ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 173

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
31 ta' Mejju 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

 

il-523 Sessjoni Plenarja tal-KESE fit-22 u d-23 ta' Frar 2017

2017/C 173/01

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Edukazzjoni ta’ kwalità għolja għal kulħadd (Opinjoni esploratorja)

1

2017/C 173/02

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-Evalwazzjoni ta’ nofs it-term tal-programm LIFE (Opinjoni esploratorja)

7

2017/C 173/03

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-Effettività tal-fondi FSE u FEAD bħala parti mill-isforzi tas-soċjetà ċivili biex tindirizza l-faqar u l-esklużjoni soċjali skont l-Istrateġija Ewropa 2020 (Opinjoni fuq inizjattiva proprja)

15

2017/C 173/04

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Ir-rwol tal-agrikoltura fin-negozjati kummerċjali bilaterali u reġjonali fid-dawl tal-laqgħa ministerjali tad-WTO f’Nairobi (Opinjoni fuq inizjattiva proprja)

20


 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

 

il-523 Sessjoni Plenarja tal-KESE fit-22 u d-23 ta' Frar 2017

2017/C 173/05

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar Mekkaniżmi għas-Soluzzjoni tat-Tilwim dwar it-Tassazzjoni Doppja fl-Unjoni Ewropea[COM(2016) 686 final – 2016/0338 (CNS)]

29

2017/C 173/06

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro[COM(2016) 726 final] u dwar Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Lejn pożizzjoni fiskali pożittiva għaż-żona tal-euro[COM(2016) 727 final]

33

2017/C 173/07

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi għall-provvista ta’ assistenza addizzjonali lill-Istati Membri affettwati minn diżastri naturali[COM(2016) 778 final — 2016/0384 (COD)]

38

2017/C 173/08

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-istrumenti ta’ dejn mhux garantiti fil-ġerarkija tal-insolvenza[COM(2016) 853 final — 2016/0363 (COD)]

41

2017/C 173/09

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa –Naħdmu flimkien biex insaħħu l-kapital uman, l-impjegabbiltà u l-kompetittività[COM(2016) 381 final] dwar il-Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-Istabbiliment ta’ Garanzija tal-Ħiliet[COM(2016) 382 final — 2016/0179 (NLE)] dwar il-Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja u li tħassar ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja[COM(2016) 383 final — 2016/0180 (NLE)] dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas komuni għall-għoti ta’ servizzi aħjar għall-ħiliet u l-kwalifiki (Europass), u li tħassar id-Deċiżjoni 2241/2004/KE[COM(2016) 625 final — 2016/0304 (COD)] dwar il-Titjib tal-ħiliet tal-persuni fis-suq tax-xogħol [Opinjoni esploratorja (Il-Presidenza Maltija)]

45

2017/C 173/10

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Strateġija Ewropea għal mobbiltà b’emissjonijiet baxxi[COM(2016) 501 final]

55

2017/C 173/11

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar L-istabbiliment tal-Garanzija tal-EFSD u tal-Fond ta’ Garanzija tal-EFSD[COM(2016) 586 final]

62

2017/C 173/12

Opinioni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar It-twaqqif ta’ Qafas ta’ Sħubija ġdid ma’ pajjiżi terzi skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni[COM(2016) 385 final]

66

2017/C 173/13

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment — Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017[COM(2016) 725 final]

73

2017/C 173/14

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 87/217/KEE, id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u Direttiva 94/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-regoli ta’ proċedura fir-rappurtar fil-qasam tal-ambjent u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE[COM(2016) 789 final — 2016/0394 COD]

82


MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

il-523 Sessjoni Plenarja tal-KESE fit-22 u d-23 ta' Frar 2017

31.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/1


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Edukazzjoni ta’ kwalità għolja għal kulħadd”

(Opinjoni esploratorja)

(2017/C 173/01)

Relatur:

Benjamin RIZZO

Talba mill-Presidenza Maltija tal-Kunsill

16.9.2016

Bażi legali

L-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

 

 

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza

Adottata fis-sezzjoni

3.2.2017

Adottata fil-plenarja

22.2.2017

Sessjoni plenarja Nru

523

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

207/1/5

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Il-KESE:

1.1.

iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu impenn akbar fil-qasam tal-edukazzjoni ta’ kwalità għolja sabiex ilkoll jilħqu l-għanijiet tal-UE għall-2020 u dawk tan-NU għall-2030;

1.2.

jisħaq dwar l-importanza ta’ edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità għolja ffinanzjati mill-istat u għal kulħadd, filwaqt li jenfasizza r-rilevanza ta’ edukazzjoni liċ-ċittadini dwar id-drittijiet tal-bniedem, dwar ir-rwol tagħhom bħala ċittadini u dwar it-tisħiħ tal-valuri Ewropej fil-programmi edukattivi kollha tal-Istati Membri;

1.3.

jappella għal appoġġ aktar qawwi għall-edukazzjoni bikrija tat-tfal (li hija deċiżiva għall-kisba tal-lingwa, is-soċjalizzazzjoni, l-adattament għall-edukazzjoni primarja u l-edukazzjoni ulterjuri) u għat-tagħlim tul il-ħajja (li huwa deċiżiv għal integrazzjoni b’suċċess fis-soċjetà u fid-dinja tax-xogħol);

1.4.

jenfasizza l-ħtieġa li jinħolqu opportunitajiet ta’ taħriġ għal studenti li jħallu l-iskola ta’ età żgħira, ħaddiema b’livell baxx ta’ ħiliet u ħaddiema migranti, u li jiġu rikonoxxuti r-riżultati mill-edukazzjoni mhux formali u informali;

1.5.

iqis li l-isfidi marbuta mal-futur tax-xogħol u mad-diġitalizzazzjoni huma temi kruċjali li l-UE u l-Istati Membri għandhom jiddedikaw spazju importanti għalihom fid-dibattitu politiku u fid-djalogu soċjali dwar l-edukazzjoni ta’ kwalità għolja għal kulħadd;

1.6.

iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex ifittxu aktar sinerġiji u strateġiji maqbula mifruxa mal-UE kollha fil-qasam tal-edukazzjoni;

1.7.

ifakkar lill-Kummissjoni Ewropea (KE) u lill-Istati Membri li l-għalliema u l-persunal tal-edukazzjoni jeħtieġu appoġġ fl-isforzi tagħhom biex itejbu l-aspetti kollha tal-iżvilupp professjonali tagħhom u b’hekk itejbu l-prestazzjoni tal-impjieg tagħhom. Għaldaqstant jirrakkomanda l-investiment fil-kwalifiki tal-għalliema u l-persunal tat-taħriġ, filwaqt li jsir sforz biex jiġi żgurat bilanċ bejn is-sessi fir-reklutaġġ, u li jingħataw xogħol stabbli u anke kundizzjonijiet għall-iżvilupp tal-karriera u salarji tajbin għalihom kollha;

1.8.

jappella favur użu aktar effettiv tal-Fondi Ewropej, speċjalment tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE), u l-Orizzont 2020, biex jappoġġjaw edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità, appoġġ lit-talent, riċerka u innovazzjoni.

2.   Kummenti ġenerali

2.1.

Il-KESE jinnota bi pjaċir kbir li l-Presidenza Maltija għażlet it-tema ta’ “Edukazzjoni ta’ kwalità għolja għal kulħadd” bħala waħda globali u talbet lill-KESE jħejji opinjoni esploratorja dwar il-kwistjoni. L-Ewropa m’għandhiex tinsa r-rwol essenzjali li l-edukazzjoni ta’ kwalità għolja għal kulħadd taqdi fl-iżvilupp ta’ soċjetà Ewropea impenjata li tħares id-drittijiet u l-valuri fundamentali. Malta qed timmira li tippromovi l-inklużjoni fid-diversità fl-edukazzjoni formali u mhux formali billi jingħataw rotot ta’ tagħlim ġusti u varjati. F’dan is-sens, Malta organizzat ġimgħa edukattiva f’Jannar 2017 li kienet tiffoka fuq “ugwaljanza u tagħlim” u “edukazzjoni diġitali”.

2.2.

Il-KESE jinnota wkoll bi pjaċir li fis-7 ta’ Diċembru l-KE ppreżentat tliet Komunikazzjonijiet taħt it-titolu “Inizjattiva taż-Żgħażagħ” (1). Din l-Opinjoni tiffoka fuq il-Komunikazzjoni dwar it-titjib u l-immodernizzar tal-edukazzjoni: Edukazzjoni ta’ kwalità għolja għal kulħadd. Barra dan, bħala r-rappreżentant tas-soċjetà ċivili Ewropea fil-livell tal-UE, il-KESE jistenna li jiġi kkonsultat u li jaqdi rwol attiv f’kull żvilupp ulterjuri marbut ma’ dawn l-inizjattivi. Madankollu, bħala l-ewwel reazzjoni, il-KESE jibża’ li l-valur ta’ dawn l-inizjattivi jista’ jintilef meta jkunu għadhom qed japplikaw miżuri ta’ awsterità għal ħafna membri tas-soċjetajiet tagħna, u jfixkluhom milli jibbenefikaw bis-sħiħ minn edukazzjoni ta’ kwalità għolja.

2.3.

Minkejja li l-edukazzjoni tibqa’ prerogattiva tal-gvernijiet nazzjonali, il-KESE jemmen li l-UE għandha tuża l-influwenza u l-kapaċità finanzjarja tagħha biex tgħin lill-Istati Membri jinvestu aktar f’edukazzjoni ta’ kwalità għolja għal kulħadd.

3.   Kummenti speċifiċi

3.1.    Edukazzjoni ta’ kwalità

3.1.1.

L-edukazzjoni ta’ kwalità tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ nisa u rġiel liberi, kritiċi, konxji, attivi u indipendenti, li kapaċi jipparteċipaw fil-progress tas-soċjetajiet fejn jgħixu u jifhmu l-valuri komuni tal-libertà u s-solidarjetà. Din toħloq ukoll il-bażi li tippermetti lill-persuni jindirizzaw l-isfidi tad-dinja tax-xogħol.

3.1.2.

L-impenn għal edukazzjoni ta’ kwalità jitlob azzjonijiet konkreti, bħalma huma:

it-titjib tal-appoġġ għall-edukazzjoni bikrija tat-tfal (li hija deċiżiva għall-kisba tal-lingwa, is-soċjalizzazzjoni, l-adattament għall-edukazzjoni primarja u l-edukazzjoni ulterjuri) u għat-tagħlim tul il-ħajja (li huwa deċiżiv għal integrazzjoni b’suċċess fis-soċjetà u fid-dinja tax-xogħol);

l-iżgurar li l-edukazzjoni tkun tindirizza l-isfidi tal-globalizzazzjoni, id-diġitalizzazzjoni u l-isfidi fid-dinja tax-xogħol;

il-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ għal studenti li jħallu l-iskola ta’ età żgħira, ħaddiema b’livell baxx ta’ ħiliet u ħaddiema migranti, mingħajr ma jitwarrab il-litteriżmu diġitali;

l-iżgurar li l-ħiliet marbutin mal-għażla tal-informazzjoni jiġu żviluppati bħala parti mill-proċess edukattiv;

ir-rikonoxximent tar-riżultati mill-edukazzjoni mhux formali u informali;

il-promozzjoni ta’ alleanzi bejn l-atturi edukattivi l-aktar varji, bl-involviment tal-komunità edukattiva kollha;

it-titjib u l-investiment fit-taħriġ tal-bidu u dak fuq il-post tax-xogħol għall-għalliema u l-persunal tal-edukazzjoni;

ir-rivalutazzjoni tal-professjoni tal-għalliema u l-għoti ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol u pagi aħjar;

l-iżgurar li l-politiki adottati biex jindirizzaw il-kriżi ekonomika u d-dejn sovran ma jipperikolawx l-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ kwalità;

l-investiment f’infrastruttura u għodod ta’ edukazzjoni aħjar, pereżempju ICT;

it-titjib tal-investiment pubbliku f’edukazzjoni, riċerka u taħriġ vokazzjonali ta’ kwalità tajba u t-tkomplija tal-appoġġ u l-finanzjament lill-programm Erasmus +;

l-użu aħjar tal-Fondi Ewropej, speċjalment tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE), u l-Orizzont 2020, biex jappoġġjaw edukazzjoni u taħriġ ta’ kwalità, riċerka u innovazzjoni;

it-tisħiħ ta’ opportunitajiet ta’ mobbiltà mifruxa mal-UE kollha għal studenti, akkademiċi, għalliema, persunal tat-taħriġ u riċerkaturi, li għandhom ikunu jistgħu jqattgħu ħin fi Stat Membru ieħor – dan għandu jkun japplika mhux biss għall-edukazzjoni formali imma wkoll għal sistemi mhux formali, taħriġ vokazzjonali u apprendistati;

il-ħidma biex jinstabu aktar sinerġiji u strateġiji maqbula mifruxa mal-UE kollha fil-qasam tal-edukazzjoni; u

il-promozzjoni tal-kooperazzjoni u tad-djalogu bejn il-kumpaniji, is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u l-fornituri tagħhom bl-għan li jiġu identifikati il-ħtiġijiet ta’ ħiliet u sabiex jiġi promoss l-impjieg.

3.2.    Edukazzjoni u drittijiet tal-bniedem

3.2.1.

Il-KESE jemmen li, filwaqt li għan ewlieni tal-edukazzjoni huwa l-iżvilupp tal-persuni kif jingħad hawn fuq, it-taħriġ huwa dixxiplina u attività aktar rilevanti għal għanijiet operattivi u huwa relatat mill-qrib mal-iżvilupp u l-inklużjoni fid-dinja tax-xogħol. Il-KESE diġà wera d-differenzi u l-konnessjonijiet bejn l-edukazzjoni u t-taħriġ, li huma ċertament relatati iżda għandhom l-għanijiet proprji tagħhom. F’bosta Opinjonijiet, il-KESE kkontribwixxa sabiex l-edukazzjoni tiġi rikonoxxuta bħala dritt fundamentali tal-bniedem, ġid pubbliku u responsabbiltà primarja tal-gvernijiet.

3.2.2.

Id-Dikjarazzjoni dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni (iffirmata mill-Ministri tal-Edukazzjoni f’Pariġi f’Marzu 2015, wara l-attakki li seħħew fi Franza u fid-Danimarka) tiddikjara li l-UE tafferma mill-ġdid id-determinazzjoni li turi solidarjetà b’appoġġ għall-valuri fundamentali li jinsabu fil-qalba tal-UE: ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà (inkluża l-libertà tal-espressjoni), id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt, u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem.

3.2.3.

Sfortunatament, fl-2016 il-vjolenza minn firxa ta’ kuntesti differenti (li jinkludu gruppi politiċi tal-lemin estrem li jiddefendu proposti ksenofobiċi u razzisti, it-terroriżmu abbażi ta’ argumenti reliġjużi, u r-rifjut qawwi ta’ refuġjati li jaħarbu mill-gwerra u l-kunflitt) reġa’ kellha konsegwenzi ta’ tbatija. L-edukazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u għaċ-ċittadinanza, kif ukoll dwar il-valuri tal-UE, għalhekk għandha tissaħħaħ fil-programmi edukattivi kollha tal-Istati Membri;

3.2.4.

F’dan is-sens, l-Istati Membri għandhom iżidu dimensjonijiet ġodda għall-edukazzjoni: ir-rabtiet tagħha mad-drittijiet fundamentali u mal-futur tax-xogħol u għandha tkun ta’ tħejjija għat-tibdil kulturali u funzjonali li jirriżulta mill-iżviluppi ambjentali, kif ukoll jiżguraw li t-taħriġ ikun adatt għall-kompiti u l-ħiliet meħtieġa f’ekonomija tal-iżvilupp sostenibbli.

3.2.5.

Waħda mill-isfidi tal-edukazzjoni moderna hija l-kapaċità li wieħed ilaħħaq mal-informazzjoni (“il-litteriżmu tal-informazzjoni”). L-aċċess għall-informazzjoni huwa dritt taċ-ċittadini, iżda kif wieħed juża l-informazzjoni hija kwistjoni kumplessa. L-għażla, l-interpretazzjoni u l-użu tal-informazzjoni huma kapaċitajiet li jistgħu u għandhom jissawru permezz tal-edukazzjoni, b’tali mod li jibbenefikaw minnhom l-individwi u s-soċjetà. Il-litteriżmu tal-informazzjoni huwa wieħed mill-kriterji ta’ edukazzjoni ta’ kwalità għolja.

3.3.    Il-kriżi ekonomika, il-faqar, l-esklużjoni soċjali

3.3.1.

Rapport tal-Eurostat jiddikjara li fl-2015, madwar 25 miljun tifel u tifla u 26 % tal-popolazzjoni ta’ bejn 0 u 17-il sena, fl-UE kienu f’riskju […] [ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali]. […] Fl-2015 aktar minn terz tat-tfal kienu fir-riskju [ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali] […] f’6 Stati Membri: ir-Rumanija, il-Bulgarija, il-Greċja, l-Ungerija, Spanja, u l-Italja. L-akbar żieda seħħet fil-Greċja (minn 28,7 % fl-2010 għal 37,8 % fl-2015, jiġifieri 9,1 punti ta’ persentaġġ oħra. Din id-data inkwetanti turi b’mod ċar ir-rabta bejn il-kriżi u ż-żieda fil-faqar.

3.3.2.

L-aktar rapporti reċenti tal-UE dwar is-settur tal-edukazzjoni jipprovdu evidenza addizzjonali dwar kwistjoni li tidher f’ħafna analiżijiet u dikjarazzjonijiet preċedenti tas-soċjetà ċivili: li l-faqar huwa marbut mill-qrib mal-isfond soċjoekonomiku u kulturali tal-familji u l-gruppi soċjali. L-Eurostat jiddikjara li l-proporzjon ta’ tfal f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali fl-UE jonqos iktar ma jitjieb il-livell edukattiv tal-ġenituri tagħhom. Fl-2015, kważi 2/3 (65,5 %) tat-tfal kollha li l-ġenituri tagħhom kellhom livell baxx ta’ edukazzjoni (mhux aktar minn livell baxx ta’ edukazzjoni sekondarja) kienu fir-riskju tal-faqar […] meta mqabbla ma’ 30,3 % ta’ tfal li jgħixu ma’ ġenituri li kellhom livell medju ta’ edukazzjoni […] u 10,6 % tat-tfal mal-ġenituri b’livell ogħla ta’ edukazzjoni.

3.3.3.

Il-faqar fl-edukazzjoni, jew il-proporzjon ta’ żgħażagħ li ma jilħqux standards minimi fl-edukazzjoni, huwa wieħed mill-akbar sfidi fl-Ewropa llum. Min-naħa l-oħra, minħabba l-kriżi ekonomika u limitazzjonijiet baġitarji u fiskali stretti, il-kwalità tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ qed tmur għall-agħar, filwaqt li qed jiżdied ir-riskju ta’ faqar u esklużjoni u jiġi mhedded il-prinċipju ta’ edukazzjoni pubblika ta’ kwalità għolja għal kulħadd.

3.3.4.

Minkejja li xi pajjiżi Ewropej iddeċidew li jnaqqsu l-baġits tal-edukazzjoni, ibaxxu s-salarji tal-persunal, jillimitaw ir-reklutaġġ tal-persunal, jieqfu mill-bini ta’ skejjel, jew ma jallokawx riżorsi suffiċjenti għall-manteniment ta’ infrastruttura sikura u abitabbli fl-istabbilimenti edukattivi, din ix-xejra għandha titreġġa’ lura. Fl-2014, in-nefqa pubblika fuq l-edukazzjoni kienet biss ta’ 1,1 % f’termini reali, u għaxar Stati Membri naqqsu l-infiq tagħhom fl-2014 meta mqabbel mal-2013 (2). Għalhekk, il-KESE jħeġġeġ lill-gvernijiet nazzjonali biex jikkunsidraw mill-ġdid u jimmodifikaw il-programmi ta’ awsterità li jistgħu jolqtu ħażin ħafna l-implimentazzjoni tal-impenji li saru fil-livell Ewropew u internazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni, bħall-Aġendi tal-2020 u l-2030.

3.4.    L-edukazzjoni u l-futur tax-xogħol

3.4.1.

Il-futur tax-xogħol huwa tema kruċjali li għandha tingħata pożizzjoni ewlenija fid-dibattitu politiku u d-djalogu soċjali dwar l-edukazzjoni ta’ kwalità għolja. Barra dan, iċ-ċaqliq enormi qed ifassal mill-ġdid il-mod kif jitwettaq ix-xogħol. Ir-riżultat huwa li minkejja li qed iġġib opportunitajiet ġodda billi tbiddel l-innovazzjonijiet f’impjiegi ġodda, id-dinja tax-xogħol issa hija kkaratterizzata minn livelli għolja ta’ nuqqas ta’ prevedibbiltà kemm għall-ħaddiema kif ukoll għan-negozji. U, flimkien ma’ opportunitajiet pożittivi ġodda, it-tranżizzjonijiet li qed iġġib magħha r-rivoluzzjoni diġitali jkabbru saħansitra aktar is-sens ta’ inċertezza u kumplessità. Kif iddikjarat fl-ewwel Monitoraġġ tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ li tfassal mill-Kummissjoni ta’ Juncker, “It-tħejjija tal-persuni biex jiksbu impjieg hija biss parti mill-istampa. L-edukazzjoni għandha rwol daqstant ieħor importanti fil-ħolqien ta’ soċjetà aħjar”. Madankollu, illum il-ġurnata, anke l-aktar ħaddiema kwalifikati jistgħu jitilfu l-impjieg tagħhom. Għalkemm kruċjali, l-edukazzjoni u t-taħriġ fihom innifishom ma għadhomx garanzija ta’ impjieg tajjeb, stabbli u mħallas tajjeb. Barra dan, l-inugwaljanzi fis-suq tax-xogħol jidhru li saru tħassib li għandu jiġi indirizzat b’mod adatt.

3.4.2.

L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali qed isiru dejjem aktar importanti għall-ġlieda kontra l-qgħad u dawn għandhom jittejbu u jsiru aktar aċċessibbli u rilevanti. Għandhom jiġu allokati riżorsi umani u finanzjarji adatti biex tiġi żgurata l-kwalità tar-riżultati tal-edukazzjoni u l-impjegabbiltà tal-persuni konċernati.

3.4.3.

Rapport ta’ evalwazzjoni tal-KE dwar l-investimenti taħt il-Fond Soċjali Ewropew matul il-perjodu 2007-2013 juri li sal-aħħar tal-2014, mill-inqas 9,4 miljun resident Ewropew sabu impjieg u 8,7 miljun kisbu kwalifika jew ċertifikat. 13,7-il miljun parteċipant irrapportaw riżultati pożittivi oħrajn, bħal livelli ogħla ta’ ħiliet. Din l-aħbar pożittiva għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiġġieldu kontinwament kontra l-qgħad fl-Ewropa, li l-livell tiegħu għadu għoli f’ħafna minnhom.

3.4.4.

Il-KESE jirrakkomanda wkoll lill-UE u lill-Istati Membri jinvestu aktar fir-riċerka u l-innovazzjoni biex jinħolqu aktar impjiegi u impjiegi aħjar għall-futur.

3.4.5.

Għad hemm distakk fil-pagi abbażi tal-ġeneru. F’Novembru 2015, il-Kummissarju Věra Jourová qalet li: “In-nisa għadhom qegħdin jaħdmu kważi xahrejn b’xejn kull sena, minħabba li l-pagi medji fis-siegħa għan-nisa huma 16,4 % inferjuri għal dawk tal-irġiel. L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hija waħda mill-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea, iżda din il-ġurnata tfakkarna li mhijiex waħda mir-realtajiet fundamentali tagħha.” Minħabba l-femminilizzazzjoni tas-settur tal-edukazzjoni, is-salarji għandhom jiġu rieżaminati u l-opportunitajiet tal-karriera għandhom jittejbu.

3.5.    L-edukazzjoni pubblika

3.5.1.

L-Istati Membri għandhom jaffermaw mill-ġdid ir-rwol tal-edukazzjoni pubblika biex jinkisbu ugwaljanza u koeżjoni soċjali. Meta titqies l-aktar data riċenti tal-UE dwar il-faqar u r-riskju ta’ esklużjoni soċjali, ma tistax ma ssirx enfasi fuq l-importanza tal-edukazzjoni pubblika biex jinħolqu soċjetajiet aktar ġusti.

3.5.2.

L-edukazzjoni ta’ kwalità għolja għandha tingħata b’mod ekwu fuq bażi mingħajr skop ta’ qligħ. Il-gvernijiet għandhom ir-responsabbiltà primarja li jiżguraw riżorsi adatti għal edukazzjoni b’aċċessibbiltà għal kulħadd permezz ta’ tassazzjoni ġusta u progressiva, kif ħadu impenn li jagħmlu fil-livelli internazzjonali u Ewropej. L-investiment fl-edukazzjoni, speċjalment fl-edukazzjoni pubblika, għandu jsir prijorità politika.

3.5.3.

Peress li mhux il-ħaddiema kollha għandhom l-għodod biex ikunu reżiljenti għar-riskji soċjetali, personali u professjonali, huwa kruċjali l-aċċess għal opportunitajiet pubbliċi għat-titjib fil-ħiliet u għat-tagħlim ta’ ħiliet ġodda u l-aċċess għal protezzjoni soċjali tul il-ħajja tal-individwu. Bħala r-rappreżentant tas-soċjetà ċivili fil-livell tal-UE, il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu u jingħataw aktar fondi għal faċilitajiet pubbliċi għat-taħriġ ta’ persuni qiegħda u ħaddiema migranti.

3.5.4.

Il-KESE jqis ukoll li l-imsieħba soċjali u l-komunità edukattiva għandhom jingħataw setgħat ta’ monitoraġġ u jivvalutaw l-effettività tan-nefqa pubblika fl-edukazzjoni.

3.6.    Id-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv

3.6.1.

Madwar l-Ewropa, id-djalogu soċjali fis-settur tal-edukazzjoni qed jiffaċċja għadd ta’ sfidi, minħabba fatturi interni u esterni. Aktar tħassib ekonomiku dirett wassal biex id-djalogu soċjali jaqbad it-triq tan-niżla fl-aġenda politika. In-nuqqas ta’ djalogu soċjali effettiv huwa rifless fil-fatt li d-deċiżjonijiet li jolqtu lill-persunal edukattiv u lill-komunità tal-iskola ta’ spiss jittieħdu mingħajr konsultazzjonijiet formali mal-imsieħba soċjali. F’ħafna pajjiżi, l-ambitu tan-negozjar naqas proprju meta suppost qed jiġi estiż biex jindirizza l-bosta sfidi ġodda li qed tiffaċċja l-komunità edukattiva.

3.6.2.

Għalhekk, il-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-imsieħba soċjali biex isaħħu l-korrelazzjoni bejn id-djalogu soċjali nazzjonali u dak Ewropew u biex jiddiskutu kif jestendu l-ambitu tan-negozjar kollettiv. Id-djalogu soċjali Ewropew fis-settur tal-edukazzjoni huwa kruċjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 u tal-Aġenda 2030, għax dan ilaqqa’ flimkien l-impjegaturi u l-ħaddiema Ewropej f’dan il-qasam biex b’hekk ikunu jistgħu jiftiehmu kif jindirizzaw l-isfidi li qed jiffaċċja s-settur. Il-komunità edukattiva kollha (ġenituri, studenti, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, eċċ.) għandha tkun involuta wkoll.

3.7.    L-ICT fl-edukazzjoni

3.7.1.

F’dawn l-aħħar snin, id-dinja nbidlet minn ekonomija xprunata l-aktar mill-produzzjoni għal waħda orjentata lejn is-servizzi. Il-ħolqien tal-għarfien sar fattur ta’ valur kritiku kemm għall-produzzjoni kif ukoll għas-servizzi.

3.7.2.

It-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni fid-dinja globalizzata biddlet l-integrazzjoni ekonomika u l-interdipendenza fil-livelli kollha. Barra minn hekk, it-trasformazzjoni diġitali qed tiġġenera bidliet kbar fl-industriji u s-servizzi. Dan jinkludi t-tranżizzjoni minn impjieg tradizzjonali għal impjiegi diġitali. L-ICT tintuża f’ħafna modi. Tipprovdi wkoll appoġġ għal netwerks virtwali soċjali u/jew politiċi. B’dan il-mod, l-ICT taqdi rwol dejjem akbar għas-soċjalizzazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ.

3.7.3.

Għalkemm l-ICT joffru opportunitajiet f’ħafna oqsma, tiftaħ ukoll il-bieb għal perikli reali, bħalma huma iċ-ċiberkriminalità, il-kontenut perikoluż u ta’ ħsara, aktar kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi, kif ukoll tippermetti s-sorveljanza teknoloġika u l-użu ħażin tad-data personali. Il-protezzjoni tad-data personali u s-sigurtà tal-informazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni jkunu jeħtieġu jiġu indirizzati minn strateġija Ewropea. Barra dan, diversi pajjiżi Ewropej għandhom strateġiji nazzjonali fis-seħħ biex jippromovu l-użu tal-ICT f’oqsma differenti, inkluż strateġija speċifika ddedikata għall-edukazzjoni, iżda għad hemm lakuni kbar fl-implimentazzjoni.

3.7.4.

L-introduzzjoni ta’ apparat diġitali fl-edukazzjoni hija tema ewlenija għall-komunità edukattiva u s-soċjetà. Fl-Aġenda Diġitali tagħha u fil-Qafas Strateġiku għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2020, il-Kummissjoni Ewropea enfasizzat il-ħtieġa għal approċċi innovattivi fit-tagħlim u l-edukazzjoni fl-Istati Membri sabiex jittejbu l-ħiliet diġitali u sabiex il-ħaddiema jitħejjew għall-impjiegi diġitali tal-futur. L-istudji tar-riċerka u r-rapporti mill-OECD u l-Unesco jagħtu l-istess indikazzjoni: il-bżonn inerenti li jiġi żgurat li l-istabbilimenti tal-edukazzjoni jkunu mgħammra biex jużaw l-ICT fit-tagħlim u li jittejbu l-kompetenzi fit-tagħlim b’rabta mal-użu pedagoġiku tal-ICT fil-livelli kollha tal-edukazzjoni biex isawru l-futur.

3.7.5.

L-integrazzjoni ta’ teknoloġija ġdida fl-edukazzjoni tista’ trawwem il-ħiliet li huma meħtieġa għall-adattament għal teknoloġija li qed tinbidel b’pass mgħaġġel u tħejji l-istudenti għat-tagħlim tul il-ħajja u ċittadinanza demokratika attiva. Madankollu, filwaqt li l-ICT fl-edukazzjoni għandhom il-potenzjal li jtejbu t-tagħlim u l-edukazzjoni, dawn jippreżentaw ukoll bosta sfidi għall-għalliema u l-istudenti, bħal kif jissemmew f’din l-Opinjoni.

3.7.6.

Fl-aħħar nett, għandu jiġu nnotat li, jekk l-UE trid li żżomm pożizzjoni fuq quddiem nett fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u r-riċerka xjentifika, din għandha ssaħħaħ l-investiment tagħha fl-appoġġ lit-talent, ir-riċerka u l-innovazzjoni.

3.8.    L-għalliema, l-arkitetti tal-futur

3.8.1.

Huwa magħruf sew li l-għalliema jaqdu rwol ewlieni biex l-inizjattivi u l-programmi edukattivi jirnexxu jew ifallu. Il-KESE jistieden lill-awtoritajiet u l-istabbilimenti edukattivi biex jipprovdu appoġġ pedagoġiku u tekniku formali u kontinwu għall-għalliema, biex jgħinhom jadattaw għal sistemi diġitali ġodda u biex jiġi evitat li l-użu tal-ICT iwassal għal deterjorament fil-kundizzjonijiet tax-xogħol. Il-KESE jirrakkomanda l-investiment fil-kwalifiki tal-għalliema u l-persunal tat-taħriġ, sforz biex jiġi żgurat bilanċ bejn is-sessi fir-reklutaġġ billi jingħażlu dawk li huma l-aħjar fil-kategorija tal-professjoni tagħhom, u li jingħataw xogħol stabbli u kundizzjonijiet għall-iżvilupp tal-karriera u salarji tajbin għalihom kollha.

3.8.2.

Peress li l-istandards nazzjonali tat-teknoloġija edukattiva huma mistennija jinbidlu drammatikament, ir-rappreżentanti tal-persunal tal-edukazzjoni għandhom jiġu kkonsultati meta l-awtoritajiet nazzjonali tal-edukazzjoni jkunu qed jippjanaw strateġiji u programmi ġodda li jkunu jirrappreżentaw sfida għax-xogħol ta’ kuljum tagħhom. Suġġetti bħalma huma r-reġistrazzjoni mill-midja, il-manipulazzjoni tal-midja, il-preżentazzjoni u l-pubblikazzjoni mill-midja, l-iżvilupp tas-siti web, ir-reġistrazzjoni tad-data, it-trattament tal-bażijiet tad-data, il-ġbir ta’ informazzjoni, l-ambjent kollaborattiv u l-iskambju tal-fajls għandhom jiġu integrati fit-taħriġ tal-bidu u dak ta’ fuq il-post tax-xogħol. Huwa essenzjali li kull għalliem ikun imħarreġ sabiex jikseb dawn il-ħiliet u l-kompetenzi.

3.8.3.

Il-KESE jirrakkomanda wkoll li l-Istati Membri jiffaċilitaw l-opportunitajiet ta’ mobbiltà tal-għalliema u l-persunal edukattiv meta jivvjaġġaw lejn Stati Membri differenti, filwaqt li jippreżervaw id-drittijiet għall-pensjoni u s-sigurtà soċjali tagħhom sabiex it-tagħlim u t-taħriġ isiru professjoni aktar attraenti għall-ġenerazzjonijiet iżgħar.

Brussell, it-22 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Georges DASSIS


(1)  COM(2016) 940 final, COM(2016) 941 final, u COM(2016) 942 final.

(2)  Education & Training Monitor 2015.


31.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/7


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-“Evalwazzjoni ta’ nofs it-term tal-programm LIFE”

(Opinjoni esploratorja)

(2017/C 173/02)

Relatur:

Lutz RIBBE

Konsultazzjoni

25.8.2016

Bażi ġuridika

Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

 

 

Deċiżjoni tal-Bureau

15.3.2016

 

 

Sezzjoni responsabbli

L-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent

Adottata fis-sezzjoni

6.2.2017

Adottata fil-plenarja

23.2.2017

Sessjoni tal-plenarja Nru

523

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

169/25/18

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-KESE jtenni (1) t-talba tiegħu u jinsisti fuq iż-żamma u t-titjib ta’ programm ta’ finanzjament indipendenti tal-UE għall-ambjent, il-ħarsien u t-titjib tal-bijodiversità, l-effiċjenza fir-riżorsi, l-iżvilupp sostenibbli, il-komunikazzjoni u l-informazzjoni, kif ukoll il-promozzjoni ta’ organizzazzjonijiet ambjentali mhux governattivi.

1.2.

Fl-aħħar 25 sena, il-programm LIFE kien fundamentali għall-politika ambjentali Ewropea, u qed isir ukoll dejjem aktar fundamentali għall-politika tas-sostenibbiltà. Dan jista’ jiġi ġustament deskritt bħala element indispensabbli tal-politika ambjentali tal-UE, li ġiet imsaħħa b’mod sinifikanti mill-programm LIFE.

1.3.

Dan seħħ f’żewġ modi. Il-proġetti LIFE kkontribwew

(a)

b’mod dirett għall-kisba ta’ suċċessi diretti u perċettibbli; b’hekk, pereżempju, ċerti speċi li jinsabu f’riskju ta’ estinzjoni, li huma protetti mil-leġislazzjoni tal-UE, huma protetti minn estinzjoni diretta permezz ta’ proġetti ffinanzjanti mill-programm LIFE;

(b)

juru lill-popolazzjoni lokali liema huma l-benefiċċji tal-politika ambjentali tal-UE u x’inhu l-użu ta’ din il-politika għall-bnedmin, l-ambjent u n-natura. Għalhekk, il-Programm LIFE sar “medjatur” bejn il-politika tal-UE u l-“Ewropa taċ-ċittadini u tar-reġjuni”. Dan huwa ta’ importanza partikolari fi żminijiet fejn qed titqajjem dejjem aktar ta’ spiss il-kwistjoni dwar x’valur miżjud għandha l-Ewropa.

1.4.

Il-programm LIFE, li l-adattament kontinwu tiegħu għal sfidi ġodda huwa partikolarment rikonoxxut, wera wkoll li s-soċjetà ċivili għandha potenzjal għoli u rieda qawwija li timpenja ruħha fl-implimentazzjoni u fl-iżvilupp tal-politika ambjentali u ta’ sostenibbiltà tal-UE. L-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE hija ferm aktar minn sempliċiment att leġiżlattiv li l-Istati Membri jridu jimplimentaw. Il-politika ambjentali u ta’ sostenibbiltà tiddependi mill-aċċettazzjoni taċ-ċittadini, għandha tkun trasparenti u kkomunikata, u hawnhekk ukoll il-programm LIFE jipprovdi kontributi siewja.

1.5.

Madankollu, il-proġetti LIFE ta’ spiss juru wkoll il-kontradizzjonijiet diretti jew indiretti tad-deċiżjonijiet politiċi, anke fil-livell tal-UE. Għalkemm dan jista’ ma jkunx pjaċevoli għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, dan huwa kontribut siewi li finalment jista’ jwassal għal integrazzjoni akbar tal-ħarsien ambjentali f’oqsma oħra ta’ politika.

1.6.

L-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 tan-NU (‘l hekk imsejħa SDG) fil-politika Ewropea hija waħda mill-isfidi ewlenin li l-UE se tiffaċċja fis-snin li ġejjin. F’dan il-każ, il-programm LIFE se jkollu rwol ta’ appoġġ. Din mhijiex biss kwistjoni li jiġu żviluppati l-aktar modi effettivi tal-implimentazzjoni fi djalogu mill-qrib mal-imsieħba soċjali u l-gruppi tas-soċjetà ċivili. Iżda għall-kuntrarju ta’ dan, bosta servizzi tal-Kummissjoni u, bosta ministeri, aġenziji u uffiċċji fil-livell tal-Istati Membri, li għalihom s’issal-politika ta’ sostenibbiltà kienet kwistjoni sekondarja, iridu jikkunsidraw mill-ġdid kif l-integrazzjoni diskussa ħafna tal-ħarsien tan-natura u ambjentali se ssir realtà f’oqsma oħra ta’ politika.

1.7.

Il-KESE jirrakkomanda għadd ta’ bidliet:

il-programm LIFE għandu jsir strument ewlieni għall-finanzjament tan-netwerk Natura 2000. L-approċċ li ntgħażel, li jagħti prijorità lill-iffinanzjar tan-netwerk Natura 2000 primarjament mill-Fondi tal-UE għall-Iżvilupp Reġjonali, kif ukoll fuq it-tieni pilastru tal-Politika Agrikola Komuni, għandu jiġi kkunsidrat bħala inadegwat. F’dan il-kuntest, il-Kumitat jirreferi għall-Opinjoni tiegħu (2) u jitlob li jkun hemm żieda korrispondenti allokata għall-programm LIFE. Għandha tingħata kunsiderazzjoni lill-koerenza tal-miżuri kollha ta’ appoġġ, għaldaqstant għandu jiġi evitat finanzjament kuntrarju jew doppju minn fondi oħra tal-UE.

Għandu jiġi eżaminat kif il-proġetti ffinanzjati mill-programm LIFE jistgħu jsiru “proġetti pilota”, u kif dawn jistgħu jiġu replikati f’postijiet oħra fl-Ewropa mingħajr finanzjament ulterjuri, jekk ikun possibbli.

Il-proġetti ta’ riċerka klassiċi m’għandhomx jiġu promossi mill-programm LIFE, anke sabiex tiġi żgurata distinzjoni ċara mill-programm Orizzont 2020.

1.8.

Il-fergħa tal-azzjoni klimatika għandha tkun żviluppata aktar, primarjament fir-rigward ta’ miżuri possibbli ta’ adattament li jistgħu jittieħdu b’mod partikolari mill-individwi, il-bdiewa, il-bliet/muniċipalitajiet u r-reġjuni milquta.

2.   Sfond

2.1.

Il-programm LIFE li nħoloq fl-1992 huwa l-aktar programm ta’ finanzjament tal-UE.ambjentali importanti Dan għandu l-għan li jipproteġi l-bijodiversità u l-ħabitats (b’mod partikolari permezz tan-netwerk Natura 2000), kif ukoll l-effiċjenza fir-riżorsi, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, il-komunikazzjoni u l-informazzjoni. Il-programm LIFE ġie allokat madwar EUR 3 456 biljun għall-perjodu mill-2014 sal-2020, filwaqt li madwar EUR 2 biljun kienu disponibbli matul il-perjodu ta’ seba’ snin preċedenti.

2.2.

Il-programm għandu jkollu l-objettivi li ġejjin:

jagħti kontribut għall-iżvilupp ta’ ekonomija effiċjenti fir-riżorsi, b’livell baxx ta’ karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, kif ukoll għall-ħarsien tal-klima u għall-konservazzjoni tad-diversità bijoloġika;

politika ambjentali aħjar, implimentazzjoni u kontroll aħjar tal-leġislazzjoni ambjentali tal-UE, kif ukoll enfasi akbar fuq l-għanijiet ambjentali u tal-politika dwar il-klima f’oqsma oħra ta’ politika, kif ukoll fil-prattiċi tal-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati;

jippromwovi governanza aħjar fil-qasam ambjentali u tal-klima fil-livelli kollha, inkluż permezz tal-involviment tas-soċjetà ċivili, l-NGOs u l-atturi lokali;

jappoġġja l-implimentazzjoni tas-7 programm ta’ azzjoni ambjentali, kif ukoll l-implimentazzjoni futura tal-aġenda 2030 tan-NU fil-politika Ewropea.

2.3.

Meta l-programm LIFE jitqabbel mal-perjodu ta’ finanzjament mill-2007 sal-2013, dan għandu diversi karatteristiċi ġodda:

il-ħolqien tas-sottoprogramm “politika dwar il-klima”;

l-introduzzjioni ta’ kategorija ġdida ta’ proġetti, il-“proġetti integrati” flimkien mal-proġetti “tradizzjonali”, il-proġetti dwar il-bini tal-kapaċità u l-proġetti preparatorji;

L-introduzzjoni ta’ strumenti finanzjarji, inkluż il-Faċilità ta’ Finanzjament tal-Kapital Naturali (NCFF) b’enfasi fuq is-servizzi tal-ekosistema u l-protezzjoni tal-kapital naturali, kif ukoll l-istrument għall-finanzjament privat fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika (PF4EE);

l-allokazzjoni nazzjonali għall-proġetti se titwaqqaf gradwalment: mill-2018, il-proġetti se jintgħażlu biss skont l-adegwatezza tagħhom, irrispettivament mid-distribuzzjoni ġeografika tagħhom (dan jgħodd għall-proġetti tradizzjonali);

Attwalment, il-Kummissjoni qiegħda timplimenta l-programm permezz tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME).

2.4.

Fil-perjodu ta’ finanzjament mill-2014 sal-2020, il-programm LIFE kien imfassal b’dan il-mod:

is-sottoprogramm “Ambjent” bl-oqsma prijoritarji “Ambjent u Effiċjenza fir-Riżorsi”, “Natura u Bijodiversità”, kif ukoll “Governanza u Informazzjoni Ambjentali” li jirrappreżentaw madwar 75 % tal-baġit (EUR 2 592 miljun);

is-sottoprogramm “Tibdil fil-Klima” bl-oqsma prijoritajri “Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima”, “Adattament għat-Tibdil fil-Klima”, kif ukoll “Governanza u Informazzjoni Klimatika” li huwa mgħammar b’madwar 25 % tal-baġit (EUR 864 miljun);

2.5.

Il-Kummissjoni Ewropea se twettaq evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programm LIFE sat-30 ta’ Ġunju 2017; hija talbet lill-KESE u lill-Kumitat tar-Reġjuni jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-forma l-ġdida tal-programm LIFE qabel ma tiġi ppubblikata r-reviżjoni ta’ nofs it-terminu, filwaqt li jqisu l-bidliet introdotti fl-2014.

3.   Kummenti ġenerali

3.1.

Il-KESE jemmen li għadu kmieni wisq biex issir “evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu” kwalifikanti tal-fażi attwali tal-programm, minħabba li l-ewwel proġetti tal-fażi l-ġdida tal-programm ma ġewx mogħtija qabel l-2015 u l-biċċa l-kbira ta’ dawn il-proġetti għadhom ma tlestewx u wisq anqas ġew evalwati. Madankollu, huwa jixtieq jagħti kontribut inizjali għat-tfassil tal-programm LIFE fil-perjodu ta’ finanzjament mill-2021 sal-2028, fid-dawl tal-evalwazzjoni tal-fażi eżistenti tal-programm.

Ir-riżultati s’issa u l-valur miżjud, iżda wkoll il-limitazzjonijiet tal-programm LIFE

3.2.

Fl-aħħar 25 sena, il-programm LIFE kien fundamentali għall-politika ambjentali Ewropea, u qed isir ukoll dejjem aktar fundamentali għall-politika ta’ sostenibbiltà. Il-programm LIFE għamel kontribut importanti ħafna għall-protezzjoni tal-bijodiversità. Dan jista’ jiġi ġustament deskritt bħala element indispensabbli tal-politika ambjentali tal-UE, li ġiet imsaħħa b’mod sinifikanti mill-programm LIFE.

3.3.

Dan seħħ f’żewġ modi. Il-proġetti LIFE kkontribwew

(a)

b’mod dirett għall-ilħuq ta’ suċċessi diretti u perċettibbli. B’hekk, pereżempju, ċerti speċi li jinsabu f’riskju ta’ estinzjoni, li huma protetti mil-leġislazzjoni tal-UE, huma protetti mill-estinzjoni diretta permezz ta’ proġetti ffinanzjanti mill-programm LIFE. Bħala eżempju, jistgħu jissemmew il-proġetti għall-protezzjoni tal-ispeċi tal-ibis eremita, u tal-pitarrun. Il-programm LIFE kien u ta’ spiss huwa l-uniku mod ta’ finanzjament, peress li bosta drabi l-Istati Membri naqsu milli jipprovdu programmi ta’ protezzjoni xierqa jew urew xi interess fihom;

(b)

juru lill-popolazzjoni lokali liema huma l-benefiċċji tal-politika ambjentali tal-UE u x’inhu l-użu ta’ din il-politika għall-bnedmin, l-ambjent u n-natura. Għalhekk, il-Programm LIFE sar “medjatur” bejn il-politika tal-UE u l-“Ewropa taċ-ċittadini u tar-reġjuni”. Dan huwa ta’ importanza partikolari fi żminijiet fejn qed titqajjem dejjem aktar ta’ spiss il-kwistjoni dwar x’valur miżjud għandha l-Ewropa.

3.4.

Il-programm LIFE, li l-adattament kontinwu tiegħu għal sfidi ġodda huwa rikonoxxut b’mod partikolari, wera wkoll li s-soċjetà ċivili għandha potenzjal għoli u rieda qawwija li timpenja ruħha fl-implimentazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-politika ambjentali u ta’ sostenibbiltà tal-UE. L-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE hija ferm aktar minn sempliċiment att leġislattiv li l-Istati Membri jridu jimplimentaw. Il-politika ambjentali u ta’ sostenibbiltà tiddependi mill-aċċettazzjoni taċ-ċittadini, għandha tkun trasparenti u kkomunikata, u hawnhekk ukoll il-programm LIFE jipprovdi kontributi siewja.

3.5.

Madankollu, il-proġetti LIFE ta’ spiss juru wkoll il-kontradizzjonijiet diretti jew indiretti tad-deċiżjonijiet politiċi, anke fil-livell tal-UE. Għalkemm dan jista’ ma jkunx pjaċevoli għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, dan huwa kontribut siewi li finalment jista’ jwassal għal integrazzjoni akbar tal-ħarsien ambjentali f’oqsma oħra ta’ politika.

3.6.

Dan iwassal direttament għal-limitazzjonijiet tal-programm LIFE: il-programm LIFE ma jistax u ma għandux jikkumpensa għan-nuqqasijiet li jirriżultaw minn nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-liġi ambjentali eżistenti jew minn nuqqas ta’ teħid in kunsiderazzjoni tal-kwistjonijiet ambjentali minn oqsma oħra ta’ politika. Dan huwa spjegat fi tliet eżempji:

3.6.1.

Il-programm LIFE jista’, pereżempju, jagħti kontribut billi jikkjarifika pubblikament li l-politika tal-UE dwar l-arja nadifa għandha l-għan ewlieni li tnaqqas ir-riskju għas-saħħa tal-popolazzjoni mill-inkwinanti. Madankollu, il-programm LIFE ma jistax isolvi kunflitti, bħal pereżempju l-kunflitt li jeżisti fil-Ġermanja bejn l-ambjentalisti u dawk li jfasslu l-politika tat-trasport, fejn il-kwistjoni hija essenzjalment dwar liema “suġġetti ta’ protezzjoni” għandhom jiġu kklassifikati fi grad superjuri (il-“protezzjoni tas-saħħa tal-popolazzjoni urbana mill-materja partikolata” jew id-“dritt tas-sewwieqa relatat mal-mobilità libera”)

3.6.2.

Pereżempju, bil-proġett “Urban Bees” (3), il-programm LIFE wera b’mod eċċellenti lil sezzjonijiet kbar tal-popolazzjoni l-importanza, il-kawżi tal-periklu, iżda wkoll l-għażliet għal azzjoni biex jiġu protetti l-pollinaturi. Madankollu, il-perikli li huma ppreżentati minn pereżempju ċerti prattiki agrikoli jew l-awtorizzazzjoni ta’ pestiċidi li huma potenzjalment perikolużi għan-naħal, jistgħu jiġu eliminati biss jekk dipartimenti oħra tal-UE jagħtuhom biżżejjed attenzjoni u jekk jiġi applikat b’mod konsistenti l-prinċipju ta’ prekawzjoni.

3.6.3.

