ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 99

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
30 ta' Marzu 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2017/C 99/01

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Marzu 2017 li taħtar membru supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Portugall

1

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 99/02

Rata tal-kambju tal-euro

3

 

Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel

2017/C 99/03

Netwerking ta' organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-oqsma tal-missjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)

4

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2017/C 99/04

Rapport Speċjali Nru 3/2017 — Assistenza mill-UE lit-Tuneżija

5

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2017/C 99/05

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Emendi fl-obbligi tas-servizz pubbliku marbutin mas-servizzi tal-ajru skedati ( 1 )

6

2017/C 99/06

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

7

2017/C 99/07

Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti fir-rigward tal-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

8


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2017/C 99/08

Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali

9


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 99/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Marzu 2017

li taħtar membru supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Portugall

(2017/C 99/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 23 u 24 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-listi ta’ kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,

Billi:

(1)

Il-Kunsill, bid-Deċiżjonijiet tiegħu tal-20 ta’ Settembru 2016 (2) u tat-23 ta’ Jannar 2017 (3), ħatar lill-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-perijodu mill-25 ta’ Settembru 2016 sal-24 ta’ Settembru 2018.

(2)

Il-gvern tal-Portugall ippreżenta nomina għal kariga li għandha timtela,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej huwa maħtur membru supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Libertà tal-Moviment tal-Ħaddiema għall-perijodu li jintemm fl-24 ta’ Settembru 2018:

I.   RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

Pajjiż

Membru

Membru supplenti

Portugall

 

Is-Sur João ATAÍDE

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu jaħtar f’data iktar tard il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ABELA


(1)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Settembru 2016 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema (ĠU C 348, 23.9.2016, p. 3.)

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Jannar 2017 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Portugall (ĠU C 27, 27.1.2017, p. 6.).


Il-Kummissjoni Ewropea

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 99/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-29 ta’ Marzu 2017

(2017/C 99/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0748

JPY

Yen Ġappuniż

119,17

DKK

Krona Daniża

7,4412

GBP

Lira Sterlina

0,86385

SEK

Krona Żvediża

9,5505

CHF

Frank Żvizzeru

1,0712

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,1908

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,021

HUF

Forint Ungeriż

309,62

PLN

Zloty Pollakk

4,2389

RON

Leu Rumen

4,5563

TRY

Lira Turka

3,9246

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4060

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4380

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,3503

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5321

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5006

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 195,89

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,1215

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,4063

HRK

Kuna Kroata

7,4360

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 305,20

MYR

Ringgit Malażjan

4,7495

PHP

Peso Filippin

54,033

RUB

Rouble Russu

61,2237

THB

Baht Tajlandiż

37,011

BRL

Real Brażiljan

3,3666

MXN

Peso Messikan

20,3522

INR

Rupi Indjan

69,7590


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 99/4


Netwerking ta' organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-oqsma tal-missjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)

(2017/C 99/03)

Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), l-Artikolu 36(2), jipprevedi li “Il-Bord tal-Amministrazzjoni” tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, “waqt li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, għandu jħejji lista li għandha tiġi ppubblikata tal-organizzazzjonijiet kompetenti nnominati mill-Istati Membri li jistgħu jgħinu lill-Awtorità, jew individwalment jew f’networks, fil-missjoni tagħha.”

Din il-lista l-ewwel ġiet imħejjija mill-Bords tal-Amministrazzjoni tal-EFSA fid-19 ta’ Diċembru 2006, u minn dakinhar:

i.

qiegħda tiġi aġġornata regolarment, abbażi tal-proposti tad-Direttur Eżekuttiv tal-EFSA, waqt li jitqiesu r-reviżjonijiet jew proposti ta’ deżinjazzjoni ġodda mill-Istati Membri (skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2230/2004, l-Artikolu 2(4) (2));

ii.

ippubblikata fuq is-sit web tal-EFSA, fejn hi ppubblikata l-aħħar lista aġġornata ta’ organizzazzjonijiet kompetenti; u

iii.

disponibbli permezz tal-Għodda tat-Tfittxija tal-Artikolu 36 lill-organizzazzjonijiet, u li tipprovdi d-dettalji ta’ kuntatt u l-oqsma speċifiċi ta’ kompetenza tal-organizzazzjonijiet.

Din l-informazzjoni rispettiva hi disponibbli fuq is-sit web tal-EFSA, fil-links li ġejjin:

i.

l-aħħar emenda ta’ din il-lista ta’ organizzazzjonijiet kompetenti mill-Bord tal-Amministrazzjoni tal-EFSA fl-[22/03/2017] — [http://www.efsa.europa.eu/en/events/event/170322-0];

ii.

il-lista aġġornata ta’ organizzazzjonijiet kompetenti — http://www.efsa.europa.eu/sites/default/files/assets/art36listg.pdf u

iii.

Għodda tat-Tfittxija tal-Artikolu 36 — http://www.efsa.europa.eu/art36/search

L-EFSA se żżomm din in-notifika aġġornata, speċifikament fir-rigward tal-links tas-sit web ipprovduti.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lil Cooperation.Article36@efsa.europa.eu


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, tal-1.2.2002, p. 1).

(2)  ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2230/2004 tat-23 ta’ Diċembru 2004 li jindika termini ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 f’dak li għandu x’jaqsam max-xibka ta’ organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-oqsma li jiddependu mill-missjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (ĠU L 379, tal-24.12.2004, p. 64).


Il-Qorti tal-Awdituri

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 99/5


Rapport Speċjali Nru 3/2017

“Assistenza mill-UE lit-Tuneżija”

(2017/C 99/04)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 3/2017 “Assistenza mill-UE lit-Tuneżija” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu jew mill-EU Bookshop: https://bookshop.europa.eu.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 99/6


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Emendi fl-obbligi tas-servizz pubbliku marbutin mas-servizzi tal-ajru skedati

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 99/05)

Stat Membru

Franza

Rotta konċernata

Brive – Pariġi (Orly)

Data oriġinali tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

It-28 ta’ Ottubru 1995 (95/C 284/08)

Data tad-dħul fis-seħħ tal-emendi

Il-5 ta’ Jannar 2018

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kull informazzjoni rilevanti u/jew id-dokumentazzjoni relatata mal-obbligi tas-servizz pubbliku

Digriet tas-17 ta’ Jannar 2017 li jemenda l-obbligi tas-servizz pubbliku imposti fuq is-servizzi tal-ajru skedati bejn Brive u Pariġi (Orly)

NOR: DEVA1701687 A

http://www.legifrance.gouv.fr/initRechTexte.do

għal aktar tagħrif:

Id-Direttorat Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili

DTA/SDT/T2

50 rue Henry Farman

75720 Paris cedex 15

FRANZA

Tel. +33 158094321

Email: osp-compagnies.dta@aviation-civile.gouv.fr


30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 99/7


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 99/06)

Stat Membru

Franza

Rotta konċernata

Brive – Pariġi (Orly)

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mill-5 ta’ Jannar 2018 sal-4 ta’ Jannar 2022

Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u tal-offerti

It-2 ta’ Ġunju 2017 (17:00, ħin lokali)

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u t-tagħrif u/jew dokumenti rilevanti kollha marbutin mas-sejħa għall-offerti u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Syndicat Mixte pour la Création, l’Aménagement et la Gestion de l’Aérodrome Brive-Souillac

Mairie de Brive

B.P. 80433

19312 Brive-la-Gaillarde CEDEX

FRANCE

Joël POUYADE

Tel. +33 555181644

Fax +33 555181699

Email: joel.pouyade@brive.fr


30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 99/8


Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti fir-rigward tal-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 99/07)

Stat Membru

Il-Greċja

Rotot konċernati

Alexandroupoli - Sitia

Aktion - Sitia

Rhodes - Kos - Kalymnos - Leros - Astypalaia

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mill-1 ta’ Ottubru 2017 sat-30 ta’ Settembru 2021

Skadenza għas-sottomissjoni tal-offerti

61 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż tas-sejħa għall-offerti

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu bla ħlas it-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligi tas-servizz pubbliku.

Hellenic Civil Aviation Authority

Directorate-General for Air Transport

Air Transport and International Affairs Division

Section II

Vasileos Georgiou 1

16604 Helliniko

IL-GREĊJA

Tel. +30 2108916149 jew 2108916121

Fax +30 2108947132

Sit web: www.hcaa.gr


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 99/9


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI

(2017/C 99/08)

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjoni ġenerali li ġejja:

 

EPSO/AD/338/17 — AMMINISTRATURI (AD 5)

L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat f’24 lingwa f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 99 A tat-30 ta’ Marzu 2017.

Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq is-sit web tal-EPSO: https://epso.europa.eu/