ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
2017/C 129/01 |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2017/C 129/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/2 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-1 ta’ Frar 2017 – Ante Šumelj et vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-239/16 P) (1)
((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rikors għad-danni - Att ta’ adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea - Impenji dwar strateġija ta’ riforma ġudizzjarja - Ħolqien segwit bl-eliminazzjoni tal-funzjoni ta’ aġent pubbliku ta’ eżekuzzjoni - Dannu subit mill-persuni maħtura bħala aġenti pubbliċi ta’ eżekuzzjoni - Monitoraġġ mhux żbaljat tal-impenji tar-Repubblika tal-Kroazja mill-Kummissjoni Ewropea - Ċaħda tar-rikors - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat))
(2017/C 129/02)
Lingwa tal-kawża: il-Kroat
Partijiet
Appellanti: Ante Šumelj, Dubravka Bašljan, Đurđica Crnčević, Miroslav Lovreković, Drago Burazer, Nikolina Nežić, Blaženka Bošnjak, Bosiljka Grbašić, Tea Tončić, Milica Bjelić, Marijana Kruhoberec, Davor Škugor, Ivan Gerometa, Kristina Samardžić, Sandra Cindrić, Sunčica Gložinić, Tomislav Polić, Vlatka Pižeta (rappreżentant: M. Krmek, odvjetnik)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Ječmenica u G. Wils, aġenti)
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
Ante Šumelj, Dubravka Bašljan, Đurđica Crnčević, Miroslav Lovreković, Drago Burazer, Nikolina Nežić, Blaženka Bošnjak, Bosiljka Grbašić, Tea Tončić, Milica Bjelić, Marijana Kruhoberec, Davor Škugor, Ivan Gerometa, Kristina Samardžić, Sandra Cindrić, Sunčica Gložinić, Tomislav Polić u Vlatka Pižeta huma kkundannati għall-ispejjeż. |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/3 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-1 ta’ Frar 2017 – Vedran Vidmar et vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-240/16 P) (1)
((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rikors għad-danni - Att ta’ adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea - Impenji dwar strateġija ta’ riforma ġudizzjarja - Ħolqien segwit bl-eliminazzjoni tal-funzjoni ta’ aġent pubbliku ta’ eżekuzzjoni - Dannu subit mill-persuni maħtura bħala aġenti pubbliċi ta’ eżekuzzjoni - Monitoraġġ mhux żbaljat tal-impenji tar-Repubblika tal-Kroazja mill-Kummissjoni Ewropea - Ċaħda tar-rikors - Appell manifestament inammissibbli))
(2017/C 129/03)
Lingwa tal-kawża: il-Kroat
Partijiet
Appellanti: Vedran Vidmar, Saša Čaldarević, Irena Glogovšek, Gordana Grancarić, Martina Grgec, Ines Grubišić, Sunčica Horvat Peris, Zlatko Ilak, Mirjana Jelavić, Romuald Kantoci, Svjetlana Klobučar, Ivan Kobaš, Tihana Kušeta Šerić, Damir Lemaić, Željko Ljubičić, Gordana Mahovac, Martina Majcen, Višnja Merdžo, Tomislav Perić, Darko Radić, Damjan Saridžić (rappreżentant: D. Graf, odvjetnik)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Ječmenica u G. Wils, aġenti)
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
Vedran Vidmar, Saša Čaldarević, Irena Glogovšek, Gordana Grancarić, Martina Grgec, Ines Grubišić, Sunčica Horvat Peris, Zlatko Ilak, Mirjana Jelavić, Romuald Kantoci, Svjetlana Klobučar, Ivan Kobaš, Tihana Kušeta Šerić, Damir Lemaić, Željko Ljubičić, Gordana Mahovac, Martina Majcen, Višnja Merdžo, Tomislav Perić, Darko Radić u Damjan Saridžić huma kkundannati għall-ispejjeż. |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/3 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-1 ta’ Frar 2017 – Darko Graf vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-241/16 P) (1)
((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rikors għad-danni - Att ta’ adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea - Impenji dwar strateġija ta’ riforma ġudizzjarja - Ħolqien segwit bl-eliminazzjoni tal-funzjoni ta’ aġent pubbliku ta’ eżekuzzjoni - Dannu subit mill-persuni maħtura bħala aġenti pubbliċi ta’ eżekuzzjoni - Monitoraġġ mhux żbaljat tal-impenji tar-Repubblika tal-Kroazja mill-Kummissjoni Ewropea - Ċaħda tar-rikors - Appell manifestament inammissibbli))
(2017/C 129/04)
Lingwa tal-kawża: il-Kroat
Partijiet
Appellant: Darko Graf (rappreżentant: L. Duvnjak, odvjetnik)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Ječmenica u G. Wils, aġenti)
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
Darko Graf huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/4 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-9 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 8 de Madrid) – Spanja – Francisco Rodrigo Sanz vs Universidad Politécnica de Madrid
(Kawża C-443/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Klawżola 4 - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi fis-settur pubbliku - Ristrutturazzjoni tal-organizzazzjoni universitarja - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Integrazzjoni tal-għalliema tal-iskejjel universitarji fil-korp tal-professuri universitarji - Kundizzjoni - Kisba ta’ dottorat - Bidla tal-impjiegi full-time f’impjiegi part-time - Applikazzjoni biss għall-għalliema impjegati bħala membri tal-persunal mhux permanenti - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni))
(2017/C 129/05)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 8 de Madrid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Francisco Rodrigo Sanz
Konvenuta: Universidad Politécnica de Madrid
Dispożittiv
Il-klawżola 4(1) tal-ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tawtorizza, fil-kuntest ta’ miżuri ta’ ristrutturazzjoni tal-organizzazzjoni tal-universitajiet, lill-amministrazzjonijiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat inaqqsu bin-nofs iż-żmien ta’ xogħol tal-għalliema tal-iskejjel universitarji impjegati bħala membri tal-persunal mhux permanenti, minħabba l-fatt li ma għandhomx dottorat, meta l-għalliema tal-iskejjel universitarji li huma uffiċjali, iżda li lanqas ma għandhom dottorat, ma humiex suġġetti għall-istess miżura.
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/5 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Frar 2017 – Kohrener Landmolkerei GmbH, DHG Deutsche Heumilchgesellschaft mbH vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-446/16 P) (1)
((Appell - Regolament (UE) Nru 1151/2012 - Sistemi ta’ kwalità applikabbli għall-prodotti agrikoli u għall-prodotti tal-ikel - Speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti - Preżentata tardiva tal-att ta’ oppożizzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Appell manifestament infondat))
(2017/C 129/06)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Kohrener Landmolkerei GmbH, DHG Deutsche Heumilchgesellschaft mbH (rappreżentant: A. Wagner, Avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummisjsoni Ewropea (rappreżentanti: G. von Rintelen u A. Lewis, aġenti)
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miħud. |
2) |
Kohrener Landmolkerei GmbH u DHG Deutsche Heumilchgesellschaft mbH huma kkundannati li jbatu l-ispejeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fid-9 ta’ Frar 2017 – David Vicente Fernandes vs Gabinete Português de Carta Verde
(Kawża C-71/17)
(2017/C 129/07)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal de Justiça
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: David Vicente Fernandes
Konvenut: Gabinete Português de Carta Verde
Domandi preliminari
1) |
Il-kuntratt ta’ assigurazzjoni magħmul fil-Lussemburgu jipproduċi effetti ġuridiċi fil-Portugall, bħallikieku l-polza rispettiva kienet inħarġet f’dan l-aħħar pajjiż? |
2) |
Il-Gabinete Português de Carta Verde huwa korp ta’ kumpens li għalih jirreferi l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2009/103/KE (1), u, bħala responsabbli għall-kumpens tal-persuni li ġarrbu danni fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 20(1) tad-Direttiva, hija taġixxi bl-istess mod bħal ma tkun taġixxi l-impriża ta’ assigurazzjoni Lussemburgiża? |
3) |
Fil-każ inkwistjoni tisa’ tiġi ppreżentata azzjoni kontra l-korp ta’ kumpens jew huwa neċessarju wkoll li tiġi ppreżentata azzjoni kontra l-impriża ta’ assigurazzjoni? Fil-każ li għandha tiġi ppreżentata azzjoni kontra l-impriża ta’ assigurazzjoni, il-preżentata tista’ ssir fis-sede tagħha fil-Lussemburgu jew ikollha ssir kontra r-rappreżentant tagħha fil-Portugall? |
4) |
Fil-każ ta’ impriża ta’ assigurazzjoni li ma għandhiex rappreżentant fil-Portugall, kontra min għandha tiġi ppreżentata l-azzjoni sabiex isir kumpens sħiħ, fil-każ tal-eżistenza ta’ polza ta’ assigurazzjoni b’responsabbiltà ċivili illimitata? |
(1) Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU 2009, L 263, p. 11).
