ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 162

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
23 ta' Mejju 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 162/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8379 — SGID/Hellenic Republic/IPTO) ( 1 )

1

2017/C 162/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8388 — Ares/Baupost/Nova Eventis) ( 1 )

1

2017/C 162/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8447 — EDF/CDC/Mitsubishi Corporation/NGM) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 162/04

Rata tal-kambju tal-euro

3

2017/C 162/05

Informazzjoni pprovduta mill-Kumissjoni f’konformità mal-Artikolu 8, it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika — Statistiċi dwar ir-regolamenti tekniċi notifikati fl-2016 skont il-proċedura tan-notifika tad-Direttiva (UE) 2015/1535 ( 1 )

4

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2017/C 162/06

Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)

9


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 162/07

Notifika ta’ bidu ta’ rieżami interim parzjali tal-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajlandja

12


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8379 — SGID/Hellenic Republic/IPTO)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 162/01)

Fl-10 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8379. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


23.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8388 — Ares/Baupost/Nova Eventis)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 162/02)

Fit-12 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8388. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


23.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8447 — EDF/CDC/Mitsubishi Corporation/NGM)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 162/03)

Fis-17 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8447. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-22 ta’ Mejju 2017

(2017/C 162/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1243

JPY

Yen Ġappuniż

125,18

DKK

Krona Daniża

7,4432

GBP

Lira Sterlina

0,86353

SEK

Krona Żvediża

9,7895

CHF

Frank Żvizzeru

1,0911

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,3723

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,488

HUF

Forint Ungeriż

308,65

PLN

Zloty Pollakk

4,1927

RON

Leu Rumen

4,5609

TRY

Lira Turka

4,0027

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5049

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5174

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,7533

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6120

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5581

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 256,08

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,8198

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7457

HRK

Kuna Kroata

7,4415

IDR

Rupiah Indoneżjan

,

MYR

Ringgit Malażjan

4,8395

PHP

Peso Filippin

55,863

RUB

Rouble Russu

63,7417

THB

Baht Tajlandiż

38,642

BRL

Real Brażiljan

3,7029

MXN

Peso Messikan

20,9641

INR

Rupi Indjan

72,5570


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


23.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/4


Informazzjoni pprovduta mill-Kumissjoni f’konformità mal-Artikolu 8, it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (1)

Statistiċi dwar ir-regolamenti tekniċi notifikati fl-2016 skont il-proċedura tan-notifika tad-Direttiva (UE) 2015/1535

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 162/05)

I.   Tabella li turi t-tipi differenti ta’ reazzjonijiet indirizzati lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea rigward l-abbozzi notifikati rispettivi tagħhom

Stati Membri

Numru ta’ Notifiki

Kummenti (2)

Opinjonijiet dettaljati (3)

Proposti għal-leġiżlazzjoni Komunitarja

 

 

MS

COM

EFTA (4) TR (5)

MS

COM

6.3 (6)

6.4 (7)

Il-Belġju

30

1

6

0

0

1

0

0

Il-Bulgarija

14

3

6

0

2

3

0

0

Ir-Repubblika Ċeka

38

10

13

0

7

6

0

0

Id-Danimarka

34

2

9

0

1

2

0

0

Il-Ġermanja

63

12

18

0

11

4

0

0

L-Estonja

14

2

1

0

0

0

0

0

L-Irlanda

11

4

2

0

16

1

0

0

Il-Greċja

8

3

3

0

0

1

0

0

Spanja

19

3

4

0

0

3

0

0

Franza

80

10

14

0

4

11

0

0

Il-Kroazja

18

6

9

0

3

2

0

0

L-Italja

40

4

9

0

3

3

0

0

Ċipru

2

0

2

0

0

1

0

0

Il-Latvja

8

2

1

0

0

1

0

0

Il-Litwanja

7

3

1

0

1

0

0

0

Il-Lussemburgu

3

2

1

0

0

0

0

0

L-Ungerija

31

6

3

0

3

3

0

0

Malta

10

2

5

0

0

3

0

0

In-Netherlands

45

6

9

0

4

4

0

0

L-Awstrija

34

3

12

0

3

1

0

0

Il-Polonja

28

5

5

0

4

0

0

0

Il-Portugall

3

3

0

0

1

1

0

0

Ir-Rumanija

6

0

0

0

0

0

0

0

Is-Slovenja

20

2

10

0

10

3

0

0

Is-Slovakkja

12

8

9

0

1

1

0

0

Il-Finlandja

43

8

7

0

5

5

0

0

L-Iżvezja

33

5

5

0

0

0

0

0

Ir-Renju Unit

46

1

6

0

0

5

0

0

It-Total tal-UE

700

116

170

0

79

65

0

0


II.   Tabella li turi l-abbozzi notifikati mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea mqassma skont is-settur.

