ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 189

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
15 ta' Ġunju 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Kunsill

2017/C 189/01

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar id-Djalogu Strutturat u l-iżvilupp futur tad-djalogu maż-żgħażagħ fil-kuntest tal-politiki għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ, wara l-2018

1

2017/C 189/02

Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-Pjan ta’ Ħidma tal-Unjoni Ewropea għall-Isport (1 ta’ Lulju 2017 - 31 ta’ Diċembru 2020)

5

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Kunsill

2017/C 189/03

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2017 dwar il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja u li tħassar ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja

15


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 189/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8301 — GE/ATI/JV) ( 1 )

29

2017/C 189/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8190 — Weichai/Kion) ( 1 )

29


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2017/C 189/06

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-ħidma fost iż-żgħażagħ għall-appoġġ liż-żgħażagħ fl-iżvilupp ta’ ħiliet essenzjali għall-ħajja li jiffaċilitaw it-transizzjoni b’suċċess tagħhom għall-ħajja adulta, iċ-ċittadinanza attiva u l-ħajja tax-xogħol

30

2017/C 189/07

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar perspettivi strateġiċi għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ wara l-2018

35

2017/C 189/08

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar approċċ strateġiku tal-UE għal relazzjonijiet kulturali internazzjonali

38

2017/C 189/09

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar l-isport bħala pjattaforma għall-inklużjoni soċjali permezz tal-volontarjat

40

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 189/10

Rata tal-kambju tal-euro

45

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2017/C 189/11

Tħabbira min-Norveġja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi — Tħabbira ta’ stedina għall-applikazzjoni għal liċenzji għall-produzzjoni ta’ żejt mhux maħdum fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża — Għotjiet f’Żoni Predefiniti għall-2017

46


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-EFTA

2017/C 189/12

Inġunzjoni tal-15 ta’ Novembru 2016 fil-Kawża E-7/16 — Míla ehf. vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (Eċċezzjoni preliminari ta’ ammissibbiltà — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni biex tingħalaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali)

48

2017/C 189/13

Sentenza tal-Qorti tas-16 ta’ Novembru 2016 fil-Kawża E-4/16 — L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v Ir-Renju tan-Norveġja (Nuqqas ta’ konformità ma’ sentenza tal-Qorti li tiddikjara nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi — l-Artikolu 33 SCA — Il-miżuri meħtieġa biex ikun hemm konformità ma’ sentenza tal-Qorti)

49

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 189/14

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8467 — BNP Paribas/Commerz Finanz) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

50

2017/C 189/15

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8483 — Bain Capital/Cinven/Stada Arzneimittel) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

51

2017/C 189/16

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (M.8440 — DuPont/FMC (Health and Nutrition Business)) ( 1 )

52

2017/C 189/17

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8504 — EDF Energy Services/ESSCI) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

53


 

Rettifika

2017/C 189/18

Rettifika għal proċeduri ta’ stralċ — Deċiżjoni biex jitnedew proċeduri ta’ stralċ fir-rigward ta’ ADRIA Way ( ĠU C 123, 20.4.2017 )

54


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Kunsill

15.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/1


Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar id-Djalogu Strutturat u l-iżvilupp futur tad-djalogu maż-żgħażagħ fil-kuntest tal-politiki għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ, wara l-2018

(2017/C 189/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

FILWAQT LI JFAKKAR LI:

1.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar “L-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni politika taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa” (1) stqarret li l-prijorità tematika ġenerali għall-kooperazzjoni Ewropea għad-Djalogu Strutturat fil-qasam taż-żgħażagħ għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sat-30 ta’ Ġunju 2017 kienet ser tkun “Il-possibbiltà għaż-żgħażagħ kollha li jinvolvu ruħhom f’Ewropa diversa, konnessa u inklużiva” u li din it-tema kienet ser tkun l-element komuni li jiżgura l-kontinwità u l-konsistenza fil-ħidma tat-triju ta’ Presidenzi - in-Netherlands, is-Slovakkja u Malta, f’konformità mal-Pjan ta’ Ħidma tal-UE għaż-Żgħażagħ 2016-2018.

FILWAQT LI JIRRIKONOXXI LI:

2.

Id-Djalogu Strutturat huwa proċess parteċipattiv u l-eżiti tal-ħames ċiklu ta’ ħidma huma bbażati fuq ir-riżultati miksuba mill-konsultazzjonijiet nazzjonali matul il-Presidenza Netherlandiża, dik Slovakka u dik Maltija, kif ukoll mill-Konferenzi tal-UE dwar iż-Żgħażagħ f’Amsterdam f’April 2016, f’Kosice f’Ottubru 2016 u f’Malta f’Marzu 2017.

3.

Il-Presidenza Netherlandiża ffukat fuq l-esplorazzjoni tal-isfidi u l-problemi li qed jiffaċċjaw iż-żgħażagħ fl-Ewropa tal-lum. Matul il-Konferenza taż-Żgħażagħ f’Amsterdam (April 2016), tħejjew mistoqsijiet ta’ gwida għal konsultazzjoni maż-żgħażagħ, u l-Gruppi ta’ Ħidma Nazzjonali fil-livell tal-Istati Membri ġew mistiedna jwettqu l-konsultazzjoni u jipprovdu feedback.

4.

Il-Konferenza dwar iż-Żgħażagħ f’Kosice (Ottubru 2016) ikkunsidrat u ddiskutiet ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet maż-żgħażagħ u r-rappreżentanti taż-żgħażagħ, u flimkien ma’ rappreżentanti mill-Istati Membri, żviluppat Rakkomandazzjonijiet Konġunti tad-Djalogu Strutturat dwar iż-Żgħażagħ, li ġew diskussi fil-Kunsill EYCS f’Novembru 2016, flimkien mas-sitwazzjoni taż-żgħażagħ fl-Ewropa. Ir-riżultati ta’ din id-diskussjoni ntbagħtu lill-President tal-Kunsill Ewropew.

5.

Matul il-Konferenza taż-Żgħażagħ f’Malta (Marzu 2017), ir-Rakkomandazzjonijiet Konġunti komplew jiġu diskussi, ngħataw prijorità u ġew żviluppati azzjonijiet għall-implimentazzjoni tagħhom.

JIEĦU NOTA:

6.

tar-Rakkomandazzjonijiet Konġunti u l-azzjonijiet proposti tad-Djalogu Strutturat dwar iż-Żgħażagħ — “Il-possibbiltà għaż-żgħażagħ kollha li jinvolvu ruħhom f’Ewropa diversa, konnessa u inklużiva” — li jiffukaw fuq is-suġġetti li ġejjin: Aċċess għal informazzjoni kritika u ta’ kwalità; Bini tar-reżiljenza u l-kunfidenza fihom infushom; Lil hinn mill-biża’ u l-intolleranza; Lejn sistema edukattiva li tattwa l-potenzjal taż-żgħażagħ; Trawwim tal-involviment taż-żgħażagħ fis-soċjetà; Bini mill-ġdid tal-fiduċja taż-żgħażagħ fil-proġett Ewropew; Programmi ta’ mobilità għal kulħadd; u l-Impatt tal-ħidma fost iż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ għal kulħadd kif stipulat fl-Anness.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI, FL-ISFERI TA’ KOMPETENZA RISPETTIVI TAGĦHOM U BIR-RISPETT DOVUT GĦALL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ:

7.

sabiex jikkunsidraw ir-Rakkomandazzjonijiet Konġunti u l-azzjonijiet proposti tad-Djalogu Strutturat dwar iż-Żgħażagħ fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ politiki futuri għaż-żgħażagħ fejn xieraq.

8.

sabiex iwettqu rieżami tal-proċess ta’ Djalogu Strutturat u l-għanijiet tiegħu għall-Kooperazzjoni Ewropea fil-Qasam taż-Żgħażagħ Wara l-2018 u jikkunsidraw modi innovattivi u effettivi li jippromwovu djalogu u involviment sinifikanti u kostruttiv ma’ żgħażagħ minn ambjenti differenti, ma’ organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, riċerkaturi żgħażagħ u ma’ dawk li jfasslu l-politika inkluż partijiet ikkonċernati minn setturi rilevanti oħra.

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI:

9.

Fuq il-bażi tal-evidenza, l-evalwazzjoni u l-konsultazzjonijiet, tipproponi proċess imġedded ta’ Djalogu Strutturat bħala parti mill-Kooperazzjoni Ewropea fil-Qasam taż-Żgħażagħ - Wara l-2018.

JAQBEL UKOLL LI:

10.

Minħabba li l-qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018) ser jitlesta fl-2018, il-prijorità ġenerali għad-djalogu strutturat maż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ għaċ-ċiklu ta’ ħidma li jmiss (mill-1 ta’ Lulju 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2018) għandha tkun iffukata fuq il-qafas li jmiss għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ. It-titlu għas-sitt ċiklu tad-Djalogu Strutturat ser ikun “Iż-Żgħażagħ fl-Ewropa: xi jmiss?”.

11.

Il-fokus tat-Triju ta’ Presidenzi li jmiss - l-Estonja, il-Bulgarija u l-Awstrija - għas-sitt ċiklu ta’ ħidma tad-Djalogu Strutturat ser ikun li jevalwaw, jirrieżaminaw u jġeddu d-Djalogu Strutturat biex ikomplu jtejbuh u jippromwovuh.


(1)  ĠU C 417, 15.12.2015, p. 10.


ANNESS

Rakkomandazzjonijiet konġunti tad-Djalogu Strutturat dwar iż-Żgħażagħ

Il-possibbiltà għaż-żgħażagħ kollha li jinvolvu ruħhom f’Ewropa diversa, konnessa u inklużiva

Aċċess għal Informazzjoni Kritika u ta’ Kwalità

1.

L-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw jew ikomplu jimplimentaw politika u prattika bbażati fuq l-evidenza li jimmiraw li kontinwament itejbu l-ħiliet taż-żgħażagħ biex jevalwaw b’mod kritiku u jipproċessaw l-informazzjoni permezz tal-edukazzjoni kemm formali kif ukoll mhux formali.

2.

L-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri, f’kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, għandhom jappoġġaw media mmexxija miż-żgħażagħ li tkun trasparenti, indipendenti u diversa, peress li din tikkontribwixxi biex jissaħħaħ il-litteriżmu fil-media, u l-ħsieb kritiku u analitiku fost iż-żgħażagħ. Il-Kumitat CULT tal-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea huma mistiedna jieħdu kont ta’ dan l-aspett waqt ir-reviżjoni ta’ “Erasmus +”, “Ewropa għaċ-ċittadini”, “Ewropa Kreattiva” u l-programmi l-oħra rilevanti kollha.

Żgħażagħ taħt pressjoni: Il-Bini tar-Reżiljenza u l-kunfidenza fihom infushom

1.

Fid-dawl tal-fatt li l-aspettattivi għal prestazzjoni kompetittiva qed jiżdiedu fix-xenarji edukattivi, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jridu jiżguraw li ż-żgħażagħ ikollhom biżżejjed ħin u spazju għal attivitajiet li jgħinuhom jibnu r-reżiljenza, l-għarfien tagħhom infushom u l-kunfidenza fihom infushom.

2.

L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jimplimentaw edukazzjoni dwar il-benessri mentali u s-saħħa mentali, kemm permezz tas-sistema tal-edukazzjoni formali u kif ukoll fl-ambjent mhux formali. L-għan huwa li titkisser l-istigma permezz tas-sensibilizzazzjoni u wkoll li ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jitgħallmu kif jieħdu ħsieb is-saħħa mentali tagħhom u kif jikkomunikaw ma’ sħabhom dwar din il-kwistjoni.

Lil hinn mill-biża’ u l-intolleranza - L-esperjenza tad-diversità

1.

L-Awtoritajiet Ewropej u Nazzjonali għandhom iżidu l-finanzjament u l-appoġġ istituzzjonali fl-istabbiliment ta’ Programmi Lokali u Skambji fil-Livell Nazzjonali biex jippermettu liż-żgħażagħ kollha jkollhom rabta diretta ma’ żgħażagħ oħrajn minn ambjenti u realtajiet differenti, sabiex isaħħu l-kompetenzi interkulturali, jittrattaw id-diskriminazzjoni, jippromwovu l-empatija u s-solidarjetà, u jesperjenzaw il-benefiċċji tad-diversità.

2.

Biex iż-żgħażagħ kollha jgħixu f’Ewropa ta’ diversità, l-UE u l-Awtoritajiet Kompetenti Nazzjonali jridu jiżviluppaw jew jappoġġaw taħriġ u programmi ta’ żvilupp għall-għalliema u l-komunitajiet tal-iskejjel sabiex jinħoloq ambjent sigur u inklussiv fejn iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jiżviluppaw kompetenzi biex jegħlbu l-biża’ u d-diskriminazzjoni.

Lejn sistema edukattiva li tattwa l-potenzjal taż-żgħażagħ

1.

Aħna nitolbu l-impenn tal-istati membri kollha biex jiżguraw servizzi ta’ gwida u konsulenza li jagħtu s-setgħa liż-żgħażagħ kollha biex jiżviluppaw lilhom infushom u jsibu triqthom fil-ħajja tul l-istadji kollha tal-edukazzjoni.

2.

L-edukazzjoni tonqos milli tipprovdi liż-żgħażagħ bil-ħiliet prattiċi meħtieġa li huma rilevanti għas-soċjetà moderna. Aħna nħeġġu lill-Istati Membri kollha biex jinkoraġġixxu l-inklużjoni ta’ ħiliet prattiċi għall-ħajja fl-edukazzjoni sabiex iż-żgħażagħ jkunu jistgħu jkunu parteċipanti attivi f’soċjetajiet diversi u fil-post tax-xogħol.

It-trawwim tal-involviment taż-żgħażagħ fis-soċjetà b’mod partikolari għal gruppi vulnerabbli.

1.

L-istituzzjonijiet edukattivi u l-partijiet ikkonċernati lokali, b’kooperazzjoni maż-żgħażagħ, għandhom jipprovdu appoġġ imfassal apposta, servizz aċċessibbli, u kif ukoll joħolqu spazji għal interazzjoni sinifikanti, sabiex iż-żgħażagħ kollha jkunu jistgħu jiskopru u jħaddnu l-identità u l-valur individwali tagħhom. Din hija l-bażi li fuqha tissawwar fiduċja reċiproka bejn żgħażagħ minn ambjenti differenti.

2.

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull żagħżugħ u żagħżugħa, tkun xi tkun is-sitwazzjoni personali u soċjali tagħhom, ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom liberament f’attivitajiet ta’ volontarjat billi dawn isiru aċċessibbli. L-involviment għandu jiġi żgurat, pereżempju f’organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, biex jinħoloq sens ta’ appartenenza u biex iż-żgħażagħ jingħataw is-setgħa bħala ċittadini.

Il-kisba mill-ġdid tal-fiduċja taż-żgħażagħ fil-proġett Ewropew

1.

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ għandhom jaħdmu flimkien biex janalizzaw u jifhmu kif iż-żgħażagħ jaċċessaw il-komunikazzjoni mill-UE u dwarha u biex jiżviluppaw strateġija ta’ komunikazzjoni sabiex jinfurmaw liż-żgħażagħ Ewropej dwar l-UE u kif jistgħu jħallu impatt pożittiv fuq il-proġett tal-UE.

2.

Biex titnaqqas id-distanza bejn iż-żgħażagħ u l-UE u l-politiki tagħha, għandhom jiġu organizzati Festivals taż-Żgħażagħ tal-UE fil-livell Nazzjonali u/jew Reġjonali fl-Istati Membri kollha b’rabta ma’ inizjattivi Ewropej. Dawn il-festivals, li jikkombinaw attivitajiet soċjali, politiċi u kulturali, għandhom ilaqqgħu flimkien żgħażagħ minn ambjenti differenti. Dawn l-avvenimenti ser irawmu t-tagħlim u d-dibattitu dwar l-UE u l-opportunitajiet li toffri u ser jiffurmaw il-politiki tagħha f’ambjent ta’ divertiment flimkien.

Programm ta’ mobilità: impjiegi u edukazzjoni għal kulħadd

1.

L-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ikomplu bl-isforzi tagħhom biex jegħlbu l-ostakli eżistenti li ż-żgħażagħ għandhom fl-aċċess għall-mobilità. L-aċċess għal programmi ta’ mobilità għandu jiġi ssimplifikat u adattat aħjar għall-ħtiġijiet diversi taż-żgħażagħ. Għandhom jiġu pprovduti informazzjoni u gwida biex titqajjem aktar kuxjenza dwar l-opportunitajiet ta’ mobilità.

2.

L-Istati Membri tal-UE għandhom joħolqu qafas legali għar-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-kompetenzi miksuba permezz ta’ programmi ta’ mobilità fil-livell nazzjonali u Ewropew. Dan mhux talli ser jipprovdi aċċess ugwali għal opportunitajiet ta’ tagħlim diversi iżda ser jivvalida wkoll il-ħiliet miksuba u jikkontribwixxi għall-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ.

L-impatt tal-ħidma fost iż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ għal kulħadd

1.

L-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jippromwovu u jappoġġaw firxa ta’ spazji virtwali u fiżiċi ddedikati għall-ħidma kwalifikata fost iż-żgħażagħ bħala rispons għall-ħtiġijiet u l-interessi taż-żgħażagħ kollha.

2.

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom jallokaw biżżejjed fondi operazzjonali sabiex il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ ikunu kapaċi jwettqu ħidma sostenibbli fost iż-żgħażagħ li tkun aċċessibbli, rilevanti u sinifikanti għaż-żgħażagħ kollha.


15.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/5


Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-Pjan ta’ Ħidma tal-Unjoni Ewropea għall-Isport

(1 ta’ Lulju 2017 - 31 ta’ Diċembru 2020)

(2017/C 189/02)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI,

I.   INTRODUZZJONI

1.

IFAKKRU fil-kompetenza assenjata lill-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari mill-Artikolu 6 u l-Artikolu 165 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li skont huma l-isport huwa qasam fejn l-azzjoni fil-livell tal-UE għandha tappoġġa, tikkoordina u tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri.

2.

IFAKKRU fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar Pjan ta’ Ħidma tal-Unjoni Ewropea għall-Isport għall-2011-2014 (1) u għall-2014-2017 (2).

3.

JILQGĦU r-Rapport mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni u r-rilevanza tal-Pjan ta’ Ħidma tal-Unjoni Ewropea għall-Isport 2014-2017 (3).

4.

IQISU li l-isport jista’ jikkontribwixxi għall-prijoritajiet ġenerali tal-aġenda tal-politika ekonomika u soċjali, kif ukoll dik dwar is-sigurtà, tal-UE u b’mod partikolari għall-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

5.

JIRRIKONOXXU li l-isport jaqdi rwol pożittiv fil-kooperazzjoni transsettorjali fil-livell tal-UE u b’hekk jgħin biex jiġi żgurat l-iżvilupp sostenibbli u biex jiġu trattati b’mod xieraq l-isfidi soċjoekonomiċi ġenerali u dawk relatati mas-sigurtà li qed tħabbat wiċċha magħhom l-UE, inkluż il-migrazzjoni, l-esklużjoni soċjali, ir-radikalizzazzjoni li tista’ twassal għal estremiżmu vjolenti, il-qgħad, kif ukoll stili ta’ ħajja ħżiena għas-saħħa u l-obeżità.

6.

JAGĦRFU l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni xierqa mal-partijiet ikkonċernati fil-qasam tal-isport fost l-oħrajn permezz ta’ djalogu strutturat (4).

7.

JIEĦDU NOTA tar-riżultati li ħarġu mill-Ewrobarometru dwar l-Isport u l-Attività Fiżika ppubblikat fl-2014, waqt li jirrikonoxxu d-differenzi kbar fost l-Istati Membri, inkluż fir-rigward tar-riżultati fuq ix-xogħol volontarju u l-imġiba sedentarja, u jieħdu nota tal-istatistika prodotta mill-Eurostat li tkopri d-data ta’ natura ekonomika u soċjali ewlenija dwar l-isport.

8.

JIRRIKONOXXU l-ħtieġa li titwettaq kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali tal-UE, biex jiġu promossi l-valuri Ewropej permezz tad-diplomazija bl-isport, u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-qasam tal-isport, inkluż il-Kunsill tal-Ewropa, il-WADA u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

9.

KONSEGWENTEMENT JAQBLU

li jkomplu jiżviluppaw qafas ta’ kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-isport bl-istabbiliment tat-tielet Pjan ta’ Ħidma tal-UE għall-Isport għall-azzjonijiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni;

dwar skeda ta’ żmien konkreta għal dan il-Pjan ta’ Ħidma, jiġifieri mill-1 ta’ Lulju 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2020;

li l-attivitajiet fil-livell tal-UE fil-qasam tal-isport għandhom jiffokaw fuq it-temi ta’ prijorità, it-temi ewlenin, ir-riżultati kif ukoll il-metodi ta’ ħidma u l-istrutturi elenkati f’dan il-Pjan ta’ Ħidma, u kif stipulat fl-Anness I.

II.   AKTAR ŻVILUPP TAD-DIMENSJONI EWROPEA FL-ISPORT BL-ISTABBILIMENT TA’ PJAN TA’ ĦIDMA TAL-UE

10.

IQISU li dan il-Pjan ta’ Ħidma tal-UE għall-Isport għandu jkun regolat mill-objettivi ta’ gwida li ġejjin:

li jiġi żgurat, permezz ta’ kooperazzjoni transettorjali, l-għarfien minn oqsma oħra ta’ politika tal-UE dwar il-kontribut li l-isport jista’ jagħti sabiex jingħelbu l-isfidi tal-politika li qed tħabbat wiċċha magħhom l-UE;

li l-bażi ta’ evidenza għall-isport tkompli tissaħħaħ;

li jiġi promoss approċċ kooperattiv u miftiehem fost l-Istati Membri u l-Kummissjoni, u fejn xieraq mal-moviment sportiv u partijiet oħra kkonċernati, għall-kisba ta’ valur miżjud fil-qasam tal-isport fil-livell tal-UE fuq perijodu aktar fit-tul;

li l-isfidi transnazzjonali jiġu indirizzati bl-użu ta’ approċċ ikkoordinat tal-UE;

li jittieħed kont tan-natura speċifika tal-isport;

li jingħata kontribut għall-prijoritajiet ġenerali tal-aġenda tal-politika ekonomika u soċjali tal-UE, kif ukoll għall-żvilupp sostenibbli sabiex tingħata spinta lill-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment kif ukoll issir tħejjija għall-perijodu ta’ wara l-2020 (5);

li tiġi promossal-ugwaljanza bejn is-sessi;

li jittieħed kont tar-relazzjoni bejn l-edukazzjoni u l-isport, inklużi karrieri doppji għall-atleti;

li l-ħidma titkompla fuq il-bażi tal-kisbiet tal-ewwel żewġ Pjanijiet ta’ Ħidma tal-UE għall-Isport;

li l-impatt ta’ attivitajiet imnedija taħt il-programm Erasmus+ fil-qasam tal-isport jiġi kkomplementat u jissaħħaħ;

li jingħata kontribut għall-iżvilupp tal-isport tal-massa fl-UE.

