ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 53

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
20 ta' Frar 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2017/C 53/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2017/C 53/02

Kawża C-503/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża Nuqqas ta’Stat li jwettaq obbligu — L-Artikoli 21, 45 u 49 TFUE — Artikoli 28 u 31 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea — Moviment liberu tal-persuni — Moviment liberu tal-ħaddiema — Libertà ta’ stabbiliment — Taxxa ta’ persuni fiżiċi fuq il-qligħ kapitali li jirriżulta minn trasferiment ta’ kapital azzjonarju — Taxxa ta’ persuni fiżiċi fuq il-qligħ kapitali li jirriżulta mit-trasferiment tal-assi kollha użati għall-eżerċizzju ta’ attività ta’ negozju u professjonali — Taxxa tal-ħruġ fuq l-individwi — Irkupru immedjat tat-taxxa — Differenza fit-trattament bejn il-persuni fiżiċi li jittrasferixxu l-kapital azzjonarju u jżommu r-residenza tagħhom fit-territorju nazzjonali u dawk li jwettqu dan it-trasferiment u jċaqilqu r-residenza tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew lejn iż-Żona Ekonomika Ewropea — Differenza fit-trattament bejn il-persuni fiżiċi li jittrasferixxu l-assi kollha marbuta ma’ attività eżerċitata abbażi individwali lil kumpannija li għandha s-sede tagħha u l-amministrazzjoni effettiva tagħha fit-territorju Portugiż u dawk li jwettqu tali trasferiment lejn kumpannija li għandha s-sede tagħha u l-amministrazzjoni effettiva tagħha fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea — Proporzjonalità

2

2017/C 53/03

Kawża C-524/14 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Hansestadt Lübeck, aventi kawża ta’ Flughafen Lübeck GmbH (Appell — Għajnuna mill-Istat — Tariffi tal-ajruport — Artikolu 108(2) TFUE — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali — Ammissibbiltà tar-rikors għal annullament — Persuna kkonċernata individwalment — Interess ġuridiku — Artikolu 107(1) TFUE — Kundizzjoni dwar is-selettività)

3

2017/C 53/04

Kawża C-593/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret – id-Danimarka) – Masco Denmark ApS, Damixa ApS vs Skatteministeriet (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà ta’ stabbiliment — Leġiżlazzjoni fiskali fil-qasam ta’ sottokapitalizzazzjoni tas-sussidjarji — Inklużjoni fid-dħul taxxabbli ta’ kumpannija li tislef tal-interessi tas-self imħallsa minn sussidjarja mhux residenti li sselfet — Eżenzjoni mill-interessi mħallsa minn sussidjarja residenti li sselfet — Tqassim ekwu tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri — Neċessità li jiġi evitat ir-riskju ta’ evażjoni fiskali)

3

2017/C 53/05

Kawżi magħquda C-20/15 P u C-21/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs World Duty Free Group SA, li kienet Autogrill España SA (C-20/15 P), Banco Santander SA, Santusa Holding SL (C-21/15 P) (Appell — Għajnuna mill-Istat — Artikolu 107(1) TFUE — Sistema fiskali — Taxxa fuq il-kumpanniji — Tnaqqis — Amortizzazzjoni tal-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma ta’ mill-inqas 5 % minn impriżi fiskalment domiċiljati fi Spanja f’impriżi fiskalment domiċiljati barra minn dan l-Istat Membru — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Kundizzjoni dwar is-selettività)

4

2017/C 53/06

Kawża C-51/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Celle- il-Ġermanja) – Remondis GmbH & Co. KG Region Nord vs Region Hannover (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 4(2) TUE — Osservanza tal-identità nazzjonali tal-Istati Membri inerenti fl-istrutturi politiċi u kostituzzjonali fundamentali tagħhom, inkluża l-awtonomija lokali u reġjonali — Organizzazzjoni interna tal-Istati Membri — Kollettivitajiet territorjali — Strument legali li joħloq entità ġdida rregolata mid-dritt pubbliku u li jorganizza t-trasferiment ta’ kompetenzi u ta’ responsabbiltajiet għat-twettiq ta’ kompiti pubbliċi — Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/18/KE — Artikolu 1(2)(a) — Kunċett ta’ kuntratt pubbliku)

5

2017/C 53/07

Kawża C-76/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Grondwettelijk Hof – il-Belġju) – Paul Vervloet et vs Ministerraad Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna implementata mir-Renju tal-Belġju favur il-kooperattivi finanzjarji tal-grupp ARCO — Skemi ta’ garanzija għal depożiti — Direttiva 94/19/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Skema ta’ garanzija li tipproteġi l-ishma tas-soċji, persuni fiżiċi, tal-kooperattivi attivi fis-settur finanzjarju — Esklużjoni — Artikoli 107 u 108 TFUE — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern

6

2017/C 53/08

Kawża C-119/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Apelacyjny w Warszawie – il-Polonja) – Biuro podróży Partner sp. z o.o sp. k. w Dąbrowie Górniczej vs Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — Direttiva 2009/22/KE — Protezzjoni tal-konsumaturi — Effett erga omnes ta’ klawżoli inġusti li jinsabu f’reġistru pubbliku — Sanzjoni pekunjarja imposta fuq bejjiegħ jew fornitur li jkun uża klawżola ekwivalenti għal dik inkluża fl-imsemmi reġistru — Bejjiegħ jew fornitur li ma jkunx ipparteċipa fil-proċedura li wasslet għall-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola — Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Kunċett ta’ qorti jew tribunal ta’ Stat Membru li kontra d-deċiżjonijiet tiegħu ma jkun hemm ebda rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali)

7

2017/C 53/09

Kawża C-131/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 – Club Hotel Loutraki vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Ellenika, Organismos Prognostikon Agonon Podosfairou AE (OPAP) (Appell — Għajnuna mill-Istat — Operat ta’ terminals tal-lotterija video — Għoti minn Stat Membru ta’ liċenzja esklużiva — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat — Artikolu 108(3) TFUE — Regolament (KE) Nru 659/1999 — Artikoli 4, 7, u 13 — Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali — Kunċett ta’ diffikultajiet serji — Data tal-evalwazzjoni — Artikolu 296 TFUE — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 41 tal-Karta — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 47 tal-Karta — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Artikolu 107(1) TFUE — Kunċett ta’ vantaġġ ekonomiku — Evalwazzjoni konġunta tal-miżuri nnotifikati)

8

2017/C 53/10

Kawżi magħquda C-154/15, C-307/15 u C-308/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil n o1 de Granada, Audiencia Provincial de Alicante – Spanja) – Francisco Gutiérrez Naranjo vs Cajasur Banco SAU (C-154/15), Ana María Palacios Martínez vs Banco Bilbao Vizcaya Argentaria SA (BBVA) (C-307/15), Banco Popular Español SA vs Emilio Irles López, Teresa Torres Andreu (C-308/15) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — Kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Self ipotekarju — Klawżoli inġusti — Artikolu 4(2) — Artikolu 6(1) — Dikjarazzjoni ta’ nullità — Limitazzjoni mill-qorti nazzjonali tal-effetti ratione temporis tad-dikjarazzjoni ta’ nullità ta’ klawżola inġusta)

8

2017/C 53/11

Kawżi magħquda C-164/15 P u C-165/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Aer Lingus Ltd, Ryanair Designated Activity Company, l-Irlanda (Appell — Għajnuna mill-Istat — Taxxa nazzjonali fuq it-trasport tal-ajru — Applikazzjoni ta’ taxxi ddifferenzjati — Rata mnaqqsa għal titjiriet b’destinazzjonijiet li ma jkunux iktar minn 300 km ’il bogħod mill-ajruport nazzjonali — Vantaġġ — Natura selettiva — Evalwazzjoni fil-każ li l-miżura fiskali tista’ tikkostitwixxi restrizzjoni fuq l-libertà li jiġu pprovduti servizzi — Irkupru — Dazju tas-sisa)

9

2017/C 53/12

Kawża C-201/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċmbru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Symvoulio tis Epikrateias – il-Greċja) – Anonymi Geniki Etairia Tsimenton Iraklis (AGET Iraklis) vs Ypourgos Ergasias, Koinonikis Asfalisis kai Koinonikis Allilengyis (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 98/59/KE — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri dwar it-tkeċċijiet kollettivi — Artikolu 49 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 16 — Libertà tal-impriża — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkonferixxi lil awtorità amministrattiva s-setgħa li topponi tkeċċijiet kollettivi wara evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol, tas-sitwazzjoni tal-impriża u tal-interess tal-ekonomija nazzjonali — Kriżi ekonomika gravi — Rata ta’ qgħad nazzjonali partikolarment għolja)

10

2017/C 53/13

Kawżi magħquda C-203/15 u C-698/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Kammarrätten i Stockholm – l-Isvezja, u tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit) – Tele2 Sverige AB vs Post- och telestyrelsen (C-203/15), Secretary of State for the Home Department vs Tom Watson, Peter Brice, Geoffrey Lewis (C-698/15) Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Komunikazzjonijiet elettroniċi — Ipproċessar ta’ data personali — Kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi — Protezzjoni — Direttiva 2002/58/KE — Artikoli 5, 6 u 9 kif ukoll Artikolu 15(1) — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikoli 7, 8 u 11 kif ukoll Artikolu 52(1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Obbligu dwar iż-żamma ġġeneralizzata u mingħajr distinzjoni tad-data dwar it-traffiku u tad-data dwar il-lokalizzazzjoni — Awtoritajiet nazzjonali — Aċċess għad-data — Assenza ta’ kontroll minn qabel minn qorti jew minn awtorità amministrattiva indipendenti — Kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni

11

2017/C 53/14

Kawża C-272/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit) – Swiss International Air Lines AG vs The Secretary of State for Energy and Climate Change, Environment Agency (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra — Obbligu ta’ restituzzjoni tal-kwoti ta’ emissjonijiet li jirriżultaw minn titjiriet bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u l-parti l-kbira tal-pajjiżi terzi — Deċiżjoni Nru 377/2013/UE — Artikolu 1 — Deroga temporanja — Esklużjoni tat-titjiriet lejn u minn ajruporti li jinsabu fl-Isvizzera — Differenza fit-trattament bejn Stati terzi — Prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament — Inapplikabbiltà)

12

2017/C 53/15

Kawża C-327/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – TDC A/S vs Teleklagenævnet, Erhvervs- og Vækstministeriet [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/22/KE — Servizz universali — Artikoli 12 u 13 — Kalkolu tal-ispejjeż tal-obbligi ta’ servizz universali — Artikolu 32 — Kumpens għall-ispejjeż marbuta mas-servizzi obbligatorji addizzjonali — Effett dirett — Artikolu 107(1) TFUE u Artikolu 108(3) TFUE — Servizzi ta’ sigurtà u ta’ emerġenza marittima żgurati fid-Danimarka u fi Greenland — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Tressiq ta’ talba għall-kumpens għall-ispejjeż marbuta mas-servizzi obbligatorji addizzjonali — Terminu ta’ tliet xhur — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività]

13

2017/C 53/16

Kawża C-355/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Bietergemeinschaft. Technische Gebäudebetreuung GesmbH und Caverion Österreich GmbH vs Universität für Bodenkultur Wien, VAMED Management und Service GmbH & Co. KG in Wien (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Direttiva 89/665/KEE — Proċeduri ta’ reviżjoni fir – rigward tal – għoti ta’ kuntratti pubbliċi — Artikolu 1(3) — Interess ġuridiku — Artikolu 2a(2) — Kunċett ta’ offerent ikkonċernat — Dritt ta’ offerent definittivament eskluż mill – awtorità kontraenti li jitlob reviżjoni tad – deċiżjoni sussegwenti tal – għoti tal – kuntratt)

14

2017/C 53/17

Kawża C-444/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Veneto – l-Italja) – Associazione Italia Nostra Onlus vs Comune di Venezia et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 2001/42/KE — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent — Artikolu 3(3) — Pjanijiet u programmi obbligatorjament suġġetti għal evalwazzjoni ambjentali unikament meta l-Istati Membri jistabbilixxu li huma jistgħu jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent — Validità fir-rigward tat-Trattat FUE u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Kunċett ta’ użu ta’ żoni żgħar fil-livell lokali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħmel riferiment għas-superfiċji taż-żoni kkonċernati)

15

2017/C 53/18

Kawżi Magħquda C-508/15 u C-509/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Sidika Ucar (C-508/15), Recep Kilic (C-509/15) vs Land Berlin (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Deċiżjoni Nru 1/80 — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 — Dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork fis-suq regolari tax-xogħol ta’ Stat Membru — Kundizzjonijiet — Assenza ta’ neċessità għall-ħaddiem Tork li jkun jagħmel parti mis-suq regolari tax-xogħol matul l-ewwel tliet snin tar-residenza tal-membru tal-familja)

16

2017/C 53/19

Kawża C-539/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Daniel Bowman vs Pensionsversicherungsanstalt (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Direttiva 2000/78/KE — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Artikolu 2(1) u (2) — Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età — Ftehim kollettiv ta’ xogħol — Estensjoni tat-terminu għall-avvanz mill-ewwel għat-tieni skala salarjali — Inugwaljanza fit-trattament indiretta bbażata fuq l-età)

16

2017/C 53/20

Kawża C-547/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – Interservice d.o.o. Koper vs Sándor Horváth (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Artikolu 96 — Proċedura ta’ tranżitu estern — Kunċett ta’ trasportatur — Assenza ta’ preżentazzjoni tal-merkanzija fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni — Responsabbiltà — Sottotrasportatur li ta lura l-merkanzija lit-trasportatur prinċipali fil-parking tal-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni u reġa’ ħa l-pussess ta’ din il-merkanzija fi traġitt sussegwenti)

17

2017/C 53/21

Kawża C-618/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Concurrence SARL vs Samsung Electronics France SAS, Amazon Services Europe Sàrl (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nruo44/2001 — Ġurisdizzjoni — Materji ta’ delitt jew kważi delitt — Netwerk ta’ distribuzzjoni selettiva — Bejgħ mill-ġdid barra minn netwerk fuq l-internet — Azzjoni għall-waqfien ta’ dannu illegali — Rabta ta’ konnessjoni)

18

2017/C 53/22

Kawża C-654/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen (l-Isvezja) – Länsförsäkringar AB vs Matek A/S (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 9(1)(b) — Artikolu 15(1) — Artikolu 51(1)(a) — Portata tad-dritt esklużiv mogħti lill-proprjetarju — Perijodu ta’ ħames snin wara r-reġistrazzjoni)

18

2017/C 53/23

Kawża C-104/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2016 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Front populaire pour la libération de la saguia-el-hamra et du rio de oro (Front Polisario), Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Relazzjonijiet barranin — Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar miżuri ta’ liberalizzazzjoni fil-qasam tal-agrikoltura u s-sajd — Deċiżjoni li tapprova l-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Locus standi — Applikazzjoni territorjali tal-ftehim — Interpretazzjoni tal-ftehim — Prinċipju ta’ awtodeterminazzjoni — Prinċipju ta’ effett relattiv tat-trattati

19

2017/C 53/24

Kawża C-343/16 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2016 minn Europäischer Tier- und Naturschutz e.V. u minn Horst Giesen mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-14 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawża T-595/15, Europäischer Tier- und Naturschutz eV u Horst Giesen vs Il-Kummissjoni Ewropea