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/6 |
Appell ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2017 minn TestBioTech eV, European Network of Scientists for Social and Environmental Responsibility eV, Sambucus eV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-177/13, TestBioTech eV, European Network of Scientists for Social and Environmental Responsibility eV, Sambucus eV vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-82/17 P)
(2017/C 129/08)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: TestBioTech eV, European Network of Scientists for Social and Environmental Responsibility eV, Sambucus eV (rappreżentanti: K. Smith QC, J. Stevenson, Barrister)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, European Food Safety Authority, Monsanto Europe, Monsanto Company
Talbiet
— |
tannulla l-punti 1 u 2 tad-dispożittiv tas-sentenza, |
— |
teżamina mill-ġdid is-sentenza billi tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni skont it-talbiet imressqa quddiem il-Qorti Ġenerali jew, sussidjarjament, tirrinvijja l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami ġdid sħiħ tal-kawża. Id-deċiżjoni dwar dan il-punt tiddependi fuq l-aggravju jew aggravji li ser jintlaqa’ jew jintlaqgħu. |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti fl-appell, u |
— |
tordna kull miżura oħra li hija tqis li hija neċessarja. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza tal-15 ta’ Diċembru 2016, TestBioTech et vs Il-Kummissjoni (T-177/13, EU:T:2016:736) (“is-sentenza”) innotifikata lir-rikorrenti fid-19 ta’ Diċembru 2016. F’din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti u intiż għall-annullament ta’ tliet deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, essenzjalment identiċi, indirizzati lir-rikorrenti. Fil-fatt, dawn id-deċiżjonijiet stabbilixxew li l-ilmenti tar-rikorrenti li jikkonċernaw id-Deċiżjoni 2012/347 (1) li tagħti lil Monsanto Europe SA awtorizzazjoni għat-tqegħid fis-suq tal-soja tagħha MON 87701 × MON 89788 abbażi tar-Regolament 1829/2003 (2) dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (iktar ’il quddiem ir-“Regolament AGM”) ma kinix fondati. Suċċessivament sejjer isir riferiment għal dawn id-deċiżjonijiet bħala “deċiżjonijiet tal-Kummissjoni”.
Fil-qosor, meta ċaħdet l-argumenti tar-rikorrenti kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi:
a) |
billi ddikjarat inammissibbli ċerti partijiet tar-rikors għal annullament imressqa mir-rikorrenti peress li t-talbiet għal eżami mill-ġdid imressqa skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Aarhus (3) ma kinux jinkludu d-dettalji jew ir-raġunijiet preċiżi kollha invokati quddiem il-Qorti Ġenerali insostenn tal-motivi u/jew li ma kinux ġew issodisfatti rekwiżiti proċedurali oħra. |
b) |
billi imponiet oneru ta’ prova impossibbli jew li diffiċli li jintlaħaq fuq organizzazzjonijiet mhux governattivi (“NGO”), li ppreżentaw rikorsi skont l-Artikoli 10 u 12 fl-interess tal-ambjent. |
c) |
billi ma rrikonoxxietx li d-dokument ta’ gwida ppublikat mill-EFSA skont l-obbligi legali tagħha joħloq aspettattivi leġittimi li għandhom jiġu osservati. |
d) |
billi stablixxiet li ma kienx neċessarju li tiġi osservata l-evalwazzjoni tas-sigurtà f’żewġ stadji rikjesta mir-Regolament AGM (u mid-dokument ta’ gwida tal-EFSA) u li minflok dan, l-ewwel stadju, jiġifieri l-paragun bejn il-wiċċ tar-raba’ mmodifikat ġenetikament u l-prodotti ta’ riferiment tiegħu, seta’ jkun suffiċjenti waħdu (u kien f’dan il-każ) sabiex jissodisfa l-obbligi previsti mir-Regolament AGM. |
e) |
billi għamlet riferiment għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (4) (“ir-regolament dawr il-pestiċidi”) sabiex tiċħad ċerti elementi tal-ilment tar-rikorrenti dwar nuqqas ta’ investigazzjoni adegwata tat-tossiċità potenzjali tas-soja u ta’ sorveljanza tal-effetti tas-soja wara l-awtorizzazzjoni. |
(1) Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Ġunju 2012, li tawtorizza l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mis-sojja MON 87701 × MON 89788 (MON-877Ø1-2 × MON-89788-1) ġenetikament modifikata skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2012) 4312) (ĠU L 171, p. 13).
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 268, p. 1).
(3) Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠI L 264, p. 13).
(4) Ir-Regolament (KE) NRU396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-23 ta’ Frar 2005, dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, p. 1).
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London (ir-Renju Unit) fl-20 ta’ Frar 2017 – Secretary of State for the Home Department vs Rozanne Banger
(Kawża C-89/17)
(2017/C 129/09)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Secretary of State for the Home Department
Konvenuta: Rozanne Banger
Domandi preliminari
1) |
Il-prinċipji li jinsabu [fis-sentenza tas-7 ta’ Lulju 1992, Singh, C-370/90, EU:C:1992:296] għandhom l-effett li jeżiġu li Stat Membru joħroġ jew, alternattivament, li jiffaċilita l-ħruġ ta’ permess ta’ residenza lis-sieħeb mhux miżżewweġ u mhux ċittadin tal-Unjoni ta’ ċittadin tal-Unjoni li, wara li jkun eżerċita d-dritt ta’ moviment liberu tiegħu skont it-Trattat sabiex jaħdem fi Stat Membru ieħor, jirritorna ma’ tali sieħeb lejn l-Istat Membru li għandu n-nazzjonalità tiegħu? |
2) |
Alternattivament, hemm rekwiżit li jinħareġ jew, alternattivament, li jiġi ffaċilitat il-ħruġ ta’ tali permess ta’ residenza abbażi tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (iktar ’il quddiem “id-Direttiva dwar iċ-Ċittadini”)? |
3) |
Fejn deċiżjoni li jiġi rrifjutat permess ta’ residenza ma tkunx ibbażata fuq evalwazzjoni estensiva taċ-ċirkustanzi personali tar-rikorrent u ma tkunx iġġustifikata minn raġunijiet xierqa jew suffiċjenti, tali deċiżjoni tkun illegali għaliex tikser l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva taċ-Ċittadini? |
4) |
Regola ta’ dritt nazzjonali li tipprekludi li jsir appell quddiem qorti jew tribunal kontra deċiżjoni tal-poter eżekuttiv li tirrifjuta l-ħruġ ta’ karta ta’ residenza lil persuna li ssostni li hija membru tal-familja estiża, hija kompatibbli mad-Direttiva? |
(1) Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46)
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/8 |
Appell ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2017 minn Cellnex Telecom S.A., li kienet Abertis Telecom S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawżi Magħquda T-37/15 u T-38/15, Abertis Telecom Terrestre S.A. u Telecom Castilla-La Mancha, S.A. vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-91/17 P)
(2017/C 129/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Telecom S.A., li kienet Abertis Telecom S.A. (rappreżentanti: J. Buendía Sierra u A. Lamadrid de Pablo, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea u SES Astra
Talbiet
— |
tannulla s-sentenza appellata; |
— |
tiddeċiedi b’mod definittiv ir-rikors għal annullament u tannulla d-deċiżoni tal-Kummissjoni; u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni u lil SES Astra għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Is-sentenza appellata kkonfermat deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat fir-rigward ta’ diversi miżuri adottati mill-awtoritajiet pubbliċi Spanjoli sabiex jiżguraw li s-sinjal tat-televiżjoni diġitali terrestri (TDT) jasal fiż-żoni remoti tat-territorji, fejn tgħix biss 2,5 % tal-popolazzjoni. F’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li, mill-perspettiva materjali, is-suq ma joffrix dan is-servizz fl-assenza ta’ intervent mill-awtoritajiet pubbliċi. Minkejja dan, hija ċaħdet li dan huwa servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ) fil-leġiżlazzjoni Spanjola u qalet li, minn perspettiva formali, dan is-servizz ma kienx “kjarament” iddefinit u mogħti mill-awtoritajiet pubbliċi. Hija qalet ukoll li, fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet pubbliċi ma kinux kompetenti sabiex jagħżlu teknoloġija speċifika fl-organizzazzjoni tas-SIEĠ.