11.

JISSOTTOLINJAW li dan il-Pjan ta’ Ħidma tal-UE għandu jkun qafas u strument flessibbli li jista’ jirrispondi fil-ħin għal żviluppi fil-qasam tal-isport u li jieħu kont tal-prijoritajiet tal-Presidenzi futuri.

12.

JAQBLU li t-temi u t-temi ewlenin li ġejjin għandhom jingħataw prijorità mill-Istati Membri u l-Kummissjoni għall-perijodu kopert minn dan il-Pjan ta’ Ħidma. Dawn jistgħu jiġu kkomplementati minn kull Presidenza fid-dawl ta’ kwalunkwe żvilupp ġdid li jista’ jkun hemm:

1.

L-integrità tal-isport, b’mod partikolari l-promozzjoni ta’ governanza tajba inkluż is-salvagwardja tal-minorenni, l-ispeċifiċità tal-isport, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-tbagħbis tal-logħob, kif ukoll il-ġlieda kontra d-doping;

2.

Id-dimensjoni ekonomika tal-isport, b’mod partikolari l-innovazzjoni fl-isport, u l-isport u s-suq uniku diġitali;

3.

L-isport u s-soċjetà, b’mod partikolari l-inklużjoni soċjali, ir-rwol tal-kowċis, l-edukazzjoni fl-isport u permezz tal-isport, l-isport u s-saħħa, l-isport u l-ambjent u l-isport u l-media, kif ukoll id-diplomazija bl-isport.

Id-dettalji marbutin mal-eżekuzzjoni tat-temi ewlenin ta’ hawn fuq huma stabbiliti fl-Anness I.

13.

JAQBLU li

l-Pjan ta’ Ħidma tal-UE jista’ jiġi rivedut mill-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill fid-dawl ta’ riżultati miksubin u żviluppi ta’ politika fil-livell tal-UE;

ir-riflessjonijiet ta’ nofs it-terminu dwar il-Pjan ta’ Ħidma tal-UE ser jiġu organizzati matul l-ewwel nofs tal-2019.

III.   METODI U STRUTTURI TA’ ĦIDMA

14.

JIRRIKONOXXU li hemm il-ħtieġa li titkompla l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri kif ukoll mal-Kummissjoni sabiex jiġi implimentat il-Pjan ta’ Ħidma. Jirrikonoxxu wkoll li l-moviment sportiv u l-organizzazzjonijiet kompetenti rilevanti fil-livell nazzjonali, Ewropew u dak internazzjonali bħall-Kunsill tal-Ewropa, il-WADA u d-WHO għandhom ikunu assoċjati mill-qrib ma’ din il-kooperazzjoni.

15.

IQISU li

Għandhom jiġu stabbiliti strutturi u metodi ta’ ħidma xierqa għas-segwitu tal-kisbiet mill-ewwel żewġ Pjanijiet ta’ Ħidma tal-UE u għall-iżvilupp ta’ riżultati ġodda f’konformità mat-temi ta’ prijorità u t-temi ewlenin, kif stabbiliti fil-paragrafu 12 hawn fuq;

Għandhom jiġu organizzati laqgħat tal-Gruppi ta’ Esperti u laqgħat tematiċi, fejn xieraq, mill-Kummissjoni fl-oqsma ta’ politika li ġew trattati, fost l-oħrajn, b’mod estensiv permezz tal-Pjanijiet ta’ Ħidma għall-Isport preċedenti u dak attwali.

Il-laqgħat jistgħu jiġu organizzati fuq l-inizjattiva ta’ Stat Membru wieħed jew għadd ta’ Stati Membri dwar suġġetti ta’ interess komuni (gruppi ta’ Stati Membri interessati). Dawn il-laqgħat ser jittrattaw, fost oħrajn, attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari fost l-Istati Membri parteċipanti.

Strutturi u metodi ta’ ħidma oħrajn jistgħu jinkludu konferenzi u seminars tal-Presidenza, laqgħat informali tal-Ministri u d-Diretturi tal-Isport, studji tal-Kummissjoni u konferenzi u seminars tal-Kummissjoni.

Il-prinċipji ewlenin relatati mad-diversi metodi ta’ ħidma huma stabbiliti fl-Anness II.

Fit-tieni nofs tal-2020, l-implimentazzjoni ta’ dan il-Pjan ta’ Ħidma tal-UE ser tiġi evalwata mill-Kunsill abbażi ta’ rapport imħejji mill-Kummissjoni matul l-ewwel nofs tal-2020.

IV.   AKTAR PASSI

16.

JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI SABIEX:

jaħdmu flimkien mal-Kummissjoni biex dan il-Pjan ta’ Ħidma tal-UE jiġi implimentat b’mod effettiv u bl-użu ta’ strutturi u metodi ta’ ħidma speċifikati minn din ir-Riżoluzzjoni;

filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju ta’ sussidjarjetà u l-awtonomija tal-istrutturi governattivi tal-isport, jieħdu kont debitu ta’ dan il-Pjan ta’ Ħidma tal-UE meta jkunu qed jiżviluppaw linji ta’ politika fil-livell nazzjonali;

jinformaw regolarment, u fejn xieraq jikkonsultaw magħhom, lill-partijiet ikkonċernati fl-isport dwar il-progress li jkun sar bl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Ħidma tal-UE, sabiex jiġu żgurati r-rilevanza u l-viżibilità tal-attivitajiet;

ixerrdu, fejn ikun adatt, fl-Istati Membri u fil-livelli xierqa, ir-riżultati miksuba skont dan il-Pjan ta’ Ħidma tal-UE għall-Isport u dawk preċedenti;

jorganizzaw laqgħat dwar suġġetti ta’ interess komuni (gruppi ta’ Stati Membri interessati);

jibdew u jmexxu eżerċizzji ta’ tagħlim bejn il-pari f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni.

17.

JISTIEDNU LILL-PRESIDENZI TAL-KUNSILL:

jieħdu kont, inkluż fil-kuntest tat-Triju ta’ Presidenzi, tat-temi ta’ prijorità tal-Pjan ta’ Ħidma tal-UE meta jiżviluppaw il-programm tagħhom u jibnu fuq ir-riżultati diġà miksuba;

jinformaw lill-Istati Membri dwar il-ħidma attwali jew ippjanata f’formazzjonijiet oħrajn tal-Kunsill li għandha impatt fuq l-isport;

fi tmiem it-terminu kopert minn din ir-Riżoluzzjoni, u abbażi ta’ Rapport imħejji mill-Kummissjoni, jipproponu abbozz ta’ Pjan ta’ Ħidma tal-UE ġdid għall-perijodu li jmiss, jekk ikun meħtieġ;

iqisu l-evalwazzjoni tad-djalogu strutturat mal-moviment sportiv (6).

18.

JISTIEDNU LILL-KUMMISSJONI:

taħdem mal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Pjan ta’ Ħidma, b’mod partikolari rigward ir-riżultati deskritti fl-Anness I;

tinforma lill-Istati Membri dwar inizjattivi li għaddejjin jew ippjanati f’oqsma ta’ politika oħrajn tal-UE li jħallu impatt fuq l-isport u żviluppi rispettivi fil-Kummissjoni;

tinforma lill-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Isport bil-mandati tal-gruppi ta’ esperti;

tappoġġa lill-Istati Membri u atturi rilevanti oħra fl-attivitajiet tagħhom dwar it-temi u t-temi ewlenin stipulati f’din ir-Riżoluzzjoni, b’mod partikolari billi:

teżamina l-mezzi biex tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta’ Stati Membri u esperti, kif ukoll tistieden rappreżentanti mill-moviment sportiv u, fejn xieraq, partijiet ikkonċernati oħrajn fil-gruppi ta’ esperti msemmija fl-Anness I, filwaqt li tiżgura livell għoli u koerenti ta’ rappreżentanza u għarfien espert;

tistabbilixxi gruppi ta’ esperti fl-oqsma li ġejjin:

L-integrità

L-iżvilupp ta’ ħiliet u ta’ riżorsi umani fl-isport

tistabbilixxi forom oħra ta’ appoġġ għall-promozzjoni tal-iskambju tal-aħjar prattiki u tagħlim bejn il-pari, kif ukoll għall-konsolidazzjoni tal-għarfien (eż. studji);

tipprovdi l-kontribut espert meħtieġ rigward kwistjonijiet marbuta mal-ġlieda kontra d-doping, b’mod partikolari l-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ kwalunkwe reviżjoni li jmiss tal-Kodiċi WADA Kontra d-Doping;

tipprovdi appoġġ loġistiku u tekniku għall-ġbir u t-tixrid ta’ dokumenti u informazzjoni rilevanti dwar il-politika tal-UE dwar l-isport;

torganizza laqgħat tematiċi speċifiċi fl-oqsma ta’ politika li ġew trattati b’mod estensiv permezz tal-Pjanijiet ta’ Ħidma għall-Isport preċedenti u dak attwali. L-għan ta’ dawn il-laqgħat huwa li jkunu diskussi l-eżiti rilevanti għall-qasam ta’ politika ta’ proġetti ffinanzjati mill-UE li huma ta’ benefiċċju għall-isport kif ukoll li jitrawwem l-iskambju ta’ prattiki tajbin u viżjonijiet dwar suġġetti speċifiċi, li jittieħed kont tal-progress li sar u li jiġu identifikati l-oqsma fejn hija meħtieġa aktar azzjoni, b’mod partikolari fl-oqsma stipulati fl-Anness I. Dawn it-tipi ta’ laqgħat għandhom jiġu organizzati mill-inqas darba fis-sena.

tiżgura segwitu għall-ħidma li saret minn Gruppi ta’ Livell Għoli preċedenti stabbiliti mill-Kummissjoni dwar “Sport tal-Massa” u “Sport u d-Diplomazija”;

tiżgura segwitu għar-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Grupp ta’ Esperti preċedenti dwar Governanza Tajba u tiżgura l-kontinwità dwar kwistjonijiet attwali marbuta mal-ġlieda kontra t-tbagħbis tal-logħob;

tippromwovi r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi fl-isport;

tiffaċilita d-djalogu strutturat dwar l-isport, fost l-oħrajn l-organizzazzjoni fuq bażi annwali tal-Forum tal-UE dwar l-Isport, filwaqt li tlaqqa’ l-partijiet interessanti ewlenin kollha fil-livelli differenti tal-isport;

tiżviluppa l-Ġimgħa Ewropea tal-Isport ta’ kull sena u tippromwovi l-Ġimgħa tul is-sena kollha bħala għodda li tippromwovi l-parteċipazzjoni fl-isport u l-attività fiżika f’konformità mal-prijoritajiet ta’ dan il-Pjan ta’ Ħidma;

tappoġġa t-temi ta’ prijorità u t-temi ewlenin korrispondenti stabbiliti minn dan il-Pjan ta’ Ħidma, filwaqt li jittieħed vantaġġ mill-programm Erasmus+ u programmi oħra rilevanti tal-UE, kif ukoll il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej;

qabel tmiem l-ewwel nofs tal-2020 u fuq il-bażi ta’ kontributi volontarji mill-Istati Membri, tadotta Rapport dwar l-implimentazzjoni u r-rilevanza tal-Pjan ta’ Ħidma. Dan ir-Rapport ser ikun il-bażi għat-tħejjija ta’ Pjan ta’ Ħidma tal-UE suċċessur possibbli matul it-tieni nofs tal-2020;

fejn xieraq, tagħmel disponibbli pubblikament ir-riżultati miksuba fl-istrutturi ta’ ħidma ta’ dan il-Pjan ta’ Ħidma tal-UE għall-Isport u dawk preċedenti.


(1)  ĠU C 162, 1.6.2011, p. 1.

(2)  ĠU C 183, 14.6.2014, p. 12.

(3)  Dok. 5516/17 + ADD 1.

(4)  Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Novembru 2010 fejn il-Kunsill qabel li jsejjaħ, fuq bażi regolari, ġeneralment fil-marġini tal-laqgħa tal-Kunsill, laqgħa informali tar-rappreżentanti prinċipali tal-awtoritajiet pubbliċi tal-UE u tal-moviment sportiv bil-għan li jsir skambju ta’ fehmiet dwar kwistjonijiet ta’ sport fl-UE (ĠU C 322, 27.11.2010, p. 1).

(5)  10 prijoritajiet ta’ politika tal-Kummissjoni ta’ Juncker http://ec.europa.eu/priorities/publications/president-junckers-political-guidelines_en)

(6)  Inkluż ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Novembru 2010 dwar id-Djalogu Strutturat.


ANNESS I

Temi ewlenin (paragrafu 12), riżultati mitlubin u strutturi ta’ ħidma korrispondenti

Tema ewlenija

Metodu ta’ ħidma/Kompiti

Eżitu u data ppjanata

Mexxej(ja)

Prijorità 1: L-integrità tal-isport

Ġlieda kontra d-doping

Il-Kunsill u l-korpi preparatorji tiegħu

Għandu jitħejja kontribut espert fi kwistjonijiet kontra d-doping mil-laqgħat tal-esperti u dan għandu jiġi diskuss fil-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Isport, b’mod partikolari l-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ kwalunkwe reviżjoni li jmiss tal-Kodiċi WADA Kontra d-Doping

2017 - 2019

Kontribut tal-UE

Kummissjoni u Presidenza

 

Tħejjija tal-pożizzjoni tal-UE u l-Istati Membri tagħha għal-laqgħat tal-CAHAMA u tal-WADA, appoġġati skont kif meħtieġ minn laqgħat tal-esperti.

2017 - 2020

Pożizzjoni tal-UE

Kummissjoni u Presidenza

 

Seminar

Modi kif jiġi evitat l-użu tad-doping miż-żgħażagħ fil-ħajja professjonali u fl-isport tal-massa.

It-tieni nofs tal-2017

rapport

skambju tal-aħjar prattika

Presidenza

Governanza tajba

Grupp ta’ Esperti

Integrità

Applikazzjoni tal-istandards rikonoxxuti fuq livell internazzjonali fil-qasam tal-governanza tajba u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u inizjattivi b’mod partikolari minn barra l-isfera tal-isports li għandhom jiġu applikati fil-qasam tal-isports

Tbagħbis tal-logħob

2018 - 2020

Skambju tal-aħjar prattiki

Rapport

Kummissjoni

 

Il-Kunsill u l-korpi preparatorji tiegħu

Rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet futuri possibbli kontra l-korruzzjoni fl-isport fuq il-livell tal-UE.

It-tieni nofs tal-2019

(poss.) Konklużjonijiet tal-Kunsill

Presidenza

Is-salvagwardja ta’ minorenni

Studju

Il-prevalenza tal-abbuż mit-tfal fl-isport

L-ewwel nofs tal-2019

Rapport

Kummissjoni

 

Seminar

Segwitu għar-Rakkomandazzjonijiet dwar il-protezzjoni ta’ atleti żgħażagħ u s-salvagwardja tad-drittijiet tat-tfal fl-isport (1)

It-tieni nofs tal-2019

Skambju ta’ prattiki tajba

Rapport

Presidenza

 

Il-Kunsill u l-korpi preparatorji tiegħu

Il-protezzjoni tal-integrità fiżika u morali tal-minorenni fl-isport tal-massa u sport tal-ogħla livell.

It-tieni nofs tal-2019

(poss.) Konklużjonijiet tal-Kunsill

Presidenza

Speċifiċità tal-isport

Grupp ta’ Stati Membri interessati

Dritt tal-UE b’rabta mal-isport u l-organizzazzjonijiet sportivi

L-ewwel nofs tal-2019

(poss.) Rakkomandazzjonijiet/sitwazzjoni attwali

SE, FR, ES, NL

 

Seminar

L-ispeċifiċità tal-isport fi ħdan l-UE

It-tieni nofs tal-2019

Skambju ta’ fehmiet

Rapport

Kummissjoni

Prijorità 2: Id-dimensjoni ekonomika tal-isport

L-innovazzjoni fl-isport

Laqgħa Tematika

Il-benefiċċji ekonomiċi tal-isport permezz ta’ Kontijiet Satellita għall-Isport (SSA). L-użu prattiku ta’ SSAs għal min ifassal il-politika fil-qasam tal-isport.

L-ewwel nofs tal-2018

Skambju tal-aħjar prattiki

Kummissjoni

 

Il-Kunsill u l-korpi preparatorji tiegħu

Titqajjem kuxjenza dwar id-dimensjoni ekonomika tal-isport b’mod partikolari fir-rigward tal-Istrateġija Ewropa 2020 – b’enfasi fuq il-benefiċċji ekonomiċi tal-isport u l-innovazzjoni.

It-tieni nofs tal-2018

(poss.) Konklużjonijiet tal-Kunsill

Presidenza

 

Konferenza

Titqajjem kuxjenza dwar id-dimensjoni ekonomika tal-isport b’mod partikolari fir-rigward tal-Istrateġija Ewropa 2020 – b’enfasi fuq il-benefiċċji ekonomiċi tal-isport u l-innovazzjoni.

It-tieni nofs tal-2018

Skambju tal-aħjar prattiki

Rapport

Presidenza

L-isport u s-suq uniku diġitali

Seminar

Il-benefiċċji u l-isfidi tas-suq uniku diġitali għal finanzjament u kummerċjalizzazzjoni aħjar tal-isport

L-ewwel nofs tal-2019

Rapport

Presidenza

Prijorità 3: L-Isport u s-Soċjetà

L-isport u l-media

Konferenza

Ir-rwol u l-influwenza tal-media fl-isport

L-ewwel nofs tal-2020

Rapport u l-iskambju tal-aħjar prattiki

Presidenza

 

Il-Kunsill u l-korpi preparatorji tiegħu

Ir-rwol u l-influwenza tal-media fl-isport

(poss.) Konklużjonijiet tal-Kunsill

Presidenza

Ir-rwol tal-kowċis

Il-Kunsill u l-korpi preparatorji tiegħu

Ir-rwol tal-kowċis fis-soċjetà

It-tieni nofs tal-2017

(poss.) Konklużjonijiet tal-Kunsill

Presidenza

 

Konferenza

Ir-rwol, l-istatus u r-responsabbiltà tal-kowċis fis-soċjetà.

It-tieni nofs tal-2017

Rapport

skambju tal-aħjar prattika

Presidenza

L-edukazzjoni fl-isport u permezz tiegħu

Konferenza

L-attività fiżika, l-isport u l-karriera doppja tal-atleta b’fokus fuq l-università u l-edukazzjoni

It-tieni nofs tal-2017

Rapport

Skambju tal-aħjar prattiki

Presidenza

 

Grupp ta’ Esperti

L-iżvilupp ta’ ħiliet u ta’ riżorsi umani fl-isport.

2018-2020

Linji gwida

Kummissjoni

 

Seminar

Kwalifiki u kompetenzi sportivi tal-kowċis

L-ewwel nofs tal-2020

rapport

Presidenza

Inklużjoni soċjali

Il-Kunsill u l-korpi preparatorji tiegħu

Il-promozzjoni tal-valuri Ewropej permezz tal-isport

L-ewwel nofs tal-2018

(poss.) Konklużjonijiet tal-Kunsill

Presidenza

 

Konferenza

L-isport tal-massa bħala għodda għall-integrazzjoni u pont bejn it-tradizzjoni u l-innovazzjoni

L-ewwel nofs tal-2018

rapport

Presidenza

 

Studju

Aċċess għall-isport għal persuni b’diżabbiltà.

It-tieni nofs tal-2018

Rapport

Kummissjoni

 

Il-Kunsill u l-korpi preparatorji tiegħu

Aċċess għall-isport għal persuni b’diżabbiltà.

L-ewwel nofs tal-2019

(poss.) Konklużjonijiet tal-Kunsill

Presidenza

 

Konferenza

Il-vantaġġi li l-isport jiġi pprattikat f’ambjent organizzat għaż-żgħażagħ b’inqas opportunitajiet

L-ewwel nofs tal-2019

Manwal li jiġbor l-aħjar prattiki/eżempji

Presidenza

 

Laqgħa tematika

Il-promozzjoni ta’ attività fiżika li ttejjeb is-saħħa

It-tieni nofs tal-2017

Skambju tal-aħjar prattiki

Kummissjoni

L-isport u s-saħħa

Seminar

L-isport u l-attività fiżika fuq il-post tax-xogħol

It-tieni nofs tal-2018

rapport

Presidenza

L-isport u l-ambjent

Grupp ta’ Stati Membri interessati

L-iżvilupp urban, sport tal-beraħ, is-sostenibbiltà ambjentali fil-kuntest ta’ avvenimenti sportivi kbar, faċilitajiet tal-isport li ma jagħmlux ħsara ambjentali u effiċjenti fl-użu tal-enerġija

2019-2020

Skambju ta’ għarfien u l-aħjar prattika

Rapport

FR, DE, PT

Diplomazija bl-isport

Studju

L-isport b’appoġġ għar-relazzjonijiet esterni tal-UE

It-tieni nofs tal-2017

Rakkomandazzjonijiet abbażi ta’ studji ta’ każijiet u prattiki tajba

Kummissjoni

 

Seminar

Segwitu għall-Grupp ta’ Livell Għoli tal-Kummissjoni, konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Novembru 2016 u Seminar dwar id-Diplomazija bl-Isport

It-tieni nofs tal-2017

L-istrateġija dwar it-triq ‘il quddiem

Kummissjoni


(1)  Grupp ta’ Esperti dwar il-Governanza Tajba; “Sfidi, li t-tfal għandhom jitħarsu minnhom fl-isport”, Rakkomandazzjonijiet dwar il-protezzjoni ta’ atleti żgħażagħ u s-salvagwardja tad-drittijiet tat-tfal fl-isport, Lulju 2016, p. 12.


