ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 95

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
27 ta' Marzu 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2017/C 95/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2017/C 95/02

Kawża C-342/16 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2016 minn AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid-19 ta’ April 2016 fil-Kawża T-326/14 – Novomatic vs EUIPO – Granini France (HOT JOKER)

2

2017/C 95/03

Kawża C-371/16 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2016 minn L’Oréal SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-28 ta’ April 2016 fil-Kawża T-144/15, L’Oréal vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea – THERALAB (VICHY LABORATOIRES V IDÉALIA)

2

2017/C 95/04

Kawża C-401/16 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2016 minn Market Watch Franchise & Consulting Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-13 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża T-62/15 – Market Watch vs EUIPO – El CORTE INGLÉS (MITOCHRON)

2

2017/C 95/05

Kawża C-402/16 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2016 minn Market Watch Franchise & Consulting Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-13 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża T-312/15 – Market Watch vs EUIPO – GLAXO GROUP (MITOCHRON)

3

2017/C 95/06

Kawża C-410/16 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2016 minn Syndial SpA – Attività Diversificate mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-25 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża T-581/15, Syndial vs Il-Kummissjoni

3

2017/C 95/07

Kawża C-440/16 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2016 minn Staywell Hospitality Group Pty Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi magħquda T-510/14 u T-536/14 – STAYWELL HOSPITALITY GROUP AND SHERATON INTERNATIONAL IP v EUIPO — SHERATON INTERNATIONAL IP AND STAYWELL HOSPITALITY GROUP (PARK REGIS)

3

2017/C 95/08

Kawża C-469/16: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2016 – Mauro Infante vs Ir-Repubblika Taljana

4

2017/C 95/09

Kawża C-485/16 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2016 minn Universal Protein Supplements Corp. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-29 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi T-727/14 u T-728/14, UNIVERSAL PROTEIN SUPPLEMENTS vs EUIPO — H YOUNG HOLDINGS (ANIMAL)

4

2017/C 95/10

Kawża C-628/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzgericht (l-Awstrija) fil-5 ta’ Diċembru 2016 – Kreuzmayr GmbH

4

2017/C 95/11

Kawża C-8/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fid-9 ta’ Jannar 2017 – Biosafe – Indústria de Reciclagens SA vs Flexipiso – Pavimentos SA

5

2017/C 95/12

Kawża C-13/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-12 ta’ Jannar 2017 – Fédération des entreprises de la beauté vs Ministre des Affaires sociales et de la Santé, Ministre de l’éducation nationale, de l’enseignement supérieur et de la recherche, Ministre de l’économie et des finances

6

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 95/13

Kawżi magħquda T-828/14 u T-829/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2017 – Antrax It vs EUIPO – Vasco Group (Termosifuni għal radjaturi) [Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinni Komunitarji rreġistrati li jirrappreżentaw termosifuni għal radjaturi — Disinni preċedenti — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Artikolu 1 quinquies tar-Regolament (KE) Nru 216/96 — Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Prinċipju ta’ imparzjalità — Kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell — Raġuni għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 — Eżekuzzjoni mill-EUIPO ta’ sentenza ta’ annullament ta’ deċiżjoni tal-Bordijiet tal-Appell tiegħu — Saturazzjoni tal-eċċellenza — Data ta’ evalwazzjoni]

7

2017/C 95/14

Kawża T-98/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2017 – Tubes Radiatori vs EUIPO – Antrax It (Radiateurs) (Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju li jirrapreżenta radjatur — Disinn preċedenti — Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002 — Eżekuzzjoni mill-EUIPO ta’ sentenza ta’ annullament ta’ deċiżjoni tal-bordijiet tal-appell tagħha — Dritt għal smigħ — Stedina sabiex jiġi ppreżentati provi u osservazzjonijiet wara sentenza ta’ annullament tal-Qorti Ġenerali — Saturazzjoni tal-istat l-iktar avvanzat)

8

2017/C 95/15

Kawża T-271/15 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2017 – LD vs EUIPO (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rapport ta’ evalwazzjoni — Proċedura ta’ evalwazzjoni 2011/2012 — Żnaturament tal-fatti — Żball ta’ liġi — Abbuż ta’ fiduċja — Aspettattivi leġittimi)

8

2017/C 95/16

Kawża T-568/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2017 – Morgese et vs EUIPO [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ Oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva 2 STAR — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti ONE STAR — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

9

2017/C 95/17

Kawża T-688/15 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2017 – Schönberger vs Il-Qorti tal-Awdituri (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2011 — Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss fil-grad AD 13 — Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza, wara li l-Qorti Ġenerali bgħatet lura l-kawża, għaliex parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat — Possibbiltà ta’ promozzjoni)

10

2017/C 95/18

Kawża T-15/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2017 – Pandalis vs EUIPO – LR Health & Beauty Systems (Cystus) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Cystus — Dikjarazzjoni parzjali ta’ revoka — Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark]

10

2017/C 95/19

Kawża T-30/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2017 – M. I. Industries vs EUIPO – Natural Instinct (Natural Instinct Dog and Cat food as nature intended) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Natural Instinct Dog and Cat food as nature intended — Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti INSTINCT u NATURE’S VARIETY — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Natura tal-użu — Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Regola 22(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95]

11

2017/C 95/20

Kawża T-270/16 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2017 – Kerstens vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ċaħda ta’ rikors fl-ewwel istanza — Atti kontra d-dinjità tas-servizz pubbliku — Disseminazzjoni ta’ proposti inġurjużi fil-konfront ta’ uffiċjal ieħor — Proċedura dixxiplinari — Investigazzjoni fil-forma ta’ eżami tal-fatti — Sanzjoni dixxiplinari ta’ ċanfira — Irregolarità proċedurali — Konsegwenzi tal-irregolarità)

12

2017/C 95/21

Kawża T-900/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2017 – Casual Dreams vs EUIPO – López Fernández (Dayaday)

12

2017/C 95/22

Kawża T-11/17: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Jannar – RK vs Il-Kunsill

13

2017/C 95/23

Kawża T-21/17: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2017 – RL vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

14

2017/C 95/24

Kawża T-29/17: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2017 – RQ vs Il-Kummissjoni

15

2017/C 95/25

Kawża T-41/17: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2017 – Lotte vs EUIPO – Nestlé Schöller (rappreżentazzjoni ta’ koala)

16

2017/C 95/26

Kawża T-43/17: Rikors ippreżentat fl -24 ta’ Jannar 2017 – No Limits vs EUIPO – Morellato (NO LIMITS)

17

2017/C 95/27

Kawża T-44/17: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2017 – Camomilla vs EUIPO – CMT (CAMOMILLA)

17

2017/C 95/28

Kawża T-47/17: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2017 – Yotrio Group vs EUIPO (Iffissar ta’ ċirku aħdar fuq sieq)

18

2017/C 95/29

Kawża T-49/17: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2017 – Spanja vs Il-Kummissjoni

19

2017/C 95/30

Kawża T-53/17: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2017 – Austrian Power Grid vs ACER

21

2017/C 95/31

Kawża T-63/17: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2017 – Grupo Orenes vs EUIPO – Akamon Entertainment Millenium (Bingo VIVA! Slots)

