ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 112

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
10 ta' April 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2017/C 112/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2017/C 112/02

Kawża C-555/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no6 de Murcia – Spanja) – IOS Finance EFC SA vs Servicio Murciano de Salud (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali — Direttiva 2011/7/UE — Tranżazzjonijiet kummerċjali bejn impriżi privati u awtoritajiet pubbliċi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkundizzjona l-irkupru immedjat tal-ammont prinċipali ta’ dejn għar-rinunzja tal-interessi moratorji u għall-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru)

2

2017/C 112/03

Kawża C-577/14 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Frar 2017 – Brandconcern BV vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 51(2) — Trade mark verbali LAMBRETTA — Użu ġenwin tat-trade mark — Talba għal revoka — Dikjarazzjoni parzjali ta’ revoka — Komunikazzjoni Nru 2/12 tal-President tal-EUIPO — Limitazzjoni ratione temporis ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja)

3

2017/C 112/04

Opinjoni 3/15: Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Frar 2017 – Il-Kummisjoni Ewropea (Opinjoni mogħtija skont l-Artikolu 218(11) TFUE — Trattat ta’ Marrakexx biex jiġi Ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, b’Diżabbiltà fil-Vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat — Artikolu 3 TFUE — Kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 207 TFUE — Politika kummerċjali komuni — Aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali — Ftehim internazzjonali li jista’ jolqot xi regoli komuni jew ibiddel il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom — Direttiva 2001/29/KE — Artikolu 5(3)(b) u (4) — Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet favur persuni b’diżabbiltà)

3

2017/C 112/05

Kawża C-90/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Frar 2017 – Hansen & Rosenthal KG, H&R Wax Company Vertrieb GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tax-xema’ tal-paraffin u suq Ġermaniż tax-xema’ ratba — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq — Prova tal-ksur — Ġurisdizzjoni sħiħa — Żnaturament tal-provi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Artikolu 23(2) — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Prinċipju ta’ legalità — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Prinċipju ta’ proporzjonalità)

4

2017/C 112/06

Kawża C-94/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Frar 2017 – Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen KG vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Akkordji — Suq Ewropew tax-xema’ tal-paraffin u suq Ġermaniż tax-xema’ ratba — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prova tal-ksur — Żnaturament tal-provi)

4

2017/C 112/07

Kawża C-95/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Frar 2017 – H&R ChemPharm GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tax-xama’ tal-paraffin u suq Ġermaniż tax-xama’ ratba — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prova tal-ksur — Żnaturament tal-provi — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Artikolu 23(3) — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Prinċipju ta’ proporzjonalità)

5

2017/C 112/08

Kawża C-219/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Elisabeth Schmitt vs TÜV Rheinland LGA Products GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Politika industrijali — Direttiva 93/42/KEE — Verifika fuq il-konformità ta’ mezzi mediċi — Korp innotifikat maħtur mill-manifattur — Obbligi ta’ dan il-korp — Proteżijiet tas-sider difettużi — Manifattura bl-użu ta’ silikon — Responsabbiltà tal-korp innotifikat)

5

2017/C 112/09

Kawża C-317/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tal-15 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – X vs Staatssecretaris van Financiën (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-kapital — Artikolu 64 TFUE — Moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiżi terzi li jinvolvi l-provvista ta’ servizzi finanzjarji — Assi finanzjarji miżmuma f’kont bankarju Svizzeru — Avviż ta’ stima addizzjonali — Terminu għall-ħruġ ta’ stima addizzjonali — Estensjoni tat-terminu għall-ħruġ ta’ stima addizzjonali fil-każ ta’ assi miżmuma barra mill-Istat Membru ta’ residenza)

6

2017/C 112/10

Kawża C-499/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vilniaus miesto apylinkės teismas – il-Litwanja) – W, V vs X Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Artikoli 8 sa 15 — Ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ obbligi ta’ manteniment — Regolament (KE) Nru 4/2009 — Artikolu 3(d) — Deċiżjonijiet opposti mogħtija mill-qrati ta’ Stati Membri differenti — Wild li abitwalment jirrisjedi fl-Istat Membru ta’ residenza ta’ ommu — Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru ta’ residenza tal-missier sabiex tiġi rriformata deċiżjoni li saret res judicata li adottaw preċedentement fir-rigward tar-residenza tal-wild, l-obbligi ta’ manteniment u l-eżerċizzju tad-dritt ta’ aċċess — Assenza

7

2017/C 112/11

Kawża C-503/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Secretario de la Administración de Justicia del Juzgado de Violencia sobre la mujer – Spanja) – Ramón Margarit Panicello vs Pilar Hernández Martínez Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 267 TFUE — Reġistratur — Kunċett ta’ qorti jew tribunal nazzjonali — Ġurisdizzjoni obbligatorja — Eżerċizzju ta’ funzjonijiet ġudizzjarji — Indipendenza — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

8

2017/C 112/12

Kawża C-507/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van Koophandel te Gent- il-Belġju) – Agro Foreign Trade & Agency Ltd vs Petersime NV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Aġenti kummerċjali indipendenti — Direttiva 86/653/KEE — Koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri — Liġi ta’ traspożizzjoni Belġjana — Kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali — Prinċipal stabbilit fil-Belġju u aġent stabbilit fit-Turkija — Klawżola ta’ għażla tad-dritt Belġjan — Liġi inapplikabbli — Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Kompatibbiltà)

8

2017/C 112/13

Kawża C-592/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit) – Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs vs British Film Institute (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud — Sitt Direttiva 77/388/KEE — Artikolu 13A(1)(n) — Eżenzjonijiet ta’ ċertu provvisti ta’ servizzi kulturali — Assenza ta’ effett dirett — Determinazzjoni tal-provvisti ta’ servizzi kulturali eżentati — Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri)

9

2017/C 112/14

Kawża C-641/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien – l-Awstrija) – Verwertungsgesellschaft Rundfunk GmbH vs Hettegger Hotel Edelweiss GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali — Direttiva 2006/115/KE — Artikolu 8(3) — Dritt esklużiv tal-organizzazzjonijiet tax-xandir — Komunikazzjoni lill-pubbliku — Postijiet aċċessibbli għall-pubbliku fuq ħlas ta’ miżata għad-dħul — Komunikazzjoni tax-xandiriet permezz ta’ settijiet tat-televiżjoni installati fil-kmamar ta’ lukanda)

10

2017/C 112/15

Kawża C-145/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Gerechtshof Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Aramex Nederland BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KEE) Nru 2658/87 — Unjoni doganali u tariffa doganali komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Validità — Regolament (UE) Nru 301/2012 — Intestaturi 8703 u 8711 — Vettura bi tliet roti msejħa Spyder)

10

2017/C 112/16

Kawża C-578/16 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče Republike Slovenije –is-Slovenja) – C. K., H. F., A. S. vs Republika Slovenija (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Sistema ta’ Dublin — Regolament (UE) Nru 604/2013 — Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Trattamenti inumani jew degradanti — Trasferiment ta’ applikant għall-ażil marid b’mod gravi lejn l-Istat responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni tiegħu — Assenza ta’ raġunijiet serji sabiex jitwemmen li jeżistu difetti sistemiċi kkonfermati f’dan l-Istat Membru — Obbligi imposti fuq l-Istat Membru li għandu jipproċedi bit-trasferiment)

11

2017/C 112/17

Kawża C-28/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – L-Ungerija)– Magyar Villamos Művek Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 2, 9, 26, 167, 168 u 173 — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Persuna taxxabbli li twettaq kemm attivitajiet ekonomiċi kif ukoll attivitajiet mhux ekonomiċi — Kumpannija holding li tipprovdi servizzi mingħajr ħlas lis-sussidjarji tagħha)

12

2017/C 112/18

Kawża C-280/16 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Jannar 2017 – Amrita Soc. coop. arl et vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Protezzjoni sanitarja tal-pjanti — Direttiva 2000/29/KE — Protezzjoni kontra l-introduzzjoni u t-tixrid ġewwa l-Unjoni Ewropea ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għal prodotti tal-pjanti — Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2015/789 — Miżuri intiżi li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tax-Xylella fastidiosa (Wells et Raju) — Rikors għal annullament — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE — Att regolatorju — Miżuri ta’ implementazzjoni — Persuna kkonċernata individwalment)

13

2017/C 112/19

Kawża C-137/16 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2017 minn Juozas Edvardas Petraitis mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-18 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-460/15, Petraitis vs Il-Kummissjoni

13

2017/C 112/20

Kawża C-501/16: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2016 minn Monster Energy Company mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-14 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża T-429/15: Monster Energy vs EUIPO – MAD CATZ INTERACTIVE (MAD CATZ)

14

2017/C 112/21

Kawża C-502/16 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2016 minn Monster Energy Company mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-14 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża T-567/15: Monster Energy vs EUIPO – MAD CATZ INTERACTIVE (RAPPREŻENTAZZJONI TA’ KAXXA SEWDA B’ERBA’ LINJI BOJOD)

14

2017/C 112/22

Kawża C-625/16 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2016 minn Anikó Pint kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) mogħti fl-14 ta’ Novembru 2016 fil-Kawża T-660/16, Anikó Pint vs Il-Kummissjoni Ewropea

14

2017/C 112/23

Kawża C-665/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-22 ta’ Diċembru 2016 – Ministru tal-Finanzi vs Komun ta’ Wrócław

15

2017/C 112/24

Kawża C-1/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte di Appello di Torino (l-Italja) fit-2 ta’ Jannar 2017 – Petronas Lubricants Italy SpA vs Livio Guida

15

2017/C 112/25

Kawża C-3/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-3 ta’ Jannar 2017 – Sporting Odds Limited vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Központi Irányítása

16

2017/C 112/26

Kawża C-11/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Aue, Zweigstelle Stollberg (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Jannar 2017 – Thomas Hübner vs LVM Lebensversicherungs AG

18

2017/C 112/27

Kawża C-20/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammergericht Berlin (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Jannar 2017 – Vincent Pierre Oberle

19

2017/C 112/28

Kawża C-21/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (ir-Repubblika Ċeka) fit-18 ta’ Jannar 2017 – Catlin Europe SE vs O. K. Trans Praha spol. s r. o.

19

2017/C 112/29

Kawża C-24/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-18 ta’ Jannar 2017 – Österreichischer Gewerkschaftsbund, Gewerkschaft öffentlicher Dienst vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

20

2017/C 112/30

Kawża C-31/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-23 ta’ Jannar 2017 – Sucrerie de Toury SA vs Ministre de l’économie et des finances

21

2017/C 112/31

Kawża C-39/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fil-25 ta’ Jannar 2017 – Lubrizol France SAS vs Caisse nationale du Régime social des indépendants (RSI) participations extérieures

22

2017/C 112/32

Kawża C-40/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Jannar 2017 – Fashion ID GmbH & Co.KG vs Verbraucherzentrale NRW eV

22

2017/C 112/33

Kawża C-47/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Haarlem (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-1 ta’ Frar 2017 – X vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

23

2017/C 112/34

Kawża C-48/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Haarlem (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ Frar 2017 – X vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

24

2017/C 112/35

Kawża C-49/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fl-1 ta’ Frar 2017 – Koppers Denmark ApS vs Skatteministeriet

25

2017/C 112/36

Kawża C-56/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fit-3 ta’ Jannar 2017 – Bahtiar Fathi vs/Predsedatel na Darzhavna agentsia za bezhantsite

26

2017/C 112/37

Kawża C-59/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-3 ta’ Frar 2017 – SCI Château du Grand Bois vs Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)

27

2017/C 112/38

Kawża C-64/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (il-Portugall) fis-7 ta’ Frar 2017 – Saey Home & Garden NV/SA vs Lusavouga-Máquinas e Acessórios Industriais SA

28

2017/C 112/39

Kawża C-67/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad Varna (il-Bulgarija) fis-7 ta’ Frar 2017 – Todor Iliev vs Blagovesta Ilieva

30

2017/C 112/40

Kawża C-88/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (qorti suprema) (il-Finlandja) fis-17 ta’ Frar 2017 – Zurich Insurance PLC, Metso Minerals Oy vs Abnormal Load Services (International) Limited

30

2017/C 112/41

Kawża C-349/15: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Castellón – Spanja) – Banco Popular Español SA vs Elena Lucaciu, Cristian Laurentiu Lucaciu

31

2017/C 112/42

Kawża C-381/15: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Zamora – Spanja) – Javier Ángel Rodríguez Sánchez vs Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria SAU (Banco CEISS)

31

2017/C 112/43

Kawża C-34/16: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia de Alicante – Spanja) – Manuel González Poyato, Ana Belén Tovar García vs Banco Popular Español SA

31

2017/C 112/44

Kawża C-352/16: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Navarra – Spanja) – Instituto de Religiosas Oblatas del Santísimo Redentor vs Joaquín Taberna Carvajal

32

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 112/45

Kawża T-40/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2017 – ASPLA u Armando Álvarez vs L-Unjoni Ewropea (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Speċifikazzjoni tar-rikors — Preskrizzjoni — Ammissibbiltà — Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Terminu raġonevoli għall-prolazzjoni ta’ sentenza — Danni materjali — Interessi fuq l-ammont tal-multa mhux imħallas — Spejjeż ta’ garanzija bankarja — Rabta kawżali)

33

2017/C 112/46

Kawża T-369/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2017 – Hernández Zamora vs EUIPO – Rosen Tantau (Paloma) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Paloma — Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea Paloma — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

34

2017/C 112/47

Kawża T-441/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2017 – European Dynamics Luxembourg et vs AEM (Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratt-qafas multiplu f’kaskata EMA/2012/10/ICT — Provvista ta’ servizzi esterni fil-qasam tal-applikazzjonijiet tas-softwer — Talba għal provvista ta’ servizzi indirizzata lir-rikorrenti — Ċaħda tal-kandidati proposti mir-rikorrenti — Proporzjonalità — Klassifikazzjoni mill-ġdid parzjali tar-rikors — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

34

2017/C 112/48

Kawża T-596/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2017 – Batmore Capital vs EUIPO – Univers Poche (POCKETBOOK) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva POCKETBOOK — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti POCKET — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

35

2017/C 112/49

Kawża T-142/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2017 – Dröge et vs Il-Kummissjoni [Rikors għal annullament — Dikjarazzjoni ta’ intenzjoni u żewġ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-modalitajiet ta’ aċċess għad-dokumenti dwar in-negozjati tal-partenarjat transatlantiku ta’ kummerċ u ta’ investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti (TTIP) — Dritt ta’ aċċess tal-kollaboraturi tal-membri tal-parlamenti nazzjonali għal ċerti dokumenti kunfidenzjali tan-negozjati tat-TTIP — Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati — Inammissibbiltà]

36

2017/C 112/50

Kawża T-153/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2017 – Acerga vs Il-Kunsill (Rikors għal annullament — Sajd — Konservazzjoni tar-riżorsi tal-ħut — Opportunitajiet ta’ sajd ta’ ċerti stokkijiet u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni — Assoċjazzjoni — Nuqqas ta’ interess individwali — Att li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni — Inammissibbiltà)

36

2017/C 112/51

Kawża T-593/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2017 – Stips vs Il-Kummissjoni (Rikors għad-danni — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Assenza ta’ talba fis-sens tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — Inammissibbiltà manifesta)

37

2017/C 112/52

Kawża T-598/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Frar 2017 – Pipiliagkas vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Assenjazzjoni — Trasferiment fl-interess tas-servizz — Assenjazzjoni mill-ġdid tar-rikorrent — Eżekuzzjoni ta’ sentenza — Proċedura prekontenzjuża — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà)

38

2017/C 112/53

Kawża T-645/16 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2017 – Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank vs BUR (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni — Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni — Kontribuzzjonijiet ex ante — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

38

2017/C 112/54

Kawża T-55/17: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2017 – Healy vs Il-Kummissjoni

39

2017/C 112/55

Kawża T-56/17: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2017 – PO et vs SEAE

39

2017/C 112/56

Kawża T-71/17: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2017 – France.com vs EUIPO – France (FRANCE.com)

40

2017/C 112/57

Kawża T-73/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2017 – RS vs Il-Kummissjoni

41

2017/C 112/58

Kawża T-79/17: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2017 – Schoonjans vs Il-Kummissjoni

42

2017/C 112/59

Kawża T-80/17: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2017 – Steiniger vs EUIPO – ista Deutschland (IST)

43

2017/C 112/60

Kawża T-89/17: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2017 – Erwin Müller vs EUIPO – Novus Tablet Technology Finland (NOVUS)

43

2017/C 112/61

Kawża T-94/17: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2017 – ACTC vs EUIPO – Taiga (tigha)

44

2017/C 112/62

Kawża T-95/17: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2017 – King.com vs EUIPO – TeamLava (Skrin ta’ wiri u ikoni)

45

2017/C 112/63

Kawża T-96/17: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2017 – King.com vs EUIPO – (TeamLava (Animated icons)

45

2017/C 112/64

Kawża T-97/17: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2017 – Franmax vs EUIPO – R. Seelig & Hille (her- bea)

46

2017/C 112/65

Kawża T-105/17: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2017 – HSBC Holdings et vs Il-Kummissjoni

46

2017/C 112/66

Kawża T-106/17: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2017 – JPMorgan Chase et vs Il-Kummissjoni

47

2017/C 112/67

Kawża T-125/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2017 – BASF Grenzach vs ECHA

48

2017/C 112/68

Kawża T-267/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta Frar 2017 – Tarmac Trading vs Il-Kummissjoni

50

2017/C 112/69

Kawża T-349/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2017 – Bank Saderat Iran vs Il-Kunsill

50

2017/C 112/70

Kawża T-596/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2017 – HP vs Il-Kummissjoni u eu-LISA

50

2017/C 112/71

Kawża T-635/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2017 – IPA vs Il-Kummissjoni

51

2017/C 112/72

Kawża T-908/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2017 – Starbucks (HK) vs EUIPO – Now Wireless (nowwireless)

51


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 112/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 104, 3.4.2017

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 95, 27.3.2017

ĠU C 86, 20.3.2017

ĠU C 78, 13.3.2017

ĠU C 70, 6.3.2017

ĠU C 63, 27.2.2017

ĠU C 53, 20.2.2017

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no6 de Murcia – Spanja) – IOS Finance EFC SA vs Servicio Murciano de Salud

(Kawża C-555/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali - Direttiva 2011/7/UE - Tranżazzjonijiet kummerċjali bejn impriżi privati u awtoritajiet pubbliċi - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkundizzjona l-irkupru immedjat tal-ammont prinċipali ta’ dejn għar-rinunzja tal-interessi moratorji u għall-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru))

(2017/C 112/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no6 de Murcia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: IOS Finance EFC SA

Konvenut: Servicio Murciano de Salud

Dispożittiv

Id-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 2011, dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard [ħlas tardiv] fi tranżazzjonijiet kummerċjali, u b’mod partikolari, l-Artikolu 7(2) u (3) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-kreditur jirrinunzja għall-interessi moratorji u għall-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru inkambju għall-ħlas immedjat tal-ammont prinċipali ta’ djun eżiġibbli, sakemm tali rinunzja tkun saret b’kunsens liberu, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.


