ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 46

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
13 ta' Frar 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2017/C 46/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2017/C 46/02

Kawża C-492/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel – il-Belġju) – Essent Belgium NV vs Vlaams Gewest, Inter-Energa et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Leġiżlazzjonijiet reġjonali li jimponu d-distribuzzjoni bla ħlas, fin-netwerks li jinstabu fir-reġjun ikkonċernat, tal-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu — Distinzjoni skont l-oriġini tal-elettriku aħdar — Artikoli 28 u 30 KE — Moviment liberu tal-merkanzija — Direttiva 2001/77/KE — Artikoli 3 u 4 — Mekkaniżmi nazzjonali ta’ appoġġ għall-produzzjoni ta’ enerġija ħadra — Direttiva 2003/54/KE — Artikoli 3 u 20 — Direttiva 96/92/KE — Artikoli 3 u 16 — Suq intern tal-elettriku — Aċċess għan-netwerks ta’ distribuzzjoni b’kundizzjonijiet tariffarji nondiskriminatorji — Obbligi ta’ servizz pubbliku — Nuqqas ta’ proporzjonalità)

2

2017/C 46/03

Kawża C-171/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Connexxion Taxi Services BV vs Staat der Nederlanden, Transvision BV, Rotterdamse Mobiliteit Centrale RMC BV, Zorgvervoercentrale Nederland BV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Direttiva 2004/18/KE — Artikolu 45(2) — Sitwazzjoni personali tal-applikant jew tal-offerent — Raġunijiet ta’ esklużjoni fakultattivi — Kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi eżami każ b’każ, b’applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti — Direttiva 89/665/KEE — Stħarriġ ġudizzjarju)

3

2017/C 46/04

Kawża C-238/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif – il-Lussemburgu) – Maria do Céu Bragança Linares Verruga, Jacinto Manuel Sousa Verruga, André Angelo Linares Verruga vs Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-persuni — Ugwaljanza fit-trattament — Vantaġġi soċjali — Regolament (UE) Nru 492/2011 — Artikolu 7(2) — Għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla — Kundizzjoni għall-istudenti li ma humiex residenti fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat li dawn ikunu wlied ħaddiema li kienu ġew impjegati jew li kienu eżerċitaw l-attività professjonali tagħhom f’dan l-Istat Membru matul perijodu kontinwu ta’ mill-inqas ħames snin — Diskriminazzjoni indiretta — Ġustifikazzjoni — Għan intiż sabiex iżid il-proporzjon ta’ persuni residenti li għandhom diploma ta’ edukazzjoni ogħla — Natura xierqa — Proporzjonalità)

4

2017/C 46/05

Kawża C-256/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Vrhovno sodišče Republike Slovenije – is-Slovenja) – Drago Nemec vs Ir-Repubblika tas-Slovenja (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2000/35/KE — Ġlieda kontra ħlas tardiv — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Tranżazzjoni konkluża qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tas-Slovenja mal-Unjoni Ewropea — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ transazzjoni kummerċjali — Kunċett ta’ intrapriża — Ammont massimu tal-interessi moratorji)

4

2017/C 46/06

Kawża C-378/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Regionale di Roma – l-Italja) – Mercedes Benz Italia SpA vs Agenzia delle Entrate Direzione Provinciale Roma 3 (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 77/388/KEE — Il-punt (d) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) — Kamp ta’ applikazzjoni — Applikazzjoni ta’ proporzjon ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud imposta fuq l-akkwist tal-oġġetti u tas-servizzi kollha użati minn persuna taxxabbli — Tranżazzjonijiet anċillari — Użu tad-dħul mill-bejgħ bħala indizzju)

5

2017/C 46/07

Kawżi Magħquda C-401/15 sa C-403/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative – il-Lussemburgu) – Noémie Depesme, Saïd Kerrou (C-401/15), Adrien Kauffmann (C-402/15), Maxime Lefort (C-403/15) vs Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-persuni — Drittijiet tal-ħaddiema — Ugwaljanza fit-trattament — Benefiċċji soċjali — Għajnuna finanzjarja għat-tkomplija ta’ studji f’edukazzjoni ogħla — Kundizzjoni ta’ filjazzjoni — Kunċett ta’ wild — Wild tal-konjuġi jew tas-sieħeb irreġistrat — Kontribuzzjoni għall-manteniment ta’ dan il-wild)

6

2017/C 46/08

Kawża C-558/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação do Porto – il-Portugall) – Alberto José Vieira de Azevedo et vs CED Portugal Unipessoal, Lda, Instituto de Seguros de Portugal – Fundo de Garantia Automóvel (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà — Direttiva 2000/26/KE — Artikolu 4(5) — Impriża ta’ assigurazzjoni — Rappreżentant għal pretensjonijiet — Poter suffiċjenti ta’ rappreżentanza — Tressiq ta’ azzjoni quddiem il-qrati)

7

2017/C 46/09

Kawża C-577/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2016 – SV Capital OÜ vs Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Talba għall-ftuħ ta’ investigazzjoni tal-Awtoritajiet tas-Sorveljanza Estonjani u Finlandiżi — Deċiżjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) — Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Awtoritajiet Ewropej ta’ Sorveljanza — Regolament (UE) Nru 1093/2010 — Artikoli 17 u 60 — Bord tal-Appell — Terminu tar-rikors — Żball skużabbli)

7

2017/C 46/10

Kawża C-644/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2016 –L-Ungerija vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Regolament (KE) Nru 1234/2007 — Organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur agrikolu — Settur tal-frott u l-ħaxix — Artikolu 103e — Assistenza finanzjarja nazzjonali mogħtija lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix — Regolament (KE) Nru 1580/2007 — Artikolu 97 — Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rimbors mill-Unjoni Ewropea tal-assistenza finanzjarja nazzjonali mogħtija mill-Ungerija lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi)

8

2017/C 46/11

Kawża C-667/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen – il-Belġju) – Loterie Nationale – Nationale Loterij NV van publiek recht vs Paul Adriaensen, Werner De Kesel, The Right Frequency VZW (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2005/29/KE — Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi — Prattika kummerċjali qarrieqa — Skema promozzjonali piramidali — Kontribuzzjonijiet imħallsa minn membri ġodda u kumpens riċevut mill-membri eżistenti — Rabta finanzjarja indiretta)

8

2017/C 46/12

Kawża C-700/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče Republike Slovenije – is-Slovenja) – LEK Farmacevtska Družba d.d. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Nomenklatura Magħquda — Klassifikazzjoni tal-merkanzija — Supplimenti tal-ikel li jaqgħu taħt l-intestatura tariffarja 2106 — Ingredjent attiv bħala komponent essenzjali — Klassifikazzjoni eventwali fil-Kapitolu 30 tan-Nomenklatura Magħquda — Preżentazzjoni u kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti bħala prodotti mediċinali)

9

2017/C 46/13

Kawża C-412/16 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2016 minn Ice mountain Ibiza, S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-25 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża T-5/15, Ice Mountain Ibiza vs EUIPO – Marbella Atlantic Ocean Club (ocean beach club ibiza)

10

2017/C 46/14

Kawża C-413/16 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2016 minn Ice Mountain Ibiza, S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-25 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża T-6/15, Ice Mountain Ibiza vs EUIPO – Marbella Atlantic Ocean Club (ocean ibiza)

11

2017/C 46/15

Kawża C-554/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fil-31 ta’ Ottubru 2016 – EP Agrarhandel GmbH vs Bundesminister für Land-, Forst-, Umwelt und Wasserwirtschaft

12

2017/C 46/16

Kawża C-562/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Novembru 2016 – Peter Roßnagel, Alexandre Schröter vs TUIfly GmbH

13

2017/C 46/17

Kawża C-585/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fit-18 ta’ Novembru 2016 – Serin Alheto vs Zamestnik-predsedatel na Darzhavna agentsia za bezhantsite

14

2017/C 46/18

Kawża C-621/16 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2016 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-Kawżi magħquda T-353/14 u T-17/15, L-Italja vs Il-Kummissjoni

16

2017/C 46/19

Kawża C-633/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sø- og Handelsretten (id-Danimarka) fis-7 ta’ Diċembru 2016 – Ernst & Young P vs Konkurrencerådet

17

2017/C 46/20

Kawża C-636/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo de Pamplona (Spanja) fid-9 ta’ Diċembru 2016 – Wilber López Pastuzano vs Delegación del Gobierno de Navarra

18

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 46/21

Kawża T-713/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2016 – IPSO vs BĊE (BĊE — Persunal tal-BĊE — Ħaddiema temporanji — Limitazzjoni tat-tul massimu ta’ servizz tal-istess ħaddiem temporanju — Rikors għal annullament — Att li jista’ jiġi kkontestat — Interess dirett u individwali — Interess ġuridiku — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Ammissibbiltà — Nuqqas ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-organizzazzjoni sindakali rikorrenti — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

19

2017/C 46/22

Kawża T-833/16: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2016 – Karp vs Il-Parlament

19

2017/C 46/23

Kawża T-858/16: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2016 – Dow Corning u Dow Corning Europe vs Il-Kummissjoni

20

2017/C 46/24

Kawża T-867/16: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2016 – Nomacorc vs Il-Kummissjoni

21

2017/C 46/25

Kawża T-874/16: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2016 – RA vs Il-Qorti tal-Awdituri

22

2017/C 46/26

Kawża T-875/16: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2016 – Falcon Technologies International vs Il-Kummissjoni

23

2017/C 46/27

Kawża T-881/16: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2016 – HJ vs EMA

24

2017/C 46/28

Kawża T-882/16: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2016 – Sipral World vs EUIPO – La Dolfina (DOLFINA)

25

2017/C 46/29

Kawża T-893/16: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2016 – Xiaomi vs EUIPO – Apple (MI PAD)

