ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 30

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
30ta' Jannar 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2017/C 30/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2017/C 30/02

Kawża C-673/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Novembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Stichting Greenpeace Nederland, Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (Appell — Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Ambjent — Konvenzjoni ta’ Århus — Regolament (KE) Nru 1367/2006 — Artikolu 6(1) — Riskju ta’ preġudizzju għall-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika — Kunċett ta’ informazzjoni li tirrigwarda emissjonijiet fl-ambjent — Dokumenti li jirrigwardaw il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ta’ sustanza attiva inkluża fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Sustanza attiva glifosat)

2

2017/C 30/03

Kawża C-442/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Bayer CropScience SA-NV, Stichting De Bijenstichting vs College voor de toelating van gewasbeschermingsmiddelen en biociden (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Konvenzjoni ta’ Århus — Direttiva 2003/4/KE — Artikolu 4(2) — Aċċess pubbliku għall-informazzjoni — Kunċett ta’ informazzjoni dwar l-emissjonijiet fl-ambjent — Direttiva 91/414/KEE — Direttiva 98/8/KE — Regolament (KE) Nru 1107/2009 — Tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u ta’ prodotti bijoċidali — Kunfidenzjalità — Protezzjoni tal-interessi industrijali u kummerċjali)

3

2017/C 30/04

Kawża C-461/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Novembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2009/147/KE — Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi — Żoni ta’ protezzjoni speċjali — Direttiva 85/337/KEE — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni ta’ habitats naturali)

4

2017/C 30/05

Kawża C-464/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Tributário de Lisboa – il-Portugall) – SECIL – Companhia Geral de Cal e Cimento SA vs Fazenda Pública (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-kapital — Artikoli 63 sa 65 TFUE — Ftehim ta’ assoċjazzjoni KE-Tuneżija — Artikoli 31, 34 u 89 — Ftehim ta’ assoċjazzjoni KE-Libanu — Artikoli 31, 33 u 85 — Taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi — Dividendi rċevuti minn kumpannija stabbilita fl-Istat Membru tal-kumpannija benefiċjarja — Dividendi rċevuti minn kumpannija stabbilita fi Stat terz li huwa parti fil-ftehim ta’ assoċjazzjoni — Differenza fit-trattament — Restrizzjoni — Ġustifikazzjoni — Effikaċja tal-kontrolli fiskali — Possibbiltà li jiġi invokat l-Artikolu 64 TFUE fil-preżenza tal-Ftehimiet ta’ assoċjazzjoni KE-Tuneżija u KE-Libanu)

5

2017/C 30/06

Kawża C-177/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Nelsons GmbH vs Ayonnax Nutripharm GmbH, Bachblütentreff Ltd (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Informazzjoni u protezzjoni tal-konsumaturi — Regolament (KE) Nru 1924/2006 — Indikazzjonijiet nutrittivi u ta’ saħħa li jirrigwardaw il-prodotti tal-ikel — Miżuri tranżitorji — Artikolu 28(2) — Prodotti li kellhom trade mark jew marka tad-ditta eżistenti qabel l-1 ta’ Jannar 2005 — Preparazzjonijiet abbażi tal-fjuri ta’ Bach — Trade mark tal-Unjoni Ewropea RESCUE — Prodotti kkummerċjalizzati bħala mediċini qabel l-1 ta’ Jannar 2005 u bħala prodotti tal-ikel wara din id-data)

7

2017/C 30/07

Kawża C-314/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Novembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 91/271/KEE — Trattament tal-ilma urban mormi — Artikolu 4(1) u (3) — Trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti)

8

2017/C 30/08

Kawża C-395/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 33 de Barcelona – Spanja) – Mohamed Daouidi vs Bootes Plus SL, Fondo de Garantía Salarial, Ministerio Fiscal (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2000/78/KE — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Artikoli 1 sa 3 — Projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq diżabbiltà — Eżistenza ta’ diżabbiltà — Kunċett ta’ inkapaċitajiet fiżiċi, mentali, intellettwali jew fis-sensi dewwiema — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikoli 3, 15, 21, 30, 31, 34 u 35 — Tkeċċija ta’ ħaddiem f’sitwazzjoni ta’ inkapaċità temporanja għax-xogħol, fis-sens tad-dritt nazzjonali, għal żmien indeterminat)

9

2017/C 30/09

Kawżi Magħquda C-408/15 P u C-409/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Novembru 2016 – Ackermann Saatzucht GmbH & Co.KG et (C-408/15 P), ABZ Aardbeien Uit Zaad Holding BV et (C-409/15 P) vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell — Rikors għal annullament — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Dritt għal azzjoni legali — Locus standi — Att li jikkonċerna individwalment persuni fiżiċi jew ġuridiċi minħabba ċerti kwalitajiet li huma partikolari għalihom — Regolament (UE) Nru 511/2014 — Miżuri li jikkonċernaw l-osservanza mill-utenti fl-Unjoni tal-Protokoll ta’ Nagoya fuq l-aċċess għar-riżorsi ġenetiċi u t-tqassim ġust u ekwu tal-vantaġġi li jirriżultaw mill-użu tagħhom — Regolament (KE) Nru 2100/94 — Limitazzjoni tal-effetti tal-protezzjoni komunitarja tal-varjetajiet ta’ pjanti — Eżenzjoni ta’ dawk li jrabbu)

10

2017/C 30/10

Kawża C-443/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ The Labour Court, Ireland – L-Irlanda) – David L. Parris vs College Dublin et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol — Direttiva 2000/78/KE — Artikolu 2 — Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali u l-età — Skema ta’ rtirar nazzjonali — Ħlas ta’ benefiċċju tas-superstiti lis-sieħeb ċivili — Kundizzjoni — Konklużjoni tal-unjoni qabel ma l-affiljat mal-imsemmija skema jagħlaq is-60 sena — Unjoni ċivili — Impossibbiltà fl-Istat Membru kkonċernat qabel l-2010 — Relazzjoni fit-tul stabbilita — Artikolu 6(2) — Ġustifikazzjoni tad-differenzi fit-trattament ibbażati fuq l-età)

11

2017/C 30/11

Kawża C-454/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hessisches Landesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – Jürgen Webb-Sämann vs Christopher Seagon (li qiegħed jaġixxi bħala kuratur tal-falliment ta’ Baumarkt Praktiker DIY GmbH) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2008/94/KE — Artikolu 8 — Protezzjoni tal-impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjegahom — Dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà soċjali — Portata — Miżuri neċessarji għall-protezzjoni tad-drittijiet kweżiti jew fil-proċess li jinkisbu ta’ impjegati taħt skema komplementari ta’ pensjoni — Obbligu li jiġi previst dritt għall-esklużjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni tal-irtirar mhux imħallsa mill-massa tal-falliment — Assenza)

12

2017/C 30/12

Kawża C-486/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Novembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża, Orange, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Appell — Għajnuna mill-Istat — Miżuri finanzjarji favur France Télécom — Offerta bil-quddiem ta’ azzjonist — Dikjarazzjonijiet pubbliċi ta’ rappreżentanti tal-Istat Franċiż — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Kunċett ta’ għajnuna — Kunċett ta’ vantaġġ ekonomiku — Kriterju ta’ investitur privat avżat — Obbligu ta’ motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali — Limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju — Żnaturament tad-deċiżjoni kontenzjuża)

12

2017/C 30/13

Kawża C-642/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2016 – Toni Klement vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Bullerjan GmbH (Appell — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta l-forma ta’ forn — Artikolu 51(1)(a) — Talba għal revoka ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea — Punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) — Użu ġenwin tat-trade mark — Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità)

13

2017/C 30/14

Kawża C-645/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof – il-Ġermanja) – Bund Naturschutz in Bayern e.V., Harald Wilde vs Freistaat Bayern (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent — Direttiva 2011/92/UE — Proġett suġġett għall-evalwazzjoni — Anness I, punt 7 — Ftehim Ewropew dwar l-Arterji Prinċipali tat-Traffiku Internazzjonali (AGR) — Twessigħ ta’ triq ta’ erba’ korsiji fuq tul ta’ inqas minn 10 kilometri)

13

2017/C 30/15

Kawża C-662/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Lohmann & Rauscher International GmbH & Co. KG vs BIOS Medical Services GmbH, li kienet BIOS Naturprodukte GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Direttiva 93/42/KEE — Mezzi mediċi — Mezzi mediċi tal-Klassi I (faxex kirurġiċi) li kienu s-suġġett ta’ proċedura ta’ evalwazzjoni ta’ konformità mill-fabbrikant — Importazzjoni parallela — Żieda fuq it-tikketta tal-informazzjoni dwar l-importatur — Proċedura ta’ stima addizzjonali ta’ konformità)

14

2017/C 30/16

Kawża C-152/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Nuqqas ta’ Stat — Regolament (KE) Nru 1071/2009 — Regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq — Artikolu 16(1) u(5) — Reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq — Nuqqas ta’ interkonnessjoni mar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħrajn)

15

2017/C 30/17

Kawża C-520/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Ottubru 2016 – Andrea Witzel, Jannis Witzel, Jazz Witzel vs Germanwings GmbH

15

2017/C 30/18

Kawża C-521/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Ottubru 2016 – Ralf-Achim Vetter, Susanne Glang-Vetter, Anna Louisa Vetter, Carolin Marie Vetter vs Germanwings GmbH

16

2017/C 30/19

Kawża C-529/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Ottubru 2016 – Hamamatsu Photonics Deutschland GmbH vs Hauptzollamt München

17

2017/C 30/20

Kawża C-538/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Ottubru 2016 – Kevin Joseph Devine vs Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo SA

17

2017/C 30/21

Kawża C-539/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Ottubru 2016 – Richard Rodriguez Serin vs HOP!-Regional

18

2017/C 30/22

Kawża C-548/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Mons (il-Belġju) fit-28 ta’ Ottubru 2016 – État belge vs Biologie Dr Antoine SPRL

18

2017/C 30/23

Kawża C-549/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria di Secondo Grado di Bolzano (l-Italja) fil-31 ta’ Ottubru 2016 – Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale Ufficio controlli di Bolzano vs Palais Kaiserkron Srl

19

2017/C 30/24

Kawża C-551/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi Baxxi) fil-31 ta’ Ottubru 2016 – J. Klein Schiphorst vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen

20

2017/C 30/25

Kawża C-558/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammergericht Berlin (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Novembru 2016 – Doris Margret Lisette Mahnkopf

20

2017/C 30/26

Kawża C-574/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fl-14 ta’ Novembru 2016 – Grupo Norte Facility S.A. vs Angel Manuel Moreira Gómez

21

2017/C 30/27

Kawża C-586/16 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2016 minn Sun Pharmaceutical Industries Ltd, li kienet Ranbaxy Laboratories Ltd, Ranbaxy (UK) Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-8 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-460/13, Sun Pharmaceutical Industries Ltd, li kienet Ranbaxy Laboratories Ltd, Ranbaxy (UK) Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

22

2017/C 30/28

Kawża C-588/16 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2016 minn Generics (UK) Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-8 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-469/13, Generics (UK) vs Il-Kummissjoni

23

2017/C 30/29

Kawża C-590/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

24

2017/C 30/30

Kawża C-591/16 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2016 minn H. Lundbeck A/S, Lundbeck Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-8 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-472/13, H. Lundbeck A/S, Lundbeck Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

25

2017/C 30/31

Kawża C-598/16 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2016 minn Viktor Fedorovych Yanukovych mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fil-15 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-346/14, Yanukovych vs Il-Kunsill

26

2017/C 30/32

Kawża C-599/16 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2016 minn Oleksandr Viktorovych Yanukovych mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fil-15 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-348/14, Yanukovych vs Il-Kunsill

27

2017/C 30/33

Kawża C-600/16 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 minn National Iranian Tanker Company mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-14 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-207/15, National Iranian Tanker Company vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

28

2017/C 30/34

Kawża C-601/16 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 minn Arrow Group ApS, Arrow Generics Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-8 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-467/13, Arrow Group ApS, Arrow Generics Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

29

2017/C 30/35

Kawża C-602/16 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-111/14, Unitec Bio vs Il-Kunsill

31

2017/C 30/36

Kawża C-603/16 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-139/14, PT Wilmar Bioenergi Indonesia u PT Wilmar Nabati Indonesia vs Il-Kunsill

32

2017/C 30/37

Kawża C-604/16 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-121/14, PT Pelita Agung Agrindustri vs Il-Kunsill

33

2017/C 30/38

Kawża C-605/16 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-120/14, PT Ciliandra Perkasa vs Il-Kunsill

34

2017/C 30/39

Kawża C-606/16 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-80/14, PT Musim Mas vs Il-Kunsill

35

2017/C 30/40

Kawża C-607/16 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Settembru 2016 fil-Kawżi T-112/14 sa T-116/14 u T-119/14, Molinos Río de la Plata et vs Il-Kunsill

36

2017/C 30/41

Kawża C-608/16 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-117/14, Cargill vs Il-Kunsill

37

2017/C 30/42

Kawża C-609/16 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-118/14, LDC Argentina vs Il-Kunsill

38

2017/C 30/43

Kawża C-611/16 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2016 minn Xellia Pharmaceuticals ApS, Alpharma, LLC, li kienet Zoetis Products LLC mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-8 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-471/13, Xellia Pharmaceuticals ApS, Alpharma vs Il-Kummissjoni Ewropea

39

2017/C 30/44

Kawża C-614/16 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2016 minn Merck KGaA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-8 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-470/13, Merck KGaA vs Il-Kummissjoni Ewropea

40

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 30/45

Kawża T-248/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2016 – Al-Ghabra vs Il-Kummissjoni [Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban — Regolament (KE) Nru 881/2002 — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi finanzjarji ta’ persuna inkluża f’lista stabbilita minn organu tan-Nazzjonijiet Uniti — Inklużjoni tal-isem ta’ din il-persuna f’lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 881/2002 — Rikors għal annullament — Terminu raġonevoli — Obbligu ta’ verifika u ta’ ġustifikazzjoni tal-fondatezza tal-motivi invokati — Stħarriġ ġudizzjarju]

42

2017/C 30/46

Kawża T-764/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2016 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni [Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Assistenza teknika, tal-iżvilupp u l-implementazzjoni ta’ sistema ta’ tranżitu doganali tal-ANASE (ACTS) — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Kriterji ta’ għażla — Kriterji ta’ għoti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Trasparenza]

43

2017/C 30/47

Kawża T-95/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2016 – Printeos et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-envelops standard fuq katalogu u envelops speċjali stampati — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Koordinazzjoni tal-prezzijiet ta’ bejgħ u tqassim tal-klijentela — Proċedura għar-riżolviment — Multi — Ammont bażiku — Aġġustament eċċezzjonali — Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ totali — Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament)

43

2017/C 30/48

Kawża T-397/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2016 – PAL-Bullermann vs EUIPO – Symaga (PAL) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva PAL — Dikjarazzjoni parzjali ta’ revoka — Użu ġenwin tat-trade mark — Artikolu 15(1)(a) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Forma li hija differenti mit-trade mark irreġistrata — Regola 22(3) u (4) tar-Regolament Nru 2868/95]

44

2017/C 30/49

Kawża T-548/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2016 – Guiral Broto vs EUIPO – Gastro & Soul (Café del Sol) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Café del Sol — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Café del Sol — Nuqqas ta’ produzzjon ta’ prova fil-lingwa tal-proċedimenti tal-oppożizzjoni — Artikoli 75 u 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Regoli 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 — Drittijiet tad-difiża]

45

2017/C 30/50

Kawża T-549/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2016 – Guiral Broto vs EUIPO – Gastro & Soul (CAFE DEL SOL) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva CAFE DEL SOL — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Café del Sol — Nuqqas ta’ produzzjon ta’ prova fil-lingwa tal-proċedimenti tal-oppożizzjoni — Artikoli 75 u 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Regoli 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 — Drittijiet tad-difiża]

45

2017/C 30/51

Kawża T-744/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2016 – Puro Italian Style vs EUIPO (smartline) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni smartline — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

46

2017/C 30/52

Kawża T-745/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2016 – Scorpio Poland vs EUIPO – Eckes Granini Group (YO!) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva YO! — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti YO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

46

2017/C 30/53

Kawża T-24/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2016 – Sovena Portugal – Consumer Goods vs EUIPO – Mueloliva (FONTOLIVA) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea — Trade mark verbali FONTOLIVA — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FUENOLIVA — Raġuni relattiva għal rifjut — Validità tar-reġistrazzjoni tat-trade mark preċedenti — Sottomissjoni tal-fatti u produzzjoni tal-provi ġodda quddiem il-Qorti Ġenerali — Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Setgħa għall-bidla — Artikolu 8(1)(b), Artikolu 42(2) u (3), u Artikoli 65 u 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

47

2017/C 30/54

Kawża T-58/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 13 ta’ Diċembru 2016 – Apax Partners vs EUIPO – Apax Partners Midmarket (APAX) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea APAX — Trade mark verbali internazzjonali preċedenti APAX — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh bejn prodotti u servizzi — Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

48

2017/C 30/55

Kawża T-154/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2016 – Grid applications vs EUIPO (APlan) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea APlan — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

48

2017/C 30/56

Kawża T-809/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2016 – Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank vs SRB

49

2017/C 30/57

Kawża T-811/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2016 – Di Bernardo vs Il-Kummissjoni

49

2017/C 30/58

Kawża T-813/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2016 – Abes vs Il-Kummissjoni

50

2017/C 30/59

Kawża T-818/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2016 – Netflix International u Netflix vs Il-Kummissjoni

51

2017/C 30/60

Kawża T-832/16: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2016 – Celio International vs Il-Kummissjoni

52

2017/C 30/61

Kawża T-835/16: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2016 – Louvers Belgium vs Il-Kummissjoni

53

2017/C 30/62

Kawża T-836/16: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2016 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

54

2017/C 30/63

Kawża T-841/16: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 – Alex vs Il-Kummissjoni

55

2017/C 30/64

Kawża T-855/16: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2016 – Fertisac vs ECHA

56

2017/C 30/65

Kawża T-865/16: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2016 – Fútbol Club Barcelona vs Il-Kummissjoni

57

2017/C 30/66

Kawża T-868/16: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2016 – QI et vs Il-Kummissjoni u BĊE

58

2017/C 30/67

Kawża T-872/16: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2016 – repowermap vs EUIPO – Repower (REPOWER)

58


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 030/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 22, 23.1.2017

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 14, 16.1.2017

ĠU C 6, 9.1.2017

ĠU C 475, 19.12.2016

ĠU C 462, 12.12.2016

ĠU C 454, 5.12.2016

ĠU C 441, 28.11.2016

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Novembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Stichting Greenpeace Nederland, Pesticide Action Network Europe (PAN Europe)

(Kawża C-673/13 P) (1)

((Appell - Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Ambjent - Konvenzjoni ta’ Århus - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Artikolu 6(1) - Riskju ta’ preġudizzju għall-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika - Kunċett ta’ “informazzjoni li tirrigwarda emissjonijiet fl-ambjent” - Dokumenti li jirrigwardaw il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ta’ sustanza attiva inkluża fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva glifosat))

(2017/C 030/02)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, P. Ondrůšek, P. Oliver u L. Pignataro-Nolin, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: American Chemistry Council Inc. (ACC), CropLife America Inc., National Association of Manufacturers of the United States of America (NAM) (rappreżentanti: M. Abenhaïm, avukat, K. Nordlander, advokat, u P. Harrison, solicitor), CropLife International AISBL (CLI) (rappreżentanti: D. Abrahams, barrister, R. Cana u E. Mullier, avukati, kif ukoll minn A. Patsa, dikigoros), European Chemical Industry Council (Cefic), European Crop Protection Association (ECPA) (rappreżentanti: I. Antypas u D. Waelbroeck, avukati, kif ukoll minn D. Slater, solicitor), European Crop Care Association (ECCA) (rappreżentant: S. Pappas, dikigoros), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u A. Lippstreu, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Stichting Greenpeace Nederland, Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (rappreżentanti: B.N. Kloostra u A. van den Biesen, advocaten)

Parti intervenjenti insostenn tal-partijiet l-oħra fil-kawża: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: E. Karlsson, L. Swedenborg, A. Falk, U. Persson, C. Meyer-Seitz u N. Otte Widgren, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta’ Ottubru 2013, Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe vs Il-Kummissjoni (T-545/11, EU:T:2013:523), hija annullata.

2)

Il-Kawża T-545/11 hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 71, 8.3.2014.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Bayer CropScience SA-NV, Stichting De Bijenstichting vs College voor de toelating van gewasbeschermingsmiddelen en biociden

(Kawża C-442/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Konvenzjoni ta’ Århus - Direttiva 2003/4/KE - Artikolu 4(2) - Aċċess pubbliku għall-informazzjoni - Kunċett ta’ “informazzjoni dwar l-emissjonijiet fl-ambjent” - Direttiva 91/414/KEE - Direttiva 98/8/KE - Regolament (KE) Nru 1107/2009 - Tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u ta’ prodotti bijoċidali - Kunfidenzjalità - Protezzjoni tal-interessi industrijali u kummerċjali))

(2017/C 030/03)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het Bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bayer CropScience SA-NV, Stichting De Bijenstichting

Konvenuta: College voor de toelating van gewasbeschermingsmiddelen en biociden

Fil-preżenza ta’: Makhtesim-Agan Holland BV

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li l-applikant għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jew ta’ prodott bijoċidali ma jkunx talab, waqt il-proċedura prevista għall-ksib ta’ din l-awtorizzazzjoni, it-trattament kunfidenzjali tal-informazzjoni ppreżentata fil-kuntest ta’ din il-proċedura abbażi tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 91/414, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 98/8, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali jew tal-Artikoli 33(4), u 63 tar-Regolament Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE, ma jipprekludix lill-awtorità kompetenti, adita, wara l-għeluq tal-imsemmija proċedura, b’talba għal aċċess għal din l-informazzjoni mressqa abbażi tad-Direttiva 2003/4 minn terz, milli teżamina l-oppożizzjoni tal-imsemmi applikant għal din it-talba għal aċċess u milli tiċħad, fejn xieraq, din it-talba taħt il-parti (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva għar-raġuni li l-iżvelar tal-imsemmija informazzjoni jippreġudika l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjali jew industrijali.