(1)  ĠU C 56, 16.2.2015


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Frar 2017 – Brandconcern BV vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-577/14 P) (1)

((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 51(2) - Trade mark verbali LAMBRETTA - Użu ġenwin tat-trade mark - Talba għal revoka - Dikjarazzjoni parzjali ta’ revoka - Komunikazzjoni Nru 2/12 tal-President tal-EUIPO - Limitazzjoni ratione temporis ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja))

(2017/C 112/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliz

Partijiet

Appellanti: Brandconcern BV (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, Rechtsanwälte, G. Casucci, N. Ferretti u C. Galli, avvocati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent), Scooters India Ltd (rappreżentanti: C. Wolfe, Solicitor, kif ukoll B. Brandreth u A. Edwards-Stuart, Barristers)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Brandconcern BV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 89, 16.3.2015.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/3


Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Frar 2017 – Il-Kummisjoni Ewropea

(Opinjoni 3/15) (1)

((Opinjoni mogħtija skont l-Artikolu 218(11) TFUE - Trattat ta’ Marrakexx biex jiġi Ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, b’Diżabbiltà fil-Vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat - Artikolu 3 TFUE - Kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 207 TFUE - Politika kummerċjali komuni - Aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali - Ftehim internazzjonali li jista’ jolqot xi regoli komuni jew ibiddel il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom - Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 5(3)(b) u (4) - Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet favur persuni b’diżabbiltà))

(2017/C 112/04)

Lingwa tal-proċedura: il-lingwi uffiċjali kollha

Talba mressqa minn

Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Hartmann, F. Castillo de la Torre u J. Samnadda, aġenti)

Dispożittiv

Il-konklużjoni tat-Trattat ta’ Marrakexx biex jiġi Ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, b’Diżabbiltà fil-Vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 311, 21.9.2015.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Frar 2017 – Hansen & Rosenthal KG, H&R Wax Company Vertrieb GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-90/15 P) (1)

((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tax-xema’ tal-paraffin u suq Ġermaniż tax-xema’ ratba - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq - Prova tal-ksur - Ġurisdizzjoni sħiħa - Żnaturament tal-provi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikolu 23(2) - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Prinċipju ta’ legalità - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Prinċipju ta’ proporzjonalità))

(2017/C 112/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Hansen & Rosenthal KG, H&R Wax Company Vertrieb GmbH (rappreżentanti: J. Schulte, M. Dallmann u K. Künstner, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Sauer, C. Vollrath u L. Wildpanner, aġenti, assistiti minn A. Böhlke, Rechtsanwalt)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Hansen & Rosenthal KG u H&R Wax Company Vertrieb GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 146, 4.5.2015.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Frar 2017 – Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen KG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-94/15 P) (1)

((Appell - Akkordji - Suq Ewropew tax-xema’ tal-paraffin u suq Ġermaniż tax-xema’ ratba - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prova tal-ksur - Żnaturament tal-provi))

(2017/C 112/06)

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen KG (rappreżentanti: U. Itzen u J. Ziebarth, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Sauer, C. Vollrath u L. Wildpanner, aġenti, A. Böhlke, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Tudapetrol Mineralölerzeugnisse Nils Hansen KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 127, 20.4.2015.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Frar 2017 – H&R ChemPharm GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-95/15 P) (1)

((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tax-xama’ tal-paraffin u suq Ġermaniż tax-xama’ ratba - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prova tal-ksur - Żnaturament tal-provi - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikolu 23(3) - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Prinċipju ta’ proporzjonalità))

(2017/C 112/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: H&R ChemPharm GmbH (rappreżentanti: M. Klusmann, Rechtsanwalt, S. Thomas, Professor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Sauer, C. Vollrath u L. Wildpanner, aġenti, assistiti minn A. Böhlke, Rechtsanwalt)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

H&R ChemPharm GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 138, 27.4.2015.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Elisabeth Schmitt vs TÜV Rheinland LGA Products GmbH

(Kawża C-219/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Politika industrijali - Direttiva 93/42/KEE - Verifika fuq il-konformità ta’ mezzi mediċi - Korp innotifikat maħtur mill-manifattur - Obbligi ta’ dan il-korp - Proteżijiet tas-sider difettużi - Manifattura bl-użu ta’ silikon - Responsabbiltà tal-korp innotifikat))

(2017/C 112/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elisabeth Schmitt

Konvenuta: TÜV Rheinland LGA Products GmbH

Dispożittiv

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, dwar mezzi mediċi, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Settembru 2003, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 11(1) u (10) kif ukoll tal-Artikolu 16(6) ta’ din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-korp innotifikat ma huwiex obbligat, b’mod ġenerali, li jwettaq żjarat għal għarrieda, li jivverifika l-mezzi u/jew li jeżamina r-rekords tan-negozju tal-manifattur. Madankollu, meta jkun hemm indizji li jissuġġerixxu li mezz mediku jista’ ma jkunx konformi mar-rekwiżiti li jirriżultaw mid-Direttiva 93/42, kif emendata bir-Regolament Nru 1882/2003, dan il-korp għandu jadotta l-miżuri kollha neċessarji sabiex iwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 16(6) ta’ din id-direttiva u tal-punti 3.2, 3.3, 4.1 sa 4.3 u 5.1 tal-Anness II tal-imsemmija direttiva.

2)

Id-Direttiva 93/42, kif emendata bir-Regolament Nru 1882/2003, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-intervent tal-korp innotifikat fil-kuntest tal-proċedura relatata mad-dikjarazzjoni tal-konformità tas-CE huwa intiż li jipproteġi lid-destinatarji finali ta’ mezzi mediċi. Iċ-ċirkustanzi li fihom nuqqas ta’ twettiq b’negliġenza minn dan il-korp innotifikat tal-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva, fil-kuntest ta’ din il-proċedura, jista’ jkun ta’ natura li jagħti lok għar-responsabbiltà tiegħu fir-rigward ta’ dawn id-destinatarji, huma rregolati mid-dritt nazzjonali, bla ħsara għall-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2015


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tal-15 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – X vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-317/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 64 TFUE - Moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiżi terzi li jinvolvi l-provvista ta’ servizzi finanzjarji - Assi finanzjarji miżmuma f’kont bankarju Svizzeru - Avviż ta’ stima addizzjonali - Terminu għall-ħruġ ta’ stima addizzjonali - Estensjoni tat-terminu għall-ħruġ ta’ stima addizzjonali fil-każ ta’ assi miżmuma barra mill-Istat Membru ta’ residenza))

(2017/C 112/09)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 64(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi restrizzjoni għall-movimenti ta’ kapital imsemmija f’din id-dispożizzjoni, bħat-terminu għall-ħruġ ta’ stima addizzjonali estiż inkwistjoni fil-kawża prinċipali, anki meta din ir-restrizzjoni tkun applikabbli wkoll għal sitwazzjonijiet li ma għandhomx x’jaqsmu mal-investimenti diretti, mal-istabbiliment, mal-provvista ta’ servizzi finanzjarji jew mad-dħul ta’ titoli fis-swieq.

2)

Il-ftuħ ta’ kont ta’ titoli minn resident ta’ Stat Membru ma’ istituzzjoni bankarja barra mill-Unjoni, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ moviment tal-kapital li jinvolvi l-provvista ta’ servizzi finanzjarji, fis-sens tal-Artikolu 64(1) TFUE.

3)

Il-possibbiltà li l-Artikolu 64(1) TFUE jagħti lill-Istati Membri li japplikaw restrizzjonijiet għall-moviment tal-kapital li jinvolvi l-provvista ta’ servizzi finanzjarji tgħodd ukoll għal dawk, bħat-terminu għall-ħruġ ta’ stima addizzjonali estiż inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li la huma diretti lejn il-fornitur tas-servizzi u lanqas ma jirregolaw il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet tal-provvista ta’ servizzi.


(1)  ĠU C 311, 21.9.2015.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vilniaus miesto apylinkės teismas – il-Litwanja) – W, V vs X

(Kawża C-499/15) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Artikoli 8 sa 15 - Ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ obbligi ta’ manteniment - Regolament (KE) Nru 4/2009 - Artikolu 3(d) - Deċiżjonijiet opposti mogħtija mill-qrati ta’ Stati Membri differenti - Wild li abitwalment jirrisjedi fl-Istat Membru ta’ residenza ta’ ommu - Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru ta’ residenza tal-missier sabiex tiġi rriformata deċiżjoni li saret res judicata li adottaw preċedentement fir-rigward tar-residenza tal-wild, l-obbligi ta’ manteniment u l-eżerċizzju tad-dritt ta’ aċċess - Assenza)

(2017/C 112/10)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Vilniaus miesto apylinkės teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: W, V

Konvenut: X

Dispożittiv

L-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 u l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009, tat-18 ta’ Diċembru 2008, dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’kawża bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-qrati tal-Istat Membru li adottaw deċiżjoni li saret res judicata fil-qasam ta’ responsabbiltà tal-ġenituri u ta’ obbligi ta’ manteniment li jirrigwardaw wild minuri ma għandhomx ġurisdizzjoni iktar sabiex jiddeċiedu fuq talba ta’ riforma tad-dispożizzjonijiet deċiżi minn din id-deċiżjoni, sakemm ir-residenza abitwali tal-wild tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor. Huma l-qrati ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar li għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu fuq din it-talba.


(1)  ĠU C 414, 14.12.2015.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Secretario de la Administración de Justicia del Juzgado de Violencia sobre la mujer – Spanja) – Ramón Margarit Panicello vs Pilar Hernández Martínez

(Kawża C-503/15) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 267 TFUE - Reġistratur - Kunċett ta’ qorti jew tribunal nazzjonali - Ġurisdizzjoni obbligatorja - Eżerċizzju ta’ funzjonijiet ġudizzjarji - Indipendenza - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

(2017/C 112/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Secretario Judicial del Juzgado de Violencia sobre la Mujer Único de Terrassa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ramón Margarit Panicello

Konvenuta: Pilar Hernández Martínez

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex il-ġurisdizzjoni biex tirrispondi d-domandi magħmula mis-Secretario Judicial del Juzgado de Violencia sobre la Mujer Único de Terrassa (reġistratur tal-qorti fil-qasam tal-vjolenza kontra n-nisa ta’ Terrassa, Spanja).


(1)  ĠU C 414, 14.12.2015.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van Koophandel te Gent- il-Belġju) – Agro Foreign Trade & Agency Ltd vs Petersime NV

(Kawża C-507/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Aġenti kummerċjali indipendenti - Direttiva 86/653/KEE - Koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri - Liġi ta’ traspożizzjoni Belġjana - Kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali - Prinċipal stabbilit fil-Belġju u aġent stabbilit fit-Turkija - Klawżola ta’ għażla tad-dritt Belġjan - Liġi inapplikabbli - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Kompatibbiltà))

(2017/C 112/12)

Lingwa tal-kawża: il-Pajjiżi l-Baxxi

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van Koophandel te Gent

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agro Foreign Trade & Agency Ltd

Konvenuta: Petersime NV

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE, tat-18 ta’ Diċembru 1986, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom u l-Ftehim dwar il-ħolqien ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, li ġie ffirmat f’Ankara fit-12 ta’ Settembru 1963 mir-Repubblika tat-Turkija, minn naħa, u mill-Istati Membri tal-KEE u l-Komunità, min-naħa l-oħra, u li ġie konkluż, approvat u kkonfermat f’isem din tal-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE, tat-23 ta’ Diċembru 1963, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi din id-direttiva fid-dritt tal-Istat Membru kkonċernat, li teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali li fil-kuntest tiegħu l-aġent kummerċjali huwa stabbilit fit-Turkija, fejn jeżerċita l-attivitajiet li jirriżultaw minn dan il-kuntratt, u l-prinċipal huwa stabbilit fl-imsemmi Stat Membru, b’tali mod li, f’ċirkustanzi bħal dawn, l-aġent kummerċjali ma jistax jinvoka drittijiet li l-imsemmija direttiva tiggarantixxi lill-aġenti kummerċjali wara tmiem tali kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali.


(1)  ĠU C 414, 14.12.2015.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit) – Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs vs British Film Institute

(Kawża C-592/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Artikolu 13A(1)(n) - Eżenzjonijiet ta’ ċertu provvisti ta’ servizzi kulturali - Assenza ta’ effett dirett - Determinazzjoni tal-provvisti ta’ servizzi kulturali eżentati - Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri))

(2017/C 112/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Konvenut: British Film Institute

Dispożittiv

L-Artikolu 13A(1)(n) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, li jipprevedi l-eżenzjoni ta’ “ċertu servizzi kulturali”, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma għandux effett dirett, b’tali mod li, fl-assenza ta’ traspożizzjoni, din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi invokata direttament minn korp tad-dritt pubbliku jew minn korp kulturali ieħor irrikonoxxut mill-Istat Membru kkonċernat u li jipprovdi servizzi kulturali.


(1)  ĠU C 27, 25.1.2016.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien – l-Awstrija) – Verwertungsgesellschaft Rundfunk GmbH vs Hettegger Hotel Edelweiss GmbH

(Kawża C-641/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Direttiva 2006/115/KE - Artikolu 8(3) - Dritt esklużiv tal-organizzazzjonijiet tax-xandir - Komunikazzjoni lill-pubbliku - Postijiet aċċessibbli għall-pubbliku fuq ħlas ta’ miżata għad-dħul - Komunikazzjoni tax-xandiriet permezz ta’ settijiet tat-televiżjoni installati fil-kmamar ta’ lukanda))

(2017/C 112/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Handelsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Verwertungsgesellschaft Rundfunk GmbH

Konvenuta: Hettegger Hotel Edelweiss GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-komunikazzjoni ta’ xandiriet bit-televiżjoni u bir-radju permezz ta’ settijiet tat-televiżjoni installati fil-kmamar ta’ lukanda ma tikkostitwixxix komunikazzjoni magħmula f’post aċċessibbli għall-pubbliku fuq ħlas ta’ miżata għad-dħul.


(1)  ĠU C 90, 7.3.2016.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Gerechtshof Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Aramex Nederland BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane

(Kawża C-145/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 2658/87 - Unjoni doganali u tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Validità - Regolament (UE) Nru 301/2012 - Intestaturi 8703 u 8711 - Vettura bi tliet roti msejħa “Spyder”))

(2017/C 112/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Aramex Nederland BV

Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane

Dispożittiv

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012, tad-9 ta’ Ottubru 2012, għandha tiġi interpretata fis-sens li vettura bi tliet roti, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mgħammra b’tajers immanifatturati għall-motoċikletti bi tliet roti iżda simili għal dawk għall-vetturi bil-mutur, ikkontrollata permezz ta’ manubriju u mgħammra b’sistema tal-istering bbażat fuq il-prinċipju Ackermann, taqa’ taħt l-intestatura 8703 ta’ din in-nomenklatura.