23

2017/C 95/32

Kawża T-84/17: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2017 – Consorzio IB Innovation vs Il-Kummissjoni

24

2017/C 95/33

Kawża T-88/17: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2017 – Spanja vs Il-Kummissjoni

25


 

Rettifika

2017/C 95/34

Rettifika tal-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża F-104/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Lulju 2016 – U (*) -vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Pensjoni tas-superstiti — Artikoli 18 u 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Konjuġi superstiti ta’ ex uffiċjal — Eliġibbiltà — It-tieni żwieġ — Ugwaljanza fit-trattament bejn uffiċjali) ( ĠU C 364, 3.10.2016 , kif ippubblikat mill-ġdid għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ data personali)

26

2017/C 95/35

Rettifika tal-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża T-695/16 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2016 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fl-20 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża F-104/15, U (*) vs Il-Kummissjoni ( ĠU C 441, 28.11.2016 , kif ippubblikat mill-ġdid għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ data personali)

26


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 095/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 86, 20.3.2017

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 78, 13.3.2017

ĠU C 70, 6.3.2017

ĠU C 63, 27.2.2017

ĠU C 53, 20.2.2017

ĠU C 46, 13.2.2017

ĠU C 38, 6.2.2017

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/2


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2016 minn AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid-19 ta’ April 2016 fil-Kawża T-326/14 – Novomatic vs EUIPO – Granini France (HOT JOKER)

(Kawża C-342/16 P)

(2017/C 095/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Novomatic AG (rappreżentant: W. M. Mosing, Avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Granini France

Permezz ta’ digriet tas-6 ta’ Diċembru 2016, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) iddikjarat l-appell inammissibbli.


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/2


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2016 minn L’Oréal SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-28 ta’ April 2016 fil-Kawża T-144/15, L’Oréal vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea – THERALAB (VICHY LABORATOIRES V IDÉALIA)

(Kawża C-371/16 P)

(2017/C 095/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: L’Oréal SA (rappreżentant: J. P. Mioludo, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Permezz ta’ digriet tat-8 ta’ Diċembru 2016, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) iddikjarat l-appell inammissibbli.


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/2


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2016 minn Market Watch Franchise & Consulting Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-13 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża T-62/15 – Market Watch vs EUIPO – El CORTE INGLÉS (MITOCHRON)

(Kawża C-401/16 P)

(2017/C 095/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Market Watch Franchise & Consulting Inc. (rappreżentant: J. Korab, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

B’digriet tal-1 ta’ Diċembru 2016 il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (L-Għaxar Awla) iddeċidiet li l-appell huwa inammissibbli.


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/3


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2016 minn Market Watch Franchise & Consulting Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-13 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża T-312/15 – Market Watch vs EUIPO – GLAXO GROUP (MITOCHRON)

(Kawża C-402/16 P)

(2017/C 095/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Market Watch Franchise & Consulting Inc. (rappreżentant: J. Korab, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

B’digriet tal-1 ta’ Diċembru 2016 il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (L-Għaxar Awla) iddeċidiet li l-appell huwa inammissibbli.


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/3


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2016 minn Syndial SpA – Attività Diversificate mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-25 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża T-581/15, Syndial vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-410/16 P)

(2017/C 095/06)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Syndial SpA (rappreżentanti: L. Acquarone u S. Grassi, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tad-9 ta’ Frar 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lil Syndial SpA – Attività Diversificate għall-ispejjeż tagħha.


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/3


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2016 minn Staywell Hospitality Group Pty Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi magħquda T-510/14 u T-536/14 – STAYWELL HOSPITALITY GROUP AND SHERATON INTERNATIONAL IP v EUIPO — SHERATON INTERNATIONAL IP AND STAYWELL HOSPITALITY GROUP (PARK REGIS)

(Kawża C-440/16 P)

(2017/C 095/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Staywell Hospitality Group Pty Ltd (rappreżentant: D. Farnsworth, solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Sheraton International IP LLC

Permezz ta’ digriet tat-12 ta’ Jannar 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) iddeċidiet li l-appell huwa inammissibbli.


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/4


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2016 – Mauro Infante vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-469/16)

(2017/C 095/08)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Mauro Infante (rappreżentant: M. Iervolino, avukat)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

B’digriet tat-13 ta’ Diċembru 2016 il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (L-Għaxar Awla) iddikjarat li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex il-kompetenza li tiddeċiedi r-rikors u ordnat li Mauro Infante jiġi kkundannat għall-ispejjeż tiegħu.


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/4


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2016 minn Universal Protein Supplements Corp. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-29 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi T-727/14 u T-728/14, UNIVERSAL PROTEIN SUPPLEMENTS vs EUIPO — H YOUNG HOLDINGS (ANIMAL)

(Kawża C-485/16 P)

(2017/C 095/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Universal Protein Supplements Corp. (rappreżentant: S. Malynicz QC)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), H Young Holdings plc

Permezz ta’ digriet tal-31 ta’ Jannar 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) iddikjarat l-appell inammissibbli.


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzgericht (l-Awstrija) fil-5 ta’ Diċembru 2016 – Kreuzmayr GmbH

(Kawża C-628/16)

(2017/C 095/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kreuzmayr GmbH

Domandi preliminari

Domanda 1:

F’sitwazzjonijiet bħal dik tal-kawża prinċipali, fejn persuna taxxabbli X1 tiddisponi minn oġġetti maħżuna fl-Istat Membru A, fejn X1 biegħ dawn l-oġġetti lil persuna taxxabbli X2 u fejn X2 informa lil X1 bl-intenzjoni tiegħu li jittrasporta l-oġġetti fl-Istat Membru B filwaqt li ppreżenta lil X1 in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tiegħu maħruġ mill-Istat Membru B,

u fejn X2 biegħ mill-ġdid dawn l-oġġetti lil persuna taxxabbli X3 filwaqt li ftiehem ma’ dan tal-aħħar li X3 għandu jipprovdi t-trasport jew jittrasporta dawn l-oġġetti mill-Istat Membru A lejn l-Istat Membru B, fejn X3 pprovda t-trasport jew ittrasporta l-oġġetti mill-Istat Membru A lejn l-Istat Membru B u fejn X3 diġà seta’ jiddisponi mill-oġġetti bħala proprjetarju fl-Istat Membru A,

iżda fejn X2 ma informax lil X1 li huwa kien diġà biegħ mill-ġdid l-oġġetti qabel ma’ dawn telqu mill-Istat Membru A,

u fejn X1 ma setax ikun jaf li ma huwiex X2 li għandu jipprovdi t-trasport jew jittrasporta l-oġġetti mill-Istat Membru A lejn l-Istat Membru B,

id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-post tal-kunsinna li ssir minn X1 lil X2 huwa ddeterminat skont l-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2006/112/KE (1), b’mod li l-kunsinna li ssir minn X1 lil X2 tkun kunsinna intra-Komunitarja (imsejħa bi trasport)?

Domanda 2:

Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda 1, id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li X3 jista’, madankollu, inaqqas bħala VAT tal-input il-VAT tal-Istat Membru B iffaturata lilu minn X2, sa fejn X3 juża l-oġġetti inkwistjoni għall-finijiet tal-operazzjonijiet taxxabbli tiegħu fl-Istat Membru B u sa fejn ma jistax jiġi akkużat b’użu abbużiv tat-tnaqqis tal-VAT tal-input?

