ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 185

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
9 ta' Ġunju 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Il-120 Sessjoni Plenarja tas-7 u t-8 ta' Diċembru 2016

2017/C 185/01

Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2017

1

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Il-120 Sessjoni Plenarja tas-7 u t-8 ta' Diċembru 2016

2017/C 185/02

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Programm REFIT: il-perspettiva lokali u reġjonali

8

2017/C 185/03

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — It-turiżmu bħala forza mexxejja għall-kooperazzjoni reġjonali fl-UE

15

2017/C 185/04

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-ekonomija kollaborattiva u l-pjattaformi onlajn: viżjoni komuni tal-bliet u r-reġjuni

24

2017/C 185/05

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa

29

2017/C 185/06

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni — Ir-regolazzjoni tal-volatilità tal-prezzijiet agrikoli

36

2017/C 185/07

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva

41

2017/C 185/08

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pjan ta’ Azzjoni dwar l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi

55


 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

 

Il-120 Sessjoni Plenarja tas-7 u t-8 ta' Diċembru 2016

2017/C 185/09

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — FEIS 2.0

62

2017/C 185/10

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Rieżami tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema

75

2017/C 185/11

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi

82

2017/C 185/12

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Ir-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil

91

2017/C 185/13

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-migrazzjoni legali

105


MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Il-120 Sessjoni Plenarja tas-7 u t-8 ta' Diċembru 2016

9.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 185/1


Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2017

(2017/C 185/01)

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

Wara li kkunsidra:

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-programm ta’ ħidma tagħha għall-2017 tal-25 ta’ Ottubru 2016;

ir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-4 ta’ Ġunju 2015 dwar il-prijoritajiet tiegħu għall-2015-2020 u tal-15 ta’ Ġunju 2016 dwar il-kontribut għall-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2017;

il-Protokoll ta’ Kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea ta’ Frar 2012;

1.

jinnota bi tħassib li, 60 sena wara li ġiet stabbilita, l-Unjoni Ewropea għaddejja minn kriżi profonda, b’livelli baxxi ta’ fiduċja li qed jitkomplew fil-proġett Ewropew u jeħtieġ li jkun hemm riforma; fl-istess ħin jenfasizza li, sena wara sena, il-livelli lokali u reġjonali jitqiesu miċ-ċittadini tal-UE bħala l-aktar livelli affidabbli mil-livelli kollha ta’ governanza fl-UE. Il-KtR għalhekk qed ikun involtu fid-djalogi maċ-ċittadini, bil-parteċipazzjoni attiva tal-mexxejja lokali u reġjonali, dwar suġġetti li jirriżultaw mill-ħtiġijiet u l-karatteristiċi lokali, u għalhekk qiegħed jikkontribwixxi għar-riflessjoni dwar l-Ewropa;

2.

jaqbel mal-Kummissjoni li l-isfidi ġenerali li qed tiffaċċja l-UE huma:

il-ħtieġa li l-irkupru ekonomiku jissarraf fil-ħolqien ta’ impjiegi sostenibbli u t-tnaqqis tal-inugwaljanza,

l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi Ewropej ta’ solidarjetà, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġestjoni tal-migrazzjoni,

it-twassil ta’ paċi u stabbiltà f’dinja dejjem aktar turbolenti u l-iżgurar li l-Unjoni hija lesta biex tindirizza theddida terroristika għolja,

il-ħtieġa li jiġu ssodisfati l-impenji tiegħu taħt il-Ftehim ta’ Pariġi u li jiġu żgurati adattament ambizzjuż u bbilanċjat għat-tibdil fil-klima u l-politiki ta’ mitigazzjoni, u

l-inċertezza dwar il-konsegwenzi tar-referendum tar-Renju Unit;

3.

filwaqt li jikkondividi l-konvinzjoni tal-Kummissjoni li dawn l-isfidi jeħtieġu approċċ li jibda mill-iktar livell baxx, immexxi miċ-ċittadini u ta’ governanza f’diversi livelli, jenfasizza li l-azzjoni tal-UE għandha tiffoka fuq li tagħti s-setgħa liċ-ċittadini;

4.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġu involuti l-gvernijiet lokali u reġjonali fit-tħejjija tal-White Paper dwar il-Futur tal-Ewropa u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-opinjonijiet tal-KtR dwar dan is-suġġett u li tinvolvi lill-KtR fil-fażi ta’ konsultazzjoni;

Impjiegi, tkabbir, investiment u politika ta’ koeżjoni

5.

jiddispjaċih li l-programm ta’ ħidma ftit jagħti attenzjoni lir-rwol essenzjali tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) biex jintlaħqu ċ-ċittadini u r-reġjuni kollha fl-Ewropa, tissaħħaħ il-koeżjoni, tiġi promossal-innovazzjoni u tiġi espressa solidarjetà Ewropea ġenwina għall-iżvilupp armonjuż tal-UE inġenerali. jitlob lill-Kummissjoni sabiex tħejji l-futur tal-politika ta’ koeżjoni lil hinn mill-2020, peress li din hija l-politika prinċipali ta’ investiment u għandha tkun ibbażata fuq approċċ ibbażat fuq il-post u viżjoni territorjali aġġornata; b’mod parallel, il-KtR iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli bl-isforzi tagħha sabiex ittejjeb u tissemplifika l-proċeduri tal-FSIE bil-għan li titneħħa l-burokrazija u tgħin jiżdied l-assorbiment;

6.

itenni t-talba tiegħu biex l-infiq pubbliku tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet lokali u nazzjonali, għall-kofinanzjament tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, ma jitqiesx bħala nfiq strutturali definit mill-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir peress li dawn l-investimenti jikkontribwixxu għall-prijoritajiet Ewropej, b’effett ta’ lieva addizzjonali għat-tkabbir ekonomiku Ewropew;

7.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-estensjoni proposta għal Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS), f’termini kemm tat-tul kif ukoll mil-lat finanzjarju iżda jinnota li din tħabbret mingħajr valutazzjoni tal-impatt komprensiva jew valutazzjoni indipendenti qabel il-proposta tal-Kummissjoni; jenfasizza l-bżonn li jkomplu jiġu żviluppati s-sinerġiji bejn l-FEIS u fondi oħrajn tal-UE, b’mod partikolari l-FSIE, u jiġu ssemplifikati l-proċeduri sabiex titnaqqas il-burokrazija u jgħin biex jiżdied l-assorbiment tal-fondi tal-UE; jenfasizza li għandu jissaħħaħ ukoll it-tielet pilastru tal-Pjan ta’ Investiment; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment biex iżidu l-isforzi tagħhom biex iżidu l-għarfien fil-livell lokali, biex jindirizzaw l-iżbilanċi ġeografiċi tal-FEIS u b’hekk jinkisbu l-akbar integrazzjoni u sinerġija tal-investimenti bil-għan ta’ programmar uniku ta’ interventi għall-politika ta’ koeżjoni, u biex jagħmlu disponibbli pubblikament informazzjoni aktar dettaljata dwar proġetti ffinanzjati mill-FEIS, partikolarment billi tiġi enfasizzata l-addizzjonalita tagħhom;

8.

jimpenja ruħu li jikkontribwixxi fi stadju bikri għad-diskussjoni dwar il-proposta għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali futur wara l-2020, inkluża r-riforma tar-riżorsi proprji;

9.

jappella għall-adozzjoni rapida tar-“Regolament Omnibus”, bil-għan li tingħata spinta lill-impatt u li jiġi żgurat użu mtejjeb tal-programmi FEIS li huma diġà inklużi fil-perjodu attwali ta’ programmar;

10.

jenfasizza l-bżonn li jkun hemm segwitu tal-implimentazzjoni tal-Aġenda Urbana tal-UE u jenfasizza l-importanza li d-dimensjoni urbana tiddaħħaħ f’politiki oħra tal-UE; itenni, f’dan ir-rigward, it-talba tiegħu għal White Paper dwar l-Aġenda Urbana tal-UE;

11.

itenni s-sejħa tiegħu biex tiġi stabbilita aġenda Ewropea dwar id-djar, li għandha tindirizza b’mod orizzontali l-approċċ li s’issa kien ifframmentat lejn il-qasam tad-djar, permezz ta’ politiki settorjali bħall-Aġenda Urbana għall-iżvilupp sostenibbli, il-politika ta’ koeżjoni, il-politika tal-kompetizzjoni jew inizjattivi soċjali, bħall-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

12.

jenfasizza l-bżonn għal kodiċi ta’ kondotta għall-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-Semestru Ewropew tal-2017 u jitlob li l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir jiġi kkomplementat minn analiżi territorjali, inkluż kapitolu territorjali speċifiku fir-rapporti tal-pajjiżi, u li jinħarġu linji gwida għall-Istati Membri dwar l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma;

13.

jappoġġja l-attenzjoni kontinwa tal-Kummissjoni dwar l-investiment, partikolarment billi jiġu identifikati miżuri biex tingħata spinta lill-investiment fis-Semestru Ewropew; jindika, f’dan ir-rigward, id-Dikjarazzjoni ta’ Bratislava tal-Kumitat dwar “Ninvestu u nikkollegaw”, li te fasizza li t-tkabbir lokali u reġjonali bbażat fuq l-investiment għandu jkun imsejjes fuq strateġiji dwar l-iżvilupp territorjali, u jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-baġits pubbliċi li jappoġġaw investimenti ta’ kwalità jaġixxu f’sinerġija ma’ sorsi finanzjarji oħra fil-livell reġjonali, lokali, nazzjonali u Ewropew;

14.

jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tkompli taħdem fuq l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u jenfasizza li l-Ewropa teħtieġ strateġija fit-tul sabiex jiġi żgurat tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv li tipprovdi direzzjoni lis-Semestru Ewropew; strateġija bħal din għandha tinbena fuq ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Istrateġija Ewropa 2020;

15.

jilqa’ l-attenzjoni tal-Kummissjoni fuq il-qgħad fost iż-żgħażagħ permezz tat-tisħiħ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE kif ukoll l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u t-tnedija ta’ Korp Ewropew ta’ Solidarjetà li għandhom jibbenefikaw minn involviment kmieni, proattiv u kredibbli min-naħa tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u s-soċjetà ċivili b’mod ġenerali;

16.

jiddeplora n-nuqqas ta’ inizjattivi biex jindirizzaw il-qgħad fit-tul, anke sabiex jevalwaw forom ta’ assigurazzjoni fil-livell Ewropew kontra l-qgħad li jintegraw skemi nazzjonali f’każ ta’ tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku ċikliku u għajnuna biex jiġi evitat li skoss asimmetriku jġib miegħu żvantaġġ strutturali għall-Ewropa kollha;

17.

jitlob li fl-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa jitqiesu s-saħħiet u l-isfidi lokali u reġjonali, inklużi l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol lokali u reġjonali diverġenti, u jistenna bil-ħerqa li jaħdem fuq qafas ta’ kwalità għall-apprendistati u fuq proposta dwar żieda fil-mobilità għall-apprendisti;

18.

jistenna l-proposta tal-Kummissjoni biex jiġu indirizzati aħjar l-isfidi għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, b’mod partikolari b’rabta mal-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol;

19.

fiż-żmien ta’ qabel is-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali fl-2018, għandu l-ħsieb li jiffoka fuq il-kultura u l-wirt kulturali kif ukoll fuq ir-relazzjonijiet kulturali internazzjonali tal-UE, li huma komponenti kruċjali għat-tisħiħ tal-identità Ewropea u l-promozzjoni tal-valuri fundamentali tal-Ewropa, l-inklużjoni soċjali, l-innovazzjoni u d-djalogu interkulturali, kif ukoll it-turiżmu kulturali u dwar il-wirt;

20.

jenfasizza l-ħtieġa li r-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Orizzont 2020 u l-konsultazzjoni li jmiss dwar il-Programm Qafas li jmiss għar-Riċerka u l-Innovazzjoni jitqiesu bħala proċess organiku wieħed, li għandu bżonn jindirizza d-distakk fl-innovazzjoni fl-Ewropa; iħabbar li l-KtR ser jagħmel kontribut f’waqtu għar-reviżjoni tal-pjan ta’ azzjoni dwar il-bijoekonomija skedata għall-2017;

L-Unjoni Ekonomika u Monetarja

21.

jinnota li l-White Paper dwar il-ġejjieni tal-Ewropa ser itnkludi wkoll proposti dwar il-ġejjieni tal-UEM u jixtieq jara riformi li jsaħħu l-leġittimità demokratika tal-governanza tal-UEM;

22.

jisħaq li, sabiex tittejjeb id-dimensjoni soċjali tal-UEM, huwa kruċjali li jiġu indirizzati d-disparitajiet soċjali kif ukoll dawk reġjonali; jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjali li jistabbilixxi l-prinċipji għal Unjoni li hija msejsa fuq il-ġustizzja soċjali u li tirrispetta l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

23.

jilqa’ l-proposta għal reviżjoni tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, iżda jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tqis il-ħtieġa li l-Patt isir aktar favorevoli għat-tkabbir, partikolarment fir-rigward tal-investimenti li jwasslu għat-tkabbir; itenni t-talba preċedenti tiegħu għal valutazzjoni sħiħa tal-impatt territorjali tar-regoli Ewropej ta’ statistika dwar l-investiment pubbliku;

L-unjoni tal-enerġija u l-politika tal-klima

24.

jilqa’ bi pjaċir l-impenn tal-Kummissjoni li tippromovi l-effiċjenza fl-enerġijal-enerġija rinnovabbli fi ħdan il-qafas ta’ politika komprensiva dwar l-unjoni tal-enerġija, flimkien ma’ regoli sodi ta’ governanza, miżuri xierqa ta’ appoġġ għall-innovazzjoni, reviżjoni tat-tfassil tas-suq tal-elettriku u aktar titjib tal-infrastruttura tal-enerġija sabiex jiġu żgurati konnessjonijiet interreġjonali u transkonfinali u appoġġ għad-deċentralizzazzjoni tas-sistemi tal-enerġija bħala pass lejn suq intern għall-enerġija li hu sostenibbli u flessibbli;

25.

jirrakkomanda b’mod speċifiku li l-politiki tal-UE fil-qasam tat-tfassil tas-suq tal-elettriku u l-enerġija rinnovabbli għandhom jiġu kkoordinati u bbilanċjati, filwaqt li tingħata attenzjoni xierqa għat-tħassib lokali u reġjonali, bħalma huwa l-aċċess għan-netwerk għall-fornituri tal-enerġija fuq skala żgħira fil-livell tan-netwerk ta’ distribuzzjoni;

26.

jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi u jirrimarka li biex jingħalaq id-distakk bejn l-impenji nazzjonali u l-isforz meħtieġ biex jiġi limitat it-tisħin globali għal ferm anqas minn 2 oC ser ikun hemm bżonn li l-isforzi tal-bliet u r-reġjuni jiġu integrati fl-impenji nazzjonali, kif ukoll ser ikun hemm bżonn ta’ koordinazzjoni kemm orizzontali kif ukoll vertikali, inkluż fil-livelli tal-UE u tal-UNFCCC. Il-KtR għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tappoġġja t-talba tal-KtR biex dan l-aspett jiġi inkluż fl-impenji ddeterminati nazzjonalment, sabiex jitjiebu l-istituzzjonalizzazzjoni tan-NAZCA u l-ħidma tal-pijunieri tal-klima fi ħdan is-Segretarjat tal-UNFCCC, u biex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ esperjenzi fil-livell lokali u reġjonali. Il-KtR jitlob ukoll lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ proġetti ta’ riċerka dwar il-bliet, ir-reġjuni u t-tibdil fil-klima sabiex isir kontribut għall-ħidma futura tal-Bord Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima;

27.

jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex taħdem mal-KtR biex jiġi żvilujppat il-kunċett ta’ Kontribuzzjonijiet Diterminati fil-livell lokali u reġjonali, sabiex titħeġġeġ l-azzjoni fil-livell lokali u reġjonali u jintlaħqu l-miri miftiehma fil-COP21 f’Pariġi;

28.

jistieden lill-Kummissjoni biex taġġorna l-objettivi tagħha dwar il-klima u l-enerġija biex tikseb tnaqqis ta’ 50 % fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990, u biex tintegra l-adattament fil-politiki u tarmonizza l-finanzjament fil-livelli kollha. Il-Kummissjoni għandha tappoġġja inizjattivi volontarji li jippromovu t-tranżizzjoni reżiljenti u b’karbonju baxx fil-bliet u fir-reġjuni kollha. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima jeħtieġ li jinkludi kjarifika dwar l-għoti tas-setgħa tar-reġjuni u l-bliet;

L-iżvilupp sostenibbli

29.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-implimentazzjoni ta’ strateġiji għat-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri fil-bliet u r-reġjuni, speċjalment fir-reġjuni transkonfinali, u biex tiżgura li l-investimenti tal-UE jirrispettaw standards għat-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri;

30.

jilqa’ t-tnedija tal-Pjattaforma tal-UE għall-ħela u t-telf tal-ikel u jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni fil-qasam tal-ħela tal-ikel billi tistabbilixxi mira ambizzjuża għat-tnaqqis tal-ħela tal-ikel; din għandha tkun inkorporata fi strateġija għal sistemi alimentari sostenibbli fl-UE kollha, inklużi l-ħarsien tal-bijodiversità, l-ambjent, is-saħħa, il-kummerċ, il-ġestjoni tar-riżorsi u l-art, kif ukoll il-valuri soċjali u kulturali tal-ikel;

31.

jistieden lill-Kummissjoni tqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-KtR waqt l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari, u biex tippreżenta kmieni fl-2017 ir-reviżjoni ppjanata tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb, il-proposta għal Regolament dwar ir-rekwiżiti ta’ kwalità minimi għall-ilma li jintuża mill-ġdid, u l-istrateġija dwar l-użu, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-plastik, li għandha tistabbilixxi miri ċari u ambizzjużi għall-iskart u l-lissija tal-plastik; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi inizjattivi addizzjonali relatati mas-settur tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni, id-dispożizzjonijiet dwar l-eko-disinn u l-użu ta’ materja prima, sustanzi u komponenti sekondarji;

32.

jinsab lest u jixtieq isaħħaħ il-kooperazzjoni tiegħu mal-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet tant mistennija relatati mal-Objettiv 4 tas-7 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali (EAP) 2014-2020 tal-Unjoni Ewropea permezz tal-Pjattaforma Teknika għall-Kooperazzjoni dwar l-Ambjent; jiddispjaċih li l-inizjattivi ppjanati għall-2017 mhumiex leġislattivi, u jtenni t-talba tiegħu għal proposta għal direttiva tal-UE, li għandha tistabbilixxi dispożizzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-konformità mal-acquis ambjentali tal-UE, u għal direttiva ġdida dwar l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali;

33.

b’konformità mad-Dikjarazzjoni reċenti Cork 2.0, itenni t-talba tiegħu għal White Paper dwar iż-żoni rurali sabiex isservi bħala punt ta’ tluq għal politika ta’ żvilupp rurali għal wara l-2020, u jappella għal miżuri prattiċi għall-“verifika rurali” tal-politiki tal-UE minħabba li ż-żoni rurali ta’ spiss huma minsija u skonnessi mill-iżviluppi ewlenin ta’ politika;

34.

fil-kuntest tal-preparazzjonijiet tal-PAK lil hinn mill-2020, jenfasizza l-interkonnessjoni qawwija bejn l-iżvilupp rurali u l-agrikoltura, u għalhekk jappella għal miżuri ta’ appoġġ għall-irziezet tal-familja, b’mod partikolari li tiġi indirizzata l-volatiltà tal-prezzijiet ta’ prodotti agrikoli;

35.

ser ikompli jaħdem għal governanza sostenibbli tal-oċean għall-benefiċċju tar-reġjuni kostali u marittimi Ewropej u l-ekonomiji tal-baħar u marittini tagħhom; bil-għan li jwassal għal tkabbir u impjiegi blu, il-KtR ser jaħdem mill-qrib mar-reġjuni u l-partijiet interessati kollha dwar il-governanza u l-bini tal-kapaċità, biex jintlaħqu l-isfidi fil-katina tal-produzzjoni tal-ikel, biex tonqos il-pressjoni fuq l-ambjent ikkawżata minn prattiki tas-sajd illegali u t-tniġġis kif ukoll dwar l-għarfien tal-baħar, ix-xjenza u l-innovazzjoni;

36.

jiddispjaċih li l-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2017 ma jagħtix biżżejjed attenzjoni lis-saħħa, meta l-Kummissjoni għandha tappoġġja lill-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom fl-isforzi tagħhom biex iżidu l-prevenzjoni u jirriformaw u jottimizzaw is-sistemi tas-saħħa tagħhom, b’mod partikolari permezz ta’ soluzzjonijiet tas-saħħa elettronika, u biex jiżviluppaw strateġiji komprensivi dwar id-demografija;

L-istrateġija tas-suq uniku, l-SMEs, l-industrija, il-kompetizzjoni u s-Suq Uniku Diġitali

37.

jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex tressaq miżuri biex jissaħħaħ is-suq uniku tal-prodotti, partikolarment fir-rigward tar-rikonoxximent reċiproku u prodotti mhux konformi, u jissottolinja l-ħtieġa li titkompla l-ħidma dwar it-tlestija tas-suq uniku għas-servizzi, li bir-raġun huwa fokus importanti tal-Istrateġija tas-Suq Uniku;

38.

itenni t-talba tiegħu li l-pilastru tas-Suq Uniku jinġi inkluż fis-Semestru Ewropew, b’sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni regolari;

39.

jinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex tiddefendi l-industrija tal-Ewropa u jenfasizza li l-kompetittività industrijali Ewropea tiddependi wkoll minn katina ta’ provvista kompetittiva u li l-politika kummerċjali taqdi rwol importanti f’dan ir-rigward;

40.

jenfasizza l-importanza li tinħoloq regolamentazzjoni intelliġenti u jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-SMEs, notevolment billi jitkompla jissaħħaħ il-programm REFIT u jiġi żgurat li l-impatt fuq l-SMEs jitqies sistematikament meta jissawwru regoli ġodda;

41.

jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-ħolqien ta’ “Forum tal-bliet dwar l-ekonomija kollaborattiva”, bil-KtR ikun parti interessata ewlenija; bl-istess mod, jinnota b’dispjaċir in-nuqqas ta’ kwalunkwe proposta biex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet f’forom ġodda ta’ impjiegi li jirriżultaw mid-diġitalizzazzjoni;

42.

jenfasizza l-ħtieġa li tiġi riveduta d-Deċiżjoni u l-Qafas dwar is-Servizzi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali (SIEĠ), u jappella lill-Kummissjoni biex tniedi konsultazzjoni pubblika fl-2017 sabiex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu jistgħu jippreżentaw il-pożizzjoni tagħhom dwar id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom fir-rigward tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat fil-finanzjament tas-SIEĠ;

43.

jenfasizza r-rwol fundamentali li għandha sistema effiċjenti ta’ akkwist pubbliku f’termini tal-kapaċità tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jiksbu l-għanijiet tal-UE dwar l-investiment u jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi assistenza sabiex tiġi żgurata implimetazzjoni sħiħa tad-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku, u biex tivvaluta d-diffikultajiet li jiffaċċjaw l-awtoritajiet lokali u reġjonali meta japplikatw id-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku;

44.

itenni t-talba tiegħu għal strateġija mġedda Ewropea dwar it-turiżmu taħt linja tal-baġit apposta għat-turiżmu fl-UE u jħeġġeġ kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzjament għall-intrapriżi turistiċi żgħar u ta’ daqs medju;

45.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-isforzi tal-Kummissjoni biex tlesti l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali, inkluż permezz tal-akkwist elettroniku, u ser jipprovdi l-kontribut tiegħu permezz tal-Pjattaforma Parteċipattiva tal-Broadband li ġiet stabbilita issa b’mod konġunt; jenfasizza l-ħtieġa li ż-żoni Ewropej kollha jibbenefikaw mis-Suq Uniku Diġitali, billi jkollhom aċċess għal konnessjonijiet tal-broadband ta’ veloċità għolja;

Il-ġustizzja, is-sigurtà, id-drittijiet fundamentali u l-migrazzjoni

46.

jenfasizza li l-migrazzjoni hija proċess kumpless, b’diversi livelli, fejn il-pajjiżi, ir-reġjuni u l-bliet ta’ destinazzjoni u ta’ oriġini għandhom rwol importanti. Huwa importanti li jiġu promossi djalogu msaħħaħ u kooperazzjoni eqreb bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet kemm tal-UE kif ukoll tal-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ transitu tal-migranti u tal-livelli reġjonali u lokali rispettivi tagħhom;

47.

għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-KtR dwar il-protezzjoni tar-refuġjati fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom u dwar il-qafas il-ġdid għal ftehimiet ta’ sħubija;

48.

jitlob li jiġu appoġġjati l-awtoritajiet lokali u reġjonali meta jimplimentaw ir-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil u l-istrumenti oħra tal-UE żviluppati abbażi tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, bħad-dispożizzjonijiet riveduti dwar il-migrazzjoni legali u l-pjan ta’ azzjoni dwar l-integrazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni biex tinkludi r-rakkomandazzjonijiet tal-KtR dwar l-integrazzjoni tal-migranti fir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni; ifakkar li l-integrazzjoni hija proċess ibbażat kemm fuq id-drittijiet kif ukoll fuq id-dmirijiet;

49.

huwa mħasseb dwar id-diffikultajiet involuti fil-monitoraġġ tal-preżenza ta’ minorenni mhux akkumpanjati u r-riskju li dawn jisfgħu vittmi ta’ traffikar u ta’ sfruttament; jitlob bil-qawwa li jiġu implimentati programmi ta’ inklużjoni u taħriġ, kemm għall-minorenni stess kif ukoll għall-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali li jittrattaw l-akkoljenza tagħhom; jitlob ukoll sabiex il-komunitajiet ta’ oriġini ta’ minorenni li diġa huma stabbiliti fil-pajjiż ospitanti jiġu involuti biex ikun żgurat li l-minorenni jkunu jistgħu jgħixu temporanjament ma’ familji ospitanti jew f’faċilitajiet attrezzati sew fejn jista’ jiġi appoġġjat l-iżvilupp soċjali, emozzjonali u konjittiv tagħhom;

50.

jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali b’tagħrif speċifiku u prattiku dwar il-possibilitajiet ta’ finanzjament għall-akkoljenza u l-integrazzjoni tal-migranti u jtenni t-talba tiegħu għall-promozzjoni ta’ aċċess dirett mill-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-istrumenti finanzjarji rilevanti tal-UE;

51.

jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jiżviluppaw strateġiji preventivi għall-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni, tkompli tiġbor u tippubblika l-aħjar prattiki dwar kif tiġi pprevenuta r-radikalizzazzjoni permezz ta’ tfassil ta’ politiki fil-livell reġjonali u lokali, u tappoġġja l-kooperazzjoni bejn il-bliet fil-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni;

Politika kummerċjali tal-UE

52.

jinnota li l-Kummissjoni beħsiebha tkompli n-negozjati kummerċjali mal-Istati Uniti, il-Ġappun, il-Mercosur, il-Messiku, it-Tuneżija u l-pajjiżi tal-ASEAN kif ukoll li tfittex mandati ġodda biex jinfetħu n-negozjati mat-Turkija, l-Awstralja, in-New Zealand u ċ-Ċilì, iżda jqis li l-Kummissjoni għandha tagħmel aktar sforzi biex turi l-valur miżjud tagħhom;

53.

itenni, b’mod partikolari fid-dawl tal-aġenda kummerċjali ambizzjuża tal-futur, li l-Kummissjoni għandha takkumpanja kull inizjattiva sinifikanti fil-qasam tal-politika tal-kummerċ b’valutazzjonijiet tal-impatt territorjali;

L-istabbiltà u l-kooperazzjoni barra mill-Unjoni Ewropea

54.

jilqa’ l-fatt li l-Istrateġija Globali tal-UE titlob b’mod espliċitu li s-sħubijiet esterni jiġu mġedda u tiddikjara li l-UE ser tappoġġja mogħdijiet differenti għar-reżiljenza fil-viċinat tagħha, billi timmira lejn l-aktar każi akuti ta’ fraġilità governattiva, ekonomika, soċjetali u fil-klima/enerġija, kif ukoll tiżviluppa politiki dwar il-migrazzjoni aktar effettivi għall-Ewropa u l-imsieħba tagħha;

55.

jenfasizza l-kontribut tal-KtR, permezz tal-kumitati konsultattivi konġunti u l-gruppi ta’ ħidma kif ukoll l-organizzazzjoni ta’ Jiem dwar it-Tkabbir mal-imsieħba minn pajjiżi ta’ adeżjoni, għall-għan tal-politika tat-tkabbir tal-Kummissjoni li jitrawwmu stabbiltà u prosperità kondiviża mal-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali;

56.

jenfasizza li l-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) jista’ jkollha impatt dejjiemi biss jekk ikollha benefiċċji prattiċi għall-benefiċjarji kollha, u jenfasizza li jeħtieġ li jinżamm bilanċ bejn il-viċinat tal-Lvant u dak tan-Nofsinhar; jenfasizza r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tisħiħ tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fis-soċjetà, filwaqt li jħeġġeġ li jiġi pprovdut aktar appoġġ għal riformi ta’ deċentralizzazzjoni fil-pajjiżi tal-viċinat;

57.

jenfasizza li l-kooperazzjoni reġjonali tagħti kontribut sinifikanti għall-istabbiltà globali u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iżżid il-kooperazzjoni mal-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM) u l-Konferenza tal-Awtoritajiet Reġjonali u Lokali għas-Sħubija tal-Lvant (CORLEAP), kif ukoll it-Task Force tal-Ukrajna tal-KtR, speċjalment meta jiġu implimentati programmi reġjonali u inizjattivi ġodda;

58.

jenfasizza l-ħtieġa li, meta tiġi implimentata l-PEV riveduta, tingħata prijorità għolja lill-inizjattivi li jappoġġjaw il-proċessi ta’ deċentralizzazzjoni, il-ġemellaġġ u t-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva fil-livell sottonazzjonali; jiġbed l-attenzjoni għall-Inizjattiva Nicosia mnedija mill-KtR b’appoġġ għal bliet Libjani, u li għenet tqabbel il-ħtiġijiet mal-appoġġ tekniku sabiex il-muniċipalitajiet Libjani jkunu jistgħu jerġgħu jiksbu l-kapaċità tagħhom bħala provvedituri ta’ servizzi; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja iktar dawn it-tipi ta’ kooperazzjoni minn isfel għal fuq u tipprovdi biżżejjed riżorsi amministrattivi u finanzjarji; itenni l-ħtieġa biex jiġu introdotti għodod ġodda għat-tisħiħ tal-kapaċità fil-pajjiżi ta’ adeżjoni u l-pajjiżi tal-PEV sabiex jieħdu post dik li qabel kienet il-Faċilità tal-Amministrazzjoni Lokali;

59.

jappoġġja l-iżviluppi reċenti wara l-fużjoni bejn il-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija tal-UE u l-Compact of Mayors biex tinħoloq l-akbar koalizzjoni ta’ bliet impenjati għal azzjoni dwar il-klima, u huwa lest li juża l-kanali internazzjonali, il-kuntatti, il-kontropartijiet u s-sħubijiet tiegħu (l-ARLEM għall-Patt tan-Nofsinhar u l-Patt tal-Afrika, il-CORLEAP għall-Patt tal-Lvant, l-ICLEI u s-Sħubija tal-Urbanizzazzjoni UE-Ċina għall-Amerika ta’ Fuq u l-Asja tax-Xlokk, eċċ.) sabiex ikompli jżid l-isforzi lejn il-mitigazzjoni, l-adattament u r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima u l-isfidi ta’ żvilupp sostenibbli;

60.

jitlob lill-Kummissjoni biex tikkoopera mill-qrib mal-KtR sabiex jiġu promossi t-tħassib, l-esperjenza u l-kontributi speċifiċi tal-bliet Ewropej fl-istruttura l-ġdida ta’ governanza tal-Patt Globali;

61.

jilqa’ l-Qafas Ġdid ta’ Sħubija propost ma’ pajjiżi terzi u l-Pjan ġdid ta’ Investiment Estern Ewropew u jitlob li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jiġu involuti f’dan il-proċess;

62.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromovi l-involviment attiv tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp matul in-negozjati dwar ir-rieżami tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU u dwar il-Ftehim ta’ wara Cotonou, li ser ikun il-fokus tal-Konferenza dwar il-Kooperazzjoni Deċentralizzata tal-KtR f’Marzu 2017;

Iċ-ċittadinanza, il-governanza u tfassil aħjar tal-liġijiet

63.

jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi r-regolament dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI) biex jiġi ssemplifikat u jitjieb il-qafas legali ta’ din l-għodda;

64.

jilqa’ l-inizjattiva REFIT tal-Kummissjoni u b’mod partikolari l-proposta biex jiġu evalwati t-trasparenza u l-kontroll demokratiku tal-proċeduri għal atti delegati u ta’ implimentazzjoni u għal ċerti atti sekondarji;

65.

itenni t-talba tiegħu biex fil-fażi tal-valutazzjoni tal-impatt ta’ leġislazzjoni ġdida tal-UE jiġu inklużi, fejn meħtieġa, Valutazzjonijiet tal-Impatt Territorjali; jissuġġerixxi kooperazzjoni eqreb bejn il-KtR u ċ-Ċentru ta’ Kompetenza tal-Politiki Territorjali li ġie stabbilit reċentement miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka meta tiġi vvalutata l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE;

66.

jitlob li jkun hemm aktar trasparenza, kooperazzjoni u effiċjenza mill-istituzzjonijiet tal-UE u jilqa’ l-impenn kondiviż tagħhom skont il-ftehim interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet biex jistabbilixxu b’mod konġunt objettivi u prijoritajiet wiesa’, b’mod partikolari għal proposti leġislattivi; jappella biex il-KtR jiġi inkluż fl-istadji kollha tal-proċess leġislattiv bil-għan li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tiegħu fiċ-ċiklu leġislattiv;

67.

jistenna kooperazzjoni dejjem aktar mill-qrib mal-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew fil-monitoraġġ tas-sussidjarjetà, u fir-rigward tal-Konferenza tiegħu għas-Sussidjarjetà tal-2017;

68.

jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jibgħat din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew, lill-Presidenza Slovakk tal-Kunsill tal-UE u lill-President tal-Kunsill Ewropew.

Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


OPINJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Il-120 Sessjoni Plenarja tas-7 u t-8 ta' Diċembru 2016

9.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 185/8


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Programm REFIT: il-perspettiva lokali u reġjonali

(2017/C 185/02)

Relatur:

François DECOSTER (FR/ALDE),

Viċi President tal-Kunsill Reġjonali ta’ Nord-Pas-de-Calais-Picardie

Dokument ta’ referenza:

Ittra mingħand il-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Jannar 2016

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura li l-politika Ewropea tirrifletti aħjar it-tħassib ta’ gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali u jisħaq li dan għandu jkun ir-responsabbiltà konġunta tal-livelli kollha ta’ governanza;

2.

jappoġġja l-fehma li regolamentazzjoni aħjar ma tfissirx biss inqas leġislazzjoni fil-livell tal-UE, iżda wkoll l-identifikazzjoni tal-livell fejn l-objettivi intiżi jistgħu jintlaħqu l-aħjar, u jenfasizza li l-applikazzjoni effettiva tal-prinċipju tas-sussidjarjetà huwa element ewlieni ta’ regolamentazzjoni aħjar;

3.

jisħaq li r-regolamentazzjoni kollha għandha ssib bilanċ bejn tħassib u aspettattivi għas-sigurtà li huma daqstant validi minn naħa waħda (individwali, legali, amministrattivi, finanzjarji) u għall-effiċjenza u l-libertà u flessibiltà min-naħa l-oħra; l-ibbilanċjar ta’ dan it-tħassib f’kuntesti konkreti huwa l-kompitu tal-proċess demokratiku u hija r-responsabbiltà ta’ rappreżentanti eletti b’mod demokratiku fil-livelli kollha li jispjegaw il-kompromessi inevitabbli liċ-ċittadini;

4.

huwa konxju tal-ħidma tal-Grupp ta’ Livell Għoli għall-Piżijiet Amministrattivi (Grupp Stoiber), ir-rapport finali u l-opinjonijiet kuntrarji tiegħu;

5.

jieħu nota tal-iffirmar tal-Ftehim Interistituzzjonali (IIA) dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet mill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Parlament fit-13 ta’ April 2016 u jittama li dan il-ftehim ġdid jikkontribwixxi għal titjib fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE fl-istadji kollha – l-ippjanar, l-abbozzar, l-adozzjoni, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni; jinsab imħasseb, madankollu, li r-rwoli speċifiċi ta’ rappreżentanti eletti b’mod demokratiku tal-livelli lokali u reġjonali u l-KtR mhumiex imsemmija fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet fi kwalunkwe kuntest ħlief dak ta’ “partijiet interessati”, minkejja l-importanza u l-mandat mogħtija lilhom mit-Trattat ta’ Lisbona;

6.

jixtieq li jkun involut f’aktar inizjattivi dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tal-ftehim il-ġdid sabiex ikun jista’ jintuża bis-sħiħ il-potenzjal tiegħu bħala korp konsultattiv fiċ-ċiklu leġislattiv; ifakkar li għadd kbir tal-membri tal-KtR jaqdu rwol fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE;

7.

jilqa’ t-talba tal-Kummissjoni Ewropea għal “opinjoni ta’ prospettiva usa” li tipprovdi “suġġerimenti addizzjonali dwar ir-rekwiżiti imposti mir-regolamenti talUE u modi iktar sempliċi biex jinkisbu l-istess riżultati jew saħansitra aħjar”;

8.

jilqa’ t-talbiet speċifiċi għall-politika tal-Kummissjoni Ewropea għall-opinjonijiet ta’ prospettiva tal-Kumitat f’oqsma bħal, imma mhux biss, l-ambjent, l-enerġija, is-servizzi finanzjarji u l-agrikoltura, fejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jidentifikaw piżijiet u jagħtu suġġerimenti għal titjib li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet tagħhom;

9.

japprezza li din l-opinjoni ta’ prospettiva usa’ hija ħarsa globali lejn l-effetti tar-regolazzjoni fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali u jħeġġeġ analiżi ta’ politika speċifika u orjentata lejn is-settur biex jiġu identifikati konġestjonijiet u piżijiet;

10.

jilqa’ l-approċċ ġenerali tal-involviment speċifiku ta’ atturi reġjonali u lokali fil-konsultazzjoni marbuta mar-regolamentazzjoni aħjar; jilqa’ f’dan ir-rigward, pereżempju, ir-rapport tal-“Provinċji Netherlandiżi għal regolamentazzjoni aħjar tal-UE” u jiġbed l-attenzjoni għall-konġestjonijiet li ġew identifikati u s-soluzzjonijiet speċifiċi ssuġġeriti;

11.

jilqa’, f’dan il-kuntest, l-adozzjoni tal-Patt ta’ Amsterdam għall-implimentazzjoni konkreta tal-Aġenda Urbana għall-UE, peress li regolamentazzjoni aħjar taqdi rwol importanti fis-sħubijiet tematiċi. F’dan il-kuntest tfassal l-istudju “Bridge! Better EU regulations for local and regional authorities” (Bridge! Regolamenti aħjar tal-UE għall-awtoritajiet lokali u reġjonali) li fih eżempji ta’ sitwazzjonijiet konkreti fejn ir-realtajiet lokali u reġjonali jaħbtu mal-leġislazzjoni Ewropea;

12.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea teżamina s-soluzzjonijiet proposti marbuta mar-regolamenti settorjali, il-proporzjonalità, il-konġestjonijiet transkonfinali, l-għajnuna mill-Istat u l-pressjoni tal-awditjar u tqishom fl-iżvilupp ta’ regolamenti ġodda;

13.

jirrikonoxxi r-rwol speċifiku tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’firxa ta’ oqsma milquta b’mod sostanzjali mir-regolamentazzjoni tal-UE u r-rwol tagħhom bħala awtoritajiet ta’ ġestjoni tal-fondi tal-UE kif ukoll ir-responsabbiltà tagħhom għall-implimentazzjoni tal-liġijiet tal-UE u jenfasizza li minħabba r-responsabbiltajiet speċifiċi tagħhom, għandhom l-opportunità jevalwaw liema oqsma regolatorji huma problematiċi u għandhom jiġu emendati jekk xieraq;

14.

jemmen li l-livelli kollha ta’ governanza għandhom jiżguraw li l-leġislazzjoni tkun xierqa, effettiva u effiċjenti u ma toħloqx spejjeż u piżijiet mhux meħtieġa, filwaqt li tipproteġi wkoll liċ-ċittadini, lill-konsumaturi, is-sostenibbiltà u l-ambjent;

15.

jifhem li l-istituzzjonijiet tal-UE jridu juru l-valur tal-oqfsa regolatorji kif ukoll il-valur miżjud tal-leġislazzjoni tal-UE liċ-ċittadini kollha filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

16.

jirrikonoxxi li d-diffikultajiet ekonomiċi reċenti ħolqu klima li fiha l-ispejjeż addizzjonali minħabba regolamentazzjoni żejda aggravaw it-tnaqqis baġitarju għall-awtoritajiet lokali u reġjonali. Dan f’sitwazzjoni fejn diġà kellhom tnaqqis fir-riżorsi disponibbli. Dan kien ta’ piż kbir u wassal għal iktar pressjoni fuq dawk l-awtoritajiet biex jippruvaw inaqqsu l-ispejjeż amministrattivi filwaqt li kellhom iktar talbiet għal azzjoni. Il-KtR itenni l-fehma tiegħu li hemm bżonn li jkun hemm semplifikazzjoni u tnaqqis tal-burokrazija żejda, fejn dan għandu impatt fuq il-kompiti ewlenin li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom iwettqu;

17.

japprezza li r-rapporti u l-opinjonijiet adottati preċedentement mill-Parlament Ewropew, il-KESE u l-KtR ikkonfermaw l-importanza ta’ azzjoni kkoordinata mill-UE fi spirtu ta’ sħubija mal-istituzzjonijiet nazzjonali u tal-UE kif ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

18.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol essenzjali ta’ appoġġ għaċ-ċittadini, notevolment permezz ta’ programmi Ewropej, biex jgħinuhom jegħlbu d-diffikultajiet ikkawżati minn problemi ekonomiċi li ilhom għaddejjin żmien twil, u jfakkar li s-sikurezza ġuridika u l-faċilità ta’ aċċess għal programmi Ewropej huma kundizzjonijiet essenzjali biex iwettqu b’mod adatt ir-rwol tagħhom, filwaqt li għandu jiġi rikonoxxut il-bżonn ta’ riformi strutturali;

19.

jinnota li l-finanzjament tal-UE huwa importanti għal ħafna awtoritajiet lokali u reġjonali biex jimplimentaw liġijiet tal-UE, b’mod partikolari biex jimplimentaw politika ta’ koeżjoni differenzjata skont il-poter ekonomiku;

20.

jirrikonoxxi li l-aċċessibbiltà ta’ programmi tal-UE u l-iskemi regolatorji meħtieġa jistgħu jikkawżaw diffikultajiet sinifikanti fir-rigward tal-interpretazzjoni ta’ oqfsa legali, regoli ta’ implimentazzjoni, verifika u rapportar u jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li b’mod partikolari l-arranġamenti tal-awditjar spiss joħolqu diffikulta għall-isponsers ta’ proġetti b’rabta mad-dokumentazzjoni għal żmien twil, kif tenniet ukoll l-opinjoni tal-KtR dwar is-semplifikazzjoni tal-FSIE;

21.

jilqa’ r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-“Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT): Is-sitwazzjoni attwali u l-perspettivi”, fejn ġie appoġġat ir-rwol importanti li jaqdi l-KtR bħala istituzzjoni politika, u jaqbel li l-Programm REFIT m’għandux jintuża biex jiġu mdgħajfa l-istandards;

22.

filwaqt li jappoġġja l-għan tat-tnaqqis fil-burokrazija u t-tneħħija ta’ piżijiet regolatorji mhux meħtieġa, jisħaq li REFIT ma għandux jitqies bħala pretest għal tnaqqis fil-livell ta’ ambizzjoni, b’mod partikolari f’oqsma bħall-ambjent, is-sikurezza tal-ikel, is-saħħa u d-drittijiet tal-konsumaturi;

23.

huwa impenjat li jikseb il-mira dwar l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE kif inhi kemm jista’ jkun ta’ spiss, u jmur lil hinn mill-istandards tar-Regolamenti tal-UE biss meta raġunijiet fattwali u xjentifiċi jkunu jeħtieġu dan. Madankollu, l-Istati Membri u r-reġjuni għandhom ikomplu jkunu jistgħu jiddeċiedu f’kull każ partikolari, dwar x’inhu meħtieġ sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva. Il-proposta tal-Kummissjoni li kull każ ta’ “regolamentazzjoni żejda” għandu jkun ġustifikat, tista’ tikkontribwixxi għal aktar trasparenza. Madankollu, din iż-żieda fir-responsabbiltà fir-rigward tal-implimentazzjoni nazzjonali u reġjonali ma għandhiex twassal għal interferenzi fi kwistjonijiet li jirrelataw mal-organizzazzjoni amministrattiva u mal-proċedura amministrattiva nazzjonali;

24.

jisħaq fuq l-importanza li, fl-evalwazzjoni tal-leġislazzjoni, jitqiesu kemm l-ispejjeż kif ukoll il-benefiċċji u l-iżvantaġġi – soċjetali, ambjentali u oħrajn – għaċ-ċittadini u l-ekonomija, kif ukoll l-hekk imsejħa “spiża tan-non-Ewropa” (1), jiġifieri l-ispiża li tinħoloq min-nuqqas ta’ azzjoni komuni fil-livell Ewropew f’settur partikolari;

25.

F’dan il-kuntest, itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea biex tfassal definizzjoni standard madwar l-UE kollha tar-regolamentazzjoni żejda għall-fini ta’ ċertezza legali fl-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE u biex titnaqqas il-burokrazija eċċessiva (2);

Rakkomandazzjonijiet speċifiċi

26.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromovu l-iżvilupp ta’ metodi diġitali u għodod tal-ICT, fost l-oħrajn fil-qasam tal-pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar il-Gvern elettroniku, biex jipprovdu format u proċess komuni għall-ġbir ta’ data meħtieġa għall-ħtiġijiet ta’ monitoraġġ u rapportar u b’hekk jonqos il-piż amministrattiv tad-dħul tad-data f’bażijiet ta’ data nazzjonali u Ewropej;

27.

jenfasizza l-importanza ta’ “kontrolli tal-idoneità” li jistgħu jidentifikaw trikkib u inkonsistenzi li rriżultaw maż-żmien minn firxa ta’ objettivi u inizjattivi ta’ politika ġodda, b’mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ rapportar u konformità;

28.

jenfasizza l-ħtieġa għal fehim aħjar tal-firxa tal-obbligi ta’ rapportar introdotti għal konformità mad-dritt tal-UE; jipproponi li r-rekwiżiti ta’ rappurtar għall-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu elenkati u standardizzati kemm jista’ jkun u li l-metodoloġiji ta’ rappurtar li jintużaw għandhom jimmiraw biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għaċ-ċittadini u l-SMEs kif ukoll għall-awtoritajiet lokali u reġjonali;

Komunikazzjoni, konsultazzjoni u lingwaġġ

29.

jirrikonoxxi li l-lingwaġġ u l-użu tiegħu jistgħu jkunu jew ostaklu jew stedina għall-parteċipazzjoni; lingwaġġ aċċessibbli u li jinftiehem faċilment huwa komponent ewlieni ta’ bidla leġislattiva u regolatorja;

30.

jemmen li l-inklużività titlob sempliċità u ċarezza fil-lingwaġġ, l-istrutturi u r-regolamenti biex jiġi żgurat li l-UE, l-għan, il-programmi, il-politiki, il-leġislazzjoni u l-għajnuna prattika tagħha jkunu aċċessibbli għal kulħadd;

31.

għaldaqstant iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tissemplifika l-lingwaġġ li tuża, billi tiżgura li jkun faċli li jinftiehem minn kulħadd, u jissuġġerixxi li l-użu ta’ lingwaġġ tekniku għandu jinżamm fuq livell minimu, f’konformità mar-rekwiżiti legali;

32.

jemmen li hija meħtieġa interpretazzjoni tar-regoli u r-regolamenti tal-UE li tkun konsistenti u iktar “favur l utent”, pereżempju, rekwiżiti proporzjonali tal-awditjar, użu ikbar ta’ rati fissi, is-semplifikazzjoni tal-applikazzjonijiet l-ilmenti u r-rapportar, u iktar ċarezza fl-interpretazzjoni tar-regolamenti (pereżempju l-leġislazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat u l-akkwist);

33.

jifhem li l-UE teħtieġ tagħti attenzjoni xierqa lil strateġija ta’ komunikazzjoni attiva mfassla biex tinvolvi lill-imsieħba, issostni l-attività, u tattira l-investiment;

34.

jenfasizza r-rwol li l-awtoritajiet kemm lokali kif ukoll reġjonali jaqdu fl-għoti ta’ taħriġ u informazzjoni fir-rigward tal-politiki u l-programmi Ewropej, sabiex iqarrbuhom maċ-ċittadini tagħhom;

35.

jenfasizza r-rwol tal-EDICs (Ċentri tal-Informazzjoni Europe Direct) biex jinfurmaw liċ-ċittadini dwar il-leġislazzjoni u l-programmi Ewropej, waqt li jadattaw il-kontenut u l-linġwaġġ għal dak taċ-ċittadini;

36.

jinnota li ċ-ċentri ta’ għarfien, bħal Europa Decentraal fin-Netherlands, għandhom rwol importanti biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni u l-interpretazzjoni korretta tal-leġislazzjoni tal-UE. L-esperti tagħhom għandhom rwol importanti billi jipprovdu informazzjoni u pariri b’xejn lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-assoċjazzjonijiet tagħhom. Min-naħa l-oħra, id-domanda kbira għall-ħidma taċ-ċentri ta’ għarfien turi l-ħtieġa għas-semplifikazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE;

37.

japprezza li l-prattika attwali tistieden liċ-ċittadini jipparteċipaw fil-konsultazzjonijiet. Madankollu l-kontributi minn ċittadini individwali huma rari hekk kif il-maġġoranza tal-konsultazzjonijiet huma limitati minħabba l-aċċessibbiltà tal-lingwaġġ u l-użu ta’ termini u kuntesti tekniċi, u b’riżultat ta’ dan ftit li xejn huma akkoljenti. Fil-verità, dawn mhumiex aċċessibbli ħlief għal dawk il-ftit ċittadini bil-ħiliet u l-lingwaġġ li jippermettulhom biex jieħdu sehem. Huwa importanti li jiġi żgurat li l-partijiet rilevanti kollha, u b’mod partikolari s-soċjetà ċivili, ikollhom l-istess aċċess għat-testi tal-konsultazzjonijiet li għandhom jiġu tradotti fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE u jitfasslu bl-iktar mod sempliċi, ċar u li jinftiehmu, sabiex jipprovdu informazzjoni massima dwar ir-regolamenti pproponuti;

38.

huwa tal-fehma li l-konsultazzjonijiet imsejsa fuq iċ-ċittadini għandhom jikkomplementaw, mhux jissostitwixxu, il-konsultazzjoni pubblika strutturata, u lanqas m’għandhom inaqqsu r-rwol tal-korpi istituzzjonali rilevanti li huma rrikonoxxuti fit-Trattat ta’ Lisbona;

39.

itenni l-importanza li fl-istadju tal-inizjattiva leġislattiva ssir konsultazzjoni ddedikata għall-assembleji leġislattivi reġjonali u lokali, permezz tal-KtR, peress li dawn l-entitajiet li jirrappreżentaw it-territorji jikkostitwixxu sinteżi demokratika tal-bżonnijiet reali taċ-ċittadini, inklużi dawk li mhumiex kapaċi fil-livell individwali jsemmgħu leħinhom;

40.

għalhekk, l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom jiġu kkunsidrati bi prijorità ħdejn il-korporazzjonijiet privati, kemm bis-saħħa tar-rwol tagħhom rikonoxxut fit-Trattat ta’ Lisbona, kif ukoll minħabba li dawn jikkostitwixxu espressjoni tad-demokrazija u r-rappreżentanza politika;

Programmi u finanzjament: assistenza teknika, pariri u rapportar

41.

jistieden lill-Kummissjoni toħloq “punt uniku ta’ kuntatt” għall-għoti ta’ pariri dwar ir-regolamentazzjoni biex jiġi żgurat li l-applikanti għall-fondi tal-UE jingħataw parir fil-ħin, u li jkun adatt, mhux ambigwu u ċar;

42.

jissuġġerixxi li għandhom jitfittxu l-fehmiet tal-prattikanti matul il-perjodu tal-programmazzjoni, sabiex it-titjib għall-qafas leġislattiv u regolatorju jkun jista’ jissejjes fuq esperjenza prattika;

43.

jipproponi mekkaniżmu speċifiku biex jintużaw fondi ta’ assistenza teknika biex jiġu stabbiliti timijiet legali marbuta mal-programm, li l-applikanti kollha jkollhom aċċess bla ħlas għalihom, u li jistgħu jipprovdu parir robust u konsistenti abbażi ta’ interpretazzjoni uniformi u adottata tar-regolamenti legali kif irrakkomandat mill-Kummissjoni Ewropea u abbażi ta’ prattika eżistenti dwar ir-regolamenti ta’ finanzjament tal-UE biex ineħħi ħafna mill-inċertezzi u r-responsabbiltà li bħalissa qiegħda fuq il-benefiċjarju finali;

44.

jipproponi li l-arranġamenti ta’ ġestjoni jridu joħolqu separazzjoni ċara bejn l-amministrazzjoni ta’ programm u t-twettiq ta’ proġett/programm sabiex jiġu evitati kunflitti ta’ interess u preġudizzju fl-evalwazzjoni potenzjali;

45.

jissuġġerixxi li jitkabbar kemm jista’ jkun id-daqs ta’ “boroż ta’ fondi” fi ħdan il-limitu baġitarju attwali, biex jippermetti approċċ ta’ implimentazzjoni bbażat fuq il-programm, fejn numru ta’ proġetti relatati jkunu kkombinati u s-suċċess jitkejjel minn eżiti primarji iktar milli minn riżultati tal-proġett individwali, f’oqsma bħall-enerġija, biex nieħdu eżempju potenzjali wieħed;

46.

jipproponi l-esplorazzjoni ta’ opportunitajiet għall-iżvilupp u t-titjib ta’ mudelli ta’ inġinerija finanzjarja, inklużi fondi tal-kapital ta’ riskju speċjalizzati għal setturi ewlenin, allinjament iktar effettiv ta’ ffinanzjar b’għotjiet permezz ta’ JESSICA għall-istimolu tas-suq tal-investiment fil-proprjetà, u l-possibbiltà ta’ skema ta’ mikrokreditu bbażata fuq JASMINE għall-appoġġ ta’ startups u SMEs;

47.

jissuġġerixxi li jissaħħu l-opportunitajiet għall-kofinanzjament simetriku, u b’mod partikolari mis-settur privat, biex jiġi żgurat li l-finanzjament ikun disponibbli biex jippermetti lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jindirizzaw ħtiġijiet lokali;

48.

jistieden lill-Kummissjoni tipproponi mekkaniżmu li permezz tiegħu l-krediti ta’ finanzjament mhux użati u diżimpenjati jiġu rritornati fil-baġit tal-UE kif allokati lill-Istat Membru adatt, bħala dħul assenjat, sabiex ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw fil-qafas tal-politiki settorjali fi ħdan dak l-Istat Membru li għalihom ġew allokati permezz ta’ votazzjoni;

49.

bħalissa, in-nuqqas ta’ użu tal-fondi disponibbli huwa dovut, b’mod partikolari, għal sistema ta’ implimentazzjoni fqira, kumplessa u ddefinita żżejjed, flimkien ma’ definizzjoni inadegwata tal-prijoritajiet. Huwa essenzjali li tiġi żgurata komunikazzjoni tajba mal-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll mal-korpi nazzjonali sabiex jiġu ddefiniti mill-ġdid u ċċarati l-prijoritajiet, b’tali mod li l-benefiċjarji ma jkunux żvantaġġati;

50.