(1)  ĠU C 200, 6.6.2016.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče Republike Slovenije –is-Slovenja) – C. K., H. F., A. S. vs Republika Slovenija

(Kawża C-578/16 PPU) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Fruntieri, ażil u immigrazzjoni - Sistema ta’ Dublin - Regolament (UE) Nru 604/2013 - Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Trattamenti inumani jew degradanti - Trasferiment ta’ applikant għall-ażil marid b’mod gravi lejn l-Istat responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni tiegħu - Assenza ta’ raġunijiet serji sabiex jitwemmen li jeżistu difetti sistemiċi kkonfermati f’dan l-Istat Membru - Obbligi imposti fuq l-Istat Membru li għandu jipproċedi bit-trasferiment))

(2017/C 112/16)

Lingwa tal-kawża: l-Islovakk

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: C. K., H. F., A. S.

Konvenuta: Republika Slovenija

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kwistjoni tal-applikazzjoni, minn Stat Membru, tal-“klawżola diskrezzjonali” prevista f’din id-dispożizzjoni ma taqax unikament taħt id-dritt nazzjonali u taħt l-interpretazzjoni li tagħtiha l-qorti Kostituzzjonali ta’ dan l-Istat Membru, iżda tikkostitwixxi kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE.

2)

L-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li:

anki fl-assenza ta’ raġunijiet serji sabiex jitwemmen li jeżistu difetti sistemiċi fl-Istat Membru responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni għall-ażil, it-trasferiment ta’ applikant għall-ażil fil-kuntest tar-Regolament Nru 604/2013 jista’ jseħħ biss f’kundizzjonijiet li jeskludu li dan it-trasferiment iwassal għal riskju reali u kkonfermat li l-persuna kkonċernata tissubixxi trattamenti inumani jew degradanti, fis-sens ta’ dan l-artikolu;

f’ċirkustanzi li fihom it-trasferiment ta’ applikant għall-ażil, li jkollu kundizzjoni mentali jew fiżika partikolarment gravi, iwassal għal riskju reali u kkonfermat ta’ deterjorament sinjifikattiv u rrimedjabbli tal-istat ta’ saħħa tal-persuna kkonċernata, dan it-trasferiment jikkostitwixxi trattament inuman u degradanti, fis-sens ta’ dan l-artikolu;

huma l-awtoritajiet tal-Istat Membru li għandu jipproċedi bit-trasferiment u, jekk ikun il-każ, il-qrati tiegħu, li għandhom jeliminaw kwalunkwe dubju serju dwar l-impatt tat-trasferiment fuq l-istat ta’ saħħa tal-persuna kkonċernata, billi jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji sabiex it-trasferiment tagħha jseħħ f’kundizzjonijiet li jippermettu li jitħares b’mod xieraq u suffiċjenti l-istat ta’ saħħa ta’ din il-persuna. Fl-ipoteżi fejn, fid-dawl tal-gravità partikolari tal-kundizzjoni tal-applikant għall-ażil ikkonċernat, it-teħid ta’ dawn il-prekawzjonijiet ma jkunx biżżejjed sabiex jiġi żgurat li t-trasferiment tiegħu ma jwassalx għal riskju reali ta’ aggravazzjoni sinjifikattiva u rrimedjabbli tal-istat ta’ saħħa tiegħu, huma l-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat li għandhom jissospendu l-eżekuzzjoni tat-trasferiment tal-persuna kkonċernata, u dan għal tant żmien li l-istat tagħha ma jagħmilhiex kapaċi għal tali trasferiment, u

jekk ikun il-każ, jekk huwa għaraf li l-istat ta’ saħħa tal-applikant għall-ażil ikkonċernat mhux ser jitjieb fi żmien qasir, jew li s-sospensjoni matul tul twil tal-proċedura tirriskja li tiggrava l-istat tal-persuna kkonċernata, l-Istat Membru rikorrent jista’ jagħżel li jeżamina huwa stess l-applikazzjoni tagħha billi jagħmel użu mill-“klawżola diskrezzjonali” prevista fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 604/2013.

L-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 604/2013, moqri fid-dawl tal-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ma jistax jiġi interpretat bħala li jobbliga, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dan l-Istat Membru sabiex japplika din il-klawżola.


(1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – L-Ungerija)– Magyar Villamos Művek Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság

(Kawża C-28/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 2, 9, 26, 167, 168 u 173 - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Persuna taxxabbli li twettaq kemm attivitajiet ekonomiċi kif ukoll attivitajiet mhux ekonomiċi - Kumpannija holding li tipprovdi servizzi mingħajr ħlas lis-sussidjarji tagħha))

(2017/C 112/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Magyar Villamos Művek Zrt.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság

Dispożittiv

L-Artikoli 2, 9, 26, 167, 168 u 173 tad-Direttiva 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li billi l-interferenza ta’ kumpannija holding, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fil-ġestjoni tas-sussidjarji tagħha, meta hija ma tkunx iffatturat lil dawn tal-aħħar la bil-prezz tas-servizzi li hija akkwistat fl-interess tal-grupp ta’ kumpanniji jew ta’ xi wħud mis-sussidjarji tagħha u lanqas bit-taxxa fuq il-valur miżjud relatata, ma hijiex “attività ekonomika” fis-sens ta’ din id-direttiva, tali kumpannija holding ma tistax tibbenefika minn dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa għal dawn is-servizzi akkwistati, sa fejn dawn tal-aħħar huma relatati ma’ tranżazzjonijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 156, 2.5.2016.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Jannar 2017 – Amrita Soc. coop. arl et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-280/16 P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Protezzjoni sanitarja tal-pjanti - Direttiva 2000/29/KE - Protezzjoni kontra l-introduzzjoni u t-tixrid ġewwa l-Unjoni Ewropea ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għal prodotti tal-pjanti - Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2015/789 - Miżuri intiżi li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tax-Xylella fastidiosa (Wells et Raju) - Rikors għal annullament - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE - Att regolatorju - Miżuri ta’ implementazzjoni - Persuna kkonċernata individwalment))

(2017/C 112/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Amrita Soc. coop. arl, Cesi Marta, Comune Agricola Lunella Soc. mutua coop. arl, Rollo Olga, Borrello Claudia, Società agricola Merico Maria Rosa di Consiglia, Marta e Vito Lisi, Marzo Luigi, Stasi Anna Maria, Azienda Agricola Crie di Miggiano Gianluigi, Castriota Maria Grazia, Azienda Agricola di Canioni Fiorella, Azienda Agricola Spirdo ss agr., Impresa Agricola Stefania Stamerra, Azienda Agricola Clemente Pezzuto di Pezzuto Francesco, Simone Cosimo Antonio, Masseria Alti Pareti Soc. agr. arl (rappreżentanti: L. Paccione u V. Stamerra, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Moro u I. Galindo Martín, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Amrita Soc. coop. arl, Dei Agre di Cesi Marta, Comune agricola Lunella Soc. mutua coop. arl, Azienda agricola Rollo Olga, Azienda agricola Borrello Claudia, Società agricola Merico Maria Rosa SNC, Azienda agricola di Marzo Luigi, Azienda agricola Stasi Anna Maria, Azienda agricola Crie di Miggiano Gianluigi, Azienda agricola di Castriota Maria Grazia, Azienda agricola di Cagnoni Fiorella, Azienda agricola Spirdo ss agr., Impresa Agricola Stamerra Stefania, Azienda agricola Clemente Pezzuto di Pezzuto Francesco, Azienda agricola di Simone Cosimo Antonio et Masseria Alti Pareti Soc. agr. arl, huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  GU C 260, 18.07.2016.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/13


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2017 minn Juozas Edvardas Petraitis mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-18 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-460/15, Petraitis vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-137/16 P)

(2017/C 112/19)

Lingwa tal-kawża: il-Litwanjan

Partijiet

Appellant: Juozas Edvardas Petraitis (rappreżentant: T. Veščiūnas, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tal-24 ta’ Novembru 2016, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lil Juozas Edvardas Petraitis għall-ispejjeż tiegħu.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/14


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2016 minn Monster Energy Company mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-14 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża T-429/15: Monster Energy vs EUIPO – MAD CATZ INTERACTIVE (MAD CATZ)

(Kawża C-501/16)

(2017/C 112/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Monster Energy Company (rappreżentant: P. Brownlow, Solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intelletwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

B’digriet tas-16 ta’ Frar 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-disa’ Awla) iddeċidiet li l-appell huwa inammissibbli.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/14


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2016 minn Monster Energy Company mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-14 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża T-567/15: Monster Energy vs EUIPO – MAD CATZ INTERACTIVE (RAPPREŻENTAZZJONI TA’ KAXXA SEWDA B’ERBA’ LINJI BOJOD)

(Kawża C-502/16 P)

(2017/C 112/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Monster Energy Company (rappreżentant: P. Brownlow, Solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

B’digriet tas-16 ta’ Frar 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) iddeċidiet li l-appell huwa inammissibbli.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/14


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2016 minn Anikó Pint kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) mogħti fl-14 ta’ Novembru 2016 fil-Kawża T-660/16, Anikó Pint vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-625/16 P)

(2017/C 112/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Anikó Pint (rappreżentant: D. Lazar, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

B’digriet tat-2 ta’ Marzu 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (It-Tmien Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż tagħha stess.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-22 ta’ Diċembru 2016 – Ministru tal-Finanzi vs Komun ta’ Wrócław

(Kawża C-665/16)

(2017/C 112/23)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sad Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministru tal-Finanzi

Konvenut: Komun ta’ Wrócław

Domandi preliminari

1)

“It-trasferiment, skont il-liġi, tal-proprjetà ta’ beni immobbli ta’ komun lit-Teżor pubbliku bi ħlas ta’ kumpens, meta mill-ordinament ġuridiku nazzjonali jirriżulta li dawn il-beni immobbli jkomplu jiġu mmaniġġjati mis-sindku tal-komun, li huwa fl-istess ħin ir-rappreżentant tat-Teżor pubbliku u l-organiżmu eżekuttiv tal-komun, jikkostitwixxi tranżazzjoni taxxabbli fis-sens tal-Artikolu 14(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)?

2)

Għall-finijiet tar-risposta għad-domanda preċedenti, huwa importanti li l-ħlas tal-kumpens lill-komun huwa ta’ natura reali jew li jirrigwarda sempliċi moviment intern għall-baġit tal-komun?”


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1 kif emendata.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte di Appello di Torino (l-Italja) fit-2 ta’ Jannar 2017 – Petronas Lubricants Italy SpA vs Livio Guida

(Kawża C-1/17)

(2017/C 112/24)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte di Appello di Torino

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Petronas Lubricants Italy SpA

Konvenut: Livio Guida

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 44/2001 jagħti l-possibbiltà lil persuna li timpjega ddomiċiljata fit-territorju ta’ Stat Membru tal-Unjoni, li ġiet imħarrka minn ex impjegat tagħha quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn tkun iddomiċiljata (konformement mal-Artikolu 19 tar-Regolament), li tressaq kontrotalba fil-konfront tal-ħaddiem quddiem l-istess qorti adita bil-kawża prinċipali?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 44/2001 jagħti ġurisdizzjoni lill-qorti adita bil-kawża prinċipali anki fil-każ li l-kontrotalba mressqa mill-persuna li timpjega ma tirrigwardax kreditu li oriġinarjament kien tal-istess persuna li timpjega, iżda tirrigwarda kreditu li oriġinarjament kien ta’ persuna oħra (li fl-istess ħin, hija l-persuna li timpjega dan l-istess ħaddiem bis-saħħa ta’ kuntratt ta’ xogħol parallel) u fejn il-kontrotalba hija bbażata fuq kuntratt ta’ trasferiment ta’ kreditu, konkluż bejn il-persuna li timpjega u l-persuna li oriġinarjament kienet detentriċi tal-kreditu, f’data sussegwenti għat-tressiq tal-kawża prinċipali mill-ħaddiem?


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-3 ta’ Jannar 2017 – Sporting Odds Limited vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Központi Irányítása

(Kawża C-3/17)

(2017/C 112/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sporting Odds Limited

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Központi Irányítása

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem “TFUE”), il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni, kif ukoll ir-rekwiżit li jirrikjedi li r-restrizzjonijiet Statali għall-attivitajiet ta’ logħob tal-ażżard għandhom jillimitaw dawn l-attivitajiet b’mod koerenti u sistematiku, għan legali li l-Istat Membru jiġġustifika fundamentalment bil-ġlieda kontra l-vizzju għal-logħob u bil-protezzjoni tal-konsumaturi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-monopolju nazzjonali tal-Istat fir-rigward tal-imħatri sportivi u tal-imħatri fuq it-tiġrijiet taż-żwiemel onlajn u offlajn, peress li, barra minn hekk, wara r-riorganizzazzjoni tas-suq deċiża mill-Istat, fornituri ta’ servizzi rregolati bid-dritt privat jistgħu jorganizzaw, f’dan l-istess Stat Membru u f’każinojiet fiżiċi, fil-kuntest ta’ skema ta’ konċessjoni, logħob tal-ażżard ieħor onlajn u offlajn li jinvolvi riskju għoli ta’ vizzju (logħob tal-każino, logħob tal-karti, slot machines, logħob tal-każino onlajn, logħob tal-karti onlajn)?

2)

L-Artikolu 56 TFUE, il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni kif ukoll ir-rekwiżit li jirrikjedi li r-restrizzjonijiet Statali għall-attivitajiet ta’ logħob tal-ażżard għandhom jillimitaw dawn l-attivitajiet b’mod koerenti u sistematiku, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dan l-artikolu jinkiser u dan ir-rekwiżit ma jkunx issodisfatt jekk jista’ jiġi kkonstatat li r-riorganizzazzjoni tas-suq iġġustifikata bil-ġlieda kontra l-vizzju għal-logħob u bl-għan legali ta’ protezzjoni tal-konsumaturi jkollha bħala konsegwenza u tissarraf konkretament f’żieda kostanti tan-numru ta’ każinojiet, tat-taxxa annwali fuq il-logħob miġbura mingħand il-każinojiet, tal-estimi baġitarju ta’ dħul tal-Istat li joriġina mill-miżata fuq il-konċessjonijiet ta’ każinojiet, ta’ ċippijiet mixtrija mil-lagħba u tas-sommom ta’ flus użati biex wieħed jikseb id-dritt li jilgħab fuq slot machine wara r-riorganizzazzjoni tas-suq deċiża mill-Istat?

3)

L-Artikolu 56 TFUE, il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni kif ukoll ir-rekwiżit li jirrikjedi li r-restrizzjonijiet Statali għall-attivitajiet ta’ logħob tal-ażżard għandhom jillimitaw dawn l-attivitajiet b’mod koerenti u sistematiku, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dan l-artikolu jinkiser u dan ir-rekwiżit ma jkunx issodisfatt jekk jista’ jiġi kkonstatat li l-introduzzjoni tal-monopolju nazzjonali tal-Istat u l-organizzazzjoni ta’ logħob tal-ażżard awtorizzat minn fornituri privati ta’ servizzi, li huma fundamentalment immotivati bil-ġlieda kontra l-vizzju għal-logħob u bl-għan legali ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, ikollhom ukoll għan ta’ politika ekonomika, jiġifieri ż-żieda tad-dħul nett li joriġina mill-attivitajiet ta’ logħob u l-ilħuq ta’ livell ta’ profitti partikolarment għoli fis-suq tal-każinojiet fl-iqsar żmien possibbli, għall-finijiet tal-finanzjament ta’ spejjeż baġitarji tal-Istat u servizzi pubbliċi oħra?

4)

L-Artikolu 56 TFUE, il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni kif ukoll ir-rekwiżit li jirrikjedi li r-restrizzjonijiet Statali għall-attivitajiet ta’ logħob tal-ażżard għandhom jillimitaw dawn l-attivitajiet b’mod koerenti u sistematiku, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dan l-artikolu jinkiser u dan ir-rekwiżit ma jkunx issodisfatt, jew li hemm diskriminazzjoni mhux iġġustifikata bejn il-fornituri ta’ servizzi jekk jista’ jiġi stabbilit li l-Istat Membru jkun qed ikompli jirriżerva għall-monopolju nazzjonali tal-Istat ċerti servizzi ta’ logħob tal-ażżard onlajn billi jinvoka l-istess raġunijiet ta’ natura pubblika bħal dawk li għalihom, fl-istess ħin, ikun agħmel aċċessibli servizzi oħra ta’ logħob tal-ażżard onlajn billi jagħti numru dejjem ikbar ta’ konċessjonijiet?

