ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 161

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
22 ta' Mejju 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2017/C 161/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2017/C 161/02

Kawża C-72/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-28 ta’ Marzu 2017 [talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Divisional Court) – ir-Renju Unit] – The Queen, fuq it-talba ta’: PJSC Rosneft Oil Company, li qabel kienet OJSC Rosneft Oil Company vs Her Majesty’s Treasury, Secretary of State for Business, Innovation and Skills, The Financial Conduct Authority [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) — Miżuri restrittivi fir-rigward tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina — Dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK u tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 — Validità — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Ftehim ta’ sħubija UE-Russja — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ preċiżjoni tal-liġi applikabbli — Aċċess għas-suq tal-kapital — Għajnuna finanzjarja — Ċertifikati internazzjonali li jirrappreżentaw titoli (Global Depositary Receipts) — Settur taż-żejt — Talba għal interpretazzjoni tal-kunċetti ta’ shale u ta’ ilmijiet aktar fondi minn 150 metru — Inammissibbiltà]

2

2017/C 161/03

Kawża C-652/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Darmstadt – il-Ġermanja) – Furkan Tekdemir, irrappreżentat legalment minn Derya Tekdemir u Nedim Tekdemir vs Kreis Bergstraße (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ftehim ta’ assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija — Deċiżjoni Nru 1/80 — Artikolu 13 — Klawżola ta’ standstill — Dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork fis-suq regolari tax-xogħol ta’ Stat Membru — Eventwali eżistenza ta’ raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tiġġustifika restrizzjonijiet ġodda — Ġestjoni effikaċi tal-flussi migratorji — Obbligu impost fuq iċ-ċittadini ta’ Stat terz ta’ età ta’ inqas minn 16-il sena li jkollhom permess ta’ residenza — Proporzjonalità)

3

2017/C 161/04

Kawża C-146/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-30 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Verband Sozialer Wettbewerb eV vs DHL Paket GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Prattiki kummerċjali żleali — Reklamar li jidher f’pubblikazzjoni stampata — Ommissjoni ta’ informazzjoni importanti — Aċċess għal din l-informazzjoni permezz tas-sit internet li permezz tiegħu l-prodotti kkonċernati huma ddistribwiti — Prodotti mibjugħa mill-persuna li ppubblikat ir-reklam jew minn terzi)

4

2017/C 161/05

Kawża C-315/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-30 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – József Lingurár vs Miniszterelnökséget vezető miniszter (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika agrikola komuni — Finanzjament mill-FAEŻR — Appoġġ għall-iżvilupp rurali — Ħlasijiet Natura 2000 — Benefiċċju rriżervat għall-persuni privati — Żona forestali parzjalment proprjetà tal-Istat)

4

2017/C 161/06

Kawża C-335/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Općinski sud u Velikoj Gorici – il-Kroazja) – VG Čistoća d.o.o. vs Đuro Vladika, Ljubica Vladika (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Skart — Direttiva 2008/98/KE — Irkupru tal-ispejjeż tal-immaniġġjar tal-iskart — Prinċipju ta’ min iniġġes iħallas — Kunċett ta’ detenturi ta’ skart — Prezz mitlub għall-immaniġġjar tal-iskart — Tariffa speċifika intiża li tiffinanzja l-investiment kapitali meħtieġ)

5

2017/C 161/07

Kawża C-686/16: Appell ippreżentat fit 28 ta’ Diċembru 2016 minn Meissen Keramik GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-18 ta’ Ottubru 2016 fil-Kawża T-776/15 – Meissen Keramik GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

6

2017/C 161/08

Kawża C-19/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy we Wrocławiu (il-Polonja) fis-17 ta’ Jannar 2017 – Skarb Państwa, irrappreżentat minn Wojewoda Dolnośląski vs Gmina Trzebnica

6

2017/C 161/09

Kawża C-30/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fl-20 ta’ Jannar 2017 – Dyrektor Izby Celnej w Poznaniu vs Kompania Piwowarska S.A. w Poznaniu

7

2017/C 161/10

Kawża C-66/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy Poznań-Grunwald i Jeżyce w Poznaniu (il-Polonja) fis-7 ta’ Frar 2017 – Grzegorz Chudaś, Irena Chudaś vs DA Deutsche Allgemeine Versicherung Aktiengesellschaft AG

8

2017/C 161/11

Kawża C-81/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Suceava (ir-Rumanija) fl-14 ta’ Frar 2017 – Zabrus Siret SRL vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Iași – Administrația Județeană a Finanțelor Publice Suceava

8

2017/C 161/12

Kawża C-95/17 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2017 mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-112/13, Mondelez UK Holdings & Services Ltd vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

9

2017/C 161/13

Kawża C-103/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-27 ta’ Frar 2017 – Messer France SAS, suċċessur fid-drittijiet ta’ Praxair vs Premier ministre, Commission de régulation de l’énergie, Ministre de l’économie et des finances, Ministre de l’environnement, de l’énergie et de la mer

10

2017/C 161/14

Kawża C-107/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fit-3 ta’ Marzu 2017 – UAB AVIABALTIKA vs AB Ūkio bankas, fi stralċ

11

2017/C 161/15

Kawża C-108/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus apygardos administracinis teismas (il-Litwanja) fit-3 ta’ Marzu 2017 – UAB Enteco Baltic vs Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

12

2017/C 161/16

Kawża C-109/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia de Cartagena (Spanja) fit-3 ta’ Marzu 2017 – Bankia S.A. vs Juan Carlos Marí Merino, Juan Pérez Gavilán u María Concepción Marí Merino

13

2017/C 161/17

Kawża C-129/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fit-13 ta’ Marzu 2017 – Mitsubishi Shoji Kaisha Ltd, Mitsubishi Caterpillar Forklift Europe BV vs Duma Forklifts NV, G. S. International BVBA

14

2017/C 161/18

Kawża C-150/17 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2017 mill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fl-1 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-479/14, Kendrion vs L-Unjoni Ewropea

14

2017/C 161/19

Kawża C-151/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) (ir-Renju Unit) fl-24 ta’ Marzu 2017 – Swedish Match AB vs Secretary of State for Health

15

2017/C 161/20

Kawża C-170/17: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

16

2017/C 161/21

Kawża C-174/17 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ April 2017 mill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fis-17 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-40/15, ASPLA u Armando Álvarez vs L-Unjoni Ewropea

16

2017/C 161/22

Kawża C-167/15: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale civile di Roma – l-Italja) – X vs Presidenza del Consiglio dei Ministri

17

2017/C 161/23

Kawża C-136/16: Digriet tal-President tat-Tieni Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal de Justiça – il-Portugal) – Sociedade Metropolitana de Desenvolvimento SA vs Banco Santander Totta SA

17

2017/C 161/24

Kawża C-229/16: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall) – Ministério da Saúde, Administração Regional de Saúde de Lisboa e Vale do Tejo, I.P. vs João Carlos Lombo Silva Cordeiro

18

2017/C 161/25

Kawża C-511/16: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Marzu 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Intervenjenti: Ir-Repubblika Franċiża

18

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 161/26

Kawża T-422/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ April 2017 – CPME et vs Il-Kunsill [Dumping — Importazzjonijiet ta’ ċertu tip ta’ polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja, it-Tajlandja u t-Tajwan — Reviżjoni minħabba l-iskadenza tal-miżuri — Proposta tal-Kummissjoni ta’ tiġdid tal-imsemmija miżuri — Deċiżjoni tal-Kunsill li tagħlaq il-proċedura ta’ reviżjoni mingħajr ma jidħlu fis-seħħ dawn il-miżuri — Rikors għal annullament — Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu sinjifikanti — Artikolu 21(1) tar-Regolament Nru 1225/2009 — Interess tal-Unjoni — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Rikors għad-danni]

19

2017/C 161/27

Kawża T-219/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Regione autonoma della Sardegna vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Trasport marittimu — Kumpens ta’ servizz pubbliku — Żieda tal-kapital — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Stralċ tal-impriża benefiċjarja — Żamma tal-interess ġuridiku — Assenza ta’ nuqqas ta’ lok għall-għoti ta’ deċiżjoni — Kunċett ta’ għajnuna — Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali — Kriterju ta’ investitur privat — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Żball ta’ liġi — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Deċiżjoni 2011/21/UE — Linji gwida li jirrigwardaw l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà — Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku — Sentenza Altmark)

20

2017/C 161/28

Kawża T-220/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Saremar vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Trasport marittimu — Kumpens ta’ servizz pubbliku — Żieda tal-kapital — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Stralċ tar-rikorrenti — Locus standi in judicio — Żamma tal-interess ġuridiku — Assenza ta’ nuqqas ta’ lok għall-għoti ta’ deċiżjoni — Kunċett ta’ għajnuna — Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali — Kriterju ta’ investitur privat — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Żball ta’ liġi — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Deċiżjoni 2011/21/UE — Linji gwida li jirrigwardaw l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà — Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku — Sentenza Altmark)

21

2017/C 161/29

Kawża T-361/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ April 2017 – HB et vs Il-Kummissjoni (Dritt istituzzjonali — Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropea — Protezzjoni tal-annimali mitlufin — Effetti psikoloġiċi fuq l-adulti u t-tfal — Rifjut ta’ reġistrazzjoni — Nuqqas manifest tas-setgħat tal-Kummissjoni — Artikolu 4(2)(b) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011)

21

2017/C 161/30

Kawża T-35/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Alkarim for Trade and Industry vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

22

2017/C 161/31

Kawża T-344/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ April 2017 – Franza vs Il-Kummissjoni [Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti sottomessi fil-kuntest tal-proċedura prevista mid-Direttiva 98/34/KE — Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru — Għoti ta’ aċċess — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċedimenti fil-qrati — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-iskop ta’ spezzjonijiet, investigazzjonijiet u verifiki — Kunsens minn qabel tal-Istat Membru]

23

2017/C 161/32

Kawża T-367/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ April 2017 – Renfe-Operadora vs EUIPO (AVE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea AVE — Invalidità parzjali — Appell ippreżentat quddiem il-Bord tal-Appell f’lingwa differenti mil-lingwa tal-proċedimenti — Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell — Rikors għal restitutio in integrum — Dmir ta’ viġilanza)

23

2017/C 161/33

Kawża T-594/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Metabolic Balance Holding vs EUIPO (Metabolic Balance) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Erwropea figurattiva Metabolic Balance — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

24

2017/C 161/34

Kawża T-621/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ April 2017 – Tractel Greifzug vs EUIPO – Shenxi Machinery (Forma ta’ vinċ immotorizzat) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali — Forma ta’ vinċ immotorizzat — Raġuni assoluta għal rifjut — Sinjal li jikkonsisti esklużivament fil-forma tal-prodott li hija neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku — Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

25

2017/C 161/35

Kawża T-39/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 6 ta’ April 2017 – Nanu-Nana Joachim Hoepp vs EUIPO – Fink (NANA FINK) Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva NANA FINK — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti NANA — Assenza ta’ xebh tal-prodotti — Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Portata tal-eżami li għandu jsir mill-Bord tal-Appell — Obbligu li tingħata deċiżjoni dwar l-appell kollu

25

2017/C 161/36

Kawża T-49/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Azanta vs EUIPO – Novartis (NIMORAL) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali NIMORAL — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti NEORAL — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

26

2017/C 161/37

Kawża T-178/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Policolor vs EUIPO – CWS Lackfabrik Conrad W. Schmidt (Policolor) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat – trade mark figurattiva tal – Unjoni Ewropea Policolor — Trade mark figurattiva tal – Unjoni Ewropea preċedenti ProfiColor — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

27

2017/C 161/38

Kawża T-219/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Aldi vs EUIPO (ViSAGE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ViSAGE — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

27

2017/C 161/39

Kawża T-238/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Entreprise commune Clean Sky 2 vs Scouring Environment [Klawżola ta’ arbitraġġ — Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2007-2013) — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt — Rimbors tas-somom antiċipati — interessi moratorji — Proċedura fil-kontumaċja]

