijiet pubbliċi li jistgħu jsiru fid-deċennju li ġej.

5.     Fejn ikun rilevanti, l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-ħtieġa tal-iżvilupp tal-infrastruttura għall-ħażna tal-elettriku sabiex tiżdied l-integrazzjoni tal-enerġija minn enerġija minn sorsi rinnovabbli.

Raġuni

Rigward il-punti 1 sa 4

In-nuqqas totali ta’ referenza diretta u espliċita għal dawn is-suġġetti estremament importanti (żvilupp kummerċjali u teknoloġiku) meta mqabbel mar-reqqa li biha huma trattati suġġetti oħra hu meqjus barra minn postu f’Direttiva Ewropea.

Rigward il-punt 5

Il-promozzjoni tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli ma tistax diġi dissoċjata mill-ħtieġa ta’infrastruttura għall-ħażna. Din hija ħtieġa partikolarment urġenti fil-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi b’networks mikro iżolati.

Emenda 18

Artikolu 22(1)

Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli jkunu intitolati li jiġġeneraw, jikkonsmaw, jaħżnu u jbiegħu l-enerġija rinnovabbli, permezz ta’ ftehimiet ta’ xiri tal-qawwa elettrika, bla jiġu soġġetti għal proċeduri u imposti sproporzjonati li ma jirriflettux l-ispejjeż.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli jkunu intitolati li jiġġeneraw, jikkonsmaw, jaħżnu u jbiegħu l-enerġija rinnovabbli, permezz ta’ ftehimiet ta’ xiri tal-qawwa elettrika, bla jiġu soġġetti għal proċeduri u imposti sproporzjonati li ma jirriflettux l-ispejjeż.

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, komunità tal-enerġija rinnovabbli għandha tkun SME jew organizzazzjoni mhux intiża għall-profitt, li s-sidien tal-ishma jew il-membri tagħha jikkooperaw fil-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni, il-ħażna jew il-forniment tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, filwaqt li jissodisfaw tal-anqas erba’ mill-kriterji li ġejjin:

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, komunità tal-enerġija rinnovabbli għandha tkun SME jew organizzazzjoni mhux intiża għall-profitt, li s-sidien tal-ishma jew il-membri tagħha jikkooperaw fil-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni, il-ħażna jew il-forniment tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, filwaqt li jissodisfaw tal-anqas erba’ mill-kriterji li ġejjin:

(a)

is-sidien tal-ishma jew il-membri jkunu persuni ġuridiċi, awtoritajiet lokali, inklużi l-muniċipalitajiet, jew SMEs li joperaw fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli;

(a)

is-sidien tal-ishma jew il-membri jkunu persuni ġuridiċi, awtoritajiet reġjonali jew lokali, inklużi l-muniċipalitajiet, jew SMEs li joperaw fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli;

(b)

tal-anqas 51 % tas-sidien tal-ishma jew membri bi dritt tal-vot tal-entità jkunu persuni fiżiċi;

(b)

tal-anqas 51 % tas-sidien tal-ishma jew membri bi dritt tal-vot tal-entità jkunu persuni fiżiċi;

(c)

tal-anqas 51 % tal-ishma jew tad-drittijiet parteċipatorji tal-entità huma posseduti minn membri lokali, jiġifieri rappreżentanti ta’ interessi soċjoekonomiċi lokali pubbliki jew privati jew ċittadini li jkollhom interess dirett fl-attività tal-komunità u fl-impatti tagħha;

(c)

tal-anqas 51 % tal-ishma jew tad-drittijiet parteċipatorji tal-entità huma posseduti minn membri lokali, jiġifieri rappreżentanti ta’ interessi soċjoekonomiċi lokali pubbliki jew privati jew ċittadini li jkollhom interess dirett fl-attività tal-komunità u fl-impatti tagħha;

(d)

tal-anqas 51 % tas-siġġijiet fil-bord tad-diretturi jew il-korpi tal-maniġment tal-entità jkunu riżervati għall-membri lokali, jiġifieri rappreżentanti ta’ interessi soċjoekonomiċi lokali pubbliċi jew privati jew ċittadini li jkollhom interess dirett fl-attività tal-komunità u fl-impatti tagħha;

(d)

tal-anqas 51 % tas-siġġijiet fil-bord tad-diretturi jew il-korpi tal-maniġment tal-entità jkunu riżervati għall-membri lokali, jiġifieri rappreżentanti ta’ interessi soċjoekonomiċi lokali pubbliċi jew privati jew ċittadini li jkollhom interess dirett fl-attività tal-komunità u fl-impatti tagħha;

(e)

il-komunità ma tkunx stallat aktar minn 18 MW ta’ kapaċità rinnovabbli għall-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ u t-trasport bħala medja annwali fil-ħames (5) snin ta’ qabel.

(e)

il-komunità ma tkunx stallat aktar minn 30 MW ta’ kapaċità rinnovabbli għall-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ u t-trasport bħala medja annwali fil-ħames (5) snin ta’ qabel.

Raġuni

Il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli jistgħu jkunu għodda essenzjali għall-għoti ta’ setgħa lill-produzzjoni lokali tal-enerġija sostenibbli. L-awtoritajiet reġjonali jistgħu jaqdu rwol ukoll f’dan il-kuntest u l-livell limitu tad-daqs tal-produzzjoni tal-enerġija ta’ dawn il-komunitajiet m’għandux ikun restrittiv wisq.

Emenda 19

Artikolu 23

Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Biex tiġi ffaċilitata l-penetrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ, kull Stat Membru għandu jagħmel ħiltu biex iżid is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fornuta għat-tisħin u t-tkessiħ b’tal-anqas punt (1 pp) perċentwali fis-sena, espress f’termini ta’ sehem nazzjonali tal-konsum tal-enerġija finali u kkalkulat skont il-metodoloġija stipulat fl-Artikolu 7.

1.   Biex tiġi ffaċilitata l-penetrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli u/jew tas-sħana jew tal-kesħa residwa fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ, kull Stat Membru għandu jagħmel ħiltu biex iżid is-sehem tal-enerġija rinnovabbli u/jew tas-sħana jew kesħa residwa fornuta għat-tisħin u t-tkessiħ b’tal-anqas punt (1 pp) perċentwali fis-sena, espress f’termini ta’ sehem nazzjonali tal-konsum tal-enerġija finali u kkalkulat skont il-metodoloġija stipulat fl-Artikolu 7.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw u jippubblikaw, abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, lista tal-miżuri u tal-entitajiet implimentattivi , bħall-fornituri tal- karburanti , li għandhom jikkontribwixxu għaż-żieda stipulata fil-paragrafu 1.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw u jippubblikaw, abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, lista tal-miżuri u tal-entitajiet kollaborattivi , bħall-fornituri tal- enerġija , li għandhom jikkontribwixxu għaż-żieda stipulata fil-paragrafu 1.

3.   Iż-żieda stipulata fil-paragrafu 1 tista’ tiġi implimentata permezz ta’ għażla jew aktar minn fost dawn li ġejjin :

3.   Iż-żieda stipulata fil-paragrafu 1 se tiġi implimentata permezz ta’:

(a)

inkorporazzjoni fiżika tal-enerġija rinnovabbli fl-enerġija u l-karburant tal-enerġija fornut għat-tisħin u t-tkessiħ;

(a)

l- inkorporazzjoni fiżika tal-enerġija rinnovabbli ġdida minn sistemi għat-tisħin u t-tkessiħ;

(b)

miżuri ta’ mitigazzjoni diretti bħall-istallazzjoni ta’ sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli effiċjenti ħafna f’bini jew f’użu tal-enerġija rinnovabbli għal proċessi tat-tisħin u t-tkessiħ industrijali ;

(b)

proċessi direttament marbuta mal-bini u l-industrija jew xi proċessi tas-settur primarju;

(c)

miżuri ta’ mitigazzjoni indiretti koperti minn ċertifikati kummerċjabbli li jagħtu xhieda tal-konformità mal-obbligu permezz ta’ appoġġ għal miżuri ta’ mitigazzjoni indiretti, mwettqa minn operatur ekonomiku ieħor bħal installatur tat-teknoloġija tar-rinnovabbli indipendenti jew kumpanija tas-servizzi tal-enerġija – ESCO li tipprovdi servizzi ta’ stallazzjoni tal-enerġija rinnovabbli.

(c)

miżuri politiċi oħra li l-effetti tagħhom huma l-istess bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 1, pereżempju l-miżuri fiskali nazzjonali jew inċentivi ekonomiċi oħra.

4.     L-Istati Membri jistgħu jużaw l-istrutturi stabbiliti skont l-iskemi nazzjonali ta’ obbligu tal-effiċjenza tal-enerġija stipulat fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2012/27/UE biex jimplimentaw u jissorveljaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 2.

4.     Id-diversi miżuri li għandhom jiġu implimentati għandhom jikkunsidraw li:

a)

is-suq tat-tisħin u t-tkessiħ huwa frammentat ħafna u jiddependi fuq it-tip ta’ konsumatur, il-livell ta’ ċentralizzazzjoni, il-karburant użat qabel, eċċ.

b)

l-indirizzar tal-ostakoli għal tisħin u tkessiħ iktar effiċjenti u sostenibbli se jirrikjedi azzjoni fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali, fi ħdan qafas ta’ appoġġ Ewropew.

B’dan il-mod, l-Istati Membri jistgħu jużaw jew jiżviluppaw:

(a)

inizjattivi biex jitjieb il-finanzjament u l-profittabilità.

(i)

ċertifikati kummerċjabbli li jagħtu xhieda tal-konformità mal-obbligu permezz ta’ appoġġ għal miżuri ta’ mitigazzjoni indiretti, imwettqa minn operatur ekonomiku ieħor bħal installatur tat-teknoloġija rinnovabbli indipendenti jew kumpanija tas-servizzi tal-enerġija (ESCO) li tipprovdi servizzi ta’ installazzjoni tal-enerġija rinnovabbli.

(ii)

jeżaminaw mill-ġdid il-liġijiet tal-proprjetà tagħhom biex jindirizzaw kif se jikkondividu l-benefiċċji mit-titjib tal-enerġija rinnovabbli bejn is-sidien u l-inkwilini jew ir-residenti ta’ bini li fih ħafna appartamenti.

(iii)

jappoġġaw l-atturi lokali u reġjonali li jistgħu jtejbu l-prospetti bankarji tal-investimenti fit-tisħin u r-tkessiħ rinnovabbli permezz tar-raggruppament ta’ proġetti individwali f’pakketti ta’ investiment akbar (aggregati).

(iv)

jistabbilixxu one-stop-shop għal pariri dwar l-investiment (li jinkludu servizzi konsultattivi, Assistenza għall-Iżvilupp tal-Proġetti u finanzjament tal-proġetti).

(v)

iħeġġu lill-banek għall-konsumatur joffru prodotti adattati għar-restawr ta’ bini mikri privatament (eż. ipoteka differita, self għal terminu) li jistgħu jiġu appoġġati b’appoġġ pubbliku.

(vi)

jevitaw sussidji diretti għal investimenti, sakemm l-installazzjoni appoġġata għandha xi valur miżjud bħala innovazzjoni, effiċjenza għolja, replikabbiltà, eċċ.

(b)

inizjattivi li għandhom l-għan li jtejbu l-għarfien u l-kunfidenza pubblika tat-teknoloġiji u l-fornituri:

(i)

l-użu ta’ spezzjonijiet tal-bojlers biex tingħata informazzjoni dwar il-benefiċċji ta’ sistemi ta’ enerġija rinnovabbli fis-sostituzzjoni ta’ sistemi tat-tisħin u tat-tkessiħ.

(ii)

it-twaqqif u r-reklamar ta’ siti web bi prezzijiet (flimkien ma’ elementi ambjentali, id-disponibbiltà u l-affidabbiltà teknika, eċċ.), għodod ta’ tqabbil ta’ skemi għat-tul ta’ ħajja sabiex jgħinu lill-konsumaturi potenzjali jew attwali jiddeċiedu dwar it-tagħmir, l-installazzjoni, il-fornitur tal-karburant, eċċ. l-aktar interessanti.

(iii)

l-istabbiliment u r-reklamar ta’ mekkanizmi trasparenti għar-riżoluzzjoni ta’ kunflitti bejn l-utenti u l-fornituri li jħeġġuhom joffru servizzi aħjar u jżidu l-fiduċja ta’ klijenti potenzjali.

(iv)

l-iżvilupp ta’ kampanji ta’ komunikazzjoni u ta’ reklamar fuq medda twila ta’ żmien definiti skont it-tip ta’ konsumatur potenzjali, it-teknoloġija rinnovabbli magħżula jew il-partijiet interessati tas-settur.

(c)

inizjattivi li jagħtu s-setgħa lill-kumpaniji tal-installazzjoni, tal-operat u tal-manutenzjoni.

(i)

mingħajr ħsara għal inizjattivi oħrajn ta’ żvilupp teknoloġiku, diskussjonijiet settorjali bejn ċentri teknoloġiċi, tagħmir industrijali, kumpaniji tal-inġinerija u ta’ installazzjoni ser jiġu implimentati biex jiġu megħjuna jtejbu s-servizzi u l-prodotti tagħhom.

(ii)

ħidma mal-partijiet interessati (speċjalment entitajiet bħall-assoċjazzjoniiet tal-konsumaturi, tal-installaturi jew tal-periti) biex jissaħħu l-interessi tagħhom, l-għarfien u l-prijoritajiet dwar l-enerġiji rinnovabbli, bħala mezz biex jispiraw il-kampanji ta’ komunikazzjoni wiesgħa meħtieġa.

(d)

inizjattivi li jsaħħu s-settur.

(i)

l-istrutturi stabbiliti skont l-iskemi nazzjonali ta’ obbligu tal-effiċjenza tal-enerġija stipulat fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2012/27/UE biex jimplimentaw u jissorveljaw il-miżuri msemmija fil-Paragrafu 2.

(ii)

l-appoġġ tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tħejjija ta’ strateġiji għall-promozzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ rinnovabbli.

5.   L-entitajiet maħtura skont il-paragrafu 2 għandhom jiżguraw li l-kontribut tagħhom ikun jista’ jitkejjel u jiġi vverifikat u għandhom jirrapportaw ta’ kull sena mit-30 ta’ Ġunju 2021 lill-awtorità maħtura mill-Istat Membru, dwar:

(a)

l-ammont totali ta’ enerġija fornuta għat-tisħin u t-tkessiħ;

(b)

l-ammont totali ta’ enerġija rinnovabbli fornuta għat-tisħin u t-tkessiħ;

(c)

inkorporazzjoni fiżika tal-enerġija rinnovabbli fl-enerġija u l-karburant tal-enerġija fornut għat-tisħin u t-tkessiħ;

(d)

it-tip tas-sors tal-enerġija rinnovabbli.

5.   L-entitajiet maħtura skont il-paragrafu 2 għandhom jiżguraw li l-kontribut tagħhom ikun jista’ jitkejjel u jiġi vverifikat u għandhom jirrapportaw ta’ kull sena mit-30 ta’ Ġunju 2021 lill-awtorità maħtura mill-Istat Membru, dwar:

(a)

l-ammont totali ta’ enerġija fornuta għat-tisħin u t-tkessiħ;

(b)

l-ammont totali ta’ enerġija rinnovabbli u/jew sħana jew kesħa residwa fornuta għat-tisħin u t-tkessiħ;-

(c)

inkorporazzjoni fiżika tal-enerġija rinnovabbli u/jew tas-sħana jew kesħa residwa fl-enerġija u l-karburant tal-enerġija fornut għat-tisħin u t-tkessiħ;

(d)

it-tip ta’ sors ta’ enerġija rinnovabbli u l-karatteristiċi bażiċi tat-tagħmir tat-tisħin u tat-tkessiħ eżistenti f’punti differenti ta’ konsum .

Raġuni

Rigward l-Artikolu 23(1), (3) u (5)

Bil-għan li l-karburanti fossili jiġu sostitwiti u li jonqos il-konsum tal-enerġija primarja, huwa importanti li fis-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ ma jiġux ikkunsidrati biss l-enerġiji rinnovabbli iżda wkoll is-sħana żejda u l-prodotti sekondarji. Sabiex jinkiseb l-għan mixtieq jeħtieġ ukoll li tiġi provduta l-possibbiltà ta’ inċentivi ekonomiċi u ta’ miżuri tal-politika tat-tassazzjoni.

Rigward l-Artikolu 23(2)

Il-korrezzjoni hija intiża biss biex tiċċara t-tifsira ta’ dawn l-entitajiet. Il-provvista tal-enerġija hija kunċett li ma jkoprix biss il-karburant. Fil-fatt, l-enerġija tista’ tiġi fornuta permezz tal-karburant, l-elettriku jew l-enerġija solari.

Rigward l-Artikolu 23(4)

It-tisħin u t-tkessiħ huma kwistjoni importanti ħafna fl-UE. Is-sena l-oħra l-Kummissjoni ppubblikat strateġija speċifika. Ħafna minn dawk l-ideat mhumiex riflessi f’din id-Drettiva u rkuprajnihom. Apparti minn hekk, introduċejna xi ideat ġodda bħal pereżempju l-evitar ta’ sussidji diretti jew l-iżvilupp tal-fiduċja tal-konsumatur.