2)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4 għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “emissjonijiet fl-ambjent” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni r-rilaxx ta’ prodotti jew ta’ sustanzi, bħalma huma l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jew il-prodotti bijoċidali u s-sustanzi li dawn il-prodotti jinkludu, fl-ambjent, sakemm dan ir-rilaxx ikun effettiv jew prevedibbli f’kundizzjonijiet normali jew realisti ta’ użu;

jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “[informazzjoni] dwar l-emissjonijiet fl-ambjent” fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni l-indikazzjonijiet dwar in-natura, il-kompożizzjoni, il-kwantità, id-data u l-post tal-“emissjonijiet fl-ambjent” ta’ dawn il-prodotti jew sustanzi, kif ukoll id-data rigward l-effetti, ftit jew wisq fit-tul, ta’ dawn l-emissjonijiet fuq l-ambjent, b’mod partikolari l-informazzjoni rigward ir-residwi preżenti fl-ambjent wara l-applikazzjoni tal-prodott ikkonċernat u l-istudji rigward il-livell tal-kurrent tas-sustanza waqt din l-applikazzjoni, kemm jekk din id-data toħroġ minn studji mwettqa għalkollox jew parzjalment fuq l-art, minn studji ta’ laboratorju jew minn studji ta’ trażlokazzjoni.

3)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ talba għal aċċess għal informazzjoni dwar l-emissjonijiet fl-ambjent li l-iżvelar tagħha jippreġudika wieħed mill-interessi koperti fl-ewwel subparagrafu, partijiet (a), (d) u (f) sa (h) tal-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva, hija biss id-data rilevanti li tista’ tiġi estratta mis-sors ta’ informazzjoni li tirrigwarda l-emissjonijiet fl-ambjent li għandha tiġi żvelata meta jkun possibbli li tiġi sseparata din id-data mill-informazzjoni l-oħra inkluża fl-imsemmi sors, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 462, 22.12.2014.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Novembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta Spanja

(Kawża C-461/14) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2009/147/KE - Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi - Żoni ta’ protezzjoni speċjali - Direttiva 85/337/KEE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni ta’ habitats naturali))

(2017/C 030/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes, E. Sanfrutos Cano, D. Loma-Osorio Lerena u G. Wilms, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta Spanja (rappreżentanti: A. Gavela Llopis, aġent)

Dispożittiv

1)

Billi ma ħax il-miżuri adegwati sabiex jevita, fiż-żona ta’ protezzjoni speċjali “Campiñas de Sevilla”, id-deterjorament tal-habitats naturali u tal-habitats tal-ispeċi kif ukoll it-tfixkil li jolqot l-ispeċi li għalihom ġiet stabbilita din iż-żona, ir-Renju ta’ Spanja naqas, fir-rigward tal-perijodu qabel id-29 ta’ Lulju 2008, milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, u, fir-rigward tal-perijodu wara dik id-data, milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Renju ta’ Spanja huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 462, 22.12.2014.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Tributário de Lisboa – il-Portugall) – SECIL – Companhia Geral de Cal e Cimento SA vs Fazenda Pública

(Kawża C-464/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 63 sa 65 TFUE - Ftehim ta’ assoċjazzjoni KE-Tuneżija - Artikoli 31, 34 u 89 - Ftehim ta’ assoċjazzjoni KE-Libanu - Artikoli 31, 33 u 85 - Taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi - Dividendi rċevuti minn kumpannija stabbilita fl-Istat Membru tal-kumpannija benefiċjarja - Dividendi rċevuti minn kumpannija stabbilita fi Stat terz li huwa parti fil-ftehim ta’ assoċjazzjoni - Differenza fit-trattament - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni - Effikaċja tal-kontrolli fiskali - Possibbiltà li jiġi invokat l-Artikolu 64 TFUE fil-preżenza tal-Ftehimiet ta’ assoċjazzjoni KE-Tuneżija u KE-Libanu))

(2017/C 030/05)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Tributário de Lisboa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SECIL – Companhia Geral de Cal e Cimento SA

Konvenuta: Fazenda Pública

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

kumpannija stabbilita fil-Portugall, li tirċievi dividendi minn kumpanniji stabbiliti fit-Tuneżija u fil-Libanu, rispettivament, tista’ tibbaża ruħha fuq l-Artikolu 63 TFUE, sabiex tikkontesta t-trattament fiskali mogħti lil dawn id-dividendi f’dan l-Istat Membru, ibbażat fuq leġiżlazzjoni li ma hijiex intiża li tapplika esklużivament għas-sitwazzjonijiet li fihom il-kumpannija benefiċjarja teżerċita influwenza deċiżiva fuq il-kumpannija li tqassam;

leġiżlazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha kumpannija residenti ta’ Stat Membru tista’ twettaq tnaqqis sħiħ jew parzjali tad-dividendi mill-valur taxxabbli tagħha, meta dawn tal-aħħar jitqassmu minn kumpannija residenti tal-istess Stat Membru, iżda ma tistax twettaq tali tnaqqis meta l-kumpannija li tqassam tkun residenti ta’ Stat terz, tikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment tal-kapital bejn l-Istat Membri u l-Istati terzi li, bħala prinċipju, hija pprojbita mill-Artikolu 63 TFUE;

ir-rifjut li jingħata tnaqqis sħiħ jew parzjali mill-valur taxxabbli tad-dividendi rċevuti, skont l-Artikolu 46(1) u (8) tal-Código do Imposto sobre o Rendimento das Pessoas Coletivas (kodiċi tat-taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi), fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ matul is-sena 2009, jista’ jkun iġġustifikat minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali bbażati fuq in-neċessità li tiġi żgurata l-effikaċja tal-kontrolli fiskali, meta jirriżulta li jkun impossibbli, għall-awtoritajiet fiskali tal-Istat Membru li tiegħu l-kumpannija benefiċjarja hija residenti, li jiksbu mill-Istat terz li tiegħu l-kumpannija li tqassam dawn id-dividendi hija residenti, informazzjoni li tippermetti li jiġi vverifikat li l-kundizzjoni dwar l-issuġġettar għat-taxxa ta’ din il-kumpannija tal-aħħar hija ssodisfatta;

ir-rifjut li jingħata tnaqqis parzjali skont l-Artikolu 46(11) tal-kodiċi tat-taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi, fl-imsemmija verżjoni, ma jistax ikun iġġustifikat minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali bbażati fuq in-neċessità li tiġi żgurata l-effikaċja tal-kontrolli fiskali, meta din id-dispożizzjoni tista’ tiġi applikata f’sitwazzjonijiet fejn l-issuġġettar għat-taxxa tal-kumpannija li tqassam, fl-Istat li tiegħu hija residenti, ma jistax jiġi vverifikat, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina.

2)

L-Artikolu 64(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li:

peress li l-adozzjoni tal-iskema ta’ vantaġġi fiskali għall-investiment ta’ natura kuntrattwali, prevista fl-Artikolu 41(5)(b) tal-Estatuto dos Benefícios Fiscais (liġi dwar il-vantaġġi fiskali), fil-verżjoni tagħha fis-seħħ matul is-sena 2009, u tal-iskema dwar id-dividendi li jkunu ġejjin mill-pajjiżi Afrikani bil-lingwa uffiċjali Portugiża u minn Timor Leste, prevista fl-Artikolu 42 ta’ din il-liġi, ma biddlitx il-qafas legali dwar it-trattament fiskali tad-dividendi li jkunu ġejjin mit-Tuneżija u mil-Libanu, l-adozzjoni tal-imsemmija skemi ma affettwatx il-klassifikazzjoni bħala restrizzjoni eżistenti tal-esklużjoni tad-dividendi mħallsa mill-kumpanniji stabbiliti f’dawn l-Istati terzi mill-possibbiltà li jibbenefikaw minn tnaqqis sħiħ jew parzjali;

Stat Membru jirrinunzja għall-possibbiltà prevista fl-Artikolu 64(1) TFUE meta, mingħajr ma jħassar jew jemenda formalment il-leġiżlazzjoni eżistenti, huwa jikkonkludi ftehim internazzjonali, bħal ftehim ta’ assoċjazzjoni, li jipprevedi, f’dispożizzjoni li għandha effett dirett, liberalizzazzjoni ta’ kategorija ta’ kapital prevista f’dan l-Artikolu 64(1); konsegwentement, tali emenda tal-qafas legali għandha tiġi assimilata, fl-effetti tagħha fuq il-possibbiltà li jiġi invokat l-Artikolu 64(1) TFUE, mal-introduzzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida, li hija bbażata fuq loġika differenti minn dik tal-leġiżlazzjoni eżistenti.

3)

L-Artikolu 34(1) tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-17 ta’ Lulju 1995 u approvat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar bid-Deċiżjoni 98/238/KE, KEFA tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Jannar 1998, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

għandu effett dirett u jista’ jiġi invokat f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha kumpannija residenti tal-Portugall tirċievi dividendi minn kumpannija residenti tat-Tuneżija minħabba l-investiment dirett li hija għamlet fil-kumpannija li tqassam, bil-għan li jiġi kkontestat it-trattament fiskali mogħti lil dawn id-dividendi fil-Portugall;

leġiżlazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha kumpannija residenti ta’ Stat Membru tista’ twettaq tnaqqis sħiħ jew parzjali mill-valur taxxabbli tagħha tad-dividendi rċevuti, meta dawn tal-aħħar jitqassmu minn kumpannija residenti tal-istess Stat Membru, iżda ma tistax twettaq tali tnaqqis meta l-kumpannija li tqassam tkun residenti tat-Tuneżija, tikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital, li, bħala prinċipju, hija pprojbita, f’dak li jirrigwarda l-investimenti diretti u, b’mod partikolari, ir-ripatrijazzjoni tal-qligħ minn dawn l-investimenti, mill-Artikolu 34(1) ta’ dan il-ftehim;

l-effett ta’ din id-dispożizzjoni ma huwiex limitat, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mill-Artikolu 89 tal-imsemmi ftehim;

ir-rifjut li jingħata, skont l-Artikolu 46(1) u (8) tal-kodiċi tat-taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ matul is-sena 2009, tnaqqis sħiħ jew parzjali tad-dividendi rċevuti mill-valur taxxabbli tal-kumpannija benefiċjarja jista’ jkun iġġustifikat minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali bbażati fuq in-neċessità li tiġi żgurata l-effikaċja tal-kontrolli fiskali, meta jirriżulta li jkun impossibbli, għall-awtoritajiet fiskali tal-Istat Membru li tiegħu l-kumpannija benefiċjarja hija residenti, li jiksbu mir-Repubblika tat-Tuneżija, li hija l-Istat li tiegħu l-kumpannija li tqassam dawn id-dividendi hija residenti, informazzjoni li tippermetti li jiġi vverifikat li l-kundizzjoni dwar it-tassazzjoni tal-kumpannija li tqassam l-imsemmija dividendi hija ssodisfatta;

ir-rifjut li jingħata tali tnaqqis parzjali, skont l-Artikolu 46(11) tal-kodiċi tat-taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi, fl-imsemmija verżjoni, ma jistax ikun iġġustifikat minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali bbażati fuq in-neċessità li tiġi żgurata l-effikaċja tal-kontrolli fiskali, meta din id-dispożizzjoni tista’ tiġi applikata f’sitwazzjonijiet fejn it-tassazzjoni tal-kumpannija li tqassam fit-Tuneżija, li hija l-Istat li tiegħu din il-kumpannija hija residenti, ma jistax jiġi vverifikat, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina.

4)

L-Artikolu 31 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, iffirmat fil-Lussemburgu fis-17 ta’ Ġunju 2002 u approvat f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/356/KE, tal-14 ta’ Frar 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

għandu effett dirett;

sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirrigwarda t-trattament fiskali tad-dividendi li jirriżultaw mill-investimenti diretti magħmula fil-Libanu minn persuna li tirrisjedi fil-Portugall, taqa’ taħt l-ipoteżi prevista fl-Artikolu 33(2) ta’ dan il-ftehim; konsegwentement, l-Artikolu 33(1) tal-imsemmi ftehim ma jipprekludix li l-Artikolu 31 tiegħu jiġi invokat f’dan il-każ;

leġiżlazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha kumpannija residenti ta’ Stat Membru tista’ twettaq tnaqqis sħiħ jew parzjali mill-valur taxxabbli tagħha tad-dividendi rċevuti, meta dawn tal-aħħar jitqassmu minn kumpannija residenti tal-istess Stat Membru, iżda ma tistax twettaq tali tnaqqis meta l-kumpannija li tqassam tkun residenti tal-Libanu, tikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital, li, bħala prinċipju, hija pprojbita mill-Artikolu 31 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra;

l-effett ta’ din id-dispożizzjoni ma huwiex limitat, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mill-Artikolu 85 ta’ dan il-ftehim;

ir-rifjut li jingħata, skont l-Artikolu 46(1) u (8) tal-kodiċi tat-taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ matul is-sena 2009, tnaqqis sħiħ jew parzjali tad-dividendi rċevuti mill-valur taxxabbli tal-kumpannija benefiċjarja jista’ jkun iġġustifikat minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali bbażati fuq in-neċessità li tiġi żgurata l-effikaċja tal-kontrolli fiskali, meta jirriżulta li jkun impossibbli, għall-awtoritajiet fiskali tal-Istat Membru li tiegħu l-kumpannija benefiċjarja hija residenti, li jiksbu mir-Repubblika Libaniża, li hija l-Istat li tiegħu l-kumpannija li tqassam dawn id-dividendi hija residenti, informazzjoni li tippermetti li jiġi vverifikat li l-kundizzjoni dwar l-issuġġettar għat-taxxa tal-kumpannija li tqassam l-imsemmija dividendi hija ssodisfatta;

ir-rifjut li jingħata tali tnaqqis parzjali, skont l-Artikolu 46(11) tal-kodiċi tat-taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi, fl-imsemmija verżjoni, ma jistax ikun iġġustifikat minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali bbażati fuq in-neċessità li tiġi żgurata l-effikaċja tal-kontrolli fiskali, meta din id-dispożizzjoni tista’ tiġi applikata f’sitwazzjonijiet fejn l-issuġġettar għat-taxxa tal-kumpannija li tqassam fil-Libanu, li huwa l-Istat li tiegħu din il-kumpannija hija residenti, ma jistax jiġi vverifikat, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina.

5)

F’dak li jirrigwarda l-konsegwenzi, għall-kawża prinċipali, tal-interpretazzjoni tal-Artikoli 63 sa 65 TFUE kif ukoll tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija, fuq in-naħa l-oħra, u tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra:

meta l-awtoritajiet tal-Istat Membru li tiegħu l-kumpannija benefiċjarja hija residenti jistgħu jiksbu mir-Repubblika tat-Tuneżija, li hija l-Istat li tiegħu l-kumpannija li tqassam id-dividendi hija residenti, informazzjoni li tippermetti li jiġi vverifikat li l-kundizzjoni dwar l-issuġġettar għat-taxxa tal-kumpannija li tqassam dawn id-dividendi hija ssodisfatta, l-Artikoli 63 u 65 TFUE kif ukoll l-Artikolu 34(1) tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija, fuq in-naħa l-oħra, jipprekludu r-rifjut li jingħata, skont l-Artikolu 46(1) jew l-Artikolu 46(8) tal-kodiċi tat-taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ matul is-sena 2009, tnaqqis sħiħ jew parzjali tad-dividendi mqassma mill-valur taxxabbli tal-kumpannija benefiċjarja, mingħajr ma r-Repubblika Portugiża tista’ tinvoka, f’dan ir-rigward, l-Artikolu 64(1) TFUE;

l-Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE kif ukoll l-Artikolu 34(1) tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija, fuq in-naħa l-oħra, u l-Artikolu 31 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, jipprekludu r-rifjut li jingħata, skont l-Artikolu 46(11) tal-kodiċi tat-taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi, fl-imsemmija verżjoni, tnaqqis parzjali tad-dividendi mqassma mill-valur taxxabbli tal-kumpannija benefiċjarja, meta din id-dispożizzjoni tista’ tiġi applikata f’sitwazzjonijiet fejn l-issuġġettar għat-taxxa tal-kumpanniji li jqassmu fit-Tuneżija u fil-Libanu, li huma l-Istati li tagħhom dawn il-kumpanniji huma residenti, ma jistax jiġi vverifikat, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina, mingħajr ma r-Repubblika Portugiża tista’ tinvoka, f’dan ir-rigward, l-Artikolu 64(1) TFUE;

l-ammonti miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu rrimborsati, bl-interessi, lill-persuna taxxabbli.


(1)  ĠU C 34, 2.2.2015.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Nelsons GmbH vs Ayonnax Nutripharm GmbH, Bachblütentreff Ltd

(Kawża C-177/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Informazzjoni u protezzjoni tal-konsumaturi - Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Indikazzjonijiet nutrittivi u ta’ saħħa li jirrigwardaw il-prodotti tal-ikel - Miżuri tranżitorji - Artikolu 28(2) - Prodotti li kellhom trade mark jew marka tad-ditta eżistenti qabel l-1 ta’ Jannar 2005 - Preparazzjonijiet abbażi tal-“fjuri ta’ Bach” - Trade mark tal-Unjoni Ewropea RESCUE - Prodotti kkummerċjalizzati bħala mediċini qabel l-1 ta’ Jannar 2005 u bħala prodotti tal-ikel wara din id-data))

(2017/C 030/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nelsons GmbH

Konvenuta: Ayonnax Nutripharm GmbH, Bachblütentreff Ltd

Dispożittiv

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 107/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, għandha tiġi interpretata fis-sens li din id-dispożizzjoni tapplika fis-sitwazzjoni fejn prodott tal-ikel li kellu trade mark jew marka tad-ditta kien, qabel l-1 ta’ Jannar 2005, ikkummerċjalizzat bħala prodott mediċinali u wara, filwaqt li kellu l-istess karatteristiċi materjali u li kellu l-istess trade mark jew marka tad-ditta, bħala prodott tal-ikel wara din id-data.


(1)  ĠU C 213, 29.06.2015.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Novembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-314/15) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/271/KEE - Trattament tal-ilma urban mormi - Artikolu 4(1) u (3) - Trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti))

(2017/C 030/07)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u E. Manhaeve, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: S. Ghiandoni, A. Daly u D. Colas)

Dispożittiv

1)

Billi ma żguratx trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti tal-ilma urban mormi li ġej mill-agglomerazzjonijiet ta’ Goyave, ta’ Bastelica, ta’ Morne-à-l’Eau, ta’ Aiguilles-Château-Ville Vieille, ta’ Borgo-Nord, ta’ Isola, ta’ Plombières-les-Bains, ta’ Saint-Céré, ta’ Vincey, ta’ Etueffont kif ukoll ta’ Volx u Villeneuve, jiġifieri għar-rimi kollu tagħhom, li jirrigwarda agglomerazzjonijiet li għandhom ekwivalenza ta’ popolazzjoni bejn 10 000 u 15 000, jew għar-rimi fl-ilma ħelu u l-estwarji, li jirrigwarda agglomerazzjonijiet li għandhom ekwivalenza ta’ popolazzjoni bejn 2 000 u 10 000, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu (1) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, kif emendata bir-Regolament (KE) Nruo1137/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 294, 7.9.2015.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 33 de Barcelona – Spanja) – Mohamed Daouidi vs Bootes Plus SL, Fondo de Garantía Salarial, Ministerio Fiscal

(Kawża C-395/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Artikoli 1 sa 3 - Projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq diżabbiltà - Eżistenza ta’ “diżabbiltà” - Kunċett ta’ “inkapaċitajiet fiżiċi, mentali, intellettwali jew fis-sensi dewwiema” - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 3, 15, 21, 30, 31, 34 u 35 - Tkeċċija ta’ ħaddiem f’sitwazzjoni ta’ inkapaċità temporanja għax-xogħol, fis-sens tad-dritt nazzjonali, għal żmien indeterminat))

(2017/C 030/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 33 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mohamed Daouidi

Konvenuti: Bootes Plus SL, Fondo de Garantía Salarial, Ministerio Fiscal

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandha tiġi interpretata fis-sens li:

il-fatt li l-persuna kkonċernata tinsab f’sitwazzjoni ta’ inkapaċità temporanja għax-xogħol, fis-sens tad-dritt nazzjonali, għal żmien indeterminat, minħabba inċident fuq il-post tax-xogħol, ma jfissirx, fih innifsu, li l-limitazzjoni tal-kapaċità ta’ din il-persuna tista’ tiġi kklassifikata bħala “dewwiema” fis-sens tad-definizzjoni tad-“diżabbiltà” koperta minn din id-direttiva, moqrija fid-dawl tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, li ġiet approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE, tas-26 ta’ Novembru 2009;

fost l-indizji li jippermettu jitqies li tali limitazzjoni hija “dewwiema” hemm b’mod partikolari l-fatt li, meta seħħ il-fatt allegatament diskriminatorju, l-inkapaċità tal-persuna kkonċernata ma tidhirx li se tiġi riżolta fi żmien qasir jew il-fatt li din l-inkapaċità tista’ tippersisti għal żmien twil qabel l-imsemmija persuna tirkupra, u

fil-kuntest tal-verifika ta’ din in-natura “dewwiema”, il-qorti tar-rinviju għandha tibbaża ruħha fuq l-elementi oġġettivi kollha li għandha għad-dispożizzjoni tagħha, b’mod partikolari fuq dokumenti u ċertifikati dwar l-istat tal-imsemmija persuna, stabbiliti abbażi ta’ għarfien u ta’ data medika u xjentifika attwali.


