ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 22

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
23ta' Jannar 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2017/C 22/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2017/C 22/02

Kawża C-497/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (ir-Repubblika Ċeka) fis-16 ta’ Settembru 2016 – proċeduri kriminali kontra Juraj Sokáč

2

2017/C 22/03

Kawża C-499/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fis-16 ta’ Settembru 2016 – AZ vs Minister Finansów

2

2017/C 22/04

Kawża C-500/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fis-16 ta’ Settembru 2016 – Caterpillar Financial Services sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie

3

2017/C 22/05

Kawża C-509/16 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2016 minn Francisco Javier Rosa Rodriguez mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-20 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża T-358/16, Rosa Rodriguez vs Consejería de Educación de la Junta de Andalucía

3

2017/C 22/06

Kawża C-517/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Apelacyjny w Gdańsku (il-Polonja) fl-4 ta’ Ottubru 2016 – Stefan Czerwiński vs Zakład Ubezpieczeń Społecznych Oddział u Gdańsku

4

2017/C 22/07

Kawża C-523/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fit-12 ta’ Ottubru 2016 – MA.T.I. SUD SpA vs Società Centostazioni SpA

4

2017/C 22/08

Kawża C-533/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (is-Slovakkja) fl-20 ta’ Ottubru 2016 – Volkswagen AG vs Finančné riaditeľstvo SR

5

2017/C 22/09

Kawża C-534/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (is-Slovakkja) fil-20 ta’ Ottubru 2016 – Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky vs BB construct s.r.o.

6

2017/C 22/10

Kawża C-536/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-24 ta’ Ottubru 2016 – DUEMMESGR SpA vs Associazione Cassa Nazionale di Previdenza e Assistenza in favore dei Ragionieri e Periti Commerciali (CNPR)

7

2017/C 22/11

Kawża C-537/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fl-24 ta’ Ottubru 2016 – Garlsson Real Estate SA, fi stralċ, et vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

7

2017/C 22/12

Kawża C-546/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Órgano Administrativo de Recursos Contractuales de la Comunidad Autónoma de Euskadi (Spanja) fit-28 ta’ Ottubru 2016 – Montte S.L. vs Musikene

8

2017/C 22/13

Kawża C-547/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-28 ta’ Ottubru 2016 – Gasorba S.L., Josefa Rico Gil u Antonio Ferrándiz González vs Repsol Comercial de Productos Petrolíferos S.A.

9

2017/C 22/14

Kawża C-552/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Аdministrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fit-2 ta’ Novembru 2016 – Wind Innovation 1 EOOD, taħt proċedura ta’ stralċ vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika – Sofia

9

2017/C 22/15

Kawża C-553/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fit-2 ta’ Novembru 2016 – TTL EOOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika – Sofia

10

2017/C 22/16

Kawża C-557/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fl-4 ta’ Novembru 2016 – Astellas Pharma GmbH

11

2017/C 22/17

Kawża C-560/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud (ir-Repubblika Ċeka) fl-4 ta’ Novembru 2016 – Michael Dědouch et vs Jihočeská plynárenská, a.s., E.ON Czech Holding AG

12

2017/C 22/18

Kawża C-561/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-7 ta’ Novembru 2016 – Saras Energía S.A. vs Administración del Estado

12

2017/C 22/19

Kawża C-565/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Eirinodikeio Lerou (il-Greċja) fid-9 ta’ Novembru 2016 – Alessandro Saponaro, Kalliopi-Chloi Xylina

13

2017/C 22/20

Kawża C-567/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (Ir-Renju Unit) fl-10 ta’ Novembru 2016 – Merck Sharp vs Designs Comptroller-General of Patents, Desings and Trade Marks

14

2017/C 22/21

Kawża C-568/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Nürtingen (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Settembru 2016 – proċeduri kriminali kontra Faiz Rasool

15

2017/C 22/22

Kawża C-573/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (ir-Renju Unit) fl-14 ta’ Novembru 2016 – Air Berlin plc v Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

16

2017/C 22/23

Kawża C-575/16: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

17

2017/C 22/24

Kawża C-578/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fis-17 ta’ Novembru 2016 – C. K., H. F. u (minuri) A. S. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