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji bbażati fuq żbalji ta’ liġi mwettqa fis-sentenza appellata, li huma marbuta mal-interpretazzjoni tal-Artikolu 14, tal-Artikolu 106(2) TFUE u tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-Protokoll 26 anness mat-TFUE dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali.
L-appell jenfasizza b’mod partikolari li l-Qorti Ġenerali wettqet l-iżbalji li ġejjin fis-sentenza appellata:
— |
hija kjarament kisret il-limitu ta’ “żball manifest” fil-kuntest tal-eżami tad-diversi atti tal-awtoritajiet pubbliċi li jiddefinixxu u jagħtu s-SIEĠ; |
— |
hija indebitament illimitat is-“setgħa diskrezzjonali wiesgħa” tal-Istati Membri applikabbli kemm għad-definizzjoni kif ukoll għall-“organizzazzjoni” tas-SIEĠ u li għalhekk tinkludi l-għażla tal-modi ta’ provvista tas-SIEĠ u l-għażla ta’ teknoloġija speċifika, irrispettivament minn jekk dawn l-għażliet jinsabux fl-att ta’ definizzjoni jew f’att separat; |
— |
hija analizzat id-dritt Spanjol applikabbli, biddlet il-kontenut tad-dispożizzjonijiet eżaminati u tal-ġurisprudenza li tinterprethom, billi interpretat l-istess dritt b’mod manifestament kuntrarju għall-kontenut tiegħu u billi attribwiet lil ċerta informazzjoni portata li ma hijiex dovuta lilha fid-dawl ta’ informazzjoni oħra; |
— |
ma rrikonoxxietx li d-“definizzjoni” tas-SIEĠ u l-“għoti” tas-SIEĠ lil impriża waħda jew iktar jistgħu jsiru f’att wieħed jew f’atti separati |
— |
ma rrikonoxxietx li d-“definizzjoni” tas-SIEĠ u l-“għoti” tas-SIEĠ ma jirrikjedux l-użu ta’ formula jew ta’ espressjoni konkreta iżda analiżi materjali u funzjonali; u |
— |
billi kklassifikat il-vantaġġ allegatament rċevut bħala ekwivalenti għall-ammont totali tal-kuntratti konklużi mill-awtoritajiet pubbliċi, mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-fatt li dan l-ammont ma huwiex sussidju li ma jiġix rimborsat, iżda korrispettiv għall-oġġetti u għas-servizzi pprovduti mill-impriża inkwistjoni lill-Istat. |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/9 |
Appell ippreżentat fil-20 ta’ Frar 2017 minn Telecom Castilla-La Mancha, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawżi Magħquda T-37/15 u T-38/15, Abertis Telecom Terrestre S.A. u Telecom Castilla-La Mancha, S.A. vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-92/17 P)
(2017/C 129/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Telecom Castilla-La Mancha, S.A. (rappreżentanti: J. Buendía Sierra u A. Lamadrid de Pablo, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea u SES Astra
Talbiet
— |
tannulla s-sentenza appellata; |
— |
tiddeċiedi b’mod definittiv ir-rikors għal annullament u tannulla d-deċiżoni tal-Kummissjoni; u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni u lil SES Astra għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Is-sentenza appellata kkonfermat deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat fir-rigward ta’ diversi miżuri adottati mill-awtoritajiet pubbliċi Spanjoli sabiex jiżguraw li s-sinjal tat-televiżjoni diġitali terrestri (TDT) jasal fiż-żoni remoti tat-territorji, fejn tgħix biss 2,5 % tal-popolazzjoni. F’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li, mill-perspettiva materjali, is-suq ma joffrix dan is-servizz fl-assenza ta’ intervent mill-awtoritajiet pubbliċi. Minkejja dan, hija ċaħdet li dan huwa servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ) fil-leġiżlazzjoni Spanjola u qalet li, minn perspettiva formali, dan is-servizz ma kienx “kjarament” iddefinit u mogħti mill-awtoritajiet pubbliċi. Hija qalet ukoll li, fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet pubbliċi ma kinux kompetenti sabiex jagħżlu teknoloġija speċifika fl-organizzazzjoni tas-SIEĠ.
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji bbażati fuq żbalji ta’ liġi mwettqa fis-sentenza appellata, li huma marbuta mal-interpretazzjoni tal-Artikolu 14, tal-Artikolu 106(2) TFUE u tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-Protokoll 26 anness mat-TFUE dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali.
L-appell jenfasizza b’mod partikolari li l-Qorti Ġenerali wettqet l-iżbalji li ġejjin fis-sentenza appellata:
— |
hija kjarament kisret il-limitu ta’ “żball manifest” fil-kuntest tal-eżami tad-diversi atti tal-awtoritajiet pubbliċi li jiddefinixxu u jagħtu s-SIEĠ; |
— |
hija indebitament illimitat is-“setgħa diskrezzjonali wiesgħa” tal-Istati Membri applikabbli kemm għad-definizzjoni kif ukoll għall-“organizzazzjoni” tas-SIEĠ u li għalhekk tinkludi l-għażla tal-modi ta’ provvista tas-SIEĠ u l-għażla ta’ teknoloġija speċifika, irrispettivament minn jekk dawn l-għażliet jinsabux fl-att ta’ definizzjoni jew f’att separat; |
— |
hija analizzat id-dritt Spanjol applikabbli, biddlet il-kontenut tad-dispożizzjonijiet eżaminati u tal-ġurisprudenza li tinterprethom, billi interpretat l-istess dritt b’mod manifestament kuntrarju għall-kontenut tiegħu u billi attribwiet lil ċerta informazzjoni portata li ma hijiex dovuta lilha fid-dawl ta’ informazzjoni oħra; |
— |
ma rrikonoxxietx li d-“definizzjoni” tas-SIEĠ u l-“għoti” tas-SIEĠ lil impriża waħda jew iktar jistgħu jsiru f’att wieħed jew f’atti separati; |
— |
ma rrikonoxxietx li d-“definizzjoni” tas-SIEĠ u l-“għoti” tas-SIEĠ ma jirrikjedux l-użu ta’ formula jew ta’ espressjoni konkreta iżda analiżi materjali u funzjonali; u |
— |
billi kklassifikat il-vantaġġ allegatament rċevut bħala ekwivalenti għall-ammont totali tal-kuntratti konklużi mill-awtoritajiet pubbliċi, mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-fatt li dan l-ammont ma huwiex sussidju li ma jiġix rimborsat, iżda korrispettiv għall-oġġetti u għas-servizzi pprovduti mill-impriża inkwistjoni lill-Istat. |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/10 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-93/17)
(2017/C 129/12)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u B. Stromsky)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet
— |
tikkonstata li billi ma adottatx miżuri għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Ġunju 2012, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, C-485/10, EU:C:2012:395, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din is-sentenza u taħt l-Artikolu 260(1) TFUE; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika tħallas lill-Kummissjoni, fuq il-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 34 974 għal kull jum ta’ dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Ġunju 2012 Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, C-485/10, EU:C:2012:395, li jibdew jgħoddu mid-data meta tingħata din is-sentenza sal-ġurnata meta s-sentenza tat-28 ta’ Ġunju 2012 tiġi eżegwita; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika tħallas lill-Kummissjoni fuq il-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, somma f’daqqa miksuba billi l-ammont ta’ kull jum ta’ EUR 3 828 jiġi mmultiplikat bin-numru ta’ ġranet li jkunu għaddew bejn id-data tal-għoti tas-sentenza tat-28 ta’ Ġunju 2012 u d-data meta l-ksur jintemm jew, f’nuqqas ta’ konformità, fid-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Fit-2 ta’ Lulju 2008, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2009/610/KE dwar l-għanuna C 16/04 (ex NN 29/04, CP 71/02 u CP 133/05) mogħtija mill-Greċja lill-impriża Hellenic Shipyards SA. F’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni kkwalifikat bħala inkompatibbli mas-suq komuni ċerta għajnuna mogħtija lil Hellenic Shipyards u ordnat l-irkupru ta’ din l-għajnuna, flimkien mal-interessi kurrenti sad-data tal-irkupru sħiħ ta’ din l-għajnuna.