(1)  ĠU C 354, 26.10.2015.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Novembru 2016 – Ackermann Saatzucht GmbH & Co.KG et (C-408/15 P), ABZ Aardbeien Uit Zaad Holding BV et (C-409/15 P) vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawżi Magħquda C-408/15 P u C-409/15 P) (1)

((Appell - Rikors għal annullament - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Dritt għal azzjoni legali - Locus standi - Att li jikkonċerna individwalment persuni fiżiċi jew ġuridiċi minħabba “ċerti kwalitajiet li huma partikolari għalihom” - Regolament (UE) Nru 511/2014 - Miżuri li jikkonċernaw l-osservanza mill-utenti fl-Unjoni tal-Protokoll ta’ Nagoya fuq l-aċċess għar-riżorsi ġenetiċi u t-tqassim ġust u ekwu tal-vantaġġi li jirriżultaw mill-użu tagħhom - Regolament (KE) Nru 2100/94 - Limitazzjoni tal-effetti tal-protezzjoni komunitarja tal-varjetajiet ta’ pjanti - Eżenzjoni ta’ dawk li jrabbu))

(2017/C 030/09)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ackermann Saatzucht GmbH & Co.KG, Böhm-Nordkartoffel Agrarproduktion GmbH & Co. OHG, Deutsche Saatveredelung AG, Ernst Benary, Samenzucht GmbH, Freiherr Von Moreau Saatzucht GmbH, Hybro Saatzucht GmbH & Co. KG, Klemm + Sohn GmbH & Co. KG, KWS Saat AG, Norddeutsche Pflanzenzucht Hans-Georg Lembke KG, Nordsaat Saatzuchts GmbH, Peter Franck-Oberaspach, P. H. Petersen Saatzucht Lundsgaard GmbH, Saatzucht Streng – Engelen GmbH & Co. KG, Saka Pflanzenzucht GmbH & Co. KG, Strube Research GmbH & Co. KG, Gartenbau und Spezialkulturen Westhoff GbR, W. von Borries-Eckendorf GmbH & Co. KG (C-408/15 P), ABZ Aardbeien Uit Zaad Holding BV, Agriom BV, Agrisemen BV, Anthura BV, Barenbrug Holding BV, De Bolster BV, Evanthia BV, Gebr. Vletter & Den Haan VOF, Hilverda Kooij BV, Holland-Select BV, Könst Breeding BV, Koninklijke Van Zanten BV, Kweek- en Researchbedrijf Agirco BV, Kwekerij de Wester-Bouwing BV, Limgroup BV, Ontwikkelingsmaatschappij Het Idee BV (C-409/15 P) (rappreżentanti: P. de Jong, E. Bertolotto, K. Claeyé, P. Vlaemminck u B. Van Vooren, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio, J. Rodrigues u R. van de Westelaken, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Simm u M. Moore, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appelli huma miċħuda.

2)

Ackermann Saatzucht GmbH & Co.KG, Böhm-Nordkartoffel Agrarproduktion GmbH & Co. OHG, Deutsche Saatveredelung AG, Ernst Benary, Samenzucht GmbH, Freiherr Von Moreau Saatzucht GmbH, Hybro Saatzucht GmbH & Co. KG, Klemm + Sohn GmbH & Co. KG, KWS Saat AG, Norddeutsche Pflanzenzucht Hans-Georg Lembke KG, Nordsaat Saatzuchts GmbH, Peter Franck-Oberaspach, P. H. Petersen Saatzucht Lundsgaard GmbH, Saatzucht Streng – Engelen GmbH & Co. KG, Saka Pflanzenzucht GmbH & Co. KG, Strube Research GmbH & Co. KG, Gartenbau und Spezialkulturen Westhoff GbR, W. von Borries-Eckendorf GmbH & Co. KG, ABZ Aardbeien Uit Zaad Holding BV, Agriom BV, Agrisemen BV, Anthura BV, Barenbrug Holding BV, De Bolster BV, Evanthia BV, Gebr. Vletter & Den Haan VOF, Hilverda Kooij BV, Holland-Select BV, Könst Breeding BV, Koninklijke Van Zanten BV, Kweek- en Researchbedrijf Agirco BV, Kwekerij de Wester-Bouwing BV, Limgroup BV u Ontwikkelingsmaatschappij Het Idee BV huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 328, 5.10.2015.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ The Labour Court, Ireland – L-Irlanda) – David L. Parris vs College Dublin et

(Kawża C-443/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol - Direttiva 2000/78/KE - Artikolu 2 - Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali u l-età - Skema ta’ rtirar nazzjonali - Ħlas ta’ benefiċċju tas-superstiti lis-sieħeb ċivili - Kundizzjoni - Konklużjoni tal-unjoni qabel ma l-affiljat mal-imsemmija skema jagħlaq is-60 sena - Unjoni ċivili - Impossibbiltà fl-Istat Membru kkonċernat qabel l-2010 - Relazzjoni fit-tul stabbilita - Artikolu 6(2) - Ġustifikazzjoni tad-differenzi fit-trattament ibbażati fuq l-età))

(2017/C 030/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

The Labour Court, Ireland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dr. David L. Parris

Konvenuti: Trinity College Dublin, Higher Education Authority, Department of Public Expenditure and Reform and Department of Education and Skills

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-kuntest ta’ skema ta’ pensjoni professjonali, tissuġġetta d-dritt tas-sħab ċivili superstiti tal-affiljati sabiex jibbenefikaw minn benefiċċju tas-superstiti għall-kundizzjoni li l-unjoni ċivili tkun ġiet konkluża qabel ma l-affiljat jagħlaq is-60 sena, minkejja li d-dritt nazzjonali ma kienx jippermetti lill-affiljat ikkonċernat jikkonkludi unjoni ċivili qabel ma laħaq dan il-limitu ta’ età, ma tikkostitwixxix diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali.

2)

L-Artikoli 2 u 6(2) tad-Direttiva 2000/78 għandhom jiġu interpretati fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li, fil-kuntest ta’ skema ta’ pensjoni professjonali, tissuġġetta d-dritt tas-sħab ċivili superstiti tal-affiljati sabiex jibbenefikaw minn benefiċċju tas-superstiti għall-kundizzjoni li l-unjoni ċivili tkun ġiet konkluża qabel ma l-affiljat jagħlaq is-60 sena minkejja li d-dritt nazzjonali ma kienx jippermetti lill-affiljat ikkonċernat jikkonkludi unjoni ċivili qabel ma laħaq dan il-limitu ta’ età, ma tikkostitwixxix diskriminazzjoni bbażata fuq l-età.

3)

L-Artikoli 2 u 6(2) tad-Direttiva 2000/78 għandhom jiġu interpretati fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tistax tikkostitwixxi diskriminazzjoni bbażata fuq l-effett tal-kombinazzjoni flimkien tal-orjentazzjoni sesswali u tal-età, meta l-imsemmija leġiżlazzjoni la tikkostitwixxi diskriminazzjoni minħabba l-orjentazzjoni sesswali u lanqas minħabba l-età, meta meqjusa b’mod iżolat.


(1)  ĠU C 354, 26.10.2015.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hessisches Landesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – Jürgen Webb-Sämann vs Christopher Seagon (li qiegħed jaġixxi bħala kuratur tal-falliment ta’ Baumarkt Praktiker DIY GmbH)

(Kawża C-454/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2008/94/KE - Artikolu 8 - Protezzjoni tal-impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjegahom - Dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà soċjali - Portata - Miżuri neċessarji għall-protezzjoni tad-drittijiet kweżiti jew fil-proċess li jinkisbu ta’ impjegati taħt skema komplementari ta’ pensjoni - Obbligu li jiġi previst dritt għall-esklużjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni tal-irtirar mhux imħallsa mill-massa tal-falliment - Assenza))

(2017/C 030/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Hessisches Landesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jürgen Webb-Sämann

Konvenut: Christopher Seagon (li qiegħed jaġixxi bħala kuratur tal-falliment ta’ Baumarkt Praktiker DIY GmbH)

Dispożittiv

L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ ta’ insolvenza ta’ min iħaddimhom, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jimponix, fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega, li s-somom miżmuma mis-salarju kkonvertiti f’kontribuzzjonijiet tal-irtirar ta’ ex impjegat, li din il-persuna li timpjega kellha tħallas f’kont tal-irtirar għall-benefiċċju ta’ dan l-impjegat, għandhom jiġu esklużi mill-massa tal-falliment.


(1)  ĠU C 389, 23.11.2015.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Novembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża, Orange, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-486/15 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Miżuri finanzjarji favur France Télécom - Offerta bil-quddiem ta’ azzjonist - Dikjarazzjonijiet pubbliċi ta’ rappreżentanti tal-Istat Franċiż - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Kunċett ta’ “għajnuna” - Kunċett ta’ “vantaġġ ekonomiku” - Kriterju ta’ investitur privat avżat - Obbligu ta’ motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali - Limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju - Żnaturament tad-deċiżjoni kontenzjuża))

(2017/C 030/12)

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, B. Stromsky, D. Grespan u T. Maxian Rusche, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas u J. Bousin, aġenti), Orange, li qabel kienet France Télécom (rappreżentanti: S. Hautbourg u S. Cochard-Quesson, avukati), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 381, 16.11.2015.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2016 – Toni Klement vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Bullerjan GmbH

(Kawża C-642/15 P) (1)

((Appell - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta l-forma ta’ forn - Artikolu 51(1)(a) - Talba għal revoka ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea - Punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) - Użu ġenwin tat-trade mark - Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità))

(2017/C 030/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Toni Klement (rappreżentant: J. Weiser, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent), Bullerjan GmbH

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta’ Settembru 2015, Klement vs UASI – Bullerjan (Forma ta’ forn) (T-211/14, mhux ippubblikata, EU:T:2015:688), hija annullata.

2)

Il-kawża tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 68, 22.2.2016.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof – il-Ġermanja) – Bund Naturschutz in Bayern e.V., Harald Wilde vs Freistaat Bayern

(Kawża C-645/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Direttiva 2011/92/UE - Proġett suġġett għall-evalwazzjoni - Anness I, punt 7 - Ftehim Ewropew dwar l-Arterji Prinċipali tat-Traffiku Internazzjonali (AGR) - Twessigħ ta’ triq ta’ erba’ korsiji fuq tul ta’ inqas minn 10 kilometri))

(2017/C 030/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerischer Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bund Naturschutz in Bayern e.V., Harald Wilde

Konvenuta: Freistaat Bayern

fil-preżenza ta’: Stadt Nürnberg

Dispożittiv

1)

Il-punt 7(c) tal-Anness I, tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent ma jistax jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tkopri proġett ta’ żvilupp tat-toroq li, għalkemm jirrigwarda, bħal fil-kawża prinċipali, sezzjoni ta’ tul ta’ inqas minn 10 kilometri, jikkonsisti fi twessigħ jew żvilupp ta’ triq eżistenti f’erba’ korsiji jew iktar.

2)

Il-punt 7(b) tal-Anness I, tad-Direttiva 2011/92 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-“toroq li jgħaqqdu bliet direttament u bil-ħeffa”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, huma t-toroq li l-karatteristiċi tekniċi tagħhom huma dawk inklużi fid-definizzjoni mogħtija mill-Anness II, punt II. 3 tal-Ftehim Ewropew dwar l-Arterji Prinċipali tat-Traffiku Internazzjonali (AGR), iffirmat f’Ġinevra fil-15 ta’ Novembru 1975, għalkemm dawn it-toroq ma humiex komponenti tan-netwerk tal-arterji prinċipali tat-traffiku internazzjonali stabbilit minn dan il-ftehim jew jinsabu f’żoni mibnija.

3)

Il-kunċett ta’ “bini”, fis-sens tal-punt 7(b) tal-Anness I tad-Direttiva 2011/92, għandu jiġi interpretat bħala li jkopri l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet li ma kinux jeżistu qabel jew bidliet, fis-sens fiżiku, ta’ xogħlijiet li kienu diġà jeżistu. Sabiex jiġi evalwat jekk tali bidla tistax titqies bħala ekwivalenti, fil-portata u l-modalitajiet tagħha, għal tali bini, il-qorti tar-rinviju għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi kollha tax-xogħol ikkonċernat, u mhux biss it-tul tiegħu jew iż-żamma tar-rotta inizjali tagħha.


(1)  ĠU C 90, 7.3.2016.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Lohmann & Rauscher International GmbH & Co. KG vs BIOS Medical Services GmbH, li kienet BIOS Naturprodukte GmbH

(Kawża C-662/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Direttiva 93/42/KEE - Mezzi mediċi - Mezzi mediċi tal-Klassi I (faxex kirurġiċi) li kienu s-suġġett ta’ proċedura ta’ evalwazzjoni ta’ konformità mill-fabbrikant - Importazzjoni parallela - Żieda fuq it-tikketta tal-informazzjoni dwar l-importatur - Proċedura ta’ stima addizzjonali ta’ konformità))

(2017/C 030/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lohmann & Rauscher International GmbH & Co. KG

Konvenuta: BIOS Medical Services GmbH, li kienet BIOS Naturprodukte GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 1(2)(f) u l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, dwar mezzi mediċi, kif emendata bid-Direttiva 2007/47/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jimponux fuq importatur parallel ta’ mezz mediku, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jġib marka CE u li kien is-suġġett ta’ stima tal-konformità fis-sens tal-imsemmi Artikolu 11, l-obbligu li jwettaq stima ġdida intiża li tikkonferma l-konformità tal-informazzjoni li tippermetti li jiġi identifikat, li huwa jżid mat-tikketta ta’ dan il-mezz bil-għan li jitpoġġa fis-suq tal-Istat Membru ta’ importazzjoni.


(1)  ĠU C 118, 4.4.2016.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-152/16) (1)

((Nuqqas ta’ Stat - Regolament (KE) Nru 1071/2009 - Regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq - Artikolu 16(1) u(5) - Reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq - Nuqqas ta’ interkonnessjoni mar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħrajn))

(2017/C 030/16)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Hottiaux, aġent)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: D. Holderer, aġent)

Dispożittiv

1)

Peress li ma stabbilixxiex reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport tat-triq għalkollox konformi u interkonness mar-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri l-oħrajn, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 16(1) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE.

2)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 191, 30.5.2016.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Ottubru 2016 – Andrea Witzel, Jannis Witzel, Jazz Witzel vs Germanwings GmbH

(Kawża C-520/16)

(2017/C 030/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Andrea Witzel, Jannis Witzel u Jazz Witzel

Konvenuta: Germanwings GmbH

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ natura evitabbli jipprevedi biss li jkun hemm ċirkustanzi straordinarji jew li dan il-kunċett jipprevedi wkoll il-konsegwenzi ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, jiġifieri l-kanċellazzjoni jew id-dewmien twil?

2)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għall-ewwel domanda fis-sens li l-kunċett ta’ natura evitabbli jipprevedi d-dewmien: meta ċ-ċirkustanzi straordinarji jaffettwaw l-ajruplan li jwettaq it-titjira preċedenti għal dik inkwistjoni, it-trasportatur tal-ajru li jopera t-titjira għandu jkun meħtieġ li jsib ajruplan ieħor meta jseħħu ċirkustanzi straordinarji jew jista’ jistenna sakemm ikun ċert li dawn iċ-ċirkustanzi se jwasslu għal dewmien twil tat-titjira sussegwenti?

3)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għall-ewwel domanda fis-sens li l-kunċett ta’ natura evitabbli jipprevedi d-dewmien: is-sub-chartering ta’ ajruplan jikkostitwixxi miżura mhux raġonevoli meta l-ispiża tammonta għal madwar it-triplu ta’ dik tat-titjira kif prevista?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Ottubru 2016 – Ralf-Achim Vetter, Susanne Glang-Vetter, Anna Louisa Vetter, Carolin Marie Vetter vs Germanwings GmbH

(Kawża C-521/16)

(2017/C 030/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ralf-Achim Vetter, Susanne Glang-Vetter, Anna Louisa Vetter, Carolin Marie Vetter

Konvenuta: Germanwings GmbH

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ natura evitabbli jipprevedi biss li jkun hemm ċirkustanzi straordinarji jew li dan il-kunċett jipprevedi wkoll il-konsegwenzi ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, jiġifieri l-kanċellazzjoni jew id-dewmien twil?

2)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għall-ewwel domanda fis-sens li l-kunċett ta’ natura evitabbli jipprevedi d-dewmien: meta ċ-ċirkustanzi straordinarji jaffettwaw l-ajruplan li jwettaq it-titjira preċedenti għal dik inkwistjoni, it-trasportatur tal-ajru li jopera t-titjira għandu jkun meħtieġ li jsib ajruplan ieħor meta jseħħu ċirkustanzi straordinarji jew jista’ jistenna sakemm ikun ċert li dawn iċ-ċirkustanzi se jwasslu għal dewmien twil tat-titjira sussegwenti?

3)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għall-ewwel domanda fis-sens li l-kunċett ta’ natura evitabbli jipprevedi d-dewmien: is-sub-chartering ta’ ajruplan jikkostitwixxi miżura mhux raġonevoli meta l-ispiża tammonta għal madwar it-triplu ta’ dik tat-titjira kif prevista?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Ottubru 2016 – Hamamatsu Photonics Deutschland GmbH vs Hauptzollamt München

(Kawża C-529/16)

(2017/C 030/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hamamatsu Photonics Deutschland GmbH

Konvenut: Hauptzollamt München

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 28 et seq. tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2000 (2), jippermettu li jinżamm bħala l-valur għal skopijiet doganali, permezz tal-applikazzjoni ta’ ċavetta ta’ tqassim, prezz ta’ trasferiment miftiehem li jikkonsisti f’ammont inizjalment mitlub u ddikjarat u f’aġġustament b’rata fissa li saret wara t-tmiem tal-perijodu ta’ fatturazzjoni, u dan irrispettivament minn jekk, fi tmiem dan il-perijodu, il-persuna kkonċernata kinitx is-suġġett ta’ regolarizzazzjoni ta’ debitu jew ta’ kreditu?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv:

Jista’ il-valur għal skopijiet doganali jiġi eżaminat u stabbilit abbażi ta’ kalkolu semplifikat meta huma rikonoxxuti l-effetti ta’ aġġustamenti tal-prezzijiet mwettqa a posteriori (kemm ’il fuq u ’l isfel)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 10, p. 239.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Ottubru 2016 – Kevin Joseph Devine vs Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo SA

(Kawża C-538/16)

(2017/C 030/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Kevin Joseph Devine

Konvenuta: Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo SA

Domandi preliminari

1)

Il-punt 1(a) tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1512/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-espressjoni “fi kwistjonijiet relatati ma’ kuntratt” tkopri wkoll dritt għall-kumpens finanzjarju previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (2), invokat fir-rigward ta’ trasportatur tal-ajru effettiv li ma huwiex il-parti kontraenti l-oħra fil-kuntratt mal-passiġġier ikkonċernat?

2)

Fl-ipoteżi li l-punt 1 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 japplika:

Għandu jitqies li, fir-rigward ta’ trasport ta’ persuni mwettaq fuq żewġ titjiriet, mingħajr waqfa kunsiderevoli fl-ajruport ta’ konnessjoni, id-destinazzjoni finali tal-passiġġier hija l-post ta’ eżekuzzjoni fis-sens tat-tieni inċiż tal-punt 1(b) tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2004, ukoll meta d-dritt għall-kumpens finanzjarju previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 261/2004, invokat fir-rikors, ikun ibbażat fuq inċident li seħħ fl-ewwel parti tat-titjira u meta r-rikors ikun ippreżentat kontra t-trasportatur tal-ajru effettiv tal-ewwel titjira li ma huwiex il-parti kontraenti l-oħra fil-kuntratt ta’ trasport?


(1)  ĠU L 351, p. 1.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Ottubru 2016 – Richard Rodriguez Serin vs HOP!-Regional

(Kawża C-539/16)

(2017/C 030/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Richard Rodriguez Serin

Konvenuta: HOP!-Regional

Domandi preliminari

1)

Il-punt 1(a) tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-espressjoni “f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt” tkopri wkoll dritt għall-kumpens finanzjarju previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (2), invokat fir-rigward ta’ trasportatur tal-ajru effettiv li ma huwiex l-parti kontraenti l-oħra fil-kuntratt mal-passiġġier ikkonċernat?

