ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
2017/C 249/01 |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2017/C 249/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-30 ta’ Mejju 2017 – Safa Nicu Sepahan Co. vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-45/15 P) (1)
((Appell - Rikors għad-danni - Politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran - Lista tal-persuni u tal-entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Dannu materjali - Dannu immaterjali - Żball ta’ evalwazzjoni tal-ammont tal-kumpens - Assenza - Appell inċidentali - Kundizzjonijiet neċessarji għall-istabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea - Obbligu li tiġi stabbilita l-fondatezza tal-miżuri restrittivi - Ksur suffiċjentement serju))
(2017/C 249/02)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Safa Nicu Sepahan Co. (rappreżentant: A. Bahrami, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Liudvinaviciute-Cordeiro, M. Bishop u I. Gurov, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: M. Gray, aġent)
Dispożittiv
1) |
L-appelli ppreżentati minn Safa Nicu Sepahan Co. u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu miċħuda. |
2) |
Safa Nicu Sepahan Co. u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
3) |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil – is-Slovenja) – Medisanus d.o.o. vs Splošna Bolnišnica Murska Sobota
(Kawża C-296/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 2 u Artikolu 23(2) u (8) - Artikoli 34 u 36 TFUE - Kuntratt pubbliku għall-provvista ta’ sptar - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi l-provvista prijoritarja tal-isptarijiet bi prodotti mediċinali mmanifatturati minn plażma nazzjonali - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament))
(2017/C 249/03)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Qorti tar-rinviju
Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Medisanus d.o.o.
Konvenut: Splošna Bolnišnica Murska Sobota
Dispożittiv
L-Artikolu 2 u l-Artikolu 23(2) u (8) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], kif ukoll l-Artikolu 34 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 36 TFUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu klawżola tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ kuntratt pubbliku li teżiġi, konformement mal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li taħtha taqa’ l-awtorità kontraenti, li l-prodotti mediċinali dderivati mill-plażma, li huma s-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni, ikunu mmanifatturati minn plażma miġbura f’dan l-Istat Membru.
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tal-31 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance francophone de Bruxelles – il-Belġju) – proċeduri kriminali kontra U
(Kawża C-420/15) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 45 TFUE - Moviment liberu tal-ħaddiema - Obbligu ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura li hija proprjetà ta’ persuna residenti fil-Belġju u intiża li tintuża fl-Italja)
(2017/C 249/04)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance francophone de Bruxelles
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
U
Dispożittiv
L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha ħaddiem residenti għandu l-obbligu li jirreġistra f’dan l-Istat Membru vettura li huwa l-proprjetarju tagħha iżda li hija diġà rreġistrata fi Stat Membru ieħor u hija intiża essenzjalment sabiex tiġi użata fit-territorju ta’ dan l-aħħar Stat.
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Proċedura mressqa minn Gert Folk
(Kawża C-529/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Responsabbiltà ambjentali - Direttiva 2004/35/KE - Artikolu 17 - Applikabbiltà ratione temporis - Operazzjoni ta’ impjant idroelettriku li beda jopera qabel l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva - Punt 1(b) tal-Artikolu 2 - Kunċett ta’ “danni ambjentali” - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi kull dannu kopert minn awtorizzazzjoni - Artikolu 12(1) - Aċċess għall-ġustizzja fil-qasam tad-dritt ambjentali - Locus standi - Direttiva 2000/60/KE - Artikolu 4(7) - Effett dirett))
(2017/C 249/05)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Gert Folk
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 17 tad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, kif emendata bid-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li, bħala ħsara għall-verifiki li għandhom jitwettqu mill-qorti tar-rinviju, l-imsemmija direttiva tapplika ratione temporis għad-danni ambjentali li mmaterjalizzaw wara t-30 ta’ April 2007 iżda li jkunu ġew ikkawżati mill-operazzjoni ta’ installazzjoni awtorizzata konformement mal-leġiżlazzjoni dwar l-ilma u li bdiet topera qabel din id-data. |
2) |
Id-Direttiva 2004/35, kif emendata bid-Direttiva 2009/31, u b’mod partikolari l-punt 1(b) tal-Artikolu 2 tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li teskludi, b’mod ġenerali u awtomatiku, li dannu li jolqot b’mod gravi u negattiv l-istat ekoloġiku, kimiku jew kwantitattiv jew il-potenzjal ekoloġiku tal-ilmijiet ikkonċernati jiġi kklassifikat bħala “dannu ambjentali”, minħabba s-sempliċi fatt li dan id-dannu jkun kopert minn awtorizzazzjoni maħruġa skont dan id-dritt. |
3) |
Fil-każ li awtorizzazzjoni tkun ingħatat skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali mingħajr eżami tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(7)(a) sa (d) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, qorti nazzjonali ma hijiex obbligata tivverifika hija stess jekk il-kundizzjonijiet previsti f’din id-dispożizzjoni humiex issodisfatti sabiex tiddetermina l-eżistenza ta’ dannu ambjentali fis-sens tal-punt 1(b) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/35, kif emendata bid-Direttiva 2009/31. |
4) |
L-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2004/35, kif emendata bid-Direttiva 2009/31, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tippermettix lid-detenturi ta’ drittijiet ta’ sajd iressqu proċedura ta’ rikors dwar dannu ambjentali, fis-sens tal-punt 1(b) tal-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva. |
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Wuppertal – il-Ġermanja) – proċedura mibdija minn Mircea Florian Freitag
(Kawża C-541/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikolu 21 TFUE - Libertà ta’ moviment u ta’ residenza fl-Istati Membri - Ċittadin li għandu kemm in-nazzjonalità tal-Istat Membru tar-residenza tiegħu kif ukoll tal-Istat Membru tat-twelid tiegħu - Bdil tal-kunjom fl-Istat Membru tat-twelid mingħajr residenza abitwali - Isem li jikkorrispondi mal-isem tat-twelid - Talba għar-reġistrazzjoni ta’ dan l-isem fir-reġistru tal-istatus ċivili tal-Istat Membru ta’ residenza - Ċaħda ta’ din it-talba - Raġuni - Nuqqas ta’ ksib tal-isem matul residenza abitwali - Eżistenza ta’ proċeduri oħra tad-dritt nazzjonali sabiex jinkiseb ir-rikonoxximent tal-istess isem))
(2017/C 249/06)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Wuppertal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Mircea Florian Freitag
Dispożittiv
L-Artikolu 21 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi li l-uffiċċju tal-istatus ċivili ta’ Stat Membru jirrifjuta li jirrikonoxxi u li jirreġistra fir-reġistru tal-istatus ċivili l-isem legalment miksub minn ċittadin ta’ dan l-Istat Membru fi Stat Membru ieħor, li tiegħu huwa għandu wkoll in-nazzjonalità, u li jikkorrispondi mal-isem tat-twelid tiegħu, fuq il-bażi ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tissuġġetta l-possibbiltà li tinkiseb tali reġistrazzjoni permezz ta’ dikjarazzjoni quddiem l-uffiċċju tal-istatus ċivili għall-kundizzjoni li dan l-isem ikun inkiseb matul residenza abitwali f’dan l-Istat Membru l-ieħor, sakemm ma jkunx hemm fid-dritt nazzjonali dispożizzjonijiet oħra li effettivament jippermettu r-rikonoxximent tal-imsemmi isem.
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-1 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Hessisches Finanzgericht – il-Ġermanja) – Wallenborn Transports SA vs Hauptzollamt Gießen
(Kawża C-571/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud [VAT] - Proċedura ta’ tranżitu estern - Trasport tal-merkanzija minn port ħieles li jinsab fi Stat Membru - Leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru li teskludi l-portijiet ħielsa mit-territorju fiskali nazzjonali - Tneħħija mis-sorveljanza doganali - Tnissil tad-dejn doganali u impożizzjoni tal-VAT))
(2017/C 249/07)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja
Qorti tar-rinviju
Hessisches Finanzgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Wallenborn Transports SA
Konvenut: Hauptzollamt Gießen
Dispożittiv
1) |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 71 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2007/75/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2007, għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-riferiment għal “wieħed mill-arranġamenti jew sitwazzjonijiet imsemmija” fl-Artikolu 156 ta’ din jinkludi ż-żoni ħielsa. |
2) |
L-Artikolu 71(1) tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2007/75, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tneħħija ta’ merkanzija mis-sorveljanza doganali ġewwa żona ħielsa ma toħloqx il-fatt taxxabbli u lanqas ma trendi impożabbli t-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni jekk din il-merkanzija ma tkunx daħlet fiċ-ċirku ekonomiku tal-Unjoni, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina. |
3) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 71(1) tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2007/75, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta dejn doganali joriġina abbażi tal-Artikolu 203 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-20 ta’ Novembru 2006, u jkun eskluż, minħabba ċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, li dan ikollu bħala konsegwenza t-tnissil ta’ dejn tat-taxxa fuq il-valur miżjud, ma hemmx lok li jiġi applikat l-Artikolu 204 ta’ dan ir-regolament bl-uniku għan li jiġi ġġustifikat il-fatt taxxabbli ta’ din it-taxxa. |
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg West-Vlaanderen, afdeling Brugge – il-Belġju) – Maria Eugenia Van der Weegen, Miguel Juan Van der Weegen, Anna Pot, li qed jaġixxu bħala l-aventi kawża ta’ Johannes Van der Weegen, mejjet, Anna Pot vs Belgische Staat
(Kawża C-580/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 56 TFUE - Artikolu 36 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq id-dħul - Eżenzjoni fiskali rriżervata għall-interessi mħallsa mill-banek li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet legali - Diskriminazzjoni indiretta - Banek stabbiliti fil-Belġju u banek stabbiliti fi Stat Membru ieħor))
(2017/C 249/08)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg West-Vlaanderen, afdeling Brugge
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Maria Eugenia Van der Weegen, Miguel Juan Van der Weegen, Anna Pot, li qed jaġixxu bħala l-aventi kawża ta’ Johannes Van der Weegen, mejjet, Anna Pot
Konvenut: Belgische Staat
Dispożittiv
L-Artikolu 56 TFUE u l-Artikolu 36 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi sistema nazzjonali ta’ eżenzjoni fiskali, sa fejn din tal-aħħar, għalkemm tapplika indistintament għad-dħul minn fondi ta’ tfaddil ma’ fornituri ta’ servizzi bankarji stabbiliti fil-Belġju jew fi Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea, tissuġġetta għal kundizzjonijiet l-aċċess għas-suq bankarju Belġjan għal fornituri ta’ servizzi stabbiliti fi Stati Membri oħra, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2017 – Schniga GmbH vs L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti, Brookfield New Zealand Ltd, Elaris SNC
(Kawża C-625/15 P) (1)
((Appell - Protezzjoni Komunitarja tal-varjetajiet ġodda ta’ pjanti - Applikazzjoni għal protezzjoni Kommunitarja - Varjetà ta’ tuffieħa “Gala Schnitzer” - Eżami tekniku - Prinċipji ta’ gwida maħruġa mill-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) - Regolament (KE) Nru 1239/95 - Artikolu 23(1) - Setgħat tal-President tas-CPVO - Żieda ta’ karatteristika distintiva fit-tmiem tal-eżami tekniku - Stabbiltà tal-karatteristika fuq żewġ ċikli ta’ kultivazzjoni))
(2017/C 249/09)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Schniga GmbH (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (rappreżentanti: M. Ekvad u F. Mattina, aġenti), Brookfield New Zealand Ltd, Elaris SNC (rappreżentant: M. Eller, avukat)
Dispożittiv
1) |
Is-sentenza tal-Qorti Ġenrali tal-Unjoni Ewropea tal-10 ta’ Settembru 2015, Schniga vs CPVO – Brookfield New Zealand u Elaris (Gala Schnitzer) (T-91/14 u T-92/14, mhux ippubblikata, EU:T:2015:624), hija annullata. |
2) |
Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO), tal-20 ta’ Settembru 2013, dwar l-għoti tal-protezzjoni Komunitarja tal-varjetajiet ġodda ta’ pjanti għall-varjetà ta’ tuffieħa Gala Schnitzer (Każijiet A 003/2007 u A 004/2007), huma annullati. |
3) |
L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Schniga GmbH. |
4) |
Brookfield New Zealand Ltd u Elaris SNC għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanija) – W. F. Gözze Frottierweberei GmbH, Wolfgang Gözze vs Verein Bremer Baumwollbörse
(Kawża C-689/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikoli 9 u 15 - Preżentazzjoni tas-sinjal fjura tal-qoton minn assoċjazzjoni - Reġistrazzjoni inkwantu trade mark individwali - Konċessjoni ta’ liċenzji ta’ użu ta’ din it-trade mark lill-produtturi ta’ tessuti tal-qoton affiljati ma’ din l-assoċjazzjoni - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità jew ta’ revoka - Kunċett ta’ “użu ġenwin” - Funzjoni essenzjali ta’ indikazzjoni ta’ oriġini))
(2017/C 249/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: W. F. Gözze Frottierweberei GmbH, Wolfgang Gözze
Konvenuta: Verein Bremer Baumwollbörse
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-twaħħil ta’ trade mark individwali tal-Unjoni Ewropea, mill-proprjetarju jew bil-kunsens tiegħu, fuq prodotti inkwantu tikketta ta’ kwalità ma huwiex użu inkwantu trade mark li jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “użu ġenwin” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Madankollu t-twaħħil ta’ din it-trade mark jikkostitwixxi tali użu ġenwin jekk dan jiggarantixxi, ukoll u simultanjament, lill-konsumaturi li dawn il-prodotti ġejjin minn impriża waħda li taħt il-kontroll tagħha dawn il-prodotti huma mmanifatturati u li lilha tista’ tiġi attribwita r-responsabbiltà tal-kwalità tagħhom. F’din l-aħħar ipoteżi, il-proprjetarju ta’ din it-trade mark huwa awtorizzat sabiex jipprojbixxi, skont l-Artikolu 9(1)(b) ta’ dan ir-regolament, it-twaħħil minn terz ta’ sinjal li jixxiebah fuq prodotti identiċi, jekk dan it-twaħħil joħloq probabbiltà ta’ konfużjoni min-naħa tal-pubbliku. |
2) |
L-Artikolu 52(1)(a) u l-Artikolu 7(1)(g) tar-Regolament Nru 207/2009 għandhom jiġu interpretati fis-sens li trade mark individwali ma tistax tiġi ddikjarata invalida, abbażi ta’ applikazzjoni konġunta ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, minħabba l-fatt li l-proprjetarju tat-trade mark ma jiggarantixxix, permezz ta’ kontrolli ta’ kwalità regolari mal-persuni liċenzjati tiegħu, il-konformità tal-aspettattivi fir-rigward tal-kwalità li l-pubbliku jassoċja ma’ din it-trade mark. |
3) |
Ir-Regolament Nru 207/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar it-trade marks kollettivi tal-Unjoni Ewropea ma jistgħux, mutatis mutandis, jiġu applikati għat-trade marks individwali tal-Unjoni Ewropea. |
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Ordinario di Venezia – l-Italja) – Vinyls Italia SpA, fi stralċ vs Mediterranea di Navigazione SpA
(Kawża C-54/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Proċeduri ta’ insolvenza - Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Artikoli 4 u 13 - Atti detrimentali għall-massa tal-kredituri - Ċirkustanzi li fihom l-att inkwistjoni jista’ jiġi kkontestat - Att suġġett għal-liġi ta’ Stat Membru differenti mill-Istat tal-ftuħ tal-proċeduri - Att li ma jistax jiġi kkontestat abbażi ta’ din il-liġi - Regolament (KE) Nru 593/2008 - Artikolu 3(3) - Liġi magħżula mill-partijiet - Fejn ikunu jinsabu l-elementi kollha tas-sitwazzjoni kkonċernata fl-Istat tal-ftuħ tal-proċeduri - Effett))
(2017/C 249/11)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Ordinario di Venezia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vinyls Italia SpA, fi stralċ
Konvenuta: Mediterranea di Navigazione SpA
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment [proċeduri ta’ insolvenza], għandu jiġi interpretat fis-sens li l-forma u t-terminu li fihom il-benefiċjarju ta’ att detrimentali għall-massa tal-kredituri għandu jqajjem eċċezzjoni skont dan l-artikolu, sabiex jikkontesta azzjoni għar-revoka ta’ dan l-att skont id-dispożizzjonijiet tal-lex fori concursus, kif ukoll il-kwistjoni jekk dan l-artikolu jistax jiġi applikat ukoll ex officio mill-qorti li jkollha ġurisdizzjoni, jekk ikun il-każ wara l-iskadenza tat-terminu mogħti lill-parti kkonċernata, jaqgħu taħt id-dritt proċedurali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun pendenti t-tilwima. Madankollu, dan id-dritt ma għandux ikun inqas favorevoli minn dak li jirregola sitwazzjonijiet simili suġġetti għad-dritt intern (prinċipju ta’ ekwivalenza) u ma għandux jirrendi impossibbli fil-prattika jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mid-dritt tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività), ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika. |
2) |
L-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1346/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-parti li fuqha jaqa’ l-oneru tal-prova għandha tipprova li, meta l-lex causae tippermetti li jiġi kkontestat att li jitqies li huwa detrimentali, il-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex rikors ippreżentat kontra dan l-att ikun jista’ jintlaqa’, li huma differenti minn dawk previsti mil-lex fori concursus, ma humiex issodisfatti konkretament. |
3) |
L-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1346/2000 jista’ jiġi invokat validament meta l-partijiet f’kuntratt, li jkollhom is-sede tagħhom fl-istess Stat Membru, li fit-territorju tiegħu jinsabu wkoll l-elementi rilevanti l-oħra kollha tas-sitwazzjoni kkonċernata, ikunu għażlu, bħala l-liġi applikabbli għal dan il-kuntratt, dik ta’ Stat Membru ieħor, bil-kundizzjoni li dawn il-partijiet ma jkunux għażlu din il-liġi b’mod frawdolenti jew abbużiv, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika. |
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-31 ta’ Mejju 2017 – Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-228/16 P) (1)
((Appell - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni - Rifjut tal-Kummissjoni Ewropea li jingħata segwitu għall-eżami tal-ilment tal-appellanti - Assenza ta’ għajnuna fl-għeluq tal-fażi preliminari ta’ investigazzjoni - Deċiżjoni purament konfermattiva - Kundizzjonijiet ta’ legalità tal-irtirar ta’ deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni))
(2017/C 249/12)
Lingwa tal-proċedura: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) (rappreżentanti: E. Bourtzalas, avukat, A. Oikonomou, E. Salaka, C. Synodinos u H. Tagaras, dikigoroi, D. Waelbroeck, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u É. Gippini Fournier, aġenti)
Dispożittiv
1) |
Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Frar 2016, DEI vs Il-Kummissjoni (T-639/14, mhux ippubblikat, EU:T:2016:77), huwa annullat. |
2) |
Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. |
3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Sharda Europe B.V.B.A. vs Administración del Estado, Syngenta Agro, SA
(Kawża C-293/16) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Direttiva 2008/69/KE - Artikolu 3(2) - Proċedura ta’ evalwazzjoni, mill-Istat Membri, il-prodotti dwar il-protezzjoni tal-pjanti awtorizzati - Terminu - Diverġenza bejn il-verżjonijiet lingwistiċi)
(2017/C 249/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sharda Europe B.V.B.A.
Konvenuta: Administración del Estado, Syngenta Agro, SA
Dispożittiv
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) Direttiva tal-Kummissjoni 2008/69/KE ta’ l-1 ta’ Lulju 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-clofentezine, dicamba, difenoconazole, diflubenzuron, imazaquin, lenacil, oxadiazon, picloram u pyriproxyfen bħala sustanzi attivi, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-data tal-31 ta’ Diċembru 2008 li jipprevedi prodott fitofarmaċewtiku diġà awtorizzat, li jkun fih waħda mis-sustanzi attivi msemmija fl-anness ta’ din id-direttiva, fid-data finali li fiha għandhom jiġi inklużi, fil-lista li tidher fl-Anness I tad-Direttiva 91/414 Direttiva Tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, is-sustanzi attivi kollha li jinsabu f’dan il-prodott fitofarmaċewtiku, barra dawk elenkati fl-anness tad-Direttiva 2008/69, sabiex jinħoloq obbligu li ssir evalwazzjoni mill-ġdid tal-imsemmi prodott f’dan l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2).
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2017 – Dextro Energy GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-296/16 P) (1)
((Appell - Protezzjoni tal-konsumaturi - Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Indikazzjonijiet dwar is-saħħa relatati mal-prodotti tal-ikel, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard kif ukoll għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal - Ċaħda tat-talba għall-inklużjoni ta’ ċertu indikazzjonijiet minkejja l-opinjoni pożittiva tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA)))
(2017/C 249/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Dextro Energy GmbH & Co. KG (rappreżentanti: M. Hagenmeyer u T. Teufer, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Grünheid u K. Herbout-Borczak, aġenti)
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
Dextro Energy GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż. |
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (id-Disa’ Awla) tal-1 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sąd Okręgowy w Warszawie – il-Polonja) – Piotr Zarski vs Andrzej Stadnicki
(Kawża C-330/16) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali - Direttiva 2011/7/UE - Kuntratti ta’ kiri kummerċjali għal żmien indeterminat - Tardività ta’ ħlasijiet ta’ kera - Kuntratti konklużi qabel l-iskadenza tal-perijodu għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni temporali tal-imsemmija direttiva għal dawn il-kuntratti)
(2017/C 249/15)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Okręgowy w Warszawie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Piotr Zarski
Konvenut: Andrzej Stadnicki
Dispożittiv
L-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva il-ħlasijiet tardivi fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratt konkluż qabel is-16 ta’ Marzu 2013, anki meta din it-tardività sseħħ sussegwentement għal din id-data.
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Monomeles Protodikeio Athinon – il-Greċja) – OL vs PQ
(Kawża C-111/17 PPU) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Ħtif internazzjonali ta’ minuri - Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-25 ta’ Ottubru 1980 - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Artikolu 11 - Talba għal ritorn - Kunċett ta’ “residenza abitwali” ta’ tarbija - Minuri mwieled, konformement mar-rieda tal-ġenituri tiegħu, fi Stat Membru li ma huwiex dak tar-residenza abitwali tagħhom - Residenza kontinwa tal-minuri matul l-ewwel xhur tiegħu ta’ ħajja fl-Istat Membru fejn twieled - Deċiżjoni tal-omm li ma tirritornax fl-Istat Membru fejn kienet ir-residenza abitwali tal-koppja])
(2017/C 249/16)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Monomeles Protodikeio Athinon
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: OL
Konvenuta: PQ
Dispożittiv
L-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni, bħal dik fil-kawża prinċipali, li fiha minuri twieldet u għexet b’mod kontinwu ma’ ommha għal diversi xhur, konformement mar-rieda komuni tal-ġenituri tagħha, fi Stat Membru li ma huwiex dak li fih dawn kellhom ir-residenza abitwali tagħhom qabel it-twelid tagħha, l-intenzjoni oriġinali tal-ġenituri dwar ir-ritorn tal-omm, flimkien mal-minuri, f’dan l-Istat Membru tal-aħħar ma jippermettix li jiġi kkunsidrat li din il-minuri għandha r-“residenza abitwali” tagħha hemm, fis-sens ta’ dan ir-regolament.
Konsegwentement, f’sitwazzjoni bħal din, ir-rifjut tal-omm li tirritorna flimkien mal-minuri f’dan l-istess Stat Membru ma għandux jiġi kkunsidrat bħala “tneħħija nġusta jew iż-żamma” tal-minuri, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 11(1).
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/12 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Lg Costruzioni Srl vs Area – Azienda Regionale per l’edilizia abitativa
(Kawża C-110/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratt pubbliku għal xogħlijiet - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 7 - Evalwazzjoni u verifika tal – kapaċitajiet tekniċi tal – operaturi ekonomiċi - Artikolu 53(2) tar – Regoli tal – Proċedura tal – Qorti tal – Ġustizzja - Inammissibbiltà manifesta))
(2017/C 249/17)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lg Costruzioni Srl
Konvenuta: Area – Azienda Regionale per l’Edilizia Abitativa
Fil-preżenza ta’: TE.SV.AM. Srl, Alvit Srl, Igit SpA, Planarch Srl, Francesco Auteri
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (Kunsill tal-Istat, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tad-19 ta’ Jannar 2016, hija manifestament inammissibbli.