Fit-8 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni ppreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 108(2) TFUE (Kawża C-485/10). Fit-28 ta’ Ġunju 2012, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li billi ma ħaditx, fit-termini stabbiliti, il-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/610/KE, tat-2 ta’ Lulju 2008, dwar l-għajnuna C 16/04 (ex NN 29/04, CP 71/02 u CP 133/05) mogħtija mill-Greċja lill-impriża Hellenic Shipyards SA, u billi ma ppreżentatx lill-Kummissjoni Ewropea, fit-terminu stabbilit, l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 19 ta’ din id-deċiżjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2, 3, 5, 6, 8, 9 u 11 sa 19 tal-imsemmija deċiżjoni.
Sa fejn ma ħaditx miżuri ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Ġunju 2008, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din is-sentenza u tal-Artikolu 260(1) TFUE.
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/11 |
Appell ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2017 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-808/14, Spanja vs Il-Kummissojni
(Kawża C-114/17 P)
(2017/C 129/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. J. García-Valdecasas Dorrego, aġent)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla s-sentenza tal-15 ta’ Diċembru 2016, Spanja vs Il-Kummissjoni, T-808/14, mhux ippubblikata, EU:T:2016:734; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.27408 [(C 24/2010) (ex NN 37/2010, ex CP 19/2009)] mogħtija mir-Renju ta’ Spajna għall-iżvilupp tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati ta’ Castilla La Mancha; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
1. |
Żball ta’ liġi marbut mal-interpretazzjoni tal-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kontenzjuża, qabel ma dan ġie emendat, u mal-osservanza tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ ċertezza legali sa fejn il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li dan l-artikolu kien jikkonċerna wkoll il-provvista ta’ tagħmir u li ma kien jipprovdi għal ebda obbligu ġdid għar-Rejnu ta’ Spanja. |
2. |
Żball ta’ liġi marbut mal-istħarriġ tal-Istati Membri fid-definizzjoni u l-applikazzjoni ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali, kemm fir-rigward tal-ewwel kif ukoll fir-rigward tar-raba’ kriterju stabbilit fis-sentenza tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg (C-280/00, EU:C:2003:415). |
3. |
Żball ta’ liġi marbut mal-istħarriġ ġudizzjarju tal-kompatibbiltà tal-għajnuna b’mod konformi tal-Artikolu 107(3) TFUE sa fejn il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-miżuri kontenzjuża kienet inkompatibbli mas-suq intern minħabba l-inosservanza tal-prinċipju ta’ newtralità teknoloġika. |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/12 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Cantabria – Spanja) – Liberbank, SA vs Rafael Piris del Campo
(Kawża C-431/15) (1)
(2017/C 129/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/12 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Álava – Spanja) – Laboral Kutxa vs Esmeralda Martínez Quesada
(Kawża C-525/15) (1)
(2017/C 129/15)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/12 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Cantabria – Spanja) – Luca Jerónimo García Almodóvar, Catalina Molina Moreno vs Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, SAU
(Kawża C-554/15) (1)
(2017/C 129/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/13 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de A Coruña – Spanja) – Abanca Corporación Bancaria SA vs María Isabel Vázquez Rosende
(Kawża C-1/16) (1)
(2017/C 129/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/13 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Jannar 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja
(Kawża C-42/16) (1)
(2017/C 129/18)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/13 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Münster – il-Ġermanja) – X vs Finanzamt I
(Kawża C-238/16) (1)
(2017/C 129/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/13 |
Digriet tal-President tat-Tieni Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal de Justiça – il-Portugall) – José Rui Garrett Pontes Pedroso vs Netjets Management Limited
(Kawża C-242/16) (1)
(2017/C 129/20)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/14 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – l-Awstrija) – Kärntner Ausgleichszahlungs-Fonds vs Österreichische Finanzmarktaufsichtsbehörde (FMA)
(Kawża C-309/16) (1)
(2017/C 129/21)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/14 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hannover – il-Ġermanja) – Andrea Witzel, Jannis Witzel, Jazz Witzel vs Germanwings GmbH
(Kawża C-520/16) (1)
(2017/C 129/22)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/14 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hannover – il-Ġermanja) – Ralf-Achim Vetter, Susanne Glang-Vetter, Anna Louisa Vetter, Carolin Marie Vetter vs Germanwings GmbH
(Kawża C-521/16) (1)
(2017/C 129/23)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
Il-Qorti Ġenerali
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/15 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2017 – Lauritzen Holding vs EUIPO – DK Company (IWEAR)
(Kawża T-622/14) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea IWEAR - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea INWEAR - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 129/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lauritzen Holding AS (Drøbak, in-Norveġja) (rappreżentanti: P. Walsh u S. Dunstan, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Bullock, sussegwentement D. Hanf, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DK Company A/S (Ikast, id-Danimarka), ammessa sabiex tissostitwixxi l-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO (rappreżentanti: inizjalment M. Nielsen u E. Skovbo, sussegwentement E. Skovbo, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 1935/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn IC Companys A/S u Lauritzen Holding.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Lauritzen Holding AS hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn IC Companys A/S għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal- Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO). |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/15 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2017 – Hersill vs EUIPO – KCI Licensing (VACUP)
(Kawża T-741/14) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali VACUP - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti MINIVAC u V.A.C. - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 129/25)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hersill, SL (Móstoles, Spanja) (rappreżentanti: M. Aznar Alonso u P. Koch Moreno, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: KCI Licensing, Inc (San Antonio, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-14 ta’ Awwissu 2014 (Każ R 1520/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn KCI Licensing u Hersill.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tal-14 ta’ Awwissu 2014 (Każ R 1520/2013-2), hija annullata. |
2) |
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Hersill, SL. |
3) |
KCI Licensing, Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/16 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2017 – Edison vs EUIPO – Eolus Vind (e)
(Kawża T-276/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Aritkolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 129/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Edison SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: D. Martucci, F. Boscariol de Roberto u I. Gatto, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Eolus Vind AB (publ) (Hässleholm, l-Isvezja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Frar 2015 (Każ R 2358/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Edison u Eolus Vind.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Edison SpA hija kkundannata għall-ispejjeż. |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/17 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2017 – SEAE vs KL
(Kawża T-278/15 P) (1)
((“Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2013 - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista tal-uffiċjali promossi - Assenza ta’ żball ta’ liġi”))
(2017/C 129/27)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (rappreżentanti: inizjalment S. Marquardt u M. Silva, sussegwentement S. Marquardt, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: KL (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)
Intervenjent insostenn tal-appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u C. Berardis Kayser, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea [kunfidenzjali] (2) u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn KL fil-kuntest ta’ din l-istanza. |
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati ma’ din l-istanza. |
(2) Informazzjoni kunfidenzjali ommessa.