2)

Fl-ipoteżi li l-punt 1 tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 japplika:

Għandu jitqies li, fir-rigward ta’ trasport ta’ persuni mwettaq fuq żewġ titjiriet, mingħajr waqfa kunsiderevoli fl-ajruport ta’ konnessjoni, id-destinazzjoni finali tal-passiġġier hija l-post ta’ eżekuzzjoni fis-sens tat-tieni inċiż tal-punt 1(b) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, anki meta d-dritt għall-kumpens finanzjarju previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004, invokat fir-rikors, ikun ibbażat fuq inċident li seħħ fl-ewwel parti tat-titjira u meta r-rikors ikun ippreżentat kontra t-trasportatur tal-ajru effettiv tal-ewwel titjira li ma huwiex il-parti kontraenti l-oħra fil-kuntratt ta’ trasport?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Mons (il-Belġju) fit-28 ta’ Ottubru 2016 – État belge vs Biologie Dr Antoine SPRL

(Kawża C-548/16)

(2017/C 030/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: État belge

Konvenuta: Biologie Dr Antoine SPRL

Domanda preliminari

Huwa kompatibbli mar-regoli ta’ stabbiliment tal-karta tal-bilanċi previsti bir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill, tal-25 ta’ Lulju 1978, dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (Direttiva 78/660/KEE, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 21), regoli li skonthom:

il-kontijiet annwali għandhom jagħtu stampa vera u ġusta tal-attiv u tal-passiv, tas-sitwazzjoni finanzjarja kif ukoll tal-qligħ u telf tal-kumpannija (Artikolu 2(3) tad-Direttiva);

il-provvedimenti għal riskji u spejjeż huma maħsuba sabiex ikopru telf jew djun li n-natura tagħhom hija mfissra b’mod ċar iżda li, fid-data tal-karta tal-bilanċ jidher li għandhom isiru, jew aktarx li għandhom isiru, jew huwa ċert li għandhom isiru iżda ma hemmx ċertezza dwar l-ammont tagħhom jew dwar id-data li fiha huma ser iseħħu (Artikolu 20(1) tad-Direttiva);

il-prinċipju ta’ prudenza għandu fi kwalunkwe każ jiġi osservat u b’mod partikolari:

profitti biss magħmula fid-data tal-karta tal-bilanċ jistgħu jkunu magħduda;

għandu jittieħed kont tar-riskji kollha prevedibbli u telf potenzjali li jinħolqu fil-kors tas-sena finanzjarja kkonċernata jew ta’ waħda ta’ qabel, anki jekk dawn ir-riskji jew telf isiru evidenti biss bejn id-data tal-karta tal-bilanċ u d-data li fiha hija titfassal (Artikolu 31(1)(ċ), (aa) u (bb) tad-Direttiva);

għandu jittieħed kont tad-dħul u l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu mas-sena finanzjarja, irrispettivament mid-data ta’ meta dawn id-dħul jew spejjeż ikunu riċevuti jew imħallsa (Artikolu 31(1)(d) tad-Direttiva);

il-komponenti tal-entrati tal-attiv u tal-passiv għandhom jiġu valutati separatament (Artikolu 31(1)(e) tad-Direttiva);

li kumpannija li toħroġ opzjoni tal-ishma tista’ tikkontabilizza fid-dħul il-prezz taċ-ċessjoni tal-imsemmija opzjoni matul is-sena finanzjarja fejn l-imsemmija opzjoni titneħħa jew fit-tmiem tal-perijodu ta’ validità tagħha sabiex jittieħed kont tar-riskju li l-emittent tal-opzjoni jidħol għalih wara l-impenn li huwa jieħu jew li ma jiħux matul is-sena finanzjarja fejn iċ-ċessjoni tal-opzjoni titwettaq u l-prezz tagħha jiġi akkwistat b’mod definittiv, bir-riskju li jassumi l-emittent tal-opzjoni jiġi valutat separatament permezz tal-kontabilizzazzjoni ta’ provvediment?


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria di Secondo Grado di Bolzano (l-Italja) fil-31 ta’ Ottubru 2016 – Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale Ufficio controlli di Bolzano vs Palais Kaiserkron Srl

(Kawża C-549/16)

(2017/C 030/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria di Secondo Grado di Bolzano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agenzia delle Entrate – Direzione provinciale Ufficio controlli di Bolzano

Konvenuta: Palais Kaiserkron Srl

Domanda preliminari

L-Artikolu 401 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li t-taxxa fuq il-valur miżjud u t-taxxa tal-boll (fuq kuntratti ta’ kiri ta’ proprjetà kummerċjali msemmija fl-Artikolu 40 tad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 131, tas-26 ta’ April 1986, u fl-Artikolu 5(1)(a bis) tal-ewwel parti tal-iskeda ta’ tariffi tiegħu) jistgħu jinġabru kumulattivament, jew inkella fis-sens li din l-aħħar taxxa għandha n-natura ta’ taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ?


(1)  ĠU L 347, p. 1.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi Baxxi) fil-31 ta’ Ottubru 2016 – J. Klein Schiphorst vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen

(Kawża C-551/16)

(2017/C 030/24)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: J. Klein Schiphorst.

Konvenut: Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen

Domandi preliminari

1)

Il-possibbiltà mogħtija mill-Artikolu 64(1), initio u punt (ċ), tar-Regolament Nru 883/2004 (1) tista’ tiġi eżerċitata, fid-dawl tal-Artikoli 63 u 7 tar-Regolament Nru 883/2004, tal-għan u tal-iskop tar-Regolament Nru 883/2004 kif ukoll tal-moviment liberu tal-persuni u tal-ħaddiema, billi bħala prinċipju tiġi rrifjutata kull talba għall-estensjoni tat-tul tal-esportazzjoni ta’ benefiċċji tal-qgħad, sakemm il-Uwv [Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen] ma jqisx li ċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ, pereżempju l-eżistenza ta’ prospettivi konkreti u perċettibbli ta’ impjieg, ma jippermettulux li raġonevolment jirrifjuta li jestendi t-tul tal-esportazzjoni?

Fil-każ ta’ risposta negattiva għal din id-domanda:

2)

Kif għandhom l-Istati Membri jeżerċitaw il-possibbiltà mogħtija mill-Artikolu 64(1), initio u punt (ċ), tar-Regolament Nru 883/2004?


(1)  Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammergericht Berlin (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Novembru 2016 – Doris Margret Lisette Mahnkopf

(Kawża C-558/16)

(2017/C 030/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Kammergericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Doris Margret Lisette Mahnkopf

Konvenut: Sven Mahnkopf

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament dwar is-suċċessjonijiet Ewropew (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament (“suċċessjonijiet minħabba mewt”) ikopri wkoll dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li, bħall-Artikolu 1371(1) tal-Bürgerliches Gesetzbuch (BGB) (kodiċi ċivili Ġermaniż), jirregolaw kwistjonijiet patrimonjali wara l-mewt ta’ konjuġi billi jżidu s-sehem legali tal-konjuġi l-ieħor?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-Artikoli 68(1) u 67(1) tar-regolament dwar is-suċċessjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li s-sehem tal-konjuġi superstiti jista’ jitniżżel integralment fiċ-ċertifikat Ewropew tas-suċċessjoni anki meta dan is-sehem jirriżulta parzjalment minn żieda tas-sehem legali applikabbli skont regola patrimonjali bħall-Artikolu 1371(1) BGB?

Fil-każ li r-risposta għandha, fil-prinċipju, tkun negattiva, huwa madankollu possibbli li, eċċezzjonalment, tingħata risposta fl-affermattiv

a)

meta ċ-ċertifikat tas-suċċessjoni jkun limitat għall-invokazzjoni tad-drittijiet tal-werrieta fi Stat Membru ieħor partikolari, fir-rigward ta’ beni tad-deċedut li jkunu jinsabu f’dan l-Istat Membru u

b)

meta d-deċiżjoni dwar is-suċċessjoni (Artikoli 4 u 21 tar-Regolament dwar is-suċċessjonijiet Ewropew) u, indipendentement mir-regoli ta’ kunflitt applikabbli, il-kwistjonijiet dwar ir-reġim patrimonjali tal-konjuġi jkollhom jiġu deċiżi konformement mal-istess dritt nazzjonali?

3)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel u għat-tieni domandi, l-Artikolu 68(1) tar-regolament dwar is-suċċessjonijiet għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sehem tas-suċċessjoni tal-konjuġi superstiti miżjud skont regola tar-reġim patrimonjali tal-konjuġi jista’ jitniżżel integralment fiċ-ċertifikat ta’ suċċessjoni Ewropew, iżda, minħabba din iż-żieda, biss bħala informazzjoni?


(1)  Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Lulju 2012, dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (ĠU L 201, p. 107).


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fl-14 ta’ Novembru 2016 – Grupo Norte Facility S.A. vs Angel Manuel Moreira Gómez

(Kawża C-574/16)

(2017/C 030/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Galicia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Grupo Norte Facility S.A.

Konvenut: Angel Manuel Moreira Gómez

Domandi preliminari

1)

Għall-finijiet tal-prinċipju ta’ ekwivalenza bejn ħaddiema temporanji u ħaddiema permanenti, għandu jitqies li x-xoljiment tal-kuntratt tax-xogħol minħabba “ċirkostanzi oġġettivi” skont l-Artikolu 49(1)(c) tar-Regolamenti tal-Ħaddiema [Estatuto de los Trabajadores] u x-xoljiment tal-kuntratt tax-xogħol minħabba “raġunijiet oġġettivi” previsti fl-Artikolu 52 tal-imsemmija regolamenti jikkostitwixxu “sitwazzjonijiet paragunabbli” u li, għaldaqstant, il-kumpensi differenti mħallsa f’każ jew f’ieħor jikkostitwixxu differenza fit-trattament bejn ħaddiema temporanji u ħaddiema permanenti li hija pprojbita mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE (1), tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva, hemm lok li jitqies li l-għanijiet ta’ politika soċjali li ġġustifikaw il-ħolqien tal-“contrato de relevo” jiġġustifikaw ukoll, skont il-Klawżola 4(1) tal-Ftehim Qafas iċċitat iktar ’il fuq, id-differenza fit-trattament li tikkonsisti fil-ħlas ta’ kumpens għax-xoljiment tal-kuntratt tax-xogħol li jkun inqas favorevoli fil-każ li l-impriża tiddeċiedi liberament li l-imsemmi “contrato de relevo” jkun għal żmien determinat?

3)

Għall-finijiet li tiġi ggarantita l-effettività tad-Direttiva 1999/70, fl-assenza ta’ ġustifikazzjoni raġonevoli konformi mal-Klawżola 4(1), [tal-istess direttiva]. id-differenza fit-trattament bejn ħaddiema temporanji u ħaddiema permanenti, prevista fil-leġiżlazzjoni Spanjola msemmija iktar ’il fuq, fir-rigward tal-kumpens imħallas fil-każ tax-xoljiment tal-kuntratt, tikkostitwixxi diskriminazzjoni pprojbita mill-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea sa fejn din tmur kontra l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni, li jifformaw parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/22


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2016 minn Sun Pharmaceutical Industries Ltd, li kienet Ranbaxy Laboratories Ltd, Ranbaxy (UK) Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-8 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-460/13, Sun Pharmaceutical Industries Ltd, li kienet Ranbaxy Laboratories Ltd, Ranbaxy (UK) Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-586/16 P)

(2017/C 030/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Sun Pharmaceutical Industries Ltd, li kienet Ranbaxy Laboratories Ltd, Ranbaxy (UK) Ltd (rrappreżentata minn: R. Vidal, A. Penny, Solicitors, B. Kennelly QC, Barrister)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-460/13 sa fejn din tiċħad ir-rikors tagħhom għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-19 ta’ Ġunju 2013 fil-Każ COMP/39226 – Lundbeck (citalopram), li sabet ksur minħabba l-għan tal-Artikolu 101(1) TFUE u tal-Artikolu 53 ŻEE, sa fejn din tirrigwarda lill-appellanti;

Tannulla l-Artikolu 1(4) tad-Deċiżjoni sa fejn dan jirrigwarda lill-appellanti;

Tannulla l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni sa fejn dan jimponi multi fuq l-appellanti jew, sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tal-multa; u

Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż legali u għal spejjeż oħra tal-appellanti fir-rigward ta’ din il-kwistjoni u kwalunkwe miżura oħra li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis xierqa.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat it-test biex jintwera ksur tal-Artikolu 101(1) “minħabba l-għan” stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Qorti tal-Ġustizzja”) fil-kawża Cartes Bancaires vs Il-Kummissjoni C-67/13 P, ECLI: UE:C:2014:2204 (iktar ’il quddiem “Cartes Bancaires”). Il-ftehim bejn l-appellanti u H. Lundbeck A/S (iktar ’il quddiem “Lundbeck”) li daħal fis-seħħ fis-16 ta’ Ġunju 2002 (iktar ’il quddiem il-“Ftehim”2) ma kienx min-natura tiegħu stess ta’ ħsara għall-kompetizzjoni. L-għan tiegħu kien prima facie li tiġi solvuta tilwima dwar privattiva bejn l-appellanti u Lundbeck. Jekk il-Ftehim kienx effettivament ta’ ħsara għall-kompetizzjoni kien jirrikjedi li l-Kummissjoni teżamina l-effetti tiegħu.

2.

Il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali li tgħid li kien hemm, fiż-żmien meta ntlaħaq il-Ftehim, “kompetizzjoni potenzjali” materjal bejn l-appellanti u Lundbeck, manifestament żnaturat il-provi tal-proċess. Il-Kummissjoni kienet obbligata li tipprova b’mod oġġettiv li l-appellanti kellha possibbiltà reali u konkreta li tidħol fis-suq b’mod ekonomikament vijabbli. L-evidenza wriet li (a) tali dħul ma kienx possibbiltà reali jew konkreta, kemm oġġettivament kif ukoll f’termini ta’ vijabbiltà ekonomika, qabel l-iskadenza tal-Ftehim; u (b) fin-negozjati li wasslu għall-Ftehim, l-appellanti ma kellha ebda inċentiv li tgħid il-verità fir-rigward tal-fatt li kienet lesta li tidħol fis-suq u ingannat lil Lundbeck biex taqbel kemm li tipprovdi l-prodott tagħha stess lill-appellanti bi prezz skontat kif ukoll li tagħmel ħlas lill-appellanti. Dan fil-fatt ippermetta li l-appellanti tidħol fis-suq immedjatament, ħaġa li kruċjalment ma setgħetx altrimenti tagħmel. Il-Qorti Ġenerali naqset milli tiħu inkunsiderazzjoni distinzjoni ewlenija bejn l-appellanti u l-manifatturi ġeneriċi l-oħra li daħlu fi ftehimiet ma Lundbeck, li hija li l-appellanti ma kellha l-ebda possibbiltà reali u konkreta li tikseb awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq fit-terminu tal-Ftehim.

3.

Fi kwalunkwe każ, ma kellha tiġi imposta l-ebda sanzjoni fuq l-appellanti. Fiż-żmien tal-Ftehim, il-Linji Gwida tal-Kummissjoni ma kinux jipprevedu li tali ftehim jikkostitwixxi ksur “minħabba l-għan”. Kien każ ġdid li fih Lundbeck kelha, prima facie, protezzjoni minn kompetizzjoni fil-forma tal-privattivi tagħha u ta’ ostakoli regolatorji fejn l-appellanti fil-fatt tejjbet il-kapaċità tagħha li tikkompeti ma’ Lundbeck fis-suq rilevanti, billi kisbet provvisti skontati tal-prodott ta’ Lundbeck li fuqhom l-appellanti setgħet twaħħal it-tikketta tagħha stess. Is-sanzjoni imposta fuq l-appellanti injorat il-karattru ġdid tal-ksur u d-dewmien mhux raġonevoli tal-Kummissjoni: l-appellanti setgħet tiġi faċilment avżata dwar l-investigazzjoni aktar minn ħames snin qabel l-avviż effettiv.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/23


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2016 minn Generics (UK) Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-8 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-469/13, Generics (UK) vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-588/16 P)

(2017/C 030/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Generics (UK) Ltd (rrappreżentata minn: I. Vandenborre, avukat, T. Goetz, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza jew tadotta kull azzjoni oħra hekk kif teħtieġ il-ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-ewwel aggravju. Il-Qorti Ġenerali naqset milli turi li l-Ftehimiet ta’ soluzzjoni jikkostitwixxu ksur “minħabba l-għan”, fis-sens tas-sentenza Cartes Bancaires. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali ma tispjegax kif il-Ftehimiet ta’ soluzzjoni juru, fihom innifishom, grad suffiċjenti ta’ ħsara għall-kompetizzjoni mingħajr il-ħtieġa li jiġu evalwati l-effetti attwali u potenzjali tagħhom. Minflok, il-Qorti Ġenerali tesprimi dubju u inċertezza fir-rigward tal-punti kritiċi tal-analiżi tal-Ftehimiet ta’ soluzzjoni.

2.

It-tieni aggravju. L-evidenza li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali ma tissodisfax ir-rekwiżit ta’ prova preċiża, affidabbli, konsistenti u komprensiva, li l-Qorti tal-Ġustizzja identifikat bħala neċessarji sabiex jiġi ssodisfatt l-oneru tal-prova ta’ ksur “minħabba l-għan”.

3.

It-tielet aggravju. Il-Qorti Ġenerali tinverti l-oneru tal-prova meta timponi fuq Generics (UK) ir-rekwiżit li turi li ċertament kien ikun hemm litigazzjoni fil-każ ta’ tnedija b’riskju, u li Generics (UK) kienet ċertament titlef il-litigazzjoni, biex issostni l-legalità tal-Ftehimiet ta’ soluzzjoni.

4.

Ir-raba’ aggravju. Il-Qorti Ġenerali naqset milli twettaq stħarriġ sħiħ taċ-ċaħda tal-applikabbiltà tal-Artikolu 101(3) TFUE mill-Kummissjoni.

5.

Il-ħames aggravju. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta applikat is-setgħat tagħha ta’ stħarriġ ġudizzjarju ultra vires fl-istabbiliment ta’ ksur ġdid tal-Artikolu 101(1) TFUE li ma kienx inkluż fid-Deċiżjoni u meta ssostitwixxiet il-konstatazzjonijiet tagħha għal dawk tal-Kummissjoni.

6.

Is-sitt aggravju. Il-Qorti Ġenerali ma identifikatx provi ċari, preċiżi u konkordanti sabiex tiġġustifika l-konstatazzjoni li Generics (UK) wettqet l-allegat ksur intenzjonalment jew b’negliġenza kif meħtieġ skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1), tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/24


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-590/16)

(2017/C 030/29)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Flavia Tomat u Aikaterini Kyratsou, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

Tiddikjara li, skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, billi adottat u żammet fis-seħħ leġiżlazzjoni li tippermetti l-provvista ta’ prodotti petroliferi mingħajr l-applikazzjoni ta’ dazji tas-sisa fl-istazzjonijiet ta’ servizz tal-kumpannija “Hellenic Duty Free Shops SA” fil-qsim tal-fruntiera ta’ Kipoi fuq ix-xmara Evros, Kakavia u Euzone, li jinsabu lkoll f’żoni li jmissu ma’ pajjiżi terzi – speċifikament, mat-Turkija, mal-Albanija u mal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja – ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha imposti fuqha skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2008/118/KE (1);

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

Skont l-opinjoni motivata tal-1 ta’ Settembru 2014 mibgħuta mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet Elleniċi, bl-approvazzjoni tal-provvista, fl-istazzjonijiet ta’ servizz tal-kumpannija “Hellenic Duty Free Shops SA”, fil-qsim tal-fruntiera ta’ Kipoi fuq ix-xmara Evros, Kakavia u Euzone, ta’ prodotti petroliferi li għalihom ma humiex applikati dazji tas-sisa, il-Greċja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha imposti fuqha skont id-Direttiva 2008/118 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa, sa fejn hija ma tqisx li tali provvista tikkostitwixxi provvista reali ta’ prodotti għall-konsum. Il-provvista diretta ta’ karburant lill-vetturi f’dawn l-istazzjonijiet tikkostitwixxi provvista għall-konsum u hija suġġetta għad-dazju tas-sisa.

2.

Il-każijiet ta’ deroga mir-regola ta’ prinċipju li skontha t-taxxa ssir eliġibbli fl-Istat Membru fejn isir il-konsum, huma espressament indikati mil-legiżlatur tal-Unjoni. L-applikazzjoni tal-proċeduri ssemplifikati għall-esportazzjoni f’pajjiż terz għall-provvista tal-prodotti petroliferi suġġetti għad-dazju tas-sisa tmur kontra d-Direttiva 2008/118, sa fejn din ma tidħolx fl-ambitu ta’ applikazzjoni ta’ waħda mid-dispożizzjonijiet rilevanti tagħha.