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/13 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – ir-Rumanija) – SC Exmitiani SRL vs Direcţia Generală a Finanţelor Publice Cluj
(Kawża C-286/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Attività ta’ trasport bit-triq ta’ persuni - Impożizzjoni - Fatti li jippreċedu l-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))
(2017/C 249/18)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Cluj
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC Exmitiani SRL
Konvenuta: Direcţia Generală a Finanţelor Publice Cluj
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mill-Curtea de Apel Cluj (qorti tal-appell ta’ Cluj, ir-Rumanija).
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/13 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2017 – Holistic Innovation Institute, SLU vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-411/16 P) (1)
((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riċerka - Is-Seba’ Programm Kwadru għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku (2007-2013) - Proġett eDIGIREGION - Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tirrifjuta l-parteċipazzjoni tar-rikorrenti - Rikors għal annullament u għad-danni))
(2017/C 249/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Holistic Innovation Institute, SLU (rappreżentanti: J.J. Marín López, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, aġent, u J. Rivas Andrés, avukat)
Dispożittiv
1. |
L-appell huwa miċħud. |
2. |
Holistic Innovation Institute SLU hija kkundannata għall-ispejjeż. |
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/14 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší soud České republiky – ir-Repubblika Ċeka) – Jitka Svobodová vs Česká republika – Okresní soud v Náchodě
(Kawża C-653/16) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntest fattwali u leġiżlattiv tal-kawża prinċipali - Assenza ta’ informazzjoni suffiċjenti - Inammissibbiltà manifesta - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja])
(2017/C 249/20)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší soud České republiky
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Jitka Svobodová
Konvenuta: Česká republika – Okresní soud v Náchodě
fil-preżenta ta’: Česká republika – Ministerstvo spravedlnosti ČR
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud (qorti suprema, ir-Repubblika Ċeka), permezz tad-deċiżjoni tat-2 ta’ Diċembru 2016, hija manifestament inammissibbli.
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/14 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija – Bericap Záródástechnikai Cikkeket Gyártó Bt. vs Nemzetgazdasági Minisztérium
(Kawża C-53/17) (1)
((Talba għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Għajnuna mogħtija mill-Istati Membri - Derogi għall-projbizzjoni ta’ għajnuna - Għajnuna li tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern - Regolament (KE) Nru 800/2008 - Definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u medji - Impriżi relatati - Impriżi li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fl-istess suq u li huma parti minn grupp globali ta’ impriżi li huma proprjetà tal-membri tal-istess familja - Kunċett ta’ “grupp ta’ persuni naturali li jaġixxu flimkien”))
(2017/C 249/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bericap Záródástechnikai Cikkeket Gyártó Bt.
Konvenut: Nemzetgazdasági Minisztérium
Dispożittiv
L-Artikolu 3(3) tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008, tas-6 ta’ Awwissu 2008, li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skond l-Artikoli [107 u 108 TFUE] għandu jiġi interpretat fis-sens li impriżi jistgħu jitqiesu bħala “relatati”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta mill-analiżi ta’ rapporti kemm ġuridiċi kif ukoll ekonomiċi eżistenti bejniethom jirriżulta li jikkostitwixxu, permezz ta’ persuna fiżika jew grupp ta’ persuni fiżiċi li jaġixxu flimkien, entità ekonomika unika, għalkemm huma ma għandhom formalment la waħda u lanqas l-oħra mir-relazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tal-imsemmi anness. Jitqiesu bħala li jaġixxu flimkien fis-sens tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tal-imsemmi anness il-persuni fiżiċi li jikkoordinaw bejniethom sabiex jeżerċitaw influenza fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali ta’ impriżi kkonċernati hekk li dawn l-impriżi ma jistgħux jitqiesu bħala ekonomikanent indipendenti waħda mill-oħra. It-twettiq ta’ tali kundizzjoni jiddependi miċ-ċirkustanzi tal-kawża u mhux neċessarjament suġġett għall-eżistenza ta’ relazzjonijiet kuntrattwali bejn dawn il-persuni lanqas għall-konstatazzjoni tal-intenzjoni tagħhom li jevitaw id-definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar jew medji fis-sens tal-Anness 1 tar-Regolament Nru 800/2008.
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/15 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Rayonen sad Varna) – il-Bulgarija – Todor Iliev vs Blagovesta Ilieva
(Kawża C-67/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Artikolu 1(2)(a) - Kamp ta’ applikazzjoni - Materji esklużi - Effetti matrimonjali - Xoljiment taż-żwieġ - Likwidazzjoni ta’ beni akkwistati matul iż-żwieġ))
(2017/C 249/22)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Rayonen sad Varna
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Todor Iliev
Konvenut: Blagovesta Ilieva
Dispożittiv
L-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, kawża, bħal dik prinċipali, marbuta mal-likwidazzjoni, wara l-għoti ta’ divorzju, ta’ beni mobbli akkwistati matul iż-żwieġ minn konjuġi ċittadini ta’ Stat Membru, iżda ddomiċiljati fi Stat Membru ieħor, ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, iżda taħt id-dominju tal-effetti matrimonjali u, għaldaqstant, taħt l-esklużjonijiet li jinsabu fl-imsemmi Artikolu 1(2)(a).
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/16 |
Appell ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2016 minn Capella EOOD mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-12 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża T-750/14 – Ivo-Kermartin GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-687/16 P)
(2017/C 249/23)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Capella EOOD (rappreżentant: C. Pfitzer, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
B’digriet tas-7 ta’ Ġunju 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (L-Għaxar Awla) ċaħdet l-appell u ddeċidiet li l-appellanti kellha tbati l-ispejjeż tagħha.
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/16 |
Appell ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2017 minn For Tune sp. z o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-8 ta’ Novembru 2016 fil-Kawża T-579/15 – Tune sp. z o.o. vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-23/17)
(2017/C 249/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: For Tune sp. z o.o. (rappreżentant: K. Popławska, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Permezz ta’ digriet tal-15 ta’ Ġunju 2017 il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ddeċidiet li l-appell kien inammissibbli.
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fl-20 ta’ Marzu 2017 – Manuela Maturi et vs Fondazione Teatro dell’Opera di Roma
(Kawża C-142/17)
(2017/C 249/25)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Manuela Maturi, Laura Di Segni, Isabella Lo Balbo, Maria Badini, Loredana Barbanera
Konvenut: Fondazione Teatro dell’Opera di Roma
Domanda preliminari
Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ sess, previst fid-Direttiva 2006/54 (1) u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 21), jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali prevista fl-Artikolu 3(7) tad-Digriet Liġi Nru 64, tat-30 ta’ April 2010, ikkonvertita fil-Liġi Nru 100, tad-29 ta’ Ġunju 2010, skont liema “għall-ħaddiema tas-settur tal-ispettakklu li jaqgħu fil-kategorija ta’ żeffiena, l-età tal-irtirar għandha tkun dik tal-45 sena ta’ età kronoloġika kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa, u għandu japplika għall-ħaddiema li huma koperti b’mod sħiħ bis-sistema kontributorja jew bis-sistema mħallta, il-koeffiċjent ta’ konverżjoni previst fl-Artikolu 1(6) tal-Liġi Nru 335, tat-8 ta’ Awwissu 1995, dwar l-età massima. Għas-sentejn sussegwenti għad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni, il-ħaddiema msemmija fil-paragrafu preċedenti, impjegati għal żmien indeterminat u li jkunu għalqu jew qabżu l-età tal-irtirar, huma mogħtija għażla, li tista’ tiġġedded annwalment, li jibqgħu fis-servizz. Din l-għażla għandha tiġi eżerċitata permezz ta’ talba formali li għandha tiġi ppreżentata lill-ENPALS f’terminu ta’ xahrejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni jew mill-inqas tliet xhur qabel il-kisba tad-dritt definittiv għall-irtirar, u dan mingħajr preġudizzju għall-età tal-irtirar massima ta’ 47 sena għan-nisa u ta’ 52 sena għall-irġiel”?
(1) Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 204, p. 23).
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fl-20 ta’ Marzu 2017 – Catia Passeri vs Fondazione Teatro dell’Opera di Roma
(Kawża C-143/17)
(2017/C 249/26)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Catia Passeri.
Konvenut: Fondazione Teatro dell’Opera di Roma
Domanda preliminari
Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ sess, previst fid-Direttiva 2006/54 (1) u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 21), jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali prevista fl-Artikolu 3(7) tad-Digriet Liġi Nru 64, tat-30 ta’ April 2010, ikkonvertit fil-Liġi Nru 100, tad-29 ta’ Ġunju 2010, skont liema “għall-ħaddiema tas-settur tal-ispettakklu li jaqgħu fil-kategorija ta’ żeffiena, l-età tal-irtirar għandha tkun dik tal-45 sena ta’ età kronoloġika kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa, u għandu japplika għall-ħaddiema li huma koperti b’mod sħiħ bis-sistema kontributorja jew bis-sistema mħallta, il-koeffiċjent ta’ konverżjoni previst fl-Artikolu 1(6) tal-Liġi Nru 335, tat-8 ta’ Awwissu 1995, dwar l-età massima. Għas-sentejn sussegwenti għad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni, il-ħaddiema msemmija fil-paragrafu preċedenti, impjegati għal żmien indeterminat u li jkunu għalqu jew qabżu l-età tal-irtirar, huma mogħtija għażla, li tista’ tiġġedded annwalment, li jibqgħu fis-servizz. Din l-għażla għandha tiġi eżerċitata permezz ta’ talba formali li għandha tiġi ppreżentata lill-ENPALS f’terminu ta’ xahrejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni jew mill-inqas tliet xhur qabel il-kisba tad-dritt definittiv għall-irtirar, u dan mingħajr preġudizzju għall-età tal-irtirar massima ta’ 47 sena għan-nisa u ta’ 52 sena għall-irġiel”?
(1) Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 204, p. 23).
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-21 ta’ April 2017 – Heinrich Denker vs Gemeinde Thedinghausen
(Kawża C-206/17)
(2017/C 249/27)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Applikant u rikorrent f’reviżjoni: Heinrich Denker
Konvenut u konvenut f’reviżjoni: Gemeinde Thedinghausen
Intervenjenti: Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht
Domanda preliminari
L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tiddikjara li ksur imwettaq waqt il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċedura ta’ tħejjija ta’ pjan ta’ kostruzzjoni, permezz ta’ regolament muniċipali, huwa irrilevanti jekk l-imsemmi ksur, minkejja li ngħatat l-informazzjoni korrispondenti, ma jkunx ġie rrapportat quddiem il-muniċipalità fit-terminu ta’ sena mill-pubblikazzjoni tal-pjan u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92 rigward il-parteċipazzjoni tal-pubbliku japplikaw għall-imsemmi pjan?
