ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 247

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
29 ta' Lulju 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2017/C 247/01

Lista ta’ ħatriet li saru mill-Kunsill — Jannar – Ġunju 2017 (qasam soċjali)

1

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 247/02

Rata tal-kambju tal-euro

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 247/03

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8512 — A.P. Moller Mærsk/Danske Bank/Gatetu) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

3

2017/C 247/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8568 — Total/Atos/InTouch Corp/InTouch SAS) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

4

2017/C 247/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8579 — HgCapital/Visma) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

5

2017/C 247/06

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8577 — Norsk Hydro/Sapa) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

6

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 247/07

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (EU) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

7

2017/C 247/08

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri ppubblikata skont il-ħames paragrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-istabbiliment ta' simboli tal-Unjoni għal denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti u fir-rigward ta' ċerti regoli dwar il-ksib, ċerti regoli proċedurali u ċerti regoli tranżitorji oħrajn

12


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

29.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 247/1


Lista ta’ ħatriet li saru mill-Kunsill

Jannar – Ġunju 2017 (qasam soċjali)

(2017/C 247/01)

Kumitat

Tmiem tal-mandat

Pubblikazzjoni fil-ĠU

Persuna sostitwita

Riżenja/ħatra/

Membru/supplenti/

Kategorija

Pajjiż

Persuna maħtura

Affiljazzjoni

Data tad-Deċiżjoni tal-Kunsill

Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2019

ĠU C 79, 1.3.2016

Is-Sinjura Marisa RUFINO

Riżenja

Supplenti

Trade Union

Spanja

Is-Sinjura Ana GARCÍA DE LA TORRE

UGT

29.5.2017

Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

7.11.2019

ĠU C 386, 20.10.2016

Is-Sinjura Marisa RUFINO

Riżenja

Supplenti

Trade Union

Spanja

Is-Sinjura Ana GARCÍA DE LA TORRE

UGT

29.5.2017


Il-Kummissjoni Ewropea

29.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 247/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-28 ta’ Lulju 2017

(2017/C 247/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1729

JPY

Yen Ġappuniż

130,37

DKK

Krona Daniża

7,4364

GBP

Lira Sterlina

0,89568

SEK

Krona Żvediża

9,5355

CHF

Frank Żvizzeru

1,1357

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,3195

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,048

HUF

Forint Ungeriż

304,93

PLN

Zloty Pollakk

4,2493

RON

Leu Rumen

4,5580

TRY

Lira Turka

4,1462

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4732

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4712

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,1613

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5694

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5947

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 317,62

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,2811

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9087

HRK

Kuna Kroata

7,4120

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 639,45

MYR

Ringgit Malażjan

5,0229

PHP

Peso Filippin

59,207

RUB

Rouble Russu

69,8319

THB

Baht Tajlandiż

39,146

BRL

Real Brażiljan

3,7015

MXN

Peso Messikan

20,8089

INR

Rupi Indjan

75,2555


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

29.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 247/3


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8512 — A.P. Moller Mærsk/Danske Bank/Gatetu)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 247/03)

1.

Fid-19 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-A.P. Moller — Mærsk A/S (“APMM”, id-Danimarka) u Danske Bank A/S (“DB”, id-Danimarka) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta (joint venture, JV) ġdida fid-Danimarka (“Gatetu”).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

DB hija kumpanija tas-servizzi finanzjarji bbażata fid-Danimarka u kkwotata fil-Borża ta’ Copenhagen. Il-kumpanija hija attiva mad-dinja kollha fis-servizzi bankarji lill-konsumatur u bl-ingrossa, fl-iskemi tal-pensjoni, fl-assigurazzjoni, fil-finanzjament tal-ipoteki, fil-ġestjoni tal-assi, fis-senserija, u fil-proprjetà immobbli u fis-servizzi tal-kiri.

APMM hija grupp internazzjonali b’attivitajiet fil-ġarr tal-containers bil-baħar u servizzi ta’ terminals, operazzjonijiet ta’ rmonk fil-portijiet, loġistika u enerġija (esplojtazzjoni taż-żejt u l-gass), attiva mad-dinja kollha.

Gatetu fin-tech start-up li se toffri softwer għal pjattaformi B2B online biex ikunu faċilitati l-pagamenti u servizzi finanzjarji oħra f’livell dinji.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8512 — A.P. Moller Mærsk/Danske Bank/Gatetu, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


29.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 247/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8568 — Total/Atos/InTouch Corp/InTouch SAS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 247/04)

1.

Fl-20 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Total Outre-Mer S.A. (“TOM”, Franza) li tappartjeni għall-grupp Total (Franza), Worldline S.A. (“Worldline”, Franza) li tappartjeni għall-grupp Atos (Franza) u InTouch Corp (Mauritius) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) il-kontroll konġunt ta’ InTouch SAS (Franza) u s-sussidjarji tagħha permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Total Outre-Mer: attivitajiet ta’ Total Marketing Services fl-Afrika; il-grupp Total huwa attiv fil-livell dinji fl-esplorazzjoni, il-produzzjoni, it-trasport, il-ħżin u l-bejgħ taż-żejt u l-gass naturali; il-grupp huwa preżenti wkoll fis-setturi tar-raffinar ta’ prodotti taż-żejt u tal-bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa ta’ prodotti raffinati. il-grupp jiżviluppa attivitajiet fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli kemm permezz tal-produzzjoni ta’ pannelli solari kif ukoll permezz tal-ġenerazzjoni tal-enerġija minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli;

—   Worldline: sussidjarja tal-grupp Atos, attiva fis-settur tal-pagamenti u s-servizzi tranżazzjonali, fosthom l-affiljazzjoni ta’ kummerċjanti, l-ipproċessar ta’ akkwisti, il-bank onlajn, it-trattament tal-emissjonijiet u l-użu bil-liċenzja ta’ softwer ta’ ħlas, il-forniment ta’ terminal ta’ punt ta’ bejgħ u ta’ servizzi relatati, prinċipalment fiż-ŻEE;

—   InTouch Corp: speċjalizzata f’aggregazzjoni ta’ mezzi ta’ pagamenti u servizzi diġitali permezz ta’ pjattaformi mobbli fil-Mawritanja, is-Senegal, il-Kosta tal-Avorju, il-Kenja u fil-Kamerun, u

—   InTouch SAS: soluzzjonijiet ta’ aggregazzjoni ta’ mezzi ta’ ħlas f’ċerti pajjiżi fl-Afrika u l-Lvant Nofsani.