26

2017/C 46/30

Kawża T-894/16: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2016 – Air France vs Il-Kummissjoni

26

2017/C 46/31

Kawża T-895/16: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2016 – Toontrack Music vs EUIPO (SUPERIOR DRUMMER)

27

2017/C 46/32

Kawża T-908/16: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2016 – Starbucks (HK) vs EUIPO – Now Wireless (nowwireless)

28

2017/C 46/33

Kawża T-916/16: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2016 – Winkler vs Il-Kummissjoni

28


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 046/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 38, 6.2.2017

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 30, 30.1.2017

ĠU C 22, 23.1.2017

ĠU C 14, 16.1.2017

ĠU C 6, 9.1.2017

ĠU C 475, 19.12.2016

ĠU C 462, 12.12.2016

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel – il-Belġju) – Essent Belgium NV vs Vlaams Gewest, Inter-Energa et

(Kawża C-492/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Leġiżlazzjonijiet reġjonali li jimponu d-distribuzzjoni bla ħlas, fin-netwerks li jinstabu fir-reġjun ikkonċernat, tal-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu - Distinzjoni skont l-oriġini tal-elettriku aħdar - Artikoli 28 u 30 KE - Moviment liberu tal-merkanzija - Direttiva 2001/77/KE - Artikoli 3 u 4 - Mekkaniżmi nazzjonali ta’ appoġġ għall-produzzjoni ta’ enerġija ħadra - Direttiva 2003/54/KE - Artikoli 3 u 20 - Direttiva 96/92/KE - Artikoli 3 u 16 - Suq intern tal-elettriku - Aċċess għan-netwerks ta’ distribuzzjoni b’kundizzjonijiet tariffarji nondiskriminatorji - Obbligi ta’ servizz pubbliku - Nuqqas ta’ proporzjonalità))

(2017/C 046/02)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Essent Belgium NV

Konvenuti: Vlaams Gewest, Inter-Energa, IVEG, Infrax West, Provinciale Brabantse Energiemaatschappij CVBA (PBE), Vlaamse Regulator van de Electriciteits- en Gasmarkt (VREG)

Fil-preżenza ta’: Intercommunale Maatschappij voor Energievoorziening Antwerpen (IMEA), Intercommunale Maatschappij voor Energievoorziening in West- en Oost-Vlaanderen (IMEWO), Intercommunale Vereniging voor Energielevering in Midden-Vlaanderen (Intergem), Intercommunale Vereniging voor de Energiedistributie in de Kempen en het Antwerpse (IVEKA), Iverlek, Gaselwest CVBA, Sibelgas CVBA

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 28 u 30 KE kif ukoll tal-Artikolu 3(2) u (8), u tal-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE, tal-Artikolu 3(2) u (3), u tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Diċembru 1996, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern ta’ l-elettriku, u tal-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Settembru 2001, fuq il-promozzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli fis-suq intern tal-elettriku, moqrija flimkien, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjonijiet bħall-Besluit van de Vlaamse regering tot wijziging van het besluit van de Vlaamse regering van 28 september 2001 (deċizjoni tal-Gvern tal-Vlaanderen li temenda d-deċiżjoni tal-Gvern tal-Vlaanderen tat-28 ta’ Settembru 2001), tal-4 ta’ April 2003, u l-Besluit van de Vlaamse regering inzake de bevordering van elektriciteitsopwekking uit hernieuwbare energiebronnen (deċiżjoni tal-Gvern tal-Vlaanderen li tiffavorixxi l-produzzjoni ta’ elettriku minn sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu), tal-5 ta’ Marzu 2004, li jimponu sistema ta’ distribuzzjoni bla ħlas tal-elettriku aħdar fin-netwerks ta’ distribuzzjoni li jinstabu fir-reġjun ikkonċernat filwaqt li jillimitaw il-benefiċċju ta’ din is-sistema, fir-rigward tal-ewwel deċiżjoni, biss għall-elettriku aħdar alimentat direttament minn impjanti ta’ produzzjoni fl-imsemmija netwerks ta’ distribuzzjoni u, fir-rigward tat-tieni deċiżjoni, biss għall-elettriku aħdar alimentat direttament minn tali impjanti ta’ produzzjoni f’netwerks ta’ distribuzzjoni li jinstabu fl-Istat Membru li jagħmel parti minnu l-imsemmi reġjun.


(1)  ĠU C 34, 2.2.2015.


13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Connexxion Taxi Services BV vs Staat der Nederlanden, Transvision BV, Rotterdamse Mobiliteit Centrale RMC BV, Zorgvervoercentrale Nederland BV

(Kawża C-171/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 45(2) - Sitwazzjoni personali tal-applikant jew tal-offerent - Raġunijiet ta’ esklużjoni fakultattivi - Kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi eżami każ b’każ, b’applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità - Deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti - Direttiva 89/665/KEE - Stħarriġ ġudizzjarju))

(2017/C 046/03)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Connexxion Taxi Services BV

Konvenuti: Staat der Nederlanden, Transvision BV, Rotterdamse Mobiliteit Centrale RMC BV, Zorgvervoercentrale Nederland BV

Dispożittiv

1)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], ma jipprekludix li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tobbliga lill-awtorità kontraenti teżamina, b’applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, jekk hemmx effettivament lok li kandidat jiġi eskluż minn kuntratt pubbliku inkwantu responsabbli għal kondotta professjonali ħażina ta’ ċertu gravità.

2)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18, b’mod partikolari dawk tal-Artikolu 2 u tal-punt 17 tal-Anness VII A ta’ din id-direttiva, moqrija fid-dawl tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament kif ukoll tal-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta minn dan il-prinċipju, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li awtorità kontraenti tiddeċiedi li tagħti kuntratt pubbliku lil offerent responsabbli minn kondotta professjonali ħażina ta’ ċertu gravità minħabba li l-esklużjoni ta’ dan l-offerent mill-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt kienet kuntrarja għall-prinċipju ta’ proporzjonalità, filwaqt li, skont il-kundizzjonijiet tas-sejħa għal offerti ta’ dan il-kuntratt, offerent responsabbli minn kondotta professjonali ħażina ta’ ċertu gravità kellu neċessarjament jiġi eskluż mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni n-natura proporzjonata jew le ta’ din is-sanzjoni.


(1)  ĠU C 213, 29.06.2015.


13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif – il-Lussemburgu) – Maria do Céu Bragança Linares Verruga, Jacinto Manuel Sousa Verruga, André Angelo Linares Verruga vs Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche

(Kawża C-238/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-persuni - Ugwaljanza fit-trattament - Vantaġġi soċjali - Regolament (UE) Nru 492/2011 - Artikolu 7(2) - Għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla - Kundizzjoni għall-istudenti li ma humiex residenti fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat li dawn ikunu wlied ħaddiema li kienu ġew impjegati jew li kienu eżerċitaw l-attività professjonali tagħhom f’dan l-Istat Membru matul perijodu kontinwu ta’ mill-inqas ħames snin - Diskriminazzjoni indiretta - Ġustifikazzjoni - Għan intiż sabiex iżid il-proporzjon ta’ persuni residenti li għandhom diploma ta’ edukazzjoni ogħla - Natura xierqa - Proporzjonalità))

(2017/C 046/04)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Maria do Céu Bragança Linares Verruga, Jacinto Manuel Sousa Verruga, André Angelo Linares Verruga

Konvenut: Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche

Dispożittiv

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla lill-istudenti mhux residenti għall-kundizzjoni li tal-inqas wieħed mill-ġenituri ta’ dawn tal-aħħar ikun ħadem f’dan l-Istat Membru matul perijodu minimu u kontinwu ta’ ħames snin fil-mument li ssir it-talba għall-għajnuna finanzjarja, iżda ma tipprevedix tali kundizzjoni fir-rigward ta’ studenti residenti fuq it-territorju tal-imsemmi Stat Membru, bl-għan li tinkoraġġixxi ż-żieda tal-proporzjon tar-residenti li għandhom diploma ta’ edukazzjoni ogħla.


(1)  ĠU C 254, 3.8.2015.


13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Vrhovno sodišče Republike Slovenije – is-Slovenja) – Drago Nemec vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-256/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2000/35/KE - Ġlieda kontra ħlas tardiv - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Tranżazzjoni konkluża qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tas-Slovenja mal-Unjoni Ewropea - Kamp ta’ applikazzjoni - Kunċett ta’ “transazzjoni kummerċjali” - Kunċett ta’ “intrapriża” - Ammont massimu tal-interessi moratorji))

(2017/C 046/05)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Drago Nemec

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Dispożittiv

1)

Il-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard [ħlas tardiv] fi tranżazzjonijiet kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna fiżika li għandha liċenzja biex teżerċita attività bħala artiġjan indipendenti għandha titqies bħala “intrapriża” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u t-tranżazzjoni li din tikkonkludi għandha titqies bħala “transazzjonijiet kummerċjali” fis-sens ta’ din l-istess dispożizzjoni, jekk, minkejja li ma tidħolx taħt l-attivitajiet ikkonċernati minn din il-liċenzja, din it-tranżazzjoni ssir fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ attività ekonomika jew professjonali indipendenti strutturata u stabbli, liema ħaġa għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ.

2)

Id-Direttiva 2000/35 għandha tiġi interpretata fis-sens li din ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 376 tal-Obligacijski zakonik (il-kodiċi tal-obbligi), li jipprevedi li l-interessi moratorji dovuti iżda mhux imħallsa jieqfu jiddekorru meta l-ammont tagħhom jilħaq lil dak tas-somma kapitali ewlenija.


(1)  ĠU C 302, 14.09.2015.