Settur

BE

BG

CZ

CY

DK

DE

EE

IE

GR

ES

FR

HR

IT

LV

LT

LU

HU

MT

NL

AT

PL

PT

RO

SI

SK

FI

SE

UK

Total

Il-Bini u l-Kostruzzjoni

5

3

8

1

7

18

2

3

0

4

4

3

4

0

2

0

1

0

9

17

3

0

3

1

2

18

1

12

131

L-Agrikoltura, is-Sajd u l-Prodotti Alimentari

4

9

13

0

7

5

0

7

1

5

16

3

14

4

2

0

6

8

8

2

5

0

1

8

1

8

6

2

145

Il-Prodotti Kimiċi

2

1

2

0

1

4

1

0

1

3

1

0

0

0

0

0

0

0

5

1

0

0

1

0

0

4

5

0

32

Il-Prodotti Mediċinali

0

1

2

0

0

5

4

0

0

0

11

0

0

1

1

0

6

0

0

0

0

1

0

0

0

1

1

3

37

It-Tagħmir Domestiku u Rikreattiv

0

0

0

0

1

1

0

0

0

5

1

0

3

2

0

0

0

1

0

2

4

0

0

0

1

1

1

1

24

Mekkaniku

0

0

1

0

1

0

1

0

0

0

0

7

3

0

1

0

1

0

5

1

2

0

0

2

0

0

3

3

31

L-Enerġija, il-Minerali, l-Injam

2

0

1

0

3

2

0

0

5

0

4

0

0

0

0

1

0

0

7

0

5

0

0

0

3

0

1

3

37

L-Ambjent, l-Imballaġġ

2

0

5

0

1

3

2

0

0

0

7

2

8

0

1

0

4

0

8

3

2

2

1

0

1

0

0

3

55

It-Tagħmir tas-Saħħa u Mediku

1

0

0

0

2

1

0

0

0

0

6

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

10

It-Trasport

6

0

0

0

10

7

1

0

1

2

5

0

1

0

0

0

2

0

1

2

3

0

0

0

1

7

11

11

71

It-Telekomunikazzjonijiet

3

0

0

0

0

10

2

0

0

0

2

0

0

0

0

2

1

0

0

1

0

0

0

0

0

2

2

6

31

Il-Prodotti Mixxellanji

0

0

6

1

1

1

1

1

0

0

4

3

5

0

0

0

6

0

0

1

2

0

0

1

2

0

2

1

38

Is-Servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika

5

0

0

0

0

6

0

0

0

0

19

0

2

1

0

0

4

1

2

4

2

0

0

8

1

2

0

1

58

It-Total għal kull Stat Membru

30

14

38

2

34

63

14

11

8

19

80

18

40

8

7

3

31

10

45

34

28

3

6

20

12

43

33

46

700


III.   Tabella li turi l-kummenti mqassma skont in-numru u ppreżentati mill-Kummissjoni Ewropea, rigward l-abbozzi notifikati mill-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja (8) u l-Iżvizzera (9).

Pajjiż

Notifiki

L-Osservazzjonijiet tal-KE (10)

L-Iżlanda

6

1

Il-Liechtenstein

1

2

L-Iżvizzera

1

5

In-Norveġja

34

6

Total

42

14


IV.   Tabella li turi l-abbozzi notifikati mill-Iżlanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Iżvizzera mqassma skont is-settur.

Settur

L-Iżlanda

Il-Liechtenstein

In-Norveġja

L-Iżvizzera

Total

L-Agrikoltura, is-Sajd u l-Prodotti Alimentari

0

0

4

0

4

Il-Mekkanika

1

0

11

0

12

Il-Bini u l-Kostruzzjoni

0

0

4

0

4

It-Trasport

0

0

10

0

10

It-Telekomunikazzjonijiet

0

0

1

1

2

Beni u Prodotti Mixxellanji

0

0

2

0

2

L-Ambjent

2

0

1

0

3

Is-Servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika

0

0

1

0

1

It-Tagħmir Domestiku u Rikreattiv

0

1

0

0

1

Il-Prodotti Mediċinali u Kożmetiċi

3

0

0

0

3

It-Total għal kull pajjiż

6

1

34

1

42


V.   Tabella li turi l-abbozzi notifikati mit-Turkija u l-kummenti ppreżentati mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward ta’ dawn l-abbozzi

IT-Turkija

Notifiki

Il-Kummenti tal-KE

Total

15

3


VI.   Tabella li turi l-abbozzi notifikati mit-Turkija mqassma skont is-settur

Settur

IT-Turkija

Il-Bini u l-Kostruzzjoni

7

It-Trasport

2

L-Enerġija, il-Minerali, l-Injam

1

Il-Mekkanika

2

Il-Prodotti Mixxellanji

3

Total

15


VII.   Statistika dwar il-proċeduri ta’ ksur fis-seħħ fl-2016 u mnedija abbażi tal-Artikolu 258 tat-TFUE għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2015/1535

Pajjiż

Numru ta’ ksur għaddejjin u mnedija fl-2016

Il-Polonja

2

It-Total tal-UE

2


(1)  ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1. Minn hawn ‘il quddiem “id-Direttiva”.

(2)  L-Artikolu 5.2 tad-Direttiva.

(3)  L-Artikolu 6.2 tad-Direttiva.

(4)  Skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, il-pajjiżi tal-EFTA li huma partijiet kontraenti għal dan il-Ftehim għandhom japplikaw id-Direttiva (UE) 2015/1535, adattata kif meħtieġ f’konformità mal-Anness II, il-Kapitolu XIX, il-Punt 1, u għalhekk jistgħu jippreżentaw il-kummenti tagħhom rigward l-abbozzi notifikati mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. L-Iżvizzera tista’ tippreżenta wkoll dawn il-kummenti, abbażi ta’ ftehim informali dwar l-iskambju ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi.

(5)  Il-proċedura ta’ notifika skont id-Direttiva ġiet estiża għat-Turkija skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni konkluż ma’ dak il-pajjiż (il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija (ĠU 217, 29.12.1964, p. 3687/64) u d-Deċiżjonijiet 1/95 u 2/97 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ta’ bejn il-KE u t-Turkija).

(6)  L-Artikolu 6.3 tad-Direttiva li jitlob li l-Istati Membri jipposponu l-adozzjoni tal-abbozz notifikat (bl-eċċezzjoni tal-abbozz ta’ regolamenti fir-rigward tas-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika) għal tnax-il xahar minn mindu tirċevih il-Kummissjoni jekk din tal-aħħar tħabbar l-intenzjoni tagħha li tipproponi jew tadotta direttiva, regolament jew deċiżjoni dwar dan is-suġġett.

(7)  L-Artikolu 6.4 tad-Direttiva jitlob lill-Istati Membri jipposponu l-adozzjoni tal-abbozz notifikat għal tnax-il xahar minn mindu tirċevih il-Kummissjoni jekk din tal-aħħar tħabbar is-sejba tagħha li l-abbozz jirrigwarda kwistjoni koperta minn proposta għal direttiva, regolament jew deċiżjoni ppreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(8)  Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ara n-nota 3 tat-tabella ta’ punt I) jistabbilixxi l-obbligu tal-pajjiżi tal-EFTA li huma parti minn dan il-Ftehim sabiex jinnotifikaw l-abbozz ta’ regolamenti tekniċi lill-Kummissjoni.

(9)  Abbażi tal-ftehim informali dwar l-iskambju ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi.(ara n-nota 3 tat-tabella ta’ punt I), l-Iżvizzera tissottometti wkoll l-abbozz ta’ regolamenti tekniċi tagħha lill-Kummissjoni.

(10)  L-uniku tip ta’ reazzjoni prevista skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ara n-nota 3 tat-tabella ta’ punt I u n-nota f’qiegħ il-paġna 2) hija l-possibilità li l-Kummissjoni Ewropea tippreżenta kummenti (l-Artikolu 5.2 tad-Direttiva kif inkluż fl-Anness II, il-Kapitolu XIX, il-Punt I ta’ dan il-Ftehim). L-istess tip ta’ reazzjoni tista’ tiġi ppreżentata fir-rigward tan-notifiki mill-Iżvizzera abbażi tal-ftehim informali bejn l-UE u dan il-pajjiż (ara n-nota 3 tat-tabella ta’ punt I u n-nota f’qiegħ il-paġna 2).


Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

23.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/9


Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-KEPD www.edps.europa.eu)

(2017/C 162/06)

Il-politika tal-UE dwar il-ġestjoni tal-fruntieri rat żviluppi notevoli tul l-aħħar snin, minħabba l-isfidi li ġab miegħu l-influss ta’ refuġjati u ta’ migranti, kif ukoll minħabba t-tħassib relatat mas-sigurtà li kiber wara l-attakki f’Pariġi, fi Brussell u f’Nizza. Is-sitwazzjoni bħalissa u l-bżonn li tiġi ggarantita s-sikurezza fi ħdan it-territorju tal-Istati Membri wasslu sabiex il-Kummissjoni tniedi diversi inizjattivi leġiżlattivi mmirati sabiex itejbu l-kontroll fuq persuni li jaċċessaw iż-Żona Schengen.

Waħda minn dawn l-inizjattivi hija l-Proposta għal Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (“ETIAS”), imressqa mill-Kummissjoni fis-16 ta’ Novembru 2016.

Skont il-Proposta, is-sistema tkun teħtieġ li l-vjaġġaturi eżentati mill-viża ssirilhom valutazzjoni tar-riskju fir-rigward tar-riskji tas-sigurtà, tal-migrazzjoni irregolari u tas-saħħa pubblika qabel ma jaslu fil-fruntieri tax-Schengen. Din il-valutazzjoni titwettaq permezz tal-kontroverifika tad-data tal-applikant sottomessa permezz tal-ETIAS ma’ sistemi ta’ informazzjoni oħrajn tal-UE, lista ta’ sorveljanza ddedikata tal-ETIAS u regoli dwar il-kontrolli. Dan il-proċess jirriżulta fl-għoti -jew it-tiċħid- ta’ awtorizzazzjoni awtomatizzata għad-dħul fl-UE.

Bil-Proposta dwar l-ETIAS, il-leġiżlatur tal-UE jidher li jsegwi t-tendenza li qiegħda tikber li l-iskopijiet ta’ ġestjoni tas-sigurtà u tal-migrazzjoni jiġu indirizzati b’mod konġunt, mingħajr ma jittieħdu f’kunsiderazzjoni d-distinzjonijiet sostanzjali bejn dawn iż-żewġ oqsma ta’ politika. L-istabbiliment tal-ETIAS ikollu impatt sinifikanti fuq id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, peress li diversi tipi ta’ data, miġburin inizjalment għal skopijiet differenti ħafna, se jsiru aċċessibbli għal firxa usa’ ta’ awtoritajiet pubbliċi (jiġifieri l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni, il-gwardji tal-fruntieri, l-awtoritajiet ta’ infurzar tal-liġi, eċċ.). Għal din ir-raġuni, il-KEPD iqis li hemm bżonn li ssir valutazzjoni tal-impatt li l-Proposta se tixħet fuq id-dritt għall-privatezza u fuq id-dritt għall-protezzjoni tad-data mnaqqxin fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, li tieħu f’kunsiderazzjoni l-miżuri eżistenti kollha fil-livell tal-UE għall-objettivi relatati mal-migrazzjoni u mas-sigurtà.

Barra minn hekk, il-Proposta tal-ETIAS tqajjem tħassib dwar il-proċess ta’ kif jiġu ddeterminati r-riskji possibbli li jġib miegħu l-applikant. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifiċika lejn id-definizzjoni ta’ dawk ir-riskji bħala tali. Peress li l-konsegwenza għal individwu tista’ tkun ċaħda tad-dħul, jenħtieġ li l-liġi tiddefinixxi biċ-ċar x’inhuma r-riskji vvalutati. Il-KEPD għandu dubji wkoll dwar l-eżistenza tar-regoli ta’ kontroll tal-ETIAS. Il-KEPD jifhem li l-objettiv tal-leġiżlatur huwa li joħloq għodda li tippermetti l-individwar awtomatiku ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-viża li huma ssuspettati li jġibu riskji bħal dawn. Minkejja dan, it-tfassil ta’ profil, bħal kwalunkwe forma oħra ta’ analiżi kompjuterizzata tad-data applikata għall-individwi, iqajjem kwistjonijiet tekniċi, legali u etiċi serji. Għaldaqstant, il-KEPD jitlob evidenza konvinċenti li ssostni n-neċessità li jintużaw għodod ta’ tfassil ta’ profil għall-finijiet tal-ETIAS.

Barra minn hekk, il-KEPD jixħet dubju fuq ir-rilevanza tal-ġbir u tal-ipproċessar tad-data dwar is-saħħa kif previst fil-Proposta. Jitlob ġustifikazzjoni aħjar tal-perjodu magħżul għaż-żamma ta’ data u tan-neċessità li jingħata aċċess lill-aġenziji nazzjonali ta’ infurzar tal-liġi u lill-Europol.

Finalment, jipprovdi rakkomandazzjonijiet, pereżempju, dwar il-qsim tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet bejn l-entitajiet differenti involuti u l-arkitettura u s-sigurtà tal-informazzjoni tal-ETIAS.

I.   INTRODUZZJONI

1.

L-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li tistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (minn hawn ’il quddiem imsejħa “ETIAS”) tmur lura għal Komunikazzjoni tal-2008 intitolata “It-tħejjija tal-passi li jmiss fil-ġestjoni tal-fruntieri fl-Unjoni Ewropea” (1). F’din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni ssuġġeriet għodod ġodda għall-ġestjoni fil-futur tal-fruntieri Ewropej -b’mod partikolari s-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (“EES”) u l-Programm ta’ Vjaġġaturi Rreġistrati (“RTP”)- u kkunsidrat għall-ewwel darba l-introduzzjoni tal-ETIAS, li kienet imsejħa s-Sistema Elettronika tal-UE tal-Awtorizzazzjoni tal-Ivvjaġġar (“ESTA”) dak iż-żmien. Il-KEPD ħareġ kummenti preliminari (2) dwar din il-Komunikazzjoni fl-istess sena.

2.

Fi Frar 2011, il-Kummissjoni ħarġet Studju tal-Politika (3) li analizza erba’ għażliet differenti għall-introduzzjoni ta’ ESTA tal-UE. L-Istudju wasal għall-konklużjoni li l-kundizzjonijiet ma kinux issodisfati dak iż-żmien sabiex jiġi ġġustifikat il-bini ta’ ESTA tal-UE. F’Komunikazzjoni (4) tal-2012 relatata mal-Fruntieri Intelliġenti, il-Kummissijoni qieset li jenħtieġ li l-istabbiliment ta’ ESTA tal-UE jitwarrab temporanjament iżda ħabbret l-intenzjoni tagħha li tkompli taħdem fuq l-EES u fuq l-RTP.

3.

Fil-Komunikazzjoni (5)“Sistemi ta' Informazzjoni aktar bsaħħithom u aktar intelliġenti għall-Fruntieri u s-Sigurtà” tas-6 ta’ April 2016, il-Kummissjoni ħabbret li se tivvaluta n-neċessità, il-fattibbiltà teknika u l-proporzjonalità tat-twaqqif ta’ Sistema futura Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar. Fl-istess sena, il-Kummissjoni wettqet Studju tal-Fattibbiltà, li bħala parametru referenzjarju uża tliet sistemi eżistenti oħrajn għall-awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar fid-dinja: l-ESTA fl-Istati Uniti, l-eTA fil-Kanada u l-eVisitor fl-Awstralja.

4.

Fis-16 ta’ Novembru, il-Kummissjoni ħarġet ir-Rapport Finali tal-Istudju tal-Fattibbiltà (6) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “l-Istudju tal-Fattibbiltà tal-2016”) kif ukoll il-Proposta għall-ETIAS (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Proposta”).

5.

Il-KEPD jilqa’ l-fatt li huwa kien ikkonsultat b’mod informali mis-servizzi tal-Kummissjoni qabel l-adozzjoni tal-Proposta. Madankollu, jiddispjaċih li minħabba l-iskadenza ristretta ħafna u l-importanza u l-kumplessità tal-Proposta, ma kienx possibbli li jipprovdi kontribuzzjoni sinifikanti dak iż-żmien.

V.   KONKLUŻJONI

113.

Il-KEPD jilqa’ l-attenzjoni mogħtija lill-protezzjoni tad-data fil-Proposta għall-istabbiliment tal-ETIAS.

114.

Bir-rispett sħiħ għar-rwol tal-leġiżlatur fil-valutazzjoni tan-neċessità u tal-proporzjonalità tal-miżuri proposti, il-KEPD ifakkar li dawn iż-żewġ rekwiżiti legali ta’ livell għoli mnaqqxin fil-Karta jistgħu jiġu skrutinizzati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE u li l-KEPD huwa inkarigat li jissalvagwardjahom. Jisħaq li n-nuqqas ta’ valutazzjoni tal-impatt (fuq il-protezzjoni tad-data) ma jagħmilhiex possibbli li jiġu vvalutati n-neċessità u l-proprozjonalità tal-ETIAS fil-forma proposta bħalissa.

115.

Peress li l-Proposta tistabbilixxi sistema addizzjonali li tinvolvi l-ipproċessar ta’ ammont sinifikanti ta’ data personali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-objettivi relatati mal-immigrazzjoni u mas-sigurtà, il-KEPD jirrakkomanda li l-leġiżlatur jagħmel eżerċizzju li bih iqis il-miżuri kollha fil-livell tal-UE li jinvolvu l-ipproċessar tad-data għall-objettivi relatati mal-migrazzjoni u mas-sigurtà u jagħmel analiżi approfondita f’termini tal-għanijiet u tal-kisbiet tagħhom.

116.

F’dan il-kuntest, il-KEPD jirrakkomanda li tiddaħħal definizzjoni tar-riskji relatati mal-migrazzjoni irregolari u tar-riskji relatati mas-sigurtà fil-Proposta sabiex jiġi rrispettat il-prinċipju ta’ limitazzjoni tal-iskop.

117.

Barra minn hekk, il-KEPD huwa mħasseb dwar jekk l-użu tar-regoli dwar il-kontroll tal-ETIAS huwiex se jkun konformi bis-sħiħ mad-drittijiet fundamentali mnaqqxin fil-Karta. Jirrakkomanda li r-regoli proposti dwar il-kontroll tal-ETIAS ikunu soġġetti għal valutazzjoni komprensiva minn qabel tal-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali. Għandu dubji wkoll fuq jekk hemmx evidenza konvinċenti li ssostni n-neċessità tal-użu tat-tfassil ta’ profil għall-finijiet tal-ETIAS u, quod non, iħeġġeġ lil-leġiżlatur sabiex jerġa’ jibdielu dwar l-użu tat-tfassil ta’ profil.

118.

Il-KEPD jiddubita mir-rilevanza u mill-effiċjenza tal-ġbir u tal-ipproċessar ta’ data dwar is-saħħa kif previst fil-Proposta minħabba n-nuqqas ta’ affidabbiltà ta’ dawn. Għandu dubji wkoll dwar in-neċessità li tiġi pproċessata data bħal din minħabba r-rabta limitata bejn ir-riskji għas-saħħa u l-vjaġġaturi eżentati mill-viża.

119.

Fir-rigward tal-infurzar tal-liġi u tal-aċċess tal-Europol għad-data tal-ETIAS, il-KEPD jisħaq li sal-lum għad m’hemmx evidenzza konvinċenti li ssostni n-neċessità ta’ aċċess bħal dan. Il-KEPD ifakkar li l-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-iskemi l-ġodda t-tnejn għandhom jiġu indirizzati fuq livell globali, filwaqt li għandhom jitqiesu s-sistemi tal-IT li diġà jeżistu fuq skala kbira fl-UE, u b'mod speċifiku, fil-każ speċifiku taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati li jżuru u jidħlu fl-UE b’mod legali.

120.

Flimkien mat-tħassib ewlieni identifikat iktar ’il fuq, ir-rakkomandazzjonijiet tal-KEPD f’din l-opinjoni huma relatati mal-aspetti li ġejjin tal-Proposta:

in-neċessità u l-proporzjonalità tas-sett ta’ data miġbur,

il-perjodi ta’ żamma ta’ data magħżulin,

l-interoperabilità tal-ETIAS ma’ sistemi oħrajn tal-IT,

id-drittijiet tas-suġġetti tad-data u r-rimedji pprovduti,

ir-rieżami indipendenti tal-kundizzjonijiet għall-aċċess mill-awtoritajiet ta’ infurzar tal-liġi,

id-diviżjoni tar-rwoli u tar-responsabbiltà bejn l-Aġenzija EBCG u l-eu-LISA,

il-verifika mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS,

l-arkitettura u s-sigurtà tal-informazzjoni tal-ETIAS,

l-istatistika ġġenerata mis-sistema, u

ir-rwol tal-KEPD.

121.

Il-KEPD jibqa’ disponibbli sabiex jipprovdi iktar pariri dwar il-Proposta, anki b’rabta ma’ kwalunkwe att delegat jew ta’ implimentazzjoni adottat skont ir-Regolament propost, li jista’ jħalli impatt fuq l-ipproċessar ta’ data personali.

Brussell, is-6 ta' Marzu 2017.

Giovanni BUTTARELLI

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  Komunikazzjoni tat-13 ta’ Frar 2008 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar “It-tħejjija tal-passi li jmiss fil-ġestjoni tal-fruntieri fl-Unjoni Ewropea”, COM(2008) 69 final.

(2)  Kummenti Preliminari tal-KEPD tat-3 ta’ Marzu 2008, disponibbli fuq: https://secure.edps.europa.eu/EDPSWEB/webdav/shared/Documents/Consultation/Comments/2008/08-03-03_Comments_border_package_EN.pdf.

(3)  Policy study on an EU Electronic System for travel Authorization (EU ESTA) ta’ Frar 2011, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/e-library/docs/pdf/esta_annexes_en.pdf.

(4)  Komunikazzjoni tal-25 ta’ Ottubru 2011 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill “Fruntieri intelliġenti - alternattivi u t-triq ‘il quddiem”, COM(2011) 680 final.

(5)  Komunikazzjoni tas-6 ta’ April 2016 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill “Sistemi ta' Informazzjoni aktar b'saħħithom u aktar intelliġenti għall-Fruntieri u s-Sigurtà”, COM(2016) 205 final.

(6)  Feasibility Study of 16 November 2016 for a European Travel Information and Authorisation System (ETIAS) - Ir-Rapport Finali disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/home-affairs/sites/homeaffairs/files/what-we-do/policies/european-agenda-security/legislative-documents/docs/20161116/etias_feasability_study_en.pdf.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

23.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 162/12


Notifika ta’ bidu ta’ rieżami interim parzjali tal-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajlandja

(2017/C 162/07)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   Talba għal rieżami

It-talba għal rieżami tressqet minn Hebei Yulong Casting Co., Ltd (“l-applikant”), produttur esportatur Ċiniż ta’ fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, għal importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

Billi l-miżuri japplikaw ukoll għal importazzjonijiet li joriġinaw mit-Tajlandja, il-Kummissjoni ddeċidiet fuq inizjattiva tagħha stess li tibda rieżami għal importazzjonijiet li joriġinaw mit-Tajlandja.

Ir-rieżami huwa limitat għall-eżaminazzjoni tal-ambitu tal-prodott fir-rigward tal-kjarifika ta’ jekk ċerti tipi ta’ prodotti jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri tal-antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ fittings tal-fonduti għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajlandja (“il-pajjiżi kkonċernati”).

2.   Il-prodott taħt rieżami

Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huma fittings tal-fondut ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li jeskludi korpi ta’ fittings ta’ kompressjoni bl-użu tal-kamin metriku ISO DIN 13 u kaxxi fejn jingħaqdu l-kejbils tal-ħadid malleabbli bil-kamin ċirkolari mingħajr ma jkollhom għatu (“il-prodott li qed jiġi rieżaminat”), li bħalissa jaqa’ fil-kodiċi NM ex 7307 19 10 (kodiċi TARIC 7307191010).

3.   Il-miżuri eżistenti

Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 430/2013 (2).

4.   Ir-raġunijiet għar-rieżami

L-applikant jitlob l-esklużjoni ta’ ċerti fittings tal-fondut ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin ta’ ħadid fondut malleabbli mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri antidumping attwali. Il-prodotti li allegatament se jiġu esklużi huma

komponenti ta’ fittings ta’ kompressjoni bl-użu tal-kamin DIN 28601 u

fittings b’forma ta’ salib b’żewġ toqob ċentrali bla kamin.

It-talba skont l-Artikolu 11(3) hija bbażata fuq evidenza prima facie pprovduta mill-applikant li turi li l-karatteristiċi bażiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi tal-prodotti li se jiġu esklużi jvarjaw b’mod sinifikanti minn dawk tal-prodott li qed jiġi rieżaminat. L-istess evidenza titqies applikabbli għall-prodott rieżaminat miż-żewġ pajjiżi kkonċernati.

5.   Il-proċedura

Wara li stabbiliet, wara li infurmat lill-Istati Membri, li hemm biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta’ rieżami parzjali interim limitat għall-eżaminazzjoni tal-ambitu tal-prodott fir-rigward tal-kjarifika dwar jekk ċerti tipi ta’ prodotti jaqgħux fl-ambitu tal-miżuri tal-antidumping applikabbli għal importazzjonijiet tal-prodott rieżaminat, il-Kummissjoni b’dan tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

Kull Regolament li jista’ jirriżulta minn dan ir-rieżami jista’ jkollu effett retroattiv sa mid-data tal-impożizzjoni tal-miżuri rilevanti, jew b’mod alternattiv minn data iktar tard, pereżempju d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-partijiet interessati kollha, u b’mod partikolari l-importaturi, huma mistiedna jressqu l-fehmiet tagħhom dwar din il-kwistjoni, u jissottomettu kull evidenza li tappoġġa dawn il-fehmiet.

5.1.   Is-sottomissjonijiet bil-miktub

Il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jippreżentaw fehmiethom, iressqu l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li hi tikkunsidra neċessarja għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarju lill-applikant bħala produttur esportatur. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tibgħat kwestjonarji lill-partijiet interessati li ppreżentaw ruħhom. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.2.   Il-possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-istadju inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.3.   L-istruzzjonijiet għal sottomissjonijiet bil-miktub u sabiex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija kif ukoll il-korrispondenza

L-informazzjoni sottomessa lill-Kummissjoni għall-finijiet tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew dejta soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ partijiet terzi, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu a) lill-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-dejta għall-iskop ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dejta lill-partijiet interessati għal din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali jkunu mmarkati bħala “Ristrett” (3).

Partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni “Ristretta” huma mitluba li jagħtu sommarji mhux kunfidenzjali skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn is-sommarji jridu jkunu ddettaljati tant li jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali tinftiehem raġonevolment. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitlubin, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti skennjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li jiġu mressqa fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta’ ittra reġistrata. Permezz ta’ ittra elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2014/june/tradoc_152577.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika validu u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali operattiv u ċċekkjat kuljum. Ladarba jingħataw id-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, dment li ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew dment li n-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta reġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Comission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: CHAR 04/039

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: TRADE-R661-MALLEABLE-FITTINGS@ec.europa.eu

6.   In-nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fit-termini preskritti stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti konklużjonijiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament antidumping bażiku.

Meta jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss, u s-sejbiet għalhekk jissejsu fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament antidumping bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

In-nuqqas li tingħata tweġiba kompjuterizzata ma jiġix ikkunsidrat bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, sakemm il-parti interessata turi li biex tippreżenta t-tweġiba kif mitlub ikun ifisser piż żejjed mhux raġonevoli jew spiża addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata għandha tikkuntattja l-Kummissjoni immedjatament.

7.   L-Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ punt ta’ kuntatt bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u t-talbiet għal smigħ minn partijiet terzi. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur biex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu b’mod sħiħ.

It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta jenħtieġ li ssir bil-miktub u għandhom jiġu speċifikati r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti ta’ smigħ dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-istadju inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta jipprovdi wkoll opportunitajiet sabiex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost affarijiet oħra, l-ambitu tal-prodott tal-miżuri kurrenti

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/

8.   L-iskeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   L-ipproċessar ta’ dejta personali

Id-dejta personali kollha miġbura f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (4).


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 430/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajlandja u li jtemm il-proċediment fir-rigward tal-Indoneżja (ĠU L 129, 14.5.2013, p. 1).

(3)  Dokument “Ristrett” huwa dokument li huwa kkunsidrat kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1036 (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-Dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(4)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.