20

2017/C 53/25

Kawża C-508/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance francophone de Bruxelles (il-Belġju) fis-26 ta’ Settembru 2016 – Karim Boudjellal vs Rauwers Contrôle SA

20

2017/C 53/26

Kawża C-559/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Novembru 2016 – Birgit Bossen et vs Brussels Airlines

20

2017/C 53/27

Kawża C-569/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Novembru 2016 – Stadt Wuppertal vs Maria Elisabeth Bauer

21

2017/C 53/28

Kawża C-570/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Germanja) fl-10 ta’ Novembru 2016 – Volker Willmeroth bħala proprjetarju tal-impriża TWI Technische Wartung und Instandsetzung Volker Willmeroth e. K. vs Martina Broßonn

21

2017/C 53/29

Kawża C-572/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Novembru 2016 – INEOS Köln GmbH vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

22

2017/C 53/30

Kawża C-646/16: għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fil-15 ta’ Diċembru 2016 – Khadija Jafari, Zainab Jafari

23

2017/C 53/31

Kawża C-663/16 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2016 minn Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH u Ecolab Deutschland GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-12 ta’ Ottubru 2016 fil-Kawża T-669/15, Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH u Ecolab Deutschland GmbH vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

25

2017/C 53/32

Kawża C-666/16 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2016 minn Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH u Ecolab Deutschland GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-12 ta Ottubru 2016 fil-Kawża T-543/15, Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH u Ecolab Deutschland GmbH vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

26

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 53/33

Kawża T-577/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Jannar 2017 – Gascogne Sack Deutschland GmbH u Gascogne vs L-Unjoni Ewropea (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Preċiżjoni tar-rikors — Preskrizzjoni — Ammissibbiltà — Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Terminu raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni — Dannu materjali — Telf subit — Interessi fuq l-ammont tal-multa mhux imħallsa — Spejjeż ta’ garanzija bankarja — Telf ta’ opportunità — Dannu immaterjali — Rabta kawżali)

27

2017/C 53/34

Kawża T-699/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Jannar 2017 – Topps Europe vs Il-Kummissjoni [Kompetizzjoni — Akkordji — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Għoti ta’ liċenzji tad – drittijiet tal – proprjetà intellettwali relatati ma’ oġġetti kollezzjonabbli relatati mal – futbol — Deċiżjoni li tiċħad ilment — Aċċess għall-fajl — Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Suq rilevanti — Liċenzja esklużiva — Monomarkiżmu — Prezzijiet eċċessivi]

28

2017/C 53/35

Kawża T-774/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2016 – Ice Foods vs EUIPO (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

29

2017/C 53/36

Kawża T-773/16: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2016 – Salehi vs Il-Kummissjoni

29

2017/C 53/37

Kawża T-845/16: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2016 – QG vs Il-Kummissjoni

30

2017/C 53/38

Kawża T-846/16: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2016 – QF vs Il-Kummissjoni

31

2017/C 53/39

Kawża T-851/16: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2016 – Access Info Europe vs Il-Kummissjoni

31

2017/C 53/40

Kawża T-852/16: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2016 – Access Info Europe vs Il-Kummissjoni

32

2017/C 53/41

Kawża T-866/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2016 – SilverTours vs EUIPO (billiger-mietwagen.de)

33

2017/C 53/42

Kawża T-877/16: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2016 – Verschuur vs Il-Kummissjoni

34

2017/C 53/43

Kawża T-879/16: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2016 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Marpefa (Vieta)

34

2017/C 53/44

Kawża T-880/16: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2016 – RF vs Il-Kummissjoni

35

2017/C 53/45

Kawża T-888/16: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2016 – BP vs FRA

36

2017/C 53/46

Kawża T-892/16: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2016 – Apple Sales International u Apple Operations Europe vs Il-Kummissjoni

37

2017/C 53/47

Kawża T-896/16: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2016 – Puma vs EUIPO – Senator (TRINOMIC)

39

2017/C 53/48

Kawża T-901/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2016 – Elche Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni

40

2017/C 53/49

Kawża T-902/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2016 – HeidelbergCement vs Il-Kummissjoni

40

2017/C 53/50

Kawża T-903/16: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2016 – RE vs Il-Kummissjoni Ewropea

41

2017/C 53/51

Kawża T-905/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2016 – Chefaro Ireland vs EUIPO – Laboratoires M&L (NUIT PRECIEUSE)

42

2017/C 53/52

Kawża T-909/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2016 – Laboratorios Ern vs EUIPO – Sharma (NRIM Life Sciences)

43

2017/C 53/53

Kawża T-910/16: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2016 – Hesse vs EUIPO – Wedl & Hofmann (TESTA ROSSA)

44

2017/C 53/54

Kawża T-911/16: Rikors ippreżentat fit-23 ta Diċembru 2016 – Wedl & Hofmann vs EUIPO – Hesse (TESTA ROSSA)

44

2017/C 53/55

Kawża T-1/17: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Jannar 2017 – La Mafia Franchises vs EUIPO – Italy (La Mafia SE SIENTA A LA MESA)

45

2017/C 53/56

Kawża T-5/17: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2017 – Sharif vs Il-Kunsill

46

2017/C 53/57

Kawża T-67/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2016 – fleur ami vs EUIPO – 8 seasons design (Lampes)

47

2017/C 53/58

Kawża T-736/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2016 – Amira et vs Il-BĊE

47


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 053/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 46, 13.2.2017

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 38, 6.2.2017

ĠU C 30, 30.1.2017

ĠU C 22, 23.1.2017

ĠU C 14, 16.1.2017

ĠU C 6, 9.1.2017

ĠU C 475, 19.12.2016

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-503/14) (1)

(“Nuqqas ta’Stat li jwettaq obbligu - L-Artikoli 21, 45 u 49 TFUE - Artikoli 28 u 31 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea - Moviment liberu tal-persuni - Moviment liberu tal-ħaddiema - Libertà ta’ stabbiliment - Taxxa ta’ persuni fiżiċi fuq il-qligħ kapitali li jirriżulta minn trasferiment ta’ kapital azzjonarju - Taxxa ta’ persuni fiżiċi fuq il-qligħ kapitali li jirriżulta mit-trasferiment tal-assi kollha użati għall-eżerċizzju ta’ attività ta’ negozju u professjonali - Taxxa tal-ħruġ fuq l-individwi - Irkupru immedjat tat-taxxa - Differenza fit-trattament bejn il-persuni fiżiċi li jittrasferixxu l-kapital azzjonarju u jżommu r-residenza tagħhom fit-territorju nazzjonali u dawk li jwettqu dan it-trasferiment u jċaqilqu r-residenza tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew lejn iż-Żona Ekonomika Ewropea - Differenza fit-trattament bejn il-persuni fiżiċi li jittrasferixxu l-assi kollha marbuta ma’ attività eżerċitata abbażi individwali lil kumpannija li għandha s-sede tagħha u l-amministrazzjoni effettiva tagħha fit-territorju Portugiż u dawk li jwettqu tali trasferiment lejn kumpannija li għandha s-sede tagħha u l-amministrazzjoni effettiva tagħha fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea - Proporzjonalità”)

(2017/C 053/02)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braga da Cruz u W. Roels, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Rebelo u J. Martins da Silva, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u K. Petersen, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi adottat u żammet fis-seħħ l-Artikolu 10(9)(a) tal-Código do Imposto sobre o Rendimento das Pessoas Singulares (kodiċi dwar it-taxxa fuq id-dħul ta’ persuni fiżiċi), skont liema, għal kontribwent li jitlef il-kwalità tiegħu ta’ residenti fit-territorju Portugiż, għall-finijiet fiskali għas-sena bażi ta’ dan it-telf tal-kwalità ta’ resident għandu jitqies fil-kategorija tal-qligħ kapitali, l-ammont li, skont l-Artikolu 10(8), tal-imsemmi kodiċi ma ġiex intaxxat matul trasferiment tal-kapital azzjonarju, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 21, 45 u 49 TFUE kif ukoll skont l-Artikoli 28 u 31 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.

2)

Billi adottat u żammet fis-seħħ l-Artikolu 38(1)(a) ta’ dan l-istess kodiċi, li jirriżerva l-benefiċċju tal-posponiment ta’ taxxa previst minn din id-dispożizzjoni għall-persuni fiżiċi li jittrasferixxu l-assi kollha relatati ma’ attività imprenditorjali u professjonali eżerċitata individwalment lejn kumpannija li għandha s-sede statutorja u l-amministrazzjoni effettiva tagħha fit-territorju Portugiż, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 49 TFUE u skont l-Artikolu 31 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 16, 19.01.2015.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Hansestadt Lübeck, aventi kawża ta’ Flughafen Lübeck GmbH

(Kawża C-524/14 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Tariffi tal-ajruport - Artikolu 108(2) TFUE - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Ammissibbiltà tar-rikors għal annullament - Persuna kkonċernata individwalment - Interess ġuridiku - Artikolu 107(1) TFUE - Kundizzjoni dwar is-selettività))

(2017/C 053/03)

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche, R. Sauer u V. Di Bucci, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Hansestadt Lübeck, aventi kawża ta’ Flughafen Lübeck GmbH (rappreżentanti: M. Núñez Müller u I. Ruck, Rechtsanwälte)

Intervenjenti insostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u K. Petersen, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. A. Sampol Pucurull, aġent)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti minn Hansestadt Lübeck.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 26, 26.1.2015.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret – id-Danimarka) – Masco Denmark ApS, Damixa ApS vs Skatteministeriet

(Kawża C-593/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment - Leġiżlazzjoni fiskali fil-qasam ta’ sottokapitalizzazzjoni tas-sussidjarji - Inklużjoni fid-dħul taxxabbli ta’ kumpannija li tislef tal-interessi tas-self imħallsa minn sussidjarja mhux residenti li sselfet - Eżenzjoni mill-interessi mħallsa minn sussidjarja residenti li sselfet - Tqassim ekwu tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri - Neċessità li jiġi evitat ir-riskju ta’ evażjoni fiskali))

(2017/C 053/04)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Masco Denmark ApS, Damixa ApS

Konvenut: Skatteministeriet

Dispożittiv

L-Artikolu 49 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 54 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħti lil kumpannija residenti eżenzjoni fiskali għall-interessi mħallsa minn sussidjarja residenti, sa fejn din tal-aħħar ma setgħetx tnaqqas l-ispiża korrispondenti minħabba regoli li jillimitaw id-dritt għal tnaqqis tal-interessi mħallsa fil-każ ta’ sottokapitalizzazzjoni, iżda teskludi l-eżenzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tagħha dwar is-sottokapitalizzazzjoni meta s-sussidjarja hija residenti fi Stat Membru ieħor.


(1)  ĠU C 73, 2.3.2015


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs World Duty Free Group SA, li kienet Autogrill España SA (C-20/15 P), Banco Santander SA, Santusa Holding SL (C-21/15 P)

(Kawżi magħquda C-20/15 P u C-21/15 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Sistema fiskali - Taxxa fuq il-kumpanniji - Tnaqqis - Amortizzazzjoni tal-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma ta’ mill-inqas 5 % minn impriżi fiskalment domiċiljati fi Spanja f’impriżi fiskalment domiċiljati barra minn dan l-Istat Membru - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Kundizzjoni dwar is-selettività))

(2017/C 053/05)

Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, B. Stromsky, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: World Duty Free Group SA, li kienet Autogrill España, SA (C-20/15 P), Banco Santander SA, Santusa Holding SL (C-21/15 P) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro u R. Calvo Salinero, avukati)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u K. Petersen, aġenti), L-Irlanda (rappreżentanti: G. Hodge u E. Creedon, aġenti, assistiti minn B. Doherty, barrister, u minn A. Goodman, barrister), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. A. Sampol Pucurull, aġent)

Dispożittiv

1)

Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tas-7 ta’ Novembru 2014, Autogrill España vs Il-Kummissjoni (T-219/10, EU:T:2014:939), kif ukoll tas-7 ta’ Novembru 2014, Banco Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni (T-399/11, EU:T:2014:938), huma annullati.

2)

Il-kawżi huma rrinvijati quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.

4)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 81, 9.3.2015.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Celle- il-Ġermanja) – Remondis GmbH & Co. KG Region Nord vs Region Hannover

(Kawża C-51/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 4(2) TUE - Osservanza tal-identità nazzjonali tal-Istati Membri inerenti fl-istrutturi politiċi u kostituzzjonali fundamentali tagħhom, inkluża l-awtonomija lokali u reġjonali - Organizzazzjoni interna tal-Istati Membri - Kollettivitajiet territorjali - Strument legali li joħloq entità ġdida rregolata mid-dritt pubbliku u li jorganizza t-trasferiment ta’ kompetenzi u ta’ responsabbiltajiet għat-twettiq ta’ kompiti pubbliċi - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 1(2)(a) - Kunċett ta’ “kuntratt pubbliku”))

(2017/C 053/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Celle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Remondis GmbH & Co. KG Region Nord

Konvenut: Region Hannover

fil-preżenza ta’: Zweckverband Abfallwirtschaft Region Hannover

Dispożittiv

L-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandu jiġi interpretat fis-sens li ftehim konkluż bejn żewġ kollettivitajiet territorjali, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li abbażi tiegħu dawn tal-aħħar jadottaw regolament statutorju li joħloq sindakat ta’ kollettivitajiet, li jkun persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku, u li jittrasferixxi lil din l-entità pubblika ġdida ċerti kompetenzi li sa dak iż-żmien kienu responsabbli għalihom dawn il-kollettivitajiet u li minn dak iż-żmien ’il quddiem huwa responsabbli għalihom dan is-sindakat ta’ kollettivitajiet, ma jikkostitwixxix kuntratt pubbliku.

Madankollu, tali trasferiment ta’ kompetenzi li jirrigwardaw it-twettiq ta’ kompiti pubbliċi jkun jeżisti biss jekk jirrigwarda kemm ir-responsabbiltajiet marbuta mal-kompetenza ttrasferita kif ukoll il-poteri li huma l-korollarju ta’ din tal-aħħar, b’mod li l-awtorità pubblika l-ġdida li jkollha kompetenza jkollha awtonomija deċiżjonali u finanzjarja, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 155, 11.5.2015.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Grondwettelijk Hof – il-Belġju) – Paul Vervloet et vs Ministerraad

(Kawża C-76/15) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna implementata mir-Renju tal-Belġju favur il-kooperattivi finanzjarji tal-grupp ARCO - Skemi ta’ garanzija għal depożiti - Direttiva 94/19/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Skema ta’ garanzija li tipproteġi l-ishma tas-soċji, persuni fiżiċi, tal-kooperattivi attivi fis-settur finanzjarju - Esklużjoni - Artikoli 107 u 108 TFUE - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern)

(2017/C 053/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Grondwettelijk Hof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Paul Vervloet, Marc De Wit, Edgard Timperman, Godelieve Van Braekel, Patrick Beckx, Marc De Schryver, Guy Deneire, Steve Van Hoof, Organisme voor de financiering van pensioenen Ogeo Fund, Gemeente Schaarbeek, Frédéric Ensch Famenne

Konvenut: Ministerraad

Fil-preżenza ta’: Arcofin CVBA, Arcopar CVBA, Arcoplus CVBA

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 1994, dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti, kif emendata permezz tad-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-9 ta’ Marzu 2005, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jeżiġux li l-Istati Membri jadottaw skema ta’ garanzija għall-ishma ta’ kooperattivi awtorizzati attivi fis-settur finanzjarju, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u lanqas ma jipprekludu li Stat Membru jadotta tali skema, sakemm din l-iskema ma tikkompromettix l-effikaċja prattika tal-iskema ta’ garanzija għal depożiti li din id-direttiva tobbliga lill-Istati Membri jistabbilixxu, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, u sakemm l-imsemmija skema tkun konformi mat-Trattat FUE, b’mod partikolari l-Artikoli 107 u 108 TFUE.