28

2017/C 161/40

Kawża T-291/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ April 2017 – Anta (China) vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji li jiffurmaw angolu kważi magħluq għal kollox) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta żewġ linji li jiffurmaw angolu kważi magħluq għal kollox — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

28

2017/C 161/41

Kawża T-348/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis vs ERCEA (Klawżola ta’ arbitraġġ — Is-seba’ programm-qafas għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni — Kuntratt Minatran — Spejjeż eliġibbli — Proċedura fil-kontumaċja”)

29

2017/C 161/42

Kawża T-407/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2017 – Banco Popular Español vs EUIPO – Pledgeling (p) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

30

2017/C 161/43

Kawża T-170/17: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2017 – RW vs Il-Kummissjoni

30

2017/C 161/44

Kawża T-173/17: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2017 – TestBioTech vs Il-Kummissjoni

31

2017/C 161/45

Kawża T-180/17: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2017 – EM Research Organization vs EUIPO – Christoph Fischer et (EM)

32

2017/C 161/46

Kawża T-182/17: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2017 – Novartis vs EUIPO – Chiesi Farmaceutici (AKANTO)

32

2017/C 161/47

Kawża T-184/17: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2017 – Leifheit vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ erba’ kwadri ħodor)

33

2017/C 161/48

Kawża T-185/17: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2017 – PlasticsEurope vs ECHA

34

2017/C 161/49

Kawża T-186/17: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2017 – Unipreus vs EUIPO – Wallapop (wallapop)

34

2017/C 161/50

Kawża T-187/17: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2017 – Bernard Krone Holding vs EUIPO (Mega Liner)

35

2017/C 161/51

Kawża T-188/17: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2017 – Bernard Krone Holding vs EUIPO (Coil Liner)

36

2017/C 161/52

Kawża T-193/17: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2017 – CeramTec vs EUIPO – C5 Medical Werks (Forma ta’ ballun tal-ġenbejn)

37

2017/C 161/53

Kawża T-194/17: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2017 – Ceram Tec vs EUIPO – C5 Medical Werks (Rappreżentazzjoni ta’ ballun tal-ġenbejn)

37

2017/C 161/54

Kawża T-199/17: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2017 – QD vs EUIPO

38

2017/C 161/55

Kawża T-204/17: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2017 – Alfa Laval Flow Equipment (Kunshan) vs Il-Kummissjoni

39

2017/C 161/56

Kawża T-205/17: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2017 – SSP Europe vs EUIPO (SECURE DATA SPACE)

40

2017/C 161/57

Kawża T-210/17: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2017 – International Gaming Projects vs EUIPO – Zitro IP (TRIPLE TURBO)

40


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 161/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 151, 15.5.2017

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 144, 8.5.2017

ĠU C 129, 24.4.2017

ĠU C 121, 18.4.2017

ĠU C 112, 10.4.2017

ĠU C 104, 3.4.2017

ĠU C 95, 27.3.2017

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-28 ta’ Marzu 2017 [talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Divisional Court) – ir-Renju Unit] – The Queen, fuq it-talba ta’: PJSC Rosneft Oil Company, li qabel kienet OJSC Rosneft Oil Company vs Her Majesty’s Treasury, Secretary of State for Business, Innovation and Skills, The Financial Conduct Authority

(Kawża C-72/15) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) - Miżuri restrittivi fir-rigward tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina - Dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK u tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 - Validità - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Ftehim ta’ sħubija UE-Russja - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ preċiżjoni tal-liġi applikabbli - Aċċess għas-suq tal-kapital - Għajnuna finanzjarja - Ċertifikati internazzjonali li jirrappreżentaw titoli (Global Depositary Receipts) - Settur taż-żejt - Talba għal interpretazzjoni tal-kunċetti ta’ “shale” u ta’ “ilmijiet aktar fondi minn 150 metru” - Inammissibbiltà])

(2017/C 161/02)

Lingwa tal-kawża: l-ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Divisional Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Queen, fuq it-talba ta’: PJSC Rosneft Oil Company, li qabel kienet OJSC Rosneft Oil Company

Konvenuti: Her Majesty’s Treasury, Secretary of State for Business, Innovation and Skills, The Financial Conduct Authority

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 19, 24 u 40 TUE, l-Artikolu 275 TFUE, kif ukoll l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjoni preliminari, skont l-Artikolu 267 TFUE, fuq il-validità ta’ att adottat abbażi tad-dispożizzjonijiet dwar il-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK), bħad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK, tal-31 ta’ Lulju 2014, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/872/PESK, tal-4 ta’ Diċembru 2014, sakemm it-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda jew l-istħarriġ tal-osservanza tal-Artikolu 40 TUE minn din id-deċiżjoni, jew l-istħarriġ tal-legalità tal-miżuri restrittivi fil-konfront tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi.

2)

L-eżami tat-tieni domanda ma wera ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 1(2)(b) sa (d) u (3), tal-Artikolu 7 u tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2014/512, kif emendata bid-Deċiżjoni 2014/872, jew tal-Artikoli 3 u 3a, tal-Artikolu 4(3) u (4), tal-Artikolu 5(2)(b) sa (d) u (3), tal-Artikolu 11 kif ukoll tal-Annessi II u VI tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014, tal-31 ta’ Lulju 2014, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1290/2014, tal-4 ta’ Diċembru 2014.

Il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ preċiżjoni tal-liġi applikabbli (nulla poena sine lege certa) għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma humiex ta’ ostakolu sabiex Stat Membru jimponi sanzjonijiet kriminali li għandhom japplikaw fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 833/2014, kif emendat bir-Regolament Nru 1290/2014, konformement mal-Artikolu 8(1) tiegħu, qabel il-portata tal-imsemmija dispożizzjonijiet u, għaldaqstant, tas-sanzjonijiet kriminali relatati, ma tkun ġiet ippreċiżata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-espressjoni “għajnuna finanzjarja” li tinsab fl-Artikolu 4(3)(b) tar-Regolament Nru 833/2014, kif emendat bir-Regolament Nru 1290/2014, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tinkludix l-ipproċessar ta’ pagament, bħala tali, minn bank jew minn organu finanzjarju ieħor.

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 833/2014, kif emendat bir-Regolament Nru 1290/2014, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprojbixxi l-ħruġ, sa mit-12 ta’ Settembru 2014, ta’ ċertifikati internazzjonali li jirrappreżentaw titoli (Global Depositary Receipts), skont ftehim ta’ depożitu konkluż ma’ waħda mill-entitajiet elenkati fl-Anness VI tar-Regolament Nru 833/2014, kif emendat bir-Regolament Nru 1290/2014, inkluż meta dawn iċ-ċertifikati huma rappreżentattivi ta’ azzjonijiet maħruġa minn waħda minn dawn l-entitajiet qabel din id-data.


(1)  ĠU C 155, 11.5.2015.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Darmstadt – il-Ġermanja) – Furkan Tekdemir, irrappreżentat legalment minn Derya Tekdemir u Nedim Tekdemir vs Kreis Bergstraße

(Kawża C-652/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ftehim ta’ assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija - Deċiżjoni Nru 1/80 - Artikolu 13 - Klawżola ta’ standstill - Dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork fis-suq regolari tax-xogħol ta’ Stat Membru - Eventwali eżistenza ta’ raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tiġġustifika restrizzjonijiet ġodda - Ġestjoni effikaċi tal-flussi migratorji - Obbligu impost fuq iċ-ċittadini ta’ Stat terz ta’ età ta’ inqas minn 16-il sena li jkollhom permess ta’ residenza - Proporzjonalità))

(2017/C 161/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Darmstadt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Furkan Tekdemir, irrappreżentat legalment minn Derya Tekdemir u Nedim Tekdemir

Konvenut: Kreis Bergstraße

Dispożittiv

L-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-assoċjazzjoni, mehmuża mal-Ftehim dwar il-ħolqien ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, li ġie ffirmat, fit-12 ta’ Settembru 1963, f’Ankara mir-Repubblika tat-Turkija, minn naħa, kif ukoll mill-Istati Membri tal-KEE u l-Komunità, min-naħa l-oħra, u li ġie konkluż, approvat u kkonfermat f’isem din tal-aħħar permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE, tat-23 ta’ Diċembru 1963, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għan ta’ ġestjoni effikaċi tal-flussi migratorji jista’ jikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tippermetti li tiġi ġġustifikata miżura nazzjonali, introdotta wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-deċiżjoni fl-Istat Membru kkonċernat, li timponi fuq iċ-ċittadini ta’ Stati terzi ta’ età ta’ inqas minn 16-il sena l-obbligu li jkollhom permess ta’ residenza sabiex jidħlu u jirrisjedu f’dan l-Istat Membru.

Madankollu, tali miżura ma hijiex proporzjonata fid-dawl tal-għan imfittex, peress li l-modalitajiet ta’ implementazzjoni tagħha f’dak li jirrigwarda l-ulied ċittadini ta’ Stati terzi li twieldu fl-Istat Membru kkonċernat u li wieħed mill-ġenituri tagħhom huwa ħaddiem Tork li jirrisjedi legalment f’dan l-Istat Membru, bħar-rikorrent fil-kawża prinċipali, imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan.


(1)  ĠU C 118, 4.4.2016.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-30 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Verband Sozialer Wettbewerb eV vs DHL Paket GmbH

(Kawża C-146/16) (1)

((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prattiki kummerċjali żleali - Reklamar li jidher f’pubblikazzjoni stampata - Ommissjoni ta’ informazzjoni importanti - Aċċess għal din l-informazzjoni permezz tas-sit internet li permezz tiegħu l-prodotti kkonċernati huma ddistribwiti - Prodotti mibjugħa mill-persuna li ppubblikat ir-reklam jew minn terzi”))

(2017/C 161/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Verband Sozialer Wettbewerb eV

Konvenuta: DHL Paket GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu jiġi interpretat fis-sens li reklam, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “stedina għax-xiri” fis-sens ta’ din id-direttiva jista’ jissodisfa l-obbligu ta’ informazzjoni previst f’din id-dispożizzjoni. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina, każ b’każ, minn naħa, jekk il-limitazzjonijiet ta’ spazju fit-test ta’ reklamar jiġġustifikawx it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ informazzjoni dwar il-fornitur biss fil-livell tal-pjattaforma ta’ bejgħ online u, min-naħa l-oħra, jekk ikun neċessarju, jekk l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 7(4)(b) ta’ din id-direttiva dwar il-pjatttaforma ta’ bejgħ online hijiex ikkomunikata b’mod sempliċi u ta’ malajr.


(1)  ĠU C 243, 4.7.2016.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-30 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – József Lingurár vs Miniszterelnökséget vezető miniszter

(Kawża C-315/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika agrikola komuni - Finanzjament mill-FAEŻR - Appoġġ għall-iżvilupp rurali - Ħlasijiet Natura 2000 - Benefiċċju rriżervat għall-persuni privati - Żona forestali parzjalment proprjetà tal-Istat))

(2017/C 161/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: József Lingurár

Konvenut: Miniszterelnökséget vezető miniszter

Dispożittiv

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-20 ta’ Settembru 2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), għandha tiġi interpretata fis-sens li, meta żona forestali eleġibbli għall-appoġġ Natura 2000 hija parzjalment proprjetà tal-Istat u parzjalment proprjetà ta’ sid privat, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni r-relazzjoni bejn is-superfiċje ta’ din iż-żona proprjetà tal-Istat u dik proprjetà ta’ dan is-sid privat għall-kalkolu tal-ammont tal-appoġġ li għandu jitħallas lil dan tal-aħħar.


(1)  ĠU C 296, 16.8.2016.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Općinski sud u Velikoj Gorici – il-Kroazja) – VG Čistoća d.o.o. vs Đuro Vladika, Ljubica Vladika

(Kawża C-335/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Skart - Direttiva 2008/98/KE - Irkupru tal-ispejjeż tal-immaniġġjar tal-iskart - Prinċipju ta’ min iniġġes iħallas - Kunċett ta’ detenturi ta’ skart - Prezz mitlub għall-immaniġġjar tal-iskart - Tariffa speċifika intiża li tiffinanzja l-investiment kapitali meħtieġ))

(2017/C 161/06)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Općinski sud u Velikoj Gorici

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VG Čistoća d.o.o.