3.

Wara eżami preliminari u mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali tagħha dwar dan il-punt, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bi-referenza M.8568 — Total/Atos/InTouch Corp/InTouch SAS, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


29.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 247/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8579 — HgCapital/Visma)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 247/05)

1.

Fl-20 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha HgCapital (ir-Renju Unit) takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tal-impriża Visma AS kollha kemm hi (“Visma”) (in-Norveġja) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal HgCapital: investiment ta’ ekwità privata

—   għal Visma: il-provvista ta’ soluzzjonijiet ta’ softwer.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8579 — HgCapital/Visma, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


29.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 247/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8577 — Norsk Hydro/Sapa)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 247/06)

1.

Fl-24 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Norsk Hydro ASA (in-Norveġja) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, takkwista l-kontroll tal-impriża Sapa AS kollha kemm hi (in-Norvegja) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għall-impriża Norsk Hydro: fornitur dinji tal-aluminju b’attivitajiet tul il-katina kollha tal-valur, inklużi l-produzzjoni u l-bejgħ tal-aluminju primarju, estrużjonijiet tas-soft-alloy, sistemi tal-bini u prodotti rrumblati ċatti,

—   għall-impriża Sapa: produttur dinji ta’ prodotti tal-aluminju bi tliet attivitajiet ewlenin: (i) estrużjonijiet mis-soft alloy tal-aluminju, (ii) sistemi tal-bini, u (iii) tubi ta’ preċiżjoni wweldjati. Sapa hija negozju bi sħab u attwalment ikkontrollati b’mod konġunt minn Norsk Hydro u Orkla ASA.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8577 — Norsk Hydro/Sapa, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

29.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 247/7


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (EU) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2017/C 247/07)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MINURI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (2)

“HOLSTEINER KATENSCHINKEN” / “HOLSTEINER SCHINKEN” / “HOLSTEINER KATENRAUCHSCHINKEN” / “HOLSTEINER KNOCHENSCHINKEN”

Nru tal-UE: PGI-DE-0713-AM01 — 30.3.2017

DOP ( ) IĠP ( X ) TSG ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Isem:

Schutzgemeinschaft Schleswig-Holsteinischer Schinkenhersteller e.V.

Indirizz:

c/o Landwirtschaftskammer Schleswig-Holstein/ Abteilung Gütezeichen

Grüner Kamp 15-17

24768 Rendsburg

DEUTSCHLAND

Tel.

+49 43319453401

Faks:

+49 43319453409

Posta elettronika:

mheid@lksh.de

Interess leġittimu:

L-assoċazzjoni ta’ protezzjoni applikanta hija grupp ta’ produtturi tal-prodott inkwistjoni. Schutzgemeinschaft Schleswig-Holsteinischer Schinkenhersteller e.V. ressqet ukoll l-applikazzjoni oriġinali għall-protezzjoni u għalhekk għandha interess leġittimu f’din l-applikazzjoni għal emenda.

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Il-Ġermanja

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

Deskrizzjoni tal-prodott

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta maż-żona ġeografika

Tikkettar

Oħrajn [għandhom jiġu speċifikati]

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew ta’ IĠP irreġistrata biex tiġi kkwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li ma teħtieġ l-ebda emenda fid-dokument uniku ppubblikat.

Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew ta’ IĠP irreġistrata biex tiġi kkwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li teħtieġ emenda fid-dokument uniku ppubblikat.

Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew ta’ IĠP irreġistrata biex tiġi kkwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha dokument uniku (jew l-ekwivalenti) ma ġiex ippubblikat

Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ STG irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

5.   Emenda/i

(sottolinjata)

(b)

Deskrizzjoni:

F’nofs l-ewwel paragrafu, “… jingħadda minn proċess ta’ affumikar bil-mod fil-kesħa bil-fagu” tinbidel għal “jingħadda minn proċess ta’ affumikar bil-mod fil-kesħa b’mod predominanti bil-fagu”.

It-tielet paragrafu, “… għall-proċess tal-affumikar bil-mod fil-kesħa jintuża biss il-fagu” tinbidel għal “għall-proċess tal-affumikar bil-mod fil-kesħa jintuża l-fagu b’mod predominanti (ta’ mill-anqas 75 %)”.

Ġustifikazzjoni:

Ir-raġuni għall-bidla hija li l-materjal tal-affumikar li jinxtara, u l-purità tal-injam tal-fagu mill-postijiet fejn jisserraw l-injam il-kbir u l-fornituri tal-injam ma jistgħux jiġu garantiti. Dan jista’ jinkludi l-injam tal-alnu u tal-ġewż (“hedge wood”). Għalhekk il-kliem “b’mod predominanti” jirrifletti r-realtà tas-sitwazzjoni. L-użu minimu ta’ 75 % tal-injam tal-fagu għall-proċess tal-affumikar, jiżgura t-togħma tipika tal-Holsteiner Katenschinken li tiddependi fuq l-affumikar tiegħu fuq l-injam tal-fagu.

(e)

Metodu ta’ produzzjoni:

Fi tmiem l-ewwel paragrafu, “… jingħadda minn proċess ta’ affumikar bil-mod fil-kesħa bil-fagu” tinbidel għal “jingħadda minn proċess ta’ affumikar bil-mod fil-kesħa b’mod predominanti bil-fagu.”

Taħt il-punt (7) Affumikar, “… mill-użu tradizzjonali tal-injam tal-fagu bħala ħatab” tinbidel għal “mill-użu tradizzjonali tal-injam tal-fagu b’mod predominanti (ta’ mill-anqas 75 %) bħala ħatab”.

Ġustifikazzjoni:

Ara r-raġunijiet taħt (b) Deskrizzjoni

(f)

Rabta maż-żona ġeografika

(2)

Speċifiċità tal-prodott:

Fi tmiem it-tielet paragrafu, “… l-użu tradizzjonali tal-injam tal-fagu” tinbidel għal “l-użu tradizzjonali tal-injam tal-fagu b’mod predominanti”.