5)

L-Artikolu 56 TFUE u l-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-fatt li l-possibbiltà ta’ ksib ta’ awtorizzazzjoni għal-logħob tal-każino onlajn tkun esklużivament irriżervata għall-fornituri ta’ servizzi li jkollhom każino fiżiku (konċessjoni) fit-territorju tal-Ungerija u li l-fornituri ta’ servizzi li ma għandhomx każino fiżiku fit-territorju tal-Ungerija – inklużi l-fornituri ta’ servizzi li għandhom każino fiżiku fi Stat Membru ieħor – jiġu konsegwentement esklużi minn din il-possibbiltà?

6)

L-Artikolu 56 TFUE u l-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu sitwazzjoni fejn Stat Membru, jew billi jippubblika eventwali sejħa għal offerti għall-għoti ta’ konċessjoni ta’ każino fiżiku, jew billi jippermetti li operatur ta’ logħob tal-ażżard affidabbli jippreżenta spontanjament offerta għall-ksib ta’ konċessjoni ta’ każino fiżiku, fit-teorija jiggarantixxi lil kull fornitur ta’ servizzi – inkluż fornitur ta’ servizzi stabbilit fi Stat Membru ieħor – li jkun jissodisfa r-rekwiżiti legali, il-possibbiltà li jikseb dritt ta’ konċessjoni biex jopera każino fiżiku u sussegwentement, ladarba jkollu dan id-dritt, awtorizzazzjoni biex jopera każino onlajn, iżda fejn l-Istat Membru kkonċernat ma joħroġx sejħa għal offerti pubblika u trasparenti għall-finijiet tal-għoti tal-konċessjoni, fejn il-fornitur ta’ servizzi fil-prattika lanqas ma jkun jista’ jeżerċità l-possibbiltà li jippreżenta offerta spontanja, u fejn l-awtorità nazzjonali madankollu tikkonstata ksur fil-konfront ta’ fornitur ta’ servizzi li eżerċita l-attività tiegħu mingħajr ma kien detentur ta’ awtorizzazzjoni u timponi fuqu sanzjoni meqjusa li hija sanzjoni amministrattiva?

7)

L-Artikolu 56 TFUE, il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni u r-rekwiżit ta’ sistema ta’ awtorizzazzjoni trasparenti, oġġettiva u pubblika għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu sitwazzjoni fejn Stat Membru jistabbilixxi sistema ta’ sejħiet għal offerti għall-għoti ta’ konċessjonijiet f’dak li jirrigwarda ċerti servizzi ta’ logħob tal-ażżard, iżda fejn il-korp li jiddeċiedi dwar l-għoti tal-konċessjonijiet jista’, minflok ma jippubblika sejħa għal offerti, jikkonkludi kuntratt ta’ konċessjoni ma ċerti persuni kklassifikati bħala operaturi ta’ logħob tal-ażżard affidabbli, minflok ma jippermetti li l-fornituri ta’ servizzi kollha jipparteċipaw fis-sejħa għal offerti taħt kundizzjonijiet identiċi billi jippubblika sejħa għal offerti waħda għall-għoti ta’ konċessjonijiet?

8)

Jekk ir-risposta għas-seba’ domanda tkun waħda negattiva, u jekk Stat Membru jkun jista’ jistabbilixxi diversi tipi ta’ proċeduri li jippermettu l-ksib tal-istess konċessjoni, dan l-Istat Membru għandu, abbażi tal-Artikolu 56 TFUE, jiggarantixxi l-ekwivalenza tagħhom biex jiżgura l-effettività tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni relatati ma din il-libertà fundamentali, fid-dawl tar-rekwiżit ta’ sistema ta’ awtorizzazzjoni trasparenti, oġġettiva u pubblika, kif ukoll tal-ugwaljanza fit-trattament?

9)

Il-fatt li la f’każ u lanqas f’ieħor ma tiġi ggarantita l-possibbiltà ta’ stħarriġ ġudizzjarju jew ta’ rimedju effettiv ieħor kontra d-deċiżjoni tal-għoti tal-konċessjoni, jaffettwa r-risposta li għandha tingħata għad-domandi 6 sa 8?

10)

L-Artikolu 56 TFUE, il-prinċipju ta’ lealtà previst fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem “TUE”) kif ukoll il-prinċipju ta’ awtonomija istituzzjonali u proċedurali, ikkunsidrati flimkien mal-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) u r-rekwiżit tad-dritt għal-rimedju ġudizzjarju effettiv u tad-drittijiet tad-difiża li jirriżultaw minnu, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-qorti nazzjonali adita fil-kawża prinċipali tista’, fil-kuntest tal-eżami tar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni li jirriżultaw mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari fil-kuntest tal-eżami tan-natura neċessarja u proporzjonali tar-restrizzjoni imposta mill-Istat Membru, tordna u tmexxi ex officio eżami u proċedura ta’ perizja, inkluż fil-każ fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli fil-qasam ta’ proċedura kontenzjuża ma tawtorizzahiex tagħmel dan?

11)

L-Artikolu 56 TFUE, moqri flimkien mal-Artikoli 47 u 48 tal-Karta u mar-rekwiżit tad-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv tad-drittijiet tad-difiża li jirriżultaw minnu, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti nazzjonali adita fil-kawża prinċipali ma tistax, fil-kuntest tal-eżami tar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni li jirriżultaw mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari fil-kuntest tal-eżami tan-natura neċessarja u proporzjonali tar-restrizzjoni imposta mill-Istat Membru, tqiegħed l-oneru tal-prova fuq il-fornitur ta’ servizzi kkonċernat mir-restrizzjoni, iżda li huwa l-Istat Membru u, b’mod konkret, l-awtorità ta’ dan l-Istat Membru li tkun ħadet id-deċiżjoni kkontestata fil-kawża prinċipali, li għandu jiġġustifika u jipprova l-konformità mad-dritt tal-Unjoni u n-natura neċessarja u proporzjonata tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, u li l-assenza ta’ tali turija, fiha nnifisha, għandha bħala konsegwenza li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tmur kontra d-dritt tal-Unjoni?

12)

L-Artikolu 56 TFUE, fid-dawl ta’ dritt għal amministrazzjoni tajba previst fl-Artikolu 41(1) tal-Karta, tad-dritt għal smigħ previst fl-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta, u tal-obbligu ta’ motivazzjoni previst fl-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta, kif ukoll f’dak tal-klawżola ta’ lealtà prevista fl-Artikolu 4(3) TUE, b’mod parallel, madankollu, għall-prinċipju ta’ awtonomija istituzzjonali u proċedurali fl-Istati Membri, għandu jiġi interpretat fis-sens li dawn ir-rekwiżiti ma jkunux issodisfatti meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, konformement ma’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, ma tinformax lil fornitur li jipproponi servizz ta’ logħob tal-ażżard dwar il-ftuħ ta’ proċedura ta’ sanzjoni amministrattiva, ma tipprovax, fi stadju sussegwenti tal-proċedura amministrattiva, tikseb l-opinjoni tiegħu dwar il-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni, u timponi, fil-kuntest ta’ proċedura b’istanza waħda, sanzjoni meqjusa li hija ta’ natura amministrattiva mingħajr ma tispjega fid-dettall, fil-motivazzjoni tad-deċiżjoni, din il-kompatibbiltà u l-provi li jsostnuha?

13)

Fid-dawl tal-Artikolu 56 TFUE, tal-Artikolu 41(1) u (2)(a), kif ukoll tal-Artikoli 47 u 48 tal-Karta, u tar-rekwiżit tad-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv u tad-drittijiet tad-difiża li jirriżultaw minnu, ir-rekwiżiti li jinsabu f’dawn id-dispożizzjonijiet jiġu ssodisfatti jekk il-possibbiltà li l-fornitur ta’ servizzi ta’ logħob tal-ażżard jikkontesta l-konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni tista’ tkun tiġi eżerċitata esklużivament, u għall-ewwel darba, quddiem il-qorti nazzjonali?

14)

L-Artikolu 56 TFUE, kif ukoll l-obbligu tal-Istat Membru li jiġġustifika jew jimmotiva restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li l-Istat Membru ma jkunx issodisfa dan l-obbligu jekk ma tkun teżisti, kemm jekk fid-data ta’ meta ġiet deċiża r-restrizzjoni, kif ukoll fid-data ta’ meta din tkun ġiet eżaminata, ebda analiżi rilevanti tal-effetti ta’ din ir-restrizzjoni li tikkonferma li din għandha għanijiet ta’ ordni pubbliku?

15)

Fid-dawl tal-limiti legali stabbiliti għall-ammont tal-multa amministrattiva li tista’ tiġi imposta, tan-natura tal-attività affettwata minn din is-sanzjoni u, b’mod partikolari, tal-fatt li din tkun attività sensittiva fir-rigward tal-ordni pubblika u tas-sigurtà pubblika, kif ukoll fid-dawl tal-iskop repressiv tal-multa, jista’ jitqies, abbażi tal-Artikoli 47 u 48 tal-Karta, li l-multa amministrattiva kontenzjuża hija “ta’ natura kriminali”, u din iċ-ċirkustanza għandha effett fuq ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi 11 sa 14.

16)

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-każ fejn, abbażi tar-risposti li għandhom jingħataw għad-domandi magħmula iktar ’il fuq, il-qorti adita fil-kawża prinċipali tikkonstata li l-leġiżlazzjoni u l-applikazzjoni tagħha jkunu illegali, hija għandha tiddeċiedi li anki s-sanzjoni, ibbażata fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali li ma hijiex konformi mal-Artikolu 56 TFUE, tmur kontra d-dritt tal-Unjoni?


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Aue, Zweigstelle Stollberg (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Jannar 2017 – Thomas Hübner vs LVM Lebensversicherungs AG

(Kawża C-11/17)

(2017/C 112/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Aue, Zweigstelle Stollberg (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Thomas Hübner

Konvenuta: LVM Lebensversicherungs AG

Domandi preliminari

1)

Il-punt A tal-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE, tal-10 ta’ Novembru 1992 (1), [moqri flimkien mat-]tielet subparagrafu tal-Artikolu 15(1) [tad-Direttiva 90/619/KEE] (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li konsumatur huwa intitolat jikkanċella polza ta’ assigurazzjoni għall-ħajja jew ta’ assigurazzjoni għax-xjuħija fi kwalunkwe żmien matul il-perijodu sħiħ tal-pagament tagħha, jekk ikun għamel pagament fil-polza għal diversi snin abbażi tal-kuntratt, mingħajr ma kien jaf bid-dritt tiegħu li jikkanċella fir-rigward ta’ dan il-kuntratt minħabba n-nuqqas min-naħa tal-kumpannija tal-assigurazzjoni għall-ħajja jew tal-assigurazzjoni għax-xjuħija li tavżah b’mod xieraq b’dan?

2)

Hija konformi mad-direttiva msemmija hawn fuq dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi, abbażi ta’ bona fide, id-dekadenza tad-dritt ta’ konsumatur li jikkanċella meta d-detentur tal-polza li ma kienx jaf bid-dritt tiegħu li jikkanċella kuntratt, ikompli jagħmel regolarment pagamenti taħt dan il-kuntratt sakemm isir jaf b’dan id-dritt?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE, tal-10 ta’ Novembru 1992, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja u li temenda d-Direttivi 79/267/KEE u 90/619/KEE (“it-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja”) (ĠU 1992 L 360, p. 1).

(2)  Tieni Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE, tat-8 ta’ Novembru 1990, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja u li tistipula d-dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, u li temenda d-Direttiva 79/267/KEE (ĠU L 330, p. 50).


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammergericht Berlin (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Jannar 2017 – Vincent Pierre Oberle

(Kawża C-20/17)

(2017/C 112/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Kammergerichts Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent u appellant: Vincent Pierre Oberle

Domanda preliminari

L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Lulju 2012, dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jiddetermina wkoll il-ġurisdizzjoni internazzjonali esklużiva fil-qasam tal-ħruġ, fl-Istati Membri, ta’ ċertifikati nazzjonali tas-suċċessjoni li ma ġewx issostitwiti biċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni [ara l-Artikolu 62(3) tar-Regolament Nru 650/2012)] b’tali mod li d-dispożizzjonijiet diverġenti adottati mil-leġiżlaturi nazzjonali fir-rigward tal-ġurisdizzjoni internazzjonali fil-qasam tal-ħruġ ta’ ċertifikati nazzjonali tas-suċċessjoni – bħall-Artikolu 105 tal-Gesetz über das Verfahren in Familiensachen und in den Angelegenheiten der freiwilligen Gerichtsbarkeit (liġi dwar il-proċedura fil-qasam tal-familja u tal-ġurisdizzjoni volontarja) fil-Ġermanja – huma ineffettivi minħabba li jmorru kontra dispożizzjonijiet tad-dritt Ewropew ta’ livell ogħla?


(1)  ĠU L 201, p. 107.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (ir-Repubblika Ċeka) fit-18 ta’ Jannar 2017 – Catlin Europe SE vs O. K. Trans Praha spol. s r. o.

(Kawża C-21/17)

(2017/C 112/28)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud České republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti fl-appell ta’ kassazzjoni: Catlin Europe SE

Rikorrenti fil-kawża oriġinali: O. K. Trans Praha spol. s r. o.

Domanda preliminari

L-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li l-assenza ta’ informazzjoni lid-destinatarju dwar il-fakultà li jirrifjuta li jaċċetta l-att li għandu jiġi nnotifikat fis-sens tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz [in-notifika] fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz [notifika] ta’ dokumenti), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (3) tagħti lill-konvenut (id-destinatarju), id-dritt li jitlob eżami mill-ġdid tal-ordni ta’ ħlas Ewropew, fis-sens tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea?


(1)  ĠU L 399, p. 1.

(2)  ĠU L 324, p. 79

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19,Vol. 1, p. 227


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-18 ta’ Jannar 2017 – Österreichischer Gewerkschaftsbund, Gewerkschaft öffentlicher Dienst vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-24/17)

(2017/C 112/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Österreichischer Gewerkschaftsbund, Gewerkschaft öffentlicher Dienst

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Domandi preliminari

1.1.

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 1, 2 u 6 tad-Direttiva 2000/78/KE (1), moqrija flimkien mal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li (fir-rigward tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ servizz imwettqa qabel l-età ta’ 18-il sena) tissostitwixxi sistema ta’ remunerazzjoni diskriminatorja abbażi tal-età b’sistema ġdida ta’ remunerazzjoni, iżda li tipprevedi t-trasferiment tal-impjegati eżistenti lejn is-sistema l-ġdida ta’ remunerazzjoni billi tiffissa b’mod retroattiv id-dħul fis-seħħ tas-sistema l-ġdida ta’ remunerazzjoni għad-data tad-dħul fis-seħħ tal-liġi inizjali, filwaqt li tiddetermina l-ewwel klassifikazzjoni fis-sistema l-ġdida ta’ remunerazzjoni skont is-salarju effettivament imħallas konformement mas-sistema preċedenti ta’ remunerazzjoni, għal xahar ta’ trasferiment speċifiku (Frar 2015), b’tali mod li d-diskriminazzjoni eżistenti preċedentement abbażi tal-età tinżamm fl-effetti finanzjarji tagħha?

1.2.

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2000/178/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-impjegati eżistenti li ġew iddiskriminati fis-sistema preċedenti ta’ remunerazzjoni fir-rigward tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ servizz imwettqa qabel ma għalqu t-18-il sena, għandhom jiksbu kumpens finanzjarju jekk din id-diskriminazzjoni abbażi tal-età tinżamm fl-effetti finanzjarji tagħha anki wara t-trasferiment lejn is-sistema l-ġdida ta’ remunerazzjoni?

1.3.

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt fundamentali għal rimedju effettiv li huwa msemmi fih jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li s-sistema preċedenti ta’ remunerazzjoni diskriminatorja ma tistax tibqa’ tiġi applikata fil-proċeduri pendenti jew futuri u li r-riklassifikazzjoni salarjali tal-impjegati eżistenti fis-sistema l-ġdida ta’ remunerazzjoni hija ddeterminata biss abbażi tas-salarju li għandu jiġi kkalkolat u mħallas għax-xahar tat-trasferiment?

2.

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 45 TFUE, 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (2), u 20 et seq tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni li tipprevedi li l-perijodi ta’ servizz imwettqa preċedentement minn membru tal-persunal bil-kuntratt għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni

fl-integralità tagħhom meta jkunu twettqu fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ xogħol ma’ kollettività territorjali jew ma’ komun ta’ Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea, tar-Repubblika tat-Turkija jew tal-Konfederazzjoni Svizzera, ma’ korp tal-Unjoni Ewropea jew ma’ organizzazzjoni intergovernattiva li l-Awstrija hija membru tagħhom, jew ma’ entitajiet simili oħra,

għal mhux iktar minn total ta’ għaxar snin meta jkunu twettqu fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ xogħol ma’ persuna oħra li timpjega, biss meta l-attività professjonali jew l-istage ma’ amministrazzjoni jkunu rilevanti?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).

(2)  ĠU 2011, L 141, p. 1.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-23 ta’ Jannar 2017 – Sucrerie de Toury SA vs Ministre de l’économie et des finances

(Kawża C-31/17)

(2017/C 112/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sucrerie de Toury SA

Konvenut: Ministre de l’économie et des finances

Domanda preliminari

Il-prodotti enerġetiċi użati għall-produzzjoni konġunta ta’ sħana u ta’ elettriku jaqgħu esklużivament taħt il-possibbiltà ta’ eżenzjoni permessa mill-Artikolu 15(1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003 (1) jew jaqgħu wkoll, fir-rigward tal-parti ta’ dawn il-prodotti li l-konsum tagħhom jikkorrispondi għall-produzzjoni ta’ elettriku, fil-kamp tal-obbligu ta’ eżenzjoni previst fl-Artikolu 14(1)(a) tagħha?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fil-25 ta’ Jannar 2017 – Lubrizol France SAS vs Caisse nationale du Régime social des indépendants (RSI) participations extérieures

(Kawża C-39/17)

(2017/C 112/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lubrizol France SAS

Konvenuta: Caisse nationale du Régime social des indépendants (RSI) participations extérieures

Domanda preliminari

L-Artikoli 28 u 30 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprekludu li l-valur ta’ oġġetti ttrasferiti minn Franza lejn Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, minn jew f’isem persuna suġġetta għall-kontribuzzjoni soċjali ta’ solidarjetà tal-kumpanniji u għall-kontribuzzjoni addizzjonali għaliha, għall-ħtiġijiet tal-impriża tagħha, jittieħed inkunsiderazzjoni fid-determinazzjoni tad-dħul mill-bejgħ globali li jikkostitwixxi l-bażi għall-kalkolu ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet?


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Jannar 2017 – Fashion ID GmbH & Co.KG vs Verbraucherzentrale NRW eV

(Kawża C-40/17)

(2017/C 112/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Fashion ID GmbH & Co.KG

Appellata: Verbraucherzentrale NRW eV

Partijiet oħra: Facebook Ireland Limited, Landesbeauftragte für Datenschutz und Informationsfreiheit Nordrhein-Westfalen

Domandi preliminari

1.

Ir-regoli tal-Artikoli 22, 23 u 24 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (1), jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, flimkien mas-setgħat ta’ intervent tal-awtoritajiet ta’ protezzjoni tad-data u mal-azzjonijiet legali tas-suġġett tad-data, tawtorizza lill-assoċjazzjonijiet bi skop ta’ servizz pubbliku li jiddefendu l-interessi tal-konsumatur sabiex, fil-każ ta’ ksur, jaġixxu kontra l-awtur ta’ tali ksur?

Fil-każ li għall-ewwel domanda tingħata risposta negattiva:

2.

F’każ bħalma huwa dan inkwistjoni, fejn xi ħadd jinkludi fis-sit tiegħu kodiċi ta’ programmazzjoni li jippermetti lill-browser tal-utent jitlob kontenut mingħand terz u, għal dan l-għan, jittrażmetti lit-terz data personali, il-persuna li tagħmel din l-inklużjoni hija “kontrollur” fis-sens tal-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, meta tali persuna ma jistax ikollha, hija stess, effett fuq dan il-mod ta’ pproċessar ta’ data?

3.

Fil-każ li għat-tieni domanda tingħata risposta negattiva: l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 95/46/KE dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data għandu jiġi interpretat fis-sens li jirregola b’mod eżawrjenti r-responsabbiltà fis-sens li jipprekludi azzjonijiet ċivili kontra terz li ċertament ma huwiex “kontrollur” iżda kien l-oriġini ta’ dan il-mod ta’ pproċessar ta’ data mingħajr ma għandu effett fuqu?

4.

F’kuntest bħalma huwa dak tal-każ ineżami, liema huwa l-“interess leġittimu” li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fl-ibbilanċjar tal-interessi li għandu jsir skont l-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46/KE? L-interess li jiġi inkluż kontenut ta’ terz jew l-interess tat-terz?

5.

F’kuntest bħalma huwa dak tal-każ ineżami, lil min għandu jingħata l-kunsens previst fl-Artikolu 7(a) u fl-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 95/46/KE?

6.

L-obbligu li s-suġġett tad-data jiġi informat skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 95/46/KE f’sitwazzjoni bħalma hija dik tal-każ ineżami jaqa’ wkoll fuq il-ġestjonarju tas-sit li inkluda l-kontenut ta’ terz u li b’hekk kien l-oriġini tal-ipproċessar ta’ data personali li sar minn terz?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Haarlem (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-1 ta’ Frar 2017 – X vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawża C-47/17)

(2017/C 112/33)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Haarlem

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Domandi preliminari

1)

L-Istat Membru mitlub għandu, fid-dawl tal-għan, tal-kontenut u tal-portata tar-Regolament ta’ Dublin (1) u tad-Direttiva dwar il-proċeduri ta’ ażil (2), jirrispondi fi żmien ġimagħtejn għat-talba għal eżami mill-ġdid kif prevista fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni (3)?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, għandu jiġi applikat, fid-dawl tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni, il-perijodu massimu ta’ xahar previst fl-Artikolu 20(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 (4) [li issa huwa l-Artikolu 25(1) tar-Regolament ta’ Dublin]?

3)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel u għat-tieni domanda, l-Istat Membru mitlub għandu, bħala konsegwenza tal-espressjoni “għandu jagħmel l-għalmu tiegħu” li tinsab fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni, terminu raġonevoli sabiex jirrispondi għat-talba għal eżami mill-ġdid?

4)

Jekk jikkostitwixxi effettivament terminu raġonevoli li fih l-Istat Membru mitlub għandu jirrispondi, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni, għat-talba għal eżami mill-ġdid, jibqa’ jikkostitwixxi terminu raġonevoli, meta jgħaddu iktar minn sitt xhur, bħal fil-każ inkwistjoni? Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għal din id-domanda, x’għandu jinftiehem b’terminu raġonevoli?

5)

Liema konsegwenzi għandhom jiġu dedotti mill-fatt li l-Istat Membru mitlub ma jirrispondix għat-talba għal eżami mill-ġdid fi żmien ġimagħtejn, fi żmien xahar jew f’terminu raġonevoli? Huwa l-Istat li qiegħed jagħmel it-talba, f’dak il-każ, responsabbli li jeżamina fil-mertu l-applikazzjoni għal ażil ta’ barrani, jew huwa responsabbli l-Istat Membru mitlub?

6)

Jekk għandu jitqies li l-Istat Membru mitlub isir responsabbli għall-eżami fil-mertu tal-applikazzjoni għal ażil bħala konsegwenza tal-fatt li ma rrispondiex fil-ħin għat-talba għal eżami mill-ġdid, kif huwa stabbilit fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni, f’liema terminu għandu l-Istat Membru li qiegħed jagħmel it-talba — il-konvenut f’dan il-każ — jinforma lill-barrani b’dan?


(1)  Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU L 180, p. 31).

(2)  Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, p. 60).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003, tat-2 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-asil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 200).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta’ Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 109).


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Haarlem (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ Frar 2017 – X vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawża C-48/17)

(2017/C 112/34)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Haarlem

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Domandi preliminari

1)

L-Istat Membru mitlub għandu, fid-dawl tal-għan, tal-kontenut u tal-portata tar-Regolament ta’ Dublin (1) u tad-Direttiva dwar il-proċeduri ta’ ażil (2), jirrispondi fi żmien ġimagħtejn għat-talba għal eżami mill-ġdid kif prevista fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni (3)?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, għandu jiġi applikat, fid-dawl tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni, il-perijodu massimu ta’ xahar previst fl-Artikolu 20(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 (4) [li issa huwa l-Artikolu 25(1) tar-Regolament ta’ Dublin]?

3)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel u għat-tieni domanda, l-Istat Membru mitlub għandu, bħala konsegwenza tal-espressjoni “għandu jagħmel l-għalmu tiegħu” li tinsab fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni, terminu raġonevoli sabiex jirrispondi għat-talba għal eżami mill-ġdid?

4)

Jekk jikkostitwixxi effettivament terminu raġonevoli li fih l-Istat Membru mitlub għandu jirrispondi, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni, għat-talba għal eżami mill-ġdid, jibqa’ jikkostitwixxi terminu raġonevoli, meta jgħaddu iktar minn sitt xhur, bħal fil-każ inkwistjoni? Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għal din id-domanda, x’għandu jinftiehem b’terminu raġonevoli?

5)

Liema konsegwenzi għandhom jiġu dedotti mill-fatt li l-Istat Membru mitlub ma jirrispondix għat-talba għal eżami mill-ġdid fi żmien ġimagħtejn, fi żmien xahar jew f’terminu raġonevoli? Huwa l-Istat li qiegħed jagħmel it-talba, f’dak il-każ, responsabbli li jeżamina fil-mertu l-applikazzjoni għal ażil ta’ barrani, jew huwa responsabbli l-Istat Membru mitlub?

6)

Jekk għandu jitqies li l-Istat Membru mitlub isir responsabbli għall-eżami fil-mertu tal-applikazzjoni għal ażil bħala konsegwenza tal-fatt li ma rrispondiex fil-ħin għat-talba għal eżami mill-ġdid, kif huwa stabbilit fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni, f’liema terminu għandu l-Istat Membru li qiegħed jagħmel it-talba — il-konvenut f’dan il-każ — jinforma lill-barrani b’dan?


(1)  Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU L 180, p. 31).

(2)  Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, p. 60).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003, tat-2 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-asil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 200).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta’ Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 109).


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fl-1 ta’ Frar 2017 – Koppers Denmark ApS vs Skatteministeriet

(Kawża C-49/17)

(2017/C 112/35)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Koppers Denmark ApS

Konvenut: Skatteministeriet

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 21(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE (1), tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konsum ta’ prodotti ta’ enerġija awtoprodotti għall-produzzjoni ta’ prodotti ta’ enerġija oħra huwa eżenti mit-taxxa f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha l-prodotti ta’ enerġija li jkunu ġew prodotti ma jintużawx bħala karburant għall-magni jew bħala kombustibbli għat-tisħin?

2)

L-Artikolu 21(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni biss għall-konsum ta’ prodott ta’ enerġija li jintuża għall-produzzjoni ta’ prodott ta’ enerġija ekwivalenti (jiġifieri prodott ta’ enerġija li, bħall-prodott ta’ enerġija kkonsmat, huwa wkoll taxxabbli)?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (Test b’relevanza ma’ ŻEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fit-3 ta’ Jannar 2017 – Bahtiar Fathi vs/Predsedatel na Darzhavna agentsia za bezhantsite

(Kawża C-56/17)

(2017/C 112/36)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bahtiar Fathi

Konvenut: Predsedatel na Darzhavna agentsia za bezhantsite

Domandi preliminari

1)

Mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 604/2013 (1), interpretat flimkien mal-premessa 12 u mal-Artikolu 17 tar-Regolament, jirriżulta li din id-dispożizzjoni tippermetti li Stat Membru jadotta deċiżjoni li tikkostitwixxi eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fis-sens tal-Artikolu 2(d) tar-Regolament, ippreżentata fl-imsemmi Stat Membru, mingħajr ma tkun adottata deċiżjoni espliċita dwar ir-responsabbiltà ta’ dan l-Istat Membru konformement mal-kriterji tar-Regolament, f’sitwazzjoni fejn ebda element tal-każ ineżami ma jagħti lok għall-applikazzjoni tad-derogi previsti fl-Artikolu 17 tar-Regolament?

2)

Mit-tieni sentenza tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 604/2013, interpretat flimkien mal-premessa 54 tad-Direttiva 2013/32 (2), jirriżulta li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, li tikkonċerna applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fis-sens tal-Artikolu 2(b) tal-istess regolament, f’sitwazzjoni fejn ma jkunx hemm lok li tiġi applikata deroga prevista fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament, hija meħtieġa l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li permezz tagħha l-Istat Membru jaċċetta li jeżamina l-applikazzjoni konformement mal-kriterji tar-Regolament, liema deċiżjoni għandha tkun ibbażata fuq il-konklużjoni li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament japplikaw għall-applikant?

3)

L-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fi proċedura ta’ rimedju ġudizzjarju kontra deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti tal-protezzjoni internazzjonali, il-qorti għandha tevalwa, konformement mal-premessa 54 tad-Direttiva, jekk id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 604/2013 japplikawx għall-applikant, f’sitwazzjoni fejn l-Istat Membru ma adottax deċiżjoni espliċita dwar ir-responsabbiltà tiegħu sabiex jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali konformement mal-kriterji tar-Regolament? Fuq il-bażi tal-premessa 54 tad-Direttiva 2013/32, għandu jitqies li, fl-assenza ta’ elementi li jagħtu lok għall-applikazzjoni tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 604/2013, u f’sitwazzjoni fejn l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali kienet ġiet eżaminata mill-Istat Membru li quddiemu kienet tressqet fuq il-bażi tad-Direttiva 2011/95 (3), is-sitwazzjoni legali tal-persuna kkonċernata taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament anki meta l-imsemmi Stat Membru ma jkunx adotta deċiżjoni espliċita dwar ir-responsabbiltà tiegħu konformement mal-kriterji tar-Regolament?

4)

Mill-Artikolu 10(1)(b) tad-Direttiva 2011/95 jirriżulta li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, jeżistu raġunijiet ta’ persekuzzjoni bbażati fuq ir-“reliġjon” meta l-applikant la jkun ippreżenta dikjarazzjoni u lanqas dokumenti li jikkonċernaw l-elementi kollha koperti mid-definizzjoni tal-kunċett ta’ reliġjon fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni u li għandhom importanza fundamentali sabiex jiġi ddeterminat jekk il-persuna kkonċernata hijiex affiljata ma’ reliġjon partikolari?

5)

Mill-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2011/95 jirriżulta li jeżistu raġunijiet ta’ persekuzzjoni bbażati fuq ir-reliġjon, fis-sens tal-Artikolu 10(1)(b) tad-Direttiva, meta, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, l-applikant jallega li huwa s-suġġett ta’ persekuzzjoni minħabba r-reliġjon tiegħu, iżda ma jipprovdi ebda dikjarazzjoni u ebda prova fir-rigward taċ-ċirkustanzi karatteristiċi tal-affiljament ta’ persuna ma’ reliġjon partikolari u li jistgħu jikkostitwixxu raġuni sabiex wieħed iqis li l-persuna li hija s-suġġett ta’ persekuzzjoni hija affiljata ma’ din ir-relġjon, ċirkustanzi li jinkludu dawk marbuta mal-fatt li wieħed iwettaq jew jastjeni milli jwettaq ċerti atti reliġjużi u mal-espressjoni ta’ twemmin reliġjuż, jew mal-mod kif wieħed jaġixxi b’mod individwali jew soċjali bbażat fuq twemmin reliġjuż jew impost minn dan it-twemmin?

6)

Mill-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 2011/95, interpretat flimkien mal-Artikoli 18 u 10 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u mill-kunċett ta’ reliġjon fis-sens tal-Artikolu 10(1)(b) tad-Direttiva, jirriżulta li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali:

a.

il-kunċett ta’ reliġjon fis-sens tad-dritt tal-Unjoni jeskludi l-aġir li jikkostitwixxi ksur tad-dritt kriminali nazzjonali tal-Istati Membri? Tali aġir li jikkostitwixxi ksur tad-dritt kriminali fil-pajjiż ta’ oriġini tal-applikant jista’ jikkostitwixxi att ta’ persekuzzjoni?

b.

Fil-kuntest tal-projbizzjoni ta’ proselitiżmu u tal-projbizzjoni ta’ atti li jmorru kontra r-reliġjon li fuqha huma bbażati l-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiż ta’ oriġini tal-applikant, għandhom jitqiesu li huma legali restrizzjonijiet previsti sabiex jitħarsu d-drittijiet u l-libertajiet ta’ ħaddieħor u sabiex jitħares l-ordni pubbliku ta’ dan il-pajjiż? F’sitwazzjoni fejn il-ksur tal-projbizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq huwa punit bil-piena kapitali, l-eżistenza stess ta’ dawn il-projbizzjonijiet tikkostitwixxi att ta’ persekuzzjoni fis-sens tad-dispożizzjonijiet imsemmija tad-Direttiva, anki f’sitwazzjoni fejn il-leġiżlazzjoni ma tagħmilx riferiment espliċitu għal reliġjon partikolari?

7)

Mill-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2011/95, interpretat flimkien mal-Artikolu 4(5)(b) tad-Direttiva, mal-Artikolu 10 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32, jirriżulta li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, l-evalwazzjoni tal-fatti u taċ-ċirkustanzi għandha tkun ibbażata esklużivament fuq id-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti prodotti mill-applikant, iżda li jista’ jkun rikjest li jiġu ssostanzjati l-elementi neqsin, li jikkostitwixxu l-kunċett ta’ reliġjon fis-sens tal-Artikolu 10(1)(b) tad-Direttiva 2011/95, f’sitwazzjoni fejn:

mingħajr din l-informazzjoni, l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali jkollha tiġi miċħuda bħala infondata fis-sens tal-Artikolu 32, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 31(8)(e), tad-Direttiva 2013/32, u

id-dritt nazzjonali jirrikjedi li l-awtorità kompetenti tistabbilixxi l-fatti rilevanti kollha għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, u fejn il-qorti li quddiemha jiġi ppreżentat rikors kontra d-deċiżjoni ta’ rifjut hija meħtieġa tindika li l-persuna kkonċernat la invokat u lanqas ipproduċiet provi?


(1)  Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU 2013, L 180, p. 31).

(2)  Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU 2013, L 180, p. 60).

(3)  Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU 2011, L 337, p. 9).


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-3 ta’ Frar 2017 – SCI Château du Grand Bois vs Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)

(Kawża C-59/17)

(2017/C 112/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SCI Château du Grand Bois

Konvenut: Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 76, 78 u 81 tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tas-27 ta’ Ġunju 2008 (1) jawtorizzaw lill-aġenti li jwettqu kontroll fuq il-post jidħlu fl-artijiet ta’ razzett mingħajr ma jkunu kisbu l-kunsens tal-operatur?

2)

Fil-każ li tingħata risposta pożittiva għal din l-ewwel domanda, hemm lok li ssir distinzjoni skont jekk l-artijiet inkwistjoni humiex magħluqa jew le?

3)

Fil-każ li tingħata risposta pożittiva għal din l-ewwel domanda, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 76, 78 u 81 tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tas-27 ta’ Ġunju 2008 huma kompatibbli mal-prinċipju tal-invjolabbiltà tad-domiċilju kif iggarantit mill-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, tas-27 ta’ Ġunju 2008, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta’ programmi ta’ appoġġ, kummerċ ma’ pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur t l-inbid (ĠU L 170, p. 1).


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (il-Portugall) fis-7 ta’ Frar 2017 – Saey Home & Garden NV/SA vs Lusavouga-Máquinas e Acessórios Industriais SA

(Kawża C-64/17)

(2017/C 112/38)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação do Porto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Saey Home & Garden NV/SA

Konvenuta: Lusavouga-Máquinas e Acessórios Industriais SA

Domandi preliminari

1)

L-azzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem il-qrati Belġjani, konformement mar-regola bażika tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 (1), inkwantu huwa l-Belġju l-pajjiż fejn ir-rikorrenti għandha s-sede tagħha u fejn effettivament hija ddomiċiljata?

2)

L-azzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem il-qrati Portugiżi, konformement mal-Artikolu 7(1)(a) u (c) tar-Regolament Nru 1215/2012 [fid-dawl tal-Artikolu 5(1) tal-istess regolament], inkunsiderazzjoni tas-suġġett ta’ kuntratt ta’ liċenzja kummerċjali u peress li kien fil-Portugall li l-obbligi reċiproċi ta’ dan il-kuntratt kellhom jiġu osservati?

3)

L-azzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem il-qrati Spanjoli, konformement mal-Artikolu 7(1)(a) u (c) tar-Regolament Nru 1215/2012 [fid-dawl tal-Artikolu 5(1) tal-istess regolament], inkunsiderazzjoni tas-suġġett ta’ kuntratt ta’ liċenzja kummerċjali u peress li kien fi Spanja li l-obbligi reċiproċi ta’ dan il-kuntratt kellhom jiġu osservati?

4)

L-azzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem il-qrati Portugiżi, konformement mal-Artikolu 7(1)(a) u l-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 [fid-dawl tal-Artikolu 5(1) tal-istess regolament], inkunsiderazzjoni tas-suġġett ta’ kuntratt qafas ta’ liċenzja kummerċjali, li, fir-relazzjoni bejn il-konvenuta u r-rikorrenti, jinqasam f’multitudni ta’ kuntratti ta’ xiri u bejgħ u l-beni kollha mibjugħa għandhom ikunu ġew ikkunsinnati fil-Portugall, bħal ma kien sar f’kunsinna mwettqa fil-21/1/2014?

5)

L-azzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem il-qrati Belġjani, konformement mal-Artikolu 7(1)(a) u l-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 [fid-dawl tal-Artikolu 5(1) tal-istess regolament], inkunsiderazzjoni tas-suġġett ta’ kuntratt qafas ta’ liċenzja kummerċjali, li, fir-relazzjoni bejn il-konvenuta u r-rikorrenti, jinqasam f’multitudni ta’ kuntratti ta’ xiri u bejgħ u l-beni kollha mibjugħa kienu ġew ikkunsinnati mir-rikorrenti lill-konvenuta fil-Belġju?

6)

L-azzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem il-qrati Spanjoli, konformement mal-Artikolu 7(1)(a) u l-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 [fid-dawl tal-Artikolu 5(1) tal-istess regolament], inkunsiderazzjoni tas-suġġett ta’ kuntratt qafas ta’ liċenzja kummerċjali, li, fir-relazzjoni bejn il-konvenuta u r-rikorrenti, jinqasam f’multitudni ta’ kuntratti ta’ xiri u bejgħ, fejn il-beni kollha kienu intiżi li jiġu kkunsinnati lejn Spanja u kienu jirrigwardaw tranżazzjonijiet imwettqa fi Spanja?

7)

L-azzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem il-qrati Portugiżi, konformement mal-Artikolu 7(1)(a) u t-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 [fid-dawl tal-Artikolu 5(1) tal-istess regolament], inkunsiderazzjoni tas-suġġett ta’ kuntratt qafas ta’ liċenzja kummerċjali, li, fir-relazzjoni bejn il-konvenuta u r-rikorrenti, tirriżulta fi provvista ta’ servizzi mill-konvenuta lir-rikorrenti, fejn b’hekk il-konvenuta tiffavorixxi tranżazzjonijiet li indirettament jinteressaw lir-rikorrenti?

8)

L-azzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem il-qrati Spanjoli, konformement mal-Artikolu 7(1)(a) u t-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 1215/2012 [fid-dawl tal-Artikolu 5(1) tal-istess regolament], inkunsiderazzjoni tas-suġġett ta’ kuntratt qafas ta’ liċenzja kummerċjali, li, fir-relazzjoni bejn il-konvenuta u r-rikorrenti, tirriżulta fi provvista ta’ servizzi mill-konvenuta lir-rikorrenti, fejn b’hekk il-konvenuta tiffavorixxi tranżazzjonijiet li indirettament jinteressaw lir-rikorrenti permezz ta’ attività eżerċitata fi Spanja?

9)

L-azzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem il-qrati Portugiżi, konformement mal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1215/2012 [fid-dawl tal-Artikolu 5(1) tal-istess regolament], inkunsiderazzjoni tas-suġġett ta’ kuntratt ta’ liċenzja kummerċjali u l-fatt li t-tilwima bejn il-konvenuta u r-rikorrenti għandha tiġi pparagunata ma’ tilwima bejn mandatarju (jiġifieri “konċessjonarju”) u aġent li jinsab fil-Portugall?

10)

L-azzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem il-qrati Spanjoli, konformement mal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1215/2012 [fid-dawl tal-Artikolu 5(1) tal-istess regolament], inkunsiderazzjoni tas-suġġett ta’ kuntratt ta’ liċenzja kummerċjali u l-fatt li t-tilwima bejn il-konvenuta u r-rikorrenti għandha tiġi pparagunata ma’ tilwima bejn mandatarju (jiġifieri “konċessjonarju”) u aġent li għandu jitqies li kien jinsab fi Spanja, inkwantu huwa f’dan il-pajjiż li l-aġent għandu jwettaq l-obbligu kuntrattwali tiegħu?

11)

L-azzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem il-qrati Belġjani, b’mod speċifiku f’qorti ta’ Kortrijk, konformement mal-Artikolu 25(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 [fid-dawl tal-Artikolu 5(1) tal-istess regolament], ladarba fil-punt 20 tal-kundizzjonijiet ġenerali li għalihom kien suġġett il-bejgħ kollu mir-rikorrenti lejn il-konvenuta, huma kienu ftehmu dwar ġurisdizzjoni, bil-miktub u b’validità sħiħa quddiem il-liġi Belġjana, li bih “any dispute of any nature whatsoever shall be the exclusive jurisdiction of the courts of Kortrijk”?

12)

Taħt id-dispożizzjonijiet tat-taqsimiet 2 sa 7 tal-Kapitolu II tar-Regolament Nru 1215/2012 [fid-dawl tal-Artikolu 5(1) tal-istess regolament], l-azzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem il-qrati Portugiżi ġaladarba l-elementi prinċipali ta’ rabta tar-relazzjoni kuntrattwali stabbilita bejn il-konvenuta u r-rikorrenti jinsabu fit-territorju u fl-ordinament ġuridiku tal-Portugall?

13)

Taħt id-dispożizzjonijiet tat-taqsimiet 2 sa 7 tal-Kapitolu II tar-Regolament Nru 1215/2012 [fid-dawl tal-Artikolu 5(1) tal-istess regolament], l-azzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem il-qrati Spanjoli ġaladarba l-elementi prinċipali ta’ rabta tar-relazzjoni kuntrattwali stabbilita bejn il-konvenuta u r-rikorrenti jinsabu fit-territorju u fl-ordinament ġuridiku ta’ Spanja?


(1)  Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012, L 351, p. 1).


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad Varna (il-Bulgarija) fis-7 ta’ Frar 2017 – Todor Iliev vs Blagovesta Ilieva

(Kawża C-67/17)

(2017/C 112/39)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Rayonen sad Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Todor Iliev

Konvenuta: Blagovesta Ilieva

Domandi preliminari

1)

Kawża bejn ex konjuġi dwar il-qsim ta’ proprjetà mobbli akkwistata matul iż-żwieġ taħt il-komunjoni tal-akkwisti tikkostitwixxi tilwima dwar drittijiet ta’ proprjetà li joriġinaw minn relazzjonijiet matrimonjali fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 (1)?

2)

Tilwima dwar il-qsim ta’ proprjetà mobbli akkwistata matul iż-żwieġ iżda rreġistrata fir-reġistru tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f’isem wieħed mill-ex konjuġi biss taqa’ taħt l-esklużjonijiet mill-applikabbiltà tar-Regolament Nru 44/2001, b’mod partikolari taħt l-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament?

3)

Liema qorti għandha ġurisdizzjoni sabiex tisma’ tali tilwima bejn ex konjuġi dwar it-titolu fi proprjetà mobbli akkwistata matul iż-żwieġ ċivili bejn il-partijiet f’sitwazzjoni fejn il-konjuġi jkunu ċittadini tal-istess Stat Membru tal-Unjoni filwaqt li, fil-mori tal-kawża, jirriżulta li l-post ta’ residenza tal-partijiet kien jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor meta żżewwġu, meta kienet akkwistata l-proprjetà, meta ġie tterminat iż-żwieġ u meta tressqet il-kawża għall-qsim tal-proprjetà wara t-terminazzjoni taż-żwieġ?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (qorti suprema) (il-Finlandja) fis-17 ta’ Frar 2017 – Zurich Insurance PLC, Metso Minerals Oy vs Abnormal Load Services (International) Limited

(Kawża C-88/17)

(2017/C 112/40)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus (qorti suprema)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zurich Insurance PLC, Metso Minerals Oy

Konvenuta: Abnormal Load Services (International) Limited

Domanda preliminari

Il-post(ijiet) tal-provvista ta’ servizzi fis-sens tat-tieni inċiż tal-punt 1(b) tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 (1) kif għandhom jiġu ddeterminati fil-każ ta’ kuntratt li jirrigwarda t-trasport ta’ merkanzija bejn Stati Membri u t-trasport huwa kompost minn partijiet differenti li għalihom jintużaw modi differenti ta’ trasport?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19 Vol. 4 p. 42).


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/31


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Castellón – Spanja) – Banco Popular Español SA vs Elena Lucaciu, Cristian Laurentiu Lucaciu

(Kawża C-349/15) (1)

(2017/C 112/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 302, 4.9.2015.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/31


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Zamora – Spanja) – Javier Ángel Rodríguez Sánchez vs Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria SAU (Banco CEISS)

(Kawża C-381/15) (1)

(2017/C 112/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 302, 14.9.2015.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/31


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia de Alicante – Spanja) – Manuel González Poyato, Ana Belén Tovar García vs Banco Popular Español SA

(Kawża C-34/16) (1)

(2017/C 112/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 136, 18.4.2016.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/32


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Navarra – Spanja) – Instituto de Religiosas Oblatas del Santísimo Redentor vs Joaquín Taberna Carvajal

(Kawża C-352/16) (1)

(2017/C 112/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 326, 5.9.2016


Il-Qorti Ġenerali

10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2017 – ASPLA u Armando Álvarez vs L-Unjoni Ewropea

(Kawża T-40/15) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Speċifikazzjoni tar-rikors - Preskrizzjoni - Ammissibbiltà - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Terminu raġonevoli għall-prolazzjoni ta’ sentenza - Danni materjali - Interessi fuq l-ammont tal-multa mhux imħallas - Spejjeż ta’ garanzija bankarja - Rabta kawżali”))

(2017/C 112/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Plásticos Españoles, SA (ASPLA) (Torrelavega, Spanja) u Armando Álvarez, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment M. Troncoso Ferrer, C. Ruixó Claramunt u S. Moya Izquierdo, sussegwentement M. Troncoso Ferrer u S. Moya Izquierdo, avukati)

Konvenuta: L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn M.A. Placco, sussegwentement minn J. Inghelram, Á. Almendros Manzano u P. Giusta, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: P. van Nuffel, F. Castilla Contreras u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Talba skont l-Artikolu 268 TFUE u li hija intiża li tiżgura l-ħlas ta’ kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba t-tul tal-proċedura, quddiem il-Qorti Ġenerali, fil-kuntest tal-kawżi li taw lok għas-sentenzi tas-16 ta’ Novembru 2011, ASPLA vs Il-Kummissjoni (T-76/06, li ma ġietx ippubblikata, EU:T:2011:672), u tas-16 ta’ Novembru 2011, Álvarez vs Il-Kummissjoni (T-78/06, li ma ġietx ippublikata, EU:T:2011:673)

Dispożittiv

1)

L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, hija kkundannata tħallas kumpens ta’ EUR 44 951,24 lil Plásticos Españoles, SA (ASPLA) u kumpens ta’ EUR 111 042,48 lil Armando Álvarez, SA għad-danni materjali subiti minn kull waħda minn dawn il-kumpanniji minħabba l-ksur tat-terminu raġonevoli għall-prolazzjoni ta’ sentenza fil-kawżi li taw lok għas-sentenzi tas-16 ta’ Novembru 2011, ASPLA vs Il-Kummissjoni (T-76/06, li ma ġietx ippubblikata, EU:T:2011:672), u tas-16 ta’ Novembru 2011, Álvarez vs Il-Kummissjoni (T-78/06, li ma ġietx ippubblikata, EU:T:2011:673). Kull wieħed minn dawn il-kumpensi għandu jiġi evalwat mill-ġdid permezz tal-interessi kumpensatorji, dekorribbli mis-27 ta’ Jannar 2015 sal-prolazzjoni tas-sentenza odjerna, bir-rata ta’ inflazzjoni annwali stabbilita, għall-perijodu kkonċernat, mill-Eurostat (uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea) fl-Istati Membru li fih huma stabbiliti dawn il-kumpanniji.

2)

Kull wieħed mill-kumpensi msemmija fil-punt 1) iktar ’il fuq għandu jiżdied bl-interessi moratorji, mill-prolazzjoni tas-sentenza odjerna sal-ħlas sħiħ, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

ASPLA u Armando Álvarez, minn naħa, u l-Unjoni, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, min-naħa l-oħra, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

5)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 89, 16.3.2015.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2017 – Hernández Zamora vs EUIPO – Rosen Tantau (Paloma)

(Kawża T-369/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Paloma - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea Paloma - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 112/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hernández Zamora, SA (Murcie, Spanja) (rappreżentanti: J.L. Rivas Zurdo u I. Munilla Muñoz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Rosen Tantau KG (Uetersen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-21 ta’ April 2015 (Każ R 1697/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Hernández Zamora u Rosen Tantau.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hernández Zamora, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 320, 28.9.2015.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2017 – European Dynamics Luxembourg et vs AEM

(Kawża T-441/15) (1)

((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt-qafas multiplu f’kaskata EMA/2012/10/ICT - Provvista ta’ servizzi esterni fil-qasam tal-applikazzjonijiet tas-softwer - Talba għal provvista ta’ servizzi indirizzata lir-rikorrenti - Ċaħda tal-kandidati proposti mir-rikorrenti - Proporzjonalità - Klassifikazzjoni mill-ġdid parzjali tar-rikors - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

(2017/C 112/47)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja), European Dynamics Belgium SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment I. Ampazis u M. Sfyri, sussegwentement M. Sfyri, D. Papadopoulou u C. N. Dede, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (AEM) (rappreżentanti: T. Jabłoński, N. Rampal Olmedo, G. Gavriilidou u P. Eyckmans, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-AEM, tal-4 ta’ Ġunju 2015, innotifikata b’posta elettronika tad-Direttur tar-Riżorsi Teknoloġiċi u tal-Informatika, li tiċħad tnejn mill-kandidati proposti mir-rikorrenti wara t-talba għal provvista ta’ servizzi SC001, fl-ambitu tal-kuntratt-qafas EMA/2012/10/ICT, u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għal kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sofrew minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE u European Dynamics Belgium SA huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 328, 5.10.2015.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2017 – Batmore Capital vs EUIPO – Univers Poche (POCKETBOOK)

(Kawża T-596/15) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva POCKETBOOK - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti POCKET - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2017/C 112/48)

Lingwa tal-kawża: l-Inlgiż

Partijiet

Rikorrenti: Batmore Capital Ltd (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: D. Masson, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Univers Poche (Pariġi, Franza) (rappreżentant: F. Dumont, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1952/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Univers Poche u Batmore Capital.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Batmore Capital Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli esposti minn Univers Poche quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 414, 14.12.2015


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2017 – Dröge et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-142/16) (1)

([“Rikors għal annullament - Dikjarazzjoni ta’ intenzjoni u żewġ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-modalitajiet ta’ aċċess għad-dokumenti dwar in-negozjati tal-partenarjat transatlantiku ta’ kummerċ u ta’ investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti (TTIP) - Dritt ta’ aċċess tal-kollaboraturi tal-membri tal-parlamenti nazzjonali għal ċerti dokumenti kunfidenzjali tan-negozjati tat-TTIP - Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati - Inammissibbiltà”])

(2017/C 112/49)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Katharina Dröge (Berlin, il-Ġermanja), Britta Haßelmann (Berlin), Anton Hofreiter (Berlin) (rappreżentant: W. Cremer, professur)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher, R. Vidal Puig u B. Hartmann, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett tad-dikjarazzjoni ta’ intenzjoni tal-Kummissjoni intiża għall-konklużjoni ta’ trattat vinkolanti għall-partijiet kontraenti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika, fir-rigward tal-modalitajiet ta’ aċċess għad-dokumenti tan-negozjati dwar partenarjat transatlantiku ta’ kummerċ u ta’ investiment (TTIP), u, sussidjarjament, li jiġi ddikjarat li din tikser id-dritt tal-Unjoni, it-tieni nett, tad-deċiżjoni preliminari tal-Kummissjoni intiża għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ intenzjoni ċċitata iktar ’il fuq dwar l-awtorizzazzjoni tal-ftehim u, it-tielet nett, tad-deċiżjoni orali tal-Kummissjoni marbuta mal-konklużjoni ta’ trattat jew ta’ ftehim politiku mhux vinkolanti mal-Istati Uniti tal-Amerika fir-rigward tas-“sistema ta’ aċċess TTIP” u li tiddefinixxi din is-sistema bħala vinkolanti fid-dritt tal-Unjoni, sa fejn huwa strettament ipprojbit li l-membri tal-parlamenti tal-Istati Membri jiġu akkumpanjati minn kollaboraturi, li jkunu għaddew minn kontrolli ta’ sigurtà, inklużi kollaboraturi tal-grupp politiku tagħhom waqt il-konsultazzjoni tad-dokumenti relatati mat-TTIP fis-swali tal-qari mħejja għal dan il-għan.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Katharina Dröge, Britta Haßelmann u Anton Hofreiter huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 221, 13.6.2016.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2017 – Acerga vs Il-Kunsill

(Kawża T-153/16) (1)

((“Rikors għal annullament - Sajd - Konservazzjoni tar-riżorsi tal-ħut - Opportunitajiet ta’ sajd ta’ ċerti stokkijiet u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni - Assoċjazzjoni - Nuqqas ta’ interess individwali - Att li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inammissibbiltà”))

(2017/C 112/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Asociación de armadores de cerco de Galicia (Acerga) (Sada, Spanja) (rappreżentant: B. Huarte Melgar, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Westerhof Löfflerová u F. Florindo Gijón, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/72 tat-22 ta’ Jannar 2016, li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 (ĠU 2016, L 22, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

L-Asociación de armadores de cerco de Galicia (Acerga) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 200, 6.6.2016.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2017 – Stips vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-593/16) (1)

((“Rikors għad-danni - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Assenza ta’ talba fis-sens tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Inammissibbiltà manifesta”))

(2017/C 112/51)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Adolf Stips (Besozzo, l-Italja) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u C. Berardis-Kayser, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba dewmien fl-organizzazzjoni tal-eżerċizzju ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid tal-2013

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Adolf Stips huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 251, 11.7.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-23/16 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Frar 2017 – Pipiliagkas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-598/16) (1)

((“Rikors għal annullament - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Assenjazzjoni - Trasferiment fl-interess tas-servizz - Assenjazzjoni mill-ġdid tar-rikorrent - Eżekuzzjoni ta’ sentenza - Proċedura prekontenzjuża - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))

(2017/C 112/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Nikolaos Pipiliagkas (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 266 u 270 TFUE u ntiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tadottax il-miżuri ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tal-15 ta’ April 2015, Pipiliagkas vs Il-Kummissjoni (F-96/13, EU:F:2015:29), u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 2015 li tassenja mill-ġdid lir-rikorrent mid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fix-Xatt tal-Punenet u fl-Istrixxa ta’ Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant, għad-Direttorat Ġenerali “Mobbiltà u Trasport”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Nikolaos Pipiliagkas huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 296, 16.8.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-Numru F-28/16 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/38


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2017 – Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank vs BUR

(Kawża T-645/16 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni - Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni - Kontribuzzjonijiet ex ante - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2017/C 112/53)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG (Bregenz, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Eisenberger, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (BUR) (rappreżentanti: B. Meyring u S. Schelo, avukati)

Suġġett

Talbiet ibbażati fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiżi għall-għoti ta’ miżuri provviżorji intiżi, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tas-sessjoni eżekuttiva tal-BUR (SRB/ES/SRF/2016/06) tal-15 ta’ April 2016 dwar il-kontribuzzjonijiet ex ante tal-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għas-sena 2016 u, min-naħa l-oħra, l-ordni, lill-BUR, li tirrimborsa kontribuzzjonijiet ex ante mħallsa mir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/39


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2017 – Healy vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-55/17)

(2017/C 112/54)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorreni: John Morrison Healy (Celbridge, l-Irlanda) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara u tiddeċiedi li,

id-deċiżjoni tal-11 ta’ April 2016 li permezz tagħha l-Bord tal-Għażla irrifjuta l-ammissjoni tar-rikorrent għall-kompetizzjoni COM/02/AST/16 (AST2) hija annullata;

il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed ibbażat fuq il-ksur tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Fil-fatt, ir-rikorrent jqis li l-kundizzjoni ta’ dħul ikkontestata, jiġifieri dik li għandha tinġieb prova ta’ 42 xahar ta’ servizz fi ħdan il-Kummissjoni, ma hijiex iġġustifikata fid-dawl tar-rekwiżiti tal-pożizzjonijiet li għandhom jimtlew.

Barra minn hekk, l-Artikolu 82(7) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra huwa inkompatibbli mal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal billi jeskludi l-aċċess għall-kompetizzjonijet interni, fil-każijiet kollha, għall-membri tal-persunal bil-kuntratt li għandhom servizz inqas minn 36 xahar li huwa l-minimu li jista’ jservi bħala bażi u li vvizzja l-evalwazzjoni mill-Awtorità tal-Ħatra tal-kundizzjoni tad-dħul kkontestata.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/39


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2017 – PO et vs SEAE

(Kawża T-56/17)

(2017/C 112/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: PO, PP, PQ (rappreżentanti: N. de Montigny u J. N. Louis, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara u taqta’ li,

id-deċiżjoni ppubblikata fil-15 ta’ April 2016, li tibdel id-drittijiet u l-obbligi tal-uffiċjali, tal-membri tal-persunal temporanju u dawk kuntrattwali f’dak li jirrigwarda l-allowances tal-iskola (“education allowances”), jiġifieri: “Rights and obligations of officials, temporary and contract agents: Education Allowances” tiġi annullata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tal-15 ta’ April 2016 (iktar ‘il quddiem id-“Deċiżjoni kkontestata”) minħabba li din tal-aħħar ġiet adottata bi ksur tal-Ewwel Artikolu tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll tal-Artikolu 110 tal-imsemmija regolamenti, fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tas-SEAE.

Ir-rikorrenti jinvokaw ukoll l-assenza totali ta’ motivazzjoni taċ-ċaħda tal-ilment tagħhom indirizzat kontra d-Deċiżjoni kkontestata.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ twettiq ta’ djalogu soċjali qabel ma ġiet adottata d-Deċiżjoni kkontestata, bi ksur tal-Artikolu 27 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet miksuba tal-uffiċjali u membri tal-persunal fil-post għal numru ta’ snin u li tagħhom l-ulied ilhom imorru l-iskola għal xi snin. Dan il-ksur huwa kkawżat mid-Deċiżjoni kkontestata sa fejn tidbel is-sistema stabbilita minn qabel, li biha l-parti l-kbira tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal li kienu jitolbu rimbors addizzjonali kienu jiksbu r-rimbors sħiħ tal-ispiża li kien jaqbeż il-limitu statutorju.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ previdenza, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali, u ta’ ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, ikkawżat mid-Deċiżjoni kkontestata b’mod partikolari sa fejn hija tipprevedi miżura tranżitorja fuq perijodu ta’ sena biss u li l-modalitajiet il-ġodda ta’ rimbors hekk kif adottati ġew imposti fuq l-uffiċjali u fuq il-membri tal-persunal fil-post fil-mument tal-adozzjoni tagħhom.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bbilanċjar tal-interessi u ta’ assenza ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità li bihom hija vvizzjata d-deċiżjoni kkontestata, liema deċiżjoni tfittex bħala għan waħdieni t-tnaqqis tal-impatt finanzjarju, li jimplika rimbors addizzjonali tal-ispejjeż tal-iskola filwaqt li s-SEAE setgħet tadotta miżuri oħra sabiex jintlaħaq dan il-għan, mingħajr ma tikser id-drittijiet tal-persunal tagħha. Il-konvenut b’dan il-mod għażel is-soluzzjoni li toħloq l-iktar preġudizzju lill-uffiċjali u l-membri tal-persunal tiegħu.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni, sa fejn id-Deċiżjoni kkontestata ħolqot diskriminazzjoni billi stabilixxiet prinċipju ta’ rimborsi mwettqa skont bażijiet identiċi għall-uffiċjali u għall-membri tal-persunal li jinsabu f’delegazzjonijiet differenti u, għaldaqstant, trattament identiku għal sitwazzjonijiet differenti.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għall-familja u tad-dritt għall-edukazzjoni li twettaq mis-SEAE peress li l-adozzjoni tad-Deċiżjoni kkontestata kellha bħala effett li ġġiegħel lir-rikorrenti jagħżlu bejn il-ħajja professjonali tagħhom u l-imsemmija drittijiet fundamentali.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/40


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2017 – France.com vs EUIPO – France (FRANCE.com)

(Kawża T-71/17)

(2017/C 112/56)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: France.com, Inc. (Coral gables, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Bertrand, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ir-Repubblika Franċiża

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “FRANCE.com” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 158 597

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 2452/2015-1

Talbiet

tippreżenta d-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja: (i) Fid-dawl tal-Artikoli 8(2) u 41(1) dwar it-trade mark Komunitarja u tar-Regoli 15(2)(b) u 17 tar-Regolament li jimplementa r-Regolament dwar it-trade mark tal-Komunità, fi proċedimenti ta’ oppożizzjoni, ir-rikorrenti, bħall-konvenut f’oppożizzjoni, għandha d-dritt li tinvoka drittijiet preċedenti, li jistgħu jikkostitwixxu drittijiet preċedenti għat-trade mark preċedenti użata bħala dritt preċedenti fl-oppożizzjoni? (ii) L-Istat Franċiż għandu xi tip ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali preċedenti fuq il-kelma “France” li ma hijiex l-isem uffiċjali tal-Istat Franċiż u li hija biss entità ġeografika? (iii) Jekk ir-risposta għad-domanda (ii) hija “Le”, l-isem “France” għandu jitqies bħala kelma li tinsab fid-dominju pubbliku u li fuqha ħadd ma jista’ jinvoka dritt ta’ proprjetà intellettwali? (iv) Jekk ir-risposta għad-domanda (ii) hija “Iva”, il-fatt li sa llum l-Istat Franċiż qatt ma invoka xi drittijiet fuq il-kelma “France” ħlief kontra France.com, għandu jitqies bħala diskriminazzjoni kontra r-rikorrenti?

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oppożizzjoni mressqa mill-Istat Franċiż kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark semifigurattiva tal-Unjoni Ewropea “France.com” li saret applikazzjoni għaliha minn France.com Inc.;

tiċħad ir-rikors fir-rigward tal-kumplament;

tordna lill-EUIPO jbati l-ispejjeż tiegħu stess u li jħallas dawk sostnuti minn France.com Inc. fir-rigward tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja;

tordna lill-EUIPO u lill-Istat Franċiż ibatu kull wieħed nofs l-ispejjeż ta’ France.com Inc. fir-rigward tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 8(1), 8(2) u 41(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tar-Regoli 15(2)(b) u 17 tar-Regolament Nru 2868/95.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/41


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2017 – RS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-73/17)

(2017/C 112/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: RS (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara u tiddeċiedi li,

id-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla ta’ kompetizzjoni tal-11 ta’ April 2016 li tirrigwarda ċ-ċaħda tal-applikazzjoni tar-rikorrent fil-kompetizzjoni interna COM/02/AST/16 hija annullata;

il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata li tħallas lir-rikorrent somma ta’ EUR 5 000 bħala kumpens għad-danni morali li huwa sostna;

il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq ksur tal-l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Huwa qajjem għalhekk eċċezzjoni ta’ illegalità tal-avviż ta’ kompetizzjoni interna kkontestat peress li dan kien jipprevedi kundizzjoni ta’ dħul li għandha bħala effett li tiċħad l-aċċess għall-kompetizzjoni lil membri tal-persunal temporanju li ma kienux f’pożizzjoni amministrattiva ta’ attività, fuq leave minħabba s-servizz militari, fuq leave tal-ġenituri jew fuq leave tal-familja jew li kienu ssekondati matul it-12-il xahar qabel l-għeluq tas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/42


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2017 – Schoonjans vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-79/17)

(2017/C 112/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Alain Schoonjans (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Tiddikjara u tiddeċiedi li,

id-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni tal-11 ta’ April 2016 dwar iċ-ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrent għall-kompetizzjoni interna COM/02/AST/16 hija annullata;

il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 5 000 bħala dannu morali li huwa ġarrab;

il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka eċċezzjoni ta’ illegalità tal-avviż tal-kompetizzjoni bbażata fuq żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 82(7) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra (Kondizzjonijiet tal-impjieg), sa fejn il-Kummissjoni llimitat l-aċċess għall-kompetizzjoni interna organizzata għall-grad AST2 biss għall-membri tal-persunal bil-kuntratt ikklassifikati fil-grupp ta’ funzjonijiet III.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, sa fejn din il-kundizzjoni ta’ ammissjoni fi kwalunkwe każ ma hijiex iġġustifikata mill-interess tas-servizz jew min-natura tal-postijiet vakanti.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/43


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2017 – Steiniger vs EUIPO – ista Deutschland (IST)

(Kawża T-80/17)

(2017/C 112/59)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Ingo Steiniger (Nümbrecht, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Schulze Horn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ista Deutschland GmbH (Essen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “IST” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 673 812

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-1 ta’ Diċembru 2016, fil-Każ R 2242/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO tal-24 ta’ Settembru 2015;

tibdel id-deċiżjoni kkontestata fis-sens li l-oppożizzjoni hija miċħuda fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedimenti inklużi dawk esposti matul il-proċedimenti tal-appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tar-Regola 20(6) tar-Regolament Nru 2868/95.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/43


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2017 – Erwin Müller vs EUIPO – Novus Tablet Technology Finland (NOVUS)

(Kawża T-89/17)

(2017/C 112/60)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Erwin Müller GmbH (Lingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Grüger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Novus Tablet Technology Finland Oy (Turku, il-Finlandja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “NOVUS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 206 611

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Novembru 2016 fil-Każ R 2413/2015-4

Talbiet

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea tat-2 ta’ Ottubru 2015, Oppożizzjoni Nru B 2 456 336, sa fejn dawn jikkonċernaw il-Klassi 9 — “Bagalji għall-ġarr ta’ kompjuter portabbli; Pokits adattati għal telefons ċellulari; Periferali addattati għall-użu mal-kompjuters”;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/44


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2017 – ACTC vs EUIPO – Taiga (tigha)

(Kawża T-94/17)

(2017/C 112/61)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ACTC GmbH (Erkrath, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. Hoene, D. Eickemeier u S. Gantenbrink, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Taiga AB (Varberg, l-Isvezja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “tigha” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 459 617

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Diċembru 2016 fil-Każ R 693/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/45


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2017 – King.com vs EUIPO – TeamLava (Skrin ta’ wiri u ikoni)

(Kawża T-95/17)

(2017/C 112/62)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: King.com Ltd (San Ġiljan, Malta) (rappreżentanti: M. Hawkins, Solicitor u T. Dolde, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: TeamLava LLC (Redwood Suite, California, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn Komunitarju Nru 2216416-0054

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Diċembru 2016 fil-Każ R 1947/2015-3

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra, f’każ li tintervjeni, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) moqri flimkien mal-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament Nru 6/2002;


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/45


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2017 – King.com vs EUIPO – (TeamLava (Animated icons)

(Kawża T-96/17)

(2017/C 112/63)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: King.com Ltd (San Ġiljan, Malta) (rappreżentanti: M. Hawkins, Solicitor u T. Dolde, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: TeamLava LLC (Redwood Suite, California, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: Disinn tal-Unjoni Nru 2216416-0049

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-01/12/2016 fil-Każ R 1948/2015-3

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u l-parti l-oħra, jekk tintervjeni, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) flimkien mal-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament Nru 6/2002.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/46


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2017 – Franmax vs EUIPO – R. Seelig & Hille (her- bea)

(Kawża T-97/17)

(2017/C 112/64)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Franmax UAB (Vilnius, il-Litwanja) (rappreżentant: E. Saukalas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: R. Seelig & Hille OHG (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “her- bea” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 689 964

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1/12/2016 fil-Każ R 371/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/46


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2017 – HSBC Holdings et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-105/17)

(2017/C 112/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: HSBC Holdings plc (Londra, ir-Renju Unit), HSBC Bank plc (Londra), HSBC France (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: K. Bacon, QC, D. Bailey, Barrister, M. Simpson, Solicitor, Y. Anselin u C. Angeli, lawyers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-7 ta’ Diċembru 2016, li ġiet innotifikata fid-9 ta’ Diċembru 2016, fil-Każ AT.39914 – Id-Derivattivi tar-Rata tal-Imgħax tal-Euro – C(2016) 8530 finali (id-“deċiżjoni kkontestata”);

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 1(b) tad-deċiżjoni kkontestata;

iktar sussidjarjament, tannulla b’mod parzjali l-Artikolu 1(b) tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija tikkunsidra li r-rikorrenti pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu;

tannulla l-Artikolu 2(b) tad-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarjament, tnaqqas b’mod sostanzjali l-multa imposta fuq ir-rikorrenti taħt l-Artikolu 2(b) tad-deċiżjoni kkontestata għal ammont li l-Qorti Ġenerali jidhrilha xieraq, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż jew, sussidjarjament, għall-ħlas ta’ proporzjon xieraq tal-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta kkonkludiet b’mod żbaljat li r-rikorrenti kienu involuti f’aġir li għandu bħala l-għan tiegħu r-restrizzjoni u/jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta wettqet żball ta’ liġi u ta’ fatt u/jew ma tatx raġunijiet suffiċjenti għalfejn ikkonstatat li l-aġir suġġett tad-deċiżjoni kkontestata kellu għan ekonomiku wieħed, li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. Għalhekk, il-konstatazzjoni tal-konvenuta ta’ ksur uniku u kontinwu (“KUK”) hija fundamentalment żbaljata.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konstatazzjoni tal-konvenuta li r-rikorrenti kkontribwixxew b’mod intenzjonali għall-KUK deskritt fid-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball manifest ta’ evalwazzjoni u/jew nuqqas ta’ motivazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konstatazzjoni tal-konvenuta li r-rikorrenti kienu jafu jew kellhom ikunu jafu bl-aġir tal-parteċipanti l-oħrajn allegatament involuti fil-KUK hija vvizzjata bi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u/jew nuqqas ta’ motivazzjoni.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta kisret forom proċedurali sostanzjali fil-proċess li wassal għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. B’mod konkret, il-konvenuta kisret id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, il-prinċipju tal-preżunzjoni ta’ innoċenza u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba bl-adozzjoni ta’ proċedura amministrattiva progressiva.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni, sussidjarjament, li l-konvenuta kkalkolat b’mod żbaljat il-multa imposta fuq ir-rikorrenti u l-multa hija, bħala tali, mhux iġġustifikata u sproporzjonata.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/47


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2017 – JPMorgan Chase et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-106/17)

(2017/C 112/66)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: JPMorgan Chase & Co. (New York, New York, l-Istati Uniti), JPMorgan Chase Bank, National Association (Columbus, Ohio, l-Istati Uniti), J.P. Morgan Services LLP (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Rose, QC, J. Boyd, M. Lester, D. Piccinin u D. Heaton, Barristers, u B. Tormey, N. French, N. Frey u D. Das, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2016) 8530 finali, fil-Każ AT.39914 – Euro Interest Rate Derivatives (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni”), tas-7 ta’ Diċembru 2016, sa fejn din tapplika għar-rikorrenti;

sussidjarjament, tnaqqas il-penali imposta fuq ir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni naqset milli turi li l-aġir tar-rikorrenti kellu l-għan li jimmanipula lil termini EURIBOR jew lill-EONIA (rati ta’ interess skont il-parametru referenzjarju); l-evidenza turi li r-rikorrenti ma kellhom ebda għan antikompetittiv fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE u Artikolu 53(1) tal-Ftehim ŻEE (iktar ’il quddiem l-“Artikolu 101”).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li, barra minn hekk jew sussidjarjament, il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta qieset li l-għan tal-allegata manipulazzjoni ta’ termini EURIBOR u tal-EONIA huwa għan ta’ prevenzjoni, restrizzjoni jew distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata ma ssibx, u issa l-Kummissjoni ma tistax targumenta jew tistabbilixxi, għanijiet antikompetittivi oħra kontra r-rikorrenti minbarra l-manipulazzjoni ta’ termini EURIBOR jew tal-EONIA.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li, sussidjarjament, il-Kummissjoni naqset milli tistabbilixxi li r-rikorrenti pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu. B’mod partikolari, l-aġir li l-Kummissjoni qieset li jikser l-Artikolu 101 ma kellux għan waħdieni; alternattivament ir-rikorrenti ma kinux konxji dwar l-aġir ta’ ksur tal-partijiet l-oħra u ma setgħux raġonevolment jippreveduh; u alternattivament ir-rikorrenti ma kellhomx l-intenzjoni li permezz tal-aġir tagħhom jikkontribwixxu għal pjan komuni b’għan antikompetittiv.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni aġixxiet b’mod kuntrarju għall-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, l-amministrazzjoni tajba, il-preżunzjoni ta’ innoċenza u d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, u dan peress li ddeċidiet il-każ kontrihom b’mod prematur bil-mod ta’ kif applikat il-proċess tas-soluzzjoni tat-tilwim “ibridu”, u peress li kien hemm espressjonijiet ta’ deċiżjoni prematura mill-Kummissarju Alumnia.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq li, barra minn hekk jew sussidjarjament, il-Kummissjoni wettqet żball fil-kalkolu tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti, u dan b’diversi modi, u l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tnaqqasha. Il-Kummissjoni (a) messha applikat mitigazzjoni ikbar u gravità inqas u aġġustamenti tal-“ħlas għad-dħul” (“entry fee” adjustments) sabiex jirriflettu r-rwol periferali u differenti tar-rikorrenti kif deċiż mill-Kummissjoni; (b) naqset milli tapplika l-istess metodu għall-kalkolu tal-valur tal-bejgħ ta’ kull parti, bir-riżultat li r-rikorrenti ġew ittrattati b’mod inqas favorevoli, u dan mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva; (ċ) messha applikat tnaqqis ikbar fir-rigward tal-figuri li jirriżultaw mill-irċevuti tal-flus tar-rikorrenti sabiex jirrifletti s-saħħa ekonomika relattiva tagħhom; u (d) ma messhiex inkludiet il-bejgħ EONIA fil-valur tagħha tal-kalkoli tal-bejgħ.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/48


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2017 – BASF Grenzach vs ECHA

(Kawża T-125/17)

(2017/C 112/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BASF Grenzach GmbH (Grenzach-Wyhlen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Nordlander u M. Abenhaïm, avukati)

Konvenuta: European Chemicals Agency

Talbiet

tiddikjara t-talba għal annullament ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ECHA, tad-19 ta’ Diċembru 2016, dwar l-evalwazzjoni ta’ sustanza għat-triklosan skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament Nru 1907/2006 (1) (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni triklosan”) (Każ A-018-2014), sa fejn il-Bord tal-Appell ċaħad l-appell amministrattiv tar-rikorrenti, ikkonferma t-testijiet fuq il-ġrieden u l-ħut u t-test ta’ persistenza li kienu ntalbu preliminarjament mill-ECHA, u ddeċida li l-informazzjoni l-oħra kellha tiġi pprovduta qabel it-28 ta’ Diċembru 2018;

tikkundanna lill-ECHA għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali

Ir-rikorrenti ssostni li l-Bord tal-Appell kiser forma proċedurali sostanzjali meta llimita lilu nnifsu għal stħarriġ tal-legalità limitat, meta kellu jwettaq stħarriġ amministrattiv sħiħ tad-deċiżjoni triklosan. Skont ir-rikorrenti, il-Bord tal-Appell kiser ukoll żewġ forom proċedurali sostanzjali billi warrab diversi argumenti fundamentali u provi xjentifiċi prodotti mir-rikorrenti, mingħajr ma eżaminahom fil-mertu. Skont ir-rikorrenti, il-Bord tal-Appell, b’hekk, mhux biss naqas milli jeżerċita s-setgħa ta’ stħarriġ amministrattiv tiegħu, iżda wkoll kiser id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 TFUE, tal-Artikolu 25(1) u tal-Artikolu 47 tar-Regolament Nru 1907/2006, u mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti Ġenerali fil-qasam tal-istħarriġ ġudizzjarju u tal-oneru tal-prova

F’dak li jikkonċerna t-test fuq il-ġrieden, ir-rikorrenti ssostni li kemm l-ECHA kif ukoll il-Bord tal-Appell, minkejja li ammettew id-differenzi li jeżistu bejn is-sistema tat-tirojde tal-ġrieden u dik tal-bniedem, essenzjalment ibbażaw ruħhom fuq data li toriġina minn studji magħmula fuq il-ġrieden, fir-rigward tal-effetti potenzjali fuq it-tiroxin tal-bniedem (filwaqt li studji eżistenti magħmula fuq il-bniedem kienu jistabbilixxu l-assenza ta’ tali effetti). Skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni trikolosan, b’hekk, (i) tonqos milli tieħu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni relevanti kollha disponibbli, (ii) hija vvizzjata b’kuntradizzjonijiet, (iii) hija bbażata fuq provi inkoerenti u, għall-imsemmija raġunijiet, hija vvizzjata bi żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tan-neċessità tat-test fuq il-ġrieden, sa fejn tittratta tħassib dwar allegata newrotossiċità għall-iżvilupp tal-bniedem. Fir-rigward tal-konklużjonijiet dwar it-tossiċità fil-qasam tar-riproduzzjoni sesswali li jisabu fl-istudju fuq il-ġrieden, ir-rikorrenti tqis, barra minn hekk, li kemm l-ECHA kif ukoll il-Bord tal-Appell naqsu wkoll milli jieħdu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni kollha disponibbli u bbażaw ruħhom fuq provi inkoerenti. Skont ir-rikorrenti, l-ECHA u l-Bord tal-Appell, b’hekk, wettqu żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-bżonn tat-test fuq il-ġrieden għall-konklużjoni dwar it-tossiċità riproduttiva. Skont ir-rikorrenti, it-test fuq il-ġrieden huwa manifestament mhux xieraq ukoll minħabba l-fatt li dawn ir-riżultati ma jistgħux jgħinu lill-ECHA titfa’ dawl fuq it-tħassib relatat mal-allegata perturbazzjoni endokrinali fil-bniedem. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni triklosan hija illegali sa fejn il-Bord tal-Appell kkonferma t-test fuq il-ġrieden mingħajr ma vverifika jekk ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ proporzjonalità kienux sodisfatti; b’mod partikolari il-Bord tal-Appell naqas milli jistħarreġ jekk mezzi inqas vinkolanti kinux disponibbli sabiex jintefa’ dawl fuq it-tħassib relatat mal-allegat rwol tat-triklosan fil-qasam tal-perturbazzjoni endokrinali.

F’dak li jikkonċerna t-test fuq il-ħut, ir-rikorrenti ssostni li (i) il-Bord tal-Appell ma eżerċitax effettivament is-setgħa diskrezzjonali tiegħu u ma ddeterminax jekk, fid-dawl tal-provi xjentifiċi disponibbli, kienx jeżisti “riskju potenzjali” li seta’ jiġġustifika li jkunu meħtieġa testijiet supplimentari; (ii) l-ECHA u l-Bord tal-Appell (it-tnejn li huma) naqsu milli juru li, fid-dawl tal-provi xjentifiċi disponibbli, kien jeżisti riskju potenzjali ta’ perturbazzjoni endokrinali li kien jiġġustifika li jsiru testijiet supplimentari fuq il-ħut; u (iii) l-ECHA u l-Bord tal-Appell (it-tnejn li huma) dawru l-oneru tal-prova u kisru l-Artikolu 25(1) tar-Regolament Nru 1907/2006, billi eżiġew li tkun ir-rikorrenti li tipprova l-assenza ta’ tali riskju.

F’dak li jikkonċerna t-test tal-persistenza, ir-rikorrenti ssostni li l-ECHA u l-Bord tal-Appell, billi eżiġew li r-rikorrenti twettaq dan it-test kemm fl-ilma ħelu kif ukoll fl-ilma baħar sabiex allegatament titfa’ dawl fuq riskju potenzjali ta’ persistenza tat-triklosan fl-ambjent, naqsu milli jieħdu debitament inkunsiderazzjoni kemm l-oneru tal-prova dwar il-persistenza tat-triklosan u l-eżiġenza li jiġu eżaminati l-kundizzjonijiet pertinenti għall-ambjent b’applikazzjoni tal-Anness XIII tar-Regolament Nru 1907/2006. Ir-rikorrenti ssostni, barra minn hekk, li l-ECHA u l-Bord tal-Appell, billi jeżiġu li r-rikorrenti twettaq it-test tal-persistenza fl-ilma pelaġiku (jiġifieri l-ilma ċar mingħajr sediment), naqsu wkoll milli josservaw il-kriterju ċar li jinsab fl-Anness XIII tar-Regolament Nru 1907/2006 li jimponi li jiġu eżaminati l-provi li jirriflettu kundizzjonijiet “rilevanti” għall-ambjent. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li kemm l-ECHA kif ukoll il-Bord tal-Appell, wara li ddeċidew li t-test derogatorju ta’ simulazzjoni għandu jirrifletti kundizzjonijiet relevanti għall-ambjent, naqsu milli jeżerċitaw ġudizzju espert xieraq sabiex jidentifikaw il-kundizzjonijiet ta’ test xierqa.


(1)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1).


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/50


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta Frar 2017 – Tarmac Trading vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-267/16) (1)

(2017/C 112/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 287, 8.8.2016.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/50


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2017 – Bank Saderat Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T-349/16) (1)

(2017/C 112/69)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 305, 22.8.2016


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/50


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2017 – HP vs Il-Kummissjoni u eu-LISA

(Kawża T-596/16) (1)

(2017/C 112/70)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 296, 16.8.2016 (Kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-26/16 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2017 – IPA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-635/16) (1)

(2017/C 112/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 428, 21.11.2016.


10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2017 – Starbucks (HK) vs EUIPO – Now Wireless (nowwireless)

(Kawża T-908/16) (1)

(2017/C 112/72)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 46, 13.2.2017.