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău (ir-Rumanija) fl-24 ta’ April 2017 – SC Topaz Development SRL vs Constantin Juncu, Raisa Juncu (née Cernica)
(Kawża C-211/17)
(2017/C 249/28)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Bacău
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC Topaz Development SRL
Konvenuti: Constantin Juncu u Raisa Juncu (née Cernica)
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 93/13 (1) għandhom jiġu interpretati u applikati fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali – hekk kif ġew ippreżentati mir-rikorrenti/appellanti fil-kawża prinċipali [jiġifieri, SC Topaz Development SRL], li tirreferi għall-ġurisprudenza nazzjonali [sentenza tal-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (Qorti Superjuri ta’ Kassazzjoni u ta’ Ġustizzja, ir-Rumanija), Sezzjoni Kummerċjali, Nru 1646 mogħtija fit-18 ta’ April 2011, u s-sentenza tal-Curtea de Apel Bacău (Qorti tal-Appell ta’ Bacău, ir-Rumanija), Nru 466, mogħtija fl-appell fis-6 ta’ April 2016 fil-kawża Nru 3364/110/2014], u li fihom il-prova tan-natura nnegozjata tal-klawżoli kollha ta’ kuntratt ta’ konvenju konkluż mill-partijiet tirriżulta mis-sempliċi fatt li l-partijiet fil-kawża prinċipali, inkwantu konsumaturi, taw il-kunsens tagħhom għal dawn il-klawżoli billi ffirmaw l-imsemmi kuntratt, li ġie preċedentement redatt mill-aġent tal-proprjetà u li sussegwentement ġie awtentifikat minn nutar – il-preżunzjoni sempliċi tan-natura mhux innegozjata tal-klawżoli redatti preċedentement mill-bejjiegħ jew mill-fornitur ġiet bħala prinċipju eskluża mill-prova kuntrarja? |
2) |
Il-klawżoli msemmija taħt [il-punt 1](d), (e), (f) u (i) tal-Anness tad-Direttiva 93/13 ikopru, bħala prinċipju, tipi ta’ klawżoli li jinsabu fil-kuntratti ta’ konvenju redatti minn qabel minn aġenti tal-proprjetà li huma bejjiegħa jew fornituri, bħall-konvenuta/appellanti fil-kawża prinċipali, b’mod partikolari l-klawżoli tal-punti 3.2.2 u 7.1 tal-kuntratt ta’ konvenju konkluż mill-partijiet fil-kawża prinċipali, li jipprevedu ftehim ta’ rexissjoni ta’ livell IV kif ukoll klawżola kriminali esklużivament favur il-bejjiegħ? |
3) |
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda preliminari, l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat u applikat fis-sens li ma jippermettix (li jipprojbixxi) lill-qorti nazzjonali temenda l-klawżoli inkwistjoni, li n-natura inġusta tagħhom tkun ġiet ikkonstatata, billi tiddeċiedi li l-ftehim ta’ rexissjoni ta’ livell IV jkun jista’ japplika f’ċirkustanzi oħra minbarra dawk espressament previsti mill-kuntratt ta’ konvenju (pereżempju, mhux għal kull tip ta’ dewmien jew nuqqas ta’ ħlas, irrispettivament mill-ammont, iżda biss għal dewmien jew nuqqas ta’ ħlas li jeċċedi ċertu ammont, meqjusa mill-qorti, skont il-każ speċifiku, bħala sostanzjali), u billi tiddeċiedi li tnaqqas (li tillimita) l-ammont tal-klawżola kriminali għas-somom imħallsa bħala kapparra mix-xerrej sad-data ta’ eżekuzzjoni tal-ftehim ta’ rexissjoni? F’dan il-każ, il-qorti nazzjonali għandha tillimita lilha nnifisha li tikkonstata li dawn il-klawżoli ma japplikawx għall-konsumatur inkwistjoni? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-28 ta’ April 2017 – Medtronic GmbH vs Finanzamt Neuss
(Kawża C-227/17)
(2017/C 249/29)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Medtronic GmbH
Konvenut: Finanzamt Neuss
Domanda preliminari
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1754, tas-6 ta’ Ottubru 2015 (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li s-sistemi ta’ ffissar tas-sinsla tad-dahar tat-tip deskritt f’iktar dettall fid-deċiżjoni (2) għandhom jiġu kklassifikati taħt is-subintestatura 9021 90 90?
(2) Sistemi ta’ ffissar tas-sinsla tad-dahar tat-trademark CD Horizon SOLERA Spinal System.
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/19 |
Appell ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2017 minn Bank Tejarat mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-14 ta’ Marzu 2017 fil-Kawża T-346/15, Bank Tejarat vs Il-Kunsill
(Kawża C-248/17 P)
(2017/C 249/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Bank Tejarat (rappreżentanti: S. Zaiwalla, P. Reddy, A. Meskarian, Solicitors, M. Brindle QC, T. Otty, R. Blakeley, Barristers)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tilqa’ dan l-appell u tannulla l-punti 1 u 2 tad-dispożittiv fit-tieni sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali; |
— |
tilqa’ t-talba għal inklużjoni mill-ġdid tal-Bank; |
— |
tannulla l-miżuri kkontestati sa fejn dawn japplikaw għall-Bank; u |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-appell u għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi peress li b’mod żbaljat ma attribwietx piż u/jew ma attribwietx biżżejjed piż lill-provi prodotti mill-Bank u għalhekk żnaturat l-evidenza ewlenija rilevanti għall-kwistjoni dwar jekk l-allegazzjonijiet fir-raġunijiet ikkontestati kinux issostanzjati mill-Kunsill.
Irrispettivament mill-eżitu tal-ewwel aggravju, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi peress li żnaturat il-provi prinċipali rilevanti għall-kwistjoni dwar jekk l-allegazzjonijiet fil-motivazzjoni kkontestata kinux issostanzjati mill-Kunsill u/jew jekk qiegħdux b’mod żbaljat l-oneru tal-prova fuq il-Bank.
Fir-rigward kemm tal-ewwel u tat-tieni aggravju, kieku l-Qorti Ġenerali applikat il-prinċipji korretti u/jew kieku ma żnaturatx il-provi msemmija hawn fuq, hija kienet tannulla l-miżuri kkontestati.
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-Kunsill kien intitolat li jinkludi mill-ġdid lill-Bank fuq il-bażi ta’ raġunijiet li setgħu u kellhom ikunu mressqa qabel l-ewwel sentenza u li l-imġiba tal-Kunsill ma kisirx l-Artikolu 266 TFUE kif ukoll il-prinċipji ta’ res judicata u/jew ċertezza legali u/jew finalità u/jew effettività u/jew id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u/jew id-drittijiet tal-Bank skont l-Artikolu 47 tal-Karta tal-Unjoni Ewropea u/jew skont l-Artikolu 6 u l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u/jew id-drittijiet tagħha għal amministrazzjoni tajba u/jew il-prinċipju ta’ proporzjonalità.
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tartu Maakohus (l-Estonja) fid-19 ta’ Mejju 2017 – Collect Inkasso OÜ, ITM Inkasso OÜ, Bigbank AS vs Rain Aint, Lauri Palm, Raiko Oikimus, Egle Noor, Artjom Konjarov
(Kawża C-289/17)
(2017/C 249/31)
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Tartu Maakohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Collect Inkasso OÜ, ITM Inkasso OÜ, Bigbank AS
Konvenuti: Rain Aint, Lauri Palm, Raiko Oikimus, Egle Noor, Artjom Konjarov
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 17(a) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [Titolu Eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 17(a) tar-Regolament Nru 8705/2004 għandha tiġi indikata b’mod ċar fir-rikors promotorju, fl-att ekwivalenti jew fiċ-ċitazzjoni, jew f’dokument ieħor ippreżentat flimkien ma’ tali rikors, att jew ċitazzjoni? B’mod speċifiku, iċ-ċertifikazzjoni ta’ sentenza bħala titolu eżekuttiv Ewropew skont l-Artikoli 3(1)(b), 6(1)(ċ) u 17(a) tar-Regolament hija eskluża meta id-debitur ma jkunx ġie nnotifikat bl-indirizz tal-istituzzjoni li lilha għandha tintbagħat ir-risposta iżda jkun ġie nnotifikat bl-informazzjoni l-oħra kollha msemmija fl-Artikolu 17(a)? |
2) |
L-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [Titolu Eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati, għandu jiġi interpretat fis-sens li, jekk il-proċedura fl-Istat Membru tal-oriġini ma tkunx issodisfat ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 805/2004, huwa meħtieġ, sabiex isir tajjeb għal dan in-nuqqas, li d-debitur jiġi debitament informat, fid-deċiżjoni jew fid-dokument marbut magħha, bl-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament? B’mod speċifiku, iċ-ċertifikazzjoni ta’ sentenza bħala titolu eżekuttiv Ewropew hija eskluża meta d-debitur ma jkunx ġie nnotifikat bl-indirizz tal-istituzzjoni li lilha għandha tintbagħat ir-risposta iżda jkun ġie nnotifikat bl-elementi l-oħra kollha msemmija fl-Artikolu 18(1)(b)? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 38.
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Mejju 2017 – EUflight.de GmbH vs TUIfly GmbH
(Kawża C-292/17)
(2017/C 249/32)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: EUflight.de GmbH
Konvenuta: TUIfly GmbH
Domanda preliminari
Il-kanċellament tat-titijira huwa wkoll dovut għal ċirkustanza eċċezzjonali fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/04 (1), meta ċ-ċirkustanzi (f’dan il-każ, “strajk selvaġġ” jew “mewġa ta’ mard”) jaffettwaw biss indirettament lit-titjira inkwistjoni, minħabba li dawn iċ-ċirkustanzi wasslu lit-trasportatur bl-ajru sabiex jorganizza mill-ġdid il-pjanifikazzjoni tat-titjiriet kollha tiegħu u din ir-riorganizzazzjoni tinkludi wkoll il-kanċellazzjoni tat-titjira skedata? Trasportatur bl-ajru jista’ jkun eżentat skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/04, fil-każ li t-titjira inkwistjoni setgħet titwettaq li kieku ma kienx hemm din ir-riorganizzazzjoni, peress li l-ekwipaġġ previst għal din it-titjira skedata kien ikun disponibbli li kieku ma ġiex assenjat għal titjiriet oħra minħabba din ir-riorganizzazzjoni?
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li […] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/21 |
Appell ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2017 mir-Repubblika Ellenika mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-30 ta’ Marzu 2017 fil-Kawża T-112/15, Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-341/17 P)
(2017/C 249/33)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos, A. Vasilopoulou, E. Leftheriotou, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tilqa’ l-appell, |
— |
tannulla s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2017 fil-Kawża T-112/15, fil-parti li tiċħad ir-rikors tagħha, |
— |
tilqa’ r-rikors ippreżentat mir-Repubblika Ellenika tat-2 ta’ Marzu 2015 għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea 2014/950/UE, tad-19 ta’ Diċembru 2014, fil-parti fejn jiġu esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea l-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika Ellenika fis-settur tal-għajnuna marbuta mas-superfiċji għas-sena 2008 li fiha ntalbu l-ispejjeż u li jikkorrispondu għal: a) 10 % tal-ammont sħiħ tal-ispejjeż sostnuti għal għajnuna marbuta mal-mergħat; b) 5 % tal-ammont sħiħ tal-ispejjeż sostnuti għall-għajnuna addizzjonali konnessa u c) 5 % tal-ammont sħiħ tal-ispejjeż sostnuti fis-settur tal-iżvilupp rurali, |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, ir-rikorrenti tressaq sitt aggravji:
A. |
Fir-rigward tal-parti tas-sentenza appellata li għaliha tirreferi l-ewwel talba fir-rigward tar-rettifika finanzjarja ta’ 10 % relatata mal-għajnuna marbuta mas-superfiċji użati bħala mergħat (punti 23 sa 106 tas-sentenza appellata) qed jiġu sostnuti tliet aggravji. L-ewwel aggravju jirrigwarda l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal-21 ta’ April 2004, fir-rigward tad-definizzjoni ta’ mergħa, fuq l-interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 296 TFUE u fuq motivazzjoni insuffiċjenti u mhux xierqa tas-sentenza appellata. It-tieni aggravju jirrigwarda l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 296 TFUE, u/jew motivazzjoni insuffiċjenti tas-sentenza appellata fil-parti fejn jiġu miċħuda l-allegazzjonijiet tar-Repubblika Ellenika fir-rigward tal-legalità tal-motivazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, permezz tat-tielet aggravju, qed jiġi sostnut li s-sentenza appellata ngħatat bi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif ukoll fuq il-bażi ta’ interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 296 TFUE u motivazzjoni insuffiċjenti. |
B. |
Fir-rigward tal-parti tas-sentenza appellata li għaliha tagħmel riferiment it-tieni talba dwar ir-rettifika finanzjarja ta’ 5 % fis-settur tal-għajnuna addizzjonali konnessa mas-superfiċji (punti 107 sa 137 tad-deċiżjoni appellata) qed jiġu sostnuti żewġ aggravji. L-ewwel wieħed (ir-raba’ aggravju) jirrigwarda l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1290/2005 u tal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 885/2006, kif ukoll il-motivazzjoni żbaljata u/jew insuffiċjenti u kontradittorja tas-sentenza appellata, filwaqt li permezz tat-tieni wieħed [il-ħames aggravju] qed jiġi sostnut li d-deċiżjoni fis-sentenza appellata hija bbażata fuq applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ proporzjonalità flimkien ma’ interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 296 TFUE, kif ukoll fuq motivazzjoni insuffiċjenti u kontradittorja. |
C. |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-parti tas-sentenza appellata li għaliha tagħmel riferiment it-tielet talba dwar ir-rettifika finanzjarja ta’ 5 % fis-settur tal-iżvilupp rurali (punti 138 sa 168 tas-sentenza appellata) qed jiġi sostnut li (is-sitt aggravju) is-sentenza appellata, fil-parti fejn tiċħad parzjalment it-talba tar-Repubblika Ellenika, ingħatat b’assenza kompleta ta’ motivazzjoni. |
Il-Qorti Ġenerali
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/23 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2017 – Ball Beverage Packaging Europe vs EUIPO
(Kawża T-9/15) (1)
([“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta tliet laned - Disinn preċedenti - Raġuni għal invalidità - Karattru individwali - Impressjoni ġenerali differenti - Artikolu 6 u l-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Numru ta’ oġġetti li jikkostitwixxu oġġett wieħed - Portata tad-deskrizzjoni tad-disinn Komunitarju rreġistrat - Obbligu ta’ motivazzjoni - Sostituzzjoni ta’ parti fil-kawża”])
(2017/C 249/34)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ball Beverage Packaging Europe Ltd (Luton, ir-Renju Unit), li ġiet ammessa biex tissostitwixxi lil Ball Europe GmbH (rappreżentant: A. Renck, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Crown Hellas Can SA (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Coulson u J. Koepp, solicitors)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Settembru 2014 (Każ R 1408/2012-3), fir-rigward ta’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Crown Hellas Can u Ball Europe.