(3)

Rabta kawżali:

F’nofs tal-ewwel paragrafu, “… jingħadda minn proċess ta’ affumikar bil-mod fil-kesħa bil-fagu” tinbidel għal “jingħadda minn proċess ta’ affumikar bil-mod fil-kesħa b’mod predominanti bil-fagu”.

Ġustifikazzjoni:

Ara r-raġunijiet taħt (b) Deskrizzjoni

6.   Speċifikazzjoni aġġornata tal-prodott (għad-DOP u għall-IĠP biss)

(Din tapplika biss fil-każ imsemmi fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014):

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott emendat https://register.dpma.de/DPMAregister/geo/detail.pdfdownload/41497

DOKUMENT UNIKU

“HOLSTEINER KATENSCHINKEN” / “HOLSTEINER SCHINKEN” / “HOLSTEINER KATENRAUCHSCHINKEN” / “HOLSTEINER KNOCHENSCHINKEN”

Nru tal-UE: PGI-DE-0713-AM01 — 30.3.2017

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Isem/Ismijiet

“Holsteiner Katenschinken” / “Holsteiner Schinken” / “Holsteiner Katenrauchschinken” / “Holsteiner Knochenschinken”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Il-Ġermanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Holsteiner Katenschinken / Holsteiner Schinken / Holsteiner Katenrauchschinken / Holsteiner Knochenschinken, minn hawn ’il quddiem kollettivament imsejjaħ “Holsteiner Katenschinken”, isir mill-perżut li jkun għad fadallu l-għadma tal-koxxa warranija ta’ fejn denb il-bhima u l-fibula. Il-perżut jinqata’ f’dawriet tondi (Hamburger Rundschnitt), jitmellaħ bl-idejn u jingħadda minn proċess ta’ affumikar bil-mod fil-kesħa b’mod predominati bil-fagu. Il-proċess kollu tal-produzzjoni, minn meta jasal il-laħam sa ma l-perżut jimmatura kollu, isir fiż-żona ġeografika kkonċernata u jieħu mill-inqas erba’ xhur. Wara li jintemm il-proċess tal-maturazzjoni, il-perżut ikun ta’ lewn aħmar skur u jkollu xi ftit strixxi ta’ grass fih. Huwa jkollu togħma tajba u riħa tfuħ ta’ duħħan naturali, l-iktar tal-fagu. It-togħma tax-xaħam tfakkrek kemm kemm fil-ġewż. Meta tmissu, il-Holsteiner Katenschinken huwa lixx u robust (sod).

Il-prieżet lesti jiżnu minn madwar 7,5 kilogrammi sa 19-il kilogramm, skont ir-razza tal-ħanżir li tintuża. Il-kontenut massimu tal-ilma huwa ta’ 68 %.

L-ingredjenti bażiċi huma: il-perżut, l-affumikar, il-melħ, is-salnitru, il-melħ tan-nitritu għat-tmelliħ u l-ħwawar. Barra minn hekk, għall-proċess tal-affumikar bil-mod fil-kesħa jintuża b'mod predominanti l-fagu (ta’ mill-anqas 75 %).

Il-Holsteiner Katenschinken jinbiegħ sħiħ bħala biċċa waħda, jew inkella jinqata’ biċċiet, skont xi jkun irid ix-xerrej. Il-qatgħat tal-perżut (il-falda l-irqiqa, it-tarf, il-falda l-ħoxna u l-qatgħat dawra dawra) jitqiegħdu f’pakketti li minnhom titneħħa l-arja kollha u mbagħad jinbiegħu wara li jimmaturaw.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Għall-produzzjoni tal-Holsteiner Katenschinken jintużaw il-koxox tal-majjali ta’ kwalunkwe oriġini.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-proċess kollu tal-produzzjoni, minn meta tasal il-materja prima sa ma l-perżut jimmatura kollu, irid isir fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li għalih jirreferi l-isem reġistrat

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih jirreferi l-isem reġistrat

Il-prodott (bħala biċċa sħiħa, maqtugħ biċċiet jew maqtugħ dawra dawra) irid ikollu t-tikketta Holsteiner Katenschinken tidher fuq il-pakkett. L-iSchutzgemeinschaft Schleswig-Holsteinischer Schinkenhersteller e.V. tippermetti lill-membri tagħha jużaw emblema li tista’ tintwera fuq l-imballaġġ taż-zalzett sħiħ, tal-qatgħat jew tal-biċċiet ta’ “Holsteiner Katenschinken”. L-impriżi li mhumiex membri tal-Assoċjazzjoni wkoll jistgħu jipproduċu u jqiegħdu fis-suq il-Holsteiner Katenschinken, dejjem jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet mogħtija fl-ispeċifikazzjoni.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika hija magħmula mill-istat federali kollu ta’ Schleswig-Holstein.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Hemm tradizzjoni twila marbuta mal-Holsteiner Katenschinken fir-reġjun ta’ Schleswig-Holstein. Fil-fatt, dan il-perżut jifforma parti stabbilita sew mill-kultura ta’ dan ir-reġjun.

L-iżvilupp storiku tal-Holsteiner Katenschinken jidher mill-interazzjoni ta’ diversi fatturi. F’Schleswig-Holstein, dawn il-fatturi jikkaratterizzaw il-proċess speċjali tal-produzzjoni tal-Holsteiner Katenschinken u l-kwalità għolja tiegħu li tiġi minn dan il-proċess:

Il-kundizzjonijiet klimatiċi tar-reġjun ta’ Schleswig-Holstein wasslu biex fih kibru foresti li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma magħmulin mis-siġar tal-ballut u tal-fagu. Il-frott tagħhom, jiġifieri l-ġandar u l-ġewż tal-fagu, kienu jintużaw bħala għalf biex il-ħnieżer jismnu. Qabel, it-tismin tal-ħnieżer u l-forestrija kienu elementi ewlenin tal-agrikoltura fir-reġjun.

Il-fagu ma kienx jintuża biss fil-bini tad-djar; iżda, minħabba li jinħaraq bil-mod, kien jintuża wkoll bħala ħatab għall-ħġejjeġ fid-djar. Grazzi għall-abbundanza ta’ njam u n-natura tal-ekonomija tagħha, evolva tip patikolari ta’ djar f’Schleswig-Holstein. Dawn id-djar kienu magħrufa bħala “Hallenhaus” u ma kellhomx ċumnija. Il-perżut u prodotti oħra bbażati fuq il-laħam kienu jiġu affumikati bid-duħħan tal-ħġejjeġ. Dak iż-żmien dan kien wieħed mill-ftit metodi ta’ konservazzjoni li kienu jeżistu. Sa miż-żmien meta l-ewwel nies bdew jgħixu fir-reġjun sal-Medju Evu u sa żmien l-era industrijali, din it-tip ta’ dar baqgħet l-iktar waħda użata fir-reġjun ta’ Schleswig-Holstein, u l-waħda bl-ikbar firxa territorjali fih.

Il-Hallenhaus, li kienet il-mudell għall-kmamar tal-affumikar (“Räucherkaten”), hija marbuta bis-sħiħ mat-tradizzjoni u mal-iżvilupp tal-proċess tal-affumikar fil-kesħa tal-Holsteiner Katenschinken u l-konsumaturi wkoll jorbtuha b’mod pożittiv ma’ din l-ispeċjalità.

Minħabba l-livell għoli tal-umdità li jkun hemm il-ħin kollu fir-reġjun ta’ Schleswig-Holstein, it-tnixxif tal-perżut bl-arja mhux — u qatt ma kien — possibbli fih, minħabba li l-moffa tifforma malajr. Minħabba f’hekk, ġie żviluppat dan it-tip ta’ affumikar speċjali għall-Holsteiner Katenschinken.

It-tmelliħ, li huwa l-istadju ta’ qabel l-affumikar, seta’ jsir biss minħabba li, minn kmieni, f’dan ir-reġjun kellhom il-melħ. Dan kien jinkiseb mill-ilma baħar jew billi kienu jaħarqu l-pjanti li kellhom livell għoli ta’ mluħa. Id-domanda dejjem tikber għall-melħ setgħet tiġi ssodisfata billi kienu jintużaw ir-rotot tan-negozju msejħin “Ochsenweg” u “Salzstrasse”.

Meta bdiet l-era industrijali f’nofs is-seklu 19 u kien hemm domanda dejjem ikbar għal-laħam, l-affumikar tal-perżut fir-reġjun ta’ Schleswig-Holstein ma baqax isir biss biex jinqdew il-ħtiġijiet tal-familji fir-reġjun, iżda beda jsir fuq skala industrijali.

Il-proċess tradizzjonali tal-affumikar fir-reġjun ta’ Schleswig-Holstein għandu l-għeruq tiegħu fid-drawwiet tar-reġjun. Tradizzjonalment, il-qtil tal-ħnieżer u l-affumikar tal-prieżet kienu xogħlijiet li kienu jsiru fil-perjodi ta’ kesħa ta’ matul is-sena.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Il-perżut nej użat biex jiġi prodott il-Holsteiner Katenschinken jitmellaħ biss bl-idejn. Dan huwa proċess tat-tmelliħ niexef. Il-perżut jitħalla jimmatura minn tlieta sa tmien ġimgħat fil-kmamar tat-tmelliħ f’temperatura baxxa u kostanti u matul dan il-perjodu jerġa’ jitmellaħ kull ġimgħa bl-idejn. It-taħlita tat-tmelliħ tiddaħħal fil-perżut fuq l-imwejjed tat-tmelliħ fil-kmamar tat-tmelliħ u mbagħad il-perżut jitqiegħed fi skutelli tat-tmelliħ jew fuq l-ixkafef sabiex jimmatura. Matul il-perjodu tat-tmelliħ, il-melħ u l-ħwawar jidħlu minn fuq barra tal-perżut għal ġo fih.

Wara t-tmelliħ, il-perżut jintmaxat jew jissaffa u jitħalla għal darb’oħra jimmatura f’post għall-kesħa b’temperatura kkontrollata. Il-perżut jimmatura matul dan il-proċess.

Qabel ma l-perżut jiddendel fil-kamra tal-affumikar, jitħalla jinxef fil-wiċċ. Il-proċess tal-affumikar jista’ jieħu diversi ġimgħat. Huwa jsir kemm fil-kmamar tal-affumikar tradizzjonali, kif ukoll fil-kmamar tal-affumikar moderni. It-togħma tipika tal-perżut tat-tip Holsteiner Katenschinken ġejja mill-użu tradizzjonali tal-injam tal-fagu bħala ħatab. Dan l-injam jinħaraq bil-mod fil-forma ta’ bċejjeċ minn zkuk imqattgħin jew laqx, u jibqa’ jnemnem u jdaħħan bil-mod għal ħin twil.

Wara li jintemm il-proċess tal-maturazzjoni, il-wiċċ tal-qatgħa tal-perżut ikun ta’ lewn aħmar skur u jkollu xi ftit strixxi ta’ grass fih. Huwa jkollu togħma tajba u riħa tfuħ ta’ duħħan naturali. It-togħma tax-xaħam tfakkrek kemm kemm fil-ġewż. Meta tmissu, il-Holsteiner Katenschinken huwa lixx u sod.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DOP) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għal IĠP):

Il-fatturi speċjali tar-reġjun ta’ Schlewsig-Holstein imsemmija hawn fuq – il-kundizzjonijiet klimatiċi, it-tip ta’ dar speċjali bil-ħġejjeġ, id-disponibbiltà tal-materja prima meħtieġa u l-iżvilupp ekonomiku – għenu t-tradizzjoni twila tal-produzzjoni tal-Holsteiner Katenschinken bil-proċess speċjali ta’ affumikar fil-kesħa bid-duħħan tal-fagu u wasslu biex dan il-prodott ikollu tifsira speċjali fil-kultura ta’ dan ir-reġjun. B’hekk, il-Holsteiner Katenschinken sar speċjalità tipika ta’ dan ir-reġjun, b’reputazzjoni msejsa l-aktar fuq ir-rabta tiegħu mill-qrib maż-żona minn fejn joriġina.