2)

L-eżami tad-domandi preliminari magħmula mill-Grondwettelijk Hof (qorti kostituzzjonali, il-Belġju) ma żvela l-ebda element ta’ natura tali li jaffettwa l-validità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/686/UE, tat-3 ta’ Lulju 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33927 (12/C) (ex 11/NN) implimentata mill-Belġju – Skema ta’ garanzija li tipproteġi l-ishma ta’ membri individwali ta’ kooperattivi finanzjarji.

3)

L-Artikolu 108(3) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi skema ta’ garanzija bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn din tal-aħħar tkun ġiet implementata bi ksur tal-obbligi li jirriżultaw minn din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 171, 26.5.2015.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Apelacyjny w Warszawie – il-Polonja) – Biuro podróży “Partner” sp. z o.o sp. k. w Dąbrowie Górniczej vs Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów

(Kawża C-119/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Direttiva 2009/22/KE - Protezzjoni tal-konsumaturi - Effett erga omnes ta’ klawżoli inġusti li jinsabu f’reġistru pubbliku - Sanzjoni pekunjarja imposta fuq bejjiegħ jew fornitur li jkun uża klawżola ekwivalenti għal dik inkluża fl-imsemmi reġistru - Bejjiegħ jew fornitur li ma jkunx ipparteċipa fil-proċedura li wasslet għall-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Kunċett ta’ “qorti jew tribunal ta’ Stat Membru li kontra d-deċiżjonijiet tiegħu ma jkun hemm ebda rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali”))

(2017/C 053/08)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Apelacyjny w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Biuro podróży “Partner” sp. z o.o sp. k. w Dąbrowie Górniczej

Konvenut: Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, moqrija flimkien mal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi kif ukoll fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li l-użu ta’ klawżoli ta’ kundizzjonijiet ġenerali, li l-kontenut tagħhom huwa ekwivalenti għal dak ta’ klawżoli meqjusa illegali permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja definittiva u li huma inklużi f’reġistru nazzjonali tal-klawżoli ta’ kundizzjonijiet ġenerali meqjusa illegali, jitqies, fir-rigward ta’ bejjiegħ jew fornitur li ma kienx parti fil-proċedura li wasslet għall-inklużjoni ta’ dawn il-klawżoli fl-imsemmi reġistru, bħala aġir illegali, sakemm, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, dan il-bejjiegħ jew fornitur igawdi minn dritt għal rimedju effettiv kemm kontra d-deċiżjoni li tammetti l-ekwivalenza tal-klawżoli mqabbla li tirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk, b’teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha rilevanti speċifiċi għal kull każ, dawn il-klawżoli humiex materjalment identiċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-effetti prodotti għad-detriment tal-konsumaturi kif ukoll kontra d-deċiżjoni li tistabbilixxi, skont il-każ, l-ammont tal-multa imposta.

2)

It-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti bħalma hija l-qorti tar-rinviju, li d-deċiżjonijiet tagħha, mogħtija fil-kuntest ta’ tilwima bħal dik fil-kawża prinċipali, jistgħu jkunu suġġetti għal appell ta’ kassazzjoni, ma tistax tiġi kklassifikata bħala “qorti jew tribunal ta’ Stat Membru li kontra id-deċiżjonijiet tiegħu ma jkun hemm ebda rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali”.


(1)  ĠU C 198, 15.6.2015.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 – Club Hotel Loutraki vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Ellenika, Organismos Prognostikon Agonon Podosfairou AE (OPAP)

(Kawża C-131/15 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Operat ta’ terminals tal-lotterija video - Għoti minn Stat Membru ta’ liċenzja esklużiva - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Artikolu 108(3) TFUE - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikoli 4, 7, u 13 - Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Kunċett ta’ “diffikultajiet serji” - Data tal-evalwazzjoni - Artikolu 296 TFUE - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 41 tal-Karta - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 47 tal-Karta - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Artikolu 107(1) TFUE - Kunċett ta’ “vantaġġ ekonomiku” - Evalwazzjoni konġunta tal-miżuri nnotifikati))

(2017/C 053/09)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Club Hotel Loutraki AE, Vivere Entertainment AE, Theros International Gaming, Inc., Elliniko Casino Kerkyras, Casino Rodos, Porto Carras AE, Kazino Aigaiou AE (rappreżentanti: I. Ioannidis, dikigoros, S. Pappas, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u P.J. Loewenthal, aġenti), Ir-Repubblika Ellenika, Organismos Prognostikon Agonon Podosfairou AE (OPAP) (rappreżentanti: A. Tomtsis, dikigoros, M. Petite, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Club Hotel Loutraki AE, Vivere Entertainment AE, Theros International Gaming, Inc., Elliniko Casino Kerkyras, Casino Rodos, Porto Carras AE u Kazino Aigaiou AE huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 198, 15.6.2015.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil n o1 de Granada, Audiencia Provincial de Alicante – Spanja) – Francisco Gutiérrez Naranjo vs Cajasur Banco SAU (C-154/15), Ana María Palacios Martínez vs Banco Bilbao Vizcaya Argentaria SA (BBVA) (C-307/15), Banco Popular Español SA vs Emilio Irles López, Teresa Torres Andreu (C-308/15)

(Kawżi magħquda C-154/15, C-307/15 u C-308/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Self ipotekarju - Klawżoli inġusti - Artikolu 4(2) - Artikolu 6(1) - Dikjarazzjoni ta’ nullità - Limitazzjoni mill-qorti nazzjonali tal-effetti ratione temporis tad-dikjarazzjoni ta’ nullità ta’ klawżola inġusta))

(2017/C 053/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qrati tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil n o1 de Granada, Audiencia Provincial de Alicante

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Francisco Gutiérrez Naranjo (C-154/15), Ana María Palacios Martínez (C-307/15), Banco Popular Español SA (C-308/15)

Konvenuti: Cajasur Banco SAU (C-154/15), Banco Bilbao Vizcaya Argentaria SA (BBVA) (C-307/15), Emilio Irles López, Teresa Torres Andreu (C-308/15)

Dispożittiv

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li tillimita ratione temporis l-effetti restitutorji marbuta mad-dikjarazzjoni ġudizzjarja tal-karattru inġust, fis-sens tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, ta’ klawżola f’kuntratt konkluż ma’ konsumatur minn bejjiegħ jew fornitur, biss għall-ammonti mħallsa indebitament skont tali klawżola wara l-għoti tad-deċiżjoni li kkonstatat ġudizzjarjament dan il-karattru inġust.


(1)  ĠU C 228, 13.7.2015.

ĠU C 279, 24.8.2015.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Aer Lingus Ltd, Ryanair Designated Activity Company, l-Irlanda

(Kawżi magħquda C-164/15 P u C-165/15 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Taxxa nazzjonali fuq it-trasport tal-ajru - Applikazzjoni ta’ taxxi ddifferenzjati - Rata mnaqqsa għal titjiriet b’destinazzjonijiet li ma jkunux iktar minn 300 km ’il bogħod mill-ajruport nazzjonali - Vantaġġ - Natura selettiva - Evalwazzjoni fil-każ li l-miżura fiskali tista’ tikkostitwixxi restrizzjoni fuq l-libertà li jiġu pprovduti servizzi - Irkupru - Dazju tas-sisa))

(2017/C 053/11)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, D. Grespan, T. Maxian Rusche u B. Stromsky, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Aer Lingus Ltd (rappreżentanti: K. Bacon u A. Robertson, QC, kif ukoll minn D. Bailey, barrister, fuq mandat ta’ A. Burnside, solicitor), Ryanair Designated Activity Company, li kienet Ryanair Ltd (rappreżentanti: B. Kennelly, QC, I.-G. Metaxas-Maragkidis, avukat, et E. Vahida, avocat), l-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon, J. Quaney u A. Joyce, aġenti, assistiti minn E. Regan, SC u B. Doherty, BL)

Dispożittiv

1)

Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-5 ta’ Frar 2015, Aer Lingus vs Il-Kummissjoni (T-473/12, mhux ippubblikata, EU:T:2015:78), u tal-5 ta’ Frar 2015, Ryanair vs Il-Kummissjoni (T-500/12, mhux ippubblikata, EU:T:2015:73), huma annullati, sa fejn jannullaw l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/199/UE, tal-25 ta’ Lulju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat, il-Każ SA.29064 (11/C, ex 11/NN) — Rati tat-taxxa differenzjati għall-ivvjaġġar bl-ajru implementati mill-Irlanda, sa fejn dan l-artikolu jordna l-irkupru tal-għajnuna mingħand benefiċjarji, fl-ammont li huwa stabbilit għal EUR 8 għal kull passiġġier fil-premessa 70 tal-imsemmija deċiżjoni.

2)

L-appelli inċidentali huma miċħuda.

3)

Ir-rikorsi għal annullament ippreżentati minn Aer Lingus Ltd u minn Ryanair Designated Activity Company kontra d-Deċiżjoni Nru 2013/199 huma miċħuda.

4)

Aer Lingus Ltd u Ryanair Designated Activity Company huma kkundannati li jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea kemm quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fil-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

5)

L-Irlanda għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 205, 22.6.2015.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċmbru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Symvoulio tis Epikrateias – il-Greċja) – Anonymi Geniki Etairia Tsimenton Iraklis (AGET Iraklis) vs Ypourgos Ergasias, Koinonikis Asfalisis kai Koinonikis Allilengyis

(Kawża C-201/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 98/59/KE - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri dwar it-tkeċċijiet kollettivi - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 16 - Libertà tal-impriża - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkonferixxi lil awtorità amministrattiva s-setgħa li topponi tkeċċijiet kollettivi wara evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol, tas-sitwazzjoni tal-impriża u tal-interess tal-ekonomija nazzjonali - Kriżi ekonomika gravi - Rata ta’ qgħad nazzjonali partikolarment għolja))

(2017/C 053/12)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Anonymi Geniki Etairia Tsimenton Iraklis (AGET Iraklis)

Konvenuti: Ypourgos Ergasias, Koinonikis Asfalisis kai Koinonikis Allilengyis

fil-preżenza ta’: Enosi Ergazomenon Tsimenton Chalkidas

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies [tkeċċijiet] kollettivi, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li abbażi tagħha persuna li timpjega tista’, fl-assenza ta’ ftehim mar-rappreżentanti tal-ħaddiema dwar proġett ta’ tkeċċija kollettiva, tipproċedi b’tali tkeċċija biss bil-kundizzjoni li l-awtorità pubblika nazzjonali kompetenti li għandha tiġi nnotifikata b’dan il-proġett ma tadottax, fit-terminu previst mill-imsemmija leġiżlazzjoni u wara eżami tal-fajl u evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol, tas-sitwazzjoni tal-impriża kif ukoll tal-interess tal-ekonomija nazzjonali, deċiżjoni motivata li ma tawtorizzax it-twettiq ta’ parti mit-tkeċċijiet proposti jew it-tkeċċijiet kollha. Ikun differenti jekk ikun il-każ, li hija, skont il-każ, il-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, li, fid-dawl tat-tliet kriterji ta’ evalwazzjoni li tirreferi għalihom din il-leġiżlazzjoni u tal-applikazzjoni konkreta tagħha li twettaq l-imsemmija awtorità pubblika taħt l-istħarriġ tal-qrati kompetenti, l-imsemmija leġiżlazzjoni għandha l-konsegwenza li ċċaħħad id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva mill-effettività tagħhom.

2)

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik imsemmija fl-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu ta’ dan il-punt.

3)

L-eżistenza eventwali, fi Stat Membru, ta’ kuntest ikkaratterizzat minn kriżi ekonomika gravi u rata ta’ qgħad partikolarment għolja, ma hijiex ta’ natura li taffettwa r-risposti mogħtija fil-punt 1 ta’ dan id-dispożittiv.


(1)  ĠU C 221, 6.7.2015


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Kammarrätten i Stockholm – l-Isvezja, u tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit) – Tele2 Sverige AB vs Post- och telestyrelsen (C-203/15), Secretary of State for the Home Department vs Tom Watson, Peter Brice, Geoffrey Lewis (C-698/15)

(Kawżi magħquda C-203/15 u C-698/15) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Komunikazzjonijiet elettroniċi - Ipproċessar ta’ data personali - Kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet elettroniċi - Protezzjoni - Direttiva 2002/58/KE - Artikoli 5, 6 u 9 kif ukoll Artikolu 15(1) - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 7, 8 u 11 kif ukoll Artikolu 52(1) - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Obbligu dwar iż-żamma ġġeneralizzata u mingħajr distinzjoni tad-data dwar it-traffiku u tad-data dwar il-lokalizzazzjoni - Awtoritajiet nazzjonali - Aċċess għad-data - Assenza ta’ kontroll minn qabel minn qorti jew minn awtorità amministrattiva indipendenti - Kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni”)

(2017/C 053/13)

Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż u l-Ingliż

Qrati tar-rinviju

Kammarrätten i Stockholm, Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tele2 Sverige AB (C-203/15), Secretary of State for the Home Department (C-698/15)

Konvenuti: Post- och telestyrelsen (C-203/15), Tom Watson, Peter Brice, Geoffrey Lewis (C-698/15)

fil-preżenza ta’: Open Rights Group, Privacy International, The Law Society of England and Wales

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Lulju 2002, dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, moqri fid-dawl tal-Artikoli 7, 8 u 11, kif ukoll tal-Artikolu 52(1), tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-kriminalità, żamma ġġeneralizzata u mingħajr distinzjoni tad-data kollha dwar it-traffiku u tad-data kollha dwar il-lokalizzazzjoni tal-abbonati u tal-utenti rreġistrati kollha fir-rigward tal-mezzi kollha ta’ komunikazzjoni elettronika.

2)

L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58, kif emendata bid-Direttiva 2009/136, moqri fid-dawl tal-Artikoli 7, 8 u 11, kif ukoll tal-Artikolu 52(1), tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-protezzjoni u s-sigurtà tad-data dwar it-traffiku u tad-data dwar il-lokalizzazzjoni, b’mod partikolari l-aċċess mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għad-data miżmuma, mingħajr ma tillimita, fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-kriminalità, dan l-aċċess għall-finijiet biss tal-ġlieda kontra l-kriminalità gravi, mingħajr ma tissuġġetta l-imsemmi aċċess għal kontroll minn qabel minn qorti jew minn awtorità amministrattiva indipendenti, u mingħajr ma teżiġi li d-data inkwistjoni tinżamm fit-territorju tal-Unjoni.

3)

It-tieni domanda magħmula mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) [qorti tal-appell (Ingilterra u Wales) (diviżjoni ċivili), ir-Renju Unit] hija inammissibbli.