17

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 22/25

Kawża T-279/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2016 – T & L Sugars u Sidul Açúcares vs Il-Kummissjoni [Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Agrikoltura — Zokkor — Miżuri eċċezzjonali — Provvista tas-suq tal-Unjoni — Sena tas-suq 2010/2011 — Dispożizzjoni legali li għandha l-għan li tagħti drittijiet lil individwi — Ksur suffiċjentement serju — Regolament (KE) Nru 1234/2007 — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Proporzjonalità — Aspettattivi leġittimi — Dmir ta’ diliġenza u prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba]

19

2017/C 22/26

Kawża T-103/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2016 – T & L Sugars u Sidul Açúcares vs Il-Kummissjoni [Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Agrikultura — Zokkor — Miżuri eċċezzjonali — Provvista tas-suq tal-Unjoni — Sena tas-suq 2011/2012 — Regola tad-dritt li għandha bħala għan li tagħti drittijiet lill-individwi — Ksur suffiċjentement serju — Regolament (KE) Nru 1234/2007 — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Proporzjonalità — Ċertezza legali — Aspettativi leġittimi — Dmir ta’ diliġenza u prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba]

20

2017/C 22/27

Kawża T-65/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2016 – Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran — Iffriżar tal-fondi — Reġistrazzjoni ġdida ta’ isem ir-rikorrenti wara l-annullament tar-reġistrazzjoni inizjali mill-Qorti Ġenerali — Żball ta’ liġi — Żball ta’ fatt — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Proporzjonalità)

21

2017/C 22/28

Kawża T-89/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2016 – Export Development Bank of Iran vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi — Inklużjoni mill-ġdid ta’ isem ir-rikorrent wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tal-inklużjoni inizjali — Żball ta’ liġi — Żball ta’ fatt — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Proporzjonalità — Ugwaljanza fit-trattament)

22

2017/C 22/29

Kawża T-720/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2016 – Rotenberg vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet li jipperikolaw jew li jheddu lill-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi — Restrizzjonijiet fil-qasam ta’ dħul fit-territorji tal-Istati Membri — Persuna fiżika li ssostni attivament jew li timplementa azzjonijiet li jipperikolaw jew li jheddu lill-Ukraina — Persuna fiżika li tikseb vantaġġ minn responsabbli Russi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-annessjoni tal-Krimea — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni — Dritt għall-proprjetà — Libertà ta’ intrapriża — Dritt għar-rispett tal-ħajja privata — Proporzjonalità)

23

2017/C 22/30

Kawża T-217/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2016 – Fiesta Hotels & Resorts vs EUIPO – Residencial Palladium (PALLADIUM PALACE IBIZA RESORT & SPA) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea PALLADIUM PALACE IBIZA RESORT & SPA — Isem kummerċjali nazzjonali preċedenti GRAND HOTEL PALLADIUM — Raġuni relattiva għal rifjut — Użu fil-kummerċ ta’ sinjal liema portata ma hijiex biss lokali — Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

24

2017/C 22/31

Kawża T-270/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2016 – ANKO vs REA [Klawżola ta’ arbitraġġ — Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2007-2013) — Proġett ESS — Konformità mal-istipulazzjonijiet kuntrattwali tas-sospensjoni tal-pagamenti fir-rigward tar-rikorrenti u tal-kundizzjonijiet għat-tneħħija ta’ din is-sospensjoni tal-pagamenti — Interessi moratorji]

24

2017/C 22/32

Kawża T-458/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2016 – Automobile Club di Brescia vs EUIPO – Rebel Media (e-miglia) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva e-miglia — Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti MILLE MIGLIA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

25

2017/C 22/33

Kawża T-532/15 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2016 – Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rapport ta’ evalwazzjoni — Imparzjalità tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Talba għal rikuża tal-membri tal-kulleġġ ġudikanti — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

26

2017/C 22/34

Kawża T-545/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2016 – Pi-Design vs EUIPO – Société des produits Nestlé (PRESSO) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali — Rikors għall-estensjoni territorjali tal-protezzjoni — Trade mark verbali PRESSO — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti PRESSO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