Konvenuti: Đuro Vladika, Ljubica Vladika

Dispożittiv

L-Artikolu 14 u l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti direttivi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi, għall-finijiet tal-finanzjament ta’ servizz ta’ mmaniġġjar u ta’ tneħħija tal-iskart urban, prezz kkalkolat abbażi ta’ evalwazzjoni tal-volum ta’ skart prodott mill-utenti ta’ dan is-servizz u mhux abbażi tal-kwantità ta’ skart li dawn effettivament pproduċew u qiegħdu għall-ġbir, kif ukoll tariffa speċjali li hija intiża sabiex tiffinanzja investimenti ddestinati għall-ipproċessar u għar-riċiklaġġ tal-iskart. Madankollu, hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika, abbażi tal-provi ta’ fatt u ta’ liġi li jkunu ġew prodotti quddiemha, jekk din ma twassalx għall-impożizzjoni fuq ċerti “detenturi” ta’ spejjeż manifestament sproporzjonati meta mqabbla mal-volumi jew għan-natura tal-iskart li huma jipproduċu. Għal dan il-għan, b’mod partikolari, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kriterji marbuta mat-tip ta’ beni immobbli li jokkupaw l-utenti, mas-superfiċji u mal-allokazzjoni ta’ dawn il-beni, mal-kapaċità produttiva tad-“detenturi”, mal-volum tal-kontenituri mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-utenti, kif ukoll mal-frekwenza ta’ ġbir, sa fejn dawn il-parametri jinfluwenzaw direttament l-ammont tal-ispejjeż tal-immaniġġjar tal-iskart.


(1)  ĠU C 296, 16.08.2016.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/6


Appell ippreżentat fit 28 ta’ Diċembru 2016 minn Meissen Keramik GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-18 ta’ Ottubru 2016 fil-Kawża T-776/15 – Meissen Keramik GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-686/16)

(2017/C 161/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Meissen Keramik GmbH (rappreżentanti: M. Vohwinkel u Dr. M. Bagh, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tat-18 ta’ Ottubru 2016 fil-Kawża T-776/15;

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-28 ta’ Ottubru 2015 fil-Każ R 0531/2015-1;

tannulla d-deċiżjoni tal-EUIPO, tat-13 ta’ Jannar 2015;

tikkundanna lill-EUIPO għal-ispejjeż tal-proċedura fl-istanzi kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1), kif ukoll fuq ksur tal-Artikolu 135(4) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Il-kritika tal-ksur tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali hija bbażata fuq il-fatt li, fis-sentenza tagħha, il-Qorti Ġenerali ma bbażatx ruħha fuq il-fehim tal-element verbali li ġie kkonstatat fid-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell, iżda applikat il-fehim tagħha stess tal-element verbali u b’dan il-mod biddlet is-suġġett tal-kawża.

Il-kritika rigward l-interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja hija bbażata fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali tqis bħala deskrittiva indikazzjoni tal-oriġini ġeografika ta’ tip speċifiku ta’ prodott, li huwa denominat permezz tal-komponent prinċipali tiegħu (ċeramika ta’ Meissen),anki għal tali prodotti li jinkludu kwalunkwe komponent – saħansitra insinjifikattiv – magħmul minn dan il-prodott jew li jistgħu jingħaqdu mal-imsemmi tip ta’ prodott.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy we Wrocławiu (il-Polonja) fis-17 ta’ Jannar 2017 – Skarb Państwa, irrappreżentat minn Wojewoda Dolnośląski vs Gmina Trzebnica

(Kawża C-19/17)

(2017/C 161/08)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy we Wrocławiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skarb Państwa (it-teżor pubbliku), irrappreżentat minn Wojewoda Dolnośląski (reġjun ta’ Dolny Śląsk)

Konvenut: Gmina Trzebnica (Komun ta’ Trzebnica)

Domandi preliminari

1)

Prestazzjonijiet li benefiċjarju jirċievi abbażi ta’ penalitajiet kuntrattwali jew ta’ kumpens b’rabta man-nuqqas ta’ twettiq jew mat-twettiq tardiv ta’ obbligu jikkostitwixxu dħul fis-sens tar-Regola Nru 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 448/2004, tal-10 ta’ Marzu 2004, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1685/2000 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 dwar l-eliġibilità tal-infiq fuq operazzjonijiet kofinanzjati mill-Fondi Strutturali u li jirtira r-Regolament (KE) Nru 1145/2003 (1)?

2)

Fil-każ li r-risposta għad-domanda 1 tkun fl-affermattiv:

a)

Id-dħul fil-forma ta’ penalitajiet kuntrattwali jista’ jiġi dedott mit-telf jew mill-ispejjeż addizzjonali sostnuti mill-benefiċjarju minħabba n-nuqqas ta’ twettiq jew minħabba t-twettiq tardiv tal-kuntratt mill-parti kontraenti l-oħra?

b)

Prestazzjoni pprovduta mill-parti kontraenti l-oħra, li tikkonsisti fit-twettiq ta’ xogħlijiet, favur il-benefiċjarju, li b’ebda mod ma huma relatati mal-oġġett tal-finanzjament u li jeħilsu lill-parti kontraenti l-oħra mill-obbligu li tħallas il-penalitajiet kuntrattwali (datio in solutum) tikkostitwixxi dħul fis-sens tar-Regola Nru 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 448/2004, tal-10 ta’ Marzu 2004, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1685/2000 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 dwar l-eliġibilità tal-infiq fuq operazzjonijiet kofinanzjati mill-Fondi Strutturali u li jirtira r-Regolament (KE) Nru 1145/2003?

3)

Fil-każ li r-risposti għad-domandi 1 u 2a jkunu fl-affermattiv, l-ammont tad-dħul miksub mill-benefiċjarju huwa l-ammont tal-penalità kuntrattwali imposta fuq il-parti kontraenti l-oħra jew inkella l-valur tal-prestazzjoni sostitwenti?

4)

Huwa possibbli li l-ammont tad-dħul miksub mill-benefiċjarju matul il-perijodu tal-għajnuna jitnaqqas mill-kofinanzjament wara l-għeluq tal-għajnuna fis-sens tar-Regola 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 448/2004, tal-10 ta’ Marzu 2004, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1685/2000 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 dwar l-eliġibilità tal-infiq fuq operazzjonijiet kofinanzjati mill-Fondi Strutturali u li jirtira r-Regolament (KE) Nru 1145/2003?

5)

Fil-każ li r-risposta għad-domanda 4 tkun fl-affermattiv: huwa possibbli li l-ammont tad-dħul miksub mill-benefiċjarju jitnaqqas mill-kofinanzjament meta dan id-dħul ma jkunx ġie nnotifikat lill-Kummissjoni mill-Istat Membru qabel l-għeluq tal-għajnuna?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 2, p. 3


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fl-20 ta’ Jannar 2017 – Dyrektor Izby Celnej w Poznaniu vs Kompania Piwowarska S.A. w Poznaniu

(Kawża C-30/17)

(2017/C 161/09)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dyrektor Izby Celnej w Poznaniu

Konvenuta: Kompania Piwowarska S.A. w Poznaniu

Domanda preliminari

Fid-dawl tal-Artikolu 3(1) u tal-għanijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (1), sabiex jiġi ddeterminat l-ammont taxxabbli għall-birer aromatizzati skont l-iskala ta’ Plato, l-estratt li jirriżulta mis-sustanzi aromatizzanti miżjuda wara l-fermentazzjoni għandu jiżdied mal-estratt reali tal-prodott lest, jew tali estratt li jirriżulta mis-sustanzi miżjuda għandu jitwarrab għal kollox?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 206


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy Poznań-Grunwald i Jeżyce w Poznaniu (il-Polonja) fis-7 ta’ Frar 2017 – Grzegorz Chudaś, Irena Chudaś vs DA Deutsche Allgemeine Versicherung Aktiengesellschaft AG

(Kawża C-66/17)

(2017/C 161/10)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy Poznań-Grunwald i Jeżyce w Poznaniu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Grzegorz Chudaś, Irena Chudaś

Konvenuta: DA Deutsche Allgemeine Versicherung Aktiengesellschaft AG

Domanda preliminari

L-Artikolu 4(1) flimkien mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [Titolu Eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li deċiżjoni dwar ir-rimbors tal-ispejjeż tal-proċeduri, inkluża f’sentenza li tikkonstata l-eżistenza ta’ dritt, tista’ tiġi kkonfermata bħala Titolu eżekuttiv Ewropew?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 38.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Suceava (ir-Rumanija) fl-14 ta’ Frar 2017 – Zabrus Siret SRL vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Iași – Administrația Județeană a Finanțelor Publice Suceava

(Kawża C-81/17)

(2017/C 161/11)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Suceava

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zabrus Siret SRL

Konvenuta: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Iași – Administrația Județeană a Finanțelor Publice Suceava

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2006/112/KE (1) u l-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità jipprekludu, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, prassi amministrattiva u/jew interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jimpedixxu l-kontroll u l-għoti tad-dritt għar-rimbors tal-VAT li jirriżulta mir-regolarizzazzjonijiet ta’ operazzjonijiet imwettqa matul perijodu preċedenti għall-perijodu ta’ kontroll, u li kien diġa s-suġġett ta’ kontroll fiskali, li warajh l-awtoritajiet fiskali ma kkonstatawx anomaliji li jistgħu jemendaw il-bażi tat-taxxa tal-VAT, minkejja li l-istess dispożizzjonijiet jiġu interpretati fis-sens li l-awtoritajiet fiskali jistgħu jipproċedu b’kontroll ġdid ta’ perijodu li diġà kien is-suġġett ta’ kontroll fiskali abbażi ta’ data u ta’ informazzjoni supplimentari miksuba sussegwentement bis-saħħa tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet Statali[?]

2)

Id-Direttiva 2006/112/KE u l-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ natura normattiva li jeskludu l-possibbiltà ta’ rettifika tal-iżbalji materjali fid-dikjarazzjonijiet tal-VAT għall-perijodi fiskali li diġà kienu s-suġġett ta’ kontroll fiskali, bl-eċċezzjoni tal-każ fejn ir-rettifika titwettaq fuq il-bażi tal-att li jistabbilixxi miżuri li għandhom jittieħdu kkomunikat mill-awtorità ta’ kontroll fiskali fl-okkażjoni tal-kontroll preċedenti[?]


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/9


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2017 mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-112/13, Mondelez UK Holdings & Services Ltd vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-95/17 P)

(2017/C 161/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedura: Mondelez UK Holdings & Services Ltd, li kienet Cadbury Holdings Ltd; Société des produits Nestlé SA

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata;

tikkundanna lil Mondelez UK Holdings & Services Ltd għall-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju

Aggravji u argumenti prinċipali

Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti Ġenerali bbażat is-sentenza tagħha fuq raġunament kontradittorju meta aċċettat, minn naħa, li “provi jistgħu jittressqu globalment għall-Istati Membri kollha kkonċernati” u meta ħtieġet, min-naħa l-oħra, li l-kisba ta’ karattru distintiv tiġi stabbilita f’kull Stat Membru, individwalment (ara l-punt 139 tas-sentenza appellata).

Ksur tal-Artikolu 7(3) u 52(2) tar-Regolament Nru 207/2009  (1)

Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-gwida mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-24 ta’ Mejju 2012, Kawża C-98/11P, Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG vs UASI, (Forma ta’ fenek taċ-ċikkulata b’żigarella ħamra), ECLI:EU:C:2012:307, fil-punti 62 u 63 (iktar ’il quddiem is-sentenza “Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli Judgment”) meta ħtieġet li l-prova tal-kisba ta’ karattru distintiv tiġi stabbilita f’kull Stat Membru individwalment.

Il-Qorti Ġenerali kellha teżamina jekk il-provi mressqa mid-detentur tat-trade mark tal-Unjoni jistabbilixxux il-kisba tal-karattru distintiv fl-Unjoni Ewropea kollha, irrispettivament mill-fruntieri nazzjonali.