Il-Holsteiner Katenschinken huwa speċjalità tipika ta’ dan ir-reġjun li għandu tradizzjoni twila u li huwa magħruf sewwa, anke lil hinn mill-fruntieri tar-reġjun. Barra minn hekk, huwa għandu reputazzjoni tajba, l-aktar fir-reġjun stess.

Dan il-perżut ilu jgawdi fama tajba għal mijiet ta’ snin. L-eqdem dokument bil-miktub li fih jissemma huwa dokument tal-1608 li jitkellem dwar il-konsenja ta’ perżut mir-reġjun lir-re Daniż Kristinu IV, li dak iż-żmien kien imexxi r-reġjun. Fid-dizzjunarju universali ta’ Zedler tal-1742, imsejjaħ “Universallexikon”, diġà kienu ssemmew b’mod speċjali l-kwalità u l-valur għoli tas-suq tal-perżut u tal-bejken mir-reġjun meta mqabblin ma’ dawk tal-prodotti affumikati mir-reġjuni ta’ Westfalen u Pommern u mid-Danimarka.

Fi żmien il-vjaġġi lejn l-Indji tal-Punent fis-seklu 18, il-perżut u l-bejken mir-reġjun kienu fost il-prodotti tal-esportazzjoni l-iktar imfittxija u kienu jingħataw bi skambju għaz-zokkor u r-rum fil-gżejjer tal-Karibew.

Fir-ristoranti lokali, il-Holsteiner Katenschinken minn dejjem kien offrut bħala speċjalità reġjonali b’togħma partikolarment tajba. Dan il-perżut ilu għexieren tas-snin jiġi offrut matul is-sena kollha kważi f'kull menu ta’ kull ristorant u lukanda li joffru speċjalitajiet reġjonali, u għan-nies tal-post, huwa l-prodott l-iktar mitlub li jittiekel tradizzjonalment mal-ispraġ prodott fir-reġjun.

Fir-riklami għat-turisti u fir-rapporti ta’ ħafna mezzi tax-xandir, Holsteiner Katenschinken ukoll jintwera bħala speċjalità mfittxija ferm. Li wieħed iżur kamra tal-affumikar li fiha jiġi prodott il-perżut affumikat hija ħaġa stabbilita fil-programmi tat-turisti li jiġu waqt mawriet bil-kowċ u ta’ ħafna turisti li jkunu fil-post għal ġurnata waħda biss. Il-ħafna festi tal-perżut marbutin ma’ xi staġun partikulari jgħinu biex tikber il-fama tal-Holsteiner Katenschinken.

Barra minn hekk, ir-reġjun ta’ Schleswig-Holstein ilu għexieren ta’ snin jippreżenta l-Holsteiner Katenschinken bħala wieħed mill-ispeċjalitajiet inkredibbli u tipiċi tar-reġjun fil-fiera tal-agrikoltura u tal-konsumaturi msejħa “Il-ġimgħa internazzjonali tal-ħxejjex” li ssir f’Berlin.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott

(l-Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu, ta’ dan ir-Regolament)

L-ispeċifikazzjoni sħiħa hija ppubblikata fi:

Markenblatt Vol. 11 tas-17 ta’ Marzu 2017, il-Parti 7e, p. 6962

https://register.dpma.de/DPMAregister/geo/detail.pdfdownload/41497


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.

(2)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


29.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 247/12


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri ppubblikata skont il-ħames paragrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-istabbiliment ta' simboli tal-Unjoni għal denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti u fir-rigward ta' ċerti regoli dwar il-ksib, ċerti regoli proċedurali u ċerti regoli tranżitorji oħrajn

(2017/C 247/08)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 6(2) ta’ dak ir-Regolament (1).

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MINURI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel  (2)

“QUESO DE LA SERENA”

Nru tal-UE: PDO-ES-2152 — 14.7.2016

DOP ( X ) IĠP ( ) ETG ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Il-Kunsill Regolatorju tad-DOP “Queso de la Serena”

Ctra. EX-104, s/n (Ints. Ferial de La Serena)

06420 Castuera (Badajoz)

ESPAÑA

Tel. +34 924772114

Email: info@quesoserena.com

Dan il-Kunsill Regolatorju ġie rikonoxxut permezz tal-Ordni tal-14 ta’ April 1993, tal-Ministeru tal-Agrikoltura, is-Sajd u l-Ikel, biex jirretifika r-Regolament dwar id-Denominazzjoni tal-Oriġini “Queso de la Serena” u l-Kunsill Regolatorju tiegħu (BOE nru. 100, tas-27.4.1993), u huwa l-istess grupp li oriġinarjament ippreżenta l-applikazzjoni għar-reġistrar tal-isem li għalih tirreferi l-ispeċifikazzjoni, għall-fini tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014. Il-Liġi 4/2010 tat-28 ta’ April dwar il-Kunsilli Regolatorji għad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ Kwalità Agroalimentaria tal-Extremadura, bħalissa tiddefinixxi lill-kunsilli regolatorji bħala l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni tad-DOP/IĠP, b’personalità ġuridika proprja, kif ukoll b’awtonomija finanzjarja u setgħa sħiħa biex jieħdu azzjoni biex jintlaħqu l-objettivi tagħhom. Huma joperaw fuq prinċipji demokratiċi u jirrappreżentaw l-interessi ekonomiċi u settorjali integrati involuti fid-DOP/IĠP, b’mod speċjali l-interessi tal-minoranzi, billi dawn għandhom jirrappreżentaw l-interessi varji kollha involuti b’mod ugwali, filwaqt li jżommu l-prinċipju bażiku tagħhom li joperaw mingħajr skop ta’ qligħ. Skont l-Artikolu 16(2)(g) tal-Liġi msemmija 4/2010, il-funzjonijiet tagħhom jinkludu “il-proposti ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni ta’ prodott u l-parteċipazzjoni fil-proċedimenti istitwiti għal dak l-iskop”.