26

2017/C 22/35

Kawża T-561/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2016 – Universidad Internacional de la Rioja vs EUIPO – Universidad de la Rioja (UNIVERSIDAD INTERNACIONAL DE LA RIOJA uniR) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea UNIVERSIDAD INTERNACIONAL DE LA RIOJA uniR — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti UNIRIOJA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

27

2017/C 22/36

Kawża T-578/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2016 – Azur Space Solar Power vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ linji u ta’ briks bojod fuq sfond iswed) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva li tirrapreżenta linja u briks bojod fuq sfond iswed — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

28

2017/C 22/37

Kawża T-614/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2016 – Azur Space Solar Power vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ linji u ta’ briks suwed) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva li tirrapreżenta linja u briks suwed — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

28

2017/C 22/38

Kawża T-617/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29. Novembru 2016 – Chic Investments vs EUIPO (eSMOKING WORLD) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva eSMOKING WORLD — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni]

29

2017/C 22/39

Kawża T-635/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2016 – Tuum vs EUIPO – Thun (TUUM) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva TUUM — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti THUN — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

29

2017/C 22/40

Kawża T-703/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2016 – Groupe Go Sport vs EUIPO – Design Go (GO SPORT) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GO SPORT — Trade marks verbali nazzjonali preċedenti GO — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni — Tardività tal-preżentata tan-nota li tesponi l-motivi tar-rikors — Inammissibbiltà tar-rikors ippreżentat quddiem il-Bord tal-Appell — Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Regola 49(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95]

30

2017/C 22/41

Kawża T-735/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2016 – The Art Company B & S vs EUIPO – Manifatture Daddato u Laurora (SHOP ART) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SHOP ART — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti art — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

31

2017/C 22/42

Kawża T-775/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2016 – EK/servicegroup vs EUIPO (FERLI) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FERLI — Rekwiżit ta’ ċarezza — Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Drittijiet tad-difiża — It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

31

2017/C 22/43

Kawża T-2/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2016 – K&K Group vs EUIPO – Pret A Manger (Europe) (Pret A Diner) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva Pret A Diner — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti PRET A MANGER — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti PRET — Raġuni relattiva għal rifjut — Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009]

32

2017/C 22/44

Kawża T-355/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2016 – STC vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Bini ta’ impjant ta’ triġenerazzjoni mgħammar b’turbina tal-gass u manutenzjoni konnessa — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Irtirar tal-att ikkontestat — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

33

2017/C 22/45

Kawża T-383/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2016 – Europower vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Kostruzzjoni ta’ impjant ta’ triġenerazzjoni mgħammar b’turbina tal-gass u l-manutenzjoni tiegħu — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Irtirar tal-att ikkontestat — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

33

2017/C 22/46

Kawża T-598/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2016 – Stichting Accolade vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Bejgħ ta’ ċerti artijiet bi prezzijiet allegatament taħt il-prezz tas-suq — Ilment ta’ terz quddiem il-Kummissjoni — Deċiżjoni li tiddikjara li l-miżura kontenzjuża ma tikkostitwixxix għajnuna — Proċedura tal-fażi preliminari ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 108(2) TFUE, l-Artikolu 10(1), l-Artikolu 13(1), u l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 rigward għajnuna individwali, allegatament illegali — Rikors għal annullament ta’ terz — Ammissibbiltà — Locus standi — Rikors sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet proċedurali — Rikors li jikkontesta l-fondatezza tal-miżura kontenzjuża — Assenza ta’ effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva — Inammissibbiltà)

34

2017/C 22/47

Kawża T-128/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2016 – SureID vs EUIPO (SUREID) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SUREID — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 — Rikors manifestament infondat fid-dritt]

35

2017/C 22/48

Kawża T-147/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2016 – L-Italja vs Il-Kummissjoni (Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Penalità — Deċiżjoni ta’ likwidazzjoni tal-penalità — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