Dispożittiv
1) |
Ball Beverage Packaging Europe Ltd hija ammessa sabiex tissostitwixxi lil Ball Europe GmbH bħala rikorrenti. |
2) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
3) |
Ball Beverage Packaging Europe hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Crown Hellas Can SA għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO). |
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/23 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2017 – Kiselev vs Il-Kunsill
(Kawża T-262/15) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Restrizzjonijiet dwar dħul fit-territorju ta’ Stati Membri - Persuna fiżika li tappoġġja attivament azzjonijiet jew politiki li jipperikolaw jew jheddu l-Ukraina - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Libertà ta’ espressjoni - Proporzjonalità - Drittijiet tad-difiża”))
(2017/C 249/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Dmitrii Konstantinovich Kiselev (Korolev, ir-Russja) (rappreżentanti: J. Linneker, solicitor, T. Otty, barrister, u B. Kennelly, QC)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u J.-P. Hix, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/432, tat-13 ta’ Marzu 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2015, L 70, p. 47) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/427, tat-13 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2015, L 70, p. 1), it-tieni nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1524, tal-14 ta’ Settembru 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2015, L 239, p. 157), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1514, tal-14 ta’ Settembru 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2015, L 239, p. 30), it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/359, tal-10 ta’ Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2016, L 67, p. 37), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/353, tal-10 ta’ Marzu 2016, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014, dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2016, L 67, p. 1) sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Dmitrii Konstantinovich Kiselevhuwa kkundannat għall-ispejjeż. |
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/24 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2017 – Fakro vs EUIPO – Saint Gobain Cristalería (climaVera)
(Kawża T-457/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea climaVera - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti CLIMAVER DECO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 249/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Fakro sp. z o.o. (Nowy Sącz, il-Polonja) (rappreżentant: J. Radłowski, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Saint Gobain Cristalería, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: E. Bayo de Gispert, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Mejju 2015 (Każ R 2095/2014-2), rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Saint Gobain Cristalería u Fakro.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Fakro sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż. |
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/25 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2017 – Aydin vs EUIPO – Kaporal Groupe (ROYAL & CAPORAL)
(Kawża T-95/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ROYAL & CAPORAL - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea KAPORAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 249/37)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Savas Aydin (Pantin, Franza) (rappreżentant: F. Watrin, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Hanf u S. Pétrequin, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kaporal Groupe (Marseille, Franza) (rappreżentant: J. André, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-11 ta’ Diċembru 2015 (Każ R 867/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kaporal Groupe u S. Aydin.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Savas Aydin huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/25 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2017 – Il-Kummissjoni vs IEM
(Kawża T-141/16) (1)
((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt FAIR-CT98-9544 konkluż fil-kuntest tar-raba’ programm-qafas għall-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni (1994-1998) - Xoljiment tal-kuntratt - Rimbors tas-somom antiċipati - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja”))
(2017/C 249/38)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Katsimerou u S. Lejeune, aġenti, assistiti minn O. Lytra, avukat)
Konvenuti: IEM – Erga – Erevnes – Meletes perivallontos kai chorotaxias AE (Ateni, il-Greċja)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża li tikseb il-kundanna ta’ IEM – Erga – Erevnes – Meletes perivallontos kai chorotaxias biex tirrimborsa l-antiċipi mħallsa mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-kuntratt FAIR-CT98-9544, flimkien mal-interessi moratorji.
Dispożittiv
1) |
IEM – Erga – Erevnes – Meletes perivallontos kai chorotaxias AE hija kkundannata li tħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 75 728,33 flimkien mal-interessi moratorji bir-rata ta’ 3 %, b’effett mill-4 ta’ Settembru 2010 sal-ħlas sħiħ. |
2) |
IEM hija kkundannata tbati l-ispejjeż. |
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/26 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2017 – Mediterranean Premium Spirits vs EUIPO – G-Star Raw (GINRAW)
(Kawża T-258/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GINRAW - Trade marks verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea RAW - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali - Obbligu ta’ motivazzjoni”])
(2017/C 249/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mediterranean Premium Spirits, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. A. Mora Granell u J. Romaní Lluch, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard Monguiral u K. Sidat Humphreys, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: G Star Raw CV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: L. Dijkman u J. van Manen, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Marzu 2016 (Każ R 1583/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn G-Star Raw u Mediterranean Premium Spirits.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Mediterranean Premium Spirits, SL hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-EUIPO u G-Star Raw CV. |
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2017 – Bay vs Il-Parlament
(Kawża T-302/16) (1)
((“Dritt istituzzjonali - Deċiżjoni tal-President tal-Parlament li tippronunzja kontra deputat Ewropew is-sanzjoni tat-telf tad-dritt għall-allowance tar-residenza - Artikolu 166 tar-Regoli Interni tal-Parlament - Dritt ta’ aċċess għall-fajl - Żball ta’ fatt”))
(2017/C 249/40)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Nicolas Bay (La Celle-Saint-Cloud, Franza) (rappreżentant: A. Cuignache, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentant N. Görlitz, S. Alonso de León u S. Seyr, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-President tal-Parlament tad-9 ta’ Marzu 2016 u tad-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament tal-11 avril 2016 li timponi fuq ir-rikorrent is-sanzjoni tat-telf tad-dritt għall-allowance tar-residenza għal perijodu ta’ ħamest ijiem.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Nicolas Bay huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2017 – Bundesverband Deutsche Tafel vs EUIPO – Tiertafel Deutschland (Tafel)
(Kawża T-326/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Tafel - Eżekuzzjoni mill-EUIPO ta’ sentenza ta’ annullament ta’ deċiżjoni tal-Bordijiet tal-Appell tiegħu - Raġuni assoluta għal rifjut - Artikolu 52(1)(a) u Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru deskrittiv - Artikolu 65(6) tar-Regolament Nru 207/2009 - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni preċedenti”])
(2017/C 249/41)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Bundesverband Deutsche Tafel eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Koerl, E. Celenk u S. Vollmer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tiertafel Deutschland eV (Rathenow, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Nitschke, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-4 ta’ April 2016 (Każ R 248/2016-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Tiertafel Deutschland u Bundesverband Deutsche Tafel.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Bundesverband Deutsche Tafel eV hija kkundannata għall-ispejjeż. |
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/28 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2017– LG Electronics vs EUIPO (Second Display)
(Kawża T-659/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Second Display - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 249/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Seoul, ir-Repubblika tal-Korea) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 106/2016-1), rigward applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Second Display bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
LG Electronics, Inc hija kkundannata għall-ispejjeż. |
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/28 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2017 – Enrico Colombo u Corinti Giacomo vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-690/16 R)
((“Miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza))
(2017/C 249/43)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Enrico Colombo SpA (Sesto Calende, l-Italja) u Corinti Giacomo (Ispra, l-Italja) (rappreżentanti: R. Colombo u G. Turri, avukati)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rosa Plaza, S. Delaude u L. Di Paolo, aġenti) u Carmet Sas di Fietta Graziella & C.
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-ħruġ ta’ miżuri provviżorji intiżi, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-atti tal-Kummissjoni li wasslu għaċ-ċaħda tal-offerta tar-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti JRC/IPR/2016/C.4/0002/OC u, min-naħa l-oħra, essenzjalment, għas-sospensjoni tal-kuntratt konkluż bejn il-Kummissjoni u l-offerent rebbieħ ta’ din is-sejħa għal offerti.
Dispożittiv
1) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal miżuri provviżorji sa fejn hija diretta kontra Carmet Sas di Fietta Graziella & C. |
2) |
Il-kumplament tat-talba għal miżuri provviżorji huwa miċħud. |
3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/29 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2017 – Verschuur vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-877/16) (1)
([“Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokument li jirrigwarda l-proċedura amministrattiva dwar l-għajnuna SA.38374 (2014/C ex 2014/NN) implementata mill-Pajjiżi l-Baxxi favur Starbucks - Rifjut ta’ aċċess - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])
(2017/C 249/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Steven Verschuur (Baarn, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: P. Kreijger, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz, A. Buchet u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 6455 final, tat-3 ta’ Ottubru 2016, li tiċħad it-talba konfermattiva għal aċċess għad-dokumenti tar-rikorrent skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Steven Verschuur huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu stess. |
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/29 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2017 – Fakro vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-293/17)
(2017/C 249/45)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Fakro sp. z o.o. (Nowy Sącz, il-Polonja) (rappreżentant: A. Radkowiak-Macuda, radca prawny)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tikkonstata li l-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-TFUE u taħt il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali billi ma ħaditx pożizzjoni fuq l-ilment imressaq quddiemha mir-rikorrenti fit-12 ta’ Lulju 2012 rigward abbuż minn pożizzjoni dominanti mill-grupp VELUX, minkejja l-fatt li hija ġiet mitluba formalment biex tagħmel hekk; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, anki fil-każ tal-għeluq tal-proċedura minħabba l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ deċiżjoni matul il-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 288 TFUE, moqri flimkien mal-Artikoli 102 u 105 TFUE kif ukoll mal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.
It-teħid, wara tliet snin u nofs, ta’ pożizzjoni inizjali, allegatament fattwali, fil-proċeduri mibdija minħabba lment imressaq mir-rikorrenti ma jikkostitwixxix smigħ tal-kawża f’terminu raġonevoli. Il-Kummissjoni bl-ebda mod ma pproduċiet provi li jippermettu li jiġi kkonfermat li hija ħadet xi tip ta’ azzjoni matul il-proċedura ta’ investigazzjoni. Qabel ma tadotta deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha l-obbligu li twettaq analiżi bir-reqqa tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi invokati mil-lanjant. Il-proċedura mibdija mir-rikorrenti tikkostitwixxi l-uniku mod li bih hija tiddefendi d-drittijiet tagħha.
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/30 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2017 – Optile vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-309/17)
(2017/C 249/46)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Organisation professionnelle des transports d’Ile de France (Optile) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: F. Thiriez u M. Dangibeaud, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
prinċipalment, tannulla parzjalment l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-2 ta’ Frar 2017 SA.26763 dwar għajnuna mogħtija lill-intrapriżi tat-trasport komuni mir-reġun tal-Ile-de-France, iżda biss safejn ġie meqjus li l-iskema ta’ għajnuna implementata mir-reġjun tal-Île-de-France mill-1979 sal-2008 tikkostitwixxi skema ta’ għajnuna ġdida “implementata illegalment”; |
— |
sussidjarjament, tannulla parzjalment l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-2 ta’ Frar 2017 SA.26763 dwar għajnuna mogħtija lill-intrapriżi tat-trasport komuni mir-reġun tal-Ile-de-France sa fejn hija tqis li l-iskema ta’ għajnuna ġiet “implementata illegalment” bejn Mejju 1994 u l-25 ta’ Diċembru 2008. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Frar 2017 dwar l-iskemi ta’ għajnuna SA.26763 2014/C (ex 2012/NN) implementati minn Franza favur impriżi ta’ trasport bix-xarabank fir-reġjun tal-Île-de-France [C (2017) 439 finali] (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”) qieset li l-iskema eżaminata kienet tikkostitwixxi skema ta’ għajnuna ġdida F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tqajjem l-ilmenti li ġejjin:
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikklassifika l-iskema bħala skema ta’ għajnuna ġdida għall-perijodu bejn l-1994 u l-1998. F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti tinvoka:
|
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/31 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2017 – Campbell vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-312/17)
(2017/C 249/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Liam Campbell (Dundalk, l-Irlanda) (rappreżentant: J. MacGuill, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ April 2017 li tirrifjuta lir-rikorrent aċċess għad-dokumenti li jiirrigwardaw proċeduri ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu mressqa kontra l-Litwanja minħabba allegat nuqqas ta’ implementazzjoni tad-Direttiva 2010/64/UE. (1) |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq nuqqas mill-konvenuta li twettaq evalwazzjoni konkreta tat-talba ta’ aċċess għal dokumenti taħt ir-Regolament Nru 1049/2001, bi ksur tal-ġurisprudenza rilevanti. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta bbażat lilha nnifisha b’mod illegali fuq ċerti preżunzjonijiet ġenerali dwar l-iżvelar ta’ dokumenti, bi ksur tal-prinċipji identifikati fil-ġurisprudenza rilevanti. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq in-nuqqas mill-konvenuta li tipproċessa eżami speċifiku u effikaċi tar-riskju għal kull dokumenti, ukoll bi ksur tal-ġurisprudenza rilevanti. |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq in-nuqqas mill-konvenuta li twettaq eżami speċifiku u effikaċi tal-aċċess parzjali potenzjali bi ksur tal-ġurisprudenza. |
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni mill-konvenuta fir-rigward tal-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri, bi ksur tal-prinċipji li jirriżultaw mill-ġurisprudenza. |
(1) Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ottubru 2010, dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 280, p. 1).
