ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 121

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
18 ta' April 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2017/C 121/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2017/C 121/02

Kawża C-245/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Judecătoria Balş – Judeţul Olt – ir-Rumanija) – SC Casa Noastră SA vs Ministerul Transporturilor – Inspectoratul de Stat pentru Controlul în Transportul Rutier ISCTR (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport bit-triq — Dispożizzjonijiet soċjali — Derogi — Regolament (KE) Nru 561/2006 — Artikolu 3(a) — Regolament (KE) Nru 1073/2009 — Il-punt 3 tal-Artikolu 2 — Servizzi regolari li jiżguraw it-trasport tal-passiġġieri — Kunċett — Trasport b’xejn organizzat minn operatur ekonomiku għall-impjegati tiegħu, lejn u mill-post tax-xogħol, f’vetturi li jappartjenu lilu u misjuqa minn wieħed mill-impjegati tiegħu)

2

2017/C 121/03

Kawża C-275/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-1 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit) – ITV Broadcasting Limited, ITV2 Limited, ITV Digital Channels Limited, Channel Four Television Corp., 4 Ventures Limited, Channel 5 Broadcasting Limited, ITV Studios Limited vs TVCatchup Limited, TVCatchup (UK) Limited, Media Resources Limited (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2001/29/KE — Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni — Artikolu 9 — Aċċess għall-cable tas-servizzi tax-xandir — Kunċett ta’ cable — Trażmissjonijiet mill-ġdid minn terz permezz tal-Internet tal-programmi tax-xandara tat-televiżjoni kummerċjali — Live streaming)

3

2017/C 121/04

Kawża C-354/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Évora – il-Portugall) – Andrew Marcus Henderson vs Novo Banco SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali — Notifika u komunikazzjoni tal-atti ġudizzjarji u extraġudizzjarji — Regolament (KE) Nru 1393/2007 — Artikoli 8, 14 u 19 — Notifika jew komunikazzjoni ta’ att promotur bil-posta — Assenza ta’ traduzzjoni tal-att — Anness II — Formola standard — Assenza — Konsegwenzi — Notifika b’ittra rreġistrata b’dikjarazzjoni ta’ rċevuta — Nuqqas ta’ ritorn tad-dikjarazzjoni ta’ rċevuta — Aċċettazzjoni tal-att minn terz — Rekwiżiti ta’ validità tal-proċedura)

3

2017/C 121/05

Kawża C-496/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landessozialgericht Rheinland-Pfalz, Mainz – il-Ġermanja) – Alphonse Eschenbrenner vs Bundesagentur für Arbeit (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-ħaddiema — Artikolu 45 TFUE — Regolament (UE) Nru 492/2011 — Artikolu 7 — Ugwaljanza fit-trattament — Ħaddiem fruntalier suġġett għat-taxxa fuq id-dħul fl-Istat Membru ta’ residenza — Kumpens mħallas mill-Istat Membru ta’ impjieg fil-każ tal-insolvenza tal-persuna li timpjega — Modalitajiet ta’ kalkolu tal-kumpens għal insolvenza — Teħid inkunsiderazzjoni fittizju tat-taxxa fuq id-dħul tal-Istat Membru ta’ impjieg — Kumpens għal insolvenza inqas mir-remunerazzjoni netta preċedenti — Konvenzjoni bilaterali għall-ħelsien mit-taxxa doppja)

4

2017/C 121/06

Kawża C-568/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Stuttgart – il-Ġermanja) – Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main eV vs comtech GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Direttiva 2011/83/UE — Artikolu 21 — Komunikazzjoni permezz tat-telefon — Użu ta’ linja tat-telefon minn kummerċjant sabiex il-konsumatur ikun jista’ jikkuntattjah fir-rigward ta’ kuntratt konkluż — Projbizzjoni milli tiġi applikata tariffa ogħla mit-tariffa bażika — Kunċett ta’ tariffa bażika)

5

2017/C 121/07

Kawża C-584/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Melun – Franza) – Glencore Céréales France vs Etablissement national des produits de l'agriculture et de la mer (FranceAgriMer) Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 — Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 3 — Regolament (KEE) Nru 3665/87 — Artikolu 11 — Irkupru ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni mogħtija indebitament — Regolament (KEE) Nru 3002/92 — Artikolu 5a — Garanzija rilaxxata indebitament — Interessi dovuti — Terminu ta’ preskrizzjoni — Bidu tad-dekorrenza tat-terminu — Interruzzjoni tal-perijodu — Limitu massimu — Terminu itwal — Applikabbiltà

6

2017/C 121/08

Kawża C-655/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 – Panrico, SA vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar Regolament (KE) Nru 207/2009] — Artikolu 52 — Artikolu 8(1)(b)u (5) — Trade mark figurattiva li fiha l-elementi verbalikrispy kreme doughnuts — Trade marks verbali u figurattivi, nazzjonali u internazzjonali li fihom l-elementi donut, donuts u doghnuts — Applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Ċaħda)

7

2017/C 121/09

Kawża C-4/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Apelacyjny w Warszawie – il-Polonja) – J.D. vs Prezes Urzędu Regulacji Energetyki (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 2009/28/KE — Il-punt a tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 — Enerġija minn sorsi li jiġġeddu — Idroenerġija — Kunċett — Enerġija prodotta f’impjant idroelettriku żgħir li jinsab fil-punt ta’ ħruġ ta’ ilma maħmuġ ta’ impriża oħra

7

2017/C 121/10

Kawża C-97/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 3 de Barcelona – Spanja) – José María Pérez Retamero vs TNT Express Worldwide Spain SL, Last Mile Courier SL, li qabel kienet Transportes Saripod SL, Fondo de Garantía Salarial (Fogasa) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2002/15/KE — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Transport bit-triq — Ħaddiem mobbli — Sewwieq li jaħdem għal rasu — Kunċett — Inammissibbiltà)

8

2017/C 121/11

Kawża C-160/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ stat li jwettaq obbligu — Politika tal-enerġija — Rendiment tal-enerġija tal-bini — Direttiva 2010/31/UE — Artikolu 5(2) — Rapport dwar il-livelli kostottimali)

8

2017/C 121/12

Kawża C-587/16 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2016 minn Skylotec GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-13 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-146/15, hyphen GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

9

2017/C 121/13

Kawża C-654/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fid-19 ta’ Diċembru 2016 – Amber Capital Italia Sgr SpA, Amber Capital Uk Llp vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

9

2017/C 121/14

Kawża C-655/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fid-19 ta’ Diċembru 2016 – Hitachi Rail Italy Investments Srl vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

10

2017/C 121/15

Kawża C-656/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fid-19 ta’ Diċembru 2016 – Finmeccanica SpA vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

10

2017/C 121/16

Kawża C-657/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fid-19 ta’ Diċembru 2016 – Bluebell Partners Limited vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

11

2017/C 121/17

Kawża C-658/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fid-19 ta’ Diċembru 2016 – Elliot International Lp et vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

12

2017/C 121/18

Kawża C-28/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fid-19 ta’ Jannar 2017 – NN A/S vs Skatteministeriet

12

2017/C 121/19

Kawża C-41/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fil-25 ta’ Jannar 2017 – Isabel González Castro vs Mutua Umivale u Prosegur España S.L.

13

2017/C 121/20

Kawża C-44/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Jannar 2017 – The Scotch Whisky Association, The Registered Office vs Michael Klotz

14

2017/C 121/21

Kawża C-45/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-30 ta’ Jannar 2017 – Frédéric Jahin vs Ministre de l'économie et des finances, Ministre des affaires sociales et de la santé

15

2017/C 121/22

Kawża C-57/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana (Spanja) fit-3 ta’ Frar 2017 – Eva Soraya Checa Honrado vs Fondo de Garantía Salarial

16

2017/C 121/23

Kawża C-60/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fis-6 ta’ Frar 2017 – Ángel Somoza Hermo e Ilunión Seguridad S.A. vs Esabe Vigilancia S.A. u Fondo de Garantía Salarial (FOGASA)

16

2017/C 121/24

Kawża C-70/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fid-9 ta’ Frar 2017 – NCG Banco, S.A. (attwalment Abanca Corporación Bancaria, S.A.) vs Alberto García Salamanca Santos

17

2017/C 121/25

Kawża C-97/17: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

17

2017/C 121/26

Kawża C-98/17 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2017 minn Koninklijke Philips NV, Philips France mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-762/14, Koninklijke Philips NV, Philips France vs Il-Kummissjoni

18

2017/C 121/27

Kawża C-110/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

19

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 121/28

Kawża T-194/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2017 – United Parcel Service vs Il-Kummissjoni [Kompetizzjoni — Konċentrazzjonijiet — Regolament (KE) Nru 139/2004 — Servizzi internazzjonali ta’ distribuzzjoni espressa ta’ pakketti żgħar fiż-ŻEE — Akkwist ta’ TNT Espressa minn UPS — Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern — Effetti probabbli fuq il-prezz — Analiżi ekonometriku — Drittijiet tad-difiża]

20

2017/C 121/29

Kawża T-366/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2017 – Franza vs Il-Kummissjoni [Għajnuna mill-Istat — Kabotaġġ marittimu — Għajnuna implementata minn Franza favur Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) u Compagnie méridionale de navigation — Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali — Kumpens għal servizz komplimentari għas-servizz bażiku intiż sabiex ikopri l-iktar perijodi impenjattivi matul l-istaġun turistiku — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Vantaġġ — Sentenza Altmark]

20

2017/C 121/30

Kawża T-454/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2017 – SNCM vs Il-Kummissjoni [Għajnuna mill-Istat — Kabotaġġ marittimu — Għajnuna mogħtija minn Franza lil Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) u lil Compagnie méridionale de navigation — Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali — Kumpens għal servizz kumplementari tas-servizz bażiku, intiż sabiex ikopri l-perijodi l-iktar frekwentati matul l-istaġun turistiku — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Vantaġġ — Sentenza Altmark — Determinazzjoni tal-ammont tal-għajnuna]

21

2017/C 121/31

Kawża T-157/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – JingAo Solar et vs Il-Kunsill [Dumping — Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati miċ-Ċina — Dazju antidumping definittiv — Impenji — Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Ammissibbiltà — Pajjiż esportatur — Portata tal-investigazzjoni — Teħid ta’ kampjuni — Valur normali — Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat — Terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar talba għall-għoti tal-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq — Applikazzjoni ratione temporis ta’ dispożizzjonijiet ġodda — Dannu — Rabta kawżali]

22

2017/C 121/32

Kawża magħquda T-158/14, T-161/14 u T-163/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – JingAo Solar et vs Il-Kunsill [Sussidji — Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati miċ-Ċina — Dazju kumpensatorju definittiv — Impenji — Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Ammissibbiltà — Portata tal-investigazzjoni — Teħid ta’ kampjuni — Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat]

22

2017/C 121/33

Kawża T-160/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – Yingli Energy (China) et vs Il-Kunsill [Dumping — Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati miċ-Ċina — Dazju antidumping definittiv — Impenji — Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Ammissibbiltà — Pajjiż esportatur — Portata tal-investigazzjoni — Teħid ta’ kampjuni — Valur normali — Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat — Terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar talba għall-għoti tal-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq — Applikazzjoni ratione temporis ta’ dispożizzjonijiet ġodda — Dannu — Rabta kawżali — Drittijiet tad-difiża — Kalkolu tal-marġni tad-dannu]

23

2017/C 121/34

Kawża T-162/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – Canadian Solar Emea et vs Il-Kunsill [Dumping — Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati miċ-Ċina — Dazju antidumping definittiv — Impenji — Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Ammissibbiltà — Pajjiż esportatur — Portata tal-investigazzjoni — Teħid ta’ kampjuni — Valur normali — Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat — Terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar talba għall-għoti tal-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq — Applikazzjoni ratione temporis ta’ dispożizzjonijiet ġodda — Dannu — Rabta kawżali]

24

2017/C 121/35

Kawża T-436/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2017 – Neka Novin vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar tal-fondi — Żamma ta’ isem ir-rikorrenti fuq il-lista tal-persuni kkonċernati — Żball ta’ liġi — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Proporzjonalità)

25

2017/C 121/36

Kawża T-208/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2017 – Universiteit Antwerpen vs REA (Klawżola ta’ arbitraġġ — Is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) — Attivitajiet Marie Curie — Riċerkaturi fil-bidu tal-karriera — Sejħa għal proposti FP7-People-ITN-2008 — Ftehimiet ta’ għotja — Spejjeż eliġibbli — Rimbors tas-somom imħallsa — Kunċett ta’ akkoljenza ta’ riċerkaturi — Proporzjonalità)

25

2017/C 121/37

Kawża T-472/15 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2017 – SEAE vs Gross (Pourvoi — Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2013 — Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista tal-uffiċjali promossi — Assenza ta’ żball ta’ liġi)

26

2017/C 121/38

Kawża T-698/15 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2017 – Silvan vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Proċedura ta’ promozzjoni 2013 — Deċiżjoni li r-rikorrenti ma għandux jiġi promoss — Paragun tal-merti — Teħid inkunsiderazzjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni — Assenza ta’ żball ta’ liġi)

27

2017/C 121/39

Kawża T-730/15 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2017 – DI vs EASO (Appell — Servizz pubbliku — Persunal tal-EASO — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Kuntratt għal żmien determinat — Perijodu ta’ prova — Deċiżjoni ta’ tkeċċija — Rikors għal annullament u għad-danni — Ċaħda tar-rikors għal inammissibbiltà manifesta fl-ewwel istanza — Regola ta’ konkordanza bejn ir-rikors u l-ilment — Artikolu 91(2) tar-Regolamenti tal-Persunal)

27

2017/C 121/40

Kawża T-766/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – Labeyrie vs EUIPO – Delpeyrat (Rappreżentazzjoni ta’ sensiela ta’ ħut aħmar fuq sfond ikħal) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrapreżenta sensiela ta’ ħut aħmar fuq sfond ikħal — Dikjarazzjoni ta’ revoka — Użu ġenwin tat-trade mark — Artikolu 15(1)(a) u l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Forma li hija differenti f’elementi li ma jibdlux il-karattru distintiv)

28

2017/C 121/41

Kawża T-767/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – Labeyrie vs EUIPO – Delpeyrat (Rappreżentazzjoni ta’ xitla ta’ ħut ċar fuq sfond skur) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ revoka — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta xitla ta’ ħut ċar fuq sfond skur — Dikjarazzjoni ta’ revoka — Użu ġenwin tat-trade mark — Artikolu 15(1)(a) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Forma li hija differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux in-natura distintiva]

28

2017/C 121/42

Kawża T-333/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2017 – Helbrecht vs EUIPO – Lenci Calzature (SportEyes) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Annullament tat-trade mark figurattiva preċedenti li sservi ta’ bażi għad-deċiżjoni kkontestata — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

29

2017/C 121/43

Kawża T-140/16 R II: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2017 – Le Pen vs Il-Parlament (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Membru tal-Parlament Ewropew — Irkupru permezz ta’ tpaċija ta’ allowances imħallsa abbażi tar-rimbors tal-ispejjeż ta’ assistenza parlamentari — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Talba ġdida — Fatti ġodda — Nuqqas ta’ urġenza)

30

2017/C 121/44

Kawża T-192/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – NF vs Il-Kunsill Ewropew (Rikors għal annullament — Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta’ Marzu 2016 — Stqarrija għall-istampa — Kunċett ta’ ftehim internazzjonali — Identifikazzjoni tal-awtur tal-att — Portata tal-att — Sessjoni tal-Kunsill Ewropew — Laqgħa tal-kapijiet ta’ Stat jew ta’ gvern tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li nżammet fil-bini tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea — Kwalità tar-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-Unjoni waqt laqgħa mar-rappreżentant ta’ Stat terz — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Inkompetenza)