(1)  ĠU C 221, 6.7.2015.

ĠU C 98, 14.3.2016.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit) – Swiss International Air Lines AG vs The Secretary of State for Energy and Climate Change, Environment Agency

(Kawża C-272/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Obbligu ta’ restituzzjoni tal-kwoti ta’ emissjonijiet li jirriżultaw minn titjiriet bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u l-parti l-kbira tal-pajjiżi terzi - Deċiżjoni Nru 377/2013/UE - Artikolu 1 - Deroga temporanja - Esklużjoni tat-titjiriet lejn u minn ajruporti li jinsabu fl-Isvizzera - Differenza fit-trattament bejn Stati terzi - Prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament - Inapplikabbiltà))

(2017/C 053/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Swiss International Air Lines AG

Konvenuti: The Secretary of State for Energy and Climate Change, Environment Agency

Dispożittiv

L-eżami fir-rigward tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tad-Deċiżjoni Nru 377/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ April 2013, għal deroga temporanja mid-Direttiva 2003/87/KE, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, ma żvela ebda element li jista’ jaffettwa l-validità ta’ din id-deċiżjoni, sa fejn id-deroga temporanja li jipprevedi l-Artikolu 1 tagħha għar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 12(2a) u mill-Artikolu 16 tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, kif emendata bid-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, f’dak li jikkonċerna r-restituzzjoni tal-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għat-titjiriet operati matul l-2012 bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-parti l-kbira tal-pajjiżi terzi, ma tapplikax, b’mod partikolari, għat-titjiriet minn jew lejn ajruporti li jinsabu fl-Isvizzera.


(1)  ĠU C 279, 24.08.2015.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – TDC A/S vs Teleklagenævnet, Erhvervs- og Vækstministeriet

(Kawża C-327/15) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/22/KE - Servizz universali - Artikoli 12 u 13 - Kalkolu tal-ispejjeż tal-obbligi ta’ servizz universali - Artikolu 32 - Kumpens għall-ispejjeż marbuta mas-servizzi obbligatorji addizzjonali - Effett dirett - Artikolu 107(1) TFUE u Artikolu 108(3) TFUE - Servizzi ta’ sigurtà u ta’ emerġenza marittima żgurati fid-Danimarka u fi Greenland - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Tressiq ta’ talba għall-kumpens għall-ispejjeż marbuta mas-servizzi obbligatorji addizzjonali - Terminu ta’ tliet xhur - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività])

(2017/C 053/15)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TDC A/S

Konvenut: Teleklagenævnet, Erhvervs- og Vækstministeriet

Dispożittiv

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali), u, b’mod partikolari, l-Artikolu 32 tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi mekkaniżmu ta’ kumpens għall-provvista ta’ servizzi obbligatorji addizzjonali li jipprovdi li impriża ma għandhiex dritt għall-kumpens mill-Istat Membru tal-ispiża netta tal-provvista ta’ servizz obbligatorju addizzjonali meta l-bilanċ pożittiv iġġenerat minn din l-impriża fil-kuntest ta’ servizzi oħra li jaqgħu taħt l-obbligi ta’ servizz universali tagħha jkun ikbar mill-bilanċ negattiv marbut mal-provvista ta’ dan is-servizz obbligatorju addizzjonali.

2)

Id-Direttiva 2002/22 għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li impriża maħtura bħala fornitur ta’ servizzi obbligatorji addizzjonali għandha dritt għall-kumpens mill-Istat Membru tal-ispiża netta tal-provvista ta’ dawn is-servizzi fil-każ biss li din l-ispiża tikkostitwixxi piż mhux iġġustifikat għal din l-impriża.

3)

Id-Direttiva 2002/22 għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-ispiża netta sostnuta minn impriża maħtura sabiex tissodisfa obbligu ta’ servizz universali tirriżulta mid-differenza bejn id-dħul kollu u l-ispejjeż kollha marbuta mal-provvista tas-servizz inkwistjoni, inklużi d-dħul u l-ispejjeż li l-impriża kienet xorta waħda tirreġistra li kieku ma kinitx operatur ta’ servizz universali.

4)

F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-fatt li l-impriża inkarigata b’servizz obbligatorju addizzjonali fis-sens tal-Artikolu 32 tad-Direttiva 2002/22 ma tipprovdix dan is-servizz fit-territorju tad-Danimarka biss, iżda wkoll f’dak ta’ Greenland, ma għandux effett fuq l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva.

5)

L-Artikolu 32 tad-Direttiva 2002/22 għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu effett dirett sa fejn jipprojbixxi lill-Istati Membri milli jġiegħlu lill-impriża inkarigata bil-provvista ta’ servizz obbligatorju addizzjonali ssostni l-ispejjeż kollha, jew parti minnhom, marbuta ma’ din il-provvista.

6)

Il-prinċipji ta’ lealtà, ta’ ekwivalenza u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta t-tressiq, mill-operatur inkarigat b’servizz universali, ta’ talbiet għall-kumpens għall-bilanċ negattiv tas-sena finanzjarja preċedenti għal terminu ta’ tliet xhur li jiddekorri mill-iskadenza tat-terminu impost fuq dan l-operatur sabiex jikkomunika rapport annwali lill-awtorità nazzjonali kompetenti, bil-kundizzjoni li dan it-terminu ma jkunx inqas favorevoli minn dak previst fid-dritt nazzjonali għal talba analoga u li ma jkunx ta’ natura li jagħmel prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija lill-impriżi mid-Direttiva 2002/22, kwistjoni din li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 294, 7.9.2015.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Bietergemeinschaft. Technische Gebäudebetreuung GesmbH und Caverion Österreich GmbH vs Universität für Bodenkultur Wien, VAMED Management und Service GmbH & Co. KG in Wien

(Kawża C-355/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 89/665/KEE - Proċeduri ta’ reviżjoni fir – rigward tal – għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Artikolu 1(3) - Interess ġuridiku - Artikolu 2a(2) - Kunċett ta’ “offerent ikkonċernat” - Dritt ta’ offerent definittivament eskluż mill – awtorità kontraenti li jitlob reviżjoni tad – deċiżjoni sussegwenti tal – għoti tal – kuntratt))

(2017/C 053/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bietergemeinschaft. Technische Gebäudebetreuung GesmbH und Caverion Österreich GmbH

Konvenuta: Universität für Bodenkultur Wien, VAMED Management und Service GmbH & Co. KG in Wien

Dispożittiv

L-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet], kif emendata bid-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li offerent li kien ġie eskluż minn proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku permezz ta’ deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li saret definittiva jiġi mċaħħad mill-aċċess għar-reviżjoni tad-deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt pubbliku kkonċernat u tal-konklużjoni tal-kuntratt meta jkunu biss dan l-offerent eskluż u dak li ngħatalu dan il-kuntratt li jkunu ressqu offerti u l-imsemmi offerent isostni li l-offerta ta’ dak li ngħatalu l-kuntratt kellha tiġi eskluża wkoll.


(1)  ĠU C 320, 28.9.2015.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Veneto – l-Italja) – Associazione Italia Nostra Onlus vs Comune di Venezia et

(Kawża C-444/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2001/42/KE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent - Artikolu 3(3) - Pjanijiet u programmi obbligatorjament suġġetti għal evalwazzjoni ambjentali unikament meta l-Istati Membri jistabbilixxu li huma jistgħu jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent - Validità fir-rigward tat-Trattat FUE u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Kunċett ta’ użu ta’ “żoni żgħar fil-livell lokali” - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħmel riferiment għas-superfiċji taż-żoni kkonċernati))

(2017/C 053/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Veneto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Associazione Italia Nostra Onlus

Konvenuti: Comune di Venezia, Ministero per i beni e le attività culturali, Regione del Veneto, Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Ministero della Difesa Capitaneria di Porto di Venezia, Agenzia del Demanio

fil-preżenza ta’: Società Ca’ Roman Srl

Dispożittiv

1)

L-eżami tal-ewwel domanda preliminari ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2)

L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/42, moqri flimkien mal-premessa 10 ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “żoni żgħar fil-livell lokali” li jidher f’dan il-paragrafu 3 għandu jiġi ddefinit billi jsir riferiment għas-superfiċji taż-żona kkonċernata fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

il-pjan jew il-programm huwa mfassal u/jew adottat minn awtorità lokali, b’kuntrast ma’ awtorità reġjonali jew nazzjonali, u

din iż-żona ġewwa l-qafas tal-ġurisdizzjoni territorjali tal-awtorità lokali tirrappreżenta, proporzjonalment ma’ din il-ġurisdizzjoni territorjali, daqs żgħir.


(1)  ĠU C 381, 16.11.2015.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Sidika Ucar (C-508/15), Recep Kilic (C-509/15) vs Land Berlin

(Kawżi Magħquda C-508/15 u C-509/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Deċiżjoni Nru 1/80 - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 - Dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja ta’ ħaddiem Tork fis-suq regolari tax-xogħol ta’ Stat Membru - Kundizzjonijiet - Assenza ta’ neċessità għall-ħaddiem Tork li jkun jagħmel parti mis-suq regolari tax-xogħol matul l-ewwel tliet snin tar-residenza tal-membru tal-familja))

(2017/C 053/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sidika Ucar (C-508/15), Recep Kilic (C-509/15)

Konvenut: Land Berlin

Dispożittiv

L-ewwel inċiż tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-assoċjazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tagħti dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti lill-membru tal-familja ta’ ħaddiem Tork, li ġie awtorizzat jidħol f’dan l-Istat Membru, għall-finijiet tar-riunifikazzjoni tal-familja, u li, sa mid-data tad-dħul tiegħu fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru, għex ma’ dan il-ħaddiem Tork, anki jekk il-perijodu ta’ mill-inqas tliet snin li matulu dan tal-aħħar kien jagħmel parti mis-suq regolari tax-xogħol ma bediex immedjatament mal-wasla tal-membru tal-familja kkonċernat fl-Istat Membru ospitanti, iżda warajha.


(1)  ĠU C 16, 18.1.2016.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Daniel Bowman vs Pensionsversicherungsanstalt

(Kawża C-539/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Artikolu 2(1) u (2) - Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Ftehim kollettiv ta’ xogħol - Estensjoni tat-terminu għall-avvanz mill-ewwel għat-tieni skala salarjali - Inugwaljanza fit-trattament indiretta bbażata fuq l-età))

(2017/C 053/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Daniel Bowman

Konvenuta: Pensionsversicherungsanstalt

Dispożittiv

L-Artikolu 2(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix ftehim kollettiv ta’ xogħol nazzjonali, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li bis-saħħa tiegħu impjegat, li jibbenefika mit-teħid inkunsiderazzjoni ta’ perijodi skolastiċi għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tiegħu fl-iskali salarjali, huwa suġġett għal estensjoni tat-terminu għall-avvanz mill-ewwel għat-tieni skala salarjali, peress li din l-estensjoni tapplika għal kull impjegat li jibbenefika mit-teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn il-perijodi, inkluż b’mod retroattiv għal dawk li jkunu diġà laħqu l-iskali segwenti.


(1)  ĠU C 27, 25.1.2016.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – Interservice d.o.o. Koper vs Sándor Horváth

(Kawża C-547/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikolu 96 - Proċedura ta’ tranżitu estern - Kunċett ta’ “trasportatur” - Assenza ta’ preżentazzjoni tal-merkanzija fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni - Responsabbiltà - Sottotrasportatur li ta lura l-merkanzija lit-trasportatur prinċipali fil-parking tal-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni u reġa’ ħa l-pussess ta’ din il-merkanzija fi traġitt sussegwenti))

(2017/C 053/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Interservice d.o.o. Koper

Konvenut: Sándor Horváth

Dispożittiv

1)

Il-kunċett ta’ “trasportatur”, li għandu obbligu li jippreżenta l-merkanzija intatta fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni msemmi fl-Artikolu 96(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ April 2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jinkludi kull persuna, inkluż sottotrasportatur, li effettivament twettaq it-trasport tal-merkanzija suġġetta għall-proċedura ta’ tranżitu Komunitarju estern u tkun aċċettat dan it-trasport bl-għarfien li l-imsemmija merkanzija kienet suġġetta għal din il-proċedura.

2)

L-Artikolu 96(2) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 648/2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li sottotrasportatur, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, min-naħa, ta lura l-merkanzija, flimkien mad-dokument ta’ tranżitu, lit-trasportatur prinċipali fil-parking tal-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni u, min-naħa l-oħra, reġa’ ħa l-pussess ta’ din il-merkanzija fi traġitt sussegwenti, ma kellux l-obbligu li jaċċerta li din tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni u jista’ jinżamm responsabbli għall-assenza ta’ tali preżentazzjoni biss jekk kien jaf, meta reġa’ ħa l-pussess fiżiku tal-imsemmija merkanzija, li l-proċedura ta’ tranżitu ma kinitx tlestiet b’mod regolari, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 27, 25.1.2016.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Concurrence SARL vs Samsung Electronics France SAS, Amazon Services Europe Sàrl

(Kawża C-618/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nruo44/2001 - Ġurisdizzjoni - Materji ta’ delitt jew kważi delitt - Netwerk ta’ distribuzzjoni selettiva - Bejgħ mill-ġdid barra minn netwerk fuq l-internet - Azzjoni għall-waqfien ta’ dannu illegali - Rabta ta’ konnessjoni))

(2017/C 053/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Concurrence SARL

Konvenuti: Samsung Electronics France SAS, Amazon Services Europe Sàrl

Dispożittiv

Il-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat, għall-finijiet tal-attribuzzjoni tal-ġurisdizzjoni mogħtija minn din id-dispożizzjoni sabiex tittieħed konjizzjoni ta’ azzjoni għad-danni għal ksur tal-projbizzjoni ta’ bejgħ barra minn netwerk ta’ distribuzzjoni selettiva li tirriżulta mill-offerta, fuq xi siti elettroniċi operati f’diversi Stati Membri, ta’ prodotti li huma s-suġġett tal-imsemmi netwerk, fis-sens li l-post fejn seħħ id-dannu għandu jitqies li huwa t-territorju tal-Istat Membru li jipproteġi l-imsemmija projbizzjoni ta’ bejgħ permezz tal-azzjoni inkwistjoni, territorju li fih ir-rikorrent jallega li sofra tnaqqis fil-bejgħ tiegħu.


(1)  ĠU C 38, 1.2.2016.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen (l-Isvezja) – Länsförsäkringar AB vs Matek A/S

(Kawża C-654/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 9(1)(b) - Artikolu 15(1) - Artikolu 51(1)(a) - Portata tad-dritt esklużiv mogħti lill-proprjetarju - Perijodu ta’ ħames snin wara r-reġistrazzjoni))

(2017/C 053/22)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Länsförsäkringar AB

Konvenuta: Matek A/S

Dispożittiv

L-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea], moqri flimkien mal-Artikolu 15(1) u mal-Artikolu 51(1)(a) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li, matul il-perijodu ta’ ħames snin ta’ wara r-reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea, il-proprjetarju tagħha jista’, fil-każ ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni, jipprojbixxi lil terzi milli jużaw, fil-kummerċ, sinjal identiku jew li jixxiebah għat-trade mark tiegħu għall-prodotti u servizzi kollha identiċi jew li jixxiebhu għal dawk li għalihom ġiet irreġistrata din it-trade mark, mingħajr ma għandu jipprova użu ġenwin tal-imsemmija trade mark għal dawn il-prodotti u dawn is-servizzi.