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/31 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2017 – Hebberecht vs SEAE
(Kawża T-315/17)
(2017/C 249/48)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Chantal Hebberecht (Addis Ababa, l-Etjopja) (rappreżentant: B. Maréchal, avukat)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
Talbiet
— |
prinċipalment,
|
— |
sussidjarjament,
|
— |
sussidjarjament,
|
— |
sussidjarjament,
|
— |
sussidjarjament,
|
— |
tikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż tal-istanza. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, sa fejn ir-rikorrenti tqis li d-deċiżjoni li ma tiġix estiża l-missjoni tagħha bħala kap tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“UE”) fir-Repubblika Federali Demokratika tal-Etjopja (“Etjopja”) tidher li hija direttament marbuta ma’ mewġa ta’ aggressjonijiet u ta’ diskriminazzjonijiet ta’ natura anti-semitika. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tal-interess tas-servizz, peress li l-estensjoni tar-rikorrenti kienet iġġustifikata fuq il-bażi ta’ diversi elementi li jieħdu inkunsiderazzjoni l-interess tas-servizz, bħal ma huma:
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, peress li uffiċjali oħra li jinsabu f’sitwazzjoni identika għal dik tar-rikorrenti kienu ġew estiżi abbażi ta’ ġustifikazzjonijiet li huma stess huma identiċi għal dawk imressqa minn din tal-aħħar fit-talba tagħha għal estensjoni ta’ sena. F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti tqajjem ukoll in-nuqqas ta’ osservanza tal-miżuri ta’ diskriminazzjoni pożittivi previsti mir-Regolamenti tal-Persunal sabiex tintlaħaq l-ugwaljanza, peress li dan l-argument huwa sostnut mill-fatt li l-kap tad-delegazzjoni l-ġdid maħtur sabiex jissotitwiha huwa raġel. |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tal-kontinwità tas-servizz li huwa kriterju essenzjali tad-deċiżjoni ta’ estensjoni, sa fejn ħames persuni oħra ser jitilqu wkoll, fosthom il-kap ta’ kooperazzjoni u l-kap tat-taqsima tal-iżvilupp rurali u tas-sigurtà tal-ikel, żewġ pożizzjonijiet ewlenin għall-kooperazzjoni u għall-iżvilupp. Għalhekk, ir-rikorrenti ssostni li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, l-estensjoni ta’ sena tagħha bħala kap tad-delegazzjoni tiżgura l-kontinwità tas-servizz u t-taħriġ ta’ kollegi futuri. |
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/33 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2017 – Aldridge et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-319/17)
(2017/C 249/49)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Adam Aldridge (Schaerbeek, il-Belġju) u tnejn u tletin rikorrent ieħor (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat; |
konsegwentement:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-15 ta’ Lulju 2016, li tiċħad it-talba għal klassifikazzjoni mill-ġdid tas-16 ta’ Marzu 2016; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Frar 2017, li tiċħad l-ilment tal-14 ta’ Ottubru 2016; |
— |
tordna l-kumpens għad-dannu materjali u għad-dannu morali tar-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità diretta kontra d-deċiżjoni tad-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (iktar ’il quddiem l-“OLAF”), tas-16 ta’ Ottubru 2012, li tiġi implementata biss klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ darba għall-membri tal-persunal temporanju li għandhom kuntratt għal żmien indeterminat. Ir-rikorrenti jqisu li l-imsemmija deċiżjoni hija illegali sa fejn din ġiet adottata bi ksur tal-Artikoli 10(3) u 15 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Kondizzjonijiet tal-Impjieg”), bi ksur tal-ġerarkija tar-regoli kif ukoll bi ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. B’hekk, id-deċiżjoni tad-Direttur tal-OLAF, tal-15 ta’ Lulju 2016, li tiċħad it-talba għal klassifikazzjoni mill-ġdid tas-16 ta’ Marzu 2016 kif ukoll dik tat-13 ta’ Frar 2017, li tiċħad l-ilment tal-14 ta’ Ottubru 2016 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjonijiet ikkontestati”) ġew adottati abbażi ta’ deċiżjoni li hija illegali u għaldaqstant għandhom jiġu annullati. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, prinċipalment sa fejn id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea l-ġodda tal-2014 u tad-dispożizzjonijiet li jillimitaw il-prospetti ta’ żvilupp fil-karriera lil hinn mill-gradi AD12 u AST9 ma huwiex raġuni valida sabiex dawn il-membri tal-persunal temporanju jiġu esklużi mill-organizzazzjoni ta’ eżerċizzji ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, sa fejn id-deċiżjonijiet ikkontestati jmorru kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni, indirizzata lill-aġenziji tal-Unjoni Ewropea, li tipprevedi l-parteċipazzjoni tal-membri tal-persunal temporanju f’eżerċizzji ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid. B’hekk, il-membri tal-persunal temporanju li għandhom kuntratti għal żmien indeterminat taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (“JRC”) tal-Kummissjoni jibbenefikaw minn sistema ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid annwali, u dan ir-rikorrenti jsostnu li jikkostitwixxi differenza fit-trattament li ma hijiex ġustifikata. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, b’mod partikolari sa fejn il-limitazzjoni għal klassifkazzjoni mill-ġdid waħda għal kull karriera ma tikkostitwixxix miżura li tindirizza l-għan deskritt fid-deċiżjoni tas-16 ta’ Ottubru 2016 li jiġu żgurati l-bżonnijiet tal-OLAF f’perizja speċifika, iżda għall-kuntrarju hija pjuttost ta’ natura li ma tippermettix lill-OLAF iżomm fis-servizz tiegħu membri tal-persunal temporanju għal perijodi twal. |
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/34 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2017 – Hautala et vs EFSA
(Kawża T-329/17)
(2017/C 249/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Heidi Hautala (Helsinki, il-Finlandja), Benedek Jávor (Budapest, l-Ungerija), Michèle Rivasi (Valence, Franza) u Bart Staes (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentant: B. Kloostra, avukat)
Konvenuta: L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni konfermattiva tal-EFSA, tal-14 ta’ Marzu 2017 li ġġib ir-referenza PAD 2017/005 CA, li tikkonferma d-deċiżjoni tagħha tad-9 ta’ Diċembru 2016 u tas-7 ta’ Ottubru 2016 li ġġib ir-referenza PAD 2016/034 sabiex il-parti l-kbira tad-dokumenti mitluba mir-rikorrenti tiġi rrifjutata; u |
— |
tikkundanna lill-EFSA għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-EFSA kisret l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 (1) billi ma applikatux għall-informazzjoni mitluba. L-eċċezzjoni għall-iżvelar għall-protezzjoni tal-“interessi kummerċjali ta’ persuna naturali jew legali, inkluża l-proprjetà intellettwali”, stabbilita fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 kellha titwarrab mill-EFSA u ma kellhiex tiġi applikata għall-informazzjoni mitluba, abbażi tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq li l-EFSA kisret l-Artikolu 2(4) u l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 (2) u l-Artikolu 41 tar-Regolament Nru 178/2002 (3) billi rrifjutat li tiżvela l-informazzjoni mitluba għall-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-proprjetarji tal-istudji, filwaqt li ma tatx prova ta’ dannu konkret u/jew ta’ riskju reali ta’ dannu konkret, bi ksur ukoll tal-Artikolu 4(4)(d) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, fejn hemm previst li eċċezzjoni għall-iżvelar tista’ tingħata biss għall-protezzjoni tal-interess ta’ “kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjali u industrijali, fejn tali kunfidenzjalità hija protetta mil-liġi sabiex jiġi protett interess ekonomiku leġittimu” peress li ebda interess ekonomiku leġittimu konkret ma ġie identifikat u/jew ingħatat prova tiegħu fil-miżura kkontestata. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq li l-EFSA wettqet applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 63(2) tar-Regolament Nru 1107/2009 (4), peress li din id-dispożizzjoni ma tapplikax għall-informazzjoni mitluba u/jew l-iżvelar tal-informazzjoni huwa ta’ interess pubbliku superjuri fis-sens tal-Artikolu 63(2) u/jew tal-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 1107/2009. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-EFSA kisret l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 billi ma rrikonoxxietx li jeżisti interess pubbliku superjuri fl-iżvelar tal-istudji u billi ċaħdet il-prova tar-rikorrenti ta’ interess pubbliku superjuri fl-iżvelar tal-istudji. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq li, billi naqset milli twieżen l-interess tal-aċċess mill-pubbliku għal informazzjoni ambjentali fl-istudji kontra l-interess privat tal-kumpanniji li jipproteġu l-interessi kummerċjali tagħhom u/jew li jħallu li l-interessi tal-kumpanniji jipprevalu, l-EFSA kisret l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. |
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq li, peress li d-data disponibbli ma tippermettix eżami mill-ġdid indipendenti u komplet tal-evalwazzjoni bejn il-pari (peer review) tal-EFSA dwar il-glifosat, ir-rikorrenti għandhom interess fl-iżvelar tal-istudji. Billi ċaħdet l-interess ġenerali u l-interess tar-rikorrenti fl-iżvelar tal-informazzjoni mitluba, l-EFSA kisret l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 u l-Artikolu 41 tar-Regolament Nru 178/2002. |
(1) Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006, L 264, p. 13).
(2) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331)
(3) Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002, tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463)
(4) Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU 2009, L 309, p. 1)
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/35 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2017 – E-Control vs ACER
(Kawża T-332/17)
(2017/C 249/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Energie-Control Austria für die Regulierung der Elektrizitäts- und Erdgaswirtschaft (E-Control) (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: F. Schuhmacher, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija tas-17 ta’ Marzu 2017, Każ A-001-2017 (ikkonsolidat); |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-Bord tal-Appell meta qies li l-ACER kienet kompetenti sabiex tbiddel il-proposta tas-sistema ta’ trażmissjoni.
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-Bord tal-Appell meta qies li l-ACER kienet kompetenti minkejja li ma kinitx ħadet inkunsiderazzjoni t-talba tar-rikorrenti għal emenda.
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-Bord tal-Appell meta qies li l-ACER kienet kompetenti sabiex tintroduċi konfini taż-żona tal-offerti skont l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222.
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni adegwata u fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-Bord tal-Appell meta qies li l-ACER ipprovat li teżisti konġestjoni strutturali fuq il-fruntiera bejn il-Ġermanja u l-Awstrija.
|
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni adegwata u fuq żball ta’ liġi mwettaq meta ma ttiħditx inkunsiderazzjoni t-talba tar-rikorrenti għal provi.
|
6. |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni adegwata u fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-Bord tal-Appell meta qies li l-introduzzjoni ta’ konfini taż-żona tal-offerti kienet proporzjonata.
|
(1) Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222, tal-24 ta’ Lulju 2015, li jistabbilixxi Linji Gwida dwar l-Allokazzjoni tal-Kapaċità u l-Ġestjoni tal-Konġestjoni (ĠU 2015 L 197, p. 24).
(2) Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (ĠU 2009 L 211, p. 15).