Mill-1999, programm ta’ suċċess għall-protezzjoni ta’ speċi ta’ ħut li tinsab fil-periklu ta’ estinzjoni, magħrufa bħala s-“salamun tad-Danubju” (Huchen) (4), ġie ffinanzjat fl-Awstrija mill-fondi pubbliċi li jammontaw għal EUR 45 miljun, li parti minnhom ġejja mill-programm LIFE. Il-magħqad tal-ilma tas-Sava huwa l-ħabitat ewlieni ta’ dan it-tip. Studju riċenti juri li fiż-żona tal-ħabitat tas-salamun tad-Danubju (Huchen) hija ppjanata l-kostruzzjoni ta’ madwar 600 impjant idroelettriku. L-esperti jemmnu li l-popolazzjoni tas-salamun tad-Danubju (Huchen) se tonqos sa 70 % bħala riżultat ta’ dawn l-interventi. Il-kostruzzjoni ta’ diversi impjanti tal-enerġija idroelettrika se tiġi appoġġjata wkoll minn fondi tal-UE.

3.7.

Għalhekk il-KESE jilqa’ wkoll il-fatt li LIFE qed jiffoka dejjem aktar fuq li jtejjeb l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni, mhux biss mill-awtoritajiet ikkonċernati, iżda wkoll fil-qasam tal-korpi ta’ spezzjoni.

L-iżvilupp tal-programm LIFE

3.8.

Il-KESE jilqa’ l-livell għoli ta’ flessibbiltà u adattabbiltà għal sfidi ġodda, kif ukoll l-esperjenza miksuba mill-programm LIFE f’dawn l-aħħar snin. Dan huwa rifless ukoll fil-perjodu l-ġdid ta’ finanzjament mill-2014 sal-2020:

Enfasi fuq il-pajjiżi b’ nuqqasijiet kbar ta’ implimentazzjoni.

Tneħħija tal-kwoti nazzjonali.

Opportunijiet ta’ parteċipazzjoni aħjar għan-negozji.

Enfasi akbar fuq l-innovazzjoni.

Aktar sinerġiji ma’ programmi oħra, bil-bidu jkun mal-proġetti integrati ġodda, introdotti fl-2014. F’dan ir-rigward, il-KESE jilqa’ l-fatt li r-rakkomandazzjoni tiegħu (5) għamlet diviżjoni ċara bejn il-baġit għall-proġetti “tradizzjonali” u dawk “integrati”;

L-użu ta’ strumenti finanzjarji ambjentali kompletament ġodda (PF4EE, NCFF).

Il-ħolqien ta’ dimensjoni klimatika.

4.   Rakkomandazzjonijiet tal-KESE

Iż-żamma u t-tisħiħ tal-programm LIFE

4.1.

L-ebda programm ma huwa tant tajjeb li ma jistax isir aħjar. Madankollu, il-KESE jafferma (6) l-appoġġ qawwi tiegħu għall-kontinwazzjoni ta’ dan il-programm b’baġit separat jitkompla lil hinn mill-perjodu finanzjarju attwali. Dan huwa meħtieġ minħabba li, minkejja bosta kisbiet inkoraġġanti u minkejja deċiżjonijiet direzzjonali (fost l-oħrajn l-Aġenda 2030 tan-NU, id-Deċiżjonijiet dwar il-Klima ta’ Pariġi, l-Istrateġija tal-UE dwar il-Bijodiversità), il-problemi ambjentali għadhom ‘il bogħod milli jiġu solvuti u t-trasformazzjoni lejn politika tal-UE li hija effiċjenti fir-riżorsi, b’livell baxx ta’ karbonju u li tippreserva l-bijodiversità għadha ma tneditx b’suċċess. Għall-kuntrarju: il-Kummissjoni tal-UE u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent jirrapportaw ukoll f’diversi rapporti li f’ċerti każijiet, il-piżijiet qegħdin jiżdiedu (7).

4.2.

L-analiżijiet fi ħdan il-qafas tal-proċess REFIT għad-Direttivi dwar il-Konservazzjoni tan-Natura wrew biċ-ċar li l-qafas legali huwa mfassal b’mod adegwat, iżda li r-riżorsi finanzjarji għall-ġestjoni bbażata fuq l-għanijiet tan-netwerk Natura 2000 mhumiex suffiċjenti bil-bosta. Dan il-kompitu bażiku tal-konservazzjoni tal-bijodiversità fl-Ewropa jeħtieġ finanzjament adegwat immedjatament.

4.3.

Il-kontinwità tal-programm LIFE hija rilevanti għall-effikaċja u l-kredibbiltà tal-politika ambjentali tal-UE, li għandha tiġi ssalvagwardjata permezz tal-intergrazzjoni orizzontali tas-7 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, l-Aġenda tas-Sostenibilità tan-NU u d-deċiżjonijiet dwar il-klima ta’ Pariġi fl-oqsma l-oħrajn kollha ta’ politika u l-programmi ta’ finanzjament Ewropej. Il-KESE jfakkar li, barra minn hekk, huwa diġà esprima l-opinjoni tiegħu dwar Semestru Ewropew ekoloġiku u ekwitabbli.

Effetti tal-bidliet fl-2014

4.4.

Il-KESE jilqa’ l-innovazzjoni tal-introduzzjoni ta’ żewġ strumenti finanzjarji ġodda fil-programm LIFE bħala proġetti pilota. Għadu kmieni wisq biex issir evalwazzjoni ta’ dan l-approċċ, peress li l-ewwel proġetti miż-żewġ faċilitajiet (il-Faċilità ta’ Finanzjament tal-Kapital Naturali (NCFF), kif ukoll mill-Istrument għall-Finanzjament Privat fl-Effiċjenza Enerġetika (PF4EE)) ġew konklużi riċentement, iżda għadhom ma ġewx implimentati.

4.5.

Dan l-approċċ huwa mod kompletament ġdid biex jinħolqu opportunitajiet ta’ finanzjament innovattivi fir-rigward tal-proġetti ta’ konservazzjoni tan-natura u l-proġetti tal-effiċjenza enerġetika, għal investituri privati żgħar. Dan huwa meħtieġ minħabba li f’ħafna każijiet, il-proġetti bħal dawn, iffinanzjati b’mod klassiku, fallew.

4.6.

Attwalment, hija diffiċli li ssir evalwazzjoni ta’ kemm finalment il-programm se jkun ta’ suċċess, ta’ jekk il-kooperazzjoni preċedenti mal-BEI tirriżultax f’suċċess, ta’ jekk il-modalitajiet tal-applikazzjoni humiex suffiċjenti, kif ukoll li jiġu evalwati l-kondizzjonijiet ta’ finanzjament, inkluż l-użu tar-riskju tal-kapital. Għalhekk il-KESE jitlob li ssir evalwazzjoni bir-reqqa iktar ‘il quddiem ta’ din il-parti tal-programm LIFE ġdid.

4.7.

Fl-evalwazzjoni proprja tagħha, il-Kummissjoni tista’ teżamina wkoll il-possibbiltà li l-proġetti ffinanzjati mill-programm LIFE jsiru “proġetti mudell”, u kif dawn jistgħu jiġu replikati f’postijiet oħrajn fl-Ewropa (idealment mingħajr sussidji addizzjonali), bi prominenza fuq it-trasferiment ta’ għarfien espert u l-fattibilità ekonomika. Pass wieħed jista’ jkun li l-organizzaturi tal-proġetti, b’mod partikolari dawk ta’ proġetti ta’ suċċess, jiġu inkarigati jindirizzaw din il-kwistjoni fi stadju profond tal-proġett.

4.8.

Il-programm LIFE huwa meqjus mill-KESE bħala faċilità ta’ finanzjament għall-implimentazzjoni tal-miżuri u l-politiki tal-UE u mhux bħala programm li primarjament jiffinanzja proġetti fl-interess nazzjonali. Madankollu, jista’ jkun il-każ li, pereżempju, il-proġetti LIFE mitluba mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jkunu fl-interess Ewropew, iżda inqas fl-interess nazzjonali. Jenħtieġ, għalhekk, li fil-futur il-kwistjoni dwar il-kofinanzjament titfassal b’tali mod li l-proġetti ma jiqfux minħabba l-fatt li l-finanzjament nazzjonali jiġi rifjutat (il-KESE huwa konxju ta’ każijiet bħal dawn). Barra minn hekk, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina sa kemm jistgħu jiġu applikati rati ogħla ta’ kofinanzjament speċjalment għall-NGOs. Għall-NGOs il-kontribuzzjoni proprja hija ostaklu li ta’ spiss issibu diffiċli biex jegħlbu. Barra minn hekk, dawn il-kontribuzzjonijiet ta’ spiss jiġu minn baġits pubbliċi u l-fornituri ta’ kofinanzjament evidentement isegwu “politika tas-selezzjoni”.

Proġetti integrati/kumplimentarjetà ma’ oqsma oħra ta’ politika tal-UE

4.9.

Forma partikolari hija ‘l hekk imsejħa “proġetti integrati” li ġew żviluppati fi ħdan il-programm LIFE u li l-importanza tagħhom hija partikolarment apprezzata mill-KESE. Eżempju eċċellenti huwa il-“Belgian Nature Integrated Project (BNIP)” (Proġett Integrat Belġjan dwar in-Natura), li jkopri t-territorju Belġjan kollu, jinkorpora 28 parti ikkonċernata, 18-il proġett speċifiku ta’ protezzjoni, 48 azzjoni definita b’mod ċar u aktar minn 300 pjan ta’ ġestjoni (pereżempju għas-siti Natura 2000). 52 impjegat f’7 timijiet differenti tlaqqgħu flimkien permezz tal-proġett. Dan wassal biex inbnew diversi rabtiet ta’ suċċess bejn id-diversi finanzjamenti tal-UE disponibbli, kif ukoll ir-riżorsi nazzjonali.

Tali rabtiet relatati mal-kontenut u l-istruttura għandhom jissaħħu aktar fil-futur, pereżempju bil-ħolqien ta’ sinerġiji potenzjali bejn il-programm LIFE u PAK aktar ekoloġika.

Kompiti ġodda għall-programm LIFE

4.10.

Madankollu, mhux biss ir-rabta bejn il-programm LIFE u l-PAK tista’ titjieb, iżda f’kull każ għandha ssir ukoll innovazzjoni importanti amministrattivi u baġitarja.

4.11.

S’issal-Fondi tal-UE għall-iżvilupp reġjonali, kif ukoll it-tieni pilastru tal-PAK huma l-istrumenti ewlenin għall-finanzjament tan-netwerk tan-Natura 2000; dan huwa r-riżultat ta’ proposta tal-Kummissjoni tal-2004 (8). F’dak iż-żmien, il-KESE kien appoġġja din il-proposta bil-kundizzjoni li l-fondi allokati korrispondenti jsiru disponibbli f’ammonti suffiċjenti fi ħdan il-fond imsemmi hawn fuq. Dan ma seħħx u għalhekk l-approċċ li ġie adottat dak iż-żmien jitqies bħala inadegwat mill-KESE (9).

4.12.

Il-fondi li ngħataw s’issa ma jkoprux l-ammonti meħtieġa għall-kumpens tar-rekwiżiti tal-konservazzjoni tan-natura, kif ukoll l-ammonti meħtieġa għall-iżvilupp tal-pjani ta’ ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri. Natura 2000 huwa linja ta’ azzjoni klassika taħt ir-responsabbiltà tal-UE, u għal din ir-raġuni il-baġit għandu jkun ċar f’dan ir-rigward.

4.13.

Minflok, il-Kumitat jipproponi li mill-perjodu ta’ finanzjament li jmiss, ir-riżorsi kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-manutenzjoni tan-“Netwerk Natura 2000” jiġu ffinanzjati mill-programm LIFE u li jiġu ppjanati r-riżorsi baġitarji meħtieġa. Huwa jistieden ukoll lill-Kummissjoni tikkjarifika wkoll internament jekk il-programm LIFE huwiex ukoll l-istrument adegwat għall-implimentazzjoni tan-“Netwerks Trans-Ewropej Infrastruttura Ekoloġika” (10). Il-fondi korrispondenti jkollhom jiġu stabbiliti u pprovduti addizzjonalment. Għandha tingħata kunsiderazzjoni lill-koerenza tal-miżuri kollha ta’ appoġġ, għaldaqstant għandu jiġi evitat finanzjament kuntrarju jew doppju minn fondi oħra tal-UE.

4.14.

Il-KESE jenfasizza li l-finanzjament tan-netwerk Natura 2000 huwa investiment bażiku f’parti importanti tal-infrastruttura ekoloġika tal-Ewropa, li ma jirriżultax biss f’forma ta’ kwalità ta’ ħajja aħjar u kwalità ambjentali aħjar, iżda wkoll f’żieda fid-dħul lokali.

4.15.

L-implimentazzjoni tal-SDG, jiġifieri l-Aġenda 2030 tan-NU fil-politika Ewropea, se teħtieġ bosta bidliet fundamentali fl-approċċi politiċi Ewropej (11). Dan jeħtieġ ukoll

(a)

kunsiderazzjoni mill-ġdid radikali, f’xi każijiet, b’mod partikolari f’dawk is-servizzi tal-Kummissjoni li s’issa ma tantx kienu attivi fil-qasam tal-politika sostenibbli;

(b)

approċċ kompletament ġdid għall-governanza li jeħtieġ l-involviment ferm akbar tal-atturi tas-soċjetà ċivili u ħafna aktar approċċi minn isfel għal fuq.

4.16.

Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni toħloq attivitajiet ġodda u opportunitajiet ta’ proġetti fil-fażi l-ġdida tal-programm LIFE wara l-2020 sabiex jissaħħu l-ħtiġijiet tar-rekwiżiti msemmija taħt il-punt 4.15.

4.17.

Għall-proġetti ta’ riċerka klassiċi, li ftit minnhom ġew iffinanzjati fil-passat mill-programm LIFE, għandu jiġi ddeterminat jekk il-programmta’ riċerka klassika tal-Kummissjoni humiex adattati aħjar. Dan iwassal għal distinzjoni ċara fir-rigward tal-programm Orizzont 2020.

4.18.

Il-parti tal-programm LIFE li tittratta kwistjonijiet tat-tibdil fil-klima fil-futur għandha tkun saħansitra aktar estiża, b’mod partikolari fir-rigward ta’ miżuri ta’ adattament possibbli li jistgħu jittieħdu miċ-ċittadini, il-bdiewa, il-bliet/il-muniċipalitajiet u r-reġjuni partikolarment milquta.

Brussell, it-23 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Georges DASSIS


(1)  Opinjoni tal-KESE ĠU C 191, 29.6.2012, p. 111.

(2)  Ara wkoll l-Opinjoni tal-KESE dwar Il-politika tal-UE dwar il-bijodiversità, ĠU C 487, 28.12.2016, p. 14.

(3)  http://urbanbees.eu/

(4)  Protezzjoni skont l-Anness II tad-Direttiva dwar il-Ħabitats.

(5)  Opinjoni tal-KESE ĠU C 191, 29.6.2012, p. 111.

(6)  Opinjoni tal-KESE ĠU C 191, 29.6.2012, p. 111.

(7)  The European environment — state and outlook 2015: synthesis report, European Environment Agency, Copenhagen, 2015.

(8)  COM(2004) 431 tal-15.7.2004 dwar “L-Iffinanzjar ta’ Natura 2000”.

(9)  Ara l-Opinjoni tal-KESE ĠU C 487, 28.12.2016, p. 14.

(10)  http://ec.europa.eu/environment/nature/ecosystems/strategy/index_en.htm

(11)  Ara l-opinjonijiet tal-KESE, ĠU C 117, 30.4.2004, p. 22 u ĠU C 487, 28.12.2016, p. 41.


APPENDIĊI

għall-opinjoni tal-Kumitat

L-emenda li ġejja inċaħdet waqt id-diskussjoni iżda rċeviet aktar minn kwart tal-voti:

Punt 3.6.2

Ibdel it-test kif ġej:

 

Pereżempju, bil-proġett “Urban Bees”  (12), il-programm LIFE wera b’mod eċċellenti lil sezzjonijiet kbar tal-popolazzjoni l-importanza, il-kawżi tal-periklu, iżda wkoll l-għażliet għal azzjoni biex jiġu protetti l-pollinaturi. Madankollu, il-perikli li huma ppreżentati minn pereżempju ċerti prattiki agrikoli mhux xierqa jew l-awtorizzazzjoni ta’ pestiċidi li huma potenzjalment perikolużi għan-naħal, jistgħu jiġu eliminati biss jekk dipartimenti oħra tal-UE jagħtuhom biżżejjed attenzjoni u jekk jiġi applikat b’mod konsistenti il-prinċipju ta’ prekawzjoni.

Raġuni

Ma jista’ jkun hemm l-ebda dubju li l-agrikoltura Ewropea tosserva bl-aktar konformità stretta ma’ regoli dwar il-preservazzjoni tal-ambjent, il-benessri tal-annimali, il-ħarsien tal-ambjent u l-ġestjoni tal-art u tal-ilma, peress li din hija suġġetta għall-ogħla standards globali, u “l-kundizzjonalità” (jiġifieri li jkun hemm konformità ma’ dawn il-kriterji) hija dispożizzjoni vinkolanti għall-bdiewa Ewropej kollha.

Barra minn hekk, l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti hija soġġetta wkoll għal proċessi ta’ verifika u monitoraġġ mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel; b’hekk il-kriterji għandhom ikunu xjentifiċi u bbażat fuq analiżi tal-probabbiltà li dawn jikkawżaw ħsara. Din l-istess bażi għandha tiggwida l-applikazzjoni korretta tal-prinċipju ta’ prekawzjoni.

Riżultat tal-votazzjoni

Favur

75

Kontra

95

Astensjonijiet

33


(12)  http://urbanbees.eu/


31.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/15


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-“Effettività tal-fondi FSE u FEAD bħala parti mill-isforzi tas-soċjetà ċivili biex tindirizza l-faqar u l-esklużjoni soċjali skont l-Istrateġija Ewropa 2020”

(Opinjoni fuq inizjattiva proprja)

(2017/C 173/03)

Relatur:

Krzysztof BALON

Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja

21.1.2016

Bażi ġuridika

Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura

 

Opinjoni fuq inizjattiva proprja

 

 

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza

Adottata fis-sezzjoni

3.2.2017

Adottata fil-plenarja

22.2.2017

Sessjoni plenarja Nru

523

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

171/1/2

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Fid-dawl tal-fatt li l-faqar u l-esklużjoni soċjali qed irewħu n-nirien ta’ tendenzi populisti, il-KESE jilqa’ l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2016 dwar Il-ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Approċċ integrat (1) u jappoġġja l-ħolqien tal-perspettiva finanzjarja li jmiss ta’ fond Ewropew integrat fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, ibbażata fuq l-esperjenza s’issa tal-implimentazzjoni tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD) u l-Fond Soċjali Ewropew (FSE).

1.2.

Meta wieħed iqis in-natura diversa tal-problemi u l-gruppi fil-mira fi Stat Membru individwali, inklużi l-forom differenti ta’ migrazzjoni, l-intervent ta’ fond bħal dan għandu juża b’mod sħiħ l-esperjenza u l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili billi jagħtihom rwol ċentrali fl-ipprogrammar, l-implimentazzjoni il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni. Il-Fond għandu jikkontribwixxi wkoll biex isaħħaħ il-kapaċità tan-netwerks tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, b’enfasi partikolari fuq organizzazzjonijiet li jipprovdu appoġġ.

1.3.

Il-KESE jemmen li l-monitoraġġ mill-Kummissjoni Ewropea tal-użu tal-FSE fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u l-użu tal-FEAD għall-miżuri ta’ integrazzjoni fl-Istati Membri fil-perspettiva finanzjarja attwali għandu jkun aktar effettiv. Il-monitoraġġ għandu jinvolvi mill-qrib lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-persuni li qed jesperjenzaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali.

1.4.

Il-KESE jikkunsidra li l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali għall-ġestjoni tal-fondi u l-organizzazzjonijiet imsieħba hija ta’ importanza ewlenija (2). Dawn l-organizzazzjonijiet jagħmlu kontribuzzjoni teknika u organizzattiva sinifikanti, li tirrappreżenta valur miżjud ġenwin fl-implimentazzjoni tal-FEAD u l-FSE. F’dan ir-rigward, il-KESE jipproponi li l-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra kjarifika sinifikanti tar-rekwiżiti minimi li l-Istati Membri għandhom jirrispettaw meta jkunu qed jimplimentaw sħubijiet, u l-provvediment ta’ sanzjonijiet fil-każ ta’ implimentazzjoni inadegwata.

1.5.

Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra li titlob lill-Istati Membri jużaw l-assistenza teknika fil-qafas tal-FEAD u l-FSE, ukoll bil-ħsieb li tiġi żviluppata l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili involuti fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali. Barra minn hekk, il-KESE huwa favur it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tekniċi u organizzattivi ta’ netwerks Ewropej ta’ organizzazzjonijiet li jaħdmu biex jiġġieldu kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.

1.6.

Il-Kumitat iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu użu aktar wiesa tal-għotjiet globali, għall-mekkaniżmu ta’ allokazzjoni mill-ġdid ta’ fondi (regranting) u – fejn possibbli – l-ekwivalenza tat-trattament tal-benefiċċji in natura għal dik tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji. Barra minn hekk, għandha titqies il-possibiltà li l-Kummissjoni Ewropea timponi l-obbligu li parti sostanzjali mill-fondi disponibbli għall-programmi operattivi jitwarrbu għall-proġetti b’baġit żgħir. Dan ikun ta’ għajnuna għall-gruppi ta’ awtoassisstenza u l-organizzazzjonijiet li joperaw lokalment.

1.7.

Il-KESE ser jappoġġja sistematikament il-ħidma tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-kooperazzjoni tagħhom mal-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet pubbliċi fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali. Fl-istess ħin, il-KESE jiddikjara li jinsab lest biex jiżviluppa grupp ad hoc żgħir magħmul minn membri tal-KESE u pjattaformi tas-soċjetà ċivili relevanti fil-livell Ewropew li, anke fil-perspettiva finanzjarja attwali, jikkontribwixxi mhux biss għal koordinazzjoni aħjar tal-interventi tal-FSE u tal-FEAD, iżda wkoll għal dibattitu dwar il-bażi ta’ fond Ewropew integrat futur dwar il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali. F’dan il-kuntest, il-KESE jqis li hemm bżonn ta’ ħidma mal-Kumitat tar-Reġjuni.

2.   Introduzzjoni

2.1.

L-għan nru 1 tal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli (3) hu l-qerda tal-faqar fil-forom kollha tiegħu madwar id-dinja. Il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali hija wkoll waħda mill-prijoritajiet tal-istrateġija Ewropa 2020. Madankollu, l-istituzzjonijiet Ewropej u diversi Stati Membri għadhom isegwu politiki ta’ awsterità, minkejja n-nuqqas ta’ titjib tanġibbli tas-sitwazzjoni ta’ ċittadini tal-UE li qed jgħixu fil-faqar u l-esklużjoni soċjali, li tidher li hija waħda mir-raġunijiet ewlenin għat-tnaqqis ta’ appoġġ għall-integrazzjoni Ewropea fl-Istati Membri. L-istrumenti finanzjarji tal-UE għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD) u l-allokazzjoni ta’ mill-inqas 20 % tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) biex jappoġġa l-inklużjoni soċjali, għandhom jintużaw b’mod effiċjenti fl-Istati Membri kollha, iżda ma għandhomx ikunu sostituti għal politika komprensiva u integrata għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.

2.2.

Fil-qafas tal-istrateġija Ewropa 2020 tagħha, l-Unjoni Ewropea stabbiliet għaliha nnifisha l-objettiv li tnaqqas l-għadd ta’ persuni li qegħdin jgħixu fil-faqar jew f’esklużjoni soċjali jew li jinsabu fir-riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali b’mill-inqas 20 miljun sal-2020. Madankollu, skont data għall-2014 (4), 24,4 % tal-popolazzjoni tal-UE – madwar 122 miljun persuna – kienu fir-riskju tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali (meta mqabbla ma’ 24,2 % fl-2011 u 23,4 % fl-2010). Analiżi tad-diversi indikaturi ta’ komponenti komparattivi turi li kull wieħed minnhom żdied meta mqabbel mal-2008 — riskju ta’ faqar wara t-trasferimenti soċjali (minn 16,6 sa 17,2 %), deprivazzjoni materjali estrema (minn 8,5 sa 8,9 %), persuni fl-età ta’ 0–59 li jgħixu f’unitajiet domestiċi b’intensità ta’ xogħol baxxa ħafna (minn 9,1 sa 11,1 %). Fl-istess ħin, kif indikat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, “Id-diverġenzi li dejjem jikbru bejn u fi ħdan l-Istati Membri jissottolinjaw l-importanza ta’ azzjonijiet li ttieħdu madwar l-Unjoni” (5).

2.3.

Il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali hija waħda mill-oqsma ewlenin ta’ koperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bħalma huma l-assoċjazzjonijiet, il-fondazzjonijiet u l-kooperattivi soċjali, kif ukoll it-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, mal-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri. Sabiex jiġu eliminati (jew jitnaqqsu sostanzjalment) il-faqar u l-esklużjoni soċjali, huwa neċessarju li jiġu pprovduti forom differenti ta’ assistenza materjali u immaterjali permezz ta’ organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ (inklużi s-servizzi soċjali), sabiex jinħolqu – ukoll fil-qafas tad-djalogu soċjali – kundizzjonijiet favorevoli għall-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, u biex jiġu pprovduti fondi xierqa fil-livell tal-Istati Membri u tal-UE. Il-KESE jqis li hemm possibbiltà li jintlaħaq dan l-għan tal-Istrateġija Ewropa 2020 biss fi ħdan Unjoni Ewropea meqjusa bħala komunità tas-soċjetà ċivili Ewropea, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE.

2.4.

B’mod partikolari fil-kuntest tal-fenomenu emerġenti tal-“foqra li jaħdmu” u t-tendenzi demografiċi, il-vijabbiltà tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali tista’ tiġi ggarantita biss permezz tat-twaqqif ta’ miżuri bl-għan li jiġu eliminati l-kawżi u mhux biss is-sintomi tal-faqar u l-esklużjoni soċjali, bil-parteċipazzjoni wiesgħa tal-politiki ekonomiċi, familjari, fiskali u monetarja.

2.5.

Għalhekk, għalkemm il-kwistjoni tal-għajnuna għall-persuni l-aktar fil-bżonn kien punt fokali ta’ dibattitu fil-KESE (6) f’bosta okkażjonijiet, il-Kumitat, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-Kummissjoni Ewropea, fassal din l-opinjoni b’kummenti u rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar l-esperjenza miksuba s’issa fl-implimentazzjoni tal-FEAD u tal-FSE fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.

3.   Il-FEAD u l-FSE bħala strumenti li jappoġġjaw il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali

3.1.

Il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD) — b’kuntrast ma’ programmi preċedenti tad-distribuzzjoni tal-ikel — jaqa’ taħt il-qafas tal-politika ta’ koeżjoni. Il-Fond jikkontribwixxi biex jinkiseb l-għan li “jtaffi l-agħar forom ta’ faqar (…) permezz ta’ għajnuna alimentari u/jew materjali bażika, u attivitajiet ta’ inklużjoni soċjali mmirati lejn l-integrazzjoni soċjali tal-persuni l-aktar fil-bżonn” (7).

3.2.

Il-Fond Soċjali Ewropew għandu l-għanijiet li ġejjin: li jiġi żgurat livell għoli ta’ impjieg u xogħol ta’ kwalità għolja; il-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ edukazzjoni u taħriġ għal kulħadd, it-titjib tal-inklużjoni soċjali u l-appoġġ ta’ ugwaljanza bejn is-sessi, nondiskriminazzjoni u opportunitajiet ugwali.

3.3.

Il-miżuri ffinanzjati mill-FEAD huma maħsuba bħala komplementari għal dawk iffinanzjati mill-FSE. Filwaqt li l-FEAD għandu jiffoka fuq l-assistenza fuq l-agħar każijiet ta’ privazzjoni materjali u fuq l-appoġġ ta’ attivazzjoni soċjali bażika ta’ persuni li jbatu minn esklużjoni fit-tul, il-miżuri ffinanzjati mill-FSE huma maħsuba, inter alia, biex jiffaċilitaw aktar l-integrazzjoni tal-benefiċjarji f’termini soċjali u ta’ impjieg. Għalhekk, l-FEAD huwa intiż sabiex jagħmilha possibbli li jittieħdu l-ewwel passi sabiex jingħelbu l-faqar u l-esklużjoni soċjali, sabiex il-benefiċjarji jingħataw iċ-ċans li jsibu impjieg jew jimpenjaw ruħhom f’attivitajiet ta’ politika oħra tas-suq tax-xogħol. L-ammont ta’ fondi allokati għal dawn l-attivitajiet mhuwiex, madankollu, biżżejjed biex jiġu indirizzati l-bżonnijiet reali.

3.4.

L-Istati Membri kollha impenjaw ruħhom biex jiżguraw il-konsistenza ta’ appoġġ mill-FSE u l-Fondi Strutturali u ta’ investiment l-oħrajn mal-politiki u l-prijoritajiet rilevanti tal-Unjoni, inkluża l-implimentazzjoni tal-prinċipju tas-sħubija fl-ispirtu tal-Kodiċi ta’ Kondotta Ewropew dwar is-Sħubija (ECCP) (8).

4.   Implimentazzjoni prattika sal-lum tal-FEAD u tal-FSE fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020

4.1.

Kemm ir-reazzjonijiet mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-informazzjoni pubblikament disponibbli u d-data statistika jindikaw għadd ta’ diffikultajiet serji fl-implimentazzjoni tal-FEAD u l-FSE fil-qasam inkwistjoni. Dawn il-problemi, li jseħħu fi gradi differenti f’xi Stati Membri, jinkludu:

4.1.1.

Dewmien fit-tnedija tal-mekkaniżmi ta’ appoġġ tal-FEAD u nuqqas ta’ informazzjoni għall-pubbliku ġenerali u l-gruppi fil-mira dwar l-għanijiet tal-fond u l-opportunitajiet biex jintuża l-programm.

4.1.2.

L-akkolazzjoni tal-20 % tal-FSE għat-tnaqqis tal-faqar u l-esklużjoni soċjali ma jservu għal xejn, jekk ikunu favur l-inizjattivi għall-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, iżda ma jindirizzawx l-aċċessibbiltà u d-disponibbiltà tas-servizzi soċjali għall-gruppi emarġinati (9). Għalkemm, sal-2016, 25,6 % tal-baġit tal-FSE kien allokat għal dan il-għan (10), ma jidhirx li hemm tibdiliet fl-approċċ adottat għall-interventi taħt il-FSE.

4.1.3.

L-Istati Membri jisfruttaw biss b’mod parzjali l-opportunità li jipprovdu servizzi lill-benefiċjarji tal-FEAD għal servizzi ta’ integrazzjoni professjonali u soċjali ta’ “limitu baxx” appoġġjati mill-FSE.

4.1.4.

Il-prinċipju ta’ sħubija, fl-ispirtu tal-Kodiċi Ewropew ta’ Kondotta (ECCP), huwa applikat b’mod inadegwat fir-rigward tal-FSE, filwaqt li fil-każ tal-FEAD nieqes għal kollox. Il-konsultazzjoni pubblika wkoll huwa insuffiċjenti, u l-awtoritajiet pubbliċi huma ddelegati deċiżjonijiet kruċjali mingħajr ma jikkonsultaw is-soċjetà ċivili. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni inadegwata tal-prinċipju tas-sħubija timmina t-trasparenza tal-użu tal-fondi, u b’hekk jiżdied ir-riskju ta’ korruzzjoni u abbużi (11).

4.1.5.

Ir-rekwiżiti formali u amministrattivi, imdaħħla mill-Istati Membri, li japplikaw għas-settur tal-FEAD u l-FSE li huma eċċessivament rigorużi u neċessarji għal implimentazzjoni korretta tar-regoli tal-UE. Dawn ir-rekwiżiti li huwa sikwit ibbażati fuq mekkaniżmi operattivi tal-amministrazzjonijiet soċjali pubbliċi, ma jqisux lanqas il-karatteristiċi speċifiċi tal-gruppi fil- mira (pereżempju persuni mingħajr dar, li hijaspiss impossibbli l-identifikazzjoni formali u r-reġistrazzjoni tagħhom) jew il-metodi ta’ ħidma tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; f’xi Stati Membri dawn l-organizzazzjonijiet huma soġġetti għal penali amministrattivi u finanzjarji li huma sproporzjonati għall-gravità tal-ksur.

4.1.6.

In- nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn il-Fondi Strutturali u l-strateġiji nazzjonali, nuqqas ta’ segwitu tal-programmi mibdija taħt il-fondi b’riżorsi baġitarji nazzjonali, u n-nuqqas ta’ approċċ fit-tul għall-finanzjament mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, li jistgħu jimminaw serjament l-implementazzjoni effikaċi tal-għanijiet tal-Fond fl-Istati Membri (12). Problema oħra hija d-definizzjoni inadegwata u mhux ċara tal-indikaturi, li ma jħallux il-ksib tal-għanijiet fuq perjodu ta’ żmien twil.

4.1.7.

In-nuqqas ta’ mekkaniżmi għat-tisħiħ u l-appoġġ tal-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż nuqqas ta’ sħubijiet stabbli (u, fil-każ tal-FEAD, akkreditazzjoni), in-nuqqas ta’ prefinanzjament għal attivitajiet jew finanzjament ta’ assistenza teknika għall-bini tal-kapaċità.

4.2.

Stħarriġ tan-netwerks tal-organizzazzjonijiet nazzjonali li jiġġieldu kontra l-faqar (13) juri li l-inklużjoni tagħhom fit-tħejjija tal-programmi operattivi hija, b’xi eċċezzjonijiet, baxxa ħafna. Il-leħen tal-organizzazzjonijiet ta’ għajnuna ma jingħatax attenzjoni xierqa fil-Kumitati ta’ Monitoraġġ.

4.3.

Madankollu, minħabba li l-FEAD — b’kuntrast mal-FSE huwa strument ġdid, l-aspetti ta’ implimentazzjoni pożittivi skont il-prattika attwali wkoll jistħoqqilhom attenzjoni. Għalhekk, sa mill-2014, tmien Stati Membri kienu diġà bdew l-operazzjonijiet tal-FEAD (15 oħrajn bdew fl-2015). Huwa stmat li fl-2014 biss 10,9 miljun persuna (14) bbenefikaw minn miżuri ta’ akkumpanjament tal-FEAD. Barra minn hekk, it-tnedija tal-FEAD u l-kundizzjoni li 20 % tar-riżorsi tal-FSE jiġu allokati għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali wasslu għal kooperazzjoni aħjar bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri u għal koordinazzjoni aħjar tal-attivitajiet tad-diversi entitajiet li jaħdmu biex jiġġieldu kontra l-faqar u l-esklużjoni. Il-konnessjoni tal-assistenza materjali u l-appoġġ li jakkumpanjaha taħt il-FEAD f’ħafna Stati Membri toħloq il-kundizzjonijiet għal integrazzjoni soċjali aħjar tal-benefiċjarji preċedenti ta’ programmi ta’ għajnuna alimentari.

4.4.

F’dan il-kuntest, il-KESE jilqa’ t-tnedija, mill-Kummissjoni Ewropea, ta’ pjattaforma ta’ Netwerk tal-FEAD għall-iskambju ta’ esperjenzi u n-netwerking, kif ukoll għat-tixrid tal-aħjar prattika., Huwa jikkunsidra, madankollu, li huwa stess u l-organizzazzjonijiet ewlenin umbrella li jaħdmu fil-qasam tal-FEAD fl-Istati Membri għandhom ikunu integrati fi djalogu strutturat mal-Kummissjoni Ewropea.

5.   Rakkomandazzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-FEAD u tal-FSE fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali

5.1.

Il-KESE, fil-perspettiva finanzjarja li jmiss, huwa favur il-ħolqien ta’ fond Ewropew integrat għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, abbażi tal-esperjenza miksuba s’issa fl-implimentazzjoni tal-FEAD u l-FSE. Dan l-istrument għandu jqis in-natura diversa tal-problemi u l-gruppi fil-mira fl-Istati Membru individwali, inklużi aspetti relatati mad-diversi forom ta’ migrazzjoni. L-intervent ta’ fond bħal dan għandu jagħmel użu akbar milli għamel qabel, tal-esperjenza u l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Għandu jagħtihom kompetenzi importanti fl-ipprogrammar, il-ġestjoni u l-evalwazzjoni; għandu wkoll jikkontribwixxi għal bini ta’ kapaċità tan-netwerks tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, b’iffukar partikolari fuq l-organizzazzjonijiet li jipprovdu appoġġ. L-integrazzjoni tal-fondi m’għandhiex iddgħajjef l-allokazzjoni u l-intensità tal-impenn soċjali tal-Unjoni għall-kisba tal-għanijiet tal-Fond.

5.2.

Il-KESE huwa tal-fehma li l-monitoraġġ mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-użu tal-FSE fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u l-użu tal-FEAD għall-miżuri ta’ integrazzjoni fl-Istati Membri għandu jkun aktar effettiv. B’mod partikolari, il-monitoraġġ għandu jivvaluta l-progress tal-integrazzjoni soċjali, u mhux biss l-applikazzjoni ta’ sett ta’ indikaturi kwantitattivi. Il-monitoraġġ għandu jinvolvi mill-qrib lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-persuni li qed jesperjenzaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali. Dawn il-mistoqsijiet ukoll għandhom ikunu element importanti tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu.

5.3.

F’dan ir-rigward, il-KESE jipproponi li l-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra kjarifika sinifikanti tar-rekwiżiti minimi li l-Istati Membri għandhom jirrispettaw meta jkunu qed jimplimentaw sħubijiet mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u l-provvediment ta’ sanzjonijiet fil-każ ta’ implimentazzjoni inadegwata (15).

5.4.

Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra li titlob lill-Istati Membri jistabilixxu, bl-użu ta’ assistenza teknika fil-qafas tal-FEAD u l-FSE, sistemi ta’ appoġġ effettiv għall-iżvilupp tal-kapaċità teknika u organizzattiva tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili involuti fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali (16).

5.5.

Il-KESE jqis ta’ importanza kruċjali l-kooperazzjoni professjonali bejn il-korpi nazzjonali li jamministraw il-fondi u l-organizzazzjonijiet imsieħba – inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, ir-reġjuni, id-distretti u l-muniċipalitajiet – ibbażata fuq prinċipji ċari u ftehimiet trasparenti. Dawn l-organizzazzjonijiet jagħmlu kontribuzzjoni teknika u organizzattiva, li tirrappreżenta valur miżjud ġenwin fl-implimentazzjoni tal-FEAD u l-FSE. L-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom jikkonsultaw l-organizzazzjonijiet imsieħba b’mod aktar effettiv sabiex jipperfezzjonaw il-programmi operattivi, u jinkoraġġixxu wkoll il-kooperazzjoni, il-konsultazzjoni u l-iskambju ta’ esperjenzi (17).

5.6.

Billi l-Ftehimiet ta’ Sħubija u l-Programmi Operazzjonali huma r-riżultat ta’ negozjati bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet nazzjonali, il-Kummissjoni għandha fil-futur tkun iżjed eżiġenti meta tapprova dawn il-ftehimiet u programmi u titlob li dawn jiġu kkoreġuti, jekk ma jkunux jirrispettaw bis-sħiħ il-prinċipju ta’ sħubija (18).

5.7.

Il-Kumitat iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu użu aktar wiesa tal-għotjiet globali, għall-mekkaniżmu ta’ allokazzjoni mill-ġdid ta’ fondi (regranting) u – fejn possibbli – l-ekwivalenza tat-trattament tal-benefiċċji in natura għal dik tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji. Barra minn hekk, għandha titqies il-possibiltà li l-Kummissjoni Ewropea timponi l-obbligu li parti sostanzjali mill-fondi disponibbli għall-programmi operattivi jitwarrbu għall-proġetti b’baġit żgħir (19). Dan jagħmilha possibbli li jiġu appoġġjati l-proġetti, l-organizzazzjonijiet u l-gruppi ta’ awtoassistenza ż-żgħar minn isfel għal fuq, u jiffaċilita t-twaqqif ta’ sħubijiet fil-livell lokali.

5.8.

Il-KESE huwa tal-fehma li l-benefiċjarji diretti tal-miżuri ta’ appoġġ jistgħu u għandhom jikkontribwixxu wkoll biex tissaħħaħ l-effettività tagħhom. L-organizzazzjonijiet li jipprovdu appoġġ għandhom jiżviluppaw għodod ta’ valutazzjoni u, fejn possibbli, jirreklutaw il-volontiera minn fost il-benefiċjarji diretti.

5.9.

Barra minn hekk, il-KESE huwa favur it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tekniċi u organizzattivi ta’ netwerks Ewropej ta’ organizzazzjonijiet li jaħdmu biex jiġġieldu kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Brussell, it-22 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Georges DASSIS


(1)  http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10434-2016-INIT/mt/pdf

(2)  Skont ir-Regolament dwar l-FEAD (ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014, “organizzazjoni msieħba” tfisser entitatjiet pubbliċi u/jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligh li jqassmu prodotti tal-ikel u/jew jipprovdu għajnuna materjali bażika, u li l-operat tagħhom kien magħżul mill-awtorità ta’ ġestjoni. Fir-regolament rigward l-FSE (ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013) jissemmew l-imsieħba soċjali, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u organizzazzjonijiet oħra.

(3)  http://www.un.org/sustainabledevelopment/sustainable-development-goals/

(4)  Stqarrija għall-Istampa tal-Eurostat Nru 181/2015 tas-16 ta’ Ottubru 2015.

(5)  http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10434-2016-INIT/mt/pdf

(6)  Opinjonijiet preċedenti ĠU C 133, 14.4.2016, p. 9; ĠU C 170, 5.6.2014, p. 23

(7)  Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn Għal dan ir-Regolament, id-definizzjoni ta’ “persuni l-aktar fil-bżonn” għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri.

(8)  L-ECCP mhuwiex applikabbli għall-FEAD minħabba l-bażi legali differenti tagħha.

(9)  http://www.eapn.eu/barometer-report-eapns-monitoring-the-implementation-of-the-20-of-the-european-social-funds-for-the-fight-against-poverty/

(10)  http://ec.europa.eu/contracts_grants/pdf/esif/invest-progr-investing-job-growth-report_en.pdf

(11)  Ara l-Opinjoni tal-KESE, ĠU C 487, 28.12.2016, p. 1.

(12)  L-użu tal-politika ta’ koeżjoni biex tiġi indirizzata l-esklużjoni soċjali, analiżi fil-fond, EPRS 2016, http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/IDAN/2016/583785/EPRS_IDA%282016%29583785_EN.pdf

(13)  http://www.eapn.eu/barometer-report-eapns-monitoring-the-implementation-of-the-20-of-the-european-social-funds-for-the-fight-against-poverty/

(14)  COM(2016) 435 final.

(15)  Ara l-Opinjoni tal-KESE, ĠU C 487, 28.12.2016, p. 1.

(16)  Ara l-Opinjoni tal-KESE, ĠU C 487, 28.12.2016, p. 1.

(17)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2016 dwar Il-ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Approċċ integrat, punt 15.

(18)  L-użu tal-politika ta’ koeżjoni biex tiġi indirizzata l-esklużjoni soċjali, EPRS, analiżi fil-fond, Mejju 2016: http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/IDAN/2016/583785/EPRS_IDA%282016%29583785_EN.pdf.

(19)  Pereżempju, sa EUR 50 000.


31.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/20


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Ir-rwol tal-agrikoltura fin-negozjati kummerċjali bilaterali u reġjonali fid-dawl tal-laqgħa ministerjali tad-WTO f’Nairobi”

(Opinjoni fuq inizjattiva proprja)

(2017/C 173/04)

Relatur:

Jonathan PEEL

Deċiżjoni tal-Assemblea tal-Plenarja

21.1.2016

Bażi legali

Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura

 

Opinjoni fuq inizjattiva proprja

 

 

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent

Adottata fis-sezzjoni

6.2.2017

Adottata fil-plenarja

23.2.2017

Sessjoni plenarja Nru

523

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

212/0/0

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

B’tgħawwiġ għall-kwotazzjoni ta’ Mark Twain (1), ir-rapporti dwar il-mewt tad-WTO minħabba l-falliment taċ-Ċiklu ta’ Doha huma ferm esaġerati. Id-WTO tibqa’ forum vijabbli u effettiv għan-negozjati kummerċjali, b’mod partikolari fl-agrikoltura.

1.1.1.

L-10 Konferenza Ministerjali tad-WTO f’Nairobi f’Diċembru 2015 saħħet dan. Id-deċiżjonijiet matulha inkludew it-tneħħija effettiva tas-sussidji fuq l-esportazzjonijiet agrikoli. Id-Direttur Ġenerali tad-WTO iddeskriva dan bħala l-aktar riżultat sinifikanti tad-WTO marbut mal-Agrikoltura f’20 sena. Dan isegwi l-Ftehim tal-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ u ftehimiet oħrajn milħuqin f’Bali fl-2013 fil-Konferenza Ministerjali preċedenti.

1.1.2.

Fil-kummerċ agrikolu (2), hemm oqsma ta’ politika ewlenin fejn ftehim jista’ jintlaħaq l-aħjar fil-livell multilaterali, b’mod partikolari l-livelli globali tal-għanuniet u l-appoġġ domestiku, is-sussidji ta’ esportazzjoni u ċerti aspetti tal-aċċess għas-suq. Dawn tal-aħħar jinkludu mekkaniżmu ta’ salvagwardja speċjali (MSS) u t-Trattament Speċjali u Differenzjali (SDT) għal membri ta’pajjiżi tad-WTO li qegħdin jiżviluppaw.

1.2.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jemmen li hemm bżonn approċċ ġdid, jeħtieġ kontribut frisk u impetu ġdid għall-kummerċ agrikolu, spiss l-iktar qasam kontroversjali fin-negozjati. Skont id-Dikjarazzjoni Ministerjali ta’ Nairobi (3), għall-ewwel darba, ma kienx hemm affermazzjoni mill-ġdid ta’ impenn sħiħ biex jiġi konkluż iċ-Ċiklu ta’ Doha, iżda kien hemm “l-impenn qawwi min-naħa tal-membri kollha biex jiġu avvanzati n-negozjati dwar il-kwistjonijiet ta’ Doha li fadal”, inkluża l-agrikoltura.

1.2.1.

L-approċċ multilaterali għall-ħtiġijiet tal-agrikoltura għandu bżonn reviżjoni u spinta ġdida, mhux abbandun. “Doha” bħala kunċett ta’ djalogu ta’ kummerċ bejn il-pajjiżi żviluppati u dawk li qed jiżviluppaw jeħtieġ li jiġi ppreservat u mtejjeb, filwaqt li jiġi rispettat il-prinċipju tas-sovranità tal-ikel għal kulħadd.

1.2.2.

L-UE tinsab f’pożizzjoni tajba biex ikollha rwol ta’ mexxejja dinjija proattiva fil-promozzjoni ta’ approċċ ibbilanċjat ġdid. Il-KESE jħeġġiġha tagħmel dan mhux l-inqas minħabba n-nuqqas ta’ bosta ekonomiji li qegħdin jiżviluppaw b’pass mgħaġġel milli jagħmlu sforzi notevoli biex jgħinu lil oħrajn li għadhom lura fl-iżvilupp. Il-bini tal-kapaċità għal dawn tal-aħħar jibqa’ ta’ importanza kritika kif ukoll li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw inqas avvanzati jingħataw aktar lok biex jipprevjenu milli jdgħajfu s-sigurtà alimentari jew tal-iżvilupp tas-setturi agrikoli emerġenti tagħhom.

1.3.

Kunsiderazzjoni oħra hija meħtieġa wkoll għal dak li jistgħu jilħqu n-negozjati bilaterali u reġjonali fil-kummerċ agrikolu, filwaqt li jiżguraw li dan ma jkunx f’kunflitt mal-multilateraliżmu.

1.4.

Il-KESE jemmen li l-adozzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, kif ukoll il-Ftehim ta’ Pariġi (COP21 (4)), fundamentalment jibdlu l-aġenda kummerċjali globali, speċjalment għall-kummerċ agrikolu. Dawn il-ftehimiet huma profondi u l-ħtieġa li jiġu implimentati issa għandu jkun il-fulkru tan-negozjati kummerċjali kollha tal-ġejjieni.

1.4.1.

Biex l-SDGs, jintlaħqu, il-kummerċ u l-investiment għandhom jaqdu rwol ċentrali. L-UNCTAD tqis li meħtieġa żieda ta’ USD $2,5 triljun kull sena biex jintlaħqu dawn il-miri. L-SDGs huma ta’ natura globali u applikabbli universalment – il-pajjiżi kollha għandhom jaqsmu r-responsabbiltà sabiex jintlaħqu. Dawn għandhom iwasslu għal mod ġdid ta’ ħidma globali – usa’, aktar parteċipattiva u konsultattiva. Aktar minn 90 pajjiż diġà talbu l-għajnuna ta’ oħrajn biex dawn jintlaħqu.

1.4.2.

Se jkun hemm sinerġija mill-qrib għall-promozzjoni u l-implimentazzjoni tal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli u għall-promozzjoni tal-valuri Ewropej madwar id-dinja, b’mod partikolari permezz tal-progress soċjali u ambjentali. Nirrakkomandaw bil-qawwa li l-livelli ta’ trasparenza u l-involviment tas-soċjetà ċivili kif eventwalment miksuba mill-UE fin-negozjati mal-Istati Uniti għandhom isiru n-norma.

1.4.3.

Id-Dikjarazzjoni ta’ Nairobi tenfasizza li d-WTO għandha rwol importanti fl-ilħuq tal-SDGs, li jkun ħafna aktar diffiċli mingħajr mekkaniżmu effettiv ta’ kummerċ multilaterali.

1.5.

Il-Kumitat jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-passi li jmiss għal ġejjini sostenibbli Ewropew”, ippubblikata f’Novembru 2016 (5), li għandha l-għan “li tintegra l-SDGs fil-qafas tal-politika Ewropea u fil-prijoritajiet attwali tal-Kummissjoni”.

1.5.1.

Dan huwa partikolarment importanti għan-negozjati futuri dwar il-kummerċ agrikolu. L-agrikoltura għandha rwol ewlieni fit-twettiq tal-biċċa l-kbira tal-SDGs, jekk mhux kollha, b’mod partikolari l-Għan 2 (jintemm il-ġuħ), 12 (il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli) u 15 (id-degradazzjoni tal-art). Il-kummerċ jgħin biex jikkumbatti l-iżbilanċi fid-domanda u l-provvista, jista’ jtejjeb is-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni b’mod sinifikanti permezz taż-żieda fid-disponibbiltà tal-ikel, jippromwovi l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u jżid l-investiment, l-opportunitajiet tas-suq u t-tkabbir ekonomiku, u b’hekk jiġġenera impjiegi, dħul u prosperità fiż-żoni rurali.

1.6.

L-UE qegħda f’pożizzjoni unika biex tmexxi din l-aġenda ‘l quddiem: għandha l-piż bħala l-akbar esportatur u importatur ta’ prodotti agrikoli, m’għandhiex tidher li hija primarjament difensiva dwar l-agrikoltura, għandha interess sostnut u pprovat fil-kummerċ u l-iżvilupp u fuq kollox f’Nairobi uriet li għandha l-kapaċità li tipproduċu ideat ġodda u bbilanċjati. L-UE għandha l-kredibbiltà biex ikollha rwol ta’ pont effettiv bejn il-pajjiżi żviluppati u dawk li qed jiżviluppaw.

1.7.

Madankollu, qabel ma tkun tista’ tagħmel dan b’mod effettiv, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex twettaq valutazzjoni sħiħa tal-impatt, l-ewwel nett dwar l-effetti probabbli li l-implimentazzjoni tal-SDGs u l-Ftehim ta’ Pariġi se jkollhom fuq l-agrikoltura tal-UE u fuq il-politika kummerċjali tal-UE.

1.7.1.

Fl-istess ħin, l-UE għandha twessa’ din il-valutazzjoni tal-impatt biex tinkludi l-effetti ta’ ftehimiet kummerċjali reċenti tal-UE kif ukoll l-iżviluppi fil-kummerċ globali fuq l-agrikoltura madwar l-UE. Filwaqt li l-agrikoltura u l-kummerċ ilhom kompetenza tal-UE għal aktar minn 40 snin, xi drabi kien hemm nuqqas ta’ komunikazzjoni, jew ħsibijiet “konġunti”, bejn dawn l-interessi.

2.   Kuntest

2.1.

Bħala parti (l-Artikolu 20) mill-Ftehim taċ-Ċiklu tal-Urugwaj dwar l-Agrikoltura (URAA), il-membri tad-WTO, li kienet għadha kif ġiet stabbilita (li ssostitwixxiet il-GATT jew il-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ) qablu li jibdew negozjati ulterjuri biex jitkompla l-proċess ta’ riforma tal-kummerċ agrikolu sa tmiem l-1999. Fl-2001 din l-aġenda ta’ riforma interna saret parti miċ-“Ċiklu ta’ Doha” usa’, jew l-Aġenda ta’ Żvilupp ta’ Doha (DDA). Oriġinarjament in-negozjati kellhom jiġu konklużi sal-1 ta’ Jannar 2005, iżda dawn għandhom għaddejjin wara 15-il snin.

2.2.

Abbażi tas-sottomissjonijiet ta’ negozjar minn ‘il fuq minn 100 membri tad-WTO, id-Dikjarazzjoni ta’ Doha (6) kkonfermat mill-ġdid l-objettiv fit-tul tagħha li “twaqqaf sistema ta’ kummerċ ġusta u orjentata lejn is-suq permezz ta’ programm ta’ riforma fundamentali”. Din kellha tinkludi “regoli msaħħin, impenji speċifiċi, u l-appoġġ mill-gvern u l-protezzjoni tal-agrikoltura… biex jiġu kkoreġuti u evitati r-restrizzjonijiet u d-distorsjonijiet fis-swieq dinjija tal-biedja”.

2.2.1.

Id-DDA kopriet “tliet pilastri” tal-kummerċ agrikolu, kif determinat skont l-URAA:

tnaqqis sostanzjali fl-ostakli għall-aċċess għas-suq

tnaqqis ta’ kull forma ta’ sussidji għall-esportazzjoni bil-ħsieb li jispiċċaw ftit ftit

tnaqqis sostanzjali fl-appoġġ domestiku għall-agrikoltura li tgħawweġ il-kummerċ

2.2.2.

Id-Dikjarazzjoni ta’ Doha semmiet bħala “integrali matul in-negozjati”, it-trattament speċjali u divrenzjat (SDT) għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li jippermetti lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom, b’mod partikolari fis-sigurtà tal-ikel u l-iżvilupp rurali. Abbażi tas-sottomissjonijiet tal-membri, intlaħaq qbil ukoll biex jiġi inkluż it-tħassib mhux kummerċjali, bħall-ħarsien tal-ambjent.

2.3.

B’diversi skadenzi li ma ntlaħqux, iċ-ċiklu ta’ Doha qatt ma tlesta, għalkemm sar progress notevoli f’Bali kif ukoll f’Nairobi.

2.3.1.

Il-bażi tad-dikjarazzjoni ta’ Doha kien “Impenn Uniku”, fejn ma jintlaħaq ebda ftehim qabel ma jintlaħaq ftehim fuq kollox. Għalkemm il-membri tad-WTO kienu viċin il-ftehim f’diversi okkażjonijiet, l-aktar reċenti fl-2008, kien għad fadal kwistjonijiet pendenti. Madankollu dan effettivament tħassar f’Bali fl-2013, permezz tal-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ u għadd ta’ ftehimiet oħra, kif ukoll ftehimiet speċifiċi dwar l-agrikoltura milħuqa f’Nairobi.

2.4.

Minkejja li l-paragrafu 12 tad-Dikjarazzjoni Ministerjali ta’ Nairobi jgħid: Aħna ninnutaw madankollu li sar ħafna inqas progress fl-agrikoltura”, id-deċiżjoni meħuda hemmhekk dwar l-eliminazzjoni tas-sussidji fuq l-esportazzjoni agrikola ġiet deskritta mid-Direttorat Ġenerali tad-WTO bħala l-aktar riżultat sinifikanti tad-WTO dwar l-Agrikoltura (7) f’20 snin. Flimkien ma’ dan, id-Dikjarazzjoni Ministerjali reġgħet rabtet ukoll lill-Membri biex ikomplu l-ħidma dwar il-kisba ta’ mekkaniżmu ta’ salvagwardja speċjali għall-pajjiżi Membri li qed jiżviluppaw, kif ukoll dwar il-kisba ta’ soluzzjoni permanenti dwar ħażna pubblika għal skopijiet tas-sigurtà tal-ikel, għal adozzjoni fil-Konferenza li jmiss, “MC 11”, fl-2017. Id-Deċiżjoni Ministerjali dwar il-qoton hija rilevanti wkoll.

3.   Kummenti speċifiċi: progress multilaterali futur fl-agrikoltura

3.1.

Kif irrikonoxxew kemm l-URAA u d-DDA, kwalunkwe qbil globali effettiv dwar l-MSS, l-SDT jew dwar il-livelli ġenerali ta’ sussidji fl-agrikoltura jista’ jiġi indirizzat biss fil-livell multilaterali. Madankollu, jekk jiġi indirizzat b’mod frammentat bħal f’Nairobi, dan iħalli inqas inċentivi għall-kwistjonijiet aktar diffiċli, b’inqas x’jiġi offrut lil dawk li mistennija jagħmlu konċessjonijiet ewlenin.

3.1.1.

Il-Kumitat tal-Agrikoltura tad-WTO qed juri dejjem iktar ħeġġa biex jaħdem għal riżultati relatati mal-agrikoltura fl-MC11, li għandha ssir f’Buenos Aires f’Diċembru 2017, inkluż l-aġenda ta’ riforma integrata (8) tal-l-URAA, mhux l-inqas sabiex jissaħħaħ l-approċċ multilaterali.

3.1.2.

Madankollu realistikament, il-proċess ta’ Doha bħala tali intemm, u issa hemm il-bżonn ta’ ideat u kontributi ġodda, mhux biss għan-negozjati multilaterali futuri, iżda wkoll għal dak li jista’ jiġi milħuq l-aħjar fuq il-livell bilaterali jew reġjonali mingħajr ma jgħawweġ l-istampa globali.

3.2.

Il- “pakkett ta’ Nairobi” involva madwar sitt ftehimiet dwar l-agrikoltura, b’mod partikolari l-impenn li jitneħħew is-sussidji għall-esportazzjoni għall-esportazzjonijiet agrikoli, u b’hekk solva waħda mit-tliet pilastri tal-agrikoltura, bil-pajjiżi li qed jiżviluppaw mogħtija ftit aktar żmien biex jeliminaw b’mod gradwali dawn is-sussidji. Dan wassal ukoll għall-kisba tal-għan prinċipali stabbilit għall-SDG 2 (“jitneħħa l-ġuħ”).

3.2.1.

L-UE kienet mutur ewlieni għal dan, b’mod partikolari għat-tħejjija ta’ pożizzjoni konġunta minn qabel ma’ esportaturi agrikoli globali ewlenin, inklużi l-Brażil. Dan il-kuntratt jinkludi wkoll dixxiplini vinkolanti dwar forom oħra ta’ appoġġ għall-esportazzjoni, inkluż il-krediti għall-esportazzjoni, l-għajnuna alimentari u l-intrapriżi kummerċjali tal-istat, kif ukoll it-tneħħija tas-sussidji fuq il-qoton.

3.3.

Id-diskussjonijiet tad-DDA dwar l-aċċess għas-suq għalhekk kienu ikkonċentrati s’issa fuq il-livelli ta’ tariffi, il-kwoti tarrifarji (TRQs), l-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji u salvagwardji speċjali, inkluż l-SDT għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Bħala konsegwenza tal-URAA, kważi l-ostakoli mhux tariffarji kollha fl-agrikoltura kellhom jiġu eliminati jew mibdula f’tariffi, sakemm ma jkunux japplikaw regoli oħra tad-WTO, b’mod partikolari l-applikazzjoni ta’ miżuri sanitarji u fitosanitarji (il-Ftehim SPS) u dwar il-barrieri tekniċi għall-kummerċ (il-Ftehim TBT) (9). Fejn “it-tariffi ekwivalenti kkalkolati” xorta waħda baqgħu għoljin wisq biex jippermettu kwalunkwe possibilità reali ta’ importazzjonijiet, ġiet introdotta sistema ta’ TRQs, b’tariffi aktar baxxi fi ħdan dawn il-kwoti.

3.3.1.

It-tariffi u t-TRQs jistgħu tabilħaqq jiġu indirizzati fin-negozjati kummerċjali bilaterali, iżda s-salvagwardji speċjali u l-SDT effettivament huma kwistjonijiet multilaterali. Il-pajjiżi jistgħu u jafu wkoll inaqqsu t-tariffi u s-sussidji unilateralment – ħafna minnhom għamlu dan.

3.4.

L-appoġġ domestiku għall-agrikoltura jinsab fil-qalba tan-negozjati multilaterali, fejn hemm iktar lok għall-manovrar u xi prospetti għall-progress fl-MC11.

3.4.1.

Il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi jagħtu appoġġ domestiku lill-bdiewa. Għal xi wħud dan l-appoġġ huwa minimu (pereżempju l-esportaturi ewlenin tal-agrikoltura, b’mod partikolari l-Awstralja u n-New Zealand). Pajjiżi żviluppati oħrajn jagħtu appoġġ sostanzjali lill-bdiewa tagħhom f’varjetà ta’ forom, mhux l-inqas bħala remunerazzjoni għas-servizzi li jipprovdu għas-soċjetà. L-istess jagħmlu ekonomiji li qed jiżviluppaw rapidament, fejn il-livelli ta’ għajnuna jidher li qed jiżdied b’mod sinifikanti hekk kif qed isiru aktar għonja iżda fejn jidher dewmien ta’ żmien serju fir-rappurtar taċ-ċifri mad-WTO.

3.4.2.

F’Settembru 2016 l-Istati Uniti taw bidu għal bosta proċeduri ta’ tilwim tad-WTO kontra ċ-Ċina dwar il-miżuri ta’ appoġġ domestiku tagħha, b’mod partikolari għall-qamħ, il-qamħirrun u varjetajiet tar-ross. L-aħħar ċifri rrappurtati miċ-Ċina lid-WTO kienu tal-2010, u min dak iż-żmien hu mifhum li l-għajnuna tagħha żdiedet rapidament. Għalkemm il-mekkaniżmu għat-tilwim jista’ jkun kumpless u l-proċedura sħiħa tista’ ma tkunx segwita, dan il-pass qed jixħet dell ikrah fuq id-diskussjonijiet tad-WTO dwar l-appoġġ domestiku qabel l-MC11. Dan jidher ukoll li jikkontradixxi wkoll il-Ftehim ta’ Bali sabiex jiġi evitat tilwim dwar kwistjonijiet ta’ ħażna pubblika li jinvolvu pajjiżi li qed jiżviluppaw (10).

3.4.3.

Iċ-ċifri ppreżentati suċċessivament mill-Gvern tal-Istati Uniti lid-WTO (11) juru li l-appoġġ domestiku żdied minn USD 12-il biljun għal USD 14-il biljun fl-2013, qrib il-limitu globali propost fil-ftehim fallut tal-“pakkett ta’ Lulju 2008”. Dan inkluda USD 6,9 biljuni f’“kaxxa oranġjo” u USD 7 biljuni f’pagamenti “de minimis”. IngħatawUSD 132 biljun f’għajnuna tal-“kaxxa ħadra”. It-total globali ta’ aktar minn USD 0 biljun f’għajnuna huwa kważi d-doppju ta’ dak tal-2007. Dan ifisser li ċ-Ċina rrappurtat sussidji li jgħawġu l-kummerċ, kif definit mill-Ftehim taċ-Ċiklu tal-Urugwaj dwar l-Agrikoltura tal-GATT (1994), ta’ madwar USD 18-il biljun fl-2010, il-Ġappun USD 14-il biljun fl-2012, ir-Russja USD 5 biljuni fl-2014 u l-Indja USD 2biljuni fl-2010-11. Il-Brażil irraporta inqas minn USD 2 biljuni ta’ għajnuna li tgħawweġ il-kummerċ għall-2014-15 (12).

3.4.4.

Fl-2012-13, iċ-ċifri tal-UE notifikat lid-WTO (13) juru għajnuna annwali ta’ madwar EUR 80 biljun, figura konsistenti mill-bidu taċ-Ċiklu ta’ Doha. Madankollu, minn din iċ-ċifra ‘il fuq minn EUR 70 biljun kienu f’għajnuna tal-“kaxxa ħadra”. L-appoġġ kumplessiv tal-UE li “jgħawweġ il-kummerċ, inkluż għajnuna tal-“kaxxa oranġjo”, “kaxxa blu” u “de minimis”, kien biss ta’ madwar EUR 10 biljun. L-appoġġ tal-“kaxxa l-ħadra” tal-UE (li ma jgħawwiġx il-kummerċ jew b’tgħawwiġ minimu) jinkludi l-protezzjoni tal-ambjent u l-programmi ta’ żvilupp reġjonali.

3.4.5.

Din ix-xejra qawwija tal-UE mill-appoġġ li jgħawweġ il-kummerċ, ta’ ‘l fuq minn EUR 60 biljun fl-2001, għall-“kaxxa l-ħadra” issegwi l-“Ftiehim ta’ Lussemburgu” tal-KAP tal-2003 fejn il-pagamenti tal-UE għall-irżieżet inqalbu minn għajnuna diretta għall-għelejjel indiviwali għal “appoġġ diżakkoppjat għall-introjtu”. Dan il-pass unilaterali kbir lejn l-ilħuq ta’ għan importanti tad-DDA fl-agrikoltura jagħti lill-UE aktar kredibbiltà bħala intermedjarju finanzjarju futur għan-negozjati agrikoli.

3.4.6.

Madankollu l-Istati Uniti u pajjiżi oħra setgħu biss ikunu mistennija li jagħmlu konċessjonijiet kbar dwar l-appoġġ domestiku jekk jingħataw konċessjonijiet kbar band’oħra, inkluż għal kwistjonijiet mhux agrikoli multilaterali – iżda l-prospetti għal dan mhumiex inkoraġġanti. Uħud jistgħu jaħsbu li m’hemmx il-ħtieġa li jsir aktar minħabba ftehimiet oħra megaregjonali inkwistjoni.

3.4.7.

Kwistjonijiet oħra għadhom kontroversjali ħafna bejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari “il-ħażna pubblika għal skopijiet ta’ sigurtà tal-ikel” li wasslu għal tilwim bejn pajjiżi ġirien. Ġie miftiehem f’Nairobi li ssir ħidma għal soluzzjoni permanenti għal din il-kwistjoni, li baqgħet hemm minn Bali fejn tqajjmet mill-Indja. Skont id-Deċiżjoni ta’ Bali, il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jitħallew ikomplu l-programmi ta’ ħażna tal-ikel li altrimenti jistgħu jiksru l-limiti tad-WTO dwar l-appoġġ domestiku.

3.5.

Madankollu, skont il-Komunikazzjoni tal-KE “Kummerċ għal kulħadd”, il-multilateraliżmu huwa fil-qalba tal-kummerċ dinji u għandu jibqa’ “il-pedament tal-politika kummerċjali tal-UE” (14). Id-WTO tiżviluppa u tinforza r-regoli tal-kummerċ globali, u tiżgura l-kompatibbiltà globali. Dan huwa appoġġjat mill-Mekkaniżmu għas-Soluzzjoni tat-Tilwim (15) tagħha, li jitqies ta’ siwi kbir minn bosta u qed jintuża dejjem iktar. L-SDGs u l-COP21 it-tnejn huma settijiet ta’ miri ċari. B’kuntrast, id-WTO għandha mekkaniżmu ċar, kontra l-protezzjoniżmu mifrux u ta’ tfixkil kummerċjali bħal qabel it-Tieni Gwerra Dinjija u t-twaqqif tal-GATT.

3.5.1.

Dan ir-rwol tat-tfassil tar-regoli huwa partikolarment importanti għall-agrikoltura. Dan jgħodd fuq kollox għall-Ftehim dwar l-SFS (sanitarji u fitosanitarji) u l-qasam estremament kumpless tar-Regoli ta’ Oriġini (RtO), għalkemm dawn mhumiex parti mill-aġenda tad-DDA. Għad hemm periklu reali li ftehimiet bilaterali jistabbilixxu regoli li jkun fihom duplikazzjoni jew anke jkunu konfliġġenti, u dan iwassal għal kumplikazzjoni minflok jiċċara r-regoli tal-kummerċ dinji.

3.5.2.

Il-Ftehim SPS tad-WTO tal-1995 ikopri l-applikazzjoni tar-regoli dwar is-sigurtà tal-ikel u s-saħħa tal-annimali u tal-pjanti. L-Artikolu 5.7 ikopri l-prinċipju ta’ prekawzjoni, li issa huwa minqux fit-Trattat ta’ Lisbona. Kwalunkwe tentattiv biex dan jiġi mmodifikat barra mil-livell multilaterali jista’ jkollu implikazzjonijiet profondi għall-ordni tal-kummerċ dinji u l-kredibbiltà futura tal-Ftehim innifsu.

4.   Il-prospetti għal ftehim bilaterali jew ftehim kummerċjali reġjonali

4.1.

Fl-agrikoltura, bħal f’oqsma oħra, il-FTAs iridu jipprovdu valur miżjud reali. Dawn jippermettu ambitu akbar għal differenzi reġjonali u nazzjonali, kif ukoll ambitu akbar għas-sensittivitajiet kulturali. Huma jridu wkoll jiġu ġġudikati skont jekk dawn isaħħux il-multilateraliżmu.

4.2.

It-tnaqqis tat-tariffi u t-TRQs huma parti essenzjali mill-ftehimiet kummerċjali bilaterali. Fil-Ġappun it-tariffi fuq l-importazzjoni għal oġġetti tal-ikel jibqgħu għoljin ħafna, fiċ-Ċina t-tariffi huma ferm aktar baxxi. L-UE jista’ jkollha lok għall-manovrar f’ċerti TRQs, possibilment fejn inbidlu s-sensittivitajiet għal dawk stabbiliti fi żmien l-URAA.

4.2.1.

L-indikazzjonijiet ġeografiċi (GIs), li jingħad li għandhom valur ta’ EUR 5,6 biljun fis-sena (16), huma qasam importanti ħafna fejn l-UE għandha bżonn timmassimizza l-interessi tagħha f’negozjati bilaterali. In-negozjaturi tal-UE inkludew b’suċċess madwar 145 GI tal-UE rikonoxxuti fil-Ftehim bejn l-UE u l-Kanada (CETA) (17), u aktar mal-Vjetnam, imma dan se jvarja skont dak li hu relevanti għall-FTA relevanti. Pajjiżi oħra, b’mod partikolari fl-Asja tal-Lvant, damu biex jinnominaw GIs, filwaqt li l-Istati Uniti jaraw ħafna minn dawn id-denominazzjonijiet bħala prodotti ġeneriċi.

4.2.2.

L-UE trid ukoll tissalvagwardja kompletament l-interessi agrikoli tagħha f’negozjati bilaterali, u ssaħħaħ dawn kemm jista’ jkun, b’mod partikolari fejn l-imsieħeb tan-negozjati tal-UE huwa esportatur agrikolu sinifikanti, bħalma huma l-Mercosur, l-Awstralja jew New Zealand. L-UE trid tevita kwalunkwe tentazzjoni li tagħmel konċessjonijiet fl-agrikoltura għal qligħ fi bnadi oħra.

4.3.

Il-ftehimiet bilaterali għandhom jimmiraw li jeliminaw l-applikazzjoni ta’ standards doppji, fl-agrikoltura, b’mod notevoli b’rabta mal-Ftehimijiet SPS u TBT, fil-pajjiżi msieħba. L-UE ser tkun trid ukoll tippromovi l-istandards tagħha dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, kif ukoll tippromovi l-istandards ambjentali, soċjali u ta’ żvilupp sostenibbli usa’, f’konformità mal-SDGs. Il-Kumitat jilqa’ l-livell ta’ trasparenza u l-involviment tas-soċjetà ċivili mill-bidu tan-negozjati kif eventwalment miksuba fis-Sħubija tal-Kummerċ u l-Investiment Transatlantika, u jirrakkomanda li dan isir in-norma f’negozjati futuri.

4.3.1.

L-UE (u oħrajn) għandhom jinkludu impenn vinkolanti għall-bini ta’ kapaċità biex jgħinu lill-pajjiżi inqas żviluppati biex jilħqu dawn l-istandards, bħall-għajnuna fl-iżvilupp ta’ sistema ta’ ċertifikazzjoni veterinarji aċċettabbli, b’importanza għall-istandards tas-sigurtà tal-ikel.

4.4.

L-iżgurar u t-titjib tas-sigurtà tal-ikel se tkun ukoll gwida politika fundamentali fi kwalunkwe negozjati bilaterali dwar l-agrikoltura, kif imsemmi fl-Opinjoni tal-Kumitat dwar il-kummerċ agrikolu/is-sigurtà alimentari globali  (18). Kif jindika dan, il-kummerċ agrikolu jeħtieġ kemm “li tiġi ssodisfata d-domanda ta’ dawk li għandhom il-flus x’jonfqu” (possibilment għall-ewwel darba) kif ukoll li tingħata “għajnuna u assistenza fejn in-nies ma jistgħux jeliminaw il-ġuħ u n-nuqqas waħedhom”. Huwa daqstant importanti li jinżamm livell suffiċjenti ta’ awtosuffiċjenza alimentari, pereżempju biex pajjiżi importaturi jitħarsu minn varjazzjonijiet kbar fil-prezzijiet fi prodotti importati.

4.4.1.

Din l-Opinjoni tat ħarsa lejn il-potenzjal enormi fid-domanda għal prodotti tal-ikel u tax-xorb tal-UE barra l-Ewropa. Madwar żewġ terzi tal-produzzjoni agrikola tal-UE tmur għal aktar ipproċessar. L-esportazzjonijiet agrikoli tal-UE laħqu l-EUR 129 biljun fl-2015, żieda ta’ 27 % fuq l-2011. Fit-tieni kwart tal-2016 l-esportazzjonijiet tal-UE ammontaw għal EUR 25,4 biljun, waqt li l-importazzjonijiet tal-UE tal-prodotti tal-ikel u x-xorb kienu EUR 17,8 biljun. L-esportazzjonijiet prinċipali kienu l-laħam, ix-xorb alkoħoliku, l-inbid, il-prodotti tal-ħalib, iċ-ċikkulata u l-ħelu.

5.   Il-kummerċ, l-agrikoltura u l-SDGs

5.1.

L-adozzjoni tal-SDGs tan-NU f’Settembru 2015, il-qalba tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, u t-twettiq tal-Ftehim ta’ Pariġi (COP 21) (19), se jkollhom effetti profondi fuq il-kummerċ dinji. Il-bżonn ġenerali li dawn jiġu mplimentati issa għandu jkun fil-qalba tan-negozjati kummerċjali kollha tal-ġejjieni, speċjalment tal-kummerċ agrikolu.

5.2.

L-SDGs se jkollhom aktar effett dirett fuq il-kummerċ agrikolu. L-SDGs jibnu fuq l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju (MDGs), iżda dawn se jaffettwaw lil kull pajjiż. L-SDGs huma ta’ natura globali u applikabbli universalment — il-pajjiżi kollha għandhom jaqsmu r-responsabbiltà sabiex jintlaħqu. L-SDG huma marbuta sew mal-Ftehim ta’ Pariġi: tal-inqas 13-il SDG jirreferu għat-tibdil fil-klima.

5.2.1.

Sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli, aktar minn 90 pajjiż diġà talab l-għajnuna ta’ oħrajn. L-SDGs huma fil-qalba tad-dibattitu globali, li l-UE għenet biex tippromwovi. Dawn għandhom iwasslu għal mod ġdid ta’ ħidma globali — usa’, aktar parteċipattiva u konsultattiva.

5.2.2.

Il-Kumitat jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-passi li jmiss għal ġejjini sostenibbli Ewropew”, ippubblikata f’Novembru 2016 (20), li għandu l-għan “li tintegra l-SDGs fil-qafas tal-politika Ewropea u fil-prijoritajiet attwali tal-Kummissjoni”, kif fil-fatt huwa marbut li jagħmel skont it-Trattat ta’ Lisbona (21). L-SDGs “ser ikunu dimensjoni trasversali” għall-implimentazzjoni tal-istrateġija globali tal-UE. L-UE, kif jingħad fil-Komunikazzjoni, kienet essenzjali għat-tiswir ta’ din l-aġenda. Se jkun hemm sinerġija mill-qrib għall-promozzjoni u l-implimentazzjoni tal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli u għall-promozzjoni tal-valuri Ewropej madwar id-dinja, għalkemm l-SDGs ma jippromwovux direttament il-governanza tajba u l-istat tad-dritt.

5.2.3.

L-SDGs anke jmorru ferm oltre l-MDGs billi speċifikament jidentifikaw l-għodod, jew “il-mezzi ta’ implimentazzjoni” biex jintlaħqu is-17-il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli u l-169 mira tagħhom identifikati b’mod speċifiku. Il-kummerċ huwa speċifikament imsemmi f’9 SDGs (meta mqabbel ma’ darba biss fl-MDGs).

5.2.4.

Biex l-SDGs jinkisbu verament, il-kummerċ u l-investiment għandhom jaqdu rwol importanti ħafna, mhux l-inqas peress li l-UNCTAD tistma li biex jintlaħqu dawn il-miri hemm bżonn USD 2,5 triljun addizzjonali kull sena, ħafna minnhom mis-settur privat. Kif enfasizza d-Direttur Ġenerali tad-WTO, l-MDGs diġà wrew il-potenzjal trasformattiv tal-kummerċ (22).

5.3.

Il-kummerċ agrikolu għandu jaqdi wkoll rwol ċentrali fit-twettiq ta’ ħafna mill-SDGs, jekk mhux kollha, b’mod kritiku l-Għanijiet 2 (ġuħ/sigurtà tal-ikel), 12 (konsum/produzzjoni sostenibbli) u 15 (degradazzjoni tal-art).

5.3.1.

Huwa se jkollu rwol essenzjali wkoll biex jintlaħqu l-Għanijiet 1 (faqar/nuqqas ta’ nutrizzjoni), 8 (tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv), 9 (infrastruttura), 10 (inugwaljanzi imnaqqsa), 13 (tibdil fil-klima), 3 (benesseri soċjali) u 5 (l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel) u 7 (enerġija). Jeħtieġ ukoll li jkun f’sinerġija sħiħa ma’ forom oħra ta’ azzjoni, inkluż l-iżvilupp.

5.4.

Kif definiti fid-Dikjarazzjoni Ministerjali ta’ Nairobi tad-WTO, il-kummerċ internazzjonali jista’ jkollu rwol biex jintlaħaq tkabbir sostenibbli, robust u bbilanċjat għal kulħadd (23). Dan enfasizzat kemm li d-WTO għandha rwol importanti biex jintlaħqu l-SDGs, kif ukoll li dan ikun ħafna aktar diffiċli mingħajr mekkaniżmu effettiv ta’ kummerċ multilaterali.

5.4.1.

L-impatt tal-kummerċ u l-investiment agrikolu fuq it-tibdil fil-klima għandu jiġi kkunsidrat. In-negozjati għall-Ftehimiet plurilaterali dwar il-Prodotti Ambjentali (EGA) jwiegħdu pass importanti fl-integrazzjoni tat-tibdil fil-klima fil-politika kummerċjali multilaterali, iżda se tibqa’ meħtieġa iktar azzjoni multilaterali biex tiġi promossa konsistenza akbar.

5.4.2.

Il-kummerċ internazzjonali jista’ jtejjeb b’mod sinifikanti s-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni permezz ta’ żieda fid-disponibbiltà tal-ikel u l-inkoraġġiment tal-investiment u t-tkabbir. Bil-maqlub, ir-rikors għal miżuri protezzjonisti jista’ jneħħi l-flessibilità essenzjali u jevita l-iżvilupp ta’ swieq reġjonali. Madankollu, ftehimiet kummerċjali jeħtieġu li jinkludu wkoll miżuri effettivi li jippermettu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw inqas avvanzati aktar lok biex jipprevjenu milli jdgħajfu s-sigurtà alimentari jew tal-iżvilupp tas-setturi agrikoli emerġenti tagħhom.

5.5.

L-UE wriet it-triq fl-inkorporazzjoni tat-tħassib dwar l-iżvilupp sostenibbli fil-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles. Sa mill-2010 ffirmat b’suċċess sitt FTAs, mill-Korea t’Isfel, u Ftehim ta’ sħubija ekonomika (FSE), b’oħrajn li qed jistennew ratifika sħiħa, inkluż il-Kanada, Singapor u l-Vjetnam. Dawn jinkludu kapitoli speċifiċi dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli (TSD), appoġġjati minn mekkaniżmu konġunt tas-soċjetà ċivili għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni. F’kull każ il-KESE għandu rwol importanti x’jaqdi.

5.5.1.

Il-Kumitat diġà għamel sejħa (24) għal kapitoli simili dwar it-TSD sabiex jiġu inklużi f’negozjati attwali u futuri tal-UE għal ftehimiet awtonomi ta’ investiment separati. Il-Ftehim TPP fih ukoll kapitoli soċjali u ambjentali speċifiċi.

5.6.

Il-Kumitat jinnota wkoll li ħafna mill-“fqar mill-ikel” fid-dinja huma ħaddiema agrikoli, u ku jtaffu l-ġuħ ġustament jifforma parti ewlenija mill-MDGs u issa mill-Għan 2 tal-SDGs. 70 % ta’ dawk li jesperjenzaw in-nuqqas ta’ sigurtà tal-ikel jgħixu f’żoni rurali, parzjalment minħabba tnaqqis gradwali fl-investiment agrikolu u rendiment agrikolu baxx kroniku f’pajjiżi foqra, iżda wkoll minħabba l-assenza ta’ politika agrikola jew politika kummerċjali effettivi li ma jirriflettux biżżejjed l-ispeċifiċitajiet tal-produzzjoni agrikola (inklużi l-klima, ir-riżorsi, il-materjal ħaj, jew il-volatilità tas-suq). F’dan il-kuntest il-kunsiderazzjonijiet tal-FAO, partikolarment fir-rigward tal-ħarsien soċjali, għandhom jiġu osservati.

5.6.1.

Il-kummerċ intern fi ħdan l-Afrika huwa baxx – madwar 10 sa 15 % tal-kummerċ globali Afrikan. It-tisħiħ tal-kapaċità tal-pajjiżi Afrikani li jespandu l-kummerċ fl-agrikoltura flimkien mal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli li jkopru l-infrastruttura, l-integrazzjoni reġjonali u l-approfondiment tas-swieq interni se jkunu essenzjali biex jippermettu lill-Afrika tipparteċipa b’mod pożittiv fil-kummerċ agrikolu kif ukoll biex isaħħu s-sigurtà alimentari.

6.   Ir-rwol tal-UE f’negozjati futuri dwar il-kummerċ agrikolu

6.1.

Kif uriet Nairobi, fejn intlaħaq qbil dwar Dikjarazzjoni Ministerjali sinifikanti mingħajr ma’ dan kien mistenni, l-UE qiegħda f’pożizzjoni tajba biex ikollha rwol ewlieni fin-negozjati kummerċjali futuri fil-qasam agrikolu. Dan huwa bbażat fuq ir-rwol ewlieni perpeċit mill-UE fil-promozzjoni kemm tas-sostenibbiltà u l-iżvilupp (bir-rwol li kellha f’Nairobi) kif ukoll minħabba r-riformi tal-PAK preċedenti, u għalhekk l-UE m#għandhiex tidher primarjament difensiva.

6.1.1.

Il-komunikazzjoni l-ġdida tal-Kummissjoni timpenja lill-UE biex inkunu minn ta’ quddiem fl-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, flimkien mal-Ftehim ta’ Pariġi. L-inizjattivi kummerċjali kollha tal-UE issa jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti minn dawn il-ftehimiet marbutin mill-qrib ma’ xulxin.

6.2.

Il-Kummissjoni ppubblikat ukoll studju dwar l-impatt ta’ ftehimiet kummerċjali futuri dwar is-settur agrikolu (25). Dan jagħti ħarsa lejn 12-il FTA futuri u jħares lejn il-potenzjal għall-prodotti agrikoli Ewropej fis-suq dinji. Madankollu, mhux possibbli jkopri l-firxa sħiħa ta’ prodotti agrikoli jew ikel ipproċessat b’mod ġenerali. Il-Kummissjoni stess taċċetta li dan l-istudju mhux komplut peress li l-evalwazzjoni tagħha ma qisitx l-ostakli nontariffarji, li manadankollu għandhom impatt sinifikanti fuq il-kummerċ.

6.2.1.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tħejji strateġija sħiħa u effettiva għall-kummerċ agrikolu, dan għandu jitwessa’ biex jinkludi valutazzjoni tal-impatt sħiħa dwar l-effetti probabbli li l-implimentazzjoni tal-SDGs u l-Ftehim ta’ Pariġi se jkollhom fuq l-agrikoltura tal-UE, flimkien ma’ valutazzjoni tal-impatt ulterjuri dwar l-effetti fuq l-agrikoltura fl-UE li jirriżultaw minn żviluppi reċenti fil-kummerċ globali. Dan għandu jkopri l-FTAs tal-UE reċenti, inklużi xi żviluppi bħal pereżempju fejn l-iżvalutar ta’ valuti msieħba kellu impatt notevoli.

6.2.2.

Il-ftehimiet li ġew qabel il-Komunikazzjoni tal-2006 dwar “Ewropa Globali” (26) għandhom jiġu inklużi, b’mod partikolari mal-Afrika t’Isfel, il-Messiku u ċ-Ċilì, mhux l-inqas minħabba li dawn l-aħħar tnejn waslu għar-rieżami.

6.3.

Fit-twettiq ta’ dawn il-valutazzjonijiet tal-impatt, il-Kummissjoni għandha żżomm f’moħħha l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-bdiewa jibbenefikaw b’mod ġust minn tali ftehimiet kummerċjali. Il-bdiewa għandhom rwol ewlieni mhux biss biex jipprovdu ikel għall-popolazzjonijiet lokali imma wkoll għal popolazzjoni dinjija li qed tikber b’rata mgħaġġla. Huwa essenzjali li jinżammu komunitajiet rurali vijabbli, li kemm jista’ jkun ittaffu id-depopolazzjoni madwar l-Ewropa.

6.3.1.

Prattiki agrikoli effiċjenti fl-użu tar-riżorsi huma essenzjali. Hemm il-ħtieġa li tittejjeb il-ġestjoni tar-riżorsi u l-aċċċess permezz tat-titjib tal-kapaċità ta’ adattament u r-reżiljenza tal-bdiewa żgħar għat-tibdil fil-klima, u permezz tat-titjib tal-ħiliet u l-produttività f’art marġinali.

6.4.

L-agrikoltura tinsab f’riskju minħabba t-tibdil fil-klima. Globalment, ir-riżorsi tal-art u tal-ilma huma limitati, tibdil fit-tul fil-kundizzjonijiet tat-tkabbir jirriżultaw minn estremitajiet klimatiċi akbar, u l-volatilità tal-prezz qed jiżdied. Settur agrikolu b’saħħtu u sostenibbli huwa essenzjali sabiex tinżamm jew tiżdied il-provvisti sigura u stabbli tal-ikel. Naturalment il-kummerċ jgħin biex jikkumbatti l-iżbilanċi fid-domanda u l-provvista, jippromwovi l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u jżid l-opportunitajiet tas-suq u t-tkabbir ekonomiku, u b’hekk jiġġenera impjiegi, dħul u prosperità fiż-żoni rurali.

6.4.1.

Billi l-klassi medja globali huwa stmat li tiżdied b’madwar żewġ biljuni sal-2030, dawn ukoll se jkunu jridu għażla u diversità fl-ikel li jieklu li qatt ma kellhom qabel. Dan se jinkludi żieda esponenzjali fid-domanda għall-proteini u għal prodotti agrikoli oħra.

6.4.2.

Id-Dikjarazzjoni Cork 2.0 huwa importanti hawnhekk. Il-bdiewa huma l-gwardjani kemm tal-art kif ukoll ta’ riżorsi oħra fiż-żoni rurali, filwaqt li l-benesseri tal-annimali hija wkoll problema fundamentali. L-Opinjoni tal-KESE dwar Il-produzzjoni integrata fl-UE  (27) hija rilevanti hawnhekk.

Brussell, it-23 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Georges DASSIS


(1)  Awtur klassiku Amerikan.

(2)  Id-WTO, tuża t-terminu “agricultural trade”.

(3)  https://www.wto.org/english/thewto_e/minist_e/mc10_e/mindecision_e.htm

(4)  Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ta’ Pariġi (UNFCCC COP 21).

(5)  SWD(2016) 390 final (mhux disponibbli bil-Malti).

(6)  https://www.wto.org/english/thewto_e/minist_e/min01_e/mindecl_e.htm

(7)  https://www.wto.org/english/news_e/spra_e/spra108_e.htm/

(8)  https://www.wto.org/english/news_e/news16_e/agng_09mar16_e.htm; Rapport ICTSD Bridges, Vol 20, Nru 40 – 24.11.2016.

(9)  Importanti mhux l-inqas għal skopijiet ta’ tikkettar u traċċabilità.

(10)  Id-WTO għandha tuża l-klassifikazzjonijiet tan-NU u tinkludu bħala pajjiżi li qed jiżviluppaw dawk il-pajjiżi kollha mhux kklassifikati bħala żviluppati jew l-anqas żviluppati (LDC). Għas-Sistema Ġenerali ta’ Preferenzi tagħha (SĠP u SĠP+), l-UE tista’ tuża l-kategoriji aktar preċiżi tal-Bank Dinji bbażati fuq id-dħul ta’ pajjiż.

(11)  Bridges, Vol 20, Nru 20 – 2/6/2016.

(12)  Bridges Vol 20, Nru 37 – 3/11/2016.

(13)  Bridges Vol. 19, Nru 38 – 12/11/2015.

(14)  COM(2015) 497 final, punt 5.1.

(15)  Bħalissa qed jindirizza l-513-il każ tiegħu.

(16)  Ikkwotat minn uffiċjali tal-KE f’laqgħa tal-KESE f’Marzu 2016.

(17)  Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv, li issa qed jistenna li jiġi ratifikat.

(18)  ĠU C 13, 15.1.2016, p. 97.

(19)  Ara n-nota nru 4 f’qiegħ il-paġna.

(20)  SWD(2016) 390 final (mhux disponibbli bil-Malti).

(21)  Artikolu 21(3) tat-TFUE.

(22)  Diskors tan-NU, 21.9.2016.

(23)  Ara nota nru 3 f’qiegħ il-paġna.

(24)  Opinjoni tal-KESE, ĠU C 268, 14.8.2015, p. 19.

(25)  http://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/bitstream/JRC103602/lb-na-28206-en-n_full_report_final.pdf.

(26)  COM(2006) 567 final.

(27)  ĠU C 214, 8/7/2014, p. 8.


III Atti preparatorji

IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

il-523 Sessjoni Plenarja tal-KESE fit-22 u d-23 ta' Frar 2017

31.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/29


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar Mekkaniżmi għas-Soluzzjoni tat-Tilwim dwar it-Tassazzjoni Doppja fl-Unjoni Ewropea”

[COM(2016) 686 final – 2016/0338 (CNS)]

(2017/C 173/05)

Relatur:

Krister ANDERSSON

Konsultazzjoni

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 16.2.2017

Bażi legali

Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

Unjoni Ekonomika u Monetarja u Koeżjoni Ekonomika u Soċjali

Adottata fis-sezzjoni

2.2.2017

Adottata fil-plenarja

22.2.2017

Sessjoni plenarja Nru

523

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

174/0/2

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-KESE jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Kunsill biex jittejbu l-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja fl-UE.

1.2.

Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li t-tassazzjoni doppja hija waħda mill-akbar ostakli għas-Suq Uniku. Hemm ħtieġa urġenti għal mekkaniżmi li jiżguraw li każijiet ta’ tassazzjoni doppja jiġu solvuti aktar malajr u b’mod aktar deċiżiv meta dawn iseħħu bejn l-Istati Membri.

1.3.

Il-KESE jagħraf li l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja waħedha mhijiex biżżejjed biex toħloq kundizzjonijiet ekwi fil-qasam tat-tassazzjoni. Huwa jemmen li l-UE teħtieġ qafas komuni pożittiv orjentat lejn il-futur għat-tassazzjoni korporattiva.

1.4.

Il-KESE bi pjaċir jinnota li d-direttiva proposta żżid stadji ta’ infurzar immirat sabiex tindirizza n-nuqqasijiet ewlenin identifikati fil-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ tal-Unjoni (1).

1.5.

Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon kbir il-fatt li f’ċirkostanzi fejn l-Istati Membri ma jibdewx il-proċedura ta’ arbitraġġ b’mod awtomatiku, il-kontribwent jista’ jitlob lill-qorti nazzjonali tiegħu biex tieħu l-passi meħtieġa biex twaqqaf kumitat ta’ arbitraġġ biex jieħu deċiżjoni finali u vinkolanti dwar il-każ fi żmien fiss.

1.6.

Il-KESE jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni sabiex testendi l-monitoraġġ tagħha tal-prestazzjoni tal-pajjiżi fil-każijiet kollha tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja f’sitwazzjonijiet transkonfinali fuq bażi annwali, sabiex jiġi vvalutat jekk ikunux intlaħqu l-għanijiet tad-direttiva.

1.7.

Il-Kumitat jilqa’ wkoll b’sodisfazzjon il-flessibbiltà pprovduta lill-Istati Membri biex jiftiehmu b’mod bilaterali fuq bażi ta’ każ b’każ dwar mekkaniżmi alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim. Dan jiffaċilita soluzzjonijiet f’sitwazzjonijiet multilaterali fejn it-tilwima inkwistjoni jkollha tiġi solvuta mhux biss fil-livell tal-UE iżda wkoll b’rabta ma’ pajjiżi terzi permezz ta’ trattati bilaterali.

1.8.

Il-KESE japprova d-dispożizzjoni li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippubblikaw id-deċiżjoni finali, soġġett għall-kunsens ta’ kull wieħed mill-kontribwenti kkonċernati.

1.9.

Il-Kumitat jixtieq jenfasizza l-urġenza tal-implimentazzjoni ta’ din il-proposta. In-numru ta’ każijiet ta’ tassazzjoni doppja jew multipla qiegħed jiżdied fid-daqs u l-grad. M’hemmx lok għal dewmien.

2.   Sfond u l-proposta tal-Kummissjoni

2.1.

Waħda mill-problemi ewlenin li n-negozji li joperaw bejn il-fruntieri qed jaffaċċjaw bħalissa hija t-tassazzjoni doppja. Diġà hemm fis-seħħ mekkaniżmi li jittrattaw is-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja. Dawn huma l-Proċeduri ta’ Ftehim Reċiproku li huma previsti fil-Konvenzjonijiet kontra t-Taxxa Doppja (DTCs) konklużi mill-Istati Membri kif ukoll fil-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ tal-Unjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja inkonnessjoni mal-aġġustament tal-qligħ ta’ intrapriżi assoċjati.

2.2.

Għalkemm il-mekkaniżmi eżistenti jaħdmu tajjeb f’ħafna każijiet, hemm bżonn li dawn jaħdmu aħjar fir-rigward tal-aċċess tal-kontribwenti għal dawn il-mekkaniżmi, il-kopertura, il-puntwalità u l-konklużività. Barra minn hekk, il-metodi tradizzjonali ta’ soluzzjoni tat-tilwim ma għadhomx jgħoddu kompletament meta wieħed iqis il-kumplessità u r-riskji tal-ambjent tat-taxxa globali attwali.

2.3.

Id-direttiva proposta tiffoka fuq in-negozju u l-kumpaniji, il-partijiet ikkonċernati ewlenin affettwati minn sitwazzjonijiet ta’ tassazzjoni doppja. Din tibni fuq il-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ tal-Unjoni eżistenti, li diġà tipprevedi mekkaniżmu obbligatorju u vinkolanti ta’ arbitraġġ, iżda twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għal oqsma li attwalment mhumiex koperti u żżid blokok immirati ta’ infurzar sabiex tindirizza n-nuqqasijiet ewlenin identifikati fir-rigward tal-infurzar u tal-effettività ta’ dan il-mekkaniżmu. Bħala riżultat ta’ dan, it-tilwim kollu dwar it-tassazzjoni doppja li jinvolvi tranżazzjonijiet transkonfinali fl-UE u li jħalli impatt fuq il-profitti tan-negozju jagħmel parti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta.

2.4.

Il-proposta żżid obbligu espliċitu ta’ riżultat għall-Istati Membri kif ukoll limitu ta’ żmien definit b’mod ċar. Jiġu esklużi s-sitwazzjonijiet li jikkaratterizzaw nontassazzjoni doppja jew każijiet ta’ frodi, inadempjenza volontarja jew negliġenza gravi.

2.5.

Id-direttiva tippermetti Proċedura ta’ Ftehim Reċiproku, mibdija mill-ilment tal-kontribwent, li biha l-Istati Membri għandhom jikkooperaw b’mod liberu u jilħqu ftehim fi żmien sentejn.

2.6.

Il-fażi inizjali tal-MAP hija kkomplementata minn proċedura ta’ arbitraġġ li tipprevedi s-soluzzjoni tat-tilwim permezz ta’ arbitraġġ fi żmien ħmistax-il xahar f’każ li l-Istati Membri jonqsu milli jilħqu ftehim matul il-fażi bonarja inizjali. Din il-proċedura ta’ arbitraġġ hija obbligatorja u tibda awtomatikament. Din tintemm bil-ħruġ ta’ deċiżjoni vinkolanti u obbligatorja finali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri involuti.

2.7.

Iż-żieda fit-trasparenza hija waħda mill-għanijiet tad-direttiva proposta. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippubblikaw id-deċiżjoni ta’ arbitraġġ finali u aktar informazzjoni dettaljata, soġġett għal qbil mill-kontribwent. F’każ li l-kontribwent ma jagħtix il-kunsens tiegħu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw sommarju tad-deċiżjoni.

3.   Kummenti ġenerali

3.1.

Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Kunsill, bħala parti mill-Pakkett tat-Taxxa Korporattiva, biex jittejbu l-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja fl-UE. Hemm ħtieġa urġenti għal mekkaniżmi li jiżguraw li każijiet ta’ tassazzjoni doppja jiġu solvuti aktar malajr u b’mod aktar deċiżiv meta dawn iseħħu bejn l-Istati Membri.

3.2.

Il-KESE jaqbel mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-Ewropa teħtieġ sistema tat-taxxa li tkun adattata għas-suq intern tagħha u li tappoġġja t-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività, tattira l-investiment, tgħin biex jinħolqu l-impjiegi, trawwem l-innovazzjoni u tappoġġja l-mudell soċjali Ewropew. Jeħtieġ li t-tassazzjoni tipprovdi dħul stabbli għall-investiment pubbliku u politiki li jiffavorixxu t-tkabbir. Din għandha tiżgura li n-negozji kollha jgawdu minn kundizzjonijiet ekwi, ċertezza legali u ostakli minimi meta joperaw b’mod transkonfinali.

3.3.

Il-KESE jaqbel mat-tħassib tal-Kummissjoni li nuqqas ta’ qbil bejn l-Istati Membri dwar min għandu d-dritt li jintaxxa ċerti profitti spiss iwassal biex il-kumpaniji jiġu ntaxxati darbtejn jew aktar fuq l-istess dħul. L-aktar ċifri reċenti mill-Kummissjoni jindikaw li hemm madwar 900 tilwima għaddejja dwar it-tassazzjoni doppja fl-UE, b’EUR 10,5 biljun involuti.

3.4.

Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħidma tal-Kummissjoni biex tiżgura li l-kumpaniji kollha li joperaw fl-UE jħallsu t-taxxi tagħhom fejn jiġu ġġenerati l-qligħ u l-valur, iżda dawn ma għandhomx ikunu soġġetti għal tassazzjoni doppja jew multipla tal-istess qligħ. Dan il-prinċipju huwa essenzjali għal tassazzjoni ġusta u effettiva. Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li wieħed mill-akbar ostakli tat-taxxa għas-Suq Uniku huwa t-tassazzjoni doppja.

3.5.

Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon kbir l-inizjattiva mill-Kummissjoni li tindirizza t-tassazzjoni doppja b’mod ikkoordinat fl-UE. Huwa jaqbel mal-Kummissjoni li biex tingħata spinta lill-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment, jeħtieġ li jinħoloq ambjent tat-taxxa favorevoli għan-negozju, billi jitnaqqsu l-ispejjeż tal-konformità u l-piżijiet amministrattivi, u billi tiġi żgurata ċ-ċertezza tat-taxxa. L-importanza taċ-ċertezza tat-taxxa fil-promozzjoni tal-investiment u t-tkabbir dan l-aħħar kienet rikonoxxuta mill-mexxejja tal-G20 u saret il-fokus globali ġdid. L-Istati Membri jeħtieġ li jsibu bilanċ bejn l-implimentazzjoni tar-riformi neċessarji u l-provvediment ta’ ambjent tat-taxxa stabbli, ċar u prevedibbli għan-negozji.

3.6.

Il-KESE jagħraf li l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja waħedha mhijiex biżżejjed biex toħloq kundizzjonijiet ekwi fil-qasam tat-tassazzjoni. Huwa jemmen li l-UE teħtieġ qafas komuni pożittiv orjentat lejn il-futur għat-tassazzjoni korporattiva. Dan huwa l-ħsieb wara l-proposta tal-Kummissjoni li tniedi mill-ġdid il-Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (CCCTB).

3.7.

Il-KESE jagħraf li ħafna mill-Istati Membri għandhom trattati tat-taxxa bilaterali ma’ xulxin biex jingħata ħelsien mit-tassazzjoni doppja u li hemm proċeduri sabiex jiġi solvut it-tilwim. Madankollu, dawn il-proċeduri huma twal, għaljin u mhux dejjem jirriżultaw fi ftehim. Il-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ tal-Unjoni ttaffi xi ftit. Madankollu, il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha huwa limitat għal tilwim dwar l-ipprezzar ta’ trasferiment u ma hemm l-ebda rikors biex tiġi revokata l-interpretazzjoni tar-regoli.

3.8.

Il-KESE bi pjaċir jinnota li d-direttiva proposta żżid stadji ta’ infurzar immirat sabiex tindirizza n-nuqqasijiet ewlenin identifikati fil-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ tal-Unjoni, jiġifieri sitwazzjonijiet ta’ ċaħda għall-aċċess, kemm impliċita kif ukoll espliċita, kif ukoll proċeduri mtawlin u blukkati.

3.9.

Il-KESE jilqa’ wkoll b’sodisfazzjon il-fatt li firxa aktar wiesgħa ta’ każijiet se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn mekkaniżmu, li jipprevedi soluzzjoni obbligatorja u vinkolanti ta’ tilwim. Dan it-titjib fil-Mekkaniżmi għas-Soluzzjoni tat-Tilwim se jiffranka ammont konsiderevoli ta’ żmien, flus u riżorsi kemm lin-negozji kif ukoll lill-amministrazzjonijiet u se jsaħħaħ iċ-ċertezza tat-taxxa għall-kumpaniji fl-UE.

3.10.

Il-KESE jilqa b’sodisfazzjon kbir il-fatt li f’ċirkostanzi fejn l-Istati Membri ma jibdewx il-proċedura ta’ arbitraġġ b’mod awtomatiku, il-kontribwent jista’ jitlob lill-qorti nazzjonali tiegħu biex tieħu l-passi meħtieġa biex twaqqaf kumitat ta’ arbitraġġ biex jieħu deċiżjoni finali u vinkolanti dwar il-każ fi żmien fiss. Dan se jgħin biex tiġi evitata l-inċertezza għan-negozji involuti u jibni fuq mekkaniżmi u prattiki tajbin li huma diġà applikati fl-Istati Membri kollha għal tilwim transkonfinali f’oqsma oħra għajr it-tassazzjoni. Madankollu, il-KESE jixtieq jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jiżguraw li t-tul ta’ dawn il-proċedimenti tal-qorti jkun qasir sabiex jiġi evitat dewmien sinifikanti biex jiġi solvut it-tilwim.

3.11.

Il-KESE jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni sabiex jiġi estiż il-monitoraġġ tagħha tal-prestazzjoni tal-pajjiżi fil-każijiet kollha tat-tilwim dwar it-tassazzjoni doppja f’sitwazzjonijiet transkonfinali fuq bażi annwali, sabiex jiġi vvalutat jekk ikunux intlaħqu l-objettivi tad-direttiva. L-analiżi eżistenti turi li hemm każijiet li ma jitħallewx jidħlu fil-mekkaniżmi eżistenti, li mhumiex koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ tal-Unjoni jew mid-DTCs, li jeħlu mingħajr ma l-kontribwent jiġi infurmat dwar ir-raġunijiet jew li ma jiġux solvuti. F’dan l-istadju, il-KESE jqis li l-prestazzjoni fil-livell tal-Istati Membri mhijiex sodisfaċenti u jitlob li jkun hemm skrutinju mill-qrib mill-Kummissjoni dwar il-funzjonament tad-direttiva meta din tiġi implimentata u pubblikazzjoni tal-analiżi u r-riżultati tagħha.

3.12.

Il-KESE jaqbel li l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja għandha tinkiseb permezz ta’ proċedura li fiha, bħala l-ewwel pass, il-każ jitressaq quddiem l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri kkonċernati bil-għan li t-tilwima tiġi solvuta bl-użu tal-Proċedura ta’ Ftehim Reċiproku. Jekk ma jintlaħaqx ftehim f’perjodu ta’ żmien speċifiku, il-każ għandu jitressaq quddiem Kummissjoni Konsultattiva jew Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim, magħmula kemm minn rappreżentanti tal-awtoritajiet tat-taxxa kkonċernati kif ukoll minn persuni indipendenti ta’ reputazzjoni. L-awtoritajiet tat-taxxa għandhom jieħdu deċiżjoni vinkolanti finali b’referenza għall-opinjoni tal-Kummissjoni Konsultattiva jew tal-Kummissjoni għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim.

3.13.

Il-KESE jagħraf li jeħtieġ li fl-UE jiġi stabbilit standard minimu effettiv għall-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim biex jindirizza b’mod komprensiv u b’dettalji suffiċjenti l-passi proċedurali meħtieġa biex tiġi żgurata applikazzjoni omoġenja u effettiva.

3.14.

Il-Kumitat jilqa’ wkoll b’sodisfazzjon il-flessibbiltà pprovduta lill-Istati Membri biex jiftiehmu b’mod bilaterali fuq bażi ta’ każ b’każ dwar mekkaniżmi alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim. Dan jiffaċilita soluzzjonijiet f’sitwazzjonijiet multilaterali fejn it-tilwima inkwistjoni għandha tiġi solvuta mhux biss fil-livell tal-UE iżda wkoll b’rabta ma’ pajjiżi terzi permezz ta’ trattati bilaterali.

3.15.

Il-KESE japprova d-dispożizzjoni li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippubblikaw id-deċiżjoni finali, soġġett għall-kunsens ta’ kull wieħed mill-kontribwenti kkonċernati.

3.16.

Il-Kumitat jixtieq jenfasizza l-urġenza tal-implimentazzjoni ta’ din il-proposta. In-numru ta’ każijiet ta’ tassazzjoni doppja jew multipla qiegħed jiżdied fid-daqs u l-grad. M’hemmx lok għal dewmien.

Brussell, it-22 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Georges DASSIS


(1)  Il-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja inkonnessjoni mal-aġġustament tal-qligħ ta’ intrapriżi assoċjati (90/436/KEE).


31.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/33


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro”

[COM(2016) 726 final]

u dwar

“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Lejn pożizzjoni fiskali pożittiva għaż-żona tal-euro”

[COM(2016) 727 final]

(2017/C 173/06)

Relatur:

Javier DOZ ORRIT

Korelatur:

Petr ZAHRADNÍK

Konsultazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea, 27.1.2017

Bażi legali

Artikolu 304 tat-TFUE

 

 

Sezzjoni kompetenti

Unjoni Ekonomika u Monetarja u Koeżjoni Ekonomika u Soċjali

Adottata fis-sezzjoni

2.2.2017

Adottata fil-plenarja

22.2.2017

Sessjoni plenarja Nru

523

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

218/4/4

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-KESE japprezza l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea biex tapplika politika ekonomika li tiffoka fuq l-appoġġ għal tkabbir b’saħħtu, sostenibbli, ibbilanċjat u inklużiv fiż-żona tal-euro kif ukoll taħlita bilanċjata ta’ strumenti monetarji, fiskali u strutturali sabiex dan ikun jista’ jintlaħaq, inkluża pożizzjoni fiskali pożittiva.

1.2.

Għalhekk, il-KESE jilqa’ bi pjaċir r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għal pożizzjoni fiskali pożittiva għaż-żona tal-euro li tirrispetta wkoll l-għanijiet ta’ sostenibbiltà fiskali fit-tul.

1.3.

Il-KESE jixtieq iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tieħu vantaġġ sħiħ mir-rwol tagħha bħala gwardjan tat-Trattati tal-UE, bl-impenn tagħhom, fost affarijiet oħra, li jtejbu l-benesseri, il-progress soċjali u l-ġustizzja soċjali minn naħa, u l-prosperità u l-kompetittività ekonomika min-naħa l-oħra, kif ukoll is-setgħat tagħha li żdiedu reċentement fl-interpretazzjoni flessibbli tar-regoli fiskali sabiex ikunu permessi żidiet sinifikanti fl-investiment pubbliku li, taħt kundizzjonijiet speċifiċi, ma għandhomx jitqiesu fil-kalkolu tal-miri tad-defiċit tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST).

1.4.

Il-KESE jilqa’ bi pjaċir l-enfasi dwar iż-żieda fl-investiment u dwar żvilupp fuq il-Pjan ta’ Investiment eżistenti. Dan għandu jiġi ffinanzjat b’mod adatt sabiex iwassal għal żieda sinifikanti fis-self tal-BEI meta mqabbel mas-snin reċenti. L-istrutturi ta’ governanza għandhom jiżguraw li l-fondi jkunu diretti b’mod adegwat lejn pajjiżi li fihom l-investiment naqas b’mod partikolarment qawwi. Dawn il-miżuri jridu jiġu kkombinati ma’ riformi strutturali adegwati li jippromovu t-tkabbir, l-impjieg u l-koeżjoni soċjali.

1.5.

Il-KESE jilqa’ bi pjaċir it-talba tal-Kummissjoni Ewropea biex isir aġġustament simmetriku tad-defiċits fil-kontijiet kurrenti fi ħdan iż-żona tal-euro. Dan għandu jiġi kondiviż kemm mill-Istati Membri b’defiċits kif ukoll dawk b’eċċessi. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif se jagħmlu dawn l-aġġustamenti, f’konformità mal-orjentazzjoni ġenerali komuni.

1.6.

Għandha ssir enfasi fuq ir-riformi strutturali li jistgħu jistimolaw id-domanda u t-tkabbir anke fuq perjodu ta’ żmien qasir, filwaqt li jiġu evitati dawk li x’aktarx jipperikolaw it-tkabbir billi jżidu l-inċertezzi tal-impjieg u tad-dħul. Ir-riformi strutturali adottati għandu jkollhom il-potenzjal li jwasslu għal titjib tanġibbli fil-kundizzjonijiet tan-negozju, inaqqsu l-ostakli għall-investiment u jikkontribwixxu għall-ikkompletar tas-suq uniku tal-UE fl-aspetti kollha tiegħu.

1.7.

It-tkabbir tal-produttività għandu jkun għan prijoritarju tar-riformi strutturali. Dawn għandhom jiżguraw il-kondiviżjoni ġusta ta’ kwalunkwe qligħ mill-produttività sabiex tiġi żgurata domanda aktar b’saħħitha u titjib min-naħa tal-provvista.

1.8.

L-irkupru u ż-żieda fit-tkabbir fil-produttività u l-PDG għandhom jitqiesu bħala l-mezz ewlieni biex jerġgħu jissaħħu l-ekonomiji li jsofru mill-ogħla livelli ta’ dejn.

1.9.

Ir-riformi li jappoġġjaw il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità għolja (jiġifieri stabbli, imħallsa b’mod ġust) għandhom jingħataw prijorità.

1.10.

Il-KESE jenfasizza li t-tisħiħ u l-promozzjoni tad-djalogi soċjali u tas-soċjetà ċivili kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak taż-żona tal-euro huma ta’ importanza kbira sabiex ikun hemm qbil u jiġu implimentati b’suċċess il-politiki meħtieġa għall-irkurpu u għas-sostenibbiltà ekonomika fit-tul.

1.11.

Miżuri effettivi kontra l-ħasil tal-flus, l-offiżi tat-taxxa, l-użu ta’ rifuġji fiskali u kompetizzjoni tat-taxxa inġusta bejn l-Istati Membri se jgħinu wkoll biex jintlaħqu l-għanijiet tal-PST.

1.12.

Il-KESE jappoġġja l-ħolqien ta’ Skema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti u jitlob li tinħoloq garanzija ta’ kontinġenza komuni sabiex jitħaffef il-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-unjoni bankarja. Għandhom jittieħdu passi deċiżivi sabiex tissolva l-problema ta’ self improduttiv, filwaqt li fl-istess ħin jiġu protetti d-drittijiet tal-konsumatur u jiġu rispettati l-prinċipji rilevanti tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

1.13.

Il-KESE jappoġġja l-inizjattivi għall-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, inkluż Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, aktar flessibbiltà fiskali u kapaċità fiskali għaż-żona tal-euro, b’mod partikolari billi jiġi promoss l-istabbiliment ta’ Teżor tal-Euro, li finalment għandu joħroġ bonds komuni, taħt kontroll demokratiku u politiku b’saħħtu.

1.14.

Il-KESE jitlob li jkun hemm aktar titjib tas-Semestru Ewropew li jkun fih rwol ta’ koordinazzjoni msaħħaħ tal-Kummissjoni Ewropea kif ukoll impenn ċar tal-Istati Membri biex jimplimentaw il-politiki li jaqblu dwarhom fil-livell tal-Kunsill, u b’hekk tiġi evitata l-inċertezza u jinħoloq ambjent ta’ investiment favorevoli.

2.   Kuntest

2.1.

Wara r-Rapport tal-Ħames Presidenti, hemm impenn taħt is-Semestru Ewropew biex tissaħħaħ l-integrazzjoni bejn iż-żona tal-euro u l-livelli nazzjonali. Bħal fl-2016, l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017 huwa akkumpanjat minn rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro. L-għan huwa li tingħata opportunità għal diskussjoni bikrija u ffukata dwar iż-żona tal-euro kollha kemm hi, qabel isiru d-diskussjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi, sabiex b’hekk l-isfidi komuni jkunu riflessi b’mod sħiħ fl-azzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi.

2.2.

Għas-Semestru Ewropew 2017, il-Kummissjoni ppreżentat il-ħames rakkomandazzjonijiet li ġejjin dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro:

Jiġu segwiti l-politiki li jappoġġjaw it-tkabbir u l-konverġenza u jitneħħew l-ostakli għall-investiment u l-ħolqien tal-impjiegi. Il-pajjiżi b’defiċits fil-kontijiet kurrenti jew dejn barrani għoli għandhom ifittxu li jżidu l-produttività, filwaqt li l-pajjiżi b’eċċessi fil-kontijiet kurrenti għandhom iżidu d-domanda u l-investiment domestiku;

Tinkiseb pożizzjoni fiskali pożittiva ġenerali li tappoġġja r-riformi u ssaħħaħ l-irkupru. Jiġu kkombinati sforzi nazzjonali differenzjati sabiex tiġi żgurata kemm sostenibbiltà fiskali fit-tul kif ukoll stabbilizzazzjoni makroekonomika. Tittejjeb il-kompożizzjoni tal-finanzi pubbliċi;

Jiġu implimentati riformi li jippromovu l-ħolqien tal-impjiegi, il-ġustizzja u l-konverġenza soċjali, u t-taxxi jiġu orjentati lil hinn mill-impjiegi, b’mod partikolari għal impjiegi bi dħul baxx;

Jintlaħaq qbil dwar Skema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti (EDIS) u tibda l-ħidma dwar il-garanzija ta’ kontinġenza komuni għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni. Jiġu indirizzati r-riskji għall-vijabbiltà tas-settur bankarju u jiġi promoss diżingranaġġ tad-dejn privat għoli f’mod ordnat;

Jiġi aċċellerat l-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa, inkluż billi jiġu implimentati l-azzjonijiet li jkun baqa’ taħt l-istadju 1 tar-Rapport tal-Ħames Presidenti.

2.3.

Karatteristika ġdida tas-Semestru Ewropew 2017 hija l-Komunikazzjoni “Lejn pożizzjoni fiskali pożittiva għaż-żona tal-euro”. F’dan id-dokument il-Kummissjoni tenfasizza l-ħtieġa ta’ pożizzjoni fiskali pożittiva, filwaqt li tara wkoll tieqa ta’ opportunità sabiex din tkun tista’ tinkiseb. Sabiex tinkiseb pożizzjoni fiskali bħal din, iż-żona tal-euro għandha tadotta approċċ aktar kollettiv li jqis id-differenzi fis-sitwazzjonijiet fil-pajjiżi. Il-Kummissjoni tirrakkomanda espansjoni fiskali sa 0,5 % tal-PDG fl-2017 għaż-żona tal-euro kollha kemm hi, wara li stabbiliet faxxa bejn 0,3 % u 0,8 % sabiex tippermetti divrenzjar fost il-pajjiżi b’riskji differenti f’termini tal-istabbiltà makroekonomika u s-sostenibbiltà fiskali tagħhom.

3.   Kummenti ġenerali

3.1.

Il-KESE jqis b’mod pożittiv it-talba tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward ta’ pożizzjoni fiskali pożittiva fiż-żona tal-euro. Madankollu, il-KESE huwa mħasseb ukoll dwar il-fatt li jekk tiġi limitata l-espansjoni fiskali għaż-żewġ jew it-tliet Stati Membri li attwalment għandhom spazju fiskali skont ir-regoli fiskali tal-UE, x’aktarx li ma tinkisibx il-pożizzjoni fiskali ġenerali li hija proposta. It-tisħiħ tat-tkabbir ekonomiku taż-żona tal-euro u tal-UE huwa essenzjali f’mument ta’ kriżi politika u inċertezzi, imħeġġa mill-Brexit u mill-politiki tal-gvern il-ġdid tal-Istati Uniti, b’mod partikolari l-politiki kummerċjali protezzjonisti. L-espansjoni tal-baġit u żieda akbar fl-investimenti pubbliċi u privati għandhom iħeġġu d-domanda domestika, fattur kruċjali għal tkabbir sod. Għal dan ser jikkontribwixxu wkoll ir-riformi strutturali li għandhom bħala għan iż-żieda fil-produttività, it-titjib tal-kundizzjonijiet għall-iżvilupp tal-attivitajiet intraprenditorjali u t-tneħħija tal-ostakli għall-investiment.

3.2.

Din il-bidla fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-sitwazzjoni ekonomika fiż-żona tal-euro hija konformi mal-Opinjoni preċedenti tal-KESE dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro (1), li argumentat favur l-użu effettiv tal-politiki fiskali biex jiġi appoġġjat l-irkupru taż-żona tal-euro kollha kemm hi. Il-pożizzjoni fiskali pożittiva proposta mill-Kummissjoni Ewropea hija modesta iżda – sakem tkun ikkombinata mal-użu effettiv tal-Pjan ta’ Investiment u tal-FEIS – din tista’ tgħin biex jingħelbu l-aktar problemi profondi ta’ tkabbir kajman, staġnar parzjali u diverġenzi kontinwi fil-livelli ta’ prestazzjoni ekonomika fost il-pajjiżi taż-żona tal-euro.

3.3.

Il-KESE jinnota li pożizzjoni fiskali pożittiva għaż-żona tal-euro kollha kemm hi, għandha titqies bħala strument għal perjodu ta’ żmien qasir jew medju li għandu jkun kompatibbli mas-sostenibbiltà fiskali fit-tul. Fis-sitwazzjoni attwali, id-defiċit tal-PDG u l-miri tad-dejn għandhom jiġu applikati b’mod flessibbli, filwaqt li jitqiesu l-miri u l-għanijiet tal-UE b’mod ġenerali u tal-UEM u l-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, kif imsemmi fl-Artikoli 119 u 120 tat-TFUE.

3.4.

Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea taqdi r-rwol tagħha bħala l-gwardjan tat-Trattati tal-UE, b’mod partikolari l-Artikolu 3 tat-TUE li jistabbilixxi l-għanijiet li jkun hemm titjib fil-benesseri, il-koeżjoni u l-ġustizzja soċjali, u jagħraf li l-limiti numeriċi speċifiċi imposti mill-PST u l-implimentazzjoni riġida tiegħu la huma adatti u lanqas meħtieġa fiċ-ċirkostanzi attwali ta’ staġnar u r-rati tal-imgħax storikament baxxi, konklużjoni li hija kondiviża, fost oħrajn, mal-OECD. It-titjib fil-benesseri, il-koeżjoni u l-ġustizzja soċjali huwa kompatibbli għal kollox mat-tkabbir ekonomiku u tal-produttività.

3.5.

Il-KESE jipproponi li r-Regola tad-Deheb tiġi adottata fl-implimentazzjoni tal-PST, fejn l-investiment pubbliku li se jikkontribwixxi għat-titjib tal-potenzjal tat-tkabbir, u l-kompetittività ekonomika ma għandhiex titqies fil-miri tad-defiċits tal-PST. Il-KESE jtenni l-kummenti li għamel fl-opinjonijiet tiegħu dwar il-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa, dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), u dwar l-estensjoni tad-durata tal-FEIS (2): huwa meħtieġ investiment pubbliku ogħla biex jistimola t-tkabbir fuq perjodu ta’ żmien qasir jew twil, u dan tal-aħħar huwa kundizzjoni meħtieġa għall-konsolidazzjoni tal-baġit pubbliku.

3.6.

Il-KESE iwissi li f’każ li l-politiki ekonomiċi ma jitmexxewx bl-għan li jippromovu l-objettivi ġenerali tal-UE u tal-UEM, inkluż fil-White Paper li jmiss dwar il-Futur tal-Ewropa, dan jista’ ma jrażżanx il-firxa ta’ sentiment kontra l-UE u kontra l-UEM. Dan jista’ jkun partikolarment problematiku minħabba l-isfidi attwali li jirriżultaw, fost affarijiet oħra, mill-iżviluppi ġeopolitiċi fil-viċinat tal-UE, mill-mewġiet tar-refuġjati u tal-migranti, u mit-tibdil fil-klima. Hija biss Ewropa magħquda u ekonomikament b’saħħitha b’appoġġ popolari b’saħħtu li jista’ jirnexxielha ddawwar tali sfidi f’opportunitajiet. L-istituzzjonijiet Ewropej, f’kollaborazzjoni mas-soċjetà ċivili impenjata għall-proġett Ewropew, għandhom jistinkaw sabiex, permezz ta’ mezzi tekniċi adatti, jittrażmettu lill-Ewropej kollha l-affarijiet pożittivi kollha li l-UE hija mistennija tagħmel għalihom fl-oqsma tal-politiki u tal-ekonomija.

3.7.

Strument li jista’ jikkontribwixxi għall-irkupru tat-tkabbir u t-tnaqqis tad-diverġenzi għandu jkun il-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa. S’issa, il-livell ta’ finanzjament kien ifisser li seta’ jżomm biss livelli ta’ krediti tal-passat mill-BEI b’tendenza qawwija lejn investiment f’pajjiżi li jinsabu fl-inqas diffikultà. Dan għandu jiġi indirizzat b’urġenza, billi tiġi żgurata biżżejjed flessibbiltà fil-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir b’rabta mal-investiment pubbliku neċessarju sabiex b’hekk il-livelli ta’ investiment fit-tranżizzjoni tal-enerġija, l-edukazzjoni u l-ħiliet, l-infrastruttura u l-proġetti ffinanzjati mill-FEIS jiżdiedu b’mod deċiżiv fiż-żona tal-euro kollha, filwaqt li jiġi mħeġġeġ l-investiment fi proġetti innovattivi tas-settur privat.

3.8.

Il-politika fiskali, b’tassazzjoni progressiva, hija element ewlieni fil-promozzjoni tal-ġustizzja soċjali. F’dan il-kuntest, sistema ottimali, moderna u li tistimola t-tkabbir hija ta’ importanza fundamentali. It-tnaqqis fit-tassazzjoni fuq l-aktar dħul baxx jista’ jikkontribwixxi għall-istabbiltà makroekonomika kif ukoll jaġixxi bħala inċentiv akbar għall-impjieg bi ħlas. Madankollu, kwalunkwe tnaqqis fit-taxxa għandu jkun akkumpanjat minn sorsi tat-taxxa alternattivi sabiex ikun żgurat li jiġu evitati d-defiċits tal-baġit.

3.9.

Il-KESE jilqa’ bi pjaċir l-istedina tal-Kummissjoni Ewropea lill-Istati Membri b’defiċits fil-kontijiet kurrenti u dejn barrani għoli biex jiffukaw fuq it-titjib tat-tkabbir tal-produttività. F’dan il-kuntest, jinnota li ridistribuzzjoni ġusta tad-dħul u l-ġid li jirriżultaw miż-żieda fil-produttività għandha żżid l-ugwaljanza u tħalli impatt pożittiv fuq id-domanda domestika u aggregata fiż-żona tal-euro. Huwa importanti li tiġi stimolata d-domanda domestika bħala kundizzjoni meħtieġa biex jiġi appoġġjat it-tkabbir u biex tingħeleb il-kriżi.

3.10.

Il-KESE jemmen li fir-riformi strutturali għandha tingħata prijorità lil dawk ir-riformi li jsaħħu t-tkabbir tal-produttività iżda wkoll li jsaħħu s-sigurtà tal-impjieg u s-sistema tal-protezzjoni soċjali fi ħdan il-qafas ta’ kundizzjonijiet tan-negozju adatti. L-ebda pajjiż taż-żona tal-euro ma jista’ jikkompeti fid-dinja moderna abbażi ta’ pagi baxxi u impjieg okkażjonali. L-enfasi għandha tkun fuq riformi li jikkombinaw flessibbiltà negozjata mas-sigurtà sabiex jissaħħu, u jinħolqu inċentivi għat-tisħiħ tal-ħiliet u tal-innovazzjoni. Ir-riformi tas-suq tax-xogħol għandhom jippromovu aktar stabbiltà tal-impjieg, li tgħin biex ittejjeb kemm in-naħa tal-provvista kif ukoll dik tad-domanda tal-ekonomija taż-żona tal-euro, anke fuq perjodu ta’ żmien qasir.

3.11.

Il-KESE jenfasizza għal darb’oħra (3) li s-sitwazzjoni ħażina attwali taż-żona tal-euro hija dovuta għad-domanda dgħajfa, li fiha nfisha hija r-riżultat ta’ politiki fiskali u aġġustament asimmetriku tal-bilanċ tal-kontijiet kurrenti (ibbażat l-aktar fuq l-ispejjeż tax-xogħol) li kienu segwiti fis-snin preċedenti matul l-akbar reċessjoni li qatt kien hemm wara l-gwerra, u mhux minħabba nuqqas ta’ sforzi għal riformi min-naħa tal-Istati Membri. Il-Kumitat jenfasizza għal darb’oħra li r-riformi strutturali li jimmiraw lejn in-naħa tal-provvista tal-ekonomiji mhux se jkunu effettivi biżżejjed biex jistomolaw l-investiment u t-tkabbir sakemm ma tiġix adottata u tinżamm pożizzjoni fiskali espansjonarja fiż-żona tal-euro sakemm l-irkupru jkun miexi ġmielu.

3.12.

Il-KESE jiddispjaċih li matul il-kriżi, id-djalogi soċjali u tas-soċjetà ċivili ġew kompromessi, jekk mhux imwarrba kompletament fl-Istati Membri, b’mod partikolari dawk fejn kellu jingħata appoġġ finanzjarju, u dawk li għaddew minn riformi soċjali u tas-suq tax-xogħol fuq skala kbira. Xi indikaturi ewlenin li jirriflettu l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali f’bilanċ bejn l-imsieħba soċjali għandhom jiġu rrakkomandati għal inklużjoni fil-paradigma tas-Semestru Ewropew. Il-KESE jinnota li, bħalissa, il-proċeduri għad-djalogu soċjali mhumiex garantiti fl-UE u f’ħafna Stati Membri, u b’hekk l-imsieħba soċjali ma jistgħux jieħdu sehem b’mod effettiv fil-proċess tas-Semestru Ewropew.

3.13.

Barra minn hekk, il-KESE jemmen li l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika taħt is-Semestru Ewropew għandha tittejjeb u li r-rwol tal-Kummissjoni Ewropea fiha għandu jissaħħaħ. Sabiex isaħħu l-kredibbiltà fil-proċess, l-Istati Membri għandhom jonoraw l-impenji tagħhom li ħadu fil-laqgħat tal-Kunsill.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1.

Il-KESE jappoġġja l-inizjattivi tal-Kummissjoni Ewropea għall-ikkompletar tal-unjoni bankarja, jiġifieri billi tiġi stabbilita skema ta’ assigurazzjoni tad-depożiti komuni u garanzija ta’ kontinġenza komuni għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni. Dawn il-passi huma essenzjali sabiex jittaffa l-piż fuq il-baġits tal-gvern nazzjonali relatati biex jassiguraw il-ġid pubbliku ta’ stabbiltà tas-sistema bankarja. Dawn huma aktar importanti fid-dawl tal-fatt li, għalissa, il-progress biex tintlaħaq unjoni politika mhuwiex fuq l-aġenda.

4.2.

Il-KESE jinnota wkoll li l-kwistjoni ta’ self improduttiv tal-banek hija ta’ importanza kbira għall-ikkompletar tal-politiki li għandhom l-għan li jniedu mill-ġdid it-tkabbir. Sabiex il-problema tiġi indirizzata għandhom jittieħdu passi minnufih, filwaqt li fl-istess ħin jitqiesu l-aspetti tal-protezzjoni tal-konsumatur.

4.3.

Il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa qegħdin iwasslu għal tnaqqis sinifikanti fid-dħul pubbliku, li għandu impatt negattiv ħafna fuq l-ilħuq tal-għanijiet tal-PST u l-kapaċità li jiżdied l-investiment pubbliku. B’mod partikolari, ir-rifuġji fiskali huma essenzjali għall-operazzjonijiet ta’ evażjoni tat-taxxa fuq skala kbira u r-reati relatati magħhom (eż. il-ħasil tal-flus). It-twaqqif tal-użu tar-rifuġji fiskali għandu jkun prijorità. Il-KESE jistieden lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE u taż-żona tal-euro jadottaw u jimplimentaw direttivi għal dan il-għan mingħajr dewmien.

4.4.

Kompetizzjoni fiskali inġusta bejn l-Istati Membri tfixkel il-kapaċità ta’ ġbir ta’ taxxi ta’ numru ta’ Stati Membri u, għalhekk, il-kapaċita tagħhom li jilħqu l-għanijiet tal-PST. Il-KESE jemmen li l-awtoritajiet tal-UE, għandhom jieħdu passi raġonevoli u bilanċjati biex itemmu l-prattiki ta’ kompetizzjoni fiskali inġusta, skont ir-rakkomandazzjonijiet mill-OECD u l-FMI.

4.5.

Filwaqt li jagħraf l-isforz enormi biex jissaħħaħ u jiġi żviluppat aktar l-euro kif hemm bżonn bħalissa u se jkun meħtieġ fil-futur qarib sabiex tingħata prosperità u stabbiltà fit-tul għaż-żona tal-euro, il-KESE jemmen li l-għanijiet li ġejjin, fost oħrajn, huma mixtieqa:

L-istabbiliment ta’ rappreżentanza esterna unifikata għaż-żona tal-euro fil-fora internazzjonali (Fond Monetarju Internazzjonali, OECD, eċċ) (4);

L-iżvilupp ta’ flessibbiltà fiskali u kapaċità fiskali għaż-żona tal-euro, inkluża l-possibbiltà li jinħarġu eurobonds permezz ta’ passi istituzzjonali potenzjali bħall-ħolqien ta’ teżor komuni għaż-żona tal-euro (5);

It-tisħiħ tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali permezz ta’ djalogu soċjali adatt u bl-involviment tal-imsieħba soċjali fl-inizjattivi leġislattivi kollha (6);

Il-ħolqien ta’ proċess speċifiku ta’ djalogu makroekonomiku għaż-żona tal-euro kif issuġġerit f’Opinjonijiet preċedenti tal-KESE (7);

It-tisħiħ tal-kontroll demokratiku fuq il-politiki tal-UE (8).

Brussell, it-22 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Georges DASSIS


(1)  ĠU C 177, 18.5.2016, p. 41.

(2)  ĠU C 268, 14.8.2015, p. 27ĠU C 75, 10.03.2017, p. 57.

(3)  ĠU C 177, 18.5.2016, p. 41.

(4)  ĠU C 177, 18.5.2016, p. 16.

(5)  ĠU C 451, 16.12.2014, p. 10, ĠU C 268, 14.8.2015, p. 33, u ĠU C 332, 8.10.2015, p. 8.

(6)  ĠU C 451, 16.12.2014, p. 10, u l-opinjoni tal-KESE dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (ĠU C 125, 21.4.2017, p. 10).

(7)  ĠU C 13, 15.1.2016, p. 33ĠU C 177, 18.5.2016, p. 35.

(8)  ĠU C 332, 8.10.2015, p. 8.


31.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/38


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi għall-provvista ta’ assistenza addizzjonali lill-Istati Membri affettwati minn diżastri naturali”

[COM(2016) 778 final — 2016/0384 (COD)]

(2017/C 173/07)

Relatur:

Pietro Vittorio BARBIERI

Konsultazzjoni

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 11.1.2017

Parlament Ewropew, 15.12.2016

Bażi legali

Artikoli 177 u 304 TFUE

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali

Adottata fis-sezzjoni

2.2.2017

Adottata fis-sessjoni plenarja

22.2.2017

Sessjoni plenarja Nru

523

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

183/0/2

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-KESE għandu fehma pożittiva dwar il-proposta 2016/0384 tal-Kummissjoni għal emenda tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (1) fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi għall-provvista ta’ assistenza addizzjonali lill-Istati Membri affettwati minn diżastri naturali.

1.2.

Il-KESE jilqa b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni li tiġi introdotta l-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), bl-integrazzjoni tar-riżorsi disponibbli fl-ambitu tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE), għall-Istati Membri u r-reġjuni milquta minn diżastri naturali gravi.

1.3.

Il-KESE jaqbel mal-introduzzjoni ta’ assi prijoritarju separat għal interventi ta’ rikostruzzjoni ffinanzjati mill-FEŻR fl-ambitu ta’ programm operattiv, mingħajr il-bżonn ta’ kofinanzjament nazzjonali, konformi mar-Regolament (KE) Nru 2012/2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

1.4.

Il-KESE jaqbel mal-estensjoni tal-ammissibbiltà tal-ispejjeż għal interventi mid-data li jkun seħħ id-diżastru naturali, anke jekk din tkun qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din l-emenda tar-regolament.

1.5.

Il-KESE huwa favur il-proposta li Stat Membru jkun permess, jekk ikun inkluda diġà l-interventi tiegħu proprji f’talba għal pagament preċedenti lill-Kummissjoni, li jipproċedi bl-aġġustamenti neċessarji għat-talba għal pagament li jmiss.

1.6.

F’konformità ma’ li ntqal diġà f’opinjonijiet preċedenti, il-KESE ma jistax ma japprezzax l-hawn fuq imsemmija punti tal-Kummissjoni mmirati biex jissemplikaw u jħaffu d-dinamika tal-għajnuna, b’tali mod li tkun tista’ ssir reazzjoni iżjed immedjata, effikaċi u viżibbli għal diżastri naturali.

1.7.

Fl-istess waqt, il-KESE jqis li hemm bżonn li jiġi mniedi proċess ieħor ta’ reviżjoni tal-Fond sabiex ikun jista’ jiġi ppreċiżat aħjar l-ambitu tal-azzjoni tal-Fond li ma jeskludix diżastri minħabba t-tibdil fil-klima u atti terroristiċi, barra minn reviżjoni tal-limiti ta’ aċċess li l-KESE jqis li huma għoljin wisq.

1.8.

Il-KESE huwa tal-fehma li l-Fond jirrappreżenta xhieda importanti tas-solidarjetà Ewropea u għandu jkun promoss fost iċ-ċittadini tal-Unjoni.

2.   Argumenti favur l-opinjoni u osservazzjonijiet speċifiċi

2.1.

Sfortunatament, l-Ewropa rat diversi diżastri naturali. Ħafna minnhom, sfortunatament, huma l-pajjiżi tal-Unjoni li sofrew minn xi tip ta’ katastrofu gravi tul is-snin.

2.1.1.

Fl-2002 fl-Ewropa Ċentrali, b’mod partikolari l-Ġermanja, l-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka u l-Islovakkja, kienu milquta minn għargħar kbar. L-UE ddeċidiet li tintervjeni, fl-istess sena, bil-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) sabiex tirreaġixxi għal katastrofi naturali kbar u tesprimi s-solidarjetà Ewropea mar-reġjuni milquta. Minn dak iż-żmien ‘l hawn intuża bħala reazzjoni f’ħafna tipi differenti ta’ diżastri, fosthom għargħar, nirien ta’ foresti, terremoti, maltempati u nixfiet (2).

2.2.

Il-KESE jaħseb li huwa xieraq l-użu tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) (3) flimkien mal-FSUE għal interventi f’każi ta’ diżastri gravi. Iż-żewġ fondi fil-fatt jaqsmu l-istess etika, kif ukoll diversi kriterji programmatiċi ta’ intervent. Jekk minn naħa ż-żewġ fondi jagħtu prova oħra tal-ispirtu ta’ solidarjetà tal-UE, min-naħa l-oħra t-tip ta’ azzjonijiet li huma ġeneralment jiffinanzjaw jippreżenta s-soltu objettiv li jiġi ffavorit it-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp ugwali u sostenibbli fir-reġjuni Ewropej (4).

2.3.

Il-KESE diġà identifika fil-passat kif il-ħeffa tal-għajnuna hija element essenzjali biex jiġu garantiti l-effikaċja u l-viżibbiltà xierqa tagħha. B’mod speċifiku, il-KESE diġà esprima ruħu dwar id-dewmien minħabba l-burokrazija tal-proċeduri tal-FSUE (5), barra miż-żmien żejjed ta’ stennija biex tingħata l-għajnuna (6).

2.4.

Il-KESE jtenni dak li esprima preċedentement dwar il-funzjonament tal-Fond:

li jiġi ċċarat definittivament l-ambitu tal-azjoni tal-Fond sabiex ma jinħolqux aspettattivi bla bażi u biex jiġi evitat li ma jintużax bħala komunikazzjoni politika;

jiġi definit mill-ġdid il-limitu tal-impatt ekonomiku sabiex jiġi valutat huwex gravi biżżejjed avveniment ta’ diżastu, sabiex il-Fond ikun ikaratterizzat mill-eċċezzjonalità;

jitnaqqsu iżjed il-mekkaniżmi ta’ funzjonament u l-perjodi ta’ żmien ta’ ħlas sabiex l-għajnuna mogħtija tkun effettiva immedjatament.

2.4.1.

Barra minn hekk, il-KESE huwa mħasseb dwar iż-żieda fl-għadd ta’ diżastri naturali u mhux naturali, u jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-politiki ta’ prevenzjoni.

2.5.

Il-KESE japprova l-introduzzjoni tal-Artikolu 120(8) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jintroduċi assi prijoritarju separata b’rata ta’ kofinanzjament sa 100 % mill-FEŻR, bil-kundizzjoni li l-interventi:

jintgħażlu mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni bħala reazzjoni għal diżastri naturali gravi;

ikunu mmirati għal rikostruzzjoni bħala rispons għad-diżastru naturali;

ikunu ffinanzjati skont investiment ta’ prijorità tal-FEŻR.

2.6.

Il-KESE japprovba d-deroga mill-Artikolu 65(9) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, li tippermetti li tkun ammissibbli n-nefqa għal inteventi skont dan l-assi prijoritarju, mid-data meta jkun seħħ id-diżastru naturali.

3.   Il-perspettiva tal-KESE

3.1.

Il-KESE huwa tal-fehma li l-proposta għal Regolament trid tinqara flimkien mar-Regolament (KE) Nru 2012/2002 bil-modifiki suċċessevi tiegħu, u tintegrah u timmodifikah. Il-modifiki proposti jmorru fid-direzzjoni msemmija fl-opinjonijiet preċedenti tal-KESE, li jiġu mħaffa u semplifikati l-mekkaniżmi ta’ funzjonament tal-Fond. Għad baqa’ xi punti kritiċi li jridu jiġu indirizzati.

3.2.

Il-KESE għalhekk itenni li r-Regolament huwa provvediment partikolarment sinifikattiv għaliex jirrappreżenta prova ta’ solidarjetà Ewropea. Fil-fatt jipprevedi l-prinċipju tas-sussidjarjetà fejn jiġi integrat mal-politiki tal-Istati Membri u jikkoordina ma’ diversi politiki oħrajn tal-Unjoni Ewropea, fosthom programmi oħrajn relatati mal-Fondi Strutturali u dawk tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI). Il-KESE huwa tal-fehma li għandu jiġi integrat ukoll mad-derogi tal-Patt ta’ Stabbiltà previsti għal Stati Membri milquta minn katastrofi naturali u mhux naturali.

3.3.

Ir-regolament jipprevedi li jittratta katastrofi naturali gravi, u ma jiħux post l-Istati Membri fil-każ ta’ katastrofi fejn il-ħsarat huma vvalutati għal somma li l-KESE jqis wisq għolja, u għaldaqstant li għandha tiġi riveduta.

3.4.

L-interventi eliġġibbli ma jipprevedux akkomdazzjoni, sakemm ma jkunx hemm emerġenza proviżorja tal-akkomodazzjoni. Fil-fatt f’każi bħal dawn huwa l-Istati li jrid jintervjeni jew l-assigurazzjoni. Fil-każ ta’ bliet antiki, l-eżistenza tagħhom tistrieħ fuq attivitajiet ekonomiċi marbuta mat-turiżmu tat-tieni dar. Il-KESE jaħseb li għandha tiġi indirizzata d-dikotomija bejn djar u attivitajiet ekonomiċi.

3.5.

Barra minn hekk, ir-Regolament jipprevedi li mhemmx koerenza ma’ miżuri oħra tal-UE maħsuba biex jegħlbu żvantaġġi territorjali maħluqa minn diżastri naturali jew mhux naturali. Fil-fatt, wieħed mill-ewwel rekwiżiti ta’ eliġibbiltà għall-Fond huwa fil-livell ta’ prevenzjoni tar-riskji minn diżastri naturali. Il-KESE jaħseb li l-enfasi fuq il-prevenzjoni min-naħa tal-istituzzjonijiet Ewropej u min-naħa tal-Istati Membri mhijiex biżżejjed.

3.6.

Ir-Regolament jispeċifika li l-interventi soġġetti għal finanzjament iridu jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u l-istrumenti legali adottati konsegwentement. Ifakkar b’mod partikolari ġestjoni finanzjarja korretta, it-trasparenza tal-akkwisti pubbliċi, kif ukoll il-ħarsien tal-ambjent u l-adattament għat-tibdil fil-klima b’investimenti mmirati lejn infrastruttura kompatibbli mil-lat ekoloġiku. Meta ġie adottat ir-Regolament ma kinitx fis-seħħ direttiva speċifika dwar l-aċċessibbiltà (7). Billi d-domanda għal prodotti u servizzi aċċessibbli żdiedet dejjem iktar minħabba t-tixjiħ tal-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea (8), il-KESE jaħseb li l-aċċessibbiltà tal-inizjattivi ta’ intervent f’emerġenza u ta’ bini mill-ġdid għandha tiġi identifikata fost il-kriterji li għandha ssir enfasi fuqhom./

Brussell, it-22 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Georges DASSIS


(1)  COM(2016) 778 final – 2016/0384 (COD).

(2)  L-għajnuna min-naħa tal-Kummissjoni, permezz tal-FSUE, kienet determinanti biex jiġu ffaċċjati diżastri naturali li laqtu lill-Bulgarija, l-Italja u r-Rumanija fl-2014.

(3)  Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) huwa wieħed mill-fondi strutturali tal-Unjoni Ewropea. Dan għandu l-iskop li jnaqqas id-distakk bejn il-livelli diversi ta’ żvilupp tar-reġjuni Ewropew, b’kont meħud tal-iżvantaġġi naturali u demografiċi proprji ta’ bosta reġjuni. L-azzjonijiet tal-FEŻR għandhom l-objettiv li jistimolaw it-tkabbir ekonomiku permezz tal-adattament strutturali tar-reġjuni li qegħdin lura fl-iżvilupp.

(4)  Sabiex jiġi favorit l-irkupru tal-attivitajiet ekonomiċi fir-reġjuni milquta, intgħażel li l-interventi jsiru f’oqsma tematiċi preċiżi ħafna ta’ emerġenza u rkupru, jiġifieri: il-bini ta’ akkomodazzjoni temporanja għall-popolazzjoni u l-bini mill-ġdid tal-infrastruttura prinċipali li sfat meqruda.

(5)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 52.

(6)  ĠU C 170, 5.6.2014, p. 45.

(7)  Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi, COM(2015) 615 final – 2015/0278 (COD).

(8)  Fid-dawl tal-fatt li huwa mistenni li fl-2020 madwar 120 miljun ruħ fl-Unjoni Ewropea se jkunu qed ibatu minn pluridiżabilitajiet u/jew diżabilitajiet żgħar. Għandu jiġi enfasizzat ukoll li fl-irħula rurali u fil-muntanji milquta minn diżastri naturali reċenti jgħixu l-iżjed persuni anzjani.


31.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/41


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-istrumenti ta’ dejn mhux garantiti fil-ġerarkija tal-insolvenza”

[COM(2016) 853 final — 2016/0363 (COD)]

(2017/C 173/08)

Relatur ġenerali:

Daniel MAREELS

Konsultazzjoni

Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 3.1.2017

Parlament Ewropew, 16.1.2017

Bażi legali

Artikoli 114 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

 

 

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali

Adottata fil-plenarja

22.2.2017

Sessjoni plenarja Nru

523

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

169/0/3

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-KESE jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni biex temenda l-BRRD (1) jew, b’mod iktar preċiż, biex tiġi stabbilita klassifikazzjoni nazzjonali armonizzata tal-istrumenti ta’ dejn mhux garantiti fi proċedimenti ta’ insolvenza. Din il-proposta hija parti minn pakkett usa’ ta’ proposti ppubblikati dan l-aħħar għal riforma ulterjuri tal-banek (2). Dan il-pakkett essenzjalment għandu l-għan li jittrasponi t-testi mfassla wara ħidma mwettqa fi ħdan kuntest internazzjonali, bħall-G20, il-Kumitat ta’ Basel u l-Bord tal-Istabbiltà Finanzjarja.

1.2.

Għall-KESE, jibqa’ kruċjali li s-sistema bankarja tkun reżiljenti u b’kapitalizzazzjoni tajba bħala prerekwiżit u bażi sabiex tinżamm l-istabbiltà finanzjarja. Fl-istess ħin, fil-każ ta’ kriżi bankarja, huwa essenzjali li fl-ewwel lok isir appell għall-kapital privat tal-azzjonisti u ta’ kredituri bankarji privati oħra (l-hekk imsejħa “rikapitalizzazzjoni interna”), sabiex jiġi evitat l-bżonn li jsir appell għar-riżorsi pubbliċi jew tal-kontribwenti. Għandhom jiġu esklużi wkoll il-pagi u l-benefiċċji tal-pensjoni tal-impjegati.

1.3.

Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-proposta attwali qiegħda tiġi eskluża mill-pakkett imsemmi hawn fuq (ara punt 1.1) u hija ttrattata b’mod urġenti bħala kwistjoni ta’ prijorità. Fil-fatt, l-iżvilupp reċenti li wassal lill-Istati Membri jilleġislaw individwalment f’dan il-qasam u abbażi tal-interpretazzjoni tagħhom stess, jista’ jagħti lok għal diffikultajiet, pereżempju meta tiġi applikata l-iskema ta’ “rikapitalizzazzjoni interna”. Huwa xieraq li jkun hemm bidla u jiġi abbandunat l-approċċ individwali favur approċċ armonizzat fil-livell tal-UE, sabiex jiġi żgurat li jiġu applikati l-istess regoli tal-BRRD.

1.4.

Approċċ armonizzat ser jevita wkoll aktar distorsjonijiet bejn l-Istati Membri u kompetizzjoni mhux mixtieqa fis-suq. Għall-Kumitat, huwa importanti li jinħolqu kundizzjonijiet aktar ekwi bejn l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri u jitnaqqsu r-riskji fis-settur finanzjarju.

1.5.

Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-proposta tikkontribwixxi għar-robustezza tal-mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni u, fl-istess ħin, ittejjeb u tista’ taċċellera l-applikabbiltà operattiva tiegħu.

1.6.

Il-Kumitat huwa tal-fehma li għandu jkun hemm skema għall-assorbiment tat-telf għall-banek kollha. F’dan il-kuntest, huwa pożittiv li din il-proposta tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ miżuri speċifiċi għall-banek dinjija ta’ importanza sistemika. Dan ifisser li l-G-SIBs (3) irid ikollhom aktar kapaċità ta’ assorbiment tat-telf li tista’ tiġi attivata f’każ ta’ kriżi, magħrufa bħala TLAC (4). Din il-proposta tikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ rikapitalizzazzjoni interna għal banek oħra fejn tnaqqas kwalunkwe riskju ta’ dibattitu legali, fejn ikun il-każ.

1.7.

Il-Kumitat jilqa’ b’mod pożittiv l-inklużjoni tar-regolament TLAC imsemmi hawn fuq fir-rekwiżiti Ewropej eżistenti għall-banek kollha, l-hekk imsejħa MREL (5), b’tali mod li jippermetti li l-GSIBs kollha jkunu soġġetti għal regoli armonizzati. Barra minn hekk, l-integrazzjoni f’regolament wieħed ser tgħin ukoll biex jitjiebu l-effettività u l-effiċjenza tar-riżoluzzjoni.

1.8.

Il-banek għandhom rwol importanti ħafna x’jaqdu biex jiffinanzjaw l-ekonomija, u b’mod partikolari, il-familji u l-SMEs. Għalhekk, l-impatt negattiv potenzjali fuq l-ispejjeż tal-iffinanzjar tal-banek għandu jiġi minimizzat kemm jista’ jkun. Fl-istess ħin, ir-regoli l-ġodda m’għandhomx biss jiffaċilitaw u jestendu kemm jista’ jkun il-ħruġ tal-istrumenti ta’ dejn mhux garantiti ikkonċernati, iżda għandhom ukoll joffru l-akbar ċarezza u ċertezza legali għall-partijiet interessati kollha, inklużi l-investituri. Huwa importanti li dawn isiru mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u li dawn ir-regoli jiġu applikati fil-prattika.

1.9.

L-approċċ propost fejn ir-regoli l-ġodda japplikaw biss għall-ħruġ futur tal-istrumenti tad-dejn ikkonċernati jidher bħala l-aktar għażla realistika u għalhekk jista’ jiġi appoġġjat ukoll.

2.   Sfond  (6)

2.1.

Il-proposta attwali (7) hija parti minn pakkett ta’ ħames proposti leġislattivi ppubblikati dan l-aħħar mill-Kummissjoni (8) dwar ir-regolamentazzjoni tal-banek, u li tibni fuq leġislazzjoni eżistenti f’dan ir-rigward (9). Issa qiegħda titneħħa mill-pakkett u qiegħda tingħata prijorità sabiex tiġi approvata u implimentata malajr kemm jista’ jkun.

2.2.

Dan il-pakkett għandu l-għan li jittrasponi testi mfassla wara ħidma fil-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja u l-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, waqt li jitqiesu r-riżultati tas-“sejħa għall-evidenza” organizzata mill-Kummissjoni, li kellha l-għan li tivvaluta kemm hi effettiva u effiċjenti l-leġislazzjoni bankarja attwali.

2.3.

B’mod ġenerali, dan il-pakkett ta’ proposti huwa essenzjalment maħsub biex:

2.3.1.

tiżdied ir-reżiljenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-UE u titrawwem l-istabbiltà finanzjarja,

2.3.2.

titjieb il-kapaċità ta’ self tal-banek sabiex tiġi appoġġjata l-ekonomija fl-Unjoni Ewropea, u

2.3.3.

jiġi promoss ir-rwol tal-banek sabiex jinkisbu swieq kapitali Ewropej aktar profondi u aktar likwidi, biex jiġi appoġġjat il-ħolqien ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali.

2.3.4.

Fl-istess ħin, nistgħu ngħidu hawnhekk li qed issir ħidma sabiex il-“prinċipju tal-proporzjonalità” jiġi applikat b’mod aktar sofistikat u komprensiv għall-benefiċċju ta’ banek żgħar u/jew mhux kumplessi.

2.4.

F’dan il-kuntest, il-proposta preżenti għandha l-għan li tistabbilixxi klassifikazzjoni nazzjonali armonizzata ta’ strumenti ta’ dejn mhux garantiti. Dan huwa importanti għar-riżoluzzjoni ta’ bank fil-kuntest tad-Direttiva BRRD.

2.5.

F’każ ta’ riżoluzzjoni bħal din, huwa importanti li t-telf jiġġarrab l-ewwel mill-kapital privat u mhux mill-kontribwenti jew mill-gvernijiet. Dan jinkiseb permezz ta’ “rikapitalizzazzjoni interna”, jiġifieri billi jiġi kkanċellat id-dejn jew jiġi konvertit f’kapital ta’ riskju.

2.6.

Għal dan il-għan, il-banek kollha għandu jkollhom livell minimu ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, jew, fi kliem ieħor, rekwiżiti “MREL”.

2.7.

Element ġdid huwa li ntlaħqu ftehimiet internazzjonali dwar rekwiżiti addizzjonali għall-banek dinjija ta’ importanza sistemika (G-SIBs), sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni ta’ “kbar wisq biex ifallu”. Waħda mill-proposti l-oħra imsemmija hawn fuq tal-pakkett ta’ miżuri tipprova tinkorpora preċiżament dan ir-rekwiżit, magħruf bħala “kapaċità totali ta’ assorbiment tat-telf” (TLAC), fis-sistema eżistenti MREL għal dawn il-banek.

2.8.

Iż-żewġ obbligi diġà ħeġġu lil għadd ta’ Stati Membri biex jadattaw (10) il-liġijiet tagħhom dwar l-insolvenza fil-livell nazzjonali għall-klassifikazzjoni ta’ ċerti kredituri tal-bank.

2.9.

Dan l-aġġustament qiegħed jitwettaq b’modi differenti fl-Istati Membri, li mhuwiex ideali u mhuwiex totalment mixtieq fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti. Il-proposta attwali għandha l-għan li tirrimedja dan billi tistabbilixxi skema armonizzata (ara 2.4).

3.   Osservazzjonijiet u kummenti

3.1.

B’mod ġenerali, il-pakkett ta’ miżuri u din il-proposta għandhom jintlaqgħu. Dawn ikomplu jikkomplementaw u jirfinaw l-isforzi importanti ta’ riforma li saru wara l-kriżi sabiex jissaħħaħ is-settur finanzjarju. Huma jikkontribwixxu wkoll sabiex ikompli jitnaqqas ir-riskju fl-istess settur.

3.2.

B’mod ġenerali, il-punt importanti huwa li s-sistema bankarja tkun reżiljenti u kapitalizzata biżżejjed. Dan, min-naħa tiegħu, huwa importanti biex tinżamm l-istabbiltà finanzjarja. L-istabbiltà teħtieġ li, fil-każ ta’ kriżi bankarja, fl-ewwel lok isir appell għall-kapital privat tal-azzjonisti u ta’ kredituri bankarji privati oħra (l-hekk imsejħa “rikapitalizzazzjoni interna”). Dan għandu jevita l-bżonn li jsir rikors għall-riżorsi pubbliċi jew tal-kontribwenti. Barra minn hekk, fi kwalunkwe każ, is-salarji, il-pensjonijiet u benefiċċji fissi oħra tal-ħaddiema jridu jibqgħu salvagwardjati (11).

3.3.

L-implimentazzjoni effettiva ta’ dan l-approċċ għandha tapplika għall-banek kollha. F’dan ir-rigward, il-KESE huwa kuntent li qiegħda ssir ħidma wkoll għal regolamentazzjoni aktar b’saħħitha għall-banek dinjija ta’ importanza sistemika (G-SIBs), f’konformità mal-ftehimiet li ntlaħħqu fil-livell tal-G20.

3.4.

Huwa pożittiv li din il-proposta tintegra r-regolamentazzjoni TLAC fir-rekwiżiti tal-MREL eżistenti, kif previst fil-BRRD. Dan mhux biss itejjeb l-applikazzjoni tar-regoli eżistenti, iżda fl-istess ħin jitfa’ l-pedament għal sistema armonizzata għall-ikbar banek sinifikanti. Dan imbagħad ser ikollu impatt pożittiv fuq l-applikabbiltà operattiva tal-iskema.

3.5.

Minħabba r-rwol importanti ħafna li l-banek jaqdu fil-finanzjament tal-ekonomija, u b’mod partikolari tal-familji u l-SMEs, il-ħruġ ta’ dan it-tip ta’ strumenti għandu jsir taħt kondizzjonijiet tajbin u għandu jkun estiż kemm jista’ jkun. Ir-regolamentazzjoni l-ġdida tgħin tipprovdi ċarezza u ċertezza legali għall-partijiet interessati kollha, inklużi l-investituri. Għandha tingħata wkoll attenzjoni għall-ispejjeż. Ir-regoli l-ġodda għandhom jiminizzaw l-impatt negattiv potenzjali fuq l-ispejjeż tal-iffinanzjar tal-banek.

3.6.

Hija ħaġa pożittiva ħafna li għadd ta’ Stati Membri malajr bdew jagħmlu l-aġġustamenti għal-liġijiet nazzjonali dwar l-insolvenza, sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-livell Ewropew u internazzjonali (ara hawn fuq).

3.7.

Sfortunatament, dan sar b’modi differenti, u wassal għal differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri. Wassal ukoll għal għadd ta’ effetti mhux mixtieqa, bħal pereżempju l-inċertezza għall-emittenti u l-investituri u t-trattament tagħhom fil-każ li tiġi applikata l-iskema tar-rikapitalizzazzjoni interna. Dan jista’ wkoll ifixkel l-applikazzjoni tad-Direttiva BRRD għall-banek li joperaw f’iktar minn pajjiż wieħed.

3.8.

Għall-Kumitat, mhuwiex xieraq li jkun hemm trattament differenti ta’ strumenti ta’ dejn mhux iggarantiti, li barra minn hekk iwassal għal distorsjonijiet bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-Istati Membri u jirriżulta f’kompetizzjoni mhux mixtieqa fis-suq.

3.9.

Għalhekk hawnhekk hija mixtieqa azzjoni rapida u l-punt mhuwiex biss li l-Istati Membri jitwaqqfu milli jadottaw approċċi individwali, iżda b’mod aktar speċifiku, li jkun hemm progress lejn approċċ armonizzat. Dan mhux biss iwassal għal kundizzjonijiet aktar ekwi bejn l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri iżda fl-istess ħin jikkontribwixxi b’mod effettiv għall-ksib tal-għanijiet fundamentali ta’ stabbiltà finanzjarja akbar u tnaqqis tar-riskji fis-settur finanzjarju.

3.10.

Ir-regolamentazzjoni l-ġdida ma fiha l-ebda dispożizzjoni dwar il-possibbiltà jew le għal ċerti azzjonisti u investituri li jixtru jew jakkwistaw dawn l-istrumenti ta’ dejn mhux garantiti. Skema bħal din fil-BRRD hija probabbilment inqas adegwata, u barra minn hekk, il-punt importanti huwa li fl-aħħar nett il-protezzjoni tal-konsumatur (12) f’dan is-settur tkun kompletament applikabbli u jkollha l-effett sħiħ tagħha fil-prattika.

3.11.

Din l-iskema tapplika biss għall-ħruġ futur u mhux għall-istokk eżistenti. Fl-interess taċ-ċertezza legali u tal-effetti – possibbilment mhux intenzjonati – fuq is-swieq, l-emittenti u l-investituri, dan jidher li huwa approċċ aċċettabbli, għalkemm jista’ jkun hemm ċerti konsegwenzi (temporanjament) għar-regolaturi.

3.12.

Fl-aħħar nett, jidher xieraq li jkun hemm data realistika għad-dħul fis-seħħ (13).

Brussell, it-22 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Georges DASSIS


(1)  Skont it-taqsira bl-Ingliż tad-Direttiva: “Bank Recovery and Resolution Directive”. Bil-Malti, id-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek (u d-ditti ta’ investiment).

(2)  Dan il-pakkett leġislattiv jinkludi, apparti t-test imsemmi hawn fuq, l-emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (ir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital jew is-CRR (Capital Requirements Regulation)), għad-Direttiva 2013/36/UE (id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital jew is-CRD (Capital Requirements Directive)) u għar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (ir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni jew l-SRMR (Single Resolution Mechanism Regulation)). Għar-referenzi, ara n-noti ta’ qiegħ il-paġna 8 sa 10 hawn taħt. Dwar dawn il-proposti, ara wkoll l-Opinjoni tal-KESE ECO/424 li qed titħejja bħalissa (Frar 2017).

(3)  Skont it-taqsira tal-frażi Ingliża “Global Systemically Important Banks”.

(4)  Skont it-taqsira tal-frażi Ingliża “Total Loss Absorption Capacity”.

(5)  Skont it-taqsira tal-frażi Ingliża “Minimum Requirement for Eligible Liabilities and Own Funds”. Bil-Malti, “ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli”.

(6)  Dan it-test huwa bbażat, fost affarijiet oħra, fuq l-informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni (pereżempju stqarrija għall-istampa u mistoqsijiet u tweġibiet) dwar il-pakkett u l-proposti li qegħdin attwalment jiġu diskussi.

(7)  COM(2016) 853 final

(8)  Fit-23 ta’ Novembru 2016 Ara http://europa.eu/rapid/press-release_IP-16-3731_mt.htm

(9)  Dak il-pakkett jinkludi emendi:

għar-Regolament dwar ir-Rekwiżiti Kapitali (RRK) u d-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital (DRK) tal-2013. Dawn jistabbilixxu rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu (banek) u għall-intrapriżi tal-investiment u r-regoli dwar il-governanza u s-superviżjoni;

għad-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek (BRRD) u r-Regolament dwar il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRMR) tal-2014. Dawn jinkludu r-regoli dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet li qed ifallu u jistabbilixxu l-mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni.

(10)  Jew qegħdin jagħmlu tali aġġustamenti.

(11)  Skont l-Artikolu 44(2)(g)(i) tal-BRRD.

(12)  Tista’ ssir referenza għall-iskemi MiFID u MiFID 2. Din tal-aħħar għandha tidħol fis-seħħ fil-bidu tal-2018.

(13)  It-testi eżistenti jindikaw l-1 ta’ Lulju 2017. Iżda tqum il-kwistjoni dwar kemm dan huwa fattibbli.


31.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/45


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa –Naħdmu flimkien biex insaħħu l-kapital uman, l-impjegabbiltà u l-kompetittività”

[COM(2016) 381 final]

dwar il-“Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-Istabbiliment ta’ Garanzija tal-Ħiliet”

[COM(2016) 382 final — 2016/0179 (NLE)]

dwar il-“Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja u li tħassar ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja”

[COM(2016) 383 final — 2016/0180 (NLE)]

dwar il-“Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas komuni għall-għoti ta’ servizzi aħjar għall-ħiliet u l-kwalifiki (Europass), u li tħassar id-Deċiżjoni 2241/2004/KE”

[COM(2016) 625 final — 2016/0304 (COD)]

dwar il-“Titjib tal-ħiliet tal-persuni fis-suq tax-xogħol”

[Opinjoni esploratorja (Il-Presidenza Maltija)]

(2017/C 173/09)

Relatur:

Indrė VAREIKYTĖ

Korelatur:

Tatjana BABRAUSKIENĖ

Konsultazzjoni

Il-Parlament Ewropew, 6.10.2016

Kummissjoni Ewropea, 17.2.2017

Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 21.10.2016

Presidenza Maltija, 16.9.2016

Bażi legali

Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

 

 

Sezzjoni kompetenti

Ix-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza

Adottata fis-sezzjoni

3.2.2017

Adottata fil-plenarja

22.2.2017

Sessjoni plenarja Nru

523

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

196/0/6

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-Kumitat jilqa’ l-Aġenda għall-Ħiliet Ġodda għall-Ewropa proposta mill-Kummissjoni u jemmen li din hija pass pożittiv lejn bilanċ aħjar bejn il-ħiliet meħtieġa mill-individwi, is-suq tax-xogħol u s-soċjetajiet. Jemmen ukoll li tqabbil aħjar tal-ħiliet għandu jtejjeb l-aċċess għas-suq tax-xogħol ta’ persuni b’ħiliet u dawk kompetenti.

1.2.

huwa ċar li l-aġenda l-ġdida u l-inizjattivi tagħha jiffukaw fuq is-soluzzjoni ta’ kwistjonijiet attwali, l-aktar billi jiġu emendati l-istrumenti u l-miżuri eżistenti biex tittejjeb l-applikazzjoni u l-funzjonament tagħhom. Madankollu, hemm bżonn li jiġu introdotti soluzzjonijiet innovattivi fl-oqsma tal-edukazzjoni u l-iżvilupp tal-ħiliet, peress li l-Ewropa teħtieġ bidla ġenwina fundamentali fil-miri u l-funzjonament tas-settur tal-edukazzjoni u fehim tal-post u r-rwol tiegħu fis-soċjetà.

1.3.

Il-KESE jenfasizza li ż-żieda fil-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, is-sodisfar tal-ħtiġijiet ta’ swieq tax-xogħol inċerti u kumplessi u qed jinbidlu, kif ukoll il-ġlieda kontra l-faqar, l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni fl-UE ma jistgħux jiġu indirizzati kif xieraq mingħajr ma jitqiesu l-perspettivi soċjali u tas-sessi relatati.

1.4.

Il-Kumitat jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi perspettiva usa’ dwar it-tlaqqigħ funzjonali u reċiproku bejn is-sistemi ġenerali ta’ edukazzjoni u taħriġ, tax-xogħol u dawk soċjali u l-miżuri individwali tagħhom, speċjalment dwar kwistjonijiet relatati ma’ livelli ogħla ta’ edukazzjoni, ir-rwol tat-tagħlim tul il-ħajja, il-mobilità transkonfinali, il-mentalità intraprenditorjali, il-kreattività, l-innovazzjoni, u l-ħiliet soċjali u dawk interkulturali.

1.5.

Il-KESE jixtieq ukoll jara rabtiet iktar espliċiti bejn l-Aġenda l-ġdida u kemm is-Semestru Ewropew kif ukoll l-Istrateġija Ewropa 2020 – b’mod partikolari, il-miri tal-edukazzjoni u l-impjiegi tagħhom; kif ukoll biex jiġi antiċipat ir-rwol tal-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet fir-rigward tal-Aġenda 2030, l-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali, l-Istrateġija tal-Ekonomija Ċirkolari, l-Involviment Strateġiku għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2016-2019, il-Pilastru tad-Drittijiet Soċjali u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli.

1.6.

Il-Kumitat jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ azzjoni speċifika fl-Aġenda l-ġdida marbuta mar-rwol ewlieni li għandu t-tagħlim mhux formali u informali fil-preparazzjoni taż-żgħażagħ għall-ħajja. Barra minn hekk, l-intraprenditorija f’sens wiesa’ (jiġifieri sens ta’ inizjattiva) mhijiex enfasizzata fl-Aġenda l-ġdida bħala ħila tal-ħajja ta’ benefiċċju għall-individwi kollha. F’dan ir-rigward il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni speċjali wkoll għall-bżonnijiet ta’ ħiliet speċifiċi tal-professjonijiet liberi (1).

1.7.

Il-KESE ma jistax jaċċetta li ma hemm ebda finanzjament ġdid previst biex jinforza l-Aġenda l-ġdida u jemmen bis-sħiħ li l-aħjar użu possibbli tal-programmi ta’ finanzjament eżistenti mhux se jkun biżżejjed biex jirfed l-ambizzjonijiet tal-Aġenda. Barra minn hekk, is-sorsi ta’ finanzjament proposti għall-Aġenda – b’mod partikolari l-FSE u l-Erasmus+ – diġà qed jiġu ppjanati u mqassma fil-livell nazzjonali, u b’hekk li jintużaw għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Aġenda huwa saħansitra iktar inċert.

1.8.

Il-Kumitat japprezza l-enfasi qawwija fuq id-djalogu mal-imsieħba soċjali u l-impriżi fl-Aġenda u jinkoraġġixxi aktar tisħiħ tad-djalogu soċjali, kif ukoll djalogu mal-organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili (OSĊ) u organizzazzjonijiet li jaħdmu direttament ma’ benefiċjarji u jistgħu jilħqu lil persuni vulnerabbli.

1.9.

Il-KESE jemmen li l-Garanzija ta’ Ħiliet proposta se tagħmel differenza tanġibbli biss jekk jittieħdu tagħlimiet mill-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ.

1.10.

L-iżvilupp tal-ħiliet fl-era diġitali qed iseħħ f’kuntest ta’ tibdil rapidu u fi żminijiet ta’ taqlib fejn il-mudelli tan-negozju jistgħu jinbidlu b’mod fundamentali. Għalhekk il-KESE jemmen li mhux biżżejjed li l-individwi jiġu megħjuna biss biex jakkwistaw sett minimu tal-ħiliet, u li huwa kruċjali li jiġi żgurat li l-Garanzija ta’ Ħiliet tkun twitti t-triq b’mod garantit li tgħin lin-nies javvanzaw aktar u tħeġġiġhom jilħqu l-ogħla livell tal-ħiliet li jista’ jinkiseb. Il-KESE jħeġġeġ għal aktar soluzzjonijiet biex jiżdied il-finanzjament, bħalma huma l-investiment pubbliku u privat, li huma neċessarji biex tkun żgurata l-provvista rapida tal-ħiliet. L-istrumenti użati f’xi Stati Membri tal-UE, bħal pereżempju l-ftehimiet kollettivi dwar liv mħallas għat-taħriġ, għandhom jiġu eżaminati wkoll.

1.11.

Fl-istess ħin, huwa importanti li wieħed jagħraf li t-titjib biss tal-ħiliet individwali mhux se jagħti l-effett mixtieq ta’ impjegabbiltà jekk ma jiġux żviluppati aktar il-politiki soċjali, ekonomiċi u dawk dwar is-sessi, li huma politiki marbutin flimkien mill-qrib u ta’ appoġġ.

1.12.

Il-KESE jemmen li l-isforzi għal żvilupp ulterjuri tal-QEK għandhom jiffokaw fuq it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-partijiet kollha interessati, l-importanza tar-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kwalifiki għal tagħlim ulterjuri, u l-validazzjoni tal-ħiliet miksuba permezz ta’ tagħlim mhux formali u informali, b’attenzjoni speċjali għall-ħiliet trasversali. Barra minn hekk – speċjalment fir-rigward li jintlaħaq livell għoli ta’ ħiliet – huwa importanti li jittejjeb it-tagħlim mhux formali u informali b’tali mod li jkunu jistgħu jitħalltu fis-sistemi edukattivi u ta’ taħriġ formali eżistenti mingħajr tfixkil u b’mod li huwa aċċettabbli għall-partijiet interessati rilevanti kollha.

1.13.

Huwa kruċjali li jiġi żgurat li l-attentat biex jitjieb il-QEK ma jsirx wisq ta’ piż u burokratiku, kif ukoll li tinkiseb aktar konsistenza bejn l-istrumenti ta’ kwalifiki tal-UE – jiġifieri l-QEK, l-ECVET u l-EQAVET. L-ESCO għandha tappoġġja l-iżvilupp tal-QEK u l-użu tiegħu, iżda huwa essenzjali li jiġu ffinalizzati l-proċessi ta’ referenzar sabiex l-ESCO tkun tista’ tikkontribwixxi.

1.14.

Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ il-Qafas il-ġdid tal-Europass, b’mod partikolari t-tibdil mill-użu tal-Europass bħala faċilità li tibbaża fuq dokumenti għal pjattaforma bbażata fuq is-servizzi. Huwa jemmen li t-trasparenza, l-użabilità, l-aċċessibbiltà u l-effiċjenza għandhom ikunu l-ixpruni ewlenin fl-iżvilupp tiegħu. Huwa kruċjali li jiġi żgurat li l-Qafas Europass imġedded huwa aċċessibbli għal persuni b’diżabilità.

1.15.

Il-KESE għandu xi dubji, madankollu, dwar jekk huwiex etiku li jintużaw il-fondi tal-programm Erasmus+ bħala l-ewwel sors finanzjarju. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni għandha terġa’ tivvaluta l-implikazzjonijiet baġitarji b’mod iktar realistiku, speċjalment fir-rigward tal-implikazzjonijiet finanzjarji għall-Istati Membri u l-implikazzjonijiet baġitarji, li jirriżultaw mit-tixrid tal-Qafas tal-Europass il-ġdid għall-pubbliku.

2.   Il-kontenut essenzjali tal-proposta tal-Kummissjoni

2.1.

Il-Kummissjoni adottat Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa bl-għan li jiġi żgurat li n-nies jiżviluppaw firxa wiesgħa ta’ ħiliet minn kmieni fil-ħajja u li jsir l-aħjar użu tal-kapital uman fl-Ewropa, li għandu jżid il-kapaċità għall-impjieg, il-kompetittività u t-tkabbir fl-Ewropa.

2.2.

Il-Kummissjoni tikkalkula li 70 miljun Ewropew m’għandhomx biżżejjed ħiliet ta’ qari u kitba, għandhom ħiliet baxxi fil-matematika, u aktar minn 20 % prattikament ma jistgħux jaħdmu bil-kompjuter (2), ħaġa li tqegħidhom f’riskju ta’ qgħad, faqar u esklużjoni soċjali. Min-naħa l-oħra, aktar minn 30 % ta’ żgħażagħ bi kwalifiki għolja jaħdmu f’impjiegi li ma jikkorrispondux għat-talenti u l-aspirazzjonijiet tagħhom, filwaqt li 40 % ta’ min iħaddem fl-Ewropa jirrapportaw li dawn ma jistgħux isibu l-persuni bil-ħiliet li għandhom bżonn biex jikbru u jinnovaw. Fl-istess waqt, ftit wisq nies għandhom l-ispirtu intraprenditorjali u l-kompetenzi biex jibdew in-negozju tagħhom, u jibqgħu jadattaw għall-bżonnijiet li qed jevolvu tas-suq tax-xogħol.

2.3.

Il-Kummissjoni temmen li ż-żieda fil-livelli tal-ħiliet, il-promozzjoni tal-ħiliet trasversali u li jinstabu modi biex jiġu antiċipati aħjar il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, inklużi dawk ibbażati fuq id-djalogu mal-industrija, huma essenzjali biex jittejbu l-opportunitajiet tan-nies fil-ħajja, u jappoġġjaw it-tkabbir ġust, inklużiv u sostenibbli kif ukoll soċjetajiet koeżivi. Sabiex tgħin tindirizza l-isfidi tal-ħiliet, il-Kummissjoni qed tipproponi għaxar inizjattivi li għandhom jiġu implimentati matul is-sentejn li ġejjin:

Garanzija tal-Ħiliet li tgħin biex l-adulti bi ftit ħiliet jiksbu livell minimu ta’ ħiliet fil-qari u l-kitba, fil-matematika u dawk diġitali u l-progress lejn kwalifika sekondarja għolja,

Reviżjoni tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għal fehim aħjar tal-kwalifiki u biex isir użu aħjar tal-ħiliet disponibbli fis-suq tax-xogħol Ewropew,

Il-“Koalizzjoni għall-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali” li tlaqqa’ flimkien lill-Istati Membri mal-partijiet interessati mill-edukazzjoni, l-impjieg u l-industrija sabiex jiżviluppaw għażla ta’ talent diġitali kbira ħafna u jiżguraw li l-individwi u l-forza tax-xogħol fl-Ewropa jkunu mgħammra b’ħiliet diġitali adegwati,

Il-“Pjan ta’ Azzjoni għal Kooperazzjoni Settorjali dwar il-Ħiliet” li jtejjeb il-ħiliet u jindirizza l-iskarsezza tal-ħiliet f’setturi ekonomiċi speċifiċi,

“Għodda għat-Tfassil tal-Profil tal-Ħiliet għaċ-Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi” biex tappoġġja l-identifikazzjoni u t-tfassil ta’ profil bikrija tal-ħiliet u l-kwalifiki ta’ dawk li jfittxu asil, ir-refuġjati u migranti oħrajn,

Reviżjoni tal-Qafas Europass, li toffri lin-nies għodod aħjar u iktar faċli biex jippreżentaw il-ħiliet tagħhom u jakkwistaw informazzjoni utli f’ħin reali dwar ħtiġijiet u xejriet ta’ ħiliet li mbagħad jistgħu jgħinu fl-għażliet ta’ karriera u ta’ tagħlim,

L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) issir l-ewwel għażla billi jittejbu l-opportunitajiet għal dawk li qed jitgħallmu l-ETV biex iwettqu esperjenza ta’ tagħlim imsejsa fuq ix-xogħol u jippromovu viżibbiltà akbar ta’ eżiti tajbin fis-suq tax-xogħol miksuba mill-ETV,

Reviżjoni tar-Rakkomandazzjoni dwar il-Kompetenzi Ewlenin biex aktar persuni jkunu mgħejuna jiksbu sett ta’ ħiliet ewlenin meħtieġa biex jaħdmu u jgħixu fis-seklu 21 b’enfasi partikolari fuq il-promozzjoni ta’ inklinazzjonijiet u ħiliet intraprenditorjali u orjentati lejn l-innovazzjoni,

Inizjattiva dwar ir-rintraċċar ta’ gradwati biex titjieb l-informazzjoni dwar kif il-gradwati jipprogressaw fis-suq tax-xogħol,

Proposta għal analiżi ulterjuri u skambju tal-aħjar prattiki dwar modi effettivi biex jiġi indirizzat l-eżodu ta’ mħuħ.

3.   Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dokument

3.1.

F’din l-opinjoni l-KESE jiffoka fuq l-Aġenda nnifisha u tlieta mill-inizjattivi diġà proposti flimkien mal-Aġenda: il-Garanzija ta’ Ħiliet, ir-reviżjoni tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki, u r-reviżjoni tal-Qafas Europass.

3.2.

Il-Kumitat iwieġeb ukoll għat-talba li għamlet il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea biex iħejji opinjoni esploratorja dwar is-suġġett tat-Titjib tal-kompetenzi tal-persuni fis-suq tax-xogħol. Minħabba r-replikazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-qasam, it-tweġiba tal-Kumitat għal din it-talba ġiet inkorporata f’din l-opinjoni u ssaħħaħha f’termini ta’ espansjoni tal-fehmiet tal-Kumitat dwar id-dimensjoni soċjali u l-aspetti tal-ġeneru relatati tal-ħiliet u l-impjegabbiltà.

4.   Kummenti ġenerali dwar l-Aġenda

4.1.

Il-Kumitat jilqa’ l-Aġenda għall-Ħiliet Ġodda għall-Ewropa proposta mill-Kummissjoni u jemmen li din hija pass pożittiv lejn bilanċ aħjar bejn il-ħtiġijiet tas-soċjetà u tan-negozju għall-ħiliet. Filwaqt li huwa ċar li l-aġenda l-ġdida u l-inizjattivi tagħha jiffukaw fuq is-soluzzjoni ta’ kwistjonijiet attwali, l-aktar billi jiġu emendati l-istrumenti u l-miżuri eżistenti biex tittejjeb l-applikazzjoni u l-funzjonament tagħhom, il-KESE jenfasizza li hemm bżonn li jiġu introdotti aktar soluzzjonijiet innovattivi fl-oqsma tal-edukazzjoni u l-iżvilupp tal-ħiliet. Ħafna Stati Membri u l-Istati taż-ŻEE għandhom diversi approċċi innovattivi li diġà qed jitwettqu, iżda ma jiġux immonitorjati u msemmija fl-aġenda, u anqas minn hekk promossi lill-Istati Membri.

4.2.

Il-KESE jemmen bil-qawwa, u l-impatt relattivament żgħir tal-miżuri ġenerali tal-UE (3) fis-setturi tal-edukazzjoni u l-impjieg taż-żgħażagħ mill-2009 jappoġġja din il-fehma, li issa huwa l-waqt għal bidla radikali ġenwina fl-għanijiet u l-funzjonament tas-settur tal-edukazzjoni u t-taħriġ, li jiġbor fih il-fergħat tiegħu kollha – formali, mhux formali u informali – u l-fehim tal-post u r-rwol tiegħu fis-soċjetà, kif ukoll biex l-edukazzjoni tiġi rikonoxxuta bħala fattur ta’ produttività. Hija kruċjali enfasi akbar fuq l-investiment fl-iżvilupp uman għall-futur tal-Ewropa; għalhekk, l-Aġenda l-ġdida għandha tipprovdi mhux biss soluzzjonijiet parzjali għad-differenzi eżistenti fis-suq tax-xogħol, iżda miżuri li jagħtu s-setgħa lil kull individwu fl-UE biex isiru aħjar, aktar kwalifikati u aktar flessibbli fl-għażla ta’ attivitajiet ekonomiċi.

4.3.

L-applikazzjoni usa’ tal-ħiliet u t-tqabbil tagħhom, kif ukoll taħriġ mill-ġdid u l-iżvilupp professjonali kontinwu huma rilevanti ħafna fir-rigward tal-impenji soċjali u politiċi tal-Unjoni Ewropea bil-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni tas-suq tax-xogħol u jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ swieq tax-xogħol li qed jinbidlu, kif ukoll il-ġlieda kontra l-faqar, l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni fl-UE. Dawn il-kwistjonijiet ma jistgħux jiġu indirizzati b’mod xieraq mingħajr ma jitqiesu l-perspettivi soċjali u tas-sessi relatati. Madankollu, il-Kumitat jiddispjaċih li l-Aġenda l-ġdida tiffoka fuq il-ħiliet u l-impjegabilità b’mod ġenerali, mingħajr ma jiġu identifikati miżuri speċifiċi sabiex jiġi involut il-potenzjal tal-individwi fix-xogħol part-time u dak prekarju, kif ukoll in-nisa ekonomikament inattivi, ċittadini anzjani u persuni b’diżabbiltà li jistgħu jagħmlu kontributi sostanzjali lill-iżvilupp u t-tkabbir ekonomiku fl-UE.

4.4.

Il-KESE jemmen li l-aspetti prinċipali tal-inugwaljanzi bejn is-sessi (4) b’rabta mal-iżvilupp tal-ħiliet tħallew barra waqt l-istadju tal-ippjanar tal-Aġenda: Dawn jinkludu: il-pressjonijiet fuq in-nisa li jaqdu rwoli ta’ kura u biex jirrikonċiljaw ix-xogħol u l-ħajja tal-familja; id-diskriminazzjoni; l-isterjotipi; rappreżentanza akbar ta’ nisa fl-impjiegi mhux standard; għażliet okkupazzjonali limitati fix-xogħol part-time (li jqajmu riskju ta’ edukazzjoni ogħla milli meħtieġ, speċjalment f’każijiet ta’ “tnaqqis fil-grad okkupazzjonali”) u oqsma ta’ studju fejn in-nisa u l-irġiel huma rrappreżentati ħafna, u b’hekk ikunu aktar affettwati minn edukazzjoni żejda fis-suq tax-xogħol.

4.5.

L-Aġenda tiffoka sew fuq il-forniment ta’ sett minimu ta’ ħiliet u l-iżvilupp ta’ ħiliet ta’ livell baxx jew medju, iżda l-Kumitat iħoss in-nuqqas ta’ viżjoni usa’ mill-Kummissjoni dwar il-funzjonament u t-tlaqqigħ reċiproku bejn is-sistemi ġenerali tal-edukazzjoni, tax-xogħol u dawk soċjali u l-miżuri individwali tagħhom. Din il-fehma limitata tinjora l-kwistjonijiet ta’ importanza ugwali fuq livelli ogħla ta’ edukazzjoni u taħriġ, ir-rwol tat-tagħlim tul il-ħajja, il-mobilità transkonfinali, l-intraprenditorija, il-kreattività, l-innovazzjoni, il-ħiliet soċjali u l-edukazzjoni interkulturali, biex insemmu ftit. F’dan ir-rigward il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni speċjali wkoll għall-bżonnijiet ta’ ħiliet speċifiċi tal-professjonijiet liberi (5).

4.6.

Għalhekk, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tadotta approċċ koordinat, koerenti u konsistenti għall-inizjattivi ta’ politika tagħha, b’mod partikolari fejn dawn jinvolvu l-iżvilupp tal-ħiliet. Hemm nuqqas ta’ koordinazzjoni effiċjenti bejn l-inizjattivi simultanji proposti minn DĠs separati li huma marbuta ma’ xulxin mill-qrib. Koordinazzjoni aħjar tista’ żżid sew l-effettività u l-impatt ta’ miżuri bħal dawn.

4.7.

Minħabba li l-iżvilupp tal-ħiliet għandu implikazzjonijiet ewlenin għat-tkabbir ekonomiku u sabiex ikun żgurat impatt reali, il-Kumitat jixtieq ukoll jara rabtiet aktar diretti bejn l-Aġenda l-ġdida u kemm is-Semestru Ewropew (speċjalment ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż) u l-Istrateġija Ewropa 2020. Dan jirreferi b’mod partikolari għall-miri tal-edukazzjoni u tal-impjiegi tagħhom, kif ukoll ir-rwol tal-Aġenda fir-rigward tal-Aġenda 2030, l-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali, l-Istrateġija tal-Ekonomija Ċirkolari, l-Involviment Strateġiku għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2016-2019, il-Pilastru tad-Drittijiet Soċjali (speċjalment skemi proposti ta’ valur referenzjarju) u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli. Li jiġu stabbiliti konnessjonijiet bħal dawn se jsaħħu l-post tal-Aġenda fost l-għanijiet fit-tul u l-oqfsa ta’ politika ġenerali tal-UE u, għaldaqstant, se jiggarantixxu l-istatus tagħha bħala inizjattiva strateġika.

4.8.

Il-Kumitat jirrikonoxxi li tqabbil effikaċi tal-ħiliet huwa kruċjali, peress li mhuwiex sostenibbli li jkollok 30 % taż-żgħażagħ Ewropej ikkwalifikati żżejjed għal xogħolhom f’termini ta’ kwalifiki miksuba formalment, u, fl-istess ħin, 40 % ta’ min iħaddem jirrapporta nuqqas ta’ impjegati b’sett ta’ ħiliet meħtieġa. Madankollu, huwa ta’ importanza kbira li t-tqabbil tal-ħiliet jiġi bbilanċjatallinjat mal-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità, kif ukoll biex tiġi enfasizzata l-importanza tal-mobilità transkonfinali bħala metodu għat-tqabbil tal-ħiliet, sabiex ikollna soċjetà totalment funzjonali u effikaċi.

4.9.

L-Aġenda l-ġdida tenfasizza kemm l-importanza tal-inklużjoni kif ukoll tal-akkwist ta’ ħiliet ta’ impjegabbiltà. Barra minn hekk, filwaqt li jiffoka l-aktar fuq il-ħtiġijiet tal-industrija, il-KESE jemmen li għandu jkun hemm ukoll enfasi ikbar fuq il-ħiliet li huma rilevanti b’mod aktar wiesa’ għas-soċjetà. Il-ħiliet huma wkoll għall-benefiċċju usa’ tal-individwi u s-soċjetà – bħall-ħiliet trasversali, trasferibbli jew ħiliet personali (eż il-kritika u l-ħsieb kreattiv, u l-kompetenzi soċjali, ċivili u kulturali) (6). Il-Kumitat jiddispjaċih ukoll li l-intraprenditorija (f’sens wiesa’, jiġifieri sens ta’ inizjattiva) mhijiex enfasizzata fl-Aġenda l-ġdida bħala ħila tal-ħajja ta’ benefiċċju għall-individwi kollha.

4.10.

Barra minn hekk, il-KESE għal darb’oħra jenfasizza l-opportunità ta’ bosta biljuni ta’ euro mitlufa li qamet bħala riżultat ta’ nuqqas ta’ appoġġ għall-intraprenditorija tan-nisa (7). In-nisa fin-negozju joħolqu l-impjiegi, l-innovazzjoni u ħiliet ġodda fis-setturi kollha tal-industrija. Barra minn hekk dawn huma proattivi fl-intraprenditorija soċjali, it-tisħiħ u l-promozzjoni tal-komunità u l-innovazzjoni soċjali (8).

4.11.

Il-KESE jirrikonoxxi li huwa vitali li jiġi żgurat li ż-żgħażagħ kollha jkollhom il-ħiliet bażiċi, iżda jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ miżuri speċifiċi fl-Aġenda l-ġdida biex jindirizzaw ir-rwol ewlieni li jaqdi t-tagħlim mhux formali u informali fit-tħejjija taż-żgħażagħ għall-ħajja. Il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba barra mill-edukazzjoni u t-taħriġ formali jagħtu opportunità liż-żgħażagħ li jiġu impjegati kif ukoll li jieħdu posthom fis-soċjetà usa’ u jikkontribwixxu għaliha. Il-maġġoranza tal-ħiliet ta’ komunikazzjoni, u dawk kulturali, maniġerjali u personali li l-impjegaturi jfittxu huma miksuba permezz tat-tagħlim mhux formali u informali u dawn il-kompetenzi għandhom jiġu vvalidati u rikonoxxuti (9).

4.12.

Filwaqt li jikkunsidra l-prijoritizzazzjoni tal-investiment finanzjarju fid-dixxiplini tal-edukazzjoni li huma meqjusa aktar rilevanti biex tingħata spinta lill-ekonomiji nazzjonali, il-Kumitat huwa tal-fehma li l-Aġenda l-ġdida m’għandhiex tinkoraġġixxi lill-gvernijiet biex jirtiraw l-impenji magħmula fil-Communique ta’ Bukarest tal-Proċess ta’ Bolonja, relatata ma’ li jiġi żgurat finanzjament adegwat għall-edukazzjoni għolja. Tali diviżjonijiet jistgħu jdgħajfu oqsma oħra tal-edukazzjoni u jillimitaw l-aċċess għal edukazzjoni ġenerali u ħiliet ġeneriċi.

4.13.

Sabiex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol tal-lum, l-Istati Membri għandhom ukoll jimpenjaw ruħhom mill-ġdid fir-rigward tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) u l-Aġenda ta’ Oslo tal-2006, li għadhom rilevanti ħafna anke llum. Mingħajr aktar progress fl-oqsma tal-ħiliet prattiċi u fis-suġġetti xjentifiċi u tekniċi ser ikun diffiċli li jittejbu l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u s-sistemi ta’ apprendistat.

4.14.

Il-KESE jenfasizza l-fatt li s-sistemi edukattivi nazzjonali huma l-ewwel livell responsabbli għal edukazzjoni u taħriġ effiċjenti u li jiffunzjonaw tajjeb; ir-responsabbiltà, għalhekk, hija f’idejn il-gvernijiet tal-Istati Membri li jiġu żgurati livelli minimi ta’ ħiliet bażiċi. Għalhekk huwa importanti li l-Kummissjoni terġa’ tivvaluta jekk l-Aġenda l-ġdida hux se tippermetti l-awtorizzazzjoni u l-promozzjoni tal-bidliet meħtieġa f’livell nazzjonali u ġenwinament tgħin lill-Istati Membri biex jagħmlu użu aħjar mill-fondi eżistenti. Huwa madankollu importanti li jingħata appoġġ għal mekkaniżmu nazzjonali għall-konsultazzjoni bejn il-gvernijiet u l-partijiet interessati bil-ħsieb li jissaħħaħ id-djalogu soċjali, titrawwem il-kooperazzjoni, tiġi żgurata d-distribuzzjoni effettiva tal-aħjar prattiki kif ukoll il-ġbir malajr ta’ feedback u data rilevanti.

4.15.

Madankollu, il-Kumitat huwa mħasseb dwar jekk il-valur tal-inizjattivi proposti jistax jintilef, meta wieħed iqis li fir-realtà l-pajjiżi Ewropej għadhom jiffaċċjaw il-kriżi. It-tnaqqis baġitarju, b’mod partikolari dak li jolqot ir-riżorsi allokati għall-edukazzjoni u t-taħriġ, jista’ jagħmilha iktar diffiċli li jissolvew l-inugwaljanzi bejn iż-żgħażagħ meta jibdew l-iskola, u li tiġi promossa edukazzjoni tul il-ħajja ta’ kwalità għolja għal kulħadd.

4.16.

Il-KESE ma jistax jaċċetta li ma hemm ebda skema ġdida ta’ finanzjament prevista biex tiġi infurzata l-Aġenda l-ġdida. Huwa jissuġġerixxi li l-Aġenda tiġi akkomodata f’qafas makroekonomiku abilitanti fejn l-investiment fil-ħiliet u l-kapaċitajiet tan-nies ma jiġix trattat bħala spiża iżda nefqa li ġġib benefiċċji pożittivi matul iż-żmien.

4.17.

Il-KESE jemmen bis-sħiħ li l-aħjar użu possibbli tal-programmi ta’ finanzjament eżistenti mhux se jkun biżżejjed biex jirfed l-ambizzjonijiet tal-Aġenda. Għalhekk se jkun meħtieġ aktar finanzjament apparti mill-aġġustamenti potenzjali tul ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-2014-2020 prevista fid-dokument. Il-KESE jħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri biex iżidu l-infiq fuq l-edukazzjoni u jiżguraw li jintefaq b’mod effettiv. Jemmen li l-kontribuzzjonijiet magħmula mill-Istati Membri biex ikopru l-infiq fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ m’għandhomx jiġu inklużi fil-qafas użat biex jiġi kkalkolat id-defiċit tal-baġit tagħhom.

4.18.

Barra minn hekk, il-Kumitat jenfasizza li s-sorsi ta’ finanzjament proposti għall-Aġenda l-ġdida – b’mod partikolari l-FSE u l-Erasmus+ – diġà qed jiġu ppjanati u mqassma fil-livell nazzjonali, u b’hekk l-użu tagħhom għall-finijiet ta’ implimentazzjoni tal-aġenda huwa saħansitra iktar inċert.

4.19.

Il-Kumitat japprezza l-enfasi qawwija fuq id-djalogu u l-konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali u mal-impriżi fl-Aġenda l-ġdida u jinkoraġġixxi aktar tisħiħ ta’ dan id-djalogu sabiex jitjieb it-tqabbil tal-ħiliet u jiġi żgurat aċċess aħjar għall-ħaddiema tas-sengħa għas-suq tax-xogħol, kemm bħala parti mill-Bidu ġdid għad-djalogu soċjali  (10), kif ukoll fi ħdan l-Istati Membri. Huwa wkoll essenzjali li jiġi rikonoxxut u appoġġjat ir-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) minħabba l-esperjenza vasta tagħhom tal-provvista tas-servizz taħt oqfsa tal-intrapriżi soċjali u l-istat ta’ tħejjija biex jinkisbu ħiliet ta’ intraprenditorija soċjali, li huma element ewlieni fl-Aġenda. Barra minn hekk, u speċjalment fir-rigward tal-isfruttament tal-intraprenditorija u l-ħiliet intraprenditorjali, huwa importanti li jiġu inklużi l-korpi rappreżentattivi professjonali fid-djalogu.

4.20.

Il-KESE jenfasizza wkoll il-ħtieġa għal aktar enfasi fuq miżuri mmirati biex jintlaħqu gruppi żvantaġġati, inklużi persuni b’diżabbiltà. Dan jinvolvi l-ġbir ta’ data fuq livell nazzjonali biex jiġi vvalutat l-impatt tal-miżuri attwali fuq gruppi mmirati u biex ikun żgurat li dawn il-miżuri jiġu adattati għall-bżonnijiet speċifiċi tal-istudenti f’termini ta’ aċċess, it-tul ta’ żmien u d-distribuzzjoni. Dan ifisser ħidma fi sħubija ma’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jaħdmu direttament ma’ benefiċjarji potenzjali. Xi assoċjazzjonijiet bħal dawn huma pjuttost żgħar li żżommhom milli jaċċessaw għotjiet mill-UE. Għaldaqstant għandhom jinstabu soluzzjonijiet biex jitħaffef l-aċċess tagħhom għal dan l-appoġġ finanzjarju.

5.   Dwar il-Proposta għat-twaqqif ta’ Garanzija tal-Ħiliet

5.1.

Il-KESE jemmen li l-Garanzija ta’ Ħiliet proposta se tagħmel differenza tanġibbli biss jekk jittieħdu tagħlimiet mill-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ (jiġifieri li tiġi evitata duplikazzjoni, tkun żgurata aktar konsistenza). B’mod partikolari, il-Garanzija ta’ Ħiliet għandha taspira li tiżgura implimentazzjoni aktar rapida, għandu jkollha approċċ integrat mas-servizzi soċjali li jakkumpanjawha, tkun aktar miftuħa għal sħubijiet mal-impriżi, imsieħba soċjali u OSĊ, u tkun aktar flessibbli sabiex takkomoda utenti bi ħtiġijiet speċjali ta’ integrazzjoni. Huwa essenzjali li l-Garanzija ta’ Ħiliet tkun meqjusa bħala miżura ta’ intervenzjoni ta’ valur miżjud aktar milli waħda ta’ ħolqien tax-xogħol.

5.2.

Il-Kumitat preċedentament enfasizza (11) li l-iżvilupp tal-ħiliet fl-era diġitali qed iseħħ f’kuntest ta’ tibdil rapidu u fi żminijiet ta’ taqlib fejn il-mudelli tan-negozju jistgħu jinbidlu b’mod fundamentali. Parti mill-impatt li d-diġitalizzazzjoni qed ikollha fuq l-impjieg diġà hija viżibbli, filwaqt li diversi stimi jissuġġerixxu li bejn wieħed u ieħor 50 % tal-impjiegi għal ħaddiema ta’ ħiliet medji tal-lum huma fir-riskju li jiġu sostitwiti mit-teknoloġija diġitali fl-għoxrin sena li ġejjin u li fil-futur il-ħaddiema se jeħtieġu miżuri komprensivi ta’ tagħlim ta’ ħiliet mill-ġdid kull ħames snin (12). Għalhekk, approċċ kontinwu għat-taħriġ mill-ġdid u t-tagħlim tul il-ħajja, kif ukoll djalogu mill-qrib man-negozji, l-imsieħba soċjali u l-partijiet interessati isiru saħansitra aktar importanti. Il-KESE jħeġġeġ għal aktar soluzzjonijiet biex jiżdied il-finanzjament, bħalma huma l-investiment pubbliku u privat, li huma neċessarji biex tkun żgurata l-provvista rapida tal-ħiliet. L-istrumenti użati f’xi Stati Membri tal-UE, bħal pereżempju l-ftehimiet kollettivi dwar liv mħallas għat-taħriġ, għandhom jiġu eżaminati wkoll.

5.3.

Għalhekk il-KESE jemmen li mhux biżżejjed li l-individwi jiġu megħjuna biss biex jakkwistaw sett minimu tal-ħiliet, u li huwa kruċjali li jiġi żgurat li l-Garanzija ta’ Ħiliet tkun twitti t-triq b’mod garantit li tgħin lin-nies javvanzaw aktar u jilħqu l-ogħla livell tal-ħiliet li jista’ jinkiseb. L-għan tal-Garanzija għandu jkun mhux biss li jittejbu l-ħiliet bażiċi, iżda wkoll li tippermetti progressjoni lejn kwalifiki ogħla u sett usa’ ta’ ħiliet. Inkella dawn l-individwi – speċjalment in-nisa (13) u l-anzjani – ser jibqgħu maqbuda fil-qgħad jew f’impjiegi b’ħiliet baxxi, li kontinwament qed jonqsu f’dinja diġitalizzata.

5.4.

Fl-istess ħin, huwa importanti li wieħed jagħraf li t-titjib biss tal-ħiliet individwali mhux se jagħti l-effett mixtieq ta’ impjegabbiltà jekk ma jiġux żviluppati aktar il-politiki soċjali, ekonomiċi u dawk dwar is-sessi, li huma politiki marbutin flimkien mill-qrib u ta’ appoġġ. Dan jirreferi b’mod speċjali għall-politiki li għandhom x’jaqsmu ma’: servizzi li jippermettu bilanċ bejn xogħol u l-ħajja, l-inkoraġġiment tal-intraprenditorija, is-servizzi ta’ appoġġ għall-ġenituri waħedhom f’diffikultà, il-provvista ta’ faċilitajiet tal-kura tat-tfal full-time kwalitattivi, aċċessibbli u affordabbli, bħala wieħed mill-ixpruni ewlenin biex jinkoraġġixxu kemm il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol tan-nisa u l-irġiel kif ukoll id-disponibbiltà ta’ servizzi ta’ kura xierqa għall-popolazzjoni anzjana, eċċ. (14)

5.5.

Il-KESE jenfasizza r-rwol fundamentali tal-imsieħba soċjali u l-attivitajiet tagħhom (15) ta’ titjib tal-ħiliet u l-iżvilupp tal-politika. Il-KESE jemmen ukoll li r-rwol tal-OSĊ rilevanti għandu jiġi promoss aħjar minħabba l-esperjenza wiesgħa tagħhom biex jittrattaw ma’ miżuri għall-kisba ta’ ħiliet għal persuni li attwalment ma jistax ikollhom aċċess għas-suq tax-xogħol. Dawn il-gruppi huma normalment marbuta ma’ livelli ta’ kwalifiki aktar baxxi u għandhom rabtiet aktar dgħajfa ma’ fornituri oħra ta’ ħiliet, bħas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi, il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ formali, eċċ. Barra minn hekk, il-varjetà tal-utenti tas-servizzi miġbura madwar fornituri mingħajr skop ta’ profitt ta’ servizz għall-inklużjoni fid-dinja tax-xogħol – xi kultant bi bżonnijiet kumplessi – tfisser li l-OSĊ huma lesti li jipprovdu offerti ta’ tagħlim personalizzat, li huwa wieħed mit-tliet pilastri inklużi fil-Garanzija ta’ Ħiliet. Jekk dawk li għandhom kwalifiki baxxi għandhom ikunu l-mira ewlenija tal-Garanzija ta’ Ħiliet, l-OSĊ għandhom għaldaqstant jiġu rikonoxxuti bħala wieħed mill-atturi ewlenin fil-proċess ta’ implimentazzjoni.

5.6.

Il-KESE jemmen li r-rwoli u r-responsabbiltajiet marbuta mal-kisba tal-kwalifiki u t-tieni ċans u l-programmi ta’ titjib fil-ħiliet għandhom jinqasmu bejn l-istat, il-kumpaniji, l-istudenti u dawk li jipprovdu l-edukazzjoni, u l-attivitajiet għandhom jinbnew fuq kooperazzjoni ta’ suċċess. Madankollu, l-inċentivi meħtieġa biex ikun żgurat li min iħaddem u l-impjegati jaċċettaw u jaqsmu rwoli u responsabbiltajiet bħal dawn meta jkunu involuti f’taħriġ ulterjuri għadhom mhumiex ċari.

6.   Dwar il-Proposta għal reviżjoni tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki

6.1.

Il-KESE jemmen li l-iżvilupp ulterjuri tal-QEK għandu jiffoka fuq it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, l-imsieħba soċjali u partijiet interessati oħra, biex b’hekk tinbena l-fiduċja fl-oqfsa ta’ kwalifiki u s-sistemi ta’ kwalità tal-edukazzjoni reċiproċi. Huwa importanti – skont il-prinċipji tat-tagħlim matul il-ħajja – li wieħed iżomm f’moħħu l-importanza tar-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kwalifiki għal tagħlim ulterjuri, u mhux biss għas-suq tax-xogħol. Il-kwalifiki formali għandhom isibu modi biex jivvalidaw il-ħiliet miksuba permezz ta’ tagħlim mhux formali u informali, b’referenza partikolari għal ħiliet trasversali. Dan huwa biss mod ta’ ksib ta’ għarfien permezz ta’ mogħdijiet ta’ tagħlim differenti u aktar flessibbli li l-prinċipji ewlenin ta’ riżultati ta’ tagħlim u l-oqfsa ta’ kwalifiki joħolqu bażi soda għalihom.

6.2.

Ta’ min jinnota li għalkemm l-ESCO għandha potenzjal kbir, din għadha qed tiġi żviluppata u qed tikkawża inċertezza fost l-Istati Membri. L-ESCO għandha tappoġġja l-iżvilupp tal-QEK u l-użu tiegħu, iżda huwa essenzjali li jiġu ffinalizzati l-proċessi ta’ referenzar sabiex l-ESCO tkun tista’ tikkontribwixxi.

6.3.

Il-Kumitat jaqbel li hemm bżonn li jittejjeb il-fehim u l-komparabilità ta’ kwalifiki differenti. Kif inhu, il-fokus tar-reviżjoni proposta biex tissaħħaħ it-trasparenza u l-konsistenza tal-QED huwa milqugħ tajjeb ħafna. Madankollu, huwa kruċjali li jiġi żgurat li t-tentattiv biex jittejjeb il-QEK ma jsirx ta’ piż żejjed u burokratiku.

6.4.

Il-KESE jenfasizza li – speċjalment fir-rigward li jintlaħaq livell għoli ta’ ħiliet – għad hemm ħafna xogħol xi jsir sabiex jittejjeb it-tagħlim mhux formali u informali b’tali mod li jkunu jistgħu jitħalltu fis-sistemi edukattivi u ta’ taħriġ formali eżistenti mingħajr tfixkil u b’mod li huwa aċċettabbli għall-partijiet interessati rilevanti kollha. Bħalissa tali integrazzjoni hija ferm limitata minħabba n-nuqqas ta’ definizzjonijiet ta’ ekwivalenza aċċettati b’mod komuni, fiduċja reċiproka baxxa fl-oqfsa ta’ kwalifiki nazzjonali u differenzi kbar fil-livelli ta’ referenzar bejn l-oqfsa nazzjonali tal-kwalifiki u l-QEK.

6.5.

Il-KESE jirrakkomanda wkoll li tiġi żgurata konsistenza akbar bejn l-istrumenti tal-UE – jiġifieri l-QEK, l-ECVET u l-EQAVET.

7.   Dwar il-Proposta għal reviżjoni tal-Qafas Europass

7.1.

Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ il-Qafas il-ġdid tal-Europass, b’mod partikolari t-tibdil mill-użu tal-Europass bħala faċilità li tibbaża fuq dokumenti għal pjattaforma bbażata fuq is-servizzi.

7.2.

Il-Kumitat jemmen li t-trasparenza, l-użabbiltà, l-aċċessibilità u l-effiċjenza għandhom ikunu l-muturi ewlenin fit-twaqqif ta’ pjattaforma madwar l-Ewropa li permezz tagħha l-individwi jistgħu jaċċessaw firxa ta’ servizzi. Huwa kruċjali li jiġi żgurat li l-Qafas Europass huwa aċċessibbli għal persuni b’diżabilità. Huwa importanti wkoll li jittieħed kont tal-aċċessibbiltà tal-informazzjoni f’termini ta’ ambjent fiżiku, peress li xi diżabilitajiet jaffettwaw l-abbiltà li jintużaw sistemi tal-IT, u, f’każijiet bħal dawn, punti ta’ aċċess speċjali u metodi alternattivi oħra ta’ aċċess għandhom ikunu disponibbli.

7.3.

Madankollu, il-KESE għandu xi dubji dwar jekk huwiex etiku li jintużaw il-fondi tal-programm Erasmus+ – stima ta’ EUR 2 500 000 – bħala s-sors inizjali ta’ fondi biex jiġu żviluppati servizzi tal-web għal ħiliet u l-kwalifiki. Fl-istess ħin, il-Kumitat iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex terġa’ tivvaluta l-implikazzjonijiet baġitarji b’mod iktar realistiku, peress li l-Istati Membri ser ikollhom implikazzjonijiet finanzjarji minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni akbar tal-informazzjoni miġbura u l-ħtieġa li tirriżulta għat-titjib tal-għodod u l-mezzi tagħhom għat-tressiq tad-data.

7.4.

Il-Kumitat jemmen li huwa importanti wkoll li jiġu evalwati l-implikazzjonijiet baġitarji tad-disseminazzjoni lill-pubbliku tal-Europass il-ġdid, peress li s-suċċess tal-qafas il-ġdid mhux biss jiddependi ħafna fuq iż-żieda ġenerali tal-kwalità u l-għadd ta’ servizzi, iżda wkoll fuq iż-żieda ċara tal-utenti.

Brussell, it-22 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Georges DASSIS


(1)  http://ec.europa.eu/growth/smes/promoting-entrepreneurship/we-work-for/liberal-professions_en

(2)  Din ir-rata hija ogħla fost il-grupp ta’ bejn il-55 u l-65 sena fejn 50 % tal-adulti m’għandhom l-ebda ħiliet bażiċi fl-ICT. OECD, Programm għall-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Kompetenzi tal-Adulti (PIAAC), Ġunju 2015.

(3)  eż. Il-Monitoraġġ tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2016 tal-Kummissjoni Ewropea, Settembru 2016; European Policy Centre, “Towards a Europeanisation of Youth Employment Policies? A Comparative Analysis of Regional Youth Guarantee Policy Designs”, Settembru 2016.

(4)  Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, “Skills mismatch in Europe” Statistics Brief, Settembru 2014.

(5)  http://ec.europa.eu/growth/smes/promoting-entrepreneurship/we-work-for/liberal-professions_en

(6)  Opinjoni tal-KESE dwar Il-promozzjoni tal-kreattività, l-intraprenditorija u l-mobbiltà fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ĠU C 332, 8.10.2015, p. 20).

(7)  Opinjoni tal-KESE dwar Intrapendituri nisa (ĠU C 299, 4.10.2012, p. 24).

(8)  10 studji tal-każijiet fil-pajjiżi dwar l-impatt tal-intraprenditorija soċjali tan-nisa fl-Ewropa ġew analizzati bħala parti mill-proġett European Women’s Lobby WEstart.

(9)  Opinjoni tal-KESE dwar Il-Politiki tal-UE u l-Volontarjat (ĠU C 181, 21.6.2012, p. 150).

(10)  Bidu ġdid għad-djalogu soċjali, Dikjarazzjoni tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea u l-Imsieħba Soċjali Ewropej, 27 ta’ Ġunju 2016.

(11)  Opinjoni tal-KESE dwar L-effetti tad-diġitalizzazzjoni fuq is-settur tas-servizzi u l-impjiegi (ĠU C 13, 15.1.2016, p. 161).

(12)  eż. Bowles, J., “The computerisation of European jobs who will win and who will lose from the impact of new technology onto old areas of employment?”, 2014, “The computerisation of European jobs”, Frey, C. M., Osborne, M., “The future of employment: How susceptible are jobs to computerisation?”, 2013, Pajarinen, M., Rouvinen, P., Ekeland, A., “Computerization Threatens One-Third of Finnish and Norwegian Employment”, ETLA, 2015.

(13)  Il-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni “Bidu ġdid biex jiġu indirizzati l-isfidi ta’ bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata ffaċċjati minn familji li jaħdmu”, Awwissu 2015.

(14)  Opinjoni tal-KESE dwar L-impjieg tan-nisa b’relazzjoni mat-tkabbir (ĠU C 341, 21.11.2013, p. 6).

(15)  L-attivitajiet konġunti li qed isiru mill-imsieħba soċjali Ewropej, b’enfasi fuq l-ETV u l-apprendistati, partikolarment l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ, l-indirizzar tat-tluq bikri mill-iskola u biex jinkisbu riżultati ta’ tagħlim aħjar.


APPENDIĊI

Eżempji ta’ opinjonijiet rilevanti tal-KESE

SOC/555

Edukazzjoni ta’ kwalità għolja għal kulħadd, (2017)

SOC/552

Evalwazzjoni ta’ nofs it-term ta’ Erasmus+, għadha għaddejja (2017)

SOC/524

Universitajiet impenjati fit-tiswir tal-Ewropa, 2015

SOC/523

It-titjib fil-prestazzjoni tas-sistemi nazzjonali ta’ taħriġ doppju, 2015

SOC/521

Ir-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kwalifiki miksuba permezz tat-tagħlim mhux formali u informali – il-kontribut prattiku tas-soċjetà ċivili organizzata, 2015

SOC/518

Il-promozzjoni tal-kreattività, l-intraprenditorija u l-mobbiltà fl-edukazzjoni u t-taħriġ, 2015

CCMI/136

L-effetti tad-diġitalizzazzjoni fuq is-settur tas-servizzi u l-impjieg, 2015

SOC/502

In-nisa fix-xjenza, 2014

SOC/499

Qafas ta' kwalità għall-iskemi ta' taħriġ, 2014

SOC/493

Niftħu l-edukazzjoni, 2014

CCMI/118

L-impjegabbiltà taż-żgħażagħ – inqabblu t-taħriġ mal-ħtiġijiet tal-industrija fi żmien ta' awsterità, 2014

SOC/486

L-impjieg tan-nisa b'relazzjoni mat-tkabbir, 2013

SOC/476

Reviżjoni tal-Edukazzjoni, 2013

INT/679

Pjan ta' Azzjoni dwar l-Intraprenditorija 2020, 2013

SOC/469

Ir-rwol tad-dinja ekonomika għall-edukazzjoni fl-UE, 2013

SOC/446

Intraprendituri nisa, 2012

SOC/439

Iż-żgħażagħ b’diżabbiltà, 2012

SOC/438

Erasmus għal Kulħadd, 2012

SOC/431

Il-Politiki tal-UE u l-Volontarjat, 2012

SOC/429

L-immodernizzar tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa., 2012

SOC/421

L-impjieg taż-żgħażagħ, il-kwalifiki professjonali u l-mobbiltà, 2012

SOC/409

Nagħmlu l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali postsekondarji iktar attraenti, 2012

SOC/404

Aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi, 2011


31.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/55


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Strateġija Ewropea għal mobbiltà b’emissjonijiet baxxi”

[COM(2016) 501 final]

(2017/C 173/10)

Relatur:

Stefan BACK

Konsultazzjoni

Kummissjoni Ewropea, 20.7.2016

Bażi legali

Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

It-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni

Adottata fis-sezzjoni

10.2.2017

Adottata fil-plenarja

23.2.2017

Sessjoni plenarja Nru

523

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

128/0/2

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-KESE jappoġġja l-Istrateġija Ewropea għal Mobbiltà b’Emissjonijiet Baxxi (1) (l-istrateġija), inklużi l-għanijiet u l-metodi tagħha, li huma f’konformità mal-White Paper tal-UE dwar il-Politika tat-Trasport tal-2011 (il-White Paper) (2) u l-kontribuzzjonijiet maħsuba determinati fil-livell nazzjonali (INDC) imressqa mill-UE u l-Istati Membri tagħha fil-Konferenza COP 21, approvati wkoll mill-KESE (3) u appoġġjati mill-Konferenza COP 22 ta’ Marrakexx.

1.2.

Il-KESE jtenni d-dikjarazzjonijiet magħmula fl-opinjonijiet tiegħu dwar il-White Paper u l-implimentazzjoni tagħha u dwar l-effetti tal-ftehim tal-COP 21 fuq il-politika tat-trasport tal-UE, sal-punt li l-għanijiet tal-White Paper għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) għadhom jgħoddu, għalkemm il-metodi għall-kisba ta’ dawn l-għanijiet jeħtieġu aġġornament u tisħiħ.

1.3.

Huwa jilqa’ l-miżuri fl-istrateġija li jmorru lil hinn mill-White Paper, b’mod partikolari l-promozzjoni tal-innovazzjoni inkluża l-Istrateġija Ewropea dwar Sistemi tat-Trasport Kooperattivi u Intelliġenti (4), l-iżvilupp ta’ vetturi konnessi, integrati u awtomatizzati u l-integrazzjoni tal-vetturi tal-elettriku u s-sistema ta’ enerġija permezz ta’ grids intelliġenti, kif ukoll l-iżvilupp ta’ mudelli ġodda ta’ negozju u xejriet ġodda ta’ trasport li jsegwu kemm mill-iżvilupp ta’ ekonomija kollaborattiva kif ukoll mill-iżvilupp ġenerali tal-ekonomija diġitali.

1.4.

Il-KESE japprova l-approċċ olistiku tal-istrateġija, li jipprovdi koerenza bejn oqsma tat-trasport u oqsma ta’ politika oħra bħall-iżvilupp tas-suq tal-elettriku, l-inkoraġġiment tar-riċerka u l-innovazzjoni, l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ġodda tat-trasport u ħiliet ġodda, kif ukoll l-ippjanar ta’ mobbiltà mtejba, inkluż l-iżvilupp tat-trasport pubbliku. Xtaq li dan l-approċċ ikompli jiġi żviluppat f’termini tar-rabtiet bejn l-istrateġija u l-komunikazzjoni dwar it-titjib tas-suq intern, inklużi sinerġiji bejn il-ftuħ tas-swieq u l-effiċjenza. Dan japplika wkoll fir-rigward tal-prospetti tal-ekonomija diġitali, inkluża l-mobbiltà diġitali, u l-iżvilupp ta’ ekonomija kollaborattiva u ekonomija ċirkolari.

1.5.

Il-KESE jissottolinja l-effetti potenzjali tal-iżviluppi deskritti taħt 1.4 fuq ix-xejriet tat-trasport, u jiġbed l-attenzjoni għall-implikazzjonijiet soċjali tagħhom, inklużi effetti fir-rigward ta’ utenti u kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati, u s-sitwazzjoni ta’ mikrointrapriżi użati bħala sottokuntratturi. Dawn il-kwistjonijiet kollha jirrikjedu attenzjoni f’waqtha sabiex jiġu solvuti l-problemi possibbli fi stadju bikri. Bl-istess mod, jinħtieġ li jiġu kkunsidrati l-effetti fuq komunitajiet iżolati.

1.6.

Il-KESE jissottolinja l-importanza kbira tal-kisba mill-ġdid tal-fiduċja fid-data dwar l-emissjonijiet tal-vetturi pprovduta mill-manifatturi u japprova l-miżuri mfassla biex jinkiseb dan ir-riżultat. Jenfasizza wkoll l-importanza tal-appoġġ minn u d-djalogu mal-partijiet interessati u l-pubbliku kif ukoll il-passi meħuda biex tiġi stabbilita responsabbiltà għal data żbaljata fil-passat u tiġi evitata r-ripetizzjoni tagħha.

1.7.

Jilqa’ l-miżuri għat-titjib tal-effiċjenza bħall-faċilitazzjoni tal-implimentazzjoni tat-TEN-T, reviżjoni tan-netwerk ferrovjarju għat-trasport ta’ merkanzija kompetittiv, u l-importanza mogħtija lill-promozzjoni tal-multimodalità u l-inċentivar ta’ bidla lejn mezzi ta’ trasport b’emissjonijiet aktar baxxi, inkluż aċċess għat-trasport ferrovjarju, u t-trasport ikkombinat. Huwa jinnota l-appell tal-Kummissjoni għal aċċess għas-suq għal xarabanks u kowċijiet, iżda l-KESE jirrakkomanda wkoll lill-Kummissjoni biex tikkunsidra miżuri ta’ politika oħra biex jespandu n-netwerks tat-trasport pubbliku u titħeġġeġ il-bidla modali mill-karozzi privati. Għalhekk, jirrakkomanda reviżjoni aktar fil-fond tal-opzjonijiet disponibbli. Madankollu, jiddispjaċih għas-silenzju fir-rigward tar-regoli mtejba dwar l-aċċess għas-suq tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija mtejba faċilitata mis-Sistema Modulari Ewropea għall-kombinazzjonijiet tal-vetturi. F’dan il-kuntest, il-KESE jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-opinjoni tiegħu dwar is-suq intern tal-merkanzija bit-triq internazzjonali: dumping soċjali u kabotaġġ (TEN/575) u jenfasizza mill-ġdid l-importanza tal-leġislazzjoni ċara u infurzabbli u n-neċessità għall-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ dumping soċjali kif ukoll il-frodi u l-abbuż fir-rigward tal-istazzjonar tal-ħaddiema u l-aċċess għall-benefiċċji soċjali.

1.8.

Il-KESE jilqa’ wkoll il-pjanijiet biex tiġi riveduta d-Direttiva tal-Eurovingette, iżda jtenni l-importanza tal-flessibilità għall-evitar tal-effetti tal-kostijiet irraġonevoli f’żoni skarsament popolati u mbiegħda inklużi gżejjer u reġjuni muntanjużi. Dan jenfasizza wkoll l-importanza ta’ kundizzjonijiet ekwi bejn il-modi differenti fir-rigward ta’ tariffi għall-użu tal-infrastruttura u l-ispejjeż esterni biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn il-modi.

1.9.

Huwa jieħu nota tat-tnedija mill-ġdid tas-Servizz Ewropew ta’ Pedaġġ Elettroniku (EETS), iżda jfakkar li l-EETS ġie deċiż fl-2004 u għadu ma ġiex implimentat, li juri li hemm bżonn li tiġi riveduta s-sistema kollha sabiex jingħelbu l-ostakoli għall-implimentazzjoni.

1.10.

Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-attenzjoni li qed tingħata lill-fjuwils alternattivi, b’enfasi fuq l-importanza tal-inkoraġġiment tal-innovazzjoni u l-ħtieġa għal qafas adegwat li jippermetti l-użu transkonfinali tal-elettriku, il-gass naturali, l-idroġenu u l-bijofjuwils li ma għandhom l-ebda impatt fuq il-produzzjoni tal-ikel, f’konformità mal-fehmiet espressi qabel mill-KESE. Jilqa’ l-enfasi fuq l-interoperabbiltà u l-istandardizzazzjoni fl-elettromobbiltà.

1.11.

Huwa jilqa’ wkoll l-attenzjoni li ngħatat lill-kwistjoni vitali ta’ soluzzjonijiet finanzjarji u jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jinstabu soluzzjonijiet ta’ kofinanzjament għal proġetti żgħar.

1.12.

Il-KESE jagħraf l-importanza li l-istrateġija tagħti lill-appoġġ mis-soċjetà ċivili. Jenfasizza l-potenzjal ta’ djalogu parteċipattiv biex jinkiseb appoġġ u jiġu solvuti l-problemi u l-possibbiltajiet tal-bini ta’ koalizzjoni fis-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet subnazzjonali (5).

1.13.

Minħabba raġuni ta’ trasparenza, il-KESE jipproponi li l-Kummissjoni għandha tippubblika tabella ta’ valutazzjoni tal-emissjonijiet annwali għas-settur tat-trasport.

1.14.

Jappoġġja l-azzjoni ppjanata tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) u l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) u jissuġġerixxi li jittieħdu aktar azzjonijiet, bħat-twettiq ta’ djalogu estern strutturat dwar it-trasport b’emissjonijiet baxxi ma’ pajjiżi tal-viċinat fil-perjodu li jwassal għal proġetti speċifiċi.

1.15.

Il-KESE jinnota li l-proposta tal-kondiviżjoni tal-isforzi tħalli f’idejn kull Stat Membru biex jiddeċiedi dwar kif jiżgura t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) tiegħu u jirrakkomanda li t-talbiet dwar it-trasport jinżammu fil-limiti stabbiliti fil-White Paper.

1.16.

Il-KESE jiddispjaċih li l-aġġornament tal-White Paper m’għadux fuq l-aġenda tal-Kummissjoni, ladarba d-diġitalizzazzjoni, l-evoluzzjoni tal-politika dwar l-enerġija u l-perspettiva olistika tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Kummissjoni attwali jeħtieġu aġġornament.

2.   Kuntest

L-impenji ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-UE u l-White Paper tal-2011 dwar il-politika tat-trasport

2.1.

Fl-20 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet dwar pakkett ta’ miżuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fis-setturi li mhumiex koperti mill-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-UE (ETS) (il-pakkett).

2.2.

Il-pakkett huwa parti mill-implimentazzjoni tat-tnaqqis ta’ 40 % fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990, deċiżi fit-23–24 ta’ Ottubru 2014, u l-impenn (kontribuzzjonijiet maħsuba determinati fil-livell nazzjonali (INDC)) mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri fil-Konferenza tal-COP 21 f’Pariġi f’Diċembru 2015.

2.3.

Skont il-konklużjonijiet ta’ Ottubru 2014, is-setturi li jaqgħu taħt l-ETS jinħtieġ li jnaqqsu l-emissjonijiet bi 43 % u s-setturi li ma jaqgħux taħt l-ETS, inkluż trasport ieħor għajr l-avjazzjoni, bi 30 %, li għandu jiġi kondiviż bejn l-Istati Membri abbażi tal-ġustizzja u s-solidarjetà. Il-konklużjonijiet ma jagħmlu ebda referenza speċifika għat-trasport.

2.4.

Il-White Paper tal-UE dwar il-Politika tat-Trasport tal-2011 [COM(2011) 144] issib li l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra (GHG) ta’ pajjiżi żviluppati jridu jitnaqqsu “bi 80–95 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2050”, sabiex it-tisħin globali jinżamm taħt iż-2 oC. Għat-trasport, “tnaqqis ta’ […] 60 % […] sal-2050 meta mqabbel mal-livelli tal-1990” jew 20 % taħt il-livelli tal-2008 (8 % ‘ogħla mil-livelli tal-1990) sal-2030 ikun biżżejjed.

2.5.

Il-Kummissjoni kkonfermat li dawn l-għanijiet huma kompatibbli mal-qafas ta’ politika tal-2014 għall-klima u l-enerġija fil-perjodu tal-2020 sal-2030, il-qafas għall-Unjoni tal-Enerġija tal-2015 u l-impenji tal-INDC magħmula mill-UE (6).

2.6.

Hija ddikjarat ukoll li ser ikunu meħtieġa aktar sforzi wara l-2020 biex jintlaħqu dawk l-għanijiet (7).

2.7.

Il-valutazzjoni ta’ progress reċenti dwar l-implimentazzjoni tal-White Paper sabet li huwa kmieni wisq biex wieħed jasal għall-konklużjonijiet u titfa’ enfasi fuq l-implimentazzjoni (8).

Il-Pakkett

2.8.

Il-pakkett jikkonsisti minn:

Komunikazzjoni ġenerali intitolata “L-aċċelerazzjoni tat-transizzjoni tal-Ewropa lejn ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju” [COM(2016) 500] (il-komunikazzjoni)

Proposta leġislattiva dwar it-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra annwali vinkolanti mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 [COM(2016) 482] (Proposta dwar il-kondiviżjoni tal-isforzi)

Proposta leġislattiva dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-assorbimenti mill-użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-Qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 (COM(2016) 479)

Strateġija Ewropea għal Mobbiltà b’Emissjonijiet Baxxi (COM(2016) 501) (l-istrateġija).

2.9.

Il-komunikazzjoni tistabbilixxi l-prinċipji bażiċi li jirregolaw l-implimentazzjoni, bħall-kondiviżjoni tal-piżijiet marbuta mal-ekonomiji tal-Istati Membri (il-ġustizzja u s-solidarjetà), il-flessibilità permezz tal-użu tad-drittijiet tal-emissjonijiet f’setturi li ma jaqgħux taħt l-ETS, iż-żamma ta’ livelli ambizzjużi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) billi kull settur jiġi indirizzat b’mod separat (integrità ambjentali). Il-Komunikazzjoni tenfasizza l-importanza ta’ kuntest li jippromovi t-transizzjoni.

2.10.

Il-proposta dwar il-kondiviżjoni tal-isforzi taqsam ir-responsabbiltà bejn l-Istati Membri għall-INDC taħt il-Ftehim tal-COP 21 ta’ Pariġi. Kull Stat Membru jiddeċiedi kif għandhom jinkisbu r-riżultati tiegħu.

2.11.

L-istrateġija timplimenta l-għanijiet tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-White Paper. Din tiffoka fuq it-trasport bit-triq, u tinkludi l-punti prinċipali li ġejjin:

(a)

L-effiċjenza, l-imġiba, l-ipprezzar tat-toroq

L-ottimizzazzjoni tas-sistemi ta’ trasport

L-influwenza fuq l-imġiba permezz tan-nollijiet fit-toroq

Tiġi ffavorita l-multimodalità

(b)

Fjuwils alternattivi

Il-promozzjoni ta’ enerġija alternattiva b’emissjonijiet baxxi għat-trasport

L-iżvilupp ta’ bijokarburanti tat-tieni ġenerazzjoni

Direttiva dwar l-implimentazzjoni tal-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi (2014/94/UE)

(c)

Vetturi b’emissjonijiet baxxi

Standards komuni li jippermettu l-ivvjaġġar transkonfinali

Il-promozzjoni ta’ vetturi mingħajr emissjonijiet, inkluż permezz tal-akkwist pubbliku

Iċ-ċertifikazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil għal karozzi tal-linja u HGVs

Ir-ritorn tal-fiduċja fil-kejl tal-livelli ta’ emissjonijiet f’kundizzjonijiet reali tas-sewqan

(d)

Il-ħolqien ta’ kuntest: sinerġiji u mudelli ġodda ta’ negozju, l-innovazzjoni, l-ekonomija diġitali, l-iżvilupp tal-kompetenza, l-investiment u l-appoġġ

Jinħoloq kuntest favorevoli għall-mobbiltà b’emissjonijiet baxxi permezz ta’ sinerġiji ma’ oqsma oħra ta’ politika, ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-bini ta’ kompetenza

(e)

L-avjazzjoni u t-trasport marittimu – azzjoni internazzjonali

Miżura globali bbażata fuq is-suq għall-avjazzjoni issa ġiet proposta mill-ICAO u l-IMO qed tiżviluppa kriterji tat-tfassil tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija għat-tbaħħir, li jibdew bil-monitoraġġ tal-emissjonijiet.

3.   Kummenti ġenerali

3.1.

F’konformità mal-pożizzjoni tiegħu dwar il-White Paper u l-INDC tal-UE (9), il-KESE jappoġġja l-għanijiet stabbiliti fl-istrateġija.

3.2.

Il-KESE jtenni l-appoġġ tiegħu għall-għanijiet tal-White Paper u jerġa’ jesprimi d-dispjaċir tiegħu fl-opinjoni tal-2015 tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-White Paper li s-suq tat-trasport intern jonqsu ħafna biex jiġi komplut u li l-miżuri f’dik id-direzzjoni jkunu milqugħa (10). Implimentazzjoni sħiħa tas-suq intern ittejjeb l-effiċjenza fir-riżorsi u tnaqqas l-emissjonijiet. Dan għandu jinkiseb permezz ta’ regoli ċari u infurzabbli u akkumpanjati minn miżuri għall-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ dumping soċjali kif ukoll il-frodi u l-abbuż fir-rigward tal-istazzjonar tal-ħaddiema u l-aċċess għall-benefiċċji soċjali.

3.3.

Il-KESE jappoġġja wkoll l-elementi ġodda u innovattivi fl-istrateġija, bħas-C-ITS, inkluż l-iżvilupp ta’ vetturi kooperattivi, konnessi u awtomatizzati u l-integrazzjoni tal-vetturi tal-elettriku fis-sistema ta’ enerġija permezz ta’ grids intelliġenti, l-iżvilupp ta’ mudelli ġodda ta’ negozju u xejriet ġodda ta’ trasport li jsegwu kemm mill-iżvilupp ta’ ekonomija kollaborattiva permezz ta’ pjattaformi tal-IT kif ukoll l-iżvilupp ġenerali tal-ekonomija diġitali. Is-sistemi diġitali se jkollhom ukoll effett fuq it-trasport kemm tal-passiġġieri kif ukoll tal-oġġetti u, pereżempju, se jottimizzaw il-flussi tat-traffiku u l-possibbiltà li jsiru għażliet effiċjenti fir-riżorsi li jnaqqsu l-emissjonijiet (11).

3.4.

Jissottolinja l-importanza kbira tal-kisba mill-ġdid tal-fiduċja fid-data dwar l-emissjonijiet tal-vetturi provduta mill-manifatturi u japprova l-miżura mfassla biex jinkiseb dan ir-riżultat. Jenfasizza wkoll l-importanza tal-appoġġ minn u d-djalogu mal-partijiet interessati u l-pubbliku kif ukoll il-passi meħuda biex tiġi stabbilita responsabbiltà għal data żbaljata fil-passat u tiġi evitata r-ripetizzjoni tagħha.

3.5.

Itenni li ħafna mill-miżuri proposti jeħtieġu flessibbiltà u adattament għall-kundizzjonijiet lokali, inkluż l-ipprezzar tat-toroq (12).

3.6.

Huwa jtenni mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għall-għanijiet tal-Ftehim tal-COP 21 ta’ Pariġi u l-INDC tal-UE u jżomm il-fehma tiegħu li dawn l-impenji ma jżidux mal-għanijiet stabbiliti fil-White Paper (13). Jinnota l-appoġġ tal-partijiet għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi fil-Proklamazzjoni tal-Azzjoni ta’ Marrakexx u l-kostituzzjoni ta’ Sħubija ta’ Marrakexx għal Azzjoni Globali li tinvolvi kemm il-partijiet interessati li huma parti kif ukoll dawk li mhumiex parti.

3.7.

Il-KESE jtenni l-fehma tiegħu li l-implimentazzjoni tal-White Paper u l-qafas strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti (COM(2015) 80) jeħtieġ li jiġu rieżaminati u, fejn xieraq, jiżdiedu miżuri ġodda biex jiksbu l-għanijiet tagħhom (14).

3.8.

Il-KESE jissottolinja l-ħtieġa li jinħoloq ambjent li jinkoraġġixxi l-implimentazzjoni tal-istrateġija jew qafas ta’ abilitazzjoni, u f’dan ir-rigward jirreferi għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Wara Pariġi” (15), dwar il-ħtieġa li “nitbiegħdu minn sistema frammentata kkaratterizzata minn politiki nazzjonali mhux ikkoordinati, ostakoli għas-suq u żoni iżolati mill-enerġija”. L-Unjoni tal-Enerġija hija qafas għal ambjent li jippermetti transizzjoni tal-enerġija u l-istrateġija futura dwar ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività ser tisfrutta s-sinerġiji bejn l-enerġija, it-trasport, l-ekonomija ċirkolari u industrijali u l-innovazzjoni diġitali biex it-teknoloġiji Ewropej b’livell baxx ta’ karbonju u effiċjenti fl-użu tal-enerġija jkunu aktar kompetittivi. Kif diġà ntqal fil-punt 3.3 hawn fuq, dan jinkludi wkoll miżuri biex jittejbu l-ħiliet u l-promozzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp.

Tinħtieġ azzjoni minn bosta partijiet interessati mis-soċjetà ċivili – il-pubbliku, il-konsumaturi, l-imsieħba soċjali, l-SMEs, negozji ġodda innovattivi u industriji globalment kompetittivi. Il-bliet intelliġenti u l-komunitajiet urbani u r-rwol tagħhom fl-iżvilupp tat-trasport pubbliku u l-ippjanar tat-trasport huma msemmija bħala kuntesti li fihom ser isseħħ parti kbira tat-trasformazzjoni fil-futur (16).

3.9.

L-istrateġija tadotta approċċ transsettorjali, pereżempju meta tindirizza l-ħtieġa għal ambjent ta’ abilitazzjoni u meta tirreferi għal soluzzjonijiet ta’ mobbiltà diġitali u rabtiet mal-politika dwar l-enerġija. Dan l-approċċ huwa konformi mad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-White Paper u mal-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-titjib tas-suq uniku, li tnejn li huma jimpenjaw ruħhom biex itejbu l-viżibilità u l-fehim tal-politiki settorjali billi jpoġġuhom fil-kuntest ta’ strateġiji ġenerali tal-UE (17).

3.10.

Il-KESE jappoġġja l-istrateġija ta’ approċċ olistiku lejn il-politika tat-trasport, iżda xtaq jara li hi aktar żviluppata, pereżempju dwar konsistenza bejn l-Istrateġija u l-Komunikazzjoni dwar it-titjib tas-suq uniku, inklużi s-sinerġiji bejn il-ftuħ tas-suq u l-effiċjenza, u l-prospetti li joffri s-suq intern diġitali, l-ekonomija kollaborattiva u l-ekonomija ċirkolari, inklużi l-effetti fuq it-tendenzi tat-trasport kif ukoll l-aspetti soċjali (18).

3.11.

Id-dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni li jakkumpanja l-istrateġija jġib miegħu għadd ta’ żviluppi ġodda tas-“soċjetà”, bħall-ekonomija kollaborattiva fit-trasport, vetturi awtomatiċi u vetturi konnessi, id-diġitalizzazzjoni u l-mobbiltà bħala servizz. Dawn l-iżviluppi, inkluż l-użu li qed jikber ta’ pjattaformi tal-Internet, kellhom jiġu msemmija fl-istrateġija.

3.12.

Il-KESE jiddispjaċih li l-istrateġija ma ssemmix l-aspetti soċjali, inklużi d-drittijiet tal-konsumatur, ir-relazzjonijiet tas-suq tax-xogħol u l-istatus tal-mikrointrapriżi, ta’ xi wħud mill-inizjattivi ppjanati, pereżemju l-pjan C-ITS, l-ekonomija diġitali, ix-xejriet il-ġodda tat-trasport jew il-ftuħ ulterjuri tas-suq f’setturi tat-trasport differenti. Iqis li huwa importanti li dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati fi stadju bikri sabiex jiġu evitati tensjonijiet bla bżonn.

3.13.

Il-KESE japprezza l-fatt li l-finanzjament jiġi indirizzat fl-istrateġija, peress li huwa ta’ importanza fundamentali għall-implimentazzjoni tal-istrateġija. Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtiġijiet ta’ finanzjament ta’ oqsma b’riżorsi finanzjarji limitati u proġetti li mhumiex kbar biżżejjed biex jilħqu l-livelli stabbiliti għall-kofinanzjament tal-UE. Opzjonijiet għall-finanzjament ta’ proġetti żgħar jinħtieġ li jkunu disponibbli fis-settur tat-trasport, bħal fil-każ tas-settur tal-enerġija.

3.14.

Il-KESE jagħti importanza lir-reviżjoni tal-White Paper, li l-Kummissjoni kienet diġà ppjanat għall-2016 (19). Huwa ma jaqbilx li għadu kmieni wisq li tiġi vvalutata l-implimentazzjoni (20), ladarba l-iżviluppi soċjali bħad-diġitalizzazzjoni, l-iżvilupp tal-politika dwar l-enerġija u t-tfassil ta’ politika olistika u l-implimentazzjoni tal-politika mħaddma mill-Kummissjoni attwali jeħtieġu aġġornament tal-White Paper.

3.15.

Il-KESE jappoġġja l-proposti stipulati fl-Istrateġija għal Azzjoni Esterna, b’mod partikolari l-azzjoni ulterjuri fl-ICAO u l-OMI dwar l-avjazzjoni u t-tbaħħir. Jiddispjaċih li l-istrateġija ma ssemmix forom oħra ta’ azzjoni esterna, bħal djalogi strutturati u valutazzjoni komparattiva mal-pajjiżi tal-viċinat fil-Lvant tal-Ewropa u fit-Tramuntana tal-Afrika.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1.

Il-KESE jappoġġja l-Pjan ta’ Azzjoni anness għall-Istrateġija, soġġett għall-kummenti li ġejjin:

Jiddispjaċih dwar il-fatt li, filwaqt li l-pjan ta’ azzjoni jsemmi l-faċilitazzjoni tal-implimentazzjoni tat-TEN-T, reviżjoni ta’ netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport tal-merkanzija kompetittiv, u r-regoli dwar l-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank, ma jissemmewx il-proposti ppjanati fir-rigward tar-regoli mtejba dwar l-aċċess għas-suq tat-trasport bit-triq tal-merkanzija. Dan iħalli barra element ta’ regolamentazzjoni tas-suq tat-trasport fejn hemm lok konsiderevoli għal titjib fil-funzjonament tas-suq b’tali mod li dan jiżviluppa f’sistema ta’ trasport aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija u r-riżorsi. Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-opinjoni tiegħu dwar is-suq intern tal-merkanzija bit-triq internazzjonali: dumping soċjali u kabotaġġ (TEN/575) u jenfasizza mill-ġdid l-importanza tal-leġislazzjoni ċara u infurzabbli u n-neċessità għall-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ dumping soċjali kif ukoll il-frodi u l-abbuż fir-rigward tal-istazzjonar tal-ħaddiema u l-aċċess għall-benefiċċji soċjali.

Il-KESE bi pjaċir jinnota l-pjani li tiġi riveduta d-Direttiva tal-Eurovignette (1999/62/KE), id-Direttiva dwar is-Servizz Ewropew ta’ Pedaġġ Elettroniku (EETS) (2004/52/KE) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2009 dwar l-aspetti tekniċi tal-EETS.

Huwa jtenni l-fehma tiegħu li l-flessibilità u l-evitar ta’ effetti ta’ spejjeż mhux raġonevoli f’reġjuni remoti u reġjuni b’popolazzjoni baxxa inklużi gżejjer u reġjuni muntanjużi għandhom ikunu elementi importanti fi kwalunkwe proposta futura (21).

Id-Direttiva dwar l-EETS ġiet adottata fl-2004 u għadha ma ġietx implimentata, minkejja d-diversi tentattivi. Il-KESE huwa tal-opinjoni li jinħtieġ li issal-kunċett jiġi rivedut biex ikun aktar attraenti għall-operaturi u l-utenti.

4.2.

Jaqbel li l-Istrateġija Ewropea dwar Sistemi tat-Trasport Kooperattivi u Intelliġenti għandha potenzjal kbir biex tipprovdi l-valur miżjud permezz ta’ effiċjenza aħjar, u jiġbed l-attenzjoni għat-tibdil li s-C-ITS se jġib għall-mudelli tat-trasport, l-istruttura tas-suq, il-liġi kuntrattwali u aspetti soċjali, pereżempju, b’numru miżjud ta’ mikrointrapriżi mmaniġġjati minn pjattaformi tal-Internet. Għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa lil dawn l-aspetti (22).

4.3.

Il-KESE japprova l-għan tal-istrateġija li tiffavorixxi l-multimodalità u jenfasizza li għandha tingħata preferenza lis-soluzzjonijiet ta’ trasport l-aktar effiċjenti f’kull każ partikolari. Jittama wkoll li l-evalwazzjoni tad-direttiva dwar it-trasport ikkombinat se twassal għal aġġornament utli bi flessibilità suffiċjenti biex tiġi żgurata effiċjenza massima, mingħajr, madankollu, ma jiġi previst aċċess għas-suq parallel fit-trasport bit-triq. Huwa jissottolinja l-importanza li tiġi inċentivata l-bidla lejn ekonomija b’emissjonijiet baxxi, inkluż il-ferroviji u t-trasport ikkombinat u l-importanza f’dan ir-rigward li l-imposti tal-infrastruttura u l-ispejjeż esterni huma indirizzati b’mod li jiżgura kompetizzjoni ġusta bejn il-modi.

4.4.

Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-effiċjenza fir-riżorsi mtejba mwassla minn kombinazzjonijiet tal-vetturi ta’ 25,25 metru (Sistema Modulari Ewropea (EMS)). Żewġ kombinazzjonijiet ta’ vetturi tal-EMS jistgħu jgħabbu t-tagħbija ta’ tliet kombinazzjonijiet konvenzjonali, li jfisser żieda fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tnaqqis fl-emissjonijiet għal kull unità. Soġġett għall-apprezzament ta’ kull Stat Membru, il-kombinazzjonijiet ta’ EMS jinħtieġ għalhekk li jkunu permessi fejn il-kundizzjonijiet ikunu xierqa, inkluż fit-traffiku transkonfinali.

4.5.

Huwa jappoġġja l-istrateġija dwar il-fjuwils alternattivi, inkluża l-ħtieġa għall-appoġġ tas-suq u l-użu tal-infrastruttura f’konformità mad-diversi ħtiġijiet tal-mezzi differenti tat-trasport, attwalment l-aktar a) l-elettriku, l-aktar għall-karozzi; b) gass naturali f’forom varji, l-aktar użat minn trakkijiet, xarabanks u vapuri; u c) bijofjuwils. Il-KESE jissottolinja li s-settur tal-fjuwils alternattivi qiegħed jiżviluppa b’mod kostanti u li kemm il-provvista kif ukoll id-domanda jistgħu jinbidlu.

4.6.

Il-KESE jappoġġja l-pjani biex jiġu żviluppati l-bijofjuwils li ma jiġux minn prodotti agrikoli jew l-użu tal-art li għandhom effett fuq il-produzzjoni tal-ikel, iżda minn sorsi oħra bħal prodotti residwi, sekondarji u tal-iskart, inkluż mill-forestrija, f’konformità mal-fehmiet espressi preċedentement mill-KESE (23).

4.7.

Huwa jenfasizza l-importanza tal-involviment tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet sottonazzjonali fl-implimentazzjoni tal-istrateġija. Parti importanti ta’ dan tkun użu ikbar tad-djalogu parteċipatorju mas-soċjetà ċivili, kif issuġġerit fl-opinjoni ta’ spjegazzjoni tal-KESE tal-11 ta’ Lulju 2012 bit-titolu: “Impenn tas-soċjetà ċivili” (24) li rriżultat f’żewġ konferenzi, f’Malmö fl-2015 u f’Milan fl-2016, dwar il-futur tal-Kurituri Ewropej tan-Netwerk Ċentrali li jindirizzaw kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni, governanza u finanzjament.

4.8.

Biex tittejjeb it-trasparenza, il-KESE jissuġġerixxi li l-Kummissjoni jinħtieġ li tippubblika tabella ta’ valutazzjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet annwali għas-settur tat-trasport.

4.9.

Huwa jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-importanza tal-bini ta’ koalizzjoni għall-appoġġ tal-implimentazzjoni u jiġu solvuti l-problemi, kif propost fl-Opinjoni tal-KESE dwar din il-kwistjoni (25).

4.10.

Il-KESE jiddispjaċih li l-proposta dwar il-kondiviżjoni tal-isforzi ma tiddiskutix il-ħtieġa possibbli għal għanijiet tat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi għas-setturi. L-istrateġija ssostni li l-White Paper hija mmirata lejn it-trasport, u hija bbażata fuq valutazzjoni soda ta’ x’inhu fattibbli, mingħajr effetti negattivi fuq il-funzjonijiet tat-trasport. Passi addizzjonali deskritti fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja l-istrateġija huma modesti u jnaqqsu l-emissjonijiet tat-trasport bi 18-22 % sal-2030, minflok bi 18-19 % li huwa ppjanat bħalissa (26).

Brussell, it-23 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Georges DASSIS


(1)  COM(2016) 501 final.

(2)  COM(2011) 144 final.

(3)  ĠU C 24, 28.1.2012, p. 146, ĠU C 291, 4.9.2015, p. 14, u ĠU C 303, 19.8.2016, p. 10.

(4)  COM(2016) 766 final.

(5)  ĠU C 299, 4.10.2012, p. 170, ĠU C 389, 21.10.2016, p. 20.

(6)  COM(2014) 15 final, paġna 14, punt 4.1; COM(2015) 80 final; COM(2011) 112 final, p. 6-8.

(7)  COM(2014) 15 final, p. 14, punt 4.1.

(8)  SWD(2016) 226.

(9)  ĠU C 24, 28.1.2012, p. 146; ĠU C 291, 4.9.2015, p. 14; ĠU C 303, 19.8.2016, p. 10.

(10)  ĠU C 291, 4.9.2015, p. 14, punti 1.5 u 1.6.

(11)  COM(2016) 766 final.

(12)  ĠU C 24, 28.1.2012, p. 146.

(13)  ĠU C 303, 19.8.2016, p. 10, punti 1.3, 3.1, 4.6, 5.1 u 5.2.

(14)  ĠU C 303, 19.8.2016, p. 10, punti 1.4, 5.2 u 5.3.

(15)  COM(2016) 110 final, Taqsima 3.1, p. 5.

(16)  COM(2016) 110 final, Taqsima 3.1, p. 7.

(17)  SWD(2016) 226, Taqsima 4.1, paġna 27.

(18)  COM(2016) 288 final u COM(2016) 356 final.

(19)  ĠU C 303, 19.8.2016, p. 10, punti 1.4 u 5.2.

(20)  SWD(2016) 226, Taqsima 5, p. 34 u t-Taqsima 2, p. 4.

(21)  ĠU C 303, 19.8.2016, p. 10, punt 1.6.

(22)  COM(2015) 192 final.

(23)  ĠU C 303, 19.8.2016, p. 10, punt 1.8.

(24)  ĠU C 299, 4.10.2012, p. 170, punt 1.11u ĠU C 389, 21.10.2016, p. 20.

(25)  ĠU C 389, 21.10.2016, p. 20.

(26)  SWD(2016) 501, Taqsima 5, p. 82 -83.


31.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/62


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-istabbiliment tal-Garanzija tal-EFSD u tal-Fond ta’ Garanzija tal-EFSD”

[COM(2016) 586 final]

(2017/C 173/11)

Relatur:

Jan SIMONS

Konsultazzjoni

24.11.2016

Bażi legali

L-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għar-Relazzjonijiet Esterni

Adottata fis-sezzjoni

31.1.2017

Data tal-adozzjoni fis-sessjoni plenarja

22.2.2017

Sessjoni tal-plenarja Nru

523

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

205/1/0

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa’ l-istabbiliment tal-Pjan ta’ Investiment Estern għall-Ewropa (EIP) u l-proposta għal Regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) u l-istabbiliment tal-Garanzija tal-EFSD u l-Fond ta’ Garanzija tal-EFSD bħala passi fid-direzzjoni t-tajba lejn l-indirizzar tal-kawżi tal-immigrazzjoni irregolari mill-għeruq tagħha. Il-qerda tal-faqar hija wkoll għan li jenħtieġ li jiffoka fuqu l-EFSD.

1.2.

Il-Kumitat jitlob li jkun hemm konċentrazzjoni partikolari fuq is-soluzzjoni tas-sitwazzjoni fil-pajjiżi li huma s-sors ewlieni ta’ migrazzjoni fejn il-kundizzjonijiet ekonomiċi, soċjali u dawk tas-sigurtà wasslu għal devastazzjoni ekonomika u faqar dejjem jiżdied filwaqt li jiġi bblokkat kwalunkwe sforz lejn l-iżvilupp sostenibbli.

1.3.

Il-Kumitat jirreferi għall-opinjonijiet preċedenti tiegħu fejn enfasizza l-ħtieġa li s-settur privat jiġi involut fl-iżvilupp bil-kundizzjoni li tali żvilupp ikun konformi mal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli u li s-settur privat jirrispetta d-drittijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali bażiċi, il-konvenzjonijiet ewlenin tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u l-Aġenda tax-Xogħol Deċenti. Dan għandu japplika wkoll għall-proġetti ta’ investiment iffinanzjati mill-EFSD.

1.4.

Il-Kumitat iqis li l-proposta dwar l-EFSD hija konformi mar-rakkomandazzjoni tiegħu li l-għajnuna għall-iżvilupp tintuża bħala fattur multiplikanti għat-tqabbil tal-kapital privat mal-investimenti fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u biex dawn jintrabtu ma’ għanijiet definiti b’mod ċar, bħall-ħolqien ta’ aktar impjiegi u impjiegi aħjar, it-titjib fil-kwalità tal-produzzjoni u t-trasferiment tal-għarfien espert tal-ġestjoni għas-settur privat.

1.5.

Il-Kumitat jistieden lill-Kummissjoni tistudja u tanalizza l-esperjenza tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi sabiex jiġi evitat kwalunkwe nuqqas u ostakolu meta jitqies li s-sitwazzjonijiet fil-pajjiżi sħab koperti mill-EFSD huma ħafna aktar ikkumplikati minn dawk fl-Istati Membri tal-UE.

1.6.

Il-Kumitat jilqa’ l-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni u l-governanza permezz tal-bord strateġiku tal-EFSD fejn jenħtieġ li jiġu rrappreżentati l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha rilevanti. Minħabba r-rwol insostitwibbli tas-soċjetà ċivili fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-KESE jitlob li jingħata l-istatus ta’ osservatur fuq il-bord strateġiku u jirrakkomanda li l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi sħab jiġu involuti fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, inkluż fit-tħejjija ta’ proġetti konkreti.

1.7.

Il-Kumitat jirrakkomanda li l-one-stop shop li għandu jiġi stabbilit għall-investituri m’għandux ikun limitat għal kwistjonijiet ta’ investiment iżda għandu jipprovdi gwida u l-informazzjoni u l-kuntatti kollha meħtieġa għal dawk li jixtiequ jieħdu sehem f’attivitajiet ta’ żvilupp.

1.8.

Il-Kumitat jissuġġerixxi li r-Regolament jinkludi l-impenn li tiġi estiża l-validità tal-EFSD u tal-Garanzija lil hinn mil-limitu tal-2020 wara l-evalwazzjoni tar-riżultati tal-implimentazzjoni tiegħu u jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-PE biex iqisu dan meta jkunu qed iħejju l-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid.

2.   Il-kontenut essenzjali tal-proposta tal-Kummissjoni

2.1.

Fit-28 ta’ Ġunju 2016, il-Kunsill Ewropew talab lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta għal Pjan ta’ Investiment Estern (EIP) ambizzjuż bħala parti mill-Qafas ta’ Sħubija l-ġdid tal-UE ma’ pajjiżi terzi skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni (1). Il-pjan il-ġdid huwa bbażat fuq tliet pilastri: fond ta’ investiment ġdid (pilastru 1); għajnuna teknika (pilastru 2) biex l-awtoritajiet u l-kumpaniji lokali jiġu megħjuna jiżviluppaw numru ogħla ta’ proġetti sostenibbli u jattiraw lill-investituri; u (pilastru 3) firxa ta’ programmi tematiċi, nazzjonali u reġjonali ddedikati ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE, kombinati ma’ djalogu politiku strutturat immirat biex itejjeb il-klima ta’ investiment u l-ambjent politiku ġenerali fil-pajjiżi kkonċernati.

2.2.

Il-Pilastru 1 se jkun implimentat parzjalment permezz tal-istabbiliment tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD). L-EFSD se jkollu l-għan prinċipali li jipprovdi pakkett finanzjarju integrat għall-finanzjament tal-investimenti li jibdew fir-reġjuni tal-Afrika u tal-Viċinat. L-EFSD se jkun magħmul minn pjattaformi ta’ investiment reġjonali, li se jikkombinaw finanzjament minn faċilitajiet ta’ taħlit eżistenti u l-Garanzija tal-EFSD. Huwa se jopera bħala “one-stop shop” sabiex jirċievi proposti ta’ finanzjament mingħand istituzzjonijiet finanzjarji u investituri pubbliċi jew privati u jwassal firxa wiesgħa ta’ appoġġ finanzjarju għall-investimenti eliġibbli.

2.3.

L-għan prinċipali tal-EFSD huwa li jipprovdi pakkett finanzjarju integrat għall-finanzjament tal-investimenti għall-pajjiżi li huma firmatarji għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP), u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha (2), u l-Viċinat, sabiex b’hekk jinħolqu opportunitajiet ta’ tkabbir u impjieg, tiġi massimizzata l-addizzjonalità, jiġu pprovduti prodotti innovattivi u jinġabru fondi mis-settur privat. L-EFSD huwa mistenni li jimmobilizza sa EUR 44 biljun ta’ investimenti bl-użu ta’ fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni u sorsi oħrajn li sal-2020 jammontaw għal EUR 3,35 biljun.

2.4.

Sal-2020, l-Unjoni se tagħmel disponibbli s-somma totali ta’ EUR 750 miljun għall-Garanzija tal-EFSD, li tirriżulta kemm mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, kif ukoll mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ). Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tipproponi l-mobbilizzazzjoni tal-marġini ta’ kontinġenza sabiex tipprovdi EUR 250 miljun. Kontribuzzjonijiet oħrajn mill-baġit tal-Unjoni jsiru bl-użu ta’ riallokazzjonijiet jew iffokar mill-ġdid tal-fondi pprogrammati. Finanzjament ulterjuri jista’ jinkludi wkoll kontribuzzjonijiet oħrajn minn kontributuri oħrajn, bħall-Istati Membri.

2.5.

L-EFSD se jiġi ġestit mill-Kummissjoni u implimentat permezz ta’ pjattaformi ta’ investiment reġjonali, li jikkombinaw il-finanzjament mill-faċilitajiet ta’ taħlit eżistenti għall-Afrika u għall-Viċinat u l-għoti tal-Garanzija tal-EFSD. Il-Kummissjoni se tingħata pariri minn bord strateġiku u żewġ bordijiet operattivi, wieħed għal kull Pjattaforma ta’ Investiment Reġjonali. Il-Kummissjoni se tiġġestixxi s-segretarjat tal-EFSD, li se jiżgura t-twettiq tal-kompiti u l-funzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-għanijiet tal-EIP.

3.   Kummenti ġenerali

3.1.

Il-KESE jirrappreżenta s-soċjetà ċivili organizzata Ewropea f’diversi kumitati bilaterali bħall-AKP-UE, l-Euromed, is-Sħubija tal-Lvant, tal-Amerika Latina u oħrajn, u jippreżenta l-fehmiet tiegħu dwar ir-rwol tas-soċjetà ċivili fl-appoġġ tal-iżvilupp (3). Is-soċjetà ċivili jista’ jkollha rwol importanti ħafna fl-evalwazzjoni tal-utilità u s-sostenibbiltà tal-proġetti ta’ investiment, fis-sorveljanza tat-trasparenza tal-finanzjament tagħhom u fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom.

3.2.

Il-Kumitat iqis il-problema tal-għadd kbir ta’ refuġjati u ta’ migranti irregolari għall-UE bħala waħda mill-isfidi l-kbar li l-UE ffaċċjat f’dawn l-aħħar snin. Dawn iż-żewġ fenomeni għadhom kawżi differenti u jeħtieġu soluzzjonijiet divrenzjati. L-ewwel prijorità għall-komunità internazzjonali għandha tkun li tagħmel l-isforzi kollha biex jintemmu l-kunflitti militari u jiġi stabbilit ftehim ta’ paċi sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet neċessarji għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni reali tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs). Flimkien mar-rwol importanti tas-soċjetà ċivili fil-prevenzjoni, il-medjazzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, l-UE, bħala l-ikbar donatur ta’ għajnuna għall-iżvilupp, għandha taqdi r-rwol ewlieni f’dawn l-isforzi.

3.3.

Il-kawżi tal-migrazzjoni irregolari huma ħafna drabi r-riżultat ta’ prospetti ekonomiċi dgħajfa u tkabbir ekonomiku baxx fil-pajjiżi ta’ oriġini flimkien ma’ nuqqas ta’ kundizzjonijiet soċjali u kwistjonijiet ta’ sigurtà sinifikanti, li jirriżultaw f’faqar aggravat u jġiegħlu eluf ta’ persuni jaqbdu t-triq tal-eżilju. Il-Kumitat jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni u tal-Kunsill biex isibu l-aħjar approċċ għas-soluzzjoni tal-kwistjoni tal-migrazzjoni irregolari billi jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tagħha.

3.4.

L-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp tibqa’ insostitwibbli fil-ġlieda kontra l-faqar speċjalment fil-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati, l-istati fraġli u għall-popolazzjonijiet vulnerabbli iżda din ma tistax tkopri l-ħtiġijiet kollha ta’ żvilupp.

3.5.

Fl-opinjonijiet tiegħu dwar ir-rwol tas-settur privat (4) u dwar il-finanzjament tal-iżvilupp (5), il-Kumitat ikkonkluda li huwa meħtieġ li jiġu mobilizzati r-riżorsi kollha disponibbli u li jingħata rwol ħafna akbar lis-settur privat kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’dak lokali bil-kundizzjoni li dan l-iżvilupp ikun konformi mal-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli u li s-settur privat jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem inklużi d-drittijiet ekonomiċi u soċjali, speċjalment il-konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO. L-impjiegi l-ġodda li nħolqu għandhom jikkonformaw mal-Aġenda tax-Xogħol Deċenti tal-ILO u dan għandu japplika wkoll għall-proġetti ta’ investiment li jsiru permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli.

3.6.

L-istrumenti l-ġodda bħall-Garanzija tal-EFSD u l-Fond ta’ Garanzija għandhom jintużaw bħala fattur multiplikanti biex jattiraw il-kapital privat għall-investimenti fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u biex dawn jintrabtu ma’ għanijiet definiti b’mod ċar, bħall-ħolqien ta’ aktar impjiegi u impjiegi aħjar, it-titjib fil-kwalità tal-produzzjoni u t-trasferiment tal-għarfien espert tal-ġestjoni għas-settur privat. Barra minn hekk, it-taħlita tal-investimenti pubbliċi u privati trid tkun trasparenti u tirrispetta l-bilanċ meħtieġ sabiex tiġi evitata s-sitwazzjoni fejn l-investituri privati jgawdu mill-benefiċċji kollha u s-settur pubbliku jkopri t-telf. Ir-riżultati tal-proġetti għandhom jitkejlu u jitqabblu b’mod ċar, filwaqt li jevalwaw fost riżultati pożittivi oħrajn l-eliminazzjoni tal-kawżi tal-migrazzjoni irregolari.

3.7.

Peress li l-EFSD huwa ispirat mill-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, il-Kumitat qed jitlob lill-Kummissjoni titgħallem mill-funzjonament tiegħu peress li dan ma jistax jiġi deskritt bħala suċċess komplet. Din l-esperjenza għandha tiġi studjata u analizzata bir-reqqa sabiex jiġi evitat kwalunkwe nuqqas u ostakolu meta jiġi ġestit l-EFSD, filwaqt li jitqies li l-kundizzjonijiet fil-pajjiżi sħab huma differenti u ħafna aktar ikkumplikati minn dawk fl-Istati Membri tal-UE.

3.8.

L-EFSD propost se jbiddel it-taħlita eżistenti tal-Faċilità ta’ Investiment tal-Afrika (6) u l-Faċilità ta’ Investiment tal-Viċinat (7) f’żewġ pjattaformi ta’ investiment taħt kappa waħda. Il-Kumitat iqis li huwa meħtieġ li jiġu involuti l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tas-soċjetà ċivili fil-livell lokali fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, inkluż fit-tħejjija ta’ proġetti konkreti, sabiex dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-monitoraġġ tat-trasparenza tal-finanzjament u fl-effettività tal-proġetti ta’ investiment.

3.9.

L-UE għandha għadd eċċessiv ta’ għodod finanzjarji marbuta mal-programmi ta’ żvilupp (il-11-il Fond ta’ Żvilupp Ewropew bil-pakketti, faċilitajiet, pjattaformi differenti ta’ finanzjament tiegħu, il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 (il-baġit tal-UE) bil-programmi territorjaliu reġjonali, u l-programmi settorjali differenti tiegħu, il-BEI bil-faċilitajiet u programmi tiegħu, il-BERŻ, eċċ.) li jagħmilha kkumplikata ħafna għall-pubbliku ġenerali u l-imsieħba rilevanti biex jifhmuhomu jsiru jafu kif jużawhom. L-EFSD għandu l-ħsieb li jsir il-one-stop shop għal dawk li huma interessati fl-investiment fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp. Il-Kumitat jirrakkomanda li dan ma għandux ikun limitat għall-investiment iżda għandu jipprovdi gwida bl-informazzjoni kollha meħtieġa u l-kuntatti għal dawk li jixtiequ jieħdu sehem fl-attivitajiet ta’ żvilupp.

3.10.

6 % biss tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE marret għall-istati fraġli u ħafna minnha kienet diretta lejn l-10 pajjiżi li għandhom ħafna riżorsi naturali. Il-Kumitat jistenna li l-EFSD iġib riżultati pożittivi anke għall-istati fraġli speċjalment dawk b’kunflitti militari, ekonomiji meqruda u governanza falluta fejn il-Garanzija proposta tista’ tgħin lill-investituri privati jaffaċċjaw riskji ogħla għall-proġetti tagħhom. Il-Kumitat huwa wkoll kontra t-tentattiv li jiġi stabbilit persentaġġ massimu li l-Garanzija tista’ tkopri, li jillimita l-applikazzjoni tagħha għall-investimenti f’pajjiżi fraġli.

3.11.

Il-Kumitat iqis li l-bidla kwalitattiva ewlenija għal din is-sitwazzjoni tista’ tkun li jiġu indirizzati l-koordinazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-kooperazzjoni u tal-governanza permezz tal-bord strateġiku tal-EFSD, fejn l-istituzzjonijiet u l-korpi rilevanti kollha għandhom ikunu rrappreżentati. Fid-dawl tar-rwol tagħha fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tagħti l-istatus ta’ osservatur lir-rappreżentanti tal-Kumitat sabiex il-fehmiet tas-soċjetà ċivili jkunu jistgħu jiġu rrappreżentati.

3.12.

Il-Kumitat iqis li l-valur miżjud sinifikanti ħafna tal-Pjan ta’ Investiment Estern il-ġdid għandu jiġi pprovdut permezz tat-tieni pilastru tiegħu relatat mal-għajnuna teknika u t-tielet pilastru, li jkopri l-kwistjonijiet ta’ titjib tad-demokrazija u l-governanza fil-pajjiżi sħab speċjalment it-trasparenza, il-monitoraġġ u r-responsabbiltà u l-ħolqien ta’ ambjent tan-negozju li jkun favorevoli għal investiment li jwassal għal tkabbir u impjiegi ġodda u l-qerda tal-faqar.

3.13.

Huwa meħtieġ ukoll li tittejjeb il-komunikazzjoni dwar il-pjan ta’ investiment u l-proġetti speċifiċi tiegħu sabiex is-soċjetà ċivili tkun tista’ timmonitorja l-implimentazzjoni tiegħu.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1.

Il-proposta għal Regolament dwar il-Garanzija tal-EFSD issostni (8) li din tingħata għal perjodu ta’ investiment inizjali li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, li fil-fehma tal-Kumitat huwa qasir wisq biex jissodisfa l-għanijiet tal-EIP. Il-Kumitat jixtieq li jkun possibbli li jiġi estiż l-EIP u li jitkabbar il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu sabiex jinkludi pajjiżi u reġjuni oħrajn skont is-suċċess tiegħu u dan għandu jitqies meta jitħejja l-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid.

4.2.

Huwa propost li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li jipprovdu kontribuzzjonijiet fil-forma ta’ garanzija allokata minn reġjun, settur jew tieqa ta’ investiment (9). Il-Kumitat jirrakkomanda li jiżdied li l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jkunu konformi mal-prijoritajiet tal-iżvilupp tal-UE.

4.3.

Aħna nilqgħu l-impenn tal-Kummissjoni li tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment koperti mill-Garanzija tal-EFSD u bi pjaċir ninnotaw li r-rapport se jsir pubbliku sabiex jippermetti lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluża s-soċjetà ċivili, jesprimu l-fehmiet tagħhom. Il-KESE se jkun ħerqan biex jipparteipa fl-evalwazzjoni ta’ jekk l-EFSD huwiex qed jikkontribwixxi għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, inkluża r-raġuni ewlenija għall-ħolqien tiegħu – it-tneħħija tal-kawżi tal-migrazzjoni irregolari.

4.4.

Fl-opinjonijiet kollha tiegħu dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-Kumitat insista li l-għajnuna trid tingħata b’mod kompletament trasparenti sabiex jiġu evitati l-frodi, il-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa. Għalhekk, huwa jappoġġja l-fatt li dawn il-prinċipji jissemmew b’mod espliċitu fil-proposta (10).

4.5.

Il-Kumitat jissuġġerixxi li l-qerda tal-faqar tiżdied mal-SDGs imsemmija fl-Artikolu 3(2) li fuqhom se jiffoka l-EFSD u biex din tissemma’ fost l-għanijiet ġenerali skont l-Artikolu 8(1)(a).

Brussell, it-22 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Georges DASSIS


(1)  Opinjoni tal-KESE REX 478 Sħubija għall-Migrazzjoni l-ġdida ma’ pajjiżi terzi (ara paġna 66 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (“Il-Ftehim ta’ Cotonou”).

(3)  ĠU C 264, 20.7.2016, p. 1, ĠU C 303, 19.8.2016, p. 138, ĠU C 44, 11.2.2011, p. 129, ĠU C 229, 31.7.2012, p. 133; ĠU C 487, 28.12.2016, p. 24.

(4)  ĠU C 67, 6.3.2014, p. 1.

(5)  ĠU C 383, 17.11.2015, p. 49.

(6)  C(2015) 5210 final.

(7)  C(2016) 3436 final.

(8)  Punt 9 tal-kunsiderazzjonijiet.

(9)  Punt 14 tal-kunsiderazzjonijiet u l-Artikolu 14 punt 4.

(10)  L-Artikoli 17, 18, 19 u 20.


31.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/66


Opinioni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “It-twaqqif ta’ Qafas ta’ Sħubija ġdid ma’ pajjiżi terzi skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni”

[COM(2016) 385 final]

(2017/C 173/12)

Relatur:

Cristian PÎRVULESCU

Konsultazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea, 17.8.2016

Bażi legali

Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa

 

 

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni għar-Relazzjonijiet Esterni

Adottata fis-sezzjoni

31.1.2017

Adottata fil-plenarja

22.2.2017

Sessjoni plenarja Nru

523

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

225/4/2

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

L-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni għandha titfassal b’tali mod li tikkunsidra bis-sħiħ id-dimensjoni umanitarja tal-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, u l-UE m’għandhiex tinsal-impenji fundamentali u r-regoli legalment vinkolanti tagħha li jipproteġu l-ħajjiet u d-drittijiet tal-bniedem, speċjalment tal-persuni li jinsabu f’periklu.

1.2.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jappoġġja l-viżjoni li qed toħroġ fid-dieher wara s-Summit tal-Belt Valletta, li sar f’Novembru 2015, li l-għan ewlieni tiegħu kien li jagħti rispons fit-tul għall-migrazzjoni, filwaqt li jindirizza l-għeruq ta’ dak li jikkawża l-migrazzjoni u joħloq djalogu ma’ pajjiżi terzi bbażatat fuq il-kooperazzjoni u r-responsabbiltà konġunta. Il-KESE jittama li d-Djalogu Ewro-Afrikan dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp (il-“Proċess ta’ Rabat”) u l-Proċess ta’ Khartoum ser jikkontribwixxu għal implimentazzjoni rapida tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Belt Valletta.

1.3.

Il-KESE jappoġġja l-ftehimiet imfassla apposta u speċifiċi ma’ kull pajjiż, b’rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem. Il-flessibbiltà tipprovdi l-perspettiva u t-taħlita ta’ azzjonijiet u inċentivi adatti.

1.4.

Filwaqt li l-ħtieġa għal koordinazzjoni politika u semplifikazzjoni hija ċara, jidher li l-Aġenda dwar il-Migrazzjoni qed issir politika globali, filwaqt li tieħu post politiki oħra sabiex jintlaħqu l-azzjonijiet u l-objettivi tagħha (eż. tal-viċinat, l-għajnuna għall-iżvilupp u l-kummerċ). Filwaqt li jirrikonoxxi l-importanza tal-politika tal-migrazzjoni, il-KESE jqis ukoll li l-politiki l-oħra għandhom l-istess importanza u ta’ min isegwihom, u jirrakkomanda li l-parteċipazzjoni fil-politika dwar il-migrazzjoni ma tintużax bħala kundizzjoni għall-kooperazzjoni f’oqsma oħra ta’ politika. L-għan ewlieni tal-koordinazzjoni huwa li jitħeġġu s-sinerġija, il-komplementarjetà u l-komprensività bejn l-oqsma varji ta’ politika.

1.5.

Għandha ssir distinzjoni bejn in-nuqqas ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi minħabba nuqqas ta’ rieda politika u n-nuqqas ta’ kooperazzjoni minħabba nuqqas ta’ kapaċità u riżorsi. It-tnejn li huma jridu jiġu indirizzati iżda permezz ta’ mezzi differenti. Sabiex jiġu żgurati s-sostenibbiltà u r-reżiljenza, l-enfasi għandha tkun l-ewwel fuq il-bini tal-kapaċità. L-għajnuna ma għandha tiddependi taħt l-ebda ċirkustanza mir-riammissjoni u l-kontrolli mal-fruntieri.

1.6.

L-ekonomija hija ċentrali sabiex jiġu indirizzati l-għeruq ta’ dak li jikkawża l-migrazzjoni, iżda dan m’għandux ifisser li jitwarrbu d-dimensjonijiet politiċi, istituzzjonali u amministrattivi tal-istabbiltà u l-prosperità. L-istrateġija jeħtieġ tiġi aġġustata mill-ġdid sabiex tinkludi appoġġ aktar immirat u b’impenn akbar fi tliet oqsma: is-soluzzjoni tal-kunflitti u l-bini tal-istat, il-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, u l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili.

1.7.

Sabiex jiġu trattati l-għeruq ta’ dak li jikkawża l-migrazzjoni fuq perjodu twil ta’ żmien, pajjiż kwalunkwe jkollu bżonn gvern vijabbli u leġittimu, istituzzjonijiet rappreżentattivi b’saħħithom, partiti effettivi, mezzi tal-komunikazzjoni tal-massa u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. L-UE għandha tikkunsidra li tagħti attenzjoni u appoġġ adatti għall-assistenza demokratika u mhux tittratta l-kwistjonijiet tad-demokrazija bħala “ambjent tan-negozju ġenerali”, peress li tissemma fit-tielet pilastru tal-Pjan ta’ Investiment Estern.

1.8.

L-iżvilupp ta’ kanali ta’ migrazzjoni legali u ta’ kapaċitajiet istituzzjonali biex jappoġġjaw il-migrazzjoni legali għandu jkun prijorità fi ħdan il-Qafas ta’ Sħubija ma’ pajjiżi terzi, għall-UE, l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi.

1.9.

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jaqdu rwol sinifikanti sabiex jagħmlu r-risistemazzjoni, l-ivvjaġġar u l-akkoljenza tal-migranti u tar-refuġjati aktar sikuri u umani. Il-proposta għandha tikkunsidra mill-ġdid ir-rwol ta’ u l-appoġġ għall-attivitajiet tagħhom, minn organizzazzjonijiet lokali fil-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu tagħhom lil dawk li jieħdu sehem f’operazzjonijiet ta’ salvataġġ u fil-ġestjoni tal-akkoljenza u l-integrazzjoni. Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom ikunu involuti fil-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-azzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti kollha involuti fil-ġestjoni tal-migrazzjoni.

1.10.

Il-KESE jħeġġeġ lill-awtoritajiet pubbliċi, fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, jieħdu sehem fl-implimentazzjoni tal-politika dwar il-migrazzjoni u l-asil, b’konformità mal-obbligi legali internazzjonali u bil-għan li jiġu protetti d-drittijiet tal-bniedem u li tiġi ffaċiltata l-integrazzjoni.

1.11.

L-UE u l-Istati Membri, direttament jew indirettament, għandhom jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u josservaw il-prinċipju tan-non-refoulement abbażi tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra meta jwettqu dawn l-azzjonijiet u l-proċeduri.

1.12.

L-UE għandha tkun ċerta meta tagħti l-istatus ta’ “pajjiż sikur” lil pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu, sabiex ma tiksirx il-prinċipju tan-non-refoulement (1).

1.13.

Il-Kummissjoni fasslet il-viżjoni strateġika tagħha dwar kif l-azzjoni esterna tal-UE tista’ trawwem ir-reżiljenza u l-indipendenza ta’ persuni spustati bil-forza f’postijiet li huma kemm jista’ jkun viċin il-pajjiż ta’ oriġini tar-refuġjati. Filwaqt li din il-viżjoni għandha ċerti vantaġġi, għandu jiġi nnutat li l-UE, bħala attur internazzjonali responsabbli u b’għadd ta’ riżorsi, għandha wkoll obbligu morali u legali li tgħin lil dawk li jfittxu l-protezzjoni internazzjonali, b’konformità mat-trattati internazzjonali.

1.14.

Il-KESE jappoġġja ż-żieda fir-rati ta’ ritorn u riammissjoni, bi preferenza għar-ritorn volontarju u enfasi fuq ir-riintegrazzjoni. Ir-ritorn volontarju b’enfasi fuq ir-riintegrazzjoni għandu jkun wieħed mill-għażliet strateġiċi ewlenin li l-UE u l-Istati Membri jagħmlu fil-ġestjoni tal-proċess tal-migrazzjoni.

1.15.

Fil-patti u l-ftehimiet kollha, l-UE għandha tiżgura li jintużaw l-aktar inċentivi pożittivi, li l-għajnuna tkun imfassla u organizzata tajjeb, u li tindirizza wkoll il-kapaċitajiet istituzzjonali u amministrattivi tal-gvern, tippromovi d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem u tinkludi lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-proċessi kollha, speċjalment dawk lokali u nazzjonali.

1.16.

Il-KESE jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE, lill-Istati Membri, u lill-gvernijiet ta’ pajjiżi terzi biex jinvolvu u jappoġġjaw lill-gruppi tad-dijaspora kemm jista’ jkun. Dawn jistgħu jkunu riżorsa prezzjuża għall-iżvilupp fit-tul tal-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu, kif ukoll jagħtu kontribut prezzjuż lis-soċjetà u lill-ekonomija Ewropej. Il-promozzjoni tad-diversità u l-aċċess miftuħ għad-dinja hija pilastru tas-soċjetà Ewropea u l-politika dwar il-migrazzjoni għandha tosserva dawn iż-żewġ prinċipji.

1.17.

Il-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jipparteċipaw bis-sħiħ fi sforzi biex jikkoordinaw il-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni. Is-solidarjetà u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri huma żewġ prerekwiżiti għal implimentazzjoni effettiva tas-Sħubiji Qafas ma’ pajjiżi terzi.

1.18.

Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea toħloq il-pjattaforma ta’ djalogu li ppjanat bil-għan li tinkludi fiha l-kontribut tan-negozji, it-trejdjunjins u msieħba soċjali oħra, sabiex l-ekonomija Ewropea u l-migranti nnifishom jiksbu l-aqwa benefiċċji possibbli mill-migrazzjoni (2). Il-KESE huwa lest li jikkoopera fil-ħolqien u l-funzjonament adatt tagħha.

2.   Kuntest (abbażi tal-Komunikazzjoni tal-KE)

2.1.

Inkisbu ħafna affarijiet minn mindu ġiet adottata l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, mhux l-inqas lil hinn mill-fruntieri tal-UE. Mijiet ta’ eluf ta’ persuni ġew salvati fuq il-baħar (3). Is-Summit tal-Belt Valletta f’Novembru 2015 ressaq il-kwistjonijiet tal-migrazzjoni fil-qalba tar-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiżi Afrikani.

2.2.

Madankollu, fadal ħafna xi jsir. L-UE għadha qed tħabbat wiċċha ma’ kriżi umanitarja. Il-pajjiżi terzi u l-imsieħba tal-UE qed jospitaw ir-refuġjati, ħafna minnhom minorenni mhux akkumpanjati mġiegħla jħallu djarhom, kif ukoll ħafna migranti ekonomiċi li jixtiequ jiġu l-Ewropa.

2.3.

L-għan aħħari tal-Qafas ta’ Sħubija huwa li jservi ta’ impenn koerenti u mfassal apposta fejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jaġixxu f’mod koordinat u jużaw strumenti, għodod u effetti ta’ lieva biex jistabbilixxu sħubijiet komprensivi (patti) ma’ pajjiżi terzi għal ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni b’rispett sħiħ tal-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem u umanitarji tagħna.

2.4.

Għandha tittieħed azzjoni immedjata mal-imsieħba ewlenin f’dawn l-oqsma, fejn għandhom jiġu stabbiliti miri speċifiċi u li jistgħu jitkejlu: ħidma ma’ msieħba ewlenin sabiex jittejjeb il-qafas leġislattiv u istituzzjonali għall-migrazzjoni; għajnuna konkreta għall-bini tal-kapaċità rigward il-ġestjoni tal-fruntieri u l-migrazzjoni, inkluża l-protezzjoni tar-refuġjati; żieda fir-rati ta’ ritorn u riammissjoni bi preferenza għar-ritorn voluntarju u enfasi fuq ir-riintegrazzjoni; trażżin tal-flussi irregolari filwaqt li jiġu offruti kanali ta’ migrazzjoni legali, inkluża żieda fl-isforzi ta’ risistemazzjoni.

3.   Kummenti ġenerali

3.1.

Il-KESE huwa tal-fehma li l-migrazzjoni ġestita kif imiss hija opportunità għall-UE, għall-pajjiżi ta’ oriġini u għall-migranti u l-familji tagħhom. Il-migrazzjoni hija karatteristika integrali tas-soċjetà umana. Fl-istorja reċenti tal-popli Ewropej, il-migrazzjoni hija importanti ħafna.

3.2.

Jinqalgħu l-problemi meta l-persuni ma jitilqux b’mod volontarju; fejn bosta migranti jiġu sfurzati jħallu l-post ta’ residenza tagħhom minħabba faqar estrem, gwerer jew diżastri naturali. Dawn il-persuni huma vulnerabbli ferm. Jekk il-pajjiżi Ewropej jonqsu milli jniedu proċeduri u liġijiet marbutin mal-ġestjoni li jagħmluha iżjed faċli li l-migrazzjoni tkun ipproċessata permezz ta’ proċeduri legali u trasparenti, ħafna persuni li jemigraw bl-użu ta’ rotot irregolari, ta’ spiss b’sogru gravi għal ħajjithom, jiġu sfruttati minn netwerks kriminali involuti fil-kuntrabandu u t-traffikar tal-bnedmin.

3.3.

Il-KESE jwissi li, meta jkunu qed jiġu żviluppati politiki u liġijiet għall-organizzazzjoni tal-migrazzjoni u l-kontrolli tal-fruntieri, għandha tingħata l-attenzjoni meħtieġa biex dawn jikkonformaw bis-sħiħ mal-Konvenzjonijiet dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

3.4.

Il-proposta tal-Kummissjoni tintroduċi l-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni tant meħtieġa fil-proċeduri u l-istrumenti użati għall-ġestjoni tal-proċess tal-migrazzjoni li kulma jmur qed issir iktar kumplessa. Minħabba n-natura u d-dinamika tax-xejriet ta’ migrazzjoni reċenti, huwa ta’ benefiċċju li jkun hemm reviżjoni u aġenda aktar ċara tal-prijoritajiet.

3.5.

Il-KESE jqis li l-enfasi fuq is-salvataġġ tal-persuni f’riskju waqt li jkunu qed jivvjaġġaw hija ġustifikata għalkollox. Din għandha tkun prijorità assoluta għall-UE u l-Istati Membri. Minkejja li għadhom qed jintilfu ħajjiet fuq il-baħar, il-Kumitat ifaħħar ir-rwol taċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u l-persunal militari u ċivili involuti f’operazzjonijiet ta’ salvataġġ.

3.5.1.

Apparti l-għanijiet fuq perjodu qasir ta’ żmien tal-patti: li jissalvaw il-ħajjiet fil-Baħar Mediterran; li tiżdied ir-rata tar-ritorn lejn il-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu; li jiġi żgurat li l-migranti u r-refuġjati jibqgħu viċin pajjiżhom kemm jista’ jkun u li jiġi evitat li jagħmlu vjaġġi perikolużi, il-KESE jħeġġeġ ukoll lill-KE tinkludi l-protezzjoni tal-migranti tul l-hekk imsejħa rotta tal-Balkani, li ħajjithom u s-sikurezza tagħhom jistgħu jkunu fil-periklu, u l-ħolqien ta’ rotot legali għall-migrazzjoni.

3.6.

Il-KESE jtenni li l-UE u l-Istati Membri tagħha huma l-akbar donaturi tal-iżvilupp u umanitarji u li l-UE tipprovdi appoġġ sinifikanti lil refuġjati, persuni spostati internament u komunitajiet ospitanti pereżempju fil-Qarn tal-Afrika u ż-żoni tal-Lag taċ-Ċad (il-Kenja, is-Somalja, l-Uganda, l-Etjopja u s-Sudan).

3.6.1.

L-Aġenda dwar il-Migrazzjoni għandha tkun imfassla biex tikkunsidra bis-sħiħ l-ambitu tad-dimensjoni umanitarja. L-UE għandha diffikultà fil-ġestjoni tal-flussi attwali tal-migrazzjoni u tar-refuġjati. Madankollu, m’għandhiex tinsal-impenji u r-regoli legalment vinkolanti fundamentali tagħha li tipproteġi l-ħajjiet u d-drittijiet tal-bniedem, speċjalment ta’ dawk li jinsabu f’periklu.

3.7.

L-Aġenda dwar il-Migrazzjoni ser tirnexxi biss sal-punt fejn il-pajjiżi terzi jkunu lesti u kapaċi jaħdmu mill-qrib mal-UE u l-Istati Membri. Kull pajjiż għandu l-profil proprju tiegħu fir-rigward tal-migrazzjoni. Għadd minnhom huma pajjiżi ta’ oriġini u jgħaddu minn kunflitt, tensjonijiet u nuqqasijiet serji, filwaqt li oħrajn huma pajjiżi ta’ tranżitu li huma aktar stabbli iżda wkoll aktar vulnerabbli. Xi wħud minnhom ikollhom jaffaċċjaw numru sproporzjonat ta’ refuġjati u migranti li qed ifittxu s-sikurezza u l-għajnuna fit-territorji tagħhom, b’mod partikolari fil-Libanu, it-Turkija u l-Ġordan. Ir-rieda u l-kapaċità tagħhom biex jimplimentaw miżuri li jirriżultaw minn din is-sħubija dwar il-migrazzjoni jiddependu minn fatturi storiċi, politiċi, ekonomiċi, ta’ sigurtà u kulturali diversi u kumplessi. Għaldaqstant, huwa neċessarju li jinstabu l-perspettiva t-tajba u t-taħlita adatta ta’ azzjonijiet u inizjattivi b’rabta ma’ kull waħda minnhom. Fl-istess ħin, il-patti għandu jkollhom enfasi komuni, waħda li tinkoraġġixxi l-iżvilupp istituzzjonali, demokratiku, soċjali u ekonomiku tal-pajjiżi terzi.

3.8.

Jeħtieġ li l-Aġenda dwar il-Migrazzjoni tissaħħaħ aktar u titlob aktar koordinazzjoni ma’ oqsma ta’ politika rilevanti oħra. Fil-proposta tal-Kummisjoni, hemm previsti tliet oqsma bħal dawn: il-viċinat, l-għajnuna għall-iżvilupp, u l-kummerċ. Fil-Politika Ewropea tal-Viċinat, bejn wieħed u ieħor nofs il-finanzjament ser ikun iddedikat għal kwistjonijiet relatati mal-migrazzjoni. Fil-politika tal-iżvilupp, il-proposta tipprevedi l-introduzzjoni ta’ inċentivi pożittivi u negattivi li jippremjaw dawk il-pajjiżi li jissodisfaw l-obbligu internazzjonali tagħhom li jieħdu lura ċ-ċittadini tagħhom stess, u dawk li jikkooperaw fil-ġestjoni tal-flussi ta’ migranti irregolari minn pajjiżi terzi, kif ukoll dawk li jieħdu azzjoni biex jilqgħu lil persuni li qed jaħarbu kunflitti u persekuzzjoni. Huma previsti wkoll konsegwenzi għal dawk li ma jikkooperawx mal-linji politiċi ta’ riammissjoni u ta’ ritorn. Fir-rigward tal-politika tal-kummerċ, fejn l-UE tista’ tagħti trattament preferenzjali lill-imsieħba tagħha, il-KE tipproponi li l-kooperazzjoni ma’ politiki ta’ migrazzjoni għandha tkun fattur fl-evalwazzjoni tal-preferenzi kummerċjali taħt il-“GSP+” (sistema ġeneralizzata ta’ preferenzi).

3.9.

Minbarra dawn, l-oqsma kollha ta’ politika, inklużi l-edukazzjoni, ir-riċerka, it-tibdil fil-klima, l-enerġija, l-ambjent u l-agrikoltura, fil-prinċipju għandhom ikunu parti minn pakkett, jiġu previsti bħala sensittivi għall-migrazzjoni, u jagħtu l-akbar effett ta’ lieva għad-diskussjoni.

3.10.

Filwaqt li l-ħtieġa għal koordinazzjoni politika u semplifikazzjoni hija ċara, din l-istrateġija tqajjem xi tħassib. Jidher li l-Aġenda dwar il-Migrazzjoni qed issir politika globali, filwaqt li tieħu post politiki oħrajn li jsegwu l-attivitajiet u l-objettivi tagħha. Dan jista’ jaffettwa lil dawn il-politiki l-oħra, li kull waħda minnhom hija leġittima fir-rigward tal-għanijiet u l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Il-politika tal-viċinat għandha ġġib stabbiltà u prosperità lill-fruntiera tal-UE, u enfasi sproporzjonata fuq il-migrazzjoni tista’ twassal biex oqsma rilevanti oħra jingħataw il-ġenb. Il-politika tal-iżvilupp għandha wkoll objettivi b’firxa wiesgħa, inklużi għajnuna għal komunitajiet vulnerabbli u l-bini ta’ prospetti ekonomiċi u soċjali aħjar għal għexieren ta’ miljuni ta’ persuni. Il-politika tal-kummerċ għandha wkoll dimensjoni ta’ żvilupp sinifikanti, filwaqt li ġġib aktar opportunitajiet għaċ-ċittadini tal-UE kif ukoll għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

3.11.

Filwaqt li jirrikonoxxi li l-Aġenda tal-Migrazzjoni hija importanti, il-KESE jikkunsidra li kull politika hija tal-istess importanza u ta’ min isegwiha. L-għan ta’ koordinazzjoni huwa primarjament dak li tippromovi sinerġija, kumplementarjetà u komprensività tad-diversi oqsma ta’ politika.

3.12.

B’rabta ma’ dan, il-mod speċifiku li bih tissawwar il-koordinazzjoni tal-politika jissuġġerixxi l-possibbiltà ta’ approċċ kundizzjonali u koerċittiv – il-pajjiżi terzi għandhomm jikkooperaw mal-UE u l-Istati Membri fir-riammissjoni u r-ritorn taċ-ċittadini tagħhom stess, fil-ġestjoni tal-flussi ta’ migrazzjoni fit-territorji tagħhom u fuq il-fruntieri, u fl-akkoljenza ta’ persuni li qed jaħarbu mill-kunflitt u l-persekuzzjoni. Inkella, jista’ jiġi pperikolat l-aċċess għall-fondi u l-għajnuna tal-UE u għas-suq tal-UE. Din l-alternattiva tista’ tkun problematika u fl-aħħar mill-aħħar ma tkunx effettiva. Il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fl-aġenda dwar il-migrazzjoni hija mmexxija minn tħassib intern u kapaċitajiet interni. Għandha ssir distinzjoni bejn in-nuqqas ta’ kooperazzjoni minħabba nuqqas ta’ rieda politika u n-nuqqas ta’ kooperazzjoni minħabba nuqqas ta’ kapaċità u riżorsi. It-tnejn li huma jridu jiġu indirizzati iżda b’mezzi differenti. Sabiex jiġu żgurati s-sostenibbiltà u r-reżiljenza, l-enfasi għandha tkun l-ewwel fuq il-bini tal-kapaċità. Huwa importanti ħafna wkoll li ssir distinzjoni bejn l-assistenza għall-iżvilupp u l-kooperazzjoni b’rabta mal-migrazzjoni. Din tal-aħħar ma għandhiex tiddependi mill-ewwel waħda taħt l-ebda ċirkustanza.

3.13.

Meta jiġu indirizzati l-“għeruq ta’ dak li jikkawża” l-migrazzjoni, il-proposta tal-Kummissjoni tirreferi kważi esklużivament għall-ekonomija. Hija tenfasizza wkoll ir-rwol tal-investituri privati li jkunu qed ifittxu opportunitajiet ġodda ta’ investiment fi swieq emerġenti. Kif iddikjarat fil-proposta: “Minflok il-migranti irregolari jitħallew li jirriskjaw ħajjithom huma u jippruvaw jilħqu s-swieq tax-xogħol Ewropej, għandhom ikunu mmobilizzati riżorsi privati u pubbliċi Ewropej għal investiment f’pajjiżi terzi ta’ oriġini”.

3.14.

Il-Kummissjoni tipprevedi ukoll Pjan ta’ Investiment Estern ambizzjuż, bi tliet pilastri: “l-ewwel pilastru jippermetti li riżorsi pubbliċi skarsi jintużaw b’mod innovattiv, biex jiġi mobilizzat l-investiment privat billi joffri garanziji u fondi konċessjonali addizzjonali. It-tieni pilastru jkun jiffoka fuq l-assistenza teknika, u jgħin lill-awtoritajiet u lill-kumpaniji lokali jiżviluppaw numru ogħla ta’ proġetti bankabbli u jagħmilhom magħrufa lill-komunità internazzjonali tal-investituri. It-tielet pilastru jimmira għall-ambjent tan-negozju ġenerali billi jrawwem il-governanza tajba, jiġġieled il-korruzzjoni, ineħħi l-ostakli għall-investiment u d-distorsjonijiet tas-swieq.”

3.15.

L-ekonomija hija kruċjali fl-indirizzar tal-għeruq ta’ dak li jikkawża l-migrazzjoni. Għandha tintrabat mill-qriba mad-dimensjonijiet politiċi, istituzzjonali, amministrattivi u soċjali tal-istabbiltà u l-prosperità. It-tagħlimiet minn għexieren ta’ snin ta’ ħidma ta’ għajnuna u żvilupp juru li l-istituzzjonijiet huma fundamentali u fin-nuqqas ta’ qafas u infrastruttura adatti, id-dinamika prevista ma tintlaħaqx. L-investituri privati ma jinvestux f’pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu jekk ma jkunux stabbli. Il-finanzjament għall-investiment, l-iżvilupp u oqsma oħra ta’ politika għandu jibqa’ distint iżda jkollu għanijiet komplementari.

3.16.

Bosta mill-pajjiżi terzi, speċjalment dawk li saru pajjiżi ta’ oriġini għar-refuġjati u l-migranti, għandhom problemi fundamentali għall-istabbiltà u l-effettività tal-gvern. L-infrastrutturi u l-ekonomiji tagħhom huma dgħajfa u s-sistemi amministrattivi tagħhom huma sottożviluppati. Għalhekk, għandu jiġi kkunsidrat sforz imġedded għas-soluzzjoni tal-konflitti u l-bini tal-istat. Dan mhuwiex biss fil-każ tas-Sirja u l-Libja, iżda wkoll f’ħafna pajjiżi oħra. Ir-rikonoxximent ta’ dan il-fatt jista’ jgħin fil-prijoritizzazzjoni tal-miżuri u fl-identifikazzjoni tar-raġunijiet proprji għalfejn il-persuni finalment jaħarbu minn jew jgħaddu minn dawk it-territorji. Miżuri definiti b’mod ristrett, pereżempju taħriġ tal-gwardji tal-fruntiera u t-trasferiment tat-teknoloġija lilhom, iż-żarmar tan-netwerks ta’ kuntrabandisti, jew l-għoti ta’ inċentivi għar-ritorn, ikollhom impatt pożittiv iżda limitat ħafna. Il-migrazzjoni hija fenomenu li huwa marbut ma’ dgħufijiet tal-istat u nuqqasijiet ta’ natura u livelli differenti.

3.17.

L-inklużjoni tat-tielet pilastru tal-Pjan ta’ Investiment Estern ta’ governanza bħala “ambjent tan-negozju ġenerali” mhijiex biżżejjed sabiex tkopri l-firxa ta’ kwistjonijiet li jeħtieġ jiġu indirizzati. Sabiex jiġu trattati l-għeruq ta’ dak li jikkawża l-migrazzjoni fuq perjodu twil ta’ żmien, il-pajjiż ikollu bżonn gvern vijabbli u leġittimu, istituzzjonijiet rappreżentattivi b’saħħithom, partiti effettivi, mezzi tal-komunikazzjoni tal-massa u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. L-UE għandha tikkunsidra li tagħti attenzjoni u appoġġ adatti għall-assistenza demokratika. Dan huwa rilevanti mhux biss fil-qafas tal-migrazzjoni iżda wkoll f’oqsma oħra ta’ politika bħall-viċinat u l-kummerċ.

3.18.

Fil-proposta tal-Kummissjoni, ir-rwol tas-soċjetà ċivili mhuwiex rikonoxxut u appoġġjat biżżejjed. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jaqdu rwol importanti sabiex ir-risistemazzjoni, l-ivvjaġġar u l-akkoljenza tal-migranti u r-refuġjati jsiru aktar sikuri u aktar umani. Mill-kampijiet tar-refuġjati, ir-rotot tal-migranti, inkluż il-baħar, sas-siti ta’ akkoljenza fl-UE, dawn jagħtu kontribut siewi jekk mhux indispensabbli. Il-proposta għandha tikkunsidra mill-ġdid ir-rwol tal-attività tagħhom u l-appoġġ għaliha, minn organizzazzjonijiet lokali fil-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu, sa dawk li jipparteċipaw f’operazzjonijiet ta’ salvataġġ u fil-ġestjoni tal-akkoljenza u l-integrazzjoni. Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom ikunu involuti fil-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-azzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti kollha involuti fil-ġestjoni tal-migrazzjoni. Il-ħidma u r-rispons tagħhom jistgħu jqarrbu l-proċess kollu lejn l-istandards tad-drittijiet tal-bniedem rikonoxxuti u mħarsa mit-trattati internazzjonali u tal-UE.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1.

Fl-organizzazzjoni tal-attivitajiet u l-proċeduri kollha, l-UE u l-Istati Membri, direttament jew indirettament, għandhom jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u josservaw il-prinċipju tan-non-refoulement, abbażi tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra.

4.2.

Il-KESE huwa mħasseb ferm dwar il-ftehim bejn l-UE u t-Turkija u l-impatt tiegħu fuq id-drittijiet fundamentali tal-individwi soġġetti għalih. Id-Dikjarazzjoni UE-Turkija ġiet ikkontestata minn gruppi tas-soċjetà ċivili u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, peress li din ikkunsidrat lit-Turkija bħala “pajjiż sikur”. L-UE għandha tkun ċerta meta tagħti l-istatus ta’ “pajjiż sikur” lil pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu, sabiex ma tiksirx il-prinċipju tan-non-refoulement.

4.3.

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-viżjoni strateġika tagħha dwar kif l-azzjoni esterna tal-UE tista’ trawwem ir-reżiljenza u l-indipendenza ta’ persuni spustati bil-forza f’postijiet li huma kemm jista’ jkun viċin il-pajjiż ta’ oriġini tar-refuġjati (4). Filwaqt li din il-viżjoni għandha ċerti vantaġġi, għandu jiġi nnutat li l-UE, bħala attur internazzjonali responsabbli u b’għadd ta’ riżorsi, għandha wkoll l-obbligu morali u legali tagħha li tgħin lil dawk li jfittxu l-protezzjoni internazzjonali.

4.4.

Nilqgħu b’sodisfazzjon il-passi operattivi li għandhom l-għan li jiġġieldu kontra l-kuntrabandu tal-migranti. Il-kuntrabandisti jimponu prezzijiet kbar ħafna biex jgħinu lill-migranti u jesponuhom għal riskji serji. Fl-istess ħin, il-ġlieda kontra l-kuntrabandu mhux ser issolvi l-kwistjonijiet strutturali tal-migrazzjoni. Għal darb’oħra, il-ħolqien ta’ rotot legali għall-migrazzjoni huwa kruċjali u jnaqqas id-dipendenza tal-migranti min-netwerks tal-kuntrabandu.

4.5.

Jeħtieġ jiġi introdott mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni bejn il-livell tal-UE u dak tal-Istati Membri sabiex jimplimentaw il-patti. Jekk xi Stati Membri għandhom rabtiet storiċi ma’ pajjiżi terzi, dawn jistgħu jiġu mobilizzati biex jiżguraw kooperazzjoni aħjar.

4.6.

Il-KESE jilqa’ bi pjaċir il-proposta futura għal sistema ta’ risistemazzjoni strutturata li tipprovdi approċċ komuni għal wasla bla periklu u legali fl-Unjoni għall-persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali permezz tar-risistemazzjoni, bħala dimostrazzjoni diretta tal-impenn tal-UE li tgħin lill-pajjiżi li jinsabu taħt l-akbar pressjoni (5). Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Belt Valletta kien jinkludi impenn mill-UE u l-Istati Membri biex iniedu proġetti pilota li jiġbru flimkien offerti għal migrazzjoni legali. Madankollu, il-proposta għandha tkun ħafna aktar ċara u tidentifika proġetti speċifiċi li għandhom jiġu implimentati.

4.7.

Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon ir-riforma tal-Karta Blu (6) ppreżentata fis-7 ta’ Ġunju 2016, li għandha l-għan li tattira migranti b’livell għoli ta’ ħiliet lejn is-suq tax-xogħol tal-UE.

4.8.

Il-KESE jilqa’ bi pjaċir it-tfassil ta’ patti li jfittxu li jżidu l-effettività u s-sostenibbiltà tal-proċess ta’ ritorn u jipprovdu finanzjament adatt lill-pajjiżi ta’ riammissjoni u b’mod partikolari lill-komunitajiet li ser jintegraw mill-ġdid lill-persuni li jirritornaw. L-għoti ta’ inċentivi lill-awtoritajiet u ‘l-individwi huwa indispensabbli biex jiġi żgurat proċess effettiv.

4.9.

Il-KESE jappoġġja ż-żieda fir-rati tar-ritorn u r-riammissjoni, bi preferenza ċara għar-ritorn volontarju u enfasi fuq ir-riintegrazzjoni. Dan għandu jkun wieħed mill-għażliet strateġiċi ewlenin li l-UE u l-Istati Membri jagħmlu fil-ġestjoni tal-proċess tal-migrazzjoni. Dan iżid il-probabbiltà li dawk involuti jikkooperaw ilkoll u, aktar importnati, jibdel il-migrazzjoni fi xprun potenzjali għall-iżvilupp lokali.

4.10.

L-isforzi tal-UE u tal-Istati Membri għandhom jiġu kkoordinati fil-livell globali. Il-KESE jaqbel mar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tappoġġja l-istabbiliment ta’ skema globali ta’ risistemazzjoni bl-appoġġ tan-NU sabiex tippermetti risistemazzjoni rapida u effiċjenti f’pajjiżi sikuri. L-UE għandha kemm ir-riżorsi kif ukoll l-esperjenza biex tagħmel differenza, saħansitra permezz ta’ sforz lejn proċess aktar globali u multilaterali għall-ġestjoni tal-migrazzjoni.

4.11.

Il-KESE jappoġġja b’mod ġenerali d-direzzjoni tas-sħubijiet speċifiċi ma’ pajjiżi terzi: il-konklużjoni ta’ patti mal-Ġordan u l-Lebanon, filwaqt li l-kooperazzjoni UE-Tuneżija tilħaq il-livell li jmiss; it-tnedija u l-ftehim dwar patti man-Niġer, in-Niġerja, is-Senegal, il-Mali u l-Etjopja; u l-appoġġ għall-Gvern Libjan b’Kunsens Nazzjonali. F’dawn il-patti u l-ftehimiet, l-UE għandha tiżgura li jintużaw l-aktar inċentivi pożittivi, li l-għajnuna tkun imfassla u organizzata tajjeb, u li tindirizza wkoll il-kapaċitajiet istituzzjonali u amministrattivi tal-gvern, tippromovi d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem u tinkludi lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-proċessi kollha, speċjalment dawk lokali u nazzjonali.

4.12.

Il-KESE jirrikonoxxi l-isforzi fuq in-naħat kollha sabiex il-Qafas ta’ Sħubija jsir operattiv u effettiv, kif ippreżentat fl-Ewwel Rapport ta’ Progress ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea (7). It-tnedija tal-proġetti ffinanzjati mill-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Afrika fil-ħames pajjiżi ta’ prijorità hija sinjal li l-kooperazzjoni hija possibbli. Il-KESE jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jaħdmu lejn adozzjoni rapida tar-Regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli, strument ewlieni fil-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, it-tkabbir inklużiv, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali u l-integrazzjoni reġjonali barra mill-Ewropa.

Brussell, it-22 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Georges DASSIS


(1)  ĠU C 71, 24.2.2016, p. 82.

(2)  Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, COM(2015) 240 final, p. 15-17.

(3)  Biss biss, fl-operazzjonijiet Taljani “Mare Nostrum” ġew salvati 140 000 persuna mill-Baħar Mediterran. Mill-2015 ‘l hawn, permezz tal-operazzjonijiet tal-UE fil-Mediterran ġew salvati aktar minn 400 000 persuna.

(4)  COM(2016) 234 final tas-26 ta’ April 2016.

(5)  Ara COM(2016) 197 final tas-6 ta’ April 2016.

(6)  COM(2016) 378 final.

(7)  COM(2016) 700 final.


31.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/73


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment — Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017”

[COM(2016) 725 final]

(2017/C 173/13)

Rapporteur:

Etele BARÁTH

Consultation

Kummissjoni Ewropea, 8.12.2016

Bażi legali

L-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

 

 

Sottokumitat kompetenti

SC/046

Adottata fis-sottokumitat

17.1.2017

Adottata fil-plenarja

22.2.2017

Sessjoni plenarja Nru

523

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

181/5/36

Kooperazzjoni, approprjazzjoni u flessibbiltà

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jaqbel mal-prijoritajiet enfasizzati fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-Kummissjoni Ewropea għall-2017, jiġifieri s-supremazija mogħtija lill-promozzjoni tal-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir, permezz tat-tliet pilastri tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, jiġifieri riformi strutturali, l-iżgurar ta’ politiki fiskali responsabbli u t-tisħiħ tal-investiment. Dan l-istħarriġ annwali jikkostitwixxi bażi xierqa għall-ftuħ tal-proċess tas-Semestru Ewropew u l-iżvilupp ulterjuri ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż.

1.2.

Is-Semestru Ewropew jitqies bħala strument tajjeb għal aktar progress fil-politiki u r-rifoma, li jwassal għall-irkupru u l-impjieg. Is-SAT 2017 jiddeskrivi l-prijoritajiet ekonomiċi u soċjali l-aktar urġenti, flimkien ma’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi, madankollu, il-KESE jieħu b’serjetà kbira l-aspetti negattivi tar-regoli tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir u Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż li huma applikati fuq livell nazzjonali biex jistabbilixxu l-pożizzjoni fiskali taż-żona tal-euro.

1.3.

L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir jirrikonoxxi l-ħafna żviluppi pożittivi u sinjali ta’ rkupru fl-UE. L-investiment beda jiżdied, inħolqu 8 miljun impjieg ġodda mill-2013, il-mira ta’ 75 % ta’ impjieg tista’ tintlaħaq, hemm titjib strutturali fil-prestazzjoni tas-suq tax-xogħol, u l-livell medju tad-defiċit pubbliku tnaqqas ftit f’uħud mill-Istati Membri.

1.4.

Il-Kumitat jappoġġja l-idea li l-garanzija għal futur ekonomiku promettenti għal kulħadd hija l-bażi tal-preżervazzjoni tal-istil ta’ ħajja Ewropew, iżda jqis li jeħtieġ li jsiru sforzi addizzjonali sabiex jintlaħaq dan l-għan. L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir jgħid b’mod ċar li l-irkupru għadu fraġili. Il-qgħad għadu għoli, saħansitra żdied ir-riskju għall-faqar, il-PDG u r-rati ta’ tkabbir tal-produttività għadhom baxxi wisq, u l-investiment għadu wisq taħt il-livelli ta’ qabel il-kriżi. Għad hemm żbilanċi sinifikattivi u riskji usa’ fiż-żona tal-euro u fl-UE b’mod ġenerali.

1.5.

Il-KESE jemmen ukoll li l-globalizzazzjoni, l-iżviluppi demografiċi u teknoloġiċi, u b’mod partikolari d-diġitalizzazzjoni, huma sorsi importanti ta’ bidliet, li kollha għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minnhom. L-investiment fl-għarfien, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u l-ICT – li jixprunaw it-tkabbir – għandu jkun fost l-isforzi ewlenin.

1.6.

Il-Kumitat jappoġġja l-għanijiet dwar l-ugwaljanza, l-ekwità u l-inklużjoni, u jiġbed l-attenzjoni lejn l-importanza ta’ politiki koordinati u ta’ riformi.

1.7.

Fl-istess ħin, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, sabiex jintlaħqu l-għanijiet komuni u jingħelbu l-iżvantaġġi, huwa kruċjali li tissaħħaħ l-integrazzjoni. F’dan ir-rigward, il-governanza Ewropea bbażata fuq il-kollaborazzjoni responsabbli, karatterizzata kemm mid-dixxiplina kif ukoll mill-flessibbiltà, tikkostitwixxi garanzija. Is-Semestru Ewropew juri biċ-ċar li l-istabbiliment ta’ sħubijiet ta’ livell għoli bejn l-Istati Membri huwa mod effettiv biex noħorġu mill-kriżi.

1.8.

Il-KESE japprova fil-prinċipju l-missjonijiet stabbiliti fl-Istħarriġ dwar it-Tkabbir tal-2017, kif ukoll it-tqassim tal-kompiti bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. Itenni l-proposta tiegħu dwar l-arrikkiment tas-Semestru Ewropew, diġà fformulat fl-analiżi tiegħi dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016. Barra miż-żieda fl-investiment, ir-riformi strutturali u t-tisħiħ tal-ekwilibriju makroekonomiku, fost l-objettivi ewlenin huma l-progress li jrid isir fid-dawl tal-indikaturi lil hinn mill-PDG, l-għanijiet fil-qasam soċjali, ambjentali u s-sostenibbiltà.

1.9.

Fil-fehma tal-KESE, hija biss sistema ta’ indikaturi komprensiva – bħas-sistema attwali, li hija kapaċi wkoll tindirizza l-impatti soċjali u ambjentali – li verament tista’ tidentifika t-tkabbir ekonomiku reali orjentat lejn ir-riżultati (introjtu nazzjonali gross).

1.10.

Il-KESE jaħseb li rendikont ċar u komprensibbli tal-orjentamenti politiċi u strateġiċi dwar il-ġejjieni fil-qrib u fit-tul huwa indispensabbli. Jenħtieġ li l-prijoritajiet tal-Kummissjoni Juncker kif ukoll l-objettivi għall-2030 ibbażati fuq l-Istrateġija Ewropa 2020, li jinkludu wkoll l-isfidi tal-iżvilupp sostenibbli, għandhom jiddeterminaw b’mod konġunt il-proċessi ta’ żvilupp.

1.11.

L-aħħar previżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea (1) jindikaw li l-iżvilupp ekonomiku tal-Istati Membri tal-UE m’għandux jinbidel b’mod sostanzjali bejn l-2016 u l-2018 meta mqabbel mal-2015 u li s-sors ewlieni ta’ tkabbir se jkun il-konsum mhux l-investiment. Din il-perspettiva, li hija relatata ma’ tkabbir u investiment baxx, ma tantx hi promettenti, iktar u iktar fid-dawl tal-fatt li t-tisħiħ tad-domanda domestika jibqa’ importanti daqs qatt qabel meta wieħed jiġi biex tingħata spinta lill-investiment.

1.12.

Fid-dawl tal-limitazzjonijiet tal-kompetenzi tal-Unjoni, għandha tissaħħaħ il-koordinazzjoni tal-istrumenti kollha tal-politika soċjali. Sistema ta’ punt ta’ riferiment imfassla tajjeb, li għandha tiġi proposta mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali futur, tista’ tistimola l-proċess ta’ riforma u tiżgura koordinazzjoni aħjar tal-politiki soċjali fis-Semestru Ewropew.

1.13.

L-analiżi tal-livell ta’ adegwatezza bejn il-politika tradizzjonali ta’ koeżjoni li attwalment qed tgħaddi minn reviżjoni ta’ nofs it-terminu u l-finanzjament tagħha (FSIE) minn naħa, u l-istrumenti l-ġodda ta’ investiment (FEIS) min-naħa l-oħra, għandha tkun wieħed mill-kompiti tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir. Fid-dawl tal-fatt li dan huwa wieħed mit-tipi ta’ kooperazzjoni l-iżjed dinamiċi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri, huwa importanti wkoll li tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar f’termini tal-implimentazzjoni tiegħu. Jeħtieġ li jkunu kkoordinati l-isforzi għal titjib.

1.14.

Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir huwa wieħed mill-pilastri ewlenin tal-funzjonament tas-Semestru Ewropew. Żvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli fit-tul jista’ jkun ibbażat fuq politiki fiskali adegwati u koordinati fil-livell tal-UE u l-istabbiltà baġitarja u l-funzjonament trasparenti u prevedibbli tas-sistemi finanzjarji.

1.15.

Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-bidliet strutturali meħtieġa biex jinkiseb l-iżvilupp sostenibbli jeħtieġu fondi sinifikanti, li ser ikunu disponibbli biss jekk ir-riżorsi baġitarji jintużaw b’mod aktar effikaċi u jekk l-investimenti jiġu riveduti b’mod sinifikanti ‘l fuq.

1.16.

Jekk dan il-fond Ewropew ġdid, il-FEIS, jippermetti fundamentalment li jiżidiedu r-riżorsi fis-setturi produttivi u l-infrastrutturi fiżiċi, il-fatt li l-livelli ta’ investiment pubbliku u soċjali huma ferm anqas minn dak li hu meħtieġ huwa problematiku ħafna. F’dan ir-rigward jeħtieġ li tiġi żgurata flessibilità baġitarja suffiċjenti.

1.17.

Il-KESE jirrakkomanda bil-qawwa li tingħata prijorità għal investiment f’sistemi ta’ edukazzjoni, taħriġ, saħħa u sistemi soċjali oħra, b’mod partikolari f’reġjuni inqas żviluppati mill-medja.

1.18.

Il-governanza Ewropea jrid ikollha kemm ir-responsabbiltà konġunta kif ukoll il-flessibbiltà raġonevoli. Minn naħa, il-KESE jemmen li r-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-baġit tal-Unjoni, id-definizzjoni mill-ġdid tal-għanijiet, iż-żieda sinifikanti fis-sehem tar-riżorsi u riżorsi proprji u t-titjib tal-effettività u l-effiċjenza fl-implimentazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għat-tħejjija ta’ sistema fejn il-flessibilità tista’ titqies ukoll bħala mod biex jiġu koperti r-riskji. Min-naħa l-oħra, il-kundizzjonijiet imtejba tas-suq u r-regolamentazzjoni intelliġenti jistgħu jħeġġu l-kompetittività tal-ekonomija Ewropea f’sens wiesa’ (inkluż minn perspettiva ekonomika, soċjali u ambjentali).

2.   Kuntest

2.1.

Ħafna aktar importanti minn rieda politika komuni biex nibnu l-futur, illum il-ġurnata huma fil-fatt il-garanziji legali u l-obbligu ta’ kooperazzjoni ekonomika li jżommu l-koeżjoni tal-Unjoni Ewropea. L-Unjoni hija maqsuma u qed tiffaċċja kriżi multidimensjonali li dejjem qed tiġġedded. Il-votazzjoni marbuta mal-Brexit u l-inċertezza konsegwenti jikkostitwixxu sinjal ċar ta’ dan. Filwaqt li l-istaġnar politiku huwa ikbar minn dak ekonomiku, għad hemm disparitajiet ekonomiċi konsiderevoli minkejja l-irkupru ekonomiku li jista’ jiġi osservat f’xi Stati Membri.

2.2.

Il-kriżi tal-migrazzjoni tibgħat messaġġ traġiku ta’ impatt globali, li timponi fuq l-Ewropa minn naħa l-obbligu li tirrispetta l-impenn umanitarju tagħha li żżomm fis-seħħ is-sistemi soċjetali u soċjali Ewropej u min-naħa l-oħra li tikkonsolida r-rwol tagħha lil hinn mill-fruntieri tal-kontinent.

2.3.

Fir-rigward tal-funzjonament tal-Unjoni, kiber id-distakk bejn il-perċezzjoni tas-soċjetà u r-realtà. Ir-relazzjonijiet ta’ sħubija stabbiliti bejn is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet tagħha minn naħa, u s-sistema istituzzjonali tal-Unjoni min-naħa l-oħra, għadhom ‘il bogħod li jkunu sodisfaċenti; l-Ewropej jafu sew li s-sitwazzjoni qed tiggrava. Iċ-ċittadini u l-intrapriżi, żgħar, medji u kbar, jistennew inizjattivi effettivi.

2.4.

Il-forzi politiċi li qed iqiegħdu l-esiġenzi reali jew preżunti tal-indipendenza nazzjonali f’oppożizzjoni mal-kisbiet komuni tagħna qed jissaħħu. Fil-politika tal-lum sfortunatament qed issir enfasi fuq id-differenzi aktar milli fuq l-interazzjonijiet.

2.5.

Minn meta tfasslu l-proposti fil-qafas tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Istrateġija Ewropa 2020, kien deher ċar li kien essenzjali li jissaħħu l-proċessi ta’ żvilupp (u strumenti relatati) li jaffettwaw b’mod dirett liċ-ċittadini Ewropej, sabiex tingħata espressjoni lill-valuri Ewropej u jitmexxew ‘il quddiem l-interessi tal-Unjoni.

2.6.

Il-kriżi ekonomika u t-tnaqqis fl-investiment sussegwenti dgħajfu l-unità bejn l-Istati Membri, ibbażata fuq it-tkabbir, u kkawżaw tensjonijiet dejjem aktar profondi. Minkejja l-għan fundamentali tal-Unjoni, id-differenzi fl-iżvilupp bejn l-Istati Membri, u partikularment bejn ċerti reġjuni, qed jiżdiedu.

2.6.1.

Barra minn hekk, ir-regoli dwar id-defiċits tal-baġit stabbiliti fl-2005 għandhom jiġu adattati għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali attwali tal-UE, u għandhom iqisu li ċerti spejjeż pubbliċi, bħall-edukazzjoni, għandhom jitneħħew mill-kalkoli tad-defiċit, peress li huma importanti bħala investiment għall-futur.

2.7.

Filwaqt li l-Unjoni Ewropea tibqa’ ġeneralment attraenti, għadha ma rkupratx ir-rwol tagħha bħala attrazzjoni għall-investituri. Fir-rigward ta’ investimenti produttivi, l-UE qed taqa’ lura progressivament meta tqabbel mal-Istati Uniti. Il-pajjiżi li waqgħu lura qegħdin iżommu lura lil dawk l-iktar dinamiċi. It-tnaqqis fil-livelli ta’ produttività u d-dgħufija tal-proċessi tal-innovazzjoni jnaqqsu l-livell ta’ valur miżjud Ewropew li għandu jintuża fil-kompetizzjoni globali.

2.8.

F’xi pajjiżi l-investimenti produttivi qed jonqsu minkejja bilanċ baġitarju pożittiv sinifikanti. Dan ixekkel l-isforzi biex jerġa’ jinkiseb il-progress. Ir-reazzjoni hija kajmana u burokratika.

2.8.1.

Madankollu, il-KESE jistma li l-investiment u l-konsum huma meħtieġa ħafna sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ekonomiċi favur it-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli li jindirizza t-tibdil fil-klima. Għandu jkun hemm taħriġ ġdid u ħolqien tal-impjiegi li jagħtu spinta lill-kompetittività Ewropea.

2.9.

Fl-2014, il-Kummissjoni Ewropea nediet mudell ġdid ta’ żvilupp ekonomiku. L-objettivi fformulati, jiġifieri l-ħolqien ta’ impjiegi u l-promozzjoni tat-tkabbir, it-tisħiħ tas-suq uniku Ewropew, is-semplifikazzjoni tas-sistema ta’ regolaturi ekonomiċi, il-konsolidazzjoni tal-iżviluppi komunitarji prijoritarji, is-suq tal-enerġija, l-appoġġ għall-investimenti fis-suq u s-servizzi diġitali, it-trattament prijoritarju tan-netwerks intellettwali u fiżiċi għall-interkonnessjoni tal-Ewropa, u t-tisħiħ tar-responsabbiltà ambjentali jipprovdu dinamika ġdida kruċjali għall-ekonomija.

2.10.

Il-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni tal-programm, il-ħidma mwettqa fil-qafas tal-programm REFIT, il-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi u l-qafas istituzzjonali relatat jidhru li jikkonfermaw il-validità tal-intenzjonijiet. Iżda, kif ġie indikat preċedentement, dawn il-prospetti ta’ tkabbir mhumiex biżżejjed.

2.11.

In-nuqqas ta’ politiki baġitarji orjentati lejn it-tkabbir għal pajjiżi affettwati minn livell għoli ta’ dejn pubbliku u defiċits baġitarji, li f’xi każijiet irriżultaw mill-kollass bankarju u finanzjarju, aktar milli mit-tberbiq fl-infiq tal-gvern, irriżulta li kien kontroproduċenti u kkontribwixxa biex jitwessa’ d-distakk bejn pajjiżi b’eċċess u dawk b’defiċit. Skont il-każ, jista’ jkun aktar effiċjenti li jingħata aktar żmien u li jkun permess aġġustament aktar gradwali, peress li żieda fit-tkabbir ekonomiku għandha rwol ewlieni fit-tnaqqis tal-proporzjonijiet tad-defiċit u tad-dejn.

2.12.

Hemm lok li jiġi stabbilit sett ta’ għodod ta’ żvilupp biex jiġi żgurat it-tkabbir, biex jiġi stimolat l-aġġustament simetriku madwar l-UE u biex jittaffu t-tensjonijiet soċjali. Is-Semestru Ewropew jippermetti sabiex jitfassal proċess speċifiku għal pajjiż u biex isir monitoraġġ tal-implimentazzjoni, iżda dan il-proċess għandu biss rwol koinċidentali fl-istabbiliment tal-pożizzjoni fiskali taż-żona tal-euro, kif turi biċ-ċar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2016) 726 final dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro.

2.13.

L-għanijiet ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020 għadhom validi. Iċ-ċifri tal-qgħad jibqgħu inaċċettabbli, b’aktar minn 22 miljun ruħ qiegħda fl-Unjoni u aktar minn 17-il miljun fiż-żona tal-euro. L-għadd ta’ nies li jgħixu fil-faqar jew fir-riskju jiżboq il-122 miljun. In-nuqqas ta’ perspettivi għaż-żgħażagħ jikkostitwixxi ostaklu mdaqqas għall-futur li jista’ jiġġedded tal-Ewropa. Il-mobbiltà tal-ħaddiema hija baxxa. Is-sistema ta’ tagħlim tul il-ħajja mhux dejjem tkun fil-qalba tal-politiki. It-tendenzi, li jitbiegħdu mill-objettivi, mhumiex inkoraġġanti. Diġà hemm aktar minn 70 Direttiva dwar id-drittijiet soċjali fis-seħħ. Fl-opinjoni tiegħu dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-KESE jargumenta li, bħala parti mill-preparazzjoni għall-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, il-konverġenza ‘l fuq trid tkun stabbilita bħala objettiv għal drittijiet soċjali fl-Ewropa. Bl-istess mod, jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati t-tkabbir u l-kompetittività madwar l-UE. F’dan il-kuntest, huwa jenfasizza l-interdipendenza neċessarja bejn il-politika ekonomika, tal-impjieg u dik soċjali (2).

3.   Kummenti speċifiċi

3.1.

Investiment

3.1.1.

Il-Kummissjoni Ewropea tqiegħed il-ħarsa ġenerali tal-miżuri li għandhom l-għan li jiżviluppaw aktar is-sistema finanzjarja fil-qalba tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir. Dawn il-miżuri huma l-aktar sinifikanti f’termini tal-konsolidazzjoni ta’ kif jiffunzjona s-settur, it-titjib tal-effiċjenza tal-FEIS, it-tneħħija tal-ostakoli għall-investimenti, u l-espansjoni tar-rwol globali tal-ekonomija Ewropea.

3.1.2.

Il-KESE jaqbel mal-importanza kbira mogħtija lill-ħolqien ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali u ta’ kundizzjonijiet ta’ qafas oħrajn, sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet ta’ finanzjament, jinfirex ir-riskju, u l-kreditu jsir aktar aċċessibbli – b’mod partikolari billi jitneħħew l-ostakoli li qed jiffaċċja s-settur tal-SMEs – u t-traspożizzjoni fil-prattika tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs.

3.1.3.

F’dan ir-rigward, ta’ min isemmi pereżempju r-Regolament dwar fondi ta’ kapital ta’ riskju u l-iżvilupp ulterjuri tal-fond ta’ intraprenditorija soċjali, it- “tieni opportunità” għal intraprendituri li jfallu, it-titjib tal-proċeduri ta’ insolvenza jew l-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ ristrutturar preventiv. Li titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-banek u tiżdied l-effiċjenza operattiva tagħhom għandu jkun wieħed mill-pilastri tal-iżvilupp tal-attivitajiet ta’ investiment.

3.1.4.

Kollox jindika li l-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi – minbarra t-tkabbir tiegħu, li diġà kien is-suġġett ta’ deċiżjoni – għandu effett ta’ inċentiv ewlieni fuq is-suq Ewropew tal-investimenti. Dan jista’ jkun ta’ importanza partikolari fil-kuntest tal-kisba tal-miri sal-2030, li jinkludu wkoll kriterji dwar l-iżvilupp sostenibbli. It-tranżizzjoni gradwali lejn ekonomija ċirkolari b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju se toħloq impjiegi ġodda, partikolarment fis-settur tas-servizzi, u l-prodotti li jissodisfaw il-kriterji ta’ sostenibbiltà jistgħu jiftħu toroq ġodda għall-innovazzjoni.

3.1.5.

F’opinjonijiet preċedenti, il-Kumitat kien diġà enfasizza li l-ikkompletar tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali se jiftħu opportunitajiet ta’ għażla għall-investimenti. Id-dinamizzazzjoni ta’ dawn l-oqsma tiddependi wkoll fuq ftehimiet kummerċjali internazzjonali, li wħud minnhom jistgħu jiġu affettwati ħażin ħafna minn attitudnijiet li qed jinbidlu fil-politiki globali, u l-aċċessibbiltà tas-swieq li tirriżulta minnhom.

3.1.6.

Il-KESE huwa tal-fehma li huwa essenzjali li l-fondi strutturali jistgħu jiġu użati iktar milli qed jiġu użati llum biex jappoġġjaw l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-mobbiltà marbuta magħhom.

3.2.    Lħiq ta’ riformi strutturali

3.2.1.

Il-KESE jaqbel mal-impenn li jitwettqu riformi strutturali b’mod differenzjat, kif maqbul. Għandhom jiġu previsti fil-livell Ewropew u nazzjonali l-mezzi neċessarji għal dan il-għan.

3.2.2.

Il-KESE jaqbel mal-Parlament Ewropew li suq tax-xogħol flessibbli li jiffunzjona tajjeb jikkostitwixxi waħda mill-kundizzjonijiet għall-ħolqien ta’ ambjent ekonomiku pożittiv. Madankollu, huwa jaħseb li huwa neċessarju li tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali tas-suq uniku Ewropew.

3.2.3.

Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi għandhom jiġu implimentati b’tali mod li jiżguraw li tingħata konsiderazzjoni dovuta għall-kapaċitajiet baġitarji tal-Istati Membri sabiex dawn ikunu jistgħu jiżviluppaw politiki biex tingħata spinta lit-tkabbir u l-inklużjoni soċjali.

3.2.4.

Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon it-tnedija tal-KE tal-konsultazzjoni dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali minn Marzu 2016, u jaqbel li l-iżvilupp ekonomiku għandu jwassal għal aktar progress u koeżjoni soċjali. L-Istati Membri bl-aħjar prestazzjoni f’termini ekonomiċi żviluppaw politiki soċjali aktar ambizzjużi u effiċjenti, iżda b’mod ġenerali, il-kompetittività u d-dimensjoni soċjali jeħtieġ li jiġu mtejba fl-Ewropa.

3.2.5.

Huwa importanti li r-riformi implimentati mill-Istati Membri jiggarantixxu l-aċċess għal servizzi u riżultati ta’ kwalità. Barra minn hekk, it-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kura tas-saħħa, l-akkomodazzjoni u l-indukrar tat-tfal huwa kundizzjoni sine qua non tal-iżvilupp ekonomiku u se jkollu impatt dirett fuq l-iżvilupp tal-istil ta’ ħajja u l-inklużjoni soċjali.

3.2.6.

Ir-rwol tal-imsieħba soċjali fit-tfassil, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali huwa partikolarment importanti. Dan ir-rwol għandu jkun ibbażat fuq bidu ġdid għad-djalogu soċjali – ispirat mill-forma attwali ta’ djalogu iżda bi strumenti parteċipattivi msaħħa. L-impenn soċjali responsabbli jiddipendi minn komunikazzjoni ċara u diretta, u l-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni mħabbra mill-KE li jiġu involuti l-imsieħba soċjali b’mod profond u sistematiku fiċ-ċiklu tas-semestru Ewropew.

3.2.7.

Approċċ u implimentazzjoni koerenti tar-riformi jippermettu wkoll konsiderazzjoni akbar tad-dimensjoni soċjali fil-proċess tas-Semestru Ewropew. Huwa xieraq li jiġu arrikkiti l-għodod u l-metodoloġija tal-politika ekonomika b’viżjoni orjentata lejn riżultati sostenibbli, u valuri soċjali li jirriflettu wkoll is-sostenibbiltà.

3.2.8.

L-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ inċentivi, li toħloq kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusti, tappoġġja aktar it-tkabbir u tillimita l-possibbiltajiet ta’ abbuż, għandha tagħmel parti integrali tal-proċess ta’ riforma.

3.3.    Politiki fiskali pożittivi

3.3.1.

L-implimentazzjoni u l-kontroll tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, u ta’ x’inhu l-impatt tagħhom fuq l-ekonomiji tal-Istati Membri individwali, huma element importanti tal-proċess tas-Semestru Ewropew. Hija ħasra li l-proċess tas-semestru wera li huwa strument unilaterali li jipproskrivi dejn u defiċits għoljin taħt piena ta’ sanzjonijiet, iżda jippreskrivi biss tnaqqis sempliċi ta’ bilanċ pożittiv kbir wisq. Il-KESE huwa favur il-flessibilità, speċjalment meta din tagħmilha possibbli li l-investimenti pubbliċi jagħtu spinta lis-setturi li wkoll huma utli fuq medda ta’ żmien twila (edukazzjoni, taħriġ u saħħa).

3.3.2.

Madankollu, il-KESE jqis li huwa essenzjali li l-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir għandu jiġi komplementat mill-introduzzjoni ta’ proċedura għall-iżbilanċi soċjali paragunabbli mal-proċedura eżistenti rigward l-iżbilanċi makroekonomiċi, li tidentifika u tanalizza l-impatt soċjali tal-attivitajiet ekonomiċi fl-Istati Membri. Kif intqal hawn fuq, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali lid-defiċits tal-baġits nazzjonali meta dawn ikunu marbuta ma’ investimenti għall-futur, bħalma huma l-edukazzjoni, jew investimenti mmirati lejn il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet għal tranżizzjoni ekonomika lejn ekonomija sostenibbli li tindirizza t-tibdil fil-klima.

3.3.3.

Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon it-tisħiħ tar-rwol tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-isforzi tal-Kummissjoni favur approċċ baġitarju pożittiv għall-politika monetarja fiż-żona tal-euro. Il-KESE jirrikonoxxi r-rwol importanti li kellu l-BĊE biex terġa’ tinkiseb l-istabbiltà wara l-kriżi. Dan għandu jiġi kkomplementat b’miżuri aktar b’saħħithom biex titħaffef ir-rata ta’ żieda fit-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta’ impjiegi. F’dan il-kuntest, il-KESE huwa mħasseb u ddiżappuntat li l-Kunsill ċaħad ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għal pożizzjoni fiskali pożittiva fiż-żona tal-euro.

3.3.4.

Ir-rati tal-imgħax baxxi li jikkaratterizzaw il-perjodu attwali joffri lill-Istati Membri l-possibbiltà li jiżdied l-investiment pubbliku, filwaqt li jonqos il-proporzjon tad-dejn tagħhom. Il-KESE huwa tal-fehma li, fi ħdan il-limiti tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-baġit tal-UE u l-preparazzjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss, u l-introduzzjoni tal-“baġit tal-UE ffukat fuq ir-riżultati”, għandhom joffru opportunità li jiġu implimentati prattiki ta’ investiment oriġinali li jsostnu t-tkabbir ekonomiku u jiżguraw is-sostenibbiltà fit-tul.

3.3.5.

It-tbassir tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2017 huwa ta’ importanza partikolari meta jiġi analizzat l-iżvilupp strutturali tas-soċjetà Ewropea. L-isforzi biex jitnaqqsu l-effetti negattivi tat-tixjiħ fuq is-soċjetà jżidu dejjem iżjed il-pressjoni fuq il-baġits tal-Istati Membri. Għandha tiġi enfasizzata għal darb’ oħra l-importanza ta’ taħriġ u taħriġ mill-ġdid, ir-rwol ta’ prevenzjoni li huwa responsabbiltà tas-settur tas-saħħa u l-ħtieġa għal riforma tas-sistema ta’ protezzjoni soċjali.

4.   Kummenti ġenerali

4.1.

Huwa essenzjali u urġenti li jiġi żviluppat fid-dettall u implimentat programm prijoritarju li jipprevedi l-konsolidament sħiħ tas-sistema finanzjarja taż-żona tal-euro. Madankollu, dan m’għandux jirriżulta f’li jitwessa’ d-distakk bejn il-pajjiżi tal-Ewropa.

4.2.

L-ewwel perjodu ta’ żvilupp b’żewġ veloċitajiet imħabbar mill- “Ħames Presidenti” dwar l-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja Ewropea jispiċċa fl-2017. “White Paper” twitti t-triq għat-tieni stadju. Fil-kuntest stabbilit permezz tal-Brexit, it-tisħiħ tal-erba’ unjonijiet – ekonomika, fiskali, finanzjarja u politika – huwa ta’ importanza partikolari ħafna. Jidher essenzjali, għall-perjodu ta’ wara l-Brexit, li jiġu riveduti ‘l fuq il-kapaċitajiet finanzjarji.

4.2.1.

Filwaqt li s’issal-attenzjoni kienet primarjament fuq it-tisħiħ tas-sistema finanzjarja u ekonomika taż-żona tal-euro – l-istabbiliment ta’ bordijiet tal-kompetittività u l-produttività, it-tisħiħ tal-unjoni bankarja u qbil dwar it-tielet pilastru tagħha, skema ta’ garanzija tad-depożiti bankarji (EDIS), l-istabbiliment ta’ entità superviżorja biex tiġi infurzata d-dixxiplina baġitarja, u progress fit-triq lejn kooperazzjoni mill-qrib fis-swieq kapitali – ir-rieda li tiġi żviluppata kooperazzjoni politika għandha tiġi intensifikata wkoll.

4.2.2.

Jidher ċar li dan għandu jħeġġeġ lill-mexxejja tal-UE biex jistabbilixxu approċċ strateġiku ġenerali msejjes fuq politika ekonomika flessibbli. F’konformità mat-Trattat ta’ Lisbona u l-qafas regolatorju li jirregola l-implimentazzjoni tiegħu, tali approċċ għandu jieħu iktar inkunsiderazzjoni l-partikolaritajiet soċjetali u soċjali kif ukoll il-kapaċità ta’ reżistenza ta’ kull pajjiż, anke f’każi fejn il-ftehimiet ta’ regolamentazzjoni ekonomika u l-istrumenti tagħhom jiffunzjonaw tajjeb

(l-attitudni iktar flessibbli reċenti minn Franza, Spanja jew il-Portugall fit-tnaqqis tad-defiċit baġitarju tirrifletti dan l-iżvilupp possibbli).

4.3.

F’perjodi baġitarji u finanzjarji preċedenti, ir-rekwiżit li jiġi identifikat “valur miżjud Ewropew” ħa importanza sinifikanti fil-kuntest tad-definizzjoni tal-programmi u l-missjonijiet. Id-diversi programmi appoġġjati mill-fondi Ewropej qed jimmiraw dejjem iżjed u iżjed lejn kooperazzjoni prattika bejn l-Istati Membri tal-Unjoni, fejn l-isforzi konġunti wasslu għal riżultati aqwa milli kien possibbli fil-livell purament nazzjonali (il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, Orizzont 2020, eċċ), li rawmu l-konverġenza ta’ interessi komuni Ewropej bejn il-livell lokali u dak tal-Istati Membri (il-ġlieda kontra l-qgħad u l-faqar, l-iżvilupp tal-infrastruttura, żvilupp reġjonali u urban, eċċ.). L-iskala tar-riżorsi disponibbli madankollu mhijiex proporzjonata mal-iskala tal-kompiti li għandhom jitwettqu.

4.4.

L-approssimazzjoni tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 ingħatat ukoll attenzjoni konsiderevoli fil-kuntest tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi matul il-proċess tas-Semestru Ewropew. Minbarra r-riformi baġitarji u strutturali, il-programmi ta’ riforma tal-Istati Membri kellhom ukoll jifformulaw objettivi speċifiċi u jispeċifikaw il-modi tat-twettiq tagħhom. It-tliet pilastri tal-Istrateġija Ewropa 2020 – Ewropa intelliġenti, sostenibbli u inklużiva – u s-sistema tagħha ta’ indikaturi jistgħu jibqgħu jservu ta’ referenza għas-soluzzjonijiet li jridu jinstabu quddiem sfidi ġodda li se jinqalgħu sal-2030.

4.5.

L-għanijiet ta’ sostenibbiltà soċjoambjentali fit-tul għandhom jaqdu rwol aktar importanti fil-kuntest tal-mekkaniżmu tas-Semestru Ewropew. Dan il-proċess jista’ jħeġġeġ id-djalogu dwar kwistjonijiet ewlenin bħall-promozzjoni ta’ investimenti differenti fis-settur soċjali u s-settur pubbliku, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-investimenti b’benefiċċji netti fit-tul meta tikkalkula d-defiċit tal-baġit, jew anke l-iżvilupp ta’ struttura istituzzjonali li sservi l-benesseri taċ-ċittadini. Irid ikun hemm “regola tad-deheb” ġdida li tiddefinixxi x’inhu l-konsum u x’inhu l-investiment. Huwa possibbli li jinħolqu l-kundizzjonijiet neċessarji għal dan l-għan billi tiġi esplorata l-possibbiltà li jiġu riveduti l-mekkaniżmi tal-baġit tal-Unjoni u jiżdiedu s-sorsi ta’ dħul tagħha.

4.6.

Sens ta’ sjieda pubblika iżjed mifruxa, mill-istadju meta jiġu definiti l-missjonijiet sakemm jiġu implimentati, kif ukoll ir-rikonoxximent tar-rwol dejjem jikber tal-benefiċjarji finali, huma ta’ importanza partikolari fil-kuntest ta’ din il-konsultazzjoni. Ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali jrid jissaħħaħ u t-tħassib tagħhom dwar is-sussidjarjetà rispettat.

4.7.

M’hemmx unità fil-viżjoni tal-futur, ir-rieda politika jew il-kapaċità ta’ governanza. L-arranġament legali huwa kumpless u l-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali u tas-soċjetà ċivili hija purament formali, u dan jirrifletti n-nuqqas ta’ appoġġ pubbliku. Dan iżid l-iżbilanċ demokratiku u jdgħajjef il-fiduċja.

4.8.

Bħalissa, żewġ settijiet kbar ta’ strumenti u istituzzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji differenti ħafna, kull wieħed minnhom akkumpanjat bil-proċedura tiegħu stess, jiddeterminaw il-proċessi ta’ żvilupp. Għandha tissaħħaħ il-komplementarjetà bejn dawn l-istrumenti u l-istituzzjonijiet; mhuwiex biżżejjed li jiġu definiti linji gwida għal dan l-għan. Hija meħtieġa soluzzjoni sistemika.

4.8.1.

L-ewwel nett, dan jirrigwarda l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) tradizzjonali, li l-għan tagħhom huwa li jippromovu l-koeżjoni. Dawn jieħdu l-forma ta’ għajnuniet għall-investiment u għall-iżvilupp, li jiġu mmodernizzati b’mod kontinwu, minkejja li n-natura tagħhom ma tinbidilx. Dawn huma disponibbli permezz tat-tqassim mill-ġdid tal-baġit tal-Unjoni, li ġej mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri l-aktar żviluppati. F’ċertu numru ta’ każi, dawn il-fondi mhumiex stmati fil-valur ġust tagħhom mill-benefiċjarji, li jsostnu li “għandhom dritt” għalihom.

4.8.2.

Fil-kuntest tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu previst fil-proċess tal-qafas finanzjarju (QFP) ta’ seba’ snin li jispiċċa fl-2020, huwa indispensabbli, sabiex tiġi promossal-komplementarità msemmija hawn fuq, li tiġi kkompletata u ssemplifikata r-regolamentazzjoni.

4.8.3.

Huwa f’din il-perspettiva li l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għandhom l-għan li jsaħħu l-objettivi finanzjarji, jistimolaw l-investiment, jiġu indirizzati l-flussi migratorji, kif ukoll għat-tnaqqis tal-qgħad fost iż-żgħażagħ.

4.8.4.

It-tisħiħ tal-flessibilità u s-semplifikazzjoni tar-regoli dwar l-aċċess għall-finanzjament huma elementi ewlenin.

4.8.5.

It-tieni sett ta’ strumenti għall-implimentazzjoni tal-“Pjan Juncker” huwa l-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS), strument finanzjarju ġdid orjentat lejn is-suq kapaċi jipprovdi appoġġ għall-kapital ta’ riskju u li jimmobilizza fondi pubbliċi, bankarji u privati. L-ammont tal-FEIS diġà laħaq il-EUR 500 biljun u l-perjodu ta’ referenza għandu jkopri l-perjodu sal-2020. Huwa jista’ jaqdi rwol importanti fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss.

4.9.

Jeħtieġ li jiġi integrat il-mekkaniżmu l-ġdid ta’ governanza maħluq fil-governanza futura mmirata lejn l-iżvilupp. L-armonizzazzjoni taż-żewġ sistemi ta’ finanzjament għandu jkollha wkoll lok fil-livell ta’ kull Stat Membru. Aktar fit-tul, ikun għaqli li jiġu kkombinati ż-żewġ mekkaniżmi ta’ governanza.

4.10.

Il-KESE jqis pożittiv il-komunikazzjoni l-ġdida tal-Kummissjoni Ewropea, li tiġbor fil-qosor, għall-perjodu sal-2030, il-ħidmiet strateġiċi ta’ gwida mwettqa s’issa u li huma kapaċi jiffaċċjaw l-isfidi tas-sostenibbiltà.

4.11.

Il-missjonijiet fil-qafas tal-proċess ġdid ta’ programmazzjoni għandhom jibbażaw fuq numru mnaqqas ta’ objettivi ċari. L-implimentazzjoni tinvolvi rikors għal strument ġdid strateġiku, fil-qafas tal-Kummissjoni Ewropea, sistema ta’ governanza bbażata fuq il-koordinazzjoni, li tqis ukoll il-kontroll soċjali.

4.12.

Abbażi tal-valutazzjoni tal-effettività u l-effiċjenza tal-istrumenti finanzjarji differenti, diġà jidher meħtieġ li titħejja proposta għall-perjodu taa’ żmien sal-2030 għal tqassim aħjar tal-kompiti bejn l-għanijiet ta’ koeżjoni tradizzjonali u l-investimenti skont il-loġika tas-suq. Il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ proġett marbut mal-FEIS jipprovdi għajnuna metodoloġika ta’ kwalità, ukoll fil-każ ta’ użu ta’ strumenti ta’ koeżjoni tradizzjonali.

4.13.

Biex tittejjeb l-effikaċja u l-effiċjenza tas-Semestru Ewropew, jeħtieġ li tissaħħaħ l-istruttura istituzzjonali tas-sħubija u dawn jiġu estiżi, skont id-dritt ta’ parteċipazzjoni pubblika, għaċ-ċittadini Ewropej kollha. Iċ-ċittadini fil-fatt għandhom jiġu garantiti l-possibbiltà li jaċċessaw informazzjoni rilevanti u li jipparteċipaw fid-deċiżjonijiet ta’ ppjanar u ta’ implimentazzjoni. Għandhom ikunu jistgħu wkoll jagħtu l-opinjoni tagħhom fir-rigward tal-proġetti dwar programmi, sejħiet għal offerti u rapporti ta’ evalwazzjoni.

Brussell, it-22 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Georges DASSIS


(1)  Kummissjoni Ewropea: Previżjonijiet Ekonomiċi Xitwa 2017 – Ħarsa ġenerali, 13 ta’ Frar 2017

(2)  SOC/542 (ĠU C 125, 21.4.2017, p. 10).


APPENDIĊI

għall-OPINJONI

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-punti li ġejjin tal-Opinjoni tas-sotto kumitat, li ġew sostitwiti minn emendi adottati mill-Assemblea, irċevew mill-inqas kwart tal-voti mixħuta (Artikolu 54(4) tar-Regoli ta’ Proċedura):

(a)   Punt 1.9:

 

Fil-fehma tal-KESE, hija biss sistema ta’ indikaturi kumplessa, kapaċi wkoll tindirizza l-impatti soċjali u ambjentali, li verament tidentifika t-tkabbir ekonomiku reali orjentat lejn ir-riżultati (introjtu nazzjonali gross).

Riżultat tal-vot:

Favur:

111

Kontra:

109

Astensjonijiet:

13

(b)

Punt 2.13:

 

L-għanijiet ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020 għadhom validi. Iċ-ċifri tal-qgħad jibqgħu inaċċettabbli, b’aktar minn 22 miljun ruħ qiegħda fl-Unjoni u aktar minn 17-il miljun fiż-żona tal-euro. L-għadd ta’ nies li jgħixu fil-faqar jew fir-riskju jiżboq il-122 miljun. In-nuqqas ta’ perspettivi għaż-żgħażagħ jikkostitwixxi ostaklu mdaqqas għall-futur li jista’ jiġġedded tal-Ewropa. Il-mobbiltà tal-ħaddiema hija baxxa. Is-sistema ta’ tagħlim tul il-ħajja mhux dejjem tkun fil-qalba tal-politiki. It-tendenzi, li jitbiegħdu mill-objettivi, mhumiex inkoraġġanti. Diġà hemm aktar minn 70 Direttiva dwar id-drittijiet soċjali fis-seħħ. “Il-KESE jenfasizza li hemm bżonn tkabbir u kompetittività fl-UE kollha. F’dan il-kuntest, il-KESE jenfasizza l-interkonnessjoni neċessarja bejn il-politika ekonomika, tal-impjieg u dik soċjali”  (3).

Riżultat tal-vot:

Favur:

145

Kontra:

62

Astensjonijiet:

14

(c)   Punt 3.2.2:

 

Il-KESE jaqbel mal-Parlament Ewropew li suq tax-xogħol flessibbli li jiffunzjona tajjeb jikkostitwixxi waħda mill-kundizzjonijiet għall-ħolqien ta’ ambjent ekonomiku pożittiv. Il-KESE jinnota li l-UE hija l-aktar reġjun żviluppat fid-dinja f’termini ta’ assistenza soċjali.

Riżultat tal-vot:

Favur:

141

Kontra:

65

Astensjonijiet:

16


(3)  Opinjoni tal-KESE dwar “Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali” (SOC/542) (ĠU C 125, 21.4.2017, p. 10).


31.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/82


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 87/217/KEE, id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u Direttiva 94/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-regoli ta’ proċedura fir-rappurtar fil-qasam tal-ambjent u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE”

[COM(2016) 789 final — 2016/0394 COD]

(2017/C 173/14)

Konsultazzjoni

Parlament Ewropew, 13.2.2017

Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 20.2.2017

Bażi legali

Artikolu 192(1) u Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Sezzjoni kompetenti

Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent

Adottata fis-sessjoni plenarja

22.2.2017

Sessjoni plenarja Nru

523

Riżultat tal-votazzjoni

(favur/kontra/astensjonijiet)

178/1/2

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa sodisfaċenti u li, barra minn hekk, diġà ta fehmtu dwar is-suġġett fl-opinjoni preċedenti tiegħu CESE 1491/90, adottata fit-18 ta’ Diċembru 1990 (*1), iddeċieda, matul il-523 sessjoni plenarja tiegħu tat-22 u t-23 ta’ Frar 2017 (seduta tat-22 ta’ Frar 2017), b’178 vot favur, vot 1 kontra u 2 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost u li jagħmel referenza għall-pożizzjoni li ħa fid-dokument imsemmi.

Brussell, it-22 ta’ Frar 2017.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Georges DASSIS


(*1)  Opinjoni tal-KESE 1491/90 dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill għall-Armonizzazzjoni u r-Razzjonalizzazzjoni tar-Rapporti dwar l-Implimentazzjoni ta’ Ċerti Direttivi dwar l-Ambjent (ĠU C 60, 8.3.1991, p. 15).