(1)  ĠU C 48, 8.2.2016.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Diċembru 2016 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Front populaire pour la libération de la saguia-el-hamra et du rio de oro (Front Polisario), Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-104/16 P) (1)

((Appell - Relazzjonijiet barranin - Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar miżuri ta’ liberalizzazzjoni fil-qasam tal-agrikoltura u s-sajd - Deċiżjoni li tapprova l-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Locus standi - Applikazzjoni territorjali tal-ftehim - Interpretazzjoni tal-ftehim - Prinċipju ta’ awtodeterminazzjoni - Prinċipju ta’ effett relattiv tat-trattati)

(2017/C 053/23)

Lingwa tal-proċedura: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Legal, A. de Elera-San Miguel Hurtado u A. Westerhof Löfflerová, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Front populaire pour la libération de la saguia-el-hamra et du rio de oro (Front Polisario) (rappreżentant: G. Devers, avukat), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, E. Paasivirta u B. Eggers, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-partijiet rikorrenti: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet u M. J.-C. Halleux, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentant: T. Henze, aġent), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. Sampol Pucurull u S. Centeno Huerta, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: F. Alabrune, G. de Bergues, D. Colas, F. Fize u B. Fodda, aġenti), Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u M. Figueiredo, aġenti) Confédération marocaine de l’agriculture et du développement rural (Comader) (rappreżentanti: J.-F. Bellis, M. Struys, A. Bailleux, L. Eskenazi u R. Hicheri, avukati)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-10 ta’ Diċembru 2015, Front Polisario vs Il-Kunsill (T-512/12, EU:T:2015:953), hija annullata.

2)

Ir-rikors tal-Front populaire pour la libération de la saguia-el-hamra et du rio de oro (Front Polisario) huwa miċħud bħala inammissibbli.

3)

Il-Front populaire pour la libération de la saguia-el-hamra et du rio de oro (Front Polisario) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

4)

Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Portugiża, il-Kummissjoni Ewropea u l-Confédération marocaine de l’agriculture et du développement rural (Comader) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 111, 29.3.2016


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/20


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2016 minn Europäischer Tier- und Naturschutz e.V. u minn Horst Giesen mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-14 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawża T-595/15, Europäischer Tier- und Naturschutz eV u Horst Giesen vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-343/16 P)

(2017/C 053/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Europäischer Tier- und Naturschutz e.V. u Horst Giesen (rappreżentant: P. Brockmann, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

B’digriet tat-12 ta’ Jannar 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (It-Tmien Awla) ċaħdet l-appell u ddeċidiet li l-appellanti kellhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance francophone de Bruxelles (il-Belġju) fis-26 ta’ Settembru 2016 – Karim Boudjellal vs Rauwers Contrôle SA

(Kawża C-508/16)

(2017/C 053/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance francophone de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Karim Boudjellal

Konvenuta: Rauwers Contrôle SA

Permezz ta’ digriet tal-11 ta’ Jannar 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) iddikjarat li manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mit-Tribunal de première instance francophone de Bruxelles (il-Belġju).


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Novembru 2016 – Birgit Bossen et vs Brussels Airlines

(Kawża C-559/16)

(2017/C 053/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Birgit Bossen, Anja Bossen, Gudula Gräßmann

Konvenuta: Brussels Airlines

Domanda preliminari

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “distanza” jinkludi biss id-distanza diretta, li għandha titkejjel skont il-metodu tal-great circle route, bejn il-post tat-tluq u l-aħħar destinazzjoni, u dan irrispettivament mid-distanza effettivament ivvjaġġata?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10)


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Novembru 2016 – Stadt Wuppertal vs Maria Elisabeth Bauer

(Kawża C-569/16)

(2017/C 053/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stadt Wuppertal

Konvenuta: Maria Elisabeth Bauer

Domanda preliminari

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1) jew l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jagħtu lill-eredi ta’ ħaddiem li miet waqt li kien għadu attiv, il-benefiċċju ta’ kumpens finanzjarju għal-leave annwali minimu li kellu dritt għalih il-ħaddiem qabel il-mewt tiegħu, benefiċċju dan li, skont l-Artikolu 7(4) tal-Bundesurlaubsgesetz (Liġi Federali dwar il-leave, BUrlG) moqri flimkien mal-Artikolu 1922(1) tal-Bürgerliches Gesetzbuch (Kodiċi Ċivili, BGB), huwa eskluż?


(1)  ĠU L 299, p. 9.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Germanja) fl-10 ta’ Novembru 2016 – Volker Willmeroth bħala proprjetarju tal-impriża TWI Technische Wartung und Instandsetzung Volker Willmeroth e. K. vs Martina Broßonn

(Kawża C-570/16)

(2017/C 053/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Volker Willmeroth bħala proprjetarju tal-impriża TWI Technische Wartung und Instandsetzung Volker Willmeroth e. K.

Konvenuta: Martina Broßonn

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1) jew l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jagħtu lill-eredi ta’ ħaddiem li miet waqt li kien għadu attiv, il-benefiċċju ta’ kumpens finanzjarju għal-leave annwali minimu li kellu dritt għalih il-ħaddiem qabel il-mewt tiegħu, benefiċċju dan li, skont l-Artikolu 7(4) tal-Bundesurlaubsgesetz (Liġi Federali dwar il-leave, BUrlG) moqri flimkien mal-Artikolu 1922(1) tal-Bürgerliches Gesetzbuch (Kodiċi Ċivili, BGB), huwa eskluż?

2)

Jekk l-ewwel domanda għandha tingħata risposta fl-affermattiv:

Dan japplika wkoll fil-każ fejn ir-relazzjoni ta’ xogħol kienet torbot żewġ individwi?


(1)  ĠU L 299, p. 9.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Novembru 2016 – INEOS Köln GmbH vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-572/16)

(2017/C 053/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: INEOS Köln GmbH

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1) kif ukoll dawk tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas- 27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE (2) jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi, għall-perijodu ta’ skambju 2013-2020, terminu ta’ dekadenza sostantiva għall-applikazzjonijiet għal allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ ċertifikati ta’ emissjoni għal installazzjonijiet eżistenti li ma ġewx ippreżentati fit-termini stabbiliti u li, b’hekk, teskludi l-korrezzjoni ta’ żbalji jew l-integrazzjoni ta’ informazzjoni (mhux sħiħa) fl-applikazzjoni għal allokazzjoni, liema informazzjoni ġiet ikkonstatata biss wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit mid-dritt tal-Istat Membru?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631.

(2)  ĠU L 130, p. 1.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/23


għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fil-15 ta’ Diċembru 2016 – Khadija Jafari, Zainab Jafari

(Kawża C-646/16)

(2017/C 053/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti fuq punt ta’ liġi: Khadija Jafari, Zainab Jafari

Parti oħra fil-kawża: Bundesamt für Fremdenwesen u Asyl

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 2(m), l-Artikolu 12 u l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (1), magħruf bħala r-Regolament Dublin III, għandhom jiġu interpretati billi jittieħdu inkunsiderazzjoni strumenti legali oħra marbuta mar-Regolament Dublin III, jew dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jingħataw tifsira awtonoma?

2.

Fil-każ li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Dublin III għandhom jiġu interpretati b’mod indipendenti minn strumenti legali oħra:

(a)

Fiċ-ċirkustanzi tal-kawżi prinċipali, ikkaratterizzati mill-fatt li mmaterjalizzaw fi żmien li fih l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati prinċipalment involuti kienu qegħdin jaffrontaw numru eċċezzjonalment għoli ta’ persuni li kienu qegħdin jitolbu jitħallew jgħaddu mit-territorju tagħhom, id-dħul fit-territorju, ittollerat de facto minn Stat Membru għall-finijiet biss tat-tranżitu minn dan l-Istat Membru u tat-tressiq ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor, għandu jitqies daqslikieku huwa “viża” fis-sens tal-Artikolu 2(m) u tal-Artikolu 12 tar-Regolament Dulbin III?

Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għad-domanda 2(a):

(b)

Jekk id-dħul fit-territorju għall-finijiet ta’ tranżitu jkun ittollerat de facto, il-ħruġ mit-territorju tal-Istat Membru inkwistjoni għandu jitqies li jwassal sabiex il-“viża” ma tibqax valida?

(c)

Jekk id-dħul fit-territorju għall-finijiet ta’ tranżitu jkun ittollerat de facto, għandu jitqies li l-“viża” tibqa’ valida meta l-ħruġ mit-territorju tal-Istat Membru inkwistjoni ma jkunx għadu seħħ jew il-“viża” ma tibqax valida, irrispettivament mill-assenza ta’ ħruġ mit-territorju, hekk kif l-applikant jabbanduna definittivament kull ħsieb li jmur fi Stat Membru ieħor?

(d)

Il-fatt li l-applikant jabbanduna kull ħsieb li jmur fl-Istat Membru inizjalment magħżul bħala destinazzjoni jwassal sabiex jitqies li hemm frodi wara l-ħruġ tal-“viża”, fis-sens tal-Artikolu 12(5) tar-Regolament Dublin III, b’tali mod li l-Istat Membru li jkun ħareġ il-“viża” ma jkunx responsabbli?

Jekk tingħata risposta negattiva għad-domanda 2(a):

(e)

L-espressjoni “qasam b’mod irregolari l-konfini għal ġo Stat Membru bl-art, bil-baħar jew bl-ajru wara li jkun ġie minn pajjiż terz”, li tinsab fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament Dublin III, għandha tinftiehem fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi speċjali deskritti tal-kawżi prinċipali, għandu jitqies li ma kienx hemm qsim irregolari tal-fruntiera esterna?

3.

Fil-każ li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Dublin III għandhom jiġu interpretati billi jittieħdu inkunsiderazzjoni strumenti legali oħra:

(a)

Sabiex jiġi evalwat jekk kienx hemm “qsim irregolari” tal-fruntiera fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Dublin III, għandu jitqies b’mod partikolari jekk id-dħul fit-territorju jissodisfax il-kundizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (2), dispożizzjoni din li tapplika għall-kawżi prinċipali minħabba d-data tad-dħul fit-territorju?

Jekk tingħata risposta negattiva għad-domanda 3(a):

(b)

Liema dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni għandhom jittieħdu partikolarment inkunsiderazzjoni sabiex jiġi evalwat jekk ikunx hemm “qsim irregolari” tal-fruntiera fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Dublin III?

Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għad-domanda 3(a):

(c)

Fiċ-ċirkustanzi tal-kawżi prinċipali, ikkaratterizzati mill-fatt li mmaterjalizzaw fi żmien li fih l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati prinċipalment involuti kienu qegħdin jaffrontaw numru eċċezzjonalment għoli ta’ persuni li kienu qegħdin jitolbu jitħallew jgħaddu mit-territorju tagħhom, id-dħul fit-territorju, ittollerat de facto, mingħajr eżami taċ-ċirkustanzi individwali, minn Stat Membru, għall-finijiet biss tat-tranżitu minn dan l-Istat Membru u tat-tressiq ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor, għandu jitqies daqslikieku huwa awtorizzazzjoni ta’ dħul fit-territorju fis-sens tal-Artikolu 5(4)(ċ) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen?

Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għad-domandi 3(a) u 3(c):

(d)

L-awtorizzazzjoni ta’ dħul fit-territorju taħt l-Artikolu 5(4)(ċ) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen twassal sabiex ikollu jitqies li hemm awtorizzazzjoni ekwivalenti għal viża fis-sens tal-Artikolu 5(1)(b) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen u, għaldaqstant, “viża” li tissodisfa l-Artikolu 2(m) tar-Regolament Dublin III, b’tali mod li jkollhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet dwar id-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli taħt ir-Regolament Dublin III billi jittieħed inkunsiderazzjoni ukoll l-Artikolu 12 tiegħu?

Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għad-domandi 3(a), 3(c) u 3(d):

(e)

Jekk id-dħul fit-territorju għall-finijiet ta’ tranżitu jkun ittollerat de facto, il-ħruġ mit-territorju tal-Istat Membru inkwistjoni għandu jitqies li jwassal sabiex il-“viża” ma tibqax valida?

(f)

Jekk id-dħul fit-territorju għall-finijiet ta’ tranżitu jkun ittollerat de facto, għandu jitqies li l-“viża” tibqa’ valida meta l-ħruġ mit-territorju tal-Istat Membru inkwistjoni ma jkunx għadu seħħ jew il-“viża” ma tibqax valida, irrispettivament mill-assenza ta’ ħruġ mit-territorju, hekk kif l-applikant jabbanduna definittivament kull ħsieb li jmur fi Stat Membru ieħor?

(g)

Il-fatt li l-applikant jabbanduna kull ħsieb li jmur fl-Istat Membru inizjalment magħżul bħala destinazzjoni jwassal sabiex jitqies li hemm frodi wara l-ħruġ tal-“viża”, fis-sens tal-Artikolu 12(5) tar-Regolament Dublin III, b’tali mod li l-Istat Membru li jkun ħareġ il-“viża” ma jkunx responsabbli?

Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għad-domandi 3(a) u 3(c) iżda domanda negattiva għad-domanda 3(d):

(h)

L-espressjoni “qasam b’mod irregolari l-konfini għal ġo Stat Membru bl-art, bil-baħar jew bl-ajru wara li jkun ġie minn pajjiż terz”, li tinsab fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament Dublin III, għandha tinftiehem fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi speċjali deskritti fil-kawżi prinċipali, għandu jitqies li l-qsim tal-fruntiera, li jiġi kklassifikat bħala awtorizzazzjoni ta’ dħul fit-territorju fis-sens tal-Artikolu 5(4)(ċ) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, ma għandux jitqies li huwa qsim irregolari tal-fruntiera esterna?


(1)  ĠU L 180, p. 31.

(2)  Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 105, p. 1).


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/25


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2016 minn Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH u Ecolab Deutschland GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-12 ta’ Ottubru 2016 fil-Kawża T-669/15, Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH u Ecolab Deutschland GmbH vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

(Kawża C-663/16 P)

(2017/C 053/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH, Ecolab Deutschland GmbH (rappreżentati: M. Grunchard, K. Van Maldegem, P. Sellar, avukati)

Parti l-oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

Talbiet

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-669/15; u

tiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà u tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex tagħti deċiżjoni fuq il-mertu tal-każ;

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà tal-appell imressaq mill-appellanti għall-annullament tal-att ikkontestat; u, kif xieraq, tagħti deċiżjoni fuq il-mertu tal-każ;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura (inklużi l-ispejjeż relatati mal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà quddiem il-Qorti Ġenerali).

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali interpretat u applikat il-liġi b’mod żbaljat, li wassalha sabiex twettaq żball ta’ liġi meta ddikjarat inammissibbli l-appell imressaq mill-appellanti għall-annullament tal-att ikkontestat.

B’mod partikolari, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji fil-motivazzjoni u fl-interpretazzjoni tagħha tal-kuntest legali applikabbli għas-sitwazzjoni tal-appellanti. Dan wassal lill-Qorti Ġenerali tagħmel l-iżbalji ta’ liġi li ġejjin:

il-Qorti Ġenerali għamlet interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 130(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, inkwantu daħlet fil-mertu tal-kawża;

il-Qorti Ġenerali għamlet interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 130(7) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, inkwantu naqset milli teddeċiedi dwar l-ammissibbiltà sakemm tkun semgħet l-argumenti kollha magħmula fuq il-mertu tal-każ.

Barra minn hekk, bid-dikjarazzjoni tagħha li l-appell tal-appellanti kien inammissibbli, il-Qorti Ġenerali kisret id-drittijiet tad-difiża tal-appellanti, id-dritt tagħhom għal aċċess għall-ġustizzja u d-dmir ta’ motivazzjoni li jaqgħu taħt id-drittijiet fundamentali tal-individwi u, għalhekk, jirriflettu prinċipji ġenerali ta’ dritt tal-Unjoni Ewropea.

Għal dawn ir-raġunijiet, l-appellanti jitolbu li d-digriet tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-669/15 jiġi annullat u li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà u tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex tagħti deċiżjoni fuq il-mertu tal-każ.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/26


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2016 minn Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH u Ecolab Deutschland GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-12 ta Ottubru 2016 fil-Kawża T-543/15, Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH u Ecolab Deutschland GmbH vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

(Kawża C-666/16 P)

(2017/C 053/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH, Ecolab Deutschland GmbH (rappreżentanti: M. Grunchard, K. Van Maldegem, P. Sellar, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

Talbiet

tannulla d-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-543/15; u

tiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà u tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar il-mertu tal-kawża;

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà tat-talba għal annullament tal-appellanti tal-att ikkontestat; u, kif ikun xieraq, minn hemm ’il quddiem tiddeċiedi fuq il-mertu tal-kawża;

tordna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż kollha tal-proċeduri (inklużi l-ispejjeż relatati mal-oġġezzjoni għall-ammissibbiltà quddiem il-Qorti Ġenerali).

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jissottomettu li l-Qorti Ġenerali interpretat u applikat il-liġi ħażin li wassalha sabiex twettaq żball ta’ liġi billi ddikjarat it-talba għal annullament tal-appellanti tal-att ikkontestat bħala inammissibbli.

B’mod partikolari, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet numru ta’ żbalji fir-raġunament u fl-interpretazzjoni tagħha tal-qafas legali applikabbli għas-sitwazzjoni tal-appellanti. Ir-riżultat ta’ dan kien li l-Qorti Ġenerali wettqet iż-żbalji legali li ġejjin:

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 130(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, meta daħlet fil-mertu tal-kawża;

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 130(7) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, meta naqset milli tirriżerva d-deċiżjoni tagħha fuq l-ammissibbiltà sakemm ma semgħet espożizzjoni sħiħa tal-argumenti dwar il-mertu tal-kawża.

Barra minn hekk, meta ddikjarat ir-rikors tal-appellanti bħala inammissibbli, il-Qorti Ġenerali kisret d-drittijiet tad-difiża tal-appellanti, id-dritt tagħhom ta’ aċċess għall-ġustizzja u l-obbligu ta’ motivazzjoni li jagħmlu parti mid-drittijiet fundamentali tal-individwi u b’hekk jirriflettu prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.

Għal dawn ir-raġunijiet, l-appellanti jitolbu li d-digriet tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-543/15 għandu jiġi annullat u li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi fuq l-ammissibbiltà u tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu tal-kawża.


Il-Qorti Ġenerali

20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Jannar 2017 – Gascogne Sack Deutschland GmbH u Gascogne vs L-Unjoni Ewropea

(Kawża T-577/14) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Preċiżjoni tar-rikors - Preskrizzjoni - Ammissibbiltà - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Terminu raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni - Dannu materjali - Telf subit - Interessi fuq l-ammont tal-multa mhux imħallsa - Spejjeż ta’ garanzija bankarja - Telf ta’ opportunità - Dannu immaterjali - Rabta kawżali”))

(2017/C 053/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Gascogne Sack Deutschland GmbH (Wieda, il-Ġermanja) u Gascogne (Saint-Paul-les-Dax, Franza) (rappreżentanti: F. Puel, E. Durand u L. Marchal, avukati)

Konvenuta: L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. Placco, sussegwentement minn J. Inghelram u S. Chantre, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummisjsoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan, V. Bottka u P. van Nuffel, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba fit-tul tal-proċedura, quddiem il-Qorti Ġenerali, fil-kuntest tal-kawżi li wasslu għas-sentenzi tas-16 ta’ Novembru 2011, Groupe Gascogne vs Il-Kummissjoni (T-72/06, mhux ippubblikata, EU:T:2011:671), u tas-16 ta’ Novembru 2011, Sachsa Verpackung vs Il-Kummissjoni (T-79/06, mhux ippubblikata, EU:T:2011:674).

Dispożittiv

1)

L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, hija kkundannata tħallas kumpens ta’ EUR 47 064,33 lil Gascogne għad-dannu materjali subit minn din il-kumpannija minħabba fi ksur tat-terminu raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni fil-kawżi li wasslu għas-sentenzi tas-16 ta’ Novembru 2011, Groupe Gascogne vs Il-Kummissjoni (T-72/06, mhux ippubblikata, EU:T:2011:671), u tas-16 ta’ Novembru 2011, Sachsa Verpackung vs Il-Kummissjoni (T-79/06, mhux ippubblikata, EU:T:2011:674). Dan il-kumpens għandu jiġi evalwat mill-ġdid permezz ta’ interessi kumpensatorji, mill-4 ta’ Awwissu 2014 sakemm tingħata din is-sentenza, bir-rata ta’ inflazzjoni annwali kkonstatata, għall-perijodu kkonċernat, mill-Eurostat (Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea) fl-Istat Membru fejn din il-kumpannija hija stabbilita.

2)

L-Unjoni, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, hija kkundannata tħallas kumpens ta’ EUR 5 000 lil Gascogne Sack Deutschland GmbH u kumpens ta’ EUR 5 000 lil Gascogne għad-dannu immaterjali subit rispettivament minn dawn iż-żewġ kumpanniji minħabba fi ksur tat-terminu raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni fil-kawżi T-72/06 u T-79/06.

3)

Kull kumpens imsemmi fil-punti (1) u (2) hawn fuq għandu jiġi miżjud b’interessi moratorji, minn meta tingħata din is-sentenza u sal-ħlas sħiħ, bir-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjud b’żewġ punti perċentwali.

4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

5)

L-Unjoni, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, hija kkundannata tħallas, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn Gascogne Sack Deutschland u minn Gascogne u li huma relatati mal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà li wasslet għad-digriet tat-2 ta’ Frar 2015, Gascogne Sack Deutschland u Gascogne vs L-Unjoni Ewropea (T-577/14, mhux ippubblikat, EU:T:2015:80).

6)

Gascogne Sack Deutschland u Gascogne, minn naħa, u l-Unjoni, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, min naħa l-oħra, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati mar-rikors li wassal għal din is-sentenza.

7)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 351, 6.10.2014.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Jannar 2017 – Topps Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-699/14) (1)

([“Kompetizzjoni - Akkordji - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Għoti ta’ liċenzji tad – drittijiet tal – proprjetà intellettwali relatati ma’ oġġetti kollezzjonabbli relatati mal – futbol - Deċiżjoni li tiċħad ilment - Aċċess għall-fajl - Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Suq rilevanti - Liċenzja esklużiva - Monomarkiżmu - Prezzijiet eċċessivi”])

(2017/C 053/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Topps Europe Ltd (Milton Keynes, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment R. Vidal, A. Penny, solicitors u B. Kennelly, QC, sussegwentement R. Subiotto, QC, u A. Cleenewerck de Crayencour, avukat u sussegwentement minn T. de la Mare, QC)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Jimeno Fernández u M. Farley, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Fédération internationale de football association (FIFA) (Zurich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Barav u D. Reymond, avukati) u Panini SpA (Modena, l-Italja) (rappreżentanti: F. Wijckmans, F. Tuytschaever u M. Varga, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża sabiex tiġi annullata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 5123 finali, tal-15 ta’ Lulju 2014, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti fil-Każ AT.39899 – Għoti ta’ liċenzji tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għal oġġetti kollezzjonabbli relatati mal-futbol.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Topps Europe Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, il-Fédération internationale de football association (FIFA) u Panini Spa.


(1)  ĠU C 448, 15.12.2014.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2016 – Ice Foods vs EUIPO

(Kawża T-774/14) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2017/C 053/35)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ica Foods SpA (Pomezia, l-Italja) (rappreżentant: A. Nespega, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: San Lucio Srl (San Gervasio Bresciano, l-Italja) (rappreżentant: F. Sangiacomo, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Settembru 2014 (Każ R 1815/2013-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn San Lucio Sri u Ica Foods SpA.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Ica Foods SpA u San Lucio Sri huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll, kull waħda minnhom, in-nofs tal-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 26, 26.1.2015.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/29


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2016 – Salehi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-773/16)

(2017/C 053/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Dominik Salehi (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Drews, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara li l-konvenuta kisret l-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 [emendat bir-Regolament (UE) Nru 1289/2013], billi, b’nuqqas ta’ riferiment għall-ittri tar-rikorrent tal-1 ta’ Lulju 2016 u tas-16 ta’ Settembru 2016, ma adottatx il-miżuri previsti fl-imsemmija dispożizzjoni u ma bagħtitx komunikazzjoni lir-rikorrent;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv: ksur tal-prinċipju ta’ reċiproċità minħabba applikazzjoni stretta tal-Visa Waiver Program Improvement and Terrorist Travel Prevention Act of 2015.

2.

It-tieni motiv: inazzjoni min-naħa tal-konvenuta

Ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni ma adottat ebda miżura skont l-Artikolu 1(4)(e)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001, tal-15 ta’ Marzu 2001, li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħ[h]om għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 65).


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/30


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2016 – QG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-845/16)

(2017/C 053/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: QG (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: L. Ruiz Ezquerra, R. Oncina Borrego, I. Sobrepera Millet u A. Hernández Pardo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tikkonstata li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Lulju 2016, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.29769 (2013/C) (ex 2013/NN), mogħtija minn Spanja favur ċerti klabbs tal-futbol, tikser l-Artikoli 107(1) u 108(3) TFUE, peress li l-possibbiltà ta’ konsolidazzjoni tal-kontijiet, ikkawżata mill-awtorizzazzjoni mogħtija lil erba’ klabbs sabiex jipparteċipaw f’diversi dixxiplini mil-Liġi 10/1990, kif ukoll l-applikazzjoni ta’ rata ta’ taxxa mnaqqsa tat-taxxa fuq il-kumpanniji, hija fiha nnifisha wkoll għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern, u l-Kummissjoni kellha tikkonstata dan.

konsegwentement, tannulla l-miżura u tobbliga lir-Renju ta’ Spanja sabiex jirkupra l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern mingħand il-benefiċjarji tagħha. Tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jallega l-ksur tal-Artikolu 107(1) u tal-Artikolu 108(3) TFUE.

Ir-rikorrent, klabb tal-basketball, approva l-att ikkontestat, sa fejn il-Kummissjoni kkunsidrat il-miżura introdotta mil-Liġi 10/1990, li permezz tagħha ċerti klabbs tal-futbol jingħataw trattament preferenzjali fit-taxxa fuq il-kumpanniji permezz ta’ rata ta’ taxxa mnaqqsa, hija għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern.

Ir-rikorrent madankollu jqis li l-Kummissjoni kellha tasal għall-istess konklużjoni dwar il-privileġġ fiskali, li huwa mogħti wkoll mil-Liġi 10/1990 u li jikkonsisti f’li jippermetti lil dawn l-istess klabbs li jieħdu sehem f’diversi dixxiplini sportivi.

Huwa biss il-klabbs li jistgħu jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet professjonali f’diversi dixxiplini sportivi li jistgħu jikkonsolidaw il-kontijiet relatati mal-dixxiplini tal-futbol u l-basketball, l-isports ewlenin fil-livell Ewropew, b’impatt dirett fuq il-kalkolu tal-bażi taxxabbli tat-taxxa fuq il-kumpanniji. Fil-fatt, il-konsolidazzjoni tal-kontijiet tippermetti li jinaqqas id-dħul sinjifikattiv għall-futbol bit-telf relatat mal-basketball, b’tali mod li l-bażi taxxabbli tat-taxxa fuq il-kumpanniji tkun imnaqqsa sostanzjalment, l-istess bħall-ammont tat-taxxa dovut.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/31


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2016 – QF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-846/16)

(2017/C 053/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: QF (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: L. Ruiz Ezquerra, R. Oncina Borrego, I. Sobrepera Millet u A. Hernández Pardo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tikkonstata li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Lulju 2016, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.29769 (2013/C) (ex 2013/NN), mogħtija minn Spanja favur ċerti klabbs tal-futbol, tikser l-Artikoli 107(1) u 108(3) TFUE, peress li l-possibbiltà ta’ konsolidazzjoni tal-kontijiet, ikkawżata mill-awtorizzazzjoni mogħtija lil erba’ klabbs sabiex jipparteċipaw f’diversi dixxiplini mil-Liġi 10/1990, kif ukoll l-applikazzjoni ta’ rata ta’ taxxa mnaqqsa tat-taxxa fuq il-kumpanniji, hija fiha nnifisha wkoll għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern, u l-Kummissjoni kellha tikkonstata dan.

konsegwentement, tannulla l-miżura u tobbliga lir-Renju ta’ Spanja sabiex jirkupra l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern mingħand il-benefiċjarji tagħha. Tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huwa dawk invokati fil-Kawża T-845/16, QG vs Il-Kummissjoni.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/31


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2016 – Access Info Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-851/16)

(2017/C 053/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Access Info Europe (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: O. Brouwer, E. Raedts u J. Wolfhagen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6029, tad-19 ta’ Settembru 2016, li tirrifjuta li tagħti aċċess għad-dokumenti mitluba mir-rikorrenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti għat-tressiq u t-twettiq tal-proċedura, inklużi l-ispejjeż ta’ kwalunkwe parti intervenjenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet applikazzjoni żbaljata tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 billi ddeċidiet li l-aċċess għad-dokumenti mitluba jimmina b’mod serju r-relazzjonijiet internazzjonali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet applikazzjoni żbaljata tat-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 billi ddeċidiet li l-aċċess għad-dokumenti mitluba jimmina b’mod serju l-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji pendenti mibdija fil-Kawżi T-192/16, T-193/16 u T-257/16 u li l-aċċess għall-imsemmija dokumenti jimmina l-interess tal-Kummissjoni li tfittex parir legali u li tirċievi parir frank, oġġettiv u komplet. Taħt dan il-motiv qiegħed jiġi sostnut ukoll li l-Kummissjoni naqset milli tirrikonoxxi li l-aċċess għad-dokumenti mitluba huwa ta’ interess pubbliku superjuri u li għal din ir-raġuni dawn għandhom jiġu żvelati.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet applikazzjoni żbaljata tal-ewwel u tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 billi ddeċidiet li l-aċċess għad-dokumenti mitluba jimmina b’mod serju l-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni u/jew billi naqset milli tirrikonoxxi l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri, b’mod partikolari peress li l-proċċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni inkwistjoni ġie ffinalizzat.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat, sussidjarjament, fuq li l-Kummissjoni wettqet applikazzjoni żbaljat tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 billi ma tatx tal-inqas aċċess parzjali għad-dokumenti mitluba u żammithom mistura kompletament.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/32


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2016 – Access Info Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-852/16)

(2017/C 053/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Access Info Europe (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: O. Brouwer, E. Raedts u J. Wolfhagen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni C(2016) 6030 tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Settembru 2016 li tirrifjuta li tagħti aċċess għad-dokumenti mitluba mir-rikorrenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1);

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti għall-iżvolġiment tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż ta’ kwalunkwe intervenjent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet applikazzjoni żbaljata tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 billi ddeċidiet li aċċess għad-dokumenti mitluba kien jippreġudika serjament ir-relazzjonijiet internazzjonali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni għamlet applikazzjoni żbaljata tat-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 billi ddeċidiet li aċċess għad-dokumenti mitluba kien jippreġudika serjament il-protezzjoni ta’ proċedimenti ġudizzjarji pendenti mibdija fil-kawżi T-192/16, T-193/16 u T-257/16, u li aċċess għad-dokumenti msemmija kien ifixkel l-interess tal-Kummissjoni li tikseb parir legali u li tingħata parir sinċier, oġġettiv u eżawrjenti. Qed jiġi sostnut ukoll taħt dan il-motiv li l-Kummissjoni naqset milli tirrikonoxxi li aċċess għad-dokumenti mitluba huwa ta’ interess pubbliku prevalenti u li għandhom għal din ir-raġuni jiġu żvelati.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet applikazzjoni żbaljata tal-ewwel u tat-tieni subparagrafi tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 billi ddeċidiet li aċċess għad-dokumenti mitluba kien jippreġudika serjament il-proċess deċiżjonali u/jew billi naqset milli tirrikonoxxi l-eżistenza ta’ interess pubbliku prevalenti, b’mod partikolari, minħabba li l-proċess deċiżjonali inkwistjoni ġie tterminat.

4.

Ir-raba’ motiv, ippreżentat sussidjarjament, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 billi ma tatx aċċess, lanqas parzjali, għad-dokumenti mitluba li ċaħdet b’mod sħiħ.


(1)  Regolament Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 3, Vol. 3, p 331.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/33


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2016 – SilverTours vs EUIPO (billiger-mietwagen.de)

(Kawża T-866/16)

(2017/C 053/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: SilverTours GmbH (Freiburg im Breisgau, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Neuwald, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “billiger-mietwagen.de” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 343 099

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-3 ta’ Novembru 2016, fil-Każ R 206/2016-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-ewwel ewwel sentenza tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/34


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2016 – Verschuur vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-877/16)

(2017/C 053/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Steven Verschuur (Baarn, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentat: P. Kreijger, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6455 finali, tat-3 ta’ Ottubru 2016, li tiċħad it-talba kofermattiva (1) għal aċċess għal dokumenti taħt ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (2) (GESTDEM 2015/3732); u

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 dwar il-protezzjoni tal-iskop ta’ investigazzjonijiet, u b’hekk wettqet ukoll żball manifest ta’ fatt.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 dwar il-protezzjoni tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, u b’hekk tat ukoll motivazzjoni insuffiċjenti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ persuna legali, u l-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar l-obbligu tal-istituzzjoni li tagħti aċċess parzjali meta partijiet biss ta’ dokument huma koperti minn eċċezzjoni waħda jew iktar, u b’hekk tat ukoll motivazzjoni insuffiċjenti.


(1)  Applikazzjoni għal aċċess għal ċerti dokumenti relatati mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Ottubru 2015, fil-Każ SA.38374, għajnuna mill-Istat implementata mill-Pajjiżi l-Baxxi lil Starbucks.

(2)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/34


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2016 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Marpefa (Vieta)

(Kawża T-879/16)

(2017/C 053/43)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sony Interactive Entertainment Europe Ltd. (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Marpefa, SL (Barcelona, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “VIETA” – Trade mark tal-Unjoni Nru 1 790 674

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 1010/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u dawk tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 65(6) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-prinċipju ta’ kjarezza u preċiżjoni tat-termini tat-trade mark.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/35


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2016 – RF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-880/16)

(2017/C 053/44)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: RF (Gdynia, il-Polonja) (rappreżentant: K. Komar-Komarowski, konsulent legali)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2016) 5925 final, tal-15 ta’ Settembru 2016, li tiċħad l-ilment fil-Każ COMP AT.40251 – Trasport bil-ferrovija, ġarr ta’ merkanzija, u tibgħat il-każ lura lill-Kummissjoni għal eżami mill-ġdid;

tikkkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205), minħabba interpretazzjoni jew applikazzjoni mhux eżatta.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 105(1) TFUE.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/36


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2016 – BP vs FRA

(Kawża T-888/16)

(2017/C 053/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BP (Vienna, l-Awstrija) (rappreżentant: E. Lazar, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi kuntratti ta’ impjiegi (AHCC) tal-21 ta’ April 2016 biex ma jiġġeddix l-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrenti;

tordna lill-konvenuta biex tikkumpensa r-rikorrenti għad-danni materjali u morali subiti b’riżultat tad-deċiżjoni illegali biex ma jiġġeddix il-kuntratt minn naħa u l-eżekuzzjoni illegali tas-sentenza fil-Kawża T-658/13 P (1), min-naħa l-oħra: EUR 63 246 għal telf ta’ qligħ; EUR 26 630 biex jikkumpensaw lir-rikorrenti għat-telf ta’ drittijiet ta’ pensjoni għal 19-il xahar, jew, xi somma kapitali kif il-Qorti Ġenerali tista’ tiffissa ex aequo et bono; EUR 1 200 bħala rimbors ta’ spejjeż legali mħallsa mir-rikorrenti fil-fażi prekontenzjuża, li tibda bid-data tal-abbozz tad-deċiżjoni tad-29 ta’ Jannar 2016 sad-data tad-deċiżjoni tal-konvenuta tal-21 ta’ April 2016; EUR 60 000 għal telf tal-opportunità li tingħata kuntratt indefinit, jew, kull somma li l-Qorti Ġenerali tista’ tiffissa ex aequo et bono; EUR 50 000 għad-dannu morali kkawżat lir-rikorrenti b’riżultat ta’ żbalji, irregolaritajiet u ħsara allegati magħmulin mill-konvenuta matul il-proċedura għall-eżekuzzjoni tas-sentenza fil-Kawża T-658/13 P;

tordna lill-konvenuta biex tikkumpensa d-dannu materjali u morali subit mir-rikorrenti minħabba n-nuqqas tal-konvenuta li tadotta regoli legali għall-evalwazzjoni, klassifikazzjoni mill-ġdid u tiġdid u ħsara relatata li tirriżulta mill-assenza ta’ tali regoli legali, minn naħa, u d-dewmien fil-finalizzazzjoni tar-rapporti tal-persunal tar-rikorrenti u ħsara relatata li tirriżulta mill-assenza ta’ tali rapporti ffinalizzati fil-ħin dovut, min-naħa l-oħra;

tiddikjara l-Linji Gwida tal-konvenuta applikabbli għall-proċedura tal-evalwazzjoni u tal-klassifikazzjoni mill-ġdid u l-proċedura għal regoli dwar it-tiġdid huma illegali sa fejn dawn ir-regoli kienu adottati wara proċedura illegali minn awtur nieqes minn kompetenza xierqa;

teżerċita l-ġurisdizzjoni sħiha tagħha biex tiżgura l-effettività tad-deċiżjoni tagħha;

tordna lill-konvenuta biex tħallas interessi awtomatiċi bir-rata prinċipali tal-Bank Ċentrali Ewropew b’żieda ta’ żewġ punti perċentwali fuq l-ammont eventwalment mogħti jew kull għotja oħra ta’ pagament ta’ interessi li l-Qorti Ġenerali jidhrilha ġusta u xierqa; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha, anki fil-każ li l-appell ikun miċħud;

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq id-dritt tad-difiża:

ksur tad-dritt għas-smigħ, nuqqas tal-awtorita’ tal-ħatra tal-FRA li torganizza smigħ effettiv, u ksur tal-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

ksur tat-tieni komponent tad-dritt tad-difiża (dritt għal aċċess għall-fajl), ċaħda milli tagħti aċċess għall-fajl personali u għad-dokumenti użati għad-deċiżjoni negattiva tas-27.02.2012, ksur tal-Artikoli 25 u 26 tar-Regolamenti tal-Persunal, u ksur tal-Artikolu 41(2)(b) tal-Karta.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tar-rekwiżiti proċedurali essenzjali.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq abbuż ta’ poteri u kunflitt ta’ interess, ksur tal-interess tas-servizz, żball manifest ta’ evalwazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ retroattività.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu li wieħed jikkonforma honestament u in bona fede mas-sentenza T-658/13 P.


(1)  Sentenza tat-3 ta’ Ġunju 2015, BP vs FRA, T-658/13 P, EU:T:2015:356.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/37


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2016 – Apple Sales International u Apple Operations Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-892/16)

(2017/C 053/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Apple Sales International (Cork, l-Irlanda) u Apple Operations Europe (Cork, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Bonin u E. van der Stok, avukati, D. Beard QC, A. Bates, L. Osepciu u J. Bourke, Barristers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-30 ta’ Awwissu 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat S.A.38373 (2014/C) (ex 2014/NN) (ex 2014/CP) implementata mill-Irlanda għal Apple;

alternativament, tannulla d-deċiżjoni parzjalment; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erbatax-il motiv.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni żbaljat fl-interpretazzjoni tagħha tal-liġi Irlandiża.

Ir-rikorrenti jikkunsidraw li bħala kumpanniji Irlandiżi mhux residenti, huma kienu biss responsabbli li jħallsu t-taxxa tal-korporazzjonijiet Irlandiża taħt l-Artikolu 25 tal-Att dwar il-Konsolidazzjoni tat-Taxxi 1997 fuq “profitti li jistgħu jiġu ntaxxati” attribwibbli lill-attivitajiet imwettqa mill-fergħat Irlandiżi tagħhom. L-Opinjonijiet jirriflettu b’mod xieraq il-“profitti li jistgħu jiġu ntaxxati” tal-fergħat u li għalhekk ma tawx vantaġġ. Il-Kummissjoni żbaljat ukoll meta kkonstatat li l-allokazzjoni ta’ profitt taħt l-Artikolu 25 għandu jkun taħt il-“prinċipju ta’ tul ta’ driegħ” (il-“PTD”).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-PTD ma joperax bħala t-test għall-għajnuna mill-Istat f’evalwazzjonijiet tat-taxxa skont l-Artikolu 107 TFUE.

Il-Kummissjoni kienet żbaljat meta kkonstatat li l-Artikolu 107(1) TFUE kien jeħtieġ li l-Irlanda tikkalkola l-profitti taxxabbli tar-rikorrenti skont l-Artikolu 25 skont il-PTD tal-Kummissjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji fundamentali relatati mal-attivitajiet tar-rikorrenti barra mill-Irlanda.

Il-Kummissjoni wettqet żbalji fundamentali billi naqqset milli tirrikonoxxi li l-attivitajiet li jipproduċu l-profitt tar-rikorrenti, b’mod partikolari l-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni tal-proprjetà intelletwali (“PI tal-Apple”), kienu kkontrollati u mmaniġġjati fl-Istati Uniti. Il-profitti minn dawk l-attivitajiet kienu attribwibbli lill-Istati Uniti u mhux lill-Irlanda. Il-Kummissjoni kkunsidrat b’mod żbaljat biss il-minuti tal-laqgħat tal-bord u injorat kull evidenza oħra tal-attivitajiet.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żbalji fundamentali relatati mal-attivitajiet tar-rikorrenti ġewwa l-Irlanda.

Il-Kummissjoni naqqset milli tirrikonoxxi li l-fergħat Irlandiżi wettqu biss funzjonijiet ta’ rutina u ma kinux involuti fl-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni tal-PI tal-Apple li jipproduċi l-profitti.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-preżunzjonijiet tal-Kummissjoni kienu jmorru kontra l-oneru tal-prova, il-linji gwida tal-OECD u l-evidenza tal-esperti unanima; il-konklużjoni hija awto kontradittorja.

Il-Kummissjoni ppreżumiet li l-attivitajiet kruċjali li jagħmlu profitt tar-rikorrenti kienu attribwibbli lill-fergħat Irlandiżi mingħajr ma saret evalwazzjoni tal-evidenza, inkluż evidenza tal-esperti estensiva li turi li l-profitti ma kinux attribwibbli lill-attivitajiet fl-Irlanda.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrenti kienu ttrattati bl-istess mod bħall-persuni taxxabbli iżda mhux residenti oħrajn fl-Irlanda u ma ngħatawx trattament selettiv.

Il-Kummissjoni naqqset milli tipprova s-selettività; ittrattat b’mod żbaljat ir-rikorrenti daqslikieku kienu kumpanniji residenti fl-Irlanda u bħallikieku għandhom jiġu ntaxxati fuq il-profitti dinjija tagħhom.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-linja primarja għandha tiġi annullata għal ksur ta’ rekwiżit proċedurali essenzjali.

Id-deċiżjoni ta’ ftuħ ma artikolatx il-linja primarja ta’ raġunament. Likieku għamlet hekk, Apple kienet tkun tista’ tippreżenta evidenza li setgħet u kellha tbiddel ir-riżultat.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq il-fatt li kien hemm żbalji ta’ fatt u ta’ evalwazzjoni fl-applikazzjoni mill-Kummissjoni tat-TNMM għall-fergħat Irlandiżi taħt il-linja sussidjarja.

Il-linja sussidjarja tal-Kummissjoni tiċħad b’mod żbaljat l-evidenza tal-esperti u tonqos milli tartikola x’kienet tkun analiżi ta’ allokazzjoni ta’ profitt korretta.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-linja alternattiva hija vvizzjata minn ksur tar-rekwiżit proċedurali essenzjali u żball manifest ta’ evalwazzjoni.

Il-Kummissjoni kienet żbaljata li tqabbel l-opinjonijiet ma’ opinjonijiet oħra maħruġa mid-Dipartiment tat-Taxxa Irlandiża billi ċ-ċirkustanzi fattwali kienu differenti.

10.

L-għaxar motiv ibbażat fuq il-fatt li l-linji sussidjarji u alternattivi ma jippermettux kalkolu ta’ ammont li jista’ jiġi rkuprat.

Id-deċiżjoni ma tinkludix xi spjegazzjoni ta’ kemm għandu jiġi rkuprat skont il-linji sussidjarji jew alternattivi, kontra r-regoli tal-għajnuna mill-Istat u l-prinċipju ta’ ċertezza legali.

11.

Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ nuqqas ta’ retroattività billi ordnat l-irkupru tal-għajnuna allegata.

12.

It-tnax-il motiv ibbażat fuq il-fatt ta’ nuqqas ta’ tmexxija ta’ investigazzjoni diliġenti u imparzjali.

13.

It-tlettax-il motiv ibbażat fuq il-fatt ta’ ksur tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

14.

L-erbatax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni teċċedi l-kompetenza tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 107(1) TFUE.

Il-Kummissjoni kisret iċ-ċertezza legali billi ordnat irkupru skont interpretazzjoni imprevedibbli tal-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat; naqqset milli teżamina l-evidenza rilevanti kollha li tmur kontra l-obbligu tagħha ta’ diliġenza dovuta; naqqset milli tirraġuna d-deċiżjoni b’mod adegwat; u eċċediet il-kompetenza tagħha skont l-Artikolu 107 TFUE billi pprovat tiddisinna mill-ġdid is-sistema tat-taxxa tal-korporazzjonijiet Irlandiża.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/39


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2016 – Puma vs EUIPO – Senator (TRINOMIC)

(Kawża T-896/16)

(2017/C 053/47)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Schunke, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Senator GmbH & Co. KGaA (Groß-Bieberau, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “TRINOMIC” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 697 074

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 70/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedimenti, inklużi dawk tal-proċedimenti tal-appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali u tal-prinċipju ta’ patere legem quam ipse fecisti.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/40


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2016 – Elche Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-901/16)

(2017/C 053/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Elche Club de Fútbol, SAD (Elche, Spanja) (rappreżentanti: M. Segura Catalán u M. Clayton, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tilqa’ l-motivi għal annullament invokati fir-rikors;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 4060 finali, tal-4 ta’ Lulju 2016, dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija minn Spanja lil Elche Club de Fútbol SAD (u lil clubs tal-futbol oħra) [SA.36387 (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 20 13/CP)], b’mod partikolari sa fejn din tikkonċerna lil Elche CF;

tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tikkonċerna l-miżura 3;

tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn dan jeżiġi l-irkupru tal-għajnuna mill-Istat marbuta mal-miżura 3 mingħand Elche CF;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni u ta’ motivazzjoni fl-identifikazzjoni tal-għajnuna u tal-benefiċċjarju, sa fejn il-Kummissjoni ikkunsidrat li, fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, Elche CF ibbenefikat minn garanziji mogħtija mill-Instituto Valenciano de Finanzas (IVF) lil Fundación Elche CF.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 107 TFUE u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn il-Kummissjoni kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat il-garanziji mogħija mill-IVF lil Fundación Elche CF. Il-Kummissjoni la wriet l-imputabbiltà tal-Istat u lanqas l-għoti ta’ vantaġġ jew il-karattru selettiv ta’ dan tal-aħħar, ma evalwatx id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u ma mmotivatx sal-grad rikjest mil-liġi l-effett fuq il-kummerċ fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 107 TFUE fil-kwantifikazzjoni tal-għajnuna u tal-ammont li għandu jiġi rkuprat.

4.

Ir-raba’ motiv, sussidjarjament, huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 107 TFUE fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna u l-applikazzjoni tal-linji gwida fil-qasam tas-salvataġġ u tar-ristrutturazzjoni.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/40


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2016 – HeidelbergCement vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-902/16)

(2017/C 053/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: HeidelbergCement AG (Heidelberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Denzel, C. von Köckritz, P. Pichler u H. Weiß, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nru (2016)6591 finali, tal-10 ta’ Ottubru 2016, sabiex jinbdew proċeduri skont l-Artikolu 6(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004 (1) fil-Każ M. 7878 – HeidelbergerCement/Schwenk/Cemex Hungary/Cemex Croatia dwar l-akkwist mistenni minn Duna-Dráva Cement Kft. ta’ 100 % tal-ishma f’Cemex Hratska dd. u Cemex Hungária Építőanyagok Kft.; u

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed.

Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni Ewropea wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkunsidrat lir-rikorrenti u lil Schwenk Zement KG – u mhux lil Duna-Dráva Cement Kft., li hija impriża konġunta b’funzjoni sħiħa li fiha r-rikorrenti u Schwenk Zement KG kull waħda żżomm interess ta’ kontroll ta’ 50 %, bħala “impriżi kkonċernati” u b’hekk ikkonkludiet li t-tranżazzjoni għandha “dimensjoni tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. Skont ir-rikorrenti, fir-realtà, il-Kummissjoni Ewropea ma għandhiex il-kompetenza sabiex tadotta d-deċiżjoni kkontestata u li tistħarreġ it-tranżazzjoni abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 u għaldaqstant id-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 u l-prinċipji fundamentali ta’ ċertezza legali u ta’ sussidjarjetà.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni Ewropea wettqet żball ta’ liġi u wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta bbażat ruħha fuq il-paragrafu 147 tal-Avviż Ġurisdizzjonali Konsolidat (2) sabiex tikkwalifika lir-rikorrenti u lil Schwenk Zement KG u mhux Duna-Dráva Cement Kft., bħala l-“impriżi kkonċernati”;

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-paragrafu 147 tal-Avviż Ġurisdizzjonali Konsolidat ikun illegali li kieku jista’ tassew jiġi applikat għall-kawża inkwistjoni minħabba ksur tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 u l-prinċipji fundamentali tad-dritt primarju ta’ ċertezza legali u ta’ sussidjarjetà.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40).

(2)  Avviż ġuriżdizzjonali konsolidat tal-Kummissjoni taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ĠU 2008, C 95, p. 1).


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/41


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2016 – RE vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-903/16)

(2017/C 053/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: RE (Abu Dhabi, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tordna l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea SEC 10.20/06/15, tat-12 ta’ Ottubru 2016, sa fejn tirrigwarda r-Regolament 45/2001, u tordna lill-konvenuta tħallas għaxart elef ewro (EUR 10 000) bħala kumpens ġust u ekwu għal danni morali li jirriżultaw mir-rifjut illegali ta’ aċċess għad-data personali tiegħu;

tordna lill-konvenuta tipproduċi dokument relatat mar-reklutaġġ tar-rikorrent, skont l-Artikolu 91(c) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jew inkella, sussidjarjament, tikkomunika dan id-dokument lill-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 104 tar-Regoli tal-Proċedura u tordna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent tletin elf ewro (EUR 30 000) bħala kumpens għal danni morali li jirriżultaw mill-ipproċessar illegali u mhux etiku tad-data personali tiegħu matul l-investigazzjoni;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għall-ispejjeż tar-rikorrent sostnuti f’din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu għal annullament, ir-rikorrent jallega li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata b’nuqqas sħiħ ta’ motivazzjoni fir-rigward ta’ data li għaliha ma ġiet invokata l-ebda eċċezzjoni li tiġġustifika r-rifjut li r-rikorrent jingħata aċċess għal din id-data personali.

Barra minn hekk, ir-rikorrent jgħid li, sa fejn ipprekludiet aċċess lir-rikorrent għad-data personali tiegħu billi invokat eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni ta’ investigazzjonijiet taħt l-Artikolu 20(1)(a) tar-Regolament 45/2001 (1), id-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi kkunsidrata bħala illegali peress li naqset milli turi kif tali eċċezzjoni tkompli tapplika wara l-għeluq tal-investigazzjoni li tinvolvi r-rikorrent.

Ir-rikorrent iżid ukoll li ċ-ċaħda fid-deċiżjoni kkontestata tat-talba speċifika tiegħu li jikseb aċċess f’forma b’partijiet imneħħija/moħbija, li tressqet għall-ewwel darba mar-rikors tiegħu tal-21 ta’ Settembru 2016, għandha titqies bħala illegali, sa fejn hija ma pprovdiet l-ebda motivazzjoni biex tispjega għalfejn l-iżvelar tad-data personali tar-rikorrent f’forma b’partijiet imneħħija ma kienx possibbli f’dan il-każ, b’mod partikolari wara l-għeluq tal-investigazzjoni.

Insostenn tar-rikors tiegħu għad-danni, ir-rikorrent jallega li sofra danni morali kkawżati mir-rifjut illegali tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u Sigurtà li jagħtih aċċess għad-data personali tiegħu, li sostna dannu sinjifikattiv għall-avvanz professjonali tiegħu minħabba l-ipproċessar illegali tad-data personali tiegħu mill-imsemmi Direttorat u, b’mod iktar partikolari, mill-iżvelar illegali ta’ informazzjoni li tirrigwarda l-investigazzjoni bl-intenzjoni li jiġi ppreġudikat l-iżvilupp tal-karriera tiegħu, liema dannu ma jistax jiġi rimedjat biss bl-annullament tad-deċiżjoni kkontestata. F’dan il-kuntest, ir-rikorrent jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tieħu inkunsiderazzjoni żewġ dokumenti sabiex teżamina t-talba tar-rikorrent għal kumpens tad-dannu morali sostnut minħabba l-aġir tal-amministrazzjoni u tordna l-kumpens għad-danni morali.


(1)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13 Vol. 26, p. 102)


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/42


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2016 – Chefaro Ireland vs EUIPO – Laboratoires M&L (NUIT PRECIEUSE)

(Kawża T-905/16)

(2017/C 053/51)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chefaro Ireland DAC (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: P. Maeyaert u J. Muyldermans, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Laboratoires M&L SA (Manosque, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “NUIT PRECIEUSE” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 063 952 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Ottubru 2016, fil-Każ R 2596/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tagħhom stess u dawk sostnuti minn Chefaro Ireland.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/43


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2016 – Laboratorios Ern vs EUIPO – Sharma (NRIM Life Sciences)

(Kawża T-909/16)

(2017/C 053/52)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratorios Ern, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: S. Correa Rodríguez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Anil K. Sharma (Hillingdon, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “NRIM life Sciences” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 031 455

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Settembru 2016, fil-Każ R 2376/2015-5

Talbiet

tirrevoka d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 013031455 NRIM LIFE SCIENCES għall-prodotti kollha fil-Klassi 5;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż u, fil-każ li Anil K. Sharma tiddeċiedi li tintervjeni f’dawn il-proċedimenti, tikkundanna lil Anil K. Sharma għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/44


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2016 – Hesse vs EUIPO – Wedl & Hofmann (TESTA ROSSA)

(Kawża T-910/16)

(2017/C 053/53)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Kurt Hesse (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Krogmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wedl & Hofmann GmbH (Mils/Hall in Tirol, l-Awstrija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “TESTA ROSSA” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 7 070 519

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 68/2016-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara li t-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 7 070 519 hija rrevokata fir-rigward tal-prodotti segwenti:

Klassi 21 — Kontenituri għal użu domestiku u għal użu fil-kċina; prodotti tal-ħġieġ, porċellana, b’mod partikolari għal fuq il-mejda; Tazzi tal-ħġieġ;

Klassi 25 — Ħwejjeġ, b’mod partikolari fradal, qomos, flokkijiet powlo u t-shirts; Xedd ir-ras;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/44


Rikors ippreżentat fit-23 ta Diċembru 2016 – Wedl & Hofmann vs EUIPO – Hesse (TESTA ROSSA)

(Kawża T-911/16)

(2017/C 053/54)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wedl & Hofmann GmbH (Mils/Hall in Tirol, l-Awstrija) (rappreżentant: T. Raubal, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kurt Hesse (Nürnberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea bl-elementi verbali “TESTA ROSSA” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 7 070 519

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 68/2016-1

Talbiet

tannulla jew temenda d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ċaħdet l-appell tar-rikorrent u ddikjarat ir-revoka tat-trade mark tar-rikorrenti għall-klassijiet 7, 11, 20, ta’ partijiet mill-klassijiet 21 u 25, tal-klassi 28, ta’ partijiet mill-klassi 30, u tal-klassijiet 34 u 38 kif ukoll sa fejn din ikkonfermat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tas-17 ta’ Novembru 2015 f’dak ir-rigward (madankollu, il-parti mid-deċiżjoni kkontestata li tilqa’ l-appell tar-rikorrent tibqa’ mhux ikkontestata mir-rikorrenti);

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tar-Regola 40(5) tar-Regolament Nru 2868/95, moqri flimkien mar-Regola 22(3) u (4) tiegħu.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/45


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Jannar 2017 – La Mafia Franchises vs EUIPO – Italy (La Mafia SE SIENTA A LA MESA)

(Kawża T-1/17)

(2017/C 053/55)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: La Mafia Franchises, SL (Zaragoza, Spanja) (rappreżentant: I. Sempere Massa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ir-Repubblika tal-Italja

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “La Mafia SE SIENTA A LA MESA” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 510 921

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 803/2016-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara l-validità tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 510 921“LA MAFIA SE SIENTA A LA MASA”;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament Nru 207/2009.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/46


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2017 – Sharif vs Il-Kunsill

(Kawża T-5/17)

(2017/C 053/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ammar Sharif (Damascus, is-Sirja) (rappreżentanti: B. Kennelly, QC u J. Pobjoy, Barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1897 tas-27 ta’ Ottubru 2016 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 293, p. 36, iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1893 tas-27 ta’ Ottubru 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 293, p. 25, iktar ’il quddiem ir-“regolament ikkontestat”), sa fejn dawn japplikaw fil-konfront tar-rikorrent;

tiddikjara, abbażi tal-Artikolu 277 TFUE, li l-Artikolu 28(2)(a) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, p. 14) u l-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 16, p. 1) huma inapplikabbli sakemm huma japplikaw għar-rikorrent, u konsegwentement l-annullament, sakemm japplikaw għar-rikorrent, tad-deċiżjoni kkontestata u tar-regolament ikkontestat;

tindennizza, abbażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE abbażi tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea, ir-rikorrent jiġi kkumpensat għad-danni subiti minħabba l-atti illegali tal-Kunsill; u

tikkundanna l-Kunsill sabiex ibati l-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kunsill wettaq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta kkunsidra li l-kriterju li jippermetti li r-rikorrent jiġi inkluż fil-lista tal-Artikolu 28 tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK u tal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 36/2012 kien sodisfatt.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser, mingħajr ġustifikazzjoni jew proporzjonalità, id-drittijiet fundamentali tar-rikorrent, inkluż id-dritt tiegħu għall-protezzjoni tal-proprjetà, tar-reputazzjoni tiegħu u tal-impriża tiegħu. L-impatt tal-atti kkontestati fuq ir-rikorrent huwa estensiv ħafna, f’dak li jirrigwarda l-beni tiegħu, ir-reputazzjoni tiegħu fuq il-livell dinji. Il-Kunisll ma ppruvax li l-iffriżar tal-beni u tar-riżorsi ekonomiċi tar-rikorrent huwa marbut ma’, jew iġġustifikat minn għan leġittimu, u inqas u inqas li huwa proporzjonat għal tali għan.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li jekk, kuntrarjament għall-argument prinċipali tar-rikorrent, il-kriterju ta’ inklużjoni għandu jiġi interpretat bħala li jinkludi kwalunkwe imprenditur prinċipali fis-Sirja, indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk dan l-imprenditur huwa b’xi mod assoċjat jew marbut mar-reġim Sirjan, u indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk il-persuna kkonċernata tibbenefikax mir-reġim Sirjan jew tappoġġahx, ir-rikorrent jitlob dikjarazzjoni li l-Artikolu 28(2)(a) tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK u l-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 36/2012 huma inapplikabbli sakemm japplikaw għar-rikorrent abbażi tal-fatt li l-kriterju ta’ inklużjoni huwa sproporzjonat meta mqabbel mal-għanijiet leġittimi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/47


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2016 – fleur ami vs EUIPO – 8 seasons design (Lampes)

(Kawża T-67/16) (1)

(2017/C 053/57)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 111, 29.3.2016


20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/47


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2016 – Amira et vs Il-BĊE

(Kawża T-736/16) (1)

(2017/C 053/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 475, 19.12.2016.