Domanda 3:

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1 u jekk X1 isir jaf sussegwentement li X3 pprovda t-trasport u li huwa seta’ diġà jiddisponi mill-oġġetti bħala proprjetarju fl-Istat Membru A, id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunsinna li ssir minn X1 lil X2 titlef retroattivament il-kwalità tagħha ta’ kunsinna intra-Komunitarja (li għandha għalhekk tiġi kklassifikata retroattivament bħala kunsinna msejħa mingħajr trasport)?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, ta’ 28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fid-9 ta’ Jannar 2017 – Biosafe – Indústria de Reciclagens SA vs Flexipiso – Pavimentos SA

(Kawża C-8/17)

(2017/C 095/11)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal de Justiça

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Biosafe – Indústria de Reciclagens SA

Konvenuta: Flexipiso – Pavimentos SA

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2006/112/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 63, 167, 168, 178, 179, 180, 182 u 219 tagħha, kif ukoll il-prinċipju ta’ newtralità, jipprekludu leġiżlazzjoni li minnha jirriżulta li, f’sitwazzjoni li fiha l-bejjiegħ, li huwa suġġett għall-VAT, kien suġġett għal spezzjoni tat-taxxa li minnha rriżulta li r-rata tal-VAT li effettivament kienet tapplika kienet inqas minn dik li kellha tiġi applikata f’dak il-waqt, fejn din il-persuna ħallset lill-Istat it-taxxa supplimentari u tixtieq tikseb il-ħlas rispettiv mix-xerrej, ukoll suġġett għall-VAT, it-terminu sabiex dan tal-aħħar ikun jista’ jipproċedi għat-tnaqqis ta’ din it-taxxa supplimentari jibda jiddekorri minn meta jinħarġu l-fatturi inizjali u mhux mill-ħruġ jew mir-riċeviment tad-dokumenti ta’ rettifika?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda preliminari, l-istess direttiva u, b’mod partikolari, l-istess artikoli u l-prinċipju ta’ newtralità jipprekludu leġiżlazzjoni li minnha jirriżulta li, ladarba jiġu rċevuti dokumenti ta’ rettifika tal-fatturi inizjali, maħruġa rispettivament għall-ispezzjoni tat-taxxa u tal-ħlas lill-Istat tat-taxxa supplimentari, u intiżi sabiex jinkiseb il-ħlas ta’ din it-taxxa supplimentari, fil-każ fejn l-imsemmi terminu għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ tnaqqis diġà jkun iddekorra, ix-xerrej jista’ leġittimament jirrifjuta l-ħlas, billi jsostni li l-impossibbiltà li jsir it-tnaqqis tat-taxxa supplimentari jiġġustifika r-rifjut tal-ħlas tagħha?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-12 ta’ Jannar 2017 – Fédération des entreprises de la beauté vs Ministre des Affaires sociales et de la Santé, Ministre de l’éducation nationale, de l’enseignement supérieur et de la recherche, Ministre de l’économie et des finances

(Kawża C-13/17)

(2017/C 095/12)

Lingwa tal-kawża: il-franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fédération des entreprises de la beauté

Konvenuti: Ministre des Affaires sociales et de la Santé, Ministre de l’éducation nationale, de l’enseignement supérieur et de la recherche, Ministre de l’économie et des finances

Domandi preliminari

1)

Ir-rikonoxximent ta’ ekwivalenza tat-taħriġ li l-Istati Membri jistgħu jwettqu skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-prodotti kożmetiċi (1) jikkonċerna biss it-taħriġ mogħti fil-pajjiżi terzi li ma humiex membri tal-Unjoni Ewropea?

2)

Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 10 tar-Regolament jawtorizzaw lil Stat Membru li jiddetermina dixxiplini li jistgħu jitqiesu bħala “simili” għall-mediċina, għall-farmaċija jew għat-tossikoloġija u livelli ta’ kwalifika li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-regolament?

3)

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, skont liema kriterji jistgħu dixxiplini jitqiesu bħala “simili” għall-mediċina, għall-farmaċija jew għat-tossikoloġija?


(1)  ĠU L 342, p. 59.


Il-Qorti Ġenerali

27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/7


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2017 – Antrax It vs EUIPO – Vasco Group (Termosifuni għal radjaturi)

(Kawżi magħquda T-828/14 u T-829/14) (1)

([“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinni Komunitarji rreġistrati li jirrappreżentaw termosifuni għal radjaturi - Disinni preċedenti - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Artikolu 1 quinquies tar-Regolament (KE) Nru 216/96 - Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Prinċipju ta’ imparzjalità - Kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell - Raġuni għal invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Eżekuzzjoni mill-EUIPO ta’ sentenza ta’ annullament ta’ deċiżjoni tal-Bordijiet tal-Appell tiegħu - Saturazzjoni tal-eċċellenza - Data ta’ evalwazzjoni”])

(2017/C 095/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Antrax It Srl (Resana, l-Italja) (rappreżentant: L. Gazzola, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn P. Bullock, sussegwentement minn L. Rampini u S. Di Natale, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vasco Group NV, li qabel kienet Vasco Group BVBA (Dilsen, il-Belġju) (rappreżentant: J. Haber, avukat)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Ottubru 2014 (Każijiet R 1272/2013-3 u R 1273/2013-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Vasco Group u Antrax It.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huwa miċħuda.

2)

Antrax It Srl hija kkundannata sabiex tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Vasco Group NV, inkluż dawk sostnuti minn Vasco Group għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell fil-Każijiet R 1272/2013-3 u R 1273/2013-3.


(1)  ĠU C 65, 23.2.2015.


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/8


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2017 – Tubes Radiatori vs EUIPO – Antrax It (Radiateurs)

(Kawża T-98/15) (1)

((“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju li jirrapreżenta radjatur - Disinn preċedenti - Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002 - Eżekuzzjoni mill-EUIPO ta’ sentenza ta’ annullament ta’ deċiżjoni tal-bordijiet tal-appell tagħha - Dritt għal smigħ - Stedina sabiex jiġi ppreżentati provi u osservazzjonijiet wara sentenza ta’ annullament tal-Qorti Ġenerali - Saturazzjoni tal-istat l-iktar avvanzat”))

(2017/C 095/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Tubes Radiatori Srl (Resana, l-Italja) (rappreżentanti: S. Verea, K. Muraro, M. Balestriero u P. Menapace, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Bullock u S. Di Natale, sussegwentement S. Di Natale u L. Rampini, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Antrax It Srl (Resana, l-Italja) (rappreżentanti: L Gazzola, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Diċembru 2014 (Kawża R 1643/2014-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Antrax It u Tubes Radiatori.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tad-9 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 1643/2014-3) hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Tubes Radiatori Srl.

4)

Antrax It Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 138, 27.4.2015.


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/8


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2017 – LD vs EUIPO

(Kawża T-271/15 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rapport ta’ evalwazzjoni - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2011/2012 - Żnaturament tal-fatti - Żball ta’ liġi - Abbuż ta’ fiduċja - Aspettattivi leġittimi”))

(2017/C 095/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: LD (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Appellat: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Lukošiūtė, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea [kunfidenzjali]  (2), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

LD għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2015.