30

2017/C 121/45

Kawża T-193/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – NG vs Il-Kunsill Ewropew (Rikors għal annullament — Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta’ Marzu 2016 — Stqarrija għall-istampa — Kunċett ta’ ftehim internazzjonali — Identifikazzjoni tal-awtur tal-att — Portata tal-att — Sessjoni tal-Kunsill Ewropew — Laqgħa tal-kapijiet ta’ Stat jew ta’ gvern tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li nżammet fil-bini tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea — Kwalità tar-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-Unjoni waqt laqgħa mar-rappreżentant ta’ Stat terz — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Inkompetenza)

31

2017/C 121/46

Kawża T-257/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – NM vs Il-Kunsill Ewropew (Rikors għal annullament — Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta’ Marzu 2016 — Stqarrija għall-istampa — Kunċett ta’ ftehim internazzjonali — Identifikazzjoni tal-awtur tal-att — Portata tal-att — Sessjoni tal-Kunsill Ewropew — Laqgħa tal-kapijiet ta’ Stat jew ta’ gvern tal-Istati Membri tal-Unjoni li nżammet fil-bini tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea — Kwalità tar-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-Unjoni waqt laqgħa mar-rappreżentant ta’ Stat terz — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Inkompetenza)

32

2017/C 121/47

Kawża T-594/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2017 – Walton vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanji — Allowance għall-firda — Reviżjoni tal-kalkolu — Awtorità ta’ res judicata — Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament mingħajr kull bażi fid-dritt)

32

2017/C 121/48

Kawża T-624/16 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2017 – Gollnisch vs Il-Parlament (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Membru tal-Parlament Ewropew — Irkupru permezz ta’ tpaċija ta’ allowances imħallsa abbażi tar – rimbors tal – ispejjeż ta’ assistenza parlamentari — Talba għas – sospensjoni tal – eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

33

2017/C 121/49

Kawża T-626/16 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2017 – Troszczynski vs Il-Parlament (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Membru tal-Parlament Ewropew — Irkupru permezz ta’ tpaċija ta’ allowances imħallsa abbażi tar-rimbors tal-ispejjeż ta’ assistenza parlamentari — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

33

2017/C 121/50

Kawża T-688/16 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2017 – Janssen-Cases vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji — Servizz pubbliku — Avviż ta’ pożizzjoni vakanti — Ombudsman tal-Kummissjoni — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

34

2017/C 121/51

Kawża T-714/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2017 – Asolo vs EUIPO – Red Bull (FLÜGEL) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Revoka tad-deċiżjoni kkontestata — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

34

2017/C 121/52

Kawża T-61/17: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2017 – Selimovic vs Il-Parlament

35

2017/C 121/53

Kawża T-74/17: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2017 – Danjaq vs EUIPO – Formosan (Shaken, not stirred)

36

2017/C 121/54

Kawża T-82/17: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2017 – PepsiCo vs EUIPO – Intersnack Group (Exxtra Deep)

37

2017/C 121/55

Kawża T-83/17: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2017 – Heineken Romania vs EUIPO – Lénárd (Csíki Sör)

37

2017/C 121/56

Kawża T-90/17: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2017 – Genilova Group vs EUIPO – Cloetta Italia (galatea…è naturale)

38

2017/C 121/57

Kawża T-93/17: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2017 – Duferco Long Products vs Il-Kummissjoni

38

2017/C 121/58

Kawża T-101/17: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2017 – Apple Distribution International vs Il-Kummissjoni

39

2017/C 121/59

Kawża T-102/17: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2017 – Cantina e oleificio sociale di San Marzano vs EUIPO – Miguel Torres (SANTORO)

40

2017/C 121/60

Kawża T-103/17: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2017 – Ricordati Orphan Drugs vs EUIPO – Laboratorios Normon (NORMOSANG)

41

2017/C 121/61

Kawża T-108/17: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2017 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni

41

2017/C 121/62

Kawża T-109/17: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2017 – FCA US vs EUIPO – Busbridge (VIPER)

42

2017/C 121/63

Kawża T-110/17: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2017 – Jiangsu Seraphim Solar System vs Il-Kummissjoni Ewopea

43

2017/C 121/64

Kawża T-116/17: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2017 – Spiegel-Verlag Rudolf Augstein u Sauga vs BĊE

44

2017/C 121/65

Kawża T-118/17: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2017 – Institute for Direct Democracy in Europe vs Il-Parlament

45

2017/C 121/66

Kawża T-120/17: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2017 – M&T Emporia Ilektrikon Ilektronikon Eidon vs EUIPO (fluo.)

46

2017/C 121/67

Kawża T-122/17: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2017 – Devin vs EUIPO – Haskovo (DEVIN)

47

2017/C 121/68

Kawża T-126/17: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2017 – Consorzio IB Innovation vs Il-Kummissjoni

47

2017/C 121/69

Kawża T-130/17: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2017 – Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo vs Il-Kummissjoni

48


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 121/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 112, 10.4.2017

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 104, 3.4.2017

ĠU C 95, 27.3.2017

ĠU C 86, 20.3.2017

ĠU C 78, 13.3.2017

ĠU C 70, 6.3.2017

ĠU C 63, 27.2.2017

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Judecătoria Balş – Judeţul Olt – ir-Rumanija) – SC Casa Noastră SA vs Ministerul Transporturilor – Inspectoratul de Stat pentru Controlul în Transportul Rutier ISCTR

(Kawża C-245/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bit-triq - Dispożizzjonijiet soċjali - Derogi - Regolament (KE) Nru 561/2006 - Artikolu 3(a) - Regolament (KE) Nru 1073/2009 - Il-punt 3 tal-Artikolu 2 - Servizzi regolari li jiżguraw it-trasport tal-passiġġieri - Kunċett - Trasport b’xejn organizzat minn operatur ekonomiku għall-impjegati tiegħu, lejn u mill-post tax-xogħol, f’vetturi li jappartjenu lilu u misjuqa minn wieħed mill-impjegati tiegħu))

(2017/C 121/02)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Balş – Judeţul Olt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Casa Noastră SA

Konvenut: Ministerul Transporturilor – Inspectoratul de Stat pentru Controlul în Transportul Rutier ISCTR

Dispożittiv

L-Artikolu 3(a) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, kif ukoll il-punt 3 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006, għandhom jiġu interpretati fis-sens li s-servizz tat-trasport bejn id-dar u l-post tax-xogħol tal-ħaddiema, organizzat mill-persuna li timpjega lil dawn tal-aħħar u fejn ir-rotta koperta ma taqbiżx il-50 km, jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga, prevista fl-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 561/2006, skont liema dan ir-regolament ma japplikax għal tali servizz ta’ trasport.


(1)  ĠU C 337, 12.10.2015.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-1 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit) – ITV Broadcasting Limited, ITV2 Limited, ITV Digital Channels Limited, Channel Four Television Corp., 4 Ventures Limited, Channel 5 Broadcasting Limited, ITV Studios Limited vs TVCatchup Limited, TVCatchup (UK) Limited, Media Resources Limited

(Kawża C-275/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2001/29/KE - Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni - Artikolu 9 - Aċċess għall-cable tas-servizzi tax-xandir - Kunċett ta’ “cable” - Trażmissjonijiet mill-ġdid minn terz permezz tal-Internet tal-programmi tax-xandara tat-televiżjoni kummerċjali - “Live streaming”))

(2017/C 121/03)

Lingwa tal-kawża: l-ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ITV Broadcasting Limited, ITV2 Limited, ITV Digital Channels Limited, Channel Four Television Corp., 4 Ventures Limited, Channel 5 Broadcasting Limited, ITV Studios Limited

Konvenuti: TVCatchup Limited, TVCatchup (UK) Limited, Media Resources Limited

Fil-preżenza ta’: The Secretary of State for Business, Innovation and Skills, Virgin Media Limited,

Dispożittiv

L-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2001/29/KE, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni u b’mod partikolari l-kunċett ta’ “aċċess għal cable ta’ servizzi tax-xandir”, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jaqax taħt din id-dispożizzjoni u ma hijiex awtorizzata minnha leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-assenza tal-ksur tad-dritt tal-awtur f’każ ta’ trażmissjoni mill-ġdid immedjata bil-cable, inkluż, jekk ikun il-każ, permezz tal-Internet, f’żona ta’ xandir inizjali, ta’ xandiriet fuq il-kanali tat-televiżjoni suġġetti għall-obbligi tas-servizz pubbliku.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2015.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Évora – il-Portugall) – Andrew Marcus Henderson vs Novo Banco SA

(Kawża C-354/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali - Notifika u komunikazzjoni tal-atti ġudizzjarji u extraġudizzjarji - Regolament (KE) Nru 1393/2007 - Artikoli 8, 14 u 19 - Notifika jew komunikazzjoni ta’ att promotur bil-posta - Assenza ta’ traduzzjoni tal-att - Anness II - Formola standard - Assenza - Konsegwenzi - Notifika b’ittra rreġistrata b’dikjarazzjoni ta’ rċevuta - Nuqqas ta’ ritorn tad-dikjarazzjoni ta’ rċevuta - Aċċettazzjoni tal-att minn terz - Rekwiżiti ta’ validità tal-proċedura))

(2017/C 121/04)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação de Évora

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Andrew Marcus Henderson

Konvenuta: Novo Banco SA

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz [notifika] fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tgħid li, fil-każ fejn att ġudizzjarju, innotifikat lil konvenut residenti fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, ma jkunx ġie redatt jew akkompanjat minn traduzzjoni jew f’lingwa li dan il-konvenut jifhem, jew fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru li jirċievi jew, jekk hemm diversi lingwi uffiċjali f’dan l-Istat Membru, fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post ta’ fejn għandha titwettaq in-notifika jew il-komunikazzjoni, l-ommissjoni tal-formola standard li tinsab fl-Anness II ta’ dan ir-regolament twassal għan-nullità tal-imsemmija notifika jew tal-imsemmija komunikazzjoni, anki jekk din in-nullità għandha tiġi invokata minn dan l-istess konvenut f’terminu stabbilit jew sa mill-bidu tal-istanza u qabel kull difiża fuq il-mertu.

Dan l-istess regolament jeżiġi, min-naħa l-oħra, li tali ommissjoni tiġi rregolarizzata b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet stipulati fih, permezz tal-komunikazzjoni lill-persuna kkonċernata tal-formola standard li tinsab fl-Anness II tal-imsemmi regolament.

2)

Ir-Regolament Nru 1393/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li notifika jew komunikazzjoni ta’ att promotur permezz tas-servizzi postali hija valida, anki jekk:

id-dikjarazzjoni ta’ rċevuta tal-ittra rreġistrata li tinkludi l-att li għandu jiġi nnotifikat lid-destinatarju tiegħu ġiet issostitwita minn dokument ieħor, sakemm dan id-dokument joffri garanziji ekwivalenti fil-qasam ta’ informazzjoni pprovduta u ta’ prova. Hija l-qorti adita fl-Istat Membru li jibgħat li għandha tiżgura ruħha mill-fatt li d-destinatarju rċieva l-att inkwistjoni f’ċirkustanzi li jiggarantixxu l-osservanza tad-drittijiet tad-difiża tiegħu;

l-att li għandu jiġi nnotifikat jew ikkomunikat ma ġiex ikkunsinnat lid-destinatarju tiegħu personalment, sakemm dan ġie kkunsinnat lil persuna adulta li tkun tinsab fir-residenza abitwali ta’ dan id-destinatarju, kemm jekk bħala membru tal-familja tiegħu kif ukoll jekk bħala impjegat tiegħu. Huwa dan id-destinatarju li għandu, jekk ikun il-każ, jistabbilixxi permezz ta’ kull prova ammissibbli quddiem il-qorti adita fl-Istat Membru li jibgħat, li huwa la seta’ effettivament isir jaf bil-fatt li, fi Stat Membru ieħor, kienet inbdiet proċedura ġudizzjarja kontrih, la seta’ jidentifika s-suġġett u l-kawża tat-talba, u lanqas ma kellu biżżejjed żmien biex jipprepara d-difiża tiegħu.


(1)  ĠU C 302, 14.9.2015


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landessozialgericht Rheinland-Pfalz, Mainz – il-Ġermanja) – Alphonse Eschenbrenner vs Bundesagentur für Arbeit

(Kawża C-496/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Artikolu 45 TFUE - Regolament (UE) Nru 492/2011 - Artikolu 7 - Ugwaljanza fit-trattament - Ħaddiem fruntalier suġġett għat-taxxa fuq id-dħul fl-Istat Membru ta’ residenza - Kumpens mħallas mill-Istat Membru ta’ impjieg fil-każ tal-insolvenza tal-persuna li timpjega - Modalitajiet ta’ kalkolu tal-kumpens għal insolvenza - Teħid inkunsiderazzjoni fittizju tat-taxxa fuq id-dħul tal-Istat Membru ta’ impjieg - Kumpens għal insolvenza inqas mir-remunerazzjoni netta preċedenti - Konvenzjoni bilaterali għall-ħelsien mit-taxxa doppja))

(2017/C 121/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermainż

Qorti tar-rinviju

Landessozialgericht Rheinland-Pfalz, Mainz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Alphonse Eschenbrenner

Konvenuta: Bundesagentur für Arbeit

Dispożittiv

L-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-ammont tal-kumpens għal insolvenza, mogħti minn Stat Membru lil ħaddiem fruntalier li la ma huwa suġġett għat-taxxa fuq id-dħul f’dan l-Istat u lanqas ma huwa responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq dan il-kumpens, jiġi stabbilit billi t-taxxa fuq id-dħul, kif applikabbli fl-imsemmi Stat, titnaqqas mir-remunerazzjoni li sservi bħala bażi għall-kalkolu tal-imsemmi kumpens, bil-konsegwenza li dan il-ħaddiem fruntalier ma jirċevix, għall-kuntrarju tal-persuni li jirrisjedu u li jaħdmu f’dan l-istess Stat, kumpens li jikkorrispondi għar-remunerazzjoni netta preċedenti tiegħu. Iċ-ċirkustanza li tali ħaddiem fruntalier ma jkollux, fil-konfront tal-persuna li timpjegah, dritt għal kreditu li jikkorrispondi għall-parti mis-salarju gross preċedenti tiegħu li ma jkunx irċieva minħabba dan it-tnaqqis, hija irrilevanti f’dan ir-rigward.


(1)  ĠU C 429, 21.12.2015.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Stuttgart – il-Ġermanja) – Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main eV vs comtech GmbH

(Kawża C-568/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2011/83/UE - Artikolu 21 - Komunikazzjoni permezz tat-telefon - Użu ta’ linja tat-telefon minn kummerċjant sabiex il-konsumatur ikun jista’ jikkuntattjah fir-rigward ta’ kuntratt konkluż - Projbizzjoni milli tiġi applikata tariffa ogħla mit-tariffa bażika - Kunċett ta’ “tariffa bażika”))

(2017/C 121/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Stuttgart

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main eV

Konvenuta: comtech GmbH

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ “tariffa bażika”, imsemmi fl-Artikolu 21 tad-tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011, dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prezz ta’ telefonata fir-rigward ta’ kuntratt konkluż u lejn linja tat-telefon ta’ assistenza operata minn kummerċjant ma jistax jeċċedi l-prezz ta’ telefonata lejn linja tat-telefon fissa ġeografika jew mobbli standard. Sakemm dan il-limitu jiġi osservat, iċ-ċirkustanza li l-kummerċjant ikkonċernat jagħmilx qliegħ jew le permezz ta’ din il-linja tat-telefon ta’ assistenza hija nieqsa minn rilevanza.