Billi ffokat esklużivament fuq is-swieq nazzjonali, il-Qorti tal-Ġustizzja injorat b’mod żbaljat li l-portata territorjali tar-rikonoxximent tat-trade mark hija biss wieħed mill-fatturi rilevanti fid-determinazzjoni ta’ jekk din it-trade mark kisbitx karattru distintiv permezz tal-użu fl-Unjoni Ewropea. Il-Qorti Ġenerali għalhekk naqset milli tikkunsidra kriterji li huma relevanti fil-kuntest tas-“suq uniku”, b’mod partikolari (i) il-proporzjon tal-pubbliku li ġie pprovat li huwa familjari mat-trade mark meta mqabbel mal-konsumaturi Ewropej kollha; (ii) l-importanza ġeografika u t-tqassim taż-żoni fejn il-karattru distintiv kien ġie stabbilit; u (iii) l-importanza ekonomika taż-żoni fejn il-kisba tan-natura distintiva kienet ġiet stabbilita għas-suq Ewropew tal-oġġetti u s-servizzi inkwistjoni.

L-approċċ tas-sentenza appellata ma jistax jiġi ġġustifikat mill-interess pubbliku li huwa l-bażi tar-raġuni assoluta għall-kanċellazzjoni inkwistjoni. Hemm miżuri ta’ salvagwardja li jibbilanċjaw il-possibbiltà għad-detentur ta’ trade mark tal-Unjoni li jsaħħah id-drittijiet esklużivi anki fi Stati Membri fejn it-trade mark tal-Unjoni ma tkunx kisbet l-istess livell ta’ karattru distintiv bħal fi Stati Membri oħra.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-27 ta’ Frar 2017 – Messer France SAS, suċċessur fid-drittijiet ta’ Praxair vs Premier ministre, Commission de régulation de l’énergie, Ministre de l’économie et des finances, Ministre de l’environnement, de l’énergie et de la mer

(Kawża C-103/17)

(2017/C 161/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Messer France SAS, suċċessur fid-drittijiet ta’ Praxair

Konvenuti: Premier ministre, Commission de régulation de l’énergie, Ministre de l’économie et des finances, Ministre de l’environnement, de l’énergie et de la mer

Domandi preliminari

1)

Meta Stat Membru, wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 (1), ma ħa, inizjalment, l-ebda dispożizzjoni intiża li toħloq dazju tas-sisa fuq il-konsum ta’ elettriku, iżda żamm taxxa indiretta maħluqa preċedentement imposta fuq dan il-konsum, kif ukoll taxxi lokali:

il-kompatibbiltà tat-taxxa inkwistjoni mad-Direttivi 92/12/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 (2) u tas-27 ta’ Ottubru 2003, għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 3(2) tad-Direttiva tal-25 ta’ Frar 1992 għall-eżistenza ta’ “taxxi oħra indiretti”, jiġifieri t-tfittxija ta’ għan jew ta’ diversi għanijiet speċifiċi u l-osservanza ta’ ċerti regoli ta’ tassazzjoni applikabbli għad-dazju tas-sisa jew għat-taxxa fuq il-valur miżjud?

jew iż-żamma ta’ “taxxi oħra indiretti” hija possibbli biss fil-preżenza tad-dazju tas-sisa armonizzat u, finalment, f’dan il-każ, il-kontribuzzjoni inkwistjoni tista’ titqies bħala tali dazju tas-sisa, li l-kompatibbiltà tagħha ma’ dawn iż-żewġ direttivi għandha għalhekk tiġi evalwata fid-dawl tar-regoli kollha ta’ armonizzazzjoni li dawn jipprevedu?

2)

Kontribuzzjoni bbażata fuq il-konsum ta’ elettriku li d-dħul minnha huwa allokat kemm għall-finanzjament tal-ispejjeż marbuta mal-produzzjoni ta’ elettriku minn sorsi rinovabbli u mill-koġenerazzjoni kif ukoll għall-implementazzjoni ta’ ekwalizzazzjoni tariffarja ġeografika u ta’ tnaqqis tal-prezz tal-elettriku għall-familji f’sitwazzjoni ta’ prekarjetà għandha titqies bħala li tfittex għanijiet speċifiċi għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva tal-25 ta’ Frar 1992, riprodotti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tas-16 ta’ Diċembru 2008 (3)?

3)

Fil-każ fejn biss uħud mill-għanijiet segwiti jistgħu jiġu kklassifikati bħala speċifiċi, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, il-persuni taxxabbli jistgħu xorta waħda jitolbu r-rimbors totali tal-kontribuzzjoni kontenzjuża, jew biss rimbors parzjali skont il-parti, fit-total tal-ispejjeż li din tiffinanzja, ta’ dawk li ma jikkorrispondux għal għan speċifiku?

4)

Fil-każ fejn, skont ir-risposta mogħtija għad-domandi preċedenti, is-sistema tal-kontribuzzjoni lis-servizz pubbliku tal-elettriku hija, totalment jew parzjalment, inkompatibbli mar-regoli ta’ tassazzjoni tal-elettriku previsti mid-dritt tal-Unjoni, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(10) tad-Direttiva tas-27 ta’ Ottubru 2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sal-1 ta’ Jannar 2009, l-osservanza tal-livelli minimi ta’ tassazzjoni previsti minn din id-direttiva tikkostitwixxi, fost ir-regoli ta’ tassazzjoni tal-elettriku previsti mid-dritt tal-Unjoni, l-uniku obbligu impost fuq Franza?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179).

(3)  Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, p. 12).


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fit-3 ta’ Marzu 2017 – UAB “AVIABALTIKA” vs AB Ūkio bankas, fi stralċ

(Kawża C-107/17)

(2017/C 161/14)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UAB “AVIABALTIKA”

Konvenut: AB Ūkio bankas, fi stralċ

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2002/47 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lill-Istati Membri jadottaw leġiżlazzjoni li tistabbilixxi li l-garanzija finanzjarja ma għandhiex tkun tifforma parti mill-assi rimanenti wara l-falliment tal-benefiċjarju tal-garanzija (tal-bank fi proċedura ta’ falliment)? Fi kliem ieħor, l-Istati Membri huma obbligati jadottaw leġiżlazzjoni li tippermetti lill-benefiċjarju tal-garanzija (lill-bank) li de facto jissodisfa l-kreditu tiegħu, li jkun iggarantit b’garanzija finanzjarja (jiġifieri mill-fondi li jinsabu fil-kont bankarju u mid-dritt ta’ kreditu fuq dawn il-fondi), minkejja li l-avveniment li jwassal għall-eżekuzzjoni tal-garanzija finanzjarja jseħħ wara l-ftuħ tal-proċeduri ta’ stralċ tal-benefiċjarju tal-garanzija (il-bank)?

2)

Fid-dawl tal-istruttura tad-Direttiva 2002/47, l-Artikolu 4(1) u (5) għandu jiġi interpretat sistematikament bħala li jagħti lill-fornitur tal-garanzija d-dritt li jirrikjedi li l-benefiċjarju tal-garanzija (il-bank) jissodisfa l-kreditu tiegħu, li huwa iggarantit b’garanzija finanzjarja (mill-fondi li jinsabu fil-kont bankarju u mid-dritt ta’ kreditu fuq dawn il-fondi), fl-ewwel lok billi jdur kontra l-garanzija finanzjarja u bħala jimponi l-obbligu korrispondenti fuq il-benefiċjarju tal-garanzija li jottempora ruħu ma’ tali rikjesta, minkejja li jkunu diġà inbdew il-proċeduri ta’ stralċ kontrih?

3)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda u jekk il-fornitur tal-garanzija jħallas il-kreditu ggarantit tal-benefiċjarju tal-garanzija permezz ta’ attiv ieħor li jappartjenu lilu, id-Direttiva 2002/47 u b’mod partikolari l-Artikoli 4 u 8 tagħha għandhom jiġu interpretati fis-sens li għandu jkun hemm deroga, għall-benefiċċju tal-fornitur tal-garanzija, mill-ugwaljanza fit-trattament tal-kredituri tal-benefiċjarju tal-garanzija (tal-bank) li jkun fi proċedura ta’ stralċu li dan tal-aħħar għandu jingħata preferenza fuq il-kredituri l-oħra fil-kuntest tal-imsemmija proċedura sabiex ikun jista’ jirkupra l-garanzija finanzjarja?


(1)  Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Ġunju 2002, dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 3, p. 89)


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus apygardos administracinis teismas (il-Litwanja) fit-3 ta’ Marzu 2017 – UAB “Enteco Baltic” vs Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

(Kawża C-108/17)

(2017/C 161/15)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Vilniaus apygardos administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UAB “Enteco Baltic”

Konvenua: Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 143(2) tad-Direttiva tal-VAT (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprojbixxu lil awtorità fiskali ta’ Stat Membru milli tirrifjuta li tapplika l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 143(1)(d) ta’ din id-direttiva abbażi tas-sempliċi fatt li fil-mument tal-importazzjoni kien previst li l-prodotti jiġu pprovduti lil persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT, li jispjega għalfejn in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tagħha huwa indikat fid-dikjarazzjoni ta’ importazzjoni, meta l-prodotti, wara tibdil ulterjuri taċ-ċirkustanzi, ġew ikkunsinnati lil persuna taxxabbli oħra (persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT) u l-awtorità intbagħtitilha l-informazzjoni kollha dwar l-identità tax-xerrej attwali?

2)

Huwa possibbli, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 143(1)(d) tad-Direttiva tal-VAT jiġu interpretati fis-sens li dokumenti li ma ġewx ikkontestati (noti ta’ kunsinna e-AD [dokument amministrattiv elettroniku], u konfermi e-ROR [riċevuta ta’ kunsinna elettronika]) li jikkonfermaw it-trasport ta’ prodotti minn maħżen doganali li jinsab fi Stat Membru lejn maħżen doganali li jinsab fi Stat Membru ieħor jistgħu jitqiesu li huma prova suffiċjenti tal-esportazzjoni ta’ prodotti lejn Stat Membru ieħor?

3)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 143(1)(d) tad-Direttiva tal-VAT għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprojbixxu lil awtorità fiskali ta’ Stat Membru milli tirrifjuta li tapplika l-eżenzjoni prevista minn din id-dispożizzjoni jekk id-dritt ta’ dispożizzjoni mill-prodotti ma jkunx ġie ttrasferit lix-xerrej direttament, iżda permezz tal persuni li jkun indika (impriżi ta’ trasport jew imħażen doganali)?

4)

Il-prinċipji ta’ newtralità fil-qasam tal-VAT u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jipprekludu prassi amministrattiva ibbażata fuq interpretazzjoni differenti ta’ dak li għandu jiġi kkunsidrat bħala trasferiment tad-dritt ta’ dispożizzjoni u tal-provi li għandhom jitreqqsu sabiex jiġi ssostanzjat dan it-trasferiment, skont jekk jiġux applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 167 jew dawk tal-Artikolu 143(1)(d) tad-Direttiva tal-VAT?

5)

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prinċipju ta’ bona fide fil-qasam tal-VAT jinkludi wkoll id-dritt tal-persuni għal eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjoni [abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 143(1)(d) tad-Direttiva tal-VAT] f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, jiġifieri meta l-awtorità doganali tibbaża ruħha, sabiex tirrifjuta d-dritt tal-persuna suġġetta għat-taxxa għal eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjoni, fuq il-fatt li l-kundizzjonijiet ta’ żamma tal-kunsinna tal-oġġetti ġewwa l-Unjoni Ewropea ma humiex issodisfatti (id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 138 tad-Direttiva tal-VAT)?