L-applikazzjoni għal emenda minuri fl-Ispeċifikazzjoni ġiet miftiehma mill-Kunsill Regolatorju tad-Denominazzjoni tal-Oriġini Protetta “Queso de la Serena” fi ħdan il-funzjonijiet tiegħu, li għaldaqstant huwa fl-interess totalment leġittimu tiegħu.

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Spanja

3.   Titlu/intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwat/a mill-emenda

Deskrizzjoni tal-prodott

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn: L-istruttura tal-kontroll u tar-rekwiżiti legali nazzjonali

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda fl-ispeċifiċità tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għandha tiġi kwalifikata bħala minuri skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li ma teħtieġ l-ebda emenda fid-dokument uniku ppubblikat.

Emenda fl-ispeċifiċità tal-prodott ta’ DOP jew IĠP rreġistrata li għandha tiġi kwalifikata bħala minuri skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li teħtieġ emenda fid-dokument uniku ppubblikat.

Emenda fl-ispeċifiċità tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha ma jkun ġie ppubblikat l-ebda dokument uniku (jew ekwivalenti).

Emenda fl-ispeċifiċità tal-prodott ta’ STG rreġistrata li għandha tiġi kwalifikata bħala minuri skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

5.   Emenda/i

5.1.

Il-paragrafu li ġej fit-taqsima “B (Deskrizzjoni tal-prodott)” tal-ispeċifikazzjoni, b’rabta mal-“karatteristiċi fiżiċi tal-ġobon wara l-maturazzjoni”:

Il-kliem “Dijametru: bejn 18 u 24 cm” jinbidel b’dan li ġej: “Dijametru: bejn 10 u 24 cm”.

L-emenda proposta ma taffettwa bl-ebda mod il-karatteristiċi tal-ħalib jew il-karatteristiċi tal-annimali li jipproduċu l-ħalib. Fir-rigward tal-prodott innifsu, lanqas ma tbiddel il-karatteristiċi fiżiko-kimiċi (li jibqgħu l-istess, bl-istess limiti bħal dawk fl-ispeċifikazzjoni oriġinali), u f’dak li għandu x’jaqsam mal-karatteristiċi fiżiċi tal-ġobon, il-“forma”, l-“għoli”, il-“piż”, il-“qoxra”, il-“qalba” u l-“aroma u togħma” jibqgħu eżattament l-istess ukoll. L-unika bidla proposta hija fil-limitu inferjuri tal-firxa tad-dijametru. Għandu jittieħed kont tal-fatt li, meta tfasslet l-ispeċifikazzjoni oriġinali (aktar minn għoxrin sena ilu), il-ġobniet b’piż li jidħol fil-limitu inferjuri tal-firxa permessa fl-ispeċifikazzjoni (750–2 000 g), kienu rari. B’riżultat ta’ dan, f’dak iż-żmien, kien hemm ftit għarfien tekniku dwar id-dijametri li l-iżgħar ġobniet jista’ jkollhom, u dan seħħ flimkien mal-fatt li, f’sistema ta’ produzzjoni tradizzjonali bħal din, huwa diffiċli li wieħed ikun preċiż dwar ċerti qisien.

Fi kwalunkwe każ, b’differenza mill-piż tal-ġobna, id-dijametru mhuwiex kritiku meta wieħed jiddefinixxi l-qies tal-prodott. F’dan ir-rigward, fil-fajl tal-applikazzjoni oriġinali għall-“Queso de la Serena”, kemm fis-Sommarju kif ukoll fil-Verżjoni Konsolidata, ġie inkluż biss it-test li ġej taħt l-intestatura b’rabta mad-deskrizzjoni tal-prodott: “Ġobon xaħmi sa full-fat, maturat, minn ġobon artab sa semi-staġjonat; f’forma ta’ rota bl-uċuħ ċatti u bil-ġenb konvess, qoxra ftit iebsa u qalba ratba għal soda, piż ta’ bejn 750 g sa 2 kg”. Għaldaqstant, dan ma jbiddilx xi wieħed mill-elementi inklużi fis-Sommarju jew fil-Verżjoni Konsolidata, u fl-aħħar mill-aħħar ma jaffettwax il-karatteristiċi essenzjali tal-prodott. L-emenda, għalhekk, hija konformi mar-rekwiżit stabbilit f’dak li għandu x’jaqsam ma’ emendi minuri, skont l-Artikolu 53(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.

5.2.

Wara li ġie kkunsidrat l-Artikolu 7(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, huwa xieraq li tinbidel it-taqsima sħiħa “G (Il-Korp ta’ Spezzjoni)” fl-Ispeċifikazzjoni, minħabba l-informazzjoni b’rabta mal-Korp ta’ Spezzjoni responsabbli għall-verifika tal-konformità ta’ din l-Ispeċifikazzjoni abbażi tal-Artikolu 37(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Għaldaqstant l-emenda hija sempliċiment l-aġġornament ta’ din it-taqsima, billi tindika d-dettalji tal-Korp ta’ Ċertifikazzjoni tal-prodott li lilu l-Awtorità Kompetenti ddelegat il-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott tad-DOP “Queso de la Serena”, skont it-termini stipulati fl-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u fl-Artikolu 59 u fil-Kapitolu III tat-Titolu III tal-Liġi 6/2015 tal-24 ta’ Marzu, dwar l-agrikoltura fl-Extremadura.

Bl-emenda proposta, it-Taqsima G tal-ispeċifikazzjoni taqra kif ġej:

“Isem: AGROCOLOR, S.L.

Indirizz: Ctra. de Ronda, n.o 11, Bajo. 04004 Almería (España).

Tel. +34 950280380.

Email: agrocolor@agrocolor.es”

5.3.

Barra minn hekk, bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-Artikolu 7.1 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-Taqsima “I (Rekwiżiti legali nazzjonali)”, ma tagħmilx sens u għaldaqstant tneħħiet għalkollox mill-Ispeċifikazzjoni.