(2)  Informazzjoni kunfidenzjali mhux żvelata.


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2017 – Morgese et vs EUIPO

(Kawża T-568/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ Oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva 2 STAR - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti ONE STAR - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 095/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Giuseppe Morgese (Barletta, l-Italja), Pasquale Morgese (Barletta), Felice D’Onofrio (Barletta) (rappreżentant: D. Russo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u G. Sakalaite-Orlovskiene, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: All Star CV (Hilversum, il-Pajiżi l-Baxxi) (rappreżentant: C. Sleep, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1906/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn All Star, minn naħa, u G. Morgese, P. Morgese u F. D’Onofrio, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

G. Morgese, P. Morgese u F. D’Onofrio huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 398, 30.11.2015.


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2017 – Schönberger vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-688/15 P) (1)

((Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2011 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss fil-grad AD 13 - Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza, wara li l-Qorti Ġenerali bgħatet lura l-kawża, għaliex parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat - Possibbiltà ta’ promozzjoni))

(2017/C 095/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Peter Schönberger (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: O. Mader, avukat)

Appellat: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: Í. Ní Riagáin Düro u B. Schäfer, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Settembru 2015, Schönberger vs Il-Qorti tal-Awdituri (F-14/12 RENV, EU:F:2015:112), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud

2)

Peter Schönberger huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din il-kawża.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016.


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2017 – Pandalis vs EUIPO – LR Health & Beauty Systems (Cystus)

(Kawża T-15/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Cystus - Dikjarazzjoni parzjali ta’ revoka - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark”])

(2017/C 095/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Georgios Pandalis (Glandorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Franke, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: LR Health & Beauty Systems GmbH (Ahlen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Weber u L. Thiel, avukati)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 2839/2014-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn LR Health & Beauty Systems u G. Pandalis.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Georgios Pandalis huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 90, 7.3.2016


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/11


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2017 – M. I. Industries vs EUIPO – Natural Instinct (Natural Instinct Dog and Cat food as nature intended)

(Kawża T-30/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Natural Instinct Dog and Cat food as nature intended - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti INSTINCT u NATURE’S VARIETY - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Natura tal-użu - Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Regola 22(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”])

(2017/C 095/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: M. I. Industries, Inc. (Lincoln, Nebraska, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment T. Elias, barrister, u B. Cookson, solicitor, sussegwentement M. Montañá Mora, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Natural Instinct Ltd (Camberley, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Spintig, S. Pietzcker, avukati, u B. Brandreth, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-26 ta’ Novembru 2015 (Każ R 2944/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn M. I. Industries u Natural Instinct.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tas-26 ta’ Novembru 2015 (Każ R 2944/2014-5) hija annullata sa fejn hija kkonkludiet li ma hemmx użu ġenwin mit-trade mark verbali preċedenti INSTINCT.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, nofs l-ispejjeż sostnuti minn M. I. Industries Inc.

4)

M. I. Industries għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.

5)

Natural Instinct Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 106, 21.3.2016.


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2017 – Kerstens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-270/16 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ċaħda ta’ rikors fl-ewwel istanza - Atti kontra d-dinjità tas-servizz pubbliku - Disseminazzjoni ta’ proposti inġurjużi fil-konfront ta’ uffiċjal ieħor - Proċedura dixxiplinari - Investigazzjoni fil-forma ta’ eżami tal-fatti - Sanzjoni dixxiplinari ta’ ċanfira - Irregolarità proċedurali - Konsegwenzi tal-irregolarità”))

(2017/C 095/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Petrus Kerstens (Overijse, il-Belġju) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u C. Ehrbar, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Marzu 2016, Kerstens vs Il-Kummissjoni (F-23/15, EU:F:2016:65), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Marzu 2016, Kerstens vs Il-Kummissjoni (F 23/15, EU:F:2016:65) hija annullata sa fejn din tiċħad it-talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-15 ta’ April 2014 li timponi ċanfira fuq Petrus Kerstens.

2)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ April 2014 li timponi ċanfira fuq Kerstens hija annullata.

3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-proċedura tal-appell u mal-proċedura tal-ewwel istanza.


(1)  ĠU C 260, 18.7.2016.


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/12


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2017 – Casual Dreams vs EUIPO – López Fernández (Dayaday)

(Kawża T-900/16)

(2017/C 095/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Casual Dreams, SLU (Manresa, Spanja) (rappreżentant: A. Tarí Lázaro, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Miguel Ángel López Fernández (Fuensalida, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Dayaday” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 243 563

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 375/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell adottata fis-6 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 375/2016-2, li permezz tagħha huwa parzjalment miċħud l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO Nru B 2 469 545 tas-17 ta’ Diċembru 2015;

tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 243 563 ippreżentata mill-intervenjenti fir-rigward tal-prodotti kollha tal-klassi 9 u ta’ dawk il-prodotti tal-klassijet 16 u 24 li fir-rigward tagħhom it-Tieni Bord tal-Appell ċaħad l-appell;

sussidjarjament, tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata, abbażi tal-Artikolu 8(5) tar-regolament dwar it-trade mark Komunitarja, sa fejn din tikkonferma r-rifjut tal-oppożizzjoni u tal-appell għall-prodotti tal-klassijiet 9, 16 u 24, u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Bord tal-Appell sabiex jiġi eżaminat mill-ġdid u b’mod sħiħ għalxiex tirreferi r-raġuni relattiva li tinsab fl-imsemmi artikolu.

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti minn din il-parti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/13


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Jannar – RK vs Il-Kunsill

(Kawża T-11/17)

(2017/C 095/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: RK (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement,

tannulla d-deċiżjoni mhux datata tal-Kunsill, meħuda fuq il-bażi tal-Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea;

sa fejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tas-27 ta’ Settembru 2016, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tad-29 ta’ April 2016;

tikkundanna lill-konvenut għall-kumpens għad-dannu materjali tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni u l-interessi, bħala kumpens għad-dannu morali tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità indirizzata kontra l-Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal, fuq ksur tal-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fuq ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79), u fuq ksur tal-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 42c tar-Regoli tal-Persunal, kif implementat permezz tal-Komunikazzjoni lill-persunal Nru 71/15 tal-Kunsill, u fuq ineżattezzi u irregolaritajiet fil-fatt u fid-dritt li jivvizzjaw id-deċiżjonijiet ikkontestati.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ u fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ premura u fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/14


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2017 – RL vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-21/17)

(2017/C 095/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: RL (rappreżentanti: C. Bernard-Glanz u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara din it-talba ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni adottata fil-11 ta’ Mejju 2016, mir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, li l-kontenut tagħha ġew ikkomunikati lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tal-20 ta’ Mejju 2016, sabiex ma tiġix promossa għal grad ta’ AD 10 mill-1 ta’ Lulju 2015 u, sa fejn huwa neċessarju, li tannulla d-deċiżjoni adottata fis-6 ta’ Ottubru 2016 mill-kumitat responsabbli tal-ilmenti, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tat-22 ta’ Lulju 2016;

tikkundanna lill-konvenuta għal kumpens tad-danni materjali subiti mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tas-sistema interna ta’ promozzjonijiet stabbilita fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-uniċità tas-servizz pubbliku Ewropea.