ANNESS II

Prinċipji b’rabta mal-metodi ta’ ħidma, l-istrutturi u r-rappurtar

Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-ħidma tal-Gruppi ta’ Esperti, il-laqgħat tematiċi u l-gruppi ta’ Stati Membri interessati hija volontarja u miftuħa għall-Istati Membri kollha.

Il-Kummissjoni ser tiżgura l-aktar parteċipazzjoni xierqa u effettiva ta’ esperti minn oqsma differenti inkluż l-amministrazzjoni pubblika u l-partijiet ikkonċernati fil-qasam tal-isport.

Ir-regoli dettaljati dwar is-sħubija u l-proċeduri ta’ ħidma tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni huma koperti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2016 (1).

Gruppi ta’ Stati Membri interessati jistgħu jiddefinixxu l-metodi u l-istrutturi ta’ ħidma tagħhom stess, fid-dawl tal-ħtiġijiet speċifiċi u l-eżiti mixtieqa tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tkun assoċjata mal-ħidma ta’ dawn il-gruppi, kif xieraq.

Il-Kummissjoni ser tirrapporta lill-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Isport fir-rigward tal-progress tal-ħidma fil-gruppi ta’ esperti u l-laqgħat tematiċi rispettivi u tippreżenta r-riżultati tagħhom. Gruppi ta’ Stati Membri interessati ser jinnominaw rappreżentant biex jagħmel l-istess.

Jekk xieraq, il-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar l-Isport ser jipprovdi aktar gwida, sabiex jiġu garantiti l-eżiti u l-iskeda ta’ żmien mixtieqa.

L-aġendi tal-laqgħat u r-rapporti tal-laqgħat tal-gruppi kollha ser ikunu disponibbli għall-Istati Membri kollha, irrispettivament minn kemm jipparteċipaw f’qasam partikolari. Ir-riżultati tal-gruppi ser jiġu ppubblikati u kondiviżi fil-livell tal-UE u nazzjonali.

Ir-riżultati mid-diversi metodi ta’ ħidma ser ikunu ta’ kontribut għar-rapport mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Ħidma.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3301 finali tat-30 ta’ Mejju 2016 li tistabbilixxi regoli orizzontali għall-ħolqien u l-funzjonament tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Kunsill

15.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/15


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Mejju 2017

dwar il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja u li tħassar ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja

(2017/C 189/03)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 165 u 166 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-kwalifiki għandhom diversi skopijiet. Dawn juru lil min iħaddem x’jafu u x’kapaċi jagħmlu fil-prinċipju dawk li għandhom il-kwalifiki fil-pussess tagħhom (“l-eżiti tat-tagħlim”). Dawn jaf ikunu prerekwiżit biex wieħed jaċċessa ċertu professjonijiet regolati. Jgħinu lill-awtoritajiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ u lill-fornituri biex jiddeterminaw il-livell u l-kontenut tat-tagħlim li jkun inkiseb minn individwu. Dawn huma wkoll importanti għall-individwu bħala espressjoni ta’ kisba personali. Għaldaqstant il-kwalifiki għandhom rwol importanti biex tiżdied l-impjegabbiltà, u biex jiffaċilitaw il-mobbiltà u l-aċċess għall-edukazzjoni avvanzata.

(2)

Il-kwalifiki huma l-eżitu formali ta’ proċess ta’ valutazzjoni u validazzjoni minn awtorità kompetenti, u tipikament jieħdu l-għamla ta’ dokumenti bħalma huma ċ-ċertifikati jew id-diplomi. Dawn jistabbilixxu li individwu jkun kiseb eżiti tat-tagħlim skont standards partikolari. Dawk l-eżiti tat-tagħlim jistgħu jinkisbu b’mezzi differenti f’xenarji formali, mhux formali jew informali, sew jekk f’kuntest nazzjonali jew inkella internazzjonali. Jenħtieġ li l-informazzjoni dwar l-eżiti tat-tagħlim tkun faċilment aċċessibbli u trasparenti.

(3)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (1) sawret qafas ta’ referenza komuni bi tmien livelli ta’ kwalifiki, espressi bħala eżiti tat-tagħlim b’livelli dejjem ogħla ta’ profiċjenza. Huma jservu ta’ għodda ta’ konverżjoni bejn is-sistemi differenti tal-kwalifiki u l-livelli tagħhom. Il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (QEK) għandu l-għan li jtejjeb it-trasparenza, il-komparabbiltà u l-portabbiltà tal-kwalifiki tan-nies.

(4)

L-objettivi aktar ġenerali ta’ din ir-Rakkomandazzjoni huma li tikkontribwixxi għall-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u li żżid l-impjegabbiltà, il-mobbiltà u l-integrazzjoni soċjali tal-ħaddiema u ta’ min jitgħallem. Din għandha wkoll l-għan li ttejjeb ir-rabta bejn it-tagħlim formali, mhux formali u informali u li tappoġġa l-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim li jinkisbu f’xenarji differenti.

(5)

L-Istati Membri żviluppaw jew qegħdin jiżviluppaw oqfsa nazzjonali tal-kwalifiki msejsa fuq l-eżiti tat-tagħlim u qed jorbtuhom mal-QEK permezz ta’ proċess ta’ “referenzjar”. Il-livelli tal-QEK u d-deskritturi tal-eżiti tat-tagħlim jikkontribwixxu għal titjib fit-trasparenza u l-komparabbiltà tal-kwalifiki ta’ sistemi nazzjonali differenti. Jikkontribwixxu wkoll għal ċaqliqa ġenerali fl-edukazzjoni u fit-taħriġ orjentata lejn l-eżiti tat-tagħlim. Jenħtieġ li r-referenzjar għall-QEK isir permezz tal-oqfsa nazzjonali tal-kwalifiki jew, meta dawn ma jkunux jeżistu, permezz tas-sistemi nazzjonali tal-kwalifiki (minn hawn ‘il quddiem “oqfsa jew sistemi nazzjonali tal-kwalifiki”).

(6)

Il-kwalifiki jkunu aktar trasparenti u komparabbli jekk jiġu ppreżentati f’dokumenti li jinkludu referenza għal-livell applikabbli tal-QEK u deskrizzjoni tal-eżiti tat-tagħlim miksuba.

(7)

Jenħtieġ li fl-implimentazzjoni tal-QEK fil-livell tal-Unjoni u fil-livell nazzjonali jiġu involuti firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati sabiex jiġi żgurat li jkollu appoġġ wiesa’. Il-partijiet ikkonċernati ewlenin jinkludu lil kull min jitgħallem, il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, l-awtoritajiet tal-kwalifiki, il-korpi responsabbli għall-assigurazzjoni tal-kwalità, min iħaddem, it-trade unions, il-kmamar tal-industrija, tal-kummerċ u tal-artiġjanat, il-korpi involuti fir-rikonoxximent tal-kwalifiki akkademiċi u professjonali, is-servizzi tal-impjiegi u s-servizzi responsabbli għall-integrazzjoni tal-migranti.

(8)

Fir-rapport tagħha għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2013 dwar l-evalwazzjoni tal-QEK, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-QEK hu aċċettat b’mod ġenerali bħala punt ta’ referenza fl-iżvilupp tal-oqfsa nazzjonali tal-kwalifiki, fl-implimentazzjoni tal-approċċ ibbażat fuq l-eżiti tat-tagħlim, u fit-titjib tat-trasparenza u r-rikonoxximent tal-ħiliet u tal-kompetenzi. Dan enfasizza li jenħtieġ li l-Unjoni tagħmilha possibbli għal min jitgħallem u għall-ħaddiema biex itejbu l-viżibbiltà tal-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom irrispettivament minn fejn ikunu kisbuhom.

(9)

F’dak ir-rapport il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-Grupp Konsultattiv dwar il-QEK ipprovda gwida effettiva għall-proċessi nazzjonali ta’ referenzjar u bena fiduċja u intendiment fost il-pajjiżi parteċipanti. Ikkonkludiet ukoll li l-effettività tal-Punti ta’ Koordinazzjoni Nazzjonali tal-QEK fil-biċċa l-kbira tiddependi fuq kemm għandhom rabta mill-qrib mal-governanza nazzjonali tal-proċess ta’ referenzjar.

(10)

Fid-dawl tal-evalwazzjoni pożittiva ta’ dak il-grupp, hu kruċjali li l-Grupp Konsultattiv dwar il-QEK ikompli biex issir implimentazzjoni konsistenti, koerenti, trasparenti u kkoordinata ta’ din ir-Rakkomandazzjoni.

(11)

It-trasparenza u r-rikonoxximent tal-ħiliet u tal-kwalifiki huma waħda mill-prijoritajiet il-ġodda tar-Rapport Konġunt tal-2015 mill-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020). Ir-rapport jenfasizza li jenħtieġ li l-QEK jiġi żviluppat aktar biex il-kwalifiki jsiru aktar trasparenti u komparabbli. B’rabta mal-migranti li jkun għadhom kif waslu, ir-rapport jisħaq ukoll dwar il-fatt li l-istrumenti eżistenti favur it-trasparenza jistgħu jgħinu biex il-kwalifiki barranin jinftiehmu aħjar fl-Unjoni, u viċi versa.

(12)

Il-QEK u l-oqfsa jew is-sistemi nazzjonali tal-kwalifiki li jagħmlu referenza għalih jistgħu jappoġġaw il-prattiki eżistenti għar-rikonoxximent billi jtejbu l-fiduċja, l-intendiment u l-komparabbiltà tal-kwalifiki miksuba. Dan jista’ jiffaċilita l-proċess ta’ rikonoxximent għall-finijiet tat-tagħlim u tax-xogħol. L-oqfsa ta’ kwalifiki globali bħall-QEK jistgħu jservu ta’ għodod ta’ informazzjoni għall-prattiki ta’ rikonoxximent kif imsemmi fir-Rakkomandazzjoni dwar l-użu tal-Oqfsa ta’ Kwalifiki fir-rikonoxximent ta’ kwalifiki barranin, kif adottata skont il-Konvenzjoni dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki dwar l-Edukazzjoni Għolja fir-Reġjun Ewropew.

(13)

L-oqfsa u s-sistemi nazzjonali tal-kwalifiki jinbidlu maż-żmien, u għalhekk jenħtieġ li r-referenzjar għall-QEK jiġi rieżaminat u aġġornat, kull meta jkun rilevanti.

(14)

Il-fiduċja fil-kwalità u fil-livell tal-kwalifiki li huma parti mill-oqfsa u s-sistemi nazzjonali tal-kwalifiki li jagħmlu referenza għall-QEK (minn hawn ‘il quddiem “il-kwalifiki b’livell tal-QEK”) hija essenzjali biex jingħata appoġġ lill-mobbiltà ta’ min jitgħallem u tal-ħaddiema fi ħdan il-fruntieri ġeografiċi u settorjali u bejniethom. Fir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja, kien hemm prinċipji komuni dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni għolja u fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Dawn kienu jirrispettaw ir-responsabbiltà tal-Istati Membri li joħolqu arranġamenti għall-assigurazzjoni tal-kwalità li japplikaw għall-kwalifiki nazzjonali, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. L-Istandards u l-Linji Gwida għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fiż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni Għolja u l-Qafas Ewropew ta’ Referenza tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali jifirxu l-pedament għal dawn il-prinċipji komuni.

(15)

Il-possibbiltà li jiġi żviluppat reġistru, barra mill-qasam tal-edukazzjoni għolja, għall-korpi li jwettqu monitoraġġ tas-sistemi tal-assigurazzjoni tal-kwalità tista’ tiġi esplorata.

(16)

Is-sistemi ta’ kreditu jistgħu jgħinu lill-individwi biex javvanzaw fit-tagħlim billi jiffaċilitaw il-perkorsi ta’ tagħlim flessibbli u t-trasferiment fost diversi livelli u tipi ta’ edukazzjoni u taħriġ u bejn il-fruntieri nazzjonali, biex b’hekk min jitgħallem ikun jista’ jakkumula u jittrasferixxi diversi eżiti ta’ tagħlim li jkun kiseb f’kuntesti differenti ta’ tagħlim, inkluż tagħlim online, mhux formali u informali. L-approċċ ibbażat fuq l-eżiti tat-tagħlim jista’ wkoll jiffaċilita t-tfassil, l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-kwalifiki kompluti jew tal-komponenti tal-kwalifiki.

(17)

Is-sistemi ta’ kreditu kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell Ewropew jaħdmu f’kuntesti istituzzjonali bħall-edukazzjoni għolja jew l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Fil-livell Ewropew, ġiet żviluppata s-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta’ Krediti għall-edukazzjoni għolja fiż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni Għolja. Għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, qed titfassal is-Sistema Ewropea ta’ Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Sistema Ewropea ta’ Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) (2). Ir-rabtiet bejn l-oqfsa nazzjonali tal-kwalifiki u s-sistemi ta’ kreditu jistgħu jiġu promossi, fejn adatt.

(18)

Filwaqt li l-acquis tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni legali u l-asil jipprevedi trattament daqs iċ-ċittadini f’dak li għandu x’jaqsam mar-rikonoxximent tal-kwalifiki u anke għal miżuri ta’ faċilitazzjoni fejn jidħlu l-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali f’konformità mad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), fost iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’edukazzjoni terzjarja jippersistu rati għoljin ta’ soprakwalifiki u sottoimpjiegi. Permezz tal-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi b’rabta mat-trasparenza tal-kwalifiki, tista’ titrawwem l-integrazzjoni tal-migranti fis-swieq tax-xogħol tal-Unjoni. Billi l-flussi migratorji lejn u mill-Unjoni qed jikbru, hemm bżonn li l-kwalifiki mogħtija barra mill-Unjoni jinftiehmu aħjar u jiġu rikonoxxuti b’mod aktar ġust.

(19)

Il-karatteristiċi ewlenin tal-QEK, jiġifieri l-approċċ tiegħu bbażat fuq l-eżiti tat-tagħlim, id-definizzjoni tad-deskritturi tal-livell, u l-istabbiliment ta’ kriterji għar-referenzjar kif żviluppati mill-Grupp Konsultattiv dwar il-QEK, kienu sors ta’ ispirazzjoni għall-iżvilupp ta’ oqfsa nazzjonali u reġjonali ta’ kwalifiki madwar id-dinja. Kulma jmur, l-għadd ta’ pajjiżi terzi u reġjuni li qed jippruvaw iqarrbu l-qafas tal-kwalifiki tagħhom lejn il-QEK qed jiżdied.

(20)

Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tistipula li jistgħu jiġu stabbiliti oqfsa komuni ta’ taħriġ għal professjonijiet regolati permezz ta’ att delegat tal-Kummissjoni bħala sett komuni ta’ għarfien, ħiliet u kompetenzi. L-oqfsa komuni ta’ taħriġ għandhom ikunu bbażati fuq il-livelli tal-QEK. Ir-referenza għal-livelli tal-QEK dwar il-kwalifiki ma għandhiex taffettwa l-aċċess għas-suq tax-xogħol meta jkunu ġew rikonoxxuti kwalifiki professjonali f’konformità mad-Direttiva 2005/36/KE.

(21)

Il-Qafas tal-Kwalifiki taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni Għolja jipprevedi deskritturi għaċ-ċiklu qasir (li jistgħu jkunu fi ħdan l-ewwel ċiklu jew marbutin miegħu), għall-ewwel, it-tieni u t-tielet ċiklu tal-edukazzjoni għolja. Kull deskrittur taċ-ċiklu fih dikjarazzjoni dwar il-kisbiet u l-kapaċitajiet assoċjati mal-kwalifiki mogħtija fi tmiem dak iċ-ċiklu. Il-QEK hu kompatibbli mal-qafas tal-kwalifiki taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni Għolja u mad-deskritturi taċ-ċikli tiegħu. Iċ-ċiklu qasir (li jista’ jkun fi ħdan l-ewwel ċiklu jew marbut miegħu), l-ewwel, it-tieni u t-tielet ċiklu tal-qafas tal-kwalifiki taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni Għolja jikkorrispondu għal-livelli 5-8 tal-QEK, rispettivament.

(22)

Id-Deċiżjoni 2241/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tgħin lin-nies jippreżentaw il-ħiliet, il-kompetenzi u l-kwalifiki tagħhom aħjar.

(23)

Il-Kummissjoni qed tiżviluppa Klassifikazzjoni Ewropea ta’ Ħiliet, Kompetenzi, Kwalifiki u Impjiegi (ESCO). Jekk tintuża fuq bażi volontarja, din tista’ tappoġġa titjib fir-rabta bejn l-edukazzjoni u l-impjiegi. Id-data żviluppata mill-Istati Membri fil-kuntest tal-QEK tista’ sservi bħala kontribut għal din il-klassifikazzjoni.

(24)

Jenħtieġ li jkun hemm informazzjoni faċilment aċċessibbli għall-pubbliku dwar il-proċess tar-referenzjar tal-oqfsa jew is-sistemi nazzjonali tal-kwalifiki għall-QEK u dwar il-kwalifiki b’livell tal-QEK. L-użu ta’ strutturi u formati komuni tad-data għandu jgħin biex jintlaħaq dan l-objettiv. Dan għandu jiffaċilita l-intendiment u l-użu tal-informazzjoni ppubblikata dwar il-kwalifiki.

(25)

Fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni jenħtieġ li jkun hemm koerenza, komplementarjetà u sinerġiji bejn l-implimentazzjoni tal-QEK, l-oqfsa jew is-sistemi nazzjonali tal-kwalifiki u l-għodod dwar it-trasparenza u r-rikonoxximent tal-ħiliet, il-kompetenzi u l-kwalifiki, inkluż dawk għall-assigurazzjoni tal-kwalità, l-akkumulazzjoni u t-trasferimenti tal-krediti u l-għodod żviluppati fil-kuntest taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni Għolja dwar it-trasparenza u r-rikonoxximent ta’ ħiliet, kompetenzi u kwalifiki.

(26)

Jenħtieġ li l-iżvilupp tal-QEK ikun kompletament koerenti mal-kooperazzjoni Ewropea eżistenti fl-edukazzjoni u fit-taħriġ skont il-qafas strateġiku ET 2020 u oqfsa strateġiċi Ewropej futuri dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ.

(27)

Din ir-Rakkomandazzjoni la tissostitwixxi u lanqas ma tiddefinixxi l-oqfsa jew is-sistemi nazzjonali tal-kwalifiki. Il-QEK ma jiddeskrivix kwalifiki speċifiċi jew il-kompetenzi ta’ individwu u jenħtieġ li l-kwalifiki partikolari jkollhom referenza għal-livell adatt tal-QEK permezz tas-sistemi nazzjonali rilevanti tal-kwalifiki.

(28)

Din ir-Rakkomandazzjoni tikkonsolida l-QEK bħala qafas ta’ referenza komuni bi tmien livelli espressi bħala eżiti tat-tagħlim, li jservu bħala għodda ta’ konverżjoni bejn l-oqfsa jew is-sistemi nazzjonali tal-kwalifiki differenti u l-livelli tagħhom.

(29)

Fid-dawl tan-natura mhux vinkolanti tagħha, din ir-Rakkomandazzjoni tikkonforma mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità billi tappoġġa u tissupplimenta l-attivitajiet tal-Istati Membri billi tiffaċilita aktar kooperazzjoni bejniethom sabiex jiżdiedu t-trasparenza, il-komparabbiltà u l-portabbiltà tal-kwalifiki tan-nies. Jenħtieġ li din tiġi implimentata f’konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali,

B’DAN JIRRAKKOMANDA LI, SKONT IĊ-ĊIRKOSTANZI NAZZJONALI, L-ISTATI MEMBRI:

1.

Jużaw il-QEK biex jirreferenzjaw l-oqfsa jew is-sistemi nazzjonali tal-kwalifiki u biex iqabblu t-tipi u l-livelli kollha tal-kwalifiki fl-Unjoni li huma parti mill-oqfsa jew is-sistemi nazzjonali tal-kwalifiki, b’mod partikolari billi jirreferenzjaw il-livelli tal-kwalifiki tagħhom għal-livelli tal-QEK stabbiliti fl-Anness II u billi jużaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness III.

2.

Fejn rilevanti, iwettqu rieżami u jaġġornaw ir-referenzjar tal-livelli tal-oqfsa jew is-sistemi nazzjonali tal-kwalifiki għal-livelli tal-QEK stabbiliti fl-Anness II u billi jużaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness III, bl-attenzjoni dovuta għall-kuntest nazzjonali.

3.

Jiżguraw li l-kwalifiki b’livell tal-QEK jikkonformaw mal-prinċipji komuni għall-assigurazzjoni tal-kwalità stabbiliti fl-Anness IV, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji nazzjonali tal-assigurazzjoni tal-kwalità li jkunu japplikaw għall-kwalifiki nazzjonali.

4.

Fejn adatt, jippromwovu rabtiet bejn sistemi ta’ kreditu u oqfsa jew sistemi nazzjonali tal-kwalifiki b’kont meħud tal-prinċipji komuni dwar is-sistemi ta’ kreditu stabbiliti fl-Anness V, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet nazzjonali (i) biex isir użu mis-sistemi ta’ kreditu u (ii) biex issir korrelazzjoni bejnhom u l-oqfsa jew is-sistemi nazzjonali tal-kwalifiki. Dawk il-prinċipji komuni mhumiex ser iwasslu għal rikonoxximent awtomatiku tal-kwalifiki.

5.

Fejn adatt, jieħdu miżuri, sabiex id-dokumenti tal-kwalifiki kollha li jkunu għadhom kif inħarġu mill-awtoritajiet kompetenti (eż. ċertifikati, diplomi, supplimenti għaċ-ċertifikati, supplimenti għad-diplomi), u/jew ir-reġistri tal-kwalifiki jkun fihom referenza ċara għal-livell adatt tal-QEK.

6.

Jippubblikaw ir-riżultati tal-proċess ta’ referenzjar kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-Unjoni u, fejn possibbli, jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-kwalifiki u l-eżiti tat-tagħlim tagħhom tkun aċċessibbli u ppubblikata, bl-użu tal-ispazji riservati għad-data f’konformità mal-Anness VI.

7.

Iħeġġu l-użu tal-QEK mis-sħab soċjali, is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi, il-fornituri tal-edukazzjoni, il-korpi responsabbli għall-assigurazzjoni tal-kwalità u l-awtoritajiet pubbliċi biex jappoġġaw it-tqabbil tal-kwalifiki u t-trasparenza tal-eżiti tat-tagħlim.