(1)  ĠU C 38, 1.2.2016


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Melun – Franza) – Glencore Céréales France vs Etablissement national des produits de l'agriculture et de la mer (FranceAgriMer)

(Kawża C-584/15) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 3 - Regolament (KEE) Nru 3665/87 - Artikolu 11 - Irkupru ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni mogħtija indebitament - Regolament (KEE) Nru 3002/92 - Artikolu 5a - Garanzija rilaxxata indebitament - Interessi dovuti - Terminu ta’ preskrizzjoni - Bidu tad-dekorrenza tat-terminu - Interruzzjoni tal-perijodu - Limitu massimu - Terminu itwal - Applikabbiltà)

(2017/C 121/07)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Melun

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Glencore Céréales France

Konvenut: Etablissement national des produits de l'agriculture et de la mer (FranceAgriMer)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95, tat-18 Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li t-terminu ta’ preskrizzjoni previst f’din id-dispożizzjoni huwa applikabbli għall-irkupru ta’ krediti ta’ interessi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dovuti abbażi tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas 27 ta’ Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 495/97, tat-18 ta’ Marzu 1997, u tal-Artikolu 5a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3002/92, tas 16 ta’ Ottubru 1992, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-verifika tal-użu u/jew destinazzjoni ta’ prodotti minn intervent, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 770/96, tas-26 ta’ April 1996.

2)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li operatur ikun debitur ta’ krediti ta’ interessi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jikkostitwixxix “irregolarità kontinwa jew ripetuta”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Tali krediti għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jirriżultaw mill-istess irregolarità, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 2988/95, bħal dik li twassal għall-irkupru tal-għajnuna u tal-ammonti rċevuti indebitament, li jikkostitwixxu l-krediti prinċipali.

3)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fir-rigward tal-azzjonijiet li jwasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri amministrattivi intiżi għall-irkupru ta’ krediti ta’ interessi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, it-terminu ta’ preskrizzjoni previst f’dan l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) jibda jiddekorri mid-data meta twettqet l-irregolarità li tagħti lok għall-irkupru tal-imsemmija għajnuna u tal-ammonti dovuti li abbażi tagħhom huma kkalkolati dawn l-interessi, jiġifieri d-data tal-element li jikkostitwixxi din l-irregolarità, jiġifieri, jew l-att jew l-omissjoni jew id-dannu, li jseħħ l-aħħar.

4)

Ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fir-rigward tal-azzjonijiet li jwasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri amministrattivi intiżi għall-irkupru ta’ interessi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-preskrizzjoni tinkiseb meta jiskadi t-terminu previst f’dan ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1), peress li, f’dan it-terminu, l-awtorità kompetenti, għalkemm talbet ir-rimbors tal-għajnuna jew tal-ammonti rċevuti indebitament mill-operatur ikkonċernat, ma adottat ebda deċiżjoni f’dak li jikkonċerna dawn l-interessi.

5)

L-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li terminu ta’ preskrizzjoni, previst mid-dritt nazzjonali, itwal minn dak previst fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament, jista’ jiġi applikat, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, f’dak li jikkonċerna l-irkupru ta’ krediti, li jsiru dovuti qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan it-terminu u li jkunu għadhom ma ġewx preskritti b’applikazzjoni ta’ din l-aħħar dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 38, 1.2.2016


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 – Panrico, SA vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-655/15 P) (1)

((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar Regolament (KE) Nru 207/2009] - Artikolu 52 - Artikolu 8(1)(b)u (5) - Trade mark figurattiva li fiha l-elementi verbali“krispy kreme doughnuts” - Trade marks verbali u figurattivi, nazzjonali u internazzjonali li fihom l-elementi “donut”, “donuts” u “doghnuts” - Applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ċaħda))

(2017/C 121/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Panrico, SA (rappreżentant: D. Pellisé Urquiza, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas, aġent), HDN Development Corp. (rappreżentanti: M. H. Granado Carpenter u L. Polo Carreño, avukati)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Panrico SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 118, 04.04.2016.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Apelacyjny w Warszawie – il-Polonja) – J.D. vs Prezes Urzędu Regulacji Energetyki

(Kawża C-4/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2009/28/KE - Il-punt a tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 - Enerġija minn sorsi li jiġġeddu - Idroenerġija - Kunċett - Enerġija prodotta f’impjant idroelettriku żgħir li jinsab fil-punt ta’ ħruġ ta’ ilma maħmuġ ta’ impriża oħra)

(2017/C 121/09)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Apelacyjny w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: J.D.

Konvenut: Prezes Urzędu Regulacji Energetyki

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ “idroenerġija minn sorsi rinnovabbli [li jiġġeddu]”, fis-sens tal-punt a tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli [li jiġġeddu] u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi l-enerġija prodotta minn impjant idroelettriku żgħir, li la huwa impjant ta’ ħażna bl-ippumpjar u lanqas impjant ta’ ppumpjar b’turbina, li jinsab fil-punt ta’ ħruġ ta’ ilma maħmuġ ta’ impriża oħra, li tkun ġabritu għall-finijiet tal-attività tagħha.


(1)  ĠU 111, 29.3.2016


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 3 de Barcelona – Spanja) – José María Pérez Retamero vs TNT Express Worldwide Spain SL, Last Mile Courier SL, li qabel kienet Transportes Saripod SL, Fondo de Garantía Salarial (Fogasa)

(Kawża C-97/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2002/15/KE - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Transport bit-triq - Ħaddiem mobbli - Sewwieq li jaħdem għal rasu - Kunċett - Inammissibbiltà))

(2017/C 121/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 3 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: José María Pérez Retamero

Konvenuti: TNT Express Worldwide Spain SL, Last Mile Courier SL, li qabel kienet Transportes Saripod SL, Fondo de Garantía Salarial (Fogasa)

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari ppreżentata mill-Juzgado de lo Social no 3 de Barcelona (qorti tax-xogħol ta’ Barcelona, Spanja) hija inammissibbli.


(1)  ĠU C 156, 02.05.2016.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-160/16) (1)

((Nuqqas ta’ stat li jwettaq obbligu - Politika tal-enerġija - Rendiment tal-enerġija tal-bini - Direttiva 2010/31/UE - Artikolu 5(2) - Rapport dwar il-livelli kostottimali))

(2017/C 121/11)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: N. Dafniou, aġent)

Dispożittiv

1)

Billi ma ttrażmettietx ir-rapport dwar il-livelli kostottimali, previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Mejju 2010, dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, u li kellu jiġi stabbilit skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2012, tas-16 ta’ Jannar 2012, li jissupplimenta d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija billi jistabbilixxi qafas ta’ metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini, ir-Repubblika Ellenika naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2010/31.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 251, 11.07.2016.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/9


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2016 minn Skylotec GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-13 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-146/15, hyphen GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-587/16 P)

(2017/C 121/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Skylotec GmbH (rappreżentant: M. De Zorti, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), hyphen GmbH

Permezz ta’ digriet tat-28 ta’ Frar 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (It-Tmien Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż rispettivi tagħha.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fid-19 ta’ Diċembru 2016 – Amber Capital Italia Sgr SpA, Amber Capital Uk Llp vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

(Kawża C-654/16)

(2017/C 121/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Amber Capital Italia Sgr SpA, Amber Capital Uk Llp

Konvenuta: Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

Domanda preliminari

L-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, fuq offerti ta’ xiri (1), fid-dawl tal-prinċipji ġenerali previsti mill-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, kif ukoll tal-applikazzjoni korretta tal-prinċipji ġenerali ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta’ proporzjonalità, ta’ raġonevolezza, ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 106(3)(d)(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 58 tal-24 ta’ Frar 1998 (liġi kkonsolidata tad-dispożizzjonijiet fil-qasam ta’ intermedjazzjoni finanzjarja, fis-sens tal-Artikoli 8 u 21 tal-Liġi Nru 52 tas-6 ta’ Frar 1996), kif emendat, u bħall-Artikolu 47 octies tad-deċiżjoni tal-Commissione Nazionale per le Società e la Borsa – CONSOB Nru 11971 tal-14 ta’ Mejju 1999 (regolament ta’ applikazzjoni tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 58 tal-24 ta’ Frar 1998, dwar ir-regolamentazzjoni tal-emittenti), kif emendata, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet, billi jippermettu lill-CONSOB iżżid il-prezz tal-offerta pubblika ta’ xiri, prevista fl-Artikolu 106 imsemmi hawn fuq meta tiġi kkonstatata l-kollużjoni bejn l-offerent jew il-persuni li jaġixxu bi ftehim miegħu u bejjiegħ wieħed jew iktar, jillimitaw ruħhom li jirreferu għall-kriterju tal-“prezz ikkonstatat” mingħajr ma jispeċifikaw il-parametri u l-kriterji ta’ din il-konstatazzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 20.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fid-19 ta’ Diċembru 2016 – Hitachi Rail Italy Investments Srl vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

(Kawża C-655/16)

(2017/C 121/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hitachi Rail Italy Investments Srl

Konvenuta: Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

Domanda preliminari

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, fuq offerti ta’ xiri (1), fid-dawl tal-prinċipji ġenerali previsti mill-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, kif ukoll tal-applikazzjoni korretta tal-prinċipji ġenerali tad-dritt Ewropew ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta’ proporzjonalità, ta’ raġonevolezza, ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni, jipprekludi leġizlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 106(3)(d)(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 58 tal-24 ta’ Frar 1998 (liġi kkonsolidata tad-dispożizzjonijiet fil-qasam ta’ intermedjazzjoni finanzjarja, fis-sens tal-Artikoli 8 u 21 tal-Liġi Nru 52 tas-6 ta’ Frar 1996), kif emendat, u bħall-Artikolu 47 octies tad-deċiżjoni tal-Commissione Nazionale per le Società e la Borsa – Consob Nru 11971, tal-14 ta’ Mejju 1999 (regolament ta’ applikazzjoni tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 58 tal-24 ta’ Frar 1998, dwar ir-regolamentazzjoni tal-emittenti), kif emendata, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jippermettu lill-Consob iżżid il-prezz tal-offerta pubblika ta’ xiri, prevista fl-Artikolu 106 imsemmi hawn fuq meta tkun issodisfatta l-kundizzjoni li tgħid li “kien hemm kollużjoni bejn l-offerent jew il-persuni li jaġixxu bi ftehim ma’ dan tal-aħħar u bejjiegħ wieħed jew iktar”, mingħajr ma tispeċifika l-aġir speċifiku li jikkostitwixxi dan il-kunċett ta’ kollużjoni, u għaldaqstant mingħajr ma tiddetermina b’mod ċar iċ-ċirkustanzi u l-kriterji li fil-preżenza tagħhom il-Consob hija awtorizzata żżid il-prezz tal-offerta pubblika ta’ xiri?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 20.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fid-19 ta’ Diċembru 2016 – Finmeccanica SpA vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

(Kawża C-656/16)

(2017/C 121/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Finmeccanica SpA

Konvenuta: Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

Domanda preliminari

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, fuq offerti ta’ xiri (1), fid-dawl tal-prinċipji ġenerali previsti mill-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, kif ukoll tal-applikazzjoni korretta tal-prinċipji ġenerali tad-dritt Ewropew ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta’ proporzjonalità, ta’ raġonevolezza, ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni, jipprekludi leġizlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 106(3)(d)(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 58 tal-24 ta’ Frar 1998 (liġi kkonsolidata tad-dispożizzjonijiet fil-qasam ta’ intermedjazzjoni finanzjarja, fis-sens tal-Artikoli 8 u 21 tal-Liġi Nru 52 tas-6 ta’ Frar 1996), kif emendat, u bħall-Artikolu 47 octies tad-deċiżjoni tal-Commissione Nazionale per le Società e la Borsa – Consob Nru 11971, tal-14 ta’ Mejju 1999 (regolament ta’ applikazzjoni tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 58 tal-24 ta’ Frar 1998, dwar ir-regolamentazzjoni tal-emittenti), kif emendata, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jippermettu lill-Consob iżżid il-prezz tal-offerta pubblika ta’ xiri, prevista fl-Artikolu 106 imsemmi hawn fuq meta tkun issodisfatta l-kundizzjoni li tgħid li “kien hemm kollużjoni bejn l-offerent jew il-persuni li jaġixxu bi ftehim ma’ dan tal-aħħar u bejjiegħ wieħed jew iktar”, mingħajr ma tispeċifika l-aġir speċifiku li jikkostitwixxi dan il-kunċett ta’ kollużjoni, u għaldaqstant mingħajr ma tiddetermina b’mod ċar iċ-ċirkustanzi u l-kriterji li fil-preżenza tagħhom il-Consob hija awtorizzata żżid il-prezz tal-offerta pubblika ta’ xiri?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 20.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fid-19 ta’ Diċembru 2016 – Bluebell Partners Limited vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

(Kawża C-657/16)

(2017/C 121/16)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bluebell Partners Limited

Konvenuta: Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

Domanda preliminari

L-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, fuq offerti ta’ xiri (1), fid-dawl tal-prinċipji ġenerali previsti mill-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, kif ukoll tal-applikazzjoni korretta tal-prinċipji ġenerali ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta’ proporzjonalità, ta’ raġonevolezza, ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni, jipprekludu leġizlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 106(3)(d)(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 58 tal-24 ta’ Frar 1998 (liġi kkonsolidata tad-dispożizzjonijiet fil-qasam ta’ intermedjazzjoni finanzjarja, fis-sens tal-Artikoli 8 u 21 tal-Liġi Nru 52 tas-6 ta’ Frar 1996), kif emendat, u bħall-Artikolu 47 octies tad-deċiżjoni tal-Commissione Nazionale per le Società e la Borsa – Consob Nru 11971, tal-14 ta’ Mejju 1999 (regolament ta’ applikazzjoni tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 58 tal-24 ta’ Frar 1998, dwar ir-regolamentazzjoni tal-emittenti), kif emendata, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet, billi jippermettu lill-Consob iżżid il-prezz tal-offerta pubblika ta’ xiri, prevista fl-Artikolu 106 imsemmi hawn fuq meta tiġi kkonstatata l-kollużjoni bejn l-offerent jew il-persuni li jaġixxu bi ftehim miegħu u bejjiegħ wieħed jew iktar, jillimitaw ruħhom li jirreferu għall-kriterju tal-“prezz ikkonstatat” mingħajr ma jispeċifikaw il-parametri u l-kriterji ta’ din il-konstatazzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 20.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fid-19 ta’ Diċembru 2016 – Elliot International Lp et vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

(Kawża C-658/16)

(2017/C 121/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elliot International Lp, The Liverpool Limited Partnership, Elliot Associates L.P.

Konvenuta: Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

Domanda preliminari

L-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, fuq offerti ta’ xiri (1), fid-dawl tal-prinċipji ġenerali previsti mill-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, kif ukoll tal-applikazzjoni korretta tal-prinċipji ġenerali ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta’ proporzjonalità, ta’ raġonevolezza, ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni, jipprekludu leġizlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 106(3)(d)(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 58 tal-24 ta’ Frar 1998 (liġi kkonsolidata tad-dispożizzjonijiet fil-qasam ta’ intermedjazzjoni finanzjarja, fis-sens tal-Artikoli 8 u 21 tal-Liġi Nru 52 tas-6 ta’ Frar 1996), kif emendat, u bħall-Artikolu 47 octies tad-deċiżjoni tal-Commissione Nazionale per le Società e la Borsa – Consob Nru 11971, tal-14 ta’ Mejju 1999 (regolament ta’ applikazzjoni tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 58 tal-24 ta’ Frar 1998, dwar ir-regolamentazzjoni tal-emittenti), kif emendata, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet, billi jippermettu lill-Consob iżżid il-prezz tal-offerta pubblika ta’ xiri, prevista fl-Artikolu 106 imsemmi hawn fuq meta tiġi kkonstatata l-kollużjoni bejn l-offerent jew il-persuni li jaġixxu bi ftehim miegħu u bejjiegħ wieħed jew iktar, jillimitaw ruħhom li jirreferu għall-kriterju tal-“prezz ikkonstatat” mingħajr ma jispeċifikaw il-parametri u l-kriterji ta’ din il-konstatazzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 20.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fid-19 ta’ Jannar 2017 – NN A/S vs Skatteministeriet

(Kawża C-28/17)

(2017/C 121/18)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: NN A/S

Konvenut: Skatteministeriet

Domandi preliminari

1)

Liema fatturi għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi evalwat jekk, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, il-kumpanniji residenti humiex suġġetti għal “kundizzjoni ekwivalenti”, fis-sens tas-sentenza Philips Electronics UK (1) (punt 20), fil-qasam tat-tpaċija tat-telf, għal dik applikabbli għall-fergħat ta’ kumpanniji mhux residenti?