35

2017/C 22/49

Kawża T-225/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2016 – Matratzen Concord vs EUIPO (Ganz schön ausgeschlafen) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Ganz schôn ausgeschlafen — Trade mark li hija kkostitwita minn slogan ta’ reklamar — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rikors manifestament infondat fid-dritt]

36

2017/C 22/50

Kawża T-512/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2016 – ED vs EUIPO (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Telexogħol — Talba għal estensjoni — Rifjut — Rikors — Għoti sussegwenti ta’ invalidità — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

36

2017/C 22/51

Kawża T-520/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2016 – ED vs EUIPO (Servizz Pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Xogħol mid-dar — Talba għal estensjoni — Rifjut — Rikors — Għoti ta’ invalidità sussegwenti — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

37

2017/C 22/52

Kawża T-690/16: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2016 – Enrico Colombo u Giacomo Corinti vs Il-Kummissjoni

37

2017/C 22/53

Kawża T-748/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2016 – QH vs Il-Parlament

38

2017/C 22/54

Kawża T-783/16: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2016 – Il-Gvern ta’ Ġibiltà vs Il-Kummissjoni

39

2017/C 22/55

Kawża T-787/16: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2016 – QD vs EUIPO

40

2017/C 22/56

Kawża T-792/16: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2016 – N & C Franchise vs EUIPO – Eschenbach Optik (ojo sunglasses)

41

2017/C 22/57

Kawża T-793/16: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2016 – Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret vs EUIPO – Zaharieva (Boxes)

41

2017/C 22/58

Kawża T-794/16: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2016 – Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret vs EUIPO – Zaharieva (Ippakkjar għall-kornets tal-ġelat)

42

2017/C 22/59

Kawża T-799/16: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2016 – Xiaomi vs EUIPO – Dudingen Develops (MI)

43

2017/C 22/60

Kawża T-800/16: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2016 – Mayekawa Europe vs Il-Kummissjoni

44

2017/C 22/61

Kawża T-802/16: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2016 – Endoceutics vs EUIPO – Merck (FEMIBION)

45

2017/C 22/62

Kawża T-803/16: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2016 – Glaxo Group vs EUIPO – Celon Pharma (SALMEX)

46

2017/C 22/63

Kawża T-804/16: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2016 – LG Electronics vs EUIPO (Dual Edge)

46

2017/C 22/64

Kawża T-805/16: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2016 – IPPT PAN vs Il-Kummisjsoni u REA

47

2017/C 22/65

Kawża T-807/16: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2016 – MIP Metro vs EUIPO – Afnor (N & NF TRADING)

48

2017/C 22/66

Kawża T-810/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2016 – Barmenia Krankenversicherung vs EUIPO (Mediline)

49

2017/C 22/67

Kawża T-817/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2016 – Vans vs EUIPO – Deichmann (V)

49

2017/C 22/68

Kawża T-822/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2016 – Kik Textilien und Non-Food vs EUIPO – FF Group Romania (_kix)

50

2017/C 22/69

Kawża T-824/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2016 – Kiosked Oy vs EUIPO – VRT, NV van Publiek Recht (k)

51

2017/C 22/70

Kawża T-825/16: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 – Ir-Repubblika ta’ Ċipru vs EUIPO – POCF (Pallas Halloumi)

52

2017/C 22/71

Kawża T-826/16: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2016 – Casasnovas Bernad vs Il-Kummissjoni

52

2017/C 22/72

Kawża T-827/16: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 – QB vs BĊE

53

2017/C 22/73

Kawża T-828/16: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2016 – CRDO Torta del Casar vs EUIPO – CRDOP Queso de La Serena (QUESO Y TORTA DE LA SERENA)

54

2017/C 22/74

Kawża T-829/16: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2016 – Mouvement pour une Europe des nations et des libertés vs Il-Parlament

55

2017/C 22/75

Kawża T-830/16: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2016 – Monolith Frost GmbH vs EUIPO – Dovgan (PLOMBIR)

56

2017/C 22/76

Kawża T-831/16: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2016 – Kabushiki Kaisha Zoom vs EUIPO – Leedsworld (ZOOM)

57

2017/C 22/77

Kawża T-847/16: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2016 – Ċipru vs EUIPO – POCF (COWBOYS HALLOUMI)