6)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 143(1)(d) tad-Direttiva tal-VAT għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu prassi amministrattiva tal-Istati Membri skont liema l-preżunzjoni li (i) id-dritt ta’ dispożizzjoni ma ġiex ittrasferit lil parti kokontraenti speċifika u li (ii) il-persuna taxxabbli kienet taf jew setgħet kienet taf li l-parti kokontraenti kienet forsi wettqet frodi fil-qasam tal-VAT, minħabba li l-impriża kkomunikat mal-partijiet kokontraenti permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi u li matul riċerki mwettqa mill-amministrazzjoni fiskali ġie stabbilit li l-partijiet kokontraenti ma kinux jeżerċitaw attivitajiet fl-indirizzi indikati u ma kinux iddikkjaraw il-VAT relatata mat-tranżazzjonijiet imwettqa mal-persuna suġġetta għat-taxxa?

7)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 143(1)(d) tad-Direttiva tal-VAT għandhom jiġu interpretati fis-sens li minkejja l-fatt li l-obbligu li jiġi ġġustifikat id-dritt għal eżenzjoni jaqa’ fuq il-persuna suġġetta għat-taxxa, huma ma jeskludux l-obbligu tal-awtoritajiet pubbliċi kompetenti, meta jeżaminaw il-kwistjoni tat-trasferiment tad-dritt ta’ dispożizzjoni, li jiġbru informazzjoni li l-awtoritajiet pubbliċi biss jistgħu jaċċedu għalihom?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006 L 347, p. 1).


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia de Cartagena (Spanja) fit-3 ta’ Marzu 2017 – Bankia S.A. vs Juan Carlos Marí Merino, Juan Pérez Gavilán u María Concepción Marí Merino

(Kawża C-109/17)

(2017/C 161/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia de Cartagena (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bankia S.A.

Konvenuti: Juan Carlos Marí Merino, Juan Pérez Gavilán u María Concepción Marí Merino

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2005/29 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal-leġiżlazzjoni attwali dwar il-proċedura ta’ qbid ipotekarju Spanjola, jiġifieri l-Artikoli 695 et seq, b’rabta mal-Artikolu 552(1) tal-LEC, li ma jipprevedux l-istħarriġ tal-prattiki kummerċjali żleali la ex officio u lanqas fuq talba tal-partijiet, minħabba li dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali jagħmlu iktar diffiċli jew jipprekludu l-istħarriġ ġudizzjarju tal-kuntratti u tal-atti li jistgħu jikkostitwixxu prattiki kummerċjali żleali?

2)

L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2005/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-leġiżlazzjoni Spanjola li ma tiżgurax l-osservanza effettiva tal-kodiċi ta’ kondotta jekk l-eżekutur jiddeċiedi li ma japplikahiex (Artikoli 5 u 6 flimkien mal-Artikolu 15 tar-Real-decreto Ley 6/2012, tad-9 ta’ Marzu 2012)?

3)

L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2005/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali Spanjola li, fi proċedura ta’ qbid ipotekarju, ma tippermettix li l-konsumatur jeżiġi l-osservanza ta’ kodiċi ta’ kondotta, b’mod partikolari fir-rigward tad-datio in solutum u l-estinzjoni tad-dejn (paragrafu 3 tal-Anness tar-Real-Decreto Ley 6/2012, tad-9 ta’ Marzu 2012, kodiċi ta’ prattiki tajba)?


(1)  Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU 2005, L 149, p. 22).


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fit-13 ta’ Marzu 2017 – Mitsubishi Shoji Kaisha Ltd, Mitsubishi Caterpillar Forklift Europe BV vs Duma Forklifts NV, G. S. International BVBA

(Kawża C-129/17)

(2017/C 161/17)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mitsubishi Shoji Kaisha Ltd, Mitsubishi Caterpillar Forklift Europe BV

Konvenuti: Duma Forklifts NV, G. S. International BVBA

Domandi preliminari

1)

A)

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/95/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni kodifikata) u l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 20019, dwar it-trade mark Komunitarja (Verżjoni kodifikata) (2) jinkludu d-dritt għall-proprjetarju tat-trade mark li jopponi t-tneħħija minn terzi, mingħajr il-kunsens tiegħu, tas-sinjali identiċi għal trade marks li huwa kien applika fuq il-prodotti (debranding), fil-każ ta’ prodotti kkummerċjalizzati li għadhom ma nbiegħux fiż-Żona Ekonomika Ewropea, bħall-merkanzija mqiegħda f’maħżen doganali, u meta din it-tneħħija sseħħ minn terzi sabiex jimporta jew iqiegħed fis-suq dawn il-prodotti fiż-Żona Ekonomika Ewropea?

B)

Ir-risposta għad-domanda A tiddependi mill-kwistjoni jekk l-importazzjoni jew it-tqegħid fis-suq ta’ dawn il-prodotti fiż-Żona Ekonomika Ewropea seħħewx taħt is-sinjal distintiv proprju applikat minn dan it-terz (rebranding)?

2)

Jagħmel differenza għar-risposta għall-ewwel domanda jekk il-prodotti hekk importati jew imqiegħda fis-suq jibqgħu identifikati mill-konsumatur medju rilevanti bħala li ġejjin mill-proprjetarju tat-trade mark, minħabba d-dehra esterna tagħhom jew il-mudell tagħhom?


(1)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni kodifikata) (ĠU 2008, L 299, p. 25).

(2)  ĠU 2009, L 78, p. 1.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/14


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2017 mill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fl-1 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-479/14, Kendrion vs L-Unjoni Ewropea

(Kawża C-150/17 P)

(2017/C 161/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellanti: L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Inghelram u E. Beysen, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Kendrion NV, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-punt 1) tad-dispożittiv tas-sentenza appellata;

tiċħad bħala infondata t-talba ta’ Kendrion, ifformulata fl-ewwel istanza, intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu materjali allegatament subit jew, b’mod għalkollox sussidjarju, tnaqqas dan il-kumpens għal ammont ta’ EUR 175 709,87;

tikkundanna lil Kendrion għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tinvoka tliet aggravji insostenn tal-appell tagħha.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi rigward l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ rabta kawżali, sa fejn il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-ksur tat-terminu raġonevoli ta’ sentenza kien il-kawża determinanti tad-dannu materjali allegat li jikkonsisti fil-pagament tal-ispejjeż ta’ garanzija bankarja, meta, skont ġurisprudenza stabbilita, hija l-għażla ta’ impriża nnifisha li ma tħallasx il-multa matul il-proċedura quddiem il-qorti tal-Unjoni li hija l-kawża determinanti tal-pagament ta’ dawn l-ispejjeż.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi rigward l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ dannu, sa fejn il-Qorti Ġenerali rrifjutat li tapplika għall-allegat dannu materjali marbut mal-pagament ta’ spejjeż ta’ garanzija bankarja l-istess kundizzjoni bħal dik li hija kienet ifformulat fir-rigward tal-allegat dannu materjali marbut mal-pagament tal-interessi fuq l-ammont tal-multa, jiġifieri li r-rikorrenti fl-ewwel istanza kellha turi li l-oneru finanzjarju ta’ dan l-aħħar pagament kien ogħla mill-vantaġġ li hija setgħet tieħu mill-assenza ta’ pagament tal-multa.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fid-determinazzjoni tal-perijodu li matulu l-allegat dannu materjali seħħ u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, sa fejn il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, mingħajr ma esponiet il-motivi għal dan, li l-perijodu li matulu seħħ l-allegat dannu materjali li jikkonsisti fil-pagament tal-ispejjeż ta’ garanzija bankarja, seta’ jkun differenti mill-perijodu li fih il-Qorti Ġenerali kienet illokalizzat l-att illegali li kien allegatament iġġenera dan id-dannu.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) (ir-Renju Unit) fl-24 ta’ Marzu 2017 – Swedish Match AB vs Secretary of State for Health

(Kawża C-151/17)

(2017/C 161/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales), Queen's Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Swedish Match AB

Konvenut: Secretary of State for Health

Domandi preliminari

L-Artikoli 1(c) u 17 tad-Direttiva 2014/40/EU (1) huma invalidi minħabba:

i.

ksur tal-prinċipju ġenerali tal-UE ta’ nondiskriminazzjoni;

ii.

ksur tal-prinċipju ġenerali tal-UE ta’ proporzjonalità;

iii.

ksur tal-Artikolu 5(3) TUE u l-prinċipju tal-UE ta’ sussidjarjetà;

iv.

ksur tal-Artikolu 296(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”);

v.

ksur tal-Artikoli 34 u 35 TFUE; u

vi.

ksur tal-Artikoli 1, 7 u 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.


(1)  Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ April 2014, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, p. 1).


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/16


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-170/17)

(2017/C 161/20)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Yerrell u P. Costa de Oliveira, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li, billi ħarġet liċenzji tas-sewqan nazzjonali speċjali għas-sewqan ta’ vetturi inklużi fil-kategorija armonizzata AM, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha bis-saħħa tal-Artikoli 4(1) u (2) u 7(2)(a) tad-Direttiva 2006/126/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-liċenzji tas-sewqan.

tiddikjara li, billi ma żguratx li persuna tkun fil-pussess ta’ liċenzja tas-sewqan waħda biss, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha bis-saħħa tal-Artikolu 7(5)(b) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-liċenzji tas-sewqan.

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fejn għandha x’taqsam l-osservanza tal-obbligi li għandha r-Repubblika Portugiża bis-saħħa tal-Artikoli 4(1) u (2) u 7(2)(a) u bis-saħħa tal-Artikolu 7(5)(b) tad-Direttiva, il-Kummissjoni tqis li r-Repubblika Portugiża ma ħaditx il-miżuri dovuti fit-terminu ta’ żmien iffissat fl-opinjoni motivata. Madankollu, l-amministrazzjoni Portugiża nnifisha tirrikonoxxi li ma adottatx dawn il-miżuri fejn fl-ittra tagħha tal-15 ta’ Diċembru 2016 indikat li għanda tipproċedi biex twettaq emendi leġiżlattivi futuri f’dan ir-rigward.


(1)  ĠU 2006, L 403, p. 18.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/16


Appell ippreżentat fil-5 ta’ April 2017 mill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fis-17 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-40/15, ASPLA u Armando Álvarez vs L-Unjoni Ewropea

(Kawża C-174/17 P)

(2017/C 161/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Inghelram, Á.M. Almendros Manzano u P. Giusta, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Plásticos Españoles, S.A. (ASPLA), Armando Álvarez S.A. u Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata;

tiċħad bħala infondata t-talba magħmula minn ASPLA u Armando Álvarez fl-ewwel istanza, sabiex jiksbu somma ta’ EUR 3 495 038,66 bħala kumpens għad-dannu li ġie kkawżat lilhom peress li ma kienx hemm terminu raġonevoli tas-sentenza u;

tikkundanna lil ASPLA u Armando Álvarez għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ relazzjoni ta’ kawżalità, peress li l-Qorti Ġenerali qieset li n-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu raġonevoli ta’ sentenza kkostitwixxa r-raġuni determinanti tal-allegat dannu materjali li jikkonsisti fil-ħlas tal-ispejjeż ta’ garanzija bankarja, meta, skont ġurisprudenza stabbilita, ir-raġuni determinanti tal-ħlas ta’ dawn l-ispejjeż hija l-għażla tal-impriża stess li ma tħallasx il-multa matul il-proċeduri quddiem il-qrati tal-Unjoni.

2.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ dannu, peress li l-Qorti Ġenerali ma applikatx għall-allegat dannu materjali li ġej mill-ħlas tal-ispejjeż tal-garanzija bankarja l-istess kundizzjoni li imponiet fir-rigward tal-allegat dannu materjali li ġej mill-ħlas tal-interessi fuq il-multa, jiġifieri li r-rikorrenti fl-ewwel istanza għandhom juru li l-piż finanzjarju li jirriżulta minn dan l-aħħar ħlas kien ogħla mill-benefiċċju li setgħu jieħdu min-nuqqas ta’ ħlas tal-multa.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/17


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale civile di Roma – l-Italja) – X vs Presidenza del Consiglio dei Ministri

(Kawża C-167/15) (1)

(2017/C 161/22)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 245, 27.7.2015.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/17


Digriet tal-President tat-Tieni Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal de Justiça – il-Portugal) – Sociedade Metropolitana de Desenvolvimento SA vs Banco Santander Totta SA

(Kawża C-136/16) (1)

(2017/C 161/23)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 165, 10.5.2016.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/18


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall) – Ministério da Saúde, Administração Regional de Saúde de Lisboa e Vale do Tejo, I.P. vs João Carlos Lombo Silva Cordeiro

(Kawża C-229/16) (1)

(2017/C 161/24)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 287, 8.8.2016


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/18


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Marzu 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Intervenjenti: Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-511/16) (1)

(2017/C 161/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 441, 28.11.2016.