huwa għalhekk essenzjali li jiġi żgurat li b’mod partikolari, il-programmi pluriennali ffinanzjati ikollhom sigurtà fl-ippjanar u affidabbiltà interni sabiex jilħqu l-għanijiet tagħhom. Għalhekk, iż-żieda fil-flessibbiltà tal-qafas finanzjarju pluriennali tal-UE m’għandhiex twassal għal sitwazzjoni fejn il-fondi jiġu allokati mill-ġdid jew l-inizjattivi politiċi ġodda jiġu ffinanzjati għad-detriment ta’ programmi diġà approvati;

51.

jipproponi l-assenjament ċar tar-rwoli għall-imsieħba fir-rapportar u l-monitoraġġ ta’ programmi ffinanzjati mill-UE fi ħdan il-muniċipalità inkluż rieżami tal-infiq u l-eżiti u disinn ta’ azzjoni ta’ rimedju u jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi assistenza, inkluż il-finanzjament, għall-awtoritajiet lokali u reġjonali f’każijiet fejn is-semplifikazzjoni, leġislattiva jew mhix, tinvolvi żieda fl-ispejjeż pubbliċi sabiex jiġu pprovduti s-servizzi tagħhom;

Politika ta’ koeżjoni

52.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tieħu passi ulterjuri biex tissemplifika l-politika ta’ koeżjoni billi tqis il-proposti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kif espressi fl-opinjoni tiegħu dwar “Semplifikazzjoni tal-FSIE mill-perspettiva tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali”, relatur: Petr Osvald (CZ/PSE) (3);

53.

ifakkar li l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) huma l-għodod ewlenin tal-UE għall-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Istati Membri kollha u li s-semplifikazzjoni tagħhom hija fundamentali għall-ilħuq tal-objettivi tal-politika; għandu jiġi previst titjib immedjat fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali, kif ukoll semplifikazzjoni fit-tul li potenzjalment twassal għal reviżjoni sostanzjali tal-mekkaniżmu ta’ implimentazzjoni u tal-leġislazzjoni eżistenti;

54.

jiġbed attenzjoni partikolari lejn il-ħtieġa ta’ semplifikazzjoni, inkluż bidliet leġislattivi u mhux leġislattivi, fl-oqsma marbuta mal-awditjar, ir-rekwiżiti u l-gwida ta’ rapportar, l-għajnuna mill-istat, l-akkwist pubbliku u r-regolamentazzjoni żejda;

55.

jinnota li l-isforzi ta’ semplifikazzjoni jeħtieġu kooperazzjoni mmirata bejn is-servizzi rilevanti kollha tal-Kummissjoni, b’mod partikolari DĠ REGIO, DĠ EMPL, DĠ COMP u DĠ GROW;

56.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tipprovdi aktar informazzjoni u appoġġ għat-taħriġ tal-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar is-sinerġiji bejn il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEŻR);

Ir-riċerka u l-innovazzjoni

57.

jitlob semplifikazzjoni tal-proċessi ta’ applikazzjoni u rapportar għall-fondi ta’ riċerka u innovazzjoni, anke billi tissaħħaħ l-applikazzjoni tal-ispejjeż standard, b’mod partikolari fir-rigward tal-awditjar;

Il-Politika Agrikola Komuni u l-iżvilupp rurali

58.

jisħaq fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-opinjoni tiegħu dwar Is-semplifikazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) adottata f’Ottubru 2015 (4);

59.

itenni l-ħtieġa li jissaħħaħ il-prinċipju ta’ fiduċja fir-riċevituri finali filwaqt li jittaffa l-obbligu biex jipprovdu l-evidenza ġustifikattiva tan-nefqa matul il-fażi ta’ rappurtar finali, u tittieħed azzjoni fl-istadju tal-kontroll, filwaqt li tingħata attenzjoni għar-riżultati tal-proġetti ffinanzjati;

60.

huwa mħasseb li, minkejja l-għanijiet iddikjarati tal-PAK il-ġdida biex tnaqqas il-leġislazzjoni fil-livell tal-UE, żdied l-output regolatorju tal-Kummissjoni permezz ta’ leġislazzjoni ddelegata;

61.

itenni t-talba tiegħu għal iktar konsistenza u komplementarjetà bejn il-PAK u politiki (u fondi) oħra tal-UE bħall-politika ambjentali; hija meħtieġa konsistenza ikbar bejn il-Fond tal-Iżvilupp Rurali u l-kumplament tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej li jimplimentaw b’mod konġunt Qafas Strateġiku Komuni bbażat fuq l-objettivi ta’ politika usa’ tal-istrateġija Ewropa 2020;

62.

jemmen li l-PAK għandha tkun definita b’mod kompatibbli mal-għan ta’ koeżjoni territorjali stabbilit fit-Trattat ta’ Lisbona u li jiġu evitati miżuri tal-UE li jżidu l-iżbilanċi territorjali jew li jpoġġu f’riskju s-servizzi pubbliċi f’żoni rurali;

Semplifikazzjoni għall-SMEs

63.

iqis ta’ importanza kbira li l-ħtiġijiet reali ta’ atturi fl-ambjent tan-negozju reġjonali u lokali jitqiesu bis-sħiħ fil-proċessi ta’ ħidma li għaddejjin dwar it-titjib tar-regolamentazzjoni għall-SMEs;

64.

jinnota li l-Pjattaforma REFIT għandha tagħti biżżejjed attenzjoni għall-piż regolatorju fuq l-awtoritajiet pubbliċi. Huwa importanti li jiġi evitat li l-piż regolatorju jgħaddi mill-intrapriżi lejn l-awtoritajiet pubbliċi u lura;

65.

jinnota li wara konsultazzjoni tar-rebbieħa tal-iskema tiegħu “Reġjun Intraprenditorjali Ewropew”, l-oqsma ta’ prijorità għas-semplifikazzjoni jew l-oqsma fejn il-livell ta’ semplifikazzjoni introdott permezz ta’ regolament eżistenti għadu mhux suffiċjenti, jinkludu l-parteċipazzjoni tal-SMEs fi proġetti ffinanzjati mill-FEŻR, l-aċċess tal-SMEs għall-akkwist pubbliku, id-drittijiet tal-konsumatur u REACH. Ir-rekwiżiti ta’ rapportar għall-istatistika dwar il-kummerċ (Intrastat) ġew identifikati wkoll bħala prijorità għal azzjoni ulterjuri;

66.

jemmen li hija meħtieġa azzjoni fil-qasam tas-semplifikazzjoni amministrattiva għall-SMEs, b’mod speċjali fir-rigward tal-VAT;

67.

jitlob li jiġu adottati miżuri għas-semplifikazzjoni tal-aċċess għall-akkwist pubbliku għall-SMEs; huwa inkwetat li l-grad ta’ semplifikazzjoni li se jiġi introdott permezz tad-direttivi l-ġodda u d-Dokument Ewropew Uniku għall-Akkwist jistgħu jkunu għadhom mhux biżżejjed biex jiżguraw regoli tal-akkwist favur l-SMEs;

68.

iwissi li l-miżuri ta’ semplifikazzjoni imsemmija m’għandhomx jimminaw l-awtonomija tal-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jadottaw standards iktar stretti skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħhom u l-ħtiġijiet taċ-ċittadini tagħhom, partikolarment f’oqsma bħall-ugwaljanza, il-politika soċjali, industrijali jew ambjentali;

69.

jenfasizza li l-liġi tal-UE dwar l-għajnuna mill-istat għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ) saret dettaljata żżejjed u kumplessa wisq minħabba l-għadd kbir ta’ leġislazzjoni sekondarja u liġijiet mhux vinkolanti (soft law) fil-qasam tal-għajnuna mill-istat. Aktar semplifikazzjoni se żżid iċ-ċertezza legali, tħaffef l-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ investiment, tiżgura l-provvediment f’waqtu tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, u tagħti spinta lit-tkabbir u l-impjiegi;

70.

jenfasizza l-ħtieġa li jiżdied l-għarfien fost kumpaniji żgħar u innovattivi dwar proċeduri ġodda għall-akkwist pubbliku, il-benefiċċji u l-limitazzjonijiet tagħhom, u dwar l-appoġġ disponibbli. Ir-regoli tal-UE dwar l-akkwist pubbliku għandhom jgħaddu minn valutazzjoni tal-impatt fi żmien tliet snin biex ikun iċċekkjat li wasslu sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-offerti għall-SMEs, jitnaqqsu l-ostakoli burokratiċi u għenu biex jiżviluppaw sħubijiet fit-tul għal provvisti u servizzi li bħalissa mhumiex fis-suq;

71.

itenni s-sejħa tiegħu biex jiżdiedu l-limiti de minimis fil-każ tal-għajnuna mill-istat għal SIEĠ, kif ukoll il-limitu għall-eżenzjoni mill-obbligu (taħt l-Artikolu 108(3) TFUE) li tiġi ddikjarata l-għajnuna mill-istat fil-għamla ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku mogħti lil ċerti entitajiet fdati bl-operat ta’ SIEĠ, peress li dawn il-miżuri se jwasslu għal aktar semplifikazzjoni għall-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll għall-entitajiet li jirċievu kumpens;

Liġi ambjentali

72.

jiġbed l-attenzjoni għall-opinjoni tiegħu dwar Il-liġi ambjentali tal-UE: it-titjib tar-rapportar u tal-konformità adottata f’April 2016 (5) u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jsegwu r-rakkomandazzjonijiet tiegħu fil-kontroll tal-idoneità tal-obbligi ta’ monitoraġġ u rapportar fil-politika ambjentali;

73.

jiġbed attenzjoni partikolari għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi fl-opinjoni relatati mar-rekwiżiti ta’ awditjar u rapportar li huma ta’ piż żejjed, u jitlob b’mod partikolari li l-għodod ta’ rapportar jiġu awtomatizzati u li jinstabu sinerġiji bejn l-obbligi ta’ rapportar taħt direttivi differenti; itenni s-suġġeriment tiegħu li jiġu stabbiliti “tabelli ta’ valutazzjoni tal-implimentazzjoni” għal direttivi addizzjonali fil-qasam tal-liġi ambjentali;

74.

jappoġġja l-possibbiltà ta’ direttiva orizzontali tal-UE, li tistabbilixxi dispożizzjonijiet ta’ aċċertament tal-konformità fl-acquis ambjentali tal-UE, ibbażati fuq il-prinċipji kif imsemmi fl-opinjoni tal-KtR imsemmija iktar ‘il fuq;

75.

jinnota li fl-2013 l-Unjoni Ewropea kellha sett estensiv ta’ 63 mira vinkolanti u 68 mira mhux vinkolanti, bil-maġġoranza kellhom jintlaħqu sa bejn l-2015 u l-2020. L-impatt ta’ dawn il-miri fuq il-gvernijiet sottonazzjonali kif ukoll il-ħtiġijiet tan-negozju għandu jitkejjel u jitqies meta jiġu proposti u emendati l-għanijiet. Il-miri li mhumiex ta’ għajnuna diġà fis-seħħ għandhom jitneħħew sabiex il-mexxejja tal-gvern lokali jingħataw awtonomija suffiċjenti biex ikunu jistgħu jadattaw miżuri għall-kundizzjonijiet ekonomiċi lokali u ambjentali;

76.

itenni li huma meħtieġa allokazzjoni xierqa tar-responsabbiltajiet u r-riżorsi, u flussi ta’ informazzjoni ċara bejn il-muniċipalitajiet, ir-reġjuni u l-livell nazzjonali fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar tal-Istati Membri, sabiex ikun żgurat li r-rapporti u l-indikaturi relatati mal-qagħda tal-ambjent ikunu konsistenti, effettivi u affidabbli.

Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Studju tal-Parlament Ewropew dwar “Mapping the Cost of Non-Europe”, 2014-19.

(2)  Opinjoni dwar l-idoneità regolartorja tal-UE (REFIT) 2013

(3)  CDR 8/2016.

(4)  CDR 2798/2015.

(5)  CDR 5660/2015.


9.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 185/15


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — It-turiżmu bħala forza mexxejja għall-kooperazzjoni reġjonali fl-UE

(2017/C 185/03)

Relatur:

Hans-Peter WAGNER (AT/PPE), Sindku tal-Muniċipalità ta’ Breitenwang

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

Governanza f’diversi livelli

1.

jappoġġja l-politika tal-UE li l-Ewropa tibqa’ fuq quddiem nett bħala l-aktar reġjun li jżuruh nies fid-dinja; fl-2015 kienet responsabbli għal 51,4 % tal-wasliet internazzjonali kollha tat-turisti ekwivalenti għal madwar 609 miljun ruħ (1) u li timmassimizza l-kontribut tal-industrija għas-sostenibbiltà, it-tkabbir ekonomiku u l-impjieg;

2.

jenfasizza li t-turiżmu, b’konformità mal-Artikolu 195 tat-TFUE, huwa kompetenza tal-Istati Membri u li l-UE għandu jkollha l-kompetenza li tieħu azzjonijiet sabiex tappoġġja, tikkoordina jew tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri, u b’hekk anke tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, f’dan il-qasam. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol kruċjali f’dan il-proċess minħabba l-kompetenza tagħhom, filwaqt li bosta reġjuni għandhom kompetenzi esklużivi f’dan is-settur. Minħabba l-importanza tas-settur tat-turiżmu għas-suq uniku, il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-livelli reġjonali u lokali ta’ gvern biex tinżamm il-konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-governanza fuq diversi livelli hija importanti, kif ukoll hemm bżonn ta’ prinċipji, kriterji u azzjonijiet komuni Ewropej b’valur miżjud Ewropew;

3.

jappella lill-Kummissjoni Ewropea (KE) biex tirrevedi l-istrateġija dwar it-turiżmu tal-2010, tniedi politika dwar it-turiżmu tal-UE b’konnessjoni mal-politiki kollha rilevanti tal-UE, ittejjeb il-fiduċja tat-turisti fis-settur tat-turiżmu inġenerali, issaħħaħ l-approċċ tal-KE fil-konfront tal-istaġjonalità u tipproponi programm ta’ ħidma pluriennali b’objettivi, indikaturi u azzjonijiet ċari għat-turiżmu;

4.

jitlob lill-Istati Membri tal-UE biex, fuq il-bażi tal-istrateġija tal-UE għat-turiżmu, jiżviluppaw il-politiki nazzjonali tat-turiżmu f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

5.

jitlob biex fl-istrateġiji makroreġjonali  (2) kollha jiżdied kapitlu dwar it-turiżmu. Il-Kummissjoni Ewropea hija mitluba li tiżviluppa, flimkien mal-KtR, aġenda b’għanijiet turistiċi possibbli għall-makroreġjuni;

6.

jenfasizza li t-turiżmu llum huwa wieħed mill-iżjed setturi ekonomiċi li qed jikbru malajr; settur li jmexxi t-tkabbir u l-iżvilupp globali, joħloq miljuni ta’ impjiegi, jixpruna l-esportazzjoni u l-investiment u jibdel ħajjet in-nies; settur li jappoġġja l-kondiviżjoni tad-diversità kulturali u l-valuri u jikkontribwixxi b’mod attiv għall-konsolidazzjoni gradwali ta’ identità Ewropea fost il-ġenerazzjonijiet aktar żgħażagħ;

7.

jistieden lir-reġjuni u lill-bliet biex, fid-dawl ta’ dan, ifasslu strateġiji dwar it-turiżmu, li huma konsistenti mal-istrateġiji Ewropej u makroreġjonali, u jitlob għal kooperazzjoni pubblika-pubblika u sħubijiet pubbliċi-privati għall-iżvilupp, il-promozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ infrastrutturi turistiċi ġodda, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet ta’ popolazzjoni Ewropea li qed tixjieħ u jiġi żgurat li ċ-ċittadini mdaħħlin fl-età jkunu jistgħu jivvjaġġaw mingħajr xkiel fi ħdan l-Unjoni. Dawn l-istrateġiji għandhom jiġu kkombinati ma’ pjani biex jissaħħu destinazzjonijiet turistiċi, permezz tat-titjib tar-riżorsi u l-faċilitajiet kemm pubbliċi kif ukoll privati, li jagħmluhom aktar kompetittivi. It-titjib għandu jsir ukoll f’destinazzjonijiet maturi fejn maż-żmien, il-kapaċità tar-riżorsi eżistenti biex jattiraw il-flussi turistiċi naqset;

8.

Huwa jappella lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea biex jagħmlu possibbli u jappoġġjaw b’mod attiv il-kooperazzjoni transkonfinali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-qasam tat-turiżmu;

9.

iħeġġeġ li jinħolqu pjattaformi transsettorjali lokali kif ukoll reġjonali  (3) għan-netwerking, l-iżvilupp strateġiku u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ destinazzjonijiet (4), biex jitkompla d-djalogu u l-iskambju tal-prattiki tajbin u tal-għarfien dwar l-użu tal-istrumenti finanzjarji tal-UE;

10.

josserva li t-turiżmu huwa wieħed mill-aktar oqsma ta’ politika importanti għall-kooperazzjoni transkonfinali fl-Ewropa. L-istrutturi ta’ kooperazzjoni transkonfinali, fosthom ir-REKT u l-Ewroreġjuni huma mistiedna, permezz ta’ strateġiji ta’ turiżmu transkonfinali (eż. strateġiji ta’ trasport jew ta’ marketing), jiffaċilitaw il-kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali u għalhekk itejbu l-valur miżjud, l-impjiegi u l-offerta reġjonali għall-konsumaturi. Biex jagħmlu dan, huma għandhom jużaw il-fondi Ewropej kollha possibbli (pereżempju l-FSIE, l-EFSI, Interreg, Orizzont 2020) bis-sehem ta’ organizzazzjonijiet, raggruppamenti jew netwerks b’livell għoli ta’ esperjenza marbutin mas-settur;

It-turiżmu u l-infrastruttura

11.

jitlob biex jintużaw fondi pubbliċi u privati biex itejbu b’mod sostenibbli l-infrastruttura tat-trasport u tat-turiżmu (5) f’reġjuni remoti, muntanjużi, insulari u żoni kostali, li ħafna drabi jaqdu wkoll is-servizzi ta’ interess ġenerali, bil-għan li jkunu żgurati l-aċċessibbiltà, il-provvista u l-kompetittività tar-reġjuni turistiċi u jitlob:

għat-titjib fis-sistema li biha l-Eurostat (jew organizzazzjonijiet oħra bħall-Kummissjoni Ewropea għat-Turiżmu u l-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu tan-Nazzjonijiet Uniti) tiġbor u tipproċessa d-data dwar flussi turistiċi (fi tranżitu u lejn destinazzjoni finali);

li l-Eurostat tkun involuta fl-għoti ta’ tagħrif maqsum aktar skont it-territorji (iktar minn NUTS 2(1)) u taġġusta għal ħtiġijiet u rekwiżiti ġodda (eż. it-teħid tal-varjabbli ta’ aċċessibbiltà, l-emissjonijiet tas-CO2). Dan ser jippermetti lid-destinazzjonijiet biex jaċċessaw data solida u kumparabbli sabiex tivvaluta u ttejjeb l-użu ta’ riżorsi mil-lat ta’ sostenibbiltà;

li jingħata appoġġ lill-ġestjoni tal-kapaċitajiet u d-destinazzjonijiet minħabba l-konġestjoni tat-traffiku u l-ħsara ambjentali kbira kif ukoll is-saturazzjoni tal-infrastrutturi fir-reġjuni turistiċi fil-livelli kollha tal-gvern;

li jinħolqu inċentivi monetarji għall-aġġustament u l-koordinazzjoni pan-Ewropea tal-flussi turistiċi (6), b’impenn ċar biex jiġu eliminati l-ogħla punti staġjonali u dawk l-aktar baxxi;

għal reviżjoni tal-White Paper tal-KE dwar sistema ta’ mobbiltà kompetittiva madwar l-Ewropa, b’mod partikolari sabiex titnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku ta’ tranżitu f’reġjuni sensittivi, (inklużi żoni urbani, reġjuni naturali), biex tiġi żgurata katina sħiħa ta’ konnessjonijiet minn bieb għal bieb, informazzjoni dwar it-trasport pubbliku u l-offerta eżistenti (7) kif ukoll il-miżuri li jippromovu t-trasport pubbliku, b’mod partikolari t-trasport bil-ferrovija (8), kif ukoll miżuri biex jiġu promossi r-rotot għaċ-ċikliżmu Ewropej u nazzjonali u l-passaġġi għall-mixi fit-tul;

12.

jitlob li l-istrateġiji turistiċi Ewropej, nazzjonali u reġjonali jinkorporaw kwistjonijiet dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu, is-sigurtà, b’mod partikolari f’postijiet pubbliċi, u l-protezzjoni ċivili, b’mod partikolari l-komunikazzjoni u l-ġestjoni tal-emerġenzi fil-pjani u l-proċeduri ta’ emerġenza nazzjonali, reġjonali u lokali;

Investiment fis-settur tat-turiżmu

13.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex, fl-okkażjoni tar-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, tikkunsidra mill-ġdid b’mod radikali l-approċċ li tieħu fir-rigward tat-turiżmu fil-kuntest tal-Fondi SIE, peress li fil-preżent din fil-fatt teskludi li tappoġġja t-turiżmu f’ċerti pajjiżi permezz ta’ dawn il-Fondi, minkejja li jeżistu żoni ftit li xejn żviluppati f’ħafna reġjuni f’dawn il-pajjiżi, fejn it-turiżmu huwa prattikament l-uniku strument possibbli għall-iżvilupp (pereżempju l-parks nazzjonali, iż-żoni protetti, eċċ.);

14.

jenfasizza li jenħtieġ investiment fil-kompetittività tat-turiżmu Ewropew. B’mod partikolari, l-SMEs għandhom jużaw aħjar l-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali u l-pakketti ta’ appoġġ relatati (FEIS, ESI, FEMS, Interreg, Urbact, LIFE, ORIZZONT, COSME, Ewropa Kreattiva, Erasmus +, EaSI) (9); F’dan ir-rigward, huma mixtieqa inizjattivi ta’ akkumpanjament u ta’ taħriġ iddedikati għall-SMEs biex il-fondi jintużaw b’mod aktar effettiv;

15.

jappoġġja s-sejħa biex tiddaħħal partita baġitarja għall-promozzjoni tat-turiżmu Ewropew fil-baġit annwali tal-UE, li tiffinanzja proġetti innovattivi, kompetittivi, sostenibbli, transreġjonali u transkonfinali, kif ukoll integrazzjoni iktar b’saħħitha tal-investimenti relatati mat-turiżmu fil-politika reġjonali tal-UE wara l-2020. Il-finanzjament tal-UE għandu jiffaċilita l-ħajja għall-SMEs u l-burokrazija involuta fil-proċedura għandha tonqos b’mod sinifikanti;

16.

jitlob lill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali tagħhom jinkludu prijoritajiet marbutin mat-turiżmu fil-programmi operattivi tagħhom għal wara l-2020, sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet pubbliċi u s-settur privat ikollhom aċċess għall-fondi biex jiffinanzjaw il-proġetti tagħhom; konxju mill-pass mgħaġġel tat-tibdil demografiku, huwa jirrakkomanda l-promozzjoni ta’ inizjattivi maħsubin biex jadattaw l-infrastruttura tat-turiżmu u l-mezzi tat-trasport għall-ħtiġijiet ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ;

17.

jitlob lill-Istati Membri biex

iħaffu r-ritmu tad-diġitalizzazzjoni fl-industrija tat-turiżmu, u b’mod partikolari biex jiżviluppaw Internet bil-broadband b’veloċità għolja fiż-żoni ultraperiferiċi, remoti, iż-żoni b’popolazzjoni baxxa u ż-żoni muntanjużi,

jirrakkomandaw li l-awtoritajiet pubbliċi jużaw il-potenzjal ta’ Aġenda Diġitali għall-Ewropa u jużaw l-opportunitajiet li din toħloq biex iżidu s-servizzi tas-saħħa elettronika tagħhom għall-benefiċċju taċ-ċittadini u tal-vjaġġaturi;

jieħdu miżuri biex jiggarantixxu fluss sinifikanti ta’ viżitaturi s-sena kollha;

jippromovu soġġorni ta’ medja itwal fid-destinazzjonijiet;

isaħħu l-ħiliet u l-impjegabbiltà ta’ dawk li jaħdmu fis-settur;

jadottaw is-sostenibbiltà bħala waħda mill-kriterji ewlenin fil-ġestjoni ta’ destinazzjonijiet u prodotti turistiċi; u

joħolqu fora ta’ esperti biex jippromovu l-aħjar prattika, speċjalment fost l-SMEs;

18.

jinnota b’dispjaċir li l-SMEs għandhom nuqqas ta’ għarfien dwar il-FEIS, u jappoġġja t-twaqqif ta’ pjattaformi reġjonali ta’ investiment fil-qafas tal-FEIS, sabiex l-SMEs jiksbu aċċess għall-informazzjoni u għall-għarfien, skont il-mudell ta’ żvilupp reġjonali (eż. “theALPS” (10)). Bħala parti mill-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni adottata matul is-7 Summit tar-Reġjuni u l-Bliet fi Bratislava, “Ninvestu u nikkollegaw” (11), il-KtR jipproponi lill-Kummissjoni Ewropea u l-BEI biex iwaqqfu b’mod konġunt pjattaforma pan-Ewropea ta’ investiment għall-SMEs relatati mat-turiżmu u jorganizzaw b’mod konġunt fora lokali dwar l-investimenti fit-turiżmu fil-qafas tal-FEIS. B’mod konkret, sal-2018 għandhom jiġu implimentati ħames proġetti f’reġjuni pilota (reġjuni rurali/remoti jew ultraperiferiċi, reġjuni muntanjużi, ta’ konfini, insulari jew mal-kosta, kif ukoll muniċipalitajiet), possibbilment bis-sehem ta’ netwerks bħan-NECTSTouR, l-Assoċjazzjoni ta’ Reġjuni mal-Fruntieri Ewropej, ir-Raggruppamenti Ewropej ta’ Kooperazzjoni Territorjali jew l-Ewroreġjuni;

19.

jistieden lir-reġjuni u r-REKT, flimkien mal-Bord ta’ Tmexxija tal-FEIS u l-BEI, biex jimmotivaw lill-banek fir-reġjuni tagħhom iniedu programmi ta’ investiment, biex jiffaċilitaw l-investiment transkonfinali u jippermettu lill-SMEs relatati mat-turiżmu jkollhom aċċess għall-fondi tal-UE u fondi mis-settur privat (il-mudelli PPP);

20.

jistieden lill-KE tappoġġja proġetti transkonfinali żgħar u mikroproġetti fil-qasam tat-turiżmu kif ukoll proġetti interpersonali (“people-to-people”), li b’mod partikolari fir-reġjuni tal-fruntieri, jistgħu jagħtu kontribut kbir għat-tisħiħ tas-sensibilizzazzjoni Ewropea;

21.

itenni t-talba tiegħu biex il-livelli limitu de minimis fil-każ ta’ għajnuna mill-Istat għal SIEĠ, li ta’ spiss huma ta’ benefiċċju għas-servizzi marbuta mat-turiżmu, jiżdiedu għal EUR 1 miljun għal kull każ għal kull tliet snin fiskali. Fir-reġjuni fejn l-istabbiltà ekonomika u soċjali tiddependi b’mod sostanzjali mit-turiżmu u fejn hemm livell għoli ta’ qgħad, dawn il-livelli limiti għandhom japplikaw ukoll għall-investimenti pubbliċi f’infrastrutturi relatati mat-turiżmu, sakemm dawn huma wkoll użati regolarment mill-popolazzjoni lokali. Ifakkar fl-istess ħin li r-Regolament attwali għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa Nru 651/2014 applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2020 diġà jkopri għajnuna għall-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju, u għajnuna għall-infrastrutturi tal-isport u għall-infrastrutturi ta’ rikreazzjoni multifunzjonali;

22.

jenfasizza li t-turiżmu huwa element strateġiku ewlieni għal ħafna reġjuni anqas żviluppati b’potenzjal ekonomiku u ambjentali sinifikanti li għadu ma ġiex sfruttat kompletament;

Regolamentazzjoni aħjar

23.

jiġbed l-attenzjoni għad-diffikultajiet marbutin mal-qafas regolatorju u jistieden lill-Istati Membri biex ma jżidux regolamenti nazzjonali mal-leġislazzjoni tal-UE bla bżonn (regolamentazzjoni żejda). Il-KtR jirrakkomanda li l-KE, fil-qafas tar-REFIT, tieħu l-inizjattivi li ġejjin maħsubin b’mod speċifiku għat-turiżmu:

tissemplifika r-regoli għall-fornituri tas-servizzi tal-broadband kif ukoll tadotta l-miżuri meħtieġa biex jiġi implimentat approċċ ibbażat fuq ekonomija tas-suq u li hu teknoloġikament newtrali;

twettaq rieżami tal-ispjegazzjonijiet u l-informazzjoni dwar id-Direttiva tal-UE dwar id-drittijiet tal-konsumaturi;

twettaq rieżami u, jekk meħtieġ, tirrevedi d-Direttiva dwar il-vjaġġi kollox inkluż; il-burokrazija żejda u l-inċertezza legali għandhom ikunu evitati;

tnaqqas mill-obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni taħt ir-Regolament tal-UE li jikkonċerna l-informazzjoni dwar l-ikel (Nru 1169/2011) fl-industrija tal-ospitalità;

tissemplifika r-regoli dwar il-ġarr ta’ likwidi fil-vjaġġi bl-ajru (12);

24.

jitlob li l-istrateġiji tar-riġenerazzjoni taċ-ċentri tal-bliet, meta jiġu eżaminati l-ħtiġijiet futuri tal-investiment f’riġenerazzjoni jew infrastruttura, iqisu bir-reqqa l-impatt potenzjali ta’ dawn l-investimenti mil-lat ta’ protezzjoni jew li jżidu s-sbuħija lokali għal attivitajiet turistiċi u t-titjib tal-aċċessibbiltà għaċ-ċittadini u l-viżitaturi b’mobbiltà mnaqqsa;

Turiżmu tematiku

25.

jipproponi li jiġu promossi proġetti ta’ turiżmu tematiku  (13) skont it-tifsira ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti (ir-reġjuni/il-bliet intelliġenti) sabiex jiġu miġġielda l-effetti negattivi tat-turiżmu tal-massa globali, kif ukoll jissuġġerixxi li jinħoloq it-titlu ta’ “Kapitali Ewropea tat-Turiżmu Intelliġenti”, li jingħata lil mhux aktar minn tliet bliet/reġjuni tal-UE kull sena, mir-rappreżentanti tal-industrija tat-turiżmu, il-KE, il-PE u l-KtR. F’dan ir-rigward għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-promozzjoni tad-destinazzjonijiet turistiċi sostenibbli u kompetittivi bħala valur miżjud għad-Destinazzjonijiet Ewropej ta’ Eċċellenza (EDEN). Għandhom jiġu kkunsidrati ż-żoni barra miċ-ċentri tal-bliet u attrazzjonijiet urbani li huma stabbiliti sew sabiex jibbenefikaw ukoll in-nodi urbani fil-periferiji taż-żoni metropolitani jew il-bliet ta’ daqs żgħir u medju;

26.

jenfasizza li t-turiżmu tal-bliet joħloq dinamika spazjali għat-trasformazzjoni tal-pajsaġġ urban permezz tat-tiġdid tal-ispazju pubbliku, l-infrastruttura u l-konnettività, l-iżvilupp ta’ faċilitajiet lokali u l-faċilitajiet rikreattivi. Dan jibbenefika mhux biss lit-turisti iżda wkoll lill-komunitajiet u ċ-ċittadini lokali;

27.

jitlob għall-appoġġ għat-turiżmu kulturali, naturali, storiku u reliġjuż, li jikkontribwixxi għall-impjieg, il-komprensjoni multikulturali u l-iżvilupp lokali, reġjonali u rurali, u jitlob li jiġu konnessi itinerarji tematiċi għat-turisti fuq livell Ewropew, nazzjonali u lokali, bħall-bliet u s-siti ddikjarati mill-Unesco bħala Wirt Storiku tal-Umanità. F’dan is-sens, għandu jinħoloq Netwerk Ewropew ta’ Bliet, u għandhom jiġu adottati mezzi speċifiċi sabiex jiġu ppreservati u sabiex jinxtered it-tagħrif dwarhom;

28.

itenni li t-turiżmu tas-saħħa u tal-benesseri huwa wieħed mill-aktar fergħat tat-turiżmu li qed jikber, li jattira l-anzjani Ewropej u viżitaturi minn pajjiżi terzi u jirrakkomanda t-tisħiħ tar-rabta bejn it-turiżmu u l-aġenda tal-ekonomija tal-fidda;

29.

jenfasizza li t-turiżmu rurali jippreserva l-komunitajiet lokali permezz tal-ħolqien tal-impjiegi, l-istimolu tal-iżvilupp, il-protezzjoni tal-ambjent, u l-appoġġ tal-kultura rurali, l-arti u l-artiġjanat, u jitlob

li r-reġjuni rurali, abbażi ta’ strateġiji ta’ żvilupp reġjonali, jiżviluppaw strateġiji integratitranskonfinali għall-iżvilupp tat-turiżmu rurali; tali strateġiji għandhom jiffukaw fuq konnessjonijiet tat-trasport mingħajr interruzzjonijiet, sabiex jiżguraw mobbiltà mingħajr ostakli lejn u fi ħdan żoni rurali;

li jingħata appoġġ biex is-sħubijiet tal-SMEs jipprovdu servizz permezz tat-twaqqif fuq skala wiesgħa ta’ persunal li jipprovdi kowċing fl-innovazzjoni lill-għadd ta’ kumpaniji, sabiex jiġu attirati l-klijenti urbani;

li jiġu żviluppati fora u pjattaformi li jippermettu lill-SMEs jiġġeneraw prodotti komplementari ta’ valur ogħla għal turisti;

li ż-żoni rurali jagħtu iżjed attenzjoni lill-wirt kulturali fl-istrateġiji ta’ żvilupp tagħhom peress li jikkontribwixxi għas-salvagwardja u l-ħolqien tal-impjiegi, l-appoġġ tan-negozji agrikoli, il-ħarsien tal-pajsaġġi kulturali, u l-appoġġ tal-arti u l-artiġjanat rurali;

f’dan il-kuntest, il-Politika Agrikola Komuni wara l-2020 tinkludi appoġġ tanġibbli għall-SMEs relatati mat-turiżmu fiż-żoni rurali bil-għan li jitrawwem iżjed l-agrituriżmu;

30.

jenfasizza r-rwol importanti li jaqdi t-turiżmu tal-ikel biex jinħolqu impjiegi addizzjonali u sostenibbli, u jinnota li l-iżvilupp ta’ dan is-settur turistiku għandu l-għan li jippromovi l-prodotti tradizzjonali u lokali ta’ kwalità għolja. Peress li aktar minn terz tal-ammonti minfuqa mit-turisti jmorru fuq il-konsum tal-ikel, il-gastronomija tirrappreżenta sors ta’ dħul assigurat u essenzjali;

31.

itenni l-appoġġ tiegħu għall-inizjattivi tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura (ECOC) u ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew (EHL), kif ukoll għall-Jiem tal-Patrimonju Ewropew u l-Premju tal-Unjoni Ewropea għall-Wirt Kulturali;

It-tibdil fil-klima u l-iżvilupp sostenibbli

32.

ifakkar li t-turiżmu f’ħafna reġjuni jirrappreżenta s-sigurtà għat-tkabbir ekonomiku, id-dħul u l-impjieg. Il-KtR jistieden lir-reġjuni jqisu d-dimensjoni tas-sostenibbiltà  (14) fl-istrateġiji tagħhom tat-turiżmu  (15), inklużi strumenti innovattivi biex tiġi ssorveljata u tissaħħaħ is-sostenibbiltà tat-turiżmu mil-lat tal-aspetti ambjentali, soċjali u ekonomiċi (ETIS) tagħha sabiex jipprovdu approċċ olistiku li jantiċipa u jittratta l-pressjonijiet ambjentali akbar bħala riżultat ta’ attivitajiet relatati mat-turiżmu. L-iżvilupp ta’ dan il-kunċett għandu jingħata appoġġ partikolari mill-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE;

33.

jitlob għal soluzzjoni leġislattiva Ewropea għat-tendenza tal-ekonomija kollaborattiva, li minbarra l-effetti pożittivi għandha wkoll riskji bħalma huma n-nuqqas ta’ protezzjoni soċjali għall-ħaddiema, in-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet fir-rigward tal-akkomodazzjoni tal-klijenti/turisti, it-trasferiment tar-riskju minn min iħaddem għall-ħaddiema, effetti fiskali negattivi u nuqqas ta’ kontroll ta’ kwalità tad-destinazzjonijiet;

34.

jappoġġja l-iżvilupp tat-turiżmu kulturali sostenibbli fil-bliet li jista’ jkun xprun vitali għall-ġenerazzjoni tad-dħul finanzjarju għall-prattiki innovattivi fil-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-patrimonju. It-turiżmu fil-bliet jistimula wkoll l-innovazzjoni. Għandu jsir użu mit-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u l-kunċett tal-Bliet Intelliġenti li mhux biss joħolqu l-esperjenza ta’ kwalità għall-viżitaturi iżda wkoll itejbu il-kwalità tal-ħajja tal-popolazzjoni lokali;

35.

jistieden lir-reġjuni turistiċi, fid-dawl tat-tibdil fil-klima, biex jiddiversifikaw il-prijoritajiet ekonomiċi tagħhom. B’mod partikolari, ir-reġjuni muntanjużi u dawk kostali jiddisponu minn kundizzjonijiet favorevoli għall-produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli (enerġija mill-ilma jew mir-riħ, solari, ġeotermali, bijomassa) u biex jinvestu flimkien mas-settur fi proġetti li jiffavorixxu l-klima bl-użu ta’ għodod bħall-Hotel Energy Solutions (HES) (16) u n-Nearly Żero Energy Hotels (neZEH) (17);

36.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiffoka fuq kampanji li jżidu l-għarfien tas-settur dwar il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali (bil-ħsieb li jitnaqqas il-konsum tal-ilma, l-iskart tal-ikel u l-użu ta’ prodotti tat-tindif sanitarji);

Is-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni u r-riċerka

37.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jieħdu aktar azzjoni dwar ir-rikonoxximent formali transkonfinali tal-ħiliet fil-qasam tat-turiżmu, kif ukoll it-taħriġ versatili biex inaqqas il-fattur staġjonali. Ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki għandhom ikunu bbażati fuq kriterji għolja (18);

38.

jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li jiġi miġġieled l-użu ta’ xogħol mhux iddikjarat jew sottoddikjarat, prattika partikolarment mifruxa fis-settur tat-turiżmu (19);

39.

jistieden lill-Kummissjoni, fil-qafas tan-netwerk tal-EURES, biex tiżviluppa mal-aġenziji nazzjonali programmi speċifiċi għat-turiżmu għall-kollokament tal-impjiegji madwar l-Ewropa kollha għall-ħaddiema tas-sengħa f’reġjuni turistiċi;

40.

jistieden lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-aġenziji tas-suq tax-xogħol biex, flimkien mal-industrija tat-turiżmu, joħolqu netwerk ta’ taħriġ biex joffru taħriġ għall-promozzjoni tal-kwalità (is-sostenibbiltà, il-kura, is-sigurtà, eċċ.) u l-kummerċjalizzazzjoni (diġitalizzazzjoni) fis-settur tat-turiżmu f’perspettiva ta’ tagħlim tul il-ħajja;

41.

jilqa’ l-adozzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli ġodda (20) (SDGs) mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti waqt is-70 sessjoni tagħha u jenfasizza li fost is-17-il SDG it-turiżmu jidher b’mod espliċitu fl-għan 8, 12 u 14 għall-kapaċità tiegħu li jiġġenera tkabbir ekonomiku, l-inklużività u xogħol deċenti għal kulħadd, il-promozzjoni tal-konsum u l-produzzjoni sostenibbli u l-konservazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma – filwaqt li jieħu nota tal-linji prinċipali ta’ azzjoni – l-attivitajiet ta’ promozzjoni u sensibilizzazzjoni, il-ħolqien u t-tixrid tal-għarfien, it-tfassil tal-politika, u l-bini tal-kapaċità u l-edukazzjoni;

42.

jipproponi, fil-kuntest tal-inizjattiva Ewropea dwar l-edukazzjoni,

li jiġu appoġġjati l-inizjattivi PPP permezz ta’ taħlita ta’ taħriġ u prattika (21) li jippromovu l-professjonalizzazzjoni tas-settur;

għandu jinħoloq netwerk tal-iskejjel tekniċi, il-kulleġġi u l-universitajiet relatati mat-turiżmu, u jiġi evalwat l-impatt tal-Erasmus + fuq is-settur tat-turiżmu;

li jitwaqqfu akkademja għat-turiżmu Ewropew u katedra ta’ Jean Monnet għar-riċerka dwar it-turiżmu Ewropew;

43.

jistieden lill-Istati Membri, lir-reġjuni u lill-bliet biex jintegraw lill-migranti u dawk li jfittxu l-asil b’mod aktar rapidu fis-suq tax-xogħol u biex jużaw il-lingwa u l-ħiliet speċjalisti tal-migranti u jiżviluppawhom permezz ta’ korsijiet;

It-turiżmu u ċ-ċittadinanza Ewropea

44.

jenfasizza li bħala turisti, iċ-ċittadini Ewropej fl-UE jħossuhom protetti mil-liġi tal-UE li tipproteġi lill-konsumatur u jistgħu jiċċaqalqu b’mod liberu fis-suq intern tal-UE u fiż-żona Schengen. Għaldaqstant it-turiżmu għandu rwol importanti ħafna x’jaqdi b’rabta mal-ħolqien ta’ sens ta’ ċittadinanza Ewropea u l-promozzjoni ta’ fehim reċiproku. Għaldaqstant, għandhom jinħolqu inċentivi biex iċ-ċittadini Ewropej iqattgħu l-btajjel tagħhom dejjem aktar fl-Ewropa. Il-KtR iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-governanza f’diversi livelli jikkunsidraw is-suġġerimenti li ġejjin:

biljetti b’xejn tal-InterRail għaż-żgħażagħ Ewropej meta jagħlqu 18-il sena biex ikunu jistgħu jesploraw u jsiru jafu lill-Ewropa aħjar, kif propost mill-Parlament Ewropew (22);

joffru liċ-ċittadini tal-UE li jivvjaġġjaw fl-UE rati mnaqqsa fit-trasport pubbliku, (inkluż għall-ġarr tar-roti u l-faċilitajiet tal-kiri tar-roti), mużewijiet, eċċ. permezz ta’ “European Citizen Travel Card” (Kard tal-Vjaġġatur ta’ Ċittadin Ewropew), li tingħata b’xejn u li l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-bliet jistgħu jipparteċipaw fiha b’mod volontarju; il-kard għandha tkun disponibbli minn fuq il-websajts tal-KtR, tal-KE, miċ-ċentri ta’ informazzjoni EuropeDirect kollha u mill-uffiċċji turistiċi parteċipanti u għandha tintuża flimkien ma’ karta tal-identità jew passaport ta’ pajjiż tal-UE;

joħolqu baġġ ta’ vjaġġar Ewropew elettroniku (app marbuta mal-GPS kompatibbli mal-midja soċjali“DiscoverYrope App”);

joħolqu “Passaport tal-vjaġġatur Ewropew” li fih ikollu informazzjoni utli għaċ-ċittadini tal-UE bħala turisti (drittijiet tal-konsumatur, kura tas-saħħa, indirizzi ta’ konsolati barra mill-Ewropa, numri tat-telefown tal-emerġenza, informazzjoni dwar il-“Kard tal-Vjaġġatur Ewropew”);

45.

jirrimarka li s-settur tat-turiżmu huwa kontributur importanti għall-fehim reċiproku bejn il-popli u l-għarfien aħjar ta’ kulturi oħra;

46.

jipproponi li l-KE, il-PE u l-KtR iniedu premju tal-midja (Oscar tat-turiżmu) li jippremja d-dokumentazzjoni (midja miktuba u awdjoviżiva) li xxandar għarfien dwar il-wirt kulturali u naturali Ewropew, kif ukoll dwar attrazzjonijiet turistiċi reġjonali u lokali fl-Ewropa u li tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ sens ta’ ċittadinanza Ewropea;

Id-dimensjoni esterna tat-turiżmu

47.

jenfasizza r-rwol tas-suq intern u taż-żona Schengen għat-turiżmu transkonfinali u s-swieq ġirien. Il-KtR jistieden lill-Istati Membri tal-UE jissalvagwardjaw iż-żona mingħajr fruntieri ta’ Schengen;

48.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-“Pakkett tal-Viżi” (23) adottat mill-KE f’April 2014 u jisħaq li l-faċilitazzjoni tal-viża hija kruċjali biex it-turisti jitħeġġu jżuru l-Ewropa (24). Huwa importanti li l-kwistjonijiet dwar is-sigurtà jkunu evalwati b’kunsiderazzjoni tal-kontribut ekonomiku tat-turiżmu; f’dan il-kuntest, il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon l-introduzzjoni ta’ Sistema tal-UE ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) (25) għat-tisħiħ tal-ivvjaġġar fiż-żona Schengen skont ftehimiet ta’ ħelsien mill-viża;

49.

jissuġġerixxi li kwistjonijiet marbuta mat-turiżmu, b’mod partikolari miżuri biex titjieb is-sigurtà tat-turisti Ewropej f’pajjiżi li mhumiex fl-UE, jiġu indirizzati f’rapport tal-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM);

50.

jappoġġja l-pjattaformi ġodda għall-kooperazzjoni bejn l-UE u l-imsieħba internazzjonali bħaċ-Ċina permezz ta’ inizjattivi bħal Europe-China “One Belt, One Road (OBOR)” Culture and Tourism Development Committee (26);

Promozzjoni tat-turiżmu

51.

jappoġġja bis-sħiħ id-deċiżjoni li l-2018 tkun is-“Sena Ewropea għall-Wirt Kulturali”, meta wieħed iqis li t-turiżmu ser ikun fost il-faċilitaturi ewlenin tal-inizjattivi rilevanti kollha u jappella għal Sena Ewropea għat-Turiżmu;

52.

jitlob li jkun hemm koordinazzjoni tal-promozzjoni konġunta tat-turiżmu fil-pajjiżi terzi bejn l-organizzazzjoni li tiġbor fiha l-aġenziji nazzjonali li jippromovu t-turiżmu u l-“Kummissjoni Ewropea għat-Turiżmu”;

53.

jitlob għat-tisħiħ tas-servizzi tat-turiżmu u li jiġu mmirati kemm lejn pajjiżi speċifiċi u lejn gruppi ta’ interess, gruppi professjonali, eċċ. filwaqt li jiġi żgurat li l-informazzjoni titqassam madwar id-dinja b’mod xieraq u li jinftiehem bl-użu tal-aktar mezzi innovattivi possibbli. Li l-informazzjoni dwar prodotti turistiċi Ewropej issir aktar aċċessibbli tista’ ttejjeb il-flussi turistiċi Ewropej, kif ukoll dawk minn pajjiżi li huma ġeografikament imbiegħda;

54.

jitlob lill-Kummissjoni biex tiffoka iktar mill-qrib fuq l-interferenza bejn it-turiżmu u l-flussi tal-migrazzjoni u tar-refuġjati, tistudja l-impatti soċjali, ekonomiċi u kulturali, flimkien mal-KtR, biex tidentifika opportunitajiet potenzjali għar-reġjuni affettwati (suq tax-xogħol, eċċ.);

55.

jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea

tappoġġja marka Ewropea (logo tal-UE), u l-iżvilupp tal-ippożizzjonar tal-marka fil-livell reġjonali, interreġjonali u transnazzjonali u pjattaformi Ewropej ta’ marketing (programm ta’ marketing tal-UE, pereżempju għar-reġjun tal-Alpi jew il-Mediterran) sabiex tippromovi l-Ewropa fis-swieq imbegħda filwaqt li tirrifletti r-rwol partikolari tal-bliet u r-reġjuni u d-diversità tal-wirt naturali u kulturali tagħhom (27);

timplimenta miżuri biex iċ-ċittadini Ewropej jitħeġġu aktar iqattgħu l-btajjel tagħhom fl-Ewropa stess; għandu jiġi kkunsidrat mudell ta’ “Kard tal-Vjaġġatur ta’ Ċittadin Ewropew”. Il-Kard tista’ tipprovdi lill-vjaġġaturi bl-informazzjoni ġenerali li jeħtieġu biex il-vjaġġi tagħhom ikunu iżjed faċli u siguri u bil-benefiċċji ta’ vjaġġar fi ħdan l-Ewropa;

tistabbilixxi, fis-sit web www.visiteurope.com “roadshow dwar it-turiżmu fl-UE”atlas tar-rotot kulturali Ewropej  (28);

tikkunsidra toħloq sistema standardizzata ta’ ġestjoni tal-kwalità u ta’ klassifikazzjoni Ewropea li tikkomplementa l-klassifikazzjoni tal-lukandi nazzjonali/reġjonali (eż. l-istilel tal-lukandi) u l-istandards tal-kwalità stabbiliti fil-livell nazzjonali;

Kooperazzjoni interistituzzjonali

56.

jitlob lill-KE, biex il-KtR jiġi inkluż fil-Forum annwali dwar it-Turiżmu Ewropew u l-Jum tat-Turiżmu Ewropew;

57.

jitlob li ta’ kull sena jsir dibattitu dwar it-turiżmu bejn il-kumitati u l-korpi rilevanti tal-PE u tal-KtR; id-diskussjoni tista’ tħaddan seduta konġunta ta’ partijiet interessati relatati mas-settur;

58.

jistieden lill-Presidenzi futuri tal-UE biex ipoġġu temi dwar it-turiżmu fl-aġenda tagħhom u jinvolvu lir-rappreżentanti tal-KtR;

59.

jappoġġja t-“Tourism for Growth and Jobs Manifesto” (29), inizjattiva tal-atturi Ewropej pubbliċi u privati fil-qasam tat-turiżmu, u jipproponi li jiġi ffirmat sabiex jitlaqqgħu flimkien l-isforzi meħtieġa biex l-Ewropa tibqa’ destinazzjoni attraenti u jiġi żgurat li s-settur tat-turiżmu jkompli jikkontribwixxi għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Ewropa;

60.

jistieden lill-Organizzazzjoni Dinjija dwar it-Turiżmu biex tappoġġja l-iżvilupp tat-turiżmu Ewropew.

61.

jappella għall-promozzjoni ta’ politiki u prattiki ta’ turiżmu responsabbli mill-gvernijiet u s-settur privat f’konformità mal-prinċipji tal-Kodiċi ta’ Etika Globali tal-UNWTO għat-turiżmu, qafas komprensiv għall-iżvilupp ta’ turiżmu sostenibbli, responsabbli u aċċessibbli għal kulħadd, turiżmu li jikkunsidra d-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali, kulturali u ambjentali kollha;

62.

jagħmel enfasi speċjali fuq ir-responsabbiltà soċjali tat-turiżmu, u jistieden liċ-ċittadini Ewropej u mhux Ewropej biex ikunu turisti u vjaġġaturi informati u responsabbli u li jirrispettaw l-użanzi u l-kulturi lokali.

Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Ċifri tal-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu tan-Nazzjonijiet Uniti (UNWTO) ikkwotati fl-annwarju reġjonali tal-Eurostat għall-2016.

(2)  COM(2009) 248 final, “Strateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku (EUSBSR)”; COM(2014) 357, “Strateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku”; COM(2010) 715, “Strateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju (EUSDR)”; COM(2015) 366 final, “Strateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Alpi (EUSALP)”.

(3)  Eżempju wieħed ta’ pjattaforma bħal din huwa n-Netwerk tar-Reġjuni Ewropej għal Turiżmu Sostenibbli u Kompetittiv (NECSTouR).

(4)  Eż. it-turiżmu u l-agrikoltura, it-turiżmu u l-benesseri, it-turiżmu u l-ispas, it-turiżmu u l-isports, it-turiżmu u l-artiġjanat lokali u l-industriji kulturali kreattivi, l-industrija u l-mużewijiet.

(5)  Inklużi f’reġjuni ultraperiferiċi u remoti, reġjuni muntanjużi, gżejjer u żoni kostali, reġjuni transkonfinali, reġjuni li jiffaċċjaw sfidi demografiċi, siti kulturali u tan-natura, destinazzjonijiet ġodda u kif ukoll maturi.

(6)  “Rotot ekoloġiċi”, ġestjoni ta’ pedaġġ f’ċerti ħinijiet tal-jum jew tal-ġimgħa, tariffi mnaqqsa għall-vjaġġi bil-vapur/tariffi preferenzjali għat-trasport pubbliku għat-turisti (speċjalment it-trasport bil-ferrovija).

(7)  Inklużi għażliet ta’ trasport intermodali aċċessibbli u s-servizzi tal-biljetti.

(8)  Pereżempju, servizzi ta’ ferroviji li fuqhom jistgħu jitilgħu l-karozzi, il-ġarr ta’ roti fuq ferroviji transkonfinali.

(9)  “Guide on EU funding for the tourism sector 2014-2020”. http://ec.europa.eu/DocsRoom/documents/18164/attachments/1/translations/en/renditions/pdf.

(10)  http://www.thealps.travel/en.

(11)  COR-2016-02559-00-00-DECL-REF.

(12)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta’ Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (ĠU L 55, 5.3.2010, p. 1).

(13)  It-turiżmu tal-inbid, il-gastronomija, l-ekoturiżmu, it-tagħlim tal-lingwi, it-turiżmu attiv, it-turiżmu taċ-ċikliżmu, il-ħajja rurali, it-tradizzjonijiet, ir-reliġjon, l-arti, l-edukazzjoni, ir-riċerka, għadd ta’ sport popolari, it-turiżmu tan-negozju u l-konferenzi, MICE (laqgħat, inċentivi, konvenzjonijiet u avvenimenti), eċċ.

(14)  pereżempju, offerti diversifikati f’dak li jirrigwarda l-benesseri, il-kultura, l-isport, prodotti dipendenti fuq l-istaġun disponibbli matul is-sena kollha, l-iżvilupp ta’ mudelli ta’ impatti biex ikejlu l-effett fuq il-klima ta’ tipi differenti ta’ btajjel u attivitajiet.

(15)  fuq l-eżempju tar-reġjuni NECSTouR.

(16)  http://hotelenergysolutions.net/.

(17)  http://www.nezeh.eu/home/index.html

(18)  COM/2016, “Mapping and performance check of the supply side of tourism education and training”; COM/2014/86, “Strateġija Ewropea għal aktar Tkabbir Ekonomiku u Impjiegi fit-Turiżmu Marittimu u Kostali”.

(19)  Riżoluzzjoni tal-ETUC dwar ix-Xogħol mhux Iddikjarat, Marzu 2014 (https://www.etuc.org/documents/etuc-resolution-undeclared-work#.WA9SumeXCUk).

(20)  https://sustainabledevelopment.un.org/.

(21)  Parliament Magazine, Ħarġa 437, 27 ta’ Ġunju 2016, p. 28-29; Pereżempju “Youth on the Spot – Special Partnership on tourism”.

(22)  L-idea ta’ biljetti b’xejn tal-InterRail, li jippermettu vvjaġġar illimitat bil-ferrovija fi ħdan u bejn il-pajjiżi parteċipanti kollha għal perjodu stabbilit ta’ żmien ġiet diskussa fis-sessjoni plenarja tal-PE fi Strasburgu tat-3 sas-6 ta’ Ottubru 2016.

(23)  COM(2012) 649 final, “L-implimentazzjoni u l-iżvilupp tal-politika komuni dwar il-viżi sabiex jiġi xprunat it-tkabbir fl-UE”.

(24)  ETC (2015), “Improving the Visa Regimes of European Nations to Grow Tourism: A view from the European Travel Commission”.

(25)  COM(2016) 731 final Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council establishing a European Travel Information and Authorisation System (ETIAS) and amending Regulations (EU) No 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/794 and (UE) 2016/1624 (mhux disponibbli bil-Malti).

(26)  Parliament Magazine, Ħarġa 437, 27 ta’ Ġunju 2016, pp. 28-29.

(27)  European Tourism Manifesto (2016), “Tourism for growth and jobs” (http://www.tourismmanifesto.eu/).

(28)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Approċċ integrat għall-wirt kulturali tal-Ewropa” (COM(2014) 477 final).