57

2017/C 22/78

Kawża T-853/16: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2016 – Techniplan vs Il-Kummissjoni

58

2017/C 22/79

Kawża T-856/16: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2016 – Rare Hositality International vs EUIPO (LONGHORN STEAKOUSE)

59

2017/C 22/80

Kawża T-259/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2016 – Trost Auto Service Technik vs EUIPO (AUTOSERVICE.COM)

60

2017/C 22/81

Kawża T-284/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2016 – Gulli vs EUIPO – Laverana (Lybera)

60

2017/C 22/82

Kawża T-361/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2016 – TBWA\London vs EUIPO (MEDIA ARTS LAB)

60

2017/C 22/83

Kawża T-503/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2016 – Dulière vs Il-Kummissjoni

60


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 022/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 14, 16.1.2017

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 6, 9.1.2017

ĠU C 475, 19.12.2016

ĠU C 462, 12.12.2016

ĠU C 454, 5.12.2016

ĠU C 441, 28.11.2016

ĠU C 428, 21.11.2016

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (ir-Repubblika Ċeka) fis-16 ta’ Settembru 2016 – proċeduri kriminali kontra Juraj Sokáč

(Kawża C-497/16)

(2017/C 022/02)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud České republiky

Parti fil-kawża prinċipali

Juraj Sokáč

Domanda preliminari

1)

Il-prodotti mediċinali, kif iddefiniti mid-Direttiva 2001/83/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li fihom “sustanzi skedati” fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 273/2004 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistgħu jiġu kkunsidrati, fuq il-bażi tal-Artikolu 2(a) ta’ dan ir-regolament, li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu hekk kif deċiż mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawżi magħquda C-627/13 u C-14/02 [sentenza tal-5 ta’ Frar 2015, M. et, C-627/13 u C-2/14, EU:C:2015:59], anki wara li t-test tad-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq kien ġie emendat bir-Regolament Nru 1258/2013 (3) u fid-dawl tal-fatt li l-Artikolu 2(a) tar-Regolament Nru 111/2005 (4), kif emendat bir-Regolament Nru 1259/2013 (5), jissuġġetta l-mediċini li fihom l-efedrina u l-psewdoefedrina għas-sistema tar-Regolament Nru 111/2005?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8, p. 46.

(3)  ĠU L 330, p. 21.

(4)  ĠU 2008, L 333M, p. 472.

(5)  ĠU L 330, p. 30.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fis-16 ta’ Settembru 2016 – AZ vs Minister Finansów

(Kawża C-499/16)

(2017/C 022/03)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

L-appellanti fil-kassazzjoni: AZ

Il-parti l-oħra fil-proċedura ta’ kassazzjoni: Minister Finansów

Domanda preliminari

Distinzjoni fir-rata ta’ taxxa għall-ikel tal-għaġina u għall-kejkijiet, skont l-Artikolu 41(2) flimkien mal-intestatura 32 tal-Anness 3 tal-Liġi tal-11 ta’ Marzu 2004 dwar it-taxxa fuq il-beni u s-servizzi (Ustawa o podatku od towarów i usług, Dz. U. 2011, Nr. 177, intestatura 1054, kif emendata), esklużivament fuq il-bażi tal-kriterju tad-“data minima li jinżamm il-prodott” jew tad-“data ta’ skadenza”, tikser il-prinċipju ta’ newtralità tat-taxxa fuq il-valur miżjud u l-projbizzjoni ta’ trattament differenti ta’ prodotti fis-sens tal-Artikolu 98(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fis-16 ta’ Settembru 2016 – Caterpillar Financial Services sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie

(Kawża C-500/16)

(2017/C 022/04)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Caterpillar Financial Services sp. z o.o.