(1)  ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/25


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2016 minn H. Lundbeck A/S, Lundbeck Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-8 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-472/13, H. Lundbeck A/S, Lundbeck Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-591/16 P)

(2017/C 030/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: H. Lundbeck A/S, Lundbeck Ltd (rappreżentanti: R. Subiotto QC, Barrister, T. Kuhn, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, European Federation of Pharmaceutical Industries and Associations (EFPIA)

Talbiet

Tannulla, kompletament jew parzjalment, is-sentenza;

Tannulla d-Deċiżjoni sa fejn din tapplika għall-appellanti jew, sussidjarjament, tannulla l-multi imposti fuq l-appellanti skont id-Deċiżjoni jew, iktar sussidjarjament, tnaqqas sostanzjalment il-multi imposti fuq l-appellanti skont id-deċiżjoni;

Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż legali u għal spejjeż oħra tal-appellanti fir-rigward ta’ dawn il-proċeduru u tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali;

Jekk meħtieġ, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi bi qbil mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja;

Tadotta kwalunkwe miżura oħra li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis xierqa.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-ewwel aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonfermat il-konklużjoni tal-Kummissjoni li tgħid li l-Ftehimiet kellhom bħala għan li jirrestrinġu l-kompetizzjoni. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li Ftehim jirrestrinġi l-kompetizzjoni minħabba l-għan anki jekk jaqa taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-privattivi ta’ Lundbeck tal. Tali ftehim ma jistax jitqies, min-natura tiegħu stess, bħala ta’ ħsara għall-kompetizzjoni, peress li jinkludi restrizzjonijiet paragunabbli għal dawk li d-detentur tal-privattiva seta’ jikseb permezz ta’ deċiżjonijiet tal-qorti li jinfurzaw il-privattivi tiegħu. Sempliċi ħlas ma jistax ibiddel ftehim li altrimenti huwa leġittimu u mingħajr problemi, bħal ftehim ta’ soluzzjoni dwar privattivi, fi ftehim li jikkawża restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan. Bħala riżultat, il-Ftehim GUK UK, li ġie meqjus mill-Qorti Ġenerali bħala li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-privattivi ta’ Lundbeck tal, ma kellux jitqies bħala li jirrestrinġu l-kompetizzjoni minħabba l-għan. L-istess konklużjoni tgħodd għall-ħames ’il Ftehimiet l-oħra, minħabba li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkwalifikathom bħala li jmorru lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-privattivi ta’ Lundbeck.

Permezz tat-tieni aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli tapplika t-test ġuridiku korrett biex tevalwa jekk ħamsa mis-sitt Ftehimiet kinux jinkludu restrizzjonijiet li jmorru lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-privattivi ta’ Lundbeck. Il-Qorti Ġenerali messha evalwat jekk kienx hemm “qbil tal-intenzjonijiet” [meeting of minds] skont it-tifsira tal-Artikolu 101 TFUE bejn Lundbeck u kull waħda mill-kumpanniji tal-grupp Generics dwar il-fatt li l-Ftehim(iet) rilevanti kollha, bl-eċċezzjoni tal-Ftehim GUK UK, kienu jimponu restrizzjonijiet li jmorru lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-privattivi ta’ Lundbeck. Applikazzjoni ta’ dan it-test twassal għall-konklużjoni legali inevitabbli li l-Ftehimiet kienu jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-privattivi ta’ Lundbeck.

Permezz tat-tielet aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li, anki li kieku l-klassifikazzjoni legali tal-Qorti Ġenerali li ħamsa, jew inqas, mis-sitt Ftehimiet kienu jmorru lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-privattivi ta’ Lundbeck kienet korretta, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-Ftehimiet li jmorru lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-privattivi jirrestrinġu l-kompetizzjoni minħabba l-għan. Fil-kuntest ekonomiku u legali tagħhom, il-Ftehimiet ma kinux, min-natura tagħhom stess, ta’ ħsara għall-kompetizzjoni u ma humiex paragunabbli għal ftehimiet dwar tqassim tas-suq, u l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi peress li naqset milli tevalwa l-kontrofattwali.

Permezz tar-raba’ agravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-provi, u pprovdiet motivazzjoni kontradittorji meta kkonfermat il-konklużjoni tal-Kummissjoni li tgħid li Lundbeck u Generics kienu kompetituri attwali jew potenzjali fiż-żmien tal-Ftehimiet, irrispettivament minn jekk il-prodotti ta’ Generics kinux jiksru l-privattivi ta’ Lundbeck. L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi peress li injorat l-eżistenza ta’ ostakli legali, jiġifieri l-privattivi ta’ Lundbeck, li kienu jostakolaw id-dħul fis-suq ta’ Generics bil-prodotti citalopram li kienu jiksru l-privattiva. It-tieni nett, il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li tgħid li Lundbeck kellha dubji dwar il-validità tal-privattivi tagħha hija vvizzjata bi żball ta’ liġi, bi żball manifest fl-evalwazzjoni tal-provi u b’motivazzjoni kontradittorja. It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li provi datati wara l-konklużjoni tal-Ftehimiet, iżda li madankollu f’ħafna każijiet kienu datati qabel l-iskadenza tal-Ftehimiet, ma jistagħux ikunu deċiżivi fl-evalwazzjoni ta’ jekk il-kumpanniji tal-grupp Generics kinux kompetituri potenzjali ta’ Lundbeck. Dawn id-dokumenti jinkludu evidenza xjentifika li il-kumpanniji tal-grupp Generics jew il-produtturi tagħhom ta’ ingredjenti farmaċewtiċi attivi kisru l-privattivi ta’ Lundbeck, ordnijiet preliminari jew forom oħra ta’ miżuri provviżorji mill-qrati nazzjonali favur Lundbeck kontra l-prodotti citalopram bbażati fuq l-ingredjenti farmaċewtiċi attivi użati minn uħud mill-kumpanniji tal-grupp Generics, u konferma tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (iktar ’il quddiem l-“EPO”) dwar il-validità tal-privattiva dwar il-kristallizzazzjoni ta’ Lundbeck dwar l-aspetti rilevanti kollha, li fir-rigward tas-saħħa tagħha l-Kummissjoni kellha dubji. Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u naqset milli tagħti motivazzjoni meta kkonstatat li kull waħda mill-kumpanniji tal-grupp Generics kellhom possibiltajiet reali u konkreti li jidħlu fis-suq mingħajr ma evalwat b’mod xieraq jekk dawn setgħux jagħmlu dan bi citalopram li ma jiksirx il-privattiva.

Permezz tal-ħames aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonfermat l-impożizzjoni ta’ multi fuq Lundbeck mill-Kummissjoni. L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta applikat ħażin l-istandard għall-ħtija. It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonfermat il-konklużjoni tal-Kummissjoni li tgħid li Lundbeck ma setgħetx ma kinitx konxja tan-natura antikompetittiva tal-aġir tagħha. It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ nonretroattività meta kkonfermat l-impożizzjoni ta’ multa li kienet iktar milli multa simbolika.

Permezz tas-sitt aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu, sussidjarjament, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u naqset milli tipprovdi motivazzjoni xierqa meta kkonfermat il-kalkolu tal-Kummissjoni tal-multi imposti fuq l-appellanti. Il-valur tal-bejgħ li fuqu huma bbażati l-multi jinkludi l-bejgħ ta’ Lundbeck f’ċerti Stati Membri taż-ŻEE fejn il-kumpanniji tal-grupp Generics kienu effettivament preklużi milli jidħlu għaliex kisbu awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq (iktar ’il quddiem “ATS”) biss wara l-iskadenza tal-Ftehim jew, fir-rigward tal-Awstrija, minħabba li l-privattiva dwar il-molekuli citalopram ta’ Lundbeck kienet għadha fis-seħħ għal parti sinjifikattiva tat-termini tal-Ftehimiet. Barra minn hekk, il-każ jiġġustifika l-applikazzjoni ta’ perċentwali minħabba l-gravità iktar baxxa, b’mod partikolari peress li l-Ftehimiet ma humiex paragunabbli ma’ kartelli u l-portata ġeografika effettiva tagħhom kienet ferm iktar limitata mill-ambitu ġeografiku litterali tagħhom.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/26


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2016 minn Viktor Fedorovych Yanukovych mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fil-15 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-346/14, Yanukovych vs Il-Kunsill

(Kawża C-598/16 P)

(2017/C 030/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Viktor Fedorovych Yanukovych (irrappreżentat minn: T. Beazley QC)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) tal-15 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-346/14 sa fejn speċifikat fl-appell, jiġifieri l-punti 2 u 4 tad-dispożittiv ta’ dik is-sentenza

tilqa’ t-talbiet tal-appellant fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali sa fejn speċifikat hawn taħt, jiġifieri:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/143, tad-29 ta’ Jannar 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK (1) (iktar ’il quddiem ti-“tieni deċiżjoni li temenda”);

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364, tal-5 ta’ Marzu 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK (2), u;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357, tal-5 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014 (3);

sa fejn dawn il-miżuri jikkonċernaw lill-appellant; u

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-appell u tar-rikors għal annullament fin-nota ta’ adattament.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-kriterju ta’ inklużjoni fil-lista previst fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, kif emendata mit-tieni deċiżjoni li temenda, huwa kompatibbli mal-għanijiet tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni kif previsti fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Il-Qorti Ġenerali naqset milli tirrikonoxxi li l-allegati atti ta’ misapproprjazzjoni ta’ fondi tal-Istat għandhom, minn tal-inqas, ikunu s-suġġett ta’ prosekuzzjoni jew proċeduri ġudizzjarji oħra li jkunu għadhom għaddejjin fil-pajjiż ikkonċernat, f’ċirkustanzi fejn, bħal f’dan il-każ, hemm provi kredibbli li l-pajjiż inkwistjoni ma għandux rekord konsistenti u xieraq ta’ osservanza tal-prinċipji fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem jew ta’ osservanza tal-Istat ta’ dritt.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta (1) nuqqas milli tiddeċiedi li kien hemm provi kredibbli li l-Ukraina ma għandhiex rekord konsistenti u xieraq ta’ osservanza tad-drittijiet tal-bniedem jew ta’ osservanza tal-Istat ta’ dritt u (2) billi ddeskriviet lil ċerti awtoritajiet Ukreni li fuq il-provi tagħhom il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea bbaża ruħu bħala “awtorità ġudizzjarja superjuri”. Il-Qorti Ġenerali żbaljat ukoll meta ma pprovdiet ebda motivazzjoni fir-rigward tal-opinjoni tagħha dwar (1) u (2).

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi (1) meta ddeċidiet li l-inklużjoni ta’ isem l-appellanti fil-lista, abbażi ta’ ittra tat-30 ta’ Diċembru 2014 mibgħuta mill-awtoritajiet Ukreni, hija konformi mal-kriterju ta’ inklużjoni fil-lista u (2) meta ddeċidiet li ma kienx hemm żball manifest ta’ evalwazzjoni mill-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni tal-appellant fil-lista.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/143, tad-29 ta’ Jannar 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2015, L 24, p. 16).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364, tal-5 ta’ Marzu 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2015, L 62, p. 25).

(3)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357, tal-5 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2015, L 62, p. 1).


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/27


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2016 minn Oleksandr Viktorovych Yanukovych mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fil-15 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-348/14, Yanukovych vs Il-Kunsill

(Kawża C-599/16 P)

(2017/C 030/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Oleksandr Viktorovych Yanukovych (irrappreżentati minn: T. Beazley QC)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kumissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) tal-15 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-348/14 sa fejn speċifikat fl-appell, jiġifieri l-punti 2 u 4 tad-dispożittiv ta’ dik is-sentenza;

tilqa’ t-talbiet tal-appellant fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali sa fejn speċifikat hawn taħt, jiġifieri:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/143, tad-29 ta’ Jannar 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK (1) (iktar ’il quddiem ti-“tieni deċiżjoni li temenda”);

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364, tal-5 ta’ Marzu 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK (2), u;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357, tal-5 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014 (3);

sa fejn dawn il-miżuri jikkonċernaw lill-appellant; u

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-appell u tar-rikors għal annullament fin-nota ta’ adattament.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-kriterju ta’ inklużjoni fil-lista previst fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, kif emendata mit-tieni deċiżjoni li temenda, huwa kompatibbli mal-għanijiet tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni kif previsti fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Il-Qorti Ġenerali naqset milli tirrikonoxxi li l-allegati atti ta’ misapproprjazzjoni ta’ fondi tal-Istat għandhom, minn tal-inqas, ikunu s-suġġett ta’ prosekuzzjoni jew proċeduri ġudizzjarji oħra li jkunu għadhom għaddejjin fil-pajjiż ikkonċernat, f’ċirkustanzi fejn, bħal f’dan il-każ, hemm provi kredibbli li l-pajjiż inkwistjoni ma għandux rekord konsistenti u xieraq ta’ osservanza tal-prinċipji fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem jew ta’ osservanza tal-Istat ta’ dritt.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta (1) nuqqas milli tiddeċiedi li kien hemm provi kredibbli li l-Ukraina ma għandhiex rekord konsistenti u xieraq ta’ osservanza tad-drittijiet tal-bniedem jew ta’ osservanza tal-Istat ta’ dritt u (2) billi ddeskriviet lil ċerti awtoritajiet Ukreni li fuq il-provi tagħhom il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea bbaża ruħu bħala “awtorità ġudizzjarja superjuri”. Il-Qorti Ġenerali żbaljat ukoll meta ma pprovdiet ebda motivazzjoni fir-rigward tal-opinjoni tagħha dwar (1) u (2).

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi (1) meta ddeċidiet li l-inklużjoni ta’ isem l-appellanti fil-lista, abbażi ta’ ittra tat-30 ta’ Diċembru 2014 mibgħuta mill-awtoritajiet Ukreni, hija konformi mal-kriterju ta’ inklużjoni fil-lista u (2) meta ddeċidiet li ma kienx hemm żball manifest ta’ evalwazzjoni mill-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni tal-appellant fil-lista.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/143, tad-29 ta’ Jannar 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2015, L 24, p. 16).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364, tal-5 ta’ Marzu 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2015, L 62, p. 25).

(3)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357, tal-5 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2015, L 62, p. 1).


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/28


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 minn National Iranian Tanker Company mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-14 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-207/15, National Iranian Tanker Company vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-600/16 P)

(2017/C 030/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: National Iranian Tanker Company (rappreżentanti: T. de la Mare QC, M. Lester QC, J. Pobjoy, barristers, R. Chandrasekera, S. Ashley, C. Murphy, solicitors)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-207/15, National Iranian Tanker Company vs Il-Kunsill;

tilqa’ t-talbiet imressqa mill-appellanti fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, b’mod partikolari:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/236, tat-12 ta’ Frar 2015 (1), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/230, tat-12 ta’ Frar 2015 (2), sa fejn japplikaw għall-appellanti;

sussidjarjament, tikkonstata li kemm l-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010 (3) (kif emendata), kif ukoll l-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012 (4) (kif emendat), ma humiex applikabbli sa fejn jikkonċernaw lill-appellanti, minħabba l-illegalità tagħhom; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-appell u tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka erba’ aggravji.

1.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball billi qieset li d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/236, tat-12 ta’ Frar 2015, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/230, tat-12 ta’ Frar 2015, ma jiksrux il-prinċipji ta’ awtorità ta’ res judicata, ta’ ċertezza legali, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ finalità, jew id-dritt għal rimedju effettiv stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball billi qieset li l-kriterji ta’ deżinjazzjoni kienu sodisfatti fil-każ tal-appellanti.

3.

It-tielet aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball billi qieset li l-indħil fid-drittijiet fundamentali tal-appellanti kien proporzjonat.

4.

Ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball billi ċaħdet l-argument sussidjarju tal-appellanti li jgħid li interpretazzjoni wiesgħa tal-kriterju ta’ deżinjazzjoni tirrendi dan tal-aħħar sproporzjonat.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/236, tat-12 ta’ Frar 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2015, L 39, p. 18).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/230, tat-12 ta’ Frar 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2015, L 39, p. 3).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU 2010, L 195, p. 39).

(4)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU 2012, L 88, p. 1).


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/29


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 minn Arrow Group ApS, Arrow Generics Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-8 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-467/13, Arrow Group ApS, Arrow Generics Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-601/16 P)

(2017/C 030/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Arrow Group ApS, Arrow Generics Ltd (rappreżentanti: C. Firth, S. Kon, C. Humpe, Solicitors)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-8 ta’ Settembru 2016, fil-Kawża T-467/13 u/jew tannulla l-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3803 finali, tad-19 ta’ Ġunju 2013, fil-Każ AT.39226—Lundebeck sa fejn dawn jirrigwardaw lil Arrow; jew

sussidjarjament, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-8 ta’ Settembru 2016, fil-Kawża T-467/13 u tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali; jew

b’mod sussidjarju finali, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-8 ta’ Settembru 2016, fil-Kawża T-467/13 sa fejn is-sentenza kkonfermat il-multa imposta fuq Arrow skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3803 finali fir-rigward tal-Ftehimiet tar-Renju Unit u tad-Danimarka jew tnaqqas l-ammont ta’ tali multa; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ Arrow.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju: Il-Qorti Ġenerali applikat it-test rilevanti għal kompetizzjoni potenzjali b’mod żbaljat:

1.

L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali qalbet l-oneru tal-prova fuq Arrow u ħelset lill-Kummissjoni mill-obbligu tagħha li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ kompetizzjoni potenzjali.

2.

It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta dderivat l-eżistenza ta’ kompetizzjoni potenzjali minn sensiela ta’ ipoteżijiet b’mod kuntrarju għall-prinċipju li kompetizzjoni potenzjali teħtieġ l-eżistenza ta’ possibbiltà reali u kontreta ta’ dħul.

3.

It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali tat importanza mhux dovuta lill-intenzjoni ta’ Lundbeck u evalwat b’mod żbaljat l-importanza evidenzjali ta’ fatti li seħħew wara li l-Ftehimiet ġew iffirmati.

4.

Ir-raba’ nett, il-Qorti Ġenerali naqset milli tikkunsidra r-rilevanza u l-impatt tas-sentenza Paroxetine tal-qorti Ingliża.

5.

Il-ħames nett, il-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat idderivat l-eżistenza ta’ kompetizzjoni potenzjali mill-fatt li Arrow kienet ħadet passi sabiex tipprepara għad-dħul fis-suq.

6.

Is-sitt nett, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta applikat preżunzjoni ta’ invalidità provviżorja u nuqqas ta’ ksur tal-privattivi ta’ Lundbeck.

It-tieni aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ddeċidiet li l-ftehimiet ta’ tranżazzjoni fil-qasam tal-privattivi kellhom l-għan li jirrestrinġu l-kompetizzjoni:

1.

L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali injorat il-fatt li ftehim li huwa “sempliċement kapaċi” li jirrestrinġi l-kompetizzjoni ma huwiex ksur minħabba l-għan.

2.

It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali żvijat lilha nnifisha meta kkategorizzat il-Ftehimiet bħala li essenzjalment huma ftehimiet ta’ esklużjoni mis-suq.

3.

It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat ikkonkludiet li l-Kummissjoni setgħet tistabbilixxi l-għan antikompetittiv tal-Ftehimiet mingħajr ma jkollha għalfejn tikkunsidra s-sitwazzjoni li kienet tipprevali fil-każ ta’ assenza tal-ftehimiet.

It-tielet aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta aċċettat il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li Arrow aġixxiet b’intenzjoni jew b’negliġenza meta wettqet il-ksur allegat u ebda multa ma kellha tiġi imposta.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/31


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-111/14, Unitec Bio vs Il-Kunsill

(Kawża C-602/16 P)

(2017/C 030/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Marcos Fraile, aġent, N. Tuominen, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Unitec Bio SA, Il-Kummissjoni Ewropea, European Biodiesel Board (EBB)

Talbiet

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-15 ta’ Settembru 2016, u nnotifikata lill-Kunsill fis-16 ta’ Settembru 2016, fil-Kawża T-111/14, Unitec Bio SA vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

tiċħad ir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza u intiż għall-annullament tar-regolament ikkontestat; u

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza sabiex tbati l-ispejjeż relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza u mal-proċedura ta’ appell sostnuti mill-Kunsill.

Sussidjarjament:

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid;

tirriżerva l-ispejjeż relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza u mal-proċedura ta’ appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali applikat kriterju legali żbaljat sabiex tiddetermina jekk il-Kunsill kellhiex provi li jippermettulha tiddeċiedi li l-prezzijiet interni tal-materji primi li jinsabu fir-reġistri tal-esportaturi Arġentini kkonċernati kienu s-suġġett ta’ distorsjonijiet suffiċjenti sabiex jkun iġġustifikat li dawn ma jittieħdux inkunsiderazzjoni u li l-Kunsill jirrikorri għall-metodu previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku (1). B’hekk, il-Qorti Ġenerali imponiet fuq l-istituzzjoni oneru tal-prova tqil wisq.

2.

Fit-tieni lok, il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li tgħid li l-provi prodotti mill-istituzzjonijiet ma kinux biżżejjed sabiex juru li kienet teżisti distorsjoni sinjifikattiva tal-prezzijiet tal-materji primi ewlenin fl-Arġentina imputabbli lis-sistema ta’ TDE ma hijiex motivata b’mod korrett.

3.

Fit-tielet lok, id-dispożittiv tas-sentenza appellata li jannulla d-dazji antidumping sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti fl-ewwel istanza huwa sproporzjonat meta mqabbel mal-uniku motiv ta’ annullament eżaminat mill-Qorti Ġenerali u jagħti effetti mhux xierqa lill-illegalità kkonstatata.

4.

Il-Kunsill ser juri li s-sentenza appellata hija vvizzjata b’varji żbalji ta’ liġi li jaffettwaw il-validità tagħha. Il-Kunsill isostni barra minn hekk li l-fatti invokati fl-ewwel motiv imqajjem mir-rikorrenti fl-ewwel istanza huma stabbiliti suffiċjentement sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tiddeċiedi fuq dan il-motiv u tiċħad ir-rikors.

5.

Għaldaqstant, il-Kunsill jitlob bir-rispett li s-sentenza appellata tiġi annullata u li r-rikors għall-annullament tar-regolament ikkontestat ippreżentat mir-rikorrenti fl-ewwel istanza jiġi miċħud.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 2009, L 343, p. 51, iktar ’il quddiem ir-“Regolament bażiku”).


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/32


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-139/14, PT Wilmar Bioenergi Indonesia u PT Wilmar Nabati Indonesia vs Il-Kunsill

(Kawża C-603/16 P)

(2017/C 030/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Marcos Fraile, aġent, N. Tuominen, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: PT Wilmar Bioenergi Indonesia, PT Wilmar Nabati Indonesia, Il-Kummissjoni Ewropea, European Biodiesel Board (EBB)

Talbiet

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-15 ta’ Settembru 2016, u nnotifikata lill-Kunsill fis-16 ta’ Settembru 2016, fil-Kawża T-139/14, PT Wilmar Bioenergi Indonesia u PT Wilmar Nabati Indonesia vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

tiċħad ir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza u intiż għall-annullament tar-regolament ikkontestat; u

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza sabiex ibatu l-ispejjeż relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza u mal-proċedura ta’ appell sostnuti mill-Kunsill.

Sussidjarjament:

tibgħat lura l-kawżi quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid;

tirriżerva l-ispejjeż relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza u mal-proċedura ta’ appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali applikat kriterju legali żbaljat sabiex tiddetermina jekk il-Kunsill kellhiex provi li jippermettulha tiddeċiedi li l-prezzijiet interni tal-materji primi li jinsabu fir-reġistri tal-esportaturi Indoneżjani kkonċernati kienu s-suġġett ta’ distorsjonijiet suffiċjenti sabiex jkun iġġustifikat li dawn ma jittieħdux inkunsiderazzjoni u li l-Kunsill jirrikorri għall-metodu previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku (1). B’hekk, il-Qorti Ġenerali imponiet fuq l-istituzzjoni oneru tal-prova tqil wisq.

2.

Fit-tieni lok, il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li tgħid li l-provi prodotti mill-istituzzjonijiet ma kinux biżżejjed sabiex juru li kienet teżisti distorsjoni sinjifikattiva tal-prezzijiet tal-materji primi ewlenin fl-Indoneżja imputabbli lis-sistema ta’ TDE ma hijiex motivata b’mod korrett.

3.

Fit-tielet lok, id-dispożittiv tas-sentenza appellata li jannulla d-dazji antidumping sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti fl-ewwel istanza huwa sproporzjonat meta mqabbel mal-uniku motiv ta’ annullament milqugħ mill-Qorti Ġenerali u jagħti effetti mhux xierqa lill-illegalità kkonstatata.

4.

Il-Kunsill ser juri li s-sentenza appellata hija vvizzjata b’varji żbalji ta’ liġi li jaffettwaw il-validità tagħha. Il-Kunsill isostni barra minn hekk li l-fatti invokati fis-sitt motiv imqajjem mir-rikorrenti fl-ewwel istanza huma stabbiliti suffiċjentement sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tiddeċiedi fuq dan il-motiv u tiċħad ir-rikors.

5.

Għaldaqstant, il-Kunsill jitlob bir-rispett li s-sentenza appellata tiġi annullata u li r-rikors għall-annullament tar-regolament ikkontestat ippreżentat mir-rikorrenti fl-ewwel istanza jiġi miċħud.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 2009, L 343, p. 51, iktar ’il quddiem ir-“Regolament bażiku”).


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/33


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-121/14, PT Pelita Agung Agrindustri vs Il-Kunsill

(Kawża C-604/16 P)

(2017/C 030/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Marcos Fraile, aġent, N. Tuominen, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: PT Pelita Agung Agrindustri, Il-Kummissjoni Ewropea, European Biodiesel Board (EBB)

Talbiet

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-15 ta’ Settembru 2016, u nnotifikata lill-Kunsill fis-16 ta’ Settembru 2016, fil-Kawża T-121/14, PT Pelita Agung Agrindustri vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

tiċħad ir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza u intiż għall-annullament tar-regolament ikkontestat; u

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza sabiex tbati l-ispejjeż relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza u mal-proċedura ta’ appell sostnuti mill-Kunsill.

Sussidjarjament:

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid;

tirriżerva l-ispejjeż relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza u mal-proċedura ta’ appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali applikat kriterju legali żbaljat sabiex tiddetermina jekk il-Kunsill kellhiex provi li jippermettulha tiddeċiedi li l-prezzijiet interni tal-materji primi li jinsabu fir-reġistri tal-esportaturi Indoneżjani kkonċernati kienu s-suġġett ta’ distorsjonijiet suffiċjenti sabiex jkun iġġustifikat li dawn ma jittieħdux inkunsiderazzjoni u li l-Kunsill jirrikorri għall-metodu previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku (1). B’hekk, il-Qorti Ġenerali imponiet fuq l-istituzzjoni oneru tal-prova tqil wisq.

2.

Fit-tieni lok, il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li tgħid li l-provi prodotti mill-istituzzjonijiet ma kinux biżżejjed sabiex juru li kienet teżisti distorsjoni sinjifikattiva tal-prezzijiet tal-materji primi ewlenin fl-Indoneżja imputabbli lis-sistema ta’ TDE ma hijiex motivata b’mod korrett.

3.

Fit-tielet lok, id-dispożittiv tas-sentenza appellata li jannulla d-dazji antidumping sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti fl-ewwel istanza huwa sproporzjonat meta mqabbel mal-uniku motiv ta’ annullament milqugħ mill-Qorti Ġenerali u jagħti effetti mhux xierqa lill-illegalità kkonstatata.

4.

Il-Kunsill ser juri li s-sentenza appellata hija vvizzjata b’varji żbalji ta’ liġi li jaffettwaw il-validità tagħha. Il-Kunsill isostni barra minn hekk li l-fatti invokati fit-tieni motiv imqajjem mir-rikorrenti fl-ewwel istanza huma stabbiliti suffiċjentement sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tiddeċiedi fuq dan il-motiv u tiċħad ir-rikors.

5.

Għaldaqstant, il-Kunsill jitlob bir-rispett li s-sentenza appellata tiġi annullata u li r-rikors għall-annullament tar-regolament ikkontestat ippreżentat mir-rikorrenti fl-ewwel istanza jiġi miċħud.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 2009, L 343, p. 51, iktar ’il quddiem ir-“Regolament bażiku”).


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/34


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-120/14, PT Ciliandra Perkasa vs Il-Kunsill

(Kawża C-605/16 P)

(2017/C 030/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Marcos Fraile, aġent, N. Tuominen, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: PT Ciliandra Perkasa, Il-Kummissjoni Ewropea, European Biodiesel Board (EBB)

Talbiet

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-15 ta’ Settembru 2016, u nnotifikata lill-Kunsill fis-16 ta’ Settembru 2016, fil-Kawża T-120/14, PT Ciliandra Perkasa vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

tiċħad ir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza u intiż għall-annullament tar-regolament ikkontestat; u

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza sabiex tbati l-ispejjeż relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza u mal-proċedura ta’ appell sostnuti mill-Kunsill.

Sussidjarjament:

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid;

tirriżerva l-ispejjeż relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza u mal-proċedura ta’ appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali applikat kriterju legali żbaljat sabiex tiddetermina jekk il-Kunsill kellhiex provi li jippermettulha tiddeċiedi li l-prezzijiet interni tal-materji primi li jinsabu fir-reġistri tal-esportaturi Indoneżjani kkonċernati kienu s-suġġett ta’ distorsjonijiet suffiċjenti sabiex jkun iġġustifikat li dawn ma jittieħdux inkunsiderazzjoni u li l-Kunsill jirrikorri għall-metodu previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku (1). B’hekk, il-Qorti Ġenerali imponiet fuq l-istituzzjoni oneru tal-prova tqil wisq.

2.

Fit-tieni lok, il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li tgħid li l-provi prodotti mill-istituzzjonijiet ma kinux biżżejjed sabiex juru li kienet teżisti distorsjoni sinjifikattiva tal-prezzijiet tal-materji primi ewlenin fl-Indoneżja imputabbli lis-sistema ta’ TDE ma hijiex motivata b’mod korrett.

3.

Fit-tielet lok, id-dispożittiv tas-sentenza appellata li jannulla d-dazji antidumping sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti fl-ewwel istanza huwa sproporzjonat meta mqabbel mal-uniku motiv ta’ annullament milqugħ mill-Qorti Ġenerali u jagħti effetti mhux xierqa lill-illegalità kkonstatata.

4.

Il-Kunsill ser juri li s-sentenza appellata hija vvizzjata b’varji żbalji ta’ liġi li jaffettwaw il-validità tagħha. Il-Kunsill isostni barra minn hekk li l-fatti invokati fit-tielet motiv imqajjem mir-rikorrenti fl-ewwel istanza huma stabbiliti suffiċjentement sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tiddeċiedi fuq dan il-motiv u tiċħad ir-rikors.

5.

Għaldaqstant, il-Kunsill jitlob bir-rispett li s-sentenza appellata tiġi annullata u li r-rikors għall-annullament tar-regolament ikkontestat ippreżentat mir-rikorrenti fl-ewwel istanza jiġi miċħud.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 2009, L 343, p. 51, iktar ’il quddiem ir-“Regolament bażiku”).


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/35


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-80/14, PT Musim Mas vs Il-Kunsill

(Kawża C-606/16 P)

(2017/C 030/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Marcos Fraile, aġent, N. Tuominen, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: PT Perindustrian dan Perdagangan Musim Semi Mas (PT Musim Mas), Il-Kummissjoni Ewropea, European Biodiesel Board (EBB)

Talbiet

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-15 ta’ Settembru 2016, u nnotifikata lill-Kunsill fis-16 ta’ Settembru 2016, fil-Kawża T-80/14, PT Perindustrian dan Perdagangan Musim Semi Mas (PT Musim Mas) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

tiċħad ir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza u intiż għall-annullament tar-regolament ikkontestat; u

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza sabiex tbati l-ispejjeż relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza u mal-proċedura ta’ appell sostnuti mill-Kunsill.

Sussidjarjament:

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid;

tirriżerva l-ispejjeż relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza u mal-proċedura ta’ appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali applikat kriterju legali żbaljat sabiex tiddetermina jekk il-Kunsill kellhiex provi li jippermettulha tiddeċiedi li l-prezzijiet interni tal-materji primi li jinsabu fir-reġistri tal-esportaturi Indoneżjani kkonċernati kienu s-suġġett ta’ distorsjonijiet suffiċjenti sabiex jkun iġġustifikat li dawn ma jittieħdux inkunsiderazzjoni u li l-Kunsill jirrikorri għall-metodu previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku (1). B’hekk, il-Qorti Ġenerali imponiet fuq l-istituzzjoni oneru tal-prova tqil wisq.

2.

Fit-tieni lok, il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li tgħid li l-provi prodotti mill-istituzzjonijiet ma kinux biżżejjed sabiex juru li kienet teżisti distorsjoni sinjifikattiva tal-prezzijiet tal-materji primi ewlenin fl-Indoneżja imputabbli lis-sistema ta’ TDE ma hijiex motivata b’mod korrett.

3.

Fit-tielet lok, id-dispożittiv tas-sentenza appellata li jannulla d-dazji antidumping sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti fl-ewwel istanza huwa sproporzjonat meta mqabbel mal-uniku motiv ta’ annullament milqugħ mill-Qorti Ġenerali u jagħti effetti mhux xierqa lill-illegalità kkonstatata.

4.

Il-Kunsill ser juri li s-sentenza appellata hija vvizzjata b’varji żbalji ta’ liġi li jaffettwaw il-validità tagħha. Il-Kunsill isostni barra minn hekk li l-fatti invokati fit-tieni parti tat-tieni motiv imqajjem mir-rikorrenti fl-ewwel istanza huma stabbiliti suffiċjentement sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tiddeċiedi fuq dan il-motiv u tiċħad ir-rikors.

5.

Għaldaqstant, il-Kunsill jitlob bir-rispett li s-sentenza appellata tiġi annullata u li r-rikors għall-annullament tar-regolament ikkontestat ippreżentat mir-rikorrenti fl-ewwel istanza jiġi miċħud.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 2009, L 343, p. 51, iktar ’il quddiem ir-“Regolament bażiku”).


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/36


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Settembru 2016 fil-Kawżi T-112/14 sa T-116/14 u T-119/14, Molinos Río de la Plata et vs Il-Kunsill

(Kawża C-607/16 P)

(2017/C 030/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Marcos Fraile, aġent, N. Tuominen, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Molinos Río de la Plata SA, Oleaginosa Moreno Hermanos SACIFI y A, Vicentin SAIC, Aceitera General Deheza SA, Bunge Argentina SA, Cámara Argentina de Biocombustibles (Carbio), Il-Kummissjoni Ewropea, European Biodiesel Board (EBB)

Talbiet

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-15 ta’ Settembru 2016, u nnotifikata lill-Kunsill fis-16 ta’ Settembru 2016, fil-Kawżi T-112/14 sa T-116/14 u T-119/14, Molinos Río de la Plata et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

tiċħad ir-rikorsi ppreżentati fl-ewwel istanza u intiżi għall-annullament tar-regolament ikkontestat; u

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza sabiex ibatu l-ispejjeż relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza u mal-proċedura ta’ appell sostnuti mill-Kunsill.

Sussidjarjament:

tibgħat lura l-kawżi quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid;

tirriżerva l-ispejjeż relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza u mal-proċedura ta’ appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali applikat kriterju legali żbaljat sabiex tiddetermina jekk il-Kunsill kellhiex provi li jippermettulha tiddeċiedi li l-prezzijiet interni tal-materji primi li jinsabu fir-reġistri tal-esportaturi Arġentini kkonċernati kienu s-suġġett ta’ distorsjonijiet suffiċjenti sabiex jkun iġġustifikat li dawn ma jittieħdux inkunsiderazzjoni u li l-Kunsill jirrikorri għall-metodu previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku (1). B’hekk, il-Qorti Ġenerali imponiet fuq l-istituzzjoni oneru tal-prova tqil wisq.

2.

Fit-tieni lok, il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li tgħid li l-provi prodotti mill-istituzzjonijiet ma kinux biżżejjed sabiex juru li kienet teżisti distorsjoni sinjifikattiva tal-prezzijiet tal-materji primi ewlenin fl-Arġentina imputabbli lis-sistema ta’ TDE ma hijiex motivata b’mod korrett.

3.

Fit-tielet lok, id-dispożittiv tas-sentenza appellata li jannulla d-dazji antidumping sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti fl-ewwel istanza huwa sproporzjonat meta mqabbel mal-uniku motiv ta’ annullament eżaminat mill-Qorti Ġenerali u jagħti effetti mhux xierqa lill-illegalità kkonstatata.

4.

Il-Kunsill ser juri li s-sentenza appellata hija vvizzjata b’varji żbalji ta’ liġi li jaffettwaw il-validità tagħha. Il-Kunsill isostni barra minn hekk li l-fatti invokati fl-ewwel motiv imqajjem mir-rikorrenti fl-ewwel istanza huma stabbiliti suffiċjentement sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tiddeċiedi fuq dan il-motiv u tiċħad ir-rikorsi.

5.

Għaldaqstant, il-Kunsill jitlob bir-rispett li s-sentenza appellata tiġi annullata u li r-rikorsi għall-annullament tar-regolament ikkontestat ippreżentati mir-rikorrenti fl-ewwel istanza jiġu miċħuda.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 2009, L 343, p. 51, iktar ’il quddiem ir-“Regolament bażiku”).


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/37


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-117/14, Cargill vs Il-Kunsill

(Kawża C-608/16 P)

(2017/C 030/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Marcos Fraile, aġent, N. Tuominen, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Cargill SA, Il-Kummissjoni Ewropea, European Biodiesel Board (EBB)

Talbiet

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-15 ta’ Settembru 2016, u nnotifikata lill-Kunsill fis-16 ta’ Settembru 2016, fil-Kawża T-117/14, Cargill SA vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

tiċħad ir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza u intiż għall-annullament tar-regolament ikkontestat; u

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza sabiex tbati l-ispejjeż relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza u mal-proċedura ta’ appell sostnuti mill-Kunsill.

Sussidjarjament:

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid;

tirriżerva l-ispejjeż relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza u mal-proċedura ta’ appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali applikat kriterju legali żbaljat sabiex tiddetermina jekk il-Kunsill kellhiex provi li jippermettulha tiddeċiedi li l-prezzijiet interni tal-materji primi li jinsabu fir-reġistri tal-esportaturi Arġentini kkonċernati kienu s-suġġett ta’ distorsjonijiet suffiċjenti sabiex jkun iġġustifikat li dawn ma jittieħdux inkunsiderazzjoni u li l-Kunsill jirrikorri għall-metodu previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku (1). B’hekk, il-Qorti Ġenerali imponiet fuq l-istituzzjoni oneru tal-prova tqil wisq.

2.

Fit-tieni lok, il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li tgħid li l-provi prodotti mill-istituzzjonijiet ma kinux biżżejjed sabiex juru li kienet teżisti distorsjoni sinjifikattiva tal-prezzijiet tal-materji primi ewlenin fl-Arġentina imputabbli lis-sistema ta’ TDE ma hijiex motivata b’mod korrett.

3.

Fit-tielet lok, id-dispożittiv tas-sentenza appellata li jannulla d-dazji antidumping sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti fl-ewwel istanza huwa sproporzjonat meta mqabbel mal-uniku motiv ta’ annullament eżaminat mill-Qorti Ġenerali u jagħti effetti mhux xierqa lill-illegalità kkonstatata.

4.

Il-Kunsill ser juri li s-sentenza appellata hija vvizzjata b’varji żbalji ta’ liġi li jaffettwaw il-validità tagħha. Il-Kunsill isostni barra minn hekk li l-fatti invokati fl-ewwel motiv imqajjem mir-rikorrenti fl-ewwel istanza huma stabbiliti suffiċjentement sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tiddeċiedi fuq dan il-motiv u tiċħad ir-rikors.

5.

Għaldaqstant, il-Kunsill jitlob bir-rispett li s-sentenza appellata tiġi annullata u li r-rikors għall-annullament tar-regolament ikkontestat ippreżentat mir-rikorrenti fl-ewwel istanza jiġi miċħud.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 2009, L 343, p. 51, iktar ’il quddiem ir-“Regolament bażiku”).


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/38


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-118/14, LDC Argentina vs Il-Kunsill

(Kawża C-609/16 P)

(2017/C 030/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Marcos Fraile, aġent, N. Tuominen, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: LDC Argentina SA, Il-Kummissjoni Ewropea, European Biodiesel Board (EBB)

Talbiet

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-15 ta’ Settembru 2016, u nnotifikata lill-Kunsill fis-16 ta’ Settembru 2016, fil-Kawża T-118/14, LDC Argentina SA vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

tiċħad ir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza u intiż għall-annullament tar-regolament ikkontestat; u

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza sabiex tbati l-ispejjeż relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza u mal-proċedura ta’ appell sostnuti mill-Kunsill.

Sussidjarjament:

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid;

tirriżerva l-ispejjeż relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza u mal-proċedura ta’ appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali applikat kriterju legali żbaljat sabiex tiddetermina jekk il-Kunsill kellhiex provi li jippermettulha tiddeċiedi li l-prezzijiet interni tal-materji primi li jinsabu fir-reġistri tal-esportaturi Arġentini kkonċernati kienu s-suġġett ta’ distorsjonijiet suffiċjenti sabiex jkun iġġustifikat li dawn ma jittieħdux inkunsiderazzjoni u li l-Kunsill jirrikorri għall-metodu previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku (1). B’hekk, il-Qorti Ġenerali imponiet fuq l-istituzzjoni oneru tal-prova tqil wisq.

2.

Fit-tieni lok, il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li tgħid li l-provi prodotti mill-istituzzjonijiet ma kinux biżżejjed sabiex juru li kienet teżisti distorsjoni sinjifikattiva tal-prezzijiet tal-materji primi ewlenin fl-Arġentina imputabbli lis-sistema ta’ TDE ma hijiex motivata b’mod korrett.

3.

Fit-tielet lok, id-dispożittiv tas-sentenza appellata li jannulla d-dazji antidumping sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti fl-ewwel istanza huwa sproporzjonat meta mqabbel mal-uniku motiv ta’ annullament eżaminat mill-Qorti Ġenerali u jagħti effetti mhux xierqa lill-illegalità kkonstatata.

4.

Il-Kunsill ser juri li s-sentenza appellata hija vvizzjata b’varji żbalji ta’ liġi li jaffettwaw il-validità tagħha. Il-Kunsill isostni barra minn hekk li l-fatti invokati fl-ewwel motiv imqajjem mir-rikorrenti fl-ewwel istanza huma stabbiliti suffiċjentement sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tiddeċiedi fuq dan il-motiv u tiċħad ir-rikors.

5.

Għaldaqstant, il-Kunsill jitlob bir-rispett li s-sentenza appellata tiġi annullata u li r-rikors għall-annullament tar-regolament ikkontestat ippreżentat mir-rikorrenti fl-ewwel istanza jiġi miċħud.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 2009, L 343, p. 51, iktar ’il quddiem ir-“Regolament bażiku”).


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/39


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2016 minn Xellia Pharmaceuticals ApS, Alpharma, LLC, li kienet Zoetis Products LLC mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-8 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-471/13, Xellia Pharmaceuticals ApS, Alpharma vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-611/16 P)

(2017/C 030/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Xellia Pharmaceuticals ApS, Alpharma, LLC, li kienet Zoetis Products LLC (rappreżentant: D.W. Hull, Solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha jew parzjalment;

tannulla d-Deċiżjoni fl-intier tagħha jew parzjalment;

tikkanċella l-multa jew tnaqqasha sostanzjalment;

sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiġi deċiża bi qbil mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura u tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jinvokaw disa’ aggravji bbażati fuq żbalji ta’ liġi mill-Qorti Ġenerali.