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/17 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2017 – Bank Tejarat vs Il-Kunsill
(Kawża T-346/15) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Inklużjoni mill-ġdid ta’ isem ir-rikorrent fil-listi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Awtorità ta’ res judicata - Użu ħażin ta’ poter - Drittijiet fundamentali”))
(2017/C 129/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Bank Tejarat (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: S. Zaiwalla, P. Reddy u A. Meskarian, solicitors, M. Brindle, QC, u R. Blakeley, barrister)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u A. Vitro, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/556, tas-7 ta’ April 2015, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2015, L 92, p. 101), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2015/549, tas-7 ta’ April 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2015, L 92, p. 12), sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrent.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Bank Tejarat huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/18 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 8 ta’ Marzu 2017 – Rafhaelo Gutti vs EUIPO – Transformados del Sur (CAMISERIA LA ESPAÑOLA)
(Kawża T-504/15) (1)
([Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva CAMISERIA LA ESPAÑOLA - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti li tirrappreżenta żewġt ibnadar f’forma ta’ salib - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 129/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Rafhaelo Gutti, SL (Loja, Spanja) (rappreżentant: I. Sempere Massa, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Uriarte Valiente u A. Schifko, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Transformados del Sur, SA (Sevilla, Spanja) (rappreżentant: M. Salas Martin, avukat)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Lulju 2015 (Każ R 2424/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Transformados del Sur u Rafhaelo Gutti.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Rafhaelo Gutti, SL hija kkundannata għall-ispejjeż. |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/18 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2017 – Biernacka-Hoba vs EUIPO – Formata Bogusław Hoba (Formata)
(Kawża T-23/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Formata - Raġuni assoluta għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Assenza ta’ mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġuni relattiva għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 53(1)(a) u Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2017/C 129/30)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Ilona Biernacka-Hoba (Aleksandrów Łódzki, il-Polonja) (rappreżentant: R. Rumpel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u K. Zajfert, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Formata Bogusław Hoba (Aleksandrów Łódzki)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-4 ta’ Novembru 2015 (Każ R 102/2015-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Ilona Biernacka-Hoba u Formata Bogusław Hoba.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tal-4 ta’ Novembru 2015 (Każ R 102/2015-2) hija annullata, sa fejn il-Bord tal-Appell ċaħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażata fuq ir-raġuni relattiva ta’ invalidità. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Ilona Biernacka-Hoba. |
4) |
Ilona Biernacka-Hoba għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha. |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/19 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2017 – Puma vs EUIPO (FOREVER FASTER)
(Kawża T-104/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali FOREVER FASTER - Trade mark ikkostitwita minn slogans ta’ reklamar - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”])
(2017/C 129/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Schunke, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti H. O’Neill u K. Sidat Humphreys, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Jannar 2016 (Kawża R 7702015-1), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali FOREVER FASTER.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Puma SE hija kkundannata għall-ispejjeż. |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/20 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2017 – Marsh vs EUIPO (ClaimsExcellence)
(Kawża T-308/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali ClaimsExcellence - Raġuni relattiva għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 129/32)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Marsh GmbH (Francfort-sur-le-Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Riegger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Manea u D. Hanf, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-8 ta’ April 2016 (Każ R 2358/2015-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ClaimsExcellence bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Marsh GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/20 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2017 – Maximum Play vs EUIPO (MAXPLAY)
(Kawża T-400/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MAXPLAY - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 129/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Maximum Play, Inc. (San Francisco, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Graf, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Mejju 2016 (Każ R 2273/2015-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali MAXPLAY bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Maximum Play, Inc., hija kkundannata għall-ispejjeż. |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/21 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2017 – RT vs Il-Parlament
(Kawża T-98/17)
(2017/C 129/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: RT (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
— |
tiddikjara r-rikors ammissibbli, |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-awtorità tal-ħatra tat-30 ta’ Ġunju 2016 li tiċħad ċertifikat mediku kif ukoll, sa fejn huwa neċessarju, tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-13 ta’ Jannar 2017, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 59 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 2 tar-Regoli Interni. |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq ksur tal-Artikolu 59 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 2 tar-Regoli Interni. |
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 59 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 2 tar-Regoli Interni, nuqqas ta’ motivazzjoni adegwata u ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/21 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2017 – BTB Holding Investments u Duferco Participations Holding vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-100/17)
(2017/C 129/35)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: BTB Holding Investments SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Duferco Participations Holding SA (il-Lussemburgu) (rappreżentanti: J.-F. Bellis, R. Luff u M. Favart, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tiddikjara li dan ir-rikors huwa ammissibbli u fondat; |
— |
tannulla l-Artikolu 1(a), (b) u (d) u l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Jannar 2016, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33926 2013/C (ex 2013/NN, 2011/CP) mogħtija mill-Belġju lil Duferco; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi, fir-rigward tal-ewwel miżura, jiġifieri t-trasferiment minn Foreign Strategic Investment Holding (FSIH) ta’ holding ta’ 49,9 % f’Duferco US lil Duferco Industrial Investment.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni relatati mal-kriterju ta’ operatur privat f’ekonomija tas-suq u mal-kundizzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ stabbilita mill-Artikolu 107(1) TFUE u fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Dan il-motiv jinqasam f’żewġ partijiet:
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni, sa fejn ma tiħux inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha, ma tirrikonoxxix ir-razzjonalità ekonomika tat-tranżazzjoni u ma tiħux inkunsiderazzjoni l-argumenti essenzjali relatati mal-profitabbiltà tat-tranżazzjoni fl-evalwazzjoni tal-kriterju ta’ operatur privat f’ekonomija tas-suq, u b’hekk tikser il-prinċipju ta’ operatur privat f’ekonomija tas-suq, l-obbligu ta’ motivazzjoni fis-sens tal-Artikolu 296 TFUE u l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(1) TFUE. Dan il-motiv jinqasam fi tliet partijiet:
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni manifesti, fuq ksur tal-prinċipji ta’ diliġenza u ta’ amministrazzjoni tajba, tal-kriterju ta’ operatur privat f’ekonomija tas-suq, tal-kundizzjonijiet relatati mal-eżistenza ta’ vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn il-Kummissjoni ma evalwatx korrettament il-holding ta’ FSIH f’Duferco US fil-kwantifikazzjoni tal-allegat element ta’ għajnuna. Dan il-motiv jinqasam f’ħames partijiet:
|