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/15


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2017 – RQ vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-29/17)

(2017/C 095/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: RQ (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors tiegħu ammissibbli u fondat;

konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-2 ta’ Marzu 2016, C(2016)1449 finali, dwar talba għat-tneħħija tal-immunità, innotifikata fil-11 ta’ Marzu 2016 u li r-rikorrent sar jaf biha fl-14 ta’ Marzu 2016 meta ġie lura minn missjoni;

sa fejn huwa meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-5 ta’ Ottubru 2016, taħt ir-referenza Ares(2016)5814495 – 07/10/2016, innotifikata fis-7 ta’ Ottubru 2016, li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet l-ilment tar-rikorrenti, li kien ippreżentah fl-10 ta’ Ġunju 2016 taħt ir-referenza No R/317/16;

tikkundanna lill-konvenuta u fi kwalunkwe każ għall-ispejjeż kollha, skont l-Artikolu 134(1) u 135 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tar-Regoli tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari tal-Artikolu 23 tagħhom, kif ukoll tal-Artikolu 17 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u tal-ksur tal-prinċipju li jimponi fuq l-amministrazzjoni li tieħu deċiżjoni biss abbażi ta’ motivi legalment ammissibbli, jiġifieri rilevanti u mhux ivvizjati bi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tar-Regolamenti tal-Persunal, b’mod partikolari tal-Artikolu 24 tagħhom, u ksur tad-dmir ta’ premura.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, b’mod partikolari tat-tielet inċiż tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal u tar-raġuni tal-Istat.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-aspettattivi leġittimi u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-eżerċizzju normali tad-drittijiet ta’ difiża, b’mod partikolari tad-dritt għal smigħ, tal-obbligu ta’ imparzjalità u tal-osservanza tal-preżunzjoni ta’ innoċenza u tal-assenza ta’ diliġenza, b’mod partikolari tal-osservanza tat-terminu raġonevoli.


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/16


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2017 – Lotte vs EUIPO – Nestlé Schöller (rappreżentazzjoni ta’ koala)

(Kawża T-41/17)

(2017/C 095/25)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Lotte Co. Ltd (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentant: M. Knitter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nestlé Schöller GmbH & Co. KG (Nürnberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni (rappreżentazzjoni ta’ koala) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6 158 463

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-28 ta’ Ottubru 2016, fil-Każ R 250/2016-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tar-Regola 22(3) tar-Regolament Nru 2868/95;

Ksur tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/17


Rikors ippreżentat fl -24 ta’ Jannar 2017 – No Limits vs EUIPO – Morellato (NO LIMITS)

(Kawża T-43/17)

(2017/C 095/26)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: No Limits International Investments SA (Bissone, l-Iżvizzera) (rappreżentant: F. Canu, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Morellato SpA (Fratte di Santa Giustina in Colle, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “NO LIMITS” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 67 967

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-21 ta’ Novembru 2016, fil-Każ R 2017/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċedimenti fil-Każ R 2017/2015-5 quddiem il-Bord tal-Appell, tal-proċedimenti fil-Każ 2919C quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, u tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Motivi invokati

Ksur u/jew applikazzjoni ħażina tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament Nru 207/2009 – żball fid-deċiżjoni kkontestata b’riferiment għad-data rilevanti għall-evalwazzjoni tal-invalidità tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea;

Ksur u/jew applikazzjoni ħażina tal-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 207/2009 – nuqqas ta’ motivazzjoni u motivazzjoni insuffiċjenti u kontradittorja fir-rigward tal-applikabbiltà għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea tal-konstatazzjonijiet magħmula mill-Corte d’Appello di Milano (qorti tal-appell ta’ Milano, l-Italja) fis-sentenza Nru 4425/2013 li kisbet l-awtorità ta’ res judicata;

Nuqqas ta’ motivazzjoni u motivazzjoni insuffiċjenti u kontradittorja fir-rigward tal-applikabbiltà tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament Nru 207/2009 għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea;

Ksur u/jew applikazzjoni ħażina tal-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 207/2009 – motivazzjoni żbaljata u kontradittorja.


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/17


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2017 – Camomilla vs EUIPO – CMT (CAMOMILLA)

(Kawża T-44/17)

(2017/C 095/27)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Camomilla Srl (Buccinasco, l-Italja) (rappreżentanti: M. Mussi u H. Chiappetta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: CMT Compagnia manifatture tessili Srl (CMT Srl) (Napoli, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “CAMOMILLA” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 7 077 555

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Novembru 2016 fil-Każ R 2250/2015-5

Talbiet

tbiddel id-deċiżjoni kkontestata fis-sens li tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità proposta minn CMT kollha kemm hija;

sussidjarjament, tbiddel id-deċiżjoni kkontestata fis-sens li tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità anki għall-prodotti “klassi 18: prodotti magħmula minn dawn il-materjali (ġilda u imitazzjoni tal-ġilda) mhux inkluż fi klassijiet oħra, barżakki ta’ fuq id-dahar, portafolli taċ-ċwievet (tal-ġilda), kartieri tad-dokumenti, portafolli tal-but, basktijiet tan-nisa li ma humiex tal-metall prezzjuż, basktijiet ta’ kuljum, kaxxetti tal-kożmetiċi li ma humiex mgħammra, boroż għall-kożmetiċi u kaxxi tal-makeup; klassi 25: ilbies, xedd is-saqajn, xedd ir-ras, ingwanti, kpiepel, tkopri l-ispallejn, xalpa biex tgħatti l-ispalel, ġagagi tal-banju”;

b’mod iktar sussidjarju, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, fir-rigward tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, u lil C.M.T. Compagnia Manifatture Tessili S.r.l., fir-rigward tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 53(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 57(2) moqri flimkien mal-paragrafu (2) tal-istess artikolu tar-Regolament Nru 207/2009.


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/18


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2017 – Yotrio Group vs EUIPO (Iffissar ta’ ċirku aħdar fuq sieq)

(Kawża T-47/17)

(2017/C 095/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Yotrio Group Co. Ltd (Linhai City, iċ-Ċina) (rappreżentant: L. Ullmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea tal-kategorija “oħra” (iffissar ta’ ċirku aħdar fuq sieq) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 396 568

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Novembru 2016 fil-Każ R 285/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/19


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2017 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-49/17)

(2017/C 095/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: V. Ester Casas, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Prinċipalment tannulla d-Deċiżjoni tal-15 ta’ Novembru 2016 (2016/2018/UE), li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab minn diversi Stati Membri, fosthom ir-Renju ta’ Spanja, fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), sa fejn:

1.

F’dak li jirrigwarda l-Komunità Awtonoma ta’ Andalucía teskludi mill-finanzjament Komunitarju EUR 1 356 144,90 fir-rigward tal-FAEG (sena finanzjarja 2012).

2.

F’dak li jirrigwarda l-Komunità Awtonoma ta’ Cataluña teskludi mill-finanzjament Komunitarju EUR 2 191 585 fir-rigward tal-FAEG (snin finanzjarji 2009 sa 2012).