13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Regionale di Roma – l-Italja) – Mercedes Benz Italia SpA vs Agenzia delle Entrate Direzione Provinciale Roma 3

(Kawża C-378/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 77/388/KEE - Il-punt (d) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) - Kamp ta’ applikazzjoni - Applikazzjoni ta’ proporzjon ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud imposta fuq l-akkwist tal-oġġetti u tas-servizzi kollha użati minn persuna taxxabbli - Tranżazzjonijiet anċillari - Użu tad-dħul mill-bejgħ bħala indizzju))

(2017/C 046/06)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Regionale di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mercedes Benz Italia SpA

Konvenuta: Agenzia delle Entrate Direzione Provinciale Roma 3

Dispożittiv

Il-punt (d) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) u l-Artikolu 19 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni u prassi nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jimponu fuq persuna taxxabbli:

li tapplika għall-oġġetti u għas-servizzi kollha akkwistati minnha proporzjon ta’ tnaqqis ibbażat fuq id-dħul mill-bejgħ, mingħajr ma jipprevedu metodu ta’ kalkolu li jkun ibbażat fuq in-natura u d-destinazzjoni effettiva ta’ kull wieħed mill-oġġetti u mis-servizzi akkwistati u li jirrifletti oġġettivament is-sehem ta’ imputazzjoni reali tal-ispejjeż sostnuti f’kull waħda mill-attivitajiet intaxxati u mhux intaxxati; u

li tirreferi għall-kompożizzjoni tad-dħul mill-bejgħ tagħha sabiex tidentifika t-tranżazzjonijiet li jikklassifikaw bħala “anċillari”, sakemm l-evalwazzjoni magħmula għal dan il-għan tieħu wkoll inkunsiderazzjoni r-relazzjoni ta’ dawn it-tranżazzjonijiet mal-attivitajiet taxxabbli ta’ din il-persuna taxxabbli u, jekk ikun il-każ, l-użu li huma jagħmlu tal-oġġetti u tas-servizzi li għalihom hija dovuta t-taxxa fuq il-valur miżjud.


(1)  ĠU C 337, 12.10.2015.


13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative – il-Lussemburgu) – Noémie Depesme, Saïd Kerrou (C-401/15), Adrien Kauffmann (C-402/15), Maxime Lefort (C-403/15) vs Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche

(Kawżi Magħquda C-401/15 sa C-403/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-persuni - Drittijiet tal-ħaddiema - Ugwaljanza fit-trattament - Benefiċċji soċjali - Għajnuna finanzjarja għat-tkomplija ta’ studji f’edukazzjoni ogħla - Kundizzjoni ta’ filjazzjoni - Kunċett ta’ “wild” - Wild tal-konjuġi jew tas-sieħeb irreġistrat - Kontribuzzjoni għall-manteniment ta’ dan il-wild))

(2017/C 046/07)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Noémie Depesme, Saïd Kerrou (C-401/15), Adrien Kauffmann (C-402/15), Maxime Lefort (C-403/15)

Konvenut: Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche

Dispożittiv

L-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li wild ħaddiem fruntalier, li jista’ jibbenefika indirettament mill-benefiċċji soċjali msemmija f’din l-aħħar dispożizzjoni, bħall-finanzjament tal-istudji mogħti minn Stat Membru lill-ulied tal-ħaddiema li jeżerċitaw jew li eżerċitaw l-attività tagħhom f’dan l-Istat, ma għandux jitqies li huwa biss wild li għandu rabta ta’ filjazzjoni ma’ dan il-ħaddiem iżda wkoll wild il-konjuġi jew sieħeb irreġistrat tal-imsemmi ħaddiem, meta dan tal-aħħar jikkontribwixxi għall-manteniment ta’ dan il-wild. Dan l-aħħar rekwiżit jirriżulta minn sitwazzjoni ta’ fatt, li għandu jiġi evalwat mill-amministrazzjoni u, jekk ikun il-każ, mill-qrati nazzjonali, mingħajr ma jkun meħtieġ għalihom li jiddeterminaw ir-raġunijiet ta’ din il-kontribuzzjoni jew li jikkwantifikaw id-daqs eżatt tagħha.


(1)  ĠU C 302, 14.09.2015.


13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação do Porto – il-Portugall) – Alberto José Vieira de Azevedo et vs CED Portugal Unipessoal, Lda, Instituto de Seguros de Portugal – Fundo de Garantia Automóvel

(Kawża C-558/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà - Direttiva 2000/26/KE - Artikolu 4(5) - Impriża ta’ assigurazzjoni - Rappreżentant għal pretensjonijiet - Poter suffiċjenti ta’ rappreżentanza - Tressiq ta’ azzjoni quddiem il-qrati))

(2017/C 046/08)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação do Porto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Alberto José Vieira de Azevedo, Maria da Conceição Ferreira da Silva, Carlos Manuel Ferreira Alves, Rui Dinis Ferreira Alves, Vítor José Ferreira Alves

Konvenuti: CED Portugal Unipessoal, Lda, Instituto de Seguros de Portugal – Fundo de Garantia Automóvel

Fil-preżenza ta’: Instituto de Seguros de Portugal – Fundo de Acidentes de Trabalho

Dispożittiv

L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Mejju 2000, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/239/KEE [73/239/KEE] u 88/357/KEE (Ir-raba’ Direttiva dwar assigurazzjoni għall-vetturi), kif emendata bid-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jimponix fuq l-Istati Membri li jipprevedu li r-rappreżentant responsabbli, skont dan l-artikolu, għall-pagament tal-pretensjonijiet jista’ jitressaq bħala konvenut huwa stess, minflok l-impriża ta’ assigurazzjoni li huwa jirrappreżenta, quddiem il-qorti nazzjonali adita b’rikors għad-danni ppreżentat minn persuna leża li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2000/26, kif emendata bid-Direttiva 2005/14.


(1)  ĠU C 16, 18.1.2016.


13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2016 – SV Capital OÜ vs Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-577/15 P) (1)

((Appell - Talba għall-ftuħ ta’ investigazzjoni tal-Awtoritajiet tas-Sorveljanza Estonjani u Finlandiżi - Deċiżjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Awtoritajiet Ewropej ta’ Sorveljanza - Regolament (UE) Nru 1093/2010 - Artikoli 17 u 60 - Bord tal-Appell - Terminu tar-rikors - Żball skużabbli))

(2017/C 046/09)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: SV Capital OÜ (rappreżentanti: M. Greinoman, vandeadvokaat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) (rappreżentanti: J. Overett Somnier u Z. J. Giotaki, aġenti, assistiti minn F. Tuytschaever, avukat), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u K.-P. Wojcik, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

SV Capital OÜ hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA).

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 16, 18.1.2016


13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2016 –L-Ungerija vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-644/15 P) (1)

((Appell - Regolament (KE) Nru 1234/2007 - Organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur agrikolu - Settur tal-frott u l-ħaxix - Artikolu 103e - Assistenza finanzjarja nazzjonali mogħtija lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix - Regolament (KE) Nru 1580/2007 - Artikolu 97 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rimbors mill-Unjoni Ewropea tal-assistenza finanzjarja nazzjonali mogħtija mill-Ungerija lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi))

(2017/C 046/10)

Lingwa tal-proċedura: l-Ungeriż

Partijiet

Appellanti: L-Ungerija (rappreżentanti: M.Z. Fehér u E. E. Sebestyén, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lewis u B. Béres, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huma miċħud.

2)

L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 27, 25.1.2016


13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen – il-Belġju) – Loterie Nationale – Nationale Loterij NV van publiek recht vs Paul Adriaensen, Werner De Kesel, The Right Frequency VZW

(Kawża C-667/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2005/29/KE - Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi - Prattika kummerċjali qarrieqa - Skema promozzjonali piramidali - Kontribuzzjonijiet imħallsa minn membri ġodda u kumpens riċevut mill-membri eżistenti - Rabta finanzjarja indiretta))

(2017/C 046/11)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Loterie Nationale – Nationale Loterij NV van publiek recht

Konvenuti: Paul Adriaensen, Werner De Kesel, The Right Frequency VZW

Dispożittiv

Il-punt 14 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”), għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tippermetti li prattika kummerċjali tiġi kklassifikata bħala “skema promozzjonali piramidali” anki fil-każ li tkun teżisti biss rabta indiretta bejn il-kontribuzzjonijiet imħallsa minn membri ġodda għal tali skema u l-kumpens li jirċievu l-membri eżistenti.


(1)  ĠU C 106, 21.3.2016.


13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče Republike Slovenije – is-Slovenja) – LEK Farmacevtska Družba d.d. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-700/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tal-merkanzija - Supplimenti tal-ikel li jaqgħu taħt l-intestatura tariffarja 2106 - Ingredjent attiv bħala komponent essenzjali - Klassifikazzjoni eventwali fil-Kapitolu 30 tan-Nomenklatura Magħquda - Preżentazzjoni u kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti bħala prodotti mediċinali))

(2017/C 046/12)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: LEK Farmacevtska Družba d.d.

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Dispożittiv

1)

L-intestatura 3004 tan-Nomenklatura Magħquda tat-Tariffa Doganali Komuni li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011, tas-27 ta’ Settembru 2011, għandha tiġi interpretata fis-sens li prodotti li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “prodott mediċinali”, fis-sens tad-Direttiva 2001/83/[KE] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva 2011/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2011, ma għandhomx jiġu kklassifikati f’din l-intestatura awtomatikament.

2)

In-Nomenklatura Magħquda tat-Tariffa Doganali Komuni li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament Nru 1006/2011, għandha tiġi interpretata fis-sens li prodotti, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jkollhom effetti benefiċi ġenerali għas-saħħa u li l-komponent essenzjali tagħhom huwa ingredjent attiv li jinsab f’supplimenti tal-ikel ikklassifikati fl-intestatura tariffarja 2106 ta’ din in-nomenklatura, minkejja li jiġu ppreżentati mill-manifattur tagħhom bħala prodotti mediċinali u jiġu kkummerċjalizzati u mibjugħa bħala tali, jaqgħu taħt din l-intestatura.


(1)  ĠU C 111, 29.3.2016.


13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/10


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2016 minn Ice mountain Ibiza, S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-25 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża T-5/15, Ice Mountain Ibiza vs EUIPO – Marbella Atlantic Ocean Club (ocean beach club ibiza)

(Kawża C-412/16 P)

(2017/C 046/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Ice Mountain Ibiza, S.L. (rappreżentanti: J. L. Gracia Albero u F. Miazzetto, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Talbiet

tannulla totalment is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża T-5/15 Ice Mountain Ibiza, SL, vs l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (EU:T:2016:311);

tilqa’ totalment it-talbiet tar-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti sa issa quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell tal-imsemmi Uffiċċju u quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa bbażat fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) u, b’mod partikolari, fuq is-segwenti allegazzjonijiet u motivi.

1.

Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tiddetermina b’mod żbaljat il-karattru distintiv tal-element “OCEAN”.

Il-Qorti Ġenerali tiżnatura l-provi prodotti f’dan il-każ u tevalwahom b’mod illoġiku.

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma tapplikax il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-qasam, jiġifieri dik żviluppata fis-sentenzi C-479/12 (2) (il-Qorti Ġenerali evalwat il-provi prodotti b’mod eċċessivament rigoruż fid-dawl tad-diffikulta tal-għan probatorju) u C-24/05 P (3) (il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx l-opinjoni tal-konsumatur rilevanti).

2.

Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tikkonstata b’mod żbaljat il-karattru dominanti tal-elementi differenti.

Żnaturament tal-fatti. Nuqqas ta’ koerenza fl-argumenti żviluppati fis-sentenza appellata sabiex jiġi ġġustifikat il-karattru dominanti tal-elementi verbali.

Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja żviluppata fis-sentenza C-251/95 (4) u C-342/97 (5) (il-Qorti Ġenerali tuża konsumatur rilevanti kompletament żnaturat).

Applikazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali żviluppata fis-sentenza T-134/06 (6) (applikazzjoni inkoerenti tad-definizzjoni mogħtija tal-kunċett ta’ “element dominanti”).

Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali żviluppata fil-Kawżi magħquda T-83/11 u T-84/11 (7). Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tinjora l-ġurisprudenza eżistenti fil-każ fejn f’suq speċifiku l-provvista tkun ikbar mid-domanda.

3.

Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tikkonstata b’mod żbaljat l-eżistenza ta’ xebh bejn it-trade marks filwaqt li ma tieħux inkunsiderazzjoni ċirkustani rilevanti għall-finijiet ta’ din l-evalwazzjoni.

Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja żviluppata fis-sentenza C-251/95 moqrija flimkien mas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja C-361/04 P (8) u C-342/97 (9).

4.

Fis-sentenza appellata, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonkludi b’mod żbaljat li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)

(2)  Sentenza tat-13 ta’ Frar 2014, H. Gautzsch Großhandel, C-479/12, EU:C:2014:75.

(3)  Sentenza tat-22 ta’ Ġunju 2006, Storck vs UASI, C-24/05 P, EU:C:2006:421.

(4)  Sentenza tal-11 ta’ Novembru 1997, SABEL, C-251/95, EU:C:1997:528.

(5)  Sentenza tat-22 ta’ Ġunju 1999, Lloyd Schuhfabrik Meyer, C-342/97, EU:C:1999:323.

(6)  Sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2007, Xentral vs UASI – Paġni sofor (PAGESJAUNES.COM), T-134/06, EU:T:2007:387.

(7)  Sentenza tat-13 ta’ Novembru 2012, Antrax It vs UASI – THC (Radjaturi u heaters), T-83/11 u T-84/11, EU:T:2012:592.

(8)  Sentenza tat-12 ta’ Jannar 2006, Ruiz-Picasso et vs UASI, C-361/04 P, EU:C:2006:25.

(9)  Sentenza tat-22 ta’ Ġunju 1999, Lloyd Schuhfabrik Meyer, C-342/97, EU:C:1999:323.


13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/11


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2016 minn Ice Mountain Ibiza, S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-25 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża T-6/15, Ice Mountain Ibiza vs EUIPO – Marbella Atlantic Ocean Club (ocean ibiza)

(Kawża C-413/16 P)

(2017/C 046/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Ice Mountain Ibiza, S.L. (rappreżentanti: J. L. Gracia Albero u F. Miazzetto, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Talbiet

tannulla totalment is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża T-6/15 Ice Mountain Ibiza, S.L. vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (EU:T:2016:310);

tilqa’ totalment it-talbiet tar-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Uffiċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż, inkluż dawk sostnuti sa issa quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell tal-imsemmi Uffiċju u quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa bbażat fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) u, b’mod partikolari, fuq is-segwenti allegazzjonijiet u motivi.

1.

Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tiddetermina b’mod żbaljat il-karattru distintiv tal-element “OCEAN”.

Il-Qorti Ġenerali tiżnatura l-provi prodotti f’dan il-każ u tevalwahom b’mod illoġiku.

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma tapplikax il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-qasam, jiġifieri dik żviluppata fis-sentenzi C-479/12 (2) (il-Qorti Ġenerali evalwat il-provi prodotti b’mod eċċessivament rigoruż fid-dawl tad-diffikulta tal-għan probatorju) u C-24/05 P (3) (il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx l-opinjoni tal-konsumatur rilevanti).

2.

Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tikkonstata b’mod żbaljat il-karattru dominanti tal-elementi differenti

Żnaturament tal-fatti. Nuqqas ta’ koerenza fl-argumenti żviluppati fis-sentenza appellata sabiex jiġi ġġustifikat il-karattru dominanti tal-elementi verbali.

Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja żviluppata fis-sentenza C-251/95 (4) u C-342/97 (5) (il-Qorti Ġenerali tuża konsumatur rilevanti kompletament żnaturat).

Applikazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali żviluppata fis-sentenza T-134/06 (6) (applikazzjoni inkoerenti tad-definizzjoni mogħtija tal-kunċett ta’ “element dominanti”).

Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali żviluppata fil-Kawżi magħquda T-83/11 u T-84/11 (7). Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tinjora l-ġurisprudenza eżistenti fil-każ fejn f’suq speċifiku l-provvista tkun ikbar mid-domanda.

3.

Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tikkonstata b’mod żbaljat l-eżistenza ta’ xebh bejn it-trade marks filwaqt li ma tieħux inkunsiderazzjoni ċirkustani rilevanti għall-finijiet ta’ din l-evalwazzjoni

Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja żviluppata fis-sentenza C-251/95 moqrija flimkien mas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja C-361/04 P (8) u C-342/97 (9).

4.

Fis-sentenza appellata, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonkludi b’mod żbaljat li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).

(2)  Sentenza tat-13 ta’ Frar 2014, H. Gautzsch Großhandel, C-479/12, EU:C:2014:75.

(3)  Sentenza tat-22 ta’ Ġunju 2006, Storck vs UASI, C-24/05 P, EU:C:2006:421.

(4)  Sentenza tal-11 ta’ Novembru 1997, SABEL, C-251/95, EU:C:1997:528.

(5)  Sentenza tat-22 ta’ Ġunju 1999, Lloyd Schuhfabrik Meyer, C-342/97, EU:C:1999:323.

(6)  Sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2007, Xentral vs UASI – Paġni sofor (PAGESJAUNES.COM), T-134/06, EU:T:2007:387.

(7)  Sentenza tat-13 ta’ Novembru 2012, Antrax It vs UASI – THC (Radjaturi u heaters), T-83/11 u T-84/11, EU:T:2012:592.

(8)  Sentenza tat-12 ta’ Jannar 2006, Ruiz-Picasso et vs UASI, C-361/04 P, EU:C:2006:25.

(9)  Sentenza tat-22 ta’ Ġunju 1999, Lloyd Schuhfabrik Meyer, C-342/97, EU:C:1999:323.


13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fil-31 ta’ Ottubru 2016 – EP Agrarhandel GmbH vs Bundesminister für Land-, Forst-, Umwelt und Wasserwirtschaft

(Kawża C-554/16)

(2017/C 046/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EP Agrarhandel GmbH

Awtorità konvenuta: Bundesminister für Land-, Forst-, Umwelt und Wasserwirtschaft

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672/KE (1), tal-20 ta’ Awwissu 2001, li tistabbilixxi regoli speċjali applikabbli għall-movimenti ta’ annimali bovini meta mqegħda jirgħu fis-sajf fl-oqsma tal-muntanji, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/300/UE (2), tal-25 ta’ Mejju 2010, jippekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħalma huwa l-paragrafu 6(6) tal-Verordnung des Bundesministers für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft über die Kennzeichnung und Registrierung von Rindern (BGBl. II n.o201/2008) (digriet tal-ministeru federali għall-agrikoltura, il-forestrija, l-ambjent u l-ġestjoni tal-ilma dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali bovini; iktar ’il quddiem, id-“digriet tal-2008 dwar l-identifikazzjoni tal-annimali bovini”), li, fir-rigward tal-konformità mat-termini kollha koperti minn din id-dispożizzjoni – u għaldaqstant anki fir-rigward tan-notifika ta’ moviment lejn mergħa tas-sajf – tqis l-irċevuta tan-notifika rilevanti bħala l-fattur determinanti?

2)

X’effett għandu t-tieni paragrafu tal-Artikolu 117 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (3), tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fuq l-eliġibbiltà għal primjum għal annimali bovini li l-moviment tagħhom lejn mergħa tas-sajf ikun ġie innotifikat tard fis-sens tal-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni?

3)

Jekk in-notifika tard ta’ moviment lejn mergħa tas-sajf taħt it-tieni pararafu tal-Artikolu 117 tar-Regolament Nru 73/2009 ma tirriżultax fit-telf tal-eliġibbiltà għal primjum, jistgħu jiġu imposti sanzjonijiet għal tali notifika tard?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 33, p. 341.

(2)  ĠU L 127, p. 19.

(3)  ĠU L 30, p. 16.


13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Novembru 2016 – Peter Roßnagel, Alexandre Schröter vs TUIfly GmbH

(Kawża C-562/16)

(2017/C 046/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Peter Roßnagel, Alexandre Schröter

Konvenuta: TUIfly GmbH

Domandi preliminari

1)

Il-bidla f’riżervazzjoni permezz tat-trasferiment ta’ passiġġier lejn titjira differenti mit-titjira oriġinarjament prevista tikkostitwixxi każ li għalih japplika l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 261/2004 (1)?

2)

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

Din id-dispożizzjoni tapplika għal bidla fir-riżervazzjoni li ma ġietx deċiża mit-trasportatur tal-ajru iżda mill-kumpannija li torganizza l-vjaġġ?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10)


13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fit-18 ta’ Novembru 2016 – Serin Alheto vs Zamestnik-predsedatel na Darzhavna agentsia za bezhantsite

(Kawża C-585/16)

(2017/C 046/17)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Serin Alheto

Konvenut: Zamestnik-predsedatel na Darzhavna agentsia za bezhantsite

Domandi preliminari

1)

Mill-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2011/95 (1), ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2013/32 (2) u mal-Artikolu 78(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jirriżulta li:

A)

dan l-artikolu jippermetti li l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata minn persuna mingħajr Stat, ta’ oriġini Palestinjana, irreġistrata bħala refuġjat mal-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għal għajnuna u għal xogħlijiet għar-refuġjati Palestinjani fil-Lvant Qarib (UNRWA) u li fil-perijodu ta’ qabel ġiet ippreżentata din l-applikazzjoni kienet dejjem residenti fiż-żona fejn topera din l-aġenzija (l-Istrippa ta’ Gaza), tiġi eżaminata bħala applikazzjoni skont l-Artikolu 1(A) tal-Konvenzjoni ta’ Genève tal-1951 dwar ir-refuġjati, minflok bħala applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 1(D) tal-istess konvenzjoni, u dan taħt il-kundizzjoni li l-kompetenza għall-eżami tal-applikazzjoni tiġi preżunta abbażi ta’ raġunijiet oħra għajr raġunijiet karitattevoli jew umanitarji u li l-eżami tal-applikazzjoni jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2011/95?

B)

dan l-artikolu jippermetti li tali applikazzjoni ma tiġix eżaminata fid-dawl tar-rekwiżiti tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2011/95 u li, għaldaqstant, ma tiġix applikata l-interpretazzjoni mogħtija lil din id-dispożizzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja?

2)

L-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2011/95, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 5 tal-istess direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri l-punt 4 tal-Artikolu 12(1) taż-Zakon za ubezhishteto i bezhantsite (Liġi dwar l-ażil u r-refuġjati), li, fil-verżjoni applikabbli, ma tipprevedix espliċitament klawżola ta’ inklużjoni fir-rigward tal-refuġjati Palestinjani u li ma tipprevedix il-kundizzjoni li teħtieġ li l-għajnuna tkun waqfet, tkun xi tkun ir-raġuni, u fis-sens li l-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2011/95 huwa dispożizzjoni inkundizzjonata u preċiża biżżejjed sabiex ikollha, għalhekk, effett dirett u sabiex ikollha tiġi applikata anki jekk ma tkunx ġiet invokata espliċitament mill-persuna li tkun ippreżentat applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, f’sitwazzjoni fejn l-applikazzjoni jkollha tiġi eżaminata bħala applikazzjoni taħt it-tieni sentenza tal-Artikolu 1(d) tal-Konvenzjoni ta’ Genève?

3)

Mill-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2011/95, jirriżulta li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ rikors ġudizzjarju kontra deċiżjoni ta’ rifjut li tingħata protezzjoni internazzjonali, meħuda konformement mal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2013/32, u fid-dawl tal-fatti tal-kawża prinċipali, dan l-artikolu jippermetti li l-qorti tal-ewwel istanza teżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali bħala applikazzjoni taħt it-tieni sentenza tal-Artikolu 1(d) tal-Konvenzjoni ta’ Genève u twettaq evalwazzjoni konformement mal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva 2011/95, f’sitwazzjoni fejn din l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tkun ġiet ippreżentata minn persuna mingħajr Stat, ta’ oriġini Palestinjana, irreġistrata bħala refuġjat mal-UNRWA u li fil-perijodu ta’ qabel ġiet ippreżentata din l-applikazzjoni kienet dejjem residenti fiż-żona fejn topera din l-aġenzija (l-istrippa ta’ Gaza), u f’sitwazzjoni fejn din l-applikazzjoni ma kinitx eżaminata fid-dawl ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fid-deċiżjoni ta’ rifjut li tingħata protezzjoni internazzjonali?

4)

Mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32, dwar id-dritt għal rimedju effettiv fil-kuntest tar-rekwiżit ta’ “eżami sħiħ u ex nunc ta’ kemm il-fatti kif ukoll il-punti tal-liġi”, interpretati flimkien mal-Artikoli 33, 34 u 35(2) tal-imsemmija direttiva u mal-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2011/95, ikkunsidrati flimkien mal-Artikoli 18, 19 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jirriżulta li dawn id-dispożizzjonijiet jippermettu dan li ġej fil-kuntest ta’ proċedura ta’ rikors ġudizzjarju kontra deċiżjoni ta’ rifjut li tingħata protezzjoni internazzjonali meħuda konformement mal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2013/32.

A)

li l-qorti tal-ewwel istanza tagħti deċiżjoni għall-ewwel darba dwar l-ammissibbiltà tat-talba għal protezzjoni internazzjonali u dwar il-kwistjoni tar-ripatrijazzjoni tal-persuna mingħajr Stat fil-pajjiż fejn kienet tirrisjedi qabel ippreżentat l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, u dan wara li tkun obbligat lill-awtorità kompetenti tipproduċi l-provi neċessarji għal dan il-għan u wara li tkun tat lill-persuna kkonċernata l-possibbiltà li tesprimi l-pożizzjoni tagħha dwar il-kwistjonijiet marbuta mal-ammissibbiltà tal-applikazzjoni, jew

B)

li, minħabba ksur ta’ forom proċedurali sostanzjali, il-qorti tal-ewwel istanza jkollha tannulla d-deċiżjoni u tobbliga lill-awtorità kompetenti tieħu deċiżjoni ġdida dwar l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali filwaqt li tosserva l-indikazzjonijiet mogħtija fir-rigward tal-interpretazzjoni u tal-applikazzjoni tal-liġi, b’mod partikolari billi twettaq intervista dwar l-ammissibbiltà, prevista fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2013/32 u billi tagħti deċiżjoni dwar il-kwistjoni jekk huwiex possibbli li l-persuna mingħajr Stat tintbagħat fil-pajjiż fejn kienet tirrisjedi qabel ippreżentat l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali?

C)

li l-qorti tal-ewwel istanza twettaq evalwazzjoni dwar in-natura ta’ Stat mingħajr perikolu fir-rigward tal-pajjiż fejn il-persuna kienet tirrisjedi, fil-mument tal-fażi orali tal-proċedura, jew fil-mument li fih tingħata d-deċiżjoni, f’sitwazzjoni fejn ikunu seħħew bidliet kunsiderevoli li jimmiltaw favur deċiżjoni favorevoli għall-persuna kkonċernata?

5.

L-għajnuna mogħtija mill-UNRWA għandha titqies li hija protezzjoni fis-sens tal-Artikolu 35(1)(b) tad-Direttiva 2013/32 fil-pajjiż ikkonċernat miż-żona fejn topera l-aġenzija jekk dan l-Istat josserva l-prinċipju ta’ non-refoulement fis-sens tal-Konvenzjoni ta’ Genève fil-konfront tal-persuni li jibbenefikaw mill-għajnuna ta’ din l-aġenzija?

6.

Mill-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jirriżulta li d-dritt għal rimedju effettiv fil-kuntest previst, jiġifieri, “fejn applikabbli eżami tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni internazzjonali taħt id-Direttiva 2011/95/UE”, jirriżulta li, fil-każ ta’ rikors ġudizzjarju kontra deċiżjoni li teżmina fil-mertu l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali u li tirrifjuta li tagħti tali protezzjoni, il-qorti tal-ewwel istanza hija meħtieġa tieħu deċiżjoni:

A)

li jkollha s-saħħa ta’ res judicata mhux biss fir-rigward tal-kwistjoni tal-legalità tar-rifjut li tingħata protezzjoni iżda wkoll fir-rigward tal-kwistjoni tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni internazzjonali tal-persuna li tkun ippreżentat l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali konformement mad-Direttiva 2011/95, u dan anki f’sitwazzjoni fejn, konformement mad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, il-protezzjoni internazzjonali tingħata biss permezz ta’ deċiżjoni ta’ awtorità amministrattiva;

B)

dwar il-ħtieġa li tingħata protezzjoni internazzjonali billi twettaq eżami adegwat tal-applikazzjoni, irrispettivament mill-ksur ta’ forom proċedurali sostanzjali mwettaq mill-awtorità kompetenti fl-eżami ta’ din l-applikazzjoni?


(1)  Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU 2011, L 337, p. 9).

(2)  Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU 2013, L 180, p. 60).


13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/16


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2016 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-Kawżi magħquda T-353/14 u T-17/15, L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-621/16 P)

(2017/C 046/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin u G. Gattinara, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Taljana, Ir-Repubblika tal-Litwanja

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata;

fil-każ li tqis li l-kawża tinsab fi stat li tiġi deċiża, tiċħad ir-rikors fl-ewwel istanza bħala infondat;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura u għall-ispejjeż tal-proċedura fl-ewwel istanza;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Litwanja tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, il-Kummissjoni tressaq erba’ aggravji: (1) żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tan-natura legali tar-“Regoli ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet miftuħa” u żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”), li wasslu għal motivazzjoni żbaljata; (2) żball ta’ liġi u ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal; (3) żbalji ta’ liġi fl-interpretazzjoni (li barra minn hekk hija kontradittorja) tal-Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal u fl-interpretazzjoni tal-kriterji dwar l-istħarriġ ġudizzjarju tal-Qorti Ġenerali; (4) żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1/58 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 5).

1.

L-ewwel aggravju huwa maqsum f’erba’ partijiet. Fl-ewwel parti, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tan-natura legali tar-“Regoli ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet miftuħa” (ĠU 2014 C 60 A, p. 1), peress li, skont il-Kummissjoni, l-imsemmija Regoli jistabbilixxu obbligi ġodda u speċifiċi fir-rigward tal-iżvolġiment tal-proċedura tal-kompetizzjoni, obbligi li ma humiex mibdula mill-avviżi kkontestati. Fit-tieni parti tal-ewwel aggravju, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta interpretat l-Artikolu 7(1) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal fis-sens li l-EPSO ma għandux is-setgħa regolatorja li jistabbilixxi regoli ġenerali u astratti dwar is-sistema lingwistika tal-kompetizzjonijiet organizzati minnu. Skont il-Kummissjoni, l-EPSO għandu tali setgħa. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssostni wkoll ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni sa fejn, fl-aħħar tal-punt 57 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tikkontradixxi lilha nfisha meta tqis li l-EPSO xorta waħda għandu s-setgħa li jevalwa l-ħtiġijiet, anki dawk lingwistiċi, tad-diversi istituzzjonijiet meta jorganizza d-diversi kompetizzjonijiet. Fit-tielet parti tal-ewwel aggravju, il-Kummissjoni tqis li l-Qorti Ġenerali kkonstatat, b’mod żbaljat, li r-Regoli huma sempliċi atti intiżi li jiddikjaraw il-kriterji għall-għażla tat-tieni lingwa fil-proċeduri ta’ kompetizzjoni organizzati mill-EPSO, meta, għall-kuntrarju, l-imsemmija Regola jistabbilixxu, b’effett vinkolanti, il-kriterji li jiġġustifikaw tali għażla. Fir-raba’ parti tal-ewwel aggravju, fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat in-natura u l-kontenut tal-avviżi kkontestati fis-sens li, fir-rigward tas-sistema lingwistika, l-avviżi kienu sors ta’ obbligi ġodda u speċifiċi, b’tali mod li b’hekk wettqet ukoll ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni meta ċaħdet l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mressqa mill-Kummissjoni; f’dan is-sens, skont il-Kummissjoni, l-avviżi kkontestati kienu atti li l-kontenut tagħhom sempliċement jikkonferma dak li huwa stabbilit fir-Regoli ġenerali.

2.

It-tieni aggravju huwa maqsum f’żewġ partijiet. Fl-ewwel parti, il-Kummissjoni ssostni żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal, fis-sens li limitazzjoni fl-għażla tat-tieni lingwa ma hijiex neċessarjament diskriminazzjoni, iżda tista’ tkun iġġustifikata fid-dawl ta’ għan ġenerali, bħalma huwa l-interess tas-servizz fil-kuntest tal-politika tal-persunal. Fit-tieni parti, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni peress li, fl-istħarriġ ta’ ġustifikazzjoni għal-limitazzjoni fir-rigward tal-għażla tat-tieni lingwa, fis-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali ħadet inkunsiderazzjoni biss l-avviżi ta’ kompetizzjoni, meta kien imissha ħadet inkunsiderazzjoni wkoll ir-Regoli ġenerali u l-kontenut tagħhom.

3.

It-tielet aggravju huwa maqsum fi tliet partijiet. Fl-ewwel parti, il-Kummissjoni tqis li l-Qorti Ġenerali ma setgħetx tikkonkludi, mingħajr ma tinterpreta b’mod żbaljat l-Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal, li r-rekwiżiti dwar il-kapaċità lingwistika ma kinux jagħmlu parti mill-kompetenza tal-kandidati fis-sens tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal. Fit-tieni parti, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali ddefinixxiet b’mod żbaljat il-parametru tal-istħarriġ ġudizzjarju tagħha stess, li kellu jkun limitat għal evalwazzjoni ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni jew ta’ trattament arbitrarju. Fit-tieni parti, il-Kummissjoni targumenta li l-Qorti Ġenerali marret lil hinn mil-limiti tal-kompetenza tagħha meta evalwat fil-mertu l-għażla li ma jiġux introdotti wkoll, minbarra t-tliet lingwi indikati fl-avviżi ta’ kompetizzjoni (l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż), lingwi oħra, u b’hekk qiegħdet lilha nfisha minflok l-amministrazzjoni.

4.

Fir-raba’ aggravju, il-Kummissjoni tqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1/58 meta qieset li l-komunikazzjonijiet bejn l-EPSO u l-kandidati jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe possibbiltà li tiġi llimitata l-għażla tat-tieni lingwa. Għall-kuntrarju, il-possibbiltà li tiġi introdotta tali limitazzjoni tirriżulta, skont il-Kummissjoni, mill-Artikolu 1d(5) u (6) tar-Regolamenti tal-Persunal, li għalih huma suġġetti wkoll il-kandidati fi proċedura ta’ kompetizzjoni.


13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sø- og Handelsretten (id-Danimarka) fis-7 ta’ Diċembru 2016 – Ernst & Young P vs Konkurrencerådet

(Kawża C-633/16)

(2017/C 046/19)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Sø- og Handelsretten

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ernst & Young P/S

Konvenut: Konkurrencerådet

Domandi preliminari

1)

Skont liema kriterji għandu jiġi evalwat jekk aġir jew miżuri adottati minn impriża humiex koperti mill-projbizzjoni imposta bl-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (il-projbizzjoni ta’ implementazzjoni minn qabel), u miżura ta’ implementazzjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tippreżupponi li l-imsemmija miżura, totalment jew parzjalment, fattwalment jew legalment, tikkostitwixxi element ta’ bidla fil-kontroll jew tal-amalgamazzjoni tal-attivitajiet li jkomplu jiġu eżerċitati mill-impriżi parteċipanti u li – sakemm il-livelli minimi kwantitattivi jintlaħqu – tagħti lok għall-obbligu ta’ notifika?

2)

Ix-xoljiment ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni, bħal dak inkwistjoni f’din il-kawża, jikkostitwixxi miżura ta’ implementazzjoni koperta mill-projbizzjoni imposta bl-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 u skont liema kriterji għandu, għalhekk, jiġi evalwat?

3)

Fil-kuntest tar-risposta għat-tieni domanda hija rilevanti l-kwistjoni ta’ jekk ix-xoljiment effettivament ipproduċiex effetti sinjifikattivi, mill-perspettiva tad-dritt tal-kompetizzjoni, fuq is-suq?

4)

Jekk ir-risposta għat-tielet domanda tkun fl-affermattiv, qed jintalab li jiġi speċifikat skont liema kriterji u skont liema livell ta’ probabbiltà għandu jiġi evalwat, f’dan il-każ, jekk ix-xoljiment ipproduċiex tali effetti fuq is-suq, b’mod partikolari kemm jista’ jkun sinjifikattiv il-fatt li tali effetti jistgħu jkunu imputabbli għal kawżi oħra?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40.


13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo de Pamplona (Spanja) fid-9 ta’ Diċembru 2016 – Wilber López Pastuzano vs Delegación del Gobierno de Navarra

(Kawża C-636/16)

(2017/C 046/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo de Pamplona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Wilber López Pastuzano

Konvenuta: Delegación del Gobierno Central en Navarra

Domandi preliminari

L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2003/109/KE (1), tal-25 ta’ Novembru 2003, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u l-ġurisprudenza li tinterpretaha, li ma tipprevedix l-applikazzjoni tar-rekwiżiti għall-protezzjoni kontra tkeċċija ta’ ċittadin barrani residenti għat-tul fir-rigward ta’ kull deċiżjoni amministrattiva ta’ tkeċċija, irrispettivament min-natura jew mill-forma legali tagħha, iżda li tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti biss għal forma speċifika ta’ tkeċċija?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272


Il-Qorti Ġenerali

13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2016 – IPSO vs BĊE

(Kawża T-713/14) (1)

((“BĊE - Persunal tal-BĊE - Ħaddiema temporanji - Limitazzjoni tat-tul massimu ta’ servizz tal-istess ħaddiem temporanju - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Interess dirett u individwali - Interess ġuridiku - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Ammissibbiltà - Nuqqas ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-organizzazzjoni sindakali rikorrenti - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

(2017/C 046/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Organizzazzjoni tal-impjegati mal-istituzzjonijiet Ewropej u internazzjonali fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (IPSO) (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Levi)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: inizjalment minn B. Ehlers, I. Köpfer u M. López Torres, sussegwentement minn B. Ehlers, P. Pfeifhofer u F. Malfrère, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament ta’ att tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE tat-20 ta’ Mejju 2014 li jillimita għal sentejn it-tul massimu li matulu l-BĊE jista’ juża s-servizzi tal-istess ħaddiem temporanju għall-kompiti ta’ natura amministrattivi u segretarjali u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u għall-kumpens għad-danni morali subit.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-20 ta’ Mejju 2014 li jillimita għal sentejn it-tul massimu li matulu l-BĊE jista’ juża s-servizzi tal-istess ħaddiem temporanju għall-kompiti ta’ natura amministrattiva u segretarjali hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-BĊE għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll tliet kwarti tall-ispejjeż tal-Organizzazzjoni tal-impjegati mal-istituzzjonijiet Ewropej u internazzjonali fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (IPSO). L-IPSO għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 431, 1.12.2014.


13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/19


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2016 – Karp vs Il-Parlament

(Kawża T-833/16)

(2017/C 046/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Kevin Karp (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: N. Lambers u R. Ben Ammar, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-awtorità mogħtija s-setgħa tikkonkludi l-kuntratti ta’ impjieg għall-grupp EFDD fi ħdan il-Parlament Ewropew li kklassifikat lir-rikorrenti fil-grupp ta’ funzjonijiet I bħala assistent parlamentari akkreditat (APA) skont kuntratt iffirmat fil-25 ta’ Frar 2015 u fil-grupp ta’ funzjonijiet II fil-kuntest tal-kuntratt ta’ impjieg iffirmat fit-12 ta’ Mejju 2016;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni materjali u morali subiti mir-rikorrent li ġew stmati provviżorjament li jammontaw għal EUR 40 888,68 u EUR 63 323,20 EUR rispettivament;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ħlas tal-ispejjeż tiegħu u ta’ dawk tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu r-rikorrent jinvoka żewġ motivi;

1.

L-ewwel motiv jallega ksur tal-Artikolu 80 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea

Ir-rikorrent ingħata skala salarjali korrispondenti għall-grupp ta’ funzjonijiet I għall-ewwel kuntratt tiegħu u sussegwentment il-grad għall-grupp ta’ funzjonijiet II għat-tieni kuntratt ta’ impjieg li ġie propost lilu. Il-grupp ta’ funzjonijiet II jikkorrispondi għal “Kompiti klerikali u segretarjali, kompiti ta’ amministrazzjoni ta’ uffiċċju u kompiti ekwivalenti oħra, imwettqa taħt is-superviżjoni ta’ l-uffiċjali jew tal-persunal temporanju”, filwaqt li l-maġġoranza kbira tal-kompiti fdati lir-rikorrent fil-kuntest tal-ewwel u tat-tieni kuntratt ta’ impjieg tiegħu kienu kompiti amministrattivi u konsultattivi, kif intwera fl-annessi tar-rikors.

2.

It-tieni motiv, jallega ksur tal-Artikolu 82 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 82 tar-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea jipprovdi li membru tal-persunal bil-kuntratt għandu jiġi impjegat fil-grupp ta’ funzjonijiet IV jekk huwa jkun jista’ jagħti prova ta’ livell ta’ edukazzjoni li jikkorrospondi ma’ studi universitarji konklużi ta’ mill-anqas tliet snin iċċertifikat b’diploma jew taħriġ professjonali ta’ livell ekwivalenti. Ir-rikorrent lesta studji universitarji ta’ ħames snin iċċertifikati b’żewġ diplomi u, barra minn hekk, inkonnessjoni mat-tieni kuntratt li ġie propst lilu, huwa għandu esperjenza professjonali preċedenti miksub fil-Parlament Ewropew li tikkorrispondi ma’ kompiti ekwivalenti għal dawk li huwa kien qiegħed jeżegwixxi.


13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/20


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2016 – Dow Corning u Dow Corning Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-858/16)

(2017/C 046/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dow Corning Corporation (Midland, Michigan, l-Istati Uniti) u Dow Corning Europe (Seneffe, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Verschuur, M. Stroungi u L. Mélia, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Jannar 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat dwar l-eżenzjoni tal-profitt żejjed SA.37667 (SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Belġju [innotifikata taħt in-numru C(2015) 9837] (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”) (1);

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2(1) tad-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 1(d) tar-Regolament 2015/1589 (2) mill-Kummissjoni billi hija kklassifikat b’mod żbaljat bħala skema ta’ għajnuna d-deċiżjonijiet dwar it-taxxa fuq il-profitt żejjed, u b’hekk wettqet diversi żbalji manifesti ta’ liġi, ta’ fatt u ta’ evalwazzjoni billi indikat motivazzjoni insuffiċjenti.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE mill-Kummissjoni meta hija żball materjali ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni meta applikat il-qafas ta’ referenza bil-għan li tiddetermina jekk id-deċiżjonijiet dwar it-taxxa fuq il-profitt żejjed kienux jagħtu vantaġġ selettiv.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, mill-Kummissjoni, meta hija qieset b’mod żbaljat li d-deċiżjonijiet dwar it-taxxa fuq il-profitt żejjed jagħtu vantaġġ selettiv, u b’hekk wettqet diversi żbalji manifesti ta’ fatt u ta’ evalwazzjoni, naqset milli twettaq eżami diliġenti u imparzjali u pprovdiet motivazzjoni insuffiċjenti.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 2015/1589 u tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni billi wettqet żball materjali ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni kif ukoll li pprovdiet motivazzjoni insuffiċjenti fid-determinazzjoni tal-metodoloġija sabiex tikkwantifika l-għajnuna allegata.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1699 tal-11 ta’ Jannar 2016 dwar l-iskema ta' għajnuna li tirrigwarda l-eżenzjoni tal-qligħ eċċessiv SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Belġju (notifikata bid-dokument numru C(2015) 9837) (ĠU 2016, L 260, p. 61).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9).


13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/21


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2016 – Nomacorc vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-867/16)

(2017/C 046/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Nomacorc (Thimister-Clermont, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Verschuur, M. Stroungi u L. Mélia, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Jannar 2016, dwar l-iskema ta’ għajnuna li tirrigwarda l-eżenzjoni tal-qligħ eċċessiv SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Belġju (iktar 'il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”) (1);

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2(1) tad-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegat ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 1(d) tar-Regolament 2015/1589 (2) billi kklassifikat b’mod żbaljat id-deċiżjonijiet dwar il-qligħ eċċessiv bħala skema, u b’hekk wettqet diversi żbalji manifesti ta’ liġi, ta’ fatt u ta’ evalwazzjoni kif ukoll tat motivazzjoni inadegwata.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegat ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE billi wettqet żball materjali ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni meta interpretat u applikat is-sistema ta’ riferiment għall-finijiet tal-evalwazzjoni ta’ jekk id-deċiżjonijiet dwar il-qligħ eċċessiv jagħtux vantaġġ selettiv.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegat ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE billi stabbiliet b’mod żbaljat li d-deċiżjonijiet dwar il-qligħ eċċessiv jagħtu vantaġġ selettiv, u b’hekk wettqet diversi żbalji manifesti ta’ fatt u ta’ evalwazzjoni, naqset milli tiżvolġi eżami diliġenti u imparzjali u tat motivazzjoni inadegwata.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1699, tal-11 ta’ Jannar 2016, dwar l-iskema ta’ għajnuna li tirrigwarda l-eżenzjoni tal-qligħ eċċessiv SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Belġju (notifikata bid-dokument numru C(2015) 9837) (ĠU L 260, p. 61)

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589, tat-13 ta’ Lulju 2015, li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, p. 9).


13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/22


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2016 – RA vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-874/16)

(2017/C 046/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: RA (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-4 ta’ Marzu 2016 li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 11;

tikkundanna lill-Qorti tal-Awdituri għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

Permezz tal-ewwel motiv ir-rikorrent iqajjem eċċezzjoni ta’ illegalità tas-sistema ta’ promozzjoni applikata fi ħdan il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea, implementata permezz tad-Deċiżjoni 53-2014 dwar il-promozzjonijiet, sa fejn taffettwa l-kapaċità tal-Awtorità tal-Ħatra li tidentifika b’mod metodiku d-differenzi fil-mod kif jiġu evalwati l-uffiċjali mid-diversi evalwaturi tal-istituzzjoni skont is-suġġettività partikolari tagħhom.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-argument li d-deċiżjoni tal-4 ta’ Marzu 2016 li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 11 tmur kontra l-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sa fejn l-Awtorità tal-Ħatra ma wettqitx eżami komparattiv tal-merti tiegħu fuq bażi ugwali u oġġettiva, minn sorsi ta’ informazzjoni u ta’ indikazzjonijiet komparabbli.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-argument li l-motivazzjoni mogħtija fit-tweġiba li ċaħdet l-ilment turi li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata b’diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.


13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/23


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2016 – Falcon Technologies International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-875/16)

(2017/C 046/26)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Falcon Technologies International LLC (Ras Al Khaimah, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: R. Sciaudone u G. Arpea, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tordna lill-Kummissjoni tipproduċi r-rapport finali;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors ġie ppreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ottubru 2016 li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet it-talba konfermattiva tar-rikorrenti sabiex tingħata aċċess għad-dokument “Final report of an assessment of ICIM (NB 0425), carried out in the framework of the joint assessment process for notified bodies (DG (SANTE) 2015-7552)”.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1).

Ir-rikorrenti tilmenta, l-ewwel nett, dwar l-applikazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ “interessi kummerċjali” fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Id-deċiżjoni li tirriżulta mir-rapport finali, adottat wara proċess amministrattiv komprensiv dwar l-osservanza minn ICIM tar-regoli – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 920/2013 (2) – applikabbli għall-organi nnotifikati, ma fiha l-ebda informazzjoni li tradizzjonalment titqies li hija kummerċjali. F’kull każ, l-allegat dannu għar-reputazzjoni li jirriżulta mill-iżvelar tar-rapport finali ma huwiex, fih innifsu, suffiċjenti sabiex jiġġustifika l-applikazzjoni tad-deroga msemmija fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. It-tieni nett, id-deċiżjoni kkontestata ma turix b’mod ċar, analitiku u inekwivoku l-elementi li wasslu lill-Kummissjoni sabiex tqis li jkun ta’ ħsara għal ICIM jekk FTI tingħata aċċess għar-rapport finali, jew, saħansitra, tagħti informazzjoni dwar l-eżitu tal-ibbilanċjar tal-allegati interessi kummerċjali ta’ ICIM u tal-interess tal-imsieħba kummerċjali tagħha – inkluża r-rikorrenti – li jkunu jafu l-grad ta’ affidabbiltà u kredibbiltà tal-organu nnotifikat.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-esklużjoni żbaljata tal-interess pubbliku superjuri u fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-aħħar parti tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.

Id-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata minħabba l-fatt li l-Kummissjoni ddikjarat, minn naħa, li ma kienx hemm interess pubbliku superjuri għall-iżvelar u, min-naħa l-oħra, li ma kienx hemm interessi pubbliċi oħra li huma superjuri għall-interessi protetti mill-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Ir-rikorrenti ssostni li, kuntrarjament għall-ġurisprudenza fil-kawża Il-Kummissjoni vs EnBW (3), in-natura essenzjali tar-rapport finali għall-finijiet tal-protezzjoni ġudizzjarja quddiem il-qrati nazzjonali ma ġietx ikkunsidrata u ma ġietx meqjusa li hija interess pubbliku superjuri. F’kull każ, id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata mill-fatt li l-Kummissjoni ma qisitx li l-protezzjoni tal-kompetizzjoni u tas-saħħa pubblika huma interessi pubbliċi superjuri.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ma evalwatx korrettament il-possibbiltà li jingħata aċċess għar-rapport finali, u dan bi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. L-informazzjoni sensittiva jew oġġettivament sigrieta fid-deċiżjoni ta’ natura amministrattiva meħuda mill-Kummissjoni setgħet tiġi mgħottija. Ma kien hemm xejn li jimpedixxi l-preparazzjoni ta’ verżjoni mhux kunfidenzjali tar-rapport finali li tippermetti li wieħed jifhem suffiċjentement l-evalwazzjoni ta’ ICIM mingħajr ma tiżvela, b’hekk, l-eventwali (għalkemm mhux probabbli) sigrieti kummerċjali tagħha.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2013, tal-24 ta’ Settembru 2013, dwar il-ħatra u s-superviżjoni tal-korpi nnotifikati skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE dwar il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem u d-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE dwar mezzi mediċi (Test b’relevanza għaż-ŻEE).

(3)  Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Frar 2014, Kawża C-365/12 P, Il-Kummissjoni vs EnBW, punt 107.


13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/24


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2016 – HJ vs EMA

(Kawża T-881/16)

(2017/C 046/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: HJ (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Talbiet

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ euro simboliku lir-rikorrenti bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab;

tordna lill-konvenuta tirtira l-memorandum tat-22 ta’ Lulju 2015 u, konsegwentement, ir-risposta mogħtija mir-rikorrenti fit-23 ta’ Lulju 2015, mill-fajl personali ta’ din tal-aħħar;

sa fejn ikun neċessarju, tannulla d-deċiżjoni tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ (ASTK) tal-21 ta’ Marzu 2016 li tiċħad it-talba għad-danni tar-rikorrenti mressqa fis-26 ta’ Novembru 2015 u tannulla d-deċiżjoni tal-ASTK tad-19 ta’ Ottubru 2016 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tal-20 ta’ Ġunju 2016 kontra d-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku, li permezz tiegħu hija ssostni li l-kundizzjonijiet sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-illegalità tal-aġir allegat, ir-realtà tad-dannu u l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-aġir u d-dannu invokat, huma ssodisfatti f’dan il-każ. Skont ir-rikorrenti, id-dokumenti fil-fajl personali tagħha, li ġew reżi pubbliċi u aċċessibbli għal kwalunkwe membru tal-persunal tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini matul ċertu perijodu, ma ġewx ipproċessati b’mod leali u leġittimu, iżda ġew ipproċessati għal skopijiet differenti minn dawk li għalihom kienu nġabru mingħajr ma dan it-tibdil fl-iskop ġie awtorizzat mir-rikorrenti. Konsegwentement, it-tixrid ta’ din id-data sensittiva qiegħdet fid-dubju l-integrità tar-rikorrenti, u b’hekk ikkawżalha dannu morali reali u ċert. Fl-opinjoni tar-rikorrenti, dan id-dannu għandu jiġi imputat kompletament lill-aġir illegali tal-Aġenzija.


13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/25


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2016 – Sipral World vs EUIPO – La Dolfina (DOLFINA)

(Kawża T-882/16)

(2017/C 046/28)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sipral World, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: R. Almaraz Palmero, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: La Dolfina, SA (Buenos Aires, l-Arġentina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “DOLFINA” – Trade mark tal-Unjoni Nru 3 701 828

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 1897/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti intervenjenti, LA DOLFINA S.A. għall-ispejjeż kollha tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, inkluż dawk relatati mal-proċedimenti tat-Tieni Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 15, 42, 51, 75, 78 tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mar-Regoli 22 u 40 tar-Regolament Nru 2868/95.


13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/26


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2016 – Xiaomi vs EUIPO – Apple (MI PAD)

(Kawża T-893/16)

(2017/C 046/29)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Xiaomi, Inc. (Beijing, iċ-Ċina) (rappreżentanti: T. Raab u C. Tenkhoff, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Apple Inc. (Cupertino, California, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MI PAD” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 780 987

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-22 ta’ Settembru 2016, fil-Każ R 363/2016-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/26


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2016 – Air France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-894/16)

(2017/C 046/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société Air France (Roissy en France, Franza) (rappreżentant: R. Sermier, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannula d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1698, tal-20 ta’ Frar 2014, dwar il-miżuri SA.22932 (11/C) (ex NN 37/07) implimentati minn Franza favur l-ajruport ta’ Marseille Provence u favur il-kumpaniji tal-ajru li jagħmlu użu minn dan l-ajruport (notifikata bid-dokument C(2014) 870);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq difetti li jaffettwaw id-deċiżjoni kkontestata għal dak li jirrigwarda l-għajnuna tad-dipartiment ta’ Bouches-du-Rhône lit-terminal “Marseille-Provence 2” (MP2). B’mod partikolari,

il-miżura ma tissodisfax l-għanijiet ta’ interess ġenerali ddefiniti b’mod ċar. L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li tinsab fid-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata b’insuffiċjenza ta’ motivazzjoni, bi żball ta’ liġi u bi żball ta’ interpretazzjoni, għal dak li jirrigwarda:

l-għan li tiġi indirizzata ż-żieda mistennija fit-traffiku tal-ajru;

l-għan relatat mal-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun;

l-għajnuna ma hijiex neċessarja.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq difetti li jaffettwaw id-deċiżjoni kkontestata għal dak li jirrigwarda l-kuntratt ta’ xiri ta’ spazju għar-reklamar mal-kumpannija Airport Marketing Services.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq difetti li jaffettwaw id-deċiżjoni kkontestata għal dak li jirrigwarda t-tariffi tal-imposta għal kull passiġġier fit-terminal MP2.


13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/27


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2016 – Toontrack Music vs EUIPO (SUPERIOR DRUMMER)

(Kawża T-895/16)

(2017/C 046/31)

Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż

Partijiet

Rikorrenti: Toontrack Music (Umeå, l-Iżvezja) (rappreżentant: L.-E. Ström, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “SUPERIOR DRUMMER” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 945 019

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 2438/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti u għall-ispejjeż tiegħu.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 7(1)(b), 7(1)(c) u 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/28


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2016 – Starbucks (HK) vs EUIPO – Now Wireless (nowwireless)

(Kawża T-908/16)

(2017/C 046/32)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Starbucks (HK) Ltd (Ħong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentant: P. Kavanagh, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Now Wireless Ltd (Whyteleafe, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “nowwireless” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6 782 569

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 662/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata kif ukoll id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/28


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2016 – Winkler vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-916/16)

(2017/C 046/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Bernd Winkler (Grange, l-Irlanda) (rappreżentant: A. Kässens, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-30 ta’ Settembru 2016, u tordna lill-konvenuta tadotta deċiżjoni dwar il-kalkolu tal-kapital fid-data tar-reġistrazzjoni tat-talba tar-rikorrent;

sussidjarjament, tikkundanna lill-konvenuta tħallas kumpens ta’ ammont ta’ EUR 19 920,39, li għandu jitħallas fuq il-kont tal-pensjoni tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ tul raġonevoli tal-proċedura, ta’ ċertezza legali u ta’ proċedura ekwa, u fuq ksur tal-obbligi ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni.

Ir-rikorrent iqis li l-eżitazzjonijiet tal-konvenuta fit-trattament tat-talba tiegħu jippreġudikaw il-prinċipji kollha ta’ amministrazzjoni tajba. Huwa lanqas ma nstema’ qabel l-adozzjoni tal-att li jippreġudikah.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondisriminazzjoni u ta’

Fil-kuntest tat-tieni motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni li talbiet simili ta’ kollegi, li ma humiex iktar imdaħħlin fl-età minnu, ġew ittrattati b’mod ħafna iktar rapidu, meta ma hemmx raġuni oġġettiva li tiġġustifika din l-inugwaljanza fit-trattament.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettativi leġittimi.

Ir-rikorrent jikkritika fl-aħħar nett il-ġbir ta’ interessi fuq l-ammont ikkalkolat tal-kapital tiegħu għall-perijodu bejn it-tressiq tat-talba u t-trasferiment definittiv tal-kapital, li ma ġiex informat minn qabel bih.