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie

Domanda preliminari

Il-prinċipji ta’ effettività, ta’ kooperazzjoni leali u ta’ ekwivalenza stabbiliti fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jew kwalunkwe prinċipju ieħor applikabbli tad-dritt tal-Unjoni, jipprekludu, fil-qasam tal-VAT, fid-dawl tal-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tas-17 ta’ Jannar 2013, BGŻ Leasing, C-224/11, EU:C:2013:15, dispożizzjonijiet nazzjonali jew prassi nazzjonali li jipprekludu r-rimbors ta’ eċċess ta’ VAT miġbur bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, meta, minħabba l-aġir tal-awtoritajiet nazzjonali, il-persuna taxxabbli setgħet teżerċita d-drittijiet tagħha biss wara l-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni tal-obbligu fiskali?


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/3


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2016 minn Francisco Javier Rosa Rodriguez mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-20 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża T-358/16, Rosa Rodriguez vs Consejería de Educación de la Junta de Andalucía

(Kawża C-509/16 P)

(2017/C 022/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Francisco Javier Rosa Rodriguez (rappreżentant: J. Velasco Velasco, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Consejería de Educación de la Junta de Andalucía

Permezz ta’ digriet tat-8 ta’ Diċembru 2016, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) ċaħdet l-appell u ddeċidiet li F.J. Rosa Rodriguez għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Apelacyjny w Gdańsku (il-Polonja) fl-4 ta’ Ottubru 2016 – Stefan Czerwiński vs Zakład Ubezpieczeń Społecznych Oddział u Gdańsku

(Kawża C-517/16)

(2017/C 022/06)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Apelacyjny w Gdańsku

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Stefan Czerwiński

Konvenuta: Zakład Ubezpieczeń Społecznych Oddział u Gdańsku

Domandi preliminari

1)

Il-klassifika ta’ benefiċċju taħt waħda mill-fergħat tas-sigurtà soċjali elenkati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 883/2004”) fid-dikjarazzjoni li saret mill-Istat Membru skont l-Artikolu 9 ta’ dan ir-regolament taqa’ taħt l-evalwazzjoni tal-awtoritajiet jew tal-qrati nazzjonali?

2)

Il-pensjoni ta’ tranżizzjoni li tirriżulta mill-ustawa z dnia 19 grudnia 2008 roku o emeryturach pomostowych (liġi Pollakka dwar il-pensjonijiet ta’ tranżizzjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008, Dz. U. tal-2015, intestatura 965, kif emendata) tikkostitwixxi benefiċċju marbut mal-età fis-sens tal-Artikolu 3(1)(d) tar-Regolament Nru 883/2004?

3)

L-esklużjoni tar-regola dwar l-għadd ta’ perijodi sabiex jingħata d-dritt għall-benefiċċji ta’ qabel l-irtirar (Artikolu 66 u premessa 33 tar-Regolament Nru 883/2004) twettaq funzjoni ta’ protezzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali li tirriżulta mill-Artikolu 48(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea?


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fit-12 ta’ Ottubru 2016 – MA.T.I. SUD SpA vs Società Centostazioni SpA

(Kawża C-523/16)

(2017/C 022/07)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MA.T.I. SUD SpA

Konvenuta: Società Centostazioni SpA

Domandi preliminari

1)

Jekk wieħed jikkunsidra li l-Istati Membri għandhom il-fakultà li jimponu n-natura oneruża tal-assistenza fl-istabbiliment tal-proċess (soccorso istruttorio) bil-għan li din tiġi rregolarizzata, l-Artikolu 38(2a) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163 tal-2006, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-avviż ta’ kuntratt inkwistjoni […] huwa kuntrarju jew le għad-dritt Komunitarju meta jipprevedi l-ħlas ta’ “sanzjoni pekunjarja” ta’ ammont li għandu jiġi ffissat mill-awtorità kontraenti (“ammont li ma jistax ikun inqas minn wieħed f’elf jew iktar minn wieħed fil-mija tal-valur tal-kuntratt, u fi kwalunkwe każ li ma jistax ikun ogħla minn EUR 50 000 u li l-ħlas tiegħu huwa ggarantit mill-kawzjoni provviżorja”) fid-dawl tal-ammont eċċessivament għoli u tan-natura tas-sanzjoni li hija ffissata bil-quddiem, peress li dan ma jistax jiġi adattatskont is-sitwazzjoni konkreta li għandha tiġi rregolata, jiġifieri tal-gravità tal-irregolarità li għaliha wieħed jixtieq jirrimedja?