3.

F’dak li jirrigwarda l-Komunità Awtonoma ta’ Castilla y León teskludi mill-finanzjament Komunitarju EUR 9 638 473,73 fir-rigward tal-FAEG, u EUR 433 138,10 fir-rigward tal-FAEŻR (snin finanzjarji 2012 sa 2013).

4.

L-ammont totali li huwa s-suġġett ta’ dan ir-rikors għal annullament huwa ta’ EUR 13 619 341,73.

Tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka il-motivi li ġejjin.

1.

Motivi għall-annullament li jirrigwardaw il-korrezzjoni finanzjarja imposta fuq il-Komunità Awtonoma ta’ Andalucía.

F’dan ir-rigward ir-rikorrent jallega ksur tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, li jistabilixxi skema temporanja għar-ristrutturar ta’ l-industrija taz-zokkor fil-Komunità u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU L 335M, 13.12.2008, p. 29), sa fejn il-Kummissjoni ddikjarat li l-entitajiet ACRES u Unión Rural ma humiex produtturi.

2.

Motivi għall-annullament li jirrigwardaw il-korrezzjoni finanzjarja imposta fuq il-Komunità Awtonoma ta’ Cataluña. F’dan ir-rigward ir-rikorrent jallega li:

L-unika korrezzjoni finanzjarja minħabba nuqqasijiet fl-eliġibbiltà tal-infiq li tammonta għal EUR 122 112,95 (kontrolli relatati mal-programmi operazzjonali: investimenti fl-OP “A”) hija kontra l-liġi, sa fejn il-Kummissjoni kisret l-Artikoli 105 u 106 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007, tal-21 ta’ Diċembru 2007, li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (ĠU 2007, L 350, p. 1), flimkien mal-Artikolu 55(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1182/2007, tas-26 ta’ Settembru 2007, li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward is-settur tal-frott u l-ħxejjex u li jemenda d-Direttivi 2001/112/KE u 2001/113/KE u r-Regolamenti (KEE) Nru 827/68, (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 2826/2000, (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 318/2006 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2202/96 (ĠU 2007, L 273, p. 1), u l-Artikolu 52(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU 2013, L 347, p. 549), peress li l-awtoritajiet nazzjonali wettqu b’mod xieraq il-kontrolli indikati fl-imsemmija regoli, peress li ġew osservati r-rekwiżiti imposti mil-leġiżlazzjoni applikabbli u, f’kull każ, paress li ma kienx hemm riskju għall-fond.

Il-korrezzjoni b’rata fissa ta’ 5 %, li tammonta għal-EUR 2 191 585 (punt: “Nuqqasijiet fl-approvazzjoni tal-programmi/fl-awtorizzazzjoni tal-infiq, Komunità Awtonoma ta’ Cataluña”), hija kontra l-liġi, sa fejn il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 52(1) u (2) tar-Regolament Nru 1306/2013, flimkien mal-Artikoli 103, 105(2)(d), 106, 107(1)(ċ) sa (e), 108(1)(b) u 109(1)(a) sa (ċ) tar-Regolament Nru 1580/2007, peress li l-awtoritajiet Spanjoli ipprovaw l-osservanza tal-leġiżlazzjoni invokata u, f’kull każ, paress li ma kienx hemm riskju għall-fond.

Sussidjarjament qiegħed jiġi allegat ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità minħabba ksur tal-Artikolu 52(2) u (3) tar-Regolament Nru 1306/2013, moqri flimkien mad-Dokument VI/5330/97, li permezz tiegħu ġew adottati l-Linji gwida li jikkonċernaw il-kalkolu tal-konsegwenzi finanzjarji fil-preparazzjoni tad-deċiżjoni ta’ clearance tal-kontijiet tal-FAEGG-Garanzija.

3.

Motivi għall-annullament li jirrigwardaw il-korrezzjoni finanzjarja imposta fuq il-Komunità Awtonoma ta’ Castilla y León. F’dan ir-rigward ir-rikorrent jallega li:

Il-korrezzjoni b’rata fissa ta’ 5 %, li tammonta għal-EUR 10 071 661,83, u l-metodu ta’ kalkolu użati jmorru kontra l-Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU 2005, L 209, p. 1) u kontra l-linji gwida tad-Dokument tal-Kummissjoni VI/5530/97 u AGHRI-2005-64043.

Sussidjarjament, il-korrezzjoni b’rata fissa imposta mill-Kummissjoni hija sproporzjonata, peress li tikser l-Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, moqri flimkien mad-Dokument VI/5330/97.


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/21


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2017 – Austrian Power Grid vs ACER

(Kawża T-53/17)

(2017/C 095/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Austrian Power Grid AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: H. Kristoferitsch u S. Huber, avukati)

Konvenuta: Agency for the Cooperation of Energy Regulators

Talbiet

tannulla s-segwenti partijiet tad-Deċiżjoni tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija Nru 06/2016, tas-17 ta’ Novembru 2016, dwar il-proposta tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni tal-elettriku għad-determinazzjoni tar-reġjuni bil-kapaċità kkalkolata:

L-Artikolu 1 tad-deċiżjoni flimkien mal-

Anness I, Artikolu 1(1)(ċ);

Il-kelma “ukoll” u l-frażi “għall-finijiet tal-allokazzjoni tal-kapaċità fuq il-konfini affettwat taż-żona tal-offerta sakemm jiġu ssodisfatti ir-rekwiżiti deskritti fl-Artikolu 5(3) ta’ dan id-dokument” fl-Anness I, Artikolu 2(2)(e);

Anness I, Artikolu 5(1)(s);

Anness I, Artikolu 5(3);

Anness I, Mappa Nru 3;

Artikolu 2 tad-deċiżjoni;

Anness IV;

Anness V;

ACER għandha tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv jallega li ACER ma hijiex komptenti sabiex tintroduċi konfini ġodda taż-żona tal-offerta u allokazzjoni tal-kapaċità ġdida.

Ir-rikorrenti ssostni li ACER ma hijiex kompetenti sabiex tintroduċi konfini ġodda taż-żona tal-offerta jew allokazzjoni tal-kapaċità ġdida fil-proċedura għad-determinazzjoni tar-reġjun bil-kapaċità kalkolata (CCR) kif speċifikat fl-Artikolu 15 tar-Regolament CACM (1), rispettivament fid-deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 8(1) tar-Regolament ACER (2). Barra minn hekk, skont ir-rikorrenti, l-indikazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tista’ tiġi riveduta kif indikat fl-Artikolu 2 tagħha (li hija fiha nnifisha illegali u appellata) ma tistax tagħmel tajjeb għal din in-nuqqas ta’ kompetenza.

2.

It-tieni motiv jallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 u r-Regolament CACM Regulation minn diversi lati.

Ir-rikorrenti ssostni li ACER applikat b’mod żbaljat id-definizzjoni legali ta’ konġestjoni u li l-interkonnettur DE-AT ma huwiex konġestit u għalhekk ma jistax ikun suġġett għal allokazzjoni tal-kapaċità.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li d-diviżjoni tas-suq komuni tal-elettriku tal-Ġermanja u l-Awstrija hija dijametrikament opposta għall-għanijiet segwiti mir-Regolament (KE) Nru 714/2009 (3) u tikser il-prinċipju li l-konġestjonijiet interni ma jistgħux jiġu ttrasferiti lejn il-konfini nazzjonali.

Finalment, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni hija fattwalment skorretta u tapplika b’mod żbaljat, il-kriterju statutorju għall-ħolqien ta’ konfini ġdid taż-żona tal-offerta, b’mod partikolari peress li l-konfini DE-AT ma huwiex strutturalment konġestit, li ACER ma tikkunsidrax konfini alternattivi taż-żona tal-offerta, li kienu jkunu disponibbli miżuri tekniċi inqas invażivi, li d-deċiżjoni kkontestata ma tiħux inkunsiderazzjoni żviluppi futuri, li d-deċiżjoni tikser l-ispeċifikazzjoni li ż-żoni tal-offerta ma għandhomx ikunu ta’ natura permanenti u li ACER tinterpreta b’mod żbaljat in-natura ta’ loop flows.

3.

It-tielet motiv jallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser id-dritt primarju tal-Unjoni Ewropea.

Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li ma ġewx ikkunsidrati u adottati miżuri li huma inqas invażivi iżda li huma ugwalment adatti.

Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-libertajiet fundamentali, peress li s-separazzjoni artifiċjali tas-suq konġunt tal-elettriku Awstrijaku-Ġermaniż tagħti lok għal restrizzjonijiet kwantitattivi fuq il-kummerċ tal-elettriku bejn iż-żewġ Stati Membri. F’dan ir-rigward, skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata tikser il-moviment liberu tal-oġġetti sanċit fl-Artikoli 34 u 35 TFUE. Barra minn hekk, skont ir-rikorrenti, il-limitazzjonijiet fuq il-kapaċità ta’ trasferiment naxxenti mill-introduzzjoni ta’ konfini taż-żona tal-offerta u mekkaniżmu tal-allokazzjoni tal-kapaċità jimponu b’mod mhux iġġustifikat restrizzjonijiet fuq il-libertà tar-rikorrenti li tipprovdi servizzi (Artikolu 56 TFUE).

Fl-aħħar, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser id-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE peress li s-separazzjoni tas-suq konġunt tal-elettriku Awstrijaku-Ġermaniż bl-introduzzjoni ta’ konfini taż-żona tal-offerta u mekkaniżmu tal-allokazzjoni tal-kapaċità (CAM) tammonta għal diviżjoni tas-suq, li tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 101 TFUE.

4.

Ir-raba’ motiv jallega li bl-adozzjoni tad-deċiżjoni, ACER kisret diversi rekwiżiti proċedurali.

F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti ssostni li billi bbażat id-deċiżjoni tagħha b’mod żbaljat fuq l-Artikolu 15 tar-Regolament CACM, l-ACER konsegwentement segwit il-proċedura żbaljata għall-ħolqien ta’ konfini taż-żona tal-offerta u għall-introduzzjoni ta’ allokazzjonijiet tal-kapaċità.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-applikazzjoni sottomessa mir-regolatur Awstrijak, E-Control, li titlob li l-abbozz tas-CCR tat-TSO’s għandu jiġu emendat ma ġietx ipproċessata b’mod konformi mal-proċedura prevista fl-Artikolu 9(12) tar-Regolament CACM.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-ACER teċċedi l-kompetenza tagħha billi tiddikjara li l-Opinjoni mhux vinkolanti 09/2015 li nħarġet f’Settembu 2015 għandha effett vinkolanti. Barra minn hekk, skont ir-rikorrenti, peress li l-opinjoni li ġiet iddikjarata vinkolanti ma kinitx tifforma parti mill-proċedura ta’ konsultazzjoni, id-drittijiet proċedurali tr-rikorrenti ġew miksura b’mod fundamenti.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-fajl tal-ACER għall-preparazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata ma jinkludix studji tekniċi, analiżi u evalwazzjonijiet iddettaljati. Ir-rikorrenti tqis li jew l-Aġenzija pprovdiet lir-rikorrenti b’informazzjoni li b’mod sinfikattiv ma kintix kompluta u, b’dan, kisret id-dritt tar-rikorrenti għall-aċċess sħiħ għall-fajl tal-każ skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jew li l-Aġenzija ma ppreparat xejn u/jew ma kkonsultatx il-perizja teknika u l-analiżi sabiex issejjes id-deċiżjoni kkontestata fuq bażi fattwalment fondata (fatt li jkun jammonta wkoll għal żball proċedurali gravi).

Fl-aħħar, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq fatti l ima ġewx iċċarati b’mod suffiċjenti peress li l-Aġenzija naqset b’mod partikolari – iżda mhux b’mod limitattiv – li tipprovdi osservazzjonijiet dwar fejn teżisti konġestjoni strutturali fiż-żona tas-suq konġunt Awstrijaka-Ġermaniża u fejn din tista’ tiġi ġestita bl-iktar mod effiċjenti; dwar sa liema punt ikun hemm loop flows u sa fejn dawn jaffettwaw il-konfini Awstrijaku-Ġermaniż; dwar x’effetti għandhom il-miżuri viġenti u pendenti marbuta mal-espansjoni tan-netwerk u t-titjib tan-netwerk tas-sigurtà; dwar kif ħafna mill-elettriku li jgħaddi lejn l-Awstrija permezz ta’ Stati Membri oħra sussegwentement ikompli għaddej minn hemm lejn il-Ġermanja.

5.

Il-ħames motiv jallega nuqqas ta’ motivazzjoni.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222, tal-24 ta’ Lulju 2015, li jistabbilixxi Linji Gwida dwar l-Allokazzjoni tal-Kapaċità u l-Ġestjoni tal-Konġestjoni (ĠU L 197, p. 24).

(2)  Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU L 211, p. 1).

(3)  Regolament (KE) Nru 714/2009, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (ĠU L 211, p. 15).


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/23


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2017 – Grupo Orenes vs EUIPO – Akamon Entertainment Millenium (Bingo VIVA! Slots)

(Kawża T-63/17)

(2017/C 095/31)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Grupo Orenes, SL (Murcia, Spanja) (rappreżentant: M. Sanmartín Sanmartín, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Akamon Entertainment Millenium, SL (Barcelona, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “Bingo VIVA! Slots” – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 13 468 251

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-7/11/2016, fil-Każ R 453/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi invokati

ksur tal-Artikoli 64, 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009 moqrija flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tal-istess regolament u mar-Regoli 50 u 52 tar-Regolament Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, kif ukoll mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja marbuta mal-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija;

nuqqas ta’ twettiq ta’ paragun adegwat tas-sinjali kollha.