Il-Qorti Ġenerali

22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ April 2017 – CPME et vs Il-Kunsill

(Kawża T-422/13) (1)

([“Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċertu tip ta’ polietilentereftalat (PET) li joriġina mill-Indja, it-Tajlandja u t-Tajwan - Reviżjoni minħabba l-iskadenza tal-miżuri - Proposta tal-Kummissjoni ta’ tiġdid tal-imsemmija miżuri - Deċiżjoni tal-Kunsill li tagħlaq il-proċedura ta’ reviżjoni mingħajr ma jidħlu fis-seħħ dawn il-miżuri - Rikors għal annullament - Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu sinjifikanti - Artikolu 21(1) tar-Regolament Nru 1225/2009 - Interess tal-Unjoni - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Rikors għad-danni”])

(2017/C 161/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Committee of Polyethylene Terephthalate (PET) Manufacturers in Europe (CPME) (Brussell, il-Belġju) u l-10 rikorrenti oħra li isimhom jinsabu annessi mas-sentenza (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, u J. Beck, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u J.-P. Hix, aġenti, assistiti minn B. O’Connor, solicitor, u S. Gubel, avukat)

Partijiet intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, A. Demeneix u M. França, aġenti)

Partijiet intervenjenti in sostenn tal-partijiet konvenuti: European Federation of Bottled Waters (EFBW) (Brussell, il-Belġju), Caiba, SA (Paterna, Spanja), Coca Cola Enterprises Belgium (CCEB) (Anderlecht, il-Belġju), Danone (Pariġi, Franza), Nestlé Waters Management & Technology (Issy-les-Moulineaux, Franza), Pepsico International Ltd (Londra, ir-Renju Unit) u Refresco Gerber BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentantii: E. McGovern, barrister)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/226/UE, tal-21 ta’ Mejju 2013, li jirrifjuta l-Proposta għal Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indja, it-Tajwan u t-Tajlandja wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, u li jtemm il-proċediment tar-reviżjoni ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indoneżja u l-Malasja, minħabba li l-proposta timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indja, it-Tajwan u t-Tajlandja (ĠU 2013, L 136, p. 12), sa fejn hija rrifjutat il-proposta li jiġi impost dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja, mit-Tajwan u mit-Tajlandja u temmet il-proċedura ta’ reviżjoni fir-rigward ta’ dawn l-importazzjonijiet, u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-danni li r-rikorrenti allegatament ġarrbu.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/226/UE, tal-21 ta’ Mejju 2013, li jirrifjuta l-Proposta għal Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indja, it-Tajwan u t-Tajlandja wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, u li jtemm il-proċediment tar-reviżjoni ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indoneżja u l-Malasja, minħabba li l-proposta timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polietilentereftalat li joriġina mill-Indja, it-Tajwan u t-Tajlandja hija annullata, sa fejn hija ċaħdet il-proposta li jiġi stabbilit dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja, mit-Tajwan u mit-Tajlandja u temmet il-proċedura ta’ reviżjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ polietilentereftalat (PET) minn dawn it-tliet pajjiżi.

2)

It-talbiet għal kumpens huma miċħuda.

3)

Il-Committee of Polyethylene Terephthalate (PET) Manufacturers in Europe (CPME), Cepsa Química, SA, Equipolymers Srl, Indorama Ventures Poland sp. z o.o., Lotte Chemical UK Ltd, M & G Polimeri Italia SpA, Novapet, SA, Ottana Polimeri Srl, UAB Indorama Polymers Europe, UAB Neo Group u UAB Orion Global pet għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, bl-eċċezzjoni ta’ dawk imsemmija fil-punt 5) iktar ’il quddiem.

4)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.

5)

Il-European Federation of Bottled Waters (EFBW), Caiba, SA, Coca-Cola Enterprises Belgium (CCEB), Danone, Nestlé Waters Management & Technology, Pepsico International Ltd u Refresco Gerber BV għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-intervent tagħhom.

6)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 325, 9.11.2013.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Regione autonoma della Sardegna vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-219/14) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Trasport marittimu - Kumpens ta’ servizz pubbliku - Żieda tal-kapital - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Stralċ tal-impriża benefiċjarja - Żamma tal-interess ġuridiku - Assenza ta’ nuqqas ta’ lok għall-għoti ta’ deċiżjoni - Kunċett ta’ għajnuna - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Kriterju ta’ investitur privat - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Żball ta’ liġi - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Deċiżjoni 2011/21/UE - Linji gwida li jirrigwardaw l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà - Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku - Sentenza Altmark”))

(2017/C 161/27)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Regione autonoma della Sardegna (l-Italja) (rappreżentanti: T. Ledda, S. Sau, G. M. Roberti, G. Bellitti u I. Perego, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte, D. Grespan, u A. Bouchagiar, aġenti)

Parti konvenuta in sostenn tal-parti konvenuta: Compagnia italiana di navigazione SpA (Naples, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment minn F. Sciaudone, R. Sciaudone, D. Fioretti u A. Neri, sussegwentement minn M. Merola, B. Carnevale u M. Toniolo, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 9101 finali, tat-22 ta’ Jannar 2014, li tikkonċerna l-miżuri ta’ għajnuna SA.32014 (2011/C), SA.32015 (2011/C) u SA.32016 (2011/C), implementati mir-reġjun awtonomu ta’ Sardegna favur Saremar, sa fejn din id-deċiżjoni kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat miżura ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku u żieda tal-kapital, iddikjarat dawn il-miżuri inkompatibbli mas-suq intern u ordnat l-irkupru tagħhom.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Regione autonoma della Sardegna (l-Italja) hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Compagnia Italiana di Navigazione SpA.


(1)  ĠU C 175, 10.6.2014.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Saremar vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-220/14) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Trasport marittimu - Kumpens ta’ servizz pubbliku - Żieda tal-kapital - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Stralċ tar-rikorrenti - Locus standi in judicio - Żamma tal-interess ġuridiku - Assenza ta’ nuqqas ta’ lok għall-għoti ta’ deċiżjoni - Kunċett ta’ għajnuna - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Kriterju ta’ investitur privat - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Żball ta’ liġi - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Deċiżjoni 2011/21/UE - Linji gwida li jirrigwardaw l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà - Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku - Sentenza Altmark”))

(2017/C 161/28)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Saremar – Sardegna Regionale Marittima SpA (Cagliari, l-Italja) (rappreżentanti: G. M. Roberti, G. Bellitti u I. Perego, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte, D. Grespan, u A. Bouchagiar, aġenti)

Parti konvenuta in sostenn tal-parti konvenuta: Compagnia Italiana di Navigazione SpA (Naples, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment minn F. Sciaudone, R. Sciaudone, D. Fioretti u A. Neri, sussegwentement minn M. Merola, B. Carnevale u M. Toniolo, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 9101 finali, tat-22 ta’ Jannar 2014, li tikkonċerna l-miżuri ta’ għajnuna SA.32014 (2011/C), SA.32015 (2011/C) u SA.32016 (2011/C), implementati mir-reġjun awtonomu ta’ Sardegna favur Saremar, sa fejn din id-deċiżjoni kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat miżura ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku u żieda tal-kapital, iddikjarat dawn il-miżuri inkompatibbli mas-suq internet u ordnat l-irkupru tagħhom.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Saremar – Sardegna Regionale Marittima SpA hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Compagnia Italiana di Navigazione SpA.


(1)  ĠU C 175, 10.6.2014.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ April 2017 – HB et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-361/14) (1)

((“Dritt istituzzjonali - Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropea - Protezzjoni tal-annimali mitlufin - Effetti psikoloġiċi fuq l-adulti u t-tfal - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Nuqqas manifest tas-setgħat tal-Kummissjoni - Artikolu 4(2)(b) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011”))

(2017/C 161/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: HB (Linz, l-Awstrija) u s-sitt rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jinsabu indikati fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: inizjalment C. Kolar, sussegwentement F. Moyse, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Krämer u J. Vondung, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2119 finali, tas-26 ta’ Marzu 2014, li tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-proposta ta’ inizjattiva taċ-ċittadini “Ethics for Animals and Kids”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

HB u r-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jinsabu indikati fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 409, 17.11.2014.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Alkarim for Trade and Industry vs Il-Kunsill

(Kawża T-35/15) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))

(2017/C 161/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Alkarim for Trade and Industry LLC (Tal Krudi, is-Sirja) (rappreżentanti: J.-P. Buyle u L. Cloquet, avukati)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment G. Étienne u S. Kyriakopoulou, sussegwentement S. Kyriakopoulou, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/730/PESK, tal-20 ta’ Ottubru 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2014, L 301, p. 36), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1105/2014, tal-20 ta’ Ottubru 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2014, L 301, p. 7), sa fejn isem ir-rikorrenti ġie inkluż fil-lista tal-persuni u tal-entitajiet li għalihom japplikaw il-mużuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/730/PESK, tal-20 ta’ Ottubru 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1105/2014, tal 20 ta’ Ottubru 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja huma annullati sa fejn jirrigwardaw lil Alkarim for Trade and Industry LLC.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Alkarim for Trade and Industry.


(1)  ĠU C 89, 16.3.2015.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ April 2017 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-344/15) (1)

([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti sottomessi fil-kuntest tal-proċedura prevista mid-Direttiva 98/34/KE - Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru - Għoti ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċedimenti fil-qrati - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-iskop ta’ spezzjonijiet, investigazzjonijiet u verifiki - Kunsens minn qabel tal-Istat Membru”])

(2017/C 161/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment F. Alabrune, G. De Bergues, D. Colas u F. Fize, sussegwentement D. Colas u B. Fodda, u fl-aħħar nett D. Colas, B. Fodda u E. de Moustier, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, T. Müller u J. Vláčil, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2015) 1681819, tal-21 ta’ April 2015, li tagħti liċ-ċittadin l-aċċess għad-dokumenti sottomessi mir-Repubblika Franċiża fil-kuntest tal-proċedura prevista mid-Direttiva 98/34/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

3)

Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 270, 17.8.2015.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ April 2017 – Renfe-Operadora vs EUIPO (AVE)

(Kawża T-367/15) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea AVE - Invalidità parzjali - Appell ippreżentat quddiem il-Bord tal-Appell f’lingwa differenti mil-lingwa tal-proċedimenti - Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell - Rikors għal restitutio in integrum - Dmir ta’ viġilanza”))

(2017/C 161/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Renfe-Operadora, Entidad Pública Empresarial (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. B. Devaureix u M. I. Hernández Sandoval, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-24 ta’ April 2015 (Każ R 712/2014-5), dwar talba għal restitutio in integrum.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Renfe-Operadora, Entidad Pública Empresarial, hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 346, 19.10.2015.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Metabolic Balance Holding vs EUIPO (Metabolic Balance)

(Kawża T-594/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Erwropea figurattiva Metabolic Balance - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 161/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Metabolic Balance Holding GmbH (Isen, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Riegger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Fischer u J. Németh, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 2156/2014-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Metabolic Balance bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Metabolic Balance Holding GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tal-EUIPO.