8.

Jiżguraw il-kontinwità u l-koordinazzjoni tal-kompiti implimentati mill-Punti ta’ Koordinazzjoni Nazzjonali tal-QEK (PKN tal-QEK). Il-kompiti ewlenin tal-PKN tal-QEK huma li jappoġġaw lill-awtoritajiet nazzjonali fir-referenzjar tal-oqfsa jew is-sistemi nazzjonali tal-kwalifiki għall-QEK u biex il-QEK titqarreb aktar lejn l-individwi u l-organizzazzjonijiet,

B’DAN JIRRAKKOMANDA LI L-KUMMISSJONI, F’KOOPERAZZJONI MAL-ISTATI MEMBRI U L-PARTIJIET IKKONĊERNATI FI ĦDAN IL-GRUPP KONSULTATTIV DWAR IL-QEK:

9.

Tappoġġa l-konsistenza fl-implimentazzjoni ulterjuri tal-QEK fost l-Istati Membri permezz ta’ tqabbil ta’ u diskussjoni dwar il-metodoloġiji li jintużaw biex jiġu stabbiliti livelli ta’ kwalifiki f’oqfsa jew sistemi nazzjonali tal-kwalifiki, b’attenzjoni dovuta għall-kuntesti nazzjonali.

10.

B’kont meħud tal-kuntesti nazzjonali, tappoġġa l-iżvilupp ta’ metodoloġiji għad-deskrizzjoni, l-użu u l-applikazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim sabiex iżżid it-trasparenza u l-intendiment u l-komparabbiltà tal-kwalifiki.

11.

Tappoġġa l-istabbiliment ta’ proċeduri volontarji dwar l-istabbiliment ta’ livelli ta’ kwalifiki internazzjonali permezz ta’ oqfsa jew sistemi nazzjonali tal-kwalifiki u l-iskambju ta’ informazzjoni u l-konsultazzjoni bejn l-Istati Membri dwar dawk il-proċeduri biex tiġi żgurata l-konsistenza.

12.

Tiżviluppa gwida għal komunikazzjoni dwar il-QEK, b’mod partikolari dwar kif għandhom jiġu ppreżentati l-livelli tal-QEK fuq iċ-ċertifikati, id-diplomi u s-supplimenti li jkunu għadhom kif inħarġu, u/jew fuq ir-reġistri tal-kwalifiki, f’konformità mas-sistemi u r-regolamenti nazzjonali dwar iċ-ċertifikati u d-diplomi.

13.

Tesplora l-possibbiltajiet għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ kriterji u proċeduri li, f’konformità ma’ ftehimiet internazzjonali, jippermettu li jsir tqabbil bejn l-oqfsa nazzjonali u reġjonali tal-kwalifiki ta’ pajjiżi terzi u l-QEK.

14.

Tistabbilixxi tagħlim bejn il-pari u skambji tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri u, fejn adatt, tiffaċilita l-għoti ta’ konsulenza bejn il-pari fuq talba mill-Istati Membri,

B’DAN JIRRAKKOMANDA LI L-KUMMISSJONI:

15.

Tiżgura li l-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni tiġi appoġġata minn azzjonijiet iffinanzjati minn programmi rilevanti tal-Unjoni.

16.

Tiżgura governanza effettiva tal-implimentazzjoni tal-QEK billi żżomm u tappoġġa b’mod sħiħ il-Grupp Konsultattiv dwar il-QEK li ġie stabbilit fl-2009 u li hu magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u pajjiżi parteċipanti oħrajn, is-sħab soċjali u partijiet ikkonċernati oħrajn, kif adatt. Jenħtieġ li l-Grupp Konsultattiv dwar il-QEK jiżgura koerenza ġenerali u jippromwovi t-trasparenza u l-fiduċja fil-proċess ta’ referenzjar tal-oqfsa jew is-sistemi nazzjonali tal-kwalifiki nazzjonali għall-QEK.

17.

Tirrapporta dwar il-progress li jkun sar wara l-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, kif adatt, fil-kuntest tal-oqfsa rilevanti tal-politika dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjiegi.

18.

F’kooperazzjoni mal-Istati Membri u wara li tikkonsulta l-partijiet konċernati, tivvaluta u tevalwa l-azzjoni meħuda b’rispons għal din ir-Rakkomandazzjoni, u sal-2022 tirrapporta lill-Kunsill dwar l-esperjenza miksuba u l-implikazzjonijiet għall-futur, inkluż, rieżami jew reviżjoni possibbli tar-Rakkomandazzjoni, fejn dan ikun meħtieġ.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja, tħassret.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

E. BARTOLO


(1)  ĠU C 111, 6.5.2008, p. 1.

(2)  ĠU C 155, 8.7.2009, p. 11.

(3)  Id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9).

(4)  Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22).

(5)  Id-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar qafas Komunitarju waħdieni għat-trasparenza tal-kwalifiki u tal-kompetenzi (Europass) (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 6).


ANNESS I

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“kwalifika” tfisser eżitu formali ta’ proċess ta’ valutazzjoni u ta’ validazzjoni li jinkiseb meta awtorità kompetenti tiddetermina li l-individwu jkun kiseb eżiti tat-tagħlim li jilħqu standards partikolari;

(b)

“sistema nazzjonali tal-kwalifiki” tfisser l-aspetti kollha tal-attività ta’ Stat Membru relatati mar-rikonoxximent tat-tagħlim u mekkaniżmi oħra li jorbtu l-edukazzjoni u t-taħriġ mas-suq tax-xogħol u mas-soċjetà ċivili. Din tinkludi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ arranġamenti u proċessi istituzzjonali relatati mal-assigurazzjoni tal-kwalità, mal-valutazzjoni u mal-għoti tal-kwalifiki. Sistema nazzjonali tal-kwalifiki tista’ tkun magħmula minn diversi sottosistemi u tista’ tinkludi qafas nazzjonali tal-kwalifiki;

(c)

“qafas nazzjonali tal-kwalifiki” tfisser strument għall-klassifikazzjoni tal-kwalifiki skont sett ta’ kriterji għal livelli speċifikati ta’ tagħlim miksub, li għandu l-għan li jintegra u jikkoordina s-sottosistemi nazzjonali tal-kwalifiki u li jtejjeb it-trasparenza, l-aċċess, il-progress u l-kwalità tal-kwalifiki b’rabta mas-suq tax-xogħol u s-soċjetà ċivili;

(d)

“kwalifika internazzjonali” tfisser kwalifika mogħtija minn korp internazzjonali stabbilit legalment (assoċjazzjoni, organizzazzjoni, settur jew kumpannija) jew minn korp nazzjonali li jaġixxi f’isem korp internazzjonali li jintuża f’aktar minn pajjiż wieħed, u li jinkludi eżiti tat-tagħlim ivvalutati b’referenza għal standards stabbiliti minn korp internazzjonali;

(e)

“eżiti tat-tagħlim” tfisser dikjarazzjonijiet ta’ dak li jaf, jifhem u jkun kapaċi jagħmel min jitgħallem ladarba jtemm il-proċess tat-tagħlim, li huma ddefiniti f’termini ta’ għarfien, ħiliet u responsabbiltà u awtonomija;

(f)

“għarfien” tfisser l-eżitu tal-assimilazzjoni tal-informazzjoni permezz tat-tagħlim. L-għarfien hu ġabra ta’ fatti, prinċipji, teoriji u prattiki li jkunu relatati ma’ qasam ta’ xogħol jew ta’ studju. Fil-kuntest tal-QEK, l-għarfien jiġi deskritt bħala teoretiku u/jew fattwali;

(g)

“ħiliet” tfisser il-kapaċità li wieħed japplika l-għarfien u li juża dak li jaf biex iwettaq kompiti u jsolvi problemi. Fil-kuntest tal-QEK, il-ħiliet jiġu deskritti bħala konjittivi (peress li jinvolvu l-użu tal-loġika, l-intwizzjoni u l-ħsieb kreattiv) jew prattiċi (peress li jinvolvu l-kapaċità manwali u l-użu ta’ metodi, materjal, għodda u strumenti);

(h)

“responsabbiltà u awtonomija” tfisser il-kapaċità ta’ min jitgħallem li japplika l-għarfien u l-ħiliet b’mod awtonomu u b’responsabbiltà;

(i)

“kompetenza” tfisser il-ħila manifestata li wieħed juża l-għarfien, il-ħiliet u l-kapaċitajiet personali, soċjali u/jew metodoloġiċi, f’sitwazzjonijiet ta’ xogħol jew studju u fl-iżvilupp professjonali u personali;

(j)

“validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali” tfisser il-proċess ta’ konferma minn awtorità kompetenti li individwu jkun kiseb eżiti tat-tagħlim f’xenarji ta’ tagħlim mhux formali u informali mkejla skont standard rilevanti u li jikkonsisti minn dawn l-erba’ fażijiet distinti li ġejjin: l-identifikazzjoni permezz ta’ djalogu tal-esperjenzi partikolari ta’ individwu, dokumentazzjoni li turi l-esperjenzi tal-individwu, valutazzjoni formali ta’ dawk l-esperjenzi u ċertifikazzjoni tar-riżultati tal-valutazzjoni li tista’ twassal għal kwalifika parzjali jew sħiħa;

(k)

“rikonoxximent formali tal-eżiti tat-tagħlim” tfisser il-proċess tal-għoti ta’ status uffiċjali minn awtorità kompetenti għal eżiti tat-tagħlim miksuba għall-finijiet ta’ studji ulterjuri jew ta’ impjieg, permezz ta’ (i) l-għoti ta’ kwalifiki (ċertifikati, diplomi jew titoli), (ii) il-validazzjoni ta’ tagħlim mhux formali u informali, (iii) l-għoti ta’ ekwivalenza, kreditu jew eżenzjonijiet;

(l)

“kreditu” tfisser konferma li parti minn kwalifika, li tkun tikkonsisti minn sett koerenti ta’ eżiti tat-tagħlim, tkun ġiet vvalutata u vvalidata minn awtorità kompetenti, skont standard maqbul; il-kreditu jingħata minn awtoritajiet kompetenti meta l-individwu jkun kiseb l-eżiti tat-tagħlim definiti, kif attestat minn valutazzjonijiet xierqa u jistgħu jiġu espressi b’valur kwantitattiv (eż. krediti jew punti ta’ kreditu) li juri stima tal-ħidma tipikament meħtieġa minn individwu biex jikseb l-eżiti tat-tagħlim relatati;

(m)

“sistemi ta’ kreditu” tfisser għodda ta’ trasparenza biex jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent ta’ kreditu/i. Fost l-oħrajn, dawn is-sistemi jistgħu jinkludu ekwivalenzi, eżenzjonijiet, unitajiet/moduli li jistgħu jiġu akkumulati u ttrasferiti, l-awtonomija tal-fornituri li jistgħu jindividwalizzaw il-perkorsi u l-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali;

(n)

“trasferiment tal-krediti” tfisser il-proċess li bih individwu jkun jista’ jakkumula l-krediti f’kuntest partikolari u dawn jiġu vvalutati u rikonoxxuti f’kuntest ieħor.


ANNESS II

Deskritturi li jiddefinixxu l-livelli tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK)

Kull wieħed mit-8 livelli huwa definit b’sett ta’ deskritturi li jindikaw l-eżiti tat-tagħlim rilevanti għall-kwalifiki f’dak il-livell fi kwalunkwe sistema tal-kwalifiki.

 

Għarfien

Ħiliet

Responsabbiltà u awtonomija

 

Fil-kuntest tal-QEK, l-għarfien jiġi deskritt bħala teoretiku u/jew fattwali.

Fil-kuntest tal-QEK, il-ħiliet jiġu deskritti bħala konjittivi (peress li jinvolvu l-użu tal-loġika, l-intwizzjoni u l-ħsieb kreattiv) u prattiċi (peress li jinvolvu l-kapaċità manwali u l-użu ta’ metodi, materjal, għodda u strumenti).

Fil-kuntest tal-QEK, ir-responsabbiltà u l-awtonomija jiġu deskritti bħala l-kapaċità ta’ min jitgħallem li japplika l-għarfien u l-ħiliet b’mod awtonomu u b’responsabbiltà

Livell 1

L-eżiti tat-tagħlim rilevanti għal-Livell 1 huma

għarfien ġenerali bażiku

ħiliet bażiċi meħtieġa għat-twettiq ta’ kompiti sempliċi

xogħol jew studju taħt superviżjoni diretta f’kuntest strutturat

Livell 2

L-eżiti tat-tagħlim rilevanti għal-Livell 2 huma

għarfien fattwali bażiku dwar qasam ta’ xogħol jew studju

ħiliet konjittivi u prattiċi bażiċi meħtieġa biex l-informazzjoni rilevanti tintuża biex jitwettqu kompiti u jissolvew problemi ta’ rutina permezz tal-użu ta’ regoli u għodod sempliċi

xogħol jew studju taħt superviżjoni iżda b’ċerta awtonomija

Livell 3

L-eżiti tat-tagħlim rilevanti għal-Livell 3 huma

għarfien tal-fatti, il-prinċipji, il-proċessi u l-kunċetti ġenerali, f’qasam ta’ xogħol jew studju

firxa ta’ ħiliet konjittivi u prattiċi meħtieġa biex jitwettqu kompiti u jissolvew problemi billi jintgħażlu u jitħaddmu metodi, għodod, materjal u informazzjoni bażiċi

teħid ta’ responsabbiltà għat-twettiq ta’ kompiti fix-xogħol jew fl-istudju

adattament tal-imġiba personali għaċ-ċirkostanzi biex jissolvew il-problemi

Livell 4

L-eżiti tat-tagħlim rilevanti għal-Livell 4 huma

għarfien fattwali u teoretiku f’kuntesti wesgħin f’qasam ta’ xogħol jew studju

firxa tal-ħiliet konjittivi u prattiċi meħtieġa biex jinstabu soluzzjonijiet għal problemi speċifiċi f’qasam ta’ xogħol jew studju

kapaċità li wieħed imexxi lilu nnifsu skont il-linji gwida tal-kuntesti tax-xogħol jew tal-istudju li ħafna drabi jkunu prevedibbli, iżda jistgħu jinbidlu

superviżjoni tax-xogħol ta’ rutina ta’ ħaddieħor, filwaqt li tittieħed ċerta responsabbiltà għall-evalwazzjoni u t-titjib ta’ attivitajiet tax-xogħol jew tal-istudju

Livell 5 (*1)

L-eżiti tat-tagħlim rilevanti għal-Livell 5 huma

għarfien komprensiv, speċjalizzat, fattwali u teoretiku f’qasam ta’ xogħol jew studju u fehim tal-limiti ta’ dak l-għarfien

firxa komprensiva tal-ħiliet konjittivi u prattiċi meħtieġa biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet kreattivi għal problemi astratti

kapaċità ta’ tmexxija u superviżjoni f’kuntesti ta’ attivitajiet ta’ xogħol jew studju li jinbidlu b’mod imprevedibbli

rieżami u żvilupp tal-prestazzjoni personali u ta’ persuni oħrajn

Livell 6 (*2)

L-eżiti tat-tagħlim rilevanti għal-Livell 6 huma

għarfien avvanzat ta’ qasam ta’ xogħol jew studju, li jinvolvi fehim kritiku ta’ teoriji u prinċipji

ħiliet avvanzati li juru ħakma tas-suġġett u innovazzjoni, li huma meħtieġa biex jiġu solvuti problemi kumplessi u imprevedibbli f’qasam ta’ xogħol jew studju speċjalizzat

kapaċità li wieħed imexxi attivitajiet jew proġetti tekniċi jew professjonali kumplessi, filwaqt li jieħu responsabbiltà għat-teħid ta’ deċiżjonijiet f’kuntesti ta’ xogħol jew studju imprevedibbli

teħid ta’ responsabbiltà għat-tmexxija tal-iżvilupp professjonali ta’ individwi u gruppi

Livell 7 (*3)

L-eżiti tat-tagħlim rilevanti għal-Livell 7 huma

għarfien speċjalizzat ferm, li parti minnu tkun fost l-aktar prominenti f’qasam ta’ xogħol jew studju, li fuqu jissejsu l-ħsieb u/jew ir-riċerka oriġinali

moħħ kritiku b’rabta ma’ kwistjonijiet ta’ għarfien f’qasam partikolari u fl-interfaċċa bejn oqsma differenti

ħiliet speċjalizzati fir-riżoluzzjoni ta’ problemi li huma meħtieġa fir-riċerka u/jew fl-innovazzjoni biex jiġu żviluppati għarfien u proċeduri ġodda u biex jiġi integrat l-għarfien minn oqsma differenti

tmexxija u t-trasformazzjoni ta’ kuntesti ta’ xogħol jew studju li huma kumplessi, imprevedibbli u li jeħtieġu approċċi strateġiċi ġodda

teħid ta’ responsabbiltà għall-kontribut mogħti lill-għarfien u l-prattika professjonali u/jew għar-rieżami tal-prestazzjoni strateġika tat-timijiet

Livell 8 (*4)

L-eżiti tat-tagħlim rilevanti għal-Livell 8 huma

għarfien mill-aktar avvanzat f’qasam ta’ xogħol jew studju u fl-interfaċċa bejn żewġ oqsma

l-aktar ħiliet u tekniki avvanzati u speċjalizzati, inklużi s-sinteżi u l-evalwazzjoni, meħtieġa biex tinstab soluzzjoni għal problemi kritiċi fir-riċerka u/jew fl-innovazzjoni u biex jitwessgħu u jissawru mill-ġdid l-għarfien jew il-prattiki professjonali eżistenti

turija ta’ ammont sostanzjali ta’ awtorità, innovazzjoni, awtonomija, integrità akkademika u professjonali u impenn sostnut favur l-iżvilupp ta’ ideat jew proċessi ġodda bħala prijorità f’kuntesti ta’ xogħol jew studju, inkluża r-riċerka

Il-Qafas tal-Kwalifiki taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni Għolja jipprevedi deskritturi għal tliet ċikli maqbula mill-Ministri responsabbli għall-edukazzjoni għolja waqt il-laqgħa li kellhom f’Bergen f’Mejju 2005 fil-kuntest tal-proċess ta’ Bolonja. Kull deskrittur taċ-ċiklu jagħti dikjarazzjoni ġenerika tal-aspettattivi tipiċi tal-kisbiet u tal-kapaċitajiet assoċjati mal-kwalifiki li jirrappreżentaw it-tmiem ta’ dak iċ-ċiklu.


(*1)  Id-deskrittur għaċ-ċiklu qasir żviluppat mill-Inizjattiva Konġunta dwar il-Kwalità bħala parti mill-proċess ta’ Bolonja, (li jista’ jkun fi ħdan l-ewwel ċiklu jew marbut miegħu), jikkorrispondi għall-eżiti tat-tagħlim għal-livell 5 tal-QEK.

(*2)  Id-deskrittur għall-ewwel ċiklu jikkorrispondi għall-eżiti tat-tagħlim għal-livell 6 tal-QEK.

(*3)  Id-deskrittur għat-tieni ċiklu jikkorrispondi għall-eżiti tat-tagħlim għal-livell 7 tal-QEK.

(*4)  Id-deskrittur għat-tielet ċiklu jikkorrispondi għall-eżiti tat-tagħlim għal-livell 8 tal-QEK.


ANNESS III

Kriterji u proċeduri għar-referenzjar tal-oqfsa jew is-sistemi nazzjonali tal-kwalifiki għall-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK)

1.

Ir-responsabbiltajiet u/jew il-kompetenza legali ta’ kull korp nazzjonali rilevanti involut fil-proċess tar-referenzjar ġew stabbiliti b’mod ċar u ppubblikati mill-awtoritajiet kompetenti.

2.

Hemm rabta ċara u evidenti bejn il-livelli tal-kwalifiki fl-oqfsa jew is-sistemi nazzjonali tal-kwalifiki u d-deskritturi tal-livelli tal-QEK.

3.

L-oqfsa jew is-sistemi nazzjonali tal-kwalifiki u l-kwalifiki tagħhom huma bbażati fuq il-prinċipju u l-objettiv tal-eżiti tat-tagħlim u marbuta mal-arranġamenti għall-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali u, fejn adatt, mas-sistemi ta’ kreditu.

4.

Il-proċeduri għall-inklużjoni tal-kwalifiki fil-qafas nazzjonali tal-kwalifiki jew biex jiġi deskritt il-post fejn ingħataw il-kwalifiki fis-sistema nazzjonali tal-kwalifiki, huma trasparenti.

5.

Is-sistema/i nazzjonali tal-assigurazzjoni tal-kwalità għall-edukazzjoni u t-taħriġ tirreferi/jirreferu għall-oqfsa jew is-sistemi nazzjonali tal-kwalifiki u huma konsistenti mal-prinċipji marbutin mal-assigurazzjoni tal-kwalità kif jispeċifika l-Anness IV għal din ir-Rakkomandazzjoni.

6.

Il-proċess tar-referenzjar għandu jinkludi l-ftehim imsemmi tal-korpi rilevanti responsabbli għall-assigurazzjoni tal-kwalità li r-rapport tar-referenzjar huwa konsistenti mal-arranġamenti, id-dispożizzjonijiet u l-prattika nazzjonali rilevanti dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità.

7.

Il-proċess tar-referenzjar għandu jinvolvi esperti internazzjonali u r-rapporti tar-referenzjar għandu jkun fihom dikjarazzjoni bil-miktub ta’ mill-inqas żewġ esperti internazzjonali minn żewġ pajjiżi differenti dwar il-proċess tar-referenzjar.

8.

L-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiċċertifikaw ir-riferenza tal-oqfsa jew is-sistemi nazzjonali tal-kwalifiki mal-QEK. L-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-Punti ta’ Koordinazzjoni Nazzjonali tal-QEK, għandhom jippubblikaw rapport komprensiv li jiddeskrivi r-referenzjar u jagħti l-evidenza li ssostnih, u dan ir-rapport għandu jindirizza kull wieħed mill-kriterji, separatament. Dan l-istess rapport jista’ jintuża għall-awtoċertifikazzjoni mal-Qafas tal-Kwalifiki taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni Għolja, f’konformità mal-kriterji dwar l-awtoċertifikazzjoni ta’ dan il-Qafas.

9.