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/24


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2017 – Consorzio IB Innovation vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-84/17)

(2017/C 095/32)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Consorzio IB Innovation (Bentivoglio, L-Italja) (rappreżentanti: A. Masutti u P. Manzini, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, eventwalment anki parzjalment abbażi tal-motivi tar-rikors li jkunu ntlaqgħu;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż kollha tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa indirizzat kontra d-Deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea tat-30 ta’ Novembru 2016 (Ares 2016 – 6711369), li permezz tagħha din tal-aħħar qablet mar-rapport definittiv ta’ Lubbock Fine Nru 14-BA259-027 tal-21 ta’ Novembru 2016 u konsegwentement iddeċidiet li IBI huwa obbligat li jħallas lura l-amont ta’ EUR 294 925,43 fir-rigward tal-kuntratt Nru 261679-CONTAIN u ta’ EUR 155 482,91 fir-rigward tal-kuntratt Nru 288383-ICARGO, kif ukoll li tivverifika l-eżistenza ta’ żbalji sistematiċi fir-rigward ta’ kuntratti sussegwenti.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljat u kontradittorja tal-kunċetti ta’ “benefiċjarju” u “partijiet terzi” bi ksur tal-General Agreement (GA) u tal-General Conditions li jinsabu fl-Annessi II tal-GA.

Ir-rikorrenti ssostni, f’dan ir-rigward li, inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi tal-konsorzju, l-assjem tal-parteċipanti għall-konsorzju jikkostitwixxi l-entità kollettiva li għandha titqies bħala l-benefiċjarja tal-GA. Għaldaqstant, il-parteċipanti għall-konsorzju ma humiex partijiet terzi fir-rigward tal-benefiċjarju, iżda parti mill-benefiċjarju nnifsu. Bħala tali, il-persunal li jitqiegħed għad-dispożizzjoni minnhom lill-konsorzju għall-attività prevista mill-GA għandu jiġi kkunsidrat bħala persunal tal-benefiċjarju u ma għandux għalfejn jissemma’ mill-Anness I, kif mitlub mid-deċiżjoni kkontestata.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija nieqsa minn bażi legali, tinvoka motivazzjoni kontradittorja u tikser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

Ir-rikorrenti ssostni, f’dan ir-rigward, li d-deċiżjoni kkontestata għandha neċessarjament tibbaża ruħha fuq regola legali espliċita u mhux, bħal f’dan il-każ, fuq Guide on Financial issues, maħruġa mis-servizzi tal-Kummissjoni u li ma għandha ebda valur legali. Id-deċiżjoni tinjora wkoll il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, li jipprekludi lill-Kummissjoni milli tadotta atti ta’ natura vinkolanti fir-rigward ta’ destinatarji tagħhom, billi tibbaża ruħha fuq rapport mimli lakuni u kontradizzjonijiet ta’ awditur barra mill-Kummissjoni.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu II. 15. 2.c tal-Anness II tal-GA CONTAIN u ICARGO.

Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li, il-konsulenti ta’ IBI, li inċaħdilhom ir-rimbors tal-ispejjeż indiretti tagħhom, kienu professjonisti mhux impjegati ma’ xi entità oħra, jiġifieri kienu “self-employed”. Għaldaqstant, huma ma jaqgħu taħt l-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet previsti mill-paragrafu 2c tad-dispożizzjonijiet li qed jiġu kkunsidrati, dan il-fatt jeskludi l-possibbiltà ta’ rimbors tal-ispejjeż. Jekk il-konsulenti ta’ IBI li jaħdmu mid-dar ma jaqgħux taħt ebda sitwazzjoni eċċezzjonali, huma neċessarjament suġġetti għar-regola ġenerali, jiġifieri l-ispejjeż indiretti tagħhom huma suġġetti għar-regola tal-flat rate ta’ 60 %.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur tar-regoli lingwistiċi applikabbli fl-Unjoni Ewropea.

Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li kemm ir-rapport tal-awditur kontabbli, kif ukoll id-deċiżjoni tal-konvenuta li tadottah, huma redatti bl-Ingliż, jiġifieri f’lingwa differenti minn dik nazzjonali ta’ IBI. L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1 li jistabbilixxi r-reġim lingwistiku tal-Komunitá Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, ġie għalhekk miksur.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba abbażi tan-nuqqas ta’ diliġenza u attenzjoni fl-eżami tal-każ.

Ir-rikorrenti ssostni li fil-każ fejn il-Kummissjoni tiddelega lil awditur estern il-kompitu ta’ analiżi tal-korrettezza kontabbli tal-proġetti, l-obbligu ta’ diliġenza jgħaddi fuq dan l-awditur kontabbli. Barra minn hekk, malli rċiviet ir-rapport tal-awditur, il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba jimponi fuq il-Kummissjoni attenzjoni partikolari fl-analiżi ta’ dan u jagħtiha l-kapaċità li tintervjeni, jekk ikun il-każ, billi tbiddel il-kontenut tar-rapport. Il-Kummissjoni kisret dan l-obbligu ta’ diliġenza.


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/25


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2017 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-88/17)

(2017/C 095/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. Sampol Pucurull u M. García Valdecasas Dorrego, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla parzjalment, fir-rigward tal-Aġenzija tal-Ħlas ta’ Estremadura, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) 2016/2113, tat-30 ta’ Novembru 2016, dwar il-likwidazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri dwar in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) fl-aħħar sena ta’ implementazzjoni tal-perjodu ta’ programmazzjoni FAEŻR 2007-2013 (16 ta’ Ottubru 2015-31 ta’ Diċembru 2015), sa fejn hija ma tirrimborsalhiex somma ta’ EUR 5 364 682,52;

tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 69 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-20 ta’ Settembru 2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2005, L 277, p. 1), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 473/2009 tal-Kunsill, tal-25 ta’ Mejju 2009 (ĠU 2009, L 144, p. 3), sa fejn ma jippermettix it-tnaqqis ta’ ammont ta’ EUR 5 364 682,52 (ammonti li ma jistgħux jerġgħu jintużaw) fil-likwidazzjoni tal-kontijiet li jikkorrispondu għall-ispejjeż iffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) fl-aħħar sena ta’ implementazzjoni tal-perijodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 tal-FAEŻR.

2.

It-tieni motiv, invokat b’mod sussidjarju, fil-każ li l-Qorti Ġenerali tqis li ma hemmx ksur tal-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, u bbażat fuq il-kunsiderazzjoni li l-konvenuta aġixxiet b’mod arbitrarju, billi eċċediet is-setgħa ta’ diskrezzjoni tagħha u kisret ukoll il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi.


Rettifika

27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/26


Rettifika tal-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża F-104/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Lulju 2016 – U (*) -vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Pensjoni tas-superstiti — Artikoli 18 u 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Konjuġi superstiti ta’ ex uffiċjal — Eliġibbiltà — It-tieni żwieġ — Ugwaljanza fit-trattament bejn uffiċjali)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 364 tat-3 ta’ Ottubru 2016 , kif ippubblikat mill-ġdid għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ data personali)

(2017/C 095/34)

F’paġna 4, fil-Werrej, f’paġna 33 u f’paġna 34, “U (*)” għandha tinbidel b’“RN (*)”.


27.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/26


Rettifika tal-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża T-695/16 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2016 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fl-20 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża F-104/15, U (*) vs Il-Kummissjoni

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 441 tat-28 ta’ Novembru 2016 , kif ippubblikat mill-ġdid għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ data personali)

(2017/C 095/35)

F’paġna 4, fil-Werrej, u f’paġna 28, “U (*)” għandha tinbidel b’“RN (*)”.