Ir-rikorrenti BTB Holding Investments SA waħedha barra minn hekk tinvoka tliet motivi, fir-rigward tat-tieni miżura, jiġifieri l-bejgħ minn FSIH ta’ holding ta’ 25 % f’Duferco Participations Holding Limited lil Bolmat Holding Limited.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni manifesti u fuq ksur tal-prinċipju ta’ operatur privat f’ekonomija tas-suq, tal-oneru tal-prova, tal-kundizzjoni tal-eżistenza tal-vantaġġ stabbilita mill-Artikolu 107(1) TFUE u tal-obbligu ta’ motivazzjoni stabbilit mill-Artikolu 296 TFUE, sa fejn il-Kummissjoni tapplika l-kriterju ta’ operatur privat f’ekonomija tas-suq b’mod żbaljat; |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni manifesti sa fejn il-Kummissjoni ma tiħux inkunsiderazzjoni l-provi essenzjali ppreżentati mill-partijiet, u b’hekk tikser il-prinċipju ta’ operatur privat f’ekonomija tas-suq, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(1) TFUE, id-dmir ta’ diliġenza u l-obbligu ta’ motivazzjoni fis-sens tal-Artikolu 296 TFUE; |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni manifesti fil-kwantifikazzjoni tal-allegat element ta’ għajnuna bi ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tal-prinċipju ta’ investitur f’ekonomija tas-suq u tal-Artikoli 107(1) u 296 TFUE. |
Ir-rikorrenti BTB Holding Investments SA waħedha barra minn hekk tinvoka żewġ motivi, fir-rigward tar-raba’ miżura, jiġifieri s-self lil Ultima Partners Limited.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tal-fatti u żbalji ta’ liġi sa fejn il-Kummissjoni tiċħad l-approċċ komparattiv bi ksur tal-prinċipju ta’ operatur privat f’ekonomija tas-suq, tal-Artikolu 107(1) TFUE, f’dak li jirrigwarda l-eżistenza ta’ vantaġġ, tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-prinċipji ġenerali ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ amministrazzjoni tajba. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tal-fatti u żbalji ta’ liġi fid-determinazzjoni tar-rata ta’ referenza, li jwasslu għall-applikazzjoni żbaljata tal-kriterju ta’ operatur privat f’ekonomija tas-suq u għall-ksur tal-kundizzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Dan il-motiv jinqasam f’żewġ partijiet:
|
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/23 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2017 – Apple vs EUIPO – Apo International (apo)
(Kawża T-104/17)
(2017/C 129/36)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Apple Inc. (Cupertino, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Olsen u P. Andreottola, Solicitors, u G. Tritton, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Apo International Co. Ltd (Taipei City, it-Tajwan)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “apo” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 293 628
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-1 ta’ Diċembru 2016, fil-Każ R 698/2016-4
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tilqa’ r-rikors tar-rikorrenti kontra d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Id-deċiżjoni kkontestata tmur kontra l-prinċipju ta’ reformatio in peius; |
— |
Il-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li l-azzjoni kontra l-abbuż tad-denominazzjoni skont l-Artikolu 8(4) ma kinitx issostanzjata. |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/24 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2017 – Steinhoff et vs BĊE
(Kawża T-107/17)
(2017/C 129/37)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Frank Steinhoff (Hamburg, il-Ġermanja), Ewald Filbry (Dortmund, il-Ġermanja), Vereinigte Raiffeisenbanken Gräfenberg-Forchheim-Eschenau-Heroldsberg eG (Gräfenberg, il-Ġermanja), Werner Bäcker (Rodgau, il-Ġermanja), EMB Consulting SE (Mühltal, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Hoepner, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tikkundanna lill-konvenut iħallas l-ammonti li ġejjin, miżjuda rispettivament b’5 punti perċentwali lil hinn mir-rata bażika applikabbli fid-data tal-preżentata tar-rikors:
— |
lill-ewwel rikorrent: EUR 314 000; |
— |
lit-tieni rikorrent: EUR 54 950; |
— |
lit-tielet rikorrenti: EUR 2 355 000; |
— |
lir-raba’ rikorrent: EUR 303 795; |
— |
lill-ħames rikorrenti: EUR 750 460 |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan ir-rikors għad-danni, ir-rikorrenti jallegaw li l-konvenut naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu billi naqas, fl-opinjoni tiegħu tas-17 ta’ Frar 2012 li tikkonċerna t-titoli maħruġa u ggarantiti mill-Istat Grieg (CON/2012/12), li jiġbed l-attenzjoni għall-illegalità tar-ristrutturazzjoni proposta tad-dejn pubbliku Grieg permezz ta’ skambju obbligatorju abbażi tal-Liġi Nru 4050/2012.
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-assenza ta’ riferiment għall-inammissibbiltà tar-ristrutturazzjoni obbligatorja fir-rigward tal-prinċipju ta’ pacta sunt servanda, sa fejn klawżoli ta’ reviżjoni ma jistgħux effettivament jiġu introdotti sussegwentement fil-bonds tal-Istat eżistenti. |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-assenza ta’ konstatazzjoni ta’ effett ta’ esproprjazzjoni tal-abbozz ta’ liġi li qiegħed jiġi kkunsidrat mill-Greċja, li kien jipprevedi skambju obbligatorju, mingħajr l-istabbiliment ta’ kumpens adegwat fil-liġi stess, bi ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-assenza ta’ riferiment għal ksur tal-Artikolu 63 TFUE. |
4. |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-assenza ta’ riferiment għal ksur tal-Artikolu 124 TFUE. |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/25 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2017 – Pelikan vs EUIPO – NBA Properties (NEW ORLEANS PELICANS)
(Kawża T-112/17)
(2017/C 129/38)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pelikan Vertriebsgesellschaft mbH & Co. KG (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Hildebrandt, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: NBA Properties, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea bl-abjad u bl-iswed li tinkludi l-element verbali “NEW ORLEANS PELICANS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 518 487
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Diċembru 2016 fil-Każ R 408/2016-4
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009. |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/26 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2017 – Alba Aguilera et vs SEAE
(Kawża T-119/17)
(2017/C 129/39)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ruben Alba Aguilera (Addis-Abeba, l-Etjopja) u 28 rikorrent ieħor) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din tnaqqas, sa mill-1 ta’ Jannar 2016, l-ammont tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja mogħtija lill-persunal assenjat fl-Etjopja, minn 30 % għal 25 %; |
— |
tikkundanna lis-SEAE jħallas lir-rikorrenti somma f’daqqa, li l-ammont tagħha għandu jiġi ddeterminat ex aequo et bono mill-Qorti Ġenerali, għad-dannu morali subit; |
— |
tikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Din it-tilwima tirrigwarda l-legalità tad-deċiżjoni tas-SEAE li tnaqqas l-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja (AKĦ) mogħtija lill-membri tal-persunal tal-Unjoni Ewropea li jkunu f’delegazzjoni fl-Etjopja minn 30 % għal 25 %.
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu li jiġu adottati DĠI tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal. |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn il-metodu użat mis-SEAE sabiex tistabbilixxi l-ammont tal-AKĦ fil-post ta’ assenjazzjoni jiħu inkunsiderazzjoni l-prinċipju ta’ “koerenza reġjonali”. |
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq id-diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li jivvizzjaw, għaldaqstant, id-deċiżjoni kkontestata b’illegalità. |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/26 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2017 – Exaa Abwicklungsstelle für Energieprodukte vs ACER
(Kawża T-123/17)
(2017/C 129/40)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Exaa Abwicklungsstelle für Energieprodukte AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: B. Rajal, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-konvenuta mogħtija fil-Kawża A-001-2017 (consolidated), tas-17 ta’ Frar 2017, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti sabiex tiġi ammessa tintervjeni; u |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 11 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bord tal-Appell tal-konvenuta kif ukoll ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għaliex il-Bord tal-Appell ċaħad b’mod żbaljat l-eżistenza ta’ interess leġittimu tar-rikorrenti fl-eżitu tal-proċeduri ta’ appell. |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 296(2) TFUE (insuffiċjenza serja ta’ motivazzjoni). |
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ, għaliex il-Bord tal-Appell ma kkomunikax lir-rikorrenti l-osservazzjonijiet tal-konvenuta dwar it-talba għal intervent tal-imsemmija rikorrenti. |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/27 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2017 – Torné vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-128/17)
(2017/C 129/41)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Isabel Torné (Algés, il-Portugall) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Tiddikjara u tiddeċiedi,
— |
id-deċiżjoni ta’ ċaħda, tas-16 ta’ April 2016, tat-talba tagħha li tiffissa r-rata ta’ akkwist tad-drittijiet tagħha għall-pensjoni u l-età tal-irtirar tagħha, hija annullata. |
— |
il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti f’din it-tilwima tikkontesta d-deċiżjoni ta’ ċaħda impliċita tat-talba tagħha għall-ksib ta’ deċiżjoni antiċipata dwar ċerti elementi determinati u invarjabbli tal-kalkolu tad-drittijiet tagħha għall-pensjoni. L-imsemmija parti tqis li ċ-ċaħda impliċita tat-talba tagħha tikkostitwixxi astensjoni li tiġi adottata miżura preskritta mir-Regolamenti tal-Persunal u hija, għaldaqstant, att li jikkawża preġudizzju skont l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal.
