ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 312

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
20 ta' Settembru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 312/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8589 — SCOR/MutRé) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 312/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2017/C 312/03

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

3

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2017/C 312/04

Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Modifika tal-obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru skedati ( 1 )

4

2017/C 312/05

Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti għall-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

5


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 312/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8585 — Axis/Novae) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

6

2017/C 312/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8617 — Allianz/Negozji ta’ assigurazzjoni ġenerali LV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8


 

Rettifika

2017/C 312/08

Rettifika tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Lulju 2017 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-dokument uniku li hemm referenza għalih fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid [Skalický rubín (DOP)] ( ĠU C 224, 13.7.2017 )

9


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8589 — SCOR/MutRé)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 312/01)

Fit-13 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali.

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8589. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-19 ta’ Settembru 2017

(2017/C 312/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1972

JPY

Yen Ġappuniż

133,44

DKK

Krona Daniża

7,4414

GBP

Lira Sterlina

0,88622

SEK

Krona Żvediża

9,5261

CHF

Frank Żvizzeru

1,1535

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,3420

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,103

HUF

Forint Ungeriż

308,85

PLN

Zloty Pollakk

4,2785

RON

Leu Rumen

4,6004

TRY

Lira Turka

4,1764

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4969

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4714

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,3432

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6398

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6151

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 351,57

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,9446

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8832

HRK

Kuna Kroata

7,4745

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 886,84

MYR

Ringgit Malażjan

5,0200

PHP

Peso Filippin

61,038

RUB

Rouble Russu

69,5066

THB

Baht Tajlandiż

39,603

BRL

Real Brażiljan

3,7429

MXN

Peso Messikan

21,2495

INR

Rupi Indjan

77,0174


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


20.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/3


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2017/C 312/03)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikolari li jintużaw denominazzjonijiet taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta' EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f'termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż tal-ħruġ : Franza

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-25 anniversarju taż-żigarella r-roża, simbolu tal-ġlieda kontra l-kanċer tas-sider

Deskrizzjoni tad-disinn : Mis-snin 90, il-ġlieda kontra l-kanċer tas-sider hija kawża ewlenija madwar id-dinja. Fl-okkażjoni tal-25 anniversarju taż-żigarella r-roża, is-simbolu ikoniku ta’ din il-ġlieda, Monnaie de Paris iddeċiediet li tappoġġa din il-kawża. Għal kważi 15-il sena, kull sena tiġi ppreżentata żigarella roża biex jiġu appoġġati l-isforzi tar-riċerka u l-innovazzjoni.

Id-disinn jirrappreżenta bust ta’ mara simbolikament protett minn id u ż-żigarella. Huwa jinsab imdawwar, fuq in-naħa tal-lemin, bl-iskrizzjoni “25e ANNIVERSAIRE DU RUBAN ROSE” (25 anniversarju taż-żigarella r-roża). Fuq in-naħa tal-lemin hemm ukoll “1992-2017”, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ “RF” u l-marki taz-zekka.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu : 10 miljun munita

Data tal-ħruġ : il-25 ta’ Settembru 2017


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta' Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta' muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

20.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/4


Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Modifika tal-obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru skedati

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 312/04)

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Rotta kkonċernata

Cardiff — L-ajruport ta’ RAF Valley/Anglesey

Id-data oriġinali tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

Il-5 ta’ Ottubru 2006

Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-modifiki

L-1 ta’ April 2018

L-indirizz mnejn jistgħu jinkisbu t-test u t-tagħrif u/jew id-dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligu tas-servizz pubbliku mmodifikat

Għal iktar tagħrif ikkuntattja lill-Gvern ta’ Wales fl-indirizz li ġej:

Welsh Government — Transport Procurement

Cathays Park

Cardiff

CF10 3NQ

UNITED KINGDOM

Numru tat-telefown: +44 3000603300

Numru tal-faks: +44 2920801444

L-indirizz tal-posta elettronika: transportprocurement@gov.wales/transportprocurement@wales.gsi.gov.uk

