ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 168

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
29 ta' Mejju 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2017/C 168/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2017/C 168/02

Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Marzu 2017 dwar il-jiem ta’ vaganza legali u l-vaganzi ġudizzjarji

2

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 168/03

Deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ April 2017 dwar il-vaganzi ġudizzjarji

4


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2017/C 168/04

Kawża C-598/14 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ April 2017 – L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea vs Gilbert Szajner, Forge de Laguiole (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(4) — Artikolu 65(1) u (2) — Trade mark verbali LAGUIOLE — Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażata fuq dritt preċedenti, miksub bis-saħħa tad-dritt nazzjonali — Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali mill-EUIPO — Rwol tal-qorti tal-Unjoni)

5

2017/C 168/05

Kawża C-217/15 u C-350/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ April 2017 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Massimo Orsi (C-217/15), Luciano Baldetti (C-350/15) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 2 u 273 — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi sanzjoni amministrattiva u sanzjoni kriminali għall-istess fatti, relatati mal-ommissjoni tal-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 50 — Prinċipju ta’ ne bis in idem — Identità tal-persuna mħarrka jew issanzjonata — Assenza)

5

2017/C 168/06

Kawża C-298/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – Litwanja) – UAB Borta vs Klaipėdos valstybinio jūrų uosto direkcija VĮ (Rinvinju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/17/KE — Kuntratt li ma jilħaqx il-limitu previst minn din id-direttiva — Artikoli 49 u 56 TFUE — Limitazzjoni fl-użu tas-subkuntrattar — Preżentazzjoni ta’ offerta konġunta — Kapaċitajiet professjonali tal-offerenti — Emendi tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt)

6

2017/C 168/07

Kawża C-336/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-6 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbetsdomstolen – l-Iżvezja) – Unionen vs Almega Tjänsteförbunden, ISS Facility Services AB (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2001/23/KE — Artikolu 3 — Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema f’każ ta’ trasferiment ta’ impriżi — Ftehimiet kollettivi applikabbli għaċ-ċessjonarja u għaċ-ċedenti — Terminu ta’ preavviż supplementari mogħti lill-ħaddiema mkeċċija — Teħid inkunsiderazzjoni tas-servizz imwettaq maċ-ċedenti

7

2017/C 168/08

Kawża C-337/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-4 ta’ April 2017 – L-Ombudsman Ewropew vs Claire Staelen (Appell — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea — Trattament mill-Ombudsman Ewropew ta’ lment dwar il-ġestjoni ta’ lista ta’ kandidati xierqa li tirriżulta minn kompetizzjoni ġenerali — Ksur tal-obbligu ta’ diliġenza — Kunċett ta’ ksur suffiċjentement serju ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni — Dannu morali — Telf ta’ fiduċja fl-uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew)

8

2017/C 168/09

Kawżi Magħquda C-376/15 P u C-377/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-5 ta’ April 2017 – Changshu City Standard Parts Factory, Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, European Industrial Fasteners Institute AISBL (EIFI) (Appell — Dumping — Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 924/2012 — Importazzjoni ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina — Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Artikolu 2(10) u (11) — Esklużjoni ta’ ċerti tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-marġni ta’ dumping — Paragun xieraq bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali fil-każ ta’ importazzjonijiet minn pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq)

8

2017/C 168/10

Kawża C-391/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Andalucía – Spanja) – Marina del Mediterráneo SL et vs Agencia Pública de Puertos de Andalucía (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Proċeduri ta’ reviżjoni — Direttiva 89/665/KEE — Artikolu 1(1) — Artikolu 2(1) — Deċiżjoni tal-awtorità kontraenti rigward l-ammissjoni ta’ operatur ekonomiku sabiex jagħmel offerta — Deċiżjoni li ma tistax tiġi kkontestata skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli)

9

2017/C 168/11

Kawżi magħquda C-435/15 u C-666/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-22 ta’ Marzu 2017 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja, Rechtbank Noord-Holland – il-Pajjiżi l-Baxxi) – GROFA GmbH vs Hauptzollamt Hannover (C-435/15), X, GoPro Coöperatief UA vs Inspecteur van de Belastingdienst vs Douane kantoor Rotterdam Rijnmond (C-666/15) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa doganali komuni — Intestaturi tariffarji — Klassifikazzjoni tal-merkanzija — Vidjowkameras — Nomenklatura Magħquda — Subintestaturi 8525 80 30, 8525 80 91 u 8525 80 99 tan-Nomenklatura Magħquda — Noti ta’ spjegazzjoni — Interpretazzjoni — Regolamenti ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 1249/2011 u (UE) Nru 876/2014 — Interpretazzjoni — Validità)

10

2017/C 168/12

Kawża C-488/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ April 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 2008/50/KE — Kwalità tal-arja ċirkostanti — Artikolu 13(1) — Anness XI — Valuri limitu ta’ kuljum u annwali applikabbli għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 — Qbiż sistematiku u persistenti tal-valuri limitu — Artikolu 22 — Posponiment tat-termini stabbiliti sabiex jintlaħqu ċerti valuri limitu — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni — Artikolu 23(1) — Pjanijiet relatati mal-kwalità tal-arja — Perijodu ta’ qbiż l-iqsar possibbli — Miżuri adegwati — Elementi ta’ evalwazzjoni)

11

2017/C 168/13

Kawżi Magħquda C-497/15 u C-498/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-22 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Euro-Team Kft. (C-497/15), Spirál-Gép Kft. (C-498/15) vs Budapest Rendőrfőkapitánya Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Trasport bit-triq — Dispożizzjonijiet fiskali — Direttiva 1999/62/KE — Ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi — Pedaġġ — Obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi — Multa b’rata fissa — Proporzjonalità

12

2017/C 168/14

Kawża C-544/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-4 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Sahar Fahimian vs Bundesrepublik Deutschland (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Direttiva 2004/114/KE — Artikolu 6(1)(d) — Kundizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi — Rifjut ta’ ammissjoni — Kunċett ta’ theddida għas-sigurtà pubblika — Marġni ta’ diskrezzjoni)

12

2017/C 168/15

Kawża C-638/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – Ir-Republika Ċeka) – Eko-Tabak s.r.o. vs Generální ředitelství cel (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2011/64/UE — Artikolu 2(1)(c) — Artikolu 5(1)(a) — Kunċetti ta’ tabakk għat-tipjip, ta’ tabakk li ġie mqatta’ jew maqsum u ta’ ipproċessar industrijali)

13

2017/C 168/16

Kawża C-665/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-22 ta’ Marzu 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Trasport — Liċenzja tas-sewqan — Network ta’ liċenzji tas-sewqan tal-Unjoni Ewropea — Użu u rabta man-network tal-Unjoni)

14

2017/C 168/17

Kawża C-668/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret – id-Danimarka) – Jyske Finans A/S vs Ligebehandlingsnævnet, li qiegħed jaġixxi għal Ismar Huskic (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ugwaljanza fit-trattament bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etnika — Direttiva 2000/43/KE — Artikolu 2(2)(a) u (b) — Stabbiliment ta’ kreditu li jitlob prova addizzjonali ta’ identità, fil-forma ta’ kopja ta’ passaport jew ta’ permess ta’ residenza, lill-persuni li jitolbu self għax-xiri ta’ karozza u li identifikaw ruħhom permezz tal-liċenzja tas-sewqan tagħhom li tindika pajjiż tat-twelid li ma huwiex Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles)

14

2017/C 168/18

Kawża C-58/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ April 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Titjib tas-sigurtà fil-portijiet — Direttiva 2005/65/KE — Artikolu 2(3) u Artikoli 6, 7 u 9 — Ksur — Assenza ta’ evalwazzjoni tas-sigurtà tal-portijiet — Konfini tal-portijiet, pjan tas-sigurtà tal-portijiet u uffiċjal tas-sigurtà tal-portijiet — Assenza ta’ definizzjoni)

15

2017/C 168/19

Kawżi Magħquda C-124/16, C-188/16 u C-213/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht München, Landgericht München I – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra Ianos Tranca (C-124/16), Tanja Reiter (C-213/16), Ionel Opria (C-188/16) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali — Direttiva 2012/13/UE — Dritt għall-informazzjoni fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali — Dritt għal informazzjoni dwar l-akkuża — Tifsira ta’ digriet kriminali — Modalitajiet — Nomina obbligatorja ta’ mandatarju — Persuna akkużata li ma hijiex residenti u li ma tgħix f’post fiss — Terminu ta’ oppożizzjoni li jibda jiddekorri mill-mument tan-notifika lill-mandatarju)

15

2017/C 168/20

Kawża C-153/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ April 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ħażna mhux xierqa ta’ kwantità kbira ta’ tyres użati — Skart li ma jirrispettax ir-rekwiżiti ffissati mid-Direttivi 2008/98/KE u 1999/31/KE — Perikolu persistenti u kontinwu għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem)

16

2017/C 168/21

Kawża C-83/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad) – il-Bulgarija – Heta Asset Resolution Bulgaria OOD vs Nachalnik na Mitnitsa Stolichna (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) u l-Artikolu 99 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kodiċi Doganali — Dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni a posteriori — Kunċett ta’ prova suffiċjenti — Evalwazzjoni tan-natura suffiċjenti ta’ dokumenti ta’ sostenn)

17

2017/C 168/22

Kawża C-232/16 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Marzu 2017 – Simet SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Għajnuna mill-Istat — Settur tat-trasport — Servizzi ta’ trasport interreġjonali b’kowċ — Regolament (KEE) Nru 1191/69 — Dritt għal kumpens fir-rigward tal-piżijiet finanzjarji li jirriżultaw mill-eżekuzzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku — Deċiżjoni ġudizzjarja nazzjonali — Għajnuna inkompatibbli mas-suq intern)

17

2017/C 168/23

Kawża C-497/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċizjoni preliminari tan-Nejvyšší soud České republiky – ir-Repubblika Ċeka) – proċeduri kriminali kontra Juraj Sokáč (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Prekursuri tad-droga — Regolament (KE) Nru 273/2004 — Artikolu 2(a) — Kunċett ta’ sustanza skedata — Esklużjoni tal-prodotti mediċinali — Direttiva 2001/83/KE — Artikolu 1(2) — Kunċett ta prodott mediċinali — Prodott mediċinali li fih l-efedrina jew il-psewdoefedrina — Regolament (KE) Nru 111/2005 — Artikolu 2(a) — Kunċett ta’ sustanza skedata — Anness — Inklużjoni tal-prodotti mediċinali li fihom l-efedrina jew il-psewdoefedrina — Assenza ta’ effett fuq il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 273/2004)

18

2017/C 168/24

Kawża C-515/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Versailles – Franza) – Enedis, SA vs Axa Corporate Solutions SA, Ombrière Le Bosc SAS (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Artikoli 107 u 108 TFUE — Għajnuna mill-Istat — Kunċett ta’ intervent mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat — Elettriku minn enerġija solari — Obbligu ta’ xiri bi prezz ogħla mill-prezz tas-suq — Kumpens sħiħ — Assenza ta’ komunikazzjoni minn qabel)

19

2017/C 168/25

Kawża C-14/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-11 ta’ Jannar 2017 – VAR Srl vs Iveco Orecchia SpA

19

2017/C 168/26

Kawża C-83/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fil-15 ta’ Frar 2017 – KP, irrappreżentata minn ommha vs LO

20

2017/C 168/27

Kawża C-99/17 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2017 minn Infineon Technologies AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-758/14, Infineon Technologies AG vs Il-Kummissjoni Ewropea

20

2017/C 168/28

Kawża C-100/17 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2017 minn Gul Ahmed Textile Mills Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-199/04 RENV: Gul Ahmed Textile Mills Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

21

2017/C 168/29

Kawża C-104/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Pitești (ir-Rumanija) fis-27 ta’ Frar 2017 – SC Cali Esprou SRL vs Administraţia Fondului pentru Mediu

22

2017/C 168/30

Kawża C-113/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky QJ (is-Slovakkja) fis-16 ta’ Marzu 2017 – QJ vs Ministerstvo vnútra SR, Migračný úrad

23

2017/C 168/31

Kawża C-120/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Satversmes tiesa (il-Latvja) fis-7 ta’ Marzu 2017 – Administratīvā rajona tiesa vs Ministru kabinets

23

2017/C 168/32

Kawża C-131/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (il-Portugall) fit-13 ta’ Marzu 2017 – Hélder José Cunha Martins vs Fundo de Garantia Automóvel

24

2017/C 168/33

Kawża C-136/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil-15 ta’ Marzu 2017 – G. C., A. F., B. H., E. D. vs Commission nationale de l’informatique et des libertés (CNIL)

24

2017/C 168/34

Kawża C-156/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ Marzu 2017 – Köln-Aktienfonds Deka vs Staatssecretaris van Financiën

26

2017/C 168/35

Kawża C-157/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ Marzu 2017 – X vs Staatssecretaris van Financiën

27

2017/C 168/36

Kawża C-172/17 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ April 2017 minn ANKO A.E. Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-25 ta’ Jannar 2017 fil-Kawża T-768/14, ANKO vs Il-Kummissjoni Ewropea

27

2017/C 168/37

Kawża C-173/17 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ April 2017 minn ANKO A.E. Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-25 ta’ Jannar 2017 fil-Kawża T-771/14, ANKO vs Il-Kummissjoni Ewropea

28

2017/C 168/38

Kawża C-184/17 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ April 2017 minn International Management Group (IMG) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-2 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-381/15, IMG vs Il-Kummissjoni

29

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 168/39

Kawża T-201/17: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2017 – Printeos vs Il-Kummissjoni

30

2017/C 168/40

Kawża T-207/17: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2017 – Senetic vs EUIPO – HP Hewlett Packard Group (hp)

31

2017/C 168/41

Kawża T-208/17: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2017 – Senetic vs EUIPO – HP Hewlett Packard Group (HP)

31

2017/C 168/42

Kawża T-209/17: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2017 – ZGS vs EUIPO (Schülerhilfe1)

32

2017/C 168/43

Kawża T-213/17: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2017 – Romantik Hotels & Restaurants vs EUIPO – Hotel Preidlhof (ROMANTIK)

33

2017/C 168/44

Kawża T-215/17: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2017 – Pear Technologies vs EUIPO – Apple (PEAR)

33


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 168/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 161, 22.5.2017

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 151, 15.5.2017

ĠU C 144, 8.5.2017

ĠU C 129, 24.4.2017

ĠU C 121, 18.4.2017

ĠU C 112, 10.4.2017

ĠU C 104, 3.4.2017

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti tal-Ġustizzja

29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/2


DEĊIŻJONI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

tas-7 ta’ Marzu 2017

dwar il-jiem ta’ vaganza legali u l-vaganzi ġudizzjarji

(2017/C 168/02)

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

wara li rat l-Artikolu 24(2), (4) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura,

billi tikkunsidra li, skont din id-dispożizzjoni, hemm lok li tiġi stabbilita l-lista tal-jiem ta’ vaganza legali u li jiġu ffissati d-dati tal-vaganzi ġudizzjarji,

TADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista tal-jiem ta’ vaganza legali fis-sens tal-Artikolu 24(4) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura hija stabbilita kif ġej:

l-1 ta’ Jannar,

it-Tnejn ta’ wara l-Għid,

l-1 ta’ Mejju,

l-Axxensjoni,

it-Tnejn ta’ wara Pentekoste,

it-23 ta’ Ġunju,

il-15 ta’ Awwissu,

l-1 ta’ Novembru,

il-25 ta’ Diċembru,

is-26 ta’ Diċembru.

Artikolu 2

Għall-perijodu bejn l-1 ta’ Novembru 2017 u l-31 ta’ Ottubru 2018, id-dati tal-vaganzi ġudizzjarji fis-sens tal-Artikolu 24(2) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura huma stabbiliti kif ġej:

Milied 2017: mit-Tnejn 18 ta’ Diċembru 2017 sal-Ħadd 7 ta’ Jannar 2018, biż-żewġ ġranet inklużi,

Għid 2018: mit-Tnejn 26 ta’ Marzu 2018 sal-Ħadd 8 ta’ April 2018, biż-żewġ ġranet inklużi,

Sajf 2018: mit-Tnejn 16 ta’ Lulju 2018 sal-Ġimgħa 31 ta’ Awwissu 2018, biż-żewġ ġranet inklużi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ Marzu 2017.

Ir-Reġistratur

A. CALOT ESCOBAR

Il-President

K. LENAERTS


Il-Qorti Ġenerali

29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/4


DEĊIŻJONI TAL-QORTI ĠENERALI

tal-5 ta’ April 2017

dwar il-vaganzi ġudizzjarji

(2017/C 168/03)

IL-QORTI ĠENERALI

Wara li rat l-Artikolu 41(2) tar-Regoli tal-Proċedura,

TADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għas-sena forensi li tibda fl-1 ta’ Settembru 2017, id-dati tal-vaganzi ġudizzjarji fis-sens tal-Artikolu 41(2) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura huma stabbiliti kif ġej:

Milied 2017: mit-Tnejn 18 ta’ Diċembru 2017 sal-Ħadd 7 ta’ Jannar 2018, iż-żewġ ġranet inklużi;

Għid 2018: mit-Tnejn 26 ta’ Marzu 2018 sal-Ħadd 8 ta’ April 2018, iż-żewġ ġranet inklużi;

Sajf 2017: mit-Tnejn 16 ta’ Lulju 2018 sal-Ġimgħa 31 ta’ Awwissu 2018, iż-żewġ ġranet inklużi.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-5 ta’ April 2017.

Ir-Reġistratur

E. COULON

Il-President

M. JAEGER


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ April 2017 – L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea vs Gilbert Szajner, Forge de Laguiole

(Kawża C-598/14 P) (1)

((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(4) - Artikolu 65(1) u (2) - Trade mark verbali LAGUIOLE - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażata fuq dritt preċedenti, miksub bis-saħħa tad-dritt nazzjonali - Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali mill-EUIPO - Rwol tal-qorti tal-Unjoni))

(2017/C 168/04)

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea. (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedura: Gilbert Szajner (rappreżentant: A. Sam-Simenot, avukat), Forge de Laguiole (rappreżentant: F. Fajgenbaum, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż.

3)

Forge de Laguiole SARL għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 96, 23/3/2015.


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ April 2017 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Massimo Orsi (C-217/15), Luciano Baldetti (C-350/15)

(Kawża C-217/15 u C-350/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 2 u 273 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi sanzjoni amministrattiva u sanzjoni kriminali għall-istess fatti, relatati mal-ommissjoni tal-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 50 - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Identità tal-persuna mħarrka jew issanzjonata - Assenza))

(2017/C 168/05)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Santa Maria Capua Vetere

Partijiet fil-proċeduri kriminali fil-kawża prinċipali

Massimo Orsi (C-217/15), Luciano Baldetti (C-350/15)

Dispożittiv

L-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti li jitwettqu prosekuzzjonijiet għal nuqqas ta’ ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud, wara l-impożizzjoni ta’ sanzjoni fiskali definittiva għall-istess fatti, meta din is-sanzjoni ġiet imposta fuq kumpannija li għandha personalità ġuridika filwaqt li l-imsemmija prosekuzzjonijiet huma mibdija kontra persuna fiżika.


(1)  ĠU C 245, 27.7.2015.

ĠU C 311, 21.9.2015.


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – Litwanja) – UAB “Borta” vs Klaipėdos valstybinio jūrų uosto direkcija VĮ

(Kawża C-298/15) (1)

((Rinvinju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/17/KE - Kuntratt li ma jilħaqx il-limitu previst minn din id-direttiva - Artikoli 49 u 56 TFUE - Limitazzjoni fl-użu tas-subkuntrattar - Preżentazzjoni ta’ offerta konġunta - Kapaċitajiet professjonali tal-offerenti - Emendi tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt))

(2017/C 168/06)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UAB “Borta”

Konvenuta: Klaipėdos valstybinio jūrų uosto direkcija VĮ

Dispożittiv

1)

Fir-rigward ta’ kuntratt pubbliku li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1336/2013, tat-13 ta’ Diċembru 2013, iżda li għandu interess transkonfinali ċert, l-Artikoli 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 24(5) tal-Lietuvos Respublikos viešųjų pirkimų įstatymas (liġi Litwana dwar il-kuntratti pubbliċi), li tipprevedi li, fil-każ tal-użu ta’ subkuntratturi għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratt għal xogħlijiet, l-offerent rebbieħ għandu jwettaq huwa stess ix-xogħlijiet prinċipali, iddefiniti bħala tali mill-entità kontraenti.

2)

Fir-rigward ta’ tali kuntratt pubbliku, il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni kif ukoll l-obbligu ta’ trasparenza li joħorġu b’mod partikolari mill-Artikoli 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux lill-entità kontraenti milli temenda, wara l-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ kuntratt, klawżola tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt dwar il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet tal-kumulu ta’ kapaċitajiet professjonali, bħall-klawżola 4.3 inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sakemm, l-ewwel nett, l-emendi effettwati ma jkunux daqstant sostanzjali li jattiraw offerenti potenzjali li, fl-assenza ta’ dawn l-emendi, ma jkunux jistgħu jressqu offerta, it-tieni nett, dawn l-emendi jiġu ppubblikati b’mod adegwat u, it-tielet nett, dawn isiru qabel il-preżentazzjoni ta’ offerti mill-offerenti, filwaqt li t-terminu għall-preżentazzjoni ta’ dawn l-offerti jiġi estiż meta l-emendi kkonċernati jkunu sinjifikattivi, it-tul ta’ din l-estensjoni jkun skont l-importanza ta’ dawn l-emendi u dan it-tul ikun suffiċjenti sabiex l-operaturi ekonomiċi interessati jkunu jistgħu konsegwentement jadattaw l-offerta tagħhom, u dan huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika.

3)

L-Artikolu 54(6) tad-Direttiva 2004/17, kif emendata bir-Regolament Nru 1336/2013, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi klawżola ta’ speċifikazzjonijiet ta’ kuntratt, bħall-klawżola 4.3 inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, fil-każ ta’ preżentazzjoni ta’ offerta konġunta minn diversi offerenti, teħtieġ li l-kontribuzzjoni ta’ kull wieħed minnhom sabiex jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti applikabbli fil-qasam tal-kapaċitajiet professjonali tkun tikkorrispondi, proporzjonalment, mal-parti mix-xogħlijiet li huwa jkollu fil-fatt jeżegwixxi jekk jingħata l-kuntratt ikkonċernat.


(1)  ĠU C 311, 21.9.2015


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-6 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbetsdomstolen – l-Iżvezja) – Unionen vs Almega Tjänsteförbunden, ISS Facility Services AB

(Kawża C-336/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2001/23/KE - Artikolu 3 - Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema f’każ ta’ trasferiment ta’ impriżi - Ftehimiet kollettivi applikabbli għaċ-ċessjonarja u għaċ-ċedenti - Terminu ta’ preavviż supplementari mogħti lill-ħaddiema mkeċċija - Teħid inkunsiderazzjoni tas-servizz imwettaq maċ-ċedenti)

(2017/C 168/07)

Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż

Qorti tar-rinviju

Arbetsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Unionen

Konvenuti: Almega Tjänsteförbunden,

ISS Facility Services AB

Dispożittiv

L-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, iċ-ċessjonarja għandha tinkludi, fil-mument tat-tkeċċija ta’ ħaddiem iktar minn sena wara t-trasferiment tal-impriża, fil-kalkolu tat-tul ta’ servizz ta’ dan il-ħaddiem, rilevanti għad-determinazzjoni tal-preavviz li dan tal-aħħar għandu dritt għalih, it-tul ta’ servizz tal-imsemmi ħaddiem maċ-ċedenti.


(1)  ĠU C 311, 21.9.2015.


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-4 ta’ April 2017 – L-Ombudsman Ewropew vs Claire Staelen

(Kawża C-337/15 P) (1)

((Appell - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea - Trattament mill-Ombudsman Ewropew ta’ lment dwar il-ġestjoni ta’ lista ta’ kandidati xierqa li tirriżulta minn kompetizzjoni ġenerali - Ksur tal-obbligu ta’ diliġenza - Kunċett ta’ “ksur suffiċjentement serju” ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni - Dannu morali - Telf ta’ fiduċja fl-uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew))

(2017/C 168/08)

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: L-Ombudsman Ewropew (rappreżentant: inizjalment G. Grill, sussegwentement L. Papadias, P. Dyrberg, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Claire Staelen (rappreżentant: V. Olona, avukat)

Dispożittiv

1)

It-talba mressqa minn Claire Staelen fir-risposta tagħha sabiex l-Ombudsman Ewropew jiġi kkundannat iħallasha kumpens ta’ EUR 50 000 hija inammissibbli.

2)

Il-punti 1, 3 u 4 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta’ April 2015, Staelen vs L-Ombudsman (T-217/11, EU:T:2015:238), huma annullati.

3)

L-Ombudsman Ewropew huwa kkundannat iħallas kumpens ta’ EUR 7 000 lil Claire Staelen.

4)

Claire Staelen hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess u dawk tal-Ombudsman Ewropew relatati mal-appell inċidentali, miċħud bid-digriet tad-29 ta’ Ġunju 2016, L-Ombudsman vs Staelen (C-337/15 P, mhux ippubblikat, EU:C:2016:670).

5)

L-Ombudsman Ewropew huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess, kif ukoll dawk ta’ Claire Staelen, relatati kemm mal-proċedura tal-ewwel istanza kif ukoll mal-appell prinċipali.


(1)  ĠU C 294, 7.9.2015.


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-5 ta’ April 2017 – Changshu City Standard Parts Factory, Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, European Industrial Fasteners Institute AISBL (EIFI)

(Kawżi Magħquda C-376/15 P u C-377/15 P) (1)

((Appell - Dumping - Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 924/2012 - Importazzjoni ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina - Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Artikolu 2(10) u (11) - Esklużjoni ta’ ċerti tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-marġni ta’ dumping - Paragun xieraq bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali fil-każ ta’ importazzjonijiet minn pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq))

(2017/C 168/09)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Changshu City Standard Parts Factory, Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd (rappreżentanti: R. Antonini u E. Monard, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u S. Boelaert, aġenti, assistiti minn N. Tuominen, avukat), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u M. França, aġenti), European Industrial Fasteners Institute AISBL (EIFI)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tad-29 ta’ April 2015, Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener vs Il-Kunsill (T-558/12 u T-559/12, EU:T:2015:237), hija annullata.

2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 924/2012, tal-4 ta’ Ottubru 2012, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa annullat sa fejn jirrigwarda lil Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd.

3)

L-appell fil-Kawża C-377/15 P huwa miċħud.

4)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti minn Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd, relatati kemm mal-proċedura fl-ewwel istanza fil-Kawżi T-558/12 u T-559/12 kif ukoll ma’ dik tal-appell fil-Kawża C-376/15 P.

5)

Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea relatati mal-proċedura tal-appell fil-Kawża C-377/15 P.

6)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mal-proċeduri fl-ewwel istanza fil-Kawżi T-558/12 u T-559/12 kif ukoll ma’ dawk tal-appell fil-Kawżi C-376/15 P u C-377/15 P.


(1)  ĠU C 381, 16.11.2015.


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Andalucía – Spanja) – Marina del Mediterráneo SL et vs Agencia Pública de Puertos de Andalucía

(Kawża C-391/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Proċeduri ta’ reviżjoni - Direttiva 89/665/KEE - Artikolu 1(1) - Artikolu 2(1) - Deċiżjoni tal-awtorità kontraenti rigward l-ammissjoni ta’ operatur ekonomiku sabiex jagħmel offerta - Deċiżjoni li ma tistax tiġi kkontestata skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli))

(2017/C 168/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Andalucía

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marina del Mediterráneo SL, Marina del Mediterráneo Duquesa SL, Marina del Mediterráneo Estepona SL, Marina del Mediterráneo Este SL, Marinas del Mediterráneo Torre SL, Marina del Mediterráneo Marbella SL, Gómez Palma SC, Enrique Alemán SA, Cyes Infraestructuras SA, Cysur Obras y Medioambiente SA

Konvenuta: Agencia Pública de Puertos de Andalucía

fil-preżenza ta’: Consejería de Obras Públicas y Vivienda de la Junta de Andalucía, Nassir Bin Abdullah and Sons SL, Puerto Deportivo de Marbella SA, Ayuntamiento de Marbella

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2(1)(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi, kif emendata bid-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tgħid li d-deċiżjoni li jiġi ammess offerent għall-proċedura ta’ aġġudikazzjoni, deċiżjoni li allegatament tikser id-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponih, ma tinsabx fost l-atti preparatorji ta’ awtorità kontraenti li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ azzjoni ġudizzjarja awtonoma.

2)

L-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2(1)(a) u (b) tad-Direttiva 89/665, kif emendata bid-Direttiva 2007/66, jipproduċu effett dirett.


(1)  ĠU C 346, 19.10.2015


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-22 ta’ Marzu 2017 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja, Rechtbank Noord-Holland – il-Pajjiżi l-Baxxi) – GROFA GmbH vs Hauptzollamt Hannover (C-435/15), X, GoPro Coöperatief UA vs Inspecteur van de Belastingdienst vs Douane kantoor Rotterdam Rijnmond (C-666/15)

(Kawżi magħquda C-435/15 u C-666/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Intestaturi tariffarji - Klassifikazzjoni tal-merkanzija - Vidjowkameras - Nomenklatura Magħquda - Subintestaturi 8525 80 30, 8525 80 91 u 8525 80 99 tan-Nomenklatura Magħquda - Noti ta’ spjegazzjoni - Interpretazzjoni - Regolamenti ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 1249/2011 u (UE) Nru 876/2014 - Interpretazzjoni - Validità))

(2017/C 168/11)

Lingwi tal-kawża: il-Ġermaniż u l-Olandiż

Qrati tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg, Rechtbank Noord-Holland

Partijiet fil-kawżi prinċipali

Rikorrenti: GROFA GmbH (C-435/15), X, GoPro Coöperatief UA (C-666/15)

Konvenuti: Hauptzollamt Hannover (C-435/15), Inspecteur van de Belastingdienst/Douane kantoor Rotterdam Rijnmond (C-666/15)

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1249/2011, tad-29 ta’ Novembru 2011, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex applikabbli, b’analoġija, għal prodotti li għandhom il-karatteristiċi tat-tliet mudelli ta’ kameras tas-serje GoPro Hero 3 Black Edition, inkwistjoni fil-Kawża C-435/15.

2)

Ir-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 876/2014, tat-8 ta’ Awwissu 2014, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa applikabbli b’analoġija għal prodotti li għandhom il-karatteristiċi tat-tliet mudelli ta’ kameras tas-serje GoPro Hero 3 Black Edition, inkwistjoni fl-imsemmija Kawża, iżda huwa invalidu.

3)

Is-subintestaturi 8525 80 30, 8525 80 91 u 8525 80 99 tan-Nomenklatura Magħquda li jinsabu fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni […], fil-verżjonijiet tiegħu li rriżultaw suċċessivament mir-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011, tas-27 ta’ Settembru 2011, mir-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni(UE) Nru 927/2012, tad-9 ta’ Ottubru 2012, u mir-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013, tal-4 ta’ Ottubru 2013, għandhom jiġu interpretati, fid-dawl tan-noti ta’ spjega ta’ din in-Nomenklatura Magħquda relatati ma dawn is-subintestaturi, fis-sens li sekwenza vidjo ta’ iktar minn 30 minuta, irreġistrata f’fajls separati ta’ tul individwali ta’ inqas minn 30 minuta, għandha titqies li hija reġistrazzjoni ta’ mill-inqas 30 minuta ta’ sekwenza vidjo waħda, irrispettivament mill-fatt li l-utent ma jistax jintebaħ bil-mgħodija minn fajl għal ieħor matul il-qari tagħhom jew li, bil-kontra ta’ dan, huwa jkollu, matul dan il-qari, jiftaħ, bħala prinċipju, kull wieħed mill-fajls separatament.

4)

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, fil-verżjonijiet tiegħu li rriżultaw suċċessivament mir-Regolamenti ta’ Implementazzjoni Nru 1006/2011, Nru 927/2012 u Nru 1001/2013, għandha tiġi interpretata fis-sens li vidjowkamera li tista’ tirreġistra sinjali li joriġinaw minn sorsi esterni, iżda li madankollu ma tistax tirriproduċihom permezz ta’ sett tat-televixin jew ta’ moniter estern, peress li din il-vidjowkamera tista’ taqra, fuq display jew moniter estern, biss dawk il-fajls li rreġistrat hija stess permezz tal-lenti tagħha, ma tistax tiġi kklassifikata fis-subintestatura tariffarja 8525 80 99 ta’ din in-Nomenklatura Magħquda.


(1)  ĠU C 363, 3.11.2015

ĠU C 106, 21.3.2016


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ April 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

(Kawża C-488/15) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2008/50/KE - Kwalità tal-arja ċirkostanti - Artikolu 13(1) - Anness XI - Valuri limitu ta’ kuljum u annwali applikabbli għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 - Qbiż sistematiku u persistenti tal-valuri limitu - Artikolu 22 - Posponiment tat-termini stabbiliti sabiex jintlaħqu ċerti valuri limitu - Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni - Artikolu 23(1) - Pjanijiet relatati mal-kwalità tal-arja - Perijodu ta’ qbiż “l-iqsar possibbli” - Miżuri adegwati - Elementi ta’ evalwazzjoni))

(2017/C 168/12)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Kružíková, S. Petrova, P. Mihaylova u E. Manhaeve, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Bulgarija (rappreżentanti: E. Petranova u M. Georgieva, aġenti)

Intevenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: A. Gawłowska, B. Majczyna u D. Krawczyk, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika tal-Bulgarija:

mill-fatt tan-nuqqas ta’ osservanza sistematika u persistenti, mis-sena 2007 sas-sena 2014 inkluża, tal-valuri limitu ta’ kuljum u annwali applikabbli għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fiż-żoni u fl-agglomerazzjonijiet BG0001 AG Sofija, BG0002 AG Plovdiv, BG0004 Tramuntana, BG0005 l-Lbiċ u BG0006 x-Xlokk;

mill-fatt tan-nuqqas ta’ osservanza sistematika u persistenti, mis-sena 2007 u sas-sena 2014 inkluża, tal-valur limitu ta’ kuljum applikabbli għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fiż-żona BG0003 AG Varna u tal-valur limitu annwali matul is-snin 2007, 2008 u 2010 sa 2014 inkluża, fl-istess żona BG0003 AG Varna,

naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet magħqudin tal-Artikolu 13(1) u tal-Anness XI tad-Direttiva 2008/50 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, u

mill-fatt li l-qbiż tal-valuri limitu ta’ kuljum u annwali applikabbli għall-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 ppersistew fiż-żoni u fl-agglomerazzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq kollha, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1) ta’ din id-direttiva u b’mod partikolari l-obbligu li tiżgura li l-perijodu ta’ qbiż ikun l-iqsar possibbli, f’dak li jikkonċerna l-perijodu mill-11 ta’ Ġunju 2010 sas-sena 2014 inkluża.

2)

Ir-Repubblika tal-Bulgarija hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 389, 23.11.2015.


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-22 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Euro-Team Kft. (C-497/15), Spirál-Gép Kft. (C-498/15) vs Budapest Rendőrfőkapitánya

(Kawżi Magħquda C-497/15 u C-498/15) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Trasport bit-triq - Dispożizzjonijiet fiskali - Direttiva 1999/62/KE - Ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi - Pedaġġ - Obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi - Multa b’rata fissa - Proporzjonalità)

(2017/C 168/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Euro-Team Kft.(C-497/15), Spirál-Gép Kft. (C-498/15)

Konvenut: Budapest Rendőrfőkapitánya

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 9a tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi, kif emendata bid-Direttiva 2011/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit ta’ proporzjonalità, imsemmi fih, jipprekludi sistema ta’ sanzjonijiet, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-impożizzjoni ta’ multa b’ammont b’rata fissa għall-ksur kollu, tkun xi tkun in-natura u l-gravità tiegħu, taħt ir-regoli dwar l-obbligu ta’ ħlas minn qabel tal-pedaġġ għall-użu tal-infrastruttura tat-toroq.

2)

L-Artikolu 9a tad-Direttiva 1999/62, kif emendata bid-Direttiva 2011/76, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit ta’ proporzjonalità, imsemmi fih, ma jipprekludix sistema ta’ sanzjonijiet, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi responsabbiltà oġġettiva. Min-naħa l-oħra għandu jiġi interpretat li jipprekludi l-livell tas-sanzjoni prevista minn din is-sistema.


(1)  ĠU C 27, 25.01.2016.


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-4 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Sahar Fahimian vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-544/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Direttiva 2004/114/KE - Artikolu 6(1)(d) - Kundizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi - Rifjut ta’ ammissjoni - Kunċett ta’ “theddida għas-sigurtà pubblika” - Marġni ta’ diskrezzjoni))

(2017/C 168/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sahar Fahimian

Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland

fil-preżenza ta’: Stadt Darmstadt

Dispożittiv

L-Artikolu 6(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar il-kondizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ cittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, meta jirċievu applikazzjoni għal viża għal finijiet ta’ studju minn ċittadin ta’ pajjiż terz, għandhom marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ sabiex jivverifikaw, fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha li jikkaratterizzaw is-sitwazzjoni ta’ dan iċ-ċittadin, jekk dan tal-aħħar jirrappreżentax theddida, anki potenzjali, għas-sigurtà pubblika. Din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata wkoll fis-sens li din ma tipprekludix lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti milli jirrifjutaw l-ammissjoni fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, għal tali finijiet, ċittadin ta’ pajjiż terz li kiseb il-lawrja minn università li hija suġġetta għal miżuri restrittivi tal-Unjoni minħabba l-livell sinjifikattiv tal-involviment tagħha mal-Gvern Iranjan, fil-qasam militari jew f’oqsma marbuta ma’ dan il-qasam, u li għandu l-ħsieb li jwettaq, f’dan l-Istat Membru, riċerka f’qasam sensittiv għas-sigurtà pubblika, jekk l-elementi li jkollhom dawn l-awtoritajiet jiġġustifikaw il-biża’ li l-għarfien li tikseb din il-persuna waqt ir-riċerka tagħha jista’ sussegwentement jintuża għal finijiet li jmorru kontra s-sigurtà pubblika. Hija l-qorti nazzjonali, li quddiemha ġie ppreżentat rikors fir-rigward tad-deċiżjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li permezz tagħha ġie miċħud l-għoti tal-viża mitluba, li għandha tivverifika li din id-deċiżjoni hija bbażata fuq motivazzjoni suffiċjenti u fuq bażi fattwali suffiċjentement soda.


(1)  ĠU C 429, 21.12.2015.


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – Ir-Republika Ċeka) – Eko-Tabak s.r.o. vs Generální ředitelství cel

(Kawża C-638/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2011/64/UE - Artikolu 2(1)(c) - Artikolu 5(1)(a) - Kunċetti ta’ “tabakk għat-tipjip”, ta’ “tabakk li ġie mqatta’ jew maqsum” u ta’ “ipproċessar industrijali”))

(2017/C 168/15)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eko-Tabak s.r.o.

Konvenuta: Generální ředitelství cel

Dispożittiv

L-Artikolu 2(1)(c), u l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE, tal-21 ta’ Ġunju 2011, dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat, għandhom jiġu interpretati fis-sens li weraq tat-tabakk imnixxfin, iċċattjati, b’parti irregolari li z-zokk tagħhom tneħħa parzjalment, li għaddew minn proċess ta’ tnixxif primarju u ta’ umidifikazzjoni kkontrollata ulterjuri, li jinkludu l-gliċerina li jistgħu jiġu mpejpa wara li jkun sar ipproċessar elementari li jikkonsisti fid-dħin jew fit-tqattiegħ tagħhom bl-idejn, jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “tabakk għat-tipjip”, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.


(1)  ĠU C 98, 14.3.2016


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-22 ta’ Marzu 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-665/15) (1)

((Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Trasport - Liċenzja tas-sewqan - Network ta’ liċenzji tas-sewqan tal-Unjoni Ewropea - Użu u rabta man-network tal-Unjoni))

(2017/C 168/16)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti:: J. Hottiaux, M. M. Farrajota u P. Guerra e Andrade, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo u C. Guerra Santos, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma stabbilitx il-konnessjoni man-network tal-liċenzji tas-sewqan tal-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 7(5)(d) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan.

2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret – id-Danimarka) – Jyske Finans A/S vs Ligebehandlingsnævnet, li qiegħed jaġixxi għal Ismar Huskic

(Kawża C-668/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ugwaljanza fit-trattament bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etnika - Direttiva 2000/43/KE - Artikolu 2(2)(a) u (b) - Stabbiliment ta’ kreditu li jitlob prova addizzjonali ta’ identità, fil-forma ta’ kopja ta’ passaport jew ta’ permess ta’ residenza, lill-persuni li jitolbu self għax-xiri ta’ karozza u li identifikaw ruħhom permezz tal-liċenzja tas-sewqan tagħhom li tindika pajjiż tat-twelid li ma huwiex Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles))

(2017/C 168/17)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jyske Finans A/S

Konvenut: Ligebehandlingsnævnet, li qiegħed jaġixxi għal Ismar Huskic

Dispożittiv

L-Artikolu 2(2)(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, tad-29 ta’ Ġunju 2000, li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix il-prassi ta’ stabbiliment ta’ kreditu, li timponi fuq il-klijent li l-liċenzja tas-sewqan tiegħu tindika pajjiż tat-twelid li ma huwiex Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles rekwiżit ta’ identifikazzjoni addizzjonali, permezz tal-provvista ta’ kopja tal-passaport tiegħu jew tal-permess ta’ residenza tiegħu.


(1)  ĠU C 68, 22.2.2016.


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ April 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-58/16) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Titjib tas-sigurtà fil-portijiet - Direttiva 2005/65/KE - Artikolu 2(3) u Artikoli 6, 7 u 9 - Ksur - Assenza ta’ evalwazzjoni tas-sigurtà tal-portijiet - Konfini tal-portijiet, pjan tas-sigurtà tal-portijiet u uffiċjal tas-sigurtà tal-portijiet - Assenza ta’ definizzjoni))

(2017/C 168/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u L. Nicolae, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u R. Kanitz, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi naqset milli tiżgura, fir-rigward tal-portijiet Ġermaniżi ta’ Düsseldorf, ta’ Köln-Niehl I, ta’ Godorf, ta’ Duisburg-Rheinhausen, ta’ Neuss, ta’ Duisburg Außen-/Parallelhafen, ta’ Krefeld-Linn, ta’ Stromhafen Krefeld, ta’ Duisburg Ruhrort-Meiderich, ta’ Gelsenkirchen u ta’ Mülheim, fil-Land ta Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja), li jiġu ddefiniti l-konfini tal-portijiet, li jiġu approvati evalwazzjonijiet u pjanijiet tas-sigurtà tal-portijiet u li jiġi akkreditat uffiċjal tas-sigurtà tal-portijiet, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2(3) kif ukoll taħt l-Artikoli 6, 7 u 9 tad-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet.

2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 118, 4.4.2016.


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht München, Landgericht München I – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra Ianos Tranca (C-124/16), Tanja Reiter (C-213/16), Ionel Opria (C-188/16)

(Kawżi Magħquda C-124/16, C-188/16 u C-213/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Direttiva 2012/13/UE - Dritt għall-informazzjoni fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali - Dritt għal informazzjoni dwar l-akkuża - Tifsira ta’ digriet kriminali - Modalitajiet - Nomina obbligatorja ta’ mandatarju - Persuna akkużata li ma hijiex residenti u li ma tgħix f’post fiss - Terminu ta’ oppożizzjoni li jibda jiddekorri mill-mument tan-notifika lill-mandatarju))

(2017/C 168/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht München, Landgericht München I

Partijiet fil-kawżi kriminali prinċipali

Ianos Tranca (C-124/16), Tanja Reiter (C-213/16), Ionel Opria (C-188/16)

fil-preżenza ta’: Staatsanwaltschaft München I

Dispożittiv

L-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1)(c) kif ukoll l-Artikolu 6(1) u (3) tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, fil-kuntest ta’ proċedura kriminali, tipprevedi li l-persuna mħarrka li ma għandhiex residenza f’dan l-Istat Membru u lanqas ma għandha post fejn tgħix fiss f’dan tal-aħħar jew fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħha hija marbuta li tinnomina mandatarju għall-finijiet li jirċievi n-notifika ta’ digriet kriminali li jikkonċernaha u li t-terminu biex titressaq oppożizzjoni kontra dan id-digriet, qabel ma dan isir eżegwibbli, jibda jiddekorri min-notifika tad-digriet imsemmi lil dan il-mandatarju.

Madankollu, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13 jeżiġi li, fl-eżekuzzjoni tad-digriet kriminali, minn meta l-persuna kkonċernata tkun effettivament ġiet innotifikata b’dan id-digriet, din għandha titpoġġa fl-istess sitwazzjoni li kienet tkun fiha kieku d-deċiżjoni msemmija ġiet innotifikata lilha personalment u, b’mod partikolari, din għandha tibbenefika mit-terminu ta’ oppożizzjoni kollu, jekk ikun il-każ, billi tibbenefika minn reintegrazzjoni fid-drittijiet.

Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiżgura li l-proċedura nazzjonali ta’ reintegrazzjoni fid-drittijiet kif ukoll il-kundizzjonijiet li huwa suġġett għalihom l-eżerċizzju ta’ din il-proċedura jiġu applikati b’mod konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti u li din il-proċedura tippermetti b’hekk l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet li jistabbilixxi l-imsemmi Artikolu 6.


(1)  ĠU C 260, 18.07.2016.


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ April 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-153/16) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ħażna mhux xierqa ta’ kwantità kbira ta’ tyres użati - Skart li ma jirrispettax ir-rekwiżiti ffissati mid-Direttivi 2008/98/KE u 1999/31/KE - Perikolu persistenti u kontinwu għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem))

(2017/C 168/20)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Sanfrutos Cano u D. Kukovec, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: A. Grum, aġent)

Dispożittiv

1)

Peress li ppermettiet fuq art miksija biż-żrar li tinsab fit-territorju tal-komun ta’ Lovrenc na Dravskem polju (is-Slovenja) un perikolu persistenti u kontinwu għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem, minħabba ħażna mhux xierqa ta’ kwantità kbira ta’ tyres użati, flimkien ma skart ieħor u bir-rimi tagħhom bi ksur tar-rekwiżiti imposti fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill], ir-Repubblika tas-Slovenja kisret l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(3)(d) ta’ din id-direttiva u tal-Artikoli 12 u 13 kif ukoll tal-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika tas-Slovenja hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll żewġ terzi ta’ dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati terz tal-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 222, 20.6.2016.


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/17


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad) – il-Bulgarija – “Heta Asset Resolution Bulgaria” OOD vs Nachalnik na Mitnitsa Stolichna

(Kawża C-83/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u l-Artikolu 99 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kodiċi Doganali - Dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni a posteriori - Kunċett ta’ “prova suffiċjenti” - Evalwazzjoni tan-natura suffiċjenti ta’ dokumenti ta’ sostenn))

(2017/C 168/21)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Heta Asset Resolution Bulgaria” OOD

Konvenut: Nachalnik na Mitnitsa Stolichna

Dispożittiv

1)

Id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 161(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, u tal-Artikolu 788 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 430/2010, tal-20 ta’ Mejju 2010, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-bejjiegħ stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea jitqies bħala esportatur, fis-sens ta’ din l-ewwel dispożizzjoni, fil-każ li, wara l-konklużjoni tal-bejgħ tal-merkanzija inkwistjoni, il-proprjetà tagħha tiġi ttrasferita lil akkwirent stabbilit barra minn dan it-territorju doganali.

2)

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 795(1) tar-Regolament Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 430/2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jistgħu jirrikjedu dokumenti ta’ sostenn minbarra l-kuntratt ta’ bejgħ ta’ dgħajsa tad-divertiment lil persuna stabbilita fi Stat terz u li tħassar din id-dgħajsa mir-reġistri tal-vapuri tal-Istat Membru kkonċernat, sakemm tali rekwiżit ikun konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

3)

L-Artikolu 795 tar-Regolament Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 430/2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità doganali msejħa sabiex taċċetta d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni ma hijiex obbligata, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mill-evalwazzjoni, minn awtorità doganali oħra, tan-natura suffiċjenti tal-provi fis-sens tal-Artikolu 796da(4) tal-imsemmi regolament.


(1)  ĠU C 136, 18.04.2016


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/17


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Marzu 2017 – Simet SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-232/16 P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Għajnuna mill-Istat - Settur tat-trasport - Servizzi ta’ trasport interreġjonali b’kowċ - Regolament (KEE) Nru 1191/69 - Dritt għal kumpens fir-rigward tal-piżijiet finanzjarji li jirriżultaw mill-eżekuzzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku - Deċiżjoni ġudizzjarja nazzjonali - Għajnuna inkompatibbli mas-suq intern))

(2017/C 168/22)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Simet SpA (rappreżentanti: A. Clarizia, C. Varrone u P. Clarizia, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte, D. Grespan u P.J. Loewenthal, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Simet SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 232, 27.6.2016.


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/18


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċizjoni preliminari tan-Nejvyšší soud České republiky – ir-Repubblika Ċeka) – proċeduri kriminali kontra Juraj Sokáč

(Kawża C-497/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Prekursuri tad-droga - Regolament (KE) Nru 273/2004 - Artikolu 2(a) - Kunċett ta’ “sustanza skedata” - Esklużjoni tal-prodotti mediċinali - Direttiva 2001/83/KE - Artikolu 1(2) - Kunċett ta “prodott mediċinali” - Prodott mediċinali li fih l-efedrina jew il-psewdoefedrina - Regolament (KE) Nru 111/2005 - Artikolu 2(a) - Kunċett ta’ “sustanza skedata” - Anness - Inklużjoni tal-prodotti mediċinali li fihom l-efedrina jew il-psewdoefedrina - Assenza ta’ effett fuq il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 273/2004))

(2017/C 168/23)

Lingwa tal-proċedura: ic-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud České republiky

Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

Juraj Sokáč

Dispożittiv

Il-“prodotti mediċinali”, fis-sens tal-Artikolu 1(2), tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, komposti minn “sustanzi skedati”, fis-sens tal-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, dwar prekursuri tad-droga, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1258/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Novembru 2013, bħalma huma l-efedrina u l-psewdoefedrina, jibqgħu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament tal-aħħar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 1258/2013 u tar-Regolament (UE) Nru 1259/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Novembru 2013, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/19


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Versailles – Franza) – Enedis, SA vs Axa Corporate Solutions SA, Ombrière Le Bosc SAS

(Kawża C-515/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikoli 107 u 108 TFUE - Għajnuna mill-Istat - Kunċett ta’ “intervent mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat” - Elettriku minn enerġija solari - Obbligu ta’ xiri bi prezz ogħla mill-prezz tas-suq - Kumpens sħiħ - Assenza ta’ komunikazzjoni minn qabel))

(2017/C 168/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Versailles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Enedis, SA

Konvenuti: Axa Corporate Solutions SA, Ombrière Le Bosc SAS

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li mekkaniżmu, bħal dak stabbilit mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ta’ obbligu ta’ xiri tal-elettriku ġġenerat mill-installazzjonijiet li jużaw l-enerġija tar-radjazzjoni solari bi prezz ogħla minn dak tas-suq u li l-finanzjament tiegħu tħallas mill-konsumaturi finali tal-elettriku għandu jitqies bħala intervent mill-Istat jew permezz tar-riżorsi tal-Istat?

2)

L-Artikolu 108(3) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ ta’ nuqqas ta’ komunikazzjoni minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea ta’ miżura nazzjonali li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, huwa l-obbligu tal-qrati nazzjonali li jisiltu l-konsegwenzi kollha ta’ din l-illegalità, b’mod partikolari fir-rigward tal-validità tal-atti ta’ implementazzjoni ta’ din il-miżura?


(1)  ĠU C 475, 19.12.2016.


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-11 ta’ Jannar 2017 – VAR Srl vs Iveco Orecchia SpA

(Kawża C-14/17)

(2017/C 168/25)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VAR Srl

Konvenuta: Iveco Orecchia SpA

Domandi preliminari

1)

Prinċipalment: l-Artikolu 34(8) tad-Direttiva 2004/17/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi li l-prova ta’ ekwivalenza bejn il-prodotti li għandhom jiġu pprovduti u l-prodotti tal-oriġini tkun ippreżentata fil-kuntest tal-offerta;

2)

Sussidjarjament għall-ewwel domanda, fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda ta’ interpretazzjoni [fil-punt 1] iktar ’il fuq: b’liema mod tista’ tiġi żgurata l-osservanza tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ imparzjalità, ta’ kompetizzjoni ġusta u ta’ amministrazzjoni tajba, kif ukoll tad-drittijiet ta’ difiża u tal-kontradittorju tal-offerenti l-oħra?


(1)  Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19).


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fil-15 ta’ Frar 2017 – KP, irrappreżentata minn ommha vs LO

(Kawża C-83/17)

(2017/C 168/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: KP, irrappreżentata minn ommha

Konvenut: LO

Domandi preliminari

1)

Ir-regola ta’ sussidjarjetà fl-Artikolu 4(2) tal-Protokoll ta’ Den Haag dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi ta’ manteniment tal-2007 għandha tiġi interpretata fis-sens li tapplika biss meta r-rikors promotur li jagħti bidu għall-proċedura għall-ħlas ta’ manteniment jiġi ppreżentat fi Stat Membru differenti minn dak tar-residenza abitwali tal-kreditur tal-manteniment?

Jekk tingħata risposta negattiva għal din id-domanda:

2)

L-Artikolu 4(2) tal-Protokoll ta’ Den Haag dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi ta’ manteniment tal-2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-espressjoni “ma jkunx jista’ […] jikseb manteniment” tirreferi wkoll għall-każijiet li fihom il-liġi tal-post ta’ residenza preċedenti ma tipprovdix kreditu ta’ manteniment għall-passat sempliċiment għaliex ċerti kundizzjonijiet legali ma jkunux issodisfatti?


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/20


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2017 minn Infineon Technologies AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-758/14, Infineon Technologies AG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-99/17 P)

(2017/C 168/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Infineon Technologies AG (rappreżentant: M. Klusmann, avukat, T. Lübbig, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Każ T-758/14;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nru C(2014) 6250 finali tat-3 ta’ Settembru 2014 (Każ AT.39574 – Karti b’ċirkwit integrat) sa fejn Infineon Technologies AG hija kkonċernata;

in eventu, tnaqqas il-multa ta’ ammont ta’ EUR 82 874 000 imposta fuq l-appellanti skont il-premessa 457(a) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Settembru 2014, għal ammont proporzjonali;

in eventu, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Essenzjalment, l-appellanti tissottometti li:

il-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu tagħha li twettaq stħarriġ suffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata, kif previst fl-Artikolu 263 TFUE, b’mod partikolari peress li l-Qorti Ġenerali adottat approċċ żbaljat ta’ stħarriġ ġudizzjarju selettiv inkomplet. Minkejja li l-kuntatti inkwistjoni kollha fid-deċiżjoni ġew ikkontestati mill-appellanti, il-Qorti Ġenerali sempliċement ivverifikat inqas minn nofs dawn il-kuntatti, mingħajr ma pprovdiet motivazzjoni suffiċjenti dwar l-għażla ta’ kuntatti partikolari li kelhom jiġu vverifikati jew li ma kellhomx jiġu vverifikati u mingħajr ma tat bażi legali biex tagħmel dan;

il-Kummissjoni u l-Qorti Ġenerali, rispettivament wettqu żball ta’ liġi fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, b’mod partikolari minħabba li dawn ikkonstataw restrizzjoni “globali” tal-kompetizzjoni minħabba l-għan min-naħa tal-appellanti, prinċipalment permezz ta’ skambju dwar tendenzi tas-suq ġenerali u previżjonijiet dwar żviluppi rigward prezzijiet. Minbarra dan, il-Kummissjoni u l-Qorti Ġenerali naqsu milli jieħdu inkunsiderazzjoni l-kundizzjonijiet sabiex jiġi stabbilit ksur uniku u kontinwu, kif applikati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha;

Il-Kummissjoni u l-Qorti Ġenerali rispettivament wettqu żball ta’ liġi fir-rigward tal-kalkolu tal-multa imposta fuq l-appellanti. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali naqset milli tikkunsidra l-effetti li jirriżultaw mill-istħarriġ selettiv inkomplet tagħha (peress li ftit biss mill-kuntatti kkontestati inkwistjoni ġew ivverifikati) u, konsegwentement, naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha fir-rigward tal-multa imposta. Minbarra dan il-Qorti Ġenerali wettqet żball – u naqset milli tagħti raġunijiet suffiċjenti għalih – billi inkludiet id-dħul mhux minn SIM tal-appellanti li wassal sabiex il-multa tkun eċċessiva u għalhekk sproporzjonata.

Argumenti oħra jirrigwardaw diversi distorsjonijiet tal-provi mill-Qorti Ġenerali, allokazzjoni żbaljata tal-oneru tal-prova rigward provi potenzjalment mhux affidabbli u żbalji ta’ liġi relatati mal-provi użati mill-Kummissjoni fil-konfront tal-appellanti li ma ġewx żvelati matul il-proċedimenti quddiem il-Kummissjoni.

Alternattivament, is-sentenza appellata hija vvizzjata minn ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, b’mod partikolari sa fejn il-Qorti Ġenerali naqset milli tagħti lill-appellanti tnaqqis tal-multa suffiċjenti minħabba l-parteċipazzjoni limitata tagħha fil-ksur inkwistjoni, kunsiderazzjoni insuffiċjenti taċ-ċirkustanzi attenwanti u peress li l-ammont assolut tal-multa imposta fuq l-appellanti huwa sproporzjonat.


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/21


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2017 minn Gul Ahmed Textile Mills Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-199/04 RENV: Gul Ahmed Textile Mills Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-100/17 P)

(2017/C 168/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Gul Ahmed Textile Mills Ltd (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, J. Beck, Solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat;

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali;

tiddeċiedi dwar il-mertu u tannulla r-Regolament 397/2004 (1) jew tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex din tal-aħħar tiddeċiedi fuq il-mertu tar-rikors għal annullament; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-appell u tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti sostni l-argumenti li ġejjin:

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-appellanti ma kellha l-ebda interess ġuridiku dwar it-tieni u t-tielet motivi. Fid-deċiżjoni tagħha dwar jekk l-appellanti għandhiex interess ġuridiku, il-Qorti Ġenerali għandha tieħu inkunsiderazzjoni il-provi u l-informazzjoni kollha prodotti quddiemha u teżamina l-kuntest globali tal-kawża. L-iżbalji fil-kalkoli tal-marġni tad-dumping mill-Kunsilkl huma metodoloġiċi u jistgħu jerġgħu jsiru fil-futur.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet, mingħajr eżami xieraq tal-argumenti tar-rikorrenti (f’ċerti każijiet mingħajr bl-ebda mod ma eżaminathom), li l-bidla fil-produzzjoni mill-industrija tal-Unjoni lejn segment ta’ valur għoli tas-suq tal-Unjoni tal-friex tas-sodda u ż-żieda fl-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ friex tas-sodda mill-produtturi Torok relatati mal-industrija tal-Unjoni ma kisrux ir-rabta kawżali bejn id-dumping allegat u d-dannu materjali allegatament subit mill-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-konklużjonijiet tal-Qorti Ġenerali jirriżultaw minn żnaturament tal-fatti kif ippreżentati fir-Regolament 397/2004 u minn klassifikazzjonijiet ġuridiċi żbaljati tal-fatti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004 tat-2 ta' Marzu 2004 li jimponi dazju kontra d-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 50, p. 26)


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Pitești (ir-Rumanija) fis-27 ta’ Frar 2017 – SC Cali Esprou SRL vs Administraţia Fondului pentru Mediu

(Kawża C-104/17)

(2017/C 168/29)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Pitești

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Cali Esprou SRL

Konvenuta: Administraţia Fondului pentru Mediu

Domanda preliminari

L-Artikolu 15 tad-Direttiva 94/62/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 1994, dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (1), jista’ jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-adozzjoni, minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, ta’ leġiżlazzjoni li tistabbilixxi kontribuzzjoni li għandha titħallas mill-operatur ekonomiku li jqiegħed fis-suq nazzjonali prodotti ppakkjati u mballaġġ, mingħajr ma jibdilhom b’ebda mod, u li jbiegħhom fl-istess forma lil operatur ekonomiku, li min-naħa tiegħu jbiegħhom lill-konsumatur finali, fejn l-ammont tal-kontribuzzjoni huwa stabbilit għal kull kilogramma, fuq il-bażi tad-differenza bejn, minn naħa, il-kwantitajiet ta’ skart mill-imballaġġ li jikkorrispondi għall-għanijiet minimi ta’ rkupru jew ta’ inċinerazzjoni f’impjanti ta’ inċinerazzjoni b’irkupru tal-enerġija u b’irkupru permezz tar-riċiklaġġ u, min-naħa l-oħra, il-kwantitajiet ta’ skart mill-imballaġġ effettivament irkuprat jew inċinerat f’impjanti ta’ inċinerazzjoni b’irkupru tal-enerġija u b’irkupru permezz tar-riċiklaġġ?


(1)  Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 1994, dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 13, p. 349).


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky QJ (is-Slovakkja) fis-16 ta’ Marzu 2017 – QJ vs Ministerstvo vnútra SR, Migračný úrad

(Kawża C-113/17)

(2017/C 168/30)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky (qorti suprema tar-Repubblika Slovakka)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: QJ

Konvenut: Ministerstvo vnútra SR, Migračný úrad (Ministeru tal-Intern, Uffiċċju tal-Migrazzjoni)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (1) (riformulazzjoni) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva Proċedurali”) għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali li teżamina l-fondatezza tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni internazzjonali tal-applikant tista’, minħabba li deċiżjoni ta’ ċaħda ġiet preċedentement annullata, u l-kawża ġiet mibgħuta lura lill-awtorità amministrattiva, ripetutament wara appell li kien kull darba milqugħ, li b’dan il-mod isir ineffettiv, tiddeċiedi hija nfisha fuq l-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali lill-applikant, anki jekk tali poter tal-qorti ma jirriżultax mil-leġiżlazzjoni interna?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda ta’ hawn fuq, tali poter jappartjeni wkoll lill-qorti tal-appell (qorti suprema)?


(1)  ĠU 2013, L 180, p. 60.


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Satversmes tiesa (il-Latvja) fis-7 ta’ Marzu 2017 – Administratīvā rajona tiesa vs Ministru kabinets

(Kawża C-120/17)

(2017/C 168/31)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Satversmes tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Administratīvā rajona tiesa

Konvenut: Ministru kabinets

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tal-kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri fil-qasam tal-agrikoltura, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1257/1999 (1), fid-dawl ta’ wieħed mill-objettivi tiegħu – li l-bdiewa jipparteċipaw fil-miżura ta’ irtirar kmieni mill-attività agrikola – għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest tal-miżuri ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, huwa pprojbit li Stat Membru jadotta leġiżlazzjoni li tippermetti li tintiret l-għajnuna għall-irtirar kmieni mill-attività agrikola?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda preliminari tingħata risposta affermattiva, jiġifieri jekk id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1257/1999 jipprekludux li tista’ tintiret l-għajnuna għall-irtirar kmieni mill-attività agrikola, f’sitwazzjoni fejn dispożizzjoni legali ta’ Stat Membru tqieset mill-Kummissjoni Ewropea, skont il-proċedura adatta, bħala konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1257/1999, u l-bdiewa pparteċipaw fil-miżura ta’ irtirar kmieni mill-attività agrikola skont il-prattika nazzjonali, huwa possibbli li nkiseb dritt suġġettiv għall-wirt tal-għajnuna mogħtija fil-kuntest ta’ din il-miżura?

3)

Fil-każ li t-tieni domanda preliminari tingħata risposta affermattiva, jiġifieri jekk huwa possibbli li nkiseb tali dritt suġġettiv, jista’ jitqies li l-konklużjoni milħuqa fil-laqgħa tal-Kumitat għall-iżvilupp rurali tal-Kummissjoni Ewropea tad-19 ta’ Ottubru 2011, li tipprevedi li l-għajnuna għall-irtirar kmieni mill-attività agrikola ma tistax tingħadda lill-werrieta taċ-ċessjonarju tar-razzett, tikkostitwixxi bażi għat-tmiem antiċipat tad-dritt suġġettiv miksub imsemmi iktar 'il fuq?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 391).


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (il-Portugall) fit-13 ta’ Marzu 2017 – Hélder José Cunha Martins vs Fundo de Garantia Automóvel

(Kawża C-131/17)

(2017/C 168/32)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação do Porto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hélder José Cunha Martins [jiġifieri l-parti li titlob l-eżekuzzjoni]

Konvenut: Fundo de Garantia Automóvel [jiġifieri l-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni]

Domandi preliminari

1)

Il-kundanna, in solidum, f’azzjoni għal responsabbiltà ċivili li tirriżulta minn inċident tat-traffiku, fl-appell, minn qorti superjuri, mingħajr ma jkun sar rikors għall-prinċipju ta’ immedjatezza, u mingħajr użu sħiħ tal-mezzi kollha ta’ difiża, għandha titqies li hija kawża deċiża b’mod ġust u ekwu, konformement mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

2)

Il-mandat ta’ qbid li jkun qed jiġi eżegwit mingħajr ma tkun ingħatat deċiżjoni preċedenti dwar ir-rikors li jikkontestah jikkuntrasta mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil-15 ta’ Marzu 2017 – G. C., A. F., B. H., E. D. vs Commission nationale de l’informatique et des libertés (CNIL)

(Kawża C-136/17)

(2017/C 168/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: G. C., A. F., B. H., E. D.

Konvenut: Commission nationale de l’informatique et des libertés (CNIL)

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tar-responsabbiltajiet, tal-kompetenzi u tal-possibiltajiet speċifiċi tal-operatur ta’ mutur tat-tfittxija, il-projbizzjoni stabbilita fil-konfront ta’ persuni oħra responsabbli għall-ipproċessar ta’ data koperta mill-paragrafi 1 u 5 tal-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-24 ta’ Ottubru 1995 (1), bla ħsara għall-eċċezzjonijiet previsti minn dan it-test, hija applikabbli wkoll għal dan l-operatur sa fejn huwa responsabbli għall-ipproċessar li jwettaq dan il-mutur?

2)

F’każ li tingħata risposta pożittiva għad-domanda 1):

id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(1) u (5) tad-Direttiva tal-24 ta’ Ottubru 1995 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-projbizzjoni kif stabbilita, bla ħsara għall-eċċezzjonijiet previsti minn din id-direttiva, fil-konfront tal-operatur ta’ mutur tat-tfittxija milli jipproċessa data koperta minn dawn id-dispożizzjonijiet tobbligah li jilqa’ b’mod sistematiku it-talbiet għal kanċellazzjoni tal-links li jwasslu għal paġni tal-internet li jipproċessaw tali data?

f’tali perspettiva, kif għandhom jiġu interpretati l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 8(2)(a) u (e) tad-Direttiva tal-24 ta’ Ottubru 1995, meta dawn japplikaw għal operatur ta’ mutur tat-tfittxija, fid-dawl tar-responsabbiltajiet, tal-kompetenzi u tal-possibiltajiet speċifiċi tiegħu? B’mod speċifiku, tali operatur jista’ jirrifjuta li jilqa’ talba għal kanċellazzjoni meta huwa jikkonstata li l-links inkwistjoni jwasslu għal kontenuti li, għalkemm jinkludu data li taqa’ taħt il-kategoriji enumerati fl-Artikolu 8(1), huma koperti wkoll mill-kamp tal-eċċezzjonijiet previsti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-istess artikolu, b’mod partikolari (a) u (e)?

bl-istess mod, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-24 ta’ Ottubru 1995 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta l-links li tintalab il-kanċellazzjoni tagħhom ikunu jwasslu għal ipproċessar tad-data ta’ natura personali mwettaq sempliċiment għal finijiet ġurnalistiċi jew ta’ espressjoni artistika jew litterarja li, fuq din il-bażi, skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-24 ta’ Ottubru 1995, jistgħu jiġbru u jipproċessaw data koperta mill-kategoriji msemmija fl-Artikolu 8(1) u (5) ta’ din id-direttiva, l-operatur ta’ mutur tat-tfittxija jista’, għal din ir-raġuni, jirrifjuta li jilqa’ talba għal kanċellazzjoni?

3)

F’każ li tingħata risposta negattiva għad-domanda 1):

fid-dawl tar-responsabbiltajiet, tal-kompetenzi u tal-possibiltajiet tiegħu, liema rekwiżiti speċifiċi tad-Direttiva tal-24 ta’ Ottubru 1995 għandu jissodisfa l-operatur ta’ mutur tat-tfittxija?

meta jiġi kkonstatat li l-paġni tal-internet, li jwasslu għalihom il-links li fir-rigward tagħhom tintalab il-kanċellazzjoni, jinkludu data li l-pubblikazzjoni tagħha, fuq l-imsemmija paġni, hija illegali, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-24 ta’ Ottubru 1995 għandhom jiġu interpretati fis-sens:

li huma jobbligaw lill-operatur ta’ mutur tat-tfittxija li jħassar dawn il-links mil-lista tar-riżultati li jintwerew wara tfittxija mwettqa abbażi tal-isem tal-persuna li tressaq it-talba?

jew li dawn jimplikaw sempliċiment li huwa għandu jieħu din iċ-ċirkustanza inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tal-fondatezza tat-talba għal kanċellazzjoni?

jew li din iċ-ċirkustanza ma tinċidix fuq l-evalwazzjoni li għandu jwettaq?

Barra minn hekk, jekk din iċ-ċirkustanza ma hijiex ineffettiva, kif għandha tiġi evalwata l-legalità tal-pubblikazzjoni tad-data kontenzjuża fuq il-paġni tal-internet li jirriżultaw minn ipproċessar li ma huwiex kopert mill-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tad-Direttiva tal-24 ta’ Ottubru 1995 u, sussegwentement, tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li jimplimentawha?

4)

Tkun xi tkun ir-risposta għad-domanda 1):

indipendentement mil-legalità tal-pubblikazzjoni tad-data ta’ natura personali fuq il-paġna tal-internet li twassal għaliha l-link kontenzjuża, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-24 ta’ Ottubru 1995 għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

meta l-persuna li tressaq it-talba tistabbilixxi li din id-data tkun saret inkompleta jew ineżatta, jew li ma għandhiex aġġornata, l-operatur ta’ mutur tat-tfittxija huwa obbligat li jilqa’ t-talba korrispondenti għal kanċellazzjoni?

b’mod iktar speċifiku, meta l-persuna li tressaq it-talba turi li, fid-dawl tal-iżvolġiment tal-proċedura ġudizzjarja, l-informazzjoni marbuta ma’ stadju preċedenti tal-proċedura ma għadhiex tikkorrispondi għar-realtà attwali tas-sitwazzjoni, l-operatur ta’ mutur tat-tfittxija huwa obbligat li jikkanċella l-links li jwasslu għal paġni tal-internet li jinkludu tali informazzjoni?

id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(5) tad-Direttiva tal-24 ta’ Ottubru 1995 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-informazzjoni marbuta mal-investigazzjoni ta’ individwu jew li huma marbuta ma’ proċess, jew mal-kundanna li tirriżulta minnu, tikkostitwixxi data marbuta ma’ ksur jew ma’ kundanni kriminali? B’mod ġenerali, meta paġna tal-internet tkun tinkludi data li tagħmel riferiment għal kundanni jew għal proċeduri ġudizzjarji li jkollhom persuna fiżika bħala s-suġġett tagħhom, din tkun tidħol fil-kamp ta’ dawn id-dispożizzjonijiet?


(1)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ Marzu 2017 – Köln-Aktienfonds Deka vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-156/17)

(2017/C 168/34)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Köln-Aktienfonds Deka

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Partijiet oħra: Nederlandse Orde van Belastingadviseurs, Loyens en Loeff NV

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 56 KE (li sar l-Artikolu 63 TFUE) jipprekludi li fond ta’ investiment stabbilit barra l-Pajjiżi l-Baxxi jiġi rrifjutat il-ħlas lura tat-taxxa fuq id-dividendi Olandiża miżmuma fuq id-dividendi li l-fond ta’ investiment irċieva mingħand entitajiet stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi, minħabba li ma huwiex suġġett għall-obbligu ta’ żamma tat-taxxa fuq id-dividendi Olandiża, filwaqt li tali ħlas lura jingħata lil istituzzjoni ta’ investiment fiskali stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi li, kull sena, tqassam il-profitt mill-investimenti tagħha lill-azzjonarji jew lill-parteċipanti tagħha, bla ħsara għaż-żamma tat-taxxa fuq id-dividendi Olandiża?

2)

L-Artikolu 56 KE (li sar l-Artikolu 63 TFUE) jipprekludi li fond ta’ investiment stabbilit barra l-Pajjiżi l-Baxxi jiġi rrifjutat il-ħlas lura tat-taxxa fuq id-dividendi Olandiża miżmuma fuq id-dividendi li huwa rċieva mingħand entitajiet stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi, minħabba li ma pprovdiex prova suffiċjenti li l-azzjonisti jew il-parteċipanti tiegħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Olandiża?

3)

L-Artikolu 56 KE (li sar l-Artikolu 63 TFUE) jipprekludi li fond ta’ investiment stabbilit barra l-Pajjiżi l-Baxxi jiġi rrifjutat il-ħlas lura tat-taxxa fuq id-dividendi Olandiża miżmuma fuq id-dividendi li huwa rċieva mingħand entitajiet stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi, minħabba li ma jqassamx il-profitt kollu mill-investimenti lill-azzjonisti jew lill-parteċipanti tiegħu kull sena, mhux iktar tard minn tmien xhur minn tmiem is-sena finanzjarja, anki jekk, fil-pajjiż fejn huwa stabbilit il-fond ta’ investiment, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli hemmhekk, il-profitt mill-investimenti li ma tqassamx (a) jitqies li tqassam u/jew (b) jittieħed inkunsiderazzjoni fit-taxxa imposta f’dan il-pajjiż fuq l-azzjonisti jew il-parteċipanti tiegħu bħallikieku dan il-profitt ikun tqassam, filwaqt li tali ħlas lura jingħata lil istituzzjoni ta’ investiment fiskali stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi li, kull sena, tqassam il-profitt mill-investimenti tagħha lill-azzjonarji jew lill-parteċipanti tagħha, bla ħsara għaż-żamma tat-taxxa fuq id-dividendi Olandiża?


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ Marzu 2017 – X vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-157/17)

(2017/C 168/35)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Partijiet oħra: Nederlandse Orde van Belastingadviseurs, Loyens en Loeff NV

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 56 KE (li sar l-Artikolu 63 TFUE) jipprekludi li fond ta’ investiment stabbilit barra l-Pajjiżi l-Baxxi jiġi rrifjutat il-ħlas lura tat-taxxa fuq id-dividendi Olandiża miżmuma fuq id-dividendi li l-fond ta’ investiment irċieva mingħand entitajiet stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi, minħabba li ma huwiex suġġett għall-obbligu ta’ żamma tat-taxxa fuq id-dividendi Olandiża, filwaqt li tali ħlas lura jingħata lil istituzzjoni ta’ investiment fiskali stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi li, kull sena, tqassam il-profitt mill-investimenti tagħha lill-azzjonarji jew lill-parteċipanti tagħha, bla ħsara għaż-żamma tat-taxxa fuq id-dividendi Olandiża?

2)

L-Artikolu 56 KE (li sar l-Artikolu 63 TFUE) jipprekludi li fond ta’ investiment stabbilit barra l-Pajjiżi l-Baxxi jiġi rrifjutat il-ħlas lura tat-taxxa fuq id-dividendi Olandiża – li madankollu jingħata lil istituzzjoni ta’ investiment fiskali stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi – f’każ li jista’ jostakola l-kapaċità ta’ dan il-fond li jattira investituri li jgħixu jew li huma stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi?


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/27


Appell ippreżentat fil-5 ta’ April 2017 minn ANKO A.E. Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-25 ta’ Jannar 2017 fil-Kawża T-768/14, ANKO vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-172/17 P)

(2017/C 168/36)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: ANKO A.E. Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (rappreżentant: Stauroula Paliou, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2017 fil-Kawża Τ-768/14 u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi fuq il-mertu;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża Τ-768/14 tal-25 ta’ Jannar 2017 tinkludi evalwazzjonijiet ġuridiċi li jmorru kontra regoli tad-dritt tal-Unjoni, u tikkontestahom b’dan l-appell.

L-appellanti tqis li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata:

i

L-ewwel nett , abbażi ta’ żnaturament tal-provi, fir-rigward tal-affidabbiltà tas-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol.

ii

It-tieni nett , abbażi ta’ żball ta’ liġi, fir-rigward tar-regoli li japplikaw, fir-rigward tar-rikors, għal dak li għandu jiġi pprovat u għall-oneru tal-prova.

iii

It-tielet nett , abbażi ta’ żball ta’ liġi, fir-rigward tar-regoli li japplikaw, fir-rigward tal-kontrotalba, għat-tqassim tal-oneru tal-prova.

iv

Ir-raba’ nett , abbażi ta’ ksur ta’ forma proċedurali essenzjali u, b’mod partikolari, abbażi ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-fatt li l-kreditu tal-Kummissjoni huwa ċert, ta’ ammont fiss u dovut.


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/28


Appell ippreżentat fil-5 ta’ April 2017 minn ANKO A.E. Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-25 ta’ Jannar 2017 fil-Kawża T-771/14, ANKO vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-173/17 P)

(2017/C 168/37)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: ANKO A.E. Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (rappreżentant: Stauroula Paliou, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2017 fil-Kawża Τ-771/14 u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi fuq il-mertu;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża Τ-771/14 tal-25 ta’ Jannar 2017 tinkludi evalwazzjonijiet ġuridiċi li jmorru kontra regoli tad-dritt tal-Unjoni, u tikkontestahom b’dan l-appell.

L-appellanti tqis li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata:

i

L-ewwel nett , abbażi ta’ żnaturament tal-provi, fir-rigward tal-affidabbiltà tas-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol.

ii

It-tieni nett , abbażi ta’ żball ta’ liġi, fir-rigward tar-regoli li japplikaw, fir-rigward tar-rikors, għal dak li għandu jiġi pprovat u għall-oneru tal-prova.

iii

It-tielet nett , abbażi ta’ żball ta’ liġi, fir-rigward tar-regoli li japplikaw, fir-rigward tal-kontrotalba, għat-tqassim tal-oneru tal-prova.

iv

Ir-raba’ nett , abbażi ta’ ksur ta’ forma proċedurali essenzjali u, b’mod partikolari, abbażi ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-fatt li l-kreditu tal-Kummissjoni huwa ċert, ta’ ammont fiss u dovut.


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/29


Appell ippreżentat fil-11 ta’ April 2017 minn International Management Group (IMG) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-2 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-381/15, IMG vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-184/17 P)

(2017/C 168/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: International Management Group (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-381/15;

konsegwentement, tilqa’ t-talbiet tal-appellanti mressqa fl-ewwel istanza kif irriveduti u, għalhekk:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Mejju 2015 li tirrifjuta lil IMG il-kwalità ta’ organizzazzjoni internazzjonali skont ir-regolament finanzjarju,

tikkundanna lill-appellata għall-ħlas ta’ kumpens għad-dannu materjali u morali stmat, rispettivament, għal EUR 28 miljun u għal EUR 1 miljun,

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż kollha.

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, l-appellanti tinvoka ħames aggravji, ibbażati:

l-ewwel nett, fuq il-ksur tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, tad-dispożizzjonijiet prattiċi għall-implementazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u tad-drittijiet tad-difiża; fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-appellata; fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-ewwel qorti, u fuq l-iżnaturament tal-proċess;

it-tieni nett, fuq il-ksur tar-regolament finanzjarju tal-2012 u tar-regolament finanzjarju ddelegat, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-ewwel qorti u fuq l-iżnaturament tal-proċess;

it-tielet nett, fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża; fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-ewwel qorti u fuq l-iżnaturament tal-proċess;

ir-raba’ nett, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità; fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-ewwel qorti u fuq l-iżnaturament tal-proċess;

il-ħames nett, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali; fuq il-ksur mill-ewwel qorti tal-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni u fuq il-ksur tal-Artikolu 61 tar-regolament finanzjarju tal-2012.

Barra minn hekk, l-appellanti tikkontesta d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tiċħad it-talba tagħha għad-danni minħabba assenza ta’ nuqqasijiet.

Fl-aħħar nett, l-appellanti tilmenta li d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali ddikjarat inammissibbli u ma inkludietx fil-proċess opinjoni tas-servizz legali tal-Kummissjoni.


Il-Qorti Ġenerali

29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/30


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2017 – Printeos vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-201/17)

(2017/C 168/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Printeos, SA (Alcalá de Henares, Spanja) (rappreżentanti: H. Brokelmann u P. Martínez-Lage Sobredo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

li, abbażi tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE, u, sussidjarjament, tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266, l-Artikolu 268 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE u l-Artikolu 41(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas ta’:

(a)

kumpens pekunjarju li l-ammont tiegħu jkun jikkorrispondi għall-interessi kumpensatorji fuq is-somma ta’ EUR 4 729 000 bir-rata ta’ interessi tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-ġdid tiegħu, biż-żieda ta’ żewġ punti perċentwali, għall-perijodu bejn id-9 ta’ Marzu 2015 u l-1 ta’ Frar 2017, li jwassal għall-ammont ta’ EUR 184 592,95, jew, inkella, bir-rata ta’ interessi li l-Qorti Ġenerali tqis xierqa; u

(b)

l-interessi moratorji fuq l-ammont tal-interessi kumpensatorji li jirriżultaw mill-punt preċedenti għall-perijodu bejn l-1 ta’ Frar 2017 u d-data tal-ħlas effettiv mill-Kummissjoni tal-ammont mitlub fil-punt preċedenti b’eżekuzzjoni ta’ possibbli sentenza li tilqa’ dan ir-rikors, bir-rata ta’ interessi tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-ġdid tiegħu, biż-żieda ta’ tliet punti perċentwali, jew, inkella, bir-rata ta’ interessi li l-Qorti Ġenerali tqis xierqa.

li sussidjarjament, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2017, li tikkonsisti fir-rimbors biss tal-ammont prinċipali tal-multa mħallsa indebitament mir-rikorrenti b’eżekuzzjoni tad-deċiżjoni “Envelops” bl-esklużjoni tal-interessi.

li, fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

F’din il-proċedura, ir-rikorrenti qegħda tippreżenta, prinċipalment, rikors għad-danni, bil-għan li jingħatalha kumpens pekunjarju ekwivalenti għall-interessi li l-Kummissjoni kellha tħallasha meta rrimborsatha l-ammont prinċipali tal-multa mħallsa indebitament b’eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 9295 finali, tal-10 ta’ Diċembru 2014, dwar proċedimenti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (AT.39780 – Envelops) (iktar 'il quddiem id-“Deċiżjoni envelops”), wara l-annullament ta’ din id-deċiżjoni permezz tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2016, fil-Kawża T-95/15, Printeos S.A. et vs Il-Kummissjoni (iktar 'il quddiem is-“sentenza Printeos”). Sussidjarjament, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Jannar 2017, li permezz tagħha ġiet miċħuda t-talba tagħha għall-ħlas tal-imsemmija interessi.

1.

Insostenn tar-rikors għad-danni tagħha, ir-rikorrenti tallega li t-talba għal kumpens pekunjarju hija bbażata fuq l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE, sa fejn il-Kummissjoni eżegwiet b’mod inkomplet l-imsemmija sentenza “Printeos”, meta naqset milli tħallasha l-interessi korrispondenti; jew, sussidjarjament, fuq it-tieni paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE u l-Artikolu 41(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għad-dannu kkawżat mid-Deċiżjoni “Envelops” u l-eżekuzzjoni mhux kompluta tas-sentenza “Printeos”.

F’dan ir-rigward hija ssostni li l-aġir illegali tal-Kummissjoni kien nieqes minn bażi legali għaliex ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002, tat-23 ta’ Diċembru 2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145), li bbażat ruħha fuqu l-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha tas-26 ta’ Jannar 2017, kien diġà ġie mħassar, u għaliex ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012, tad-29 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU 2012 L 362, p. 1) għandu jitqies kuntrarju għall-Artikoli 266 u 340 TFUE u l-Artikoli 41(3) u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

Insostenn tar-rikors għal annullament sussidjarju tagħha, ir-rikorrenti tallega li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2017 hija bbażata fuq bażi legali li kienet ġiet imħassra, li ma kinitx applikabbli u li, fi kwalunkwe każ, kellha titqies illegali, filwaqt li tqajjem eċċezzjoni ta’ illegalità f’dan ir-rigward.


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/31


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2017 – Senetic vs EUIPO – HP Hewlett Packard Group (hp)

(Kawża T-207/17)

(2017/C 168/40)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Senetic S.A. (Katwoice, il-Polonja) (rappreżentant: M. Krekora, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: HP Hewlett Packard Group LLC (Houston, Texas, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “hp” – Trade mark tal-Unjoni Nru 8 579 021

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 1001/2016-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-intervenjent kif ukoll lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/31


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2017 – Senetic vs EUIPO – HP Hewlett Packard Group (HP)

(Kawża T-208/17)

(2017/C 168/41)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Senetic S.A. (Katowice, il-Polonja) (rappreżentant: M. Krekora, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: HP Hewlett Packard Group LLC (Houston, Texas, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-ittri “HP” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 52 449

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-1 ta’ Frar 2017, fil-Każ R 1002/2016-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 52(1)(a), moqri flimkien tal-Artikolu 7, tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/32


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2017 – ZGS vs EUIPO (Schülerhilfe1)

(Kawża T-209/17)

(2017/C 168/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ZGS Bildungs-GmbH (Gelsenkirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Remmerbach, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Schülerhilfe1” – Applikazzjoni Nru 15 113 038

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 1789/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu u għall-ispejjeż ta’ ZGB Bildungs-GmbH.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/33


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2017 – Romantik Hotels & Restaurants vs EUIPO – Hotel Preidlhof (ROMANTIK)

(Kawża T-213/17)

(2017/C 168/43)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Romantik Hotels & Restaurants AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Hofmann u W. Göpfert, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hotel Preidlhof GmbH (Naturno, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “ROMANTIK” –Trade mark tal-Unjoni Nru 2 527 109

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 1257/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tikkonferma l-invalidità tat-trade mark verbali tal-Unjoni Nru 2 527 109“ROMANTIK”;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(3) ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/33


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2017 – Pear Technologies vs EUIPO – Apple (PEAR)

(Kawża T-215/17)

(2017/C 168/44)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pear Technologies Ltd (Macau, iċ-Ċina) (rappreżentanti: J. Coldham, Solicitor u E. Himsworth, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Apple Inc. (Cupertino, California, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni figurattiva li tinkludi l-element verbali “PEAR” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 115 076

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18/01/2017 fil-Każ R 860/2016-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u/jew

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Bord tal-Appell għal eżami mill-ġdid;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, jekk tintervjeni, għall-ispejjeż, inklużi għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.