Rigward l-elementi tal-kalkolu tal-pensjoni tagħha, ir-rikorrenti tikkontesta wkoll il-prattika tal-Kummissjoni li tikkonsisti f’li tqis li t-trasferiment ta’ membru tal-persunal temporanju li jaqa’ taħt l-Artikolu 2(f) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg lejn aġenzija oħra tal-Unjoni Ewropea jinvolvi l-konklużjoni ta’ kuntratt ġdid, distint minn dak preċedenti, li juri d-diskontinwità tal-karriera ta’ dan il-membru tal-persunal u jinvolvi b’hekk l-applikazzjoni ta’ Regoli tal-Persunal ġodda dwar il-pensjoni tal-irtirar.
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/28 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2017 – Argus Security Projects vs Il-Kummissjoni u SEAE
(Kawża T-131/17)
(2017/C 129/42)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Argus Security Projects Ltd (Limassol, Ċipru) (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)
Konvenuti: Il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni ta’ tpaċija tal-Kummissjoni li tammonta għal EUR 52 600 li tinsab fl-ittra tagħha tat-13 ta’ Frar 2017; |
— |
tannulla d-deċiżjoni ta’ tpaċija tal-Kummissjoni, li qed taġixxi f’isem il-kontabbilista tas-SEAE, li tammonta għal EUR 41 522, li tinsab fl-ittra tagħha tal-15 ta’ Frar 2017; |
— |
tannulla d-deċiżjoni ta’ tpaċija tal-Kummissjoni, li qed taġixxi f’isem il-kontabbilista tas-SEAE, li tammonta għal EUR 6 324, li tinsab fl-ittra tagħha tat-28 ta’ Frar 2017; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea u lis-SEAE għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”. Skont ir-rikorrenti l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ tpaċija unilaterali bħalma huma d-deċiżjonijiet ikkontestati, f’kuntest kuntrattwali u meta l-parti kontraenti l-oħra ressqet rikors għal responsabbiltà kuntrattwali quddiem il-qorti indikata bħala kompetenti mill-kuntratt, għandha titqies illegali u kuntrarja għall-Artikolu 47 tal-Karta. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni Ewropea u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) sabiex jadottaw deċiżjonijiet ta’ tpaċija f’kuntest kuntrattwali. Il-konvenuti marru lil hinn mis-setgħat tagħhom billi użaw setgħat unilaterali biex jgħalqu tilwima kuntrattwali u għaldaqstant id-deċiżjonijiet ikkontestati għandhom jiġu annullati minħabba nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tagħhom. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 80 tar-Regolament Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (iktar ’il quddiem ir-“Regolament finanzjarju”). Ir-rikorrenti tqis li, ladarba l-proċeduri quddiem il-qorti Belġjana għadhom pendenti, il-kontabbilista tal-Kummissjoni ma setgħax legalment iqis li l-kreditu inkwistjoni kien ċert, ta’ ammont fiss u eżegwibbli. Għaldaqstant, dan il-kreditu ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 80 tar-Regolament finanzjarju u konsegwentement ma setgħax jiġi mpaċi. |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/29 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2017 – Cotecnica vs EUIPO – Mignini & Petrini (cotecnica MAXIMA)
(Kawża T-136/17)
(2017/C 129/43)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cotecnica, SCCL (Bellpuig, Spanja) (irrappreżentata minn: J. Erdozain López, J. Galán López u J. Devaureix, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mignini & Petrini SpA (Petrignano di Assisi, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “cotecnica MAXIMA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 292 495
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Novembru 2016 fil-Każ R 853/2016-2
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/29 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2017 – Prim vs EUIPO – Primed Halberstadt Medizintechnik (PRIMED)
(Kawża T-138/17)
(2017/C 129/44)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Prim, SA (Móstoles, Spanja) (rappreżentant: L. Broschat García, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Primed Halberstadt Medizintechnik GmbH (Halberstadt, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “PRIMED” Nru 5 154 182
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2016 fil-Każijiet magħquda R 2494/2015-4 u R 163/2016-4
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009. |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/30 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2017 – Kibelisa vs Il-Kunsill
(Kawża T-139/17)
(2017/C 129/45)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Roger Kibelisa (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentant: O. Okito, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla r-Regolament (UE) 2016/2230 li jimplementa d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2231, tat-12 ta’ Diċembru 2016, li timponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur tal-embargo tal-armi impost fuq ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, u li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK, sa fejn dan jikkonċerna lil Roger Kibelisa; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk tar-rikorrent kif ukoll tal-intervenjenti kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali mwettaq mill-Kunsill, u b’mod partikolari fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent, fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li l-Kunsill għandu kif ukoll fuq ksur tad-dritt għal rimedju effettiv tar-rikorrent. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, inkwantu l-Kunsill kiser id-dritt għall-proprjetà tar-rikorrent. |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/31 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2017 – Kampete vs Il-Kunsill
(Kawża T-140/17)
(2017/C 129/46)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ilunga Kampete (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentant: O. Okito, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla r-Regolament (UE) 2016/2230 li jimplementa d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2231, tat-12 ta’ Diċembru 2016, li timponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur tal-embargo tal-armi impost fuq ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, u li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK, sa fejn dan jikkonċerna lil Ilunga Kampete; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk tar-rikorrent kif ukoll tal-intervenjenti kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-139/17, Kibelisa vs Il-Kunsill.
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/31 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2017 – Amisi Kumba vs Il-Kunsill
(Kawża T-141/17)
(2017/C 129/47)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Gabriel Amisi Kumba (Kasa-Vubu, Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentant: O. Okito, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla r-Regolament (UE) 2016/2230 li jimplementa d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2231, tat-12 ta’ Diċembru 2016, li timponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, u li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK, safejn dan jikkonċerna lil Gabriel Amisi Kumba; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill kemm għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk tar-rikorrenti u tal-intervenjenti kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-139/17, Kibelisa vs Il-Kunsill.
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/32 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2017 – Kaimbi vs Il-Kunsill
(Kawża T-142/17)
(2017/C 129/48)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Delphin Kaimbi (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentant: O. Okito, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2016/2230 li jimplementa d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2231, tat-12 ta’ Diċembru 2016, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, u li jemenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK, sa fejn dan jikkonċerna lil Delphin Kaimbi; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill biex ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk tar-rikorrent kif ukoll tal-intervenjenti kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-139/17, Kibelisa vs Il-Kunsill.
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/32 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2017 – Ilunga Luyoyo vs Il-Kunsill
(Kawża T-143/17)
(2017/C 129/49)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ferdinand Ilunga Luyoyo (Kasa-Vubu, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentant: O. Okito, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla r-Regolament (UE) 2016/2230, li jimplementa d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2231, tat-12 ta’ Diċembru 2016, li timponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur tal-embargo tal-armi impost fuq ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, u li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK, sa fejn dan jikkonċerna lil Ferdinand Ilunga Luyoyo; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk tar-rikorrent kif ukoll tal-intervenjenti kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-139/17, Kibelisa vs Il-Kunsill.
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/33 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2017 – Numbi vs Il-Kunsill
(Kawża T-144/17)
(2017/C 129/50)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: John Numbi (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentant: O. Okito, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2230 li jimplementa d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2231, tat-12 ta’ Diċembru 2016, li timponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK, safejn tikkonċerna lil John Numbi; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill, minbarra għall-ispejjeż tagħha stess, għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent kif ukoll mill-intervenjenti kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-kawża T-139/17, Kibelisa vs Il-Kunsill.
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/33 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2017 – Kanyama vs Il-Kunsill
(Kawża T-145/17)
(2017/C 129/51)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Célestin Kanyama (Gombe, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentant: O. Okito, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tittieħed deċiżjoni fuq l-annullament tar-Regolament (UE) 2016/2230 li jimplementa d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2231 tat-12 ta’ Diċembru 2016 li timponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, u li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK, sa fejn tikkonċerna Célestin Kanyama; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill li jsostni, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk tar-rikorrent kif ukoll tal-intervenjenti kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma sostanzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-139/17, Kibelisa vs Il-Kunsill.