(1)  ĠU C 398, 30.11.2015.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ April 2017 – Tractel Greifzug vs EUIPO – Shenxi Machinery (Forma ta’ vinċ immotorizzat)

(Kawża T-621/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali - Forma ta’ vinċ immotorizzat - Raġuni assoluta għal rifjut - Sinjal li jikkonsisti esklużivament fil-forma tal-prodott li hija neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku - Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 161/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Tractel Greifzug GmbH (Bergisch Gladbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Lüken u C. Maierhöfer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Shenxi Machinery Co. Ltd (Wuxi, iċ-Ċina) (rappreżentant: C. Vossius, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-3 ta’ Settembru 2015 (Każ R 1658/2014-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Shenxi Machinery u Tractel Greifzug.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tractel Greifzug GmbH hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

Shenxi Machinery Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 16, 18.1.2016.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 6 ta’ April 2017 – Nanu-Nana Joachim Hoepp vs EUIPO – Fink (NANA FINK)

(Kawża T-39/16) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva NANA FINK - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti NANA - Assenza ta’ xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Portata tal-eżami li għandu jsir mill-Bord tal-Appell - Obbligu li tingħata deċiżjoni dwar l-appell kollu”)

(2017/C 161/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Boddien, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nadine Fink (Basel, l-Iżvizzera)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Novembru 2015 (Każ R 679/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nanu-Nana Joachim Hoepp u N. Fink.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Novembru 2015 (Każ R 679/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG u Nadine Fink, hija annullata sa fejn il-Bord tal-Appell naqas milli jiddeċiedi dwar l-appell ippreżentat quddiemha f’dak li jikkonċerna l-“metalli prezzjużi u l-ligi tagħhom”, fil-klassi 14 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nizza dwar il-Klassifikazzjoni Internazzjonali ta’ Prodotti u Servizzi għall-finijet tar-Reġistrazzjoni ta’ Trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, u koperti mit-trade mark figurattiva suġġett tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1111651 li tindika l-Unjoni Ewropea.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 106, 21.3.2016


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Azanta vs EUIPO – Novartis (NIMORAL)

(Kawża T-49/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali NIMORAL - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti NEORAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 161/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Azanta A/S (Hellerup, id-Danimarka) (rappreżentant: M. Hoffgaard Rasmussen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Novartis AG (Bâle, l-Isvezja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-1 ta’ Diċembru 2015 (Każ R 634/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Novartis u Azanta.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Azanta A/S hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 106, 21.3.2016.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Policolor vs EUIPO – CWS Lackfabrik Conrad W. Schmidt (Policolor)

(Kawża T-178/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat – trade mark figurattiva tal – Unjoni Ewropea Policolor - Trade mark figurattiva tal – Unjoni Ewropea preċedenti ProfiColor - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 161/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Policolor SA (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: M. Comanescu, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: CWS Lackfabrik Conrad W. Schmidt GmbH & Co. KG (Düren-Merken, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-29 ta’ Jannar 2016 (Każ R 346/2015-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn CWS Lackfabrik Conrad W. Schmidt u Policolor.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Policolor SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 211, 13.6.2016.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Aldi vs EUIPO (ViSAGE)

(Kawża T-219/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ViSAGE - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2017/C 161/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u N. Bertram, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Frar 2016 (Każ R 507/2015-5) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv ViSAGE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Aldi GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 232, 27.06.2016.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Entreprise commune Clean Sky 2 vs Scouring Environment

(Kawża T-238/16) (1)

([“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2007-2013) - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt - Rimbors tas-somom antiċipati - interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja”])

(2017/C 161/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Entreprise commune Clean Sky 2 (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: B. Mastantuono, aġent, assistit minn M. Velardo,)

Konvenuta: Scouring Environment SARL (Tauriac, Franza)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex tikseb il-kundanna ta’ Scouring Environment sabiex tirrimborsa l-ammont tad-depożitu mħallas fil-kuntest tal-ftehim ta’ sussidju Nru 287071, flimkien mal-interessi moratorji.

Dispożittiv

1)

Scouring Environment SARL hija kkundannata tirrimoborsa lill-impriża konġunta Clean Sky 2 is-somma ta’ EUR 60 000, flimkien mal-interessi moratorji b’rata ta’ 3,65 % fis-sena, mit-12 ta’ Settembru 2014 sad-data talħlas sħiħ tad-dejn

2)

Scouring Environment hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 260, 18.7.2016.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ April 2017 – Anta (China) vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji li jiffurmaw angolu kważi magħluq għal kollox)

(Kawża T-291/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta żewġ linji li jiffurmaw angolu kważi magħluq għal kollox - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 161/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Anta (China) Co. Ltd (Jinjiang City, iċ-Ċina) (rappreżentanti: A. Franke u K. Hammerstingl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-9 ta’ Marzu 2016 (Każ R 1292/2015-5), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta żewġ linji li jiffurmaw angolu kważi magħluq għal kollox bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Anta (China) Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 279, 1.8.2016.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis vs ERCEA

(Kawża T-348/16) (1)

((Klawżola ta’ arbitraġġ - Is-seba’ programm-qafas għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni - Kuntratt Minatran - Spejjeż eliġibbli - Proċedura fil-kontumaċja”))

(2017/C 161/41)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis (Thessalonika, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERCEA) (rappreżentanti: M. Pesquera Alonso u F. Sgritta, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża li jiġi kkonstatat li d-dejn li jidher fuq in-nota ta’ debitu tal-ERCEA Nru 3241606289, tas-26 ta’ Mejju 2016, li huwa intiż li r-rikorrent jirrimborsa parti, ta’ ammont ta’ EUR 245 525,43, tas-sussidju li rċieva għall-proġett Minatran, huwa mingħajr bażi u li din is-somma tikkorrispondi għall-ispejjeż eliġibbli.

Dispożittiv

1)

Id-dejn li jidher fuq in-nota ta’ debitu tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERCEA) Nru 3241606289, tas-26 ta’ Mejju 2016, intiż li Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis jirrimborsa parti, ta’ ammont ta’ EUR 245 525,43, tas-sussidju li huwa rċieva għall-proġett Minatran, huwa mingħajr bażi u din is-somma tikkorrispondi għall-ispejjeż eliġibbli.

2)

L-irkupru parzjali permezz ta’ kumpens, li kien jammonta għal ammont ta’ EUR 132 192,12 tal-kreditu mitlub huwa kuntrarju għall-konvenzjoni tas-sussidju Nru 211166 konkluż fit-18 ta’ Awwissu 2008 għall-eżekuzzjoni tal-proġett Minatran u għar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25, tal-25 ta’ Gunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej

3)

L-ERCEA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 296, 16.8.2016.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2017 – Banco Popular Español vs EUIPO – Pledgeling (p)

(Kawża T-407/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2017/C 161/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Banco Popular Español, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: M. de Justo Bailey, avocat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Pledgeling LLC (Houston, Texas, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ April 2016 (Każ R 1693/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Banco Popular Español, SA u Pledgeling LLC.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Banco Popular Español, SA hija kundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 343, 19.2.2016.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/30


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2017 – RW vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-170/17)

(2017/C 161/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: RW (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Tiddeċiedi u tiddikjara li:

id-deċiżjoni tat-2 ta’ Marzu 2017 li permezz tagħha r-rikorrent ġie rtirat b’mod mhux volontarju b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2017, hija annullata;

il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur manifest tal-Artikoli 47 u 52 tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn ir-rikorrent ma kienx għadu laħaq l-età tal-irtirar b’mod mhux volontarju fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42ċ tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn il-konvenuta qieset li din id-dispożizzjoni kienet applikabbli għall-uffiċjali li, minkejja li jkunu laħqu l-età tal-irtirar (jiġifieri li jkunu jistgħu jitolbu li jirtiraw mingħajr tnaqqis tad-drittijiet tal-pensjoni tagħhom), madankollu ma jkunux l-età li fiha l-Awtorità tal-Ħatra tkun obbligata li tirtirhom (b’mod mhux volontarju).

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni sa fejn il-konvenuta ma pprovdiet l-ebda indikazzjoni suffiċjenti li tippermetti lir-rikorrent jew lill-Qorti Ġenerali sabiex tistħarreġ il-fondatezza tad-dikjarazzjoni li hija wettqet analiżi approfondit tal-ħtiġijiet tad-dipartimenti l-oħra tal-Kummissjoni, li skontu hija waslet għall-konklużjoni li ma setgħetx tiġi prevista l-okkupazzjoni mir-rikorrenti ta’ post ġdid f’wieħed mid-dipartimenti tagħha li jikkorrispondi mal-kompetenzi attwali tar-rikorrent.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/31


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2017 – TestBioTech vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-173/17)

(2017/C 161/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: TestBioTech eV (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Smith, QC, u J. Stevenson, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Jannar 2017 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti għal eżami mill-ġdid intern tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1215 (1), (UE) 2016/1216 (2) u (UE) 2016/1217 (3), tat-22 ta’ Lulju 2016, li tagħti awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (4) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament MĠ”) fir-rigward tal-fażola tas-sojja mmodifikata ġenetikament FG 72, MON 87708 x MON 89788 u MON 87705 x MON 89788, rispettivament;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka essenzjalment motiv uniku, ibbażat fuq l-argument li l-Kummissjoni naqset milli tosserva l-obbligi imposti fuqha mir-Regolament MĠ, b’mod partikolari mill-Artikoli 14 u 16 tiegħu, billi naqset milli twettaq il-verifiki sħaħ dwar is-sigurtà xierqa qabel ma tat l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jew milli tiżgura monitoraġġ effettiv wara l-awtorizzazzjoni.

Il-Kummissjoni żbaljat meta bbażat ruħha fuq id-dritt tal-Unjoni rilevanti dwar il-kontroll tal-pestiċidji peress li dan id-dritt ma jirregolax speċifikament l-organiżmi mmodifikati ġenetikament.


(1)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1215, tat-22 ta’ Lulju 2016, li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew huma prodotti mill-fażola tas-sojja modifikata ġenetikament FG72 (MST-FGØ72-2) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2016 L 199, p. 16).

(2)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1216, tat-22 ta’ Lulju 2016, li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (MON-877Ø8-9 × MON-89788-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2016 L 199, p. 22).

(3)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1217, tat-22 ta’ Lulju 2016, li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew huma prodotti minn fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87705 × MON 89788 (MON-877Ø5-6 × MON-89788-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2016 L 199, p. 28).

(4)  Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 32, p. 432).


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/32


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2017 – EM Research Organization vs EUIPO – Christoph Fischer et (EM)

(Kawża T-180/17)

(2017/C 161/45)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: EM Research Organization, Inc. (Okinawa, il-Ġappun) (rappreżentanti: J. Liesegang, M. Jost u N. Lang, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Christoph Fischer GmbH (Stephanskirchen, il-Ġermanja), Ole Weinkath (Hünxe-Drevenack, il-Ġermanja), Multikraft Produktions- und Handels GmbH (Pichl/Wels, l-Awstrija), Phytodor AG (Buochs, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Trade mark verbali internazzjonali “EM” – Nru 2 829 851

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 2442/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 145 u tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 57(5) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/32


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2017 – Novartis vs EUIPO – Chiesi Farmaceutici (AKANTO)

(Kawża T-182/17)

(2017/C 161/46)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: L. Junquera Lara, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Chiesi Farmaceutici SpA (Parma, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “AKANTO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 289 781

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-09/01/2017 fil-Każ R 0531/2016-1

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara li l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 ma jipprekludix is-sinjal inkwistjoni (trade mark Ewropea Nru 13 289 781) fir-rigward tal-prodotti fil-klassi 5 deskritti fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv(i) invokat(i)

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/33


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2017 – Leifheit vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ erba’ kwadri ħodor)

(Kawża T-184/17)

(2017/C 161/47)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Leifheit AG (Nassau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt, V. Töbelmann u P. Schneider, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ erba’ kwadri ħodor) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 781 819

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 1115/2016-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/34


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2017 – PlasticsEurope vs ECHA

(Kawża T-185/17)

(2017/C 161/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PlasticsEurope (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: R. Cana, E. Mullier u F. Mattioli, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni tal-ECHA, ippubblikata fit-12 ta’ Jannar 2017, li tinkludi l-Bisphénol A fil-lista tas-sustanzi kandidati inkwantu sustanza ta’ tħassib serju ħafna, skont l-Artikolu 59 tar-Regolament REACH;

tikkundanna lill-ECHA għall-ispejjeż, u

tieħu kull miżura oħra li titlob il-liġi.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur mid-deċiżjoni kkontestata tal-Artikolu 2(8)(b) tar-Regolament REACH.