(29)  http://www.tourismmanifesto.eu/the-manifesto


9.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 185/24


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-ekonomija kollaborattiva u l-pjattaformi onlajn: viżjoni komuni tal-bliet u r-reġjuni

(2017/C 185/04)

Relatur:

Benedetta BRIGHENTI (IT/PSE), Viċi Sindku tal-Muniċipalità ta’ Castelnuovo Rangone (Modena)

Dokumenti ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Il-Pjattaformi Online u s-Suq Uniku Diġitali – Opportunitajiet u Sfidi għall-Ewropa

COM(2016) 288 final

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lil-Kumitat tar-Reġjuni – Aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva

COM(2016) 356 final

I.   KUMMENTI ĠENERALI

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

1.

jinnota li, permezz tal-Komunikazzjoni tagħha ppubblikata fit-2 ta’ Ġunju 2016 dwar “Aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva”, il-Kummissjoni Ewropea tenniet il-preferenza għall-użu tat-terminu “ekonomija kollaborattiva” minflok it-terminu aktar komprensiv ta’ “ekonomija ta’ kondiviżjoni”;

2.

iqis li r-referenza għall-aspett ta’ “mingħajr skop ta’ qligħ” tal-ekonomija kollaborattiva fil-Komunikazzjoni msemmija, jiġifieri li “it-tranżazzjonijiet tal-ekonomija kollaborattiva ġeneralment ma jinvolvux bidla fis-sjieda u jistgħu jitwettqu għall-qligħ jew mingħajr skop ta’ qligħ”, mhijiex biżżejjed meta wieħed iqis li t-tibdil u l-innovazzjonijiet li tippromovi l-ekonomija kollaborattiva mhumiex limitati għall-effetti marbutin mal-provvista u d-domanda tas-servizzi;

3.

jenfasizza l-apprezzament tiegħu li b’din il-Komunikazzjoni l-Kummissjoni turi li hija miftuħa fir-rigward tal-ekonomija kollaborattiva. Jinħtieġ qafas regolatorju komuni li jkun applikabbli għall-Istati Membri, u għall-awtoritajiet reġjonali u lokali u jservihom ta’ gwida;

4.

fid-dawl tal-fatt li dan il-fenomenu jaffetwa diversi livelli, itenni l-importanza ta’ approċċ b’diversi livelli flimkien ma’ interazzjoni kontinwa u mill-qrib u kooperazzjoni bejn id-diversi livelli istituzzjonali;

5.

jiddispjaċih li l-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2017 ma jinkludix proposta għas-segwitu tal-Aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva. Fil-fatt il-leġislazzjoni Ewropea rilevanti ma tidhirx li hija kkonsolidata u l-qafas għal relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-pjattaformi u l-kontributuri tagħhom mhux ċar;

6.

billi din l-ekonomija ġdida tiddependi f’ħafna aspetti fuq l-għoti ta’ setgħa liċ-ċittadini u l-konsumaturi, huwa tal-fehma li huwa meħtieġ approċċ regolatorju bbażat fuq il-governanza f’diversi livelli, il-parteċipazzjoni, il-proporzjonalità u l-evitar ta’ burokrazija;

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET

7.

jitlob li l-inizjattivi futuri f’dan il-qasam ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt territorjali bir-reqqa min-naħa tal-Kummissjoni, liema ħtieġa ħarġet mis-seminar ta’ esperti dwar il-valutazzjoni tal-impatt urban organizzat mill-KtR (1); id-dimensjoni qawwija lokali u reġjonali ta’ dan il-fenomenu tidher ċar peress li ħafna inizjattivi tal-ekonomija kollaborattiva għandhom impatt konsiderevoli speċjalment fil-livell tal-bliet u dawn ta’ spiss huma mfassla, rregolati, u xi drabi ntaxxati fil-livell lokali u/jew reġjonali;

8.

jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni Ewropea li tiġi evitata l-frammentazzjoni regolatorja, u jitlob li dan l-għan jintlaħaq biex b’hekk jiġi żgurat li l-ekonomiji lokali u reġjonali jgawdu l-benefiċċji tal-ekonomija kollaborattiva; għaldaqstant, il-Kummissjoni hija mistiedna tqis id-dimensjoni lokali u reġjonali ta’ “raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali” kif definita fl-Artikolu 4(8) tad-Direttiva dwar is-Servizzi;

9.

jenfasizza l-ħtieġa li, bħala fenomenu trasversali, l-ekonomija kollaborattiva tiġi indirizzata fil-kuntest tal-aġenda urbana għall-UE, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mat-tranżizzjoni lejn l-ambjent diġitali, wieħed mill-oqsma ta’ prijorità tal-Patt ta’ Amsterdam;

10.

iqis indispensabbli li jiġi adottat approċċ olistiku li jagħmel użu mir-rikkezza ekonomika, soċjali u ekoloġika li tirriżulta minn dawn is-sistemi eżistenti ta’ ġestjoni/kondiviżjoni/skambju ta’ beni u servizzi li issa jitwasslu mit-teknoloġiji ġodda;

11.

jenfasizza li minkejja l-kumplessità tagħha, azzjoni f’waqtha, imfassla primarjament biex tiġi evitata l-frammentazzjoni, xorta tkun ħafna inqas diffiċli mill-armonizzazzjoni ex-post tat-28 qafas nazzjonali u l-għadd kbir ta’ regolamenti fil-livell lokali u reġjonali;

12.

jinnota li miżuri regolatorji eċċessivi jistgħu joħonqu l-innovazzjoni; jenfasizza, min-naħa l-oħra, li n-nuqqas ta’ miżuri regolatorji jistgħu joħolqu inċertezza li tista’ trażżan l-investimenti u l-iżvilupp tas-settur;

13.

iqis li din hija kwistjoni importanti anke fir-rigward tal-ħtieġa li jitnaqqas id-distakk diġitali. Ir-riskju li dawn l-ekonomiji jiġu indirizzati b’mod differenti jista’ jżid id-distakk bejn iż-żoni rurali u dawk urbani;

14.

jinnota l-prevalenza qawwija ta’ kumpaniji tal-Istati Uniti fl-ekonomija kollaborattiva u jenfasizza li l-introduzzjoni ta’ regoli ċari fil-livell tal-UE li jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità u s-sussidjarjetà, jistgħu jippermettu li l-istartups Ewropej jikbru u jsiru aktar kompetittivi f’livell dinji; barra minn hekk, huwa tal-fehma li jeħtieġ li tiġi kkunsidrata l-ispiża tan-non-Ewropa fil-qasam tal-ekonomija kollaborattiva (2);

Definizzjoni

15.

iqis li dan l-approċċ ġdid ibbażat fuq il-kondiviżjoni/kollaborazzjoni/parteċipazzjoni/relazzjoni għandu kwalitajiet pożittivi mhux biss fir-rigward tat-teknoloġiji ġodda, iżda wkoll tal-fiduċja u r-responsabilità, u li għandu valur ekonomiku iżda wkoll soċjali u “esperjenzali”;

16.

jirrimarka li l-organizzazzjonijiet kummerċjali tal-ekonomija kondiviża/kollaborattiva b’viżjoni fit-tul għandu jkollhom rwol attiv fit-tfassil ta’ politiki futuri f’dan il-qasam;

17.

iqis li hija prijorità li jiġu identifikati u stabbiliti parametrivaluri li jridu jingħataw appoġġ u jiġu protetti sabiex jiġi evitat li l-paradigma ġdida tieħu forma li ħadd ma jidentifika magħha u sabiex tkun soċjalment sostenibbli. Dan se jkun meħtieġ fis-settur tal-ospitalità, pereżempju, fejn hemm riskju ta’ kompetizzjoni inġusta bejn is-servizzi tal-ekonomija kollaborattiva u attivitajiet tradizzjonali. Jista’ wkoll ikollha effett fuq is-suq tal-proprjetà permezz ta’ żieda fil-prezzijiet jew bidla fl-użu ta’ bini. Il-kwistjoni li għandha tiġi indirizzata lokalment hija sa liema punt il-pjattaformi tal-ekonomija kollaborattiva jikkumplementaw ir-residenzi eżistenti u l-lukandier tradizzjonali;

18.

iqis li sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet huwa essenzjali li kemm jista’ jkun, u b’rispett sħiħ tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, jiġu adottati definizzjonijiet u kunċetti simili, għax dawn jiggarantixxu l-omoġeneità u ċ-ċertezza fil-livell Ewropew. Iqis li l-UE għandha tiddefinixxi l-kunċetti ta’ “fornitur ta’ servizz”, “impjegaturi” u “ħaddiema” b’mod iktar ċar, u ssib soluzzjoni għall-problemi fir-relazzjonijiet bejn konsumatur u ieħor u bejn negozjant u ieħor fuq il-pjattaformi onlajn, sabiex wara jiġi stabbilit liema drittijiet u regoli jkunu applikabbli;

19.

kif diġà ntqal fl-Opinjoni preċedenti “iqis, madankollu, li r-regolazzjoni ta’ swieq li diġà jeżistu għandha tkun soġġetta għal rieżami regolari sabiex tiġi verifikata l-kapaċità tagħha li tagħti spazju għal proċessi ta’ innovazzjoni kontinwi. Id-dibattiti dwar l-ekonomija ċirkolari u s-Suq Uniku Diġitali jista’ jkunu wħud mill-oqsma fejn l-ekonomija kollaborattiva tiġi kkunsidrata” (3).

20.

jiddispjaċih, madankollu, li m’hemm l-ebda referenza li turi li beħsieba tinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-analiżijiet futuri, u li titħalla arbitrarjetà eċċessiva għall-Istati Membri b’riskju ta’ frammentazzjoni li għandha tiġi evitata;

21.

iqis li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tipprovdi elementi u kriterji ta’ valutazzjoni, mingħajr ma tagħti reazzjoni sħiħa u għalhekk bilfors li se twassal għal interpretazzjonijiet li jvarjaw u aktar frammentazzjoni tas-suq uniku; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas legali ċar li jiżgura rispett għall-prinċipji tal-kompetizzjoni ġusta; f’dan il-kuntest, jiddispjaċih li l-approċċ tal-Kummissjoni jidher li hu li l-leġislatur Ewropew jitħalla japprova biss numru limitat ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji (4), inkluż dwar il-kwistjoni dwar x’inhu kopert preċiżament mill-esklużjoni tat-“trasport” mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi;

22.

jilqa’ b’mod pożittiv l-approċċ tal-Kummissjoni li, anke bis-saħħa tad-data li nġabret fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal, turi l-potenzjal ekonomiku tal-ekonomija kollaborattiva. Fl-istess ħin ikun jaqbel li ssir analiżi u jiġi rikonoxxut mhux biss il-gwadann ekonomiku iżda wkoll il-gwadann u l-iffrankar tal-attivitajiet kollaborattivi f’termini ambjentali u soċjali. Għalhekk, il-KtR jissuġġerixxi li jiġi identifikat l-aħjar mod għall-analiżi u l-monitoraġġ ta’ din “ir-rikkezza” ġġenerata mill-kondiviżjoni li b’hekk tkun tista’ tiġi rikonoxxuta fi ħdan l-ekonomija ċirkolari bħala parti attiva;

23.

jinnota li t-twaqqif ta’ punti uniċi ta’ servizz għal intraprendituri tal-ekonomija kondiviża/kollaborattiva, li jlaqqgħu flimkien is-servizzi kollha ta’ sostenn għan-negozji, jistgħu jgħinu biex tintlaħaq firxa usa’ ta’ attivitajiet tal-ekonomija ta’ kondiviżjoni/kollaborattiva;

Ir-rekwiżiti ta’ aċċess għas-suq

24.

jitlob definizzjoni għal “fornitur ta’ servizzi” li tkun għada valida għad-Direttiva dwar is-Servizzi, peress li l-formulazzjoni attwali tkopri kwalunkwe attività ekonomika, inkluż in-numru kbir ta’ attivitajiet estremament rari u mhux professjonali pprovduti bejn il-pari;

25.

jikkunsidra li tkun ħaġa partikolarment utli li jiġu identifikati “livelli limiti”, “kwalitattivi” u “kwantitattivi”, sabiex jiġi determinat min huwa soġġett għar-rekwiżiti dwar l-aċċess għas-swieq, imma wkoll biex jiġi evitat li jinfirxu attivitajiet li taħt il-pretest tal-ekonomija kollaborattiva jistgħu jduru mal-liġijiet u r-regolamenti.

Il-protezzjoni tal-utenti

26.

iqis li l-Kummissjoni għandha tikkjarifika l-linji gwida provduti dwar id-definizzjoni ta’ “professjonist”; jemmen li n-nuqqas ta’ skop ta’ qligħ għandu jeskludi lil fornitur bħala professjonist u li għandhom jintużaw livelli limiti fil-livell tal-UE abbażi ta’ kemm spiss jiġi offrut is-servizz;

27.

jinnota li, flimkien mar-rekwiżiti legali, riċensjonijiet u valutazzjonijiet jistgħu jkunu fattur importanti sabiex jiżguraw il-fiduċja u l-protezzjoni tal-konsumatur, u jenfasizza li l-pjattaformi għandhom jagħmlu aktar kontra riċensjonijiet foloz;

Aspetti tal-impjiegi u l-politika soċjali

28.

jinnota, madankollu, li ħafna forom ta’ xogħol tal-ekonomija kollaborattiva jidhru li jaqgħu bejn impjieg bi ħlas u impjieg indipendenti, sitwazzjoni li tqajjem mistoqsijiet importanti dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, tas-saħħa u s-sikurezza, assigurazzjoni tas-saħħa, liv ta’ mard imħallas, benefiċċji tal-qgħad u tal-pensjoni; jenfasizza li sitwazzjoni bħal din tista’ twassal biex tinħoloq kategorija ġdida ta’ ħaddiema temporanji;

29.

jinnota li qed jiżviluppaw xi mudelli intraprenditorjali ta’ ekonomija kollaborattiva filwaqt li joħolqu esternalitajiet negattivi qawwija fil-livell soċjali u tal-impjieg, b’mod partikolari billi jabbużaw mill-kunċett ta’ “impjieg indipendenti”, u jisfruttaw id-disparitajiet soċjali fost il-ħaddiema skont il-leġislazzjoni applikabbli fil-pajjiż fejn jiġi fornit is-servizz; jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi kwadru aktar konkret biex jiggarantixxi l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri;

30.

jistieden lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll lill-Kummissjoni biex jippromovu soluzzjonijiet innovattivi għall-isfidi soċjetali u tal-impjiegi li tippreżenta l-ekonomija kollaborattiva, bħal pereżempju kooperattivi jew soċjetajiet mutwi li jipprovdu l-istatus ta’ ħaddiem impjegat lil persuni li nkella jkunu mġiegħla jagħżlu l-istatus ta’ ħaddiem indipendenti kontra r-rieda tagħhom, u b’hekk joffrulhom aċċess għal firxa wiesgħa ta’ protezzjoni soċjali;

It-tassazzjoni

31.

jenfasizza, madankollu, li kwalunkwe attività li ssir permezz ta’ pjattaforma intermedjarja onlajn hija totalment traċċabbli, u li b’miżuri ta’ politika adatti, l-ekonomija kollaborattiva tista’ minflok tkun għodda biex ittejjeb il-konformità mar-regoli tat-taxxa u tnaqqas il-piżijiet amministrattivi;

32.

iħeġġeġ lill-pjattaformi tal-ekonomija kollaborattiva biex jesiġu li l-fornituri attivi kollha jikkonformaw mar-regoli fiskali fis-seħħ, u biex jikkooperaw mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex jistabbilixxu mekkaniżmi għat-trasferiment ta’ informazzjoni favur l-infurzar ta’ dawn l-obbligi b’rispett sħiħ tal-leġislazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data; josserva li diġà jeżistu eżempji ta’ sistemi bħal dawn u għandhom isiru r-regola ġenerali;

33.

jenfasizza b’mod partikulari l-każ tat-taxxi tal-akkomodazzjoni, li huma ta’ tħassib kbir għal ħafna awtoritajiet lokali u reġjonali peress li, f’ħafna postijiet fejn tapplika, din it-taxxa ma tinġabarx għas-soġġorn ibbukkjat permezz tal-pjattaformi tal-ekonomija kollaborattiva; iżid li dan il-ksur tar-regoli ma jistax jiġi tollerat, għax ikun jirrappreżenta kompetizzjoni żleali kontra l-fornituri tal-akkomodazzjoni tradizzjonali u barra minn hekk iċaħħad lill-awtoritajiet lokali u reġjonali mid-dħul; jilqa’ b’sodisfazzjon fl-istess waqt li ntlaħqu ftehimiet bejn ċerti bliet u pjattaformi dwar il-ġbir sistematiku ta’ dawn it-taxxi;

Il-pjattaformi

34.

jenfasizza li r-responsabbiltajiet soċjali tal-pjattaformi fis-sitwazzjonijiet differenti kollha tagħhom għandhom jiġu definiti b’mod aktar preċiż, b’mod partikolari fir-rigward tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol kif ukoll it-taħriġ; jenfasizza li d-dritt tal-ħaddiema għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni fi ħdan l-intrapriża kif ukoll id-dritt ta’ negozjar u ta’ azzjoni kollettiva, kif minquxa rispettivament fl-Artikoli 27 u 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu garantiti indipendentament mill-mudell ekonomiku;

35.

iqis li r-rwol ta’ pjattaformi onlajn huwa tal-akbar importanza, strument multiplikatur għall-paradigma ekonomika inkwistjoni, u jistenna li dawn jassumu r-responsabbiltà li jiżguraw ir-rispett għad-drittijiet tal-utenti, tal-komunità u tat-territorju sabiex dan ma sservix awtomatikament ta’ ostaklu jew xkiel;

36.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni tindika li l-inizjattiva tagħha dwar “il-fluss liberu tad-data” se tiffaċilita l-fluss u l-portabbiltà tad-data fost id-diversi pjattaformi onlajn: dan huwa aspett fundamentali biex jiġu żgurati kompetizzjoni ġusta u protezzjoni tal-konsumatur fis-suq uniku;

37.

jistieden lill-Kummissjoni sabiex tivvaluta l-ħtieġa u l-fattibbiltà li timponi obbligu legali għall-pjattaformi li jipprovdu deskrizzjoni fil-qosor sempliċi u faċli għall-utent dwar it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tagħhom flimkien mad-dokumenti ta’ użu ġenerali, peress li t-tul u l-kumplessità tagħhom jiskoraġġixxu ħafna mill-utenti milli jaqrawhom, u b’hekk tinħoloq relazzjoni asimmettrika ferm;

38.

jilqa’ bi pjaċir l-impenn tal-Kummissjoni biex taħdem mal-pjattaformi onlajn għall-introduzzjoni ta’ kodiċi ta’ kondotta kontra d-diskors ta’ mibegħda onlajn;

39.

jistieden lill-Kummissjoni biex, mill-aktar fis possibbli, tadotta approċċ olistiku sabiex jiġi evitat li dan il-fenomenu jimblokka l-iżviluppi u implikazzjonijiet tal-ekonomija kollaborattiva fil-futur qrib;

40.

jappoġġja l-possibbiltà li jinħoloq statut Ewropew speċifiku għall-pjattaformi kollaborattivi fuq perjodu ta’ żmien medju, li jista’ jsir wara proċess ta’ tikkettar mibdi mill-pjattaformi stess, jew, fin-nuqqas ta’ dan, mill-awtoritajiet pubbliċi. Proċess ta’ tikkettar bħal dan għandu jippermetti li l-pjattaformi jiċċaraw ir-responsabbiltajiet tagħhom u b’mod partikolari jistabbilixxi standards minimi dwar ir-regoli u l-prinċipji applikabbli għall-ħaddiema kollaborattivi (remunerazzjoni, ir-regoli għall-klassifikazzjoni u d-dereferenzjar, is-soluzzjoni għat-tilwim, eċċ.);

41.

jenfasizza l-ħtieġa li jinstab bilanċ ġust fil-livell leġislattiv: dawk responsabbli mit-tfassil tal-politika m’għandhomx joħonqu l-innovazzjoni u jirregolaw l-ekonomija kollaborattiva sakemm ixejnuha u fl-istess ħin jintervjenu bir-reqqa biex jevitaw il-frammentazzjoni u jimmaniġġjaw l-isfidi soċjoekonomiċi;

42.

jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta, tgħarraf u tinvolvi lil-livelli kollha sabiex jirrikonoxxu “il-Proġett Pilota” li approvat fuq proposta mill-Parlament Ewropew u bl-għan li jsiru studji, monitoraġġ u programmi ta’ taħriġ dwar l-ekonomija kollaborattiva;

43.

jitlob id-definizzjoni ta’ livelli limiti fil-livell tal-UE li taħthom attività ekonomika tibqa’ titqies mhux professjonali u “ugwali għal pari” u għalhekk ma tkunx soġġetta għal rekwiżiti ta’ aċċess għas-suq;

44.

huwa tal-fehma li dawn il-limiti għandhom ikunu marbuta u bbażati fuq iż-żmien (eż. in-numru ta’ ljieli mqattgħin f’akkomodazzjoni, in-numru ta’ ġranet/sigħat maħduma għal setturi oħra) aktar milli jkunu assoluti u monetarji, sabiex jiġu żgurati l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd, u jqis li għandhom ikunu baxxi wkoll, sabiex jiġi evitat l-abbuż u tiġi żgurata n-natura effettivament temporanja u mhux professjonali tal-attività in kwistjoni;

45.

jitlob li l-pjattaformi tal-ekonomija kollaborattiva fis-settur tal-akkomodazzjoni jimponu fuq il-fornituri l-obbligu li jirrispettaw ir-regoli tat-taxxa tal-akkomodazzjoni applikabbli u li jiġbru dawn it-taxxi fuq il-prenotazzjonijiet kollha li jipproċessaw fil-bliet u r-reġjuni kkonċernati, sabiex il-ħlasijiet jingħaddu lill-awtoritajiet kompetenti; jenfasizza li jeżistu diġà diversi eżempji ta’ tali kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-pjattaformi;

46.

jaqbel li jiġi stabbilit “forum tal-bliet dwar l-ekonomija kollaborattiva” għall-kondiviżjoni tal-esperjenzi u l-iskambju tal-prattiki tajbin li, minbarra lill-Kumitat, għandu jinvolvi lill-organizzazzjonijiet u lin-netwerks Ewropej fid-dimensjoni lokali u reġjonali tal-ekonomija kollaborattiva u jikkoordina mas-sħubijiet tematiċi rilevanti tal-Aġenda Urbana għall-UE; jenfasizza li dan il-forum ikun iservi bħala sors ewlieni u msieħeb importanti fil-qafas tal-valutazzjonijiet tal-impatt territorjali meħtieġa f’dan il-qasam;

47.

iħeġġeġ lil-livelli politiċi kollha biex jaħdmu fuq is-sitwazzjoni attwali mingħajr ma jintesal-fatt li l-isfida hija li titfassal l-ekonomija ta’ kondiviżjoni tal-futur.

Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Valutazzjoni tal-Impatt Urban, L-ekonomija kollaborattiva, Kummissjoni ECON, 30.6.2016.

(2)  Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew, Jannar 2016: The Cost of Non-Europe in the Sharing Economy

http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2016/558777/EPRS_STU%282016%29558777_EN.pdf.

(3)  Opinjoni dwar “Id-dimensjoni lokali u reġjonali tal-ekonomija kollaborattiva”, COR-2015-02698-00-00-AC-TRA, Diċembru 2015.

(4)  Ara l-kawża C-434/15, Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Mercantil no 3 de Barcelona (Spanja) fis-7 ta’ Awwissu 2015 (ĠU C 363, 3.11.2015, p. 21) — Asociación Profesional Elite Taxi vs Uber Systems Spain, S.L..


9.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 185/29


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa

(2017/C 185/05)

Relatur

Marie-Louise RÖNNMARK (SE/PSE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Umeå

Dokumenti ta’ referenza

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa –Naħdmu flimkien biex insaħħu l-kapital uman, l-impjegabbiltà u l-kompetittività

COM(2016) 381 final

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ Garanzija tal-Ħiliet

COM(2016) 382 final

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja u li tħassar ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja

COM(2016) 383 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ Garanzija tal-Ħiliet

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Filwaqt li jqisu ċ-ċirkostanzi nazzjonali u r-riżorsi disponibbli, l-Istati Membri għandhom jiffokaw l-implimentazzjoni tal-Garanzija tal-Ħiliet fuq il-gruppi prijoritarji fil-mira (eż. nies qiegħda, gruppi żvantaġġati, ċerti gruppi ta’ età, eċċ.).

Filwaqt li jqisu ċ-ċirkostanzi nazzjonali , reġjonali u lokali u r-riżorsi disponibbli u li l-investimenti fil-kapital uman jistgħu jiġu ttrattati bħala investimenti soċjali , l-Istati Membri għandhom jiffokaw l-implimentazzjoni tal-Garanzija tal-Ħiliet fuq il-gruppi prijoritarji fil-mira (eż. nies qiegħda, gruppi żvantaġġati, ċerti gruppi ta’ età, eċċ.) , filwaqt li jirrispettaw ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri .

Raġuni

L-inizjattivi meħuda fil-qafas tal-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet jistgħu jitqiesu bħala investimenti soċjali, li jagħtu flessibbiltà akbar meta niġu għall-infiq pubbliku u l-użu tal-fondi tal-UE għat-titjib tal-ħiliet. Il-miżuri li jimplimentaw il-garanzija tal-ħiliet għandhom jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet reġjonali u lokali tas-swieq tax-xogħol.

Emenda 2

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ Garanzija tal-Ħiliet

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Garanzija tal-Ħiliet għandha titwassal skont il-mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni stabbiliti mill-Istati Membri u bbażati fuq l-impenn u l-interess tal-individwu li jipparteċipa fil-perkors ta’ titjib tal-ħiliet.

Il-Garanzija tal-Ħiliet għandha titwassal skont il-mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni stabbiliti mill-Istati Membri u bbażati fuq l-impenn u l-interess tal-individwu li jipparteċipa fil-perkors ta’ titjib tal-ħiliet. L-offerta għal parteċipazzjoni fil-Garanzija tal-Ħiliet għandha tiddeskrivi l-għanijiet espliċiti li l-adult b’livell baxx ta’ kwalifiki għandu jissodisfa.

Raġuni

L-impenn tal-individwu b’rabta mat-titjib tal-ħiliet għandu jkun ibbażat biex jilħaq għanijiet konkreti.

Emenda 3

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ Garanzija tal-Ħiliet

Punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Jibbażaw it-tfassil tal-Garanzija tal-Ħiliet fuq tliet stadji: valutazzjoni tal-ħiliet, l-għoti ta’ offerta ta’ tagħlim flessibbli u ta’ kwalità u l-validazzjoni u r-rikonoxximent tal-ħiliet miksuba permezz tal-perkors tat-titjib tal-ħiliet.

Jibbażaw it-tfassil tal-Garanzija tal-Ħiliet fuq tliet stadji: valutazzjoni tal-ħiliet, l-għoti ta’ offerta ta’ tagħlim flessibbli u ta’ kwalità li tiddeskrivi l-għanijiet espliċiti li l-adult bi kwalifiki baxxi għandu jissodisfa, u l-validazzjoni u r-rikonoxximent tal-ħiliet miksuba permezz tal-perkors tat-titjib tal-ħiliet.

Raġuni

L-impenn tal-individwu b’rabta mat-titjib tal-ħiliet għandu jkun ibbażat biex jilħaq għanijiet konkreti.

Emenda 4

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ Garanzija tal-Ħiliet

Punt 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-identifikazzjoni ta’ gruppi prijoritarji fil-mira għat-twassil tal-Garanzija tal-Ħiliet fil-livell nazzjonali filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali u r-riżorsi disponibbli. Filwaqt li jkun qed isir dan, għandhom jitqiesu wkoll is-sess, id-diversità u l-preżenza ta’ diversi sottogruppi tal-popolazzjoni fil-mira.

L-identifikazzjoni ta’ gruppi prijoritarji fil-mira għat-twassil tal-Garanzija tal-Ħiliet fil-livell nazzjonali filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali, reġjonali u lokali u r-riżorsi disponibbli u li l-investimenti fil-kapital uman jistgħu jiġu ttrattati bħala investimenti soċjali . Filwaqt li jkun qed isir dan, għandhom jitqiesu wkoll is-sess, id-diversità u l-preżenza ta’ diversi sottogruppi tal-popolazzjoni fil-mira.

Raġuni

L-inizjattivi meħuda fil-qafas tal-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet jistgħu jitqiesu bħala investimenti soċjali, li jagħtu flessibbiltà akbar meta niġu għall-infiq pubbliku u l-użu tal-fondi tal-UE għat-titjib tal-ħiliet. Il-miżuri li jimplimentaw il-garanzija tal-ħiliet għandhom jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet reġjonali u lokali tas-swieq tax-xogħol.

Emenda 5

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ Garanzija tal-Ħiliet

Punt 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

B’DAN JIRRAKKOMANDA LI L-KUMMISSJONI:

Tippromwovi l-użu ta’ oqfsa ta’ kompetenza għal-litteriżmu, in-numeriżmu u l-ħiliet diġitali u ta’ għodod ta’ valutazzjoni.

B’DAN JIRRAKKOMANDA LI L-KUMMISSJONI:

Bl-istess mod bħal fir-rigward tal-ħiliet diġitali u l-intraprenditorija tiżviluppa oqfsa ta’ kompetenza korrispondenti għal ħiliet ewlenin oħra, u tippromwovi l-użu ta’ oqfsa ta’ kompetenza għal-litteriżmu, in-numeriżmu u l-ħiliet diġitali u ta’ għodod ta’ valutazzjoni ; għandu jiġi kkunsidrat li s-sitwazzjoni inizjali fl-Istati Membri individwali tvarja ħafna .

Raġuni

L-oqfsa għall-ħiliet diġitali u l-intraprenditorija żviluppati mill-Kummissjoni huma passi essenzjali biex ikun hemm impatt aħjar. Għandhom jiġu żviluppati oqfsa korrispondenti għal ħiliet ewlenin oħrajn flimkien ma’ materjali ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni, il-valutazzjoni u l-evalwazzjoni. Diġà hemm bosta inizjattivi ta’ suċċess fl-Istati Membri li jsegwu approċċ komprensiv. Kwalunkwe strateġija – li ssegwi minn strateġija nazzjonali – li tippromovi kompetenzi diġitali fil-livell Ewropew, ma għandhiex tmur kontra l-inizjattivi nazzjonali.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jenfasizza li l-kwistjoni dwar aġenda ġdida għall-ħiliet hija ta’ importanza kbira għall-iżvilupp kontinwu tal-Ewropa. L-investiment ekonomiku, soċjali u kulturali għandu impatt fit-tul u huwa ta’ importanza kbira. F’dan ir-rigward, il-KtR jilqa’ b’sodisfazzjon l-aġenda ġdida għall-ħiliet ġodda u jitlob li jsir kull sforz sabiex din tiġi implimentata malajr u b’mod effettiv. Dawn huma kwistjonijiet li jikkonċernaw bil-bosta l-livell lokali u reġjonali fl-Ewropa;

2.

jenfasizza li s-suq tax-xogħol qed isir aktar u aktar fluwidu. Hemm bżonn li n-nies ikunu versatili u flessibbli biex ikunu jistgħu jifilħu għal bidliet mhux mistennija u biex jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet ġodda li jinħolqu. Minbarra ħiliet speċifiċi għall-impjieg l-impjegaturi qegħdin dejjem iżjed ifittxu ħiliet “trasversali” jew “personali”. Dan huwa konformi mar-rekwiżit tal-ħajja moderna u tas-soċjetà inġenerali, li tagħmel persuni b’ħiliet u bbilanċjati mhux biss persuni b’rendiment aħjar fis-suq tax-xogħol iżda wkoll individwi infurmati aħjar, ċittadini aktar impenjati u konsumaturi aktar intelliġenti;

3.

jenfasizza l-ħtieġa għaċ-ċittadini Ewropej li għandhom lakuni fil-ħiliet bażiċi li, permezz ta’ miżuri biex isaħħu l-ħiliet tagħhom, jingħataw il-mezzi biex jipparteċipaw b’mod attiv fil-ħajja tax-xogħol u jkunu jistgħu jsostnu lilhom innifishom. Dan huwa rilevanti kemm minn perspettiva individwali, u għas-soċjetà inġenerali. Dan l-aħħar fl-Ewropa feġġew sinjali ta’ nkwiet soċjali. Dan juri b’mod ċar ħafna li l-inklużjoni soċjali hi għan essenzjali għall-miżuri bażiċi tal-edukazzjoni u t-taħriġ bħala mezz fil-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali. Jeħtieġ li ċ-ċittadinanza attiva – li jfisser l-aċċettazzjoni tal-valuri demokratiċi u l-għarfien ta’ xi jfisser li wieħed jerfa’ r-responsabbiltà b’mod attiv li jirrispetta dawn il-valuri – tinkludi lil kulħadd. Huwa għalhekk importanti, għal skopijiet ta’ integrazzjoni, li l-migranti, inklużi dawk li jfittxu l-asil u r-refuġjati, jibbenefikaw mill-Garanzija tal-Ħiliet f’forma adatta;

4.

jenfasizza, madankollu, li huwa importanti li l-ħiliet bażiċi jiġu mgħallma l-ewwel u qabel kollox fl-iktar stadji bikrija tal-edukazzjoni u, fi kwalunkwe każ, matul l-edukazzjoni obbligatorja;

5.

huwa tal-fehma li l-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet hija miżura importanti biex tiġi indirizzata d-diskrepanza fil-ħiliet fl-Ewropa li tkopri l-firxa sħiħa tal-ħtiġijiet ta’ ħiliet, minn dik bażika għal ħiliet trasversali kumplessi, u mit-trasversali għal dawk speċifiċi għal settur. Filwaqt li huwa importanti li tiġi żviluppata sensiela wiesgħa ta’ ħiliet minn età żgħira, l-aġenda tal-ħiliet hija rilevanti wkoll għal għadd ta’ kategoriji ta’ adulti: persuni li jeħtieġ li jtejbu l-ħiliet tagħhom sabiex jidħlu fis-suq tax-xogħol jew ikunu jistgħu jkomplu x-xogħol tagħhom, persuni li għandhom bżonn isibu mod kif jaħdmu f’oqsma oħra, persuni li jridu jkunu mobbli b’mod transkonfinali u persuni li jeħtieġu bażi biex ikomplu l-istudji u t-taħriġ tagħhom; iqis ukoll li huwa importanti li tiġi żgurata l-koerenza u l-komplementarjetà bejn u fl-edukazzjoni u fit-taħriġ inġenerali – b’mod partikolari fl-edukazzjoni vokazzjonali – u t-taħriġ ibbażat fuq l-impjieg biex ikun hemm miżuri għat-titjib tal-ħiliet;

Ħiliet bażiċi – Garanzija tal-Ħiliet

6.

jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni għal Garanzija tal-Ħiliet għat-titjib tal-opportunitajiet ta’ impjieg u l-parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà għal adulti b’livell baxx ta’ kwalifiki fl-Ewropa. L-offerta għall-parteċipazzjoni fil-Garanzija tal-Ħiliet għandha tinkludi għanijiet ċari fir-rigward tal-livell ta’ ħiliet u kwalifiki li għandhom jinkisbu u l-kundizzjonijiet li għandhom jissodisfaw l-adulti b’livell baxx ta’ kwalifiki. Din għandha tqis il-livell u n-natura ta’ ħiliet meħtieġa mis-suq tax-xogħol u, fejn possibbli, tagħmel użu mill-kompetenzi vokazzjonali li l-persuna diġà jkollhom. Dawn il-kwistjonijiet għandhom implikazzjonijiet sostanzjali għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, minħabba li huma provvedituri tal-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjieg;

7.

jemmen li hemm bżonn ta’ rabta ċara bejn l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet u l-miżuri sussegwenti ta’ edukazzjoni fil-forma ta’ pjan ta’ taħriġ individwali. Pjan ta’ tagħlim personalizzat li jkun maħsub kif imiss għandu jkollu l-għan li jipprovdi informazzjoni konkreta dwar l-istruttura, l-għanijiet u l-miri għall kull persuna.

8.

jemmen ukoll li jinħtieġ numru ta’ servizzi ta’ kwalità u effiċjenti ta’ informazzjoni u gwida professjonali tul il-ħajja kollha biex jappoġġjaw l-istabbiliment ta’ pjan ta’ tagħlim personalizzat. Dawn is-servizzi għandhom jipprovdu lill-persuna kkonċernata informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ tagħlim li huma mfassla għall-ħtiġijiet tagħhom u li ser jgħinuhom jakkwistaw il-ħiliet meħtieġa biex jidħlu fis-suq tax-xogħol. Dawn jistgħu jinkludu wkoll attivitajiet ta’ gwida, żjarat ta’ studju jew attivitajiet “sperimentali”, konsulenza dwar finanzjament tal-istudji, u informazzjoni dwar opportunitajiet ta’ tagħlim, kif ukoll informazzjoni dwar l-aċċess għal forom differenti ta’ edukazzjoni u l-istituzzjonijiet edukattivi;

9.

jisħaq li l-għan tal-miżuri tat-taħriġ għandu jkun li l-individwi jiksbu l-ħiliet li għandhom bżonn biex ikunu jistgħu jidħlu jew jibqgħu fix-xogħol u s-soċjetà; jenfasizza l-urġenza li l-parteċipanti jkollhom ukoll il-possibbiltà li jikkombinaw l-istudji f’livelli differenti tas-sistema edukattiva u f’ambjenti differenti ta’ tagħlim adattati għall-individwi, sabiex ikunu jistgħu jiksbu mill-iżjed fis il-ħiliet meħtieġa għas-suq tax-xogħol u s-soċjetà, partikolarment għal dawk li jfittxu l-asil u r-refuġjati. Pereżempju, l-għarfien bażiku tal-lingwi jista’ jiġi kkombinat ma’ studji fil-livell tal-primarja, is-sekondarja jew il-livell postsekondarju; Għandhom jiġu ffaċilitati wkoll studji kkombinati max-xogħol;

10.

jiġbed l-attenzjoni li l-individwi fil-grupp tal-mira għandhom jingħataw l-aċċess għal forom differenti ta’ tagħlim, billi jingħata kas tad-disponibbiltà ta’ spazju u żmien għal kull individwu partikolari skont, pereżempju, fatturi ġeografiċi u soċjali, kif ukoll il-possibilità li jikkombinaw l-istudji tagħhom ma’ attivitajiet oħra u billi jitqiesu l-modi individwali differenti ta’ tagħlim. Il-Kumitat jenfasizza l-importanza li jiġu sfruttati opportunitajiet ġodda ta’ tagħlim – taħt superviżjoni adatta – permezz ta’ forom differenti ta’ tagħlim ibbażat fuq l-IT, pereżempju t-tagħlim mill-bogħod (f’ħin reali), u tagħlim ikkombinat jew forom oħra ta’ edukazzjoni miftuħa. Huwa wisq probabbli li t-teknoloġija se tiżviluppa b’rata mgħaġġla fis-snin li ġejjin, u l-isfida hija li l-attività edukattiva żżomm il-pass ma’ dan l-iżvilupp;

11.

jenfasizza li struttura bħal din għandha tinkludi wkoll attivitajiet ta’ outreach sabiex jintlaħqu l-gruppi żvantaġġati li jeħtieġu titjib tal-ħiliet fejn l-individwi nnifishom ma jitolbux taħriġ fuq l-inizjattiva proprja tagħhom. L-azzjonijiet f’dawn l-oqsma għandhom ikunu taħlita ta’ strumenti nazzjonali u fil-livell lokali u reġjonali. Dan jista’ jinvolvi, pereżempju, li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu responsabbli għall-identifikazzjoni tal-gruppi ta’ mira u jipprovdu inċentiv lil dawn il-gruppi, permezz ta’ attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni ħalli mbagħad dawk li jikkwalifikaw ikollhom aċċess għal forom ta’ għajnuna li huma definiti fil-livell nazzjonali, pereżempju boroż ta’ studju speċjali, benefiċċji tat-taxxa jew liv għall-istudju. Il-Kumitat jenfasizza li l-atturi tas-soċjetà ċivili, bħall-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, jistgħu jaqdu rwol importanti f’tali attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni;

12.

jaqbel ma’ dak li ssemma fil-komunikazzjoni, jiġifieri li l-impjegaturi ma għadhomx ifittxu ħiliet speċifiċi daqs qabel, iżda huma dejjem aktar interessati f’ħiliet trasferibbli, bħall-ħila li l-persuni jaħdmu f’tim, il-ħsieb kreattiv u s-soluzzjoni tal-problemi, kif ukoll il-kapaċità li joperaw f’oqsma differenti ta’ attività. Fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ taħriġ, għandhom jiġu kkunsidrati dawn il-fatturi ġodda. Madankollu, jemmen li hemm bżonn jiġi żviluppat kontenut ta’ taħriġ speċifiku immirat għas-setturi ekonomiċi l-ġodda, bħal dawk tal-ekonomija ekoloġika u l-ekonomija blu;

13.

jappella għal kooperazzjoni abbażi ta’ sħubijiet bejn l-awtoritajiet nazzonali, reġjonali u lokali, l-intrapriżi, l-impjegati u l-organizzazzjonijiet tagħhom kif ukoll l-atturi tas-soċjetà ċivili, bl-għan li jkun hemm użu aħjar tal-ħiliet u l-kwalifiki miksuba permezz tat-tagħlim mhux formali u informali. Il-validazzjoni tal-ħiliet miksuba barra s-sistemi edukattivi formali tista’ ttejjeb sostanzjalment l-għarfien dwar liema ħiliet u kwalifiki ġodda huma meħtieġa;

14.

jenfasizza li, filwaqt li l-kontenut u l-organizzazzjoni tas-sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ huma fil-kompetenza tal-Istat Membru, il-Garanzija tal-Ħiliet għandha tiġi żviluppata abbażi tal-kundizzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali u tar-riżorsi disponibbli, iżda għandu jitqies ukoll li l-investiment fil-kapital uman huwa investiment soċjali. Il-Kumitat jenfasizza li l-possibbiltà ta’ kofinanzjament Ewropew, permezz ta’ programmi ta’ finanzjament eżistenti jew futuri, hija ta’ importanza kbira għall-implimentazzjoni ta’ garanzija tal-ħiliet fl-Istati Membri;

Ħiliet ewlenin u ħiliet ogħla u aktar kumplessi għal ċittadini kkwalifikati aħjar

15.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni beħsiebha tkompli l-ħidma favur fehim komuni dwar il-ħiliet ewlenin sabiex dawn jiġu stipulati b’mod ċar fid-dokumenti nazzjonali ta’ gwida, jiġu riflessi fit-tagħlim, u jiġu evalwati fid-diversi livelli tat-tfassil tal-politika fi ħdan is-sistema edukattiva. Jeħtieġ li l-kwistjonijiet dwar l-importanza tal-ħiliet ewlenin, li għandhom ukoll l-għan li jagħtu s-setgħa lin-nies biex jintlaħqu d-domandi tas-suq tax-xogħol li qed jinbidlu b’pass mgħaġġel, jitqajmu f’kuntesti differenti fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali. Għalhekk dan għandu preferibbilment jinvolvi djalogu mill-qrib bejn ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-komunità, il-ħajja tax-xogħol, l-edukazzjoni, ir-riċerka u s-soċjetà ċivili;

16.

jemmen li huwa importanti li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, fil-kwalità tagħhom, fost affarijiet oħra, ta’ provvedituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni tal-għalliema, għandhom ikunu involuti f’din il-ħidma malli tibda l-ħidma biex jiġu żviluppati l-attivitajiet ippjanati. B’hekk jiġi żgurat li l-ħiliet ikollhom impatt bl-aktar mezz veloċi possibbli. Jenfasizza li oqfsa ta’ referenza tal-Kummissjoni għall-ħiliet diġitali u intraprenditorjali huma passi importanti ħafna għal żvilupp bħal dan. Għalhekk, għandhom jiġu żviluppati oqfsa korrispondenti għal kompetenzi ewlenin oħrajn, bħall-ħiliet tal-litteriżmu finanzjarja flimkien ma’ materjali ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni, il-valutazzjoni u l-evalwazzjoni;

Taħriġ vokazzjonali

17.

huwa tal-fehma li huwa essenzjali li l-Kummissjoni tkompli torganizza ġimgħat tematiċi u tikkoopera mal-World Skills Organisation. Dan, min-naħa tiegħu, iħeġġeġ u jappoġġja l-isforzi nazzjonali, reġjonali u lokali biex jippromovu t-taħriġ vokazzjonali permezz ta’ jiem ta’ informazzjoni u kompetizzjonijiet tal-ħiliet, inklużi attivitajiet “hands-on”;

18.

jilqa’ l-azzjoni tal-UE biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ħiliet li huma spiss partikolarment problematiċi għall-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali li huma iżgħar u rurali. F’dan ir-rigward, jistenna l-implimentazzjoni tal-proposta l-ġdida għal Pjan ta’ Azzjoni għal Kooperazzjoni Settorjali dwar il-Ħiliet biex jara jekk din l-iskema ġdida tistax tikkontribwixxi għal kooperazzjoni transsettorjali għall-gvern lokali u reġjonali. Tali pjattaforma ta’ kooperazzjoni transsettorjali tista’ tkun ta’ benefiċċju għall-ekonomiji lokali, il-forza tax-xogħol u s-servizzi pubbliċi;

19.

jappoġġja l-idea tal-Kummissjoni li tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jippermettu tranżizzjoni gradwali mill-edukazzjoni ġenerali għal korsijiet ta’ taħriġ immirati f’oqsma professjonali differenti permezz tar-riorganizzazzjoni tas-sistema edukattiva tagħhom;

20.

jappoġġja l-idea li l-Istati Membri jipprovdu opportunitajiet għal migranti ġodda, li ddaħħlu fid-dinja tax-xogħol malajr permezz ta’ miżuri mmirati, biex ikollhom aċċess għat-taħriġ kontinwu b’mod li jiġi evitat li iżjed ‘il quddiem jiġu esklużi mis-suq tax-xogħol;

21.

jappoġġja l-ambizzjoni tal-Kummissjoni biex tixpruna firxa usa’ tat-taħriġ vokazzjonali bl-għan li jitjieb proporzjon akbar tat-taħriġ vokazzjonali. L-iżvilupp kif imiss ta’ sħubijiet bejn il-provvedituri tat-taħriġ, ir-riċerkaturi, in-negozji u l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandu jkun il-bażi għal skemi ta’ taħriġ bħal dawn;

22.

josserva li hemm bżonn li l-Kummissjoni tkompli taħdem sabiex it-taħriġ vokazzjonali jibqa’ jappoġġja aktar tagħlim tul il-ħajja, u li jippermetti t-tkomplija ta’ tagħlim ulterjuri f’livell ogħla ta’ ħiliet;

L-investiment fil-ħiliet diġitali

23.

jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li tistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji nazzjonali komprensivi għall-ħiliet diġitali;

24.

josserva li l-metodi ta’ tagħlim innovattivi u ta’ kwalità għolja u forom ta’ tagħlim b’kontenut diġitali jitolbu:

ambjenti ta’ tagħlim miftuħa, b’kundizzjonijiet ġodda u tipi ġodda ta’ tagħlim, il-bini tal-għarfien u tagħlim għal dinja diġitalizzata, u għalliema u amministraturi tal-iskejjel li huma familjari sew ma’ dawn il-kunċetti;

riżorsi edukattivi miftuħa, jiġifieri aċċess għall-għarfien, għall-modi ta’ tagħlim u forom oħra ta’ appoġġ għat-tagħlim onlajn;

il-promozzjoni ta’ netwerks kemm għall-persunal edukattiv kif ukoll għall-istudenti, pereżempju netwerks bejn skejjel u pajjiżi differenti;

25.

huwa tal-fehma li d-diġitalizzazzjoni hija opportunità biex jiġu indirizzati diversi mill-isfidi edukattivi. Dan jista’ jinvolvi:

il-possibbiltà ta’ tagħlim aktar personalizzat u inklużiv;

l-użu tagħha bħala għodda għall-migranti ġodda biex ikollhom taħriġ fil-lingwa, l-orjentazzjoni tagħhom fil-komunità u jkopru suġġetti għat-tagħlim kemm bil-lingwa materna tagħhom kif ukoll bil-lingwa tal-pajjiż ospitanti;

it-tagħlim fuq distanzi twal u t-tagħlim mill-bogħod, pereżempju sabiex jintlaħqu ż-żoni l-aktar remoti jew fejn ikun hemm nuqqas ta’ aċċess għal għalliema f’ċerti lingwi;

il-viżibbiltà tal-progress tal-istudent, liema ħaġa tiffaċilita l-ħidma ta’ valutazzjoni min-naħa tal-edukaturi u tnaqqas il-piż amministrattiv;

26.

jenfasizza li sabiex l-isforzi fil-qasam tal-ħiliet diġitali jagħtu l-frott, tinħtieġ tmexxija min-naħa tal-korp edukattiv iżjed b’saħħitha fid-diversi livelli edukattivi. L-enfasi fuq il-ħiliet diġitali fl-iskejjel tista’ tikkontribwixxi għal postijiet tax-xogħol iktar attraenti fejn l-għalliema jkollhom rieda iżjed qawwija u iżjed kapaċità jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom;

27.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn ħiliet diġitali bażiċi – li kulħadd irid jikseb – u ħiliet iżjed speċifiċi relatati ma’ dixxiplini jew oqsma speċifiċi tal-għarfien;

Kwalifiki iżjed paragunabbli

28.

jistenna li r-reviżjoni tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki tiżgura li l-oqfsa nazzjonali tal-kwalifiki jiġu aġġornati fejn adatt u li r-rappurtar isir f’format standardizzat. Itenni, madankollu, li huwa fil-kompetenza tal-Istati Membri li jiżviluppaw il-prinċipji li jiżguraw il-kwalità tal-oqfsa nazzjonali tal-kwalifiki;

29.

jenfasizza l-importanza li titkompla l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-assigurazzjoni tal-kwalità u jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li jinħtieġ approċċ gradwali għal kooperazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi terzi dwar il-komparabilità tal-kwalifiki;

30.

jenfasizza li l-parti l-kbira ta’ dawn il-professjonijiet u l-oqsma okkupazzjonali qed tinbidel b’mod mgħaġġel, li qed jinħolqu okkupazzjonijiet ġodda, filwaqt li oħrajn ma għadhomx validi. Huwa importanti għalhekk li, għall-futur, id-deskrizzjonijiet u l-profili tal-ħiliet ikunu kapaċi jirriflettu suq tax-xogħol li qiegħed jevolvi malajr u jiġġedded. F’dan il-kuntest jeħtieġ li tingħata importanza partikolari lill-kompetenzi ewlenin;

Il-ħiliet u l-kwalifiki tal-migranti, inklużi dawk li qed ifittxu l-asil u r-refuġjati

31.

josserva li, bi qbil mad-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew fl-2016 (1), huwa estremament importanti li jiġu appoġġjati l-inklużjoni u l-integrazzjoni tar-refuġjati, il-persuni li jfittxu l-asil u l-persuni f’ċirkustanzi simili. Għalhekk huwa importanti li kemm jista’ jkun malajr l-Istati Membri jingħataw l-appoġġ fl-isforzi tagħhom biex jiżguraw aċċess għall-identifikazzjoni tal-ħiliet, l-introduzzjoni għal-lingwi, it-titjib tal-ħiliet u miżuri oħra li jappoġġjaw l-integrazzjoni fil-ħajja tax-xogħol u dik soċjali. Huwa wkoll kruċjali li jkun possibbli li l-persuni b’edukazzjoni/kwalifiki miksuba fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom ikunu jistgħu jivvalutawhom mingħajr dewmien;

L-immodernizzar tat-tagħlim

32.

jilqa’ bi pjaċir il-wegħda tal-Kummissjoni li tagħti attenzjoni partikolari lill-innovazzjoni fil-qasam edukattiv fi ħdan l-aġenda għall-ħiliet, u jistenna li dan jiffaċilita wkoll l-akkwist ta’ kompetenzi ewlenin, bħala komponent essenzjali tas-sistemi edukattivi u ta’ taħriġ fl-Ewropa;

33.

jemmen li l-Kummissjoni għandha tippromovi iżjed l-iżvilupp kontinwu tat-tagħlim iffukat fuq l-istudenti abbażi tal-aspetti tat-tagħlim diġitali imsemmijin fl-Opinjoni tal-KtR dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Niftħu l-Edukazzjoni” (2014) (2);

34.

Il-Kumitat ifakkar li t-twassil tal-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet se tiddependi mit-titjib tal-ħiliet tal-għalliema kollha, b’mod partikolari dawk involut fl-edukazzjoni tal-adulti u tat-tagħlim tal-komunità. L-appoġġ għall-persunal tat-tagħlim għandu jkun ikkunsidrat b’mod xieraq fil-pjani ta’ implimentazzjoni tal-Istati Membri u jistgħu jittieħdu passi biex titrawwem sensibilizzazzjoni dwar il-Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa (EPALE);

35.

jaqsam il-fehma tal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li l-Istati Membri jsaħħu l-edukazzjoni u t-taħriġ kontinwu għall-għalliema u oħrajn involuti fl-implimentazzjoni tal-Garanzija tal-Ħiliet;

L-immodernizzar tal-edukazzjoni għolja

36.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li taħdem ma’ diversi partijiet interessati fl-isforzi tagħhom biex jimmodernizzaw l-edukazzjoni għolja b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mal-valutazzjoni tal-ħiliet. Din il-ħidma għandha tikkunsidra l-oqfsa edukattivi nazzjonali tal-Istati Membri u l-vantaġġi u l-isfidi lokali u reġjonali differenti, inkluż il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol lokali u reġjonali; Jisħaq f’dan il-kuntest dwar il-bżonn li nitgħallmu mis-suċċessi u l-fallimenti ta’ eżerċizzji simili preċedenti sabiex jiġi żgurat l-impenn meħtieġ biex jintlaħaq kunsens u jsir progress fl-immodernizzar tal-edukazzjoni għolja;

37.

jenfasizza, fir-rigward tal-inizjattiva mħabbra mill-Kummissjoni dwar stħarriġ dwar is-sitwazzjoni tal-gradwati, li tittejjeb l-informazzjoni dwar kif il-gradwati javvanzaw fis-suq tax-xogħol, li ma għandhiex tinħoloq burokrazija addizzjonali għall-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, u li dan lanqas m’għandu joħloq piż addizzjonali għall-istudenti; barra minn hekk, jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li jiġu rispettati d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data. Għal din ir-raġuni, l-idea dwar l-użu tal-informazzjoni dwar it-taxxa u s-sigurtà soċjali għal dawn il-pjani hija dubjuża;

Reviżjoni tal-qafas Europass

38.

jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex jiġi rivedut il-qafas Europass. Biex tkun żgurata informazzjoni preċiża u f’ħin reali dwar id-domanda u l-ħtieġa ta’ ħiliet, il-qafas Europass rivedut għandu jibbaża fuq esperjenzi lokali u reġjonali attwali. Għalhekk, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jagħtu kontribut siewi għall-informazzjoni dwar il-ħiliet u l-ħidma tal-pjattaforma tas-servizz onlajn proposta.

Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Rifuġjati: inklużjoni soċjali u integrazzjoni fis-suq tax-xogħol. Il-Parlament Ewropew (2016) 297.

(2)  COM(2013) 654 final.


9.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 185/36


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni — Ir-regolazzjoni tal-volatilità tal-prezzijiet agrikoli

(2017/C 185/06)

Relatur:

Is-Sur Jacques BLANC (FR/PPE), Sindku ta’ La Canourgue

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jinnota li l-pjan ta’ azzjoni kontra din il-volatilità tal-prezzijiet agrikoli adottat fis-Summit tal-G20 f’Ġunju 2011 ftit li xejn għamel progress s’issa; għalhekk jitlob għat-tkomplija tan-negozjati dwar dan is-suġġett taħt il-Presidenza Ġermaniża tal-G20 fl-2017;

2.

jinnota li, minkejja r-riformi tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) imwettqa f’dawn l-aħħar snin, il-miżuri għall-ġestjoni tar-riskji, li jippermettu lill-bdiewa jipproteġu ruħhom mill-effetti negattivi tal-varjazzjonijiet fir-rendimenti u l-prezzijiet u mid-danni ta’ oriġini sanitarja jew ambjentali, għadhom sekondarji għall-PAK. Dawn fil-fatt jassorbu inqas minn 2 % tal-fondi tat-tieni pilastru tal-PAK u 0,4 % tal-baġit agrikolu totali; L-Istati Membri huma ħielsa li jiddeċiedu b’liema mod jixtiequ jużaw dawn l-istrumenti tar-Regolament FAEŻR;

3.

iqis li l-mekkaniżmi sabiex jiġi salvagwardjat id-dħul finanzjarju tal-bdiewa għandhom jissaħħu b’mod konsiderevoli biex jitnaqqsu l-effetti negattivi tal-volatilità qawwija tal-prezzijiet agrikoli u tal-fatturi produttivi, sabiex titjieb il-kompetittività tal-katini agroalimentari Ewropej, tinżamm l-agrikoltura fit-territorji kollha, jitħeġġu l-modernizzazzjoni u l-innovazzjoni, u jiġu preżervati l-komunitajiet rurali ħajja;

4.

iqis li dan l-objettiv jista’ jintlaħaq bil-kundizzjoni li jiġu implimentati b’mod konġunt sett ta’ miżuri intiżi biex: (i) isaħħu r-rwol tal-atturi privati tal-katini agroalimentari fir-regolazzjoni tas-swieq agrikoli, sabiex jikkumpensaw b’mod parzjali għad-deregolazzjoni tal-PAK; (ii) iwessgħu u jissemplifikaw l-aċċess għas-sett ta’ għodod ta’ ġestjoni tar-riskji disponibbli għall-bdiewa peress li l-istrumenti eżistenti fil-qafas tal-FAEŻR ma jistgħux jiġu mobilizzati minħabba l-insuffiċjenza tar-riżorsi disponibbli fil-qafas tat-tieni pilastru u dawn għandhom jiżdiedu mingħajr ma jitpoġġew f’dubju l-fondi disponibbli għall-ewwel pilastru; u (iii) iħeġġu, fil-qafas tar-riforma li jmiss tal-PAK, kif ukoll fil-livelli lokali u reġjonali, żieda fil-valur miżjud tal-azjendi agrikoli Ewropej, sabiex dawn isiru inqas vulnerabbli għall-varjazzjonijiet tal-prezzijiet agrikoli globali;

5.

ifakkar li l-kuntratti jiżguraw id-distribuzzjoni tal-produzzjoni tal-bdiewa u l-provvista tal-proċessuri, bi prezzijiet magħrufa minn qabel. Dawn jikkontribwixxu għalhekk biex jibbilanċjaw id-domanda u l-offerta u jippermettu kontroll aħjar tal-kwalità tal-prodott, li jista’ jwassal għal prezzijiet ogħla għall-produtturi u distribuzzjoni iżjed ekwa tul il-katina tal-provvista;

6.

jipproponi li, fl-Istati Membri fejn ma jeżistux forom avvanzati ta’ kooperazzjoni vertikali, tissaħħaħ il-konklużjoni ta’ kuntratt fil-katina alimentari kollha (u mhux bejn il-bdiewa u l-proċessuri ta’ prodotti agrikoli biss), u li l-Istati jingħataw il-possibbiltà jagħmluha obbligatorja, u li jiġi promoss l-iffirmar ta’ kuntratti bejn diversi partijiet, li pereżempju jorbtu lil organizzazzjoni tal-produtturi (OP), proċessur u distributur;

7.

jipproponi li, fil-kuntest ta’ interpretazzjoni iżjed flessibbli u uniformi, fi ħdan l-Unjoni, tar-regoli tal-kompetizzjoni, tingħata iktar setgħa lill-impriżi agrikoli, lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u lill-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti kif ukoll lill-operaturi tas-swieq u ċ-ċentri agroalimentari rikonoxxuti bħala strutturi responsabbli għall-protezzjoni tal-interess pubbliku, bil-għan li jiġu evitati l-kriżijiet. Għal dan il-għan, l-organizzazzjonijiet interprofessjonali, li jagħqdu l-ħoloq differenti tal-katini, u dawn l-operaturi tas-swieq u ċ-ċentri agroalimentari, għandhom ikunu kapaċi jipprovdu lill-intrapriżi b’informazzjoni ta’ tbassir dwar is-swieq sabiex jgħinuhom jieħdu deċiżjonijiet adegwati, mingħajr ma madankollu jistabbilixxu prezz ta’ referenza. Din il-prattika diġà teżisti f’ċerti Stati Membri u għalhekk għandha tiġi kkunsidrata wkoll fil-qafas ta-iskambju tal-aħjar prattiki;

8.

jipproponi li, f’każ ta’ żbilanċ tas-suq jew ta’ riskju muri minn żbilanċ tas-suq, evalwat minn ċerti indikaturi, l-impriżi agrikoli, inklużi l-OP u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, ikunu jistgħu jużaw l-ambitu ta’ azzjoni tagħhom biex inaqqsu l-produzzjoni tagħhom b’mod miftiehem, anki qabel ma jkunu awtorizzati jagħmlu dan mill-Kummissjoni Ewropea bl-applikazzjoni tal-Artikolu 222 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq (OKS). L-OKS ikollha għalhekk tippermetti b’mod espliċitu azzjonijiet preventivi mill-impriżi agrikoli, inklużi l-OP u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, intiżi sabiex is-suq jerġa’ jiġi bbilanċjat biex jiġu evitati abbużi ta’ pożizzjoni dominanti, u tali azzjonijiet għandhom jiġu mgħarrfa minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti;

9.

josserva li r-regolazzjoni tal-volatilità tal-prezzijiet agrikoli u l-ġlieda kontra l-prattiki kummerċjali inġusti fi ħdan il-katina tal-provvista alimentari huma marbuta mill-qrib, minħabba li l-varjazzjonijiet tas-swieq jenfasizzaw l-iżbilanċi fil-poter fir-rigward tal-kondiviżjoni tal-valur miżjud fi ħdan il-katini, u l-arbitraġġi li jirriżultaw minn dan huma dejjem iktar sfavorevoli għall-produtturi, fejn is-setgħa tan-negozjar hija limitata minħabba b’mod partikolari l-konċentrazzjoni li qed tikber ta’ industriji agroalimentari u fuq kollox id-distribuzzjoni kbira, kif ukoll it-tixrid tal-produtturi u l-insuffiċjenza tal-organizzazzjoni tagħhom;

10.

jirrakkomanda li tinħoloq regolamentazzjoni Ewropea speċifika kontra l-prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista alimentari, bħalma tipproponi r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ġunju 2016 [2015/2065 (INI)], minħabba li: il-kuntratti jwasslu għal ċerta kondiviżjoni ta’ riskji, iżda ma jikkoreġux fundamentalment l-inugwaljanza tal-partijiet; id-dispożizzjonijiet kontra l-monopolju ma humiex biżżejjed biex jindirizzaw il-prattiki kummerċjali inġusti u l-iżbilanċi fil-poter karatteristiċi tal-katini agroalimentari; il-mekkaniżmi ta’ awtoregolazzjoni tal-atturi tal-katini ma humiex effettivi, b’mod partikolari minħabba li l-bdiewa u l-proċessuri spiss jibżgħu jilmentaw, għaliex jibżgħu li jiġu esklużi mis-suq; liġi qafas fuq skala tal-Unjoni Ewropa hija essenzjali biex tarmonizza l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni u tiżgura li l-bdiewa u l-konsumaturi Ewropej jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ġusti ta’ bejgħ u ta’ xiri;

11.

jissuġġerixxi li jitwessa’ d-dritt ta’ negozjar kollettiv tal-kuntratti għall-produtturi agrikoli kollha, sabiex tissaħħaħ is-setgħa ta’ negozjar tal-bdiewa fi ħdan il-katini;

12.

jirrikonoxxi li t-tlaqqigħ flimkien tal-offerta jista’ jevita li l-produtturi ż-żgħar jerfgħu l-piż kuntrattwali konsiderevoli b’mod speċjali tal-industriji l-kbar, filwaqt li l-konsumaturi jingħataw garanzija ta’ trasparenza akbar f’dak li jirrigwarda l-prezz u t-traċċabbiltà tal-prodotti;

13.

jinnota li t-tisħiħ tar-rwol tal-atturi privati fir-regolazzjoni tas-swieq agrikoli jeħtieġ trasparenzi ikbar tas-swieq;

14.

jissuġġerixxi, għal dan l-għan, li jinħoloq osservatorju Ewropew tas-swieq agrikoli, appoġġjat minn netwerk ta’ osservaturi nazzjonali għas-settur tal-produzzjoni, li jibbenefika mill-esperjenza tal-Osservatorju tas-Suq tal-Ħalib u mit-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq li l-Kummissjoni Ewropea tippubblika regolarment. Dan l-osservatorju l-ġdid għandu jipprovdi, b’mod ċar u f’ħin adegwat, l-informazzjoni meħtieġa għall-għarfien tas-swieq, dwar il-pjani ċikliċi (b’mod partikolari biex jiġu antiċipati l-kriżijiet) u strutturali (li jippermetti l-analiżi tal-evoluzzjoni tal-prezzijiet u marġni tal-atturi differenti fi ħdan il-katini);

15.

jenfasizza li l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (MiFID 2), prevista għall-2018, għandha tiffavorixxi għarfien miżjud u segwitu regolari tal-pożizzjonijiet miżmuma mill-kategoriji differenti ta’ operaturi fuq is-swieq finanzjarji ta’ prodotti agrikoli, sabiex jitnaqqsu r-riskji ta’ spekulazzjoni eċċessiva u tiġi permessa ġestjoni effettiva tar-riskju tal-prezz mill-atturi kummerċjali ta’ katini;

16.

jinnota li l-implimentazzjoni u t-tisħiħ tal-għodod attwali ta’ ġestjoni tar-riskji u tal-kriżijiet, fi ħdan il-PAK, jiffaċċjaw diversi ostakli, inklużi l-kompetizzjoni bejn il-fondi tat-tieni pilastru, taħt liema taqa’ l-parti l-kbira ta’ dawn l-għodod, il-baġit insuffiċjenti tar-riżerva tal-kriżi, li minħabba li hija indispensabbli, m’għandhiex tiġi stabbilita minn tnaqqis annwali tal-pagamenti diretti, in-nuqqas ta’ data attwali u tat-tbassir dwar ir-riżultati ekonomiċi tal-azjendi agrikoli, eċċ., u jsostni l-ħtieġa li jitnaqqsu dawn l-ostakli biex tiġi implimentata strateġija ambizzjuża u effettiva ta’ ġestjoni tar-riskji agrikoli;

17.

iqis li r-riforma li jmiss tal-PAK għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri jfasslu u jimplimentaw sett wiesa’ ta’ għodod ta’ ġestjoni tar-riskji, komplementari u affordabbli għall-bdiewa, bis-segwitu ta’ approċċ maqsum tar-riskji, ikklassifikati skont l-intensità tagħhom (1): (i) riskji “normali”, li essenzjalment jiġu assorbiti mill-bdiewa permezz ikun hemm tfaddil ta’ prekawzjoni u miżuri fiskali; (ii) riskji “medji”, li jiġu ttrasferiti mill-bdiewa għas-swieq finanzjarji (kuntratti tal-futuri, opzjonijiet, kuntratti barra l-Borża), għal assiguraturi (għall-ġestjoni tar-riskju tar-rendiment, ta’ fatturat u ta’ marġni gross) u għal fondi ta’ mutwalizzazzjoni (għall-ġestjoni tar-riskji sanitarji u ambjentali u l-istabbilizzazzjoni tad-dħul tal-azjendi agrikoli); u (iii) riskji “katastrofiċi”, sostnuti essenzjalment mill-awtoritajiet pubbliċi permezz ta’ xbieki ta’ sikurezza fuq il-prezzijiet u miżuri ta’ kriżi eċċezzjonali; Madankollu għandha tingħata attenzjoni biex ikun żgurat li ż-żieda fis-segmentazzjoni tar-riskju ma twassalx għal spejjeż amministrattivi ogħla;

18.

jenfasizza li l-iżvilupp tal-għodod ta’ ġestjoni tar-riskji għandu jsir mingħajr ma jaffettwa b’mod sostanzjali l-istabbiltà tal-baġit tal-PAK, illum assigurat mill-għajnuniet diżakkoppjati tal-produzzjoni u tal-prezzijiet. Baġit fejn l-ispejjeż isegwu mill-qrib il-varjazzjonijiet tal-prezzijiet agrikoli u jonqsu temporanjament minħabba żamma tajba tas-swieq, ikun fil-fatt espost għal riskju ta’ tnaqqis mhux negliġibbli matul dibattiti dwar il-perspettivi finanzjarji pluriennali tal-Unjoni Ewropea. Minn dan jirriżulta tnaqqis fil-protezzjoni mogħtija mill-PAK, li jkun detrimentali għall-bdiewa f’każ ta’ qlib tas-swieq;

19.

jipproponi li, biex jiġi stabbilit tfaddil ta’ prekawzjoni kontra l-iskossi tas-swieq, il-bdiewa jistgħu, fost affarijiet oħra, iqiegħdu f’riżerva, f’kont speċjali, porzjon tal-pagamenti bażiċi tal-ewwel pilastru. It-tqegħid f’riżerva ta’ dan il-porzjon ta’ pagamenti bażiċi jkun obbligatorju meta ċerti indikaturi tas-suq, bħall-prezzijiet tal-prodotti agrikoli jew il-proporzjon tal-prezzijiet tal-prodotti agrikoli għall-prezzijiet tal-fatturi produttivi, jiżdiedu. Għalhekk is-somom imqiegħda f’riżerva jistgħu jiġu żblukkati u użati mill-bdiewa meta l-indikaturi tas-suq jiddgħajfu. Fi kwalunkwe każ għandu jiġi evitat il-ħolqien ta’ spejjeż amministrattivi addizzjonali;

20.

jirrikonoxxi li, minbarra t-titjib tal-kapaċità ta’ awtoassigurazzjoni tal-bdiewa, din il-miżura jkollha diversi vantaġġi: din tissostitwixxi parzjalment ir-riżerva ta’ kriżi attwalment fis-seħħ, fejn huwa ċar li din mhijiex taħdem sew; l-ispiża tal-ġestjoni tagħha tkun baxxa; din ma taffettwax l-istabbiltà tal-baġit tal-PAK; fl-aħħar nett, din tagħti l-aktar għajnuniet diżakkoppjati leġittimi f’għajnejn il-pubbliku fi żmien ta’ prezzijiet agrikoli għoljin;

21.

jinnota li jistgħu jiġu previsti mekkaniżmi oħra intiżi biex iħeġġu l-istabbiliment ta’ tfaddil ta’ prekawzjoni, li huwa mnebbaħ mill-eżempju tal-miżura fis-seħħ fil-Kanada li tippermetti li l-bdiewa li jagħmlu depożitu f’kont ta’ tfaddil jirċievu kontribuzzjoni monetarja ekwivalenti min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi;

22.

jenfasizza l-interess li jiġu promossi l-ħolqien u l-adozzjoni ta’ prodotti assigurattivi ġodda, iktar diversifikati u eventwalment ta’ spiża inqas, kontra l-perikli ekonomiċi mġarrba mill-azjendi agrikoli, imnebbħa b’mod partikolari mill-programmi tal-assigurazzjoni li jeżistu fl-Istati Uniti. Dawn il-prodotti ġodda jistgħu jikkonsistu pereżempju minn: (i) assigurazzjoni tal-fatturat, li tiggarantixxi r-rikavat tal-għelejjel previst fil-mument tat-tiżrigħ fuq il-bażi tar-rendiment storiku tal-azjenda agrikola u tal-prezzijiet osservati fis-swieq tal-futuri, iżda fejn il-komponent tar-rendiment biss ikun issussidjat sabiex jiġu rispettati r-regoli tal-kaxxa l-ħadra tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO); (ii) assigurazzjonijiet indiċizzati, ibbażati fuq ir-rendiment, il-fatturat jew il-marġni gross miksuba fuq medja fir-reġjun fejn tinsab l-azjenda agrikola (iżda fejn il-komponent tar-rendiment biss ikun issussidjat), bl-għarfien li dawn l-assigurazzjonijiet ikollhom spejjeż ta’ ġestjoni ferm iktar baxxi mill-assigurazzjonijiet ibbażati fuq ir-rendiment individwali tal-bidwi; (iii) assigurazzjoni tar-rikavat globali tal-azjenda agrikola, li tista’ tiġi rriżervata għall-azjendi agrikoli żgħar u medji ddiversifikati, li jipprattikaw il-biedja mħallta/trobbija jew li jipproduċu frott u ħxejjex jew għelejjel speċjali li ma jibbenefikawx jew li ftit li xejn jibbenefikaw minn appoġġ u għal dawk li għalihom ma teżistix assigurazzjoni tal-ħsad; (iv) assigurazzjonijiet speċifiċi għall-produtturi li jipprattikaw l-agrikoltura bijoloġika, li tqis l-iktar rendimenti ġeneralment baxxi u l-iktar prezzijiet tas-suq ġeneralment għolja ta’ dawn il-prodotti; Dawn il-miżuri għandhom ikunu suġġetti għal studju li, b’mod partikolari jivvaluta l-ispejjeż potenzjali ta’ dawn il-miżuri mil-lat ta’ riassigurazzjoni pubblika;

23.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali u mal-organizzazzjonijiet agrikoli biex ikun hemm livell ogħla ta’ għarfien u komprensjoni tal-għodod għall-ġestjoni tar-riskji disponibbli fil-Pilastru II tal-PAK; barra minn hekk jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid l-allokazzjoni finanzjarja ta’ dawn l-għodod sabiex tkun ogħla mit-2 % attwali tal-fondi tat-tieni pilastru;

24.

jirrakkomanda l-iżvilupp ta’ fondi ta’ mutwalizzazzjoni mnebbħa mill-għodda għall-istabbilizzazzjoni tad-dħul maħluqa mir-riforma tal-PAK fl-2013, filwaqt li jiġi żgurat bilanċ ekwu fir-ridistribuzzjoni fost ir-reġjuni u l-oqsma ta’ attività, iżda li żewġ Stati Membri biss (l-Ungerija u l-Italja) u reġjun wieħed (Kastilja u León, fi Spanja) integraw fil-pjan ta’ żvilupp rurali tagħhom 2014-2020. Dawn il-fondi jagħtu protezzjoni kontra t-tnaqqis qawwi (ta’ iktar minn 30 %) tal-marġni gross tal-azjenda agrikola, imkejjel fil-konfront ta’ tliet jew ħames snin preċedenti. Huwa diffiċli li telf ta’ din il-portata jista’ jiġi rrimedjat biss mit-tfaddil ta’ prekawzjoni stabbilit mill-bdiewa. Barra minn hekk, dawn ma jistgħux jiġu ġestiti minn assigurazzjoni tal-fatturat bħal dik li teżisti fl-Istati Uniti, li toffri garanzija kontra t-tnaqqis tat-tbassir tar-rikavat bejn it-tiżrigħ u l-ħsad u ma tipprovdix, fiha nfisha, protezzjoni kontra l-prezzijiet baxxi;

25.

jissuġġerixxi li l-fondi ta’ stabbilizzazzjoni tad-dħul ikunu implimentati fil-livell settorjali, biex isaħħu l-integrazzjoni tal-katini, u fuq skala nazzjonali, saħansitra transnazzjonali, biex titwessa’ l-mutwalizzazzjoni tar-riskji u jitnaqqsu l-ispejjeż. Għalhekk, f’kull Stat Membru, ikun hemm fond tal-għelejjel kbar, fond tal-ħalib, fond tal-frott u l-ħxejjex, eċċ.;

26.

jirrakkomanda lill-Istati Membri jipproċedu għal esperimentazzjoni esploratorja tal-fondi ta’ stabbilizzazzjoni tad-dħul, qabel ma jistabbilixxuhom fuq skala kbira, minħabba diffikultajiet prattiċi ta’ implimentazzjoni u ta’ funzjonament marbuta ma’ dawn il-miżuri (ġbir ta’ data kontabbli dwar l-azjendi agrikoli, ħtiġijiet ta’ riassigurazzjoni, eċċ.);

27.

jenfasizza li t-tliet tipi ta’ għodod ta’ ġestjoni tar-riskji deskritti iktar ‘il fuq – tfaddil ta’ prekawzjoni, assigurazzjonijiet, fondi ta’ stabbilizzazzjoni tad-dħul – jikkompletaw lil xulxin u, jekk possibbli, għandhom jiġu applikati b’mod konġunt biex jikkostitwixxu xibka ta’ sikurezza robusta u koerenti kontra l-volatilità tal-prezzijiet u jikkontribwixxu għal-limitazzjoni tal-frekwenza u l-intensità tal-kriżijiet imġarrba mill-bdiewa;

28.

huwa tal-fehma li, sabiex il-produtturi jkunu jistgħu, taħt kundizzjonijiet paragunabbli, jindirizzaw il-volatilità tal-prezzijiet, ir-rati ta’ pagamenti diretti għandhom ikunu armonizzati fost l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea;

29.

jinsab konvint li l-pagamenti diretti għandhom jibqgħu strument tal-PAK wara l-2020, bil-għan li jikkontribwixxu biex jappoġġjaw u jistabilizzaw id-dħul agrikolu u jikkumpensaw għall-ispejjeż li jiġġarrbu meta jiġu rispettati l-istandards għoljin fl-Unjoni Ewropea;

30.

jipproponi li, fil-każ fejn jiġi deċiż, matul ir-riforma li jmiss tal-PAK, li jitnaqqsu l-għajnuniet diretti tal-ewwel pilastru u li jingħataw is-somom diżimpenjati għalhekk għall-ġestjoni tar-riskji, il-bdiewa jkunu jistgħu jirċievu “kupuni”, ta’ valur ugwali għal ċertu perċentwali tal-pagamenti bażiċi tagħhom. Il-bdiewa jużaw dawn il-kupuni b’mod volontarju biex jissottoskrivu għall-miżuri li huma jagħżlu: ħolqien ta’ tfaddil ta’ prekawzjoni, assigurazzjonijiet, fondi ta’ mutwalizzazzjoni. Din is-sistema tippermetti ż-żieda fil-finanzjament ta’ għodod ta’ ġestjoni tar-riskji, mingħajr ma taffettwa l-istabbiltà tal-baġit tal-ewwel pilastru tal-PAK (2);

31.

jitlob li l-Kummissjoni Ewropea twettaq studju dettaljat fuq il-possibbiltajiet differenti li jeżistu sabiex titwessa’ l-firxa ta’ strumenti ta’ ġestjoni tar-riskji, li jinkludu b’mod partikolari t-tfaddil ta’ prekawzjoni, l-assigurazzjonijiet u l-fondi ta’ mutwalizzazzjoni intiżi biex jistabbilizzaw id-dħul. Dan l-istudju jippreċiża l-konsegwenzi, il-vantaġġi u l-limiti ta’ kull wieħed minn dawn l-istrumenti fir-rigward tal-kriterji differenti. Dan barra minn hekk janalizza xenarji differenti ta’ finanzjament ta’ strateġija ta’ żvilupp tal-ġestjoni tar-riskji, inkluża s-sistema ta’ kupuni proposta fil-paragrafu 30;

32.

iqis li l-politiki pubbliċi għandhom jippromovu żieda fil-valur miżjud tal-azjendi agrikoli Ewropej, filwaqt li jtejbu s-sostenibbiltà ambjentali tal-prattiki agrikoli, biex jagħmluhom inqas vulnerabbli għall-varjazzjonijiet tal-prezzijiet globali u jdaħħlu l-agrikoltura fit-tranżizzjoni ekoloġika meħtieġa biex jittaffa t-tibdil fil-klima, jadattaw għall-effetti tagħha u jnaqqsu l-pressjoni fuq l-ekosistemi;

33.

f’dan il-kuntest, jenfasizza l-ħtieġa li tingħata attenzjoni partikolari lis-settur agrikolu tar-reġjuni ultraperiferiċi li jeħtieġu miżuri proprji, adattati u esklużivi fid-dawl tal-karatteristiċi uniċi u partikolari tagħhom rikonoxxuti mit-TFUE;

34.

jirrikonoxxi li l-agrikoltura Ewropea hija diversa ħafna: il-biċċa l-kbira tal-azjendi agrikoli jikkummerċjalizzaw il-produzzjoni tagħhom fis-suq Komunitarju, filwaqt li oħrajn jesportaw, direttament jew indirettament, parti mill-produzzjoni tagħhom lejn il-pajjiżi terzi;

35.

iqis li huwa importanti li tinżamm din id-diversità, bl-għarfien li l-fluss ta’ parti mill-produzzjoni agrikola lejn il-pajjiżi terzi jikkontribwixxi għall-bilanċ tad-domanda u l-offerta fis-suq Komunitarju u li l-Unjoni Ewropea, l-ewwel esportatur globali ta’ prodotti agroalimentari, għandha tkun tista’ tibbenefika miż-żieda, fil-kwantità u l-kwalità, tad-domanda alimentari globali;

36.

iqis li jeżistu żewġ possibbiltajiet kbar għaż-żieda fil-valur miżjud tal-azjendi agrikoli: (i) żieda fil-produttività agrikola, li tagħti sinjali ta’ telf ta’ impetu inkwetanti f’ċerti setturi, permezz ta’ intensifikazzjoni sostenibbli tal-produzzjoni agrikola, bi produzzjoni ikbar b’inqas fatturi produttivi jew bit-tnaqqis fix-xiri ta’ fatturi produttivi għat-titjib tal-awtonomija tal-azjendi agrikoli, li tgħaddi mill-adozzjoni ta’ sistemi ta’ produzzjoni innovattivi u iktar reżiljenti, billi tibbaża fuq l-agrikoltura ta’ preċiżjoni, is-semplifikazzjoni tax-xogħol fuq l-art, ir-rotazzjoni u d-diversifikazzjoni tal-għelejjel, valorizzazzjoni aħjar tas-sistemi tal-mergħat jew prattiki oħra; jew (ii) jitħeġġeġ l-iżvilupp ta’ sistemi alimentari territorjalizzati, li jwieġbu għad-domanda li qed tikber tal-konsumaturi Ewropej u li jippermettu l-ħelsien parzjali mill-volatilità tas-swieq globali ta’ materja prima agrikola, bl-iżvilupp taċ-ċirkwiti ta’ prossimità (kantins tal-iskola, forniment tal-ikel, bejgħ dirett), ta’ swieq niċċa u ta’ katini tal-kwalità, li jipprivileġġaw modi ta’ produzzjoni li jirrispettaw iktar l-ambjent (agrikoltura bijoloġika u approċċi oħra);

37.

jirrakkomanda li l-PAK u l-politiki nazzjonali jħeġġu lill-bdiewa jesploraw dawn iż-żewġ possibbiltajiet, bil-parteċipazzjoni tar-reġjuni u l-komunitajiet lokali.

Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Skont it-tipoloġija mfassla minn J. Cordier u J.-C. Debar f’Gestion des risques agricoles: la voie nord-américaine. Quels enseignements pour l’Union européenne?, Cahiers no 12, Club Déméter, 2004. Xogħlijiet oħra jipproponu tipoloġija komparabbli, inkluż rapport reċenti miktub għall-Parlament Ewropew (ara n-nota 2).

(2)  Proposta li tinsab fir-rapport ta’ Isabel Bardaji et al., Research for Agri Committee – State of play of risk management tools implemented by Member States during the period 2014-2020: national and European frameworks, Direttorat Ġenerali għall-Politika Interna, Parlament Ewropew, 2016, u li aħna nipproponu li tiġi estiża għall-istabbiliment ta’ tfaddil ta’ prekawzjoni.


9.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 185/41


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva

(2017/C 185/07)

Relatur:

Jácint HORVÁTH (HU/PSE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Nagykanizsa

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva fid-dawl tar-realtajiet tas-suq li qed jinbidlu

COM(2016) 287 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Id-direttiva ma twaqqafx lill-Istati Membri milli jieħdu miżuri kontra s-servizzi tal-media awdjoviżiva li joriġinaw minn pajjiżi terzi u li huma mmirata lejn it-territorju tagħhom. Fil-fatt, dawn is-servizzi fil-prinċipju mhumiex mill-pajjiż ta’ oriġini. B’mod partikolari, din id-direttiva ma teskludix l-impożizzjoni ta’ obbligu ta’ reġistrazzjoni tas-servizzi tal-media awdjoviżiva li ġejjin minn pajjiżi terzi, u lanqas l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet kontrihom.

Raġuni

Servizzi tal-media awdjoviżiva minn barra l-Unjoni Ewropea jistgħu jikkawżaw xkiel serju għas-servizzi tal-media, u b’mod iżjed preċiż fl-isfera pubblika, f’ċerti Stati Membri. Il-prinċipju tal-pajjiż ta’ oriġini ma japplikax għal dawn is-servizzi. Mhuwiex meħtieġ għal dan it-tip ta’ leġislazzjoni li tinkludi tali speċifikazzjoni, imma huwa utli – sabiex jiżguraw li d-Direttiva tiġi interpretata b’mod uniformi – għall-premessi li jissemma li l-Istati Membri huma liberi li jieħdu miżuri kontra dawn is-servizzi.

Emenda 2

Premessa (9)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sabiex it-telespettaturi, inklużi l-ġenituri u l-minorenni, jingħataw is-setgħa biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar il-kontenut li sejjer jiġi segwit, huwa meħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-midja awdjoviżiva jipprovdu biżżejjed informazzjoni dwar il-kontenut li jista’ jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni. Dan jista’ jsir, pereżempju, permezz ta’ sistema ta’ deskritturi tal-kontenut li jindikaw in-natura tal-kontenut. Id-deskritturi tal-kontenut għandhom jitwasslu b’mezzi grafiċi, akustiċi jew bil-miktub.

Sabiex it-telespettaturi, inklużi l-ġenituri u l-minorenni, jingħataw is-setgħa biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar il-kontenut li sejjer jiġi segwit, huwa meħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi tal-midja awdjoviżiva jipprovdu biżżejjed informazzjoni dwar il-kontenut li jista’ jfixkel l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tal-minorenni. Dan jista’ jsir, pereżempju, permezz ta’ sistema ta’ deskritturi tal-kontenut li jindikaw in-natura tal-kontenut. Id-deskritturi tal-kontenut għandhom jitwasslu b’mezzi grafiċi, akustiċi u/ jew bil-miktub.

Raġuni

Aktar mas-servizzi tal-media awdjoviżiva jużaw mezzi differenti biex jiddeskrivu l-kontenut, dan il-kontenut aktar ikun viżibbli u aktar huwa probabbli li jiġi nnotat, u b’hekk ikun aktar probabbli li jilħaq l-għan tiegħu.

Emenda 3

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Ir-regola li prodott ma għandux jingħata prominenza żejda rriżultat diffiċli biex tiġi applikata fil-prattika. Hija tirrestrinġi wkoll l-użu tal-inklużjoni ta’ prodotti kummerċjali li, minnu nnifsu, jinvolvi ċertu livell ta’ esponiment prominenti sabiex ikun kapaċi jiġġenera valur. Ir-rekwiżiti għall-programmi li fihom l-inklużjoni ta’ prodotti kummerċjali għalhekk għandhom jiffukaw fuq li jinfurmaw lit-telespettaturi b’mod ċar dwar l-eżistenza tal-inklużjoni ta’ prodotti kummerċjali u fuq l-iżgurar li l-indipendenza editorjali tal-fornitur ta’ servizz tal-midja awdjoviżiva mhijiex affettwata.

Ir-regola li prodott ma għandux jingħata prominenza żejda rriżultat diffiċli biex tiġi applikata fil-prattika. Hija tirrestrinġi wkoll l-użu tal-inklużjoni ta’ prodotti kummerċjali li, minnu nnifsu, jinvolvi ċertu livell ta’ esponiment prominenti sabiex ikun kapaċi jiġġenera valur. Ir-rekwiżiti għall-programmi li fihom l-inklużjoni ta’ prodotti kummerċjali għalhekk għandhom jiffukaw fuq li jinfurmaw lit-telespettaturi b’mod ċar u b’mod faċilment aċċessibbli dwar l-eżistenza tal-inklużjoni ta’ prodotti kummerċjali u fuq l-iżgurar li l-indipendenza editorjali tal-fornitur ta’ servizz tal-midja awdjoviżiva mhijiex affettwata.

Raġuni

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jqis li huwa importanti li mhux biss il-kontenut tal-informazzjoni, iżda wkoll l-aċċessibbiltà tagħha, tagħmilha ċara li l-programm jinkludi t-tqegħid ta’ prodott.

Emenda 4

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Fir-rigward tal-kontenut onlajn, sa mit-tieni nofs tas-snin disgħin l-Unjoni Ewropea ilha tagħti rwol importanti lill-istrumenti mhux legali (ara, b’mod partikolari, ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 1998, dwar il-ħarsien tal-minorenni u d-dinjità tal-bniedem, kif ukoll ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-minorenni u d-dinjità tal-bniedem u dwar id-dritt ta’ tweġiba b’rabta mal-kompetittività tal-industrija Ewropea tas-servizzi awdjoviżivi u ta’ informazzjoni onlajn). Dawn l-istrumenti, notevolment is-servizzi ta’ linji telefoniċi ta’ emerġenza, is-sistemi tal-kontroll tal-età, il-klassifikazzjoni tal-kontenut kif ukoll is-sistemi ta’ kontroll tal-ġenituri, huma wkoll effikaċi sabiex jiġi regolat il-kontenut pubblikat fuq il-pjattaformi tal-qsim tal-vidjos. Is-servizzi tal-linji telefoniċi ta’ emerġenza huma mezz importanti u essenzjali għall-protezzjoni tal-minorenni, u li l-missjoni tagħhom hija li joffru l-possibbiltà li jitressaq ilment, b’mod sempliċi u faċilment aċċessibbli għall-utent, u biex fil-każ ta’ ksur, jiġu infurmati l-awtoritajiet ikkonċernati. Is-sistemi ta’ kontroll tal-età joffru livell ta’ protezzjoni adegwat b’mod partikolari fejn l-età tal-utent hija verifikata permezz tad-data inkluża fid-dokument tal-identià disponibbli eskużivament għal utent adult, meta mqabbla ma’ dikjarazzjoni mhux b’saħħitha tal-età minn parti terza, jew id-data bijometrika. Il-klassifikazzjoni tal-kontenut mill-utenti stess (il-ġenituri) jew l-entitajiet taċ-ċertifikazzjoni, hija bbażata fuq kriterji differenti – vjolenza, sess, logħob tal-azzard, lingwaġġ vulgari, eċċ. –, u tippermetti li l-kontenut disponibbli fuq il-pjattaformi tal-qsim ta’ vidjos jiġi kklassifikat f’kategoriji differenti, u b’hekk isservi ta’ bażi biex jiġi limitat l-aċċess għal dan il-kontenut. Is-sistemi ta’ kontroll tal-ġenituri jippermettu lill-ġenituri jillimitaw l-aċċess għall-Internet tat-tfal tagħhom minorenni, bis-saħħa ta’ lista ta’ kontenut adatt għall-minorenni jew l-iffiltrar tal-kontenut mhux adatt għat-tfal.

Raġuni

L-Artikolu 28a ġdid tad-Direttiva jobbliga operaturi ta’ pjattaformi ta’ tqassim ta’ filmati biex jieħdu miżuri xierqa biex iħarsu lill-minorenni u jipprojibixxu kontenut li jinċita l-mibegħda. Linji telefoniċi għall-għajnuna, sistema ta’ verifikazzjoni tal-età, sistemi ta’ kontroll mill-ġenituri u l-klassifikazzjoni tal-kontenut huma kkunsidrati miżuri xierqa. Minħabba l-iżvilupp rapidu tat-teknoloġija, il-kontenut ta’ tali miżuri ma jistax jiġi stipulat f’dispożizzjonijiet legali dettaljati. Madankollu, sabiex jiżguraw li d-Direttiva tiġi interpretata b’mod uniformi mill-fornituri tas-servizzi u mill-awtoritajiet regolatorji kompetenti, ikun utli wkoll li l-premessi tad-Direttiva jinkludu xi spjegazzjoni tal-miżuri differenti.

Emenda 5

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-abbiltà tal-Istati Membri li jimponu obbligi biex jiġu żgurati l-possibbilità tas-sejbien u l-aċċessibilità ta’ kontenut ta’ interess ġenerali definiti rilevanti għal objettivi ta’ interess ġenerali definiti, bħall-pluraliżmu tal-midja, il-libertà tal-kelma u d-diversità kulturali. Dawn l-obbligi għandhom jiġu imposti biss meta jkunu meħtieġa biex jintlaħqu objettivi ta’ interess ġenerali definiti b’mod ċar mill-Istati Membri b’konformità mad-dritt tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jeżaminaw b’mod partikolari l-ħtieġa ta’ intervent regolatorju minħabba r-riżultati konsegwenti mill-forzi tas-suq. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jimponu regoli dwar il-possibbilità tas-sejbien, dawn għandhom jimponu biss obbligi proporzjonati fuq l-impriżi, fl-interess ta’ kunsiderazzjonijiet leġittimi ta’ politika pubblika.

Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-abbiltà tal-Istati Membri li jimponu obbligi biex jiġu żgurati l-possibbilità tas-sejbien u l-aċċessibilità ta’ kontenut ta’ interess ġenerali definiti rilevanti għal objettivi ta’ interess ġenerali definiti, bħall-pluraliżmu tal-midja, il-libertà tal-kelma u d-diversità kulturali. Dawn l-obbligi għandhom jiġu imposti biss meta jkunu meħtieġa biex jintlaħqu objettivi ta’ interess ġenerali definiti b’mod ċar mill-Istati Membri b’konformità mad-dritt tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jeżaminaw b’mod partikolari l-ħtieġa ta’ intervent regolatorju minħabba r-riżultati konsegwenti mill-forzi tas-suq , in-nuqqas ta’ trasparenza tas-sjieda tal-media, il-konċentrazzjoni tal-media u l-konflitti ta’ interess. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jimponu regoli dwar il-possibbilità tas-sejbien, dawn għandhom jimponu biss obbligi proporzjonati fuq l-impriżi, fl-interess ta’ kunsiderazzjonijiet leġittimi ta’ politika pubblika.

Emenda 6

Artikolu 1(5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

5.   L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

5.   L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(…)

(…)

(d)

il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(d)

il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.   L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-koregolamentazzjoni u l-awtoregolamentazzjoni permezz ta’ kodiċijiet ta’ kondotta adottati fil-livell nazzjonali fl-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva sal-limitu permess mis-sistemi legali tagħhom. Dawk il-kodiċijiet għandhom ikunu tali li jkunu aċċettati b’mod wiesa’ mill-partijiet ikkonċernati fl-Istati Membri kkonċernati. Il-kodiċijiet ta’ kondotta għandhom jistabbilixxu l-objettivi tagħhom b’mod ċar u mingħajr ambigwità. Huma għandhom jipprovdu għal monitoraġġ u evalwazzjoni regolari, trasparenti u indipendenti tal-ksib tal-objettivi mmirati. Huma għandhom jipprovdu għal infurzar effettiv, li jinkludi fejn xieraq sanzjonijiet proporzjonati effettivi.

“7.   L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-koregolamentazzjoni u l-awtoregolamentazzjoni permezz ta’ kodiċijiet ta’ kondotta adottati fil-livell nazzjonali fl-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva sal-limitu permess mis-sistemi legali tagħhom. Dawk il-kodiċijiet għandhom ikunu tali li jkunu aċċettati b’mod wiesa’ mill-partijiet ikkonċernati fl-Istati Membri kkonċernati. Il-kodiċijiet ta’ kondotta għandhom jistabbilixxu l-objettivi tagħhom b’mod ċar u mingħajr ambigwità. Huma għandhom jipprovdu għal monitoraġġ u evalwazzjoni regolari, trasparenti u indipendenti tal-ksib tal-objettivi mmirati. Huma għandhom jipprovdu għal infurzar effettiv, li jinkludi fejn xieraq sanzjonijiet proporzjonati effettivi.

Abbozzi ta’ kodiċijiet ta’ kondotta tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 6a (3), 9(2) u 9(4) u emendi jew estensjonijiet għal kodiċijiet ta’ kondotta tal-Unjoni eżistenti għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni mill-firmatarji ta’ dawn il-kodiċijiet.

Abbozzi ta’ kodiċijiet ta’ kondotta tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 6a (3), 9(2) u 9(4) u emendi jew estensjonijiet għal kodiċijiet ta’ kondotta tal-Unjoni eżistenti għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni mill-firmatarji ta’ dawn il-kodiċijiet.

Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-ERGA biex jagħti opinjoni dwar l-abbozzi, l-emendi jew l-estensjonijiet ta’ dawk il-kodiċijiet. Il-Kummissjoni tista’ tippubblika dawk il-kodiċijiet kif meħtieġ.”;

Il-Kummissjoni titlob lill-ERGA biex jagħti opinjoni dwar l-abbozzi, l-emendi jew l-estensjonijiet ta’ dawk il-kodiċijiet. Il-Kummissjoni tippubblika dawk il-kodiċijiet kif meħtieġ.”;

Raġuni

Evidenti.

Emenda 7

Artikolu 1(7)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

jiżdied il-punt e) tal-Artikolu 5 kif ġej:

“(e)

l-identità tal-proprjetarji tal-kumpanija li tforni s-servizzi tal-media, konformi mal-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.”

Raġuni

Mill-lat ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva, huwa ta’ importanza kruċjali li tinkiseb informazzjoni dwar il-persuni fiżiċi jew entitajiet ġuridiċi li jkollhom influwenza deċiżiva fuq il-funzjonament tal-forniment tas-servizzi u fuq id-deċiżjonijiet tal-fornituri ta’ servizzi tal-midja awdjoviżivi, jew minħabba s-sjieda jew id-drittijiet tal-vot tagħhom, jew minħabba drittijiet oħra li huma jkollhom taħt ftehim. Din l-emenda, li għandha l-għan li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ tali persuni u entitajiet, tirreferi għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu. It-trasparenza fir-rigward tas-sjieda tal-fornituri tal-midja hija wkoll prerekwiżit essenzjali għal-libertà tal-midja.

Emenda 8

Artikolu 1(10)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

10.     L-Artikolu 7 jitħassar;

 

Raġuni

L-Artikolu 7 ġie mħassar mid-Direttiva minħabba li l-proposta għal Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità, diġà stipulat rekwiżiti komuni aktar stretti f’dan il-qasam għal fornituri ta’ servizzi tal-media. Madankollu, l-imsemmi Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà għadu ma ġiex adottat, u mhuwiex mixtieq li nkunu f’sitwazzjoni fejn id-Direttiva ma tibqax tinkludi referenzi għall-aċċessibbiltà filwaqt li l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà l-ġdid għadu ma ġiex adottat (jew jiġi traspost fil-livell ta’ Stat Membru). Sakemm l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità ma ġiex traspost fil-leġislazzjoni ta’ kull Stat Membru, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ma japprovax it-tħassir tal-Artikolu 7.

Emenda 9

Artikolu 1(11)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(11)   L-Artikolu 9 hu emendat kif ġej:

(11)   L-Artikolu 9 hu emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(a)

il-paragrafu 1 (e) hu sostitwit b’dan li ġej: “komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal xorb alkoħoliku m’għandhomx ikunu mmirati speċifikament lejn il-minuri, għandhom jevitaw l-esponiment għall-minuri u ma għandhomx jinkoraġġixxu l-konsum immoderat ta’ tali xorb”

 

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

 

“2.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iħeġġu l-iżvilupp ta’ kodiċijiet ta’ kondotta awtoregolatorji u koregolatorji dwar komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi mhux xierqa, li jakkumpanjaw jew li huma inklużi fi programmi li għandhom udjenza sinifikanti ta’ tfal, ta’ ikel u xorb li fihom nutrijenti u sustanzi b’effett nutrittiv jew fiżjoloġiku, li l-konsum eċċessiv tagħhom fid-dieta ġenerali mhuwiex irrakkomandat, b’mod partikolari xaħam, aċidi transxaħmin, melħ jew sodju u zokkor.

 

“2.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iħeġġu l-iżvilupp ta’ kodiċijiet ta’ kondotta awtoregolatorji u koregolatorji dwar komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi mhux xierqa, li jakkumpanjaw jew li huma inklużi fi jew isiru immedjatament qabel jew wara programmi li għandhom udjenza sinifikanti ta’ tfal, ta’ ikel u xorb li fihom nutrijenti u sustanzi b’effett nutrittiv jew fiżjoloġiku, li l-konsum eċċessiv tagħhom fid-dieta ġenerali mhuwiex irrakkomandat, b’mod partikolari xaħam, aċidi transxaħmin, melħ jew sodju u zokkor.

 

Dawk il-kodiċijiet għandhom jintużaw sabiex inaqqsu b’mod effettiv l-esponiment tal-minorenni għal komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi ta’ ikel u xorb li fihom ħafna melħ, zokkor jew xaħam jew li bi kwalunkwe mod ieħor ma jissodisfawx il-linji gwida nutrittivi nazzjonali jew internazzjonali. Dawk il-kodiċijiet għandhom jipprovdu li l-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi ma għandhomx jenfasizzaw il-kwalità pożittiva tal-aspetti nutrittivi ta’ tali ikel u xorb.

 

Dawk il-kodiċijiet għandhom jintużaw sabiex inaqqsu b’mod effettiv l-esponiment tal-minorenni għal komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi ta’ ikel u xorb li fihom ħafna melħ, zokkor jew xaħam jew li bi kwalunkwe mod ieħor ma jissodisfawx il-linji gwida nutrittivi nazzjonali jew internazzjonali. Dawk il-kodiċijiet għandhom jipprovdu li l-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi ma għandhomx jenfasizzaw il-kwalità pożittiva tal-aspetti nutrittivi ta’ tali ikel u xorb.

 

Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom iħeġġu l-iskambju tal-aħjar prattiċi dwar is-sistemi awtoregolatorji u koregolatorji madwar l-Unjoni. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta’ kodiċijiet ta’ kondotta tal-Unjoni.”;

 

Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom iħeġġu l-iskambju tal-aħjar prattiċi dwar is-sistemi awtoregolatorji u koregolatorji madwar l-Unjoni. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta’ kodiċijiet ta’ kondotta tal-Unjoni.”;

(b)

jiddaħħlu l-paragrafi 3 u 4 li ġejjin:

(c)

jiddaħħlu l-paragrafi 3 u 4 li ġejjin:

 

“3.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iħeġġu l-iżvilupp ta’ kodiċijiet ta’ kondotta awtoregolatorji u koregolatorji dwar komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi mhux xierqa għax-xorb alkoħoliku. Dawk il-kodiċijiet għandhom jintużaw biex jillimtaw b’mod effettiv l-esponiment tal-minorenni għall-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għax-xorb alkoħoliku.

 

“3.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iħeġġu l-iżvilupp ta’ kodiċijiet ta’ kondotta awtoregolatorji u koregolatorji dwar komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi mhux xierqa għax-xorb alkoħoliku. Dawk il-kodiċijiet għandhom jintużaw biex jillimtaw b’mod effettiv l-esponiment tal-minorenni għall-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għax-xorb alkoħoliku.

 

4.   Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom iħeġġu l-iskambju tal-aħjar prattiċi dwar is-sistemi awtoregolatorji u koregolatorji madwar l-Unjoni. Jekk jitqies xieraq, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta’ kodiċijiet ta’ kondotta tal-Unjoni.”;

 

4.   Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom iħeġġu l-iskambju tal-aħjar prattiċi dwar is-sistemi awtoregolatorji u koregolatorji madwar l-Unjoni. Jekk jitqies xieraq, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta’ kodiċijiet ta’ kondotta tal-Unjoni.”;

Raġuni

Twessigħ tal-kamp ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni ta’ minorenni.

Emenda 10

Artikolu 1(15)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

15.   L-Artikolu 13 jinbidel b’dan li ġej:

15.   L-Artikolu 13 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 13

“Artikolu 13

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom ikollhom mill-inqas sehem ta’ 20 % ta’ xogħlijiet Ewropej fil-katalgu tagħhom u jiżguraw prominenza ta’ dawn ix-xogħlijiet.

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom ikollhom fil-katalgu tagħhom xogħlijiet Ewropej b’mill-inqas sehem ta’ 20 % tat-tul totali tal-programmi li huma jfornu, u jiżguraw prominenza ta’ dawn ix-xogħlijiet billi jassiguraw li jkollhom post tajjeb u faċli li jinstabu fil-katalgu tagħhom .

(…)

(…)

5.   L-Istati Membri għandhom jirrinunzjaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 u 2 għall-fornituri b’fatturat baxx jew b’udjenza baxxa jew jekk ikunu intrapriżi żgħar u mikrointrapriżi. L-Istati Membri jistgħu wkoll jirrinunzjaw għal dawn ir-rekwiżiti f’każijiet fejn ikunu imprattikabbli jew mhux ġustifikati minħabba n-natura jew is-suġġett tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand.”;

5.   L-Istati Membri għandhom jirrinunzjaw ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 u 2 għall-fornituri , inklużi gvernijiet lokali sidien ta’ midja awdjoviżiva, b’fatturat baxx jew b’udjenza baxxa , sew jekk fornituri lokali jew reġjonali, jew jekk ikunu intrapriżi żgħar u mikrointrapriżi. L-Istati Membri jistgħu wkoll jirrinunzjaw għal dawn ir-rekwiżiti f’każijiet fejn ikunu imprattikabbli jew mhux ġustifikati minħabba n-natura jew is-suġġett tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva on-demand.”;

Raġuni

Iż-żieda fil-paragrafu 1 hija maħsuba biex tikkjarifika din id-dispożizzjoni.

Rigward iż-żieda fil-paragrafu 5, f’xi Stati Membri, pereżempju, l-istazzjonijiet televiżivi lokali ma jitqisux intrapriżi ż-żgħar jew mikrointrapriżi għax ikunu proprjetà tal-gvern lokali. Dawn jistgħu jitqiesu bħala impriżi ta’ daqs medju jew impriżi kbar, u għalhekk għandhom jissemmew separatament fil-lista.

Emenda 11

Artikolu 1(16)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

16.   Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 2, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 2, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“It-trażmissjoni ta’ films magħmula għat-televiżjoni (esklużi sensiliet, serje u dokumentarji), xogħlijiet ċinematografiċi u programmi tal-aħbarijiet jistgħu jiġu interrotti minn reklamar televiżiv u/jew telebejgħ darba waqt kull perjodu skedat ta’ mill-inqas 20 minuta.”;

“It-trażmissjoni ta’ films magħmula għat-televiżjoni (esklużi sensiliet, serje u dokumentarji), xogħlijiet ċinematografiċi u programmi tal-aħbarijiet jistgħu jiġu interrotti minn reklamar televiżiv u/jew telebejgħ darba waqt kull perjodu skedat ta’ mill-inqas 30 minuta.”;

Raġuni

Fir-rigward tat-trażmissjoni ta’ films magħmula għat-televiżjoni (esklużi sensiliet, serje u dokumentarji), xogħlijiet ċinematografiċi u programmi tal-aħbarijiet, id-Direttiva attwali tipprovdi għall-possibilità ta’ interruzzjonijiet fix-xandir għal reklamar televiżiv u/jew telebejgħ darba waqt kull perjodu skedat ta’ mill-inqas 30 minuta. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jipproponi madankollu li l-limitu ta’ qabel ta’ 30 minuta ma jitnaqqasx, peress li din l-interruzzjoni fil-biċċa l-kbira timpedixxi t-tgawdija sħiħa tax-xogħlijiet ċinematografiċi u b’hekk imur kontra esperjenza pożittiva tat-telespettatur.

Emenda 12

Artikolu 1(17)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

17)     L-Artikolu 22 huwa sostitwit b’dan li ġej:

 

Artikolu 22

Ir-reklamar u t-teleshopping fuq it-televiżjoni għal xorb alkoħoliku għandu jkun konformi mal-kriterji li ġejjin:

(a)

ma jistax ikun immirat speċifikament lejn u għandu jiġi evitat l-esponiment għall-minuri jew, b’mod partikolari, juri l-minuri waqt li jikkonsmaw dan ix-xorb;

(b)

m’għandux jixxandar matul, immedjatament qabel jew immedjatament wara programm relatat ma’ avveniment sportiv, b’effett minn ħames (5) snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva;

(c)

m’għandux jgħaqqad il-konsum tal-alkoħol ma l-eżekuzzjoni fiżika mtejba jew mas-sewqan;

(d)

m’għandux joħloq l-impressjoni li l-konsum tal-alkoħol jikkontribwixxi għas-suċċess soċjali jew sesswali;

(e)

m’għandux isostni li l-alkoħol għandu kwalitajiet terapewtiċi jew li huwa stimulant, kalmant jew mod biex wieħed isolvi l-konflitti personali;

(f)

m’għandux jinkoraġġixxi konsum tal-alkoħol jew jippreżenta l-astinenza jew il-moderazzjoni f’dawl negattiv;

(g)

m’għandux iqiegħed enfasi fuq il-kontenut alkoħoliku għoli bħala kwalità pożittiva tax-xorb.

Raġuni

L-evidenza xjentifika turi rabta bejn l-espożizzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-alkoħol u żieda fil-konsum tal-alkoħol fost iż-żgħażagħ. L-avvenimenti sportivi għandhom jiġu kkunsidrati bħala programmi mmirati għat-tfal. Għalhekk, ir-reklamar tal-alkoħol għandu jkun projbit, filwaqt li madankollu jittieħdu f’kunsiderazzjoni kuntratti ta’ sponsorizzazzjoni li għaddejjin bħalissa għal perjodu ta’ żmien qasir u medju.

Emenda 13

Artikolu 1(19)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

jiddaħħal il-Kapitolu IXa li ġej:

jiddaħħal il-Kapitolu IXa li ġej:

“IL-KAPITOLU IXa – DISPOŻIZZJONI APPLIKABBLI GĦAS-SERVIZZI TA’ PJATTAFORMA TA’ VIDEO-SHARING

IL-KAPITOLU IXa

“IL-KAPITOLU IXa – DISPOŻIZZJONI APPLIKABBLI GĦAS-SERVIZZI TA’ PJATTAFORMA TA’ VIDEO-SHARING

Artikolu 28a

Artikolu 28a

(1)   […]

(1)   […]

7.   Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom iħeġġu lill-fornituri ta’ pjattaforma ta’ video-sharing biex jikkondividu l-aħjar prattiċi dwar sistemi koregolatorji madwar l-Unjoni. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta’ kodiċijiet ta’ kondotta tal-Unjoni.

7.   Il-Kummissjoni u l-ERGA għandhom iħeġġu lill-fornituri ta’ pjattaforma ta’ video-sharing biex jikkondividu l-aħjar prattiċi dwar sistemi koregolatorji madwar l-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta’ kodiċijiet ta’ kondotta tal-Unjoni , notevolment bit-tfassil u l-pubblikazzjoni tal-mudelli tal-kodiċijiet .

(…)

(…)

Raġuni

Evidenti.

Emenda 14

Artikolu 1(21)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

21.   L-Artikolu 30 huwa sostitwit b’dan li ġej:

21.   L-Artikolu 30 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 30

“Artikolu 30

(1)   […]

(1)   […]

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet regolatorji nazzjonali indipendenti jkollhom baġits annwali separati. Il-baġits għandhom ikunu pubbliċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom riżorsi finanzjarji u umani adegwati biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompitu assenjat lilhom u biex jipparteċipaw b’mod attiv fi u jikkontribwixxu għall-ERGA.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet regolatorji nazzjonali indipendenti jkollhom baġits annwali separati. Il-baġits għandhom ikunu dettaljati biżżejjed u pubbliċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom riżorsi finanzjarji u umani adegwati biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompitu assenjat lilhom u biex jipparteċipaw b’mod attiv fi u jikkontribwixxu għall-ERGA.

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jeżistu mekkaniżmi effettivi fil-livell nazzjonali taħt liema kwalunkwe utent jew fornitur ta’ servizzi tal-midja jew fornitur ta’ pjattaforma ta’ video-sharing li huma affettwati minn deċiżjoni ta’ awtorità regolatorja nazzjonali jkollhom id-dritt ta’ appell kontra d-deċiżjoni quddiem korp ta’ appell. Il-korp ta’ appell għandu jkun indipendenti mill-partijiet involuti fl-appell.

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jeżistu mekkaniżmi effettivi fil-livell nazzjonali taħt liema kwalunkwe utent jew fornitur ta’ servizzi tal-midja jew fornitur ta’ pjattaforma ta’ video-sharing li huma affettwati minn deċiżjoni ta’ awtorità regolatorja nazzjonali jkollhom id-dritt ta’ appell kontra d-deċiżjoni quddiem korp ta’ appell. Il-korp ta’ appell għandu jkun indipendenti mill-partijiet involuti fl-appell.

Dak il-korp ta’ appell, li għandu jkun qorti, għandu jkollu l-ħila esperta adatta biex ikun jista’ jwettaq il-funzjonijiet tiegħu b’mod effettiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħed kont debitu tal-merti tal-każ u li jkun hemm mekkaniżmu ta’ appell effettiv.

Dak il-korp ta’ appell, li għandu jkun qorti, għandu jkollu l-ħila esperta adatta biex ikun jista’ jwettaq il-funzjonijiet tiegħu b’mod effettiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħed kont debitu tal-merti tal-każ u li jkun hemm mekkaniżmu ta’ appell effettiv.

Sakemm ikun magħruf l-eżitu tal-appell, id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tibqa’ valida, diment li l-miżuri interim jingħataw skont il-liġi nazzjonali.”;

Sakemm ikun magħruf l-eżitu tal-appell, id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tibqa’ valida, diment li l-miżuri interim jingħataw skont il-liġi nazzjonali.”

 

8.     L-implimentazzjoni tal-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-ewwel sentenza tal-paragrafu 2, hija sorveljata u evalwata, konformi mal-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2007, mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, fuq talba tal-Kummissjoni. Fil-qafas ta’ din l-analiżi, li ssir kull sentejn, il-funzjonament u l-attivitajiet tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jiġu eżaminati bil-parteċipazzjoni ta’ firxa kemm jista’ jkun wiesgħa ta’ partijiet interessati. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, tiddefinixxi l-kriterji li huma l-baż tal-analiżi tagħha wara konsultazzjoni pubblika. Ir-riżultati tal-analiżi jiġu ppubblikati.

Raġuni

Paragrafu 6: il-baġits disponibbli għall-pubbliku għandhom jinkludu data komprensiva u dettaljata biżżejjed biex b’mod korrett jirriflettu l-kompożizzjoni tad-dħul u n-nefqa tal-awtorità nazzjonali indipendenti. Baġit iddettaljat biżżejjed jista’ jiggarantixxi li l-awtorità regolatorja nazzjonali indipendenti tkun konformi mar-rekwiżiti tat-trasparenza.

Paragrafu 8 ġdid: id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 dwar l-organizzazzjoni u l-finanzjament tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali joffru garanziji importanti tal-indipendenza tagħhom. Madankollu, is-sodisfar tal-kriterji stabbiliti fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 30(2) huwa esklużivament marbut ma’ attivitajiet, deċiżjonijiet u t-trasparenza attwali tal-funzjonament tal-awtoritajiet regolatorji. F’dan il-kuntest, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita sistema ta’ monitoraġġ fil-livell tal-UE li tevalwa mhux biss il-metodi ta’ ħidma tal-awtoritajiet regolatorji u l-qafas leġislattiv applikabbli għalihom, iżda wkoll l-attivitajiet tagħhom, u dawn il-valutazzjonijiet għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku. Dawn il-valutazzjonijiet għandhom jipprovdu data oġġettiva u komparabbli dwar sa liema punt il-liġijiet differenti fl-Istati Membri jiggarantixxu l-livell ta’ indipendenza meħtieġ biex jiġi żgurat il-pluraliżmu tal-midja, id-diversità kulturali, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-suq intern u l-promozzjoni ta’ kompetizzjoni ġusta, kif imsemmi fil-paragrafu 2.

In-natura u l-firxa ta’ valutazzjonijiet jeħtieġu li jiġu kkunsidrati, waqt li jkunu qed jiġu mfassla, l-għarfien, l-esperjenzi u l-fehmiet ta’ firxa kemm jista’ jkun wiesgħa ta’ atturi mill-gvern, il-midja, is-soċjetà ċivili u l-qasam akkademiku.

Ir-riżultati ta’ dan il-monitoraġġ mhux se jkollhom konsegwenzi ġuridiċi diretti. Madankollu, ir-riżultati ta’ dawn il-kontrolli jistgħu jagħtu lill-Kummissjoni informazzjoni li tista’ tiżvela kwalunkwe nuqqasijiet fit-traspożizzjoni tal-Artikolu 30, u jistgħu jservu bħala bażi għal proċeduri ta’ ksur.

Emenda 15

Artikolu 1(22)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(22)   jiddaħħal l-Artikolu 30a li ġej:

(22)   jiddaħħal l-Artikolu 30a li ġej:

“Artikolu 30a

“Artikolu 30a

1.   Il-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA) huwa b’dan stabbilit.

1.   Il-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva (ERGA) huwa b’dan stabbilit.

2.   Huwa għandu jkun magħmul minn awtoritajiet regolatorji indipendenti nazzjonali fil-qasam tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva. Għandhom ikunu rappreżentati mill-kapijiet jew minn rappreżentanti ta’ livell ogħli nominati tal-awtorità regolatorja nazzjonali bir-responsabbiltà primarja għas-sorveljanza tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva, jew f’każijiet fejn mhemmx awtorità regolatorja nazzjonali, minn rappreżentanti oħrajn kif magħżul permezz tal-proċeduri tagħhom. Rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-grupp.

2.   Huwa għandu jkun magħmul minn awtoritajiet regolatorji indipendenti nazzjonali fil-qasam tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva. Għandhom ikunu rappreżentati mill-kapijiet jew minn rappreżentanti ta’ livell ogħli nominati tal-awtorità regolatorja nazzjonali bir-responsabbiltà primarja għas-sorveljanza tas-servizzi tal-midja awdjoviżiva, jew f’każijiet fejn mhemmx awtorità regolatorja nazzjonali, minn rappreżentanti oħrajn kif magħżul permezz tal-proċeduri tagħhom. Rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-grupp.

3.   L-ERGA għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

3.   L-ERGA għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

(a)

li jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni konsistenti fl-Istati Membri kollha tal-qafas regolatorju għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva;

(a)

li jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni konsistenti fl-Istati Membri kollha tal-qafas regolatorju għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva;

(b)

li jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mas-servizzi tal-midja awdjoviżiva fil-kompetenza tal-Kummissjoni. Jekk ikun iġġustifikat sabiex jagħti pariri lill-Kummisjoni dwar ċerti kwistjonijiet, il-grupp jista’ jikkonsulta mal-parteċipanti tas-suq, mal-konsumaturi u mal-utenti aħħarin sabiex jiġbor l-informazzjoni meħtieġa;

(b)

li jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mas-servizzi tal-midja awdjoviżiva fil-kompetenza tal-Kummissjoni. Jekk ikun iġġustifikat sabiex jagħti pariri lill-Kummisjoni dwar ċerti kwistjonijiet, il-grupp jista’ jikkonsulta mal-parteċipanti tas-suq, mal-konsumaturi u mal-utenti aħħarin sabiex jiġbor l-informazzjoni meħtieġa;

(c)

li jipprovdi skambju ta’ esperjenza u prattika tajba fir-rigward tal-applikazzjoni tal-qafas regolatorju għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva;

(c)

li jipprovdi skambju ta’ esperjenza u prattika tajba fir-rigward tal-applikazzjoni tal-qafas regolatorju għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva;

(d)

li jikkoopera u jipprovdi lill-membri tiegħu bl-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikoli 3 u 4 tagħha;

(d)

li jikkoopera u jipprovdi lill-membri tiegħu bl-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikoli 3 u 4 tagħha;

(e)

li jagħti opinjonijiet, meta mitlub mill-Kummissjoni, dwar il-kwistjonijiet previsti fl-Artikoli 2(5b), 6a(3), 9(2), 9(4) u dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mas-servizzi tal-midja awdjoviżiva, b’mod partikolari dwar il-protezzjoni tal-minorenni u l-inċitament għall-mibegħda;

(e)

li jagħti opinjonijiet, meta mitlub mill-Kummissjoni, dwar il-kwistjonijiet previsti fl-Artikoli 2(5b), 6a(3), 9(2), 9(4) u dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mas-servizzi tal-midja awdjoviżiva, b’mod partikolari dwar il-protezzjoni tal-minorenni u l-inċitament għall-mibegħda;

 

(f)

l-iskambju ta’ esperjenzi u prattiki tajbin fil-qasam tal-iżvilupp tal-edukazzjoni dwar il-media, b’mod partikolari f’dak li jirrigwardi l-attivitajiet ta’ appoġġ, ta’ riċerka, ta’ sensibilizzazzjoni, ta’ koordinazzjoni u ta’ analiżi tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali indipendenti, kif ukoll it-tipi ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-fornituri tas-servizzi tal-media u l-istabbilimenti tal-edukazzjoni.

4.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, ir-regoli ta’ proċedura għall-ERGA.”;

4.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, ir-regoli ta’ proċedura għall-ERGA.”;

Raġuni

L-iffissar ta’ mira għall-iżvilupp tal-litteriżmu medjatiku huwa essenzjali biex jintlaħqu l-objettivi regolatorji tad-Direttiva, jiġifieri li tistabbilixxi regolament li kapaċi jindirizza l-isfidi tas-sistema tal-midja diġitali. Diversi Stati Membri għamlu progress sinifikanti fl-iżvilupp tal-litteriżmu medjatiku. Il-qsim tar-riżultati jippromovi b’mod effettiv l-iżvilupp ta’ għodod u metodi użati, kif ukoll l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet fil-livell Ewropew.

F’bosta Stati Membri, l-awtoritajiet regolatorji dwar il-midja għandhom rwol importanti fl-iżvilupp tal-litteriżmu medjatiku. Fost affarijiet oħra, huma jieħdu sehem fir-riċerka li tifforma l-bażi ta’ dan l-iżvilupp, jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-programmi mmirati biex itejbu l-litteriżmu medjatiku u jikkontribwixxu, permezz ta’ kampanji ta’ informazzjoni, biex jiżdied il-livell ta’ litteriżmu medjatiku. Huma jistgħu anke jkollhom rwol essenzjali fil-koordinazzjoni tal-atturi u s-setturi involuti, kif ukoll biex ikejlu u jivvalutaw ir-riżultati miksuba. L-iskambju tal-aħjar prattiki jista’ jżid il-maturità u l-effettività tal-azzjoni tal-awtoritajiet regolatorji tal-midja fil-qasam tal-iżvilupp tal-litteriżmu medjatiku.

L-iżvilupp tal-litteriżmu medjatiku huwa responsabbiltà kondiviża bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali indipendenti, il-fornituri tas-servizzi tal-media u l-istabbilimenti edukattivi. Din id-Direttiva għandha tippromwovi din il-kooperazzjoni mingħajr ma taqbeż is-setgħat regolatorji tiegħu.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

Kummenti ġenerali

1.

jilqa’ bi pjaċir ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva kif ukoll dwar il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea laqgħet b’interess diversi proposti tal-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar is-suġġett adottata fl-2015;

2.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-emenda dwar id-derogi fir-rigward tal-prinċipju tal-pajjiż ta’ oriġini, li jippermettu, fil-qafas ta’ proċeduri iżjed ċari u sempliċi, li jitqiesu l-interessi tal-pajjiż destinatarju;

3.

madankollu, jiddispjaċih li d-direttiva l-ġdida ma tikkunsidrax id-dimensjoni reġjonali kif ġie rakkomandat qabel mill-Kumitat tar-Reġjuni, li kien jikkontribwixxi għall-valorizzazzjoni tal-identitajiet kulturali Ewropej, il-koproduzzjonijiet transkonfinali tagħhom fi ħdan l-Unjoni Ewropa u l-innovazzjonijiet kreattivi lokali;

4.

barra minn hekk, jinsisti dwar il-ħtieġa li jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tad-direttiva, għaliex dawn għandhom rwol importanti ħafna fil-qasam tas-servizzi tal-media awdjoviżiva. F’diversi Stati Membri wħud minnhom huma sidien ta’ kumpaniji ta’ servizzi tal-media, li jistgħu anke ma jaqgħux taħt il-kategorija ta’ intrapriżi mikro u żgħar;

5.

itenni li l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fir-rigward tal-poteri pubbliċi kif ukoll tal-atturi awdjoviżivi u l-partijiet politiċi, tikkostitwixxi pedament tar-regolamentazzjoni tal-media awdjoviża Ewropea, li hija r-responsabbiltà ta’ kull Stat Membru li jassiguraha akkost ta’ kollox, u li hija l-ewwel garanzija tad-diversità tal-informazzjoni u ta’ suq tal-media pluralist fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali;

6.

jilqa’ b’sodisfazzjon li d-Direttiva riveduta testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għas-servizzi tal-pjattaformi tal-qsim tal-vidjos, li jaqdu rwol dejjem iżjed importanti fost il-fornituri ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva;

7.

jinsab imħasseb dwar il-fatt li r-regolamentazzjoni proposta fir-rigward tal-leġislazzjoni applikabbli għall-pjattaformi tal-qsim tal-vidjos ma tiċċarax is-sitwazzjonijiet fejn il-fornitur m’għandu l-ebda interess li jistabbilixxi ruħu fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, iżda fejn is-servizz ikun disponibbli għaċ-ċittadini Ewropej;

8.

josserva li attwalment il-bejgħ mill-ġdid tal-kontenut barra mill-infrastruttura (servizzi “over-the-top”), li jirrappreżenta sehem qed jikber tas-suq tas-servizzi tal-media awdjoviżiva, jopera f’qafas leġislattiv xejn ċar u jistieden lill-Kummissjoni biex fir-regolamentazzjoni futura dwar il-media u l-komunikazzjonijiet, u speċjalment matul ir-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi, tagħti attenzjoni partikolari għall-kjarifika tas-sitwazzjoni leġislattiva ta’ din il-prattika;

9.

jixtieq jerġa’ jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-minoritajiet lingwistiċi u kulturali li jiffaċċjaw ostakoli meta jfittxu aċċess għal servizzi tal-media awdjoviżiva fil-lingwa tagħhom;

10.

jaħseb li jkun tajjeb li fil-proċeduri differenti tal-ERGA, jittieħed kont tad-dimensjoni reġjonali ta’ ċerti kwistjonijiet regolatorji u li jiġu riflessi l-prinċipji territorjali;

Protezzjoni tal-minorenni

11.

jilqa’ bi pjaċir il-fatt li d-direttiva riveduta ssaħħaħ u tarmonizza l-protezzjoni tal-minorenni, kif kien intalab f’rakkomandazzjoni preċedenti. Jitlob għall-istabbiliment ta’ miżuri inċiżivi favur il-kontenut maħsub speċifikament għat-tfal, kif ukoll l-istimolu ta’ sħubijiet bejn operaturi awdjoviżivi u l-komunità edukattiva fl-ambjent diġitali;

Litteriżmu medjatiku

12.

ifakkar fl-importanza li jagħti lill-promozzjoni msaħħa tal-kontenut edukattiv fil-media, speċjalment il-media l-ġdida;

13.

jenfasizza li għandhom jiġu allokati riżorsi għall-iżvilupp tal-edukazzjoni dwar il-media sabiex is-servizzi tal-media awdjoviżiva ma joffrux biss offerta omoġenja, iżda jirriflettu b’mod ugwali l-istrutturi u l-partikolaritajiet tar-reġjuni fil-livell ekonomiku, kummerċjali u kulturali;

Il-libertà u l-pluraliżmu tal-media

14.

jinsab imħasseb dwar il-fatt li r-Regolament propost ma jindirizzax it-trasparenza fis-sjieda tal-media, il-konċentrazzjoni tal-media u l-konflitti ta’ interess, li kollha kemm huma għandhom impatt kbir fuq il-pluraliżmu tal-media u l-libertà tal-media;

Protezzjoni tal-konsumatur

15.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-emenda tad-Direttiva tinkludi t-tnaqqis tar-regoli dwar il-ħin tar-reklami, u b’mod iktar preċiż, li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolamentazzjoni tas-servizzi tal-media awdjoviżiva mhux lineari;

Promozzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej

16.

japprova li l-mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar mhumiex obbligati li jikkontribwixxu finanzjarjament għall-produzzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej; jirrimarka madankollu lill-Kummissjoni li ħafna stazzjonijiet televiżivi lokali u reġjonali li jxandru l-programmi tagħhom fuq is-sit tal-Internet tagħhom fil-għamla ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva on-demand ma jaqgħux f’din il-kategorija;

17.

jilqa’ bi pjaċir li fil-każ ta’ servizzi on-demand, id-Direttiva riveduta tiggarantixxi kundizzjonijiet ugwali għal xogħlijiet Ewropej, li jrid ikunu sehem ta’ mill-inqas 20 % tal-katalgu tal-fornituri ta’ dawn is-servizzi;

18.

jenfasizza li fir-rigward tas-servizzi on-demand, mhijiex biżżejjed l-esiġenża ta’ mill-inqas 20 % mitluba mill-fornituri tas-servizzi; huwa meħtieġ bl-istess mod li dawn ix-xogħlijiet ikunu faċli biex jinstabu u aċċessibbli għall-utenti;

Sussidjarjetà u proporzjonalità

19.

jenfasizza li, filwaqt li jidher li l-proposta tikkonforma mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, l-approċċ ta’ armonizzazzjoni minima u l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni għandhom jiġu ppreservati u għalhekk, ir-regoli proposti dwar l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iħallu biżżejjed lok għall-manuvra fir-rigward tat-teħid ta’ deċiżjonijiet nazzjonali u sottonazzjonali;

Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


9.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 185/55


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pjan ta’ Azzjoni dwar l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi

(2017/C 185/08)

Relatur:

Karl VANLOUWE (BE/EA), Membru tal-Parlament Fjamming u Senatur għar-Reġjun Fjamming

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Pjan ta’ Azzjoni dwar l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi

COM(2016) 377 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

Qafas ġenerali u prinċipji bażiċi

1.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi (1), li tfassal fuq l-isfond ta’ soċjetà Ewropea li d-diversità tagħha qiegħda dejjem tikber kif ukoll il-ħtieġa li jiġu integrati bis-sħiħ f’din is-soċjetà; jenfasizza wkoll l-importanza tal-integrazzjoni, li hija proċess bidirezzjonali li jinvolvi kemm liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kif ukoll lill-komunità ospitanti;

2.

huwa tal-fehma li jeħtieġ li l-integrazzjoni tiġi kkunsidrata bħala proċess dinamiku, interattiv u temporanju, li tippermetti liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jsiru kompletament parti mill-komunità ospitanti u li jħabirku biex jiksbu awtonomija sħiħa; jinkoraġġixxi wkoll interazzjoni mal-komunità ospitanti u parteċipazzjoni fiha;

3.

jenfasizza li l-integrazzjoni hija kompetenza tal-Istati Membri, kif previst fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (2), li jippermetti li jittieħdu miżuri fil-livell Ewropew biex jingħataw inċentivi u appoġġ sabiex l-Istati Membri jieħdu azzjoni bil-għan li jinkoraġġixxu u jappoġġjaw l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza legali fit-territorju tagħhom, bl-eċċezzjoni ta’ kull armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri; jappella biex isiru sforzi kontinwi għall-monitoraġġ tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u jfakkar li l-azzjonijiet tal-Istati Membri f’dan il-qasam għandhom ikunu skont l-acquis tal-UE inklużi l-prinċipji bażiċi komuni għall-integrazzjoni tal-immigranti fl-UE;

4.

jinnota li l-implimentazzjoni tal-politika ta’ integrazzjoni titwettaq qabel kollox fil-livelli politiċi li huma qrib taċ-ċittadin. Għalhekk huwa assolutament essenzjali li jintuża approċċ ta’ governanza f’diversi livelli, fejn naturalment tingħata enfasi partikolari ħafna lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, peress li huma dawn li jiffaċċjaw l-aktar direttament l-isfidi u l-perspettivi ta’ integrazzjoni;

5.

jenfasizza li fid-dibattitu politiku, huwa importanti li tintuża terminoloġija eżatta rigward id-diversi kategoriji tal-persuni li jkunu għadhom kif jaslu. Il-Pjan ta’ Azzjoni jkopri biss lil dawk li jkunu għadhom kif jaslu – kemm jekk ikunu migranti, refuġjati jew benefiċjarji ta’ protezzjoni sussidjarja – li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi u li għandhom residenza legali fl-UE. Il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu ma jkoprix iċ-ċittadini ta’ Stati Membri tal-UE li l-ġenituri jew in-nanniet tagħhom huma minn pajjiżi terzi, u lanqas dawk iċ-ċittadini tal-UE li eżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu u l-membri tal-familja tagħhom;

6.

jenfasizza li l-integrazzjoni, bħala qasam ta’ intervent politiku, ma tistax teżisti purament u sempliċement waħedha, iżda bħala definizzjoni tikkoinċidi l-oqsma differenti ta’ azzjoni tradizzjonali tal-politika, bħalma huma l-edukazzjoni, ix-xogħol, il-protezzjoni soċjali, is-saħħa pubblika, id-djar, eċċ., u li l-ideal huwa li tkun soġġetta għal implimentazzjoni orizzontali, fejn kull settur jieħu inkonsiderazzjoni l-isfidi u l-opportunitajiet li huma relatati mal-integrazzjoni;

7.

jenfasizza li l-integrazzjoni hija proċess bidirezzjonali li trid titpoġġa f’qafas ta’ drittijiet u obbligi, kemm għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kif ukoll għall-komunità ospitanti, li jeħtieġ li jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom;

8.

jirrimarka li idealment l-integrazzjoni tikkostitwixxi l-qofol ta’ politika tal-asil u tal-migrazzjoni u li, b’riżultat ta’ dan, il-Pjan ta’ Azzjoni ma jistax jitqies indipendentement, fost oħrajn, mill-proposti tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (3) u l-qafas ġdid ta’ sħubija ma’ pajjiżi terzi taħt l-Aġenda Ewropea dwar il-migrazzjoni (4);

9.

peress li x-xogħol jagħti kontribut essenzjali għall-integrazzjoni soċjali taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, jinnota wkoll ir-rabta mal-“Karta Blu”, imsemmija fil-proposta tal-Kummissjoni dwar il-migrazzjoni legali, fir-rigward tar-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ impjieg b’ħiliet għolja (5);

L-isfidi u l-opportunitajiet tal-integrazzjoni

10.

jikkondividi l-analiżi tal-Kummissjoni meta hija tqis li n-nuqqas ta’ integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jirrappreżenta telf konsiderevoli, kemm għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kif ukoll għall-komunità ospitanti; l-ispiża soċjali u ekonomika tan-nuqqas ta’ integrazzjoni tista’ saħansitra teċċedi l-investiment meħtieġ fil-politika relatata, bil-potenzjalitajiet kollha li jirriżultaw;

11.

huwa konvint li politika ta’ integrazzjoni li tirnexxi hija waħda mill-kundizzjonijiet meħtieġa biex jiġi indirizzat l-livell relattivament baxx fil-kisbiet ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fir-rigward tas-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni, id-dħul, l-akkomodazzjoni, is-saħħa, l-involviment taċ-ċittadini u l-koeżjoni soċjali kif jidher mill-indikaturi tal-OECD (6);

12.

jappoġġja l-Kummissjoni fis-sejħa tagħha għal aktar azzjoni li tkun speċifika skont il-każ, u dwar il-fehma tagħha li l-politika ta’ integrazzjoni għandha bżonn tkun aktar attenta għad-diversità qawwija li teżisti fi ħdan gruppi differenti ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-ħtiġijiet varji tagħhom. Politika tajba ta’ integrazzjoni hija għalhekk ibbażata fuq id-differenzjazzjoni u mhux fuq approċċ uniformi. Hemm lok li jiġu kkunsidrati, fost fatturi oħrajn, il-ħiliet lingwistiċi, il-kuntest kulturali, il-livell ta’ edukazzjoni, it-tul ta’ soġġorn previst, ir-raġunijiet tal-migrazzjoni, il-kompetenzi, l-esperjenza professjonali, it-trawmi potenzjali mġarrba, eċċ. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu f’qagħda tajba biex jirrispondu għad-diversità kbira fost iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom u jistgħu jipprovdu pjattaforma għall-iskambju tal-għarfien u l-esperjenza f’dan il-qasam. F’dan il-kuntest, il-Kumitat tar-Reġjuni jiġbed l-attenzjoni għall-aħjar prattiki mill-perspettiva tal-individwu bbażati fuq korsijiet għall-inklużjoni u l-integrazzjoni ċivika, imfassla sabiex jilħqu l-bżonnijiet ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi;

13.

jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew (7) jistqarru l-konvinzjoni li l-politika ta’ integrazzjoni b’mod ġenerali u, b’mod partikolari, dik li għandha l-għan li r-refuġjati jiddaħħlu fis-suq tax-xogħol, ma jistgħux ikunu ta’ detriment għall-azzjoni favur kategoriji oħra vulnerabbli fil-komunità ospitanti;

Il-bini ta’ soċjetà koeżiva

14.

jenfasizza li s-soċjetà Ewropea hija bbażata fuq normi u valuri fundamentali bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-libertà tal-espressjoni, il-libertà tar-reliġjon, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, id-drittijiet tal-bniedem, is-solidarjetà, it-tolleranza, eċċ., u jilqa’ l-fatt li r-relazzjoni bejn l-integrazzjoni u n-normi u l-valuri msemmija hawn ġiet diskussa fid-djalogu dwar l-istat tad-dritt waqt il-Kunsill Ewropew dwar “Affarijiet Ġenerali” tal-24 ta’ Mejju 2016 (8) u jappella lill-presidenzi tal-UE futuri (Malta, l-Estonja) biex ikomplu dan id-djalogu bl-għan li jiġi żviluppat fehim aktar fil-fond fost l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-UE, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u s-soċjetà ċivili dwar il-protezzjoni ta’ dawn in-normi u l-valuri u dwar kif jistgħu jsiru element għall-integrazzjoni;

15.

huwa konvint li sabiex l-integrazzjoni tkun tista’ tirnexxi, huwa importanti ħafna li dawn il-valuri u normi Ewropej jiġu mifhuma u aċċettati, kemm minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi kif ukoll mill-komunità ospitanti. Din l-idea hija konsistenti mal-idea li huwa wkoll preferibbli li l-politika tal-integrazzjoni tkopri wkoll l-integrazzjoni ċivika u l-iżvilupp ta’ spirtu kollettiv, u li għalhekk għandhom jiġu żviluppati għodod adatti għall-bini ta’ fehim reċiproku u appoġġjati fil-livelli differenti b’appoġġ xieraq mil-livell Ewropew, inkluż permezz ta’ edukazzjoni ċivika kemm b’korsijiet klassiċi kif ukoll b’formati ta’ tagħlim innovattivi;

16.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati mekkaniżmi sabiex minn naħa, isaħħu s-solidarjetà u l-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni tal-UE kollha, u min-naħa l-oħra, tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn id-diversi amministrazzjonijiet u aġenti speċjalizzati. Is-sensibilizzazzjoni tal-gvernijiet tal-Istati Membri, li għandhom ġurisdizzjoni fil-qasam tal-asil, tirrappreżenta sfida kbira;

17.

jirreferi f’dan ir-rigward għall-prattiki tajbin tal-integrazzjoni ċivika fejn iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jiġu offruti korsijiet ta’ orjentazzjoni soċjali biex jiġu familjarizzati b’mod interattiv man-normi u l-valuri Ewropej, u l-mod tal-għajxien fil-komunità ospitanti. L-għan huwa li jiġu appoġġjati fil-kisba tagħhom tal-għodod meħtieġa biex isiru membri parteċipanti b’mod sħiħ fis-soċjetà;

18.

jissuġġerixxi li jiġu identifikati inizjattivi fl-Istati Membri differenti tal-UE fejn iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jintalbu jiffirmaw dikjarazzjoni ta’ impenn jew ta’ parteċipazzjoni li fiha jissemmew, fost affarijiet oħra, in-normi u valuri fundamentali, u għandu jiġi analizzat kif dawn l-inizjattivi jinfluwenzaw is-soċjetà inkwistjoni, u r-riżultati u l-esperjenzi b’tali skemi għandhom jiġu kondiviżi sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw minnhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali; jenfasizza wkoll li mhux biss iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, iżda anke l-popolazzjoni lokali għandha timpenja ruħha bis-sħiħ favur dawn in-normi u l-valuri fundamentali;

19.

itenni li l-integrazzjoni hija proċess bidirezzjonali li fih il-pajjiż ospitanti għandu jaqdi r-rwol tiegħu wkoll. F’dan ir-rigward, is-soċjetajiet ospitanti jridu jippermettu liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jsiru parteċipanti attivi billi jneħħu l-ostakli u jassiguraw li għandhom l-aċċess għal servizzi bażiċi. Iridu jorganizzaw ukoll il-proċess ta’ integrazzjoni b’tali mod li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jsiru familjari mas-soċjetà li qed jgħixu fiha. Il-komunità ospitanti b’mod partikolari għandha rwol importanti fil-proċess ta’ integrazzjoni fil-każ ta’ migrazzjoni tal-familja. Qed nirriferu hawnhekk primarjament għall-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, iżda ma’ ġenbhom, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, is-soċjetà ċivili, is-settur privat, il-komunitajiet reliġjużi jew minoranzi etniċi fi ħdan il-komunità ospitanti huma wkoll imsieħba importanti għall-politika ta’ integrazzjoni;

20.

jinnota wkoll li dawn il-partijiet interessati differenti kollha għandhom ir-responsabbiltà li jħejju lill-komunità ospitanti għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u jħeġġuha taċċettahom, u jisħaq, f’dan il-kuntest, fuq l-importanza li jipprovdulha informazzjoni adegwata;

Prijoritajiet politiċi ta’ appoġġ għall-integrazzjoni

Miżuri relatati ma’ qabel it-tluq/qabel il-wasla

21.

huwa konvint li huwa preferibbli li l-proċess ta’ integrazzjoni jinbeda, jekk possibbli, malajr kemm jista’ jkun, anke meta ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jkunu għadhom fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom;

22.

jinnota li sabiex wieħed jintegra tajjeb, huwa indispensabbli li jkun jaf il-lingwa tal-pajjiż ospitanti u li t-tagħlim ta’ lingwa ġdida ta’ spiss jeħtieġ ċertu żmien. Għaldaqstant, diversi Stati Membri tal-UE bħalissa jorganizzaw korsijiet jew evalwazzjonijiet lingwistiċi qabel il-wasla taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-pajjiż ospitanti. B’hekk, jitqassar kemm jista’ jkun iż-żmien li fih ċittadin ta’ pajjiżi terzi jgħix f’dan l-Istat Membru mingħajr ma jkun jaf jesprimi ruħu bil-lingwa lokali, jew saħansitra ma jkunx hemm bżonn peress li jkun jaf il-lingwa diġà mal-wasla tiegħu, u din il-kapaċità tiffaċilita l-possibbiltajiet tiegħu għal interazzjoni mal-komunità ospitanti fil-livell lokali. Naturalment, dan m’għandux ikun kundizzjoni biex tingħata l-protezzjoni lir-refuġjati jew lill-benefiċjarji ta’ protezzjoni sussidjarja;

23.

jinnota li biex jintlaħaq approċċ imfassal apposta, l-intervisti għall-ammissjoni maċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi huma għodod meħtieġa biex jinftiehmu aħjar l-aspettattivi taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kif ukoll tas-soċjetà li tilqagħhom. Jekk possibbli, uħud minn dawn l-intervisti għandhom isiru diġà parzjalment fil-pajjiż ta’ oriġini, sabiex iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jkunu jistgħu jikkonċentraw bis-sħiħ fuq il-proċess ta’ integrazzjoni mal-wasla tagħhom fil-komunità ospitanti;

24.

jenfasizza l-importanza ta’ miżuri ta’ akkumpanjament bil-għan li, qabel il-wasla taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, ill-komunitajiet ospitanti jiġu infurmati, b’mod partikolari f’dawk il-komunitajiet jiġu risistemati r-refuġjati;

Edukazzjoni

25.

jilqa’ l-enfasi li l-Kummissjoni tpoġġi fuq l-edukazzjoni, billi tirrappreżenta wieħed mill-oqsma ta’ azzjoni essenzjali għat-twettiq ta’ politika ta’ integrazzjoni ta’ suċċess, u jitlob li, f’dan il-qasam, jiġi rispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà;

26.

jenfasizza li t-tagħlim tal-lingwi uffiċjali tal-pajjiż ospitanti huwa prijorità sabiex iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u t-tfal tagħhom ikunu jistgħu, kemm jista’ jkun malajr, jagħmlu kuntatti mal-komunità li tospitahom u biex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jwettqu l-obbligi tagħhom. Hawnhekk ukoll, huwa importanti li jittieħed approċċ edukattiv imfassal apposta, abbażi tal-profil taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom;

27.

ifakkar dwar l-aħjar prattiki li jintużaw fl-edukazzjoni primarja u sekondarja għat-tagħlim dwar l-akkoljenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’lingwa materna differenti; l-isabbilimenti edukattivi huma kapaċi joffrulhom servizzi mfassla apposta, kemm billi jqiegħduhom fi klassijiet separati kif ukoll billi jipprovdulhom appoġġ addizzjonali fi klassijiet normali, jew ukoll taħlita ta’ dawn iż-żewġ approċċi;

28.

jenfasizza l-prattiki tajbin użati sabiex jingħelbu l-ostakli tal-lingwa. Dawn jinkludu l-użu ta’ tradutturi u interpreti komunitarji fl-edukazzjoni, li jgħinu lill-għalliema u lill-edukaturi biex jiżguraw li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għad m’għandhomx għarfien attiv tal-lingwa tal-pajjiż ospitanti jkunu madankollu kapaċi jagħmlu kuntatt mal-istabbilimenti skolastiċi fejn it-tfal tagħhom jirċievu taħriġ;

29.

ifaħħar il-proposta tal-Kummissjoni li jiġu esplorati aktar x’inhuma l-possibilitajiet li fl-edukazzjoni sekondarja jiġu stabbiliti korsijiet ta’ edukazzjoni ċivika, sabiex kulħadd jifhem il-liġi, il-kultura, in-normi u l-valuri tas-soċjetà; jissuġġerixxi li dan isir ukoll fit-taħriġ tal-adulti u t-taħriġ vokazzjonali;

30.

jitlob li tingħata iżjed attenzjoni lill-grupp fil-mira taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma bejn is-16 u t-18-il sena, li spiss joqorbu lejn tmiem l-età tal-iskola obbligatorja mingħajr ma jkollhom, f’ħafna każi, l-għodod meħtieġa biex jibdew edukazzjoni vokazzjonali jew edukazzjoni għolja jew biex jirnexxielhom jidħlu fis-suq tax-xogħol;

L-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-aċċess għat-taħriġ professjonali

31.

jilqa’ l-fatt li l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol hija fost il-prijoritajiet tal-Kummissjoni biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jkunu jistgħu jistabbilixxu ruħhom fis-soċjetà u jipparteċipaw fiha, fid-dawl tal-isfidi li jirriżultaw minn rata ta’ impjieg ġeneralment iżjed baxxa taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi meta mqabbla mal-popolazzjoni mwielda fil-pajjiż ospitanti, speċjalment fil-każ tan-nisa (9);

32.

jitlob li jiġu stabbiliti mekkaniżmi li permezz tagħhom iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jkollhom aċċess malajr kemm jista’ jkun għas-suq tax-xogħol, possibbilment permezz ta’ internships kif ukoll ta’ servizzi ta’ orjentament u għajnuna legali. Dan jagħtihom il-possibbiltà li jipprattikaw il-lingwa permezz tal-kuntatti ma’ kollegi fuq ix-xogħol, u b’dan il-mod joħolqu netwerks li jistgħu jwasslu għal impjieg u l-mezz tal-għajxien tagħhom;

33.

jilqa’ b’sodisfazzjon, fil-kuntest tal-integrazzjoni tas-sistemi tat-taħriġ u s-suq tax-xogħol, miżuri għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu għaddew l-età tal-iskola biex jingħataw ċans ieħor biex jiksbu taħriġ vokazzjonali bażiku u jtejbu r-rieda tagħhom li jitgħallmu;

34.

jemmen li l-migrazzjoni ekonomika tax-xogħol li tkun immirata tista’ tgħin sabiex jintlaqgħu l-isfidi tat-tixjiħ tal-popolazzjoni attiva, il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ xogħol tal-id u l-pressjoni fuq l-iskemi ta’ sigurtà soċjali tagħna, iżda jenfasizza li hemm lok li jiġi kkunsidrat li l-akkoljenza tar-refuġjati u, flimkien magħha, l-integrazzjoni tagħhom, kif ukoll il-prinċipju ta’ riunifikazzjoni tal-familja, huma qabel kollox fl-interess kemm tal-komunità ospitanti kif ukoll tal-migrant minbarra li huma bbażati fuq drittijiet fundamentali u obbligi internazzjonali, u nkunu qed nitqarrqu jekk inqisuhom bħala s-soluzzjoni għall-problemi tagħna tas-suq tax-xogħol;

35.

jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ valutazzjoni u validazzjoni rapida u korretta tal-ħiliet u tal-kwalifiki, akkademiċi jew dawk miksuba minn taħriġ vokazzjonali, taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, peress li hija kwistjoni ta’ prijorità li jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol jew li jitħejjew permezz tat-taħriġ vokazzjonali. Il-Kumitat għalhekk jistenna, fost l-oħrajn, l-abbozzar tal-proposti tal-Kummissjoni taħt l-istrateġija l-ġdida tagħha dwar il-ħiliet għall-Ewropa (10);

36.

jenfasizza, fir-rigward tar-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Karta Blu (11), li l-ekonomiji Ewropej assolutament jeħtieġu jattiraw persuni bi kwalifiki għoljin biex jimlew impjiegi vakanti ġenwini;

37.

jilqa’ l-laqgħa tas-Summit Soċjali Tripartitiku tas-16 ta’ Marzu 2016 dwar il-kriżi tar-refuġjati iżda jitlob li l-kontribut tal-qasam tal-edukazzjoni għandu jitqies ukoll, minħabba li hija msieħba importanti li tista’ tgħin biex isir progress fid-diskussjonijiet dwar l-integrazzjoni (fis-suq tax-xogħol);

L-aċċess għal servizzi bażiċi

38.

jenfasizza għal darb’oħra li għandha tiġi stabbilita distinzjoni ċara bejn il-migranti (ekonomiċi) u r-refuġjati jew il-benefiċjarji ta’ protezzjoni sussidjarja, b’mod partikolari fid-dibattitu politiku dwar l-aċċess għas-servizzi bażiċi, peress li kull grupp jista’ jkollu ħtiġijiet distinti, li jeħtieġu approċċ fundamentalment differenti; jenfasizza, madankollu, li l-ħtieġa li wieħed jippermetti l-integrazzjoni b’suċċess tirrigwarda ċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fl-UE;

39.

isostni li huma l-Istati Membri li għandhom ir-responsabilità li jibnu l-iskemi tas-sigurtà soċjali tagħhom u jieħu nota tad-dibattitu politiku li f’diversi Stati jenfasizza l-prinċipju tal-assigurazzjoni u, għaldaqstant, iwassal biex jagħżlu li ċerti drittijiet soċjali jiġu miftuħa progressivament, inkluż għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, abbażi tal-kontribuzzjonijiet imħallsa;

40.

jitlob li fir-rigward tal-kura tas-saħħa, tingħata attenzjoni akbar lid-dimensjoni tas-saħħa mentali, li tista’ tkun ta’ interess partikolari fil-każ tal-akkoljenza u l-integrazzjoni ta’ refuġjati li għexu esperjenzi ta’ gwerra jew trawmi oħra, speċjalment fil-każ ta’ tfal u żgħażagħ;

41.

huwa konxju li l-Istati Membri għandhom id-dritt jesiġu li meta jaslu fil-komunitajiet ospitanti tagħhom, il-migranti li m’għandhom ebda dritt ta’ protezzjoni taħt il-liġi internazzjonali jkunu jistgħu jmantnu lilhom infushom u għalhekk ma jkollhomx bżonn jużaw ix-xibka tas-sigurtà soċjali;

42.

isostni li jeħtieġ li tingħata dejjem l-attenzjoni meħtieġa lill-akkomodazzjoni soċjali, minkejja l-fatt li l-inkwilini – humiex ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew le – għandhom eventwalment isiru awtonomi, li jagħmilha possibbli li jsibu akkomodazzjoni fis-suq privat;

43.

jinsab sodisfatt li l-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ebda politika ta’ integrazzjoni ma tista’ titwettaq b’detriment għal dawk li huma fil-mira tagħha jew ta’ gruppi oħra vulnerabbli fil-komunità ospitanti;

Il-parteċipazzjoni attiva u l-inklużjoni soċjali

44.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li f’dan il-kapitolu tal-pjan ta’ azzjoni tagħha, il-Kummissjoni tiffoka fuq iċ-ċittadinanza attiva, fejn iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi ma jibqgħux f’dak l-istat għal dejjem iżda jsiru malajr kemm jista’ jkun parti mill-komunitajiet ospitanti tagħhom, hi x’inhi n-nazzjonalità tagħhom, u għaldaqstant jirrakkomanda li mhux biss titwettaq politika ta’ integrazzjoni iżda wkoll li tinħoloq integrazzjoni ċivika u jkun hemm sens ta’ komunità;

45.

jaqbel mal-Kummissjoni li l-integrazzjoni mhijiex biss li wieħed jitkellem il-lingwa tal-pajjiż ospitanti u li jsib impjieg iżda wkoll li jaqdi rwol attiv fil-komunità u s-soċjetà ċivili. Huwa b’mod partikolari għal din ir-raġuni li huwa importanti li l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi ma tiġix proposta jew meħtieġa biss minn personalitajiet politiċi iżda li s-s-soċjetà ċivili tkun involuta wkoll;

46.

jemmen li minbarra t-tagħlim formali tal-lingwi uffiċjali tal-komunità ospitanti, il-kuntatti mas-soċjetà ċivili joffru liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi ambjent informali li huwa meħtieġ biex jużaw u jipprattikaw dawn il-lingwi l-ġodda, b’tali mod li dawn jibdew jidraw jitkellmu l-lingwa f’sitwazzjonijiet reali;

47.

huwa konvint, bħall-Kummissjoni, li l-involviment taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi fis-soċjetà ċivili tal-komunità ospitanti tagħhom jistimula d-djalogu magħha u l-fehim reċiproku, u jiżgura li din taċċettahom b’mod aħjar u jservi ta’ forza kontra d-diskriminazzjoni u r-razziżmu;

48.

jappoġġja l-Kummissjoni fis-sejħa tagħha lill-Istati Membri biex jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet dwar il-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni u r-razziżmu u jħeġġeġ sabiex jadottaw politika attiva ta’ opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni, bl-għan li titrawwem iċ-ċittadinanza kondiviża;

Għodod politiċi ta’ appoġġ għall-integrazzjoni

Koordinazzjoni tal-politiki

49.

jilqa’ l-isforz tal-Kummissjoni li, fil-qafas tat-trasformazzjoni tan-netwerk eżistenti tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali dwar l-integrazzjoni f’netwerk Ewropew għall-integrazzjoni, tixtieq tagħmel aktar enfasi fuq il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, b’mod partikolari fil-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

50.

jitlob lill-Kummissjoni li n-netwerk Ewropew għall-integrazzjoni jsir pjattaforma li tħeġġeġ u tappoġġja l-azzjoni bbażata fuq il-kooperazzjoni u l-koresponsabbiltà tad-diversi livelli (nazzjonali, reġjonali u lokali) fid-definizzjoni tal-politiki ta’ integrazzjoni u fil-koordinazzjoni u t-tqassim tas-setgħat (12);

Finanzjament

51.

jiddispjaċih, mingħajr ma jikkontesta li hi kwistjoni ta’ kompetenza tagħhom stess, li taħt il-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020, l-Istati Membri allokaw inqas riżorsi għall-integrazzjoni permezz tal-programmi nazzjonali tagħhom għall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF), filwaqt li l-ħtiġijiet infatti żdiedu, b’mod partikolari fil-kuntest tal-kriżi attwali tal-migrazzjoni, tal-asil u dik umanitarja;

52.

jinnota b’sodisfazzjon li fl-abbozz ta’ baġit 2017, il-Kummissjoni qed timmira li żżid, permezz tal-AMIF, l-appoġġ finanzjarju li l-UE tagħti lill-Istati Membri dwar il-politiki ta’ integrazzjoni;

53.

jemmen li huwa neċessarju li jinstabu sinerġiji bejn il-fondi differenti tal-UE li jistgħu jappoġġjaw il-politika ta’ integrazzjoni. Naturalment, dan jgħodd primarjament għall-AMIF, iżda ċerti proġetti ta’ integrazzjoni ukoll għandhom ikunu jistgħu jitwettqu fil-qafas tal-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) u l-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD) (13);

54.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tikkunsidra l-ħolqien ta’ Objettiv Tematiku speċifiku dwar l-integrazzjoni fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni ta’ wara l-2020 sabiex tiġi żgurata konċentrazzjoni tar-riżorsi tal-Fondi SIE aktar effiċjenti u mmirata lejn proġetti ta’ integrazzjoni. Fir-rigward tal-programmazzjoni 2014-2020, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom jingħataw aktar linji gwida, kemm jista’ jkun ċari u dettaljati, dwar azzjonijiet fil-qasam tal-integrazzjoni li jistgħu jiġu finanzjati mill-Fondi SIE;

55.

jitlob li jiġi żgurat bl-aktar mod sempliċi possibbli li l-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u s-soċjetà ċivili jressqu proposti għall-programmi nazzjonali tagħhom taħt id-diversi fondi u jilqa’ għaldaqstant, fost oħrajn, il-proposta tal-Kummissjoni li ssir aktar enfasi fuq ir-rikors għall-mekkaniżmi ta’ sħubija;

56.

iħeġġeġ biex l-Interreg jintuża aktar u b’mod iżjed immirat biex jappoġġja proġetti ta’ integrazzjoni, inkluż permezz ta’ riformulazzjoni tar-regoli u l-prijoritajiet tal-programmi operattivi rilevanti. Jenfasizza r-rwol ċentrali li l-kooperazzjoni territorjali Ewropea tista’ taqdi biex ittejjeb il-politiki ta’ integrazzjoni, speċjalment fil-livell lokali, filwaqt li tħeġġeġ is-sinerġiji u l-iskambju ta’ prattiki tajba;

57.

jistieden lill-Kummissjoni tirrestrinġi l-kumplikazzjonijiet amministrattivi eċċessivi u l-burokrazija fil-mekkaniżmi ta’ kontroll tal-fondi differenti tal-UE li għandhom jintużaw għal proġetti ta’ integrazzjoni, bl-għan li l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu jistgħu effettivament jużaw l-enerġija kollha tagħhom għall-politika ta’ integrazzjoni fuq il-post, mingħajr ma jitwaqqfu b’kontrolli li huma stretti b’mod ġustifikat, li jiżguraw li l-fondi pubbliċi jintużaw b’mod effiċjenti;

58.

jitlob lill-Kummissjoni li l-approċċ imfassal apposta li jesiġi l-politika ta’ integrazzjoni jiġi wkoll estiż għall-mekkaniżmi ta’ kontroll ta’ fondi Ewropej differenti li jintużaw għal proġetti ta’ integrazzjoni, mingħajr ma jaffetwa l-eżami rigoruż li jrid jitwettaq sabiex jiġi żgurat li l-flus pubbliċi jiġu impenjati b’mod korrett;

Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali

59.

jinnota mill-ġdid li l-politika ta’ integrazzjoni fiha nnifisha hija implimentata prinċipalment fil-livell tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u li huma dawn li jiffaċċjaw l-iktar direttament l-isfidi u l-perspettivi relatati mal-integrazzjoni;

60.

għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-bżonnijiet speċifiċi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u tinvolvihom b’mod aktar estensiv milli fil-passat fil-politika ta’ integrazzjoni mfassla, implimentata jew promossa fil-livell Ewropew u biex jingħataw il-massimu tal-appoġġ f’dan ir-rigward;

61.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi u tappoġġa finanzjarjament lill-Istati Membri u lir-reġjuni fl-implimentazzjoni ta’ interventi favur l-integrazzjoni, b’mod partikolari fil-proċessi tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, fl-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol u tal-akkomodazzjoni, u biex jinkoraġġixxu l-iskambju ta’ prattiki tajba diġà mwettqa mir-reġjuni li implimentaw miżuri ta’ integrazzjoni, bħal akkomodazzjoni mifruxa;

62.

jitlob li f’dan il-qafas, il-Kummissjoni tikkunsidrah bħala msieħeb privileġġjat bħala korp konsultattiv tal-UE magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet reġjonali u lokali Ewropej, iżda wkoll li tħeġġeġ forom oħra ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-assoċjazzjonijiet tagħhom jew sħubijiet oħra, netwerks u pjattaformi, bħall-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja, il-Konferenza tal-Awtoritajiet Reġjonali u Lokali għas-Sħubija tal-Lvant, il-kumitati konsultattivi konġunti, il-gruppi ta’ ħidma, il-Konferenza tar-Reġjuni Periferiċi Marittimi tal-Ewropa, il-Kunsill tal-Muniċipalitajiet u r-Reġjuni Ewropej, eċċ., bl-għan li jinħoloq kontribut mill-aktar wiesa’ possibbli tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

63.

jappella lill-Kummissjoni biex tinvolvih b’mod attiv fl-isforzi tagħha biex tappoġġja u taqsam, għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-aħjar prattiki speċifikament relatati mal-politika ta’ integrazzjoni li jitwettqu qabel it-tluq jew il-wasla, kif ukoll rigward it-taħriġ, is-suq tax-xogħol u t-taħriġ vokazzjonali, l-aċċess għas-servizzi bażiċi jew il-parteċipazzjoni attiva u l-inklużjoni soċjali, u jirreferi, b’mod partikolari f’dan ir-rigward, għall-istudju komparattiv li wettaq dwar il-politiki ta’ integrazzjoni (14);

64.

jistieden lill-Kummissjoni tkompli tagħmel progress fir-rigward tal-kwistjoni tal-minorenni mhux akkumpanjati fil-proċess tal-migrazzjoni, li l-ġestjoni tagħha hija fil-kompetenza ta’ ċerti reġjuni, u jistidinha wkoll tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jaqsmu l-piżijiet u r-responsabbiltajiet bejn il-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali. Għaldaqstant, qed nistennew b’ħerqa l-istrateġija ġdida komprensiva tal-Kummissjoni, li għandha tiġi implimentata bħala segwitu għall-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Minorenni mhux Akkumpanjati (2010-2014), sabiex titqies is-sitwazzjoni tat-tfal nieqsa u mhux akkumpanjati;

65.

jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni tagħmel referenza espliċita għan-netwerk Share, permezz tal-proġett tagħha “Share City Curriculum” (15), li permezz tiegħu l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkollhom aċċess għal sensiela ta’ għodod li jgħinuhom fir-rigward ta’ miżuri li, matul ir-risistemazzjoni tar-refuġjati, huma indirizzati lill-komunità ospitanti;

66.

jappella lill-Kummissjoni biex tipparteċipa b’mod attiv f’netwerk ġdid Ewropew għall-integrazzjoni, fil-Forum Ewropew dwar il-Migrazzjoni, fi sħubija għall-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi taħt il-programm urban għall-UE (16), kif ukoll fl-evalwazzjoni u l-monitoraġġ sussegwenti ta’ “indikaturi tal-integrazzjoni”.

Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  COM(2016) 377 final.

(2)  Artikolu 79(4) tat-TFUE.

(3)  COM(2016) 272 final; COM(2016) 270 final; u COM(2016) 271 final.

(4)  COM(2016) 385 final.

(5)  COM(2016) 378 final.

(6)  Indikaturi tal-integrazzjoni tal-migranti 2015, OECD (2015).

(7)  Nintegraw ir-refuġjati, iżda mhux askapitu tal-persuni l-aktar żvantaġġati, stqarrija għall-istampa tal-Parlament Ewropew, referenza: 20160530STO29645 (2016).

(8)  Dokument uffiċjali tal-Presidenza fl-okkażjoni tal-Kunsill dwar “Affarijiet Ġenerali” tal-24 ta’ Mejju 2016 – Djalogu dwar l-istat tad-dritt (13 ta’ Mejju 2016).

(9)  Eurostat: Migrant integration in the EU labour market (2016).

(10)  COM(2016) 381 final.

(11)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 5.

(12)  Artikolu 79(4) tat-TFUE.

(13)  Synergies between the Asylum Migration and Integration Fund and other EU financial instruments in relation to asylum seekers and other migrants (Sinerġiji bejn il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u strumenti finanzjarji oħra tal-UE relatati ma’ dawk li jfittxu l-ażil u migranti oħra), Kummissjoni Ewropea (2015).

(14)  Qafas Regolatorju dwar l-Impjiegi u l-Finanzjament għall-Politiki dwar il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni fl-UE, Unjoni Ewropea (2016).

(15)  http://resettlement.eu/sites/icmc.tttp.eu/files/Introduction%20City%20Curriculum.pdf

(16)  http://urbanagendaforthe.eu/partnerships/inclusion-of-migrants-and-refugees/.


III Atti preparatorji

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Il-120 Sessjoni Plenarja tas-7 u t-8 ta' Diċembru 2016

9.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 185/62


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — FEIS 2.0

(2017/C 185/09)

Relatur ġenerali:

Wim VAN DE DONK (NL/EPP), Gvernatur-President tal-Kunsill u tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Provinċja tal-Brabant tat-Tramuntana

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta’ titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti

COM(2016) 597 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

COM(2016) 597 final

Kunsiderazzjonijiet ġodda qabel Premessa 1:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Wara li kkunsidra evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-użu tal-garanzija tal-UE u l-funzjonament tal-fond ta’ garanzija tal-FEIS bħala parti mill-proposta leġislattiva dwar l-estensjoni tal-FEIS;

Wara li kkunsidra l-ewwel rapport tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) dwar “L-Evalwazzjoni tal-funzjonament tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi” li nħareġ fis-6 ta’ Ottubru 2016;

Wara li kkunsidra evalwazzjoni esterna indipendenti dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-FEIS skont l-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) 2015/1017;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2016 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar “FEIS: proposta bikrija għal estensjoni u espansjoni” li nħarġet fil-11 ta’ Novembru 2016;

Raġuni

Hemm bżonn ta’ referenzi għall-ħidma ta’ evalwazzjoni li saret mill-istituzzjonijiet Ewropej u l-evalwazzjoni indipendenti tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/1017.

[dawn il-“Wara li kkunsidra” ġodda jridu jiżdiedu wara “Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-KtR”]

Emenda 2

COM(2016) 597 final

Premessa ġdida wara Premessa 4:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

L-Artikoli 18(6) u 18(7) tar-Regolament tal-FEIS jipprovdu proposta biex jiġi emendat ir-Regolament FEIS li għandha ssir sal-5 ta’ Lulju 2018 u jirrikjedu li tali proposta għandha tiġi appoġġjata minn evalwazzjoni indipendenti dwar jekk il-FEIS “huwiex jilħaq l-objettivi tiegħu u jkun ġustifikat li tinżamm skema li tappoġġja l-investiment”. Din l-evalwazzjoni indipendenti tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-FEIS imwettqa minn esperti esterni ġiet ippreżentata wara l-proposta tal-Kummissjoni dwar l-estensjoni tal-FEIS.

Emenda 3

COM(2016) 597 final

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-FEIS estiż għandu jindirizza l-fallimenti tas-suq u sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali u jkompli jimmobilizza l-finanzjament tas-settur privat f’investimenti kruċjali għall-ħolqien tax-xogħol futur – inkluż l-impjieg taż-żgħażagħ –, it-tkabbir u l-kompetittività b’tisħiħ fl-addizzjonalità. Dan jinkludu investimenti fl-oqsma tal-enerġija, l-ambjent u l-azzjoni klimatika, il-kapital soċjali u uman u l-infrastruttura relatata, il-kura tas-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-trasport transfruntier u sostenibbli, kif ukoll it-trasformazzjoni diġitali. B’mod partikolari, il-kontribut tal-operazzjonijiet appoġġjati mill-FEIS biex jinkisbu l-miri ambizzjużi tal-Unjoni stabbiliti fil-Konferenza tal-Klima ta’ Pariġi (COP21) għandu jkun rinforzat. Proġetti prijoritarji ta’ interkonnessjoni tal-enerġija u proġetti tal-effiċjenza enerġetika għandhom ikunu mmirati dejjem aktar. Barra minn hekk, l-appoġġ tal-FEIS għall- awtostradi għandu jiġi evitat, sakemm ma jkunx meħtieġ biex jappoġġja l-investiment privat fit-trasport f’pajjiżi tal-koeżjoni jew fi proġetti ta’ trasport transfruntier li jinvolvi mill-anqas pajjiżi ta’ koeżjoni wieħed . Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għalkemm huma diġà eliġibbli, jeħtieġ li jiġi stabbilit b’mod espliċitu li l-proġetti fl-oqsma tal-agrikoltura, is-sajd u l-akkwakultura jaqgħu fl-objettivi ġenerali eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS.