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/36 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2017 – Austrian Power Grid and Voralberger Übertragungsnetz vs ACER
(Kawża T-333/17)
(2017/C 249/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Austrian Power Grid AG (Vjenna, l-Awstrija) u Voralberger Übertragungsnetz GmbH (Bregenz, l-Awstrija) (rappreżentanti: H. Kristoferitsch u S. Huber, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija tas-17 ta’ Marzu 2017, Każ A-001-2017 (ikkonsolidata) fl-intier tagħha u tannulla l-partijiet segwenti u dispożizzjoni tad-Deċiżjoni tal-ACER Nru 06/2016 tas-17 ta’ Novembru 2016 dwar il-proposta tal-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Elettriku għad-determinazzjoni tar-reġjuni bil-kapaċità kkalkulata:
sussidjarjament tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha u tibgħat il-każ lura quddiem il-Bord tal-Appell; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Bord tal-Appell wettaq żball meta qies li l-ACER kienet kompetenti sabiex tibdel il-proposta tal-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni (iktar ’il quddiem “TSOs”).
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Bord tal-Appell wettaq żball meta assuma li l-ACER kienet kompetenti sabiex tinjora t-talba għal emenda ta’ E-Control.
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Bord tal-Appell wettaq żball meta assuma li l-ACER hija kompetenti sabiex tiddetermina ż-żoni tal-offerti matul proċedura skont l-Artikolu 15 tar-Regolament AKĠK. Skont ir-rikorrenti, il-metodi ta’ interpretazzjoni kollha disponibbli kif ukoll il-ġurisprudenza u l-interpretazzjoni awtentika tal-Kummissjoni jsostnu b’mod ċar il-konklużjoni li l-qsim ta’ żona tal-offerti eżistenti u obbligu sabiex jiddaħħal mekkaniżmu tal-allokazzjoni tal-kapaċità ma jistgħux ikunu bbażati fuq l-Artikolu 15 tar-Regolament AKĠK. Mill-banda l-oħra, skont ir-rikorrenti, l-interpretazzjoni invokata mill-ACER u sostnuta mill-Bord tal-Appell hija bbażata fuq interpretazzjoni inkorretta u inkompleta tal-liġi u tal-fatti tal-każ. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Bord tal-Appell wettaq żball fl-interpretazzjoni tiegħu ta’ “konġestjoni strutturali” u fil-portata tal-istħarriġ tiegħu. Skont ir-rikorrenti, fid-deċiżjoni RKK, l-ACER ipprovdiet interpretazzjoni ta’ konġestjoni strutturali li la hija fondata fuq ir-Regolament AKĠK u lanqas fuq ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 (2) sabiex trendi leġittima s-suppożizzjoni tagħha li l-fruntiera Ġermaniża-Awstrijaka hija strutturalment ikkonġestita. Ir-rikorrenti jsostnu li billi de facto aċċetta din l-interpretazzjoni żbaljata tal-liġi applikabbli, il-Bord tal-Appell ta deċiżjoni sostanzjalment illeġittima. Barra minn hekk, skont ir-rikorrenti, billi aċċetta s-soppożizzjoni tal-ACER dwar il-preżenza ta’ konġestjoni strutturali fl-interkonnessjoni Ġermaniża-Awstrijaka, il-Bord tal-Appell wettaq żball sa fejn tefa’ l-oneru tal-prova fuq ir-rikorrenti u kiser id-dmir tiegħu li jevalwa b’mod sħiħ il-fatti tal-kwistjoni u li jagħti motivazzjoni. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Bord tal-Appell wettaq żball meta qies li l-qsim taż-żona tal-offerti Ġermaniża-Awstrijaka kien proporzjonali. Ir-rikorrenti jsostnu li huma wrew b’mod ċar li l-qsim taż-żona tal-offerti Ġermaniża-Awstrijaka ordnata mill-ACER jikkostitwixxi ndħil sproporzjonat fid-drittijiet tagħhom. Madankollu, skont ir-rikorrenti, il-Bord tal-Appell naqas kompletament milli jindirizza l-argumenti mressqa minnhom fir-rikorsi tagħhom. Barra minn hekk, skont ir-rikorrenti, il-Bord tal-Appell wettaq żball meta qies li l-qsim taż-żona tal-offerti u l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu tal-allokazzjoni tal-kapaċità kienu xierqa. |
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Bord tal-Appell wettaq żball meta kkonstata li l-introduzzjoni taż-żona tal-offerti Ġermaniża-Awstrijaka ma tirrestrinġix il-libertajiet fundamentali. Skont ir-rikorrenti, huma wrew li, kuntrarjament għall-konklużjoni dedotta mill-ACER u mill-Bord tal-Appell, l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu tal-allokazzjoni tal-kapaċità fil-fruntiera Ġermaniża-Awstrijaka tirrestrinġi l-moviment liberu tal-oġġetti stipulat fl-Artikoli 34 u 35 TFEU u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikolu 56 TFEU). Ir-rikorrenti sostnew li l-Bord tal-Appell, b’mod suċċint u infondat, ċaħad l-argumenti tagħhom u ddikjara li r-restrizzjonijiet kwantitattivi fuq il-kummerċ tal-enerġija bilaterali ma jiffaċċjaw ebda riżervi fid-dawl tal-libertajiet fundamentali. Skont ir-rikorrenti, il-Bord tal-Appell b’hekk kiser id-dritt primarju tal-Unjoni u d-dmir tiegħu li jagħti motivazzjoni suffiċjenti. |
7. |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Bord tal-Appell wettaq żball meta qies li d-deċiżjoni RKK tal-Aġenzija kienet konformi mar-regoli proċedurali. Ir-rikorrenti jsostnu li fir-rikorsi tagħhom huma stabbilixxew li d-deċiżjoni RKK tal-Aġenzija hija parzjalment ivvizzjata għar-raġunijiet li ġejjin: (i) l-Aġenzija eċċediet il-kompetenza tagħha sa fejn iddikjarat li l-Opinjoni 09/2015 mhux vinkolanti tal-ACER, li ngħatat f’September 2015, kellha effett vinkolanti, u, sa fejn din l-Opinjoni ma kinitx tifforma parti mill-proċedura ta’ konsultazzjoni, id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti ġew fundamentalment miksura mill-ACER; (ii) il-fajl tal-Aġenzija għall-preparazzjoni tad-deċiżjoni RKK ma kienx jinkludi studji tekniċi, analiżi u evalwazzjonijiet fid-dettall: l-Aġenzija pprovdiet lir-rikorrenti b’informazzjoni sostanzjalment inkompleta u, b’hekk, kisret id-dritt tar-rikorrenti ta’ aċċess sħiħ għall-fajl tal-każ skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Dundamentali tal-Unjoni, jew, altrimenti, l-Aġenzija ma ppreparat xejn u/jew ma kkonsultat ebda rapport tekniku jew analiżi teknika sabiex tibbaża d-deċiżjoni RKK tagħha fuq bażi fattwali tajba; (iii) l-Aġenzija ma ħaditx inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti mandatorji sabiex issir bidla għaż-żona tal-offerti kif stipulati fl-Artikolu 33 tar-Regolament AKĠK; (iv) id-deċiżjoni RKK hija bbażata fuq fatti li ma ġewx suffiċjentement iċċarati u l-Aġenzija naqset milli tagħmel osservazzjonijiet. Skont ir-rikorrenti, minkejja dawn l-okkorrenzi sinjifikattivi ta’ ksur ta’ regoli proċedurali mill-ACER, il-Bord tal-Appell, għal darba oħra u b’mod ġenerali ħafna, ikkonferma l-leġittimità tad-deċiżjoni RKK u b’hekk aġixxa b’mod illeġittimu. |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222, tal-24 ta’ Lulju 2015, li jistabbilixxi Linji Gwida dwar l-Allokazzjoni tal-Kapaċità u l-Ġestjoni tal-Konġestjoni (ĠU 2015, L 197, p. 24).
(2) Regolament (KE) 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (ĠU 2009 L 211, p. 8).
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/39 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2017 – FLA Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-347/17)
(2017/C 249/53)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: FLA Europe NV (Oudenaarde, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Willems, S. De Knop u B. Natens, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tiddikjara r-rikors inammissibbli; |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/423, tad-9 ta’ Marzu 2017, li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam u magħmula minn Fujian Viscap Shoes Co. Ltd, Vietnam Ching Luh Shoes Co. Ltd, Vinh Thong Producing-Trading-Service Co. Ltd, Qingdao Tae Kwang Shoes Co. Ltd, Maystar Footwear Co. Ltd, Lien Phat Company Ltd, Qingdao Sewon Shoes Co. Ltd, Panyu Pegasus Footwear Co. Ltd, PanYu Leader Footwear Corporation, Panyu Hsieh Da Rubber Co. Ltd, An Loc Joint Stock Company, Qingdao Changshin Shoes Company Limited, Chang Shin Vietnam Co. Ltd, Samyang Vietnam Co. Ltd, Qingdao Samho Shoes Co. Ltd, Min Yuan, Chau Giang Company Limited, Foshan Shunde Fong Ben Footwear Industrial Co. Ltd, u Dongguan Texas Shoes Limited Co. u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14, u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 5(1) u (2) TUE u, sussidjarjament, fuq ksur tal-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali fis-sens tal-Artikolu 13(2) TUE.
|
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE, sa fejn ma ġewx adottati l-miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Frar 2016, C&J Clark International (C-659/13 u C-34/14, EU:C:2016:74). |
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 1(1) u 10(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (1) u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali (projbizzjoni ta’ retroattività), sa fejn ġew imposti dazji antidumping fuq prodotti li kienu fiċ-ċirkolazzjoni libera. |
4. |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/1036, sa fejn ġew imposti dazji antidumping mingħajr evalwazzjoni ġdida tal-interessi tal-Unjoni. |
5. |
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 5(1) u (4) TUE, sa fejn ġie adottat att legali li jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintħalaq l-għan tiegħu. |
(1) Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2016, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, p. 21).
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/40 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2017 – Nike European Operations Netherlands et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-351/17)
(2017/C 249/54)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Nike European Operations Netherlands BV (Hilversum, il-Pajjiżi l-Baxxi), Hugo Boss AG (Metzingen, il-Ġermanja), Timberland Europe BV (Almelo, il-Pajjiżi l-Baxxi), New Balance Athletic Shoes (UK) Ltd (Warrington, ir-Renju Unit), Wolverine Europe BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Wolverine Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: E. Vermulst u J. Cornelis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/423, tad-9 ta’ Marzu 2017, li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam u magħmula minn Fujian Viscap Shoes Co. Ltd, Vietnam Ching Luh Shoes Co. Ltd, Vinh Thong Producing-Trading-Service Co. Ltd, Qingdao Tae Kwang Shoes Co. Ltd, Maystar Footwear Co. Ltd, Lien Phat Company Ltd, Qingdao Sewon Shoes Co. Ltd, Panyu Pegasus Footwear Co. Ltd, PanYu Leader Footwear Corporation, Panyu Hsieh Da Rubber Co. Ltd, An Loc Joint Stock Company, Qingdao Changshin Shoes Company Limited, Chang Shin Vietnam Co. Ltd, Samyang Vietnam Co. Ltd, Qingdao Samho Shoes Co. Ltd, Min Yuan, Chau Giang Company Limited, Foshan Shunde Fong Ben Footwear Industrial Co. Ltd, u Dongguan Texas Shoes Limited Co. u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Maqgħuda C-659/13 u C-34/14 (ĠU 2017, L 64, p. 72); |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni Ewropea ma kellhiex il-kompetenza legali sabiex tadotta r-regolament ikkontestat. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq li l-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura dwar iż-żraben li kienet ingħalqet u l-impożizzjoni retroattiva tad-dazju antidumping skadut permezz tar-regolament ikkontestat (i) huma nieqsa minn bażi legali, huma bbażati fuq żball manifest fl-applikazzjoni tal-Artikolu 266 TFUE u tar-Regolament Bażiku (1) u jiksru l-Artikolu 9(4) tar-Regolament Bażiku; (ii) huma inkonsistenti mal-prinċipji ta’ protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali u ta’ nuqqas ta’ retroattività sa fejn ir-rikorrenti huma kkonċernati; (iii) huma bbażati fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 266 TFUE u fuq użu ħażin ta’ poter mill-Kummissjoni Ewropea u jiksru l-Artikolu 5(4) TUE. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq li l-impożizzjoni retroattiva tad-dazju antidumping fuq il-fornituri tar-rikorrenti li tipprevjeni r-rimbors tar-rikorrenti tikser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni Ewropea wettqet użu ħażin tal-poter tagħha fl-evalwazzjoni tal-ekonomija tas-suq u ta’ talbiet għal trattament individwali u kisret il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni. |
(1) Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2016, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, L 176, p. 21).