Id-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 2(8)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (ĠU 2006 L 396, p. 1, iktar ’il quddiem ir-“Regolament REACH”) sa fejn l-użi intermedji huma eżenti mit-Titolu VII kollu, skont l-Artikolu 2(8)(b) tar-Regolament REACH u ma jaqgħu la taħt l-Artikoli 57 u 59, u lanqas taħt l-awtorizzazzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur mid-deċiżjoni kkontestata tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn l-inklużjoni ta’ użu intermedji fil-lista tas-sustanzi kandidati teċċedi l-limiti ta’ dak li huwa xieraq u meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan segwit u ma hijiex il-miżura l-inqas oneruża li setgħet tirrikorri għaliha l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn il-konvenuta ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-informazzjoni li hija kellha fid-dispożizzjoni tagħha u li kienet turi l-użi ta’ BPA bħala sustanza intermedja.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-informazzjoni magħmula disponibbli fil-fajl Anness XV għal BPA skont ir-Regolament REACH.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/34


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2017 – Unipreus vs EUIPO – Wallapop (wallapop)

(Kawża T-186/17)

(2017/C 161/49)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Unipreus SL (Lleida, Spanja) (rappreżentant: C. Rivadulla Oliva, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wallapop, SL (Barcelona, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “wallapop” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 268 941

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Jannar 2017 fil-Każijiet R 2350/2015-5 u R 2530/2015-5

Talbiet

tagħti sentenza li timmodifika d-deċiżjoni kkontestata, billi tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea “wallapop” (Nru 13 268 941) għas-segwenti servizzi fil-klassi 35: “Servizzi ta’ bejgħ on line, jiġifieri l-użu tas-swieq on line minn bejjiegħa u xerrejja ta’ prodotti u servizzi; Servizzi ta’ tranżazzjonijiet on line fejn il-bejjiegħa juru prodotti jew servizzi għall-bejgħ jew irkant permezz tal-internet bil-għan li jiġi ffaċilitat il-bejgħ ta’ prodotti u servizzi minn terzi fuq netwerk tal-informatika; Faċilitazzjoni tal-kummentarji u ta’ klassifikazzjonijiet dwar prodotti u servizzi ta’ bejjiegħa, il-valur u l-prezzijiet ta’ prodotti u servizzi ta’ bejjiegħa, il-prestazzjoni tax-xerrejja u tal-bejjiegħa, il-kunsinna, u l-esperjenza kummerċjali globali konnessa; Provvista ta’ gwida pubbliċitarja aċċessibbli on line li tipproponi prodotti u servizzi ta’ fornituri on line; Provvista ta’ bażi tad-data ta’ evalwazzjoni aċċessibbli on line għax-xerrejja u l-bejjiegħa; Servizzi ta’ studji tal-marketing; Servizzi ta’ riċerka, provvista ta’ rapporti, pariri u konsulenzi fil-qasam tal-aġir tas-suq; Servizzi ta’ provvista ta’ informazzjoni kummerċjali inkonnessjoni ma’ prodotti u/jew servizzi, evalwazzjoni u klassifikazzjoni ta’ dan it-tip ta’ prodotti u servizzi, kif ukoll ta’ xerrejja u bejjiegħa ta’ dan it-tip ta’ prodotti u/jew servizzi; Servizzi ta’ riċerka, ġbir, sistemar, ipproċessar u provvista ta’ informazzjoni kummerċjali għal terzi”;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 207/2009. F’dan ir-rigward, huwa kkonfermat li, fid-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tal-Appell ma interpretax b’mod korrett dan l-artikolu inkonnessjoni mas-servizzi kunfliġġenti fit-trade marks WALA u WALLAPOP, fid-dawl tal-kriterji interpretattivi li jirriżultaw mis-sentenza tad-29 ta’ Settembru 1998, Canon (C-39/97, EU:C:1998:442).


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/35


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2017 – Bernard Krone Holding vs EUIPO (Mega Liner)

(Kawża T-187/17)

(2017/C 161/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bernard Krone Holding SE & Co. KG (Spelle, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Weeg u K. Lüken, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Mega Liner” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 473 094

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 442/2016-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din tiċħad l-appell;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/36


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2017 – Bernard Krone Holding vs EUIPO (Coil Liner)

(Kawża T-188/17)

(2017/C 161/51)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bernard Krone Holding SE & Co. KG (Spelle, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Weeg u K. Lüken, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Coil Liner” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 473 193

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 443/2016-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din tiċħad l-appell;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/37


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2017 – CeramTec vs EUIPO – C5 Medical Werks (Forma ta’ ballun tal-ġenbejn)

(Kawża T-193/17)

(2017/C 161/52)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CeramTec (Plochingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Renck u E. Nicolás Gómez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: C5 Medical Werks (Grand Junction, Colorado, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni roża (Forma ta’ ballun tal-ġenbejn) Trade mark tal-Unjoni Nru 10 214 179

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 929/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura, jew, jekk C5 Medical Werks tintervjeni, mill-intervenjenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 59 u 83 tar-Regolament Nru 207/2009.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/37


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2017 – Ceram Tec vs EUIPO – C5 Medical Werks (Rappreżentazzjoni ta’ ballun tal-ġenbejn)

(Kawża T-194/17)

(2017/C 161/53)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CeramTec (Plochingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Renck u E. Nicolás Gómez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: C5 Medical Werks (Grand Junction, Colorado, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark ta’ kulur figurattiva tal-Unjoni bir-roża (Rappreżentazzjoni ta’ ballun tal-ġenbejn) – Trade mark tal-Unjoni Nru 10 214 112

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 928/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura, jew, jekk C5 Medical Werks tintervjeni, lill-intervenjenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 59 u 83 tar-Regolament Nru 207/2009.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/38


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2017 – QD vs EUIPO

(Kawża T-199/17)

(2017/C 161/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: QD (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2016, innotifikata lir-rikorrent fit-3 ta’ Ġunju 2016, li tirrifjuta t-tieni tiġdid tal-kuntratt tar-rikorrent bħala membru tal-persunal temporanju skont l-Artikolu 2(f) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea; u

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv, li jallega ksur tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, u l-Artikoli 2(f) u 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, li jallega żball manifest ta’ evalwazzjoni.

3.

It-tielet motiv, li jallega li l-EUIPO kiser l-obbligi fiduċjarji u d-dmir ta’ premura tiegħu.

4.

Ir-raba’ motiv, li jallega li l-EUIPO kiser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba (Artikolu 41(1), Artikolu 41(2)(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea).

5.

Il-ħames motiv, li jallega li l-EUIPO kiser ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 45/2001 (1), b’mod partikolari tal-Artikolu 27(1) u (2)(b).

6.

Is-sitt motiv, li jallega li l-EUIPO kiser l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrent.


(1)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2000, dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti,: Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102)


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/39


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2017 – Alfa Laval Flow Equipment (Kunshan) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-204/17)

(2017/C 161/55)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Alfa Laval Flow Equipment (Kunshan) Co. Ltd (Kunshan, Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina) (rappreżentanti: A. Johansson u C. Dackö, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla parzjalment ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/141, tas-26 ta’ Jannar 2017, li jimponi dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan (ir-“Regolament ta’ Implimentazzjoni) sa fejn dan jirrigwarda tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx bi ħruxija medja (Ra) tal-wiċċ intern tat-tubu u pajp tal-azzar li ma jissaddadx ta’ inqas minn 0,8 mikrometri, iżda mhux fuq in-naħa esterna;

sussidjarjament, tannulla ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti;

iktar sussidjarjament, tannulla ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni fl-intier tiegħu; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża.

Ir-rikorrenti ssostni li l-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni nbidel bejn id-dokument finali ta’ divulgazzjoni rrivedut u l-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, għad-detriment tar-rikorrenti. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni sussegwentement spjegat li bidla materjali kienet ġiet prevista. Ir-rikorrenti ma ngħatatx l-opportunità tagħti l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-bidla qabel id-dħul fis-seħħ tar-regolament. Ir-rikorrenti ssostni li, fl-ebda stadju tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni ma informat lill-partijiet ikkonċernati li, sabiex tiġi evitata fir-rigward tal-prodotti l-applikazzjoni tad-dazji doganali, ir-rekwiżit tal-ħruxija tal-wiċċ seta’ japplika kemm għall-uċuħ interni u għal dawk esterni tal-prodotti, b’deroga mill-istandards Ewropej tal-prodotti għal tagħmir sanitarju. Għalhekk, ir-rikorrenti kellha l-aspettattiva leġittima li l-esklużjoni tal-prodott jikkorrispondi għall-għan iddikjarat tal-esklużjoni ta’ tagħmir sanitarju, u b’dan il-mod kienet miċħuda minn kull opportunità konkreta li tikkummenta dwar l-ambitu tal-esklużjoni tal-prodott.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq allegat nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

Ir-rikorrenti ssostni li fl-ebda stadju ma ngħataw raġunijiet għad-distinzjoni magħmula mill-Kummissjoni bejn tagħmir sanitarju li għandu ħruxija tal-wiċċ intern ta’ inqas minn 0,8 mikrometri u dak li għandu ħruxija tal-wiċċ estern ta’ iktar minn 0,8 mikrometri, minn naħa, u tagħmir sanitarju li għandu kemm ħruxija tal-wiċċ intern kif ukoll ħruxija tal-wiċċ estern ta’ inqas minn 0,8 mikrometri, min-naħa l-oħra. Ir-rikorrenti ssostni li l-introduzzjoni ta’ tali distinzjoni tfisser li r-raġunijiet mogħtija mill-Kummissjoni għall-esklużjoni tal-prodott huma mingħajr loġika u ma humiex konsistenti mad-definizzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq allegat nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ eżami bir-reqqa u b’imparzjalità tal-aspetti rilevanti kollha tal-każ inkwistjoni.

Ir-rikorrenti ssostni li d-distinzjoni mwettqa bejn it-tagħmir sanitarju differenti ma jidhirx li kienet ippreċeduta minn eżami bir-reqqa iżda tidher li hija r-riżultat biss ta’ talba mhux sostanzjata mressqa minn parti involuta fi stadju ħafna iktar tard tal-investigazzjoni. Ir-rikorrenti ssostni li, bin-nuqqas ta’ investigazzjoni ulterjuri tal-konsegwenzi ta’ tali distinzjoni u ta’ kif taffettwa t-twettiq tal-għan indikat fil-premessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, il-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligu tagħha li teżamina bir-reqqa u b’imparzjalità l-fatti rilevanti.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta, bl-intenzjoni li teskludi tagħmir sanitarju li ma huwiex f’kompetizzjoni mat-tagħmir industrjali tal-industrja tal-Unjoni Ewropea, stabbilixxiet il-kriterji ta’ esklużjoni li waslu għall-esklużjoni ta’ parti żgħira biss mit-tagħmir użat ġewwa l-Unjoni Ewropea. Konsegwentement, il-parti l-kbira tat-tagħmir sanitarju huwa għalhekk suġġett għal dazji doganali minkejja li ma huwiex f’kompetizzjoni mal-prodotti tal-industrja tal-Unjoni Ewropea. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wasslet għal konklużjonijiet żbaljati mid-dokumenti irċevuti u bbażat ruħha wkoll fuq informazzjoni żbaljata.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/40


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2017 – SSP Europe vs EUIPO (SECURE DATA SPACE)

(Kawża T-205/17)

(2017/C 161/56)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: SSP Europe GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Bittner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “SECURE DATA SPACE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 056 998

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 2467/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata (innotifikata fid-9 ta’ Frar 2017);

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/40


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2017 – International Gaming Projects vs EUIPO – Zitro IP (TRIPLE TURBO)

(Kawża T-210/17)

(2017/C 161/57)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: International Gaming Projects Ltd (Qormi, Malta) (rappreżentant: M. D. Garayalde Niño, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zitro IP Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “TRIPLE TURBO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 140 207

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Frar 2017 fil-Każ R 119/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.