Il-FEIS estiż għandu jindirizza l-fallimenti tas-suq u sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali u jkompli jimmobilizza l-finanzjament tas-settur privat f’investimenti kruċjali għall-ħolqien tax-xogħol futur – inkluż l-impjieg taż-żgħażagħ –, it-tkabbir u l-kompetittività b’tisħiħ fl-addizzjonalità. Dan jinkludu investimenti fl-oqsma tal-enerġija, l-ambjent u l-azzjoni klimatika, il-kapital soċjali u uman u l-infrastruttura relatata, il-kura tas-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-trasport transfruntier u sostenibbli, kif ukoll it-trasformazzjoni diġitali. B’mod partikolari, il-kontribut tal-operazzjonijiet appoġġjati mill-FEIS biex jinkisbu l-miri ambizzjużi tal-Unjoni stabbiliti fil-Konferenza tal-Klima ta’ Pariġi (COP21) kif ukoll il-miżuri ta’ implimentazzjoni deċiżi fil-COP 22 għandhom ikunu rinforzati u l-proġetti ffinanzjati mill-FEIS għandhom ikunu reżiljenti għad-diżastri . Proġetti prijoritarji ta’ interkonnessjoni tal-enerġija u proġetti tal-effiċjenza enerġetika għandhom ikunu mmirati dejjem aktar. Barra minn hekk, l-appoġġ tal-FEIS għal proġetti tat-trasport intensivi fl-użu tal-karbonju u għall-enerġija fossili għandhom jiġu evitati, sakemm ma jkunux meħtieġa biex jappoġġjaw l-investiment privat fit-trasport f’pajjiżi tal-koeżjoni jew fi proġetti ta’ trasport transfruntier. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għalkemm huma diġà eliġibbli, jeħtieġ li jiġi stabbilit b’mod espliċitu li l-proġetti fl-oqsma tal-agrikoltura, is-sajd u l-akkwakultura jaqgħu fl-objettivi ġenerali eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS.

Raġuni

Il-proġetti ta’ trasport huma kruċjali biex jattiraw investimenti privati u m’għandhomx jiġu limitati għal pajjiżi ta’ koeżjoni biss. Barra minn hekk, ir-Regolament tal-FEIS għandu jqis ir-riżultati tal-aħħar Konferenza ta’ Marrakech dwar it-Tibdil fil-Klima (COP 22).

Emenda 4

COM(2016) 597 final

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sabiex jiġi rinforzat l-użu tal-FEIS f’reġjuni anqas żviluppati u f’reġjuni fi tranżizzjoni , l-ambitu tal-objettivi ġenerali eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS għandu jiġi estiż.

L-ewwel rapport tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) dwar “L-evalwazzjoni tal-funzjonament tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi” li nħareġ fis-6 ta’ Ottubru 2016 jenfasizza l-ħtieġa li jiġi indirizzat l-iżbilanċ ġeografiku tal-appoġġ tal-FEIS permezz ta’ miżuri bħat-tkabbir tal-ambitu tal-objettivi ġenerali eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS u t-tisħiħ tar-rwol taċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza .

Emenda 5

COM(2016) 597 final

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sabiex parzjalment jiffinanzjaw il-kontribuzzjoni mill-baġit ġenerali tal-Unjoni lill-fond ta’ garanzija tal-UE għal investimenti addizzjonali li għandhom isiru, jeħtieġ li jsir trasferiment mill-envelop disponibbli tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), previst fir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1) . Barra minn hekk, jeħtieġ li EUR 1 145 797 000 ta’ approprjazzjonijiet jiġu ttrasferiti mill-istrumenti finanzjarji tas-CEF lejn il-parti tal-għotja tas-CEF bil-għan li jiġi ffaċilitat it-taħlit mal-FEIS jew ma’ strumenti rilevanti oħra, b’mod partikolari dawk dedikati għall-effiċjenza enerġetika.

 

Emenda 6

COM(2016) 597 final

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Abbażi tal-esperjenza miksuba permezz tal-investimenti appoġġjati mill-FEIS, l-ammont immirat tal-fond ta’ garanzija għandu jinġieb għal 35 % tat-total tal-obbligi ta’ garanzija tal-UE li jiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni.

Abbażi tal-esperjenza miksuba permezz tal-investimenti appoġġjati mill-FEIS, l-ammont immirat tal-fond ta’ garanzija għandu jinġieb għal 33 % tat-total tal-obbligi ta’ garanzija tal-UE li jiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni.

Emenda 7

COM(2016) 597 final

Artikolu 1

Paragrafu ġdid wara l-paragrafu (1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

(2)     Fl-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-attivitajiet speċjali tal-BEI, kif definit fl-Artikolu 16 tal-Istatut tal-BEI u fil-linji gwida tal-BEI dwar il-politika tar-riskju tal-kreditu, appoġġjati mill-FEIS, għandhom jitqiesu wkoll biex tiġi pprovduta l-addizzjonalità skont il-kundizzjoni li hija ddokumentata pubblikament u li dawn jindirizzaw falliment tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali u li ma setgħux jitwettqu mingħajr l-appoġġ tal-FEIS fl-istess perjodu mill-BEI, mill-FEI jew taħt strumenti finanzjarji eżistenti tal-Unjoni.”

Raġuni

Profil ta’ riskju ogħla ta’ operazzjoni ma huwiex l-uniku kriterju għall-addizzjonalità. Barra minn hekk, attivitajiet speċjali tal-BEI appoġġjati mill-FEIS għandhom jiġu sottomessi għal trasparenza u r-rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni.

Emenda 8

COM(2016) 597 final

Artikolu 1

Biddel it-test tal-paragrafu 2 kif ġej

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Fl-Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

Fl-Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Sabiex in-nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali jiġu indirizzati aħjar, attivitajiet speċjali tal-BEI appoġġjati mill-FEIS għandu tipikament ikollhom karatteristiċi bħal subordinazzjoni, parteċipazzjoni fi strument għall-kondiviżjoni tar-riskju, karatteristiċi transfruntieri, skopertura għal riskji speċifiċi jew aspetti identifikabbli oħrajn, kif deskritt f’aktar dettall fl-Anness II.

Proġetti tal-BEI li jkollhom riskju aktar baxx mir-riskju minimu f’attivitajiet speċjali tal-BEI jistgħu wkoll ikunu sostnuti mill-FEIS jekk l-użu tal-garanzija tal-UE ikun mitlub jiżgura addizzjonalità kif definit fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Il- proġetti apoġġjati mill-FEIS li jikkonsistu f’infrastruttura fiżika li torbot żewġ Stati Membri jew aktar jew mill-estensjoni tal-infrastruttura fiżika jew mis-servizzi marbuta ma’ infrastruttura fiżika minn Stat Membru wieħed għal Stat Membru wieħed jew aktar minn wieħed, għandhom ukoll jiġu kkunsidrati li jipprovdu l-addizzjonalità.”;

“Sabiex in-nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali jiġu indirizzati aħjar, attivitajiet speċjali tal-BEI appoġġjati mill-FEIS għandu tipikament ikollhom karatteristiċi bħal subordinazzjoni, parteċipazzjoni fi strument għall-kondiviżjoni tar-riskju, karatteristiċi transfruntieri, skopertura għal riskji speċifiċi jew aspetti identifikabbli oħrajn, kif deskritt f’aktar dettall fl-Anness II.

Proġetti ta’ kooperazzjoni transfruntiera u proġetti ta’ kooperazzjoni interreġjonali, b’mod partikolari bejn reġjuni funzjonali, għandhom ukoll jiġu kkunsidrati li jipprovdu l-addizzjonalità.”;

Raġuni

Il-kooperazzjoni transfruntiera u l-proġetti ta’ kooperazzjoni interreġjonali, fid-dawl tal-valur miżjud għoli tagħhom u indipendentement mill-karatteristiċi tagħhom, għandhom jiġu awtomatikament ikkunsidrati bħala sors ta’ addizzjonalità. In the first year of operation, no cross-border projects were financed by the EFSI. L-importanza tar-reġjuni funzjonali hija ovvja.

Emenda 9

COM(2016) 597 final

Artikolu 1

Biddel il-punt (4)(d)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

fil-paragrafu 12, it-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu hija sostitwita b’dan li ġej:

fil-paragrafu 12, it-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu hija sostitwita b’dan li ġej:

“Id-deċiżjonijiet li japprovaw l-użu tal-garanzija tal-UE għandhom ikunu pubbliċi u aċċessibbli, u jinkludu r-raġuni għad-deċiżjoni, b’fokus partikolari fuq il-konformità mal-kriterju tal-addizzjonalità. Il-pubblikazzjoni ma għandhiex tinkludi informazzjoni kummerċjalment sensittiva. Biex jilħaq id-deċiżjoni tiegħu, il-Kumitat tal-Investiment għandu jiġi appoġġjat mid-dokumentazzjoni pprovduta mill-BEI.”;

“Id-deċiżjonijiet li japprovaw l-użu tal-garanzija tal-UE għandhom ikunu pubbliċi u aċċessibbli, u jinkludu r-raġuni għad-deċiżjoni, b’fokus partikolari fuq il-konformità mal-kriterju tal-addizzjonalità. “It-tabella ta’ valutazzjoni ta’ indikaturi, użata biex jiġu vvalutati l-operazzjonijiet, għandha tkun ippubblikata hekk kif operazzjoni skont il-garanzija tal-UE tkun iffirmata, bl-esklużjoni ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva. Biex jilħaq id-deċiżjoni tiegħu, il-Kumitat tal-Investiment għandu jiġi appoġġjat mid-dokumentazzjoni pprovduta mill-BEI.”;

Raġuni

L-emenda hija konformi mal-premessa 18 tal-proposta leġislattiva.

Emenda 10

COM(2016) 597 final

Artikolu 1

Punt (5)(b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(b)

fil-paragrafu 2 jiżdied dan is-subparagrafu:

“Il-BEI għandu jimmira biex mill-anqas 40 % tal-finanzjament tal-FEIS taħt it-tieqa għall-infrastruttura u l-innovazzjoni jagħti appoġġ lil proġetti b’komponenti li jikkontribwixxu għall-azzjoni klimatika, skont l-impenji tal-COP21. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jipprovdi gwida dettaljata għal dan il-għan.”;

(b)

fil-paragrafu 2 jiżdied dan is-subparagrafu:

“Il-BEI għandu jimmira biex mill-anqas 40 % tal-finanzjament tal-FEIS taħt it-tieqa għall-infrastruttura u l-innovazzjoni jagħti appoġġ lil proġetti b’komponenti li jikkontribwixxu għall-azzjoni klimatika, skont l-impenji tal-COP21. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jipprovdi gwida dettaljata għal dan il-għan.”;

Emenda 11

COM(2016) 597 final

Artikolu 1

Biddel il-punt (8)(d)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Kontribuzzjonijiet għall-fond ta’ garanzija msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jintużaw biex jintlaħaq livell adatt (l-ammont immirat) li jirrifletti t-total tal-obbligi ta’ garanzija tal-UE. L-ammont immirat għandu jiġi stabbilit għal 35 % tal-obbligi ta’ garanzija totali tal-UE.”;

il-paragrafu 5 jinbidel b’dan li ġej:

“5.   Kontribuzzjonijiet għall-fond ta’ garanzija msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jintużaw biex jintlaħaq livell adatt (l-ammont immirat) li jirrifletti t-total tal-obbligi ta’ garanzija tal-UE. L-ammont immirat għandu jiġi stabbilit għal 33 % tal-obbligi ta’ garanzija totali tal-UE.”;

Raġuni

Il-KtR jiddispjaċih dwar il-kontradizzjoni bejn ir-rinforz tas-CEF-Trasport propost mid-dokument li jakkumpanja r-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-QFP, u t-tnaqqis ta’ EUR 500 miljun fil-baġit tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa propost mill-proposta leġislattiva attwali. Dan it-tnaqqis ta’ riżorsi finanzjarji mhux użati għal strumenti finanzjarji taħt is-CEF juri b’mod ċar li l-proġetti tas-CEF qed jitilfu posthom għall-proġetti ffinanzjati mill-FEIS. Il-KtR jesprimi l-oppożizzjoni tiegħu għal dan it-tnaqqis u jipproponi li jitnaqqas l-ammont fil-mira minn 35 % għal 33 % sabiex ma jkunx hemm il-ħtieġa li jitnaqqas l-ammont tal-pakkett tas-CEF b’EUR 500 miljun.

Emenda 12

COM(2016) 597 final

Artikolu 1

Biddel il-punt (9)(b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

l-istimulazzjoni tal-għarfien lokali biex jiġi faċilitat l-appoġġ tal-FEIS fl-Unjoni kollha u biex jikkontribwixxi meta jkun possibbli għall-objettiv ta’ diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS imsemmija fit-Taqsima 8 tal-Anness II billi jagħti appoġġ lill-BEI biex joriġina l-operazzjonijiet;”

(i)

il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

l-istimulazzjoni tal-għarfien lokali biex jiġi faċilitat l-appoġġ tal-FEIS fl-Unjoni kollha u biex jikkontribwixxi meta jkun possibbli għall-objettiv ta’ diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS imsemmija fit-Taqsima 8 tal-Anness II billi jagħti appoġġ lill-BEI biex joriġina l-operazzjonijiet;”

(ii)

il-punt (e) jinbidel b’dan li ġej:

“(e)

l-għoti ta’ appoġġ proattiv dwar it-twaqqif ta’ pjattaformi ta’ investiment;”

(ii)

il-punt (e) jinbidel b’dan li ġej:

“(e)

l-għoti ta’ appoġġ proattiv dwar it-twaqqif ta’ pjattaformi ta’ investiment;”

(iii)

Jiżdied il-punt (f) li ġej:

“(f)

il-provvediment ta’ parir dwar il-kombinament ta’ sorsi oħra ta’ finanzjament tal-Unjoni (bħall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, l-Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa) mal-FEIS.”;

(iii)

Jiżdied il-punt (f) li ġej:

“(f)

il-provvediment ta’ parir dwar il-kombinament ta’ sorsi oħra ta’ finanzjament tal-Unjoni (bħall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, l-Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa) mal-FEIS” sabiex jippermetti l-aqwa integrazzjoni u sinerġija tal-investimenti mil-lat tal-programmazzjoni unitarja tal-operazzjonijiet li jiġu mill-politika ta’ koeżjoni ;

Raġuni

L-emenda titlob l-involviment iktar mill-qrib tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-servizzi ta’ konsulenza taċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investiment (EIAH). Kemm l-għarfien reġjonali kif ukoll lokali għandhom jiġu kkunsidrati. Id-diversifikazzjoni ġeografika u settorjali għandha tiġi kkunsidrata mill-kumitat ta’ tmexxija u mhux mill-EIAH, kif stipulat fl-Anness II, il-punt 8.

Emenda 13

COM(2016) 597 final

Artikolu 1

Biddel il-punt (9)(c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

il-paragrafu 5 jinbidel b’dan li ġej:

“5.   Sabiex jintlaħaq l-objettiv imsemmi fil-paragrafu 1 u biex jiġi faċilitat il-provvediment ta’ appoġġ konsultattiv fil-livell lokali, l-EIAH għandu jfittex li juża l-għarfien espert tal-BEI, tal-Kummissjoni, tal-banek jew tal-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u tal-awtoritajiet amministrattivi tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.”;

il-paragrafu 5 jinbidel b’dan li ġej:

“5.   Sabiex jintlaħaq l-objettiv imsemmi fil-paragrafu 1 u biex jiġi faċilitat il-provvediment ta’ appoġġ konsultattiv fil-livell lokali, l-EIAH għandu jfittex li juża l-għarfien espert tal-BEI, tal-Kummissjoni, tal-banek jew tal-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u tal-awtoritajiet amministrattivi tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.”;

Raġuni

Kemm l-għarfien reġjonali kif ukoll lokali għandhom jiġu kkunsidrati.

Emenda 14

COM(2016) 597 final

Artikolu 1

Paragrafu ġdid wara l-punt (9)(d)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

(10)     fl-Artikolu 16, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.     Il-BEI, f’kooperazzjoni mal-FEI fejn hu xieraq, għandu jippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar il-finanzjament tal-BEI u l-operazzjonijiet ta’ investiment koperti minn dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jkun disponibbli għall-pubbliku u għandu jinkludi:”

Raġuni

L-emenda titlob li l-KtR ikun involut aktar mill-qrib fil-monitoraġġ tal-FEIS.

Emenda 15

COM(2016) 597 final

Artikolu 1

Paragrafu ġdid wara l-punt (9)(d)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

fl-Artikolu 16, żid paragrafu ġdid wara l-paragrafu 6 kif ġej:

“7.     Il-BEI għandu jiżviluppa, għall-finijiet ta’ rapportar, sett ta’ indikaturi tar-riżultati għal kull operazzjoni, sabiex tiġi pprovduta bażi affidabbli għall-analiżi tal-valur miżjud tal-finanzjament tal-UE. Metodoloġija bħal din għandha tiġi approvata mill-Bord ta’ Tmexxija.”

Raġuni

A set of indicators should be developed so that different sets of instruments can be compared, in the first phase between the ESIF and EFSI.

Emenda 16

COM(2016) 597 final

Artikolu 1

Biddel il-punt (10)(a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(a)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Sat-30 ta’ Ġunju 2018 u t-30 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jkun fih evalwazzjoni indipendenti ta’ dan ir-Regolament.”;

(a)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Sat-30 ta’ Ġunju 2018 u t-30 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill , lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment rapport li jinkludi evalwazzjoni indipendenti ta’ dan ir-Regolament.”;

Raġuni

Din l-emenda tiżgura li l-informazzjoni mibgħuta lill-istess istituzzjonijiet rilevanti bħall-komunikazzjoni “Lejn it-tieni fażi tal-Fond Ewropew għall-Investiment Strateġiku” tal-14 ta’ Settembru 2016.

Emenda 17

COM(2016) 597 final

Artikolu 1

Paragrafu ġdid wara l-paragrafu (14)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

(15)     l-Artikolu 16(2)(f), huwa sostitwit b’dan li ġej:

“deskrizzjoni tal-proġetti fejn l-appoġġ ta’ sorsi oħrajn tal-fondi tal-UE (bħall-FSIE, l-Orizzont 2020 u s-CEF) hija kkombinata mal-appoġġ tal-FEIS, u l-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet minn kull sors”;

Raġuni

Billi jiġi sostitwit l-Artikolu 16(2)(f) fir-Regolament, it-test ikun konsistenti mal-emenda proposta mill-Kummissjoni Ewropea għall-Artikolu 14(2) tar-Regolament attwali.

Emenda 18

COM(2016) 597 final

Artikolu 2

Jitħassar l-Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 huwa emendat kif ġej:

 

(1)

fl-Artikolu 5, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.     Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tas-CEF għall-perjodu 2014 sa 2020 hu stabbilit għal EUR 29 992 259 000 fil-prezzijiet attwali. Dak l-ammont għandu jitqassam kif ġej:

(A)

is-settur tat-trasport: EUR 23 895 582 000 , li minnhom EUR 11 305 500 000 għandhom jiġu ttrasferiti mill-Fond ta’ Koeżjoni sabiex jintefqu f’konformità ma’ dan ir-Regolament esklussivament fl-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni;

(b)

is-settur tat-telekomunikazzjoni: EUR 1 091 602 000 ;

(b)

is-settur tal-enerġija: EUR 5 005 075 000 .

Dawn l-ammonti huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ flessibbiltà previst fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013  (*1) .

 

Raġuni

Ara l-emenda 5: ma hemmx bżonn li jitnaqqas il-pakkett tas-CEF.

Emenda 19

Anness għal COM(2016) 597 final

Żid punt ġdid qabel l-punt (1)(a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

(a)

fil-punt (a), it-test tal-ħames inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“entitajiet tas-settur pubbliku (dawk territorjali u dawk li mhumiex, iżda bl-esklużjoni ta’ operazzjonijiet ma’ tali entitajiet li joħolqu riskju dirett għall-Istat Membru) u entitajiet tat-tip tas-settur pubbliku. Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT), stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 dwar ir-REKT  (*2) , għandu jiġi kkunsidrat bħala entità li ma toħloqx riskju dirett għall-Istat Membru.

Raġuni

Ir-REKT iwettaq miżuri jew jimplimenta l-kooperazzjoni territorjali, kemm bil-finanzjament tal-UE kif ukoll mingħajr. Madankollu, minħabba li l-membri tar-REKT jistgħu jkunu awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jew assoċjazzjonijiet ta’ dawn l-awtoritajiet, l-aċċess tiegħu għal strumenti finanzjarji pprovduti mill-BEI huwa limitat. Għalhekk, ma għandhomx jiġu kkunsidrati li huma marbutin ma’ riskju dirett għall-Istat Membru.

Emenda 20

Anness I għal COM(2016) 597 final

Biddel il-punt (1)(a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

fil-punt (b), jiżdied it-tieni subparagrafu:

“L-appoġġ tal-FEIS għall-awtostradi għandu jkun evitat, sakemm ma jkunx meħtieġ biex jappoġġja investiment fit-trasport fil-pajjiżi ta’ koeżjoni jew fi proġetti ta’ trasport transfruntier li jinvolvu tal-anqas pajjiż wieħed ta’ koeżjoni ;”;

fil-punt (b), jiżdied it-tieni subparagrafu:

“L-appoġġ tal-FEIS għall-awtostradi għandu jkun evitat, sakemm ma jkunx meħtieġ biex jappoġġja investiment fit-trasport fil-pajjiżi ta’ koeżjoni jew fi proġetti ta’ trasport transfruntier li jinvolvu tal-anqas pajjiż wieħed ta’ koeżjoni;”;

Raġuni

Proġetti ta’ trasport transkonfinali bħal dawn għandhom jitqiesu bħala addizzjonali u għalhekk m’għandhomx ikunu limitati għall-involviment ta’ mill-inqas pajjiż wieħed ta’ koeżjoni.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

1.

jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol importanti fl-identifikazzjoni, l-ippjanar u l-appoġġ tal-investimenti addizzjonali li ser irawmu l-innovazzjoni, it-tkabbir u l-impjiegi fit-territorji tagħhom;

2.

jirrikonoxxi li l-FEIS huwa komponent ewlieni tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa u għalhekk jilqa’ l-prinċipju tal-estensjoni proposta tiegħu kemm f’termini ta’ durata kif ukoll ta’ kapaċità finanzjarja; iqis ukoll li sabiex il-FEIS ikun ta’ suċċess akbar, is-sinerġiji mal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea permezz tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) għandhom jiġu ċċarati u msaħħa iżjed; Fil-fatt, il-FEIS u l-FSIE ma għandhomx jikkompetu f’termini ta’ riżorsi mill-baġit tal-UE jew f’termini tar-regoli tal-kontabbiltà applikabbli għall-kofinanzjament nazzjonali;

3.

jinnota li l-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi ilu operazzjonali sena sħiħa u minkejja li qiegħed ikun ta’ suċċess fil-kisba ta’ riżultati fir-rigward tan-numru u l-valur ta’ proġetti approvati, id-distribuzzjoni ġeografika tiegħu kienet irregolari;

4.

jilqa’ l-opportunità li jitressqu emendi leġislattivi u rakkomandazzjonijiet ta’ politika bbażati fuq l-esperjenza inizjali tal-bliet u r-reġjuni tal-FEIS u għalhekk tiġi segwita l-ewwel opinjoni tal-KtR dwar il-FEIS li tfasslet mir-relatur ġenerali Claude Gewerc f’April 2015;

5.

L-Artikoli 18(6) u 18(7) tar-Regolament tal-FEIS jipprovdu proposta biex jiġi emendat ir-Regolament FEIS li għandha ssir sal-5 ta’ Lulju 2018 u jirrikjedu li tali proposta għandha tiġi appoġġjata minn evalwazzjoni indipendenti dwar jekk il-FEIS “huwiex jilħaq l-objettivi tiegħu u jkun ġustifikat li tinżamm skema li tappoġġja l-investiment”. Din l-evalwazzjoni indipendenti tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/1017, imwettqa minn esperti esterni, kienet għadha għaddejja meta l-Kummissjoni ħarġet il-proposta tagħha biex testendi l-FEIS u ġiet ippreżentata biss fl-14 ta’ Novembru 2016. Barra minn hekk, jinnota li l-Kummissjoni rriflettiet dwar it-tliet evalwazzjonijiet fil-Komunikazzjoni tagħha datata d-29 ta’ Novembru 2016, fejn il-Kummissjoni taqbel dwar is-suċċess tal-FEIS u l-EIAH. Madankollu, jiddispjaċih li l-proposta ma ġietx akkumpanjata la minn valutazzjoni tal-impatt kif meħtieġ mill-aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar (COM(2015)215, 19 ta’ Mejju 2015) u lanqas minn evalwazzjonijiet ex-ante għal programmi finanzjarji meħtieġa mill-Artikoli 30 u 140 tar-Regolament Finanzjarju;

6.

Fid-dawl tar-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-“FEIS: proposta bikrija għal estensjoni u espansjoni”, b’mod speċifiku l-kummenti li saru fil-punti 61 u 62, jaqbel li l-applikazzjoni tar-Regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal proġetti li jikkombinaw il-finanzjament mill-FEIS u l-fondi strutturali jinħtieġ li tiġi ċċarata, u għall-konsistenza, jitlob li dawn jiġu esklużi mill-għajnuna mill-Istat ukoll;

7.

jinnota l-interdipendenza bejn il-proposta u r-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) u l-ħtieġa għal riżorsi finanzjarji li għandhom isiru disponibbli fi ħdan il-qafas tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu mingħajr preġudizzju għad-diversi programmi ta’ finanzjament eżistenti, fosthom l-Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa;

8.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-estensjoni tal-FEIS m’għandhiex titfassal, fuq medda twila ta’ żmien, minflok is-sussidji tal-UE eżistenti;

9.

jinsab kuntent li sehem akbar tal-FEIS ser ikun immirat lejn iż-żieda fl-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs u jindika li proġetti lokali fuq skala żgħira jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-FEIS; f’dan ir-rigward, l-assistenza teknika u l-pariri għall-awtoritajiet lokali huma kruċjali;

10.

jinsab kuntent li l-kriterji ta’ eliġibbiltà għal proġetti li jittrattaw l-azzjoni klimatika (COP21), l-agrikultura, is-sajd u l-akkwakultura ssaħħew u ġew aktar iċċarati;

11.

jagħti parir lill-BEI biex jirreferi għar-Regolament dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (1) meta jsir rapportar dwar ir-reġjuni. Barra minn hekk, il-KtR jirrakkomanda bis-sħiħ li r-rapportar dwar il-KPI u l-KMI jinqasam mill-benefiċjarji u mir-reġjuni fil-livell tan-NUTS II;

12.

jilqa’ l-proposta biex tiżdied it-trasparenza tal-għażla tal-operazzjonijiet billi tinħareġ informazzjoni mhux kunfidenzjali dwar operazzjonijiet iffirmati permezz tat-Tabella ta’ valutazzjoni tal-indikaturi; iżid li din il-miżura għandha tirrigwarda kemm is-sezzjoni tal-infrastruttura u l-innovazzjoni u kif ukoll is-sezzjoni tal-SME; jitlob ukoll li l-Kumitat tal-Investiment responsabbli għall-għażla tal-proġetti jikkonsulta proġetti ma’ awtoritajiet lokali u reġjonali dwar proġetti rilevanti għall-ħiliet tagħhom.

13.

isejjaħ lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni biex ikun involut aktar mill-qrib fi-proċessi ta’ rapportar u ta’ monitoraġġ, li jippermettilu li jesprimi l-opinjoni u l-evalwazzjoni tiegħu tal-operazzjonijiet tal-FEIS, l-attivitajiet tal-EIAH u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

14.

jindika li l-FEIS għandu jitqies bħala strument għall-indirizzar tal-forom ta’ falliment tas-suq u forom ta’ falliment tal-gvern (eż. sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali minħabba ostakli kkawżati minn fruntieri/regolamenti nazzjonali); il-FEIS ma għandux jitqies bħala strument li permezz tiegħu jiġu ffinanzjati proġetti mhux vijabbli;

15.

jieħu nota tal-kwistjonijiet li huma relatati mad-definizzjoni tal-addizzjonalità u jissuġġerixxi li d-definizzjoni tkun iċċarata u li l-kunċett ta’ profil ta’ riskju għoli ta’ operazzjoni bħala kriterju għall-addizzjonalità jiġi raffinat;

16.

jieħu nota tar-rapport maħruġ mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri li jiddikjara li l-addizzjonalità tal-proġetti tal-FEIS għandha tkun issalvagwardjata u għalhekk jindika li l-għan tal-FEIS għandu jkun li jiġu appoġġjati l-investimenti li ma setgħux saru mill-BEI mingħajr l-appoġġ tal-FEIS;

17.

Jenfasizza li l-proġetti tal-FEIS jeħtieġu li jkunu addizzjonali. L-iżvelar tal-informazzjoni permezz tat-tabella ta’ valutazzjoni tal-indikaturi ladarba jkunu ġew iffirmati l-proġetti għandha tgħin hawnhekk;

18.

jinnota li minħabba l-valur miżjud għoli għall-Unjoni Ewropea ta’ proġetti transfruntieri, tali proġetti għandhom jiġu awtomatikament ikkunsidrati biex jipprovdu l-addizzjonalità;

19.

Jirrikonoxxi r-rilevanza li l-FEIS jiġi kkombinat ma’ fondi oħra tal-UE bħall-FSIE, l-Orizzont 2020 u s-CEF u jtenni mill-ġdid l-importanza tal-koordinazzjoni strateġika f’dan ir-rigward kif ukoll appoġġ speċifiku biex jitrawmu s-sinerġiji bejn id-diversi skemi; f’dan ir-rigward, huwa importanti mhux biss li d-dipartimenti tal-UE, partikolarment il-maniġers tal-programmi varji tal-KE, ikunu konxji ta’ din il-possibbiltà iżda wkoll li jikkomunikaw l-importanza li jittieħed vantaġġ sħiħ mis-sinerġiji eżistenti u kif dan isir lill-pubbliku ġenerali, b’mod partikolari l-SMEs u l-amministrazzjonijiet pubbliċi lokali u reġjonali fl-Istati Membri;

20.

jindika li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jeħtieġu aktar ċarezza u gwida dwar kif għandu jiġi kkombinat il-FEIS ma’ fondi oħrajn tal-UE, b’mod partikolari fejn jirrigwarda l-applikazzjoni tar-regoli ta’ għajnuna tal-Istat u l-projbizzjoni fuq il-finanzjament doppju;

21.

jindika li l-użu tal-FEIS u fondi oħra tal-UE, inkluż il-FSIE, għandu jkun immirat lejn l-objettivi komplementari;

22.

itenni t-talba tiegħu sabiex l-investimenti li jsiru mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u ffinanzjati mill-FEIS u l-BEI jibqgħu esklużi mill-kalkolu tad-dejn u tad-defiċit baġitarji tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea;

23.

jirrikonoxxi li l-Banek Promozzjonali Nazzjonali u l-Pjattaformi ta’ Investiment għandhom rwol importanti fl-implimentazzjoni tal-FEIS, b’mod partikolari fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali;

24.

isejjaħ lill-BEI biex jipprovdi informazzjoni dwar il-proġetti tal-FEIS fil-livell lokali u reġjonali sabiex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti mill-qrib fl-istabbiliment u l-promozzjoni tal-proġetti tal-FEIS;

25.

jitlob, f’kull każ, li diġà fil-fażi ta’ programmazzjoni 2014–2020 għandhom jiġu żgurati l-aqwa sinerġija u integrazzjoni funzjonali għall-operazzjonijiet tal-FEIS skont il-politika ta’ koeżjoni, mhux l-anqas biex ikun żgurat bilanċ reġjonali adegwat favur it-territorji l-aktar żvantaġġati;

26.

jixtieq jaħdem mal-Kummissjoni Ewropea u l-BEI sabiex tittejjeb aktar il-komunikazzjoni dwar il-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa u għalhekk jilqa’ l-approċċ ta’ punt uniku ta’ servizz li tnieda matul il-Ġimgħa Ewropea ta’ Reġjuni u Bliet 2016. Għalkemm l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol kruċjali fl-implimentazzjoni b’suċċess tal-FEIS, irid jittejjeb l-għarfien;

27.

jieħu nota tal-proposta biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi ġeografiċi u settorjali tal-operazzjonijiet tal-FEIS permezz ta’ lista estiża ta’ operazzjonijiet eliġibbli u rwol imsaħħaħ tas-Servizz Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investiment. Il-bini tal-kapaċità, l-operazzjonijiet ta’ konsulenza proattivi u l-kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-promozzjoni u l-bidu ta’ proġetti, huma kruċjali biex tkun żgurata d-distribuzzjoni proporzjonali tal-operazzjonijiet tal-FEIS; meta jitkejjel il-livell ta’ aċċess tal-benefiċjarji potenzjali, ir-realtajiet reġjonali jew nazzjonali speċifiċi jridu jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex ma jiżdidux l-inugwaljanzi jew jiġu konsolidati;

28.

jenfasizza li l-limitazzjonijiet ta’ konċentrazzjoni ġeografika u settorjali stabbiliti fl-Orjentazzjoni Strateġika tal-FEIS wara l-perjodu ta’ investiment inizjali għandhom jibqgħu fis-seħħ għal finijiet ta’ orjentazzjoni biss, u ma għandhom bl-ebda mod ikunu vinkolanti għall-għażla tal-operazzjonijiet;

29.

jitlob li l-investimenti tal-FEIS fl-infrastruttura jkunu reżiljenti għad-diżastri sabiex tiġi żgurata d-durabbiltà fit-tul tal-infrastruttura u biex jiġi żgurat li dan ma jpoġġix ħajjet in-nies f’riskju;

30.

jinnota li l-proposta leġislattiva hija kompatibbli mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)   Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).

(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).


9.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 185/75


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Rieżami tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema

(2017/C 185/10)

Relatur:

Is-Sinjura RENSTRÖM (SE/PSE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Ovanåker

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi

COM(2016) 128 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Proposta għal Direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Kważi għoxrin sena wara l-adozzjoni tagħha, huwa meħtieġ li jiġi evalwat jekk id-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema għadhiex tilħaq bilanċ ġust bejn il-ħtieġa li tiġi promossal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-ħtieġa li jitħarsu d-drittijiet tal-ħaddiema stazzjonati.

Kważi għoxrin sena wara l-adozzjoni tagħha, huwa meħtieġ li jiġi evalwat jekk id-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema għadhiex tilħaq bilanċ ġust bejn il-ħtieġa li tiġi promossal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-ħtieġa li jitħarsu d-drittijiet tal-ħaddiema stazzjonati. L-istazzjonar ma jista’ taħt l-ebda ċirkostanza jqiegħed lill-ħaddiema stazzjonati f’sitwazzjoni inqas favorevoli.

Emenda 2

Proposta għal Direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Minħabba l-perjodu twil ta’ ċerti ingaġġi ta’ stazzjonar, jenħtieġ li jkun previst li, fil-każ ta’ stazzjonament li jdum għal perijodi ta’ aktar minn 24 xahar, l-Istat Membru ospitanti jitqies bħala l-pajjiż li fih jitwettaq ix-xogħol . Għaldaqstant, f’konformità mal-prinċipju tar-Regolament Ruma I, i l-liġi tal-Istat Membru ospitanti tapplika għall-kuntratt ta’ impjieg ta’ ħaddiema stazzjonati bħal dawn jekk ma tkun saret l-ebda għażla tal-liġi oħra mill-partijiet. Fil-każ li tkun saret għażla differenti, madankollu, din ma tistax twassal biex l-impjegat jiċċaħħad mill-protezzjoni mogħtija lilu minn dispożizzjonijiet li ma jistgħux jiġu derogati bi ftehim skont il-liġi tal-Istat Membru ospitanti. Dan għandu japplika mill-bidu tal-assenjament tal-istazzjonar kull meta jkun maħsub għal aktar minn 24 xahar u mill-ewwel jum wara l- 24 xahar meta dan effettivament jeċċedi dan it-tul ta’ żmien. Din ir-regola ma taffettwax id-dritt tal-impriżi li jistazzjonaw ħaddiema fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor li jinvokaw il-libertà li jipprovdu servizzi anki f’ċirkustanzi fejn l-istazzjonar jaqbeż l-24 xahar. L-għan huwa biss li tinħoloq ċertezza ġuridika fl-applikazzjoni tar-Regolament Ruma I għal sitwazzjoni speċifika, mingħajr ma dan ir-Regolament jiġi emendat bl-ebda mod. L-impjegat għandu, b’mod partikolari, igawdi l-protezzjoni u l-benefiċċji skont ir-Regolament Ruma I.

Minħabba l-perjodu twil ta’ ċerti ingaġġi ta’ stazzjonar, jenħtieġ li jkun previst li, fil-każ ta’ stazzjonament li jdum għal perijodi ta’ aktar minn 12-il xahar, il-liġi ta l-Istat Membru ospitanti tapplika għar-relazzjoni tal-impjieg . Għaldaqstant, f’konformità mal-prinċipju tar-Regolament Ruma I,  dan għandu jkun il-każ jekk ma tkun saret l-ebda għażla tal-liġi oħra mill-partijiet. Fil-każ li tkun saret għażla differenti, madankollu, din ma tistax twassal biex l-impjegat jiċċaħħad mill-protezzjoni mogħtija lilu minn dispożizzjonijiet li ma jistgħux jiġu derogati bi ftehim skont il-liġi tal-Istat Membru ospitanti. Dan għandu japplika mill-bidu tal-assenjament tal-istazzjonar kull meta jkun maħsub għal aktar minn 12-il xahar u mill-ewwel jum wara l- 12-il xahar meta dan effettivament jeċċedi dan it-tul ta’ żmien. Din ir-regola ma taffettwax id-dritt tal-impriżi li jistazzjonaw ħaddiema fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor li jinvokaw il-libertà li jipprovdu servizzi anki f’ċirkustanzi fejn l-istazzjonar jaqbeż it-12-il xahar.

Raġuni

Il-limitu ta’ żmien stabbilit fil-proposta tal-Kummissjoni li lil hinn minnu għandha tapplika bis-sħiħ il-liġi tal-pajjiż ospitanti għandu japplika bis-sħiħ għar-relazzjonijiet tal-impjieg f’sitwazzjonijiet marbutin mal-istazzjonar stipulati fl-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali. Dan l-istess artikolu jipprevedi li l-liġi tal-pajjiż ospitanti għandha tapplika jekk impjegat huwa mistenni jkun stazzjonat għal perjodu ta’ 24 xahar.

L-għan ewlieni tar-Regolament Nru 883/2004 huwa l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri fir-rigward tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE għall-benefiċċji taħt kull sistema ta’ sigurtà soċjali tal-Istati Membri. L-għan tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema huwa li tipproteġi l-ħaddiema stazzjonati u li tiffaċilita l-moviment liberu tas-servizzi. Fil-fehma tal-Kumitat, ma hemm l-ebda raġuni oġġettiva biex jiġu kkoordinati l-limiti ta’ żmien stabbiliti minn dawn iż-żewġ strumenti legali sempliċement abbażi tal-fatt li t-tnejn li huma jirregolaw sitwazzjonijiet fejn iċ-ċittadini tal-UE qed jgħixu u jaħdmu b’mod temporanju fi Stat Membru partikolari.

Fil-fehma tal-Kumitat, għandu jitnaqqas il-limitu ta’ żmien li lil hinn minnu l-liġi tal-pajjiż ospitanti tapplika bis-sħiħ għar-relazzjonijiet tal-impjieg b’rabta ma’ sitwazzjonijiet tal-istazzjonar. Huwa tal-fehma li stazzjonar antiċipat jew effettiv ta’ tnax-il xahar għal impjegat partikolari huwa limitu ta’ żmien adegwat li lil hinn minnu ħaddiem stazzjonat għandu jiġi kkunsidrat bħala li għandu konnessjoni mal-pajjiż tal-istazzjonar b’mod li l-leġislazzjoni tiegħu għandha tapplika bis-sħiħ għar-relazzjoni tal-impjieg.

Il-Kumitat huwa tal-fehma li l-kwistjoni ta’ liema pajjiż għandu japplika l-liġi tiegħu għall-ħaddiema stazzjonati għandha tiġi regolata fl-intier tagħha fid-Direttiva dwar il-Ħaddiema Stazzjonati, u mhux permezz tal-applikazzjoni tar-Regolament Ruma I.

Proposta għal Emenda 3

Proposta għal Direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Huwa f il-kompetenza tal-Istati Membri li jistabbilixxu regoli dwar ir-remunerazzjoni f’konformità mal-liġi u l-prassi tagħhom. Madankollu, i r-regoli nazzjonali dwar ir-remunerazzjoni applikati għall-ħaddiema stazzjonati għandhom ikunu ġustifikati mill-ħtieġa li l-ħaddiema stazzjonati jiġu protetti u ma għandhomx jirrestrinġu b’mod sproporzjonat il-provvediment transkonfinali ta’ servizzi.

Din id-direttiva ma taffettwax il-kompetenza tal-Istati Membri li jistabbilixxu regoli dwar ir-remunerazzjoni f’konformità mal-liġi u l-prassi tagħhom. Madankollu, l-applikazzjoni ta r-regoli nazzjonali dwar ir-remunerazzjoni għall-ħaddiema stazzjonati għandha tkun ġustifikata mill-ħtieġa li l-ħaddiema stazzjonati jiġu protetti u ma għandhomx jirrestrinġu b’mod sproporzjonat il-provvediment transkonfinali ta’ servizzi.

Raġuni

Fiha nnifisha, id-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema ma taffettwax il-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ remunerazzjoni. Huwa f’idejn kull Stat Membru li jiddetermina – skont il-mudell tas-suq tax-xogħol applikat –liema remunerazzjoni tapplika fil-livell nazzjonali. Id-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema sempliċement tgħid li livell partikolari ta’ remunerazzjoni – li jiġi stabbilit fil-pajjiż tal-istazzjonar – għandu japplika wkoll għall-ħaddiema stazzjonati f’dak il-pajjiż.

Il-Premessa 12 tal-proposta tal-Kummissjoni tista’ tiġi interpretata bħala li tfisser li r-regoli dwar ir-remunerazzjoni adottati fil-livell nazzjonali jistgħu huma stess ikunu soġġetti għal rieżami taħt id-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema u r-regoli fit-Trattati dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Għandu jiġi ċċarat li hija l-applikazzjoni għall-ħaddiema stazzjonati tar-regoli dwar ir-remunerazzjoni stabbiliti fil-livell nazzjonali li għandha tiġi ġġustifikata mill-ħtieġa li l-ħaddiema stazzjonati jiġu protetti u li m’għandhiex b’mod sproporzjonat tirrestrinġi l-provvediment transkonfinali ta’ servizzi.

Emenda 4

Proposta għal Direttiva

Artikolu 1(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Jiżdied l-Artikolu 2a li ġej:

Jiżdied l-Artikolu 2a li ġej:

Artikolu 2a

Artikolu 2a

Stazzjonar li jaqbeż l-24 xahar

Stazzjonar li jaqbeż it-12-il xahar

1.   Meta t-tul antiċipat jew effettiv tal-istazzjonar jaqbeż l-24 xahar, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jiġi stazzjonat il-ħaddiem għandu jitqies bħala l-pajjiż li fih xogħlu/xogħolha jitwettaq abitwalment .

1.   Meta t-tul antiċipat jew effettiv tal-istazzjonar jaqbeż it-12-il xahar, il-kuntratt tax-xogħol għall-perjodu tal-istazzjonar għandu jkun kollu kemm hu soġġett għal-liġi ta l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jiġi stazzjonat il-ħaddiem sakemm min iħaddem u l-impjegat ma jkunux qablu dwar liġi applikabbli oħra .

2.   Għall-fini tal-paragrafu 1, fil-każ ta’ bdil ta’ ħaddiema stazzjonati li jwettqu l-istess kompitu fl-istess post, għandu jitqies it-tul kumulattiv tal-perjodi ta’ stazzjonar tal-ħaddiema inkwistjoni, fir-rigward ta’ ħaddiema li jiġu stazzjonati għal tul ta’ żmien ta’ mill-inqas sitt xhur.

2.   Għall-fini tal-paragrafu 1, fil-każ ta’ bdil ta’ ħaddiema stazzjonati li jwettqu l-istess kompitu fl-istess post, għandu jitqies it-tul kumulattiv tal-perjodi ta’ stazzjonar tal-ħaddiema inkwistjoni, fir-rigward ta’ ħaddiema li jiġu stazzjonati għal tul ta’ żmien ta’ mill-inqas sitt xhur.

 

3.     Ftehim dwar liġi applikabbli oħra ma jistax iwassal biex l-impjegat jiġi mċaħħad mill-protezzjoni mogħtija lilu minn dispożizzjonijiet li ma jistgħux jiġu derogati bi ftehim taħt il-liġi applikabbli f’punt 1.

 

4.     L-applikazzjoni tal-punt 1 ma għandhiex twassal biex il-ħaddiem stazzjonat jitqiegħed f’sitwazzjoni inqas favorevoli meta mqabbla mal-applikazzjoni ta’ liġi oħra ta’ pajjiż għall-kuntratt tax-xogħol b’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I).

Raġuni

Il-limitu ta’ żmien stabbilit fil-proposta tal-Kummissjoni li lil hinn minnu għandha tapplika bis-sħiħ il-liġi tal-pajjiż ospitanti għandu japplika bis-sħiħ għar-relazzjonijiet tal-impjieg f’sitwazzjonijiet marbutin mal-istazzjonar stipulati fl-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali. Dan l-istess artikolu jipprevedi li l-liġi tal-pajjiż ospitanti għandha tapplika jekk impjegat huwa mistenni jkun stazzjonat għal perjodu ta’ 24 xahar.

L-għan ewlieni tar-Regolament Nru 883/2004 huwa l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri fir-rigward tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE għall-benefiċċji taħt kull sistema ta’ sigurtà soċjali tal-Istati Membri. L-għan tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema huwa li tipproteġi l-ħaddiema stazzjonati u li tiffaċilita l-moviment liberu tas-servizzi. Fil-fehma tal-Kumitat, ma hemm l-ebda raġuni oġġettiva biex jiġu kkoordinati l-limiti ta’ żmien stabbiliti minn dawn iż-żewġ strumenti legali sempliċement abbażi tal-fatt li t-tnejn li huma jirregolaw sitwazzjonijiet fejn iċ-ċittadini tal-UE qed jgħixu u jaħdmu b’mod temporanju fi Stat Membru partikolari.

Fil-fehma tal-Kumitat, għandu jitnaqqas il-limitu ta’ żmien li lil hinn minnu l-liġi tal-pajjiż ospitanti tapplika bis-sħiħ għar-relazzjonijiet tal-impjieg b’rabta ma’ sitwazzjonijiet tal-istazzjonar. Huwa tal-fehma li stazzjonar antiċipat jew effettiv ta’ tnax-il xahar għal impjegat partikolari huwa limitu ta’ żmien adegwat li lil hinn minnu ħaddiem stazzjonat għandu jiġi kkunsidrat bħala li għandu konnessjoni mal-pajjiż tal-istazzjonar b’mod li l-leġislazzjoni tiegħu għandha tapplika bis-sħiħ għar-relazzjoni tal-impjieg.

Il-forma tal-proposta tal-Kummissjoni – b’dispożizzjoni li tidentifika l-liġi tal-pajjiż ospitanti li hija applikabbli għar-relazzjoni tal-impjieg biss b’mod indirett u permezz tal-applikazzjoni tar-Regolament Ruma I – tqajjem għadd ta’ preokkupazzjonijiet. B’konformità mal-Premessa 8 tal-proposta tal-Kummissjoni, it-test tad-Direttiva għandu jagħmilha ċara li għadu possibbli li jkun hemm qbil li tiġi applikata l-liġi ta’ pajjiż għajr dak ospitanti taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 8 tar-Regolament Ruma I. Għandu jiġi żgurat ukoll li l-applikazzjoni tal-liġi tal-pajjiż ospitanti għar-relazzjoni tal-impjieg ma tpoġġix lill-impjegat f’sitwazzjoni inqas favorevoli, pereżempju peress li tipprovdi inqas protezzjoni jew termini u kundizzjonijiet inqas favorevoli għall-impjegati.

Iċ-ċirkustanzi li fihom il-liġi tal-pajjiż ospitanti hija applikabbli għandhom, fil-fehma tal-Kumitat, jiġu stipulati direttament fid-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema. Din l-emenda hija marbuta mal-emenda għall-Premessa 8.

Rakkomandazzjoni għall-emenda 5

Proposta għal Direttiva

Artikolu 1(2)(a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

“[…] Għall-fini ta’ din id-Direttiva, ir-remunerazzjoni tfisser l-elementi kollha tar-remunerazzjoni magħmula obbligatorji b’ liġi, regolament jew disposizzjoni amministrattiva, ftehim kollettiv jew sentenza ta’ arbitraġġ nazzjonali li kienu ddikjarati universalment applikabbli u/jew, fl-assenza ta’ sistema biex tiddikjara ftehim kollettiv jew sentenzi ta’ arbitraġġ bħala universalment applikabbli, ftehimiet kollettivi jew sentenzi ta’ arbitraġġ oħra fit-tifsira tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 8, fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-ħaddiem huwa stazzjonat.

L-Istati Membri għandhom jippubblikaw fis-sit web nazzjonali uffiċjali uniku msemmi fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/67/UE l-elementi kostitwenti ta’ remunerazzjoni f’konformità mal-punt (c).”

Fil-kuntest ta’ din id-Direttiva, ir-remunerazzjoni u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għandhom ikunu definiti skont il-liġi u/jew il-prattika nazzjonali fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-ħaddiem huwa stazzjonat.

L-Istati Membri għandhom jippubblikaw fis-sit web nazzjonali uffiċjali uniku msemmi fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/67/UE l-elementi kostitwenti ta’ remunerazzjoni f’konformità mal-punt (c).”

Raġuni

Huwa importanti li jiġi stabbilit li r-remunerazzjoni hija kwistjoni ta’ kompetenza nazzjonali, b’tali mod illi d-direttiva ma tkunx tista’ twassal għal sitwazzjoni fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE tista’ teżamina d-dispożizzjonijiet nazzjonali marbuta mal-pagi.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI.