Fi żmien 6 xhur mir-referenzjar jew l-aġġornament tar-rapport tar-referenzjar, l-Istati Membri u pajjiżi parteċipanti oħra għandhom jippubblikaw ir-rapport tar-referenzjar u jipprovdu informazzjoni rilevanti għall-finijiet ta’ tqabbil fuq il-portal Ewropew rilevanti.

10.

Wara l-proċess tar-referenzjar, id-dokumenti kollha li jkunu għadhom kif inħarġu li jkunu relatati mal-kwalifiki li huma parti mill-oqfsa jew is-sistemi nazzjonali tal-kwalifiki (eż. ċertifikati, diplomi, supplimenti għaċ-ċertifikati, supplimenti għad-diplomi) u/jew ir-reġistri tal-kwalifiki li joħorġu mill-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jinkludu referenza ċara, permezz tal-oqfsa jew is-sistemi nazzjonali tal-kwalifiki, għal-livell adatt tal-QEK.


ANNESS IV

Il-prinċipji tal-assigurazzjoni tal-kwalità għal kwalifiki li huma parti mill-oqfsa jew is-sistemi nazzjonali tal-kwalifiki li jagħmlu referenza għall-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK)

Jenħtieġ li kull kwalifika b’livell tal-QEK tiġi soġġetta għal assigurazzjoni tal-kwalità biex tissaħħaħ il-fiduċja fil-kwalità u fil-livell tal-kwalifiki.

F’konformità maċ-ċirkostanzi nazzjonali u b’kont meħud tad-differenzi settorjali, jenħtieġ li l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-kwalifiki b’livell tal-QEK (1)  (2):

1.

tindirizza t-tfassil tal-kwalifiki kif ukoll l-applikazzjoni tal-approċċ ibbażat fuq l-eżiti tat-tagħlim;

2.

tiżgura valutazzjoni valida u affidabbli skont standards maqbula u trasparenti bbażati fuq l-eżiti tat-tagħlim u tindirizza l-proċess taċ-ċertifikazzjoni;

3.

tikkonsisti minn mekkaniżmi ta’ rispons u proċeduri għal titjib kontinwu;

4.

tinvolvi lill-partijiet ikkonċernata rilevanti kollha f’kull stadju tal-proċess;

5.

tikkonsisti f’metodi ta’ evalwazzjoni konsistenti, li jassoċjaw l-awtovalutazzjoni u r-rieżami estern;

6.

tkun parti integrali mill-ġestjoni interna, inkluż l-attivitajiet sottokuntrattati, tal-korpi li joħorġu l-kwalifiki b’livell tal-QEK;

7.

tkun ibbażata fuq objettivi, standards u linji gwida ċari u li jistgħu jitkejlu;

8.

tkun appoġġata b’riżorsi xierqa;

9.

tinkludi rieżami regolari ta’ korpi jew aġenziji ta’ monitoraġġ esterni eżistenti, li jwettqu l-assigurazzjoni tal-kwalità;

10.

tinkludi l-aċċessibbiltà elettronika tar-riżultati tal-evalwazzjoni.


(1)  Dawn il-prinċipji komuni huma kompatibbli għalkollox mal-Istandards u l-Linji Gwida Ewropej (ESG) għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fiż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni Għolja u mal-Qafas Ewropew ta’ Referenza tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-ETV (EQAVET).

(2)  Skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali, dawn il-prinċipji ma jistgħux japplikaw għall-edukazzjoni ġenerali.


ANNESS V

Prinċipji għas-sistemi ta’ kreditu relatati mal-oqfsa jew is-sistemi nazzjonali tal-kwalifiki li jagħmlu referenza għall-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK) (1)

Permezz tal-użu tal-approċċ ibbażat fuq l-eżiti tat-tagħlim, jenħtieġ li l-QEK u l-oqfsa jew is-sistemi nazzjonali tal-kwalifiki jappoġġaw aħjar lill-individwi meta jiġu biex jiċċaqalqu (i) bejn il-livelli differenti tal-edukazzjoni u t-taħriġ, (ii) fis-setturi tal-edukazzjoni u t-taħriġ u bejniethom, (iii) mill-edukazzjoni u t-taħriġ għas-suq tax-xogħol u (iv) fil-pajjiż u barra mill-pajjiż. Mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet nazzjonali biex (i) isir użu mis-sistemi ta’ kreditu u (ii) biex issir korrelazzjoni bejnhom u l-oqfsa jew is-sistemi nazzjonali tal-kwalifiki, jenħtieġ li fejn xieraq, is-sistemi ta’ kreditu differenti jaħdmu flimkien ma’ oqfsa jew sistemi nazzjonali tal-kwalifiki biex jappoġġaw it-transizzjonijiet u jiffaċilitaw il-progress. Għal dan il-għan jenħtieġ li, fejn xieraq, is-sistemi ta’ kreditu marbuta mal-oqfsa jew is-sistemi nazzjonali tal-kwalifiki, jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:

1.

Jenħtieġ li s-sistemi ta’ kreditu jappoġġaw perkorsi ta’ tagħlim flessibbli, għall-ġid tal-individwi li qegħdin jitgħallmu.

2.

Waqt it-tfassil u l-iżvilupp tal-kwalifiki, jenħtieġ li l-approċċ ibbażat fuq l-eżiti tat-tagħlim jintuża sistematikament biex jiffaċilita t-trasferiment ta’ (komponenti ta’) kwalifiki u l-progress fit-tagħlim.

3.

Jenħtieġ li s-sistemi ta’ kreditu jiffaċilitaw it-trasferiment tal-eżiti tat-tagħlim u l-progress ta’ min jitgħallem lil hinn mill-fruntieri istituzzjonali u nazzjonali.

4.

Jenħtieġ li s-sistemi ta’ kreditu jissejsu fuq assigurazzjoni tal-kwalità espliċita u trasparenti.

5.

Jenħtieġ li l-kreditu li jinkiseb minn individwu jiġi dokumentat, filwaqt li jissemmew l-eżiti tat-tagħlim miksuba, l-isem tal-istituzzjoni kompetenti għall-għoti tal-kreditu u, fejn rilevanti, il-valur relatat tal-kreditu.

6.

Jenħtieġ li s-sistemi tal-akkumulazzjoni u t-trasferiment tal-krediti jfittxu sinerġiji mal-arranġamenti għall-validazzjoni tat-tagħlim preċedenti, filwaqt li flimkien jaħdmu biex jiffaċilitaw u jippromwovu t-trasferiment u l-progress.

7.

Jenħtieġ li s-sistemi ta’ kreditu jiġu żviluppati u mtejba permezz ta’ kooperazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni li jkun xieraq.


(1)  Dawn il-prinċipji komuni huma kompatibbli għalkollox mas-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta’ Krediti (ECTS) u s-Sistema Ewropea ta’ Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET).


ANNESS VI

Elementi għal spazji riservati għad-data għall-pubblikazzjoni elettronika ta’ informazzjoni dwar kwalifiki b’livell tal-QEK

DATA

Meħtieġa/Fakultattiva

Titlu tal-kwalifika

Meħtieġa

Qasam (*1)

Meħtieġa

Pajjiż/Reġjun (kodiċi)

Meħtieġa

Livell tal-QEK

Meħtieġa

Deskrizzjoni tal-kwalifika (*3)

Jew

Għarfien

Meħtieġa

Ħiliet

Meħtieġa

Responsabbiltà u awtonomija

Meħtieġa

Jew inkella

Spazju miftuħ riservat għal test li jiddeskrivi dak li mistenni jkun jaf, jifhem jew kapaċi jagħmel min jitgħallem

Meħtieġa

Korp li joħroġ il-kwalifika jew awtorità kompetenti (*2)

 

Meħtieġa

Punti ta’ kreditu/xogħol nozzjonali meħtieġ biex jinkisbu l-eżiti tat-tagħlim

 

Fakultattiva

Proċessi interni għall-assigurazzjoni tal-kwalità

 

Fakultattiva

Korp regolatorju estern/korp estern responsabbli għall-assigurazzjoni tal-kwalità

 

Fakultattiva

Aktar informazzjoni dwar il-kwalifika

 

Fakultattiva

Sors tal-informazzjoni

 

Fakultattiva

Link għas-supplimenti rilevanti

 

Fakultattiva

URL tal-kwalifika

 

Fakultattiva

Lingwa tal-informazzjoni (kodiċi)

 

Fakultattiva

Rekwiżiti għad-dħul

 

Fakultattiva

Data tal-iskadenza (fejn rilevanti)

 

Fakultattiva

Modi kif tinkiseb il-kwalifika

 

Fakultattiva

Rabta mal-professjonijiet jew l-oqsma professjonali

 

Fakultattiva


(*1)  ISCED FoET2013

(*2)  L-informazzjoni minima meħtieġa dwar il-korp li joħroġ il-kwalifika jew l-awtorità kompetenti tagħmilha eħfef li wieħed isib informazzjoni dwaru jew dwarha, li tkun tinkludi ismu jew isimha, jew fejn applikabbli isem il-grupp ta’ korpi li joħorġu l-kwalifiki jew ta’ awtoritajiet kompetenti, flimkien mal-URL jew l-informazzjoni ta’ kuntatt.

(*3)  Din id-deskrizzjoni għandha tikkonsisti minn spazji miftuħa riżervati għat-test, mingħajr ebda użu preskritt ta’ terminoloġija standard u l-ebda obbligu li l-Istati Membri jittraduċu d-deskrizzjoni għal lingwi oħra tal-UE.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

15.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/29


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8301 — GE/ATI/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 189/04)

Fit-2 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8301. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


15.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/29


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8190 — Weichai/Kion)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 189/05)

Fil-15 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8190. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

15.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/30


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-ħidma fost iż-żgħażagħ għall-appoġġ liż-żgħażagħ fl-iżvilupp ta’ ħiliet essenzjali għall-ħajja li jiffaċilitaw it-transizzjoni b’suċċess tagħhom għall-ħajja adulta, iċ-ċittadinanza attiva u l-ħajja tax-xogħol

(2017/C 189/06)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

WAQT LI JFAKKAR

1.

L-isfond politiku għal din il-kwistjoni kif jinsab fl-Anness I għal dawn il-konklużjonijiet;

JIRRIKONOXXI LI

2.

L-Unjoni Ewropea qed tiffaċċja sfidi ekonomiċi u soċjali sinifikanti, parzjalment b’riżultat tal-migrazzjoni li qed tiżdied, konsegwenza tal-kriżi finanzjarja u ekonomika.

3.

Dawn l-iżviluppi joffru sfidi partikolari lill-valuri demokratiċi, il-koeżjoni soċjali, il-prospetti tal-impjiegi u l-ħajja tax-xogħol kif ukoll għall-inklużjoni u l-benesseri taż-żgħażagħ, partikolarment dawk f’riskju u b’inqas opportunitajiet.

4.

It-tisħiħ tal-kunċett ta’ ċittadinanza attiva taż-żgħażagħ, id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tagħha, ir-rikonoxximent u r-rispett għall-valuri demokratiċi tagħha, id-diversità kulturali, il-garanzija tiegħu tal-libertà tal-espressjoni u tat-twemmin, permezz tal-kisba tal-ħiliet għall-ħajja meħtieġa (1) huwa essenzjali jekk dawn l-isfidi jridu jiġu indirizzati b’suċċess.

5.

L-iżvilupp tal-ħiliet għall-ħajja huwa ta’ importanza indaqs mhux biss fl-indirizzar tal-isfidi ekonomiċi, politiċi, soċjali u umani li jirriżultaw minn rata ta’ qgħad għolja fost iż-żgħażagħ, iżda wkoll fl-għoti tal-għajnuna liż-żgħażagħ biex jiddeterminaw u jsawru l-ġejjieni tagħhom permezz ta’ impjiegi ta’ kwalità, l-inklużjoni soċjali u ċ-ċittadinanza attiva.

B’KONT MEĦUD TA’

6.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għal Ewropa Inklużiva u Kompetittiva  (2) u b’mod partikolari ir-rikonoxximent tagħha li “Huwa importanti li wieħed imur lil hinn mill-ħtiġijiet immedjati tas-suq tax-xogħol u jiffoka wkoll fuq dawk l-aspetti tal-edukazzjoni u t-taħriġ li kapaċi jagħtu spinta lill-innovazzjoni, l-intraprenditorija u l-kreattività, isawru s-setturi u joħolqu impiegi u swieq ġodda, jemanċipaw lin-nies (inkluż dawk l-aktar vulnerabbli), jarrikkixxu l-ħajja demokratika, u jiżviluppaw ċittadini impenjati, attivi u ta’ talent”.

7.

Ir-reviżjoni tar-Rakkomandazzjoni dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim Tul il-Ħajja (3) li tipprovdi opportunità għal approċċ inklużiv lejn l-iżvilupp ta’ kompetenzi li jistgħu jgħinu liż-żgħażagħ u jiffaċilitaw it-transizzjoni b’suċċess tagħhom għall-ħajja adulta, iċ-ċittadinanza attiva u l-ħajja tax-xogħol. Għalkemm b’terminoloġija differenti, il-Qafas Ewropew tal-Kompetenzi Ewlenin attwali diġà jirreferi għal bosta mill-ħiliet tal-ħajja definiti f’dawn il-Konklużjonijiet tal-Kunsill.

JISSOTTOLINJA LI

8.

Filwaqt li hemm bosta aspetti biex jintlaħqu l-isfidi tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u d-diżlokazzjoni soċjali u l-aljenazzjoni politika li jirriżultaw minnu, is-settur taż-żgħażagħ, permezz ta’ ħidma effettiva fost iż-żgħażagħ, għandu rwol biex jgħin liż-żgħażagħ jiksbu u jiżviluppaw il-ħiliet tal-ħajja li jgħinuhom jimmassimizzaw il-potenzjal tagħhom u jappoġġawhom biex jiksbu u jżommu ħajja personali, soċjali u tax-xogħol produttiva u li tagħtihom sodisfazzjon. Tali ħiliet għall-ħajja jistgħu jgħinu wkoll biex tiġi evitata l-marġinalizzazzjoni u jiġġieldu propaganda, retorika u mġiba li jistgħu jkunu marbuta mar-radikalizzazzjoni li tista’ twassal għall-estremiżmu vjolenti.

JIRRIKONOXXI LI

9.

Filwaqt li l-ħidma fost iż-żgħażagħ tista’ tfisser firxa wiesgħa ta’ miżuri, proġetti, programmi, attivitajiet u inizjattivi offruti minn diversi fornituri f’varjetà ta’ ambjenti, karatteristika speċifika ta’ prattika ta’ ħidma u enfasi fost iż-żgħażagħ hija l-iżvilupp personali u soċjali taż-żgħażagħ.

10.

Ħidma effettiva fost iż-żgħażagħ tista’ twassal għal riżultati pożittivi għaż-żgħażagħ permezz

tal-iżvilupp tal-kompetenzi tagħhom u b’hekk it-tisħiħ tal-iżvilupp personali tagħhom,

il-promozzjoni u l-inkoraġġiment ta’ valuri soċjali, imġiba u attitudnijiet pożittivi partikolarment fir-relazzjonijiet tagħhom ma’ oħrajn,

it-trawwim tal-kapaċitajiet kreattivi u innovattivi u l-potenzjal tagħhom li jippermettulhom jipparteċipaw b’suċċess fil-ħajja tax-xogħol,

il-promozzjoni tal-valuri demokratiċi, biex b’hekk tissaħħaħ iċ-ċittadinanza attiva u l-parteċipazzjoni demokratika.

11.

Il-ħiliet għall-ħajja huma mġiba pożittiva, affermattiva u soluzzjoni tal-problemi użati b’mod xieraq u responsabbli fil-ħajja ta’ kuljum - fid-dar, online, fil-komunità, fl-edukazzjoni/taħriġ u fuq il-post tax-xogħol. Huma sett ta’ ħiliet personali u soċjali miksuba permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-ħidma fost iż-żgħażagħ u t-tagħlim mhux formali u informali li jista’ jintuża biex ikunu indirizzati kwistjonijiet, mistoqsijiet u problemi li spiss jiltaqgħu magħhom ta’ kuljum tul il-ħajja.

JAQBEL LI

12.

Il-ħiliet għall-ħajja huma importanti għaż-żgħażagħ kollha, iżda għandhom sinifikat u importanza partikolari għaż-żgħażagħ f’riskju u dawk b’inqas opportunitajiet u għall-ħtiġijiet tagħhom tal-impjiegi, l-inklużjoni soċjali u l-parteċipazzjoni demokratika.

13.

Il-promozzjoni u l-provvediment għall-kisba u l-iżvilupp ta’ ħiliet għall-ħajja taż-żgħażagħ jistgħu jkunu parti integrali tal-politika taż-żgħażagħ fil-livell Ewropew kif ukoll tal-Istati Membri.

JINNOTA LI

14.

L-Anness II jipprovdi kompendju ta’ ħiliet għall-ħajja li jindikaw għadd ta’ attributi. Dan il-kompendju la huwa preskrittiv u lanqas esklussiv u jirrifletti dawk il-ħiliet għall-ħajja li l-ħidma fost iż-żgħażagħ tista’ tippromwovi u tgħin bl-aħjar mod biex iż-żgħażagħ jiksbuhom. (4)

15.

Il-ħiliet għall-ħajja, kif definiti fl-Anness II, qed jevolvu u d-determinazzjoni ta’ kif il-ħiliet għall-ħajja għandhom jiġu prijoritizzati, ippreżentati u promossi hija kwistjoni għall-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati Ewropej, nazzjonali u lokali rilevanti.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI B’RISPETT LEJN IL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ BIEX

16.

Irawmu l-kontribut tal-ħidma fost iż-żgħażagħ fl-iżvilupp tal-ħiliet għall-ħajja taż-żgħażagħ f’oqfsa u miżuri ta’ politika taż-żgħażagħ immirati lejn l-appoġġ liż-żgħażagħ.

17.

Ixerrdu u jippromwovu fost il-fornituri ta’ ħidma fost iż-żgħażagħ, l-għodod ta’ tagħlim, metodoloġiji u prattiki partikolarment dawk żviluppati minn persuni li jaħdmu fost iż-żgħażagħ li jistgħu jappoġġaw liż-żgħażagħ fil-kisba ta’ ħiliet għall-ħajja.

18.

Jappoġġaw aktar l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari biex il-fornituri ta’ ħidma fost iż-żgħażagħ itejbu l-kapaċità tagħhom li jappoġġaw liż-żgħażagħ fil-kisba ta’ ħiliet għall-ħajja.

19.

Fejn xieraq, jirrikonoxxu u jivvalidaw programmi ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ li jtejbu l-kapaċità ta’ dawk li jaħdmu fost iż-żgħażagħ, kemm imħallsa jew volontarji u mexxejja taż-żgħażagħ biex jużaw b’suċċess għodod ta’ tagħlim, metodoloġiji u prattiki li jgħinu liż-żgħażagħ jidentifikaw, jiksbu u jiżviluppaw ħiliet għall-ħajja, bl-użu ta’ għodod u metodi ta’ valutazzjoni u awtovalutazzjoni.

20.

Jippromwovu u jsaħħu l-volontarjat fost iż-żgħażagħ li jista’ jiffaċilitalhom il-kisba ta’ ħiliet għall-ħajja u jikkontribwixxi għas-sehem tagħhom flimkien mal-fornituri ta’ ħidma fost iż-żgħażagħ fi proġetti u inizjattivi ta’ ħidma fost iż-żgħażagħ.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI FIL-KOMPETENZI RISPETTIVI TAGĦHOM BIEX

21.

Jippromwovu u jipprovdu opportunitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari u reċiproku, proġetti u inizjattivi lill-fornituri ta’ ħidma fost iż-żgħażagħ biex jikkondividu l-għarfien, l-għodod u l-esperjenza fit-trawwim u l-iżvilupp ta’ ħiliet għall-ħajja fost iż-żgħażagħ.

22.

Jikkunsidraw liema ħiliet għall-ħajja miksuba miż-żgħażagħ permezz tal-ħidma fost iż-żgħażagħ u kif jistgħu jiġu identifikati, u dokumentati, sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni permezz ta’ mekkaniżmi għall-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (5).

23.

Jiġi massimizzat l-użu ta’ Erasmus+ u programmi oħra ta’ finanzjament tal-UE b’appoġġ għall-prattika ta’ ħidma fost iż-żgħażagħ biex jitrawmu u jiġu żviluppati ħiliet għall-ħajja taż-żgħażagħ.

24.

Isaħħu d-djalogu bejn il-ħidma fost iż-żgħażagħ, il-politika taż-żgħażagħ u r-riċerka taż-żgħażagħ u l-koordinazzjoni bejn il-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej, b’hekk jiffaċilitaw in-netwerking, il-kooperazzjoni, it-tagħlim bejn il-pari u l-iskambju fir-rigward tal-promozzjoni u l-iżvilupp ta’ ħiliet għall-ħajja fost iż-żgħażagħ.

25.

Jidentifikaw, jappoġġaw u jxerrdu għodod, metodoloġiji u prattiki eżistenti u innovattivi li jrawmu ħiliet għall-ħajja f’diversi ambjenti ta’ ħidma fost iż-żgħażagħ.

26.

Jippromwovu u jappoġġaw sħubijiet u inizjattivi transettorjali, b’mod partikolari bejn il-fornituri ta’ ħidma fost iż-żgħażagħ, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ, is-servizzi soċjali u tal-impjiegi, u s-sħab soċjali li jgħinu liż-żgħażagħ jiksbu u jiżviluppaw ħiliet għall-ħajja.

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI EWROPEA BIEX

27.

Tikkontribwixxi għall-bini tal-għarfien dwar il-ħiliet għall-ħajja mrawma u żviluppati permezz tal-ħidma fost iż-żgħażagħ u tappoġġa lill-Istati Membri fil-promozzjoni tal-bini ta’ kapaċità u l-iżvilupp professjonali ta’ dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ.

28.

Tippromwovi l-ħidma fost iż-żgħażagħ bħala parti integrali tal-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet li kemm iżżid valur lill-aspetti kollha tal-aġenda kif ukoll tikkomplementahom u tappoġġahom.

29.

Tippromwovi u tappoġġa approċċ transettorjali fl-għajnuna liż-żgħażagħ biex jiksbu u jiżviluppaw il-kompetenzi meħtieġa biex jiffaċilitaw it-transizzjoni b’suċċess tagħhom għall-ħajja adulta, iċ-ċittadinanza attiva u l-ħajja tax-xogħol.