6.   Speċifiċità aġġornata tal-prodott (għal DOP u IĠP biss)

http://www.gobex.es/filescms/con03/uploaded_files/SectoresTematicos/Agroalimentario/Denominacionesdeorigen/DOP_Queso_Serena_Pliego_Condiciones.pdf

DOKUMENT UNIKU

“QUESO DE LA SERENA”

Nru tal-UE: PDO-ES-02152 — 14.7.2016

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Isem

“Queso de la Serena”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3 Ġobnijiet

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1

Il-“Queso de la Sirena” huwa ġobon artab għal parzjalment iebes magħmul mill-ħalib tan-nagħaġ tar-razza merino. Dan huwa ġobon xaħmi jew full-fat; maturat, f’forma ta’ rota bl-uċuħ ċatti u għat-tond madwar il-perimetru tal-wiċċ, qoxra ftit iebsa u qalba bejn ratba u soda. Il-ġobna għandha piż li jvarja bejn 750 g u 2 kg, għoli bejn 4 u 8 cm u dijametru ta’ bejn 10 u 24 cm.

Il-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi tal-ġobon:

—   Xaħam: minimu ta’ 50 % ta’ materjal niexef,

—   Materja niexfa: minimu ta’ 50 %,

—   pH: bejn 5,2 u 5,9,

—   Total ta’ proteina fil-materjal niexef: minimu ta’ 35 %.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-mergħat fiż-żona ġeografika huma limitati f’termini ta’ kwantità iżda huma ta’ kwalità tajba, li tagħti karatteristiċi speċjali lill-produzzjoni tal-ħalib. F’ċertu żmien tas-sena, in-nagħaġ jinħarġu mir-razzett biex jieklu mill-qasbija taċ-ċereali u kultant mill-fdalijiet tat-tkabbir tal-uċuħ ta’ raba’ saqwi. Jekk ikun meħtieġ li jingħata l-ikel, dan isir kif stipulat fir-regoli ta’ applikazzjoni, inklużi r-regoli speċifiċi għall-prodotti b’denominazzjoni tal-oriġini protetta dwar is-sorsi tal-għalf u tal-materja prima.

Il-ħalib użat fil-produzzjoni tal-“Queso de la Serena” ġej minn merħliet ta’ nagħaġ tar-razza merino li jinsabu fiż-żona ta’ produzzjoni. Il-ħalib huwa l-prodott naturali sħiħ miksub minn nagħaġ b’saħħithom, nadif u ħieles mill-impuritajiet, mingħajr kolostri, prodotti medikati għall-preservazzjoni, li jistgħu jkollhom impatt negattiv fuq l-ipproċessar, il-maturazzjoni jew il-konservazzjoni tal-ġobon, jew fuq il-kundizzjonijiet sanitarji u tal-iġjene tiegħu.

Il-karatteristiċi analitiċi tal-ħalib huma kif ġej:

—   Proteina: Minimu ta’ 5 %,

—   Kontenut ta’ xaħam: Minimu ta’ 7 %,

—   L-estratt niexef totali: Minimu ta’ 18 %.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-istadji tal-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4 huma dawn li ġejjin:

Il-produzzjoni tal-ħalib, bil-karatteristiċi u bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3.3, inkluż il-ħlib, it-tkessiħ, il-ħżin, il-ġbir u t-trasport tal-ħalib.

Il-produzzjoni tal-ġobon, inkluż il-fażijiet tal-koagulazzjoni tal-ħalib li ssir bejn 25 °C u 32 °C f’ħin bejn 50 u 75 minuta (permezz ta’ koagulant veġitali naturali ġej minn fjuri mnixxfin tal-Cynara Cardunculus), il-qtugħ, l-iffurmar, it-tmelliħ u l-maturazzjoni.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

It-tikketti kummerċjali, dawk li jappartjenu lil kull ditta kummerċjali rreġistrata, għandhom ikunu approvati mill-Kunsill Regolatorju tad-DOP. Fuqhom, b’mod obbligatorju, għandu jidher il-kliem: Denominazzjoni tal-Oriġini Protetta “Queso de la Serena”.

Il-prodott maħsub għall-konsum għandu jkollu tikketta oħra nnumerata u maħruġa mill-Kunsill Regolatorju tad-DOP, li titwaħħal mal-ġobna fil-post fejn saret b’tali mod li ma tkunx tista’ terġa’ tintuża.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona tal-produzzjoni u tal-maturazzjoni tal-“Queso de la Serena” hija magħmula minn dawn il-21 muniċipalità li jinsabu fil-parti tax-Xlokk tal-Provinċja ta’ Badajoz: La Haba, Magacela, La Coronada, Campanario, Esparragosa de Lares, Valle de la Serena, Zalamea de la Serena, Higuera de la Serena, Quintana de la Serena, Malpartida de la Serena, Esparragosa de la Serena, Castuera, Cabeza del Buey, Santi-Spiritus, Risco, Garlitos, Peñalsordo, Zarzacapilla, Capilla, Monterrubio de la Serena, Benquerencia de la Serena.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Aspett Storiku

Xi referenzi biblijografiċi fejn issir referenza għall-“Queso de la Serena”:

Referenza fil-ktieb Viaje a La Serena tal-1791 ta’ Antonio Agúndez Fernández, dwar il-comarca ta’ La Serena, meħuda minn xi manuskritti tal-Imħallef Cubeles, li fost l-oħrajn jgħid: “Famoso por el sabor y buena hechura es el queso que se hace con la leche de sus ovejas, cuya arroba se vende a 60 réales” (Il-ġobon magħmul mill-ħalib tan-nagħaġ tagħha huwa famuż għat-togħma u għas-sengħa, u “arroba” tiegħu tinbiegħ 60 réal).

Fl-Ordinanza tas-seklu XVI u XVII ta’ Cabeza del Buey, hemm referenza għad-dieċma tal-ġobon u għall-ewwel frott li kienu jingħataw lill-Knisja Parrokjali, billi l-bidwi kien obbligat jagħti lill-kappillan tal-parroċċa l-ġobon kollu magħmul mill-ewwel lott ta’ ħalib maħlub għall-produzzjoni tal-ġobon.