2)

Fil-każ li jiġi kkonstatat li l-liġi Daniża dwar it-taxxa ma tinkludix differenza fit-trattament bħal dik li kienet inkwistjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza Philips Electronics UK, projbizzjoni li ssir tpaċija bħal dik deskritta iktar ’il fuq – f’każ fejn il-profitti ta’ stabbiliment permanenti ta’ kumpannija mhux residenti huma suġġetti għas-setgħa ta’ tassazzjoni tal-Istat ospitanti – tikkostitwixxi fiha nnifisha restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment skont l-Artikolu 49 TFUE li teħtieġ li tiġi ġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, tali restrizzjoni tista’ tiġi ġġustifikata mill-kunsiderazzjoni ta’ prevenzjoni tat-tnaqqis doppju ta’ telf jew mill-għan li jiġi żgurat tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri jew saħansitra minn kombinazzjoni ta’ dawn iż-żewġ ġustifikazzjonijiet?

4)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, tali restrizzjoni hija proporzjonata?


(1)  Sentenza tas-6 ta’ Settembru 2012, Philips Electronics UK (C-18/11, EU:C:2012:532).


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fil-25 ta’ Jannar 2017 – Isabel González Castro vs Mutua Umivale u Prosegur España S.L.

(Kawża C-41/17)

(2017/C 121/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Galicia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Isabel González Castro

Konvenuti: Mutua Umivale u Prosegur España S.L.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 92/85/KEE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li x-xogħol ta’ bil-lejl li ma għandhomx ikunu obbligati jwettqu l-ħaddiema nisa li għalihom jirreferi l-Artikolu 2, fejn huma għalhekk inklużi l-ħaddiema nisa li qed ireddgħu, ma jinkludix biss ix-xogħol li jitwettaq kollu kemm hu fil-ħin ta’ bil-lejl, iżda wkoll ix-xogħol bix-xift meta wħud minn dawn ix-xiftijiet, bħal fil-każ inkwistjoni, ikunu ta’ bil-lejl?

2)

F’tilwima fejn tiġi diskussa l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ riskju matul it-treddigħ ta’ ħaddiema, għandhom japplikaw ir-regoli speċjali dwar l-oneru tal-prova tal-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2006/54/KE (2), traspost fl-ordinament ġuridiku Spanjol, fost oħrajn, permezz tal-Artikolu 96(1) tal-Liġi 36/2011, b’rabta mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 92/85/KEE, traspost fl-ordinament ġuridiku Spanjol permezz tal-Artikolu 26 tal-Ley de Prevención de Riesgos Laborales (liġi fuq il-prevenzjoni tar-riskji fuq il-post tax-xogħol), fil-każ ta’ leave mix-xogħol tal-ħaddiema li qed tredda’ u, fil-każ tagħha, għar-rikonoxximent tal-allowance marbuta ma’ sitwazzjoni bħal din fl-ordinament ġuridiku intern fid-dawl tal-Artikolu 11(1) tal-istess Direttiva 92/85/KEE?

3)

L-Artikolu 19(1) tal-imsemmija Direttiva 2006/54/KE jista’ jiġi interpretat fis-sens li huma “fatti li minnhom jista’ jiġi preżunt li kien hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta” ta’ ħaddiema li qed tredda’, f’kawża li titratta l-eżistenza ta’ riskju matul it-treddigħ naturali b’eżenzjoni mill-obbligu ta’ xogħol, prevista fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 92/85/KE u trasposta fl-ordinament ġuridiku Spanjol fl-Artikolu 26 tal-Ley de Prevención de Riesgos Laborales (liġi fuq il-prevenzjoni tar-riskji fuq il-post tax-xogħol) fejn: (1) il-ħaddiema toffri servizzi f’sistema ta’ xogħol bix-xiftijiet bħala uffiċjal tas-sigurtà, u b’ħin ta’ bil-lejl f’uħud mix-xiftijiet ta’ xogħol li barra minn hekk twettaq waħedha, u barra minn hekk (2) billi tagħmel ir-ronda u tassisti, fil-każ tagħha, urġenzi (delitti, każijiet ta’ nirien, jew inċidenti oħrajn); u dan kollu mingħajr barra minn hekk ma (3) tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ post adegwat għat-treddigħ naturali fiċ-ċentru tax-xogħol, jew, fil-każ tagħha, biex tipproċedi għall-estrazzjoni mekkanika tal-ħalib tal-omm?

4)

Ġaladarba l-“fatti li minnhom jista’ jiġi preżunt li kien hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta” skont l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2006/54/KE b’rabta mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 92/85/KEE, traspost fl-ordinament ġuridiku Spanjol fl-Artikolu 26 tal-Ley de Prevención de Riesgos Laborales (liġi fuq il-prevenzjoni tar-riskji fuq il-post tax-xogħol), f’kawża li titratta l-eżistenza ta’ riskju matul it-treddigħ naturali b’eżenzjoni mill-obbligu ta’ xogħol: Huwa rikjest mill-ħaddiema li qed tredda’ li biex tiġi eżentata mix-xogħol konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, li tittrasponi l-Artikolu 5(2) u (3) tad-Direttiva 92/85/KE, għandha turi li l-aġġustament tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u/jew tal-ħin tax-xogħol ma jirriżultax li huwa tekniku u/jew oġġettivament possibbli jew ma jistax raġonevolament jiġi rikjest u li bidla fil-post tax-xogħol ma tirriżultax li hija teknika u/jew oġġettivament possibbli jew ma tistax tiġi raġonevolament rikjesta? Jew, għall-kuntrarju, għandhom ikunu l-partijiet l-oħra (imprenditur u entità li tħallas il-benefiċċju ta’ sigurtà soċjali marbuta mas-sospensjoni tal-kuntratt ta’ xogħol) li għandhom jipproduċu l-provi ta’ dawn is-sitwazzjonijiet?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 110).

(2)  Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU 2006, L 204, p. 23).


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Jannar 2017 – The Scotch Whisky Association, The Registered Office vs Michael Klotz

(Kawża C-44/17)

(2017/C 121/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Scotch Whisky Association, The Registered Office

Konvenut: Michael Klotz

Domandi preliminari

1.

L-“użu kummerċjali […] indirett […] ta’ l-indikazzjoni ġeografika reġistrata [għal spirtu]” skont l-Artikolu 16(a) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 (1), jeżiġi li l-indikazzjoni ġeografika rreġistrata tintuża taħt forma identika jew simili mil-lat fonetiku u/jew viżiv, jew huwa biżżejjed li l-element kontenzjuż tas-sinjal iqajjem fi ħdan il-pubbliku rilevanti kwalunkwe assoċjazzjoni kemm jekk tkun mal-indikazzjoni ġeografika rreġistrata jew maż-żona ġeografika?

Jekk l-alternattiva msemmija l-aħħar hija suffiċjenti: fil-verifika tal-eżistenza ta’ “użu kummerċjali indirett”, il-kuntest li fih huwa integrat l-element kontenzjuż tas-sinjal għandu għalhekk ukoll rwol, jew dan il-kuntest ma jistax jostakola l-użu kummerċjali indirett ta’ indikazzjoni ġeografika rreġistrata, anki meta l-element kontenzjuż tas-sinjal ikun akkumpanjat minn indikazzjoni fuq l-oriġini vera tal-prodott?

2.

L-“evokazzjoni” ta’ indikazzjoni ġeografika rreġistrata skont l-Artikolu 16(b) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, teżiġi li xebh fonetiku u/jew viżiv ikun jeżisti bejn l-indikazzjoni ġeografika rreġistrata u l-element kontenzjuż tas-sinjal, jew huwa biżżejjed li l-element kontenzjuż tas-sinjal iqajjem fi ħdan il-pubbliku rilevanti kwalunkwe assoċjazzjoni kemm jekk tkun mal-indikazzjoni ġeografika rreġistrata jew maż-żona ġeografika?

Jekk l-alternattiva msemmija l-aħħar hija suffiċjenti: fil-verifika tal-eżistenza ta’ “evokazzjoni”, il-kuntest li fih huwa integrat l-element kontenzjuż tas-sinjal għandu għalhekk ukoll rwol, jew dan il-kuntest ma jistax jostakola evokazzjoni illegali mill-element kontenzjuż tas-sinjal, anki meta l-element kontenzjuż tas-sinjal ikun akkumpanjat minn indikazzjoni fuq l-oriġini vera tal-prodott?

3.

Fil-verifika tal-eżistenza ta’ “kwalunkwe indikazzjoni oħra falsa jew li tinganna” skont l-Artikolu 16(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-kuntest li fih huwa integrat l-element kontenzjuż tas-sinjal għandu rwol, jew dan il-kuntest ma jistax jostakola indikazzjoni li tinganna, anki meta l-element kontenzjuż tas-sinjal ikun akkumpanjat minn indikazzjoni fuq l-oriġini vera tal-prodott?


(1)  Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89; ĠU L 39, p. 16.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-30 ta’ Jannar 2017 – Frédéric Jahin vs Ministre de l'économie et des finances, Ministre des affaires sociales et de la santé

(Kawża C-45/17)

(2017/C 121/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Frédéric Jahin

Konvenuti: Ministre de l’économie et des finances, Ministre des affaires sociales et de la santé

Domandi preliminari

L-Artikoli 63, 64 u 65 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

1)

il-fatt li persuna affiljata ma’ skema ta’ sigurtà soċjali ta’ Stat Terz għall-Unjoni Ewropea, li ma huwiex wieħed mill-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea jew l-Isvizzera, tkun suġġetta, bħall-persuni affiljati mas-sigurtà soċjali fi Franza, għall-ġbir mid-dħul tal-kapital previst mil-leġiżlazzjoni Franċiża li tidħol fil-kamp tar-Regolament [(KE) Nru 883/2004] (1) tad-29 ta’ April 2004, filwaqt li persuna li taqa’ taħt skema ta’ sigurtà soċjali ta’ Stat Membru, li ma huwiex Franza, ma tistax, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament, tkun hekk suġġetta, jikkostitwixxi restrizzjoni għall-movimenti tal-kapital li jiġi jew li jkun iddestinat lejn pajjiżi terzi, bħala prinċipju pprojbit mill-Artikolu 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

2)

fil-każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda, restrizzjoni għall-movimenti tal-kapital bħal din, li tirriżulta mill-kombinazzjoni ta’ leġiżlazzjoni Franċiża, li tissuġġetta għall-ġbir fit-tilwima l-proprjetarji kollha ta’ ċertu dħul tal-kapital mingħajr ma twettaq hija stess ebda distinzjoni skont il-post fejn ikunu affiljati ma’ skema ta’ sigurtà soċjali, u ta’ att tad-dritt idderivat tal-Unjoni Ewropea, tista’ titqies li hija kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi artikolu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari:

fir-rigward tal-Artikolu 64(1) tat-Trattat, għall-movimenti tal-kapital li jidħlu fil-kamp tiegħu, minħabba li r-restrizzjoni tirriżulta mill-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ uniċità tal-leġiżlazzjoni previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament tad-29 ta’ April 2004, introdott fid-dritt tal-Unjoni mill-Artikolu 13 tar-Regolament tal-14 ta’ Ġunju 1971, jiġifieri f’data li taqa’ qabel il-31 ta’ Diċembru 1993, minkejja li l-ġbir fuq id-dħul tal-kapital inkwistjoni kien ġie stabbilit jew kien sar applikabbli wara l-31 ta’ Diċembru 1993;

fir-rigward tal-Artikolu 65(1) tat-Trattat, minħabba li l-leġiżlazzjoni fiskali Franċiża, applikata b’mod konformi mar-Regolament tad-29 ta’ April 2004, tistabbilixxi distinzjoni bejn kontribwenti li ma jinsabux fl-istess sitwazzjoni fid-dawl tal-kriterju li jirriżulta mill-affiljazzjoni ma’ skema ta’ sigurtà soċjali;

fir-rigward tal-eżistenza ta’ raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali li jistgħu jiġġustifikaw restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital, li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet li jitqiesu li jikkostitwixxu restrizzjoni għall-movimenti tal-kapital li jiġi jew li jkun idddestinat għal pajjiżi terzi li jissodisfaw l-għan, segwit mir-Regolament tad-29 ta’ April 2004, ta’ moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni Ewropea?


(1)  Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5 Vol. 5, p. 72).


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana (Spanja) fit-3 ta’ Frar 2017 – Eva Soraya Checa Honrado vs Fondo de Garantía Salarial

(Kawża C-57/17)

(2017/C 121/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eva Soraya Checa Honrado

Konvenut: Fondo de Garantía Salarial

Domanda preliminari

1)

Il-kumpens dovut legalment minn impriża lill-ħaddiem, minħabba t-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu, sussegwentement għall-bidla ta’ element essenzjali tal-kuntratt ta’ xogħol, bħal ma hija mobbiltà ġeografika li tobbliga lill-ħaddiem li jbiddel ir-residenza, għandu jiġi interpretat bħala li jikkostitwixxi “paga terminali [kumpensatorja] fi tmiem ir-relazzjonijiet ta’ l-impjieg” li jirreferi għaliha l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (1)?


(1)  ĠU 2008, L 283, p. 36.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fis-6 ta’ Frar 2017 – Ángel Somoza Hermo e Ilunión Seguridad S.A. vs Esabe Vigilancia S.A. u Fondo de Garantía Salarial (FOGASA)

(Kawża C-60/17)

(2017/C 121/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Galicia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ángel Somoza Hermo u Ilunión Seguridad S.A.

Konvenut: Esabe Vigilancia S.A. u Fondo de Garantía Salarial (FOGASA)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (1) japplika meta impriża titlef il-kuntratt għal servizzi pprovduti lil klijent minħabba x-xoljiment tal-kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi f’attività li hija bbażata essenzjalment fuq il-ħaddiema (sorveljanza ta’ istallazzjonijiet), u li l-impriża kontraenti l-ġdida tieħu magħha parti essenzjali mill-persunal assenjat għall-provvista ta’ dan is-servizz, filwaqt li din is-surroga fil-kuntratti ta’ xogħol issir skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim kollettiv tas-settur tas-sigurtà?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, jekk il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru adottata għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2001/23/KE tipprevedi taħt l-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva li, wara d-data tat-trasferiment, iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju huma responsabbli in solidum għall-obbligi, inklużi dawk relatati mal-pagi, li joriġinaw minn kuntratti ta’ xogħol qabel id-data tat-trasferiment, interpretazzjoni li tgħid li din ir-responsabbiltà in solidum ma tapplikax meta t-teħid tal-parti l-kbira tal-ħaddiema mill-impriża kontraenti l-ġdida ġdida huwa imposta fuqha mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim kollettiv tas-settur u li dan il-ftehim jeskludi din ir-responsabbiltà in solidum għall-obbligi li joriġinaw qabel it-trasferiment hija konformi mal-Artikolu 3(1) tad-direttiva?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fid-9 ta’ Frar 2017 – NCG Banco, S.A. (attwalment Abanca Corporación Bancaria, S.A.) vs Alberto García Salamanca Santos

(Kawża C-70/17)

(2017/C 121/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: NCG Banco, S.A. (attwalment Abanca Corporación Bancaria S.A.)

Konvenut: Alberto García Salamanca Santos

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13/KEE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti l-possibbiltà li qorti nazzjonali, meta tiddeċiedi dwar in-natura inġusta ta’ klawżola ta’ skadenza antiċipata inkluża f’kuntratt ta’ self ipotekarju konkluż ma’ konsumatur li tipprevedi l-iskadenza minħabba nuqqas ta’ ħlas ta’ pagament, flimkien ma’ każijiet oħra ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’ iktar pagamenti, tevalwa n-natura inġusta biss tal-parti jew tal-każ tan-nuqqas ta’ ħlas ta’ pagament u żżomm il-validità tal-ftehim ta’ skadenza antiċipata minħabba nuqqas ta’ ħlas ta’ pagamenti wkoll previst b’mod ġenerali fil-klawżola, irrispettivament mill-fatt li d-deċiżjoni konkreta tal-validità jew tan-natura inġusta għandha tmur lura għall-mument li fih ġiet eżerċitata l-possibbiltà?

2)

Ladarba klawżola ta’ skadenza antiċipata ta’ kuntratt ta’ self jew ta’ kreditu b’garanzija ipotekarja tiġi ddikjarata inġusta, qorti nazzjonali għandha s-setgħa, skont id-Direttiva 93/13/KE, tqis li l-applikazzjoni supplementari ta’ regola tad-dritt nazzjonali, anke jekk tiddetermina l-bidu jew it-tkomplija tal-proċess ta’ eżekuzzjoni kontra l-konsumatur, tirriżulta iktar favorevoli fir-rigward ta’ dan tal-aħħar milli l-abbandun ta’ dan il-proċess speċjali ta’ eżekuzzjoni ipotekarja u l-possibbiltà għall-kreditur li jibda x-xoljiment tal-kuntratt ta’ self jew ta’ kreditu jew jitlob il-ħlas lura tal-ammonti dovuti, u l-eżekuzzjoni sussegwenti tas-sentenza ta’ kundanna, mingħajr il-vantaġġi li l-eżekuzzjoni speċjali ipotekarja tirrikonoxxi lill-konsumatur?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Volum 2, p. 288).


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/17


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

(Kawża C-97/17)

(2017/C 121/25)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Mihaylova, C. Hermes)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Bulgarija

Talbiet

tikkonstata li, billi naqset milli tikklassifika ż-żona ta’ importanza ornitoloġika “Rila” kollha bħala żona ta’ protezzjoni speċjali, ir-Repubblika tal-Bulgarija ma kklassifikatx l-iktar territorji tajbin f’termini ta’ numru u ta’ daqs bħala żoni ta’ protezzjoni speċjali għall-konservazzjoni tal-ispeċi ta’ għasafar elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2009/147/KE (1), dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, u għalhekk naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) tal-imsemmija direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Bulgarija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Din il-kawża tikkonċerna l-konservazzjoni ta’ numru ta’ speċi ta’ għasafar fil-perikolu elenkati fl-Anness I tad-Direttiva dwar l-għasafar u tal-habitat tagħhom fiż-żona tal-muntanja Rila, li tinsab fil-parti tal-Lbiċ tal-Bulgarija. Iż-żona ta’ importanza ornitoloġika “Rila” hija waħda mill-iktar żoni magħrufa, kemm fil-Bulgarija u kemm fl-Unjoni Ewropea, għall-konservazzjoni ta’ iktar minn 130 speċi ta’ għasafar li jbejtu hemmhekk. 41 speċi minnhom huma ta’ importanza f’termini ta’ konservazzjoni fuq livell Ewropew u speċi minnhom tinsab fil-perikolu fuq livell dinji.

Skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva dwar l-għasafar, l-ispeċi elenkati fl-Anness I għandhom ikunu suġġetti għal miżuri ta’ konservazzjoni speċjali fir-rigward tal-habitat tagħhom sabiex jiġu żgurati s-sopravvivenza u r-riproduzzjoni tagħhom fiż-żona ta’ distribuzzjoni tagħhom. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva dwar l-għasafar, l-Istati Membri għandhom jikklassifikaw bħala żoni ta’ protezzjoni speċjali b’mod partikolari l-iktar territorji tajbin f’termini ta’ numru u ta’ daqs għall-konservazzjoni ta’ dawn l-ispeċi.

Skont il-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Bulgarija kellha tikklassifika bħala żona ta’ protezzjoni speċjali ż-żona ta’ importanza ornitoloġika “Rila” kollha, iżda sa issa għandha ma għamlitx dan. Il-Kummissjoni ser tippreżenta provi tal-importanza ornitoloġija taż-żoni mhux ikklassifikati li jinsabu fiż-żona ta’ importanza ornitoloġija “Rila”.


(1)  Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat- 30 ta’ Novembru 2009, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, p. 7).


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/18


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2017 minn Koninklijke Philips NV, Philips France mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-762/14, Koninklijke Philips NV, Philips France vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-98/17 P)

(2017/C 121/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Koninklijke Philips NV, Philips France (rappreżentanti: J.K. de Pree, advocaat, T.M. Snoep, advocaat, A.M. ter Haar, advocaat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla d-deċiżjoni sa fejn tirrigwarda lil Koninklijke Philips NV u lil Philips France; u/jew

tannulla jew tnaqqas l-emendi imposti fuq Koninklijke Philips NV u fuq Philips France; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-ewwel istanza u tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, l-appellanti jinvokaw l-aggravji u l-argumenti prinċipali li ġejjin:

il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi applikat kriterju ġuridiku żbaljat meta kkonstatat restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan;

meta kkonstatat restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi eċċediet il-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha;

meta kkonstatat restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha;

il-Qorti Ġenerali wettqet evalwazzjoni kjarament u manifestament żbaljata tal-provi li jeżistu fil-proċess, li wasslet għal żnaturament tas-sinjifikat ċar tal-provi, meta kkonstatat li l-allegat għan komuni huwa ssostanzjat minn provi oħra;

il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi applikat kriterju ġuridiku żbaljat u billi żnaturat is-sinjifikat ċar tal-provi meta qieset li Philips ipparteċipat fi ksur uniku u kontinwu fl-intier tiegħu u, bħala tali, setgħet tinżamm responsabbli għalih;

il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi applikat ħażin il-prinċipju ta’ proporzjonalità u billi naqset milli teżerċita l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha meta ċaħdet il-motiv ta’ Philips ibbażat fuq il-fatt li l-fattur ta’ gravità applikat kien sproporzjonat għall-ksur u għar-rwol ta’ Philips f’dan il-ksur.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/19


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-110/17)

(2017/C 121/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Roels u N. Gossement, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tikkonstata li, billi żamm fis-seħħ dispożizzjonijiet li, fil-qasam ta’ valutazzjoni tad-dħul relatat mal-immobbli mhux mikrija, jew mikrija, jew lil persuni fiżiċi li ma jagħmlux użu professjonali minnhom, jew lil persuni ġuridiċi li jpoġġuhom għad-dispożizzjoni ta’ persuni fiżiċi għal finijiet privati, il-bażi taxxabbli hija kkalkolata fuq il-valur stmat għal dak li jirrigwarda l-beni fit-territorju nazzjonali, u fuq il-valur tal-kera reali fir-rigward tal-immobbli barra mill-pajjiż, ir-Renju tal-Belġju kiser l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u taħt l-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li l-Belġju kiser l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 63 TFUE u taħt l-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

Filwaqt li hija tinnota t-tentattivi tal-Belġju biex iwaqqaf il-ksur, il-Kummissjoni tqis li l-eżistenza tal-ksur hija pprovata mid-data ta’ skadenza ta’ xahrejn stabbilit fl-opinjoni motivata, jiġifieri s-26 ta’ Marzu 2012.


Il-Qorti Ġenerali

18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2017 – United Parcel Service vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-194/13) (1)

([“Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Regolament (KE) Nru 139/2004 - Servizzi internazzjonali ta’ distribuzzjoni espressa ta’ pakketti żgħar fiż-ŻEE - Akkwist ta’ TNT Espressa minn UPS - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern - Effetti probabbli fuq il-prezz - Analiżi ekonometriku - Drittijiet tad-difiża”])

(2017/C 121/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: United Parcel Service, Inc. (Atlanta, Géorgie, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment A. Ryan, B. Graham, solicitors, W. Knibbeler u P. Stamou, avukati, sussegwentement minn A. Ryan, W. Knibbeler, P. Stamou, A. Pliego Selie, F. Hoseinian u P. van den Berg, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment T. Christoforou, N. Khan, A. Biolan, N. von Lingen u H. Leupold, sussegwentement minn T. Christoforou, N. Khan, A. Biolan u H. Leupold, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: FedEx Corp. (Memphis, Tennessee, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment F. Carlin, barrister, G. Bushell, solicitor, u Q. Azau, avukat, sussegwentement F. Carlin, G. Bushell u N. Niejahr, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 431, tat-30 ta’ Jannar 2013, li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/M.6570 – UPS/TNT Express).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 431, tat-30 ta’ Jannar 2013, li tiddikajara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/M.6570 – UPS/TNT Espressa), hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk ta’ United Parcel Servizz, Inc.

3)

FedEx Corp. għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha.


(1)  ĠU C 147, 25.5.2013.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2017 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-366/13) (1)

([“Għajnuna mill-Istat - Kabotaġġ marittimu - Għajnuna implementata minn Franza favur Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) u Compagnie méridionale de navigation - Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali - Kumpens għal servizz komplimentari għas-servizz bażiku intiż sabiex ikopri l-iktar perijodi impenjattivi matul l-istaġun turistiku - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ - Sentenza Altmark”])

(2017/C 121/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment E. Belliard, G. de Bergues, D. Colas u N. Rouam, sussegwentement G. de Bergues, D. Colas, F. Alabrune u J. Bousin, u finalment D. Colas, F. Alabrune u J. Bousin, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Afonso u B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/435/UE, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.22843 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata minn Franza favur is-Société Nationale Corse Méditerranée u l-Compagnie Méridionale de Navigation (ĠU 2013, L 220, p. 20).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 252, 31.8.2013.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2017 – SNCM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-454/13) (1)

([“Għajnuna mill-Istat - Kabotaġġ marittimu - Għajnuna mogħtija minn Franza lil Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) u lil Compagnie méridionale de navigation - Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali - Kumpens għal servizz kumplementari tas-servizz bażiku, intiż sabiex ikopri l-perijodi l-iktar frekwentati matul l-istaġun turistiku - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ - Sentenza Altmark - Determinazzjoni tal-ammont tal-għajnuna”])

(2017/C 121/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) (Marseille, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Winckler, F.-C. Laprévote, J.-P. Mignard u S. Mabile, sussegwentement minn A. Winckler u F.-C. Laprévote, u fl-aħħar minn F.-C. Laprévote u C. Froitzheim, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Afonso u B. Stromsky, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Corsica Ferries France SAS (Bastia, Franza) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/435/UE, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.22843 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata minn Franza favur is-Société Nationale Corse Méditerranée u l-Compagnie Méridionale de Navigation (ĠU 2013, L 220, p. 20).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Société nationale maritime Corse Méditerranée (SNCM) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Corsica Ferries France SAS.


(1)  ĠU C 325, 9.11.2013.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – JingAo Solar et vs Il-Kunsill

(Kawża T-157/14) (1)

([“Dumping - Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati miċ-Ċina - Dazju antidumping definittiv - Impenji - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Pajjiż esportatur - Portata tal-investigazzjoni - Teħid ta’ kampjuni - Valur normali - Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat - Terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar talba għall-għoti tal-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq - Applikazzjoni ratione temporis ta’ dispożizzjonijiet ġodda - Dannu - Rabta kawżali”])

(2017/C 121/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: JingAo Solar Co. Ltd (Ningjin, iċ-Ċina) u l-5 rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: inizjalment A. Willems, S. De Knop u J. Charles, sussegwentement A. Willems u S. De Knop, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Eweropea (rappreżentanti: B. Driessen, aġent, assistit minn B. O’Connor, solicitor, u S. Gubel, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. F. Brakeland, T. Maxian Rusche u A. Stobiecka Kuik, sussegwentement J. F. Brakeland, T. Maxian Rusche u A. Demeneix, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2013, L 325, p. 1), sa fejn dan japplika għar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

JingAo Solar Co. Ltd u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 159, 26.5.2014.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – JingAo Solar et vs Il-Kunsill

(Kawża magħquda T-158/14, T-161/14 u T-163/14) (1)

([“Sussidji - Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati miċ-Ċina - Dazju kumpensatorju definittiv - Impenji - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Portata tal-investigazzjoni - Teħid ta’ kampjuni - Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat”])

(2017/C 121/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: JingAo Solar Co. Ltd (Ningjin, iċ-Ċina) u l-5 rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: inizjalment A. Willems, S. De Knop u J. Charles, sussegwentement A. Willems u S. De Knop, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Eweropea (rappreżentanti: B. Driessen, aġent, assistit minn B. O’Connor, solicitor, u S. Gubel, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. F. Brakeland, T. Maxian Rusche u A. Stobiecka Kuik, sussegwentement J. F. Brakeland, T. Maxian Rusche u A. Demeneix, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2013, L 325, p. 66), sa fejn dan japplika għar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

JingAo Solar Co. Ltd u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 159, 26.5.2014.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – Yingli Energy (China) et vs Il-Kunsill

(Kawża T-160/14) (1)

([“Dumping - Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati miċ-Ċina - Dazju antidumping definittiv - Impenji - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Pajjiż esportatur - Portata tal-investigazzjoni - Teħid ta’ kampjuni - Valur normali - Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat - Terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar talba għall-għoti tal-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq - Applikazzjoni ratione temporis ta’ dispożizzjonijiet ġodda - Dannu - Rabta kawżali - Drittijiet tad-difiża - Kalkolu tal-marġni tad-dannu”])

(2017/C 121/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Yingli Energy (China) Co. Ltd (Baoding, iċ-Ċina) u l-14-il rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: inizjalment A. Willems, S. De Knop u J. Charles, sussegwentement A. Willems u S. De Knop, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Eweropea (rappreżentanti: B. Driessen, aġent, assistit minn B. O’Connor, solicitor, u S. Gubel, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. F. Brakeland, T. Maxian Rusche u A. Stobiecka Kuik, sussegwentement J. F. Brakeland, T. Maxian Rusche u A. Demeneix, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2013, L 325, p. 1), sa fejn dan japplika għar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Yingli Energy (China) Co. Ltd u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 142, 12.5.2014.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – Canadian Solar Emea et vs Il-Kunsill

(Kawża T-162/14) (1)

([“Dumping - Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati miċ-Ċina - Dazju antidumping definittiv - Impenji - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Pajjiż esportatur - Portata tal-investigazzjoni - Teħid ta’ kampjuni - Valur normali - Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat - Terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar talba għall-għoti tal-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq - Applikazzjoni ratione temporis ta’ dispożizzjonijiet ġodda - Dannu - Rabta kawżali”])

(2017/C 121/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Canadian Solar Emea GmbH (München, il-Ġermanja), Canadian Solar Manufacturing (Changshu), Inc. (Changshu, iċ-Ċina), Canadian Solar Manufacturing (Luoyang), Inc. (Luoyang, iċ-Ċina), Csi Cells Co. Ltd (Suzhou, iċ-Ċina), Csi Solar Power (China), Inc. (Suzhou) (rappreżentanti: inizjalment A. Willems, S. De Knop u J. Charles, sussegwentement A. Willems u S. De Knop, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Eweropea (rappreżentanti: B. Driessen, aġent, assistit minn B. O’Connor, solicitor, u S. Gubel, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. F. Brakeland, T. Maxian Rusche u A. Stobiecka Kuik, sussegwentement J. F. Brakeland, T. Maxian Rusche u A. Demeneix, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2013, L 325, p. 1), sa fejn dan japplika għar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Canadian Solar Emea GmbH, Canadian Solar Manufacturing (Changshu), Inc., Canadian Solar Manufacturing (Luoyang), Inc., Csi Cells Co. Ltd u Csi Solar Power (China), Inc. huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 135, 5.5.2014.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2017 – Neka Novin vs Il-Kunsill

(Kawża T-436/14) (1)

((Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar tal-fondi - Żamma ta’ isem ir-rikorrenti fuq il-lista tal-persuni kkonċernati - Żball ta’ liġi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità))

(2017/C 121/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Neka Novin Co., Private Joint Stock (Tehran, l-Iran) (rappreżentanti: L. Vidal, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u M. Bishop, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 236 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li jżomm l-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrenti fuq il-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU 2010, L 195, p. 39), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011 (ĠU 2011, L 136, p. 65), u fuq dik fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat- 23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU 2012, L 88, p. 1), kif ikkomunikata permezz ta’ avviż tal-15 ta’ Marzu 2014.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Neka Novin Co., Private Joint Stock għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 253, 4.8.2014


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2017 – Universiteit Antwerpen vs REA

(Kawża T-208/15) (1)

((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) - Attivitajiet Marie Curie - Riċerkaturi fil-bidu tal-karriera - Sejħa għal proposti FP7-People-ITN-2008 - Ftehimiet ta’ għotja - Spejjeż eliġibbli - Rimbors tas-somom imħallsa - Kunċett ta’ akkoljenza ta’ riċerkaturi - Proporzjonalità”))

(2017/C 121/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Universiteit Antwerpen (Antwerp, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Teerlinck u P. de Bandt, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) (rappreżentanti: S. Payan Lagrou u V. Canetti, aġenti, assistiti minn de D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża, minn naħa, għal dikjarazzjoni li l-ftehimiet ta’ għotja Nru 238214 “C7” (Kontroll ċervellett tal-kortiċi, ċelloli, ċirkuwiti, kalkolu u klinika) u Nru 238686 “Cerebnet” (Żmien u plastiċità fis-sistema olivo-ċervellett), konklużi fil-kuntest tas-sejħa għal proposti FP7-People-ITN-2008, ma jistgħux jiġu interpretati fis-sens li jobbligaw lill-benefiċjarji jħarrġu lil riċerkaturi fil-bidu tal-karriera esklużivament fil-bini tagħhom u, konsegwentement, konferma li r-REA ma tistax tiċħad bħala ineliġibbli parti mill-ispejjeż marbuta mat-taħriġ ta’ tliet riċerkaturi fil-bidu tal-karriera barra mill-bini tar-rikorrenti, u, it-tieni nett, ordni li r-REA tħallas l-ispejjeż kollha relatati mat-taħriġ ta’ dawn ir-riċerkaturi fil-bidu tal-karriera, kif sostnut mir-rikorrenti, flimkien ma’ interessi b’effett mid-data li fiha l-ispejjeż saru dovuti skont il-ftehimiet.

Dispożittiv

1)

L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) hija kkundannata tħallas lil Universiteit Antwerpen is-somma ta’ EUR 45 526,73, li tikkorrispondi għal ċerti spejjeż eliġibbli skont il-ftehim “Cerebnet” Nru 238686 konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013), flimkien ma’ interessi kuntrattwali b’effett mid-data li fiha dan l-ammont sar dovut skont l-imsemmi ftehim.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-REA u l-Universiteit Antwerpen għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 270, 17.8.2015.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2017 – SEAE vs Gross

(Kawża T-472/15 P) (1)

((“Pourvoi - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2013 - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista tal-uffiċjali promossi - Assenza ta’ żball ta’ liġi”))

(2017/C 121/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (rappreżentanti: inizjalment S. Marquardt u M. Silva, sussegwentement S. Marquardt, aġenti, assistit minn M. Troncoso Ferrer, S. Moya Izquierdo u F. M. Hislaire, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Philipp Oliver Gross (rappreżentanti: J. N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-3 Ġunju 2015, Gross vs SEAE (F-78/14, EU:F:2015:52), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mnn Philipp Oliver Gross fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 346, 19.10.2015.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2017 – Silvan vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-698/15 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura ta’ promozzjoni 2013 - Deċiżjoni li r-rikorrenti ma għandux jiġi promoss - Paragun tal-merti - Teħid inkunsiderazzjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni - Assenza ta’ żball ta’ liġi”))

(2017/C 121/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Juha Tapio Silvan (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: N. de Montigny u J. N. Louis, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u C. Berardis Kayser, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Settembru 2015, Silvan vs Il-Kummissjoni (F-83/14, EU:F:2015:106), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza;

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Juha Tapio Silvan għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din il-kawża.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2017 – DI vs EASO

(Kawża T-730/15 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-EASO - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Kuntratt għal żmien determinat - Perijodu ta’ prova - Deċiżjoni ta’ tkeċċija - Rikors għal annullament u għad-danni - Ċaħda tar-rikors għal inammissibbiltà manifesta fl-ewwel istanza - Regola ta’ konkordanza bejn ir-rikors u l-ilment - Artikolu 91(2) tar-Regolamenti tal-Persunal”))

(2017/C 121/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: DI (rappreżentanti: I. Vlaic u G. Iliescu, avukati)

Appellat: L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) (rappreżentanti: W. Stevens, aġent, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015, DI vs EASO (F-113/13, EU:F:2015:120), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

Id-digriet tal-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015, DI vs EASO (F-113/13), huwa annullat.

2)

Il-kawża hija rrinvjata lil Awla tal-Qorti Ġenerali li ma tkunx dik li ddeċidiet dwar dan l-appell.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 98, 14.3.2016.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – Labeyrie vs EUIPO – Delpeyrat (Rappreżentazzjoni ta’ sensiela ta’ ħut aħmar fuq sfond ikħal)

(Kawża T-766/15) (1)

((Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrapreżenta sensiela ta’ ħut aħmar fuq sfond ikħal - Dikjarazzjoni ta’ revoka - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 15(1)(a) u l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Forma li hija differenti f’elementi li ma jibdlux il-karattru distintiv))

(2017/C 121/40)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Labeyrie (Saint-Geours-de-Maremne, Franza) (rappreżentant: A. Lecomte, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Delpeyrat (Saint-Pierre-du-Mont, Franza) (rappreżentant: J. Ennochi, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 2693/2014-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Delpeyrat u Labeyrie.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Labeyrie hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-EUIPO.

3)

Delpeyrat għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 78, 29.2.2016.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – Labeyrie vs EUIPO – Delpeyrat (Rappreżentazzjoni ta’ xitla ta’ ħut ċar fuq sfond skur)

(Kawża T-767/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta xitla ta’ ħut ċar fuq sfond skur - Dikjarazzjoni ta’ revoka - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 15(1)(a) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Forma li hija differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux in-natura distintiva”])

(2017/C 121/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Labeyrie (Saint-Geours-de-Maremne, Franza) (rappreżentant: A. Lecomte, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Delpeyrat (Saint-Pierre-du-Mont, Franza) (rappreżentant: J. Ennochi, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 2694/2014-1), dwar proċedura ta’ revoka bejn Delpeyrat u Labeyrie.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Labeyrie hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-EUIPO.

3)

Delpeyrat għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 78, 29.2.2016


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2017 – Helbrecht vs EUIPO – Lenci Calzature (SportEyes)

(Kawża T-333/14) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Annullament tat-trade mark figurattiva preċedenti li sservi ta’ bażi għad-deċiżjoni kkontestata - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2017/C 121/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Andreas Helbrecht (Hilden, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. König, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lenci Calzature SpA (Turchetto-Montecarlo, l-Italja) (rappreżentanti: F. Celluprica u F. Fischetti, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-27 ta’ Frar 2014 (Każ R 830/2013-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lenci Calzature u A. Helbrecht.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Lenci Calzature SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Andreas Helbrecht. L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 235, 21.7.2014.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/30


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2017 – Le Pen vs Il-Parlament

(Kawża T-140/16 R II)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Membru tal-Parlament Ewropew - Irkupru permezz ta’ tpaċija ta’ allowances imħallsa abbażi tar-rimbors tal-ispejjeż ta’ assistenza parlamentari - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Talba ġdida - Fatti ġodda - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2017/C 121/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-Marie Le Pen (Saint-Cloud, Franza) (rappreżentanti: M. Ceccaldi u J.- P. Le Moigne, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: G. Corstens u S. Alonso de León, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Jannar 2016, li tordna l-irkupru mingħand ir-rikorrent tal-ammont ta’ EUR 320 026,23 u tan-nota ta’ debitu Nru 2016-195, tal-4 ta’ Frar 2016, sussegwenti għal din id-deċiżjoni

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – NF vs Il-Kunsill Ewropew

(Kawża T-192/16) (1)

((“Rikors għal annullament - Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta’ Marzu 2016 - Stqarrija għall-istampa - Kunċett ta’ ‘ftehim internazzjonali’ - Identifikazzjoni tal-awtur tal-att - Portata tal-att - Sessjoni tal-Kunsill Ewropew - Laqgħa tal-kapijiet ta’ Stat jew ta’ gvern tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li nżammet fil-bini tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea - Kwalità tar-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-Unjoni waqt laqgħa mar-rappreżentant ta’ Stat terz - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Inkompetenza”))

(2017/C 121/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: NF (rappreżentanti: B. Burns, solicitor, P. O’Shea u I. Whelan, barristers)

Konvenut: Il- Kunsill Ewropew (rappreżentanti: K. Pleśniak, Á. de Elera-San Miguel Hurtado u S. Boelaert, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament ta’ ftehim li ġie allegatament konkluż bejn il-Kunsill Ewropew u r-Repubblika tat-Turkija fit-18 ta’ Marzu 2016 u intitolat “Dikjarazzjoni UE-Turkija, 18 ta’ Marzu 2016”.

Dispożittiv

1)

Il-Qorti Ġenerali ma hijiex kompetenti biex tagħti deċiżjoni dwar ir-rikors ippreżentat minn NF.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa minn NQ, NR, NS, NT, NU u NV, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ellenika u l-Kummissjoni Ewropea.

3)

NF u l-Kunsill Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

4)

NQ, NR, NS, NT, NU u NV kif ukoll ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ellenika u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 232, 27.6.2016.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – NG vs Il-Kunsill Ewropew

(Kawża T-193/16) (1)

((“Rikors għal annullament - Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta’ Marzu 2016 - Stqarrija għall-istampa - Kunċett ta’ ‘ftehim internazzjonali’ - Identifikazzjoni tal-awtur tal-att - Portata tal-att - Sessjoni tal-Kunsill Ewropew - Laqgħa tal-kapijiet ta’ Stat jew ta’ gvern tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li nżammet fil-bini tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea - Kwalità tar-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-Unjoni waqt laqgħa mar-rappreżentant ta’ Stat terz - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Inkompetenza”))

(2017/C 121/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: NG (rappreżentanti: B. Burns, solicitor, P. O’Shea u I. Whelan, barristers)

Konvenut: Il-Kunsill Ewropew (rappreżentanti: K. Pleśniak, Á. de Elera-San Miguel Hurtado u S. Boelaert, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament ta’ ftehim li ġie allegatament konkluż bejn il-Kunsill Ewropew u r-Repubblika tat-Turkija fit-18 ta’ Marzu 2016 u intitolat “Dikjarazzjoni UE-Turkija, 18 ta’ Marzu 2016”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud minħabba l-inkompetenza tal-Qorti Ġenerali biex tieħu konjizzjoni tiegħu.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa minn NQ, NR, NS, NT, NU u NV kif ukoll minn Amnesty International, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ellenika u l-Kummissjoni Ewropea.

3)

NG u l-Kunsill Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

4)

NQ, NR, NS, NT, NU u NV, Amnesty International, kif ukoll ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ellenika u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 232, 27.6.2016.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – NM vs Il-Kunsill Ewropew

(Kawża T-257/16) (1)

((“Rikors għal annullament - Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta’ Marzu 2016 - Stqarrija għall-istampa - Kunċett ta’ ‘ftehim internazzjonali’ - Identifikazzjoni tal-awtur tal-att - Portata tal-att - Sessjoni tal-Kunsill Ewropew - Laqgħa tal-kapijiet ta’ Stat jew ta’ gvern tal-Istati Membri tal-Unjoni li nżammet fil-bini tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea - Kwalità tar-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-Unjoni waqt laqgħa mar-rappreżentant ta’ Stat terz - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Inkompetenza”))

(2017/C 121/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: NM (rappreżentanti: B. Burns, solicitor, P. O’Shea u I. Whelan, barristers)

Konvenut: Il-Kunsill Ewropew (rappreżentanti: K. Pleśniak, Á. de Elera-San Miguel Hurtado u S. Boelaert, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament ta’ ftehim li ġie allegatament konkluż bejn il-Kunsull Ewropew u r-Repubblika tat-Turkija fit-18 ta’ Marzu 2016 u intitolat “Dikjarazzjoni UE-Turkija, 18 ta’ Marzu 2016”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud minħabba l-inkompetenza tal-Qorti Ġenerali biex tieħu konjizzjoni tiegħu.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa mir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ellenika u l-Kummissjoni Ewropea.

3)

NM u l-Kunsill Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

4)

Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ellenika u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 251, 11.7.2016.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2017 – Walton vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-594/16) (1)

((“Rikors għal annullament - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanji - Allowance għall-firda - Reviżjoni tal-kalkolu - Awtorità ta’ res judicata - Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament mingħajr kull bażi fid-dritt”))

(2017/C 121/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Robert Walton (Oxford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A.-C. Simon u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal- awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ ikkomunikata permezz tal-ittra tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Marzu 2016 li tiċħad bħala inammissibbli t-talba tar-rikorrent intiża sabiex tikseb ir-reviżjoni tal-kalkolu tal-allowance għall-firda konsekuttiva wara r-riżenja tiegħu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

R. Walton huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 251, 11.7.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-24/16 u ttrasferita għall-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/33


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2017 – Gollnisch vs Il-Parlament

(Kawża T-624/16 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Membru tal-Parlament Ewropew - Irkupru permezz ta’ tpaċija ta’ allowances imħallsa abbażi tar – rimbors tal – ispejjeż ta’ assistenza parlamentari - Talba għas – sospensjoni tal – eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2017/C 121/48)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bruno Gollnisch (Villiers-le-Mahieu, Franza) (rappreżentant: N. Fakiroff, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: G. Corstens u S. Alonso de León, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ Lulju 2016, dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrent tal-ammont ta’ EUR 275 984,23, tan-nota ta’ debitu Nru 2016-916, tal-5 ta’ Lulju 2016, sussegwenti għal din id-deċiżjoni u għan-notifika tal-imsemmija atti mid-Direttur Ġenerali tal-Finanzi tas-6 ta’ Lulju 2016.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/33


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2017 – Troszczynski vs Il-Parlament

(Kawża T-626/16 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Membru tal-Parlament Ewropew - Irkupru permezz ta’ tpaċija ta’ allowances imħallsa abbażi tar-rimbors tal-ispejjeż ta’ assistenza parlamentari - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2017/C 121/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Mylène Troszczynski (Noyon, Franza) (rappreżentant: M. Ceccaldi, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: G. Corstens u S. Alonso de León, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2016, dwar l-irkupru, mingħand ir-rikorrenti, tas-somma ta’ EUR 56 554 u tan-nota ta’ debitu 2016-888 sussegwenti għal din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/34


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2017 – Janssen-Cases vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-688/16 R)

((“Miżuri provviżorji - Servizz pubbliku - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Ombudsman tal-Kummissjoni - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2017/C 121/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Mercedes Janssen-Cases (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u C. Berardis Kayser, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-15 ta’ Ġunju 2016, li tinnomina lil X bħala ombudsman tal-Kummissjoni, b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2016.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2017 – Asolo vs EUIPO – Red Bull (FLÜGEL)

(Kawża T-714/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2017/C 121/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Asolo LTD (Limassol, Ċipru) (rappreżentant: W. Pors, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u M. Capostagno, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Red Bull GmbH (Fuschl am See, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Renck, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Lulju 2016 (Każ R 282/2015-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Red Bull u Asolo.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti minn Asolo LTD u Red Bull GmbH.


(1)  ĠU C 462, 12.12.2016.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/35


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2017 – Selimovic vs Il-Parlament

(Kawża T-61/17)

(2017/C 121/52)

Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż

Partijiet

Rikorrent: Jasenko Selimovic (Hägersten, l-Iżvezja) (rappreżentant: B. Leidhammar, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-President tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2016, D 203109 u D 203110 (iktar 'il quddiem id-“deċiżjoni tal-President”);

tannulla d-deċiżjoni tal-uffiċċju tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Diċembru 2016, PE 595.204/BUR/DEC (iktar 'il quddiem id-“deċiżjoni tal-uffiċċju”);

tiddeċiedi malajr fuq il-mertu;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallas lir-rikorrent kumpens u interessi ta’ ammont li ser jiġi ppreċiżat iktar 'il quddiem.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv: ir-rikorrent isostni li ma wettaqx il-fatt ta’ fastidju psikoloġiku li huwa akkużat bih abbażi ta-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal.

2.

It-tieni motiv: ir-rikorrent isostni li d-deċiżjonijiet ġew adottati skont proċedura li hija kuntrarja għall-prinċipji ġenerali tal-istat ta’ dritt u tad-dritt għal smiegħ xieraq kif stabbiliti fl-Artikolu 6 tal-QEDB, minħabba b’mod partikolari dan li ġej: l-istess parti wettqet l-investigazzjoni, eżaminat il-provi u ħadet id-deċiżjoni (jiġifieri fil-kuntest ta’ sistema inkwiżitorja). Id-deċiżjonijiet li ttieħdu ma huma bbażati fuq ebda deskrizzjoni preċiża tal-fatti. Ir-rikorrent isostni li ġie mċaħħad mill-possibbiltà li jkun jaf biex kien akkużat konkretament u li ma ngħatax il-mezzi sabiex jirrifjuta fil-mertu l-akkużi. Ir-rikorrent ma ġiex awtorizzat jagħmel, hu stess jew permezz ta’ rappreżentant, domandi lil dawk li akkużawh jew lix-xhieda li intervenew u li nżammu sigrieti. Ma kellux żmien ta’ preparazzjoni biżżejjed. Il-Parlament Ewropew ma ħax pożizzjoni dwar il-motivi u l-provi tar-rikorrent u ma pprovax il-ksur tar-Regolamenti tal-Persunal.

3.

It-tielet motiv: ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni tal-uffiċju li tiċħad it-talba tiegħu intiża għall-eżami tal-mertu tad-deċiżjoni tal-President ittieħdet mingħar bażi legali.

4.

Ir-raba motiv: ir-rikorrent isostni li l-proċessi sigrieti wara proċedura inkwiżitorja, mingħajr possibbiltà għal deputat li jsir jaf jew li jiċħad akkużi ġenerali ta’ fastidju, jikkostitwixxu theddida għad-demokrazija. B’mod partikolari, fid-dawl tad-dannu li deċiżjoni ta’ kundanna ġġib għall-kapaċità ta’ azzjoni politika ta’ elett.

5.

Il-ħames motiv: ir-rikorrent isostni li l-kwistjoni għandha tiġi deċiża malajr, għaliex dan qiegħed isib diffikultajiet konkreti u prattiċi għall-ħajja politika u sabiex jifforma l-opinjoni fl-Isvezja fl-oqsma li kien magħżul sabiex jaġixxi fil-Parlament. Riabilitazzjoni rapida tbiddel radikalment is-sitwazzjoni u tagħti lir-rikorrent iż-żmien u l-mezzi li jipparteċipa fil-ħajja politika u jibda xogħol [ta’ kampanja] elettorali fid-dawl tal-leġiżlatura li jmiss.

6.

Is-sitt motiv: ir-rikorrent isostni li l-Parlament Ewropew aġixxa intenzjonalment jew, fi kwalunkwe każ, b’mod negliġenti meta ma waqqafx il-proċedura diġà fil-mument fejn il-kumitat konsultattiv ma kienx f’pożizzjoni li jirraporta l-iċken fatt li jsostni l-allegazzjoni, li kien biżżejjed speċifiku (fejn, meta, kif) sabiex iservi ta’ bażi għal rikonoxximent/żmentita jew li dwaru huwa possibbli li jittrsessqu provi/provi kuntrarji, u li barra minn hekk ħa deċiżjoni ta’ kundanna anki meta kien jaf bin-nuqqasijiet manifesti tal-fajl fir-rigward taċ-ċertezza legali. Dan ħoloq dannu għar-rikorrent. Id-dannu sostnut jikkonsisti fl-ispejjeż, is-sofferenza u d-diffikultajiet li ltaqa’ magħhom, fir-rigward tal-azzjoni politika tiegħu futura, minħabba d-deċiżjoni. Ir-rikorrent ser jippreċiża ammont raġonevoli iktar 'il quddiem.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/36


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2017 – Danjaq vs EUIPO – Formosan (Shaken, not stirred)

(Kawża T-74/17)

(2017/C 121/53)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Danjaq, LLC (Los Angeles, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Baran u G. Messenger, barristers, D. Stone u A. Dykes, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Formosan IP (Oxford, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “Shaken, not stirred” – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 13 406 343

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO fil-Każ R 255/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tagħhom stess u għal dawk tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/37


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2017 – PepsiCo vs EUIPO – Intersnack Group (Exxtra Deep)

(Kawża T-82/17)

(2017/C 121/54)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PepsiCo, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Intersnack Group GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Exxtra Deep” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 161 981

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Novembru 2016 fil-Każ R 482/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/37


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2017 – Heineken Romania vs EUIPO – Lénárd (Csíki Sör)

(Kawża T-83/17)

(2017/C 121/55)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Heineken Romania SA (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: A.-M. Baciu, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: András Lénárd (Sincraieni, ir-Rumanija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża: it-trade mark tal-Unjoni “Csíki Sör” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 105 839

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Novembru 2016 fil-Każ R 1310/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-1 ta’ Lulju 2015 fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni B 002 279 514;

tilqa’ l-oppożizzjoni B 002 279 514;

tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 012 105 839 “Csíki Sör” fl-intier tagħha.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/38


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2017 – Genilova Group vs EUIPO – Cloetta Italia (galatea…è naturale)

(Kawża T-90/17)

(2017/C 121/56)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Gelinova Group Srl (Tezze di Vazzola, l-Italja) (rappreżentanti: A. Tornato u D. Hazan, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cloetta Italia Srl (Cremona, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “galatea…è naturale” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 187 695

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Diċembru 2016 fil-Każ R 207/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/38


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2017 – Duferco Long Products vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-93/17)

(2017/C 121/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Duferco Long Products SA (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: J.-F. Bellis, R. Luff u M. Favart, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla l-Artikolu 1(f) u l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Jannar 2016, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33926 2013/C (ex 2013/NN, 2011/CP) li tqiegħdet għall-implementazzjoni mill-Belġju favur Duferco;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żbalji manifesti tad-dritt u ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni fl-eżami tan-natura pari passu tas-sitt miżura ddikjarata mhux kumpatibbli mas-suq komuni. Dan il-motiv huwa mqassam f’żewġ partijiet:

l-ewwel parti, li tgħid, kuntrarjament għall-evalwazzjoni tal-Kummissjoni, it-tranżazzjoni inkwistjoni twettqet pari passu;

it-tieni parti, li tgħid, li l-evalwazzjoni mill-Kummissjoni tan-natura pari passu tat-tranżazzjoni hija vvizzjata minn żbalji serji ta’ kalkolu u ta’ evalwazzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ dritt u ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni fl-eżami tal-kriterju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq. Dan il-motiv jinqasam f’erba’ partijiet:

l-ewwel parti, li tgħid, li billi topera konfużjoni bejn l-applikabbiltà u l-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni twettaq żball ta’ dritt u tagħmel applikazzjoni mhux korretta tal-kriterju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq;

it-tieni parti, li tgħid li, billi ma tagħmilx analiżi paragunabbli jew ma tagħmilx metodu ta’ evalwazzjoni ieħor tat-tranżazzjoni inkwistjoni, il-Kummissjoni tikser il-prinċipju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq kif ukoll l-obbligu ta’ motivazzjoni u ta’ diliġenza fl-evalwazzjoni ta’ dan il-kriterju;

it-tielet parti, li tgħid li l-Kummissjoni kisret l-obbligi ta’ motivazzjoni u ta’ diliġenza fl-evalwazzjoni tal-kriterju tal- investitur privat f’ekonomija tas-suq;

ir-raba’ parti, li tgħid li r-Reġjun tal-Vallonja pprovda numru importanti ta’ dokumenti li jaffermaw li l-Foreign Strategic Investment Holding, sussidjarja tas-Société Wallonne de Gestion et de Participation, aġixxiet bħala investitur privat f’ekonomija tas-suq.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/39


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2017 – Apple Distribution International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-101/17)

(2017/C 121/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Apple Distribution International (Cork, l-Irlanda) (rappreżentanti: S. Schwiddessen, H. Lutz, N. Niejahr, u A. Patsa, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2042 tal-1 ta’ Settembru 2016;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll l-ispejjeż tar-rikorrenti fir-rigward ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva

L-ewwel nett, il-Kummissjoni Ewropea kisret l-Artikolu 2(1) u (2) kif ukoll l-Artikolu 3 tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva billi kkonstatat li l-pajjiż ta’ oriġini prinċipali ma japplikax għat-taxxa fuq il-films. It-tieni nett, il-Kummissjoni Ewropea kisret l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva billi kkunsidrat li dan l-artikolu jippermetti lill-Istati Membri li jimponu kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-promozzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej fuq fornituri ta’ video fuq talba li huma stabbiliti fi Stati Membri oħra.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 110 TFUE

Il-Kummissjoni Ewropea kisret l-Artikolu 110 TFUE billi kkonstatat li l-applikazzjoni tat-taxxa fuq il-films għal fornituri ta’ video fuq talba li huma stabbiliti fi Stati Membri oħra ma hijiex diskriminatorja.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 56 TFUE

Il-Kummissjoni Ewropea naqset milli teżamina jekk l-applikazzjoni tat-taxxa fuq il-films għal fornituri ta’ video fuq talba li huma stabbiliti fi Stati Membri oħra tiksirx l-Artikolu 56 TFUE.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-Direttiva 98/34/KE

Il-Kummissjoni Ewropea naqset milli teżamina jekk l-applikazzjoni tat-taxxa fuq il-films għal fornituri ta’ video fuq talba li huma stabbiliti fi Stati Membri oħra rrikjedietx notifika taħt id-Direttiva 98/34/KE.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/40


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2017 – Cantina e oleificio sociale di San Marzano vs EUIPO – Miguel Torres (SANTORO)

(Kawża T-102/17)

(2017/C 121/59)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cantina e oleificio sociale di San Marzano (San Marzano di San Giuseppe, l-Italja) (rappreżentanti: F. Jacobacci u E. Truffo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Miguel Torres, SA (Vilafranca del Penedés, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “SANTORO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 282 141

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Diċembru 2016 fil-Każ R 2018/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 u interpretazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza relatata mal-kwistjonijiet ikkonċernati;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 u żnaturament tal-provi.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/41


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2017 – Ricordati Orphan Drugs vs EUIPO – Laboratorios Normon (NORMOSANG)

(Kawża T-103/17)

(2017/C 121/60)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ricordati Orphan Drugs (Puteaux, Franza) (rappreżentant: J. Quirin, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Laboratorios Normon SA (Tres Cantos, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “NORMOSANG” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 174 926

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Novembru 2016 fil-Każ R 831/2016-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tar-Regoli 19(2)(a)(ii) u 20(1) tar-Regolament Nru 2868/95.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/41


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2017 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-108/17)

(2017/C 121/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Jones, Barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-7 ta’ Diċembru 2016 (id-“deċiżjoni kkontestata”) għal rifjut ta’ eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni tagħha C (2016) 3549 (id-“deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni”) li tagħti lill-impriżi VinyLoop Ferrara SpA, Stena Recycling AB u Plastic Planet srl awtorizzazzjoni għall-użu ta’ sustanza kimika magħrufa bħala ftalat ta’ bis(2-etilesit) taħt ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1);

tannulla d-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti; u

tordna kwalunkwe miżura oħra meqjusa xierqa.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn żbalji manifesti ta’ liġi u evalwazzjoni rigward l-allegata konformità tat-talba għal awtorizzazzjoni ta’ VinyLoop, Stena u Plastic Planet fis-sens tal-Artikolu 62 u l-Artikolu 60(7) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni taħt l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar l-evalwazzjoni soċjo-ekonomika.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni taħt l-Artikolu 60(4) u l-Artikolu 60(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar l-analiżi tal-alternattivi.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn żball manifest ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni fil-kuntest tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006.


(1)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU 2006, L 396, p. 1).


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/42


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2017 – FCA US vs EUIPO – Busbridge (VIPER)

(Kawża T-109/17)

(2017/C 121/62)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: FCA US LLC (City of Auburn Hills, Michigan, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Morcom, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell: Robert Dennis Busbridge (Hookwood, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “VIPER” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 3 871 101

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-1 ta’ Diċembru 2016, fil-Każ R 554/2016-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjonijiet tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u tal-Ewwel Bord tal-Appell u tibgħat lura t-talba ta’ R.D. Busbridge lid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni sabiex tittieħed azzjoni xierqa;

ir-rikorrenti titlob ukoll li l-EUIPO jiġi kkundannat għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Il-Bord tal-Appell żbalja meta kkonkluda li R.D. Busbridge kien ipprova l-użu fir-rigward tal-prodotti koperti mir-reġistrazzjoni fir-Renju Unit (jiġifieri, “Karozzi sportivi”);

Il-provi prodotti minn R.D. Busbridge kienu kompletament inadegwati sabiex jiġi pprovat użu “ġenwin” kif meħtieġ mill-Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/43


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2017 – Jiangsu Seraphim Solar System vs Il-Kummissjoni Ewopea

(Kawża T-110/17)

(2017/C 121/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd (Changzhou, iċ-Ċina) (rappreżentant: Y. Melin, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2146, tas-7 ta’ Diċembru 2016, li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta’ impenn offrut b’rabta mal-proċedimenti ta’ antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ miżuri definittivi (ĠU 2016, L 333, p. 4), sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-Kummissjoni, kif ukoll lil kull parti li tiġi awtorizzata tintervjeni insostenn tal-Kummissjoni matul il-proċedura, għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed.

Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 8(1), (9) u (10) u l-Artikolu 10(5) tar-Regolament (EU) 2016/1036 (1), u l-Artikolu 13(1), (9) u (10) u l- Artikolu 16(5) tar-Regolament (EU) 2016/1037 (2), meta ddikjarat li l-fatturi ta’ impenn ma kinux validi u sussegwentement ordnat lill-awtoritajiet doganali sabiex jimponu d-dazji kollha, bħallikieku l-ebda fattura valida ta’ impenn ma nħarġet u ma ntbagħtet lill-awtoritajiet doganali fil-mument tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx tal-oġġetti f’ċirkulazzjoni libera.

Ir-rikorrenti tibbaża dan il-motiv fuq eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 (3), u tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 (4), li jagħtu lill-Kummissjoni s-setgħa li tiddikjara li fatturi ta’ impenn huma invalidi.


(1)  Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2016, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, L 176, p. 21).

(2)  Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2016, dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, L 176, p. 55).

(3)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2013, L 325, p. 1).

(4)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2013, L 325, p. 66).


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/44


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2017 – Spiegel-Verlag Rudolf Augstein u Sauga vs BĊE

(Kawża T-116/17)

(2017/C 121/64)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Spiegel-Verlag Rudolf Augstein GmbH & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja) u Michael Sauga (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Koreng u T. Feldmann, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, innotifikata b’ittra tal-15 ta’ Diċembru 2016, li permezz tagħha ġiet miċħuda t-talba tar-rikorrenti għal aċċess għal żewġ dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew “The Impact on government deficit and debt from off-market swaps. The Greek case” (SEC/GovC/X/10/88a) u “The Titlos transaction and possible existence of similar transactions impacting on the euro area government debt or deficit levels” (SEC/GovC/X/10/88b);

tordna lill-Bank Ċentrali Ewropew ibati l-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv: applikazzjoni żbaljata tat-tieni inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Deċiżjoni ECB/2004/3 (1)

Ir-rikorrenti jsostnu li l-BĊE ma stabbilixxiex b’mod suffiċjenti li l-iżvelar tad-dokumenti kkonċernati kien ser jippreġudika l-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-rigward tal-politika finanzjarja, monetarja u ekonomika tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru.

Wara sitt snin minn meta tfasslu d-dokumenti u wara bidla fundamentali taċ-ċirkustanzi kuntestwali, ir-riskju ta’ detriment għall-interess pubbliku invokat mill-BĊE ma għadux effettivament rilevanti.

2.

It-tieni motiv: applikazzjoni żbaljata tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni ECB/2004/03

Ir-rikorrenti jsostnu li d-dokumenti inkwistjoni ma servewx għall-preparazzjoni ta’ deċiżjonijiet konkreti iżda sempliċement għall-formazzjoni ġenerali ta’ opinjoni u għall-finijiet ta’ informazzjoni fi ħdan il-BĊE.

Barra minn hekk, lanqas ma huwa aċċettabbli l-fatt li l-impjegati tal-BĊE jkunu intimidati mill-possibbiltà ta’ żvelar ta’ dokumenti.

Barra minn hekk, skont l-istatus quo, fid-dawl tad-dokumenti inkwistjoni ma hemm ebda perikolu ta’ influwenza inadatta minn terz fuq id-deliberazzjonijiet tal-BĊE.

Barra minn hekk, il-BĊE ma osservax u ma ħax inkunsiderazzjoni b’mod suffiċjenti l-interess pubbliku għall-aċċess għall-informazzjoni.

Fl-aħħar nett, ma huwiex il-BĊE li għandu jevalwa kif id-dibattitu pubbliku jista’ jistagħna, iżda dan huwa pjuttost ir-rwol tal-istampa li jirriżulta mill-“funzjoni ta’ viġilanza” li ġiet irrikonoxxuta lilha mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.


(1)  Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-4 ta’ Marzu 2004, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB/2004/3) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol.5, p. 51)


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/45


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2017 – Institute for Direct Democracy in Europe vs Il-Parlament

(Kawża T-118/17)

(2017/C 121/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Institute for Direct Democracy in Europe (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: E. Plasschaert u E. Montens, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2016, sa fejn (i) tissospendi l-ħlas tas-sussidju tal-2017, inkluż il-ħlas tal-prefinanzjament, (ii) tillimita l-ammont tal-prefinanzjament għas-sussidju tal-2017 għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju u (iii) tissuġġetta l-ħlas tal-ammont tal-prefinanzjament għall-kostituzzjoni ta’ garanzija mal-ewwel talba, u, konsegwentement, l-Artikolu I.4.1 tad-deċiżjoni ta’ għoti ta’ sussidju FINS-2017-28 mehmuża ma’ din id-deċiżjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

a)   F’dak li jirrigwarda d-deċiżjoni li jiġi sospiż il-ħlas tas-sussidju tal-2017 favur IDDE, inkluż l-ammont tal-prefinanzjament

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tikser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tikser id-drittijiet tad-difiża ta’ IDDE. B’mod partikolari, id-deċiżjoni ma ġietx adottata minn awtorità ekwa u imparzjali u IDDE ma nstemgħetx b’mod xieraq u lanqas ma ngħatat possibbiltà effettiva li tikkummenta u tikkonstesta l-akkużi mressqa fil-konfront tagħha.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tikser l-ewwel sentenza tal-Artikolu 208(1) tar-Regoli ta’ Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, l-Artikolu 8(a) tad-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew u l-Artikolu II.13.2 tad-deċiżjoni ta’ għoti ta’ sussidju. B’mod partikolari, il-ħlas tas-sussidju tal-2017 ma jistax jiġi sospiż abbażi ta’ allegazzjonijiet mhux ivverifikati li ma humiex marbuta mal-imsemmija deċiżjoni u li jirrigwardaw biss id-deċiżjoni ta’ għoti ta’ sussidju tal-2015. Barra minn hekk, il-ħlas tas-sussidju tal-2017 jista’ jiġi sospiż biss għall-finijiet ta’ verifiki li, f’dan il-każ, diġà twettqu u ngħalqu mingħajr ma ġie kkonfermat definittivament ebda suspett allegat jew allegazzjoni. Konsegwentement, is-sospensjoni għandha titneħħa. Fl-aħħar nett, is-suspetti u preżunzjonijiet allegati ma huma suffiċjenti sabiex jiġġustifikaw ebda sospensjoni tal-ħlas.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità. B’mod partikolari, il-portata tal-miżura adottata, jiġifieri s-sospensjoni tal-ħlas tas-sussidju tal-2017, inkluż tal-prefinanzjament tiegħu, hija totalment sproporzjonata meta mqabbla mas-suspetti u mal-irregolaritajiet allegati, anki jekk dawn jiġu kkonfermati.

b)   F’dak li jirrigwarda d-deċiżjoni li l-prefinanzjament jiġi limitat għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju u li l-ħlas tal-ammont tal-prefinanzjament jiġi ssuġġettat għall-kostituzzjoni ta’ garanzija bankarja mal-ewwel talba

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tikser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tikser id-drittijiet tad-difiża ta’ IDDE.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni, id-drittijiet tad-difiża u l-Artikolu 6 tad-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew, l-Artikolu 134 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 206 tar-Regoli ta’ Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tikser il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità. IDDE kienet il-vittma ta’ diskriminazzjoni kontriha, meta mqabbla ma’ fondazzjonijiet u partiti oħra li huma f’sitwazzjonijiet oġġettivament simili.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/46


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2017 – M&T Emporia Ilektrikon Ilektronikon Eidon vs EUIPO (fluo.)

(Kawża T-120/17)

(2017/C 121/66)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: M&T Emporia Ilektrikon-Ilektronikon Eidon AE (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: A. Spyridonos, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “fluo” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 664 486

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Diċembru 2016 fil-Każ R 863/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ċaħdet it-trade mark inkwistjoni u tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark għall-prodotti kollha li għalihom saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni jaqgħu fil-klassi 9 tal-klassifikazzjoni ta’ Nice;

tikkundanna lill-EUIPO għall-assjem tal-ispejjeż tal-istanzi kollha.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/47


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2017 – Devin vs EUIPO – Haskovo (DEVIN)

(Kawża T-122/17)

(2017/C 121/67)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Devin AD (Devin, il-Bulgarija) (rappreżentant: B. Van Asbroeck, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Haskovo Chamber of Commerce and Industry (Haskovo, il-Bulgarija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “DEVIN” – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 408 865

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Diċembru 2016 fil-Każ R 579/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni mogħtija fid-29 ta’ Jannar 2015 mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni fil-Każ Nru 9 559;

tiċħad fl-intier tagħha, jew tal-inqas parzjalment, it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa mir-rikorrenti kontra t-trade mark tal-Unjoni Ewropea “DEVIN” Nru 9408865 għall-prodotti kollha fil-klassi 32;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi invokati

ksur tal-Artikolu 52(1)(a) moqri flimkien tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

sa fejn il-Bord tal-Appell ma kisirx l-Artikolu 7(1)(c), ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/47


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2017 – Consorzio IB Innovation vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-126/17)

(2017/C 121/68)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Consorzio IB Innovation (Bentivoglio, l-Italja) (rappreżentanti: A. Masutti u P. Manzini, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tikkonstata li l-Kummissjoni interpretat u applikat b’mod żbaljat il-GA CONTAIN u l-GA ICARGO billi aċċettat ir-rapport tal-awditur fir-rigward tal-aspetti kollha enfasizzati fir-rikors;

tikkonstata konsegwentement li r-rikorrent interpreta u applika b’mod korrett il-GA CONTAIN u l-GA ICARGO;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors jaqa’ fil-kuntest tal-kwistjoni marbuta mal-Kawża T-84/17, Consorzio IB Innovation vs Il-Kummissjoni. Dak ir-rikors ġie ppreżentat kontra d-deċiżjoni tat-30 ta’ Novembru 2016 tad-Direttorat Ġenerali tar-Riċerka u tal-Innovazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (ARES 2016 – 6711369), li permezz tagħha dan tal-aħħar qies li l-IBI kellu jħallas lura s-somma ta’ EUR 294 925,43fir-rigward tal-kuntratt Nru 261679-CONTAIN u s-somma ta’ EUR 155 482,91fir-rigward tal-kuntratt Nru 288383-ICARGO, kif ukoll jivverifika l-eżistenza ta’ żbalji sistematiċi relatati ma’ numru ta’ kuntratti sussegwenti.

Ir-rikorrent jikkontesta l-interpretazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni tal-kuntratti inkwistjoni.

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-interpretazzjoni żbaljata u kontradittorja tal-kunċetti ta’ “benefiċjarji” u ta’ “terzi” bi ksur tal-Grant Agreements (iktar ’il quddiem il-“GA”) u tal-General Conditions (iktar ’il quddiem il-“GC”) li jinsabu fl-Anness II tal-General Agreements.

Ir-rikorrent isostni f’dan ir-rigward li konsorzju ma huwiex entità unika, iżda grupp ta’ impriżi jew “entità kollettiva”, u li la fil-GA u lanqas fil-GC, li jinsabu fl-Anness II tagħhom, ma hemm iddikjarat li impriża inkluża f’konsorzju hija terz fir-rigward tal-benefiċjarju tal-GA jekk iż-żewġ persuni jkollhom personalita ġuridika differenti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 9 tal-GA CONTAIN u tal-Artikolu 9 tal-GA ICARGO mwettqa mill-awditur u mill-Kummissjoni fir-rigward tad-dritt applikabbli għal tali kuntratti u l-applikazzjoni ta’ regoli mhux kuntrattwali u legalment mhux vinkolanti.

Ir-rikorrent isostni f’dan ir-rigward li r-rapport tal-awditur, aċċettat mill-Kummissjoni, huwa bbażat fuq interpretazzjoni tal-GA li la ma hija sostnuta mit-test tagħhom u lanqas mir-regoli ġuridiċi applikabbli għalihom. Għall-kuntrarju, dan ir-rapport huwa bbażat unikament fuq “manwal ta’ istruzzjonijiet” ippreparat mis-servizzi tal-Kummissjoni. Dan id-dokument, redatt unilateralment, ma jistax jieħu preċedenza fuq ir-regoli miftehma bejn il-partijiet.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu II.15.2.c tal-Anness II tal-GA CONTAIN u ICARGO.

Ir-rikorrent isostni f’dan ir-rigward li s-sistema ta’ kontabbiltà tal-ispejjeż indiretti relatati ma’ ċerti konsulenti in-house tal-IBI li użaw it-telexogħol ma tistax titqies bħala korretta.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li t-talba għar-reviżjoni tal-kuntratti mhux suġġetti għall-awditu ma hija bbażata fuq ebda klawżola kuntrattwali.

Ir-rikorrent isostni f’dan ir-rigward li bl-ebda mod ma huwa ċar liema mill-klawżoli kuntrattwali tal-GA ICARGO u CONTAIN, inklużi l-annessi kollha tagħhom, tippermetti lill-Kummissjoni titlob lill-IBI verifika preċiża u ddettaljata tal-ftehimiet li fihom ipparteċipa l-IBI fil-kuntest tas-Seba’ programm qafas. Fil-fatt, il-Kummissjoni titlob lill-IBI, billi tibbaża ruħha fuq il-preżunzjoni li l-iżbalji kkonstatati fl-awditu huma sistematiċi, jindika jekk il-lista hijiex kompleta u, jekk ikun il-każ, jikkompleta din il-lista bil-proġetti nieqsa, kif ukoll jivverifika jekk tali żbalji sistematiċi jinsabux fir-rapporti finanzjarji relatati ma’ dawk il-proġetti.


18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/48


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2017 – Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-130/17)

(2017/C 121/69)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Jeżewski, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2016)6950, tat-28 ta’ Ottubru 2016, li temenda l-kundizzjonijiet tal-eżenzjoni mill-obbligu li jiġu applikati ċerti rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni għall-pipeline tal-gass OPAL;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka 16-il motiv.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali u fuq evalwazzjoni żbaljata tal-att promotur tal-proċedura relatata mal-emenda tal-eżenzjoni preċedenti tal-pipeline tal-gass OPAL mill-obbligu li jiġu applikati ċerti rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, mogħtija fl-2009 permezz ta’ deċiżjoni tal-Bundesnetzagentur (aġenzija federali tan-netwerks Ġermaniża).

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza għall-għoti ta’ deċiżjoni li temenda l-eżenzjoni tal-pipeline tal-gass OPAL mill-obbligu li jiġu applikati ċerti rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-kundizzjonijiet ta’ eleġibbiltà għall-eżenzjoni tal-infrastruttura tal-gass prevista fl-Artikolu 36(1) moqri flimkien mal-Artikolu 2(17) tad-Direttiva 2009/73/KE.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-eżenzjoni tal-infrastruttura tal-gass prevista fl-Artikolu 36(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 2(33) tad-Direttiva 2009/73/KE.

L-għoti ta’ eżenzjoni regolatorja għal infrastruttura maġġuri ġdida huwa suġġett għall-kundizzjoni li l-livell ta’ riskju marbut mal-investiment huwa tali li l-investiment ma jsirx sakemm ma tingħatax l-eżenzjoni.

L-investiment għall-kostruzzjoni tal-pipeline tal-gass OPAL twettaq u tlesta definittivament fit-13 ta’ Lulju 2011 u, għalhekk, ma jistax jingħad iktar li hemm l-eżistenza ta’ kwalunkwe tali riskju.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-eżenzjoni tal-infrastruttura tal-gass prevista fl-Artikolu 36(1)(a) u (e) tad-Direttiva 2009/73/KE u, konsegwentement, il-konstatazzjoni li l-emenda tal-eżenzjoni regolatorja tal-pipeline tal-gass OPAL ma għandhiex effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni fis-suq tal-gass.

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-eżenzjoni tal-infrastruttura tal-gass prevista fl-Artikolu 36(1)(a) tad-Direttiva 2009/73/KE u, konsegwentement, il-konstatazzjoni li l-emenda tal-eżenzjoni regolatorja tal-pipeline tal-gass OPAL ittejjeb is-sigurtà tal-provvista tal-gass fis-suq intern.

7.

Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas tal-Bundesnetzagentur li tieħu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 102 TFUE fl-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni fis-sens tal-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/73/KE.

8.

It-tmien motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

9.

Id-disa’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

10.

L-għaxar motiv huwa bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni fis-sens tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 263 TFUE.

11.

Il-ħdax-il motiv huwa bbażat fuq ir-riskju ta’ nuqqas ta’ provvista ta’ gass li huma esposti għalih l-utenti tal-gass fir-Repubblika tal-Polonja, li jikkostitwixxi ksur tal-għan tat-Trattat għal azzjoni intiża li tiżgura s-sigurtà tal-enerġija u ksur tal-prinċipju ta’ solidarjetà tal-enerġija, kif ukoll ksur tal-Artikolu 7 tat-Trattat minħabba l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li tmur kontra politiki oħra tal-Unjoni Ewropea.

12.

It-tnax-il motiv huwa bbażat fuq trattament preferenzjali tal-infrastruttura li hija s-suġġett tal-eżenzjoni, li l-istatus tagħha huwa inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.

13.

It-tlettax-il u l-erbatax-il motiv huma bbażati fuq ksur tal-Artikoli 274 u 254 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra.

14.

Il-ħmistax-il motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 7 TFUE minħabba l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li tmur kontra politiki oħra tal-Unjoni Ewropea.

15.

Is-sittax-il motiv huwa bbażat fuq l-Artikolu 277 TFUE u jallega li l-Artikolu 2(33) tad-Direttiva 2009/73/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 36(1) tad-Direttiva, huwa invalidu sa fejn tiġi introdotta differenza diskriminatorja bejn infrastrutturi li jistgħu jkunu suġġetti għall-eżenzjoni min-naħa tal-awtoritajiet regolatorji u infrastrutturi oħra li ma jikkwalifikawx għal tali eżenzjoni.