Is-sit tal-Internet: www.etenderwales.bravosolution.co.uk


20.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/5


Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti għall-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 312/05)

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Rotta kkonċernata

Cardiff - RAF Valley, Anglesey

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mill-1 ta’ April 2018 sal-31 ta’ Marzu 2022

Skadenza għat-tressiq tal-offerti

Is-7 ta’ Diċembru 2017

L-indirizz mnejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u t-tagħrif u/jew id-dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku emendat

Transport Procurement

Welsh Government

Cathays Park

Cardiff

CF10 3NQ

UNITED KINGDOM

Ir-referenza tal-kuntratt: itt_64281

L-indirizz tal-posta elettronika: transportprocurement@gov.wales/transportprocurement@wales.gsi.gov.uk

Is-sit tal-Internet: www.etenderwales.bravosolution.co.uk


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8585 — Axis/Novae)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 312/06)

1.

Fit-13 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Axis Capital Holdings Limited (il-Bermuda) (“Axis”)

Novae Group PLC (ir-Renju Unit) (“Novae”).

Axis takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta’ Novae.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Axis: kumpanija tal-assigurazzjoni/riassigurazzjoni globali bil-kwartieri ġenerali fil-Bermuda elenkata fil-Borża ta’ New York li tipprovdi firxa wiesgħa ta’ linji speċjalizzati ta’ assigurazzjoniu riassigurazzjoni tat-trattati.

—   għal Novae: kumpanija tar-Renju Unit elenkata pubblikament bil-kwartieri ġenerali tagħha f’Londra u elenkata fil-Borża ta’ Londra; permezz tas-sindakat tagħha f’Lloyd’s (is-Sindikat 2007), hija tissottoskrivi l-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8585 — Axis/Novae

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks

+32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


20.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8617 — Allianz/Negozji ta’ assigurazzjoni ġenerali LV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 312/07)

1.

Fit-13 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Allianz Holding plc (ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Allianz SE (“Allianz”, il-Ġermanja), il-kumpannija omm ta’ Allianz Group (il-Ġermanja),

Negozju ta’ assigurazzjoni ġenerali mhux tal-ħajja fir-Renju Unit ta’ Liverpool Victoria General Insurance Group Limited (“LVGI”) (ir-Renju Unit),

LVGI (ir-Renju Unit), li hija kkontrollata indirettament minn Liverpool Victoria Friendly Society Ltd (“LV”) (ir-Renju Unit).

Allianz (permezz tal-affiljata tagħha Allianz Holdings plc), takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tan-negozju ta’ assigurazzjoni ġenerali mhux tal-ħajja tar-Renju Unit LVGI (“Target”).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Allianz: fornitur ta’ servizzi finanzjarji globali bil-kwartieri ġenerali fi Munich u elenkata fuq il-Borża ta’ Frankfurt, li tipprovdi servizzi finanzjarji b’mod predominanti fil-qasam ta’ assigurazzjoni tal-ħajja u assigurazzjoni mhux tal-ħajja.

—   għal Target: assigurazzjoni ġenerali mhux tal-ħajja fir-Renju Unit u negozji ta’ servizzi legali ta’ LV. LV huwa grupp tas-servizzi finanzjarji fir-Renju Unit u assoċjazzjoni mutwa li jipprovdu firxa ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8617 — Allianz/Negozji ta’ assigurazzjoni ġenerali LV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika:

COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks:

+32 229-64301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Rettifika

20.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/9


Rettifika tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Lulju 2017 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-dokument uniku li hemm referenza għalih fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid [Skalický rubín (DOP)]

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 224 tat-13 ta’ Lulju 2017 )

(2017/C 312/08)

Fil-paġna 10, punt 4, fil-“karatteristiċi analitiċi ġenerali”,

minflok:

“Aċidità totali minima - 3,5 meq/l”,

aqra:

“Aċidità totali minima – 3,5 g kull litru, espressa f’aċidu tartariku”.