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/41 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2017 – Genomic Health vs EUIPO (ONCOTYPE DX GENOMIC PROSTATE SCORE)
(Kawża T-354/17)
(2017/C 249/55)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Genomic Health, Inc. (Redwood City, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Reid, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “ONCOTYPE DX GENOMIC PROSTATE SCORE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 214 257
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14/02/2017 fil-Każ R 1682/2016-5
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti u kkawżati minn dan l-appell. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament, amministrazzjoni tajba u ċertezza legali; |
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009. |
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/41 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2017 – Aldo Supermarkets vs EUIPO – Aldi Einkauf (ALDI)
(Kawża T-359/17)
(2017/C 249/56)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Aldo Supermarkets (Varna, il-Bulgarija) (rappreżentant: C. Saettel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “ALDI” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Nru 12 749 586
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 976/2016-4
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tar-Regola 19 tar-Regolament Nru 2868/95; |
— |
Eżistenza ta’ kontradizzjoni fir-raġunijiet, sa fejn il-Bord tal-Appell aċċetta, fil-punt 18 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-formola ta’ oppożizzjoni kienet tinkludi fiha rappreżentazzjoni bil-kulur tat-trade mark preċedenti, u fil-punt 24 td-deċiżjoni kkontestata, li r-rikorrenti kienet ipproduċiet dokument PDF li juri r-rappreżentazzjoni bil-kulur tat-trade mark, meta dawn il-kunsiderazzjonijiet huma irrikonċiljabbli mal-konstatazzjoni li saret fil-punti 22 sa 25 tad-deċiżjoni kkontestata, li, essenzjalment, ir-rikorrenti ma pprovatx l-eżistenza tat-trade mark preċedenti tagħha, billi ma pproduċietx rappreżentazzjoni bil-kulur ta’ din it-trade mark; |
— |
Ksur tad-drittijiet ta’ difiża u tal-prinċipju ta’ kontradittorju, sa fejn il-Bord tal-Appell irrileva ex officio l-ksur tar-Regola 19 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, mingħajr ma’ sema’ lill-partijiet dwar dan il-motiv, meta l-prinċipju ta’ kontradittorju jimponi fuq il-bordijiet tal-appell li jisimgħu lill-partijiet dwar kull motiv li huma jkunu ser iqajmu ex officio; |
— |
Ksur tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009 u tar-Regola 22(3) u (4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/42 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2017 – Jana shoes et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-360/17)
(2017/C 249/57)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Jana shoes GmbH & Co. KG (Detmold, il-Ġermanja), Novi International GmbH & Co. KG (Detmold), shoe.com GmbH & Co. KG (Detmold), Wendel GmbH & Co. KG Schuhproduktionen International (Detmold) u Wortmann KG Internationale Schuhproduktionen (Detmold) (rappreżentanti: A. Willems u S. De Knop, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tiddikjara r-rikors ammissibbli; |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/423, tad-9 ta’ Marzu 2017 li jerġa’ jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ żraben bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam u magħmula minn Fujian Viscap Shoes Co. Ltd, Vietnam Ching Luh Shoes Co. Ltd, Vinh Thong Producing-Trading-Service Co. Ltd, Qingdao Tae Kwang Shoes Co. Ltd, Maystar Footwear Co. Ltd, Lien Phat Company Ltd, Qingdao Sewon Shoes Co. Ltd, Panyu Pegasus Footwear Co. Ltd, PanYu Leader Footwear Corporation, Panyu Hsieh Da Rubber Co. Ltd, An Loc Joint Stock Company, Qingdao Changshin Shoes Company Limited, Chang Shin Vietnam Co. Ltd, Samyang Vietnam Co. Ltd, Qingdao Samho Shoes Co. Ltd, Min Yuan, Chau Giang Company Limited, Foshan Shunde Fong Ben Footwear Industrial Co. Ltd, u Dongguan Texas Shoes Limited Co. u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Maqgħuda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 64, 2017, p. 72); |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li mingħajr bażi legali valida, ir-Regolament 2017/423 jikser il-prinċipju ta’ konferiment skont l-Artikoli 5(1) u 5(2) TUE u, f’kwalunkwe każ, il-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali skont l-Artikolu 13(2) TUE. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li bin-nuqqas milli jieħu l-miżuri neċessarji biex jikkonforma mas-sentenza fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14, C&J Clark International, ir-Regolament 2017/423 jikser l-Artikolu 266 TFUE. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li billi jimponi dazju antidumping fuq l-importazzjoni taż-żraben “li seħħew matul il-perijodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 1294/2009”, ir-Regolament Nru 2017/423 jikser l-Artikoli 1(1) u 10(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (1), u l-prinċipju ta’ ċertezza legali (Nuqqas ta’ retroattività). |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li billi jimponi dazju antidumping mingħajr ma jwettaq evalwazzjoni ġdida tal-interess tal-Unjoni, ir-Regolament 2017/423 jikser l-Artikolu 21 tar-Regolament 2016/1036 u li fi kwalunkwe każ, huwa manifestament żbaljat li wieħed jikkonkludi li l-impożizzjoni ta’ dazju antidumping kien fl-interess tal-Unjoni. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li billi jadotta att li jeċċedi dak li huwa neċessarju biex jikseb l-għan tiegħu, ir-Regolament 2017/423 jikser l-Artikolu 5(1) u 5(4) TUE. |
(1) Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 2016, p. 21).
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/43 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2017 – NCL vs EUIPO (FEEL FREE)
(Kawża T-362/17)
(2017/C 249/58)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: NCL Corporation Ltd (Miami, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Bühling u D. Graetsch, Rechtsanwälte)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “FEEL FREE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 090 533
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 2094/2016-4
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/44 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2017 – Marcin Bielawski vs EUIPO (HOUSE OF CARS)
(Kawża T-364/17)
(2017/C 249/59)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Marcin Bielawski (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Kondrat, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “HOUSE OF CARS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 172 638
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 2047/2016-5
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; jew |
— |
tirriforma d-deċiżjoni kkontestata, u b’hekk tiddkjara li ma hemm l-ebda ostakolu assolut għar-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/44 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2017 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-366/17)
(2017/C 249/60)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-23 ta’ Marzu 2017 [innotifikata fl-24 ta’ Marzu 2017 bid-dokument C(2017) 1904] dwar ir-rifjut ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali lill-proġett kbir “Tnedija tal-produzzjoni ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ muturi dijżil minn Volkswagen Motor Polska”, li jagħmel parti mill-programm operazzjonali “Ekonomija Innovattiva”, sostnut minn għajnuna strutturali fil-kuntest tal-għan “Konverġenza fil-Polonja”; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni tal-proġett “Tnedija tal-produzzjoni ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ muturi dijżil minn Volkswagen Motor Polska”, sa fejn ġie deċiż li l-proġett ma huwiex koerenti mal-prijoritajiet tal-programm operazzjonali “Ekonomija Innovattiva” (assi prijoritarja IV ta’ dan il-programm), u li konsegwentement, ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 41(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, tal-11 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 210, p. 25), minħabba nuqqas ta’ innovazzjoni. |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 41(2) tar-Regolament Nru 1083/2006 minħabba nuqqas manifest li jiġi osservat it-terminu għall-eżaminazzjoni tal-proġett. |
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/45 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2017 – Linak vs EUIPO ChangZhou Kaidi Electrical (Forma ta’ kolonna użata għall-irfiegħ li topera bl-elettriku)
(Kawża T-367/17)
(2017/C 249/61)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Linak A/S (Nordborg, id-Danimarka) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ChangZhou Kaidi Electrical Co. Ltd (Changzhou, iċ-Ċina)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn Komunitarju “Kolonna użata għall-irfiegħ li topera bl-elettriku” – disinn Komunitarju Nru 101 159-0001
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 1411/2015-3
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002. |
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/45 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2017 – Linak vs EUIPO ChangZhou Kaidi Electrical (Forma ta’ kolonna elevatriċi li taħdem bl-elettriku)
(Kawża T-368/17)
(2017/C 249/62)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Linak A/S (Nordborg, id-Danimarka) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ChangZhou Kaidi Electrical Co. Ltd (Changzhou, iċ-Ċina)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: Disinn Komunitarju “Kolonna elevatriċi li taħdem bl-elettriku” – Disinn Komunitarju Nru 101 159-0002
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 1412/2015-3
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002; |
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/46 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2017 – Winkler vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-369/17)
(2017/C 249/63)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Bernd Winkler (Grange, l-Irlanda) (rappreżentant: A. Kässens, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-13 ta’ Marzu 2017, u tordna lill-konvenuta tadotta deċiżjoni dwar il-kalkolu tal-kapital fil-mument tar-reġistrazzjoni tat-talba tar-rikorrent; |
— |
sussidjarjament, tikkundanna lill-konvenuta tħallas danni fl-ammont ta’ EUR 19 920,39, fil-kont tal-pensjoni tar-rikorrent. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ tul raġonevoli tal-proċedura, ta’ ċertezza legali u ta’ smigħ xieraq, u fuq ksur tal-obbligi ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni. |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondisriminazzjoni u ta’ proporzjonalità |
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. |
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/47 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2017 – KPN vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-370/17)
(2017/C 249/64)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: KPN BV (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. van Ginneken u G. Béquet, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-Deċiżjoni C(2016) 5165 finali tal-Kummissjoni Ewropea, tat-3 ta’ Awwissu 2016, li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004 fil-Każ M. 7978 – Vodafone/Liberty Global/Dutch JV; |
— |
tibgħat il-każ lura quddiem il-Kummissjoni għal eżami mill-ġdid skont l-Artikolu 10(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball manifest fl-evalwazzjoni tagħha tas-suq tal-kontenut sportiv u li, minħabba dan, l-analiżi tal-Kummissjoni relatata mal-kompetizzjoni ma hijiex fondata.
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball manifest fl-evalwazzjoni tagħha dwar l-inċentiv li twettaq esklużjoni fir-rigward tal-input fis-suq tal-provvista bl-ingrossa ta’ kanali sportivi premium bi ħlas.
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma tatx ir-raġunijiet għalfejn l-impriża konġunta ma jkollhiex l-inċentiv li teskludi lil kompetituri downstream mill-aċċess għall-kontenut indispensabbli.
|
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/48 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2017 – HeidelbergCement u Schwenk Zement vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-380/17)
(2017/C 249/65)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: HeidelbergCement AG (Heidelberg, il-Ġermanja) u Schwenk Zement KG (Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Denzel, C. von Köckritz, P. Pichler, M. Raible, U. Soltész, G. Wecker u H. Weiß, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2017) 1650 finali, tal-5 ta’ April 2017, li tiddikjara konċentrazzjoni bħala inkompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE fil-Każ M. 7878 – HeideelbergCement/Schwenk/Cemex Hungary/Cemex Croatia; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni ma kellhiex kompentenza sabiex tiddeċiedi dwar it-tranżazzjoni peress li t-tranżazzjoni ma kellhiex dimensjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u kisret l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004 (1) (iktar ’il quddiem ir-“RUEGħ”) meta qieset lil HeidelberCement u lil Schwenk – iktar milli lill-akkwirent dirett Duna-Dráva Cement – bħala “impriżi konċernati”. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni kisret l-Artikoli 2 u 8 tar-RUEGħ u wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha meta ddefinixxiet is-suq ġeografiku rilevanti. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni kisret l-Artikoli 2(2) u (3) tar-RUEGħ billi pprojbixxiet tranżazzjoni mingħajr ma stabbilixxiet impediment sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva f’parti sostanzjali tas-suq intern. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-evalwazzjoni kompetittiva tal-effetti tat-tranżazzjoni. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-evalwazzjoni u ċ-ċaħda tar-rimedju propost. |
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet diversi żbalji proċedurali u għaldaqstant kisret forom proċedurali sostanzjali, id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u d-drittijiet fundamentali tagħhom, kif ukoll il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u d-dmir ta’ diliġenza tagħha. |
7. |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni ma kellhiex kompetenza sabiex tipprojbixxi l-akkwist ta’ Cemex Hungary wara li kienet irreferiet il-parti Ungeriża tat-tranżazzjoni għal eżami mill-awtorità tal-kompetizzjoni Ungeriża skont l-Artikolu 4 tar-RUEGħ. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40)
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/49 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-18 ta’ Mejju 2017 – Cavankee Fishing et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-138/08) (1)
(2017/C 249/66)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
31.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 249/49 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2017 – Alsteens vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-816/16 RENV) (1)
(2017/C 249/67)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
(1) ĠU C 319, 20.10.2012 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-87/12).