1)

Il-Qorti Ġenerali applikat il-kriterju ġuridiku żbaljat sabiex tevalwa jekk Alpharma kinitx kompetitur potenzjali fil-kuntest fejn il-prodotti tagħha kienu jiksru l-privattivi ta’ Lundbeck. Fl-assenza ta’ evidenza li turi li l-privattivi ta’ Lundbeck kienu dgħajfa, il-privattivi għandhom jiġu preżunti validi u d-dħul bi prodott li jikkawża ksur għandu jiġi preżunt illegali.

2)

Minkejja li rrikonoxxiet li Alpharma skopriet biss ftit qabel it-tranżazzjoni li l-privattiva ta’ Lundbeck kienet ser tingħata u li l-prodotti tagħha kienu jiksru l-privattivi ta’ Lundbeck, il-Qorti Ġenerali naqset milli tevalwa jekk il-Kummissjoni kinitx tat prova li d-dħul minn Alpharma baqa’ strateġija ekonomikament vijabbli fid-dawl ta’ dawn il-barrieri addizzjonali għad-dħul. Minflok, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq evidenza li ma hijiex iċċitata fid-Deċiżjoni u b’mod żbaljat qalbet l-oneru tal-prova għal fuq l-appellanti sabiex tikkonfuta l-allegazzjoni tal-Kummissjoni li Alpharma kienet kompetitur potenzjali.

3)

Il-Qorti Ġenerali applikat il-kriterju ġuridiku żbaljat sabiex tevalwa jekk il-Ftehim ta’ tranżazzjoni kienx jikkostitwixxi restrizzjoni tal-kompetizzjoni “minħabba l-għan”, peress li hija naqset milli tevalwa jekk il-Kummissjoni kinitx uriet li kien suffiċjentement probabbli li l-Ftehim ta’ tranżazzjoni jkollu effetti negattivi, u naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-Kummissjoni ma kellha ebda esperjenza preċedenti f’dan it-tip ta’ ftehim dwar il-privattivi.

4)

Il-Qorti Ġenerali naqset milli tevalwa jekk il-Kummissjoni kinitx ipprovat l-allegazzjoni tagħha li r-restrizzjoni fil-Ftehim ta’ tranżazzjoni kienet tmur lil hin mill-iskop tal-privattivi ta’ Lundbeck.

5)

Il-Qorti Ġenerali applikat ir-rekwiżit ġuridiku żbaljat meta evalwat jekk it-tul tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni kienx eċċessiv u kienx jikser id-drittijiet tad-difiża tal-appellanti.

6)

Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonfermat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tindirizza d-Deċiżjoni lil Zoetis (issa Alpharma LLC), iżda mhux lil Merck Generics Holding GmbH, minkejja li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi xi bażi fid-Deċiżjoni sabiex tiddistingwi bejn is-sitwazzjonijiet ta’ dawn iż-żewġ kumpanniji.

7)

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-qagħda tad-dritt kienet suffiċjentement ċara fiż-żmien tal-Ftehim ta’ tranżazzjoni tant li l-appellanti setgħu jivverifikaw b’mod inekwivoku x’kienu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom u jieħdu passi abbażi ta’ dan.

8)

Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonfermat id-Deċiżjoni minkejja li b’mod ċar il-Kummissjoni naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-gravità tal-allegat ksur meta stabbilixxiet il-multa, hekk kif meħtieġ taħt l-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 1/2003 (1).

9)

Il-Qorti Ġenerali applikat ir-rekwiżit ġuridiku żbaljat meta ddeterminat is-sena rilevanti għall-kalkolu tal-limitu ta’ 10 % fuq il-livell tal-multa imposta fuq A.L. Industrier.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/40


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2016 minn Merck KGaA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-8 ta’ Settembru 2016 fil-Kawża T-470/13, Merck KGaA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-614/16 P)

(2017/C 030/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Merck KGaA (rappreżentanti: B. Bär-Bouyssière, Rechtsanwalt, S. Smith, Solicitor, R. Kreisberger, Barrister, D. Mackersie, Advocate)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Generics (UK) Ltd

Talbiet

tannulla l-paragrafu 1 tad-dispożittiv tas-sentenza;

tannulla l-Artikoli 1(1), 2(1) tad-Deċiżjoni u l-Artikoli 3 u 4 sa fejn dawn huma indirizzati lil Merck;

sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas il-penali imposta fuq Merck;

tannulla l-paragrafu 2 tad-dispożittiv tas-sentenza u tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u tikkundannaha għall-ispejjeż ta’ Merck, fir-rigward kemm tal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll ta’ dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-ewwel aggravju tal-appellanti huwa li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-Ftehimiet ta’ tranżazzjoni, konklużi bejn Generics (UK) (iktar ’il quddiem “GUK”) u Lundbeck, kienu restrizzjonijiet minħabba l-għan taħt l-Artikolu 101(1) TFUE:

i.

Permezz tal-ewwel argument tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali żvijat lilha nfisha fir-rigward tar-rekwiżit ġuridiku applikabbli u fir-rigward tal-approċċ korrett għad-determinazzjoni ta’ jekk il-Ftehimiet ta’ tranżazzjoni jistgħux jiġu kkaratterizzati bħala restrizzjonijiet minħabba l-għan, b’mod parrtikolari fid-dawl tal-prinċipji legali sostnuti fil-Kawża C-67/13 P, Cartes Bancaires.

ii.

Permezz tat-tieni argument tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta naqset milli tanalizza jekk il-kliem tal-Ftehimiet ta’ tranżazzjoni kienx jiżvela livell suffiċjenti ta’ dannu.

iii.

Permezz tat-tielet argument tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ddeċidiet li l-Ftehimiet ta’ tranżazzjoni kienu jiżvelaw livell suffiċjenti ta’ dannu fuq il-bażi li dawn kienu ekwivalenti għal ftehimiet ta’ esklużjoni mis-suq.

iv.

Permezz tar-raba’ argument tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ddeċidiet li l-Ftehimiet ta’ tranżazzjoni kienu jiżvelaw livell suffiċjenti ta’ dannu billi evitaw litigazzjoni li r-riżultat tagħha kien inċert.

v.

Permezz tal-ħames argument tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ttrattat il-pagament magħmul lil GUK taħt il-Ftehimiet ta’ tranżazzjoni bħala wieħed mill-elementi prinċipali ta’ restrizzjoni minħabba l-għan.

vi.

Permezz tas-sitt argument tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta bbażat ruħha fuq kunsiderazzjonijiet fattwali estranji għall-kliem tal-Ftehimiet ta’ tranżazzjoni sabiex issostni l-konklużjoni tagħha ta’ restrizzjoni minħabba l-għan.

vii.

Permezz tas-seba’ argument tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ddeċidiet li l-Ftehim ta’ tranżazzjoni li jirrigwarda ż-ŻEE kien jeċċedi l-iskop tal-privattivi ta’ Lundbeck.

2.

It-tieni aggravju tal-appellanti huwa li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li GUK u Lundbeck kienu kompetituri potenzjali fiż-żmien ta’ meta l-Ftehimiet ta’ tranżazzjoni ġew konklużi:

viii.

Permezz tat-tmien argument tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta naqset milli tikkunsidra jekk it-tmien rotot għas-suq ippreżentati mill-Kummissjoni kinux ekonomikament vijabbli, jew possibbli fuq il-pjan prattiku, għal GUK fi żmien suffiċjentement qasir.

ix.

Permezz tad-disa’ argument tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta qalbet l-oneru tal-prova fir-rigward ta’ kompetizzjoni potenzjali.

x.

Permezz tal-għaxar argument tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonkludiet li l-fatt li l-partijiet kienu daħlu fil-Ftehimiet ta’ tranżazzjoni kien rilevanti għall-evalwazzjoni ta’ kompetizzjoni potenzjali.

xi.

Permezz tal-ħdax-il argument tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta naqset milli tirrikonoxxi li l-evalwazzjoni ta’ kompetizzjoni potenzjali ma kinitx adattata sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest ta’ evalwazzjoni “minħabba l-għan”.

3.

It-tielet aggravju tal-appellanti huwa li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonfermat il-multa imposta mill-Kummissjoni fuq l-appellanti:

xii.

Permezz tat-tnax-il argument tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonkludiet li l-Kummissjoni kellha ġurisdizzjoni timponi multa fuq l-appellanti jew, sussidjarjament, timponi multa li ma kinitx sempliċement simbolika.


Il-Qorti Ġenerali

30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2016 – Al-Ghabra vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-248/13) (1)

([“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban - Regolament (KE) Nru 881/2002 - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi finanzjarji ta’ persuna inkluża f’lista stabbilita minn organu tan-Nazzjonijiet Uniti - Inklużjoni tal-isem ta’ din il-persuna f’lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 881/2002 - Rikors għal annullament - Terminu raġonevoli - Obbligu ta’ verifika u ta’ ġustifikazzjoni tal-fondatezza tal-motivi invokati - Stħarriġ ġudizzjarju”])

(2017/C 030/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mohammed Al-Ghabra (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: E. Grieves, barrister u J. Carey, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Konstantinidis, T. Scharf u F. Erlbacher, sussegwentement M. Konstantinidis u F. Erlbacher, aġenti)

Partijiet intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment S. Behzadi Spencer u V. Kaye, sussegwentement V. Kaye, sussegwentement S. Brandon, u finalment C. Crane, aġenti, assistiti minn T. Eicke, QC), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. P. Hix u E. Finnegan, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa waħda, tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 14/2007, tal-10 ta’ Jannar 2007, li jemenda għall-erbgħa u sebgħin darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 (ĠU 2007, L 6, p. 6), inkwantu jikkonċerna r-rikorrent, u min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares (2013) 188023, tas-6 ta’ Marzu 2013, li tikkonferma ż-żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002, tas-27 ta’ Mejju 2002, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 294)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli inkwantu jitlob l-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 14/2007, tal-10 ta’ Jannar 2007, li jemenda għall-erbgħa u sebgħin darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 sa fejn jikkonċerna lil Mohammed Al-Ghabra.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala infondat.

3)

M. Al-Ghabra huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Ir-Renju tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 9, 11.1.2014.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2016 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-764/14) (1)

([“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Assistenza teknika, tal-iżvilupp u l-implementazzjoni ta’ sistema ta’ tranżitu doganali tal-ANASE (ACTS) - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Kriterji ta’ għażla - Kriterji ta’ għoti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Trasparenza”])

(2017/C 030/46)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Sfyri u I. Ampazis, avukati, sussegwentement minn M. Sfyri)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn S. Bartelt u A. Marcoulli, sussegwentement minn S. Bartelt u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Settembru 2014 li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti limitata EuropeAid/135040/C/SER/MULTI, li tirrigwarda l-iżvilupp ta’ sistema pilota awtomattizzata ta’ ġestjoni tat-tranżitu doganali tal-ANASE (ASEAN Customs Transit System) u li tagħti dan il-kuntratt lil offerent ieħor.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

European Dynamics Luxembourg SA u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 26, 26.1.2015.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2016 – Printeos et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-95/15) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-envelops standard fuq katalogu u envelops speċjali stampati - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Koordinazzjoni tal-prezzijiet ta’ bejgħ u tqassim tal-klijentela - Proċedura għar-riżolviment - Multi - Ammont bażiku - Aġġustament eċċezzjonali - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ totali - Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament”))

(2017/C 030/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Printeos, SA (Alcalá de Henares, Spanja), Tompla Sobre Exprés, SL (Alcalá de Henares), Tompla Scandinavia AB (Stokkolma, l-Isvezja), Tompla France SARL (Fleury Mérogis, Franza), Tompla Druckerzeugnisse Vertriebs GmbH (Leonberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Brokelmann u P. Martínez-Lage Sobredo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, F. Jimeno Fernández u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 9295 finali, tal-10 ta’ Diċembru 2014, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu [101 TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (AT.39780 – Envelops), u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(1)(e) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 9295 finali, tal-10 ta’ Diċembru 2014, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu [101 TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (AT.39780 – Envelops) huwa annullat.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 127, 20.4.2015.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2016 – PAL-Bullermann vs EUIPO – Symaga (PAL)

(Kawża T-397/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva PAL - Dikjarazzjoni parzjali ta’ revoka - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 15(1)(a) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Forma li hija differenti mit-trade mark irreġistrata - Regola 22(3) u (4) tar-Regolament Nru 2868/95”])

(2017/C 030/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PAL-Bullermann GmbH (Friesoythe-Markhausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Eberhardt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Symaga, SA (Villarta de San Juan, Spanja) (rappreżentant: A. Tarí Lázaro, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-7 ta’ Mejju 2015 (Każ R 1626/2014-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn PAL-Bullermann u Symaga.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

PAL-Bullermann GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 302, 14.9.2015.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2016 – Guiral Broto vs EUIPO – Gastro & Soul (Café del Sol)

(Kawża T-548/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Café del Sol - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Café del Sol - Nuqqas ta’ produzzjon ta’ prova fil-lingwa tal-proċedimenti tal-oppożizzjoni - Artikoli 75 u 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Regoli 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Drittijiet tad-difiża”])

(2017/C 030/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ramón Guiral Broto (Marbella, Spanja) (rappreżentant: J. L. de Castro Hermida, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Gastro & Soul GmbH (Hildesheim, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-16 ta’ Lulju 2015 (Każ R 2755/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn R. Guiral Broto u Gastro & Soul.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tas-16 ta’ Lulju 2015 (Każ R 2755/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn R. Guiral Broto u Gastro & Soul hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO u R. Guiral Broto għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 398, 30.11.2015.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2016 – Guiral Broto vs EUIPO – Gastro & Soul (CAFE DEL SOL)

(Kawża T-549/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva CAFE DEL SOL - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Café del Sol - Nuqqas ta’ produzzjon ta’ prova fil-lingwa tal-proċedimenti tal-oppożizzjoni - Artikoli 75 u 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Regoli 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Drittijiet tad-difiża”])

(2017/C 030/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ramón Guiral Broto (Marbella, Spanja) (rappreżentant: J. L. de Castro Hermida, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Gastro & Soul GmbH (Hildesheim, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-16 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1888/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn R. Guiral Broto u Gastro & Soul.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tas-16 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1888/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn R. Guiral Broto u Gastro & Soul hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO u R. Guiral Broto għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 381, 16.11.2015.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2016 – Puro Italian Style vs EUIPO (smartline)

(Kawża T-744/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni smartline - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 030/51)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Puro Italian Style SpA (Modena, l-Italja) (rappreżentant: F. Terrano, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 2258/2014-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv smartline bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Puro Italian Style SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 78, 29.2.2016.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2016 – Scorpio Poland vs EUIPO – Eckes Granini Group (YO!)

(Kawża T-745/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva YO! - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti YO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 030/52)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Scorpio Poland, li kienet FH Scorpio (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: R. Rumpel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Schifko u E. Śliwińska, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Eckes-Granini Group GmbH (Nieder-Olm, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Berlit, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 1546/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Eckes-Granini Group u FH Scorpio.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Scorpio Poland hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2016 – Sovena Portugal – Consumer Goods vs EUIPO – Mueloliva (FONTOLIVA)

(Kawża T-24/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali FONTOLIVA - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FUENOLIVA - Raġuni relattiva għal rifjut - Validità tar-reġistrazzjoni tat-trade mark preċedenti - Sottomissjoni tal-fatti u produzzjoni tal-provi ġodda quddiem il-Qorti Ġenerali - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Setgħa għall-bidla - Artikolu 8(1)(b), Artikolu 42(2) u (3), u Artikoli 65 u 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2017/C 030/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sovena Portugal – Consumer Goods, SA (Algés, il-Portugall (rappreżentant: D. Martins Pereira, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Mueloliva, SL (Córdoba, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Novembru 2015 (Każ R 1813/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mueloliva u Sovena Portugal – Consumer Goods.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (trade marks u disinni) (EUIPO) tal-4 ta’ Novembru 2015 (Każ R 1813/2014-2) hija annullata.

2)

L-oppożizzjoni mressqa minn Mueloliva, SL għar-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea għat-trade mark verbali FONTOLIVA li għaliha saret l-applikazzjoni minn Sovena Portugal – Consumer Goods, SA hija miċħuda.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti minn Sovena Portugal – Consumer Goods għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

5)

L-EUIPO u Meuloliva għandhom jbatu kull wieħed minnhom in-nofs tal-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Sovena Portugal – Consumer Goods għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.


(1)  ĠU C 106, 21.3.2016.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 13 ta’ Diċembru 2016 – Apax Partners vs EUIPO – Apax Partners Midmarket (APAX)

(Kawża T-58/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea APAX - Trade mark verbali internazzjonali preċedenti APAX - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn prodotti u servizzi - Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 030/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Apax Partners LLP (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Rose, J. Warner u J. Curry, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard Monguiral u I. Moisescu, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Apax Partners Midmarket (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Moyou Joly, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-26 ta’ Novembru 2015 (Każ R 1441/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Apax Partners Midmarket u Apax Partners.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

APAX Partners LLP hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn APAX Partners Midmarket, għall-finijet tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 111, 29.3.2016.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2016 – Grid applications vs EUIPO (APlan)

(Kawża T-154/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea APlan - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 030/55)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Grid applications GmbH (Vjnna, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Meyenburg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. Kunz, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-15 ta’ Frar 2016 (Każ R 1819/2015-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali APlan bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Grid applications GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 200, 6.6.2016.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/49


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2016 – Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank vs SRB

(Kawża T-809/16)

(2017/C 030/56)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG (Bregenz, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Eisenberger, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/ES/SRF/2016/06 tal-15 ta’ April 2016 [“Decision of the Executive Session of the Board of 15 April 2016 on the 2016 ex-ante contributions to the Single Resolution Fund (SRB/ES/SRF/2016/06)”] kif ukoll id-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/ES/SRF/2016/13 tal-20 ta’ Mejju 2016 [“Decision of the Executive Session of the Board of 20 May 2016 on the adjustment of the 2016 ex-ante contributions to the Single Resolution Fund supplementing the Decision of the Executive Session of the Board of 15 April 2016 on the 2016 ex-ante contributions to the Single Resolution Fund (SRB/ES/SRF/2016/13)”], tal-inqas sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv: ksur manifest tar-rekwiżiti proċedurali minħabba nuqqas ta’ notifika (kompleta) tad-deċiżjonijiet ikkontestati.

It-tieni motiv: ksur manifest tar-rekwiżiti proċedurali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/49


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2016 – Di Bernardo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-811/16)

(2017/C 030/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Danilo Di Bernardo (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara u tiddeċiedi,

id-deċiżjoni tal-10 ta’ Awwissu 2016 li permezz tagħha l-Bord tal-Għażla EPSO/AST-SC/03 eskluda lir-rikorrent mill-imsemmija kompetizzjoni hija annullata;

il-Kummissjoni hija, fi kwalunkwe każ, ikkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żbalji manifesti differenti ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Bord tal-Għażla fl-evalwazzjoni tal-esperjenza professjonali tar-rikorrent.

2.

It-tieni motiv, imqajjem b’mod sussidjarju, ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata, u bbażat fuq l-assenza ta’ komunikazzjoni lir-rikorrent tal-kriterji ta’ għażla stabbiliti mill-Bord tal-Għażla.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/50


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2016 – Abes vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-813/16)

(2017/C 030/58)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Abes – companhia de assistência, bem-estar e serviços para seniores, Lda (São Pedro de Tomar, il-Portugall) (rappreżentanti: N. Mimoso Ruiz, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tqis li r-rikors għal annullament preżenti ġie ppreżentat b’mod regolari u huwa ammissibbli konformement mal-Artikolu 263 TFUE u għall-finijiet tal-Artikolu 264 TFUE;

tannulla d-Deċiżjoni C (2016) 5054, tad-9 ta’ Awwissu 2014, konformement ma’ u għall-finijiet tal-Artikolu 263 TFUE, sa fejn hija tqis li l-miżura deskritta fl-ilment ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE;

tannulla d-Deċiżjoni C (2016) 5054, tad-9 ta’ Awwissu 2014, konformement ma’ u għall-finijiet tal-Artikolu 263 TFUE, sa fejn hija tqis li kieku l-miżura deskritta fl-ilment kellha titqies li hija għajnuna mill-Istat, hija tkun kompatibbli mas-suq intern konformement mal-Artikolu 107(3)(c) TFUE;

tikkundanna wkoll lill-Kummissjoin għall-ħlas tal-ispejjeż tal-kawża u tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni. Ir-rikorrenti ssostni li d-Deċiżjoni hija vvizzjata b’nuqqas ta’ motivazzjoni, peress li fiha jitqies li anki li kieku l-miżura kellha tikkostitwixxi għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, hija tkun kompatibbli mas-suq intern konformement mal-Artikolu 107(3)(c) TFUE, mingħajr ma din il-konklużjoni tkun immotivata.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrenti ssostni li d-Deċiżjoni hija vvizzjata bi żball ta’ evalwazzjoni, fir-rigward tal-effetti tal-miżura ta’ għajnuna fil-kompetizzjoni u fil-kummerċ bejn Stati Membri, ladarba r-raġunijiet li jwasslu lill-Kummissjoni ssostni li l-effett tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni fil-kummerċ bejn Stati Membri huwa sempliċement ipotetiku jew preżunt u li, kieku dan kellu jeżisti, huwa jkun biss marġinali, fejn dawn l-effetti ma humiex qawwijin u jiggarantixxu, fil-prattika, il-proliferazzjoni ta’ miżuri ta’ għajnuna speċifiċi analogi, mhux biss fir-reġjun ta’ Tomar, iżda fil-pajjiż kollu, bil-konsegwenzi inerenti f’termini ta’ effett dissważiv fuq l-investiment nazzjonali u fuq l-investiment provenjenti minn Stat Membri oħra.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, inkwantu l-Kummissjoni i) ma eżaminatx bir-reqqa neċessarja u b’mod oġġettiv jekk l-għajnuna inkwistjoni kinitx tali li taffettwa l-kummerċ bejn Stati Membri; ii) ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li ma jeżistix limitu jew perċentwali li l-isfel minnu jista’ jitqies a priori li l-kummerċ bejn l-Istati Membri ma jiġix affetwat; iii) ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri ma jiddependix min-natura lokali jew reġjonali tas-servizzi pprovduti u lanqas ma jiddependi fuq l-importanza tal-attività inkwistjoni; iv) ma kkonstatatx b’mod suffiċjenti biżżejjed li meta għajnuna mogħtija mill-Istat issaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta mqabbla ma’ impriżi oħra kompetituri għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-impriżi kompetituri tal-benefiċjarja jkunu suġġetti għal kundizzjonijiet inqas favorevoli biex jiffinanzjaw investimenti ġodda fl-imsemmi Stat.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/51


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2016 – Netflix International u Netflix vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-818/16)

(2017/C 030/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Netflix International BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Netflix, Inc. (Los Gatos, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Alberdingk Thijm, S. van Schaik u S. van Velze, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Settembru 2016 li tiddikjara l-emenda tal-liġi Ġermaniża dwar il-miżuri għall-promozzjoni taċ-ċinema Ġermaniża fis-seba’ verżjoni tagħha hija kompatibbli mas-suq intern (1); u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja awdjoviżiva (2).