5.2.   Ir-rabta naturali

(a)   Orografija

Fil-provinċja ta’ Badajoz, jiddominaw l-għoljiet żgħar u xejn weqfin, b’mod li tista’ tgħid li l-art hija penipjan. Hija żona ta’ mergħat ta’ kwalità eċċellenti — b’ħamrija taflija u bil-granit li tokkupa madwar 300 000 ha — li fiha jirgħu n-nagħġa tar-razza merino; fil-fatt, dawn il-mergħat tal-ħaxix huma s-sors ewlieni ta’ enerġija għall-ekosistema ta’ din il-comarca u fihom wieħed isib varjetà ta’ flora (ara l-paragrafu dwar il-flora). L-altitudni medja hija ta’ 430 metru.

(b)   Ħamrija

L-istruttura ġeoloġika tal-provinċja Badajoz tikkorrispondi għal penipjan paleożoiku b’xi strati ta’ depożiti li ġew wara u bosta traċċi eruttivi.

Il-ħamrija, li mhix fonda ħafna u ftit permeabbli, hija kambrika, silurjana u granitika, u spiss b’xi blat fil-wiċċ. Il-pendil mhux wieqaf, it-topografija hi xi ftit immewġa u l-orjentazzjoni tħares lejn in-Nofsinhar. B’mod ġenerali il-ħamrija hija taflija u granitika, aċiduża b’pH ta’ 5 sa 5,5 u b’livelli baxxi ta’ fosfru. Ma tantx hemm siġar, f’xi partijiet m’hemmx siġra waħda, u dan jagħti d-dehra ta’ reġjun deforestat.

(c)   Klima

Il-comarca ta’ La Serena tgawdi minn klima Mediterranja b’influwenza Atlantika, bi sjuf sħan u xotti, u xtiewi moderati u bix-xita. F’din iż-żona, ix-xtiewi huma ġeneralment favorevoli għalkemm hemm perjodu ta’ ġlata, li jibda mill-1 ta’ Novembru u jintemm fl-10 ta’ Marzu. Is-sjuf huma sħan u xotti, u t-tendenza ġenerali ta’ din iż-żona hija l-aridità. Il-medja annwali tax-xita hija 498 mm.

(d)   Idrografija

Ix-xmajjar Guadiana Menor u Zújar jgħaddu mill-comarca ta’ La Serena.

(e)   Flora

Fost l-ispeċi botaniċi taż-żona nsibu:

Vulpia ciliata, Bromus molis y Agrostis spp. mill-familja Gramíneas;

Trifolium (T. arvense, T. campestre y T. glomeratum);

Ornitopus compresus mill-familja leguminuża; Heliantemus, Erodium, Plantago, Carlina y Hipochaeris.

5.3.   Sistemi tal-produzzjoni u tal-ipproċessar

(a)   Produzzjoni

Ir-razza merino hija partikolari għar-reżistenza tagħha u għall-kapaċità li tadattata għall-klima ħarxa u l-ambjent sever. Il-karatteristika ewlenija tagħha hija l-produzzjoni tas-suf, iżda minkejja dan hija tajba wkoll għall-produzzjoni tal-laħam u tal-prodotti tal-ħalib, li fl-aħħar mill-aħħar meta wieħed iqis l-ambjent diffiċli fejn jgħixu dawn in-nagħaġ, twassal għal redditu pjottost aċċettabbli, għaliex kapaċi tipproduċi ftit ħalib iżda b’livell għoli ta’ proteini u xaħam.

In-nagħġa hija ċkejkna b’piż bejn 40 u 45 kg, waqt li l-muntun jiżen bejn 55 u 65 kg; is-saqajn twal huma adattati għall-vjaġġi twal biex ifittxu l-ikel (għalkemm illum l-annimali joħorġu mir-razzett biss f’ċertu żmien tas-sena, waqt li fil-passat kienu jemigraw annwalment). Din ir-razza għandha rata ta’ fekondità ta’ 85 % u ta’ fertilità ta’ 80 %, u normalment in-nagħġa twelled darba fis-sena għalkemm hemm it-tendenza li jkollha tliet darbiet f’sentejn.

(b)   Ipproċessar

L-ipproċessar tal-ġobon isir permezz tal-koagulazzjoni bl-enżimi tal-ħalib, bl-użu tat-tames veġetali (Cynara cardunculus), b’mod ġenerali f’temperatura ta’ inqas minn 30 °C.

Dawn iż-żewġ kundizzjonijiet, it-temperatura moderata u l-użu ta’ tames b’livell baxx ta’ kapaċità koagulanti, jirriżultaw f’ħinijiet itwal ta’ koagulazzjoni u f’baqta pjuttost ratba; konsegwentament, il-livell għoli ta’ attività proteolitika jirriżulta f’ġobon b’sawra inqas konsistenti.

Għoxrin jum wara li l-ġobna tingħata l-forma, ħafna drabi jseħħ il-fenomenu msejjaħ “atortado”, fejn il-qalba tal-ġobna ssir aktar fluwida u wieħed irid joqgħod attent kif jimmanipulaha biex jevita li l-qoxra tinkiser u joħroġ l-intern tagħha.

5.4.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiki tal-prodott

Minn naħa waħda, il-mergħat tal-comarca La Serena jifirxu għal madwar 300 000 ettaru ta’ art kważi totalment mingħajr siġar u jikbru mingħajr ebda kompetizzjoni ta’ pjanti. Dan ifisser li l-mergħat jieħdu n-nutrijenti kollha mill-ħamrija u, għaldaqstant, jiżviluppaw b’livell għoli nutrittiv, l-ideali għall-għalf tal-bhejjem. Barra minn hekk, in-nagħaġ tar-razza merino, bħala dik l-aktar adattata għall-kundizzjonijiet klimatiċi u orografiċi estremi ta’ La Serena, jipproduċu ftit ħalib iżda b’livell għoli ta’ proteini u xaħam.

Dan il-kombinament sekulari u insostitwibbli jagħmel il-ħalib tan-nagħaġ tar-razza merino, li jirgħa fil-mergħat ta’ La Serena, ideali għall-produzzjoni tal-“Queso de la Serena” u jagħtih il-karatteristiċi tant speċjali u ġenwini tiegħu.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

http://www.gobex.es/filescms/con03/uploaded_files/SectoresTematicos/Agroalimentario/Denominacionesdeorigen/DOP_Queso_Serena_Pliego_Condiciones.pdf


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.

(2)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.