Valutazzjoni tal-Kumitat

1.

josserva li l-libertà li jiġu pprovduti servizzi transkonfinali fi ħdan l-UE hija garantita mill-Artikoli 56 sa 62 tat-TFUE. Suq uniku tas-servizzi li jaħdem kif imiss mhux biss iġib miegħu benefiċċji diretti għall-fornituri tas-servizzi u l-konsumaturi fi ħdan l-UE iżda huwa wkoll kundizzjoni importanti għat-tkabbir ekonomiku, li huwa mistenni li jibbenefika liċ-ċittadini kollha tal-UE fil-forma ta’ aktar prosperità u livell ogħla ta’ protezzjoni soċjali;

2.

huwa tal-fehma li suq uniku għas-servizzi li jaħdem kif imiss huwa partikolarment importanti għall-fornituri tas-servizzi f’reġjuni li għandhom fruntiera diretta ma’ Stati Membri oħra;

3.

josserva li wieħed mill-punti tat-tluq importanti għall-moviment liberu tas-servizzi huwa li l-fornituri tas-servizzi għandhom ikunu jistgħu jipprovdu servizzi fi Stati Membri oħra taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk fil-pajjiż ta’ stabbiliment tagħhom. Fl-istess ħin, wieħed mill-prerekwiżiti għal suq uniku li jaħdem kif imiss huwa li l-kompetizzjoni – inkluża l-kompetizzjoni transkonfinali – ma tkunx l-ewwel u qabel kollox imsejsa fuq il-kostijiet lavorattivi iżda fuq fatturi bħalma huma l-kwalità tas-servizz u l-effiċjenza ta’ ħidmet il-fornitur tas-servizzi;

4.

josserva li d-differenzi bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari mil-lat tal-ispejjeż tas-salarji, ifissru li l-istazzjonar ta’ ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tas-servizzi wisq probabbli jagħmel pressjoni biex titnaqqas ir-remunerazzjoni fil-pajjiż li fih ikunu stazzjonati l-ħaddiema. Meta l-kompetizzjoni fir-rigward tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg tkun inġusta, hemm il-periklu li dan iwassal għal dumping soċjali fil-pajjiż ospitanti. Dan id-dumping soċjali jagħmel pressjoni ‘l isfel fuq il-prezzijiet, li jipperikola l-intrapriżi li ma jużawx l-istazzjonar;

5.

huwa tal-fehma li huwa importanti li jkun hemm bilanċ raġonevoli bejn il-moviment liberu tas-servizzi, minn naħa waħda, u l-protezzjoni tal-ħaddiema stazzjonati u kontra d-dumping tal-pagi u dak soċjali, min-naħa l-oħra, sabiex ikun hemm aċċettazzjoni pubblika għal-funzjonament tas-suq intern, b’mod partikolari fost persuni li jaħdmu fis-setturi tas-servizzi fejn l-istazzjonar jinsab u fejn jista’ jkun mistenni li jsir prattika komuni. Jenfasizza, madankollu, li sabiex id-dumping soċjali jiġi miġġieled b’mod effettiv, hemm bżonn ta’ miżuri li jipproteġu wkoll dawk li jaħdmu għal rashom kif ukoll dawk li jagħmlu xogħol intermedjat minn pjattaformi diġitali;

6.

huwa tal-fehma wkoll li bilanċ raġonevoli bejn l-interessi li d-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema għandha l-għan li taqdi huwa prerekwiżit għal kompetizzjoni soda u ġusta fi ħdan is-settur tas-servizzi f’sitwazzjonijiet transkonfinali;

7.

f’dan il-kuntest, jista’, bħala punt tat-tluq, jappoġġja l-prinċipju li fuqu tissejjes il-proposta tal-Kummissjoni, jiġifieri li l-istess xogħol fl-istess post għandu jitħallas bl-istess mod;

8.

iqis li n-nuqqas ta’ għarfien tar-rekwiżiti amministrattivi relatati mar-reklutaġġ tal-ħaddiema meħtieġa fl-Istati Membri ta’ akkoljenza, u d-diffikultà li xi kumpaniji (speċjalment l-SMEs) jsibu sabiex jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti jistgħu jostakolaw il-prestazzjoni ħielsa ta’ servizzi transkonfinali fi ħdan l-UE u jpoġġu f’riskju l-protezzjoni tal-ħaddiema stazzjonati. L-introduzzjoni, min-naħa tal-Kummissjoni u l-Istati Membri, ta’ mekkaniżmi ċari u faċilment aċċessibbli ta’ informazzjoni u konsulenza dwar dawn il-kwistjonijiet tista’ ttaffi dawn id-diffikultajiet;

9.

huwa tal-istess fehma tal-Kummissjoni li għandu jkun hemm limitu ta’ żmien li lil hinn minnu l-liġi tal-pajjiż ospitanti tapplika bis-sħiħ għal ħaddiem stazzjonat. Madankollu, ma jara l-ebda raġuni oġġettiva għala r-regoli fir-Regolament Nru 883/2004 għandhom jintużaw bħala l-bażi biex jiġi stabbilit il-limitu ta’ żmien li lil hinn minnu l-liġi tal-pajjiż ospitanti tapplika bis-sħiħ għar-relazzjonijiet f’sitwazzjonijiet ta’ stazzjonar. Fil-fehma tal-Kumitat, il-limitu ta’ żmien fid-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema għandu jkun ta’ 12-il xahar;

10.

huwa tal-fehma wkoll li ċ-ċirkustanzi li fihom il-liġi tapplika bis-sħiħ għar-relazzjoni tal-impjieg ma jimplikawx li l-ħaddiem stazzjonat hu fil-prattika f’sitwazzjoni inqas favorevoli;

11.

josserva li l-proposta tal-Kummissjoni biex tissostitwixxi l-kunċett ta’ “rati minimi ta’ ħlas” b’“remunerazzjoni” tista’ titqies bħala konformi sew mad-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, pereżempju fil-kawża Sähköalojen ammattiliitto ry (C-396/13) u l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “rati minimi ta’ ħlas” f’din is-sentenza;

12.

josserva li anke jekk jistgħu jintużaw u fil-fatt jintużaw biss l-elementi obbligatorji tar-remunerazzjoni u l-bażijiet ta’ stima fil-pajjiż ospitanti meta tiġi kkalkulata l-paga fit-tifsira ta’ din id-Direttiva fl-Istat Membru rispettiv, xorta waħda mhux se jkun possibbli li l-pajjiż ospitanti jesiġi li min iħaddem għandu jħallas lill-ħaddiema stazzjonati dak li jista’ jitqies bħala “normali” jew ir-remunerazzjoni medja għal xogħol simili fil-pajjiż ospitanti;

13.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta li l-elementi kostitwenti tar-remunerazzjoni li japplikaw għall-ħaddiema stazzjonati fil-pajjiż ospitanti għandhom ikunu ppubblikati fis-sit web nazzjonali uffiċjali li jkun ħoloq kull Stat Membru b’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar l-Infurzar sabiex jittejjeb l-aċċess għall-informazzjoni qabel l-istazzjonar;

14.

huwa tal-fehma li, b’mod ġenerali, il-proposta tal-Kummissjoni li jintuża l-kunċett ta’ “remunerazzjoni” minflok “rati minimi ta’ ħlas” u tibdil ieħor propost f’din il-biċċa tat-test ifissru li d-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema ser tasal għal bilanċ raġonevoli bejn li tiżgura li l-fornituri tas-servizzi jistgħu jipprovdu servizzi transkonfinali fi ħdan l-UE mingħajr ostakli mhux ġustifikati, minn naħa, u l-protezzjoni tal-ħaddiema stazzjonati u l-prevenzjoni ta’ kompetizzjoni inġusta, min-naħa l-oħra;

15.

huwa tal-fehma, madankollu, li jeħtieġ li jiġi ċċarat li d-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema nnifisha ma taffettwa bl-ebda mod il-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri rigward id-dritt li joħorġu deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet marbuta mal-paga fil-qafas tal-mudelli rispettivi tagħhom tas-suq tax-xogħol;

16.

jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li l-obbligu li japplikaw il-kundizzjonijiet tal-pajjiż ospitanti fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema fl-industrija tal-kostruzzjoni għandu japplika bl-istess mod irrispettivament minn jekk ir-remunerazzjoni hijiex iffissata mil-liġi, fi ftehim kollettiv iddikjarat bħala ta’ applikazzjoni ġenerali jew fi ftehim kollettiv ieħor kif hemm referenza għalihom fl-ewwel u t-tieni inċiżi tal-Artikolu 3(8);

17.

jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni dwar sitwazzjonijiet ta’ stazzjonar fil-qafas ta’ prattiki ta’ sottokuntrattar konsekuttiv, li jwasslu għat-tnaqqis fir-responsabbiltà ta’ min iħaddem u xi daqqiet iwasslu sabiex il-ħaddiema stazzjonati jiġu abbandunati mingħajr l-ebda assistenza u għajnuna. Fond Ewropew ta’ appoġġ jista’ jippermetti intervent rapidu sabiex jiġi żgurat ir-ritorn fl-aħjar kundizzjonijiet ta’ dawn l-impjegati fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom. Barra minn hekk, jissuġġerixxi l-ħolqien ta’ reġistru Ewropew li jobbliga lill-impriżi kollha fl-Istati Membri li jistazzjonaw il-ħaddiema biex jiddikjaraw il-ħaddiem stazzjonat mhux aktar tard minn meta tibda l-provvista tas-servizzi;

18.

jinnota li l-ħiliet tal-ħaddiema stazzjonati spiss jiġu sottovalutati apposta minn min iħaddem biex jiġġustifikaw livell ta’ pagi iktar baxx. Din il-prattika tista’ tkompli bħala mod kif jiġi evitat l-obbligu ta’ trattament indaqs fir-rigward tar-remunerazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-ħolqien ta’ reġistru Ewropew tal-professjonijiet u l-ħiliet professjonali biex tiġi rimedjata tali sitwazzjoni, u biex jiġu protetti l-interessi tal-impjegati mingħajr diploma jew ċertifikat;

19.

josserva li d-data tal-għeluq tat-traspożizzjoni tad-Direttiva (2008/104/KE) dwar Xogħol Temporanju permezz ta’ Aġenzija kienet il-5 ta’ Diċembru 2011. Wieħed mill-għanijiet ta’ din id-Direttiva huwa li tipproteġi l-ħaddiema temporanji u dan, fost affarijiet oħra jinvolvi l-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament fir-rigward ta’ kundizzjonijiet ta’ paga, liv u ħinijiet tax-xogħol (Artikolu 5);

20.

jaqbel mal-Kummissjoni li l-applikazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali tad-Direttiva dwar Xogħol Temporanju għandha tkun obbligatorja wkoll f’sitwazzjonijiet fejn l-aġenzija tax-xogħol temporanju tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor u x-xogħol ikun każ ta’ stazzjonar fit-tifsira tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema;

Is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità

21.

josserva li erbatax-il Parlament/kamra nazzjonali fi ħdax-il Stat Membru (il-Bulgarija, id-Danimarka, il-Kroazja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka u l-Ungerija) ressqu opinjonijiet motivati fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tas-sussidjarjetà, li wasslu biex il-proposta tirċievi l-hekk imsejħa “karta safra” (mekkaniżmu ta’ kontroll tas-sussidjarjetà);

22.

jinnota li d-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema tirregola liema huma t-termini u kundizzjonijiet tal-impjieg tal-pajjiż ospitanti li fornitur ta’ servizzi stabbilit fi Stat Membru ieħor huwa obbligat japplikahom għall-ħaddiema stazzjonati f’dak il-pajjiż ospitanti. La d-Direttiva attwali u lanqas id-Direttiva emendatorja ma għandha l-għan li tarmonizza l-kundizzjonijiet fl-Istati Membri;

23.

josserva li l-emendi għad-Direttiva jistgħu jsiru biss fil-livell tal-UE. Mhuwiex possibbli, taħt ir-regoli tat-Trattat dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi bejn il-fruntieri fi ħdan l-UE u r-Regolament Ruma I, li jiġi regolat fil-livell tal-Istati Membri liema kundizzjonijiet fil-qasam tal-liġi tax-xogħol japplikaw f’sitwazzjoni ta’ stazzjonar;

24.

josserva li d-Direttiva dwar l-Infurzar, li kellha tiġi trasposta mill-Istati Membri fil-liġi nazzjonali sat-18 ta’ Ġunju 2016, tinkludi għodod li jgħinu lill-Istati Membri biex irażżnu l-abbuż u d-dumping soċjali li joriġinaw mill-istazzjonar (jiġifieri l-frodi, iċ-ċirkomvenzjoni tar-regoli u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri). Il-Kumitat jieħu nota tal-fatt li d-Direttiva riveduta dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema u d-Direttiva dwar l-Infurzar huma fil-biċċa l-kbira tagħhom strumenti legali li jsaħħu lil xulxin b’mod reċiproku u għaldaqstant jistenna bil-ħerqa valutazzjoni sħiħa dwar l-effetti u l-konsegwenzi tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri tad-Direttiva dwar l-Infurzar;

25.

jenfasizza wkoll li għad hemm il-problemi f’li tiġi żgurata l-konsistenza fl-implimentazzjoni tal-kontrolli tal-ħaddiema stazzjonati fl-Istati Membri differenti, peress li d-Direttiva dwar l-Infurzar tipprevedi biss kooperazzjoni bilaterali bejn l-Istati Membri; jaqbel għalhekk li l-għan tar-rieżami propost tad-Direttiva, jiġifieri definizzjoni komuni tar-regoli applikabbli għall-istazzjonar tal-ħaddiema, jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-UE;

26.

huwa tal-fehma li jeħtieġ li jiġi promoss l-iskambju tad-data bejn il-korpi aar-rappurtar jew l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fl-Istat Membru emittenti kif ukoll f’dak ospitanti, u li jiġi introdott l-obbligu ta’ rappurtar għall-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fl-Istati Membri ospitanti, sabiex jiġu implimentati miżuri effettivi kontra l-istazzjonar falz tal-ħaddiema u l-istabbiliment ta’ kumpaniji bl-iskop ta’ stazzjonar falz, kif ukoll kontra kompetizzjoni inġusta abbażi ta’ kontribuzzjonijiet aktar baxxi tas-sigurtà soċjali. F’każ li jkun hemm it-tendenza li l-kumpaniji jiġu stabbiliti bl-iskop ta’ stazzjonar falz, għandha tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li jiġi esiġit perjodu minimu tal-impjieg ta’ ħaddiem fl-Istat Membru emittenti qabel ma l-ħaddiem inkwistjoni jkun jista’ jiġi stazzjonat.

Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


9.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 185/82


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi

(2017/C 185/11)

Relatur:

Emily WESTLEY, Membru tal-Kunsill ta’ Hastings (UK/PSE)

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1343/2011 u (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005

COM(2016) 134 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Preambolu

Projbizzjoni ta’ ċertu rkaptu distruttiv jew metodi distruttivi

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(11)

Ċertu rkaptu distruttiv jew metodi distruttivi li jużaw splussivi, veleni, sustanzi stupefaċenti, il-kurrent elettriku, imrietel pnewmatiċi jew strumenti tal-perkussjoni oħrajn; tagħmir irmunkat u ħattafa għall-ħsad tal-qroll aħmar jew tipi oħrajn ta’ qroll u speċijiet simili u ċerti ħarpuns għall-qroll għandhom ikunu pprojbiti ħlief fil-każ speċifiku tat-tkarkir bl-impuls elettriku li jista’ jintuża f’ċerti kundizzjonijiet stretti.

(11)

Ċertu rkaptu distruttiv jew metodi distruttivi li jużaw splussivi, veleni, sustanzi stupefaċenti, il-kurrent elettriku, imrietel pnewmatiċi jew strumenti tal-perkussjoni oħrajn; tagħmir irmunkat u ħattafa għall-ħsad tal-qroll aħmar jew tipi oħrajn ta’ qroll u speċijiet simili u ċerti ħarpuns għall-qroll għandhom ikunu pprojbiti ħlief fil-każ speċifiku tat-tkarkir bl-impuls elettriku li jista’ jintuża f’ċerti kundizzjonijiet stretti. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jinkludu sistema għall-monitoraġġ, il-kontroll u l-evalwazzjoni, li jservu għall-infurzar u r-riċerka kif ukoll għal skopijiet ta’ valutazzjoni. Il-liċenzji attwali għat-tkarkir bl-impuls għandhom ikunu soġġetti għal (ri-)valutazzjoni xjentifika qabel ma jiġġeddu jew inkella jingħataw status ta’ “mhux projbit”.

Raġuni

L-impulsi elettriċi jista’ jkollhom impatt fatali fuq il-ħajja tal-baħar, inkluż il-ħut li għadu qed jikber u l-ispeċijiet mhux fil-mira; il-Kunsill tal-Amministrazzjoni Marittima (MSC) jirrifjuta li jiċċertifikah minħabba l-impatt tal-elettriku mill-irkaptu fuq firxa ta’ elementi ambjentali, fosthom l-ispeċijiet fil-periklu, mhedda u protetti [l-hekk imsejħa speċijiet ETP – endangered, threatened and protected] (inklużi l-elażmobranki) u l-organiżmi tal-qiegħ, li jista’ jkollu wkoll implikazzjonijiet għall-ekoloġija usa’ taż-żona li jsir sajd fiha; fi Frar 2016, il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICIS) wissa li l-qafas regolatorju eżistenti mhuwiex biżżejjed biex jimpedixxi l-introduzzjoni ta’ sistemi potenzjalment dannużi.

Emenda 2

Artikolu 4

Miri

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Il-miżuri tekniċi huma maħsuba biex jilħqu l-miri li ġejjin:

(a)

jiżguraw li l-qabdiet ta’ speċi tal-baħar iżgħar mill-qisien minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni ma jaqbżux il-5 % tal-volum skont l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

1.   Il-miżuri tekniċi huma maħsuba biex jilħqu l-miri li ġejjin:

(a)

li l-qabdiet ta’ speċijiet tal-baħar iżgħar mill-qisien minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni ma jaqbżux il-limiti definiti fl-atti adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19(5) ta’ dan ir-Regolament u li l-qabdiet mhux mixtieqa jitnaqqsu kemm jista’ jkun skont l-Artikolu 2(5)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Raġuni

L-iżgurar li l-qabdiet ta’ speċi tal-baħar iżgħar mill-qisien minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni jkunu anqas minn 5 % mhuwiex realistiku għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd bix-xbieki tat-tkarkir. Barra minn hekk, il-leġislazzjoni diġà sservi ta’ deterrent għas-sajd tal-ħut li għadu qed jikber.

Emenda 3

Artikolu 6

Definizzjonijiet tat-termini

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(4)

“sajd dirett” tfisser sajd għal speċi definita jew taħlita ta’ speċijiet fejn il-qabda totali ta’ dik l-ispeċi tkun aktar minn 50 % tal- valur ekonomiku tal-qabda;

(4)

“sajd dirett” tfisser sajd għal speċi definita jew taħlita ta’ speċijiet fejn il-qabda totali ta’ dik l-ispeċi għal vjaġġ partikolari tkun aktar minn 50 % tal-qabda;

Emenda 4

Artikolu 6

Definizzjonijiet tat-termini

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(26)

“konz” tfisser irkaptu li jikkonsisti f’lett, kultant ta’ tul konsiderevoli , mgħammar b’bosta snanar bil-lixka jew mingħajrha fuq fergħat f’intervalli regolari. Il-lett ikun ankrat orizzontalment jew qrib il-qiegħ, vertikalment, jew jitħalla jinġarr mal-kurrent fil-wiċċ;

(26)

“konz” tfisser irkaptu li jikkonsisti f’lett, ta’ tul varjabbli , mgħammar b’bosta snanar bil-lixka jew mingħajrha fuq fergħat f’intervalli regolari. Il-lett ikun ankrat orizzontalment jew qrib il-qiegħ, vertikalment, jew jitħalla jinġarr mal-kurrent fil-kolonna tal-ilma f’fond li jvarja jew fil-wiċċ;

Emenda 5

Artikolu 6

Definizzjonijiet tat-termini

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(30)

“manka” tfisser l-aktar parti ta’ wara tax-xibka tat-tkarkir, li tkun f’forma ta’ ċilindru, jiġifieri bl-istess ċirkonferenza t-tul kollu, jew f’forma konika. Magħmula minn panel wieħed jew aktar (biċċiet ta’ xbieki) tal-istess daqs tal-malja mwaħħlin flimkien tul il-ġnub tagħhom fl-assi tat-tkarkir minn ġonta fejn jista’ jintrabat ħabel tal-ġenb. Għal finijiet regolatorji dan għandu jittieħed bħala l-aħħar 50 malju tax-xibka;

(30)

“manka” tfisser l-aktar parti ta’ wara tax-xibka tat-tkarkir, li tkun f’forma ta’ ċilindru, jiġifieri bl-istess ċirkonferenza t-tul kollu, jew f’forma konika. Magħmula minn panel wieħed jew aktar (biċċiet ta’ xbieki) tal-istess daqs tal-malja mwaħħlin flimkien tul il-ġnub tagħhom fl-assi tat-tkarkir minn ġonta fejn jista’ jintrabat ħabel tal-ġenb. Għal finijiet regolatorji dan għandu jittieħed bħala l-aħħar 50 malju tax-xibka;

Raġuni

[Din l-emenda ma tapplikax għall-verżjoni Maltija: l-emenda Spanjola żżid il-kelma “daqs” wara “malju” li ma tidhirx fil-verżjoni Spanjola tal-Artikolu.]

Emenda 6

Artikolu 6

Definizzjonijiet tat-termini

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(38)

“ħin tal-immersjoni” tfisser il-perjodu mill-mument meta x-xbieki jitniżżlu l-ewwel darba fl-ilma sal-mument meta x-xbieki jittellgħu kompletament abbord il-bastiment tas-sajd;

(38)

“ħin tal-immersjoni” tfisser il-perjodu mill-mument meta kull wieħed mix-xbieki jitniżżel l-ewwel darba fl-ilma sal-mument meta kull wieħed mix-xbieki jittella’ kompletament abbord il-bastiment tas-sajd;

Raġuni

Applikabbli għal għeżula, xbieki tat-tħabbil jew pariti, magħmula minn bosta konzijiet tat-tirjix (apparati li huma marbuta b’mod konsekuttiv), sabiex jiġi ċċarat li l-ħin ta’ immersjoni jibda malli l-ewwel konz tat-tirjix jitqiegħed fl-ilma u jispiċċa meta jiġi rkuprat l-aħħar konz tat-tirjix.

Emenda 7

Artikolu 6

Definizzjonijiet tat-termini

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(42)

“selezzjoni kwalitattiva” tfisser il-prattika li jiġi skartat ħut bi prezz baxx li huwa soġġett għal limiti tal-qbid, anke jekk dan seta’ jinħatt legalment, sabiex ikun immassimizzat il-valur ekonomiku jew monetarju totali tal-ħut li jinġab lura l-port.

(42)

“selezzjoni kwalitattiva” tfisser il-prattika li jiġi skartat ħut bi prezz baxx li huwa soġġett għal limiti tal-qbid, anke jekk dan seta’ jinħatt legalment, sabiex ikun immassimizzat il-valur ekonomiku jew monetarju totali tal-ħut li jinġab lura l-port , bl-eċċezzjoni ta’ speċijiet li mhumiex tajbin għall-konsum mill-bniedem minħabba li jintaħnu wara li jitgħaffġu fix-xbiek .

Raġuni

In-natura partikolari tal-użu ta’ xbieki tat-tkarkir tfisser li f’ċerti okkażjonijiet il-qabdiet jiġu mitħuna u ppressati, u ma jkunux tajbin għall-bejgħ kummerċjali.

Emenda 8

Artikolu 9

Restrizzjonijiet ġenerali fuq l-użu ta’ rkaptu rmunkat

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   L-ebda parti minn irkaptu rmunkat ma għandha tinbena bil-daqs tal-malja iżgħar mid-daqs tal-malja tal-manka. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għal tagħmir ta’ xbieki li jintuża biex jitwaħħlu sensuri tal-monitoraġġ tal-irkaptu.

1.   L-ebda parti minn irkaptu rmunkat ma għandha tinbena bil-daqs tal-malja iżgħar mid-daqs tal-malja tal-manka. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għal tagħmir ta’ xbieki li jintuża biex jitwaħħlu sensuri tal-monitoraġġ tal-irkaptu. Deroga oħra tista’ tingħata permezz ta’ att delegat adottat skont l-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament, fejn l-użu ta’ malji iżgħar mid-daqs tal-malja tal-manka f’partijiet oħra tal-irkaptu rmunkat jirriżulta f’benefiċċji f’termini ta’ konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar li huma tal-anqas ekwivalenti għall-benefiċċji bil-metodi ta’ sajd attwali.

Raġuni

Il-parti ta’ quddiem tat-tagħmir tista’ tkun mibnija b’malji ta’ daqs ikbar, sakemm din ma taffettwax l-ħut li effettivament jasal fil-manka u titnaqqas l-ispiża tal-kostruzzjoni.

Emenda 9

Artikolu 13

Protezzjoni għal ħabitats sensittivi inklużi ekosistemi tal-baħar vulnerabbli

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.   Fejn l-aqwa parir xjentifiku disponibbli jirrakkomanda emenda tal-lista ta’ żoni fl-Anness II, inkluża ż-żieda ta’ żoni ġodda, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta dawn l-emendi permezz ta’ atti delegati, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(2) u 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Meta tadotta emendi bħal dawn, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-mitigazzjoni ta’ effetti negattivi kkaġunati mill-ispostament tal-attività tas-sajd għal żoni sensittivi oħrajn.

2.   Fejn l-aqwa parir xjentifiku disponibbli jirrakkomanda emenda tal-lista ta’ żoni fl-Anness II, inkluża ż-żieda ta’ żoni ġodda, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta dawn l-emendi permezz ta’ atti delegati, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(2) u 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Meta tadotta emendi bħal dawn, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-mitigazzjoni ta’ effetti negattivi kkaġunati mill-ispostament tal-attività tas-sajd għal żoni sensittivi oħrajn , kif ukoll lid-dispożizzjonjiet tal-leġiżlazzjoni dwar is-sajd fil-baħar fond .

Raġuni

Konsistenza mal-leġislazzjoni ġdida dwar is-sajd fil-baħar fond (Regolament li jistabbilixxi kundizzjonijiet għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal u dispożizzjonijiet għas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2347/2002).

Emenda 10

Artikolu 19

Miżuri reġjonali fil-pjanijiet multiannwali

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tistabbilixxi miżuri tekniċi fil-livell reġjonali bil-għan li jinkisbu objettivi ta’ pjanijiet multiannwali msemmija fl-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Miżuri bħal dawn għandhom ikunu stabbiliti permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

1.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tistabbilixxi miżuri tekniċi fil-livell reġjonali bil-għan li jinkisbu objettivi ta’ pjanijiet multiannwali msemmija fl-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Miżuri bħal dawn għandhom ikunu stabbiliti permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. L-Istati Membri jistgħu jressqu rakkomandazzjonijiet konġunti irrispettivament mill-istabbiliment ta’ pjanijiet multiannwali għaż-żoni rispettivi.

2   …

2   …

3   …

3   …

4   …

4   …

5   …

5   …

6   …

6   …

Raġuni

Il-formulazzjoni attwali tal-Artikolu 19 tal-abbozz ta’ Regolament tista’ tiġi interpretata li qed timponi l-istabbiliment ta’ pjanijiet multiannwali bħala kondizzjoni għas-sottomissjoni ta’ rakkomandazzjonijiet konġunti.

Emenda 11

Artikolu 19

Miżuri reġjonali fil-pjanijiet multiannwali

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1   …

1   …

2   …

2   …

3   …

3   …

4   …

4   …

5   …

5   …

6.   Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-STECF jivvaluta r-rakkomandazzjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 5.

6.   Il-Kummissjoni għandha titlob lill-STECF jivvaluta r-rakkomandazzjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 5.

Raġuni

Ix-xewqa ta’ involviment tal-STEFC ħafna aktar mill-qrib titqies essenzjali mill-partijiet interessati, u saru talbiet f’dan ir-rigward waqt is-seduti u d-dibattiti politiċi tal-PE u tal-KtR.

Emenda 12

Artikolu 31

Miżuri ta’ salvagwardja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Fejn il-parir xjentifiku disponibbli jindika li hija meħtieġa azzjoni immedjata sabiex jiġu protetti xi speċijiet tal-baħar, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 sabiex ittaffi theddid bħal dan. Dawn l-atti jistgħu jikkonċernaw, b’mod partikolari, restrizzjoniijiet fuq l-użu ta’ rkaptu jew fuq attivitajiet tas-sajd f’ċerti żoni jew matul ċerti perjodi.

1.   Fejn il-parir xjentifiku disponibbli jindika li hija meħtieġa azzjoni immedjata sabiex jiġu protetti xi speċijiet tal-baħar, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 sabiex ittaffi theddid bħal dan , bil-kundizzjoni li l-ewwel jiġi evalwat l-impatt soċjali u ekonomiku tal-miżuri proposti . Dawn l-atti jistgħu jikkonċernaw, b’mod partikolari, restrizzjoniijiet fuq l-użu ta’ rkaptu jew fuq attivitajiet tas-sajd f’ċerti żoni jew matul ċerti perjodi.

2.   L-atti delegati msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jitfasslu b’mod partikolari sabiex:

2.   L-atti delegati msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jitfasslu b’mod partikolari sabiex:

(a)

jindirizzaw bidliet mhux mistennija fil-mudelli tal-istokk bħala riżultat ta’ livelli ta’ reklutaġġ għoljin jew baxxi ta’ individwi li għadhom qed jikbru;

(a)

jindirizzaw bidliet mhux mistennija fil-mudelli tal-istokk bħala riżultat ta’ livelli ta’ reklutaġġ għoljin jew baxxi ta’ individwi li għadhom qed jikbru;

(b)

jipproteġu l-ħut u l-frott tal-baħar bil-qoxra riproduttiv meta l-istokkijiet ikunu f’livelli baxxi ħafna jew fejn ikun hemm fatturi ambjentali oħra qed jheddu l-istatus tal-istokk.

(b)

jipproteġu l-ħut u l-frott tal-baħar bil-qoxra riproduttiv meta l-istokkijiet ikunu f’livelli baxxi ħafna jew fejn ikun hemm fatturi ambjentali oħra qed jheddu l-istatus tal-istokk.

3.   Atti delegati msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal perjodu ta’ mhux aktar minn tliet snin mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6 tal-Artikolu 32.

3.   Atti delegati msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal perjodu ta’ mhux aktar minn tliet snin mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6 tal-Artikolu 32.

Raġuni

Biex jiġi żgurat li jitqies l-impatt soċjoekonomiku qabel ma jittieħdu d-deċiżjonijiet.

Emenda 13

Artikolu 32

Eżerċizzju tad-delega

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmijin fl-Artikoli 11, 13, 19, 28 u 31 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn [----]. Il-Kummissjoni tħejji rapport dwar id-delega tas-setgħa, u dan mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel jagħlaq il-perjodu ta’ ħames (5) snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien ta’ tul identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel jintemm kull perjodu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmijin fl-Artikoli 11, 13, 19, 28 u 28 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn [----] u għal perjodu ta’ tliet snin fil-każ tal-Artikolu 31 . Il-Kummissjoni tħejji rapport dwar id-delega tas-setgħa, u dan mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel jagħlaq il-perjodu ta’ ħames (5) snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien ta’ tul identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel jintemm kull perjodu.

Raġuni

L-Artikolu 31 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati għal perjodu ta’ tliet snin. Madankollu, is-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 32 jidhru li japplikaw għal ħames snin.

Emenda 14

Artikolu 34

Analiżi u rapportar

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1   …

1   …

2   …

2   …

3   …

3   …

 

4.     ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni tal-impatt territorjali komprensiva mwettqa mill-Kummissjoni f’kull baċir tal-baħar sabiex tevalwa l-impatt ambjentali u soċjoekonomiku tal-miżuri.

Raġuni

Ir-rieżami komprensiv tal-impatt tal-miżuri ta’ politika li jirriżultaw mir-Regolament fir-reġjuni differenti huwa kundizzjoni importanti għal tfassil ta’ politika abbażi tal-evidenza. Dan ikun jippermetti l-implimentazzjoni ta’ ċiklu sħiħ ta’ politika, filwaqt li jgħaqqad ir-regolazzjoni, il-valutazzjoni tal-impatt u r-reazzjonijiet.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

Rakkomandazzjonijiet ġenerali

1.

iqis li huwa importanti ferm li jitfasslu regoli ċari u sempliċi li faċilment jinftiehmu u huma applikabbli għas-sajjieda sabiex il-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) tirnexxi; iqis li, minħabba n-numru ta’ regolamenti affettwati mill-abbozz ta’ Regolament dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi ta’ sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-proposta”), il-proposta hija pass ġenwin lejn is-semplifikazzjoni regolatorja tal-miżuri tekniċi fis-sajd Ewropew;

2.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-approċċ leġislattiv adottat mill-proposta: regolament qafas ta’ bażi u regoli ta’ reġjonalizzazzjoni f’annessi li jistgħu jiġu emendati skont proċess ta’ reġjonalizzazzjoni semplifikat u inklużiv previst fl-abbozz ta’ Regolament; dan l-approċċ jippermetti l-istabbiliment ta’ regoli komuni li jgħoddu għall-baċiri tal-ibħra kollha, u li jipprovdi biżżejjed flessibbiltà sabiex il-miżuri tekniċi jiġu adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi li jistgħu jirriżultaw skont it-reġjuni;

3.

jilqa’ bi pjaċir il-fatt li l-proposta tosserva l-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat fl-Artikolu 5(4) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea;

4.

jistieden lil-leġislatur biex iżomm it-tqassim sempliċi tal-proposta fil-forma oriġinali tiegħu;

5.

jistieden lil-leġislatur biex jevita l-adozzjoni ta’ eċċezzjonijiet u derogi li jistgħu joħolqu distorsjoni fil-kundizzjonijiet ekwi, sakemm ma jkunx hemm ħtieġa speċifika li tirriżulta skont ir-reġjuni;

Komponent ta’ reġjonalizzazzjoni

6.

jinnota li r-reġjonalizzazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd toffri l-opportunità biex ir-reġjuni u l-Istati Membri jimmaniġġjaw l-istokkijiet tal-ħut b’mod attiv skont l-objettivi tal-PKS;

7.

jinnota li l-kapaċità li jitressqu rakkomandazzjonijiet konġunti li jiddefinixxu miżuri tekniċi adatti fil-livell reġjonali m’għandhiex tkun tiddependi mill-istabbiliment tal-pjanijiet multiannwali, iżda għandha tkun miftuħa għall-attivitajiet kollha tas-sajd;

8.

iqis li r-reġjonalizzazzjoni hija opportunità biex tiġi żviluppata sistema flessibbli għal ġestjoni attiva tas-sajd reġjonali abbażi ta’ parametri kwalitattivi u kwantitattivi f’konformità mal-objettivi u l-miri stabbiliti mill-Politika Komuni tas-Sajd;

9.

jistieden lill-Kummissjoni biex tqis l-ispeċifiċitajiet lokali fir-rigward tad-daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni, u tippermetti l-modifika tal-Annessi V sa X fil-kuntest ta’ proċedura semplifikata u b’koordinazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

10.

jistieden lil-leġislatur biex jiżgura li jkun hemm koerenza bejn it-testi tar-Regolament dwar il-PKS, il-Pjanijiet Multiannwali u l-proposta attwali;

Approċċ ibbażat fuq il-fiduċja u l-approvazzjoni mill-partijiet interessati kollha tar-riforma

11.

iqis importanti ħafna li fir-Regolament tas-sajd tal-UE jiġi adottat approċċ ibbażat fuq il-fiduċja; il-KtR jinnota li approċċ bħal dan huwa meħtieġ ferm sabiex il-komunità tas-sajd ma tkomplix tinqata’; dawk li jfasslu l-politika għandhom ikunu kapaċi jafdaw lis-sajjieda fl-implimentazzjoni sħiħa tar-riforma, u s-sajjieda għandhom ikunu jistgħu jserrħu moħħhom li dawk li jfasslu l-politika mhux ser iwarrbuhom. Approċċ ibbażat fuq il-fiduċja jirrikjedi sforz transversali li jkun jitlob li l-partijiet interessati kollha jikkunsidraw is-sajd mhux biss mill-perspettiva ta’ kapaċità tas-sajd, sforz tas-sajd u kwoti, iżda li jinkludu elementi soċjali kif ukoll impatt ambjentali baxx u sostenibbiltà fil-ġejjieni tas-settur;

12.

jistieden lil-leġislatur jinkludi ċerti inċentivi sabiex il-konformità mar-regoli ssir għażla naturali għas-sajjieda; inċentivi bħal dawn jistgħu jkunu ta’ natura ekonomika, soċjali, amministrattiva jew ta’ tip ieħor kompatibbli mal-leġislazzjoni tal-Unjoni, u bil-kundizzjoni li jiġu sodisfatti ċerti kriterji; l-inċentivi għandhom jiġu żviluppati fi spirtu ta’ “kultura ta’ konformità u kooperazzjoni”, kif previst fl-Artikolu 36 (2)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

13.

filwaqt li jinnota li d-distribuzzjoni tal-kwoti hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri, l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet li jippermettu li s-sajjieda fuq skala żgħira jimmaniġġjaw direttament il-kwoti (1) u l-qabdiet tista’ tkun opportunità kbira għar-rimedju tal-inġustizzji storiċi għas-sajjieda fuq skala żgħira u dawk li joperaw qrib il-kosta filwaqt li jkun possibbli għalihom li jaqdu rwol akbar fil-ġestjoni tal-baħar, u jiġu żgurati kundizzjonijiet indaqs mas-sajd fuq skala akbar, u bilanċ bejn id-drittijiet u l-obbligi. Ir-responsabilizzazzjoni tas-sajjieda żgħar biex jimmaniġġjaw il-kwoti għal ċerti stokkijiet fuq il-bażi ta’ kisbiet importanti taħt kontroll strett tkun tippermetti li s-sajjieda jħossuhom bħala azzjonisti tal-assi ġestiti (il-ħut) u jitħeġġu jindukrawhom tajjeb;

14.

jappoġġja lill-Parlament Ewropew (2) fit-talba tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex iżidu b’mod gradwali l-kwoti allokati lis-sajd artiġjanali, sabiex jgħinu lil din il-forma ta’ sajd sostenibbli;

15.

tali sistema deċentralizzata għall-immaniġġjar tad-drittijiet tas-sajd għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji bażiċi li ġejjin:

1)

konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar u protezzjoni ambjentali bħala l-kundizzjoni aħħarija

2)

abbażi ta’ pariri u rakkomandazzjonijiet xjentifiċi

3)

kontroll strett u valutazzjoni kontinwa tal-implimentazzjoni

4)

flessibbiltà intrinsika biex tippermetti aġġustamenti wara l-valutazzjonijiet u fażi pilota

5)

id-drittijiet tas-sajd għandhom ikunu mfassla bħala perċentwal ta’ MSY (rendiment massimu sostenibbli) bħala inċentiv għas-sajjieda biex isegwu b’mod attiv l-irkupru tal-istokkijiet tal-ħut;

L-importanza tas-sajd fuq skala żgħira għall-komunitajiet tas-sajd żgħar Ewropej

16.

jinnota li għal bliet kostali żgħar madwar l-Ewropa s-sajd kostali fuq skala żgħira huwa parti minn ekosistema unika li tinkludi l-wirt, il-koeżjoni tal-komunità, it-turiżmu, l-ikel u l-ospitalità;

17.

jiddispjaċih li r-riforma li għaddejja bħalissa tal-PKS ma tqisx bis-sħiħ l-importanza tas-sajd kostali fuq skala żgħira bħala kustodju lokali tal-baħar b’għarfien storiku u tradizzjoni lokali, bi stil ta’ ħajja, u rabta importanti fil-ħajja soċjoekonomika fi bliet kostali;

18.

jappella lil-leġislatur u lill-Istati Membri biex jisfruttaw il-potenzjal ta’ appoġġ mhux użat u l-benefiċċji ekoloġiċi kollha favur is-sajd fuq skala żgħira li hemm fil-PKS attwali;

19.

iqis, f’dan ir-rigward, bħala sinjal pożittiv ħafna li l-proposta għal Regolament dwar miżuri tekniċi ma tkunx titlob li s-sajjieda żgħar jinvestu f’tagħmir u xbieki ġodda;

20.

jinnota li s-sajjieda fuq skala żgħira qed iħossuhom dejjem iżjed maqtugħin mit-tfassil tal-politika, l-ewwel nett minħabba l-governanza ineffettiva u r-regolazzjoni eċċessiva li ilha ġejja għexieren ta’ snin, u mbagħad minħabba r-riforma radikali li tintroduċi diversi regolamenti ġodda inklużi l-projbizzjoni fuq l-iskartar tal-ħut/l-obbligu tal-ħatt, ir-reġjonalizzazzjoni, il-pjanijiet multiannwali u bidla mill-qiegħ tal-miżuri tekniċi, ir-Regolament tal-kontroll u l-ġbir tad-data;

21.

itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-politika tas-sajd tal-UE għandha tifforma parti ċentrali ta’ strateġija tat-tkabbir blu usa’ li tqis l-ispeċifiċitajiet tas-settur tas-sajd, u anke t-tkabbir tas-setturi kollha tal-ekonomija blu inkluż l-industriji marittimi u t-turiżmu, kif ukoll l-impjieg u l-protezzjoni tal-ambjent; u li l-intraprenditorija fl-ekonomija l-blu tmur lil hinn mill-attivitajiet fl-ibħra u l-oċeani tagħna (3).

Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Kif previst taħt l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u skont l-artikolu 19(4)(c) tal-proposta attwali.

(2)  2015/2090(INI)).

(3)  NAT-V-044.


9.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 185/91


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Ir-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil

(2017/C 185/12)

Relatur:

Vincenzo BIANCO (IT/PSE)

Sindku ta’ Katanja

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (tfassil mill-ġdid)

COM(2016) 270 final

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010

COM(2016) 271 final

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmu biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat għall-identifikazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li qed jirresjiedu illegalment u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi (tfassil mill-ġdid)

COM(2016) 272 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

COM(2016) 270 final

Artikoli 3(3) u 3(5)

L-aċċess għall-proċedura tal-eżami ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

3.   Qabel japplika l-kriterji għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli f’konformità mal-Kapitoli III u IV, l-ewwel Stat Membru li fih l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet iddepożitata għandu:

3.   Qabel japplika l-kriterji għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli f’konformità mal-Kapitoli III u IV, l-ewwel Stat Membru li fih l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet iddepożitata għandu:

(a)

jeżamina jekk l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali hijiex inammissibbli skont l-Artikolu 33(2) ittri b) u c) tad-Direttiva 2013/32/UE meta pajjiż li ma jkunx Stat Membru jiġi kkunsidrat bħala l-ewwel pajjiż tal-ażil jew bħala pajjiż terz sikur għall-applikant; u

(a)

jeżamina jekk l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali hijiex inammissibbli skont l-Artikolu 33(2) ittri b) u c) tad-Direttiva 2013/32/UE meta pajjiż li ma jkunx Stat Membru jiġi kkunsidrat bħala l-ewwel pajjiż tal-ażil jew bħala pajjiż terz sikur għall-applikant; din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika fejn ir-rata medja ta’ aċċettazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal ażil għall-pajjiż ta’ oriġini tal-applikant tkun iżjed minn 33,33  % fil-livell tal-UE; u

(b)

jeżamina l-applikazzjoni bi proċedura aċċellerata skont l-Artikolu 31(8) tad-Direttiva 2013/32/UE meta japplikaw ir-raġunijiet li ġejjin:

(b)

jeżamina l-applikazzjoni bi proċedura aċċellerata skont l-Artikolu 31(8) tad-Direttiva 2013/32/UE meta japplikaw ir-raġunijiet li ġejjin:

 

(i)

l-applikant ikollu ċ-ċittadinanza ta’ pajjiż terz, jew ikun/tkun persuna apolida u kien/kienet preċedentement, abitwalment residenti f’dak il-pajjiż, indikat bħala pajjiż ta’ oriġini sikur fl-lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini sikuri stabbilita skont ir-Regolament [Proposta COM(2015) 452 tad-9 ta’ Settembru 2015]; jew

 

(i)

l-applikant ikollu ċ-ċittadinanza ta’ pajjiż terz, jew ikun/tkun persuna apolida u kien/kienet preċedentement, abitwalment residenti f’dak il-pajjiż, indikat bħala pajjiż ta’ oriġini sikur fl-lista komuni tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini sikuri stabbilita skont ir-Regolament [Proposta COM(2015) 452 tad-9 ta’ Settembru 2015]; jew

 

(ii)

l-applikant jista’, għal raġunijiet serji, jiġi kkunsidrat bħala periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru, jew l-applikant ġie espuls bil-forza għal raġunijiet serji ta’ sigurtà pubblika jew ta’ ordni pubbliku skont il-liġi nazzjonali.

 

(ii)

l-applikant jista’, għal raġunijiet serji, jiġi kkunsidrat bħala periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru, jew l-applikant ġie espuls bil-forza għal raġunijiet serji ta’ sigurtà pubblika jew ta’ ordni pubbliku skont il-liġi nazzjonali.

4.   […]

4.   […]

5.   L-Istat Membru li jkun eżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, inkluż fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3, għandu jkun responsabbli biex jeżamina kwalunkwe rappreżentazzjoni addizjonali jew applikazzjoni sussegwenti ta’ dak l-applikant skont l-Artikoli 40, 41 u 42 tad-Direttiva 2013/32/UE, irrispettivament minn jekk l-applikant ikunx ħalla jew tneħħa mit-territorju tal-Istati Membri.

5.   L-Istat Membru li jkun eżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, inkluż fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3, għandu jkun responsabbli biex jeżamina kwalunkwe rappreżentazzjoni addizjonali jew applikazzjoni sussegwenti ta’ dak l-applikant skont l-Artikoli 40, 41 u 42 tad-Direttiva 2013/32/UE, irrispettivament minn jekk l-applikant ikunx ħalla jew tneħħa mit-territorju tal-Istati Membri.

Raġuni

Irid jinstab bilanċ ġust bejn il-ħtieġa għal sistema rapida u effiċjenti u l-ħtieġa għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. L-introduzzjoni ta’ skrinjar preliminari ta’ ammissibilità, li jgħin biex tintlaħaq l-ewwel ħtieġa, m’għandhiex b’hekk twassal għal ċaħda tad-dritt għal eżami effettiva tal-merti ta’ applikazzjonijiet li saru minn dawk li ġejjin minn pajjiżi li għalihom hemm, madankollu, rata ta’ akkoljenza sinifikanti. F’dan ir-rigward għandu jiġi enfasizzat li l-maġġoranza ta’ tfal, inklużi minorenni mhux akkumpanjati, jiġu minn pajjiżi li għalihom hemm rata ta’ riċeviment ta’ madwar 50 %.

Emenda 2

COM(2016) 270 final

Artikolu 7(1)

L-Intervista personali

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Biex jiffaċilita l-proċess biex jiddetermina l-Istat Membru responsabbli, l-Istat Membru determinanti għandu jagħmel intervista personali mal-applikant, sakemm l-applikant ma jkunx ħarab jew l-informazzjoni mogħtija mill-applikant skont l-Artikolu 4(2) tkun biżżejjed biex jiġi ddeterminat l-Istat Membru responsabbli. L-intervista għandha tippermetti wkoll li tinftiehem tajjeb l-informazzjoni mogħtija lill-applikant skont l-Artikolu 6.

1.   Biex jiffaċilita l-proċess biex jiddetermina l-Istat Membru responsabbli, l-Istat Membru determinanti għandu jagħmel intervista personali mal-applikant, sakemm l-applikant ma jkunx ħarab mingħajr raġuni valida u sostanzjata jew l-informazzjoni mogħtija mill-applikant skont l-Artikolu 4(2) tkun biżżejjed biex jiġi ddeterminat l-Istat Membru responsabbli. L-intervista għandha tippermetti wkoll li tinftiehem tajjeb l-informazzjoni mogħtija lill-applikant skont l-Artikolu 6.

Raġuni

Minħabba s-severità tal-konsegwenzi ta’ ħarba prevista fil-proposta tal-Kummissjoni (ebda intervista, u proċedura ta’ eżaminazzjoni mgħaġġla), l-applikant għandu jkollu l-opportunità li jressaq raġuni sostanzjata u għalhekk jirkupra d-drittijiet kollha tiegħu.

Emenda 3

COM(2016) 270 final

Artikolu 7

L-Intervista personali

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Żid wara l-paragrafu 5:

6.   Waqt l-intervista msemmija f’dan l-Artikolu, l-applikant għandu jiġu infurmat dwar il-possibbiltà li jitlob li jiġi aċċettat fi Stat Membru partikolari (u li jelenka l-alternattivi, mhux iżjed minn tnejn). F’dan il-każ, għandhom isiru mistoqsijiet speċifiċi bl-għan li jiġu valutati l-ħiliet lingwistiċi, żjarat preċedenti, kuntatti ma’ komunitajiet tal-istess pajjiż jew tal-istess reġjun ta’ provenjenza li huma residenti legali, ħiliet professjonali u kull kriterju ieħor li huwa partikolarment relevanti mil-lat tal-utilità u biex titħaffef l-inklużjoni soċjali, anke temporanjament.

Raġuni

Sabiex jiġu evitati movimenti sekondarji, ikun aktar produttiv li tiġi aċċertata mill-bidu nett il-preferenza tal-applikant għal pajjiż wieħed jew aktar (sa massimu ta’ tlieta), kif ukoll l-għarfien, il-kuntatti u l-ħiliet li jistgħu jiffaċilitaw l-integrazzjoni tagħhom, anke jekk fuq bażi temporanja, għall-benefiċċju tal-ekwilibriju soċjali tal-pajjiż ospitanti.

Emenda 4

COM(2016) 270 final

Artikolu 8(2)

Garanziji għall-minorenni

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Kull Stat Membru fejn minorenni mhux akkumpanjat jkun obbligat li jibqa’ preżenti għandu jiżgura li rappreżentant jirraprezenta u/jew jgħin lill-minorenni mhux akkompanjat fir-rigward tal-proċeduri rilevanti stabbiliti minn dan ir-Regolament.

Kull Stat Membru għandu jiżgura li rappreżentant jirraprezenta u/jew jgħin lill-minorenni mhux akkompanjat fir-rigward tal-proċeduri rilevanti stabbiliti minn dan ir-Regolament.

Raġuni

Minħabba l-vulnerabbiltà tagħhom, l-assistenza u r-rappreżentanza għandhom dejjem jiġu garantiti lit-tfal, anke meta, għal xi raġuni jew oħra, ma jkunux preżenti fl-Istat Membru responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni tagħhom.

Emenda 5

COM(2016) 270 final

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Fejn l-applikant ikun minorenni mhux akkumpanjat, il-kriteji stabbiliti f’dan l-artikolu biss għandhom japplikaw, fl-ordni li fihom huma ppreżentati fil-paragrafi 2 sa 5.

1.   Fejn l-applikant ikun minorenni mhux akkumpanjat, il-kriteji stabbiliti f’dan l-artikolu biss għandhom japplikaw, fl-ordni li fihom huma ppreżentati fil-paragrafi 2 sa 5.

2.   L-Istat Membru responsabbli għandu jkun dak fejn membru tal-familja tal-minorenni mhux akkumpanjat ikun legalment preżenti, sakemm dan ikun fl-aħjar interessi tal-minorenni. Fejn l-applikant ikun minorenni miżżewweġ li l-konjuġi tiegħu ma jkunx legalment preżenti fit-territorju tal-Istati Membri, l-Istat Membru responsabbli għandu jkun l-Istati Membru fejn il-missier, l-omm, jew adult ieħor responsabbli għall-minuri, kemm jekk permezz tal-liġi jew bil-prattika ta’ dak l-Istat Membru, jew ħu jew oħtu jkunu legalment preżenti

2.   L-Istat Membru responsabbli għandu jkun dak fejn membru tal-familja tal-minorenni mhux akkumpanjat ikun legalment preżenti, sakemm dan ikun fl-aħjar interessi tal-minorenni. Fejn l-applikant ikun minorenni miżżewweġ li l-konjuġi tiegħu ma jkunx legalment preżenti fit-territorju tal-Istati Membri, l-Istat Membru responsabbli għandu jkun l-Istati Membru fejn il-missier, l-omm, jew adult ieħor responsabbli għall-minuri, kemm jekk permezz tal-liġi jew bil-prattika ta’ dak l-Istat Membru, jew ħu jew oħtu jkunu legalment preżenti

3.   Fejn l-applikant għandu qarib li huwa legalment preżenti fi Stat Membru ieħor u fejn ikun stabbilit, abbażi ta’ eżami individwali, li l-qarib jista’ jieħu ħsiebu jew ħsiebha, dak l-Istat Membru għandu jgħaqqad il-minorenni mal-qarib tiegħu jew tagħha u għandu jkun l-Istat Membru responsabbli, sakemm dan ikun fl-aħjar interessi tal-minorenni.

3.   Fejn l-applikant għandu qarib li huwa legalment preżenti fi Stat Membru ieħor u fejn ikun stabbilit, abbażi ta’ eżami individwali, li l-qarib jista’ jieħu ħsiebu jew ħsiebha, dak l-Istat Membru għandu jgħaqqad il-minorenni mal-qarib tiegħu jew tagħha u għandu jkun l-Istat Membru responsabbli, sakemm dan ikun fl-aħjar interessi tal-minorenni.

4.   Fejn membri tal-familja jew qraba kif imsemmijin fil-paragrafi 2 u 3 joqogħdu f’aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istat Membru responsabbli għandu jiddeċiedi fuq il-bażi ta’ x’inhu l-aħjar interess tal-persuna minorenni mhux akkumpanjata.

4.   Fejn membri tal-familja jew qraba kif imsemmijin fil-paragrafi 2 u 3 joqogħdu f’aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istat Membru responsabbli għandu jiddeċiedi fuq il-bażi ta’ x’inhu l-aħjar interess tal-persuna minorenni mhux akkumpanjata.

5.   Fl-assenza ta’ membru tal-familja jew qarib kif imsemmijin fil-paragrafi 2 u 3, l-Istat Membru responsabbli għandu jkun dak fejn il-minorenni mhux akkumpanjat jkun iddepożita l-applikazzjoni tiegħu jew tagħha  g ħall-protezzjoni internazzjonali , sakemm ma jkunx muri li dan mhux fl-aħjar interess tal-persuna minorenni.

5.   Fl-assenza ta’ membru tal-familja jew qarib kif imsemmijin fil-paragrafi 2 u 3, l-Istat Membru responsabbli għandu jkun dak fejn il-minorenni mhux akkumpanjat jinsab attwalment, sakemm ma jkunx muri li dan mhux fl-aħjar interess tal-persuna minorenni.

6.   Il-Kummissjoni ngħatat is-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 57 dwar l-identifikazzjoni ta’ membri tal-familja jew qraba tal-minorenni mhux akkumpanjat; il-kriterji biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ rabtiet familjari pprovati; il-kriterji għall-evalwazzjoni tal-kapaċità ta’ qarib li jieħu ħsieb il-minorenni mhux akkumpanjat, inkluż fil-każijiet fejn il-membri tal-familja, l-aħwa jew il-qraba tal-minorenni mhux akkumpanjat ikunu joqogħdu f’aktar minn Stat Membru wieħed; Fit-twettiq tas-setgħat tagħha li tadotta atti ddelegati, il-Kummissjoni ma għandhiex teċċedi l-ambitu tal-aħjar interessi tat-tifel/tifla kif previst taħt l-Artikolu 8(3).

6.   Il-Kummissjoni ngħatat is-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 57 dwar l-identifikazzjoni ta’ membri tal-familja jew qraba tal-minorenni mhux akkumpanjat; il-kriterji biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ rabtiet familjari pprovati; il-kriterji għall-evalwazzjoni tal-kapaċità ta’ qarib li jieħu ħsieb il-minorenni mhux akkumpanjat, inkluż fil-każijiet fejn il-membri tal-familja, l-aħwa jew il-qraba tal-minorenni mhux akkumpanjat ikunu joqogħdu f’aktar minn Stat Membru wieħed; Fit-twettiq tas-setgħat tagħha li tadotta atti ddelegati, il-Kummissjoni ma għandhiex teċċedi l-ambitu tal-aħjar interessi tat-tifel/tifla kif previst taħt l-Artikolu 8(3).

7.   Il-Kummissjoni għandha, permez ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi kondizzjonijiet uniformi għall-konsultazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami li jirreferi għaliha l-Artikolu 56(2).

7.   Il-Kummissjoni għandha, permez ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi kondizzjonijiet uniformi għall-konsultazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ eżami li jirreferi għaliha l-Artikolu 56(2).

Raġuni

Din l-emenda hija konformi mad-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (is-sentenza M. A. et, Kawża C-648/11) u għandha l-għan li tiggarantixxi li l-proċedura li tiddetermina l-Istat Membru responsabbli ma tiġix imtawla inutilment.

Emenda 6

COM(2016) 270 final

Żid Artikolu ġdid wara l-Artikolu 14

Preferenzi, ħiliet u konnessjonijiet rilevanti

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

1.   Fejn fl-intervista msemmija fl-Artikolu 7, l-applikant ikun indika l-preferenza tiegħu għal Stat Membru partikolari (b’mhux iżjed minn żewġ Stati Membri oħra bħala alternattivi) u jkun hemm fatturi sostanzjati jew kredibbli bħalma huma l-ħiliet lingwistiċi, kuntatti ma’ komunitajiet tal-istess pajjiż jew tal-istess reġjun ta’ provenjenza, ħiliet professjonali speċifiċi u opportunitajiet ta’ impjieg, jew elementi oħra meqjusa rilevanti għall-finijiet tal-integrazzjoni, anke temporanjament, skont l-informazzjoni pprovduta mill-EASO kull sena, il-pajjiż indikat għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, sakemm il-pajjiż inkwistjoni ma jkunx qabeż, fis-sena kurrenti, il-limitu ta’ 50 % tal-ammont ta’ referenza determinat skont il-formula msemmija fl-Artikolu 35.

2.   Fil-każ li l-limitu msemmi hawn fuq ikun diġà nqabeż fis-sena kurrenti, se jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, f’din l-ordni:

(a)

l-Istat Membru indikat fl-intervista bħala t-tieni preferenza, sakemm ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq, u sakemm fis-sena kurrenti ma jkunx inqabeż il-limitu msemmi fil-paragrafu preċedenti;

(b)

l-Istat Membru indikat bħala t-tielet preferenza, sakemm ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq, u sakemm fis-sena kurrenti ma jkunx inqabeż il-limitu msemmi fil-paragrafu preċedenti;

3.   Fejn il-limitu msemmi fil-paragrafu 1 ikun inqabeż anke fil-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għandu jkun stabbilit fuq il-bażi tal-artikoli susssegwenti ta’ dan il-kapitolu.

Raġuni

B’konformità mar-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji ta’ solidarjetà u distribuzzjoni ġusta u sabiex jiġu skoraġġuti movimenti sekondarji, fil-ġerarkija ta’ kriterji għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli, konnessjonijiet u possibbiltajiet ta’ integrazzjoni msemmija mill-applikant u l-kapaċitajiet ta’ akkoljenza ta’ kull pajjiż (kif determinat skont il-fattur ta’ referenza għal kull pajjiż stipulata fl-Artikolu 35) għandhom jieħdu preċedenza fuq il-pajjiż ta’ destinazzjoni. Wara kollox, dan jidher iżjed konsistenti mill-approċċ globali tal-ġerarkija ta’ kriterji stabbiliti fil-Kapitolu III (li tiffoka l-ewwel fuq kriterji marbuta mal-karatteristiċi u l-għażliet fil-ħajja tal-applikant: f’din l-ordni, l-istatus tal-minorenni, ir-rabtiet familjari u l-pussess ta’ dokumenti – anke jekk skadew inqas minn sentejn qabel – maħruġa minn Stat Membru).

Għal darb’ oħra f’konformità mal-prinċipji ta’ distribuzzjoni ġusta u solidarjetà, huwa xieraq, madankollu, li l-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju tkun limitata għal 50 % tal-kapaċità ta’ kull pajjiż, sabiex jiġi evitat, fi żminijiet ta’ influss iżgħar, li l-piż jaqa’ biss fuq il-pajjiżi li kienu meqjusal-iktar attraenti, u b’hekk il-kapaċità ta’ akkoljenza tagħhom taffaċċja piż ikbar milli tista’ ssostni.

Huwa biss meta jinqabeż il-limitu msemmi hawn fuq (u ladarba l-limiti sussegwenti msemmija fil-paragrafu 3 ikunu milħuqa) li r-responsabbiltà għall-eżami tal-applikazzjoni tibqa’ msejsa fuq l-ewwel pajjiż tal-wasla.

N.B.: In-notifika mill-EASO prevista fl-Artikolu 43 għandha titwettaq ukoll fil-każ previst fis-subparagrafu 1 ta’ din l-emenda.

Emenda 7

COM(2016) 270 final

Artikolu 28(2)

Rimedji

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal perijodu ta’ żmien ta’ 7 ijiem wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ trasferiment li fih l-applikant jew il-persuna kkonċernata jista’ jeżerċita d-dritt għal rimedju effettiv skont il-paragrafu 1.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal perijodu ta’ żmien ta’ 15-il jum wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ trasferiment li fih l-applikant jew il-persuna kkonċernata jista’ jeżerċita d-dritt għal rimedju effettiv skont il-paragrafu 1.

Raġuni

Dan għandu jkun konformi mal-prinċipju li jitħalla perjodu ta’ żmien raġonevoli, mill-inqas 14-il jum (il-każ Diouf).

Emenda 8

COM(2016) 270 final

Artikolu 34(2)

Prinċipju ġenerali

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.   Il-paragrafu 1 japplika meta s-sistema awtomatizzata msemmija fl-Artikolu 44(1) tindika li l-għadd ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li għalih Stat Membru jkun responsabbli skont il-kriterji tal-Kapitolu III, l-Artikoli 3(2) jew (3), 18 u 19, flimkien mal-għadd ta’ persuni effettivament risistemati, ikun ogħla minn 150 % tal-għadd ta’ referenza għal dak l-Istat Membru skont il-fattur imsemmi fl-Artikolu 35.

2.   Il-paragrafu 1 japplika meta s-sistema awtomatizzata msemmija fl-Artikolu 44(1) tindika li l-għadd ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li għalih Stat Membru jkun responsabbli skont il-kriterji tal-Kapitolu III, l-Artikoli 3(2) jew (3), 18 u 19, flimkien mal-għadd ta’ persuni effettivament risistemati, ikun ogħla minn 120 % tal-għadd ta’ referenza għal dak l-Istat Membru skont il-fattur imsemmi fl-Artikolu 35.

