ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 333

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
5 ta' Ottubru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 333/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

2017/C 333/02

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2017 dwar abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ AT.40013 — Sistemi tad-Dawl — Relatur: L-Ungerija

2

2017/C 333/03

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — AT.40013 — Sistemi tad-Dawl

3

2017/C 333/04

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ġunju 2017 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Il-każ AT.40013 — Sistemi tad-Dawl) (notifikat bid-dokument C(2017) 4100)

4

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2017/C 333/05

Rapport Speċjali Nru 13/2017 — Sistema Ewropea unika tal-ġestjoni tat-traffiku ferrovjarju: l-għażla politika qatt se ssir realtà?

7

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2017/C 333/06

Għajnuna mill-istat — Deċiżjoni biex ma jitqajmux oġġezzjonijiet

8


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

5.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 333/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-4 ta’ Ottubru 2017

(2017/C 333/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1787

JPY

Yen Ġappuniż

132,47

DKK

Krona Daniża

7,4427

GBP

Lira Sterlina

0,88768

SEK

Krona Żvediża

9,5425

CHF

Frank Żvizzeru

1,1456

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,3533

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,886

HUF

Forint Ungeriż

311,20

PLN

Zloty Pollakk

4,2971

RON

Leu Rumen

4,5808

TRY

Lira Turka

4,2016

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4986

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4678

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,2007

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6403

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6023

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 342,67

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,9832

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8163

HRK

Kuna Kroata

7,5051

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 857,61

MYR

Ringgit Malażjan

4,9830

PHP

Peso Filippin

60,071

RUB

Rouble Russu

67,8176

THB

Baht Tajlandiż

39,274

BRL

Real Brażiljan

3,6929

MXN

Peso Messikan

21,3870

INR

Rupi Indjan

76,6410


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


5.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 333/2


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2017 dwar abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ AT.40013 — Sistemi tad-Dawl

Relatur: L-Ungerija

(2017/C 333/02)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi ftehim u/jew prattika miftiehma bejn l-impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-ambitu tal-prodott u l-ambitu ġeografiku tal-ftehim u/jew il-prattika miftiehma li tinsab fl-abbozz ta’ deċiżjoni.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi kkonċernati mill-abbozz ta’ deċiżjoni pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan tal-ftehimiet u/jew prattiki miftiehma kien li jirrestrinġu l-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehimiet u/jew il-prattiki miftiehma kienu kapaċi jaffettwaw b’mod apprezzabbli l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni rigward it-tul tal-ksur.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-destinatarji.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li jenħtieġ li tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz ta’ deċiżjoni.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu ta’ ffissar ta’ multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi.

11.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-determinazzjoni tad-durata għall-finijiet tal-kalkolu tal-multi.

12.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemmx ċirkustanzi aggravanti u lanqas ma hemm ċirkustanzi mitiganti applikabbli f’dan il-każ.

13.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis tal-multi abbażi tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006.

14.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis tal-multi abbażi tal-Avviż ta’ Riżolviment tal-2008.

15.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi.

16.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


5.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 333/3


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

AT.40013 — Sistemi tad-Dawl

(2017/C 333/03)

Fit-18 ta’ Mejju 2016, il-Kummissjoni nediet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (2) u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (3) kontra Valeo (4), Automotive Lighting (5) u Hella (6), (flimkien “il-partijiet”).

Wara diskussjonijiet (7) dwar riżolviment u sottomissjonijiet (8) skont l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”) fl-10 ta’ Mejju 2017. Skont id-DO, il-partijiet ipparteċipaw fi ksur tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), li kkonsista f’kuntatti antikompetittivi fiż-ŻEE rigward il-prezzijiet ta’ sistemi tad-dawl tal-karozzi u ta’ ċerti kundizzjonijiet kummerċjali oħra minn Lulju 2004 sa Ottubru 2007 (9). It-tweġibiet rispettivi tal-partijiet għad-DO ikkonfermaw li d-DO kienet tirrifletti l-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom ta’ riżolviment u li għalhekk huma baqgħu impenjati li jsegwu l-proċedura tar-riżolviment.

Skont l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, jiena eżaminajt jekk l-abbozz ta’ deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-partijiet ingħataw l-opportunità li jippreżentaw l-opinjoniet tagħhom. Jiena nikkonkludi li dan hu minnu.

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, u wara li tqies li l-partijiet ma indirizzawli l-ebda talba jew ilment (10), nikkunsidra li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet kollha fil-proċedimenti f’dan il-każ ġie rrispettat.

Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2017.

Wouter WILS


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu minn 81 u 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).

(4)  Valeo S.A., Valeo Service SAS u Valeo Vision SAS.

(5)  Magneti Marelli S.p.A. u Automotive Lighting Reutlingen GmbH.

(6)  Hella KGaA Hueck & Co.

(7)  Il-laqgħat ta’ riżolviment seħħew bejn Ġunju 2016 u April 2017.

(8)  It-talbiet tal-partijiet sabiex iwettqu riżolviment saru bejn […].

(9)  Fir-rigward ta’ Valeo u Automotive Lighting il-ksur beda fis-7 ta’ Lulju 2004 filwaqt li għal Hella beda fl-1 ta’ Jannar 2006. Id-data tat-tmiem tal-ksur għall-partijiet kollha hija l-25 ta’ Ottubru 2007.

(10)  Skont l-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, il-partijiet għall-proċedimenti f’każijiet ta’ kartell li jieħdu sehem f’diskussjonijiet ta’ riżolviment skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, jistgħu jirrikorru għall-uffiċjal tas-seduta fi kwalunkwe stadju tal-proċedura ta’ riżolviment sabiex ikun żgurat il-ħarsien effettiv tad-drittijiet proċedurali tagħhom. Ara wkoll il-paragrafu 18 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar kif jitmexxew il-proċedimenti ta’ riżolviment fid-dawl tal-adozzjoni tad-Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 f’każijiet ta’ kartell, ĠU C 167, 2.7.2008, p. 1.


5.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 333/4


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-21 ta' Ġunju 2017

li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE

(Il-każ AT.40013 — Sistemi tad-Dawl)

(notifikat bid-dokument C(2017) 4100)

(it-test bl-Ingliż biss hu awtentiku)

(2017/C 333/04)

Fil-21 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (1), il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull piena imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Id-Deċiżjoni tirrigwarda ksur uniku u kontinwu skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-deċiżjoni hija indirizzata lill-entitajiet li ġejjin: Valeo S.A., Valeo Service SAS u Valeo Vision SAS (iktar 'il quddiem, flimkien, imsejħa “Valeo”); Magneti Marelli S.p.A. u Automotive Lighting Reutlingen GmbH (flimkien, imsejħa “Automotive Lighting”) u Hella KGaA Hueck & Co. (“Hella”) (magħrufa wkoll bħala “il-partijiet” jew individwalment, bħala “il-parti”).

(3)

Il-prodotti kkonċernati minn dan il-ksur huma sistemi tad-dawl tal-karozzi. Id-destinatarji ta' din id-deċiżjoni kienu involuti f'serje ta' kuntatti antikompetittivi f'dak li għandu x'jaqsam ma' spare parts tat-tagħmir oriġinali (“OES” — original equipment spare parts) wara t-tmiem ta' serje ta' produzzjoni, inklużi l-kuntatti relatati mal-prezz u ċerti kondizzjonijiet oħra ta' kummerċ.

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Proċedura

(4)

Il-każ beda wara applikazzjoni għall-immunità li ġiet sottomessa minn Valeo f'Jannar 2012. F'Lulju 2012, il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet mingħajr avviż skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, segwit b'numru ta' talbiet ta' informazzjoni skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u l-punt 12 tal-Avviż ta' Klemenza (2).

(5)

Automotive Lighting sussegwentement applikat għall-klemenza f'Awwissu 2012. Hella applikat għall-klemenza f'Settembru 2012.

(6)

Il-proċedimenti ġew mibdija fit-18 ta' Mejju 2016 bl-għan li jkun hemm diskussjonijiet dwar riżolviment mal-partijiet. Sussegwentement, il-partijiet kollha ressqu t-talba formali għar-riżolviment tagħhom lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (3).

(7)

Fl-10 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet indirizzata lill-partijiet. Il-partijiet kollha wieġbu għad-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet billi kkonfermaw li kienet tirrifletti l-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom ta' riżolviment u li għalhekk huma baqgħu impenjati li jsegwu l-proċedura tar-riżolviment.

(8)

Il-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-Prattiki Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fl-20 ta' Ġunju 2017.

(9)

Il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni preżenti fil-21 ta' Ġunju 2017.

2.2.   Tul ta' żmien

(10)

L-impriżi li ġejjin kisru l-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi pparteċipaw, waqt il-perijodi indikati hawn taħt, f'attivitajiet antikompetittivi fir-rigward tal-forniment tas-sistemi tad-dawl tal-karozzi.

Impriża

Tul ta' żmien

Valeo

7 ta' Lulju 2004 – 25 ta' Ottubru 2007

Automotive Lighting

7 ta' Lulju 2004 – 25 ta' Ottubru 2007

Hella

1 ta' Jannar 2006 – 25 ta' Ottubru 2007

2.3.   Sommarju tal-ksur

(11)

Din id-deċiżjoni tkopri l-provvista ta' sistemi tad-dawl tal-karozzi (“Sistemi tad-Dawl”) fiż-ŻEE mis-7 ta' Lulju 2004 sal-25 ta' Ottubru 2007 b'varjazzjonijiet rigward id-data tal-bidu għal kull parti. It-tul taż-żmien globali tal-ksur huwa għalhekk 3 snin u 3 xhur.

(12)

Il-prodotti kkonċernati mill-kartell huma Sistemi tad-Dawl, li jinkludu l-bozoz ta' quddiem, id-dwal tas-sewqan ta' binhar, id-dwal ta' wara u d-dwal tal-waqfien immuntati fl-għoli, id-dwal taċ-ċpar u dwal awżiljarji. Is-Sistemi tad-Dawl huma mibjugħa mill-fornituri biex jgħammru l-vetturi l-ġodda jew wara l-bejgħ tal-karozza bħala spare parts. Il-kartell kien ikopri l-provvisti ta' Sistemi tad-Dawl fiż-ŻEE fuq l-ispare parts tat-tagħmir (“OES”) wara l-bejgħ tal-karozza, wara t-tmiem ta' produzzjoni tas-serje.

(13)

Il-kartell kien jikkonsisti f'serje ta' kuntatti antikompetittivi relatati mal-prezz u ċerti kondizzjonijiet oħra ta' kummerċ. Id-diskussjonijiet ta' natura kollużiva kkonċernaw l-istrateġiji ta' negozjar u kkwotar, l-istatus tan-negozjati mal-klijenti rigward iż-żidiet fil-prezzijiet, il-pożizzjoni tal-partijiet fuq konsumaturi individwali rigward mudelli tal-ipprezzar OES, talbiet tal-ipprezzar tal-klijent kif ukoll l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-prospetti futuri u x-xejriet tal-industrija tal-OES.

(14)

Barra minn hekk, il-partijiet qablu fuq il-fatt li huma għandhom jimmiraw għal żieda fil-prezz wara t-tmiem ta' serje ta' produzzjoni u kkoordinaw mira fl-aħħar tal-perjodu tad-disponibbiltà kuntrattwali ta' spare parts wara t-tmiem ta' serje ta' produzzjoni.

(15)

Il-kartell opera prinċipalment abbażi ta' kuntatti bilaterali, iżda madanakollu ġie organizzat ukoll kuntatt multilaterali wieħed. Ġeografikament, diskussjonijiet antikompetittivi saru fiż-ŻEE, l-aktar fi Franza jew il-Ġermanja. Bejn l-2004 u l-2006, il-partijiet progressivament żviluppaw il-kuntatti antikompetittivi tagħhom fuq il-bejgħ kollu lill-produtturi ta' tagħmir oriġinali (“OEM”) li kienu l-klijenti tal-parts fiż-ŻEE matul is-sena 2007.

2.4.   Destinatarji

(16)

L-entitajiet legali li ġejjin huma meqjusa responsabbli mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni:

(a)

Valeo S.A., Valeo Service SAS u Valeo Vision SAS responsabbli flimkien u in solidum;

(b)

Magneti Marelli S.p.A. u Automotive Lighting Reutlingen GmbH, responsabbli flimkien u in solidum; kif ukoll

(c)

Hella KGaA Hueck & Co.

2.5.   Rimedji

(17)

Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida tal-2006 dwar il-Multi (4).

2.5.1.   L-ammont bażiku tal-multa

(18)

Sabiex ikun rifless aħjar l-impatt konkret tal-kartell, ser jintuża kalkolu għall-valur annwali tal-bejgħ (ibbażat fuq il-valur attwali tal-bejgħ ta' OES ta' Lighting Systems wara t-tmiem ta' serje ta' produzzjoni fiż-ŻEE magħmul mill-impriżi fil-perjodu rilevanti tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-ksur) ser jintuża bħala l-bażi għall-kalkolu tal-ammont bażiku tal-multi imposti.

(19)

Meta titqies in-natura tal-ksur u l-firxa ġeografika tiegħu (ŻEE), il-perċentwal tal-ammont varjabbli tal-multi u l-ammont addizzjonali (“il-ħlas tad-dħul”) hu stabbilit għal 16 % tal-valur tal-bejgħ għall-ksur.

(20)

L-ammont varjabbli hu mmultiplikat bin-numru ta' snin jew bi frazzjonijiet tas-sena b'mod rispettiv għall-parteċipazzjoni tal-partijiet fil-ksur, sabiex jitqies b'mod sħiħ il-perjodu tal-parteċipazzjoni fil-ksur għal kull impriża individwali. Il-Kummissjoni tqis it-tul attwali ta' parteċipazzjoni fil-ksur tal-partijiet fuq bażi ta' snin, xhur u ġranet sħaħ.

(21)

Peress li l-ambitu ta' kondotta fit-termini ta' klijenti OEM affettwati ġie estiż gradwalment minn diversi OEMs għall-OEMs kollha li kienu l-klijenti tal-partijiet fiż-ŻEE fl-2007, tliet gruppi distinti ta' klijenti ġew identifikati li għalihom il-valur tal-bejgħ huwa kkalkulat b'mod separat, li japplikaw multiplikaturi distinti tat-tul tal-perjodu.

2.5.2.   Aġġustamenti għall-ammont bażiku

(22)

L-ebda ċirkostanzi aggravanti jew mitiganti ma japplikaw f'din id-deċiżjoni. L-ebda multiplikatur ta' dissważjoni ma huwa applikat f'din id-deċiżjoni ma' xi waħda mill-partijiet.

2.5.3.   L-applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta' 10 %

(23)

L-ebda waħda mill-multi kkalkulati ma qabżet l-10 % tal-fatturat totali tal-impriża fis-sena tan-negozju ta' qabel id-data tad-Deċiżjoni.

2.5.4.   L-applikazzjoni tal-Avviż ta' Klemenza tal-2006: tnaqqis ta' multi

(24)

Valeo kienet l-ewwel impriża li ppreżentat informazzjoni u evidenza li ssodisfaw il-kondizzjonijiet tal-punt 8(a) tal-Avviż ta' Klemenza tal-2006 u għalhekk qed tingħata immunità mill-multi.

(25)

Automotive Lighting kienet l-ewwel impriża li ssodisfat ir-rekwiżiti tal-punti 24 u 25 tal-Avviż ta' Klemenza tal-2006 u qed tingħata tnaqqis ta' 35 % tal-multa.

(26)

Hella kienet it-tieni impriża li ssodisfat ir-rekwiżiti tal-punti 24 u 25 tal-Avviż ta' Klemenza tal-2006 u qed tingħata tnaqqis ta' 20 % tal-multa.

2.5.5.   Applikazzjoni tan-Notifika ta' Riżolviment

(27)

B'riżultat tal-applikazzjoni tan-Notifika ta' Riżolviment, l-ammont tal-multi impost fuq Automotive Lighting u Hella tnaqqas b'10 % oħra.

3.   KONKLUŻJONI

(28)

Il-multi li ġejjin ġew imposti skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003:

(a)

Valeo: EUR 0

(b)

Automotive Lighting: EUR 16 347 000

(c)

Hella: EUR 10 397 000


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  L-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-Immunità minn multi u tnaqqis ta' multi f'każijiet ta' kartell (ĠU C 298, 8.12.2006, p. 17).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta' April 2004 dwar it-tmexxija ta' proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).

(4)  ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2.


Il-Qorti tal-Awdituri

5.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 333/7


Rapport Speċjali Nru 13/2017

“Sistema Ewropea unika tal-ġestjoni tat-traffiku ferrovjarju: l-għażla politika qatt se ssir realtà?”

(2017/C 333/05)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 13/2017 “Sistema Ewropea unika tal-ġestjoni tat-traffiku ferrovjarju: l-għażla politika qatt se ssir realtà?” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

5.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 333/8


Għajnuna mill-istat — Deċiżjoni biex ma jitqajmux oġġezzjonijiet

(2017/C 333/06)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura li ġejja dwar l-għajnuna mill-Istat:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

:

it-13 ta’ Lulju 2017

Każ Nru

:

80780

Deċiżjoni Nru

:

143/17/COL

Stat tal-EFTA

:

In-Norveġja

Reġjun

:

It-tliet Kontej Nordland, Troms u Finnmark

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

:

L-operaturi turistiċi

Il-bażi legali

:

Id-deċiżjonijiet baġitarji meħuda mill-Kontej Nordland, Troms u Finnmark

It-tip ta’ miżura

:

L-għajnuna operattiva

L-objettiv

:

L-objettiv huwa li tiġi evitata d-depopolazzjoni permezz tal-ħolqien tal-impjiegi fl-industrija tat-turiżmu billi l-operaturi turistiċi jingħataw sostenn biex jorganizzaw titjiriet charter (jiġifieri mhux titjiriet skedati) lejn l-ajruporti fi tliet kontej fit-Tramuntana tan-Norveġja.

Il-forma tal-għajnuna

:

L-għajnuna operattiva

Il-baġit

:

NOK 10 miljun

L-intensità

:

25 %

It-tul taż-żmien

:

L-estensjoni mill-1.11.2017 sal-31.12.2020

Is-setturi ekonomiċi

:

L-operaturi turistiċi b’titjiriet charter

L-isem u l-indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

:

It-tliet Kontej Nordland, Troms u Finnmark

Aktar informazzjoni

:

 

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/