30.

Tiżgura li dawn il-Konklużjonijiet tal-Kunsill jikkontribwixxu għar-reviżjoni tar-Rakkomandazzjoni dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim Tul il-Ħajja bil-ħsieb li tissaħħaħ u tkun konsistenti mad-dimensjoni tal-ħiliet għall-ħajja fil-Qafas Ewropew tal-Kompetenzi Ewlenin.


(1)  Definizzjoni tal-ħiliet għall-ħajja kif mifhuma f’dawn il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tinsab fil-paragrafi 10 – 12 u fl-Anness II

(2)  Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għal Ewropa Inklużiva u Kompetittiva (ĠU C 467, 15.12.2016, p. 1).

(3)  Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10).

(4)  Għall-finijiet ta’ dawn il-Konklużjonijiet tal-Kunsill, fornituri ta’ ħidma fost iż-żgħażagħ huma mifhuma bħala kwalunkwe organizzazzjoni, aġenzija u korp ieħor, kemm megħjuna mill-istat u volontarji, li jipprovdu programmi, proġetti, inizjattivi u attivitajiet għaż-żgħażagħ ibbażati fuq ħidma fost iż-żgħażagħ.

(5)  Rakkomandazzjoni dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1).


ANNESS I

Sfond politiku

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10).

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1).

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Perkorsi ta’Titjib tal-Ħiliet: Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti (ĠU C 484, 24.12.2016, p. 1).

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kontribut ta’ ħidma ta’ kwalità fost iż-żgħażagħ għall-iżvilupp, il-benesseri u l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ (ĠU C 168, 14.6.2013, p. 5).

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-massimizzazzjoni tal-potenzjal tal-politika taż-żgħażagħ fl-indirizzar tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 (ĠU C 224, 3.8.2013, p. 2).

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-inklużjoni soċjali ta’ żgħażagħ barra mill-impjieg, edukazzjoni, jew taħriġ (ĠU C 30, 1.2.2014, p. 5).

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-intraprenditorija taż-żgħażagħ għat-trawwim tal-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ (ĠU C 183, 14.6.2014, p. 18).

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-ħidma fost iż-żgħażagħ sabiex jiġu żgurati soċjetajiet koeżivi (ĠU C 170, 23.5.2015, p. 2).

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni politika taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa (ĠU C 417, 15.12.2015, p. 10).

Rapport Konġunt tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (mill-2010 sal-2018) (ĠU C 417, 15.12.2015, p. 17).

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-attivitajiet volontarji fl-isport għall-promozzjoni taċ-ċittadinanza attiva (ĠU C 372, 20.12.2011, p. 24).

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-massimizzazzjoni tar-rwol tal-isport tal-massa fl-iżvilupp ta’ ħiliet trasversali, speċjalment fost iż-żgħażagħ (ĠU C 172, 27.5.2015, p. 8).

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa –Naħdmu flimkien biex insaħħu l-kapital uman, l-impjegabbiltà u l-kompetittività (2016).

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għal Ewropa Inklużiva u Kompetittiva (ĠU C 467, 15.12.2016, p. 1).

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni li twassal għal estremiżmu vjolenti (ĠU C 467, 15.12.2016, p. 3).

Studji, Rapporti ta’ Grupp ta’ Esperti u Dikjarazzjonijiet

Ħidma maż-żgħażagħ: il-valur tal-ħidma għaż-żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea (2014).

L-iżvilupp tal-kreattività u l-potenzjal innovattiv taż-żgħażagħ permezz ta’ tagħlim mhux formali f’modi li huma rilevanti għall-impjiegi (2014).

Ħidma ta’ kwalità fost iż-żgħażagħ - Qafas komuni għall-iżviluppi futuri tal-ħidma fost iż-żgħażagħ (2015).

Il-kontribut speċifiku tal-ħidma għaż-żgħażagħ biex jiġu indirizzati l-isfidi li qed jiffaċċjaw iż-żgħażagħ b’mod partikolari fit-transizzjoni mill-edukazzjoni għall-impjieg (2015).

Dikjarazzjoni tal-ewwel Konvenzjoni Ewropea dwar il-Ħidma fost iż-Żgħażagħ (2010)

Rapport u Dikjarazzjoni tat-Tieni Konvenzjoni Ewropea dwar il-Ħidma fost iż-Żgħażagħ (2015).


ANNESS II (1)

Kompendju ta’ ħiliet għall-ħajja u l-attributi tagħhom

Interpersonali

Komunikazzjoni

Konjittivi

Personali

Tmexxija, riżoluzzjoni tal-konflitti, ippjanar u organizzazzjoni, ħidma f’tim, negozjar u sensibilizzazzjoni interkulturali.

Espressjoni (u smigħ) ta’ fehmiet u opinjonijiet, diskussjoni u dibattitu, litteriżmu diġitali u fil-media, preżentazzjoni u sosteniment.

Ħsieb kritiku, analiżi motivata, ħsieb kreattiv, soluzzjoni tal-problemi, teħid ta’ deċiżjonijiet, interpretazzjoni, ġudizzju.

Awtokunfidenza, awtostima, reżiljenza, awtonomija, inizjattiva, empatija.

Il-karatteristiċi ta’ tali ħiliet għall-ħajja huma:

 

olistiċi, għax ifittxu li jiżviluppaw lill-persuna b’mod sħiħ u jgħinuhom jakkwistaw awtorealizzazzjoni pożittiva kemm bħala individwi kif ukoll bħala esseri umani.

 

ta’ valur fihom innifishom, li joffru liż-żgħażagħ esperjenzi ta’ tagħlim pożittivi u ta’ tisħiħ li jappoġġaw l-iżvilupp tagħhom.

 

komplementari u ta’ tisħiħ, billi jappoġġaw it-tagħlim u l-iżvilupp taż-żgħażagħ fl-edukazzjoni u t-taħriġ, fil-familja, fil-komunità, fil-ħajja ċivika u soċjali u fuq il-post tax-xogħol.

 

trasversali u transsettorjali, irrilevanti mill-kuntest, kemm jekk fl-edukazzjoni, fuq il-post tax-xogħol, fil-komunità jew fit-twettiq ta’ attivitajiet kulturali, soċjali jew politiċi, il-ħiliet miksuba huma ta’ rilevanza u użu immedjat.

 

jagħtu s-setgħa u l-kapaċità, b’hekk jippermettu lit-talenti, l-ħiliet u l-kapaċitajiet taż-żgħażagħ, kif ukoll l-imġiba u l-attitudnijiet tagħhom, isibu espressjoni kostruttiva fil-ħajja personali, ċivika, kulturali u tax-xogħol tagħhom.


(1)  Il-kompendju ta’ ħiliet għall-ħajja jinkludi wħud mill-aktar ħiliet u kompetenzi komunement imsemmija li tirreferi għalihom il-letteratura internazzjonali u b’mod partikolari l-Istudji u r-Rapporti tal-Grupp ta’ Esperti elenkati fl-Anness I.


15.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/35


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar perspettivi strateġiċi għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ wara l-2018

(2017/C 189/07)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

FILWAQT LI JFAKKAR:

1.

Fl-isfond politiku għal din il-kwistjoni kif jinsab fl-Anness ta’ dawn il-konklużjonijiet.

FILWAQT LI JAGĦRAF LI:

2.

Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titlu “Strateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ – Investiment u Responsabbilizzazzjoni. Metodu miftuħ u mġedded ta’ koordinazzjoni biex jindirizza l-isfidi u l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ” (1) ippruvat tistabbilixxi approċċ transsettorjali biex tagħti setgħa liż-żgħażagħ fl-Ewropa u tagħtihom ir-riżorsi u l-opportunitajiet biex jiksbu l-awtonomija.

3.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar “Qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010 - 2018)” (2) inkorporat l-aktar strateġija tal-UE kompetittiva u ambizzjuża għaż-żgħażagħ s’issa. It-tul ta’ żmien tal-qafas ħabat mal-kriżi finanzjarja u ekonomika li, filwaqt li ftit jew wisq laqtet ħażin liċ-ċittadini u l-Istati Membri kollha tal-UE, ħalliet impatt negattiv u sproporzjonat fuq iż-żgħażagħ, u fuq iż-żgħażagħ b’anqas opportunitajiet b’mod partikolari, li rriżulta f’livelli għoljin ta’ qgħad u żied ir-riskju ta’ diżlokazzjoni soċjali, aljenazzjoni politika u saħansitra radikalizzazzjoni vjolenti u estremiżmu li mbagħad ħolqu sfida għall-valuri demokratiċi u l-koeżjoni soċjali.

4.

Kif jidher fir-Rapporti dwar iż-Żgħażagħ tal-Kummissjoni Ewropea tal-2012 u tal-2015 u r-Rapport Konġunt tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-18) (3), il-qafas ta kontribut importanti u siewi mhux biss għall-kooperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ iżda għall-ħajja, il-prospetti, il-benessri, is-sehem u l-inklużjoni taż-żgħażagħ madwar l-Unjoni Ewropea.

5.

Il-Pjani ta’ Ħidma tal-UE għaż-Żgħażagħ tal-2014-2015 (4) u l-2016-2018 (5) saħħew u tejbu l-istrumenti u l-proċessi għall-implimentazzjoni tal-qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ, billi allinjawh iktar mal-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 u indirizzaw l-isfidi emerġenti.

JINNOTA LI:

6.

Il-perijodu ta’ żmien operazzjonali tal-qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ ser jiskadi fi tmiem l-2018 u l-perijodi ta’ żmien operazzjonali kemm ta’ Ewropa 2020, l-istrateġija ta’ għaxar snin tal-Unjoni Ewropea għall-impjiegi u t-tkabbir, kif ukoll tal-programm Erasmus + ser jiskadu fi tmiem l-2020.

JISSOTTOLINJA li:

7.

Il-promozzjoni u s-issalvagwardja tal-valuri tal-Unjoni Ewropea, kif imniżżel fl-Artikolu 2 TUE (6), u t-trawwim tas-sens ta’ identità Ewropea taż-żgħażagħ u l-fiduċja tagħhom fil-proġett Ewropew bl-iżvilupp tal-kompetenzi tagħhom u l-promozzjoni tas-sehem politiku, l-involviment ċiviku u l-attivitajiet ta’ volontarjat u l-mobilità tat-tagħlim tagħhom, ser ikomplu jkunu fundamentali biex tiġi determinata l-kooperazzjoni Ewropea futura fil-qasam taż-żgħażagħ.

8.

Ir-rwol tal-ħidma u tat-tagħlim mhux formali u dak informali taż-żgħażagħ huwa ta’ importanza ċentrali fil-qasam taż-żgħażagħ u jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-kompetenzi taż-żgħażagħ.

JAQBEL LI:

9.

Għandu jiġi żviluppat u appoġġat qafas ġdid għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ, wara l-2018, b’enfasi fuq approċċ transettorjali b’valur miżjud ċar fil-livell tal-UE u li jinkludi l-possibbiltà ta’ Pjani ta’ Ħidma tal-UE għaż-Żgħażagħ għandu jiġi żviluppat u appoġġat waqt li jittieħed kont tar-riżultati tal-evalwazzjoni tal-qafas attwali.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI FL-OQSMA RISPETTIVI TA’ KOMPETENZA TAGĦHOM U BIR-RISPETT XIERAQ TAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ:

10.

jiżguraw li l-iżvilupp tal-qafas għal kooperazzjoni Ewropea futura fil-qasam taż-żgħażagħ ikun ibbażat fuq l-evidenza, influwenzat u mirfud minn konsultazzjoni inklużiva u b’bażi mifruxa mal-partijiet ikkonċernati kollha rilevanti, fosthom iż-żgħażagħ, il-fornituri ta’ ħidma fost iż-żgħażagħ (7), il-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ (kemm professjonali kif ukoll volontarji) u dawk li jfasslu l-politika fil-livelli kollha, sabiex jintlaħaq kunsens fuq l-għanijiet u l-objettivi tal-politika futura fil-qasam taż-żgħażagħ u jittieħed impenn lejhom.

11.

iqisu li l-qafas għall-kooperazzjoni Ewropea futura fil-qasam taż-żgħażagħ huwa transettorjali, flessibbli, orjentat għall-ħtiġijiet u trasparenti u jieħu kont taċ-ċirkostanzi politiċi, soċjali, kulturali u ekonomiċi li qed jinbidlu malajr fil-livelli Ewropej u internazzjonali.

12.

jiżguraw li Erasmus + u programmi u strumenti oħra jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Qafas u, fejn adatt, huma allinjati miegħu.

13.

ipoġġu l-fokus prinċipali tal-qafas fuq it-temi speċifiċi tal-politika dwar iż-żgħażagħ, li huma kompetenza tal-istrutturi responsabbli miż-żgħażagħ iżda wkoll ikomplu jsaħħu l-iżviluppi u l-inizjattivi f’oqsma ta’ politika relatati sabiex jiġu żgurati kooperazzjoni transettorjali u appoġġ reċiproku.

14.

jevalwaw, jeżaminaw u jġeddu d-Djalogu Strutturat u l-objettivi tiegħu bil-ħsieb li jiġi faċilitat djalogu kostruttiv innovattiv, sinifikanti u mmirat mhux biss ma’ żgħażagħ minn organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, iżda wkoll ma’ dawk iż-żgħażagħ minn ambjenti differenti, dawk b’anqas opportunitajiet u żgħażagħ mhux organizzati.

15.

ikomplu jikkunsidraw il-kompetenzi (l-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet) u l-valuri li ż-żgħażagħ jeħtieġu biex isostnu ħajjiet personali, soċjali u professjonali sodisfaċenti u, b’mod partikolari, biex jikkommunikaw ma’ żgħażagħ b’anqas opportunitajiet u jinkluduhom.

16.

Jikkunsidraw ir-rwol li l-Internet, il-mezzi tax-xandir soċjali u d-diġitalizzazzjoni jistgħu jaqdu fil-promozzjoni tas-solidarjetà, il-parteċipazzjoni politika u ċ-ċittadinanza attiva fost iż-żgħażagħ u fil-ġlieda kontra l-aljenazzjoni politika, il-populiżmu, il-propaganda u r-radikalizzazzjoni li jistgħu jwasslu għall-estremiżmu vjolenti.

17.

jevalwaw, ikomplu jsaħħu u jiżviluppaw fejn possibbli strumenti politiċi, għodod u metodi u kollaborazzjonijiet komplementari bħas-Sħubija bejn l-UE u l-KtE fil-Qasam taż-Żgħażagħ bl-għan li jżommu u jtejbu kooperazzjoni Ewropea effettiva fil-qasam taż-żgħażagħ, wara l-2018.

KONSEGWENTEMENT JAQBEL LI:

18.

jistieden lill-Presidenzi futuri jħejju abbozz ta’ qafas ġdid għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ, wara l-2018, billi jqisu dawn il-Konklużjonijiet kif ukoll l-inizjattiva li jmiss tal-Kummissjoni għal Strateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ – wara l-2018. Dan l-abbozz għandu jitressaq quddiem il-Kunsill bil-ħsieb tal-adozzjoni tiegħu.


(1)  9008/09

(2)  ĠU C 311, 19.12.2009, p. 1.

(3)  ĠU C 417, 15.12.2015, p. 17.

(4)  ĠU C 183, 14.6.2014, p. 5.

(5)  ĠU C 417, 15.12.2015, p. 1.

(6)  ĠU C 326, 26.10.2012, p. 17.

(7)  Fornituri ta’ ħidma fost iż-żgħażagħ huma mifhuma bħala kull organizzazzjoni, aġenzija u korp ieħor, kemm megħjuna mill-istat kif ukoll volontarji, li jipprovdu programmi, proġetti, inizjattivi u attivitajiet għaż-żgħażagħ ibbażati fuq il-ħidma fost iż-żgħażagħ.


ANNESS

SFOND POLITIKU

1.

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (1)

2.

Il-qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018) li stipula żewġ għanijiet strateġiċi globali u approċċ doppju biex dawn jintlaħqu, bl-użu ta’ inizjattivi speċifiċi fil-qasam taż-żgħażagħ u l-integrazzjoni ta’ inizjattivi fi tmien oqsma ta’ azzjoni. Il-qafas ippreveda wkoll ċikli ta’ ħidma ta’ tliet snin li għalihom il-prijoritajiet kellhom jiġu maqbula u Djalogu Strutturat maż-żgħażagħ biex fuqu jiġi bbażat il-proċess.

3.

Ir-Rapport Konġunt tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2015) li evalwa l-impatt tal-qafas matul il-perijodu mill-2013 sal-2015.

4.

Ewropa 2020, l-istrateġija fuq għaxar snin tal-Unjoni Ewropea għall-impjiegi u t-tkabbir, li inkludiet l-inizjattivi ewlenin “Żgħażagħ Attivi” u “Aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi”.

5.

Id-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi tas-17 ta’ Marzu 2015, li promwoviet iċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni.

6.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ April 2015 dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà li tiddikjara li l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ għandha rwol ewlieni x’taqdi fil-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni vjolenti billi tippromwovi l-valuri komuni Ewropej, trawwem l-inklużjoni soċjali, issaħħaħ il-fehim reċiproku u t-tolleranza.

7.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta’ Ġunju 2016 dwar “Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa: –Naħdmu flimkien biex insaħħu l-kapital uman, l-impjegabbiltà u l-kompetittività”.

8.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2016 dwar “Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għal Ewropa Inklużiva u Kompetittiva”.

9.

Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tas-7 ta’ Diċembru 2016 dwar “Ninvestu fiż-Żgħażagħ tal-Ewropa”, dwar “It-titjib u l-immodernizzar tal-edukazzjoni” u dwar “Korp Ewropew ta’ Solidarjetà”.

10.

White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa – Riflessjonijiet u xenarji għall-UE27 sal-2025.


(1)  ĠU C 326, 26.10.2012, p. 13.


15.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/38


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar approċċ strateġiku tal-UE għal relazzjonijiet kulturali internazzjonali

(2017/C 189/08)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

1.

IFAKKAR fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2015 dwar il-kultura fir-relazzjonijiet esterni tal-UE b’attenzjoni fuq il-kultura fil-kooperazzjoni (1) għall-iżvilupp li, inter alia, appellaw lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà biex jipproponu approċċ aktar strateġiku għall-kultura fir-relazzjonijiet esterni tal-UE;

2.

JILQA’ TAJJEB il-fatt li l-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli rrispondew għal din l-istedina billi fit-8 ta’ Ġunju 2016 ħarġu Komunikazzjoni Konġunta “Lejn Strateġija tal-UE għal Relazzjonijiet Kulturali Internazzjonali” (2);

3.

IFAKKAR fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta’ Ottubru 2016 dwar l-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà tal-UE (3), li approvaw l-oqsma prijoritarji għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Globali u enfasizzaw ir-rwol tad-diplomazija kulturali;

4.

JILQA’ TAJJEB il-fatt li l-Istrateġija Globali (4) rrikonoxxiet ir-rwol tal-kultura fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà tal-UE b’mod ġenerali u b’mod partikolari f’oqsma bħall-ġlieda kontra t-terroriżmu, ir-reżiljenza soċjetali u r-riżoluzzjoni tal-konflitti;

5.

għalhekk JIRRIKONOXXI li l-kultura tifforma parti minn approċċ strateġiku u trasversali għar-relazzjonijiet internazzjonali tal-Unjoni;

6.

B’KUNSIDERAZZJONI DOVUTA lejn l-isferi rispettivi ta’ kompetenza tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri, kif ukoll lejn il-prinċipju tas-sussidjarjetà, JENFASIZZA li approċċ strateġiku għal relazzjonijiet kulturali internazzjonali jenħtieġ li jinkludi l-oqsma ta’ politika rilevanti kollha u jqis il-Komunikazzjoni Konġunta tat-8 ta’ Ġunju 2016. Jenħtieġ ukoll li dan ikun allinjat mal-Konvenzjoni tal-Unesco tal-2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali kif ukoll mal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli. B’mod aktar speċifiku, jenħtieġ li tali approċċ:

(a)

jinvolvi perspettiva minn isfel għal fuq, filwaqt li jirrispetta l-indipendenza tas-settur kulturali, isaħħaħ il-libertà ta’ espressjoni u l-integrità tal-artisti, jinkoraġġixxi kuntatti diretti bejn l-artisti, l-operaturi kulturali u s-soċjetà ċivili, u jippermetti flessibbiltà suffiċjenti biex ikun jista’ jitqies ix-xenarju globali f’evoluzzjoni rapida;

(b)

jiġi żviluppat fuq il-premessa li r-relazzjonijiet kulturali internazzjonali jistgħu biss jieħdu forma billi titrawwem id-diversità kulturali fl-UE, biex b’dan il-mod liċ-ċittadini tingħatalhom il-kapaċità li jestendu l-apprezzament u l-konoxxenza kulturali tagħhom, tiġi stimolata l-kreattività tagħhom u jiġu inkoraġġuti t-tagħlim u d-djalogu reċiproku li jikber maż-żmien, bil-ħsieb li kompetenzi interkulturali (5) jiġu żviluppati u d-djalogu interkulturali jiġi promoss ulterjorment;

(c)

jinkoraġġixxi l-konsistenza u l-koerenza tal-isforzi, filwaqt li jiżgura l-komplementarjetà totali mal-azzjonijiet tal-Istati Membri. Jenħtieġ li jkun hemm ukoll komplementarjetà ma’ azzjonijiet li jkunu qed isiru f’livell internazzjonali, bħal dawk permezz tal-Kunsill tal-Ewropa u l-Unesco, filwaqt li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi;

7.

Bil-fehim li l-kultura hija parti essenzjali mir-relazzjonijiet internazzjonali tal-UE, JIRRAKKOMANDA li jiġi attivat Grupp tal-Ħbieb tal-Presidenza biex jaġixxi bħala pjattaforma trasversali biex jitfassal approċċ strateġiku tal-UE li jkun integrat, komprensiv u progressiv għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali li jesplora sinerġiji fl-oqsma ta’ politika rilevanti kollha b’rispett sħiħ għall-prinċipju tas-sussidjarjetà. Billi jagħmel hekk, dan il-Grupp jidentifika l-prinċipji, l-objettivi u l-prioritajiet strateġiċi komuni ta’ tali approċċ għall-inklużjoni fi pjan direzzjonali, filwaqt li jidentifika fejn tista’ tkun rilevanti azzjoni konġunta fil-livell tal-UE;

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI biex:

8.

Isaħħu l-kollaborazzjoni bejn il-Ministeri rilevanti partikolarment il-Ministeri għall-Kultura u l-Affarijiet Barranin, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u l-partijiet ikkonċernati;

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI EWROPEA U S-SERVIZZ EWROPEW GĦALL-AZZJONI ESTERNA (SEAE) biex:

9.

Jappoġġaw lill-Grupp tal-Ħbieb tal-Presidenza billi jipprovdu kompetenza esperta teknika, pereżempju permezz tal-Pjattaforma tad-Diplomazija Kulturali (6);

10.

Jagħtu prijorità lil inizjattivi fil-qasam tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali permezz ta’ politiki u programmi tal-UE u jikkonsidraw li jippromwovu l-viżibbiltà tagħhom permezz ta’ portal ta’ aċċess uniku;

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI, LILL-KUMMISSJONI U LIS-SEAE biex

11.

Jiġbru u jiskambjaw l-aħjar prattiki dwar inizjattivi kulturali f’pajjiżi terzi, inkluż permezz tal-Pjattaforma tad-Diplomazija Kulturali;

12.

Jikkunsidraw proġetti pilota f’pajjiżi terzi biex jittestjaw forom ta’ kollaborazzjoni, inkluż azzjonijiet konġunti u sħubijiet transsettorjali kreattivi, bl-involviment ta’ atturi kulturali lokali, awtoritajiet lokali u reġjonali, NGOs rilevanti, istituti kulturali nazzjonali, raggruppamenti ta’ EUNIC (7) u delegazzjonijiet tal-UE.


(1)  Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kultura fir-relazzjonijiet esterni tal-UE b’attenzjoni fuq il-kultura fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp (ĠU C 417, 15.12.2015, p. 41).

(2)  10082/16

(3)  13202/16

(4)  10715/16

(5)  Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2008 dwar Kompetenzi Interkulturali (ĠU C 141, 7.6.2008, p. 14).

(6)  Il-Pjattaforma tad-Diplomazija Kulturali tnediet f’Marzu 2016 mis-Servizz tal-Kummissjoni Ewropea tal-Istrumenti tal-Politika Barranija sabiex tappoġġa lill-istituzzjonijiet tal-UE fl-implimentazzjoni ta’ Strateġija tal-UE għal Relazzjonijiet Kulturali Internazzjonali. Il-Pjattaforma għandha l-għan li twettaq attivitajiet li jsaħħu l-involviment kulturali tal-UE ma’ pajjiżi terzi u ċ-ċittadini tagħhom, l-iżjed permezz ta’ appoġġ u konsulenza lill-istituzzjonijiet tal-UE, inkluż id-delegazzjonijiet tal-UE, u t-twaqqif ta’ programm ta’ taħriġ għal tmexxija kulturali globali.

(Sors: http://www.cultureinexternalrelations.eu/)

(7)  EUNIC (Istituti Nazzjonali tal-Unjoni Ewropea għall-Kultura) huwa netwerk globali li jiġbor fih istituti kulturali nazzjonali u ambaxxati.


15.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/40


Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar l-isport bħala pjattaforma għall-inklużjoni soċjali permezz tal-volontarjat

(2017/C 189/09)

IL-KUNSILL TAL-UE U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦIN FIL-KUNSILL,

FILWAQT LI JFAKKRU LI

1.

L-isport huwa l-akbar attività soċjali u volontarja fl-Ewropa. Ħafna nies jieħdu interess fih u l-isport għandu rwol importanti biex jiġbor flimkien persuni minn ambjenti differenti.

2.

Is-soċjetajiet Ewropew qed jaffaċċjaw sfidi biex jibqgħu koeżivi u inklużivi. Il-volontarjat fl-isport bħala involviment fis-soċjetà jista’ jappoġġa l-integrazzjoni soċjali, jikkontribwixxi għaċ-ċittadinanza attiva u jista’ jintuża biex tiġi indirizzata l-esklużjoni soċjali (1).

3.

Il-volontarjat fl-isport jista’ joħloq sens aktar b’saħħtu ta’ appartenenza fis-soċjetà fost il-membri vulnerabbli tas-soċjetà. Dan jista’ jgħin biex jippromwovi ċ-ċittadinanza attiva. Dawn il-konklużjonijiet tal-Kunsill jirrikonoxxu d-diversitajiet fis-soċjetà Ewropea u għandhom l-għan li jindirizzaw gruppi li jinsabu f’riskju ta’ emarġinazzjoni, jiġifieri l-migranti u r-refuġjati (2), l-anzjani, persuni b’diżabilità u ż-żgħażagħ vulnerabbli (3).

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU LI

4.

Għadd ta’ Stati Membri tal-UE, minkejja li kienu qed jirkupraw bil-mod mill-kriżi ekonomika u finanzjarja, komplew jiġġieldu l-faqar u l-esklużjoni soċjali (4). L-inklużjoni soċjali teħtieġ trattament ugwali tal-gruppi kollha fis-soċjetà u enfasi speċjali fuq il-parteċipazzjoni.

5.

Il-kunflitti, il-kriżijiet u s-sitwazzjonijiet instabbli fil-pajjiżi terzi wasslu għal żieda bla preċedent fl-għadd ta’ migranti u refuġjati (5) fl-Ewropa mill-2010, li biha feġġet kriżi tal-migranti u r-refuġjati fl-Ewropa, bl-Istati Membri jbatu biex ilaħħqu mal-influss.

6.

Id-dikjarazzjoni konġunta tal-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew dwar il-prijoritajiet leġislattivi tal-UE għall-2017 għandha l-għan tindirizza l-aktar sfidi urġenti li qed taffaċċja l-UE llum. Id-dikjarazzjoni konġunta tistabbilixxi sitt oqsma speċifiċi li għandhom jiġu ttrattati bħala prijorità. L-indirizzar tad-dimensjoni soċjali tal-UE u r-riforma u l-iżvilupp tal-politika tal-migrazzjoni tal-UE huma fost dawn is-sitt oqsma ta’ prijorità. (6)

7.

Il-volontarjat fl-isport jista’ jilħaq lin-nies fuq livell internazzjonali, nazzjonali, reġjonali u lokali, jinkoraġġixxi ċ-ċittadinanza attiva u jista’ jkun ukoll għodda soċjali b’saħħitha f’bosta oqsma. Jista’ jintuża biex jgħin fl-integrazzjoni tal-popolazzjoni tal-migranti li qed tiżdied, fil-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali jew biex iżid is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet, kif ukoll jikkontribwixxi għall-ugwaljanza bejn is-sessi. Huwa għandu parti integrali fil-ħolqien tal-koeżjoni soċjali u l-komunitajiet inklużivi. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet lokali, f’kooperazzjoni ma’ klabbs sportivi, assoċjazzjonijiet u entitajiet oħra li jużaw l-isport bħala metodu fil-ħidma tagħhom, għandhom rwol kruċjali.

8.

L-anzjani jirrappreżentaw parti importanti u li qed tikber tas-soċjetà, tal-ekonomija, tal-kultura u tal-ħajja Ewropea. Taħlita ta’ fatturi bħad-dħul baxx, problemi ta’ saħħa, età avvanzata u/jew diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru, kapaċità fiżika jew mentali mnaqqsa, il-qagħad, l-iżolament, l-abbuż u l-aċċess limitat għas-servizzi jista’ kollha jkollhom rwol fiż-żieda tar-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali (7) għal uħud f’dan il-grupp. Il-volontarjat fl-isport jista’ joħroġ lill-dawk affettwati mill-iżolament u jwassalhom biex jaqsmu l-esperjenza tagħhom, u b’hekk jappoġġa djalogu interġenerazzjonali.

9.

Minbarra li jiżviluppa varjetà ta’ ħiliet u kompetenzi fiż-żgħażagħ, il-volontarjat fl-isport jipprovdilhom opportunitajiet ta’ tagħlim nonformali u informali li permezz tiegħu jistgħu jiksbu attitudnijiet soċjali pożittivi bbażati fuq il-valuri żviluppati permezz tal-isport. (8) Il-volontarjat fl-isport jista’ jservi wkoll ta’ xibka ta’ sikurezza għaż-żgħażagħ li mhumiex qed jistudjaw jew ma għandhomx impjieg u qegħdin fil-marġni tas-soċjetà (9).

10.

L-opportunitajiet indaqs għal persuni b’diżabilità jippermettulhom jipparteċipaw bħala voluntiera fl-isport fuq bażi ugwali ma’ ħaddieħor. (10) Il-persuni kollha b’diżabilità għandu jkollhom id-dritt għal aċċess sħiħ għall-attivitajiet sportivi inkluż li jkunu voluntiera. (11)

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU LI

11.

Skont l-Ewrobarometru tal-2014, 7 % taċ-ċittadini tal-UE jgħidu li jinvolvu ruħhom f’ħidma volontarja li tappoġġa attivitajiet sportivi (12). L-istħarriġ juri li terz ta’ dawk li wieġbu jqattgħu aktar minn sitt sigħat fix-xahar fil-volontarjat, bi 8 % jagħtu 21 siegħa jew aktar.

12.

Il-volontarjat jaqdi rwol ewlieni biex jinkludi lil persuni f’komunità billi jsaħħaħ ir-rwol taċ-ċittadini attivi, iżid l-impjegabbiltà u jippromwovi l-valuri u d-djalogu interkulturali. L-attivitajiet volontarji fl-isport jista’ jkollhom forom differenti u jistgħu jitwettqu b’mod okkażjonali (pereżempju, it-tħejjija u l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti sportivi lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali) jew fuq bażi aktar regolari ta’ kuljum (pereżempju, attivitajiet imwettqa fit-tmexxija ta’ diversi korpi jew assoċjazzjonijiet sportivi attivi fil-qasam tal-isport) (13).

13.

Għad hemm nuqqas ta’ evidenza li tappoġġa l-politiki fil-qasam tal-inklużjoni soċjali u l-volontarjat fl-isport. Sal-lum għadu ma kien hemm l-ebda studju sistematiku, transnazzjonali li jiffoka fuq il-kundizzjonijiet politiċi, l-implikazzjonijiet ekonomiċi u soċjali u l-karatteristiċi strutturali tal-assoċjazzjonijiet, il-federazzjonijiet, il-klabbs u entitajiet sportivi oħra li jippromwovu l-inklużjoni soċjali u l-volontarjat fl-isport. (14)  (15)

14.

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għandu l-għan li jippermetti lil aktar żgħażagħ jipparteċipaw f’firxa wiesgħa ta’ attivitajiet ta’ solidarjetà permezz tal-volontarjat, l-impjieg, it-taħriġ jew l-apprendistati, biex jgħin fl-indirizzar ta’ sitwazzjonijiet diffiċli fl-Ewropa kollha. Huwa jista’ jgħinhom jiżviluppaw il-kompetenzi li għandhom bżonn kemm fis-suq tax-xogħol kif ukoll għal ċittadinanza attiva. Min-naħa tiegħu, dan jista’ jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-valuri Ewropej (16).

JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI BIEX

15.

Jesploraw u japprovaw il-volontarjat fl-isport bħala pjattaforma għall-inklużjoni soċjali. Dan jista’ jsir permezz tal-appoġġ u l-inkoraġġiment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’kooperazzjoni ma’ klabbs u organizzazzjonijiet sportivi, inkluż organizzazzjonijiet nongovernattivi, li jużaw l-isport bħala metodu fil-ħidma tagħhom biex jipprovdu aċċess għal dawk il-persuni li huma soċjalment esklużi. Dan iservi biex jiġu promossi u żviluppati modi innovattivi li permezz tagħhom tiġi inkoraġġuta l-inklużjoni soċjali tal-minoranzi u l-gruppi vulnerabbli, inkluż l-anzjani iżolati, iż-żgħażagħ vulnerabbli, il-persuni b’diżabilità, il-migranti u r-refuġjati, bil-promozzjoni tal-volontarjat fl-isport, biex b’hekk il-minoranzi jingħataw ħiliet ġodda u jitnissel fihom l-isport bħala stil ta’ ħajja.

16.

Jippromwovu l-isport fost persuni mill-isferi kollha tas-soċjetà, inkluż il-migranti, l-anzjani, il-persuni b’diżabilità u ż-żgħażagħ vulnerabbli.

17.

Jiżviluppaw u jippromwovu l-volontarjat fl-isport bħala kunċett edukattiv ta’ valur li għandu jiġi inkluż fil-livelli differenti tat-tagħlim informali u dak mhux formali, filwaqt li jinvolvu lill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u sportivi u partijiet ikkonċernati oħra tas-soċjetà ċivili u jsaħħu l-kooperazzjoni bejniethom. Dan jista’ jinvolvi programmi edukattivi b’kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-isport li jenfasizzaw il-benefiċċji ta’ benessri fiżiku u mentali kif ukoll l-importanza tal-voluntiera fl-isport.

18.

Jippromwovu l-volontarjat permezz tal-organizzazzjoni ta’ avvenimenti sportivi kbar bi sħubija mal-moviment sportiv. Avvenimenti sportivi kbar jistgħu joffru opportunità kbira biex jinħolqu l-kundizzjonijiet xierqa għat-taħriġ ta’ voluntiera, billi jgħinuhom jiksbu l-kompetenzi meħtieġa.

JISTIEDNU LILL-KUMMISSJONI EWROPEA BIEX

19.

Tappoġġa l-iskambju ta’ prattiki tajbin u għarfien relatati mal-volontarjat fl-isport fl-Istati Membri kollha tal-UE bil-ħsieb tal-kontribut u l-impatt li għandu l-volontarjat fl-isport fuq l-inklużjoni soċjali.

20.

Tikkunsidra l-appoġġ għal inizjattivi transnazzjonali (eż. skambju ta’ prattiki tajbin, studji, netwerks, proġetti) li jiffukaw fuq l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet strateġiċi nazzjonali u internazzjonali dwar l-inklużjoni soċjali fil-qafas tal-programmi ta’ finanzjament tal-UE, speċjalment Erasmus+ u l-Fond Soċjali Ewropew, b’enfasi fuq il-volontarjat fl-isport.

JISTIEDNU LILL-KUMMISSJONI EWROPEA U LILL-ISTATI MEMBRI, FIL-LIMITI RISPETTIVI TAL-KOMPETENZA TAGĦHOM BIEX

21.

Iqisu l-Ġimgħa Ewropea tal-Isport bħala inizjattiva biex tippromwovi l-volontarjat fl-isport u tinvolvi individwi minn kull parti tas-soċjetà. Din tista’ tkun mezz biex jintlaħqu t-taqsimiet kollha tas-soċjetà permezz tal-attivitajiet f’żoni żvantaġġati u billi jiġu attirati voluntiera fl-isport minn dawn iż-żoni.

22.

Jippromwovu r-rikonoxximent u l-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali li jinkiseb permezz tal-volontarjat fl-isport, b’mod partikolari permezz tal-użu ta’ għodod u gwida (17) Ewropej li jistgħu jiffaċilitaw il-validazzjoni u jtejbu l-komparabbiltà, it-trasparenza u r-rikonoxximent aħjar tal-eżiti tat-tagħlim miksuba. L-għan ikun li jiġi eżaminat kif jista’ jissaħħaħ l-istatus tal-voluntiera sabiex jiġi żgurat ir-rikonoxximent tal-kompetenzi li jkunu kisbu.

23.

Jippromwovu l-użu tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment u l-Fond ta’ Koeżjoni għall-infrastruttura kif ukoll programmi oħra għall-klabbs sportivi biex itejbu l-kundizzjonijiet soċjali prevalenti speċjalment f’dawk iż-żoni b’konċentrazzjoni għolja ta’ gruppi li jinsabu f’riskju ta’ emarġinazzjoni.

24.

Jippromwovu l-kunċett tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà fost l-organizzazzjonijiet sportivi u jinkoraġġuhom jieħdu sehem f’din l-inizjattiva, sabiex iż-żgħażagħ li huma attivi fil-qasam tal-isport ikun jista’ jkollhom aċċess aħjar għal dan il-programm.

JISTIEDNU LILL-MOVIMENT TAL-ISPORT JIKKUNSIDRA LI

25.

Jinkoraġġixxi l-inklużjoni tal-migranti u r-refuġjati, l-anzjani, il-persuni b’diżabilità, u taż-żgħażagħ vulnerabbli fi rwoli varji ta’ volontarjat f’attivitajiet sportivi fuq il-livell bażiku permezz tal-organizzazzjoni ta’ avvenimenti sportivi żgħar u kbar u jagħmel id-dħul fil-qasam tal-volontarjat fl-isport fuq il-livell bażiku aktar aċċessibbli sabiex tingħata s-setgħa lil dawn l-individwi.

26.

Jiżviluppa kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet sportivi, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u organizzazzjonijiet nongovernattivi oħra dwar kif jippromwovu, jinvolvu u jżommu l-voluntiera sabiex jimmassimizzaw l-opportunitajiet għall-volontarjat fl-isport, pereżempju fil-qafas ta’ avvenimenti sportivi kbar.

27.

Joħloq opportunitajiet ta’ tagħlim u ta’ taħriġ biex jittejbu l-ħiliet tal-voluntiera fl-istaff ta’ organizzazzjonijiet sportivi inkluż il-migranti u r-refuġjati, iċ-ċittadini anzjani, il-persuni b’diżabilità, iż-żgħażagħ vulnerabbli u minoranzi oħra, filwaqt li fl-istess ħin jindirizza t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ dawk responsabbli mir-reklutaġġ u l-ġestjoni ta’ gruppi diversi ta’ voluntiera.

28.

Jinkoraġġixxi opportunitajiet indaqs fil-klabbs sportivi, inkluż it-trattament ugwali ta’ gruppi f’riskju ta’ emarġinazzjoni fir-rigward tas-sħubija u l-parteċipazzjoni bħala voluntiera fil-klabb.

29.

Jippromwovi l-involviment ta’ anzjani fi klabbs sportivi u l-integrazzjoni ta’ voluntiera anzjani, u juża l-esperjenza utli mill-ħajja tagħhom fi strutturi sportivi fil-livelli kollha.


(1)  L-esklużjoni soċjali hija mifhuma li tfisser il-proċess li jimbotta lin-nies lejn xifer is-soċjetà, li jillimita l-aċċess tagħhom għar-riżorsi u l-opportunitajiet, inaqqas il-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja soċjali u kulturali normali, u jħallihom iħossuhom emarġinati, bla setgħa u diskriminati.

(2)  Dan id-dokument jirreferi għall-integrazzjoni tal-migranti u r-refuġjati skont il-Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri dwar l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jgħixu legalment fl-UE adottati fid-9 ta’ Diċembru 2016. (15312/16).

(3)  Gruppi li jkollhom riskju ogħla ta’ faqar u esklużjoni soċjali mill-popolazzjoni ġenerali. Il-minoranzi etniċi, il-migranti, il-persuni b’diżabilità, dawk bla saqaf fuq rashom, dawk bi problemi ta’ abbuż mid-droga, l-anzjani u ż-żgħażagħ iżolati, kollha jiffaċċjaw, ta’ spiss, diffikultajiet li jistgħu jwasslu għal aktar esklużjoni soċjali, bħal livelli baxxi ta’ edukazzjoni u qagħad jew sottoimpjieg.

(4)  Social Policy Reforms in the EU: A Cross-national Comparison Social Inclusion Monitor Europe (SIM) –Reform Barometer. Jan Arpe, Simona Milio, Andrej Stuchlik (Eds.)

(5)  White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa u t-triq ‘il quddiem – Riflessjonijiet u xenarji għall-UE27 sal-2025 p. 4 “Il-kriżi tar-refuġjati, meta 1,2 miljun persuna waslu l-Ewropa fl-2015, hija ta’ skala bla preċedent mindu ntemmet it-Tieni Gwerra Dinjija” (Ara wkoll in-nota 3 f’qiegħ il-paġna).

(6)  Dikjarazzjoni konġunta dwar il-programmazzjoni interistituzzjonali annwali għall-2017 - Approvazzjoni. Dok. 15375/16

(7)  Active Senior Citizens for Europe - A Guide to the EU (2012) AGE Platform Europe.

(8)  ĠU C 372, 20.12.2011, p. 24.

(9)  Il-Promozzjoni tal-Inklużjoni u l-Valuri Fundamentali permezz tat-Tagħlim Formali u Nonformali: Miżuri fil-livell tal-UE biex tiġi implimentata d-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi.

(10)  ĠU C 326, 3.12.2010, p. 5.

(11)  COM(2010) 636 final -“Strateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020: Impenn mill-Ġdid għal Ewropa Mingħajr Ostakoli.

(12)  Ewrobarometru Speċjali dwar l-Isport u l-Attività Fiżika 412 (2014)

(13)  Grupp ta’ Esperti dwar l-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani u l-Isport. Rakkomandazzjonijiet biex jinkoraġġixxu l-volontarjat fl-isport, prattiki tajbin dwar mekkaniżmi legali u fiskali.

(14)  Il-Proġett “Inklużjoni Soċjali u Volontarjat fil-Klabbs Sportivi fl-Ewropa” (SIVSCE) b’appoġġ għall-Programm Erasmus+ tal-Unjoni Ewropea (2015-2017)

(15)  Netwerk Ewropew għall-Inklużjoni fl-Isport (ESPIN) - Nippromwovu Opportunitajiet Indaqs għall-Migranti u l-Minoranzi permezz tal-Volontarjat fl-Isport.

(16)  L-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(17)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1).


ANNESS

Id-dokumenti ewlenin li ġejjin jenfasizzaw l-importanza tal-volontarjat fl-isport bħala għodda għall-inklużjoni soċjali:

1.

L-Istrateġija Ewropa 2020 u waħda mis-seba’ inizjattivi ewlenin, li tenfasizza l-ħtieġa għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi li għandhom jgħinu lill-persuni li jinsabu fuq ix-xifer tal-faqar u huma esklużi soċjalment biex jgħixu bid-dinjità u jieħdu sehem attiv fis-soċjetà (7110/10).

2.

Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta’ Novembru 2010 dwar ir-rwol tal-isport bħala sors u mutur tal-inklużjoni soċjali attiva (ĠU C 326, 3.12.2010, p. 5).

3.

Komunikazzjoni dwar il-Politiki tal-UE u l-Volontarjat: Ir-Rikonoxximent u l-Promozzjoni fl-UE tal-Ħidmiet Volontarji Transkonfinali (COM(2011) 568 final).

4.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-attivitajiet volontarji fl-isport għall-promozzjoni taċ-ċittadinanza attiva (ĠU C 372, 20.12.2011, p. 24).

5.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1).

6.

Pjan ta’ Ħidma tal-UE għall-Isport 2014-2017 (ĠU C 183, 14.6.2014, p. 12).

7.

Ewrobarometru Speċjali dwar l-Isport u l-Attività Fiżika 412 (2014).

8.

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa: Naħdmu flimkien biex insaħħu l-kapital uman, l-impjegabbiltà u l-kompetittività (dok. 10038/16).

9.

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri dwar l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jgħixu legalment fl-UE adottati fid-9 ta’ Diċembru 2016 (dokument 15312/16).

10.

Dikjarazzjoni konġunta dwar il-programmazzjoni interistituzzjonali annwali għall-2017 (dokument 15375/16).

11.

Ninvestu fiż-Żgħażagħ tal-Ewropa

(a)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Ninvestu fiż-Żgħażagħ tal-Ewropa (dok. 15420/16).

(b)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (dok. 15421/16).

12.

Grupp ta’ Esperti dwar l-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani u l-Isport. Rakkomandazzjonijiet biex jinkoraġġixxu l-volontarjat fl-isport, prattiki tajbin dwar mekkaniżmi legali u fiskali (Diċembru 2016).

13.

Netwerk Ewropew għall-Inklużjoni fl-Isport (ESPIN) - Nippromwovu Opportunitajiet Indaqs għall-Migranti u l-Minoranzi permezz tal-Volontarjat fl-Isport.

14.

COM(2010) 636 final -Strateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020: Impenn mill-Ġdid għal Ewropa Mingħajr Ostakoli.


Il-Kummissjoni Ewropea

15.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/45


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-14 ta’ Ġunju 2017

(2017/C 189/10)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1203

JPY

Yen Ġappuniż

123,58

DKK

Krona Daniża

7,4363

GBP

Lira Sterlina

0,87960

SEK

Krona Żvediża

9,7448

CHF

Frank Żvizzeru

1,0874

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,4140

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,163

HUF

Forint Ungeriż

306,39

PLN

Zloty Pollakk

4,1967

RON

Leu Rumen

4,5664

TRY

Lira Turka

3,9362

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4778

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4796

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,7392

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5453

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5457

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 260,45

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,2697

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6147

HRK

Kuna Kroata

7,3995

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 880,38

MYR

Ringgit Malażjan

4,7702

PHP

Peso Filippin

55,465

RUB

Rouble Russu

63,9450

THB

Baht Tajlandiż

38,023

BRL

Real Brażiljan

3,7027

MXN

Peso Messikan

20,2078

INR

Rupi Indjan

72,0350


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

15.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/46


Tħabbira min-Norveġja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi

Tħabbira ta’ stedina għall-applikazzjoni għal liċenzji għall-produzzjoni ta’ żejt mhux maħdum fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża — Għotjiet f’Żoni Predefiniti għall-2017

(2017/C 189/11)

Il-Ministeru Norveġiż għaż-Żejt mhux Raffinat u l-Enerġija b’dan qiegħed iħabbar stedina għal applikazzjoni għal liċenzji għall-produzzjoni taż-żejt mhux raffinat b’konformità mad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi, Artikolu 3(2)(a).

Il-liċenzji għall-produzzjoni se jingħataw biss lil kumpaniji rreġistrati fin-Norveġja jew fi stat ieħor imsieħeb fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-Ftehim taż-ŻEE), jew lil persuni fiżiċi domiċiljati fi stat imsieħeb fil-Ftehim taż-ŻEE.

Kumpaniji li ma għandhomx liċenzja għall-Blata Kontinentali Norveġiża jistgħu jingħataw liċenzji għall-produzzjoni jekk ikunu kwalifikati minn qabel bħala detenturi ta’ liċenzja għall-Blata Kontinentali Norveġiża.

Il-Ministeru se jittratta l-kumpaniji individwali u l-kumpaniji li japplikaw bħala parti minn grupp bl-istess mod. L-applikanti li jissottomettu applikazzjoni individwali, jew l-applikanti li jagħmlu parti minn grupp li jissottometti applikazzjoni konġunta, se jkunu kkunsidrati bħala applikant għal liċenzja għall-produzzjoni. Il-Ministeru jista’, fuq il-bażi ta’ applikazzjonijiet li ġew sottomessi minn gruppi jew applikanti individwali, jgħaqqad gruppi ta’ detenturi ta’ liċenzji biex jingħataw liċenzja tal-produzzjoni ġdida, inkluż it-tneħħija ta’ applikanti f’applikazzjoni ta’ grupp u ż-żieda ta’ applikanti individwali, u jaħtar l-operatur għal gruppi bħal dawn.

L-għoti ta’ parteċipazzjoni f’liċenzja għall-produzzjoni se jkun soġġett għad-dħul tad-detenturi ta’ liċenzja fi Ftehim dwar Attivitajiet marbutin maż-Żejt mhux Raffinat, li jinkludi Ftehim Operattiv Konġunt u Ftehim ta’ Kontabbiltà. Jekk il-liċenzja għall-produzzjoni tinqasam b’mod stratigrafiku, id-detenturi taż-żewġ liċenzji maqsuma b’mod stratigrafiku jintalbu wkoll jidħlu fi Ftehim Operattiv Konġunt, li jirregola r-relazzjoni ta’ bejniethom f’dan ir-rigward.

Malli jiġu ffirmati l-ftehimiet imsemmija, id-detenturi tal-liċenzji jingħaqdu f’impriża konġunta li fiha d-daqs tal-parteċipanti tagħhom dejjem se jibqa’ identiku għall-parteċipanti tagħhom fil-liċenzja għall-produzzjoni.

Id-dokumenti tal-liċenzja ser ikunu bbażati prinċipalment fuq dokumenti rilevanti mill-Għotjiet f’Żoni Predefiniti 2016. L-għan hu li l-elementi prinċipali ta’ kwalunkwe aġġustamenti għall-qafas isiru disponibbli għall-industrija qabel iż-żmien tal-applikazzjoni.

Il-kriterji għall-għoti ta’ liċenzja għall-produzzjoni

Fl-interess ta’ ġestjoni tajba tar-riżorsi u biex l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt mhux raffinat fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża jsiru b’mod rapidu u effiċjenti, inkluż il-kompożizzjoni ta’ gruppi ta’ liċenzja sabiex jiżguraw dan, għandhom japplikaw il-kriterji li ġejjin għall-għoti tal-parteċipazzjonijiet fil-liċenzji għall-produzzjoni u għall-ħatra ta’ operatur:

(a)

L-għarfien ġeoloġiku tal-applikant dwar iż-żona ġeografika inkwistjoni, u kif il-liċenzjati jipproponu li jwettqu l-esplorazzjoni effiċjenti għaż-żejt mhux raffinat.

(b)

Il-kompetenza teknika rilevanti tal-applikant, u kif din il-kompetenza tista’ tikkontribwixxi b’mod attiv għall-esplorazzjoni kosteffikaċi u, kif inhu xieraq, il-produzzjoni taż-żejt mhux raffinat fiż-żona ġeografika inkwistjoni.

(c)

L-esperjenza tal-applikant fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża jew esperjenza rilevanti ekwivalenti f’żoni oħra.

(d)

Li l-applikant għandu jkollu kapaċità finanzjarja sodisfaċenti biex iwettaq l-esplorazzjoni għaż-żejt mhux raffinat, u, kif xieraq, il-produzzjoni tiegħu fiż-żona ġeografika inkwistjoni.

(e)

Jekk l-applikant huwa, jew kien, detentur ta’ liċenżja tal-produzzjoni l-Ministeru jista’ jieħu f’kunsiderazzjoni kwalunkwe forma ta’ ineffiċjenza jew nuqqas ta’ responsabilità murija mill-applikant bħala detentur ta’ liċenzja.

(f)

Il-liċenzji għall-produzzjoni se jingħataw prinċipalament lil impriża konġunta li fiha minn tal-inqas waħda minn fost dawk li ngħataw liċenzja tkun ħaffret minn tal-inqas bir wieħed fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża bħala operatur, jew ikollha esperjenza operazzjonali rilevanti ekwivalenti barra mill-NCS (il-Blata Kontinentali Norveġiża).

(g)

Prinċipalment, ser jinħarġu liċenzji għall-produzzjoni lil żewġ detenturi jew aktar, fejn minn tal-inqas wieħed mill-parteċipanti li jingħataw liċenzja jkollu esperjenza kif imsemmi f’f).

(h)

L-operatur maħtur għal-liċenzji għall-produzzjoni fil-Baħar Barents irid ikun ħaffer minn tal-inqas bir wieħed fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża bħala operatur, jew ikollu esperjenza operazzjonali rilevanti ekwivalenti barra mill-NCS.

(i)

Għal-liċenzji ta’ produzzjoni f’baħar fond, kemm l-operatur li jinħatar kif ukoll minn tal-anqas detentur wieħed ieħor iridu jkunu ħaffru minn tal-anqas bir wieħed fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża bħala operatur, jew ikollhom esperjenza operazzjonali rilevanti ekwivalenti barra mill-NCS. Fil-liċenzja għall-produzzjoni, entità waħda li tingħata liċenzja trid tkun ħaffret f’ibħra fondi bħala operatur.

(j)

Għal-liċenzji ta’ produzzjoni fejn ikun mistenni li jsir tħaffir ta’ bjar fi pressa għolja u/jew temperaturi għoljin (HTHP), kemm l-operatur li jinħatar kif ukoll minn tal-anqas detentur ieħor iridu jkunu ħaffru minn tal-anqas bir wieħed fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża bħala operatur, jew ikollhom esperjenza operazzjonali rilevanti ekwivalenti barra mill-NCS. Fil-liċenzja għall-produzzjoni, entità waħda minn fost dawk li jingħataw liċenzja trid tkun ħaffret bir HTHP bħala operatur.

Blokok li għalihom tista’ ssir applikazzjoni

L-applikazzjonijiet għal parteċipazzjonijiet f’liċenzji għall-produzzjoni jistgħu jiġu sottomessi għall-blokok li mhumiex liċenzjati fiż-żona ddefinita minn qabel, kif muri fuq il-mapep ippubblikati mill-NPD. Huwa wkoll possibbli li ssir applikazzjoni għal żoni li ġew ċeduti fiż-żona definita minn qabel, wara t-tħabbira skont mapep aġġornati fil-Factmaps interattivi tad-Direttorat taż-Żejt mhux Maħdum Norveġiż li jinsabu fuq il-paġna web tal-NPD).

Kull liċenzja għall-produzzjoni tista’ tikkonsisti fi blokka jew aktar jew parti minn blokka/blokok. L-applikanti huma mitluba li jillimitaw id-deskrizzjoni fl-applikazzjoni għal żoni fejn huma jkunu diġà għamlu studju prospettiv.

It-test sħiħ tat-tħabbira, li jinkludi mapep iddettaljati taż-żoni disponibbli jinsab fuq il-paġna web tad-Direttorat taż-Żejt mhux Maħdum Norveġiż www.npd.no/apa2017

L-applikazzjonijiet għal liċenzji għall-produzzjoni taż-żejt mhux raffinat għandhom jintbagħtu lil:

Ministry of Petroleum and Energy

P.O. Box 8148 Dep.

NO-0033 Oslo

NORWAY

Għandhom jintbagħtu żewġ kopji lil

The Norwegian Petroleum Directorate

Box 600

4003 Stavanger

NORWAY

Skadenza: l-1 ta’ Settembru 2017 f’nofsinhar (12.00).

L-għoti ta’ liċenzji għall-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum fl-Għotjiet f’Żoni Predefiniti għall-2017 fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża huwa ppjanat li jseħħ fl-ewwel kwart tal-2018.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-EFTA

15.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/48


INĠUNZJONI

tal-15 ta’ Novembru 2016

fil-Kawża E-7/16

Míla ehf. vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

(Eċċezzjoni preliminari ta’ ammissibbiltà — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni biex tingħalaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali)

(2017/C 189/12)

Il-Kawża E-7/16 Míla ehf. v. l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA – APPLIKAZZJONI taħt l-Artikolu 36(2) tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità u ta’ Qorti tal-Ġustizzja mill-Qorti għall-annullament tad-Deċiżjoni Nru 061/16/COL tas-16 ta’ Marzu 2016 tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA li tagħlaq l-investigazzjoni formali dwar l-allegata għajnuna mill-Istat permezz tal-lokazzjoni ta’ fibrottika preċedentement operata f’isem in-NATO, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef Relatur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, ħarġet ordni fil-15 ta’ Novembru 2016, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

1.

L-applikazzjoni ġiet miċħuda bħala inammissibbli.

2.

Ir-rikorrent għandu jeħel l-ispejjeż tal-proċedimenti.


15.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/49


SENTENZA TAL-QORTI

tas-16 ta’ Novembru 2016

fil-Kawża E-4/16

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v Ir-Renju tan-Norveġja

(Nuqqas ta’ konformità ma’ sentenza tal-Qorti li tiddikjara nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi — l-Artikolu 33 SCA — Il-miżuri meħtieġa biex ikun hemm konformità ma’ sentenza tal-Qorti)

(2017/C 189/13)

Fil-Kawża E-4/16, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v Ir-Renju tan-Norveġja — APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li r-Renju tan-Norveġja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 33 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja billi naqas milli jieħu l-miżuri meħtieġa fiż-żmien preskritt biex jikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tat-2 ta’ Diċembru 2013 fil-Kawża E-13/13 l-ESA vs in-Norveġja, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen u Páll Hreinsson (Imħallef Relatur), Imħallfin, ħarġet ordni fis-16 ta’ Novembru 2016, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

1.

Tiddikjara li r-Renju tan-Norveġja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 33 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja billi naqas milli jieħu l-miżuri meħtieġa fiż-żmien preskritt biex jikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tat-2 ta’ Diċembru 2013 fil-Kawża E-13/13 l-ESA vs in-Norveġja.

2.

Tordna lir-Renju tan-Norveġja li jħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

15.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/50


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8467 — BNP Paribas/Commerz Finanz)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 189/14)

1.

Fis-6 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża BNP Paribas Personal Finance SA (“BNPP PF”, Franza), sussidjarja kollha kemm hi proprjetà ta’ BNP Paribas SA, takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Commerz Finanz GmbH kollha kemm hi (“CFG”, il-Ġermanja), bħalissa taħt il-kontroll konġunt ta’ BNP PF u Commerz Finanz (“Commerzbank”, il-Ġermanja) permezz ta’ xiri ta’ assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   CFG: bank tal-krediti tal-konsumatur, attwalment proprjetà konġunta ta’ BNP PF u Commerzbank, attiv prinċipalment fil-qasam ta’ self lil individwi fil-Ġermanja. Bħala parti mit-tranżazzjoni prevista, il-kumpanija se tinqasam bejn BNPP PF u Commerzbank permezz ta’ diviżjoni f’żewġ unitajiet kummerċjali separati u indipendenti, jiġifieri n-negozju tal-“Punt tal-Bejgħ tal-Finanzi” u n-negozju tal-“Banking”. In-negozju tal-“Punt tal-Bejgħ tal-Finanzi” għandhom jibqa’ f’idejn CFG (BNPP PF bħala l-azzjonist waħdieni) u se jinkludi l-attivitajiet kollha li għandhom x’jaqsmu mad-distribuzzjoni ta’ prodotti CFG direttament lill-klijenti jew permezz ta’ punt tal-bejgħ (offlajn u onlajn) ta’ bejjiegħ bl-imnut.

—   BNPP PF: kumpanija tas-servizzi finanzjarji kollha kemm hi proprjetà ta’ BNP Paribas SA, attiva primarjament fil-qasam tal-krediti għall-konsumaturi. BNP Paribas SA hija grupp bankarju dinji attiv fin-negozji bankarji prinċipali kollha: servizzi bankarji għall-pubbliku, ġestjoni u servizzi tal-assi kif ukoll servizzi bankarji korporattivi u għall-investiment;

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8467 — BNP Paribas/Commerz Finanz, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


15.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/51


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8483 — Bain Capital/Cinven/Stada Arzneimittel)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 189/15)

1.

Fit-2 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-fondi ġestiti minn Bain Capital Investors, L.L.C. (“Bain Capital”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u l-fondi ġestiti minn Cinven Capital Management (VI) Limited Partnership Incorporated, li taġixxi permezz tas-sieħeb ġenerali tagħha, Cinven Capital Management (VI) General Partner Limited (“Cinven”, ir-Renju Unit), jakkwsitaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Stada Arzneimittel Aktiengesellschaft (“Stada”, il-Ġermanja) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Bain Capital: kumpanija ta’ investiment ta’ ekwità privata, attiva f’ħafna industrji, inklużi t-teknoloġija informatika, il-kura tas-saħħa, prodotti bl-imut u tal-konsumatur, telekomunikazzjonijiet, kimiċi, finanzjarji u industrijali/manifattura;

—   għal Cinven: investiment ta’ ekwità privata ffokat f’sitt oqsma ewlenin: servizzi tan-negozju, il-konsumatur, servizzi finanzjarji, kura tas-saħħa, industrijali, u t-teknoloġija, il-midja u t-telekomunikazzjonijiet;

—   għal Stada: attiva fl-iżvilupp, il-manifattura, ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ, il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni ta’ prodotti tax-xjenza tal-ħajja bħall-mediċini (b’mod partikolari għall-ingredjenti farmaċewtiċi attivi mhux protetti bit-trademark), supplimenti tal-ikel, prodotti kosmetiċi u firxa ta’ prodotti oħra tal-kura tas-saħħa.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8483 — Bain Capital/Cinven/Stada Arzneimittel, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


15.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/52


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(M.8440 — DuPont/FMC (Health and Nutrition Business))

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 189/16)

1.

Fis-7 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża E.I. du Pont de Nemours and Company (“DuPont”, l-Istati Uniti tal-Amerika), takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku tan-negozju tas-Saħħa u n-Nutrizzjoni (“SuN”) ta’ FMC Corporation (“FMC”, l-Istati Uniti tal-Amerika) li jinkludi texturants tal-ikel u excipients farmaċewtiċi (imma li jeskludi n-negozju tal-Omega-3 ta’ FMC).

Din il-konċentrazzjoni proposta hija parti minn ftehim ta’ xiri u ta’ bejgħ ta’ assi, li daħlu għalih bejniethom DuPont u FMC fl-31 ta’ Marzu 2017, li jipprevedi l-akkwist minn FMC ta’ ċerti attivitajiet ta’ DuPont, skont l-impenji ta’ ċessjoni li kienu ġew konklużi minn DuPont u The Dow Chemical Company (“Dow”) bħala parti mill-proċedimenti ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet Ewropej marbuta mal-konċentrazzjoni proposta ta’ Dow u DuPont (il-Każ M.7932).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

DuPont hija kumpanija diversifikata fis-sustanzi kimiċi bil-kwartieri ġenerali fl-Istati Uniti tal-Amerika. Din hija l-kumpanija prinċipali aħħarija tal-grupp Dupont, li tirriċerka, tiżviluppa, tipproduċi, tqassam, u tbigħ varjetà ta’ prodotti kimiċi, polimers, agrokimiki, żrieragħ, ingredjenti tal-ikel u materjali oħra. In-negozju tan-Nutrizzjonu u s-Saħħa ta’ DuPont jimmanifattura u jforni prodotti mfassla speċifikament biex itejbu s-sigurtà, il-kwalità nutrittiva, il-konsistenza, u l-ħajja ta’ fuq l-ixkaffa ta’ prodotti tal-ikel u x-xorb, tal-prodotti farmaċewtiċi, u tas-supplimenti tal-ikel,

Dow hija kumpanija diversifikata fis-sustanzi kimiċi bil-kwartieri ġenerali fl-Istati Uniti tal-Amerika. Hija l-kumpanija prinċipali aħħarija tal-grupp Dow, li hija attiva fil-plastika u l-kimiċi, ix-xjenzi tal-agrikoltura, u l-prodotti u servizzi tal-idrokarburi u l-enerġija. Dow għandha preżenza iktar limitata fil-qasam tan-Nutrizzjoni u s-Saħħa,

FMC hija kumpanija dinjija ta’ kimiċi ta’ speċjaltà bi kwartieri fl-Istati Uniti tal-Amerika u li għandha interessi fis-swieq agrikoli, industrijali u tal-konsumatur. In-negozju huwa maqsum fi tliet partijiet: (i) Soluzzjonijiet Agrikoli; (ii) Saħħa u Nutrizzjoni; u (iii) Litjum. In-negozju tas-Saħħa u n-Nutrizzjoni ta’ FMC jikkonsisti fi tliet oqsma wesgħin tal-prodotti — Ingredjenti Nutrizzjonali, Excipients tas-Saħħa, u Ingredjenti tas-Saħħa Funzjonali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8440 — DuPont/FMC (Health and Nutrition Business), fl-indirizz li jmiss:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


15.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/53


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8504 — EDF Energy Services/ESSCI)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 189/17)

1.

Fis-6 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha EDF Energy Services Limited (“EDFES”, Franza) takkwista l-kontroll uniku ta’ ESSCI Limited (“ESSCI”, ir-Renju Unit), fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   EDFES: ultimament ikkontrollata mill-Grupp EDF, kienet stabbilita biex tforni servizzi tal-enerġija fir-Renju Unit;

—   ESSCI: tipprovdi servizzi tekniċi ġestiti fir-Renju Unit u fl-Irlanda; permezz tas-sussidjarja tagħha Imtech, hija attiva fl-inġinerija mekkanika u elettrika, fil-ġestjoni ta’ faċilitajiet tekniċi u fl-integrazzjoni ta’ sistemi industrijali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8504 — EDF Energy Services/ESSCI, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Rettifika

15.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/54


Rettifika għal proċeduri ta’ stralċ — Deċiżjoni biex jitnedew proċeduri ta’ stralċ fir-rigward ta’ ADRIA Way

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 123 tal-20 ta’ April 2017 )

(2017/C 189/18)

F’paġna 3 fit-titolu, wara “Impriża tal-assigurazzjoni” u wara “Data, dħul fis-seħħ u natura tad-deċiżjoni”,

minflok:

“ADRIA Way”,

aqra:

“Cestovní pojišťovna ADRIA Way družstvo ‘v likvidaci’”.