Raġuni

Il-limitu għall-attivazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ rilokazzjoni awtomatika għandu jkun iffissat f’livell li, għalkemm xorta jaqbeż il-kapaċità ta’ akkoljenza tal-Istat Membru (kif stabbilit fl-Artikolu 34(2)), jiżgura li dan il-mekkaniżmu ser ikun utli u li fil-fatt ser ikun attivat.

Il-livell propost mill-Kummissjoni (150 % tan-numru ta’ referenza ta’ kull Stat Membru) – ukoll meta wieħed iqis ir-riġidità akbar tas-sistema kollha kemm hi fid-dawl tal-bidliet proposti mill-Kummissjoni u filwaqt li titqies l-istatistika għall-aħħar tliet snin – jista’ jfisser li l-mekkaniżmu qatt ma jiġi attivat jew jiġi attivat biss, fi kwalunkwe każ, meta s-sistema ta’ akkoljenza u tal-kapaċità tal-Istati Membri li huma l-iktar esposti jkunu laħqu punt ta’ saturazzjoni, li jwassal għal tnaqqis tas-sistema sħiħa u tensjonijiet soċjali inevitabbli.

N.B.: In-notifika mill-EASO prevista fl-Artikolu 43 għandha jkollha tiġi adattata għal-limitu ġdid kif modifikat f’din l-emenda.

Emenda 9

COM(2016) 270 final

Artikolu 35

Il-fattur ta’ referenza

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Għall-finijiet tal-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni, l-għadd ta’ referenza għal kull Stat Membru għandu jiġi ddeterminata permezz ta’ fattur.

1.   Għall-finijiet tal-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni, l-għadd ta’ referenza għal kull Stat Membru għandu jiġi ddeterminata permezz ta’ fattur.

2.   Il-fattur ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ibbażat fuq il-kriterji li ġejjin għal kull Stat Membru skont iċ-ċifri tal-Eurostat:

2.   Il-fattur ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ibbażat fuq il-kriterji li ġejjin għal kull Stat Membru skont iċ-ċifri tal-Eurostat:

(a)

id-daqs tal-popolazzjoni (ponderazzjoni ta’ 50 %);

(a)

id-daqs tal-popolazzjoni tal-Istat Membru (ponderazzjoni ta’ 50 %);

(b)

il-PDG totali (ponderazzjoni ta’ 50 %);

(b)

il-PDG totali tal-Istat Membru (ponderazzjoni ta’ 50 %);

 

Il-fattur ta’ referenza tiġi korretta bi tnaqqis tal-kwota rispettiva għas-sena ta’ wara, ugwali għal 20 % tad-differenza bejn il-kwota bbażata fuq il-PDG u l-popolazzjoni u l-medja ta’ riċeviment tal-Istat Membru fit-tliet snin preċedenti, għall-pajjiżi li fit-tliet snin preċedenti rċevew, bħala medja, kwota ta’ wasliet ogħla minn dik determinata abbażi tal-punti (a) u (b).

3.   Il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu applikati skont il-formula stabbilita fl-Anness I.

3.   Il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu applikati skont il-formula stabbilita fl-Anness I.

4.   L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għandha tistabbilixxi l-fattur ta’ referenza u tadatta ċ-ċifri tal-kriterji għall-fatturi ta’ referenza kif ukoll il-fattur ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 2 kull sena, abbażi taċ-ċifri tal-Eurostat.

4.   L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għandha tistabbilixxi l-fattur ta’ referenza u tadatta ċ-ċifri tal-kriterji għall-fatturi ta’ referenza kif ukoll il-fattur ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 2 kull sena, abbażi taċ-ċifri tal-Eurostat.

Raġuni

Sabiex tiġi determinata l-kapaċità ta’ akkoljenza attwali effettiva ta’ Stat Membru, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-għadd ta’ migranti diġà riċevuti u l-impatt tal-migrazzjoni kollha kemm hi fuq in-nisġa ekonomika u soċjali tal-Istat Membru. Din l-emenda tintroduċi elementi korrettivi fil-kalkolu tal-livell tal-fattur ta’ referenza, sabiex jitnaqqas ir-riskju li jiġu ppreġudikati l-għanijiet ta’ solidarjetà u distribuzzjoni ġusta, li huma l-prijoritajiet iddikjarati fir-Regolament propost. Din l-emenda tissodisfa wkoll il-ħtieġa li jittieħed approċċ komprensiv, li jqis is-sett kollu ta’ politiki dwar l-ażil u l-kwistjoni tal-migrazzjoni kemm hi.

N.B.: Ovvjament, il-formula stabbilita fl-Anness 1 (imsemmija fil-paragrafu 3) ukoll se jkollha tiġi aġġustata skont l-element korrettiv propost f’din l-emenda.

Emenda 10

COM(2016) 270 final

Artikolu 37(3)

Solidarjetà finanzjarja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

3.   Fi tmiem il-perjodu ta’ tnax-il xahar imsemmi fil-paragrafu 2, sistema awtomatizzata għandha tikkomunika lill-Istat Membru li ma pparteċipax fil-mekkaniżmu ta’ allokazzjoni ta’ korrezzjoni l-għadd ta’ applikanti li kieku kien ikun l-Istat Membru ta’ allokazzjoni tagħhom. Dak l-Istat Membru għandu mbagħad jagħmel kontribuzzjoni ta’ solidarjetà ta’ EUR 250 000 għal kull applikant li kieku kien jiġi allokat lil dak l-Istat Membru matul il-perjodu rispettiv ta’ tnax-il xahar. Il-kontribuzzjoni ta’ solidarjetà għandha titħallas lill-Istat Membru determinat bħala responsabbli biex jeżamina l-applikazzjonijiet rispettivi.

3.   Fi tmiem il-perjodu ta’ tnax-il xahar imsemmi fil-paragrafu 2, sistema awtomatizzata għandha tikkomunika lill-Istat Membru li ma pparteċipax fil-mekkaniżmu ta’ allokazzjoni ta’ korrezzjoni l-għadd ta’ applikanti li kieku kien ikun l-Istat Membru ta’ allokazzjoni tagħhom. Dak l-Istat Membru għandu mbagħad jagħmel kontribuzzjoni ta’ solidarjetà ta’ EUR 60 000 għal kull applikant li kieku kien jiġi allokat lil dak l-Istat Membru matul il-perjodu rispettiv ta’ tnax-il xahar. Il-kontribuzzjoni ta’ solidarjetà għandha titħallas lill-Istat Membru determinat bħala responsabbli biex jeżamina l-applikazzjonijiet rispettivi.

Raġuni

L-impożizzjoni ta’ kontribuzzjoni ta’ solidarjetà fuq l-Istati Membri li jirrifjutaw rilokazzjonijiet (anke temporanjament) tidher bħala idea tajba, abbażi ta’ prinċipju sod. Madankollu, l-ammont tal-kontribuzzjoni għandu jkun stabbilit f’livell li huwa ġust u sostenibbli, sabiex l-opinjoni pubblika ma ddurx kontra l-idea, u twassal għal ċerti Stati Membri li jirrifjutaw il-prinċipju tas-solidarjetà mill-ewwel. Għalhekk, il-kontribuzzjoni għandha tiġi stabbilita f’livell (EUR 60 000) li jikkorrelata ma’ valur referenzjarju xieraq, bħal pereżempju, l-ispiża annwali medja ta’ akkoljenza u assistenza għal kull applikant inkluż l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa, immultiplikata bid-dewmien medju tal-permess mogħti lilu/lilha.

Emenda 11

COM(2016) 271 final

Artikolu 2

Kompiti

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:

L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)

[…]

(a)

[…]

(b)

[…]

(b)

[…]

(c)

tappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tas-SEKA;

(c)

tappoġġa lill-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tas-SEKA;

(d)

tgħin lill-Istati Membri b’taħriġ ta’ esperti mill-amministrazzjonijiet nazzjonali kollha, qrati u tribunali, u servizzi nazzjonali responsabbli għall-kwistjonijiet tal-ażil, inkluż l-iżvilupp ta’ kurrikulu bażiku komuni

(d)

tgħin lill-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali b’taħriġ ta’ esperti mill-amministrazzjonijiet nazzjonali kollha, qrati u tribunali, u servizzi nazzjonali responsabbli għall-kwistjonijiet tal-ażil, inkluż l-iżvilupp ta’ kurrikulu bażiku komuni

(e)

[…]

(e)

[…]

(f)

[…]

(f)

[…]

(g)

tipprovdi għajnuna operazzjonali u teknika effettiva lill-Istati Membri, b’mod partikolari meta jkunu soġġetti għal pressjoni sproporzjonata fuq is-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tagħhom

(g)

tipprovdi għajnuna operazzjonali u teknika effettiva lill-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, b’mod partikolari meta jkunu soġġetti għal pressjoni sproporzjonata fuq is-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tagħhom.

(…)

(…)

Raġuni

Peress li r-responsabbiltà għall-għoti ta’ assistenza u servizzi ta’ akkoljenza ta’ spiss hija totalment jew parzjalment mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-appoġġ tal-EASO għandu jindirizzahom ukoll.

Emenda 12

COM(2016) 271 final

Artikolu 3(2)

Id-dmir ta’ kooperazzjoni in bona fede u l-iskambju tal-informazzjoni

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.   L-Aġenzija għandha taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet tal-ażil tal-Istati Membri, mas-servizzi nazzjonali ta’ immigrazzjoni u tal-ażil u servizzi nazzjonali oħra u mal-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha mingħajr preġudizzju għal dawk attribwiti lil korpi rilevanti oħra tal-Unjoni u għandha taħdem mill-qrib ma’ dawk il-korpi u mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR).

2.   L-Aġenzija għandha taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet tal-ażil tal-Istati Membri, mas-servizzi nazzjonali ta’ immigrazzjoni u tal-ażil u servizzi nazzjonali, reġjonali u lokali oħra u mal-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha mingħajr preġudizzju għal dawk attribwiti lil korpi rilevanti oħra tal-Unjoni u għandha taħdem mill-qrib ma’ dawk il-korpi u mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR).

Raġuni

Peress li r-responsabbiltà għall-għoti ta’ assistenza u servizzi ta’ akkoljenza lill-applikanti ta’ spiss hija totalment jew parzjalment mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-EASO trid taħdem magħhom direttament ukoll.

Emenda 13

COM(2016) 272 final

Artikolu 38

Trasferiment ta’ data lil pajjiżi terzi għall-fini tar-ritorn

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Żid wara l-paragrafu 3

4.   F’ebda każ ma tista’ tiġi ttrasferita jew issir disponibbli kwalunkwe informazzjoni għal pajjiżi terzi li mhumiex meqjusa pajjiżi terzi sikuri għall-finijiet tad-Direttiva 2013/32/UE.

5.   F’ebda każ ma tista’ tingħata kwalunkwe informazzjoni lil pajjiżi terzi dwar minorenni, anke wara li jkunu laħqu l-età maġġuri.

Raġuni

Għalkemm ir-raġuni għal dan hija l-ħtieġa li jiġi ffaċilitat ir-ritorn, l-Artikolu kollu jidher li jesponi lill-applikanti għal tpattija possibbli meta jirritornaw fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, b’mod partikolari meta dawn il-pajjiżi ma jkunux jistgħu, min-naħa tagħhom, jiżguraw protezzjoni xierqa ta’ data. Fi kwalunkwe każ, il-qsim ta’ data ma’ pajjiżi terzi li mhumiex meqjusa sikuri u l-iskambju ta’ data ma’ kwalunkwe pajjiż terz rigward it-tfal, għandu minn tal-inqas jibqa’ pprojbit.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

Objettivi u u approċċ ġenerali tal-pakkett ta’ riforma

1.

jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tipproponi riforma globali tar-regoli dwar l-asil, b’enfasi fuq ir-rabta bejn il-proposti inklużi fl-ewwel pakkett, li kien ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2016, u dawk tat-tieni pakkett ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2016 (regolament dwar il-kriterji għar-rikonixximent tad-dritt għal asil; regolament li jistabbilixxi proċedura uniformi dwar l-asil; standards komuni dwar l-għajnuna); id-differenzi attwali bejn is-sistemi legali, proċedurali u ta’ għajnuna fl-Istati Membri fil-fatt jinfluwenzaw l-għażliet tal-applikanti għal asil u jżidu l-movimenti sekondarji, b’impatt fuq l-effiċjenza tas-sistema ta’ kif jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli u jsaħħu l-bżonn tal-użu tal-EURODAC u l-appoġġ tal-EASO;

2.

jilqa’ b’mod pożittiv uħud mill-objettivi tal-ewwel pakkett ta’ proposti, bħal-limitazzjoni tal-movimenti sekondarji mhux awtorizzati, distribuzzjoni aktar ġusta tal-applikanti għal asil fost l-Istati Membri, it-tisħiħ tal-EASO u t-trasformazzjoni tiegħu f’Aġenzija;

3.

jaħseb li mhuwiex biżżejjed l-approċċ adottat mill-Kummissjoni fil-proposta għal rifroma tar-Regolament ta’ Dublin, li skontu l-punti kritiċi tas-sistema huma riżultat ta’ kriżijiet straordinarji li jistgħu jiġu indirizzati bl-introduzzjoni, minn naħa, ta’ modifiki, u min-naħa l-oħra, b’miżuri ta’ tisħiħ tal-kriterju fundamentali (ir-responsabbiltà tal-ewwel pajjiż tal-wasla fl-UE); minflok, qegħdin naffaċċjaw kriżi strutturali (l-ammont ta’ talbiet fis-sena żdied bi tliet darbiet fl-aħħar tliet snin, mill-2013 sal-2015, biex jiżboq 1 200 000, ċifra li hija disa’ darbiet akbar meta mqabbel mal-1985) u l-ġestjoni ta’ emerġenza trid timxi id f’id mal-introduzzjoni ta’ sistema stabbli, effiċjeni u iżjed integrata;

4.

josserva kif, minn diversi aspetti, l-applikazzjoni tas-sistema attwali saret iżjed riġida, permezz ta’ mekkaniżmi ta’ restrizzjoni (inammissibilità; rifjut konsegwenti tal-għajnuna; proċeduri aċċellerati); għaldaqstant il-koleġislaturi huma mistiedna jivverfikaw bir-reqqa il-kompatibbiltà tal-miżuri tagħhom mad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari tal-persuni l-iżjed vulnerabbli;

5.

iqis li l-kapaċità tal-ewwel akkoljenza, il-kapaċità tal-ipproċessar fil-ħin tat-talbiet tal-applikanti u l-prevenzjoni ta’ movimenti sekondarji huma fatturi ewlenin għall-istabbiltà tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ allokazzjoni ta’ talbiet għall-asil;

6.

jirrakkomanda li l-aspetti pożittivi tal-proposta tal-Kummissjoni (twessigħ tal-kunċett ta’ familja biex jinkludi aħwa u unitajiet familjari ffurmati wara t-tluq; ir-rilevanza tad-dokumenti li nħarġu minn Stat Membru, anke jekk skadew) jiġu integrati ma’ konsiderazzjoni akbar tat-triq li ħadu biex waslu s’hawn, l-esperjenza professjonali tagħhom u l-aspirazzjonijiet tal-applikanti, sabiex il-movimenti sekondarji ma jiġux inċentivati; jenfasizza f’dal-kuntest li l-inċentivi pożittivi għandhom, fejn ikun possibbli, jiġu ppreferuti minn sanzjonijiet biex jiġu evitati movimenti sekondarji;

7.

iqis bħala pożittiv l-introduzzjoni ta’ proċeduri aċċellerati u semplifikati, filwaqt li jenfasizza, madankollu, li dawn iridu jiġu użati sabiex itejbu l-effiċjenza u l-ħeffa tas-sistema, iżda ma jistgħu qatt iwasslu għat-tnaqqis tad-drittijiet fundamentali; barra minn hekk, iqis li anke talbiet li jiġu dikjarati mhux ammissibbli jew li jiġu eżaminati bi proċedura aċċellerata jridu jiġu inklużi għall-finijiet tal-kalkolu tal-fattur ta’ referenza tal-Artikolu 36;

8.

huwa konvint li t-tliet proposti jikkonformaw mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà minħabba li jindirizzaw b’mod ċar problemi ta’ natura transnazzjonali, bħalma huma s-solidarjetà fost l-Istati Membri, il-ħolqien ta’ sistema ta’ asil aktar integrata u t-tisħiħ ta’ skambji ta’ informazzjoni bejn Stati membri. Tali għanijiet ma jistgħux jintlaħqu minn Stati Membri individwali. Barra minn hekk, il-miżuri proposti huma meħtieġa sabiex jintlaħaq l-objettiv li jiġu stabbiliti regoli uniformi applikabbli għall-Unjoni Ewropea kollha; f’dan ir-rigward, il-proposti jirrispettaw anke l-prinċipju tal-proporzjonalità.

Prinċipji ta’ gwida u mekkaniżmi korrettivi u ta’ kumpens

9.

iqis bħal progress importanti l-introduzzjoni tal-kapaċità ta’ akkoljenza ta’ kull pajjiż, bħala fattur rilevanti għall-finijiet tal-kompetenza għall-analiżi tat-talba għal protezzjoni internazzjonali, abbażi ta’ parametri oġġettivi, u diġà indikata bħala alternattiva possibbli fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ April 2016 – COM(2016) 197; jinsab diżappuntat, madankollu, li l-użu ta’ dan il-kriterju huwa totalment sekondarju, billi huwa limitat għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi;

10.

jiddispjaċih bil-fatt li fil-proposta tal-Kummissjoni l-aspirazzjonijiet tal-applikanti ma jitqiesux rilevanti lanqas fil-preżenza ta’ elementi oġġettivi (għarfien tal-lingwi, il-ħiliet, ħiliet ta’ xogħol, żjarat preċedenti) li jkunu jissuġġerixxu Stat Membru partikolari bħala destinazzjoni;

11.

jirrakkomanda għalhekk li jiġi applikat bilanċ differenti bejn il-kriterju tal-kapaċità ta’ akkoljenza (li huwa kompatibbli mal-konsiderazzjoni tal-preferenzi tal-applikant u tat-triq li ħa biex jasal safejn wasal) u tal-ewwel pajjiż ta’ destinazzjoni, fejn iż-żewġ kriterji jkollhom l-istess relevanza u filwaqt li jitqiesu, għall-finijiet tal-implimentazzjoni tagħhom fi kwalunkwe każ, bħala r-referenza ewlenija fl-Artikolu 35;

12.

jissuġġerixxi, barra minn hekk, li għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kapaċità ta’ akkoljenza reali u attwali ta’ Stat Membru, għandu jitqies ukoll l-għadd ta’ wasliet rreġistrati f’dak l-Istat, billi għandu impatt oġġettiv fuq il-kapaċità ta’ akkoljenza u ġestjoni, u li dan il-parametru jiġi integrat fl-iskema ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 35;

13.

jissuġġerixxi wkoll, dejjem sabiex jitqiesu l-kapaċità ta’ akkoljenza effettiva u attwali, li jinżamm limitu ta’ żmien biex meta jintlaħaq tintemm l-kompetenza tal-Istat Membru, li jkun eżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, biex jeżamina kwalunkwe dikjarazzjoni sussegwenti jew applikazzjonijiet sussegwenti mill-istess applikant, kif stabbilit fl-Artikolu 3(5). Dan il-limitu jista’ jiġi stabbilit għal ħames snin, perjodu konsiderevolment itwal minn dak fis-seħħ bħalissa;

14.

jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw sistemi interni affidabbli, trasparenti u ġusti għad-distribuzzjoni tal-isfida li jintlaqgħu migranti madwar it-territorji tagħhom, b’kont meħud tad-data soċjoekonomika rilevanti kif ukoll l-akkoljenza fil-passat ta’ bliet u reġjuni differenti u l-ħtiġijiet u l-prospetti tal-integrazzjoni tal-migranti, u jassistu b’mod partikolari dawk il-bliet/ir-reġjuni li ġeografikament huma esposti u għalhekk taħt pressjoni partikulari;

15.

iqis pożittiva l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu korrettiv ta’ allokazzjoni tal-applikanti għal protezzjoni internazzjonal. Josserva, madankollu, li l-limitu propost mill-Kummissjoni biex jiġi implimentat il-mekkaniżmu tant hu għoli li (meta wieħed iqis pereżempju l-istatistika tal-aħħar tliet snin) anke f’każ ta’ kriżi l-mekkaniżmu huwa fir-riskju li ma jiġix implimentat u ma jkollu l-ebda benefiċċju strutturali xorta waħda;

16.

iqis li, sabiex is-solidarjetà ma tiġix preġudikata b’żieda eċċessiva fil-piżijiet fuq l-Istati Membri, huwa essenzjali li r-regoli dwar il-migrazzjoni legali jiġu applikati b’mod effikaċi f’konformità mal-istat tad-dritt;

17.

josserva li l-kontribut ta’ solidarjetà previst għall-Istati li jissospendu b’mod temporanju l-parteċipazzjoni tagħhom fil-mekkaniżmu korrettiv awtomatiku tant hu għoli wisq u maqtugħ mill-parametri oġġettivi u ta’ ugwaljanza, bħan-nefqa għal għajnuna f’perjodu ta’ żmien speċifiku; għaldaqstant jissuġġerixxi tnaqqis, bi qbil man-nefqa medja fis-sena għal kull benefiċjarju (ikkalkolata bħala EUR 20 000 skont id-data disponibbli) u fuq it-tul medju ta’ żjara legali (permess bejn tliet snin u ħames snin);

18.

josserva wkoll li l-kontribut ta’ solidarjetà propost mill-Kummissjoni huwa limitat għall-ipoteżi ta’ awtosospensjoni mis-sistema filwaqt li xejn m’hu previst jekk ma jiġux implimentati deċiżjonijiet fir-rigward tar-rilokazzjoni jew it-teħid tal-inkarigu tal-persuni li qed ifittxu ażil jew il-benefiċjarji, minkejja li, skont id-data disponibbli, il-perċentwal tal-eżekuzzjoni huwa kompletament insuffiċjenti (madwar 25 %); jissuġġerixxi għalhekk li fil-qafas tat-tisħiħ tal-EASO u t-trasformazzjoni tiegħu f’Aġenzija, jiġu attribwiti lilu l-kompiti ta’ superviżjoni u rappurtar ta’ eżekuzzjoni insuffiċjenti anke għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea; bħala alternattiva, jitlob li jissaħħaħ il-Fond għall-Asil, l-immigrazzjoni u l-integrazzjoni, jew li jinħoloq fond ġdid ta’ solidarjetà favur l-Istati Membri u l-entitajiet reġjonali u lokali żvantaġġati mit-trasferimenti mhux mogħtija u dawk iżjed virtwużi fl-eżekuzzjoni u r-riċeviment tagħhom;

19.

jenfasizza wkoll li t-tnaqqis tal-imsemmija kontribuzzjoni ta’ solidarjetà fir-rigward tas-somma proposta mill-Kummissjoni Ewropea (kif suġġerit f’din l-opinjoni) huwa meħtieġ ukoll biex jiġu evitati nuqqas ta’ fehim u riskju li tonqos il-fiduċja taċ-ċittadini Ewropej fil-konfront tal-Unjoni Ewropea;

20.

itenni t-talba tiegħu sabiex il-fondi tal-UE rilevanti li jappoġġaw l-akkoljenza u l-integrazzjoni tal-migranti jsiru direttament aċċessibbli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali li jġorru responsabbiltajiet ewlenin f’dawn l-oqsma.

Miżuri għat-tisħiħ tas-sistema, il-proċeduri u l-iskadenzi

21.

jirrakkomanda l-eliminazzjoni tal-miżuri l-aktar stretti (bħar-rifjut ta’ assistenza, bl-esklużjoni tas-saħħa) li għandhom l-għan li jillimitaw id-drittijiet fundamentali ta’ persuni li t-talba tagħhom ġiet iddikjarata inammissibbli jew li jaslu fi Stati Membri oħra matul iż-żmien li l-applikazzjoni tiġi eżaminata fil-pajjiż responsabbli;

22.

jissuġġerixxi li xorta jinżamm limitu ta’ żmien – iżda ħafna itwal minn dak previst bħalissa (pereżempju, 5 snin minflok 12-il xahar) – li meta jispiċċa tieqaf ir-responsabbiltà tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni inizjali;

23.

jistenna li jitnaqqsu l-iskadenzi biex jiġi akkwistat l-istatus ta’ resident għal żmien twil għall-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, b’mod speċjali fil-preżenza ta’ konnessjonijiet rilevanti ma’ pajjiżi oħra barra minn dak fejn l-applikazzjoni għall-asil hija eżaminata, u li jwassal ukoll għall-probabilità ta’ diżinċentiv għal movimenti sekondarji;

24.

minħabba r-rabta bejn id-distribuzzjoni tal-applikazzjonijiet għall-asil bejn il-pajjiżi membri u l-kriterji u l-proċeduri adottati minnhom (li jħallu impatt fuq l-għażla tal-applikanti, joħolqu “tellieqa sal-qiegħ” maħsuba biex tiskoraġġixxi l-persuni milli jaslu) iqis li hija ta’ importanza ewlenija li, fil-perjodu medju, il-pajjiżi Ewropej jaslu għal rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet dwar l-asil u l-ipproċessar dirett tat-talbiet (flimkien mal-awtoritajiet tal-Istati Membri), anke min-naħa tal-Aġenzija Ewropea għall-Asil.

25.

jirrakkomanda li t-terminu “rappreżentanti tal-minorenni” fit-test legali jiġi interpretat u jkun jista’ jiġi interpretat, u emendat jekk meħtieġ, bħala “garanti” jew terminu ieħor li skont il-kuntest nazzjonali għandu jfisser persuna jew korp indipendenti tal-amministrazzjoni u maħtur mil-liġi jew minn awtorità ġudizzjarja, biss għas-salvagwardja tal-interessi tal-minorenni.

Minorenni mhux akkompanjati

26.

meta wieħed iqis id-data dwar il-wasla fl-Ewropa ta’ minorenni mhux akkompanjati (fl-2015 kien hemm 88 000 (6,7 % tal-għadd totali ta’ applikanti għall-asil), jirrakkomanda t-tisħiħ tal-istrutturi u tal-kundizzjonijiet ta’ għajnuna mogħtija lilhom (f’dan ir-rigward, hija ċertament rilevanti l-proposta għal riforma tad-Direttiva dwar il-Kondizzjonijiet ta’ Akkoljenza, li tinsab fit-tieni pakkett ta’ proposti ppreżentat fit-13 ta’ Lulju, meta wieħed jikkunsidra wkoll li ħafna drabi huma l-awtoritajiet lokali li jagħmlu tajjeb);

27.

jirrakkomanda t-tisħiħ tal-għajnuna psikoloġika u s-smigħ tal-minorenni mhux akkompanjati u li jiġi faċilitat l-aċċess tagħhom għal għajnuna legali u li tkun komprensibbli; li jiġi appoġġjat ix-xogħol tal-garanti tal-minorenni, biex jitjieb it-taħriġ u tissaħħaħ l-indipendenza anke bl-appoġġ tal-EASO u tas-soċjetà ċivili;

28.

jirrakkomanda l-promozzjoni ta’ informazzjoni u medjazzjoni kulturali adegwata fiż-żoni ta’ residenza ta’ minorenni mhux akkompanjati, anke bl-għan li jiġu evitati sens ta’ nuqqas ta’ fiduċja u ta’ diffidenza fil-konfront tagħhom;

29.

jirrakkomanda li jinstabu rotot alternattivi ta’ tranżizzjoni mill-perspettiva ta’ ritorn immedjat meta jilħqu l-età maġġuri (wara li tkun ingħatat protezzjoni temporanja ġenerali) u b’kont meħud ta’ kwalunkwe mogħdijiet edukattivi eventwali li jkunu għażlu;

30.

iqis li m’għandux ikun hemm preċedenza fuq il-prinċipju li l-minorenni ma jiġux mċaqalqa minn fejn ikunu għandu jinżamm anke meta jinsabu fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta’ dħul, wara movimenti sekondarji mhux awtorizzati;

31.

iqis li l-protezzjoni u l-assistenza għandhom jinżammu wkoll fil-każ li l-età tal-minorenni hija dubjuża, sakemm jitressqu appelli u t-tilwima legali ma tiġix deċiża.

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil

32.

iqis bħala pożittiv il-fatt li l-Aġenzija Ewropea għall-Asil (illum il-ġurnata EASO) ngħatat il-kompiti ta’ għajnuna teknika u operattiva u ta’ taħriġ u l-introduzzjoni tal-possibbiltà ta’ intervent (Artikolu 16) anke fin-nuqqas ta’ talba min-naħa ta’ Stat Membru, jekk titqiegħed pressjoni straordinarju fuqu (Artikolu 22);

33.

jitlob li jkun hemm titjib fil-puntwalità, l-omoġenizzazzjoni u l-kompletezza tad-data trażmessa lill-Eurostat, taħt is-superviżjoni tal-EASO, inklużi, fost l-oħrajn, dawk dwar il-perċentwal ta’ detenzjonijiet bl-għan ta’ trasferiment jew ritorn u motivazzjonijiet relatati, dwar il-perċentwal tat-trasferimenti effettwati u l-istatistika dwar il-minorenni;

34.

jissuġġerixxi li jiġu investiti aktar riżorsi fis-sistemi ta’ akkoljenza u integrazzjoni fl-Istati Membri, ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali, filwaqt li tingħata preferenza għall-attivazzjoni diġà matul il-proċedura tal-asil, kif ukoll il-kondiviżjoni ta’ soluzzjonijiet u prattiki tajbin, bl-appoġġ tal-EASO, anke bejn l-awtoritajiet lokali;

35.

jirrakkomanda t-tisħiħ tal-kooperazzjoni transkonfinali fl-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri, ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali u fit-traċċabbiltà ta’ rabtiet familjari;

36.

jirrakkomanda t-tisħiħ tal-Hotspots sabiex tiġi żgurata l-puntwalità u l-korrettezza tal-proċeduri ta’ trasferiment previsti f’dan ir-Regolament.

Eurodac

37.

jappoġġja kemm it-tnaqqis (minn 14 għal 6 snin) tal-età tal-minorenni biex jiġu reġistrati previst fil-proposta dwar EURODAC, meta wieħed iqis l-għadd kbir ta’ persuni li l-għajbien tagħhom jiġi rimarkat tard wisq, kif ukoll il-kondiviżjoni tad-data ma’ aġenziji Ewropej u awtoritajiet tal-Istati Membri; iżda jqis li għandha tibqa’ projbita l-kondiviżjoni ta’ data ma’ pajjiżi terzi, bil-kontra ta’ dak propost mill-Kummissjoni.

Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


9.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 185/105


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-migrazzjoni legali

(2017/C 185/13)

Relatur:

Olgierd GEBLEWICZ (PL/EPP), Marixxall tal-Provinċja tal-Pomeranja tal-Punent.

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ impjieg b’ħiliet għolja.

COM(2016) 378 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Artikolu 2(h)

Test Propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

“kwalifiki ta’ edukazzjoni ogħla” tfisser kwalunkwe diploma, ċertifikat jew evidenza oħra ta’ kwalifiki formali maħruġa minn awtorità kompetenti li jagħtu prova tat-tlestija b’suċċess ta’ programm ta’ edukazzjoni ogħla post-sekondarja jew ta’ edukazzjoni terzjarja ekwivalenti, jiġifieri sett ta’ korsijiet ipprovduti minn stabbiliment edukattiv rikonoxxut bħala istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla jew istituzzjoni ta’ edukazzjoni terzjarja ekwivalenti mill-Istat fejn jinsab, fejn l-istudji meħtieġa għall-kisba ta’ dawk il-kwalifiki jdumu mill-inqas tliet snin u jkunu jikkorrespondu mill-inqas għal livell 6 ta’ ISCED 2011 jew għal livell 6 tal-EQF, skont il-liġi nazzjonali;

“kwalifiki ta’ edukazzjoni ogħla” tfisser kwalunkwe diploma, ċertifikat jew evidenza oħra ta’ kwalifiki formali maħruġa minn awtorità kompetenti li jagħtu prova tat-tlestija b’suċċess ta’ programm ta’ edukazzjoni ogħla post-sekondarja jew ta’ edukazzjoni terzjarja ekwivalenti, jiġifieri sett ta’ korsijiet ipprovduti minn stabbiliment edukattiv rikonoxxut bħala istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla jew istituzzjoni ta’ edukazzjoni terzjarja ekwivalenti mill-Istat fejn jinsab, fejn l-istudji meħtieġa għall-kisba ta’ dawk il-kwalifiki jdumu mill-inqas tliet snin u jkunu jikkorrespondu mill-inqas għal livell 6 ta’ ISCED 2011 jew għal livell 6 tal-EQF, skont il-liġi nazzjonali; proċeduri addizzjonali biex jiġi stabbilit il-livell tal-edukazzjoni u l-ħiliet tagħhom isiru għal persuni bl-istatus ta’ refuġjati residenti fit-territorju tal-UE li m’għandomx id-dokumenti meħtieġa biex jagħtu prova tal-kwalifiki tagħhom;

Raġuni

Huwa meħtieġ li dan il-kunċett jiġi ddefinit mill-ġdid, sabiex jitqies il-fatt li għadd potenzjalment kbir ta’ refuġjati ma jkunux jistgħu jiddokumentaw il-kwalifiki professjonali tagħhom. Id-dispożizzjonijiet proposti tad-Direttiva jeħtieġu approċċ iktar flessibbli għal din il-kwistjoni milli fil-preżent. Il-KtR jiġbed l-attenzjoni, f’dan il-kuntest, għal dokumenti eżistenti li jistabbilixxu l-esperjenza akkumulata f’dan il-qasam, b’mod partikolari is-sett ta’ strumenti għall-profil tal-ħiliet għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li bħalissa qed jiġi ppreparat, kif propost fl-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa. Ġie propost ukoll li jsir użu tal-esperjenza tar-reġjuni Ewropej f’dan il-qasam.

Emenda 2

Artikolu 2(i)

Test Propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

“ħiliet professjonali ogħla” tfisser ħiliet attestati minn mill-inqas tliet snin ta’ esperjenza professjonali ta’ livell komparabbli għal kwalifiki ta’ edukazzjoni ogħla u li hija rilevanti fil-professjoni jew fis-settur speċifikat fil-kuntratt tax-xogħol jew fl-offerta vinkolanti ta’ impjieg;

“ħiliet professjonali ogħla” tfisser ħiliet attestati minn mill-inqas tliet snin ta’ esperjenza professjonali ta’ livell komparabbli għal kwalifiki ta’ edukazzjoni ogħla u li hija rilevanti fil-professjoni jew fis-settur speċifikat fil-kuntratt tax-xogħol jew fl-offerta vinkolanti ta’ impjieg; l-Istati Membri jitolbu proċeduri addizzjonali biex tiġi stabbilita l-esperjenza professjonali għal persuni bl-istatus ta’ refuġjati residenti fit-territorju tal-UE li m’għandomx id-dokumenti meħtieġa biex jagħtu prova tal-ħiliet professjonali ta’ livell ogħla;

Raġuni

Ara l-punt ta’ qabel.

Emenda 3

Artikolu 6(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw applikazzjoni għal Karta Blu tal-UE biex jiżgura reklutaġġ etiku f’setturi li jbatu minn nuqqas ta’ persunal kwalifikat fil-pajjiżi tal-oriġini.

L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw applikazzjoni għal Karta Blu tal-UE biex jiżgura reklutaġġ etiku f’setturi li jbatu minn nuqqas ta’ persunal kwalifikat fil-pajjiżi tal-oriġini. Sabiex jiġi żgurat li d-dimensjoni etika hija kkunsidrata fil-proċess ta’ reklutaġġ, l-Istati Membri għandhom jirreferu għall-istandards żviluppati minn organizzazzjonijiet internazzjonali, bħal dawk tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni jew is-sistema ta’ monitoraġġ IRIS.

Raġuni

Kwistjonijiet etiċi huma partikolarment importanti fil-kuntest ta’ reklutaġġ ta’ ħaddiema b’ħiliet professjonali għolja. Dan minħabba li d-domanda minn min iħaddem fl-Ewropa hija ta’ spiss għal xogħlijiet fejn il-ħaddiema huma meħtieġa wkoll f’pajjiżi terzi minħabba skarsezzi kbar ta’ ħiliet. Eżodu enormi u mhux ikkontrollat jista’ jwassal għal deterjorament fit-tul fis-sitwazzjoni soċjo-ekonomika fil-pajjiżi ta’ oriġini u b’hekk effettivament jiżdied il-potenzjal ta’ migrazzjoni. Qed jiġi propost li d-dispożizzjonijiet dwar ir-reklutaġġ etiku jiġu supplimentati bi prinċipji prattiċi mfassla, fost oħrajn, minn organizzazzjonijiet internazzjonali. F’dan ir-rigward, għandha tinġibed l-attenzjoni dwar l-inizjattiva ta’ Alleanza pubblika-privata għal reklutaġġ ġust u etiku (PPA) tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) u dwar is-sistema ta’ monitoraġġ IRIS.

Emenda 4

Artikolu 12(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Impjegaturi rikonoxxuti: L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jipprevedu proċeduri ta’ rikonoxximent għall-impjegaturi skont il-liġi nazzjonali jew il-prattika amministrattiva tagħhom għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ proċeduri ssimplifikati għall-kisba ta’ Karta Blu tal-UE.

Meta Stat Membru jiddeċiedi li jipprevedi proċeduri ta’ rikonoxximent, huwa għandu jipprovdi informazzjoni ċara u trasparenti lill-impjegaturi kkonċernati dwar, fost l-oħrajn, il-kundizzjonijiet u l-kriterji għall-approvazzjoni, il-perjodu ta’ validità tar-rikonoxximent u l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet, inklużi l-irtirar u n-nuqqas ta’ tiġdid possibbli, kif ukoll kwalunkwe sanzjoni applikabbli.

Impjegaturi rikonoxxuti: L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jipprevedu proċeduri ta’ rikonoxximent għall-impjegaturi skont il-liġi nazzjonali jew il-prattika amministrattiva tagħhom għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ proċeduri ssimplifikati għall-kisba ta’ Karta Blu tal-UE. Dawn il-kriterji għandhom jieħdu kont tal-aspetti etiċi tal-proċess ta’ reklutaġġ (speċjalment l-esperjenza preċedenti ta’ kumpanija li timpjega ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’ħiliet għoljin), u se titfassal lista ta’ kumpaniji bil-parteċipazzjoni ta’ istituzzjonijiet reġjonali u lokali.

Meta Stat Membru jiddeċiedi li jipprevedi proċeduri ta’ rikonoxximent, huwa għandu jipprovdi informazzjoni ċara u trasparenti lill-impjegaturi kkonċernati dwar, fost l-oħrajn, il-kundizzjonijiet u l-kriterji għall-approvazzjoni, il-perjodu ta’ validità tar-rikonoxximent u l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet, inklużi l-irtirar u n-nuqqas ta’ tiġdid possibbli, kif ukoll kwalunkwe sanzjoni applikabbli.

Raġuni

Huwa propost li jinżdiedu kundizzjonijiet speċifiċi sabiex jinkiseb l-istatus ta’ “impjegatur rikonoxxut”, filwaqt li titqies id-dimensjoni reġjonali/lokali kif ukoll l-aspetti etiċi ta’ reklutaġġ. Il-Kumitat tar-Reġjuni jissuġġerixxi li titfassal lista ta’ kumpaniji ta’ dan it-tip li jibbenefikaw minn proċeduri semplifikati, bl-involviment tal-korpi lokali u reġjonali, u li jiġu kkunsidrati l-aspetti etiċi tar-reklutaġġ.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

Rakkomandazzjonijiet ġenerali

1.

ifaħħar l-isforzi tal-istituzzjonijiet tal-UE biex tiġi żgurata provvista adegwata ta’ ħaddiema b’ħiliet għolja permezz tat-tisħiħ tal-istandards tal-UE u bil-ħolqien ta’ proċedura li tipprovdi aċċess għas-suq tax-xogħol tal-UE għal dawn il-migranti. F’dan il-kuntest, is-soluzzjonijiet proposti huma pass fid-direzzjoni t-tajba u, għallinqas sa ċertu punt, rispons għall-kritika tad-Direttiva fis-seħħ;

2.

iqis li l-ħolqien u l-promozzjoni ta’ mezzi effettivi għal dħul legali/dokumentat ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandha tibqa’ waħda mill-prijoritajiet tal-politika tal-migrazzjoni fil-livell tal-UE, tal-Istati Membri u dak reġjonali. F’dan ir-rigward, qafas legali aħjar għal migranti bi kwalifiki għolja huwa parti importanti mill-iżvilupp meħtieġ ta’ politika komprensiva tal-UE dwar il-migrazzjoni bbażata fuq il-prinċipji tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-obbligi internazzjonali u s-solidarjetà;

3.

huwa tal-fehma li l-għan fit-tul tal-Unjoni Ewropea li tibqa’ attur globali kompetittiv jeħtieġ il-ħolqien u l-modifika ta’ strateġija komprensiva sabiex jiġi attirati l-kapital uman, kif ukoll l-investimenti finanzjarji minn pajjiżi terzi. L-aħħar element huwa importanti għal kull sistema ekonomika li tixtieq tkabbar l-innovazzjoni, il-livell ta’ teknoloġija u l-kompetittività tagħha. Madankollu, huwa partikolarment importanti fil-kuntest demografiku li qed jesperjenzaw xi Stati Membri u l-problemi li qed jiffaċċjaw is-swieq tax-xogħol tal-UE;

4.

jinnota li l-UE diġà qed ikollha tiffaċċja skarsezzi strutturali ta’ ħaddiema f’ċerti setturi, u li x-xejriet demografiċi sfavorevoli se jaggravaw dawn in-nuqqasijiet. Fl-istess ħin, l-Unjoni Ewropea attwalment qiegħda lura fit-tellieqa għat-talenti ma’ atturi globali bħall-Istati Uniti, il-Kanada u l-Awstralja;

5.

jirrimarka li l-miżuri għar-reklutaġġ ta’ ħaddiema minn pajjiżi terzi ma jistgħux u ma għandhomx jissostitwixxu investimenti fuq skala kbira u fit-tul fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għal residenti tal-UE. Meta jitqies il-fatt li ħafna pajjiżi, speċjalment il-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant, jiffaċċjaw il-fenomenu tal-eżodu ta’ mħuħ (emigrazzjoni tal-ħiliet), li tpoġġi lil pajjiż/reġjun f’riskju ta’ depopolazzjoni u l-emigrazzjoni ta’ intellettwali, dan l-investiment għandu jkun immirat iktar lejn impjiegi identifikati bħala ta’ importanza strateġika jew impjiegi li għandhom skarsezzi u għandu jintuża biex jiġu żviluppati miżuri strateġiċi għal dawk li jixtiequ jitħarrġu f’dawn l-oqsma;

6.

jilqa’ l-proċess ta’ konsultazzjoni wiesgħa li akkumpanja l-abbozzar tal-verżjoni attwali tad-Direttiva, iżda jinsab imħasseb li ftit li xejn sar fil-livell reġjonali, li jinvolvi l-awtoritajiet reġjonali u lokali, li għandhom l-aħjar għarfien tal-ħtiġijiet tas-swieq tax-xogħol lokali u reġjonali;

7.

josserva wkoll li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol kruċjali fl-għoti ta’ servizzi pubbliċi għall-immigranti, f’termini ta’ aċċess għas-suq tax-xogħol, kif ukoll id-dimensjonijiet ta’ integrazzjoni (l-edukazzjoni, l-akkomodazzjoni, il-kura tas-saħħa, eċċ.);

8.

jenfasizza li istituzzjonijiet reġjonali għandhom rwol ewlieni fl-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol kif ukoll fid-defininizzjoni ta’ kundizzjonijiet li jeħtieġu l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ salvagwardja (test tas-suq tax-xogħol). Barra minn hekk, madankollu, dawn l-istituzzjonijiet jistgħu joħolqu klima pożittiva għall-miżuri proposti u l-massa kritika meħtieġa biex tgħolli l-profil tal-proċedura tal-Karta l-Blu;

Valutazzjoni tal-arranġamenti attwali

9.

jinnota li l-miżuri introdotti fl-2009 ma ssodisfawx l-aspettattivi. Raġuni waħda għal dan kienet li s-sistemi nazzjonali tħallew jeżistu flimkien ma’ dawk introdotti permezz tad-Direttiva;

10.

jinnota li l-esperjenza tal-passat fl-implimentazzjoni tal-proċedura tal-Karta l-Blu turi li, filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea qed tipprova tqiegħed il-politika ta’ migrazzjoni u l-miżuri settorjali fuq bażi Ewropea, l-Istati Membri jibqgħu impenjati li jżommu u jippromovu soluzzjonijiet nazzjonali;

11.

jinnota li r-regoli li ġew introdotti fl-2009 fil-biċċa l-kbira ma laħqux il-ħtiġijiet u l-aspettattivi la tal-migranti u lanqas ta’ min iħaddem u minflok komplew iżidu ma’ sistema frammentata fl-UE, b’nuqqas ġenerali ta’ drittijiet għal ħaddiema bi kwalifiki għolja u għall-familji tagħhom, bi spejjeż għolja għall-applikanti, għal min iħaddem u għall-amministrazzjonijiet nazzjonali kif ukoll b’viżibilità baxxa tas-sistema barra l-UE, li b’hekk ma tagħmiliex attraenti;

Il-miżuri proposti – riskji potenzjali u n-nuqqasijiet

12.

jilqa’ l-proposti biex jitnaqqsu l-livelli limiti tal-introjtu, jiġu introdotti strumenti li jippromovu l-mobbiltà interna, jiġi faċilitat l-aċċess għal permessi ta’ residenza fit-tul u j ittieħedkont tal-migranti li diġà jgħixu fl-UE;

13.

jistaqsi, fid-dawl ta’ kompetizzjoni dejjem tikber għat-talent, jekk fis-sistema Ewropea tal-migrazzjoni għandhiex tiġi kkunsidrata l-integrazzjoni ta’ elementi ta’ sistema xprunata mill-provvista jew bbażata fuq il-punti (PBS) jew sistema ibrida, ispirata minn dik ta’ pajjiżi li huma iktar effettivi biex jattiraw ħaddiema b’ħiliet għolja (l-Awstralja, il-Kanada);

14.

jenfasizza li, għal individwi bi kwalifiki għolja, fatturi bħal aċċess għal opportunitajiet ta’ karriera, aċċess għal tagħmir, lingwa ta’ komunikazzjoni u xogħol adattat għall-kwalifiki għandhom rwol importanti fid-deċiżjonijiet tagħhom. Il-Kumitat tar-Reġjuni huwa mħasseb li l-miżuri proposti għadhom jieħdu ftit kont ta’ dawn il-kwistjonijiet;

15.

jilqa’ r-rikonoxximent li l-Karta l-Blu tista’ tingħata mhux biss lil ħaddiema li jaslu fl-UE, iżda wkoll lil dawk li diġà qegħdin hemm;

16.

fl-istess ħin, madankollu, iqis li hija meħtieġa kjarifika dwar ir-raġuni għalfejn din l-alternattiva għandha tkun disponibbli biss għal refuġjati rikonoxxuti. Id-Direttiva proposta teskludi b’mod espliċitu minn din il-possibbiltà l-ħaddiema staġjonali u stazzjonati, kif ukoll persuni li l-applikazzjoni tagħhom għal status ta’ refuġjat hija pendenti. Filwaqt li jifhem ir-raġunijiet politiċi għal din id-deċiżjoni, il-Kumitat tar-Reġjuni jqis li t-twittija tat-triq għal impjieg li jaqbel mal-kwalifiki għal kategoriji oħra ta’ persuni li jgħixu fl-UE tista’ twassal għal perspettivi aktar stabbli għall-migranti u l-impjegaturi u, għaldaqstant, użu aħjar tal-kapital uman;

17.

jirrimarka li l-miżuri għar-reklutaġġ ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fi professjonijiet li jeħtieġu ħiliet ta’ livell għoli għandhom jimmiraw mhux biss li jattiraw immigranti iżda wkoll biex jinħolqu l-kundizzjonijiet favorevoli biex jibqgħu fl-UE u jintegraw b’mod effettiv;

18.

jissuġġerixxi li l-kwistjoni tal-impjieg ta’ ħaddiema b’ħiliet għolja għandha tiġi trattata b’mod olistiku u komprensiv, allinjat mal-loġika tal-proċess ta’ migrazzjoni: mir-reklutaġġ, permezz ta’ rikonoxximent u identifikazzjoni tal-ħiliet, sa integrazzjoni effettiva u l-libertà ta’ moviment eventwali fi ħdan is-suq tax-xogħol tal-UE;

19.

fil-kuntest tal-miżuri proposti, iqis li hemm bżonn li jiġi żviluppat metodu uniku, u aċċettat b’mod ġenerali għall-ġbir ta’ data dwar id-domanda għal ħaddiema b’ħiliet għolja f’diversi tipi ta’ xogħol u swieq tax-xogħol. L-istabbiliment ta’ mekkaniżmi biex jimtlew il-lakuni fis-swieq tax-xogħol tal-Istati Membri b’mod iktar effettiv mil-lum se jeħtieġ żvilupp ulterjuri ta’ inizjattivi bħalma huma l-portal EURES, il-EuroPass u l-azzjoniijet attwalment maħsuba taħt l-Aġenda għall-Ħiliet Ġodda, li tagħmilha possibbli li jitlaqqgħu flimkien l-impjegaturi li qed ifittxu persuni li qed ifittxu xogħol u l-ħaddiema prospettivi b’ħiliet adegwati. Jenfasizza r-rwol ewlieni potenzjali tar-reġjuni Ewropej fil-ġbir ta’ din it-tip ta’ data;

20.

hu mħasseb li l-miżuri proposti jistgħu ma jieħdux kont biżżejjed ta’ gradwati żgħażagħ, li l-livell ta’ qligħ tagħhom ma jkunx biżżejjed biex jissodisfa l-kriterji stabbiliti fid-Direttiva;

21.

jenfasizza li l-kwistjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki – u l-aspetti prattiċi ta’ dan il-proċess – se jkunu partikolarment rilevanti fil-każ ta’ kategorija ta’ persuni li għall-ewwel darba qed isiru benefiċjarji potenzjali tal-iskema: refuġjati rikonoxxuti u dawk li ngħataw il-protezzjoni sussidjarja. Jista’ jkun mistenni li fil-każ ta’ dawn il-persuni ser ikun partikolarment diffiċli u kumpless li jinstabu provi tal-kwalifiki;

22.

jenfasizza li għandha tingħata aktar attenzjoni lil kwistjonijiet etiċi relatati mar-reklutaġġ ta’ ħaddiema b’ħiliet għolja minn pajjiżi terzi u li għandhom jinstabu metodi effettivi biex jiġi evitat eżodu ta’ mħuħ minn pajjiżi inqas żviluppati li diġà għandhom livelli baxxi ta’ kapital uman;

23.

jipproponi li ssir analiżi fil-fond u affidabbli tal-ħruġ ta’ ħaddiema b’ħiliet għolja minn pajjiżi terzi u l-impatt potenzjali ta’ eżodu ta’mħuħ. Ir-riżultati ta’ dan l-istudju għandhom jintużaw biex jiġu żviluppati azzjonijiet komuni – mill-UE u mill-pajjiżi ta’ oriġini tal-migranti – bl-għan li jiġu evitati l-effetti negattivi tal-migrazzjoni u, fejn ikun possibbli, li jinħolqu soluzzjonijiet ta’ vantaġġ għal kulħadd (win-win-win) (migrazzjoni li tkun ta’ benefiċċju għall-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ destinazzjoni, kif ukoll għall-migranti nnifishom);

24.

jirrimarka li kwalunkwe proċess tal-migrazzjoni huwa fenomenu kumpless, b’diversi livelli, fejn kemm il-pajjiżi ta’ destinazzjoni u l-pajjiżi ta’ oriġini tal-migranti għandhom rwol ewlieni. Fost affarijiet oħra fil-kuntest tal-kwistjonijiet etiċi enfasizzati hawn fuq, jappella għal djalogu aħjar u kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u dawk tal-pajjiżi ta’ oriġini tal-immigranti u l-pajjiżi ta’ tranżitu, ukoll fuq livell reġjonali u lokali. Fuq il-bażi ta’ strumenti tal-liġi internazzjonali pubblika, din il-kooperazzjoni għandha tagħmel użu mill-korpi u l-pjattaformi eżistenti bħall-ARLEM, u l-CORLEAP, Task Force dwar l-Ukrajna, il-kumitati konsultattivi konġunti u l-gruppi ta’ ħidma; fl-appoġġ għal mekkaniżmi ta’ migrazzjoni ċirkolari għandha tintuża l-esperjenza tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ;

25.

iqis li l-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, billi l-għan – biex tikkompeti fil-kompetizzjoni internazzjonali għal ħaddiema b’ħiliet għolja – ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri meta jaġixxu waħedhom, iżda, minħabba l-iskala, jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-UE. Il-miżuri proposti ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex tittejjeb il-kapaċità tal-UE biex tattira u żżomm ċittadini ta’ pajjiż terz b’livell għoli ta’ ħiliet, kif ukoll biex tittejjeb il-mobbiltà u ċ-ċirkolazzjoni tagħhom bejn l-impjiegi fi Stati Membri differenti, u jħallu ċerta flessibbiltà għall-Istati Membri biex jadattaw l-iskema għas-sitwazzjoni nazzjonali tagħhom. Il-proposta, għaldaqstant, tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità;

Ir-rwol tar-reġjuni

26.

jenfasizza li l-konsegwenzi soċjoekonomiċi ta’ migrazzjoni, bħall-impatt tagħha fuq il-funzjonament tas-swieq tax-xogħol u fl-oqsma soċjali u kulturali, jinħassu l-aktar fil-livell reġjonali u lokali. Bl-istess mod, il-kompetittività aggregata tal-Ewropa tista’ titqies bħala kunċett astratt; li jgħodd huwa li jiġu żgurati l-kompetittività u livell għoli ta’ innovazzjoni fil-bliet u r-reġjuni Ewropej, bi tkomplija fuq ix-xogħol ta’ kuljum li jitwettaq minn organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u mit-tielet settur;

27.

jirrimarka li l-introduzzjoni ta’ perspettiva reġjonali fid-diskussjoni tal-miżuri proposti tenfasizza diversi kontradizzjonijiet. Waħda minnhom hija li filwaqt li immigranti bi kwalifiki għoljin jistgħu jinġibdu lejn l-aktar reġjuni żviluppati, il-preżenza tagħhom tista’ tkun l-iżjed mixtieqa f’reġjuni li mhumiex f’pożizzjoni li joffrulhom kundizzjonijiet attraenti ta’ xogħol u ta’ residenza;

28.

jilqa’ b’sodisfazzjon iż-żamma tal-miżuri ta’ salvagwardja li jistgħu jiġi introdotti f’każ ta’ deterjorament fis-suq tax-xogħol f’pajjiż partikolari;

29.

jenfasizza, f’kuntest lokali u reġjonali, l-importanza partikolari ta’ mistoqsija li mhijiex indirizzata biżżejjed mill-proposta tal-Kummissjoni: kif tinżied l-effettività tal-miżuri ta’ integrazzjoni u kif tintuża l-aħjar prattiki eżistenti f’dan il-qasam;

30.

jipproponi li r-rwol tal-imsieħba lokali u reġjonali jitqies f’kuntesti varji, bħal f’relazzjoni ma: l-istabbilment ta’ sistemi mgħaġġlin sperimentali fi sħubija mar-reġjuni, il-pajjiżi u s-settur privat; il-kondivizzjoni effettiva tal-aħjar prattiki, speċjalment b’rabta mar-rikonoxximent ta’ kwalifiki u t-tnaqqis ta’ diskrepanzi strutturali u żieda fl-effettività tal-integrazzjoni; u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet li jiżguraw l-aħjar tlaqqigħ bejn il-kwalifiki formali u l-ħtiġijiet tas-swieq lokali u reġjonali;

31.

jenfasizza l-bżonn li tiġi stabbilita relazzjoni aktar diretta ma’ kumpaniji, mil-lat ta’ komunikazzjoni, fejn jiġu involuti l-kumpaniji stess fl-iżvilupp ta’ inizjattivi, bl-għan li jipprovdu l-impjiegi;

Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA