ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 31 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku |
|
2017/C 31/01 BERS/2016/14 |
||
2017/C 31/02 BERS/2016/05 |
||
2017/C 31/03 BERS/2016/06 |
||
2017/C 31/04 BERS/2016/07 |
||
2017/C 31/05 BERS/2016/08 |
||
2017/C 31/06 BERS/2016/09 |
||
2017/C 31/07 BERS/2016/10 |
||
2017/C 31/08 BERS/2016/11 |
||
2017/C 31/09 BERS/2016/12 |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2017/C 31/10 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8327 — Fairfax/Sagard Holdings/PSG) ( 1 ) |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2017/C 31/11 |
||
2017/C 31/12 |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Jannar 2017 li tistabbilixxi l-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar Il-Pjattaforma dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku
31.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 31/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU
tal-31 ta’ Ottubru 2016
dwar l-għeluq ta' lakuni fid-dejta dwar il-proprjetà immobbli
(BERS/2016/14)
(2017/C 31/01)
IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2)(b), (d) u (f) u l-Artikoli 16 sa 18 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BERS/2011/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Jannar 2011 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 18 sa 20 tagħha,
Billi:
(1) |
Is-settur tal-proprjetà immobbli jiżvolġi rwol importanti fl-ekonomija u l-iżviluppi tiegħu jista' jkollhom influwenza materjali fuq is-sistema finanzjarja. Kriżijiet finanzjarji fl-imgħoddi wrew li żviluppi mhux sostenibbli fis-swieq tal-proprjetà immobbli jista' jkollhom riperkussjonijiet serji fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja u tal-ekonomija fit-totalità tagħha. Żviluppi negattivi fis-suq tal-proprjetà immobbli f'xi Stati Membri, kemm fil-proprjetà immobbli residenzjali (residenzjali real estate - RRE) u proprjetà immobbli kummerċjali (commercial real estate - CRE), irriżultaw f'telf kbir fil-passat u kellhom impatt negattiv fuq l-ekonomija reali. Dan jirrifletti l-interazzjoni mill-qrib bejn is-settur tal-proprjetà immobbli, il-fornituri ta' finanzjament u setturi ekonomiċi oħrajn, u ċ-ċirkuwiti ta' feedback b'saħħithom bejn is-sistema finanzjarja u l-ekonomija reali, li jsaħħu kwalunkwe żvilupp negattiv. |
(2) |
Dawn ir-rabtiet huma importanti għaliex jindikaw li riskji li joriġinaw fis-settur tal-proprjetà immobbli jista' jkollhom impatt sistemiku li jkun ta' natura proċiklika. Vulnerabbiltajiet fis-sistema finanzjarja għandhom tendenza li jakkumulaw matul il-fażi ‘l fuq taċ-ċiklu tal-proprjetà immobbli. Il-perċezzjoni ta' riskji aktar baxxi u l-aċċess aktar faċli għall-finanzjament jistgħu jikkontribwixxu għal espansjoni rapida fil-kreditu u l-investiment, flimkien ma’ domanda akbar għal proprjetà immobbli, biex b'hekk tiġi imposta pressjoni ta' żjieda fil-prezzijiet tal-proprjetà. Peress li l-valuri ogħla riżultanti tal-kollateral ikomplu jiffavorixxu aktar id-domanda għall-kreditu u l-forniment tiegħu, dawn id-dinamiċi li jsaħħu lilhom infushom jistgħu jirriżultaw fi bżieżaq spekulattivi. Min-naħa l-oħra, matul il-fażi ta' tnaqqis taċ-ċiklu tal-proprjetà immobbli, kundizzjuonijiet ta' kreditu aktar stretti, attitudni aktar negattiva lejn ir-riskju u pressjoni 'l isfel fuq il-prezzijiet tal-proprjetà immobbli jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv ir-reżiljenza ta' dawk li jissellfu u dawk li jsellfu, biex b'hekk jiġu mdgħajfa l-kundizzjonijiet ekonomiċi. |
(3) |
Għaldaqstant huwa kruċjali li jiġi stabbilit qafas aktar armonizzat għall-monitoraġġ ta' żviluppi fis-swieq tal-RRE u s-CRE, li huma s-segmenti tas-settur tal-proprjetà immobbli l-aktar relevanti għall-finijiet tal-istabbiltà finanzjarja, sabiex tiġi żgurata identifikazzjoni bikrija ta' vulnerabbiltajiet li jistgħu jwasslu għal kriżijiet finanzjarji fil-futur. Jeħtieġ li dawk li jfasslu l-politika jkollhom ġabra partikolari ta' informazzjoni relevanti disponibbli, inkluża ġabra affidabbli ta' indikaturi prinċipali, li għandha tgħin fl-identifikazzjoni ta' riskji sistemiċi u fil-valutazzjoni tal-ħtieġa potenzjali għal intervent makroprudenzjali. Barra minn hekk, dawn l-indikaturi jistgħu jiżvolġu rwol importanti sabiex jiġi ddeterminat jekk u meta għandhom jiġu ssikkati jew rilaxxati l-istrumenti makroprudenzjali armonizzati mmirati lejn mutwanti li huma disponibbli taħt il-liġi tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-indikaturi jistgħu jintużaw ukoll sabiex jiggwidaw lill-awtoritajiet nazzjonali fl-użu ta' strumenti makroprudenzjali nazzjonali li jkunu mmirati lejn dawk li jissellfu. |
(4) |
In-nuqqas ta' definizzjonijiet operattivi miftiehma b'mod komuni fost l-Istati Membri dwar is-setturi RRE u CRE, flimkien ma' restrizzjonijiet operazzjonali fir-rigward tad-disponibbiltà tad-dejta għal għadd ta' indikaturi relevanti, ifixkel l-affidabbiltà ta' analiżijiet tal-istabbiltà finanzjarja, biex b'hekk ikun diffiċli li jiġu vvalutati u mqabbla b'mod preċiż ir-riskji bejn is-swieq nazzjonali. Fuq in-naħa tal-RRE, ħidma li saret qabel mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) (3) enfasizzat li dejta kumparabbli ta' kwalità għolja dwar xi metriċi prinċipali meħtieġa għal sorveljanza tal-istabbiltà finanzjarja u t-tfassil tal-politika għadha mhijiex disponibbli. Barra minn hekk, il-valutazzjoni tal-kapaċità ta' dawn l-indikaturi li jipprovdu twissijiet bikrin kontra l-akkumulazzjoni ta' riskji sistemiċi ġiet imfixkla bl-assenza ta' serje ta' ħin affidabbli u armonizzata. Fuq in-naħa tas-CRE, xogħol simili tal-BERS (4) ikkonkluda li n-nuqqas ta' definizzjoni operattiva armonizzata ta' proprjetà kummerċjali u n-nuqqas ta' qafas ta' dejta granulari u konsistenti li jaqbad fi ħdanu żviluppi fis-suq fuq bażi aktar wiesgħa jagħmel l-analiżijiet tar-riskji sistemiċi problematiċi. |
(5) |
Ġew imfassla u implimentati miżuri fost l-Istati Membri sabiex itaffu l-effetti proċikliċi tas-swieq tal-proprjetà immobbli u sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza ta' istituzzjonijiet ta' kreditu kontra riperkussjonijiet negattivi li jirriżultaw mid-dinamiċi fis-suq tal-proprjetà immobbli. Barra minn hekk, ir-regoli prudenzjali għas-settur bankarju tal-Unjoni, kif stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) introduċew ġabra ta' strumenti, bħal rekwiżiti kapitali settorjali, li huma mmirati biex itaffu r-riskji emerġenti f'setturi speċifiċi, inkluża l-proprjetà immobbli. Il-qafas prudenzjali tal-Unjoni jiffokaw prinċipalment fuq miżuri bbażati fuq il-kapital immirati lejn l-istruttura kapitali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu. Strumenti mmirati lejn dawk li jisselfu, bħal limiti fuq il-proporzjon bejn is-self u l-valur, il-proporzjon bejn is-self u d-dħul, il-proporzjon tal-kopertura tal-imgħax u l-proporzjon bejn l-isservisjar tad-dejn u d-dħul jew il-proporzjon tal-kopertura tal-isservisjar tad-dejn, jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE u l-implimentazzjoni tagħhom hija rregolata bil-liġi nazzjonali. Uħud minn dawn l-isturmenti diġà ġew attivati minn bosta Stati Membri, għalkemm id-definizzjonijiet tal-istrumenti u l-indikaturi jvarjaw. |
(6) |
Fit-twettiq tal-kompitu tiegħu, il-BERS għandu jikkontribwixxi sabiex jiżgura l-istabbiltà finanzjarja u jtaffi l-impatti negattivi fuq is-suq intern u l-ekonomija reali. Għal dawn il-finijiet, id-disponibbiltà ta' definizzjonijiet operattivi armonizzati u ġabra ċentrali ta' indikaturi kumparabbli u disponibbli fil-ħin dwar il-proprjetà immobbli huma ta' importanza kruċjali. Jekk l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali jifhmu aħjar il-karatteristiċi strutturali u ċikliċi tas-swieq RRE u CRE fl-Unjoni, dan għandu jgħinhom sabiex isegwu b'mod aħjar id-dinamika tas-settur tal-proprjetà immobbli, biex jidentifikaw it-theddid li jista' joħloq għall-istabbiltà finanzjarja u biex jiggwida l-azzjoni xierqa. |
(7) |
Għaldaqstant għandhom jiġu indirizzati lakuni eżistenti fid-disponibbiltà u l-kumparabbiltà ta' dejta dwar swieq RRE u CRE fl-Unjoni li huma relevanti għal finijiet makroprudenzjali. Għaldaqstant, definizzjonijiet operattivi mmirati ta' RRE u CRE għandhom jiġu pprovduti għal dan l-iskop. Barra minn hekk, ġabra komuni ta' indikaturi li l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali huma rrakkomandati li jimmonitorjaw sabiex jivvalutaw riskji li jirriżultaw mis-setturi RRE u CRE għandhom jiġu identifikati, flimkien ma' definizzjonijiet mmirati ta' dawn l-indikaturi. Il-gwida għandha tispeċifika ulterjorment id-dimensjonijiet u l-grad tal-granularità għal kull indikatur, il-kamp ta' applikazzjoni tal-informazzjoni prevista u l-kejl tal-indikaturi. |
(8) |
L-adozzjoni ta' definizzjonijiet u metodi armonizzati għall-kejl ta' indikaturi użati għall-monitoraġġ tas-swieq RRE u CRE ma twaqqafx lill-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali milli jafdaw, għall-finijiet tal-valutazzjoni interna tagħhom tar-riskju u l-politika, fuq indikaturi tal-proprjetà immobbli bbażati fuq id-definizzjonijiet u l-metriċi tagħhom stess, li jistgħu jkunu aktar adattati biex jakkomodaw rekwiżiti nazzjonali. |
(9) |
Meta titqies in-natura proċiklika b'saħħitha ta' żviluppi fis-swieq CRE, il-monitoraġġ tar-riskju f'dawn is-swieq għandu jitwettaq aktar ta' spiss mill-monitoraġġ tas-swieq RRE. Għalhekk, għas-suq fiżiku kif ukoll għall-flussi ta' investiment u ta' kreditu u standards ta' tislif korrispondenti, il-monitoraġġ għandu jseħħ ta' mill-inqas kull tliet xhur. Il-monitoraġġ tal-istokks ta' investimenti u tislif u l-istandards korrispondenti ta' tislif fis-settur CRE kif ukoll l-iżvilupp ta' standards ta' tislif fis-settur RRE għandhom iseħħu ta’ mill-inqas darba fis-sena. |
(10) |
Peress li s-swieq CRE huma eteroġenji, l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali għandhom jiġu mħeġġa li jqassmu l-ġabra komuni ta' indikaturi skont id-dimensjonijiet relevanti, bħat-tip ta' proprjetà, fejn tinsab il-proprjetà, u t-tip u nazzjonalità tal-parteċipanti fis-suq. Barra minn hekk, il-BERS iħeġġeġ lill-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali biex jikkunsidraw informazzjoni dwar id-distribuzzjoni ta' indikaturi prinċipali bħall-proporzjon bejn is-self u l-valur fl-oriġinazzjoni, il-proporzjon attwali bejn is-self u l-valur, il-proporzjon ta' kopertura tal-imgħax u l-proporzjon ta' kopertura tal-isservisjar tad-dejn skont il-gruppi ta' dejn relevanti. Peress li f'dan il-punt, informazzjoni dwar dawk id-distribuzzjonijiet mhijiex disponibbli fil-livell tal-Unjoni ebda gwida speċifika ma tista' tingħata fir-rigward tal-gruppi ta' riskju relevanti għal dawn l-indikaturi CRE. Fin-nuqqas ta' informazzjoni aktar speċifika, monitoraġġ fuq il-bażi tal-karatteristiċi ta' distribuzzjoni tal-indikaturi (eż. quantiles) jista' jkun alternattiva, bil-ħtieġa ta' enfasi fuq it-tali riskji (jiġifieri il-quantiles l-aktar għoljin jew l-aktar baxxi skont l-indikatur relevanti). |
(11) |
Is-swieq CRE tipikament huma kkaratterizzati b'firxa wiesgħa ta' parteċipanti fis-suq, li spiss ikunu bbażati f'pajjiżi barranin u xi kultant ma jkunux soġġetti għal superviżjoni mikroprudenzjali jew makroprudenzjali. L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) għalhekk għandhom ikunu mħeġġa li jippubblikaw fuq bażi annwali dejta aggregata relevanti fuq il-livell tal-pajjiż dwar l-attività fis-swieq CRE tal-entitajiet taħt l-kamp ta' applikazzjoni tas-superviżjoni tagħhom, waqt li jużaw dejta miġbura minn mudelli ta' rapportar regolatorji eżistenti. Dak l-iżvelar pubbliku għandu jtejjeb l-għarfien ta' awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali dwar l-attività ta' entitajiet minn Stati Membri oħrajn dwar is-suq domestiku CRE tagħhom. |
(12) |
Minbarra li juża indikaturi kwantitattivi, il-BERS iħeġġeġ lill-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali biex jimmonitorjaw żviluppi fis-swieq tal-proprjetà immobbli permezz ta' kuntatti regolari ma' parteċipanti relevanti fis-suq, b'mod partikolari għas-settur CRE. |
(13) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tħejjiet waqt li ġew meqjusa inizjattivi oħrajn li jinsabu għaddejjin fuq livell internazzjonali u Ewropew fil-qasam tal-armonizzazzjoni u l-ġbir tad-dejta, fejn l-aktar relevanti fil-kuntest tal-għeluq ta' lakuni fid-dejta dwar il-proprjetà immobbli huwa r-Regolament (UE) 2016/867 tal-Bank Ċentrali Ewropew (7), li introduċa l-proġett AnaCredit. Madankollu, wieħed ma jistax jiddependi fuq AnaCredit waħdu sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet ta' informazzjoni identifikati f'din ir-Rakkomandazzjoni minħabba wħud mill-karatteristiċi tiegħu. L-ewwel nett, id-definizzjonijiet ta' RRE u CRE mogħtija fir-Rakkomandazzjoni huma aktar dettaljati u adattati b'mod aħjar għall-finijiet tal-istabbiltà finanzjarja milli dawk stipulati fir-Regolament (UE) 2016/867, li jirreferi biss għad-definizzjonijiet fir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Fit-tieni lok, informazzjoni dwar xi indikaturi prinċipali u segmenti tas-suq identifikati bħala importanti għall-finijiet tal-istabbiltà finanzjarja f'din ir-Rakkomandazzjoni (bħas-segment ta' proprjetajiet mixtrija għall-kiri) mhijiex ipprovduta fir-Regolament (UE) 2016/867. Fit-tielet lok, Stati Membri taż-żona tal-euro biss jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' AnaCredit. Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro għandhom l-għażla li jipparteċipaw fuq bażi volontarja, iżda f'dan l-istadju għadu mhuwiex ċar liema Stati Membri ser jagħżlu dan. Fir-raba' lok, preżentament AnaCredit huwa ristrett għal persuni fiżiċi u unitajiet istituzzjonali oħrajn, inklużi korporazzjonijiet mhux finanzjarji. Informazzjoni dwar kreditu lil persuni fiżiċi għadha ma taqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu u għadu mhuwiex iddefinit meta ser issir din l-estensjoni. Fil-ħames lok, AnaCredit tiġbor selfiet miżmuma jew isservisjati minn istituzzjonijiet ta’ kreditu. Dan l-approċċ jimplika li selfiet miżmuma minn parteċipanti oħrajn fis-suq huma rreġistrati f’Ana Credit biss meta istituzzjoni ta’ kreditu tkun qiegħda tisservisja s-self. L-importanza ta' parteċipanti oħrajn fis-suq fil-finanzjament ta' proprjetà immobbli, b'mod partikolari proprjetà CRE, teħtieġ ġabra kbira ta’ selfiet mogħtija minn dawn l-istituzzjonijiet. Kif stipulat fil-Premessi (10) u (12) tar-Regolament BĊE/2016/13, meta jitħejjew stadji futuri ta’ AnaCredit, l-ambitu tas-selfiet f’dan is-segment tas-suq ser jiġi evalwat bħala parti mill-proċedura tal-merti u l-ispejjeż, qabel ma jkun hemm estensjonijiet possibbli tal-popolazzjoni li tirrapporta u tar-rekwiżiti ta’ rapportar sabiex jiġu koperti aħjar s-selfiet RRE u CRE. Fis-sitt lok, fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità l-banek iż-żgħar jistgħu jkunu esklużi mill-ambitu ta’ AnaCredit (8), għalkemm awtorità makroprudenzjali tista' tikkunsidra li anki l-attività tagħhom fis-settur tal-proprjetà immobbli teħtieġ li tiġi mmonitorjata għal raġunijiet ta' stabbiltà finanzjarja. |
(14) |
Sabiex tinkiseb implimentazzjoni koerenti tal-indikaturi tal-proprjetà immobbli u sabiex wieħed jibni fuq deċiżjonijiet, strutturi, proġetti u xogħol metodoloġiku eżistenti, huwa rakkomandabbli li ssir koordinazzjoni mal-proġett AnaCredit għall-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. |
(15) |
L-iskop tar-Rakkomandazzjoni huwa li l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali jimplimentaw qafas għall-monitoraġġ ta’ żviluppi fis-settur tal-proprjetà immobbli relevanti għall-istabbiltà finanzjarja u li jkun ibbażat fuq id-definizzjonijiet u l-indikaturi ta’ mira rrakkomandati u miftiehma b’mod komuni. Il-BERS huwa wkoll tal-fehma li jkun ta’ benefiċċju għall-istabbiltà finanzjarja u t-tfassil tal-politika makroprudenzjali jekk tinġabar u titqassam fuq bażi regolari dejta kumparabbli tal-pajjiżi dwar dawn l-indikaturi fil-livell tal-Unjoni. Dan mhux biss għandu jippermetti valutazzjoni aktar preċiża ta’ riskji relatati mal-proprjetà immobbli bejn l-Istati Membri, iżda wkoll tqabbil tal-użu ta’ strumenti tal-politika makroprudenzjali attivati mill-Istati Membri sabiex jiġu indirizzati vulnerabbiltajiet relatati mal-proprjetà immobbli. Taħt l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta’ Novembru 2010 li jagħti kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) dwar il-funzjonament tas-SEBĊ, il-BĊE huwa meħtieġ jipprovdi appoġġ analitiku, statistiku, loġistiku u amministrattiv lis-SEBĊ. Il-BĊE għalhekk jinsab f’pożizzjoni tajba biex jikkoordina dak il-ġbir ta’ dejta u d-distribuzzjoni fil-livell tal-Unjoni. Għandha tinbeda ħidma dwar dan minnufih wara l-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni, b’konsultazzjoni mal-Eurostat u mal-aġenziji nazzjonali tal-istatistika skont kif xieraq. Hekk kif l-awtoritajiet makroprudenzjali jibdew jimplimentaw ir-Rakkomandazzjoni u jipproċedi l-ġbir ta’ dejta attwali fil-livell tal-Unjoni, ikunu meħtieġa gwida teknika u ħidma ulterjuri dwar id-definizzjonijiet u l-indikaturi fil-mira sabiex jiġu akkomodati l-karatteristiċi speċifiċi tas-swieq jew segmenti tas-suq u sabiex tiġi żgurata l-kwalità statistika tad-dejta; madankollu, kwalunkwe gwida ta’ implimentazzjoni aktar dettaljata m’għandhiex tbiddel il-karatteristiċi bażiċi u l-iskop tad-definizzjonijiet u l-indikaturi fil-mira kif stipulati f’din ir-Rakkomandazzjoni. |
(16) |
Fl-implimentazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni u l-ħidma teknika ulterjuri msemmija fil-Premessa (15), għandha tingħata l-konsiderazzjoni dovuta lill-prinċipju tal-proporzjonalità. Meta jipproċedu bl-implimentazzjoni tal-indikaturi relevanti u l-metodi għall-kalkolu tagħhom, id-daqs u l-iżvilupp tas-swieq nazzjonali RRE u CRE għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni. Kwalunkwe valutazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni għandha tikkunsidra l-progress u r-restrizzjonijiet iffaċċjati fil-ġbir ta’ dejta fil-livell tal-Unjoni msemmi fil-Premessa (15). B’mod partikolari, ir-rapporti finali dovuti sat-tmiem tal-2020 għar-Rakkomandazzjonijiet A sa D mhux neċessarjament jinkludu l-indikaturi ewlenin kollha jekk dan ikun iġġustifikat minn dawk ir-restrizzjonijiet. |
(17) |
Din ir-Rakkomandazzjoni hija mingħajr ħsara għall-mandati ta’ politika monetarja tal-banek ċentrali fl-Unjoni. |
(18) |
L-osservazzjonijiet tal-partijiet interessati relevanti mis-settur privat ġew meqjusa fit-tħejjija ta' din ir-Rakkomandazzjoni. |
(19) |
Ir-rakkomandazzjonijiet tal-BERS huma ppubblikati wara li l-Bord Ġenerali jkun informa lill-Kunsill bl-intenzjoni tiegħu li jagħmel dan u jkun ipprovda lill-Kunsill b’opportunità biex jirreaġixxi. |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
TAQSIMA 1
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Rakkomandazzjoni A – Monitoraġġ ta' riskji li jirriżultaw mis-settur tal-proprjetà immobbli residenzjali
1. |
Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali jimplimentaw qafas għall-monitoraġġ tar-riskju għas-settur RRE domestiku tagħhom, inkluża informazzjoni dwar l-istandards ta' tislif attwali għal selfiet RRE domestiċi. Għal dan l-iskop, il-ġabra li ġejja ta' indikaturi ta' standards ta' tislif titqies li hija rakkomandata għall-monitoraġġ effettiv ta' riskji li jirriżultaw mis-suq RRE:
L-informazzjoni dwar dawn l-indikaturi għandha tkun relatata ma' fornituri ta' kreditu domestiċi fuq bażi individwali u għandha tkun rappreżentattiva biżżejjed tas-suq ta' self RRE domestiku. |
2. |
Meta djar mixtrija għall-kiri jkunu jirrappreżentaw sors sinifikanti ta' riskji li jinbtu mis-settur domestiku tal-proprjetà immobbli possibiblment iżda mhux bilfors għaliex jikkostitwixxu sehem sinifikanti mill-istokk jew flussi ta' tislif RRE totali, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali jimplimentaw qafas ta' monitoraġġ tar-riskju bbażat fuq għadd ta' indikaturi addizzjonali għal dan is-segment tas-suq. Meta ebda informazzjoni kwantitattiva jew għadd limitat biss ikunu disponibbli għall-valutazzjoni ta' sinifikanza ta' djar mixtrija għall-kiri, jista' jagħti l-każ li din il-valutazzjoni jkollha ssir inizjalment fuq il-bażi ta' informazzjoni aktar kwalitattiva. L-indikaturi addizzjonali għal dan is-segment tas-suq għandhom jinkludu:
|
3. |
Għall-kalkolu tal-indikaturi elenkati fil-paragrafi 1 u 2, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali jsegwu l-gwida speċifikata fl-Anness IV għal din ir-Rakkomandazzjoni. |
4. |
Fuq il-bażi tal-indikaturi stipulati fil-paragrafi 1 u 2, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali jimmonitorjaw żviluppi fis-settur RRE domestiku ta' mill-inqas annwalment. |
Rakkomandazzjoni B – Informazzjoni relevanti b'rabta mas-settur tal-proprjetà immobbli residenzjali
1. |
Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali jimmonitorjaw d-distribuzzjoni b'varjazzjoni waħda u d-distribuzzjonijiet konġunti magħżula tal-indikaturi relevanti kif speċifikat fil-Mudell A tal-Anness II għal din ir-Rakkomandazzjoni. Dan il-mudell jipprovdi gwida dwar il-granularità tal-informazzjoni relevanti għal-monitoraġġ ta' riskji li jirriżultaw mis-settur domestiku RRE. |
2. |
Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali jimmonitorjaw riskji b'rabta mal-indikaturi differenti fuq il-bażi tal-informazzjoni li ġejja kif speċifikat fil-Mudell A tal-Anness II għal din ir-Rakkomandazzjoni.
|
3. |
Meta djar mixtrija għall-kiri jkunu jirrappreżentaw sors sinifikanti ta' riskji li jinbtu mis-settur RRE domestiku possibbilment iżda mhux biss għaliex ikunu jikkostitwixxu sehem sinifikanti tal-istokk jew flussi ta' tislif RRE totali, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali jimmonitorjaw ir-riskji fir-rigward tal-indikaturi relevanti separatament għal djar mixtrija għall-kiri u proprjetajiet okkupati mis-sid. F'dan il-każ, l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali għandhom jikkunsidraw ukoll ir-rendikonti speċifikati fil-Mudell B tal-Anness II għal din ir-Rakkomandazzjoni. |
Rakkomandazzjoni C – Monitoraġġ ta' riskji li jirriżultaw mis-settur tal-proprjetà immobbli kummerċjali
1. |
Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali jimplimentaw qafas għall-monitoraġġ tar-riskju għas-settur CRE domestiku tagħhom. Għal dan l-iskop, il-ġabra ta' indikaturi li ġejja hija rrakkomandata għal monitoraġġ effettiv ta' riskji li jirriżultaw mis-suq CRE: Indikaturi dwar is-suq CRE fiżiku:
Indikaturi dwar l-iskoperturi tas-sistema finanzjarja għall-kreditu tas-CRE:
Indikaturi dwar standards ta' tislif għal CRE:
L-informazzjoni dwar dawn l-indikaturi għandha tkun relatata ma' fornituri ta' kreditu fuq bażi individwali u għandha tkun rappreżentattiva biżżejjed tas-suq domestiku tas-CRE. |
2. |
Meta l-investimenti jitqiesu li jirrappre#entaw sehem sinifikanti mill-finanzjament CRE, l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali huma rrakkomandati li jinkludu wkoll fil-qafas ta’ monitoraġġ tar-riskji għas-settur domestiku tas-CRE tagħhom l-ġabra li ġejja ta’ indikaturi addizzjonali dwar skoperturi għal investimenti f’CRE:
L-informazzjoni dwar dawn l-indikaturi għandha tkun relatata ma’ investituri fuq bażi individwali u għandha tkun rappreżentattiva biżżejjed tas-suq domestiku tas-CRE. |
3. |
Għall-kalkolu tal-indikaturi elenkati fil-paragrafi 1 u 2, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali jsegwu l-gwida speċifikata fl-Anness V u, fejn xieraq għas-CRE, fl-Anness IV għal din ir-Rakkomandazzjoni. |
4. |
Fuq il-bażi tal-indikaturi stipulati fil-paragrafi 1 u 2, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali jimmonitorjaw żviluppi fis-settur CRE domestiku ta' mill-inqas kull tliet xhur għall-flussi fiżiċi fis-suq, fit-tislif u fl-investiment (inklużi flussi ta' selfiet mhux produttivi, provvedimenti għal telf minn self u aġġustamenti tal-valutazzjoni fuq investimenti) u l-istandards korrispondenti ta' tislif. Dak il-monitoraġġ għandu jseħħ ta' mill-inqas annwalment għall-istokk ta' selfiet u investimenti (inklużi stokks ta' selfiet mhux produttivi, provvedimenti għal telf minn self u aġġustamenti tal-valutazzjoni fuq investimenti) u l-istandards korrispondenti ta' tislif. |
Rakkomandazzjoni D – Informazzjoni relevanti b'rabta mas-settur tal-proprjetà immobbli kummerċjali
1. |
Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali jimmonitorjaw l-indikaturi relevanti kif speċifikat fil-Mudelli A, B u C tal-Anness III għal din ir-Rakkomandazzjoni. Dawn il-mudelli jipprovdu gwida dwar il-granularità tal-informazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ ta' riskji li jirriżultaw mis-settur CRE domestiku. |
2. |
Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali jimmonitorjaw riskji b'rabta mad-diversi indikaturi fuq il-bażi tal-informazzjoni li ġejja kif speċifikata fil-Mudelli A, B u C tal-Anness III għal din ir-Rakkomandazzjoni:
|
3. |
Meta l-investimenti jitqiesu li jirrapreżentaw sehem sinifikanti tal-finanzjament CRE, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali jinkludu wkoll fil-qafas ta’ monitoraġġ tar-riskji għas-settur domestiku CRE tagħhom il-ġabra li ġejja ta’ informazzjoni addizzjonali dwar skoperturi fuq investimenti f’CRE kif speċifikat fil-Mudell B tal-Anness III għal din ir-Rakkomandazzjoni:
|
Rakkomandazzjoni E – Pubblikazzjoni mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ta' dejta ta' skopertura għal swieq nazzjonali ta' proprjetà immobbli kummerċjali
1. |
L-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) huma rrakkomandati li jippubblikaw, ta' mill-inqas annwalment, dejta aggregata dwar l-iskoperturi tal-entitajiet soġġetti għas-superviżjoni rispettiva tagħhom għal kull suq nazzjonali CRE fl-Unjoni skont il-gwida pprovduta fl-Anness V.9 għal din ir-Rakkomandazzjoni. Din id-dejta aggregata għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni disponibbli għall-ASE taħt rekwiżiti ta' rapportar eżistenti. |
TAQSIMA 2
IMPLIMENTAZZJONI
1. Definizzjonijiet
1. |
Għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, u waqt li jitqiesu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ulterjuri fl-Anness IV u l-Anness V għal din ir-Rakkomandazzjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
2. Kriterji għall-implimentazzjoni
1. |
Il-kriterji li ġejjin japplikaw għall-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni:
|
2. |
Id-destinatarji huma mitluba li jirrapportaw lill-BERS u lill-Kunsill dwar l-azzjonijiet li huma jieħdu b'risposta għal din ir-Rakkomandazzjoni, jew li jiġġustifikaw b’mod adegwat kwalunkwe nuqqas ta’ azzjoni. Bħala minimu r-rapporti għandhom jinkludu:
|
3. Skeda ta’ żmien għas-segwitu
Id-destinatarji huma mitluba li jirrapportaw lill-BERS u lill-Kunsill dwar l-azzjonijiet meħuda b’risposta għal din ir-Rakkomandazzjoni, jew li jiġġustifikaw b’mod adegwat kwalunkwe nuqqas ta’ azzjoni, skont l-iskedi ta' żmien li ġejjin:
1. |
Rakkomandazzjoni A
|
2. |
Rakkomandazzjoni B
|
3. |
Rakkomandazzjoni C
|
4. |
Rakkomandazzjoni D
|
5. |
Rakkomandazzjoni E
|
4. Monitoraġġ u evalwazzjoni
1. |
Is-Segretarjat tal-BERS għandu:
|
2. |
Il-Bord Ġenerali għandu jivvaluta l-azzjonijiet u l-ġustifikazzjonijiet irrapportati mid-destinatarji u, fejn xieraq, jista' jiddeċiedi li din ir-Rakkomandazzjoni ma ġietx segwita u li destinatarju naqas milli jipprovdi ġustifikazzjoni adegwata għall-inazzjoni tiegħu. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, 31 ta’ Ottubru 2016.
Francesco MAZZAFERRO
Kap tas-Segretarjat tal-BERS
F’isem il-Bord Ġenerali tal-BERS
(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.
(3) BERS, Report on residenzjali real estate and financial stability in the EU, Diċembru 2015.
(4) BERS, Report on commercial real estate and financial stability in the EU, Diċembru 2015.
(5) Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p.1).
(6) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(7) Regolament (UE) 2016/867 tal-BĊE tat-18 ta' Mejju 2016 dwar il-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu (BĊE/2016/13), (ĠU L 144, 1.6.2016, p. 44).
(8) Il-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jagħtu derogi lil istituzzjonijiet ta’ kreditu żgħar sakemm il-kontribut ikkombinat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha li jingħataw deroga għall-ammont pendenti totali ta’ selfiet fl-Istat Membru li jirrapporta ma jaqbiżx it-2 %.
(9) Rakkomandazzjoni BERS/2011/3 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tat-22 ta' Diċembru 2011 dwar il-mandat makroprudenzjali tal-awtoritajiet nazzjonali (ĠU C 41, 14.2.2011, p. 1).
ANNESS I
KRITERJI TA' KONFORMITÀ GĦAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET
1. Rakkomandazzjoni A
L-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali jitqiesu li jikkonformaw mar-Rakkomandazzjonijiet A(1) u A(2), meta huma:
a) |
jivvalutaw jekk l-indikaturi relevanti dwar standards ta' tislif għal selfiet RRE residenzjali humiex ikkunsidrati jew implimentati fil-qafas għall-monitoraġġ tar-riskju tas-settur RRE fil-ġurisdizzjoni tagħhom; |
b) |
jivvalutaw il-progress fir-rgiward tal-użu tal-indikaturi speċifikati fir-Rakkomandazzjoni A(1) għal dak il-monitoraġġ; |
c) |
jivvalutaw il-grad safejn l-informazzjoni, li diġà tkun disponibbli jew mistennija li tkun disponibbli fil-futur, dwar l-indikaturi relevanti hija rappreżentattiva b'mod suffiċjenti tal-istandards ta' tislif attwali fis-suq ta' self RRE residenzjali; |
d) |
jivvalutaw jekk id-djar mixtrija għall-kiri jirrappreżentawx sors sinifikanti ta' riskji li jinbtu mis-settur domestiku ta' proprjetà immobbli jew jikkostitwixxux sehem importanti mill-istokk jew flussi ta' tislif RRE totali; |
e) |
f'każijiet fejn djar mixtrija għall-kiri jitqiesu bħala sors sinifikanti ta' riskji li jinbtu mis-settur domestiku ta' proprjetà immobbli jew ikunu jikkostitwixxu sehem importanti mill-istokk jew flussi ta' tislif RRE totali, jivvalutaw il-progress dwar l-użu tal-indikaturi għall-monitoraġġ tar-riskju speċifikati fir-Rakkomandazzjoni A(2). |
L-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali jitqiesu li jikkonformaw mar-Rakkomandazzjonijiet A(3) u A(4) meta huma:
a) |
jiżguraw l-adozzjoni tal-metodi speċifikati fl-Anness IV għall-kalkolu tal-indikaturi elenkati fir-Rakkomandazzjonijiet A(1) u A(2); |
b) |
f'każijiet fejn jintuża metodu ieħor minbarra dak speċifikat fl-Anness IV għall-kalkolu tal-indikaturi relevanti, jirrapportaw dwar il-karatteristiċi tekniċi tal-metodu u l-effettività tiegħu fil-monitoraġġ tar-riskji li jinqalgħu mis-settur RRE; |
c) |
jiżguraw li l-indikaturi relevanti elenkati fir-Rakkomandazzjonijiet A(1) u A(2) jintużaw biex jimmonitorjaw riskji fis-settur RRE ta' mill-inqas annwalment. |
2. Rakkomandazzjoni B
L-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali jitqiesu li jikkonformaw mar-Rakkomandazzjonijiet B(1) u B(2), meta huma:
a) |
jivvalutaw il-progress fir-rigward tal-monitoraġġ tad-distribuzzjoni b'varjant wieħed u d-distribuzzjonijiet konġunti magħżula tal-indikaturi relevanti kif speċifikati fil-Mudell A tal-Anness II; |
b) |
jivvalutaw il-progress dwar l-użu tal-informazzjoni speċifikata fir-Rakkomandazzjoni B(2) u fil-Mudell A tal-Anness II bħala gwida biex jimmonitorjaw ir-riskji relevanti; |
F'każijiet fejn djar mixtrija għall-kiri jitqiesu bħala sors sinifikanti ta' riskju li jinbtu mis-settur domestiku tal-proprjetà immobbli jew ikunu jikkostitwixxu sehem sinifikanti mill-istokk jew flussi ta' tislif RRE totali, l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali jitqiesu li jikkonformaw mar-Rakkomandazzjoni B(3) meta huma:
a) |
jivvalutaw progress fir-rigward tal-monitoraġġ separat tal-indikaturi relevanti għal djar mixtrija għall-kiri u proprjetajiet okkupati mis-sid; |
b) |
jivvalutaw progress fir-rigward tal-monitoraġġ tad-dejta relevanti mqassma skont id-dimensjonijiet kif speċifikati fil-Mudelli A u B tal-Anness II. |
3. Rakkomandazzjoni C
L-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali jitqiesu li jikkonformaw mar-Rakkomandazzjonijiet C(1) u C(2) meta huma:
a) |
jivvalutaw jekk l-indikaturi relevanti għal skoperturi għal CRE domestiċi humiex ikkunsidrati jew implimentati fil-qafas għall-monitoraġġ tar-riskju għas-settur tas-CRE fil-ġurisdizzjoni tagħhom; |
b) |
jiżguraw inklużjoni fil-qafas għall-monitoraġġ tar-riskju tal-indikaturi dwar is-suq fiżiku, l-indikaturi dwar skoperturi ta’ kreditu tas-sistema finanzjarja u l-indikaturi dwar standards ta' tislif; meta l-ġbir ta’ indikaturi ma jkunx fi ħdan il-poteri ta’ awtorità makroprudenzjali, dik l-impossibbiltà għandha titqies bħala suffiċjenti biex tispjega n-nuqqas ta’ azzjoni tal-awtorità relevanti fil-fażi tal-valutazzjoni; |
c) |
jivvalutaw jekk l-investimenti jirrappreżentawx sors sinifikanti ta’ finanzjament għas-settur domestiku tas-CRE; |
d) |
f’każijiet fejn l-investimenti jitqiesu bħala sors sinifikanti ta’ finanzjament għas-settur domestiku tas-CRE, jivvalutaw il-progress dwar l-użu tal-indikaturi addizzjonali għall-monitoraġġ tar-riskju speċifikat fir-Rakkomandazzjoni C(2); |
e) |
jivvalutaw il-progress dwar l-użu tal-indikaturi speċifikati, bħala minimu, fir-Rakkomandazzjoni C(1) u, fejn applikabbli, fir-Rakkomandazzjoni C(2); |
f) |
jivvalutaw jekk l-informazzjoni dwar dawn l-indikaturi (diġà disponibbli jew mistennija li tkun disponibbli) hijiex rappreżentattiva biżżejjed tas-suq domestiku tas-CRE. |
L-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali jitqiesu li jikkonformaw mar-Rakkomandazzjonijiet C(3) u C(4) meta huma:
a) |
jiżguraw l-adozzjoni tal-metodi għall-kalkolu tal-indikaturi elenkati fir-Rakkomandazzjoni C(1) u r-Rakkomandazzjoni C(2) kif speċifikat fl-Anness V u, fejn xieraq għas-CRE, fl-Anness IV; |
b) |
f'każijiet fejn jintuża metodu ieħor minbarra dak speċifikat fl-Anness IV u l-Anness V għall-kalkolu tal-indikaturi relevanti, jirrapportaw dwar il-karatteristiċi tekniċi tal-metodu u l-effettività tiegħu fil-monitoraġġ ta' riskji li jinqalgħu mis-settur CRE; |
c) |
jiżguraw li l-indikaturi elenkati fir-Rakkomandazzjoni C(1) jintużaw biex jimmonitorjaw żviluppi fis-settur CRE ta' mill-inqas kull tliet xhur għal indikaturi tas-suq fiżiku, flussi ta' tislif (inklużi flussi ta' selfiet mhux produttivi u provvedimenti għal telf minn self) u l-istandards korrispondenti ta' tislif, u ta' mill-inqas annwalment għal stokks ta' selfiet (inklużi stokks ta’ selfiet mhux produttivi u provvedimenti għal telf minn self u indebolimenti fuq investimenti) u l-istandards korrispondenti ta' tislif. |
d) |
f’każijiet fejn l-investimenti jitqiesu bħala sors sinifikanti ta’ finanzjament għas-settur domestiku CRE, għandhom jiżguraw li l-indikaturi elenkati fir-Rakkomandazzjoni C(2) jintużaw biex jimmonitorjaw żviluppi fis-settur CRE ta’ mill-inqas kull tliet xhur bħal flussi ta’ investiment (inklużi aġġustamenti ta’ valutazzjoni fuq investimenti) u ta’ mill-inqas annwalment għal stokks ta’ investimenti (inklużi aġġustament ta’ valutazzjoni fuq l-investimenti). |
4. Rakkomandazzjoni D
L-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali jitqiesu li jikkonformaw mar-Rakkomandazzjoni D meta huma:
a) |
jivvalutaw il-progress fir-rigward tal-monitoraġġ tal-indikaturi relevanti kif speċifikat fil-Mudelli A, B u C tal-Anness III; |
b) |
jivvalutaw il-progress fir-rigward tal-użu tal-informazzjoni relevanti kif speċifikat fir-Rakkomandazzjoni D(2) u indikat fil-Mudelli A, B u C tal-Anness III bħala gwida biex jimmonitorjaw ir-riskji relevanti; |
c) |
f’każijiet fejn l-investimenti jitqiesu bħala sors sinifikanti ta’ finanzjament għas-settur CRE domestiku, jivvalutaw il-progress dwar l-użu tal-informazzjoni relevanti kif speċifikat fir-Rakkomandazzjoni D(3) u indikat fil-Mudell B tal-Anness III bħala gwida għall-monitoraġġ tar-riskji relevanti; |
d) |
f'każijiet fejn jintużaw indikaturi addizzjonali sabiex jimmonitorjaw żviluppi fis-settur CRE, jirrapportaw dwar l-informazzjoni addizzjonali użata għall-monitoraġġ tar-riskji. |
5. Rakkomandazzjoni E
L-ASE jitqiesu li jikkonformaw mar-Rakkomandazzjoni E meta huma:
a) |
jiddefinixxu mudell għall-pubblikazzjoni ta' dejta dwar l-iskoperturi tal-entitajiet taħt l-ambitu tas-superviżjoni tagħhom lil kull suq CRE nazzjonali fl-Unjoni; |
b) |
jippubblikaw ta' mill-inqas annwalment dejta aggregata miġbura taħt rekwiżiti ta' rapportar eżistenti dwar l-iskoperturi tal-entitajiet taħt l-ambitu tas-superviżjoni tagħhom lil kull suq CRE nazzjonali fl-Unjoni. |
ANNESS II
MUDELLI INDIKATTIVI GĦAL INDIKATURI DWAR IS-SETTUR TAL-PROPRJETÀ IMMOBBLI RESIDENZJALI
1. Mudell A: indikaturi u rendikonti relatati għal selfiet RRE
FLUSSI= produzzjoni ġdida ta' selfiet RRE fi ħdan il-perijodu ta' rapportar, kif ikkunsidrat mill-mutwanti. Awtoritajiet makro-prudenzjali nazzjonali li huma kapaċi jiddistingwu bejn selfiet RRE tabilħaqq ġodda u selfiet innegozjati mill-ġdid jingħataw l-għażla li jidentifikaw selfiet inegozjati mill-ġdid bħala tqassim separat. STOKKS= Dejta għall-istokks ta' selfiet RRE fid-data tar-rapportar (eż. tmiem is-sena) ncu= ammont f'munita nazzjonali #= numru ta' kuntratti s= sena(snin) Med.= medja tal-proporzjon relevanti l/m= li minnhom |
DISTRIBUZZJONI UNIVARJATA
Ħarsa ġenerali lejn il-portafoll ta' self RRE |
|
FLUSSI |
|
|
Il-proporzjon bejn l-isservisjar tas-self u d-dħul fl-oriġinazzjoni (LSTI-O) |
|
FLUSSI |
Self mogħti |
|
ncu, # |
|
|
MEDJA PPEŻATA |
|
Med. (bħala %) |
l/m xiri għall-kiri |
|
ncu, # |
|
|
l/m xiri għall-kiri |
|
Med. (bħala %) |
l/m okkupati mis-sid |
|
ncu, # |
|
|
l/m okkupati mis-sid |
|
Med. (bħala %) |
l/m xerrejja għall-ewwel darba |
|
ncu, # |
|
|
l/m xerrejja għall-ewwel darba |
|
Med. (bħala %) |
l/m selfiet f'munita barranija |
|
ncu, # |
|
|
l/m selfiet f'munita barranija |
|
Med. (bħala %) |
l/m b'amortizzament sħiħ |
|
ncu, # |
|
|
l/m b'amortizzament sħiħ |
|
Med. (bħala %) |
l/m b'amortizzament parzjali |
|
ncu, # |
|
|
l/m b'amortizzament parzjali |
|
Med. (bħala %) |
l/m mingħajr amortizzament (*1) |
|
ncu, # |
|
|
l/m mingħajr amortizzament (*1) |
|
Med. (bħala %) |
l/m ≤ 1s perijodu inizjali ta' iffissar tar-rata tal-imgħax |
|
ncu, # |
|
|
l/m ≤ 1s perijodu inizjali ta' iffissar tar-rata tal-imgħax |
|
Med. (bħala %) |
l/m ] 1s; 5s] perijodu inizjali ta' iffissar tar-rata tal-imgħax |
|
ncu, # |
|
|
l/m ] 1s; 5s] perijodu inizjali ta' iffissar tar-rata tal-imgħax |
|
Med. (bħala %) |
l/m ] 5s; 10s] perijodu inizjali ta' iffissar tar-rata tal-imgħax |
|
ncu, # |
|
|
l/m ] 5s; 10s] perijodu inizjali ta' iffissar tar-rata tal-imgħax |
|
Med. (bħala %) |
l/m > 10s perijodu inizjali ta' iffissar tar-rata tal-imgħax |
|
ncu, # |
|
|
l/m > 10s perijodu inizjali ta' iffissar tar-rata tal-imgħax |
|
Med. (bħala %) |
l/m innegozjati mill-ġdid (opzjonali) |
|
ncu, # |
|
|
DISTRIBUZZJONI |
|
|
|
|
|
|
|
≤10 % |
|
ncu, # |
|
|
|
|
|
]10 % ; 20 %] |
|
ncu, # |
Il-proporzjon bejn is-self u l-valur fl-oriġinazzjoni (LTV-O) |
|
FLUSSI |
|
|
]20 % ; 30 %] |
|
ncu, # |
|
|
|
]30 % ; 40 %] |
|
ncu, # |
||
MEDJA PPEŻATA |
|
Med. (bħala %) |
|
|
]40 % ; 50 %] |
|
ncu, # |
l/m xiri għall-kiri |
|
Med. (bħala %) |
|
|
]50 % ; 60 %] |
|
ncu, # |
l/m okkupati mis-sid |
|
Med. (bħala %) |
|
|
> 60 % |
|
ncu, # |
l/m xerrejja għall-ewwel darba |
|
Med. (bħala %) |
|
|
Mhux disponibbli |
|
ncu, # |
l/m selfiet f'munita barranija |
|
Med. (bħala %) |
|
|
|
|
|
l/m b'amortizzament sħiħ |
|
Med. (bħala %) |
|
|
|
|
|
l/m b'amortizzament parzjali |
|
Med. (bħala %) |
|
|
Proporzjon bejn l-isservisjar tad-dejn u d-dħul fl-oriġinazzjoni (DSTI-O) (OPZJONALI) |
|
FLUSSI |
l/m mingħajr amortizzament (*1) |
|
Med. (bħala %) |
|
|
|
||
DISTRIBUZZJONI |
|
|
|
|
MEDJA PPEŻATA |
|
Med. (bħala %) |
≤ 50 % |
|
ncu, # |
|
|
DISTRIBUZZJONI |
|
|
]50 % ; 60 %] |
|
ncu, # |
|
|
≤10 % |
|
ncu, # |
]60 % ; 70 %] |
|
ncu, # |
|
|
]10 % ; 20 %] |
|
ncu, # |
]70 % ; 80 %] |
|
ncu, # |
|
|
]20 % ; 30 %] |
|
ncu, # |
]80 % ; 90 %] |
|
ncu, # |
|
|
]30 % ; 40 %] |
|
ncu, # |
]90 % ; 100 %] |
|
ncu, # |
|
|
]40 % ; 50 %] |
|
ncu, # |
]100 % ; 110 %] |
|
ncu, # |
|
|
]50 % ; 60 %] |
|
ncu, # |
> 110 % |
|
ncu, # |
|
|
> 60 % |
|
ncu, # |
Mhux disponibbli |
|
ncu, # |
|
|
Mhux disponibbli |
|
ncu, # |
Proporzjon attwali bejn is-self u l-valur (LTV-C) |
|
|
STOKKS |
|
Il-proporzjon bejn is-self u d-dħul fl-oriġinazzjoni (LTI-O) |
|
FLUSSI |
MEDJA PPEŻATA |
|
|
Med. (bħala %) |
|
MEDJA PPEŻATA |
|
Med. |
DISTRIBUZZJONI |
|
|
|
|
DISTRIBUZZJONI |
|
|
≤ 50 % |
|
|
ncu, # |
|
≤3 |
|
ncu, # |
]50 % ; 60 %] |
|
|
ncu, # |
|
]3 ; 3,5 ] |
|
ncu, # |
]60 % ; 70 %] |
|
|
ncu, # |
|
]3,5 ; 4] |
|
ncu, # |
]70 % ; 80 %] |
|
|
ncu, # |
|
]4 ; 4,5 ] |
|
ncu, # |
]80 % ; 90 %] |
|
|
ncu, # |
|
]4,5 ; 5] |
|
ncu, # |
]90 % ; 100 %] |
|
|
ncu, # |
|
]5 ; 5,5 ] |
|
ncu, # |
]100 % ; 110 %] |
|
|
ncu, # |
|
]5,5 ; 6] |
|
ncu, # |
> 110 % |
|
|
ncu, # |
|
> 6 |
|
ncu, # |
Mhux disponibbli |
|
|
ncu, # |
|
Mhux disponibbli |
|
ncu, # |
Maturitajiet fl-oriġinazzjoni |
|
FLUSSI |
|
|
Il-proporzjon bejn id-dejn u d-dħul fl-oriġinazzjoni (DTI-O) |
|
FLUSSI |
MEDJA PPEŻATA |
|
Med. (snin) |
|
|
MEDJA PPEŻATA |
|
Med. |
DISTRIBUZZJONI |
|
|
|
|
DISTRIBUZZJONI |
|
|
≤ 5s |
|
ncu, # |
|
|
≤3 |
|
ncu, # |
]5s ; 10s] |
|
ncu, # |
|
|
]3 ; 3,5 ] |
|
ncu, # |
]10s ; 15s] |
|
ncu, # |
|
|
]3,5 ; 4] |
|
ncu, # |
]15s ; 20s] |
|
ncu, # |
|
|
]4 ; 4,5 ] |
|
ncu, # |
]20s ; 25s] |
|
ncu, # |
|
|
]4,5 ; 5] |
|
ncu, # |
]25s ; 30s] |
|
ncu, # |
|
|
]5 ; 5,5 ] |
|
ncu, # |
]30s ; 35s] |
|
ncu, # |
|
|
]5,5 ; 6] |
|
ncu, # |
> 35s |
|
ncu, # |
|
|
]6,5 ; 7] |
|
ncu, # |
Mhux disponibbli |
|
ncu, # |
|
|
> 7 |
|
ncu, # |
|
|
|
|
|
Mhux disponibbli |
|
ncu, # |
DISTRIBUZZJONI KONĠUNTA
FLUSSI |
|
Il-proporzjon bejn l-isservisjar tas-self u d-dħul fl-oriġinazzjoni (LSTI-O) |
|
FLUSSI |
|
Il-proporzjon bejn l-isservisjar tas-self u d-dħul fl-oriġinazzjoni (LSTI-O) |
||||
|
|
≤30 % |
]30 % ; 50 %] |
>50 % |
|
Perijodu inizjali ta' iffissar tar-rata tal-imgħax |
|
≤30 % |
]30 % ; 50 %] |
>50 % |
LTV-O ≤ 80 % |
|
|
|
|
|
l/m ≤ 1s |
|
ncu, # |
ncu, # |
ncu, # |
Maturità fl-oriġinazzjoni |
|
|
|
|
|
l/m ] 1s; 5s] |
|
ncu, # |
ncu, # |
ncu, # |
≤ 20s |
|
ncu, # |
ncu, # |
ncu, # |
|
l/m ] 5s; 10s] |
|
ncu, # |
ncu, # |
ncu, # |
]20s ; 25s] |
|
ncu, # |
ncu, # |
ncu, # |
|
l/m > 10s |
|
ncu, # |
ncu, # |
ncu, # |
> 25s |
|
ncu, # |
ncu, # |
ncu, # |
|
|
|
|
|
|
LTV-O ]80 %-90 %] |
|
|
|
|
|
FLUSSI |
|
Il-proporzjon bejn id-dejn u d-dħul fl-oriġinazzjoni (DTI-O) |
||
Maturità fl-oriġinazzjoni |
|
|
|
|
|
|
||||
≤ 20s |
|
ncu, # |
ncu, # |
ncu, # |
|
Il-proporzjon bejn is-self u l-valur fl-oriġinazzjoni (LTV-O) |
|
≤ 4 |
]4 ; 6] |
> 6 |
]20s ; 25s] |
|
ncu, # |
ncu, # |
ncu, # |
|
LTV-O ≤ 80 % |
|
ncu, # |
ncu, # |
ncu, # |
> 25s |
|
ncu, # |
ncu, # |
ncu, # |
|
LTV-O ]80 % ; 90 %] |
|
ncu, # |
ncu, # |
ncu, # |
LTV-O ]90 %-110 %] |
|
|
|
|
|
LTV-O ]90 % ; 110 %] |
|
ncu, # |
ncu, # |
ncu, # |
Maturità fl-oriġinazzjoni |
|
|
|
|
|
LTV-O >110 % |
|
ncu, # |
ncu, # |
ncu, # |
≤ 20s |
|
ncu, # |
ncu, # |
ncu, # |
|
|
|
|
|
|
]20s ; 25s] |
|
ncu, # |
ncu, # |
ncu, # |
|
|
|
|
|
|
> 25s |
|
ncu, # |
ncu, # |
ncu, # |
|
|
|
|
|
|
LTV-O >110 % |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Maturità fl-oriġinazzjoni |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
≤ 20s |
|
ncu, # |
ncu, # |
ncu, # |
|
|
|
|
|
|
]20s ; 25s] |
|
ncu, # |
ncu, # |
ncu, # |
|
|
|
|
|
|
> 25s |
|
ncu, # |
ncu, # |
ncu, # |
|
|
|
|
|
|
2. Mudell B: indikaturi u rendikonti relatati għal selfiet RRE għal proprjetajiet mixtrija għall-kiri u proprjetajiet okkupati mis-sid
FLUSSI= produzzjoni ġdida ta' selfiet RRE fi ħdan il-perijodu ta' rapportar, kif ikkunsidrat mill-mutwanti. Awtoritajiet makro-prudenzjali nazzjonali li huma kapaċi jiddistingwu bejn selfiet RRE tabilħaqq ġodda u selfiet innegozjati mill-ġdid jingħataw l-għażla li jidentifikaw selfiet innegozjat mill-ġdid bħala tqassim separat. STOKKS= Dejta għall-istokks ta' selfiet RRE fid-data tar-rapportar (eż. tmiem is-sena) ncu= ammont f'munita nazzjonali #= numru ta' kuntratti s= sena(snin) Med.= medja tal-proporzjon relevanti l/m= li minnhom |
SELF GĦAL XIRI GĦALL-KIRI
Ħarsa ġenerali lejn self għal xiri |
|
FLUSSI |
|
Il-proporzjon ta' kopertura tal-imgħax fl-oriġinazzjoni (ICR-O) |
|
FLUSSI |
Self mogħti |
|
ncu, # |
|
MEDJA PPEŻATA |
|
Med. |
l/m xerrejja għall-ewwel darba |
|
ncu, # |
|
DISTRIBUZZJONI |
|
|
l/m selfiet f'munita barranija |
|
ncu, # |
|
≤ 100 % |
|
ncu, # |
l/m b'amortizzament sħiħ |
|
ncu, # |
|
] 100 % ; 125 %] |
|
ncu, # |
l/m b'amortizzament parzjali |
|
ncu, # |
|
] 125 % ; 150 %] |
|
ncu, # |
l/m mingħajr amortizzament (*2) |
|
ncu, # |
|
] 150 % ; 175 %] |
|
ncu, # |
l/m ≤ 1s perijodu inizjali ta' iffissar tar-rata tal-imgħax |
|
ncu, # |
|
] 175 % ; 200] |
|
ncu, # |
l/m ] 1s; 5s] perijodu inizjali ta' iffissar tar-rata tal-imgħax |
|
ncu, # |
|
> 200 % |
|
ncu, # |
l/m ] 5s; 10s] perijodu inizjali ta' iffissar tar-rata tal-imgħax |
|
ncu, # |
|
|
|
|
l/m > 10s perijodu inizjali ta' iffissar tar-rata tal-imgħax |
|
ncu, # |
|
Il-proporzjon bejn is-self u l-kera fl-oriġinazzjoni (LTR-O) |
|
FLUSSI |
|
|
|
|
MEDJA PPEŻATA |
|
Med. |
Il-proporzjon bejn is-self u l-valur fl-oriġinazzjoni (LTV-O) |
|
FLUSSI |
|
DISTRIBUZZJONI |
|
|
|
|
≤ 5 |
|
ncu, # |
||
MEDJA PPEŻATA |
|
Med. (bħala %) |
|
]5 ; 10] |
|
ncu, # |
DISTRIBUZZJONI |
|
|
|
]10 ; 15] |
|
ncu, # |
≤ 50 % |
|
ncu, # |
|
]15 ; 20] |
|
ncu, # |
]50 % ; 60 %] |
|
ncu, # |
|
> 20 |
|
ncu, # |
]60 % ; 70 %] |
|
ncu, # |
|
|
|
|
]70 % ; 80 %] |
|
ncu, # |
|
|
|
|
]80 % ; 90 %] |
|
ncu, # |
|
|
|
|
]90 % ; 100 %] |
|
ncu, # |
|
|
|
|
]100 % ; 110 %] |
|
ncu, # |
|
|
|
|
> 110 % |
|
ncu, # |
|
|
|
|
Mhux disponibbli |
|
ncu, # |
|
|
|
|
SELF FUQ PROPRJETAJIET OKKUPATI MIS-SID
Ħarsa ġenerali lejn self fuq proprjetajiet okkupati mis-sid |
|
FLUSSI |
|
Il-proporzjon bejn l-isservisjar tas-self u d-dħul fl-oriġinazzjoni (LSTI-O) |
|
FLUSSI |
Self mogħti |
|
ncu, # |
|
MEDJA PPEŻATA |
|
Med. (bħala %) |
l/m xerrejja għall-ewwel darba |
|
ncu, # |
|
l/m xerrejja għall-ewwel darba |
|
Med. (bħala %) |
l/m selfiet f'munita barranija |
|
ncu, # |
|
l/m selfiet f'munita barranija |
|
Med. (bħala %) |
l/m b'amortizzament sħiħ |
|
ncu, # |
|
l/m b'amortizzament sħiħ |
|
Med. (bħala %) |
l/m b'amortizzament parzjali |
|
ncu, # |
|
l/m b'amortizzament parzjali |
|
Med. (bħala %) |
l/m mingħajr amortizzament (*2) |
|
ncu, # |
|
l/m mingħajr amortizzament (*2) |
|
Med. (bħala %) |
l/m ≤ 1s perijodu inizjali ta' iffissar tar-rata tal-imgħax |
|
ncu, # |
|
l/m ≤ 1s perijodu inizjali ta' iffissar tar-rata tal-imgħax |
|
Med. (bħala %) |
l/m ] 1s; 5s] perijodu inizjali ta' iffissar tar-rata tal-imgħax |
|
ncu, # |
|
l/m ] 1s; 5s] perijodu inizjali ta' iffissar tar-rata tal-imgħax |
|
Med. (bħala %) |
l/m ] 5s; 10s] perijodu inizjali ta' iffissar tar-rata tal-imgħax |
|
ncu, # |
|
l/m ] 5s; 10s] perijodu inizjali ta' iffissar tar-rata tal-imgħax |
|
Med. (bħala %) |
l/m > 10s perijodu inizjali ta' iffissar tar-rata tal-imgħax |
|
ncu, # |
|
l/m > 10s perijodu inizjali ta' iffissar tar-rata tal-imgħax |
|
Med. (bħala %) |
|
|
|
|
DISTRIBUZZJONI |
|
|
Proporzjon attwali bejn is-self u l-valur (LTV-C) |
|
FLUSSI |
|
≤10 % |
|
ncu, # |
|
|
]10 % ; 20 %] |
|
ncu, # |
||
MEDJA PPEŻATA |
|
Med. (bħala %) |
|
]20 % ; 30 %] |
|
ncu, # |
l/m xerrejja għall-ewwel darba |
|
Med. (bħala %) |
|
]30 % ; 40 %] |
|
ncu, # |
l/m selfiet f'munita barranija |
|
Med. (bħala %) |
|
]40 % ; 50 %] |
|
ncu, # |
l/m b'amortizzament sħiħ |
|
Med. (bħala %) |
|
]50 % ; 60 %] |
|
ncu, # |
l/m b'amortizzament parzjali |
|
Med. (bħala %) |
|
> 60 % |
|
ncu, # |
l/m mingħajr amortizzament (*2) |
|
Med. (bħala %) |
|
Mhux disponibbli |
|
ncu, # |
DISTRIBUZZJONI |
|
|
|
|
|
|
≤ 50 % |
|
ncu, # |
|
|
|
|
]50 % ; 60 %] |
|
ncu, # |
|
Il-proporzjon bejn is-self u d-dħul fl-oriġinazzjoni (LTI-O) |
|
FLUSSI |
]60 % ; 70 %] |
|
ncu, # |
|
|
||
]70 % ; 80 %] |
|
ncu, # |
|
MEDJA PPEŻATA |
|
Med. |
]80 % ; 90 %] |
|
ncu, # |
|
DISTRIBUZZJONI |
|
|
]90 % ; 100 %] |
|
ncu, # |
|
≤3 |
|
ncu, # |
]100 % ; 110 %] |
|
ncu, # |
|
]3 ; 3,5 ] |
|
ncu, # |
> 110 % |
|
ncu, # |
|
]3,5 ; 4] |
|
ncu, # |
Mhux disponibbli |
|
ncu, # |
|
]4 ; 4,5 ] |
|
ncu, # |
|
|
|
|
]4,5 ; 5] |
|
ncu, # |
|
|
|
|
]5 ; 5,5 ] |
|
ncu, # |
|
|
|
|
]5,5 ; 6] |
|
ncu, # |
|
|
|
|
> 6 |
|
ncu, # |
|
|
|
|
Mhux disponibbli |
|
ncu, # |
Proporzjon attwali bejn is-self u l-valur (LTV-C) |
|
|
STOKKS |
MEDJA PPEŻATA |
|
|
Med. (bħala %) |
DISTRIBUZZJONI |
|
|
|
≤ 50 % |
|
|
ncu, # |
]50 % ; 60 %] |
|
|
ncu, # |
]60 % ; 70 %] |
|
|
ncu, # |
]70 % ; 80 %] |
|
|
ncu, # |
]80 % ; 90 %] |
|
|
ncu, # |
]90 % ; 100 %] |
|
|
ncu, # |
]100 % ; 110 %] |
|
|
ncu, # |
> 110 % |
|
|
ncu, # |
Mhux disponibbli |
|
|
ncu, # |
|
|
|
|
Maturitajiet fl-oriġinazzjoni fi snin |
|
FLUSSI |
|
MEDJA PPEŻATA |
|
Med. (fi snin) |
|
DISTRIBUZZJONI |
|
|
|
≤ 5s |
|
ncu, # |
|
]5s ; 10s] |
|
ncu, # |
|
]10s ; 15s] |
|
ncu, # |
|
]15s ; 20s] |
|
ncu, # |
|
]20s ; 25s] |
|
ncu, # |
|
]25s ; 30s] |
|
ncu, # |
|
]30s ; 35s] |
|
ncu, # |
|
> 35s |
|
ncu, # |
|
Mhux disponibbli |
|
ncu, # |
|
(*1) Fejn relevanti, selfiet mhux amortizzanti li għalihom jeżistu veikoli ta' fidi għandhom jiġu identifikati separatament.
(*2) Fejn relevanti, selfiet mhux amortizzanti li għalihom jeżistu veikoli ta' fidi għandhom jiġu identifikati separatament.
ANNESS III
MUDELLI INDIKATTIVI GĦAL INDIKATURI DWAR IS-SETTUR TAL-PROPRJETÀ IMMOBBLI KUMMERĊJALII
1. Mudell A: indikaturi dwar is-suq fiżiku
|
Indikatur |
|
Tqassim |
|
Frekwenza |
Tip ta' proprjetà (1) |
Lok tal-proprjetà (2) |
||
Suq fiżiku |
Indiċi tal-prezzijiet CRE |
Trimestrali |
I |
I |
Indiċi tal-kirjiet |
Trimestrali |
I |
I |
|
Indiċi tar-rendiment mill-kirjiet |
Trimestrali |
I |
I |
|
Rati ta' spazju disponibbli |
Trimestrali |
P |
P |
|
Bidu ta' kostruzzjoni |
Trimestrali |
# |
# |
|
2. Mudell B: indikaturi dwar l-iskoperturi tas-sistema finanzjarja
|
Indikatur |
|
Tqassim |
|
|||||
Frekwenza |
Tip ta' proprjetà (3) |
Lokalità tal-proprjetà (4) |
Tip ta' mutwanti (6) |
Total |
|||||
Flussi (8) |
Investmenti f'CRE (10) |
Trimestrali |
nc |
nc |
nc |
|
nc |
nc |
|
|
Trimestrali |
nc |
nc |
nc |
|
nc |
nc |
||
|
Trimestrali |
|
|
nc |
|
nc |
nc |
||
Aġġustamenti fil-valutazzjoni fuq investimenti f'CRE |
Trimestrali |
nc |
nc |
nc |
|
nc |
nc |
||
Tislif lil CRE (inkluża proprjetà li qiegħda tiġi żviluppata) |
Trimestrali |
nc |
nc |
|
nc |
nc |
nc |
||
|
Trimestrali |
nc |
nc |
|
nc |
nc |
nc |
||
Selfiet għal CRE mhux produttivi (inkluża proprjetà li qiegħda tiġi żviluppata) |
Trimestrali |
nc |
nc |
|
nc |
nc |
nc |
||
|
Trimestrali |
nc |
nc |
|
nc |
nc |
nc |
||
Provvedimenti għal telf minn self fuq tislif għal CRE (inkluża proprjetà li qiegħda tiġi żviluppata) |
Trimestrali |
nc |
nc |
|
nc |
nc |
nc |
||
|
Trimestrali |
nc |
nc |
|
nc |
nc |
nc |
|
Indikatur |
|
Tqassim |
|
|||||
Frekwenza |
Tip ta' proprjetà (3) |
Lokalità tal-proprjetà (4) |
Tip ta' mutwanti (6) |
Total |
|||||
Stokks (9) |
Investmenti f'CRE (10) |
Annwalment |
nc |
nc |
nc |
|
nc |
nc |
|
|
Annwalment |
nc |
nc |
nc |
|
nc |
nc |
||
|
Annwalment |
|
|
nc |
|
nc |
nc |
||
Aġġustamenti fil-valutazzjoni fuq investimenti f'CRE |
Annwalment |
nc |
nc |
nc |
|
nc |
nc |
||
Tislif lil CRE (inkluża proprjetà li qiegħda tiġi żviluppata) |
Annwalment |
nc |
nc |
|
nc |
nc |
nc |
||
|
Annwalment |
nc |
nc |
|
nc |
nc |
nc |
||
Provvedimenti għal telf fuq is-self fuq tislif għal CRE |
Annwalment |
nc |
nc |
|
nc |
nc |
nc |
||
Tislif għal proprjetà li qiegħda tiġi żviluppata (bħala parti minn tislif għal CRE) |
Annwalment |
nc |
nc |
|
nc |
nc |
nc |
||
|
Annwalment |
nc |
nc |
|
nc |
nc |
nc |
||
Provvedimenti għal telf minn self fuq tislif għal proprjetà li qiegħda tiġi żviluppata |
Annwalment |
nc |
nc |
|
nc |
nc |
nc |
3. Mudell C: indikaturi dwar standards ta' tislif (11)
|
Indikatur |
Frekwenza |
Medja ppeżata ta' proporzjonijiet |
Flussi (12) |
Il-proporzjon bejn is-self u l-valur fl-oriġinazzjoni (LTV-O) |
Trimestrali |
P |
Il-proporzjon ta' kopertura tal-imgħax fl-oriġinazzjoni (ICR-O) |
Trimestrali |
P |
|
Il-proporzjon ta' kopertura tal-isservisjar tad-dejn fl-oriġinazzjoni (DSCR-O) |
Trimestrali |
P |
|
Indikatur |
Frekwenza |
Medja ppeżata ta' proporzjonijiet |
Stokks (13) |
Proporzjon attwali bejn is-self u l-valur (LTV-C) |
Annwali |
P |
Il-proporzjon attwali ta' kopertura tal-imgħax (ICR-C) |
Annwali |
P |
|
Il-proporzjon attwali ta' kopertura tal-isservisjar tad-dejn (DSCR-C) |
Annwali |
P |
(1) Tip ta' proprjetà mqassma bħala uffiċċju, ħanut, industrijali, residenzjali u oħrajn (kollha suq domestiku).
(2) Lok tal-proprjetà mqassam bħala proprjetà prima domestika u proprjetà mhux prima domestika.
I= Indiċi
P= Proporzjon
#= Metri kwadrati
(3) Tip ta' proprjetà mqassma bħala uffiċċju, ħanut, industrijali, residenzjali u oħrajn.
(4) Lok tal-proprjetà mqassam bħala proprjetà prima domestika, proprjetà mhux prima domestika, u barranija.
(5) Tip ta' investitur imqassam bħala banek, kumpanniji tal- assigurazzjoni, fondi tal-pensjoni, fondi ta' investiment, kumpanniji tal-proprjetà u oħrajn.
(6) Tip ta' mutwanti mqassam bħala banek, kumpanniji tal- assigurazzjoni, fondi tal-pensjoni, fondi ta' investiment, kumpanniji tal-proprjetà u oħrajn.
(7) Nazzjonalità mqassma bħala destomika, Żona Ekonomika Ewropea u l-kumplament tad-dinja.
(8) Il-flussi huma fuq bażi grossa għal investimenti, tislif u selfiet mhux produttivi (selfiet/investimenti ġodda biss huma koperti mingħajr ma jitqiesu ħlasijiet lura jew tnaqqis fuq ammonti eżistenti).
Il-flussi huma fuq bażi netta għal aġġustamenti fil-valutazzjoni fuq investimenti u provvediment għal telf fuq self.
(9) Dejta dwar stokks għall-istokk ta' investimenti f'CRE, aġġustamenti fil-valutazzjoni fuq investimenti f'CRE, selfiet għal CRE (mhux produttivi) u provvedimenti għal telf fuq self fuq tislif għal CRE fid-data tar-rapportar.
(10) Biss f'każ li l-investimenti jirrżppreżentaw sehem sinifikanti mill-finanzjament ta' CRE.
nc= Ammont f'munita nazzjonali
(11) Jeskludi proprjetà li qiegħda tiġi żviluppata, li tista' tiġi mmonitorjata permezz tal-proporzjon bejn is-self u l-ispiża (LTC).
(12) Dejta dwar flussi għall-produzzjoni ġdida ta' selfiet CRE matul il-perijodu ta' rapportar.
(13) Dejta dwar l-istokks għall-istokk ta' selfiet CRE fid-data tar-rapportar.
P= Proporzjon
ANNESS IV
GWIDA DWAR IL-METODI GĦALL-KEJL U L-KALKOLU TAL-INDIKATURI
Dan l-Anness jipprovdi gwida ta' livell għoli dwar il-metodi għall-kalkolu tal-indikaturi użati fil-Mudelli tal-Anness II u, fejn applikabbli, ukoll tal-Anness III. L-iskop tiegħu mhuwiex li jipprovdi struzzjonijiet tekniċi ddettaljati sabiex jimtlew il-Mudelli li jkopru il-każijiet kollha possibbli. Barra minn hekk, il-gwida għandha tiġi interpretata bħala li tkopri definizzjonijiet fil-mira u metodi fil-mira, u f'xi każijiet jistgħu jkunu ġġustifikati diverġenzi sabiex jakkomodaw il-karatteristiċi speċifiċi ta' swieq jew segmenti ta' swieq.
1. Il-proporzjon bejn is-self u l-valur fl-oriġinazzjoni (LTV-O)
1. |
LTV-O huwa ddefinit bħala:
|
2. |
Għall-finijiet tal-kalkolu, ‘L’:
|
3. |
Għall-finijiet tal-kalkolu, “V”:
|
4. |
Meta s-swieq ta' self għal proprjetajiet mixtrija għall-kiri u proprjetajiet okkupati mis-sid jiġu mmonitorjati separatament, id-definizzjoni ta' LTV-O tapplika, soġġetta għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:
|
5. |
L-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali għandhom joqogħdu attenti għall-fatt li l-proporzjonijiet ta' LTV huma ta' natura proċiklika u b'hekk għandhom jikkunsidraw dawk il-proporzjonijiet b'kawtela fi kwalunkwe qafas għall-monitoraġġ tar-riskju. Jistgħu jinvestigaw ukoll l-użu ta' metriċi addizzjonali bħas-self għall-valur fit-tul, fejn il-valur huwa aġġustat skont l-iżvilupp fit-tul ta' indiċi ta' prezz tas-suq. |
2. Il-proporzjon attwali bejn is-self u l-valur (LTV-C)
1. |
LTV-C huwa ddefinit bħala:
|
2. |
Għall-finijiet tal-kalkolu, “LC”:
|
3. |
Għall-finijiet tal-kalkolu, “VC”:
|
4. |
Meta s-swieq ta' self RRE għal proprjetajiet mixtrija għall-kiri u proprjetajiet okkupati mis-sid jiġu mmonitorjati separatament, għandha tapplika d-definizzjoni ta' LTV-C, soġġett għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:
|
3. Il-proporzjon bejn is-self u d-dħul fl-oriġinazzjoni (LTI-O)
1. |
LTI-O huwa ddefinit bħala:
|
2. |
Għall-finijiet tal-kalkolu, “L” għandu l-istess tifsira bħal fit-Taqsima 1(2). |
3. |
Għall-finijiet tal-kalkolu, “I” huwa d-dħul annwali totali disponibbli ta' mutwatarju kif irreġistrat minn fornitur tal-kreditu fil-mument tal-oriġinazzjoni tas-self RRE. |
4. |
Meta jiddeterminaw id-“dħul disponibbli” ta' mutwatarju, id-destinatarji huma mħeġġa li jikkonformaw mad-definizzjoni (1) sal-ogħla grad possibbli u mad-definizzjoni (2) bħala minimu: Definizzjoni (1): “dħul disponibbli” = dħul ta' impjegat + dħul ta' persuna minn xogħol għal rasha (eż. profitti) dħul + minn pensjonijiet pubbliċi + dħul minn pensjonijiet privati u okkupazzjonali + dħul minn benefiċċji tal-qgħad + dħul minn trasferimenti soċjali minbarra benefiċċji tal-qgħad + trasferimenti regolari privati (bħal ħlasijiet ta' manteniment) + dħul gross ta' kera minn proprjetà immobbli + dħul minn investimenti finanzjarji + dħul minn negozju privat jew sħubija + dħul minn sorsi oħrajn + sussidji għal self– taxxi – kura tas-saħħa/sigurtà soċjali/assigurazzjoni medika primjums + rifużjonijiet ta' taxxa. Għall-finijiet ta' din id-definizzjoni:
Definizzjoni (2): “dħul disponibbli” = dħul ta' impjegat + dħul ta' persuna minn xogħol għal rasha (eż. profitti) – taxxi. |
5. |
Meta s-swieq ta' self RRE għal proprjetajiet mixtrija għall-kiri u proprjetajiet okkupati mis-sid jiġu mmonitorjati separatament, għandha tapplika d-definizzjoni ta' LTI-O, soġġett għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:
|
4. Il-proporzjon bejn id-dejn u d-dħul fl-oriġinazzjoni (DTI-O)
1. |
DTI-O huwa ddefinit bħala:
|
2. |
Għall-finijiet tal-kalkolu, “D” jinkludi d-dejn totali ta' mutwatarju, kemm jekk ikun iggarantit bi proprjetà immobbli jew le, inkluż kull self finanzjarju pendenti, jiġifieri mogħtija mill-fornitur tas-self RRE u minn mutwatarji oħrajn, fil-mument tal-oriġinazzjoni tas-self RRE. |
3. |
Għall-finijiet tal-kalkolu, “I” għandha l-istess tifsira bħal fit-Taqsima 3(4). |
5. Il-proporzjon bejn is-self u d-dħul fl-oriġinazzjoni (LSTI-O)
1. |
LSTI-O huwa ddefinit bħala:
|
2. |
Għall-finijiet tal-kalkolu, “LS” huwa l-ispejjeż annwali tal-isservisjar tad-dejn fuq is-self RRE, iddefinit bħala “L” fit-Taqsima 1(2) fil-mument ta' oriġinazzjoni tas-self. |
3. |
Għall-finijiet tal-kalkolu, “I” għandu l-istess tifsira bħal fit-Taqsima 3(4). |
4. |
Meta s-swieq ta' self RRE għal proprjetajiet mixtrija għall-kiri u proprjetajiet okkupati mis-sid jiġu mmonitorjati separatament, id-definizzjoni ta' LSTI-O tapplika soġġetta għal dawn l-eċċezzjonijiet:
|
6. Il-proporzjon bejn l-isservisjar tad-dejn u d-dħul fl-oriġinazzjoni (DSTI-O)
1. |
DSTI-O huwa ddefinit bħala:
|
2. |
Għall-finijiet tal-kalkolu, “DS” huwa l-ispejjeż annwali tal-isservisjar tad-dejn tad-dejn totali ta' mutwatarju, iddefinit bħala “D” fit-Taqsima 4(2) fil-mument ta' oriġinazzjoni tas-self. |
3. |
Għall-finijiet tal-kalkolu, “I” għandu l-istess tifsira bħal fit-Taqsima 3(4). |
4. |
DTI-O għandu jitqies bħala indikatur opzjonali peress li dawk li jsellfu mhux f’ċerti ġurisdizzjonijiet kollha jista' jkollhom aċċess għall-informazzjoni meħtieġa biex jiġi kkalkulat in-numeratur tiegħu. Madankollu f'ġurisdizzjonijiet fejn dawk li jisilfu ma jkollhomx aċċess għal dik l-informazzjoni (eż. permezz ta' reġistri ta' kreditu jew rekords tat-taxxa), huwa mħeġġeġ bis-saħħa li l-awtoritajiet makroprudenzjali jinkludu dan l-indikatur ukoll fil-qafas tagħhom għall-monitoraġġ tar-riskju. |
7. Il-proporzjon ta' kopertura tal-imgħax (ICR)
1. |
ICR huwa ddefinit bħala:
|
2. |
Għall-finijiet tal-kalkolu:
|
3. |
Il-proporzjon jista' jirreferi għall-valur tiegħu fl-oriġinazzjoni tas-self (ICR-O) jew il-valur attwali tiegħu (ICR-C). |
8. Il-proporzjon bejn is-self u l-kera fl-oriġinazzjoni (LTR-O)
1. |
LTR-O huwa ddefinit bħala:
|
2. |
Għall-finijiet tal-kalkolu:
Id-dħul nett annwali minn kera għandu jintuża għall-kalkolu tal-LTR-O. Jekk din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, id-dħul minn kera gross u annwali jista' jintuża bħala alternattiva. |
(1) Fil-każ ta' proprjetà li tkun qiegħda tinbena, l-LTV-O f'mument partikolari n jista' jiġi kkalkulat bħala:
Fejn jirreferi għall-partijiet ta' self imħallsa saż-żmien n, huwa l-valur inizjali tal-kollateral tal-proprjetà immobbli (eż. art) u jirrappreżenta l-bidla fil-valur tal-proprjetà li jkun seħħ matul il-perijodi sal-ħlas tal-aħħar parti tas-self saż-żmien n.
ANNESS V
GWIDA DWAR DEFINIZZJONIJIET U INDIKATURI RELATATI MA' PROPRJETÀ IMMOBBLI KUMMERĊJALI
Dan l-Anness jipprovdi gwida dwar kwistjonijiet speċifiċi relatati mad-definizzjoni ta' CRE, indikaturi CRE u b'mod partikolari dwar l-Anness III. L-iskop tiegħu mhuwiex li jipprovdi struzzjonijiet tekniċi ddettaljati sabiex jimtlew il-Mudelli fl-Anness III biex ikopru l-każijiet kollha possibbli. Barra minn hekk, il-gwida għandha tiġi interpretata bħala li tkopri definizzjonijiet fil-mira u metodi fil-mira, u f'xi każijiet jistgħu jkunu ġġustifikati diverġenzi sabiex jakkomodaw il-karatteristiċi speċifiċi ta' swieq jew segmenti ta' swieq.
1. Definizzjonijiet ta' proprjetà immobbli kummerċjali
Attwalment m'hemm l-ebda definizzjoni aċċettata madwar l-Unjoni kollha ta' CRE li hija preċiża biżżejjed għal skopijiet makroprudenzjali.
(a) |
Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiddefinixxi RRE fl-Artikolu 4(1)(75) iżda ma jipprovdix definizzjoni preċiża ta' CRE, apparti milli jiddeskriviha bħala “uffiċċji jew bini kummerċjali ieħor” fl-Artikolu 126. Dan ir-Regolament jeħtieġ ukoll li l-valur tal-proprjetà m'għandux jiddependi fuq il-kwalità tal- kreditu tal-mutwatarju jew il-prestazzjoni tal-proġett sottostanti fir-rigward tas-CRE. |
(b) |
L-EBA pprovda kriterju addizzjonali utli: l-iskopijiet dominanti tal-proprjetà “għandhom ikunu marbuta ma' attività ekonomika” (1). Waqt li huwa utli, dan il-kriterju għadu mhuwiex preċiż biżżejjed għal finijiet makroprudenzjali. |
(c) |
Ir-Regolament (UE) 2016/867 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/13) (2) huwa sors possibbli ieħor għad-definizzjoni ta' CRE. Madankollu, f'dan l-istadju, ir-Regolament jiddefinixxi CRE bħala l-proprjetà kollha li mhijiex RRE (kif iddefinita fir-Regolament imsemmi taħt (a) iktar ‘il fuq). Dik id-definizzjoni hija wisq wiesgħa għal-finijiet tal-istabbiltà finanzjarja peress li l-interess ewlieni hawnhekk huwa l-grad safejn il-flussi ta' flus mistennija minn CRE, bħal kirjiet, ser ikunu suffiċjenti biex iħallsu lura s-self li bih tkun ġiet iffinanzjata l-proprjetà. |
(d) |
L-inizjattiva G20 Data Gaps (3) hija ġabra ta' 20 rakkomandazzjoni dwar it-titjib tal-ekonomija u tal-istatistika finanzjarja li tnediet sabiex jittejbu d-disponibbiltà u l-kumparabbiltà ta' dejta ekonomika u finanzjarja - wara l-kriżi finanzjarja tal-2007 sal-2008. Ir-Rakkomandazzjoni 19 tenfasizza l-ħtieġa li tittejjeb id-disponibbiltà ta' statistika dwar il-proprjetà immobbli kemm residenzjali kif ukoll kummerċjali. Is-segwitu dwar din l-inizjattiva, inkluż ftehim dwar definizzjoni ta' CRE, għadu għaddej u jista' jipprovdi xi kontribut għad-dejta meħtieġa għall-finijiet tal-BERS. |
(e) |
Id-dokument ta' konsultazzjoni tal-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja dwar reviżjonijiet għall-approċċ standardizzat għar-riskju ta' kreditu (4) wkoll jiddefinixxi CRE bħala l-kuntrarju ta' RRE. Skopertura għal RRE hija ddefinita bħala skopertura ggarantita bi proprjetà immobbli li jkollha n-natura ta' dar u li tissodisfa l-liġijiet u r-regolamenti applikabbli kollha sabiex tintuża għal skopijiet residenzjali, jiġifieri proprjetà residenzjali. Skopertura CRE mbagħad hija ddefinita bħala skopertura ggarantita b'xi proprjetà immobbli li ma tkunx proprjetà residenzjali. |
Fid-dawl tal-limitazzjonijiet tad-definizzjonijiet imsemmija iktar ‘il fuq, din ir-Rakkomandazzjoni tipprovdi definizzjoni operattiva ta' CRE speċifikament għal finijiet makroprudenzjali. Din tiddefinixxi CRE bħala kwalunkwe proprjetà immobbli li tipproduċi dħul, ħlief għal akkomodazzjoni soċjali, proprjetà miżmuma minn utenti finali u djar mixtrija għall-kiri.
Jista' jiġi diskuss jekk proprjetà li qiegħda tiġi żviluppata għandhiex titqies bħala CRE. F'dan ir-rigward, il-prattiki nazzjonali jvarjaw. Madankollu, l-esperjenza ta' għadd ta' Stati Membri matul il-kriżi finanzjarja reċenti wriet kemm huwa importanti għall-finijiet tal-istabbiltà finanzjarja li jiġu mmonitorjati investimenti f'din l-attività ekonomika u l-iffinanzjar tagħha. Barra minn hekk, proprjetà ġdida taħt żvilupp hija mistennija li żżid l-istokk futur ta' CRE ladarba titlesta. Għall-finijiet ta' din ir-Rakkomandazzjoni, proprjetà li qiegħda tiġi żviluppata għalhekk titqies li hija subkategorija ta' CRE.
L-akkomodazzjoni soċjali hija segment kumpless tas-suq tal-proprjetà, peress li tista' tieħu forom differenti bejn pajjiż u ieħor u fi ħdan l-istess pajjiż. Għandha tiġi eskluża mid-definizzjoni ta' CRE meta l-valur tat-transazzjoni ta' proprjetajiet jew il-kera applikata għal inkwilini f'dawk il-proprjetajiet ikunu influwenzati direttament minn korp pubbliku, bir-riżultat li l-kirjiet ikunu aktar baxxi minn dawk osservati fis-suq attwali. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiddeterminaw il-konfini bejn l-akkomodazzjoni soċjali u s-settur privat tal-kiri f'pajjiżhom skont dan il-kriterju.
Djar mixtrija għall-kiri tirreferi għal kwalunkwe proprjetà immobbli residenzjali li tkun taqa' taħt is-sjieda diretta ta' unitajiet domestiċi privati (5), fejn l-għan ewlieni jkun li jinkrew lil inkwilini. Fil-preżent, din l-attività hija sinifikanti bi fi ftit Stati Membri. Id-djar mixtrija għall-kiri huwa wkoll qasam ta' konfini bejn l-RRE u s-CRE. Madankollu, peress li din l-attività tipikament issir minn sidien fuq bażi part-time u mhux professjonali li jkollhom portafoll żgħir ta' proprjetà, din tista' tiġi interpretata għall-finijiet tal-istabbiltà finanzjarja bħala li tappartjeni aktar għas-settur RRE milli għas-settur CRE. Madankollu, minħabba l-karatteristiċi ta' riskju distinti tiegħu, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali jimmonitorjaw l-iżviluppi f'dan is-suq sussidjarju, billi jużaw għadd ta' indikaturi addizzjonali u speċifiċi, jekk din l-attività tkun tirrappreżenta sors sinifikanti ta' riskji jew sehem sinifikanti tal-istokk jew flussi ta’ tislif RRE totali.
2. Sorsi ta' dejta dwar proprjetà immobbli kummerċjali
2.1 Indikaturi dwar is-suq CRE fiżiku
L-indikaturi CRE dwar is-suq fiżiku jistgħu jinkisbu permezz ta':
(a) |
sorsi pubbliċi, eż. aġenziji tal-istatistika nazzjonali jew reġistri tal-artijiet; jew |
(b) |
fornituri ta' dejta mis-settur privat li jkopru parti sostanzjali tas-suq CRE. |
Ir-Rapport BERS dwar il-proprjetà immobbli kummerċjali u l-istabbiltà finanzjarja fl-UE jagħti ħarsa ġenerali lejn l-indiċijiet tal-prezzijiet disponibbli u sorsi ta' dejta possibbli (6).
2.2 Indikaturi dwar l-iskopertura tas-sistema finanzjarja għas-CRE
L-iskoperturi tal-parteċipanti fis-suq, ta' mill-inqas dawk tas-settur finanzjarju, jistgħu jinġabru mir-rapportar superviżorju. Xi dejta diġà tinġabar mill-BĊE u l-EIOPA f'livell nazzjonali. Madankollu, dawn mhumiex dettaljati ħafna. Mudelli ġodda ta' rapportar superviżorju għal banek, jiġifieri Rapportar Finanzjarju (FINREP) u Rapportar Komuni (COREP), għal assiguraturi taħt id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u għal fondi ta' investiment taħt id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jistgħu jipprovdu perspettiva aktar granulari fl-iskoperturi tal-istituzzjonijiet finanzjarji għas-CRE.
Il-klassifikazzjonijiet ipprovduti fil-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE rev 2.0) jistgħu jkunu utli għall-iskoperturi għal CRE ta' istituzzjonijiet finanzjarji prokuraturi, peress li hemm qbil ġenerali dwarhom mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u jintużaw f'mudelli ta' rapportar regolatorju għal banek u impriżi tal-assigurazzjoni. Jidher li żewġ taqsimiet huma relevanti f'dan ir-rigward:
(a) Taqsima F: kostruzzjoni, eskluża l-inġinerija ċivili; u
(b) Taqsima L: attivitajiet ta' proprjetà immobbli, esklużi aġenziji tal-proprjetà immobbli.
L-iżvantaġġ ewlieni li jintużaw klassifikazzjonijiet NACE huwa li dawn jimmiraw lejn setturi ekonomiċi u mhux lejn self. Pereżempju, selfiet mogħti lil kumpannija tal-proprjetà biex tixtri flotta ta' karozzi huwa rrapportat taħt it-Taqsima L, anki jekk ma jkunx self CRE.
2.3 Użu ta' dejta tas-settur privat
Meta awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali jużaw dejta minn fornitur ta' dejta tas-settur privat sabiex jikkumplikaw l-indikaturi CRE, huma mistennija li jidentifikaw id-differenzi fl-kamp ta' applikazzjoni u d-definizzjonijiet mqabbla ma' dawk mitluba f'din ir-Rakkomandazzjoni. Għandhom ikunu kapaċi jipprovdu dettalji dwar il-metodoloġija sottostanti użata mill-fornitur u l-kopertura tal-kampjun. Dejta minn fornitur mis-settur privat għandha tkun rappreżentattiva tas-suq ġenerali u r-rendikonti relevanti stipulati fir-Rakkomandazzjoni D:
(a) |
it-tip ta' proprjetà; |
(b) |
fejn tinsab il-proprjetà; |
(c) |
tip u nazzjonalità tal-investitur; |
(d) |
tip u nazzjonalità tal-mutwanti. |
3. Rendikonti relevanti tal-indikaturi
Fir-rigward tar-rendikonti relevanti stipulati fir-Rakkomandazzjoni D, l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali għandhom ikunu kapaċi jipprovdu valutazzjoni tar-relevanza ta' dawk ir-rendikonti għas-suq CRE tagħhom meta jużawhom għal skopijiet ta' monitoraġġ, waqt li jqisu wkoll il-prinċipju tal-proporzjonalità.
“Tip ta' proprjetà” tirreferi għall-użu primarju ta' proprjetà kummerċjali. Għall-indikaturi CRE, dan ir-rendikont għandu jinkludi l-kategoriji li ġejjin:
(a) |
residenzjali, eż. binjiet għal għadd ta' unitajiet domestiċi; |
(b) |
imnut, eż. lukandi, ristoranti, ċentri kummerċjali; |
(c) |
uffiċċji, eż. proprjetà li tintuża primarjament bħala uffiċċji professjonali jew ta' negozju; |
(d) |
industrijali, eż. proprjetà użata għall-iskopijiet ta' produzzjoni, distribuzzjoni u loġistika; |
(e) |
tipi oħrajn ta' proprjetà kummerċjali. |
Jekk proprjetà jkollha użu mħallat, għandha titqies bħala proprjetajiet differenti (pereżempju fuq il-bażi tal-erja tas-superfiċje ddedikata għal kull użu) kull meta jkun fattibbli li jsir dak it-tqassim; inkella, il-proprjetà tista' tiġi kklassifikata skont l-użu dominanti tagħha.
“Lokalità tal-proprjetà” tirreferi għat-tqassim ġeografiku (eż. bir-reġjuni) jew għas-sottoswieq tal-proprjetà immobbli, li għandu jinkludi wkoll lokalitajiet primi u mhux primi. Lokalità prima ġeneralment titqies bħala l-aqwa lokalità f'suq partikolari, li huwa rifless huwa fir-rendiment minn kera (tipikament l-aktar baxx fis-suq). Għal binjiet ta' uffiċċji din tkun lokalità ċentrali f'belt ewlenija. Għal binjiet li jintużaw għall-bejgħ bl-imnut din tista' tirreferi għal ċentru ta' belt minn fejn jgħaddu ħafna nies bil-mixi jew ċentru kummerċjali f'pożizzjoni ċentrali. Għal binjiet tal-loġistika dan jista' jirreferi għal lokalità fejn ikun hemm l-infrastruttura u s-servizzi meħtieġa, li jkollha aċċess eċċellenti għal netwerks tat-trasport.
“Tip ta' investitur” tirreferi għal kategoriji wiesgħin ta' investituri, bħal:
(a) |
banek; |
(b) |
kumpaniji tal-assigurazzjoni; |
(c) |
fondi tal-pensjoni; |
(d) |
fondi tal-investiment; |
(e) |
kumpanniji tal-proprjetà; |
(f) |
oħrajn. |
Huwa probabbli li tkun disponibbli biss dejta dwar il-mutwatarju jew l-investitur irreġistrat. Madankollu, l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali għandhom ikunu konxji li l-mutwatarju jew investitur aħħari, li huwa fejn jinsab r-riskju finali. B'hekk, l-awtoritajiet huma mħeġġa li jimmonitorjaw ukoll informazzjoni dwar il-mutwatarju jew investitur aħħari kull fejn dan ikun possibbli, eż. permezz ta' informazzjoni miġbura mingħand parteċipanti fis-suq, sabiex ikunu jistgħu jifhmu aħjar l-imġieba tal-parteċipanti fis-suq u r-riskji.
“Tip ta' mutwanti” tirreferi għal kategoriji wiesgħin ta' mutwanti, bħal:
(a) |
banek, inklużi “banek ħżiena”; |
(b) |
kumpaniji tal-assigurazzjoni; |
(c) |
fondi tal-pensjoni. |
Jista' jkun meħtieġ li l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali jkollhom jaġġustaw il-lista ta' investituri u tipi ta' mutwanti sabiex jirriflettu l-karatteristiċi tas-settur CRE lokali.
“Nazzjonalità” tirreferi għall-pajjiż ta' inkorporazzjoni tal-parteċipant fis-suq. In-nazzjonalità tal-investituri u mutwanti għandha titqassam f'ta' mill-inqas it-tliet kategoriji ġeografiċi li ġejjin:
(a) |
domestiċi; |
(b) |
il-kumplament taż-Żona Ekonomika Ewropea |
(c) |
il-kumplament tad-dinja. |
L-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali għandhom ikunu konxji li n-nazzjonalità tal-investitur jew mutwanti rreġistrati tista' tkun differenti min-nazzjonalità tal-investitur jew mutwanti aħħari fejn ikun jinsab ir-riskju finali. B'hekk, l-awtoritajiet huma mħeġġa wkoll li jimmonitorjaw informazzjoni dwar il-mutwatarju jew investitur aħħari, eż. permezz ta' informazzjoni miġbura mingħand parteċipanti fis-suq.
4. Metodi għall-kalkolu tal-indikaturi tas-suq fiżiku
Il-prezz CRE jirreferi għal numerarju ta' kwalità kostanti, jiġifieri l-valur fis-suq tal-proprjetà wara li jitnaqqsu bidliet fil-kwalità bħal diprezzament (u elementi li jiqdiemu u ma jibqgħux tajbin għall-użu) jew apprezzament (eż. rinovazzjoni) permezz ta' aġġustament fil-kwalità.
Gwida minn xogħol mibdi mill-Eurostat jagħti l-parir li d-dejta dwar l-ipprezzar għandha tinġabar minn tranżazzjonijiet attwali. Fejn ma jkunux disponibbli u/jew ma jkunux rappreżentattivi għal kollox, dawn jistgħu jiġu approssimati permezz ta' dejta ta' evalwazzjoni jew valutazzjoni sakemm dik id-dejta tkun tirrifletti l-prezz tas-suq attwali, u mhux kwalunkwe approċċ ta' kejl tal-prezz sostenibbli.
5. Valutazzjoni ta' skoperturi tas-sistema finanzjarja għal proprjetà immobbli kummerċjali
L-iskopertura tas-sistema finanzjarja għas-CRE tikkonsisti kemm f'tislif, spiss minn banek u xi kultant ukoll minn kumpanniji tal-assigurazzjoni, u investimenti, li spiss isiru minn kumpaniji tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjonijiet u fondi ta' investiment. Investmenti jistgħu jirreferu kemm għal parteċipazzjonijiet diretti f'CRE, eż. il-pussess ta' titolu legali fuq proprjetà CRE, u parteċipazzjonijiet indiretti f'CRE, eż. permezz ta' titoli u fondi ta' investiment. F’każ li mutwanti jew investitur juża veikolu bi skop speċjali (SPV) bħala teknika ddedikata għall-finanzjament ta’ CRE, dak it-tislif jew dawk l-investimenti għandhom jitqiesu bħala tislif jew investimenti diretti f’CRE (approċċ “look-through”).
Meta jiġu vvalutati dawn l-iskoperturi għas-sistema, bħala ħaġa sħiħa, l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali għandhom ikunu konxji mir-riskju ta' għadd doppju. L-investituri jistgħu jinvestu kemm direttament kif ukoll indirettament f'CRE. Pereżempju, fondi ta' pensjoni u kumpanniji tal-assigurazzjoni spiss jinvestu direttament f'CRE.
Jista' jkun ukoll aktar diffiċli li jinqabdu skoperturi ta' parteċipanti fi swieq barranin, li jistgħu jikkostitwixxu parti sinifikanti tas-suq (9). Peress li dawn il-parteċipanti fis-suq huma importanti għall-funzjonament tas-suq CRE, huwa rakkomandabbli li jiġu mmonitorjati l-attivitajiet tagħhom.
Peress li telf minn attivitajiet CRE spiss ikun ikkonċentrat f'tislif għal CRE minn banek, l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali huma mħeġġa li jagħtu attenzjoni partikolari lil din l-attività fil-monitoraġġ tagħhom.
6. Metodi għall-kalkolu tal-LTV
L-Anness IV jistabbilixxi l-metodi għall-kalkolu ta' LTV-O u LTV-C. Madankollu, hemm għadd ta' karatteristiċi speċifiċi li għandhom jitqiesu meta jiġu kkalkulati dawn il-proporzjonijiet għas-CRE.
Fil-każ ta' self sinfikat, l-LTV-O għandu jiġi kkalkulat bħala l-ammont inizjali tas-selfiet kollha mogħtija lill-mutwatarju b'mod relattiv għall-valur tal-proprjetà fl-oriġinazzjoni. Fejn ikunu kkonċernati bosta proprjetajiet, l-LTV-O għandu jiġi kkalkulat bħala l-proporzjon tal-ammont ta' self(iet) inizjali mal-valur totali tal-proprjetajiet ikkonċernati.
Peress li n-numru ta' proprjetajiet huwa ferm iżgħar u l-proprjetajiet huma aktar eteroġenji fis-settur CRE milli fis-settur RRE, huwa aktar xieraq li l-LTV-C jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' valutazzjoni tal-valur tal-proprjetajiet individwali milli jintuża indiċi ta' valur jew prezz.
Finalment, jeħtieġ li l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali jimmonitorjaw id-distribuzzjoni ta' LTV b'enfasi partikolari fuq l-aktar selfiet riskjużi, jiġifieri dawk bl-ogħla LTV, peress li spiss jirriżultaw telfiet minn dak ir-riskju tat-tarf (tail risk).
7. Metodi għall-kalkolu tal-proporzjon ta' kopertura tal-imgħax (ICR) u l-proporzjon ta' kopertura tal-isservisjar tad-dejn (DSCR)
Il-proporzjon ta' kopertura tal-imgħax (ICR) u l-proporzjon ta' kopertura tal-isservisjar tad-dejn (DSCR) jirreferu għal dħul minn kera ġġenerat minn proprjetà jew ġabra ta' proprjetajiet CRE, nett mit-taxxi u mill-ispejjeż operattivi li l-mutwatarju jrid iġarrab sabiex iżomm il-valur tal-proprjetà.
ICR huwa ddefinit bħala:
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-ICR:
(a) |
“dħul nett annwali minn kera” jinkludi d-dħul annwali minn kera li takkumula minn kiri ta’ CRE lil inkwilini nett minn taxxi u kwalunkwe spejjeż biex jinżamm il-valur tal-proprjetà; |
(b) |
“spejjeż ta' imgħax annwali” huma spejjeż ta' imgħax annwali assoċjati mas-self iggarantit bil-proprjetà jew ġabra ta' proprjetajiet CRE. |
L-iskop tal-ICR huwa li jkejjel il-grad safejn id-dħul iġġenerat minn proprjetà hugwa suffiċjenti biex iħallas l-ispejjeż ta' imgħax imġarrba minn mutwatarju biex jixtri dik il-proprjetà. L-ICR għalhekk għandu jiġi analizzat fil-livell tal-proprjetà.
DSCR huwa ddefinit bħala:
Għall-finijiet tal-kalkolu tad-DSCR:
(a) |
“dħul nett annwali minn kera” huwa d-dħul annwali minn kera li jsir dovut minn kiri ta' CRE lil inkwilini nett minn kwalunkwe taxxi u spejjeż operattivi biex jinżamm il-valur tal-proprjetà; |
(b) |
“isservisjar annwali ta' dejn” huwa l-isservisjar annwali ta' dejn assoċjat mas-self iggarantit bil-proprjetà jew ġabra ta' proprjetajiet CRE. |
L-iskop tad-DSCR huwa li jivvaluta l-piż tat-tagħbija ta' dejn totali li l-proprjetà tiġġenera għal mutwatarju. B'hekk, id-denominatur jinkludi mhux biss spejjeż ta' imgħax, iżda wkoll l-amortizzament ta' self, jiġifieri l-ħlasijiet lura fuq il-kapital. Il-kwistjoni ewlenija għal dak l-indikatur hija jekk għandux jiġi kkalkulat fil-livell tal-proprjetà jew fil-livell tal-mutwatarju. L-iffinanzjar ta' CRE tipikament huwa pprovdut fuq bażi mingħajr garanzija, jiġifieri l-mutwant huwa intitolat biss għal ħlas lura mid-dħul tal-proprjetà u mhux minn dħul jew assi oħrajn tal-mutwatarju. Għalhekk huwa aktar realistiku u xieraq li d-DSCR jiġi kkalkulat fil-livell tal-proprjetà. Barra minn hekk, jekk wieħed jiffoka fuq id-dħul totali ta' mutwatarju, dan iqajjem kwistjonijiet importanti ta' konsolidazzjoni li jagħmilha aktar diffiċli biex tiġi ddefinita metrika li hija kumparabbli bejn l-Istati Membri.
8. Indikaturi addizzjonali relevanti għal proprjetà li qiegħda tiġi żviluppata
Għal proprjetà CRE li qiegħda tiġi żviluppata minflok l-LTV fl-oriġinazzjoni, l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali jistgħu minflok jimmonitorjaw l-proporzjon bejn is-self u l-ispiża (LTC). L-LTC jirrappreżenta l-ammont inizjali tas-selfiet kollha mogħtija fir-rigward tal-ispejjeż assoċjati mal-bini tal-proprjetà CRE sat-tlestija.
Barra minn hekk, l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali għandhom jiffukaw il-monitoraġġ tagħhom fuq l-aktar żviluppi riskjużi, eż. dawk li jesperjenzaw proporzjonijiet baxxi ħafna ta' qabel il-kiri jew qabel il-bejgħ. Għall kull bini li jkun għadu qiegħed jinbena, il-proporzjon ta' qabel il-kiri huwa ekwivalenti għall-erja tas-superfiċje li tkun diġà nkriet mill-iżviluppatur tal-proprjetà fil-ħin meta jingħata s-self b'mod relattiv mal-erja tas-superfiċje totali li ser tkun disponibbli ladarba tkun tlestiet il-proprjetà; b'mod simili, il-proporzjon ta' qabel il-bejgħ huwa ekwivalenti għall-erja tas-superfiċje li tkun diġà nbiegħet mill-iviluppatur tal-proprjetà fil-ħin meta jingħata s-self b'mod relattiv mal-erja tas-superfiċje totali li ser tkun disponibbli ladarba tkun tlestiet il-proprjetà.
9. Pubblikazzjoni annwali ta' skoperturi għal proprjetà immobbli kummerċjali mill-ASE
Waqt li jużaw l-informazzjoni disponibbli minn mudelli ta' rapportar regolatorji, l-ASE huma rrakkomandati li jiżvelaw ta' mill-inqas informazzjoni aggregata annwalment fuq l-iskoperturi għas-swieq nazzjonali CRE differenti fl-Unjoni għall-entitajiet fi ħdan l-kamp ta' applikazzjoni tas-superviżjoni tagħhom fuq bażi individwali. Dak l-iżvelar pubbliku huwa mistenni li jtejjeb l-għarfien ta' awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali dwar l-attività ta' entitajiet minn Stati Membri oħrajn dwar is-suq CRE domestiku tagħhom. F’każ li jkun hem xi tħassib dwar l-iskop jew il-kwalità tad-dejta ppubblikata, dik il-pubblikazzjoni għandha tkun akkumpanjata bil-kummenti xierqa.
Bħala regola ġenerali, l-ASE għandhom jippermettu li kull awtorità nazzjonali makroprudenzjali fl-Unjoni tkun tista' tivvaluta l-iskoperturi tal-istituzzjonijiet finanzjarji kollha tal-Unjoni għas-suq nazzjonali tagħha. Dan jimplika li dejta miġbura għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha fl-Unjoni għandha tiġi aggregata fil-livell tal-pajjiż.
Meta jiżvelaw dik l-informazzjoni aggregata, l-ASE għandhom jużaw l-informazzjoni fil-mudelli ta' rapportar regolatorji li jipprovdu rendikont ġeografiku tal-iskoperturi ta' kreditu u/jew investimenti (diretti u indiretti). Meta l-mudelli ta' rapportar jipprovdu rendikont skont il-kodiċi NACE (10), għandha ssir referenza għas-CRE kemm bħala t-Taqsimiet “F” kif ukoll “L”, għalkemm strettament xi subkategoriji għandhom jiġu esklużi skont id-definizzjoni ta' CRE adottata f'din ir-Rakkomandazzjoni.
(1) Ara: Domanda tal-ABE ID 2014_1214 tal-21 ta’ Novembru 2014.
(2) Regolament (UE) 2016/867 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Mejju 2016 dwar il-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu (BĊE/2016/13 (ĠU L 144, 1.6.2016, p. 44).
(3) Il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja u l-Fond Monetarju Internazzjonali, The financial crisis and information gaps – report to the G-20 finance ministers and central bank governors (Il-kriżi finanzjarja u lakuni fl-informazzjoni – rapport lill-ministri tal-finanzi tal-G-20 u lill-gvernaturi tal-banek ċentrali), 29 ta’ Ottubru 2009.
(4) Il-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, Revisions to the Standardised Approach to credit risk – second consultative document, Diċembru 2015.
(5) Skont il-punt 2.118 tal-Kapitolu 2 tal-Anness A tar-Regolaemnt (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-Sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1), “is-settur tal-unitajiet domestiċi jikkonsisti f’individwi jew gruppi ta’ individwi bħala konsumaturi u bħala intraprendituri li jipproduċu prodotti għas-suq u servizzi finanzjarji u mhux finanzjarji (produtturi għas-suq) sakemm il-produzzjoni ta’ prodotti u servizzi ma tkunx minn entitajiet separati ttrattati bħala kważi-korporazzjonijiet. Jinkludi wkoll individwi jew gruppi ta’ individwi bħala produtturi ta’ oġġetti u servizzi mhux finanzjarji għal użu aħħari proprju b’mod esklużiv.”.
(6) BERS, Report on Commercial Real Estate and Financial Stability in the EU, ta' Diċembru 2015, b'mod partikolari l-Anness II, Taqsima 2.2.
(7) Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1)
(8) Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattiv u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p.1).
(9) BERS, Report on Commercial Real Estate u Financial Stability in the EU, Diċembru 2015, b'mod partikolari t-Taqsima 2.3 u l-Kaxxa 1.
(10) Regolament Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1)
31.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 31/43 |
TWISSIJA TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU
tat-22 ta’ Settembru 2016
dwar vulnerabbiltajiet fuq żmien medju fis-settur tal-proprjetà immobbli residenzjali tal-Awstrija
(BERS/2016/05)
(2017/C 31/02)
IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 u 16 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-esperjenza fil-passat f’ħafna pajjiżi wriet li l-manifestazzjoni ta’ vulnerabbiltajiet fil-proprjetà immobbli residenzjali tista’ twassal għal riskji sinjifikanti għall-istabbiltà finanzjarja domestika u għal konsegwenzi negattivi serji għall-ekonomija reali, kif ukoll twassal potenzjalment għal tixrid negattiv f’pajjiżi oħra. |
(2) |
Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) dan l-aħħar ikkonkluda valutazzjoni sistematika u li tħares ‘il quddiem tal-vulnerabbiltajiet dwar il-proprjetà immobbli residenzjali. F’dan il-kuntest, il-BERS identifika fi tmien pajjiżi ċerti vulnerabbiltajiet fuq żmien medju bħala sors ta’ riskju sistemiku għall-istabbiltà finanzjarja, li jista’ jkollu l-potenzjal għall-konsegwenzi negattivi serji għall-ekonomija reali. |
(3) |
Il-valutazzjoni tal-BERS tal-vulnerabbiltà tenfasizza dan li ġej għall-Awstrija:
|
ADOTTA DIN IT-TWISSIJA;
Il-BERS identifika vulnerabbiltajiet fuq żmien medju fis-settur tal-proprjetà immobbli residenzjali tal-Awstrija bħala sors ta’ riskju sistemiku għall-istabbiltà finanzjarja, li jista’ jkollhom il-potenzjalità ta’ konsegwenzi negattivi serji għall-ekonomija reali. Minn perspettiva makroprudenzjali, il-BERS jikkunsidra l-vulnerabbiltajiet ewlenin huma t-tkabbir robust, partikolarment riċenti, fi prezzijiet tal-proprjetà immobbli residenzjali u kreditu ipotekarju u r-riskju li l-istandards tas-self isiru iktar laxki.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta’ Settembru 2016.
Francesco MAZZAFERRO
Kap tas-Segretarjat tal-BERS
F’isem il-Bord Ġenerali tal- BERS
(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.
(2) Skont l-estimi tal-Oesterreichische Nationalbank (OeNB) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).
(3) B’mod speċjali fi Vjenna n-numru ta’ sidien ta’ djarhom huwa baxx – 82 % tal-unitajiet domestiċi huma kerrejja.
(4) Wara d-deċiżjoni tal-BERS li joħroġ din it-twissija, il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja Awstrijak iddiskuta l-istandards ta’ self sostenibbli fil-proprjetà immobbli residenzjali fil-laqgħa tiegħu tat-23 ta’ Settembru 2016.
(5) il-Parir tal-FMSB huwa pubblikament disponibbli fuq: https://www.fmsg.at/en/publications/strategy.html
31.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 31/45 |
TWISSIJA TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU
tat-22 ta’ Settembru 2016
dwar vulnerabbiltajiet fuq żmien medju fis-settur tal-proprjetà immobbli residenzjali tal-Belġju
(BERS/2016/06)
(2017/C 31/03)
IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 u 16 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-esperjenza fil-passat f’ħafna pajjiżi wriet li l-manifestazzjoni ta’ vulnerabbiltajiet fil-proprjetà immobbli residenzjali tista’ twassal għal riskji sinjifikanti għall-istabbiltà finanzjarja domestika u għal konsegwenzi negattivi serji għall-ekonomija reali, kif ukoll twassal potenzjalment għal tixrid negattiv f’pajjiżi oħra. |
(2) |
Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) recentement ikkonkluda valutazzjoni sistematika u li tħares ‘il quddiem tal-vulnerabbiltajiet dwar il-proprjetà immobbli residenzjali. F’dan il-kuntest, il-BERS identifika fi tmien pajjiżi ċerti vulnerabbiltajiet fuq żmien medju bħala sors ta’ riskju sistemiku għall-istabbiltà finanzjarja, li jista’ jkollu l-potenzjal għall-konsegwenzi negativi serji għall-ekonomija reali. |
(3) |
Il-valutazzjoni tal-BERS tal-vulnerabbiltà tenfasizza dan li ġej għall-Belġju:
|
ADOTTA DIN IT-TWISSIJA;
Il-BERS identifika vulnerabbiltajiet fuq żmien medju fis-settur tal-proprjetà immobbli residenzjali tal-Belġju bħala sors ta’ riskju sistemiku għall-istabbiltà finanzjarja, li jista’ jkollhom il-potenzjalità ta’ konsegwenzi negattivi serji għall-ekonomija reali. Minn perspettiva makroprudenzjali, il-BERS jikkunsidra l-vulnerabbiltajiet ewlenin bħala ż-żieda mgħaġġla fid-djun tal-unitajiet domestiċi kumplessivi flimkien ma’ gruppi sinjifikanti ta’ unitajiet domestiċi diġà midjunin ħafna, fl-isfond ta’ żieda sinjifikanti fil-prezzijiet tal-proprjetà immobbli residenzjali matul dawn l-aħħar snin.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta’ Settembru 2016.
Francesco MAZZAFERRO
Kap tas-Segretarjat tal-BERS
F’isem il-Bord Ġenerali tal-BERS
(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.
(2) Applikazzjoni ta’ ħames punti perċentwali ta’ żieda għall-piżijiet tar-riskji ta’ self ipotekarju Belġjan għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu bl-użu ta’ mudelli interni bbażati fuq il-klassifikazzjonijiet għall-komputazzjoni tar-rekwiżiti kapitali. Dik il-miżura daħlet fis-seħħ bid-Digriet Irjali tat-8 ta’ Diċembru 2013 - https://www.nbb.be/en/articles/arrete-royal-du-8-decembre-2013-portant-approbation-du-reglement-du-22-octobre-2013-de-la - imbagħad ġiet implimentata fl-2014 taħt l-Artikolu 458 tar-Regolament tal-UE dwar ir-Rekwiżiti Kapitali. Din il-miżura ġiet estiża għal sena f’Mejju 2016 (Digriet Irjali tal-31 ta’ Mejju 2016 - https://www.nbb.be/en/financial-oversight/macroprudential-supervision/macroprudential-instruments/real-estate).
31.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 31/47 |
TWISSIJA TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU
tat-22 ta’ Settembru 2016
dwar vulnerabbiltajiet fuq żmien medju fis-settur tal-proprjetà immobbli residenzjali fid-Danimarka
(BERS/2016/07)
(2017/C 31/04)
IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 u 16 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-esperjenza fil-passat f’ħafna pajjiżi wriet li l-manifestazzjoni ta’ vulnerabbiltajiet fil-proprjetà immobbli residenzjali tista’ twassal għal riskji sinjifikanti għall-istabbiltà finanzjarja domestika u għal konsegwenzi negattivi serji għall-ekonomija reali, kif ukoll twassal potenzjalment għal tixrid negattiv f’pajjiżi oħra. |
(2) |
Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) dan l-aħħar ikkonkluda valutazzjoni sistematika u li tħares ‘il quddiem tal-vulnerabbiltajiet dwar il-proprjetà immobbli residenzjali. F’dan il-kuntest, il-BERS identifika fi tmien pajjiżi ċerti vulnerabbiltajiet fuq żmien medju bħala sors ta’ riskju sistemiku għall-istabbiltà finanzjarja, li jista’ jkollu l-potenzjal għall-konsegwenzi negattivi serji għall-ekonomija reali. |
(3) |
Il-valutazzjoni tal-BERS tal-vulnerabbiltà tenfasizza dan li ġej għad-Danikarka:
|
ADOTTA DIN IT-TWISSIJA;
Il-BERS identifika vulnerabbiltajiet fuq żmien medju fis-settur tal-proprjetà immobbli residenzjali tad-Danimarka bħala sors ta’ riskju sistemiku għall-istabbiltà finanzjarja, li jista’ jkollhom il-potenzjalità ta’ konsegwenzi negattivi serji għall-ekonomija reali. Minn perspettiva makroprudenzjali, il-BERS jikkunsidra li l-vulnerabbiltajiet ewlenin huma l-prezzijiet tal-proprjetà immobbli residenzjali li qed jiżdiedu b’mod robust – b’mod partikolari fil-bliet ewlienin – flimkien ma’ unitajiet domestiċi li għandhom dejn qawwi. Barra minn hekk, jekk jimmaterjalizzaw ir-riskji, jista’ jkun hemm effetti ta’ tixrid potenzjali lejn pajjiżi oħra fir-reġjun Nordiku-Baltiku.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta’ Settembru 2016.
Francesco MAZZAFERRO
Kap tas-Segretarjat tal-BERS,
f’isem il-Bord Ġenerali tal-BERS.
(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.
(2) Jiġifieri hemm fondi mqabbla bejn il-bonds u s-self ipotekarju maħruġ minn istituzzjonijiet ta’ kreditu ipotekarju.
(3) Tipi oħrajn ta’ assi, pereżempju karozzi, jistgħu jiġu mirhuna wkoll bħala kollateral, imma dan mhux irrapportat fil-figuri li qed jissemmew hawnhekk.
(4) Id-djamant superviżorju jistabbilixxi numru ta’ kriterji ta’ referenza li l-FSA Daniż ġeneralment jikkunsidra li jindikaw attivitajiet ta’ kreditu ipotekarju li għadhom profil ogħla. Jikkonsisti minn ħames indikaturi b’limiti korrispondenti fuq ir-riskji tal-istituzzjonijiet: skoperturi kbar; tkabbir tas-self; riskju tar-rata tal-imgħax tal-mutwatarju; self bl-imgħax biss; finanzjament għal żmien qasir.
31.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 31/49 |
TWISSIJA TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU
tat-22 ta’ Settembru 2016
dwar vulnerabbiltajiet fuq żmien medju fis-settur tal-proprjetà immobbli residenzjali tal-Finlandja
(BERS/2016/08)
(2017/C 31/05)
IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 u 16 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-esperjenza fil-passat f’ħafna pajjiżi wriet li l-manifestazzjoni ta’ vulnerabbiltajiet fil-proprjetà immobbli residenzjali tista’ twassal għal riskji sinjifikanti għall-istabbiltà finanzjarja domestika u għal konsegwenzi negattivi serji għall-ekonomija reali, kif ukoll twassal potenzjalment għal tixrid negattiv f’pajjiżi oħra. |
(2) |
Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) dan l-aħħar ikkonkluda valutazzjoni sistematika u li tħares ‘il quddiem tal-vulnerabbiltajiet dwar il-proprjetà immobbli residenzjali. F’dan il-kuntest, il-BERS identifika fi tmien pajjiżi ċerti vulnerabbiltajiet fuq żmien medju bħala sors ta’ riskju sistemiku għall-istabbiltà finanzjarja, li jista’ jkollu l-potenzjal għall-konsegwenzi negativi serji għall-ekonomija reali. |
(3) |
Il-valutazzjoni tal-BERS tal-vulnerabbiltà tenfasizza dan li ġej għall-Finlandja:
|
ADOTTA DIN IT-TWISSIJA;
Il-BERS identifika vulnerabbiltajiet fuq żmien medju fis-settur tal-proprjetà immobbli residenzjali tal-Finlandja bħala sors ta’ riskju sistemiku għall-istabbiltà finanzjarja, li jista’ jkollhom il-potenzjalità ta’ konsegwenzi negattivi serji għall-ekonomija reali. Minn perspettiva makroprudenzjali, il-BERS jikkunsidra l-vulnerabbiltajiet ewlenin bħala li huma d-dejn għoli u li qed jiżdied tal-unitajiet domestiċi, speċjalment fost ċerti gruppi ta’ unitajiet domestiċi. Barra minn hekk, jekk jimmaterjalizzaw ir-riskji, jista’ jkun hemm effetti ta’ tixrid materjali lejn pajjiżi oħra fir-reġjun Nordiku-Baltiku.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta’ Settembru 2016.
Francesco MAZZAFERRO
Kap tas-Segretarjat tal-BERS
F’isem il-Bord Ġenerali tal-BERS.
(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.
31.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 31/51 |
TWISSIJA TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU
tat-22 ta’ Settembru 2016
dwar vulnerabbiltajiet fuq żmien medju fis-settur tal-proprjetà immobbli residenzjali tal-Lussemburgu
(BERS/2016/09)
(2017/C 31/06)
IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 u 16 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-esperjenza fil-passat f’ħafna pajjiżi wriet li l-manifestazzjoni ta’ vulnerabbiltajiet fil-proprjetà immobbli residenzjali tista’ twassal għal riskji sinjifikanti għall-istabbiltà finanzjarja domestika u għal konsegwenzi negattivi serji għall-ekonomija reali, kif ukoll twassal potenzjalment għal tixrid negattiv f’pajjiżi oħra. |
(2) |
Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) dan l-aħħar ikkonkluda valutazzjoni sistematika u li tħares ‘il quddiem tal-vulnerabbiltajiet dwar il-proprjetà immobbli residenzjali. F’dan il-kuntest, il-BERS identifika fi tmien pajjiżi ċerti vulnerabbiltajiet fuq żmien medju bħala sors ta’ riskju sistemiku għall-istabbiltà finanzjarja, li jista’ jkollu l-potenzjal għall-konsegwenzi negativi serji għall-ekonomija reali. |
(3) |
Il-valutazzjoni tal-BERS tal-vulnerabbiltà tenfasizza dan li ġej għal-Lussemburgu:
|
ADOTTA DIN IT-TWISSIJA;
Il-BERS identifika vulnerabbiltajiet fuq żmien medju fis-settur tal-proprjetà immobbli residenzjali tal-Lussemburgu bħala sors ta’ riskju sistemiku għall-istabbiltà finanzjarja, li jista’ jkollhom il-potenzjalità għal konsegwenzi negattivi serji għall-ekonomija reali. Minn perspettiva makroprudenzjali, il-BERS jikkunsidra l-vulnerabbiltajiet ewlenin bħala li huma l-kombinazzjoni ta’ prezzijiet għolja tal-proprjetà immobbli residenzjali u d-dejn li qed jiżdied tal-unitajiet domestiċi.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta’ Settembru 2016.
Francesco MAZZAFERRO
Kap tas-Segretarjat tal-BERS
F’isem il-Bord Ġenerali tal-BERS
(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.
31.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 31/53 |
TWISSIJA TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU
tat-22 ta’ Settembru 2016
dwar vulnerabbiltajiet fuq żmien medju fis-settur tal-proprjetà immobbli residenzjali tan-Netherlands
(BERS/2016/10)
(2017/C 31/07)
IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 u 16 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-esperjenza fil-passat f’ħafna pajjiżi wriet li l-manifestazzjoni ta’ vulnerabbiltajiet fil-proprjetà immobbli residenzjali tista’ twassal għal riskji sinjifikanti għall-istabbiltà finanzjarja domestika u konsegwenzi negattivi serji għall-ekonomija reali, kif ukoll twassal potenzjalment għal tixrid negattiv f’pajjiżi oħra. |
(2) |
Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) dan l-aħħar ikkonkluda valutazzjoni sistematika u li tħares ‘il quddiem tal-vulnerabbiltajiet dwar il-proprjetà immobbli residenzjali. F’dan il-kuntest, il-BERS identifika fi tmien pajjiżi ċerti vulnerabbiltajiet fuq żmien medju bħala sors ta’ riskju sistemiku għall-istabbiltà finanzjarja, li jista’ jkollu l-potenzjal għall-konsegwenzi negativi serji għall-ekonomija reali. |
(3) |
Il-valutazzjoni tal-BERS tal-vulnerabbiltà tenfasizza dan li ġej għaln-Netherlands:
|
ADOTTA DIN IT-TWISSIJA;
Il-BERS identifika vulnerabbiltajiet fuq żmien medju fis-settur tal-proprjetà immobbli residenzjali tan-Netherlands bħala sors ta’ riskju sistemiku għall-istabbiltà finanzjarja, li jista’ jkollhom il-potenzjal ta’ konsegwenzi negattivi serji għall-ekonomija reali. Minn perspettiva makroprudenzjali, il-BERS jikkunsidra l-vulnerabbiltajiet ewlenin bħala li huma l-livelli ta’ dejn persistentement għolja tal-unitajiet domestiċi flimkien ma’ kollateralizzazzjoni ipotekarja baxxa. B’mod partikolari, hemm grupp kbir ta’ unitajiet domestiċi, speċjalment mutwatarji iżgħar fl-età li għandhom livelli ta’ dejn li jaqbeż il-valur ta’ darhom.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta’ Settembru 2016.
Francesco MAZZAFERRO
Kap tas-Segretarjat tal-BERS
F’isem il-Bord Ġenerali tal-BERS
(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.
31.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 31/55 |
TWISSIJA TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU
tat-22 ta’ Settembru 2016
dwar vulnerabbiltajiet fuq żmien medju fis-settur tal-proprjetà immobbli residenzjali tal-Iżvezja
(BERS/2016/11)
(2017/C 31/08)
IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 u 16 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-esperjenza fil-passat f’ħafna pajjiżi wriet li l-manifestazzjoni ta’ vulnerabbiltajiet fil-proprjetà immobbli residenzjali tista’ twassal għal riskji sinjifikanti għall-istabbiltà finanzjarja domestika u konsegwenzi negattivi serji għall-ekonomija reali, kif ukoll twassal potenzjalment għal tixrid negattiv f’pajjiżi oħra. |
(2) |
Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) dan l-aħħar ikkonkluda valutazzjoni sistematika u li tħares ‘il quddiem tal-vulnerabbiltajiet dwar il-proprjetà immobbli residenzjali. F’dan il-kuntest, il-BERS identifika fi tmien pajjiżi ċerti vulnerabbiltajiet fuq żmien medju bħala sors ta’ riskju sistemiku għall-istabbiltà finanzjarja, li jista’ jkollu l-potenzjal għall-konsegwenzi negativi serji għall-ekonomija reali. |
(3) |
Il-valutazzjoni tal-BERS tal-vulnerabbiltà tenfasizza dan li ġej għall-Iżvezja:
|
ADOTTA DIN IT-TWISSIJA;
Il-BERS identifika vulnerabbiltajiet fuq żmien medju fis-settur tal-proprjetà immobbli residenzjali tal-Iżvezja bħala sors ta’ riskju sistemiku għall-istabbiltà finanzjarja, li jista’ jkollhom il-potenzjalità ta’ konsegwenzi negattivi serji għall-ekonomija reali. Minn perspettiva makroprudenzjali, il-BERS jikkunsidra l-vulnerabbiltajiet ewlenin bħala li huma il-prezzijiet tal-proprjetà immobbli residenzjali li qed jiżdiedu b’mod mgħaġġel li jidhru li huma vvalutati żżejjed, u djun għoljin u li qed jiżdiedu speċjalment fost ċerti gruppi ta’ unitajiet domestiċi. Barra minn hekk, jekk jimmaterjalizzaw ir-riskji, jista’ jkun hemm effetti ta’ tixrid materjali lejn pajjiżi oħra fir-reġjun Nordiku-Baltiku.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta’ Settembru 2016.
Francesco MAZZAFERRO
Kap tas-Segretarjat tal-BERS
F’isem il-Bord Ġenerali tal-BERS.
(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.
31.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 31/57 |
TWISSIJA TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU
tat-22 ta’ Settembru 2016
dwar vulnerabbiltajiet fuq żmien medju fis-settur tal-proprjetà immobbli residenzjali tar-Renju Unit
(BERS/2016/12)
(2017/C 31/09)
IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 16 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-esperjenza fil-passat f’ħafna pajjiżi wriet li l-manifestazzjoni ta’ vulnerabbiltajiet fil-proprjetà immobbli residenzjali tista’ twassal għal riskji sinjifikanti għall-istabbiltà finanzjarja domestika u għal konsegwenzi negattivi serji għall-ekonomija reali, kif ukoll twassal potenzjalment għal tixrid negattiv f’pajjiżi oħra. |
(2) |
Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) dan l-aħħar ikkonkluda valutazzjoni sistematika u li tħares ‘il quddiem tal-vulnerabbiltajiet dwar il-proprjetà immobbli residenzjali. F’dan il-kuntest, il-BERS identifika fi tmien pajjiżi ċerti vulnerabbiltajiet fuq żmien medju bħala sors ta’ riskju sistemiku għall-istabbiltà finanzjarja, li jista’ jkollu l-potenzjal għall-konsegwenzi negativi serji għall-ekonomija reali. |
(3) |
Il-valutazzjoni tal-BERS tal-vulnerabbiltà tenfasizza dan li ġej għar-Renju Unit:
|
ADOTTA DIN IT-TWISSIJA;
Il-BERS identifika vulnerabbiltajiet fuq żmien medju fis-settur tal-proprjetà immobbli residenzjali tar-Renju Unit bħala sors ta’ riskju sistemiku għall-istabbiltà finanzjarja, li jista’ jkollhom il-potenzjalità ta’ konsegwenzi negattivi serji għall-ekonomija reali. Bħalissa, hemm grad għoli ta’ inċertezza dwar il-prospetti fuq żmien medju għas-suq tad-djar tar-Renju Unit. Madankollu, minn perspettiva makroprudenzjali, il-BERS jikkunsidra li hemm riskji taħt xenarji tas-suq tad-djar differenti - jew permezz tal-kristallizzazzjoni ta’ vulnerabbiltajiet akkumulati, partikolarment relatati mad-dejn tal-unitajiet domestiċi u l-interazzjoni mal-prezzijiet elevati tal-proprjetà immobbli residenzjali, jew permezz ta’ akkumulazzjoni ulterjuri ta’ vulnerabbilitajiet. Ir-risposta tal-politika xierqa x’aktarx tkun differenti bejn dawn iż-żewġ xenarji. Għalhekk, se jkun importanti għall-awtoritajiet tar-Renju Unit li jiġu mmoniterjati żviluppi mill-qrib u tiġi aġġustata l-politika makroprudenzjali kif inhu neċessarju fid-dawl tagħhom.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta’ Settembru 2016.
Francesco MAZZAFERRO
Kap tas-Segretarjat tal-BERS
F’isem il-Bord Ġenerali tal-BERS
(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
31.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 31/59 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8327 — Fairfax/Sagard Holdings/PSG)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 31/10)
Fl-24 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8327. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
31.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 31/60 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-30 ta’ Jannar 2017
(2017/C 31/11)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0630 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
121,76 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4375 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,84935 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,4390 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0669 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,8758 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
27,022 |
HUF |
Forint Ungeriż |
310,80 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3310 |
RON |
Leu Rumen |
4,5008 |
TRY |
Lira Turka |
4,0561 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4109 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3983 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,2476 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,4668 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5177 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 252,27 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,4510 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,3103 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,4773 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 173,38 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7094 |
PHP |
Peso Filippin |
52,899 |
RUB |
Rouble Russu |
63,7792 |
THB |
Baht Tajlandiż |
37,492 |
BRL |
Real Brażiljan |
3,3318 |
MXN |
Peso Messikan |
22,0850 |
INR |
Rupi Indjan |
72,2315 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
31.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 31/61 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-24 ta’ Jannar 2017
li tistabbilixxi l-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar “Il-Pjattaforma dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali”
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 31/12)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jagħraf li l-annimali huma esseri senzjenti u jesiġi li l-Unjoni u l-Istati Membri jikkunsidraw b’mod sħiħ il-ħtiġijiet tal-benessri tal-annimali fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-agrikoltura, tas-sajd, tat-trasport, tas-suq intern, tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u tal-politiki dwar l-ispazju tal-Unjoni, filwaqt li jiġu rispettati d-dispożizzjonijiet leġislattivi jew amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu partikolarment mar-riti reliġjużi, mat-tradizzjonijiet kulturali u mal-wirt reġjonali. |
(2) |
Skont l-Artikolu 11(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-istituzzjonijiet għandhom iżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u mas-soċjetà ċivili. |
(3) |
L-Artikolu 26 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-Unjoni għandha tadotta miżuri bil-ħsieb li tistabbilixxi u tiżgura li s-suq intern jiffunzjona għall-moviment liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital. |
(4) |
L-Artikolu 38 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jassenja l-kompitu lill-Unjoni li tiddefinixxi u timplimenta politika agrikola komuni. |
(5) |
L-Artikolu 179 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-Unjoni għandha l-għan li ssaħħaħ il-bażijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tagħha billi tikseb żona Ewropea tar-riċerka. Skont l-Artikolu 180(b) tat-Trattat imsemmi, l-Unjoni għandha tippromwovi l-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka tal-Unjoni, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni teknoloġiċi ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali. |
(6) |
Fl-2011 il-Kummissjoni stabbiliet grupp ta’ esperti dwar it-trattament xieraq tal-annimali (1) biex dan jgħin lill-Kummissjoni u jagħtiha l-pariri dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-leġiżlazzjoni dwar it-trattament xieraq tal-annimali u biex jiffaċilita t-tpartit tal-informazzjoni, tal-esperjenza u tal-prassi tajba fil-qasam tal-leġiżlazzjoni dwar it-trattament xieraq tal-annimali. |
(7) |
Il-Parlament Ewropew (2) u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (3) appellaw għall-istabbiliment ta’ pjattaforma tal-Unjoni dwar it-trattament xieraq tal-annimali biex jittejjeb id-djalogu fost il-partijiet ikkonċernati biex dawn jaqsmu l-esperjenzi, l-għarfien espert u l-opinjonijiet. |
(8) |
Biex iwieġeb għat-talbiet tal-Parlament u tal-Kunsill, grupp ġdid ta’ esperti “Il-Pjattaforma dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali” (“il-Pjattaforma”) għandu jassisti lill-Kummissjoni u jgħin biex jinżamm djalogu regolari dwar kwistjonijiet tal-Unjoni direttament marbuta mat-trattament xieraq tal-annimali, bħalma huma l-infurzar tal-leġiżlazzjoni, l-iskambju tal-għarfien xjentifiku, l-innovazzjonijiet u l-prattiki tajbin għall-benessri tal-annimali/inizjattivi, jew attivitajiet internazzjonali dwar it-trattament xieraq tal-annimali. Il-Pjattaforma għandha wkoll tgħin lill-Kummissjoni dwar suġġetti rilevanti tal-Unjoni li jistgħu jinteraġixxu ma’ kwistjonijiet ta’ trattament xieraq tal-annimali, bħalma huma l-kummerċ, ir-reżistenza antimikrobika, is-sikurezza fl-ikel, ir-riċerka u l-ambjent. Peress li l-Pjattaforma se jkollha l-istess mandat bħall-grupp ta’ esperti eżistenti dwar it-trattament xieraq tal-annimali ma hemmx għalfejn jinżamm l-ewwel grupp. |
(9) |
Fil-ħidma tagħha l-Pjattaforma għandha tqis l-attivitajiet ta’ gruppi jew netwerks ta’ djalogu rilevanti oħrajn dwar it-trattament xieraq tal-annimali, bħal gruppi ta’ ħidma u netwerks tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) jew il-Pjattaforma Reġjonali għall-Ewropa tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali dwar it-trattament xieraq tal-annimali. |
(10) |
Il-Pjattaforma għandha tkun magħmula minn rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kollha, mill-organizzazzjonijiet tan-negozji involuti fil-katina tal-provvista tal-ikel u fiż-żamma tal-annimali għal għanijiet ta’ trobbija oħrajn, fil-livell tal-Unjoni Ewropea, għandha tkun magħmula minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili involuti fit-trattament xieraq tal-annimali, kif ukoll minn istituzzjonijiet akkademiċi u ta’ riċerka li jaħdmu fix-xjenzi tat-trattament xieraq tal-annimali. Is-sħubija tal-Pjattaforma għandha tkun miftuħa wkoll għal esperti mill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi mhux membri tal-UE li huma partijiet kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea kif ukoll għal esperti minn organizzazzjonijiet intergovernattivi internazzjonali. |
(11) |
Għandhom jiġu stabbiliti r-regoli dwar l-iżvelar tal-informazzjoni minn membri tal-Pjattaforma. |
(12) |
Id-dejta personali għandha tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
(13) |
Jixraq li jiġi stipulat perjodu għall-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Meta jkun il-waqt, il-Kummissjoni se tqis jekk ikunx rakkomandabbli li din id-Deċiżjoni tiġi estiża. |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Suġġett
Grupp ta’ esperti “Il-Pjattaforma dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali” (“il-Pjattaforma”), huwa b’dan stabbilit.
Artikolu 2
Kompiti
Il-kompiti tal-Pjattaforma għandhom ikunu:
(a) |
li tgħin lill-Kummissjoni fl-iżvilupp u fl-iskambju ta’ azzjonijiet ikkoordinati li l-għan tagħhom ikun li jikkontribwixxu lejn l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea li għandha x’taqsam mat-trattament xieraq tal-annimali u l-fehim, kemm fl-Unjoni, kif ukoll barra minnha, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u tal-istandards internazzjonali dwar it-trattament xieraq tal-annimali; |
(b) |
li tiffaċilita l-iżvilupp u l-użu ta’ impenji volontarji ta’ titjib fit-trattament tal-annimali li jagħmlu n-negozji; |
(c) |
li tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-istandards tal-Unjoni dwar it-trattament xieraq tal-annimali u tivvalorizza l-valur fis-suq tal-prodotti tal-Unjoni f’livell globali; |
(d) |
li tinkoraġġixxi d-djalogu fost l-awtoritajiet kompetenti, in-negozji, is-soċjetà ċivili, id-dinja akkademika, ix-xjenzjati, u l-organizzazzjonijiet intergovernattivi internazzjonali dwar suġġetti marbuta mat-trattament xieraq tal-annimali rilevanti għall-Unjoni; |
(e) |
li tippromwovi skambju ta’ esperjenzi u prattiki tajba, l-għarfien xjentifiku u l-innovazzjoni marbuta mat-trattament xieraq tal-annimali rilevanti għall-Unjoni; |
(f) |
li taqsam l-informazzjoni dwar l-iżviluppi ta’ politiki fl-oqsma u dwar l-attivitajiet imsemmijin hawn fuq. |
Artikolu 3
Konsultazzjoni
Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-Pjattaforma dwar kwalunkwe kwistjoni marbuta mat-trattament xieraq tal-annimali rilevanti għall-Unjoni.
Artikolu 4
Sħubija
1. Il-Pjattaforma għandha tkun magħmula minn mhux iktar minn 75 membru.
2. Il-Pjattaforma għandha tkun magħmula minn dawn il-membri li ġejjin:
a. |
l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u ta’ dawk il-pajjiżi li mhumiex fl-UE li huma partijiet kontraenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-membri fiż-ŻEE”) li huma responsabbli mit-trattament xieraq tal-annimali; |
b. |
organizzazzjonijiet kummerċjali u professjonali li jaħdmu fil-katina tal-provvista alimentari li tinvolvi l-annimali jew il-prodotti tal-annimali u fit-trobbija tal-annimali għal-skopijiet oħrajn tal-biedja fil-livell tal-Unjoni; |
c. |
organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li għandhom attivitajiet marbuta mat-trattament xieraq tal-annimali fil-livell tal-Unjoni; |
d. |
esperti indipendenti minn istituzzjonijiet akkademiċi u ta’ riċerka li jaħdmu fix-xjenzi tat-trattament xieraq tal-annimali li għandhom impatt fuq il-politiki tal-Unjoni; |
e. |
organizzazzjonijiet intergovernattivi internazzjonali li jaħdmu fil-qasam tat-trattament xieraq tal-annimali (5); |
f. |
l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel. |
3. Il-membri elenkati fil-Paragrafu 2 (d) jinħatru fil-kapaċità personali tagħhom u għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u fl-interess pubbliku.
4. Il-membri elenkati fil-paragrafi 2 (b) u (c), għandhom jintgħażlu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5. Dawn għandhom jaħtru r-rappreżentanti tagħhom fil-Pjattaforma f’livell għoli u għandhom ikunu responsabbli li jiżguraw li r-rappreżentanti tagħhom ikunu permanenti u jipprovdu livell ta’ għarfien espert għoli biżżejjed. Il-Kummissjoni tista’ tirrifjuta rappreżentant li jinħatar minn organizzazzjoni jekk tqis li, għal raġunijiet ġustifikati speċifikati fir-regoli tas-sejħa għall-applikazzjonijiet tal-Pjattaforma, il-ħatra ma tkunx xierqa. F’każijiet bħal dawn, l-organizzazzjoni kkonċernata għandha tintalab taħtar rappreżentant ieħor.
6. Il-membri elenkati fil-paragrafu 2 (a), (e) u (f) għandhom jaħtru lir-rappreżentanti tagħhom li jkunu responsabbli mit-trattament xieraq tal-annimali u għandhom ikunu responsabbli li jiżguraw li r-rappreżentanti tagħhom jkollhom livell għoli biżżejjed ta’ għarfien espert.
7. Il-membri li ma jibqgħux f’pożizzjoni li jikkontribwixxu b’mod effettiv fl-attivitajiet tal-grupp ta’ esperti, u li, fl-opinjoni tad-Direttorat Ġenerali għas-Sikurezza tas-Saħħa u tal-Ikel, ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 339 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jew li jippreżentaw ir-riżenja tagħhom, ma għandhomx jibqgħu jiġu mistiedna biex jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Pjattaforma, u jistgħu jiġu sostitwiti għall-kumplament tal-perjodu taż-żmien li jkun fadallu l-mandat tagħhom.
Artikolu 5
Il-proċess tal-għażla
1. L-għażla tal-membri tal-Pjattaforma elenkati fl-Artikolu 4(2)(b) sa (d) għandha ssir permezz ta’ sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet li tiġi ppubblikata fir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni u entitajiet oħrajn simili (“ir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti”). Barra minn hekk, is-sejħa għall-applikazzjonijiet tista’ tiġi ppubblikata b’mezzi oħra, anki fuq siti web magħmula apposta.
Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għandha turi b’mod ċar il-kriterji tal-għażla li jinkludu l-livell ta’ għarfien espert mistenni u l-interessi li għandhom ikunu rappreżentati rigward ix-xogħol li jrid jitwettaq. L-iskadenza minima għall-applikazzjonijiet għandha tkun ta’ erba’ ġimgħat.
2. Il-membri elenkati fl-Artikolu 4(2)(d) għandhom jiżvelaw kull ċirkostanza li tista’ twassal għal kunflitt ta’ interess. B’mod partikolari, il-Kummissjoni teżiġi li bħala parti mill-applikazzjoni tagħhom dawk l-individwi jippreżentaw formola tad-dikjarazzjoni tal-interessi (“DOI”) bbażata fuq il-formola standard tad-dikjarazzjoni tal-interessi tal-gruppi ta’ esperti, flimkien ma’ curriculum vitae (CV) aġġornat. Għandha tinħtieġ il-preżentazzjoni tal-formola tad-DOI mimlija biex dak li jkun isir eliġibbli li jinħatar membru fil-kapaċità personali tiegħu. Il-valutazzjoni tal-kunflitt ta’ interess għandha ssir b’konformità mar-regoli orizzontali tal-Kummissjoni għall-gruppi ta’ esperti (“ir-regoli orizzontali”) (6).
3. Ir-reġistrazzjoni fir-Reġistru ta’ Trasparenza hija meħtieġa biex jinħatru l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2)(b) u (c).
4. Il-membri elenkati fl-Artikolu 4(2)(b) sa (d) għandhom jinħatru mid-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari minn fost l-applikanti bil-kompetenza rilevanti fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 2 li jkunu wieġbu għas-sejħa għall-applikazzjonijiet.
5. Il-membri għandhom jinħatru sal-31 ta’ Diċembru 2019. Dawn jibqgħu fil-kariga sa tmiem il-mandat tagħhom. Il-mandat tagħhom jista’ jiġġedded.
6. Fir-rigward tal-membri elenkati fil-Punt (2) (d) tal-Artikolu 4, id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari għandu jaħtar membri supplenti, skont l-istess kundizzjonijiet tal-membri, u dawn awtomatikament għandhom jieħdu post kwalunkwe membru li jkun assenti jew indispost. Id-Direttur Ġenerali għandu jistabbilixxi wkoll, lista ta’ riżerva ta’ kandidati xierqa, wara li jikseb il-kunsens tagħhom, li tkun tista’ tintuża biex jinħatru sostituti tal-membri.
Artikolu 6
Il-president
Il-Pjattaforma għandha tkun ippreseduta mid-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari jew mir-rappreżentant tiegħu/tagħha.
Artikolu 7
Il-ħidma
1. Il-Pjattaforma għandha taġixxi fuq talba tal-President, skont ir-regoli orizzontali.
2. Fil-prinċipju, il-grupp għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena fil-kwartieri tal-Kummissjoni, u kull darba li l-Kummissjoni tħoss il-bżonn li ssir laqgħa.
3. Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jipprovdu s-servizzi segretarjali. Jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Pjattaforma u tas-sottogruppi tagħha uffiċjali minn dipartimenti oħrajn tal-Kummissjoni li jkollhom interess fil-ħidmiet tal-Pjattaforma.
4. Bi ftehim mal-President, il-Pjattaforma tista’, permezz ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tagħha, tiddeċiedi li tiftaħ il-laqgħat tagħha għall-pubbliku.
5. Il-minuti tad-diskussjoni dwar kull punt fl-aġenda u l-konklużjonijiet tad-dibattiti għandhom ikunu siewja u sħaħ. Il-minuti għandhom jitħejjew mis-segretarjat taħt ir-responsabbilità tal-President.
6. Il-Pjattaforma għandha tadotta r-rapporti jew il-konklużjonijiet permezz tal-kunsens. Meta ssir votazzjoni, ir-riżultat tal-votazzjoni għandu jkun deċiż b’maġġoranza sempliċi tal-membri. Il-membri li jkunu vvutaw kontra għandhom id-dritt li jkollhom dokument li jiġbor fil-qosor ir-raġunijiet għall-pożizzjoni tagħhom mehmuż mar-rapport jew mal-konklużjoni rilevanti.
Artikolu 8
Sottogruppi
1. Id-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari jista’ jistabbilixxi s-sottogruppi biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi abbażi ta’ termini ta’ referenza ddefiniti mill-Kummissjoni. Is-sottogruppi għandhom jaħdmu skont ir-regoli orizzontali u jirrapportaw lura lill-Pjattaforma. Dawn is-sottogruppi għandhom jiġu xolti malli jintlaħaq l-għan tal-mandat tagħhom.
2. Il-membri tas-sottogruppi li ma jkunux membri tal-Pjattaforma għandhom jintagħżlu permezz ta’ sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet, b’konformità mal-Artikolu 5 u mar-regoli orizzontali (7).
Artikolu 9
L-esperti mistiedna
Fuq bażi ad hoc, il-President jista’ jistieden lil xi esperti li għandhom kompetenza speċifika dwar suġġett fl-aġenda biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-grupp jew tas-sottogrupp.
Artikolu 10
Osservaturi
1. Individwi, organizzazzjonijiet u entitajiet pubbliċi jistgħu jingħataw status ta’ osservatur, skont ir-regoli orizzontali, bi stedina diretta jew wara sejħa għall-applikazzjonijiet.
2. L-organizzazzjonijiet jew l-entitajiet pubbliċi li jinħatru bħala osservaturi għandhom jaħtru lir-rappreżentanti tagħhom.
3. L-osservaturi u r-rappreżentanti tagħhom jistgħu jkunu awtorizzati mill-President biex jieħdu sehem fid-diskussjonijiet tal-Pjattaforma u jipprovdu l-għarfien espert. Madankollu, ma jkollhomx id-dritt tal-vot u ma għandhomx jieħdu sehem fit-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet jew ta’ konklużjonijiet tal-Pjattaforma.
4. Il-Pjattaforma ma għandhiex ikollha aktar minn ħames osservaturi.
Artikolu 11
Ir-regoli ta’ proċedura
Il-Pjattaforma għandha tadotta r-regoli ta’ proċedura tagħha b’maġġoranza sempliċi tal-membri, abbażi tar-regoli standard ta’ proċedura għall-gruppi ta’ esperti, b’konformità mar-regoli orizzontali, fuq proposta mill-President u bi ftehim miegħu.
Artikolu 12
Is-segretezza professjonali u t-trattament ta’ informazzjoni kklassifikata
Il-membri tal-Pjattaforma u r-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll l-esperti u l-osservaturi mistiedna, għandhom jikkonformaw mal-obbligi tas-segretezza professjonali li skont it-Trattati u r-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom, japplikaw għall-membri kollha tal-istituzzjonijiet u l-persunal tagħhom, u mar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà fir-rigward tal-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata tal-Unjoni, stabbiliti fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 (8) u (UE, Euratom) 2015/444 (9). F’każ li dawn l-obbligi ma jiġux rispettati, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri xierqa kollha.
Artikolu 13
Ir-relazzjoni mal-Parlament Ewropew
Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm infurmat dwar il-ħidma tal-Pjattaforma. Jekk jitlob il-Parlament Ewropew, u skont il-modalitajiet stabbiliti fil-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (10), il-Kummissjoni tista’ tistieden lill-Parlament jibgħat l-esperti jattendu l-laqgħat.
Artikolu 14
It-trasparenza
1. Il-Pjattaforma u s-sottogruppi għandhom jiġu rreġistrati fir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti.
2. F’dak li jirrigwarda l-kompożizzjoni tal-grupp, id-dejta li ġejja għandha tiġi ppubblikata fir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti:
(a) |
l-ismijiet tal-individwi li jinħatru f’kapaċità personali; |
(b) |
l-ismijiet tal-organizzazzjonijiet membri; għandu jkun iddikjarat l-interess rappreżentat; |
(c) |
l-ismijiet ta’ entitajiet pubbliċi oħrajn; |
(d) |
l-ismijiet tal-osservaturi. |
3. Id-dokumenti rilevanti kollha, bħalma huma l-aġendi, il-minuti u s-sottomissjonijiet tal-parteċipanti, għandhom ikunu disponibbli fir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti jew inkella permezz ta’ link bejn ir-Reġistru u sit web apposta, fejn tkun tista’ tinsab din l-informazzjoni. L-aċċess għal siti web speċifiċi ma għandux ikun soġġett għar-reġistrazzjoni tal-utent jew xi restrizzjoni oħra. B’mod partikolari, l-aġenda u d-dokumenti ta’ sfond rilevanti oħra għandhom jiġu ppubblikati fi żmien xieraq qabel il-laqgħa, segwiti minn pubblikazzjoni f’waqtha tal-minuti. L-eċċezzjonijiet għall-pubblikazzjoni għandhom jiġu previsti biss meta d-divulgazzjoni ta’ dokument iddgħajjef il-protezzjoni ta’ interess pubbliku jew privat kif iddefinit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).
Artikolu 15
Spejjeż tal-laqgħat
1. Dawk li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-Pjattaforma u tas-sottogruppi ma għandhomx jitħallsu għas-servizzi li jagħtu.
2. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza tal-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Pjattaforma u tas-sottogruppi għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni. Ir-rimborż għandu jsir skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-Kummissjoni u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati lid-dipartimenti tal-Kummissjoni skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.
Artikolu 16
L-applikabbiltà
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2019.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) Il-grupp ta’ esperti dwar it-trattament xieraq tal-annimali E02668.
(2) Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar Strateġija ġdida għall-Benessri tal-Annimali għall-2020–2016 tal-24 ta’ Novembru 2015 (2015/2957 (RSP)).
(3) It-3464 laqgħa tal-Kunsill — Agrikoltura u Sajd - is-17 ta’ Mejju 2016.
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.).
(5) pereżempju, l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO),
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30.5.2016 li tistabbilixxi regoli orizzontali dwar il-ħolqien u l-funzjonament tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni.
(7) Ara l-Artikoli 10 u 14.2 tar-regoli orizzontali.
(8) ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41.
(9) ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53.
(10) ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.
(11) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).