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/34 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2017 – Mondi vs ACER
(Kawża T-146/17)
(2017/C 129/52)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mondi AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: B. Rajal, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-konvenuta mogħtija fil-Kawża A-001-2017 (consolidated), tas-17 ta’ Frar 2017, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti sabiex tiġi ammessa tintervjeni; u |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 11 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bord tal-Appell tal-konvenuta kif ukoll ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għaliex il-Bord tal-Appell ċaħad b’mod żbaljat l-eżistenza ta’ interess leġittimu tar-rikorrenti fl-eżitu tal-proċeduri ta’ appell. |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ, għaliex il-Bord tal-Appell ma kkomunikax lir-rikorrenti l-osservazzjonijiet tal-konvenuta dwar it-talba għal intervent tal-imsemmija rikorrenti. |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/34 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2017 – Asolo vs EUIPO – Red Bull (FLÜGEL)
(Kawża T-150/17)
(2017/C 129/53)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Asolo LTD (Limassol, iċ-Ċipru) (rappreżentant: W. Pors, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Red Bull GmbH (Fuschl am See, l-Awstrija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Trade mark tal-Unjoni Nru 637 686
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Novembru 2016 fil-Każ R 282/2015-5
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha |
— |
tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lil Red Bull għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/35 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2017 – Marriott Worldwide vs EUIPO – Graf (Rappreżentazzjoni ta’ barri bil-ġwienaħ)
(Kawża T-151/17)
(2017/C 129/54)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Marriott Worldwide Corp. (Bethesda, Maryland, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Reid, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Johann Graf (Gumpoldskirchen, l-Awstrija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ barri bil-ġwienaħ – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 511 723
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-17 ta’ Jannar 2017, fil-Każ R 165/2016-4
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 53(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 53(2)(c) tar-Regolament Nru 207/2009. |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/36 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2017 – Deichmann SE vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-154/17)
(2017/C 129/55)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Deichmann SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Willems, S. De Knop u M. Meulenbelt, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli; |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2257, tal-14 ta’ Diċembru 2016, li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u manifatturati minn Chengdu Sunshine Shoes Co. Ltd., Foshan Nanhai Shyang Yuu Footwear Ltd. u Fujian Sunshine Footwear Co. Ltd. u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 5(1) u (2) TUE, minħabba nuqqas ta’ bażi legali tar-regolament ikkontestat. Ir-rikorrenti żżid tgħid sussidjarjament li l-Kummissjoni ma kinitx kompetenti biex tadotta r-regolament ikkontestat. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE minħabba l-astensjoni li tadotta l-miżuri li jinkludi l-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-4 ta’ Frar 2016, C & J Clark International u Puma (C-659/13 u C-34/14, EU:C:2016:74). |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 2016/1036 (1) u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali minħabba l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ lbies għar-riġlejn imwettqa matul il-perijodu ta’ applikazzjoni tar-Regolamenti Nru 1472/2006 (2) u Nru 1294/2009 (3). |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/1036 minħabba l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping fl-assenza ta’ evalwazzjoni tal-interess tal-Unjoni. Ir-rikorrenti tqis li fi kwalunkwe każ huwa manifestament inġust li jiġi deċiż li l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping kien fl-interess tal-Unjoni. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 5(1) u (4) TUE, minħabba l-adozzjoni ta’ att li jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jintlaħaq l-għan li jfittex. |
(1) Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, L 176, p. 21).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, tal-5 ta’ Ottubru 2006, jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU 2008, L 352M, p. 485).
(3) Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 1294/2009 tal-Kunsill, tat- 22 ta’ Diċembru 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċertu tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Makaw SAR, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Makaw SAR sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU 2009, L 352, p. 1).
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/37 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2017 – Van Haren Schoenen BV vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-155/17)
(2017/C 129/56)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Van Haren Schoenen BV (Waalwijk, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: A. Willems, S. De Knop u M. Meulenbelt, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli; |
— |
tannulla r- Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2257, tal-14 ta’ Diċembru 2016, li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u manifatturati minn Chengdu Sunshine Shoes Co. Ltd., Foshan Nanhai Shyang Yuu Footwear Ltd. u Fujian Sunshine Footwear Co. Ltd. u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi. Il-motivi invokati huma identiċi għal dawk invokati fil-Kawża T-154/17, Deichmann vs Il-Kummissjoni.
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/37 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2017 – Cristalfarma vs EUIPO – Novartis (ILLUMINA)
(Kawża T-157/17)
(2017/C 129/57)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cristalfarma Srl (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: R. Almaraz Palmero, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “ILLUMINA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 934 239
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2017 fil-Każ R 1187/2016-4
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra, fil-każ li tintervjeni, għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikoli 75, 42(2) u 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009. |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/38 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2017 – Consorzio di Garanzia dell'Olio Extra Vergine di Oliva di Qualità vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-163/17)
(2017/C 129/58)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Consorzio di Garanzia dell'Olio Extra Vergine di Oliva di Qualità (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: A. Fratini u G. Pandolfi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tilqa’ r-rikors u, għaldaqstant, tirrikonoxxi r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 268 u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; |
— |
tordna l-irkupru tad-dannu materjali (dannu reali u lucrum cessans) u tad-dannu morali sostnut mir-rikorrenti; |
— |
tornda l-ħlas tal-interessi kumpensatorji u moratorji; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti f’dan il-każ tfittex li tikseb il-ħlas għad-dannu sostnut, minn parti minħabba l-ġestjoni mhux ikkoordinata mill-Kummissjoni tal-programmi tal-Unjoni Ewropea ta’ promozzjoni taż-żejt taż-żebbuġa fil-pajjiżi terzi u, min-naħa l-oħra, minħabba l-assenza ta’ eliminazzjoni, mill-Kummissjoni, tal-effetti dannużi u ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżati mis-superimpożizzjoni mhux ikkontrollata taż-żewġ programmi.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv, dwar l-illegalitajiet imwettqa mill-Kummissjoni, huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni stabbilit fl-Artikolu 18 TFUE u fl-Artikolu 21 tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, peress li l-Kummissjoni ma żguratx koordinazzjoni koerenti tal-programmi tal-Unjoni Ewropea ta’ promozzjoni taż-żejt taż-żebbuġa fil-pajjiżi terzi kkonċernati; huwa bbażat ukoll fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dritt għal amministrazzjoni tajba, stabbilit fl-Artikolu 41(1) tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, peress li l-Kummissjoni, skont ir-rikorrenti, ma adottatx il-miżuri li kellhom jiġi adottati wara li ġiet informata bl-effetti antikompetittivi li jirriżultaw mill-assenza ta’ koordinazzjoni taż-żewġ kampanji ta’ promozzjoni. |
2. |
It-tieni motiv, dwar l-eżistenza ta’ dannu reali u ċert, huwa bbażat fuq il-fatt li billi ma osservatx l-obbligi li għandha, il-Kummissjoni kkawżat dannu sostanzjali lir-rikorrenti (dannu reali, lucrum cessans u dannu morali). |
3. |
It-tielet motiv, dwar l-eżistenza ta’ rabta kawżali, huwa bbażat fuq il-fatt li, peress li d-dannu sostnut jikkostitwixxi konsegwenza suffiċjentement diretta u immedjata tal-ġestjoni mhux xierqa tal-programmi ta’ promozzjoni taż-żejt taż-żebbuġa fil-pajjiżi terzi, teżisti rabta diretta ta’ kawża u effett bejn l-aġir tal-Kummissjoni u d-dannu invokat, li għandu jiġi kkumpensat skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE. |
24.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/39 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2017 – Emcur vs EUIPO – Emcure Pharmaceuticals (EMCURE)
(Kawża T-165/17)
(2017/C 129/59)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Emcur Gesundheitsmittel aus Bad Ems GmbH (Bad Ems, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Bröcker, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Emcure Pharmaceuticals Ltd (Bhosari, l-Indja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant:il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea “EMCURE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 269 049
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2016 fil-Każ R 790/2016-2
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |