ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 108

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
6 ta' April 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 108/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8419 — Segro/PSPIB/SELP/Target assets) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 108/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2017/C 108/03

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-18 ta’ lulju 2016 dwar abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ AT.39824 — Trakkijiet — Relatur: Il-Latvja

3

2017/C 108/04

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Trakkijiet (AT.39824)

4

2017/C 108/05

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Lulju 2016 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ AT.39824 — Trakkijiet) (notifikat permezz tad-dokument C(2016) 4673)

6

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2017/C 108/06

Rapport Speċjali Nru 5/2017 — Il-qgħad fost iż-żgħażagħ — il-politiki tal-UE għamlu differenza? Valutazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

9

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2017/C 108/07

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

10

2017/C 108/08

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

10

2017/C 108/09

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

11


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-EFTA

2017/C 108/10

Sentenza tal-Qorti tad-29 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża E-25/15 — L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda (Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu — Għajnuna mill-Istat — Artikolu 14(3) tal-Parti II tal-Protokoll 3 SCA — In-nuqqas ta’ rkupru tal-għajnuna mogħtija b’mod illegali)

12

2017/C 108/11

Sentenza tal-Qorti tad-29 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża E-30/15 — L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda (Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu — Nuqqas li jimplimenta — id-Direttiva 2011/62/UE li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem)

13

2017/C 108/12

Sentenza tal-Qorti tad-29 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża E-31/15 — L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda (Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu — Nuqqas li jimplimenta — id-Direttiva 2011/77/UE li temenda d-Direttiva 2006/116/KE dwar it-terminu ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta’ ċerti drittijiet relatati)

14

2017/C 108/13

Sentenza tal-Qorti tad-29 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża E-32/15 — L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs il-Prinċipat tal-Liechtenstein (Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jwettaq l-obbligi tiegħu — Nuqqas ta’ implimentazzjoni — id-Direttiva 2006/126/KE — id-Direttiva 2011/94/UE — id-Direttiva 2012/36/UE)

15

2017/C 108/14

Azzjoni mressqa fl-1 ta’ Frar 2017 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda (il-Kawża E-2/17)

16

2017/C 108/15

Azzjoni mressqa fl-1 ta’ Frar 2017 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda (il-Kawża E-3/17)

17

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 108/16

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8312 — Panasonic Corporation/Ficosa International) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

18

2017/C 108/17

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8391 — Toyota Industries Europe/Vive) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

19

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 108/18

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

20


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

6.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8419 — Segro/PSPIB/SELP/Target assets)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 108/01)

Fid-29 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8419. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

6.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-5 ta’ April 2017

(2017/C 108/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0678

JPY

Yen Ġappuniż

118,49

DKK

Krona Daniża

7,4354

GBP

Lira Sterlina

0,85510

SEK

Krona Żvediża

9,5748

CHF

Frank Żvizzeru

1,0708

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,1665

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,058

HUF

Forint Ungeriż

309,91

PLN

Zloty Pollakk

4,2315

RON

Leu Rumen

4,5397

TRY

Lira Turka

3,9404

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4085

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4291

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,2957

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5319

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4948

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 202,72

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,6327

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3638

HRK

Kuna Kroata

7,4578

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 227,37

MYR

Ringgit Malażjan

4,7314

PHP

Peso Filippin

53,532

RUB

Rouble Russu

59,6596

THB

Baht Tajlandiż

36,860

BRL

Real Brażiljan

3,2974

MXN

Peso Messikan

20,0177

INR

Rupi Indjan

69,2930


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


6.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/3


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-18 ta’ lulju 2016 dwar abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ AT.39824 — Trakkijiet

Relatur: Il-Latvja

(2017/C 108/03)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi ftehimiet u/jew prattiki miftiehma bejn l-impriżi rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 taż-ŻEE.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-prodott u l-ambitu ġeografiku tal-ftehimiet u/jew il-prattiki miftiehma li jinsabu fl-abbozz ta’ deċiżjoni.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi kkonċernati mill-abbozz ta’ deċiżjoni pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan tal-ftehimiet u/jew prattiki miftiehma għall-ksur deskritt fl-abbozz ta’ deċiżjoni kien li jirrestrinġu l-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehimiet u/jew il-prattiki miftiehma deskritti fl-abbozz ta’ deċiżjoni kienu kapaċi jaffettwaw b’mod apprezzabbli l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni rigward id-durata tal-ksur deskritt fl-abbozz ta’ deċiżjoni.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tad-destinatarji tal-abbozz ta’ deċiżjoni.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għandhom jiġu imposti multi fuq id-destinatarji tal-abbozz tad-Deċiżjoni.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida 2006 dwar il-metodu ta’ kif jiġu stabbiliti multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 għall-abbozz ta’ deċiżjoni.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ użat għall-kalkolu tal-multi imposti mill-abbozz ta’ deċiżjoni.

11.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi għall-abbozz ta’ deċiżjoni.

12.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-istabbiliment tad-durata għall-għan li jiġu kkalkolati l-multi għall-abbozz ta’ deċiżjoni.

13.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemmx ċirkostanzi aggravanti applikabbli għall-ksur.

14.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemmx ċirkostanzi mitiganti applikabbli għall-ksur.

15.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis tal-multi abbażi tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006 għall-abbozz ta’ deċiżjoni.

16.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis tal-multi abbażi tal-Avviż ta’ Riżolviment tal-2008 għall-abbozz ta’ deċiżjoni.

17.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont finali tal-multi għall-abbozz ta’ deċiżjoni.

18.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


6.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/4


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Trakkijiet

(AT.39824)

(2017/C 108/04)

(1)

Dan ir-rapport jirrigwarda abbozz ta’ deċiżjoni ta’ riżolviment ta’ kartell li għandha tiġi adottata konformi mal-proċedura prevista fl-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (2) (“l-Abbozz ta’ Deċiżjoni).

(2)

Dan l-Abbozz ta’ Deċiżjoni huwa indirizzat lil 15-il persuna ġuridika (“id-Destinatarji tal-Abbozz ta’ Deċiżjoni”), li kull waħda minnhom tappartjeni għal waħda minn ħames impriżi: MAN, Volvo, Daimler, Iveco and DAF (“l-Impriżi li Rriżolvew”) (3).

(3)

Skont l-Abbozz ta’ Deċiżjoni, l-Impriżi li Rriżolvew ħadu sehem f’arranġamenti kollużivi rigward l-ipprezzar u żidiet fil-prezzijiet grossi fiż-Żona Ekonomika Ewropea għal trakkijiet medji u tqal, kif ukoll dwar it-twaqqit u l-wirt ta’ kostijiet għall-introduzzjoni ta’ teknoloġiji għat-trakkijiet medji u tqal rikjesti minn standards tal-emissjonijiet riveduti.

(4)

Dan il-każ jinbet minn applikazzjoni għall-immunità minn multi. Wara spezzjonijiet li saru kmieni fl-2011, il-Kummissjoni rċeviet tliet applikazzjonijiet għall-klemenza.

(5)

Fl-20 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 fir-rigward tal-Impriżi li Rriżolvew u l-impriża l-oħra (“is-Sitt Impriża”). Il-proċeduri rigward is-Sitt Impriża kienu għaddejjin taħt id-dispożizzjonijiet ġenerali (mhux ta’ riżolviment) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 meta sar dan ir-rapport (4).

(6)

Barra minn hekk, fl-20 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet fil-Kawża AT.39824 (id-“DO”). Bejn l-20 u l-24 ta’ Novembru 2014, id-DO ġie notifikat lid-Destinatarji tal-Abbozz ta’ Deċiżjoni kif ukoll lit-tliet entitajiet li jappartjenu għas-Sitt Impriża (“id-Destinatarji tad-DO”).

(7)

Id-Destinatarji kollha tad-DO talbu li jkollhom aċċess għall-fajl tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni. Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni (“DĠ Kompetizzjoni”) qiegħed il-korp ewlieni tal-fajl aċċessibbli disponibbli għad-destinatarji tad-DO f’Diċembru 2014. Rigward parti mil-fajl tal-Kummissjoni li għalih kienu jixirqu miżuri speċjali ta’ kunfidenzjalità, id-DĠ Kompetizzjoni organizza proċeduri ta’ aċċess ristrett (fil-bini tad-DĠ Kompetizzjoni u barra minnu) li ppermettew lil avukati esterni jidentifikaw id-dokumenti li għalihom kienu qegħdin ifittxu li jkollhom verżjonijiet mhux kunfidenzjali f’isem il-klijenti rispettivi tagħhom. Dawn il-proċeduri għal aċċess ristrett bdew f’Diċembru 2014. Talbiet għal verżjonijiet mhux kunfidenzjali ta’ dokumenti identifikati fil-proċeduri għal aċċess ristrett tressqu lid-DĠ Kompetizzjoni fi Frar u Marzu 2015. Fi Frar 2016, DĠ Kompetizzjoni ta l-verżjonijiet mhux kunfidenzjali korrispondenti.

(8)

Bejn l-1 ta’ Settembru 2015 u t-3 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni kellha taħditiet ta’ riżolviment mad-Destinatarji tad-DO li, f’Lulju 2015, kienu resqu b’mod informali lejn il-Kummissjoni jesprimu interess li possibilment jagħmlu preżentazzjonijiet ta’ riżolviment konformi mal-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 773/2004.

(9)

Bejn il-15 u l-21 ta’ Ġunju 2016, id-Destinatarji tal-Abbozz ta’ Deċiżjoni għamlu sottomissjonijiet għal riżolviment lill-Kummissjoni konformi mal-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004. Kull waħda minn dawn is-sottomissjonijiet kien fiha, fost affarijiet oħra, turija ta’ għarfien li d-destinatarju tal-Abbozz ta’ Deċiżjoni kkonċernat kien ġie informat biżżejjed dwar l-oġġezzjonijiet li l-Kummissjoni kienet qajmet kontrih u li kien ingħata biżżejjed ċans li jgħarraf lill-Kummissjoni fehmietu.

(10)

F’dan il-każ, ma rċevejt l-ebda talba jew ilment (5).

(11)

Skont l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, eżaminajt jekk l-Abbozz ta’ Deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet li dwarhom id-Destinatarji tal-Abbozz ta’ Deċiżjoni ngħataw l-opportunità li jsemmgħu fehmiethom dwarhom. Nikkonkludi li dan hu l-każ.

(12)

Fid-dawl ta’ dan kollu, inqis li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tad-Destinatarji tal-Abbozz ta’ Deċiżjoni ġie rrispettat.

Brussell, it-18 ta’ Lulju 2016.

Wouter WILS


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18) kif emendat, b’mod partikolari, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008 (ĠU L 171, 1.7.2008, p. 3). Ara wkoll l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-mod ta’ proċedimenti ta’ riżolviment ta’ tilwim bil-għan li jiġu adottati Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-każijiet tal-kartelli (ĠU C 167, 2.7.2008, p. 1) (“l-Avviż ta’ Riżolviment”).

(3)  Miġburin skont l-Impriża li Rriżolviet rispettiva, id-Destinatarji tal-Abbozz ta’ Deċiżjoni huma: (i) MAN SE, MAN Truck & Bus AG, MAN Truck & Bus Deutschland GmbH; (ii) AB Volvo (publ), Volvo Lastvagnar AB, Volvo Group Trucks Central Europe GmbH, Renault Trucks SAS; (iii) Daimler AG; (iv) Fiat Chrysler Automobiles N.V, CNH Industrial N.V., Iveco SpA., Iveco Magirus AG; (v) PACCAR Inc., DAF Trucks N.V., and DAF Trucks Deutschland GmbH.

(4)  Ara t-taqsima 2.2 tal-Avviż dwar ir-Riżolviment, partikolarment il-paragrafu 19.

(5)  Skont l-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, il-partijiet għall-proċedimenti f’każijiet ta’ kartell li jieħdu sehem f’diskussjonijiet ta’ riżolviment skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 jistgħu jirrikorru għall-Uffiċjal tas-Seduta fi kwalunkwe stadju tal-proċedura ta’ riżolviment sabiex ikun żgurat il-ħarsien effettiv tad-drittijiet proċedurali tagħhom. Ara wkoll il-paragrafu 18 tal-Avviż ta’ Riżolviment u l-Artikolu 3(7) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE.


6.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/6


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-19 ta’ Lulju 2016

li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE

(Il-Każ AT.39824 — Trakkijiet)

(notifikat permezz tad-dokument C(2016) 4673)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(2017/C 108/05)

Fid-19 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull piena imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Id-Deċiżjoni tirrigwarda ksur uniku u kontinwu skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-entitajiet li ġejjin: MAN SE, MAN Truck & Bus AG, MAN Truck & Bus Deutschland GmbH (flimkien “MAN”); Daimler AG (minn hawn ‘il quddiem “Daimler”); Fiat Chrysler Automobiles N.V., CNH Industrial N.V., Iveco S.p.A., Iveco Magirus AG (flimkien “Iveco”); AB Volvo (publ), Volvo Lastvagnar AB, Renault Trucks SAS, Volvo Group Trucks Central Europe GmbH, (flimkien “Volvo/Renault”); PACCAR Inc., DAF Trucks Deutschland GmbH, DAF Trucks N.V., DAF (flimkien “DAF”).

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Proċedura

(3)

Wara applikazzjoni għall-immunità mingħand MAN fl-20 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet fil-binjiet tal-produtturi tat-trakkijiet bejn it-18 u l-21 ta’ Jannar 2011. Fit-28 ta’ Jannar 2011, Volvo/Renault applikaw għal tnaqqis fil-multi, segwiti minn Daimler fl-10 ta’ Frar 2011, fl-10:00 am, u Iveco fl-10 ta’ Frar 2011, fl-22:22 pm.

(4)

Fl-20 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni tat bidu għal proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 kontra DAF, Daimler, Iveco, MAN, Volvo/Renault, u adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet, li hija nnotifikat lil dawn l-entitajiet.

(5)

Wara l-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet, id-Destinatarji resqu lejn il-Kummissjoni b’mod informali u talbu li l-każ jitkompla fil-qafas tal-proċedura ta’ riżolviment. Il-Kummissjoni ddeċidiet li tvara proċedimenti ta’ riżolviment għal dan il-każ wara li kull wieħed mid-destinatarji kien ikkonferma r-rieda tiegħu li jinvolvi ruħu f’diskussjonijiet ta’ riżolviment. Sussegwentement, MAN, DAF, Daimler, Volvo/Renault u Iveco ressqu t-talba formali ta’ riżolviment tagħhom lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 (2).

(6)

Il-Kumitat Konsultattiv fil-Qasam tal-Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fit-18 ta’ Lulju 2016 u l-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni fid-19 ta’ Lulju 2016.

2.2.   Destinatarji u durata

(7)

Id-destinatarji tad-Deċiżjoni pparteċipaw f’kollużjoni u/jew iġorru r-responsabilità għaliha, bi ksur għalhekk tal-Artikolu 101 tat-Trattat, matul il-perjodi indikati hawn taħt: Permezz tal-applikazzjoni tal-Punt 26 tal-Linji Gwida dwar il-Multi, Volvo/Renault ngħatat immunità parzjali għall-perjodu mis-17 ta’ Jannar 1997 sal-15 ta’ Jannar 2001.

Entità

Durata

MAN SE,

MAN Truck & Bus AG,

MAN Truck & Bus Deutschland GmbH

17 ta’ Jannar 1997 – 20 ta’ Settembru 2010

Daimler AG

17 ta’ Jannar 1997 – 18 ta’ Jannar 2011

Fiat Chrysler Automobiles N.V.,

CNH Industrial N.V.,

Iveco SpA,

Iveco Magirus AG

17 ta’ Jannar 1997 – 18 ta’ Jannar 2011

AB Volvo (publ),

Volvo Lastvagnar AB,

Renault Trucks SAS,

Volvo Group Trucks Central Europe GmbH

17 ta’ Jannar 1997 – 18 ta’ Jannar 2011

PACCAR Inc.

DAF Trucks Deutschland GmbH,

DAF Trucks N.V.

17 ta’ Jannar 1997 – 18 ta’ Jannar 2011

2.3.   Sommarju tal-ksur

(8)

Il-prodotti kkonċernati mill-ksur huma trakkijiet li jiżnu bejn 6 tunnellati u 16-il tunnellata (“trakkijiet medji”) u trakkijiet li jiżnu ‘l fuq minn 16-il tunnellata (“trakkijiet tqal”), kemm bħala trakkijiet riġidi, kif ukoll trakkijiet tratturi (minn hawn ‘l hemm, trakkijiet medji u tqal se jissejħu “trakkijiet” b’mod kollettiv) (3). Dan il-każ ma jirrigwardax servizzi ta’ wara l-bejgħ, servizzi oħrajn u garanziji għat-trakkijiet, il-bejgħ ta’ trakkijiet użati u oġġetti jew servizzi oħrajn.

(9)

Il-ksur kien jikkonsisti f’arranġamenti kollużivi dwar ipprezzar u żidiet fil-prezzijiet grossi fiż-ŻEE għat-trakkijiet; u t-twaqqit tal-kostijiet għall-introduzzjonijiet ta’teknoloġiji tal-emissjonijiet għal trakkijiet medji u tqal meħtieġa għall-istandards EURO 3 sa 6, u kif dawn il-kostijiet intirtu. Il-kwartieri ġenerali tad-destinatarji kienu direttament involuti fid-diskussjoni dwar il-prezzijiet, iż-żidiet fil-prezz u l-introduzzjoni ta’ standards ta’ emissjonijiet ġodda sal-2004. Sa mill-inqas Awwissu 2002 ‘l hemm, id-diskussjonijiet saru permezz ta’ sussidjarji Ġermaniżi li, min inqas u min iktar, kienu jirrappurtaw lill-Kwartieri Ġenerali tagħhom. Dan l-iskambju kien isir kemm fuq livell multilaterali kif ukoll dak bilaterali.

(10)

Dawn l-arranġamenti kollużivi kienu jinkludu ftehimiet u/jew prattiċi miftiehma dwar l-ipprezzar u żidiet fil-prezzijiet grossi sabiex il-prezzijiet grossi fiż-ŻEE jiġu allinjati, u t-twaqqit u l-wirt tal-kostijiet għall-introduzzjoni ta’ teknoloġiji tal-emissjonijiet meħtieġa mill-istandards EURO 3 sa 6.

(11)

Il-ksur kopra ż-ŻEE kollha, u dam għaddej mis-17 ta’ Jannar 1997 sat-18 ta’ Jannar 2011.

2.4.   Rimedji

(12)

Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida dwar il-Multi tal-2006 (4). Bl-eċċezzjoni ta’ MAN, id-Deċiżjoni timponi multi fuq l-entitajiet kollha elenkati taħt il-paragrafu(7) hawn fuq.

2.4.1.   L-ammont bażiku tal-multa

(13)

Meta stabbiliet il-multi, il-Kummissjoni qieset il-bejgħ, min-naħa tal-impriżi, ta’ trakkijiet tqal u medji (kif definiti fil-paragrafu (8)) fiż-ŻEE fl-aħħar sena qabel ma spiċċa l-ksur; il-fatt li l-koordinazzjoni tal-prezzijiet hija waħda mill-iktar restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni ta’ ħsara; it-tul ta’ żmien tal-ksur; is-sehem mis-suq għoli tad-destinatarji fis-suq Ewropew għal trakkijiet tqal u medji; il-fatt li l-ksur kopra ż-ŻEE kollha, u ammont addizzjonali biex inaffar lill-impriżi milli jidħlu fi prattiċi ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet.

2.4.2.   Aġġustamenti għall-ammont bażiku

(14)

Il-Kummissjoni ma applikat l-ebda ċirkostanza aggravanti jew mitiganti.

2.4.3.   Applikazzjoni tal-Avviż ta’ Klemenza

(15)

MAN ingħatat l-immunità sħiħa mill-multi. Volvo/Renault ingħatat roħs ta’ 40 % mill-multa tagħha, Daimler ingħatat roħs ta’ 30 %, u Iveco ngħatat roħs ta’ 10 %.

2.4.4.   Applikazzjoni tan-Notifika ta’ Riżolviment

(16)

B’riżultat tal-applikazzjoni tan-Notifika ta’ Riżolviment, l-ammont tal-multi imposti fuq id-destinatarji kollha tnaqqas b’10 % oħra.

3.   KONKLUŻJONI

(17)

Il-multi li ġejjin kienu imposti skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

(a)

EUR 0

in solidum fuq MAN SE, MAN Truck & Bus AG u MAN Truck & Bus Deutschland GmbH

(b)

EUR 670 448 000

in solidum fuq AB Volvo (publ), Volvo Lastvagnar AB u Renault Trucks SAS li minnhom,

Volvo Group Trucks Central Europe GmbH tinżamm responsabbli in solidum għall-ammont ta’ EUR 468 855 017 .

(c)

EUR 1 008 766 000

fuq Daimler AG

(d)

EUR 494 606 000

fuq Iveco SpA., li minnhom:

(1)

Fiat Chrysler Automobiles N.V. tinżamm responsabbli in solidum għall-ammont ta’ EUR 156 746 105 ,

(2)

Fiat Chrysler Automobiles N.V. u Iveco Magirus AG jinżammu responsabbli in solidum għall-ammont ta’ EUR 336 119 346 u

(3)

CNH Industrial N.V. u Iveco Magirus AG jinżammu responsabbli in solidum għall-ammont ta’ EUR 1 740 549 .

(e)

EUR 752 679 000

in solidum fuq PACCAR Inc. u DAF Trucks N.V. li minnhom

DAF Trucks Deutschland GmbH tinżamm responsabbli in solidum għall-ammont ta’ EUR 376 118 773 .


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18.

(3)  It-trakkijiet għall-użu militari huma esklużi.

(4)  Linji gwida dwar il-metodu ta' kif jiġu stabbiliti l-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).


Il-Qorti tal-Awdituri

6.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/9


Rapport Speċjali Nru 5/2017

“Il-qgħad fost iż-żgħażagħ — il-politiki tal-UE għamlu differenza? Valutazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ”

(2017/C 108/06)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 5/2017 “Il-qgħad fost iż-żgħażagħ — il-politiki tal-UE għamlu differenza? Valutazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu jew mill-EU Bookshop: https://bookshop.europa.eu


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

6.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/10


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2017/C 108/07)

B’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Komunità ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ġie deċiż li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella li ġejja:

Data u ħin tal-għeluq

16.2.2017

Durata

16.2.2017 – 31.12.2017

Stat Membru

Franza

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

SBR/678-

Speċi

Il-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

04/TQ2285


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


6.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/10


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2017/C 108/08)

B’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Komunità ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ġie deċiż li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella li ġejja:

Data u ħin tal-għeluq

1.1.2017

Durata

1.1.2017 – 31.12.2017

Stat Membru

Spanja

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

BUM/ATLANT

Speċi

Marlin blu (Makaira nigricans)

Żona

L-Oċean Atlantiku

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

05/TQ127


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


6.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/11


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2017/C 108/09)

B’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Komunità ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ġie deċiż li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella li ġejja:

Data u ħin tal-għeluq

1.1.2017

Durata

1.1.2017 – 31.12.2017

Stat Membru

Spanja

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

WHM/ATLANT

Speċi

Marlin abjad (Tetrapturus albidus)

Żona

L-Oċean Atlantiku

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

06/TQ127


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-EFTA

6.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/12


SENTENZA TAL-QORTI

tad-29 ta’ Lulju 2016

fil-Kawża E-25/15

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda

(Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu — Għajnuna mill-Istat — Artikolu 14(3) tal-Parti II tal-Protokoll 3 SCA — In-nuqqas ta’ rkupru tal-għajnuna mogħtija b’mod illegali)

(2017/C 108/10)

Fil-Kawża E-25/15, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda — APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li billi naqset milli tadotta fit-terminu preskritt il-miżuri kollha meħtieġa sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna mill-Istat iddikjarata inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea skont l-Artikoli 2, 3, 4 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 404/14/COL tat-8 ta’ Ottubru 2014dwar l-Iskema ta’ Inċentiv għall-Investiment fl-Iżlanda; billi naqset milli tħassar, fit-terminu preskritt, kwalunkwe pagament pendenti msemmi fl-Artikolu 7 it-tielet sentenza ta’ dik id-deċiżjoni; u billi naqset milli tipprovdi lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, fit-terminu preskritt, l-informazzjoni kollha deskritta fl-Artikolu 8 ta’ dik id-Deċiżjoni, l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 14(3) tal-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja, u skont l-Artikoli 6, 7 u 8 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 404/14/COL, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat is-sentenza fid-29 ta’ Lulju 2016, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

1.

Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 14(3) tal-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja u l-Artikoli 6, 7 u 8 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 404/14/COL tat-8 ta’ Ottubru 2014 dwar Skema ta’ Inċentiv għall-Investiment fl-Iżlanda, billi naqset, fiż-żmien preskritt, li tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna mill-Istat iddikjarata inkompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea skont l-Artikoli 3, 4 u 5 ta’ dik id-Deċiżjoni, li tneħħi kwalunkwe pagament pendenti msemmi fl-Artikolu 7 it-tielet sentenza ta’ dik id-deċiżjoni, u biex tipprovdi lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8 ta’ dik id-deċiżjoni.

2.

Tordna lill-Iżlanda li tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.


6.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/13


SENTENZA TAL-QORTI

tad-29 ta’ Lulju 2016

fil-Kawża E-30/15

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda

(Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu — Nuqqas li jimplimenta — id-Direttiva 2011/62/UE li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem)

(2017/C 108/11)

Fil-Kawża E-30/15, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda — APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi f’punt 15q tal-Kapitlu XIII tal-Anness II għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, (id-Direttiva 2011/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-Kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, rigward il-prevenzjoni tad-dħul fil-katina legali tal-provvista ta’ prodotti mediċinali falsifikati), kif adattata għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa sabiex timplimenta l-Att fiż-żmien preskritt, jew fi kwalunkwe każ billi naqset milli tavża lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA bih, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat is-sentenza fid-29 ta’ Lulju 2016, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

1.

Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi f’punt 15q tal-Kapitlu XIII tal-Anness II għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, (id-Direttiva 2011/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-Kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, rigward il-prevenzjoni tad-dħul fil-katina legali tal-provvista ta’ prodotti mediċinali falsifikati), kif adattat għall-Ftehim skont il-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi naqset li tadotta l-miżuri neċessarji biex jiġi implimentat l-Att fiż-żmien preskritt.

2.

Tordna lill-Iżlanda li tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.


6.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/14


SENTENZA TAL-QORTI

tad-29 ta’ Lulju 2016

fil-Kawża E-31/15

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda

(Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu — Nuqqas li jimplimenta — id-Direttiva 2011/77/UE li temenda d-Direttiva 2006/116/KE dwar it-terminu ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta’ ċerti drittijiet relatati)

(2017/C 108/12)

Fil-Kawża E-31/15, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda — APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi f’punt 9f tal-Anness XVII tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2011/77/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Direttiva 2006/116/KE dwar it-terminu ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta’ ċerti drittijiet relatati), kif adattata għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa sabiex timplimenta l-Att fiż-żmien preskritt, jew fi kwalunkwe każ billi naqset milli tavża lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA bih, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat is-sentenza fid-29 ta’ Lulju 2016, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

1.

Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi fil-punt 9f tal-Anness XVII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2011/77/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011 li temenda d-Direttiva 2006/116/KE dwar it-terminu ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta’ ċerti drittijiet relatati) kif adattat għall-Ftehim skont il-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Att fiż-żmien preskritt.

2.

Tordna lill-Iżlanda li tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.


6.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/15


SENTENZA TAL-QORTI

tad-29 ta’ Lulju 2016

fil-Kawża E-32/15

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs il-Prinċipat tal-Liechtenstein

(Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jwettaq l-obbligi tiegħu — Nuqqas ta’ implimentazzjoni — id-Direttiva 2006/126/KE — id-Direttiva 2011/94/UE — id-Direttiva 2012/36/UE)

(2017/C 108/13)

Fil-Kawża E-32/15, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs il-Prinċipat ta’ Liechtenstein – APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li l-Prinċipat tal-Lichtenstein naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Atti msemmija f’punt 24f tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan (tfassil mill-ġdid), id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/94/UE tat-28 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/36/UE tad-19 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE), kif adattata għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi ma adottax il-miżuri meħtieġa sabiex jimplimenta l-Atti fiż-żmien preskritt, jew fi kwalunkwe każ billi naqas milli javża lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen u Páll Hreinsson (Imħallef-Relatur), Imħallfin, tat sentenza fid-29 ta’ Lulju 2016, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

1.

Tiddikjara li l-Prinċipat tal-Lichtenstein naqsas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Atti msemmija f’punt 24f tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan (tfassil mill-ġdid), id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/94/UE tat-28 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/36/UE tad-19 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE, kif adattata għall-Ftehim skont il-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi ma adottax il-miżuri meħtieġa sabiex jimplimenta l-Atti fil-ħinijiet previsti.

2.

Tordna lill-Prinċipat tal-Liechtenstein biex iħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.


6.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/16


Azzjoni mressqa fl-1 ta’ Frar 2017 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda

(il-Kawża E-2/17)

(2017/C 108/14)

Fl-1 ta’ Frar 2017 inġiebet quddiem il-Qorti tal-EFTA azzjoni kontra l-Iżlanda mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Carsten Zatschler u Maria Moustakali, li aġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, 35 Rue Belliard, 1040 Brussell, il-Belġju.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA tiddikjara li:

1.

Billi żżomm fis-seħħ (i) sistema ta’ awtorizzazzjoni għall-importazzjoni ta’ bajd nej u prodotti ta’ bajd nej kif stabbilit fl-Artikolu 10 tal-Att Nru 25/1993 u l-Artikoli 3 (e) u 4 tar-Regolament (IS) Nru 448/2012; (ii) sistema ta’ awtorizzazzjoni għall-importazzjoni ta’ ħalib mhux pastorizzat u prodotti tal-ħalib ipproċessati minn ħalib mhux pastorizzat u rekwiżiti addizzjonali, kif stabbilit fl-Artikolu 10 tal-Att Nru 25/1993 u l-Artikolu 3(f), 4 u 5 tar-Regolament (IS) Nru 448/2012, u projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ importazzjoni ta’ prodotti tal-ħalib ipproċessati minn ħalib mhux pastorizzat, kif stabbilit fl-Artikolu 7a tar-Regolament (IS) Nru 104/2010; u (iii) prassi amministrattiva li l-importaturi jintalbu jagħmlu dikjarazzjoni u jiksbu approvazzjoni għall-importazzjoni ta’ prodotti tal-bajd u tal-ħalib ittrattati, kif stabbilit fil-kuntest tal-applikazzjoni tar-Regolament (IS) Nru 448/2012, l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha li jirriżultaw minn dan l-Att imsemmijin fil-Punt 1.1.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE, id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern, kif emendata, u kif adattata għall-Ftehim ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu u l-adattamenti settorjali fl-Anness I tad-Direttiva, u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha.

2.

L-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.

L-isfond legali u fattwali u l-eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li l-Iżlanda kisret l-obbligi tagħha skont id-Direttiva 89/662/KEE billi (i) żammet fis-seħħ sistema ta’ awtorizzazzjoni għall-importazzjoni ta’ bajd nej u prodotti ta’ bajd nej; (ii) żammet fis-seħħ sistema ta’ awtorizzazzjoni għall-importazzjoni ta’ ħalib mhux pastorizzat u prodotti tal-ħalib ipproċessat minn ħalib mhux pastorizzat u rekwiżiti addizzjonali u projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ importazzjoni ta’ prodotti tal-ħalib ipproċessati minn ħalib mhux pastorizzat; u (iii) żammet fis-seħħ il-prattika amministrattiva li l-importaturi jintalbu jagħmlu dikjarazzjoni u jiksbu approvazzjoni għall-importazzjoni ta’ prodotti tal-bajd u tal-ħalib ittrattati.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li r-regoli li jikkonċernaw il-kummerċ fiż-ŻEE ta’ prodotti mill-annimali u l-ispezzjonijiet veterinarji huma armonizzati fil-livell taż-ŻEE. Id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tirregola l-ispezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ fiż-ŻEE ta’ prodotti mill-annimali. L-objettiv ewlieni tagħha huwa li jiġu eliminati l-ispezzjonijiet veterinarji fuq il-fruntieri interni taż-ŻEE filwaqt li jissaħħu l-ispezzjonijiet li jsiru fil-post tal-oriġini. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat taż-ŻEE ta’ destinazzjoni jistgħu jivverifikaw biss, permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-post mhux diskriminatorji, f’konformità mal-leġiżlazzjoni taż-ŻEE rilevanti.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li billi żammet fis-seħħ il-miżuri attwali, l-Iżlanda timponi rekwiżiti addizzjonali, li mhumiex permessi skont il-qafas armonizzat ta’ spezzjonijiet veterinarji.

Skont l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, il-Qorti tal-EFTA, fis-sentenza tagħha fil-Kawża E-17/15 Ferskar kjötvörur ehf. vs l-Istat tal-Iżlanda, dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni ta’ laħam nej fl-Iżlanda, diġà rrikonoxxiet in-nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn ir-rekwiżiti mal-liġi taż-ŻEE. Restrizzjonijiet simili rigward il-prodotti tal-bajd u tal-ħalib huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Iżlandiża inkwistjoni.


6.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/17


Azzjoni mressqa fl-1 ta’ Frar 2017 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda

(il-Kawża E-3/17)

(2017/C 108/15)

Fl-1 ta’ Frar 2017 inġiebet quddiem il-Qorti tal-EFTA azzjoni kontra l-Iżlanda mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Carsten Zatschler u Maria Moustakali, li aġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, 35 Rue Belliard, 1040 Brussell, il-Belġju.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA tiddikjara li:

1.

Billi żammet fis-seħħ sistema ta’ awtorizzazzjoni għal laħam frisk u prodotti tal-laħam, kif stabbilit fl-Artikolu 10 tal-Att Nru 25/1993 u l-Artikoli 3, 4 u 5 tar-Regolament (IS) Nru 448/2012, l-Iżlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha li jirriżultaw minn dan l-Att imsemmijin fil-Punt 1.1.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE, id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern, kif emendata, u kif adattata għall-Ftehim ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu u l-adattamenti settorjali fl-Anness I tad-Direttiva, u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha.

2.

L-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.

L-isfond legali u fattwali u l-eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li l-Iżlanda kisret l-obbligi tagħha skont id-Direttiva 89/662/KEE billi (i) żammet fis-seħħ sistema ta’ awtorizzazzjoni għall-importazzjoni ta’, fost oħrajn, laħam frisk u prodotti tal-laħam.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li r-regoli li jikkonċernaw il-kummerċ fiż-ŻEE ta’ prodotti mill-annimali u l-ispezzjonijiet veterinarji huma armonizzati fil-livell taż-ŻEE. Id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tirregola l-ispezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ fiż-ŻEE ta’ prodotti mill-annimali. L-objettiv ewlieni tagħha huwa li jiġu eliminati l-ispezzjonijiet veterinarji fuq il-fruntieri interni taż-ŻEE filwaqt li jissaħħu l-ispezzjonijiet li jsiru fil-post tal-oriġini. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat taż-ŻEE ta’ destinazzjoni jistgħu jivverifikaw biss, permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-post mhux diskriminatorji, f’konformità mal-leġiżlazzjoni taż-ŻEE rilevanti.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ssostni li billi żammet fis-seħħ is-sistema ta’ awtorizzazzjoni għall-importazzjoni ta’ laħam frisk u prodotti tal-laħam, l-Iżlanda timponi rekwiżiti addizzjonali, li mhumiex permessi skont il-qafas armonizzat ta’ spezzjonijiet veterinarji fil-livell taż-ŻEE.

Skont l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, in-nuqqas ta’ konformità mal-liġi taż-ŻEE ta’ din l-impożizzjoni ta’ rekwiżiti addizzjonali diġà ġie rikonoxxut mill-Qorti tal-EFTA fis-sentenza tagħha fil-Kawża E-17/15 Ferskar kjötvörur ehf. vs l-Istat tal-Iżlanda.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

6.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/18


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8312 — Panasonic Corporation/Ficosa International)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 108/16)

1.

Fis-27 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Panasonic Corporation (“Panasonic”, il-Ġappun) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Ficosa International (“Ficosa”, Spanja) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Panasonic hija attiva fl-iżvilupp u l-inġinerija ta’ teknoloġiji u soluzzjonijiet elettroniċi f’setturi varji,

Ficosa tiffoka fuq l-investigazzjoni, l-iżvilupp, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ sistemi u komponenti għal tipi differenti ta’ vetturi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8312 — Panasonic Corporation/Ficosa International, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


6.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/19


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8391 — Toyota Industries Europe/Vive)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 108/17)

1.

Fid-29 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Toyota Industries Europe AB, sussidjarja li proprjetà kollha kemm hi ta’ Toyota Industries Corporation (“TICO”, il-Ġappun) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Vive B.V. kollha kemm hi (“Vive”, il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz ta’ xiri ta’ ishma. Vive hija azzjonarja ta’ Vanderlande Industries Holding B.V. (“Vanderlande”).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal TICO: il-manifattura u l-bejgħ ta’ karozzi, magni, kumpressuri għall-air-conditioners tal-karozzi, partijiet tal-funderija, kompenenti eletroniċi, tagħmir li jġorru l-materjal, servizzi ta’ loġistika u makkinarju tat-tessuti,

—   għal Vive/Vanderlande: id-disinn, il-manfattura, il-bejgħ u l-integrazzjoni ta’ tagħmir għall-kontroll tal-proċess industrijali u tagħmir tal-awtomazzjoni għall-ajruporti, il-ħżin u l-ġestjoni tal-pakki.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8391 — Toyota Industries Europe/Vive, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

6.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/20


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2017/C 108/18)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

‘ΠΕΥΚOΘΥΜΑΡΟΜΕΛΟ ΚΡΗΤΗΣ’ (PEFKOTHYMAROMELO KRITIS)

Nru tal-UE: PDO-EL-02142 — 17.5.2016

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Isem/ismijiet

“Πευφκοθυμαρόμελο Κρήτης” (Pefkothymaromelo Kritis)

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Il-Greċja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.4. Prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti mill-ħalib għajr butir, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’ (1)

“Pefkothymaromelo Kritis” huwa taħlita naturali ta’ għasel tas-sagħtar u ta’ għasel tal-arżnu. Jiġi prodott fi Kreta permezz ta’ ġestjoni speċifika tad-doqqajs u/jew permezz tal-koeżistenza naturali tas-sagħtar li jwarrad tard u l-produzzjoni ta’ qtar tal-għasel mill-glandoli tal-insett Marchalina hellenica L., insett li jgħix prinċipalment fuq l-arżnu Tork (Pinus brutus Ten) u ż-żnuber (Pinus halepensis Mill.).

Karatteristiċi fiżikokimiċi:

Konduttività: ≥ 0,600 mS/cm; iIs-somma totali ta’ glukożju u fruttożju ≥ 50 %; il-perċentwal ta’ sukrożju ≤ 3 %; l-indewwa relattiva ≤ 17 %, l-attività dijastika ≥ 8 DN, Idrossimetilfurfural (HMF) ≤ 25 mg/kg; l-aċidità libera 20–50 meq/kg; kontenut li ma jinħallx fl-ilma ≤ 0,1g/100 g. Il-kulur huwa stabbli u jvarja bejn 70 u 130 mm fuq l-iskala Pfund. Il-prodott ma fih ebda traċċa ta’ residwi ta’ akariċida jew ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, b’limitu ta’ detezzjoni ta’ 10 mg/kg.

Karatteristiċi mikroskopiċi:

Filwaqt li l-“Pefkothymaromelo Kritis” għandu karatteristiċi li jiddefinixxuh bħala għasel mill-qtar tal-għasel tas-siġar (għasel tal-foresta), is-sedimenti tiegħu fihom ukoll xi frak tal-polline minn għadd ta’ pjanti li jipproduċu n-nektar, liema għadd ivarja u jista’ jammonta sa 20 speċi differenti f’kull kampjun ta’ għasel. L-ispeċi l-aktar importanti hija dik tas-sagħtar Mediterranju (conehead thyme — Coridothymus capitatus L.), li jinsab f’kull kampjun bi kwantità ta’ ≥ 10 % tat-total ta’ frak tal-polline ta’ speċijiet li jipproduċu n-nektar.

Il-proporzjon tal-elementi tal-qtar tal-għasel tas-siġar mat-total ta’ frak tal-polline (il-proporzjoni HDE/P) ivarja bejn 0,5 u 6,5. L-elementi tal-qtar tal-għasel tas-siġar huma magħmula mill-ispori tal-Cladosporium u tal-Fumago, u iktar rarament, tal-Altenaria u tas-Stemphylium. L-ispori karatteristiċi bit-tarf iniggeż tal-ġeneru Coleosporium, li jinsabu f’taħlitiet tal-għasel oħra li fihom l-għasel tal-arżnu, mhumiex preżenti.

Karatteristiċi organolettiċi:

Il-prodott għandu aroma karatteristika li hija primarjament dovuta għas-sustanzi aromatiċi fl-għasel tas-sagħtar. L-għasel tal-arżnu jagħtih benna sottili li ddum tinħass fit-togħma, u għandu ċarezza u ħlewwa medji. Għandu aroma bi ħjiel ta’ fjuri u riħa ħafifa ta’ njam u reżina. Ir-riħa għandha intensità medja bi traċċi ta’ frott u ta’ xema’, u l-għasel jibqa’ fluwidu għal mill-anqas 12-il xahar mill-jum li jinġabar.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

In-naħal jiġu mitmugħa biss sabiex tiġi żgurata s-sopravivenza tal-kolonja u t-tmigħ jitwaqqaf mill-inqas xahar qabel ma l-fjuri jwarrdu jew jibda jidher il-qtar tal-għasel tas-siġar. Dawk li jrabbu n-naħal jitimgħu lin-naħal ġulepp taz-zokkor magħmul mill-pitravi zokkrija, fondant u proteini tal-ikel (għasidiet tal-polline), meta ma jkunx hemm ikel li jistgħu jieklu (nektar, polline). L-ikel tan-naħal jista’ jiġi minn barra ż-żona ġeografika ddefinita. Fi kwalunkwe każ, il-karatteristiċi u l-kwalità tal-għasel ma jiġux affettwati mit-tmigħ supplimentari tan-naħal.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-istadji kollha tal-produzzjoni għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika ddefinita. Sabiex jiġu żgurati l-kwalità u l-karattru uniku tal-prodott, id-doqqajs jitqiegħed fil-foresti tal-arżnu wara li n-naħal ikunu kielu s-sagħtar, jew fiż-żoni fejn ikun hemm sagħtar li jwarrad tard meta jkun hemm il-qtar tal-għasel fuq is-siġar tal-arżnu. L-għasel jinġabar mix-xehdiet, kemm jista’ jkun mingħajr ma jiddaħħan id-doqqajs, u meta mill-inqas tliet kwarti taċ-ċelloli jkunu ssiġillati. L-għasel jittieħed permezz ta’ estrattur tal-għasel, jiġi ttrasferit lejn tankijiet li fihom jinżamm qiegħed sakemm jiċċara, u ma jissaħħanx ’il fuq minn 45 °C. Il-mard jiġi pprevenut u ttrattat b’miżuri ta’ iġjene xierqa u, fejn ikun meħtieġ, bl-użu ta’ sustanzi sikuri u approvati.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.,

L-ippakkjar għandu jsir fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4. Dan ir-rekwiżit huwa meħtieġ sabiex jiġu ffaċilitati l-monitoraġġ u l-verifika tal-oriġini tal-għasel, jitnaqqas ir-riskju ta’ taħlit ma’ għasel ieħor, jiġi evitat l-użu ħażin tal-isem fil-bejgħ ta’ tipi ta’ għasel minn postijiet oħra u tiġi żgurata l-applikazzjoni tar-regoli speċifiċi msemmija fil-paragrafu 3.6. L-għan ta’ dan ir-rekwiżit huwa wkoll li jiġi pprevenut ir-riskju li l-karatteristiċi fiżikokimiċi (HMF, attività dijastika) u organolettiċi tal-għasel jiġu alterati minħabba l-esponiment għal temperaturi għoljin, speċjalment fix-xhur tas-sajf, meta l-għasel jiġi ttrasportat bil-baħar mill-gżira ta’ Kreta.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Sabiex jiġu salvagwardjati l-kwalità u t-traċċabbiltà tal-prodott, kwalunkwe persuna li trabbi n-naħal jew operatur li jbiegħ il-prodott irid juża logo li juri l-gżira ta’ Kreta u n-naħla ta’ Malia u l-kliem “Πευφκοθυμαρόμελο Κρήτης ΠΟΠ” [“Pefkothymaromelo Kritis DPO”] (Figura 1). Il-logo jiġi ddistribwit mill-korpi applikanti tat-trobbija tan-naħal. Barra minn hekk, il-produtturi jingħataw kodiċi numeriku li jindika kull lott ta’ għasel prodott, il-post tal-produzzjoni u n-numru tar-reġistrazzjoni ta’ min irabbi n-naħal. It-tikketta għandu jkollha l-logo, il-kodiċi numeriku u l-indikazzjonijiet xierqa kollha. L-assoċjazzjonijiet ta’ dawk li jrabbu n-naħal jinformaw lill-bord ta’ spezzjoni rigward ir-regoli dettaljati dwar id-distribuzzjoni tat-tikketti. Madankollu, dawn ir-regoli ma għandhomx iwasslu għal diskriminazzjoni kontra l-produtturi li jipproduċu l-“Pefkothymaromelo Kritis” skont l-ispeċifikazzjoni u li iżda ma jkunux membri tal-korpi msemmija.

Image

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika

Il-gżira ta’ Kreta kollha, inklużi l-Prefetturi ta’ Heraklion, Lasithi, Rethymno u Chania.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Fatturi naturali

Id-diversità morfoloġika kbira ta’ Kreta, flimkien mal-klima speċifika tagħha (parti minnha tinsab fiż-żona klimatika tal-Mediterran u l-parti l-oħra f’dik tal-Afrika ta’ Fuq) u l-pożizzjoni ġeografika iżolata, wasslu għall-iżvilupp ta’ ħafna speċijiet differenti ta’ pjanti. Skont ċifri reċenti, fil-gżira hemm madwar 1 800 speċi ta’ pjanti, li 180 minnhom huma endemiċi. L-abbundanza ta’ pjanti li jipproduċu l-għasel tippermetti li t-trobbija tan-naħal tirnexxi u llum il-gżira għandha waħda mill-ogħla densitajiet ta’ doqqajs fid-dinja, bi 33 doqqajsa kull kilometru kwadru.

Din l-abbundanza ta’ pjanti tinkludi ħafna speċijiet aromatiċi li jwarrdu f’Ġunju-Lulju, u f’xi żoni, dan l-istaġun jibqa’ sejjer sa Awwissu. L-aktar pjanta importanti hija s-sagħtar Mediterranju (Coridothymus capitatus). Matul dawn ix-xhur ftit tagħmel xita, minħabba l-klima sħuna u xotta, u għalhekk in-nektar jonqos ħafna u l-għasel prodott ikun dens u aromatiku ħafna. Dan, u l-qtar tal-għasel mill-glandoli tal-insett Marchalina hellenica, jagħtu opportunità speċjali lil dawk li jrabbu n-naħal sabiex jipproduċu taħlita ta’ żewġ tipi differenti ta’ għasel (tas-sagħtar u tal-arżnu), li huwa prodott distint b’karatteristiċi intermedjarji. L-insett li jipproduċi l-qtar tal-għasel jgħix bħala parassita fuq l-arżnu Tork (Pinus brutia Ten.) u ż-żnuber (Pinus halepensis Mill.) u jinstab biss fil-Greċja u t-Turkija.

Il-fattur uman

B’dak li jafu dwar l-imġiba tan-naħal u l-kundizzjonijiet speċifiċi li jipprevalu fuq il-gżira fil-ħarifa, dawk li jrabbu n-naħal jużaw it-teknika tal-produzzjoni speċjali li ġejja: meta n-naħal ikunu qed jieħdu mis-sagħtar, dawk li jrabbu n-naħal iħallu lid-doqqajs li fih in-naħal jaħżen l-għasel fi ċrieki jespandi bla kontroll. F’dan l-istadju, dawk li jrabbu n-naħal jiġbru l-għasel b’mod selettiv mix-xehdiet, billi jneħħu biss dawk ix-xehdiet li jkun fihom għasel tas-sagħtar u jkunu ssiġillati sew. Aktar tard, meta n-naħal jiġbor il-qtar tal-għasel tal-arżnu, ma jkunx hemm polline u, b’mod istintiv, iċekknu d-doqqajs. Dawk li jrabbu n-naħal ma jintervjenux, u jħallu d-doqqajs jiċkien sabiex in-naħal jaħżen l-għasel f’postu. Jistgħu jagħmlu dan dan minħabba li fil-ħarifa t-temperaturi jkunu għadhom għoljin, u għalhekk in-naħal ikun jista’ jiġbor in-nektar minn pjanti li jwarrdu fil-ħarifa, bħall-ħarrub (Ceratonia siliqua), il-liedna (Hedera helix), l-ispraġ selvaġġ (Αsparagus officinalis), l-għansar (Urginea maritima) u pjanti oħrajn biex iġedded il-popolazzjoni tiegħu. Jekk in-naħal ma jkunx irnexxielu jġedded il-popolazzjoni tiegħu fil-ħarifa, il-kolonja tan-naħal ma tgħix ix-xitwa kollha. Dawk li jrabbu n-naħal huma megħjuna mill-kundizzjonijiet klimatiċi speċifiċi tal-gżira, mill-fjuri li jipprovdu ħafna polline u nektar u mill-imġiba istintiva tan-naħal, li jippermettulhom li jieħdu ħsieb id-doqqajs tan-naħal dan il-mod distint. Il-“Pefkothymaromelo Kritis” huwa wkoll prodott tal-koeżistena naturali tas-sagħtar li jwarrad tard u l-qtar tal-għasel tal-arżnu, li huwa fenomenu komuni fi Kreta.

Speċifiċità tal-prodott

L-ispeċifiċità tal-“Pefkothymaromelo Kritis” hija dovuta għall-karatteristiċi fiżikokimiċi, mikroskopiċi u organolettiċi tiegħu.

—   karatteristiċi fiżikokimiċi: konduttività (≥ 0,600 mS/cm), indewwa (≤ 17 %), l-ammont totali ta’ glukożju u fruttożju (≥ 50 %) u kulur (70–130 mm Pfund),

—   karatteristiċi mikroskopiċi: Frak tal-polline tas-sagħtar ≥ 10 %, in-nuqqas ta’ spori ta’ Coleosporium,

—   karatteristiċi organolettiċi: aroma karatteristika, u togħma pjaċevoli xi ftit inqas ħelwa.

Il-konċentrazzjoni baxxa ta’ HMF (≤ 25 mg/kg), il-konċentrazzjoni baxxa ta’ sukrożju (≤ 3 %) u l-livelli imperċettibbli ta’ akariċidi u ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (≤ 10 mg/kg) huma l-bażi tal-kwalità u tal-ispeċifiċità tal-prodott.

Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiki tal-prodott

Sa minn żmien twil ilu, Kreta kienet miksija bi pjanti aromatiċi u bis-sagħtar, u l-preżenza tal-qtar tal-għasel mill-glandoli tal-Marchalina hellenica L., insett parassita fuq l-arżnu, ilha magħrufa sa tal-inqas mis-seklu 18 (Gennadius, 1883). Il-Μarchalina hellenica L. inixxi l-qtar tal-għasel fuq is-siġar tal-arżnu wara li l-pjanti tas-sagħtar ikunu pproduċew in-nektar, filwaqt li f’xi żoni l-produzzjoni tan-nektar u dik tal-qtar tal-għasel jikkoinċidu, u dan jirriżulta f’taħlita naturali unika ta’ għasel tas-sagħtar u għasel tal-arżnu li hija marbuta mill-qrib maż-żona tal-oriġini tiegħu. Il-konduttività, l-ammont totali ta’ glukożju u fruttożju, it-togħma sottili u l-kristallizzazzjoni bil-mod tal-prodott huma dovuti għall-qtar tal-għasel tal-arżnu, filwaqt li s-sustanzi aromatiċi u l-frak tal-polline tas-sagħtar huma dovuti għal varjetà ta’ fjuri aromatiċi nattivi u endemiċi li, fil-klima sħuna u xotta tal-gżira, jipproduċu kwantitajiet żgħar ta’ nektar ikkonċentrat u aromatiku. B’riżultat ta’ dan, il-“Pefkothymaromelo Kritis” huwa dens (jiġifieri għandu kontenut ta’ ndewwa baxx), aromatiku, fih frak tal-polline minn għadd kbir ta’ pjanti ta’ Kreta u għandu l-karatteristiċi speċifiċi deskritti hawn fuq.

Dawk li jrabbu n-naħal fi Kreta żviluppaw metodi partikolari kif japprofittaw mill-kombinazzjoni tat-tip ta’ ħamrija u tal-kundizzjonijiet klimatiċi, mill-veġetazzjoni distinta, mill-preżenza tal-qtar tal-għasel tal-arżnu u mill-imġiba instintiva tan-naħal biex jipproduċu l-“Pefkothymaromelo Kritis”. It-teknika dawn il-metodi kienet ibbażata fuq l-għarfien li ġie akkumulat minn ġenerazzjoni għall-oħra, peress li kellhom jadattaw l-attivitajiet tagħhom għall-ambjent, l-imġiba tan-naħal u l-kundizzjonijiet klimatiċi. Filwaqt li l-ġestjoni korretta u bir-reqqa tad-doqqajs hija fattur ewlieni, il-prodott finali huwa distint ukoll minħabba l-karatteristiċi ta’ kwalità tiegħu, kif ikkonfermat mill-indiċi ta’ HMF, il-kontenut ta’ sukrożju u n-nuqqas ta’ residwi ta’ akariċida u ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

http://www.minagric.gr/images/stories/docs/agrotis/POP-PGE/prod_pefkothimaromelo_kriti.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.