Rigward l-Artikolu 23(5)

Sabiex ikollna għarfien aħjar tas-settur u l-possibbiltajiet ta’ żvilupp futur, huwa essenzjali li nkunu nafu l-istat u l-karatteristiċi tal-faċilitajiet eżistenti. Din l-informazzjoni tista’ tinġabar mill-fornitur tal-karburant, u b’hekk tippermetti l-verifika tad-data rreġistata mill-amministrazzjoni.

Emenda 20

Artikolu 24(4)

Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jistipulaw l-miżuri neċessarji biex jiżguraw aċċess mhux diskriminatorju għas-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali għas-sħana u l-kesħa prodotti minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u għas-sħana u l-kesħa mormija. Dan l-aċċess mhux diskriminatorju għandu jippermetti forniment dirett ta’ tisħin jew tkessiħ minn tali sorsi lill-konsumaturi mqabbdin ma’ sistema tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali minn fornituri oħra għajr l-operatur tas-sistema tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali.

L-Istati Membri għandhom jistipulaw l-miżuri neċessarji biex jiżguraw aċċess irregolat għas-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali għas-sħana u l-kesħa prodotti minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u għas-sħana u l-kesħa mormija. Dan l-aċċess għandu jippermetti forniment ta’ tisħin jew tkessiħ minn tali sorsi ma’ sistema tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali minn fornituri oħra għajr l-operatur tas-sistema tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali.

Raġuni

Dritt ġenerali għall-atturi terzi sabiex ibigħu t-tisħin jew it-tkessiħ direttament lill-utenti finali ikun kontroproduttiv u mhux kosteffiċjenti. Dan joħloq inċertezza għall-investimenti u responsabilità fit-tul mhux ċara. Is-separazzjoni tal-grilja u l-operazzjonijiet ta’ provvista żżid l-ispejjeż għall-utenti finali.

Emenda 21

(6)

Proposta għal Regolament dwar is-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni) – COM(2016) 861 final

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-integrazzjoni akbar fis-suq u l-bidla għal produzzjoni tal-elettriku aktar volatili jeħtieġu sforzi akbar biex jikkoordinaw il-politiki tal-enerġija nazzjonali ma’ dawk tal-pajjiżi ġirien u biex jużaw l-opportunitajiet tal-kummerċ transkonfinali tal-elettriku.

L-integrazzjoni akbar fis-suq u l-bidla għal produzzjoni tal-elettriku aktar volatili jeħtieġu sforzi akbar biex jikkoordinaw il-politiki tal-enerġija nazzjonali ma’ dawk tal-pajjiżi ġirien u biex jużaw l-opportunitajiet tal-kummerċ transkonfinali tal-elettriku , filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni u b’konformità mal-prinċipju ta’ reċiproċità .

Raġuni

Għal xi Stati Membri, il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi fis-suq tal-elettriku tal-UE tista’ tkun ta’ importanza kbira. Għaldaqstant huwa essenzjali li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fil-kummerċ mal-pajjiżi terzi u kundizzjonijiet ekwivalenti għall-aċċess għas-suq (il-prinċipju ta’ reċiproċità).

Emenda 22

(8)

Proposta għal Regolament dwar is-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni) – COM(2016) 861 final

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Jenħtieġ li l-prinċipji ewlenin tas-suq jistabbilixxu li l-prezzijiet tal-elettriku jridu jiġu stabbiliti skont id-domanda u l-provvista. Jenħtieġ li dawk il-prezzijiet jidentifikaw meta jkun meħtieġ l-elettriku u jipprovdu inċentivi tas-suq għall-investimenti f’sorsi flessibbli bħall-ġenerazzjoni flessibbli, l-interkonnessjoni, ir-rispons tad-domanda jew il-ħżin.

Jenħtieġ li l-prinċipji ewlenin tas-suq jistabbilixxu li l-prezzijiet tal-elettriku jridu jiġu stabbiliti skont id-domanda u l-provvista. Jenħtieġ li dawk il-prezzijiet jidentifikaw meta jkun meħtieġ l-elettriku u jipprovdu inċentivi tas-suq għall-investimenti f’sorsi flessibbli bħall-ġenerazzjoni flessibbli, l-interkonnessjoni, ir-rispons tad-domanda jew il-ħżin. Fid-dawl ta’ dawn l-objettivi, l-Istati Membri għandhom jeliminaw gradwalment ir-regolazzjoni tal-prezzijiet.

Raġuni

F’bosta Stati Membri, il-prezzijiet tal-elettriku ma jsegwux id-domanda u l-provvista, iżda huma rregolati mill-awtoritajiet pubbliċi. Ir-regolazzjoni tal-prezzijiet tista’ tillimita l-iżvilupp ta’ kompetizzjoni effettiva, u tiskoraġġixxi l-investimenti u l-introduzzjoni ta’ atturi ġodda fis-suq. Id-disinn ġdid tas-suq għandu jiżgura li l-prezzijiet tal-elettriku jkunu nieqsa minn kwalunkwe intervent pubbliku. Fil-prinċipju, il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-eliminazzjoni tar-regolazzjoni tal-prezzijiet għandha tintlaqa’, iżda din għandha ssir b’mod gradwali.

Emenda 23

(25)

Proposta għal Direttiva dwar regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni) – COM(2016) 864 final

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-konsumaturi kollha jenħtieġ li jkunu jistgħu jibbenefikaw minn parteċipazzjoni diretta fis-suq, b’mod partikolari billi jaġġustaw il-konsum tagħhom skont is-sinjali tas-suq, u b’hekk jibbenefikaw minn prezzijiet aktar baxxi għall-elettriku jew ħlasijiet ta’ inċentiv oħra. Il-benefiċċji ta’ din il-parteċipazzjoni attiva x’aktarx jiżdiedu maż-żmien meta l-vetturi elettriċi, il-pompi tas-sħana u tagħbijiet flessibbli oħra jsiru aktar kompetittivi. Il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-forom kollha ta’ rispons tad-domanda u għalhekk jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jagħżlu li jkollhom sistema ta’ kejl intelliġenti u kuntratt ta’ pprezzar dinamiku tal-elettriku. Dan jenħtieġ li jippermettilhom jadattaw il-konsum skont is-sinjali tal-prezzijiet f’ħin reali li jirriflettu l-valur u l-kost tal-elettriku jew it-trasport f’perjodi ta’ ħin differenti, filwaqt li l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw esponiment raġonevoli ta’ konsumaturi għar-riskju tal-prezzijiet bl-ingrossa. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ukoll li dawk il-konsumaturi li jagħżlu li ma jkunux attivament involuti fis-suq ma jiġux ippenalizzati, iżda minflok jenħtieġ li jiġi ffaċilitat it-teħid ta’ deċiżjonijiet informati tagħhom dwar l-għażliet disponibbli li l-aktar ikunu xierqa għal kundizzjonijiet tas-suq domestiċi.

Il-konsumaturi kollha jenħtieġ li jkunu jistgħu jibbenefikaw minn parteċipazzjoni diretta fis-suq, b’mod partikolari billi jaġġustaw il-konsum tagħhom skont is-sinjali tas-suq, u b’hekk jibbenefikaw minn prezzijiet aktar baxxi għall-elettriku jew ħlasijiet ta’ inċentiv oħra. Il-benefiċċji ta’ din il-parteċipazzjoni attiva x’aktarx jiżdiedu maż-żmien meta l-vetturi elettriċi, il-pompi tas-sħana u tagħbijiet flessibbli oħra jsiru aktar kompetittivi. Il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-forom kollha ta’ rispons tad-domanda u għalhekk jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jagħżlu li jkollhom sistema ta’ kejl intelliġenti u kuntratt ta’ pprezzar dinamiku tal-elettriku. Dan jenħtieġ li jippermettilhom jadattaw il-konsum skont is-sinjali tal-prezzijiet f’ħin reali li jirriflettu l-valur u l-kost tal-elettriku jew it-trasport f’perjodi ta’ ħin differenti, filwaqt li l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw esponiment raġonevoli ta’ konsumaturi għar-riskju tal-prezzijiet bl-ingrossa. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ukoll li dawk il-konsumaturi li jagħżlu li ma jkunux attivament involuti fis-suq ma jiġux ippenalizzati, iżda minflok jenħtieġ li jiġi ffaċilitat it-teħid ta’ deċiżjonijiet informati tagħhom dwar l-għażliet disponibbli li l-aktar ikunu xierqa għal kundizzjonijiet tas-suq domestiċi. L-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali għandhom joħolqu l-kundizzjonijiet qafas meħtieġa biex il-konsumaturi jkollhom aċċess għal informazzjoni dettaljata dwar il-kundizzjonijiet u l-opportunitajiet għall-parteċipazzjoni fis-suq. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll miri speċifiċi mmirati lejn dawk il-konsumaturi li huma l-aktar vulnerabbli għar-riskju ta’ faqar enerġetiku sabiex jiżguraw il-parteċipazzjoni attiva tagħhom fis-suq, jipproteġu d-dritt tagħhom għall-aċċess tal-enerġija u jippermettulhom jibbenefikaw minn teknoloġija innovattiva li tnaqqas il-konsum tal-enerġija tagħhom.

Raġuni

L-emenda żżid dispożizzjoni bil-għan li l-awtoritajiet kollha jħeġġu lill-konsumaturi biex jipparteċipaw fis-suq u jipprovdulhom informazzjoni dettaljata dwar ir-rekwiżiti u l-opportunitajiet rilevanti.

Emenda 24

30.

Proposta għal Direttiva dwar regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni) – COM(2016) 864 final

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

It-teknoloġiji tal-enerġija distribwita u l-emanċipazzjoni tal-konsumatur wasslu biex l-enerġija komunitarja u l-kooperattivi tal-enerġija jsiru mezz effikaċi u kosteffiċjenti biex jintlaħqu l-ħtiġijiet u l-aspettattivi taċ-ċittadini fir-rigward tas-sorsi tal-enerġija, is-servizzi u l-parteċipazzjoni lokali. L-enerġija komunitarja toffri għażla inklużiva għall-konsumaturi kollha biex ikollhom rwol dirett fil-produzzjoni, fil-konsum jew fil-qsim tal-enerġija ma’ xulxin fi ħdan netwerk komunitarju f’delimitazzjoni ġeografika li tista’ topera f’modalità iżolata inkella f’konnessjoni man-netwerk pubbliku tad-distribuzzjoni. L-inizjattivi tal-enerġija komunitarja jiffokaw primarjament fuq il-forniment ta’ tip speċifiku ta’ enerġija, bħal pereżempju l-enerġija rinnovabbli, bi prezzijiet raġjonevoli għall-membri tagħhom jew azzjonisti, minflok ma jagħtu prijorità lill-profitti, kif kieku tagħmel kumpanija tal-enerġija tradizzjonali. Permezz tal-involviment dirett tal-konsumaturi, l-inizjattivi tal-enerġija komunitarja qegħdin juru l-potenzjal tagħhom biex jiffaċilitaw l-adozzjoni ta’ teknoloġiji u xejriet ta’ konsum ġodda, inklużi grilji tad-distribuzzjoni intelliġenti u rispons tad-domanda, b’mod integrat. L-enerġija komunitarja tista’ wkoll tavvanza l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fuq il-livell tal-konsumaturi domestiċi u tgħin fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku permezz ta’ tnaqqis tal-konsum u tariffi ta’ forniment aktar baxxi. L-enerġija komunitarja tippermetti wkoll li ċerti gruppi ta’ konsumaturi domestiċi jipparteċipaw fis-suq tal-enerġija li kieku ma setgħux jagħmlu dan. Fejn tħaddmu b’suċċess, inizjattivi bħal dawn taw valur ekonomiku, soċjali u ambjentali fil-komunità, li jmur lil hinn minn sempliċi benefiċċji li jirriżultaw mill-forniment tas-servizzi tal-enerġija. Il-komunitajiet tal-enerġija lokali jenħtieġ li jitħallew joperaw fis-suq f’kundizzjonijiet ġusti mingħajr distorsjoni fil-kompetizzjoni. Il-konsumaturi domestiċi jenħtieġ li jitħallew jipparteċipaw fuq bażi volontarja f’inizjattiva ta’ enerġija komunitarja kif ukoll li jitilqu minnha mingħajr ma jitilfu l-aċċess għan-netwerk imħaddem mill-inizjattiva tal-enerġija komunitarja jew id-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi. L-aċċess għal netwerk ta’ komunità tal-enerġija lokali jenħtieġ li jingħata b’termini ġusti u li jirriflettu l-kostijiet.

It-teknoloġiji tal-enerġija distribwita u l-emanċipazzjoni tal-konsumatur wasslu biex l-enerġija komunitarja u l-kooperattivi tal-enerġija jsiru mezz effikaċi u kosteffiċjenti biex jintlaħqu l-ħtiġijiet u l-aspettattivi taċ-ċittadini fir-rigward tas-sorsi tal-enerġija, is-servizzi u l-parteċipazzjoni lokali. L-enerġija komunitarja toffri għażla inklużiva għall-konsumaturi kollha biex ikollhom rwol dirett fil-produzzjoni, fil-konsum jew fil-qsim tal-enerġija ma’ xulxin fi ħdan netwerk komunitarju f’delimitazzjoni ġeografika li tista’ topera f’modalità iżolata inkella f’konnessjoni man-netwerk pubbliku tad-distribuzzjoni. L-inizjattivi tal-enerġija komunitarja jiffokaw primarjament fuq il-forniment ta’ tip speċifiku ta’ enerġija, bħal pereżempju l-enerġija rinnovabbli, bi prezzijiet raġjonevoli għall-membri tagħhom jew azzjonisti, minflok ma jagħtu prijorità lill-profitti, kif kieku tagħmel kumpanija tal-enerġija tradizzjonali. Permezz tal-involviment dirett tal-konsumaturi, l-inizjattivi tal-enerġija komunitarja qegħdin juru l-potenzjal tagħhom biex jiffaċilitaw l-adozzjoni ta’ teknoloġiji u xejriet ta’ konsum ġodda, inklużi grilji tad-distribuzzjoni intelliġenti u rispons tad-domanda, b’mod integrat. L-enerġija komunitarja tista’ wkoll tavvanza l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fuq il-livell tal-konsumaturi domestiċi u tgħin fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku permezz ta’ tnaqqis tal-konsum u tariffi ta’ forniment aktar baxxi. L-enerġija komunitarja tippermetti wkoll li ċerti gruppi ta’ konsumaturi domestiċi jipparteċipaw fis-suq tal-enerġija li kieku ma setgħux jagħmlu dan. Fejn tħaddmu b’suċċess, inizjattivi bħal dawn taw valur ekonomiku, soċjali u ambjentali fil-komunità, li jmur lil hinn minn sempliċi benefiċċji li jirriżultaw mill-forniment tas-servizzi tal-enerġija. Il-komunitajiet tal-enerġija lokali jenħtieġ li , skont regoli definiti b’mod ċar, jitħallew joperaw fis-suq f’kundizzjonijiet ġusti mingħajr distorsjoni fil-kompetizzjoni. Il-konsumaturi domestiċi jenħtieġ li jitħallew jipparteċipaw fuq bażi volontarja f’inizjattiva ta’ enerġija komunitarja kif ukoll li jitilqu minnha mingħajr ma jitilfu l-aċċess għan-netwerk imħaddem mill-inizjattiva tal-enerġija komunitarja jew id-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi. L-aċċess għal netwerk ta’ komunità tal-enerġija lokali jenħtieġ li jingħata b’termini ġusti u li jirriflettu l-kostijiet.

Raġuni

Il-komunitajiet tal-enerġija lokali jistgħu jkunu mezz effiċjenti għall-ġestjoni tal-enerġija fil-livell lokali. Bil-għan li jiġi promoss il-ħolqien ta’ komunitajiet u l-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tal-elettriku, jinħtieġ qafas legali adatt sabiex jiġu stabbiliti regoli ċari għall-azzjoni tal-komunità fis-suq tal-enerġija.

Emenda 25

(38)

Proposta għal Direttiva dwar regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni) – COM(2016) 864 final

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Attwalment, ġew żviluppati, jew qegħdin jiġu żviluppati mudelli differenti għall-ġestjoni tad-dejta fl-Istati Membri wara l-introduzzjoni tas-sistemi ta’ kejl intelliġenti. Independement mill-mudell tal-ġestjoni tad-dejta, huwa importanti li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli trasparenti biex id-dejta tkun tista’ tiġi aċċessata f’kundizzjonijiet mhux diskriminatorji u jiġu żgurati l-ogħla livelli ta’ sigurtà ċibernetika u protezzjoni tad-dejta kif ukoll l-imparzjalità tal-entitajiet li jamminstraw id-dejta.

Attwalment, ġew żviluppati, jew qegħdin jiġu żviluppati mudelli differenti għall-ġestjoni tad-dejta fl-Istati Membri wara l-introduzzjoni tas-sistemi ta’ kejl intelliġenti. Independement mill-mudell tal-ġestjoni tad-dejta, huwa importanti li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli trasparenti biex id-dejta tkun tista’ tiġi aċċessata f’kundizzjonijiet mhux diskriminatorji u jiġu żgurati l-ogħla livelli ta’ sigurtà ċibernetika u protezzjoni tad-dejta kif ukoll l-imparzjalità tal-entitajiet li jamminstraw id-dejta.