Il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 13(1) DSMA meta ddeċidiet li l-miżura Ġermaniża hija kompatibbli ma’ dan l-artikolu interpretat fid-dawl tal-emenda proposta.

Il-Kummissjoni kisret l-Artikoli 2(1), 2(2) u 3 DSMA meta ddeċidiet li l-miżura Ġermaniża ma tiksirx l-prinċipju ta’ pajjiż ta’ oriġini.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 110 TFUE.

Il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 110 TFUE meta kkonstatat li l-miżura Ġermaniża ma hijiex diskriminatorja fir-rigward ta’ fornituri tas-servizzi awdjoviżivi fuq talba stabbiliti barra mill-Ġermanja, iżda li huma immirati għall-pubbliku Ġermaniż.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 56 TFUE.

Il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 56 billi naqset milli tevalwa jekk il-miżura Ġermaniża tiksirx il-libertà ta’ provvista ta’ servizzi, li hija hekk tagħmel.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 49 TFUE.

Il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 49 TFUE billi naqset milli tevalwa jekk il-miżura Ġermaniża tiksirx il-libertà ta’ stabbiliment, li hija hekk tagħmel.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107 TFUE.

Il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 107 TFUE meta kkonstatat li l-miżura Ġermaniża hija forma ta’ għajnuna mill-Istat li tista’ tiġi ġġustifikata minn għan kulturali u hija kompatibbli mas-suq intern.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali.

Il-Kummissjoni kisret il-forom proċedurali sostanzjali billi ma ssodisfatx ir-rekwiżiti ta’ motivazzjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 296(2) TFUE u d-dritt għal amministrazzjoni tajba stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2042 tal-1 ta’ Settembru 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.38418 — 2014/C (ex 2014/N) li l-Ġermanja qed tippjana li timplimenta għall-finanzjament tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-films (notifikata bid-dokument C(2016) 5551) (ĠU 2016, L 314, p. 63).

(2)  Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (“DSMA”) (ĠU 2010, L 95, p. 1)


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/52


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2016 – Celio International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-832/16)

(2017/C 030/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Celio International SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: H. Gilliams u J. Bocken, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannula d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Jannar 2016, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat li tirrigwarda l-eżenzjoni tal-qligħ eċċessiv [żejjed] SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mir-Renju tal-Belġju (1);

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 2 sa 4 tad-Deċiżjoni;

fi kwalunkwe każ, tannulla l-Artikoli 2 sa 4 ta’ din id-deċiżjoni sa fejn dawn l-artikoli (a) jordnaw l-irkupru mingħand entitajiet oħra li ma humiex dawk li bbenefikaw minn “deċiżjoni fiskali bil-quddiem dwar il-qligħ żejjed” kif iddefinita fid-Deċiżjoni, u (b) jordnaw l-irkupru ta’ ammont li jikkorrispondi għall-eżenzjoni mit-taxxa tal-benefiċjarju mingħajr ma jippermettu lill-Belġju li jieħu inkunsiderazzjoni aġġustament għaż-żieda mwettqa minn amministrazzjoni tat-taxxa oħra; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegat żball manifest ta’ evalwazzjoni, eċċess ta’ poter u nuqqas ta’ motivazzjoni xierqa sa fejn id-Deċiżjoni tallega l-eżistenza ta’ skema ta’ għajnuna.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 107 TFUE u tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif ukoll fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tikklassifika din l-hekk imsejħa skema bħala miżura selettiva.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 107 TFUE u tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif ukoll fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tiddikjara li l-hekk imsejħa skema tagħti vantaġġ.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat, sussidjarjament, fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 107 TFUE, ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ proporzjonalità, żball manifest ta’ evalwazzjoni, eċċess ta’ poter u nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn d-deċiżjoni kkontestata tordna l-irkupru tal-għajnuna mill-Belġju.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1699, tal-11 ta’ Jannar 2016, dwar l-iskema ta’ għajnuna li tirrigwarda l-eżenzjoni tal-qligħ eċċessiv [żejjed] SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Belġju [notifikata bid-dokument numru C(2015) 9837] (ĠU L 260, 2016, p. 61.)


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/53


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2016 – Louvers Belgium vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-835/16)

(2017/C 030/61)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Louvers Belgium Company (Zaventem, il-Belġju) (rappreżentant: V. Lejeune, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni Ewropea fid-19 ta’ Settembru 2016 li ma tintagħżilx l-offerta tar-rikorrenti u li tagħti l-kuntratt Nru OIB.02/PO/2016/012/703 lill-grupp RIDEAUPRESS ITLINE;

tilqa’ t-talba għal kumpens imressqa mir-rikorrenti; konsegwentement, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tħallas lir-rikorrenti s-somma prinċipali ta’ EUR 387 500 bħala kumpens għad-dannu mġarrab minħabba t-telf tal-kuntratt, miżjuda bl-interessi moratorji u ġudizzjarji kkalkulati skont ir-rata stabbilita bil-liġi u sal-ħlas sħiħ;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tad-drittijiet tar-rikorrenti għal amministrazzjoni tajba u tal-prinċipju ta’ trasparenza, sa fejn, minkejja talbiet ripetuti u insistenti tar-rikorrenti, il-Kummissjoni ma kkomunikatx lilha l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-prodotti tal-offerent magħżul kif ukoll ir-riżultati tar-rapport ta’ analiżi tal-offerti u tal-kampjuni li hija kienet bagħtet lill-Kummissjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti kemm fil-mument tal-elaborazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt kif ukoll fil-mument tal-evalwazzjoni tal-offerti tal-offerenti mill-Kummissjoni. Ir-rikorrenti tilmenta, b’mod partikolari, li l-konvenut:

L-ewwel nett, irriproduċa fil-mument tal-elaborazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt tiegħu l-karatteristiċi tekniċi kif ukoll ir-ritratti tal-prodotti proposti minn offerent f’sejħa għal offerti preċedenti li kellha suġġett simili u li kienet ġiet annullata għal raġunijiet mhux iġġustifikati, li kellu l-effett li jinħolqu ostakoli mhux iġġustifikati sabiex ikun hemm offerti kompetittivi;

It-tieni nett, kiser ir-regola fundamentali tal-ugwaljanza tal-offerenti billi impona rekwiżiti tekniċi stretti ħafna u mhux iġġustifikati mil-lat tekniku, li kienu manifestament intiżi li jikkoinċidu mal-prodotti ta’ operatur ekonomiku speċifiku;

It-tielet nett, ma evalwax b’mod oġġettiv u indipendenti l-offerta li hija fformulat fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti inkwistjoni u caħadha b’mod mhux iġġustifikat meta l-prodotti tagħha kienu jissodisfaw perfettament ir-rekwiżiti minimi tal-karatteristiċi tekniċi tal-prodotti msemmija fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt u, għalhekk, kienu jissodisfaw b’mod ekwivalenti r-rekwiżiti imposti.

Għaldaqstant, fil-kuntest tat-tieni motiv, ir-rikorrenti tqis li l-offerta li hija għamlet kienet teknikament konformi u, konsegwentement, regolari. Din kellha tiġi evalwata finanzjarjament mill-Kummissjoni Ewropea, li kellha tagħtiha l-kuntratt peress li l-offerta tagħha kellha l-prezz l-iktar baxx.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/54


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2016 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-836/16)

(2017/C 030/62)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Settembru 2016, Għajnuna mill-Istat SA.44351 (2016/C) (ex 2016/NN) – Il-Polonja – Taxxa Pollakka fis-settur tal-bejgħ bl-imnut, innotifikata bin-numru C(2016) 5596, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-klassifikazzjoni żbaljata tat-taxxa Pollakka fis-settur tal-bejgħ bl-imnut bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, li tirriżulta minn evalwazzjoni manifestament żbaljata tal-kundizzjoni marbuta mas-selettività

It-taxxa Pollakka fis-settur tal-bejgħ bl-imnut ma tistax titqies mal-ewwel daqqa t’għajn bħala selettiva, għaliex l-istruttura tagħha ma tammetti l-ebda eċċezzjoni mis-sistema ta’ referenza proprja għal din it-taxxa; ir-rati ta’ taxxa progressivi jagħmlu parti integrali mis-sistema ta’ referenza ta’ din it-taxxa.

Anki jekk jingħad li ż-żewġ rati ta’ taxxa progressivi ma jikkostitwixxux element tas-sistema ta’ referenza proprja għat-taxxa Pollakka fis-settur tal-bejgħ bl-imnut, għandu jitqies li l-element tas-sistema ta’ referenza huwa mill-inqas ir-rata ta’ taxxa unika li hija applikata l-iktar spiss; barra minn hekk, ir-rati ta’ taxxa progressivi ma jikkostitwixxux, f’kull każ, eċċezzjoni mill-benefiċċju ta’ ċerti impriżi li, fir-rigward tal-għan intrinsiku ta’ din it-taxxa, jinsabu f’sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli ma’ dik ta’ impriżi oħra.

Ir-rati progressivi u l-limitu tal-ammont taxxabbli tat-taxxa Pollakka fis-settur tal-bejgħ bl-imnut huma f’kull każ konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2015/1589, tat-13 ta’ Lulju 2015, li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li l-Kummissjoni ordnat is-sospensjoni immedjata tal-applikazzjoni tal-iskala progressiva tat-taxxa Pollakka fis-settur tal-bejgħ bl-imnut.

Ma kienx neċessarju li tiġi ordnata s-sospensjoni, fid-dawl tal-eżistenza ta’ dubji serji rigward is-selettività tat-taxxa Pollakka fis-settur tal-bejgħ bl-imnut.

Ma kienx neċessarju li tiġi ordnata s-sospensjoni, għaliex il-Kummissjoni ma ġabitx il-prova ta’ effetti suffiċjentement negattivi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tat-taxxa Pollakka fis-settur tal-bejgħ bl-imnut.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-motivazzjoni difettuża u insuffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata

Id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex immotivata debitament u suffiċjentement f’dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni tal-kundizzjoni marbuta mas-selettività tat-taxxa Pollakka fis-settur tal-bejgħ bl-imnut.

Id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex immotivata debitament u suffiċjentement sa fejn hija tordna s-sospensjoni immedjata tal-applikazzjoni tal-iskala progressiva tat-taxxa Pollakka fis-settur tal-bejgħ bl-imnut.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/55


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 – Alex vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-841/16)

(2017/C 030/63)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Alex SCI (Bayonne, Franza) (rappreżentant: J. Fouchet, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Settembru 2016;

tiddikjara u tiddeċiedi li l-għajnuna mogħtija lill-CABAB mill-FEŻR, mill-Istat Franċiż, mill-kunsill reġjonali ta’ Aquitaine u mill-kunsill ġenerali ta’ Pyrénées Atlantiques, hija illegali u inkompatibbli mas-suq komuni;

konsegwentement,

tordna lill-Istat Franċiż, lill-kunsill reġjonali ta’ Aquitaine u lill-kunsill ġenerali ta’ Pyrénées Atlantiques, li huma entitajiet tal-Istat deċentralizzati, kif ukoll lill-Fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (FEŻR), iħallsu lura l-għajnuna mogħtija illegalment, bl-interessi bir-rata legali mid-data tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-għajnuna;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha tal-proċedura, inklużi l-ispejjeż tal-avukat li jammontaw għal EUR 5 000.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-illegalità interna tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ notifika tal-finanzjament allokat għall-proġett “Technocité”, operat mill-FEŻR, mir-Repubblika Franċiża, mill-kunsill reġjonali ta’ Aquitaine u mill-kunsill ġenerali ta’ Pyrénées Atlantique favur il-Communauté d’agglomération Côte-Basque-Adour (CABAB).

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-inkompatibbiltà tal-finanzjament mas-suq intern.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-finanzjament.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/56


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2016 – Fertisac vs ECHA

(Kawża T-855/16)

(2017/C 030/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Fertisac, S.L. (Atarfe, Spanja) (rappreżentanti: J. Gómez Rodríguez, avukat)

Konvenuta: l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ECHA Nru SME (2016) 5150, tal-15 ta’ Novembru 2016, li permezz tagħha ġie ddikjarat li FERTISAC S.L. ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti sabiex tibbenefika mit-tnaqqis tal-ħlasijiet previst għal impriżi ta’ daqs medju u li timponilha spiża amministrattiva.

tannulla l-Fattura Nru 10060160 tal-ECHA, tal-15 ta’ Novembru 2016, ta’ ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn il-ħlas magħmul minn FERTISAC S.L. u l-ħlas eżiġibbli mingħand impriża kbira, maħruġa abbażi tad-Deċiżjoni ECHA Nru SME (2016) 5150.

tannulla l-Fattura Nru 10060161 tal-ECHA, tal-15 ta’ Novembru 2016, li tiddetermina l-ispiża amministrattiva b’mod konformi mad-Deċiżjoni ECHA Nru SME (2016) 5150

tikkundanna lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball fil-klassifikazzjoni ta’ FERTISAC S.L. bħala impriża kbira.

F’dan ir-rigward qiegħed jiġi sostnut li skont l-Artikolu 2(1) tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE, tas-6 ta’ Mejju 2003, dwar id-definizzjoni tal-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, p. 36), il-kategorija tal-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) hija komposta minn impriżi li jimpjegaw inqas minn 250 persuna u li d-dħul mill-bejgħ annwali tagħhom ma jaqbiżx l-EUR 50 miljun, jew li l-bilanċ ġenerali tagħhom ma jaqbiżx l-EUR 43 miljun.

Il-klassifikazzjoni ta’ impriża bħala SME tiddependi fuq żewġ limiti. Ma huwiex suffiċjenti li jinqabeż wieħed biss minn dawn il-limiti (kif jirriżulta mid-deċiżjoni tal-ECHA, li tieħu inkunsiderazzjoni biss wieħed minnhom: id-dħul mill-bejgħ annwali), filwaqt li jiġi injorat b’mod ċar l-ewwel rekwiżit, jiġifieri, in-numru ta’ persuni, li huwa sseparat nettament bil-konġunzjoni “u”. Issa, FERTISAC S.L. fl-ebda mument ma qabżet il-limitu li jkollha inqas minn 250 impjegat.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta interpretat b’mod żbaljat ir-Rakkomandazzjoni 2003/361.

F’dan ir-riġward huwa allegat li, sabiex jiġi ddeterminat id-daqs tar-rikorrenti, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni biss id-data tar-rikorrenti u tal-impriżi assoċjati magħha. Ir-rikorrenti ma tifformax parti minn grupp ta’ impriżi. Il-linji gwida dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ SME, ippubblikati mill-Kummissjoni, jikkonfermaw din l-interpretazzjoni. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1), u l-premessa 9 u l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008, tas-16 ta’ April 2008, dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 107, p. 6) jagħmlu riferiment għar-Rakkomandazzjoni 2003/361 għall-finijiet tad-definizzjoni tal-PMEs.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/57


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2016 – Fútbol Club Barcelona vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-865/16)

(2017/C 030/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Fútbol Club Barcelona (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. Roca Sagarra, J. del Saz Cordero, R. Vallina Hoset u A. Selles Marco, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-4 ta’ Lulju 2016, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.29769 (2013/C) (l-ex 2013/NN), implimentata minn Spanja għal ċerti klabbs tal-futbol.

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 4 u 5 tal-imsemmija deċiżjoni.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 49 TFUE, moqri flimkien mal-Artikoli 107 u 108 TFUE, u l-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), sa fejn il-motivazzjoni kollha tad-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrestrinġi l-libertà ta’ stabbiliment.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 107(1) TFUE sa fejn (i) ma tanalizzax it-tnaqqis applikabbli skont ir-rata tat-taxxa għal kull tip u entità; (ii) ma taġixxix b’mod imparzjali, billi tfittex provi inkriminanti u skaġunanti; u konsegwentement, (iii) b’mod li jmur kontra d-dritt, tikkonkludi li jeżisti vantaġġ, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser (i) il-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, billi tordna l-irkupru tal-allegata għajnuna, meqjus li fid-dawl tal-aġir tal-amministrazzjoni Spanjola u tat-tul tal-proċedura, il-FC Barcelona setgħa leġittimament ikollu aspettattivi dwar il-legalità tas-sistema fiskali li għaliha kien suġġett; u (ii) ir-rekwiżit fundamentali ta’ ċertezza legali.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 107(1) TFUE sa fejn ma tiħux inkunsiderazzjoni li l-għajnuna hija ġġustifikata mil-loġika interna tas-sistema fiskali.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 108(1) TFUE u l-Artikoli 21 sa 23 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589, tat-13 ta’ Lulju 2015, li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9), sa fejn torda l-irkupru ta’ għajnuna eżistenti u ma tosservax il-proċedura għal dan it-tip ta’ għajnuna.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/58


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2016 – QI et vs Il-Kummissjoni u BĊE

(Kawża T-868/16)

(2017/C 030/66)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: QI (Ateni, il-Greċja) u 15-il rikorrent ieħor (rappreżentanti: S. Pappas u I. Ioannidis, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea u/jew lis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) li tħallashom għall-ammonti speċifikati fir-rikors, bħala kumpens għad-dannu subit mir-rikorrrenti għar-raġuni tal-parteċipazzjoni illegali tagħhom fir-ristrutturazzjoni tad-dejn tal-Gvern Grieg, minħabba l-attivazzjoni tal-klawżoli ta’ azzjoni kollettivi, kif aġġornati;

sussidjarjament, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea u/jew lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li jħallsuhom l-ammonti speċifikati fir-rikors, bħala kumpens għad-dannu subit minħabba l-esklużjoni illegali tal-kredituri tas-settur pubbliku Grieg tar-ristrurazzazzjoni tad-dejn tal-Gvern Grieg;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-BĊE sabiex tħallashom kumpens għad-danni deskritti għall kull wieħed mir-rikorrenti fir-rikors u kkawżati mill-esklużjoni illegali tal-SEBĊ mir-ristrutturazzjoni tad-dejn tal-Gvern Grieg;

tikkundanna lill-BĊE u/jew lill-Unjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-azzjonijiet ultra vires u bi ksur tal-Artikoli 120 sa 126, 127 u 352(1) TFUE, mill-Unjoni u/jew mill-Bank Ċentrali Ewropew u mis-SEBĊ.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq li l-azzjonijiet tal-BĊE u tas-SEBĊ, b’mod partikolari dwar l-esklużjoni tas-SEBĊ mir-ristrutturazzjoni, jiksru l-Artikolu 123 TFUE.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li l-azzjonijiet tal-Unjoni u/jew tal-BĊE u tas-SEBĊ jiksru d-drittijiet tal-proprjetà tar-rikorrenti, protetti mill-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-azzjonijiet tal-Unjoni u/jew tal-BĊE u tas-SEBĊ jiksru l-moviment liberu tal-kapital protett mill-Artikolu 63 TFUE.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq li l-azzjonijiet tal-Unjoni u/jew tal-BĊE u tas-SEBĊ jiksru d-dritt għal ugwaljanza fit-trattament tar-rikorrenti, protett fl-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.


30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/58


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2016 – repowermap vs EUIPO – Repower (REPOWER)

(Kawża T-872/16)

(2017/C 030/67)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: repowermap.org (Berna, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Repower AG (Brusio, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali “REPOWER” li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 020 351 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: it-tieni deċiżjoni (wara revoka) tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 2311/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tirriforma d-deċiżjoni kkontestata billi tiddikjara l-invalidità tat-trade mark ikkontestata għas-servizzi u għall-prodotti kollha mhux annullati permezz tad-deċiżjoni kkontestata, ħlief għall-ippakkjar u l-ħażna ta’ oġġetti (klassi 39), l-arranġamenti għall-ivvjaġġar (klassi 39) u l-apparat tat-tifi tan-nar bil-fowm (klassi 9);

tikkundanna lill-EUIPO u lil Repower AG għall-ispejjeż.

Motiv(i) invokat(i)

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 296 TFUE.