2)

Għall-kuntrarju, dan l-istess Artikolu 38(2a) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163 tal-2006 (dejjem fi-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data msemmija iktar ’il fuq) jikser id-dritt Komunitarju sa fejn in-natura oneruża tal-assistenza fl-istabbiliment tal-proċess jista’ fih innifsu jiġi kkunsidrat bħala li jmur kontra l-prinċipji intiżi għall-ftuħ massimu tas-suq għall-kompetizzjoni li din is-sistema ta’ assistenza hija intiża li tikseb, billi l-liġi timponi lill-awtorità kontraenti li tipprovdi din l-assistenza fl-interess pubbliku li tilħaq dan l-għan ta’ kompetizzjoni?


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (is-Slovakkja) fl-20 ta’ Ottubru 2016 – Volkswagen AG vs Finančné riaditeľstvo SR

(Kawża C-533/16)

(2017/C 022/08)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Volkswagen AG

Konvenuta: Finančné riaditeľstvo SR

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2008/9 (1) u d-dritt għar-rimbors tat-taxxa għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-eżerċizzju tad-dritt għar-rimbors tal-VAT jeżiġi neċessarjament li jiġu osservati żewġ kundizzjonijiet kumulattivi, jiġifieri

i)

il-kunsinna ta’ oġġett jew il-provvista ta’ servizz, u

ii)

l-applikazzjoni tal-VAT mill-fornitur fuq il-fattura.

Fi kliem ieħor, huwa possibbli li r-rimbors tat-taxxa jintalab mill-persuna taxxabbli li fir-rigward tagħha ma tkunx ġiet applikata l-VAT permezz ta’ fattura?

2)

Il-fatt li t-terminu għar-rimbors tat-taxxa jiġi kkalkolat minn mument li fih ma jkunux issodisfatti l-kundizzjonijiet sostantivi għall-applikazzjoni tad-dritt għar-rimbors tat-taxxa huwa konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità jew ta’ newtralità tal-VAT?

3)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 167 u tal-Artikolu 178(a) tad-Direttiva tal-VAT għandhom jiġu interpretati, fid-dawl tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ u bil-kundizzjoni li jiġu osservati l-kundizzjonijiet sostantivi u proċedurali neċessarji għall-eżerċizzju tad-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa, jipprekludu li l-awtoritajiet fiskali jirrifjutaw li jagħtu lil persuna taxxabbli d-dritt għar-rimbors tat-taxxa eżerċitat fit-terminu previst mid-Direttiva 2008/9, liema taxxa tkun ġiet applikata fir-rigward tagħha mill-fornitur fuq il-fattura u tkun inġabret minn dan tal-aħħar qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ dekadenza stabbilit mid-dritt nazzjonali?

4)

Fid-dawl tal-prinċipju ta’ newtralità u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, li huma prinċipji fundamentali tas-sistema komuni tal-VAT, l-awtoritajiet Slovakki eċċedew il-limiti ta’ dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan iddefinit mid-Direttiva tal-VAT sa fejn irrifjutaw li jagħtu lill-persuna taxxabbli d-dritt għar-rimbors tat-taxxa mħallsa għar-raġuni li t-terminu ta’ dekadenza previst mid-dritt nazzjonali għar-rimbors tat-taxxa kien skada meta, matul id-dekorrenza ta’ dan it-terminu, il-persuna taxxabbli ma setgħetx teżerċita d-dritt tagħha għar-rimbors tat-taxxa u minkejja li t-taxxa kienet inġabret korrettament u r-riskju ta’ frodi fiskali jew ta’ nuqqas ta’ ħlas tat-taxxa kien ġie totalment eskluż?

5)

Il-prinċipju ta’ ċertezza legali, il-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u d-dritt għal amministrazzjoni tajba fis-sens tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li skontha, għall-finijiet tal-osservanza tat-terminu għar-rimbors tat-taxxa, hija d-data tad-deċiżjoni tal-awtoritajiet fiskali dwar ir-rimbors tat-taxxa li hija determinanti, u mhux id-data tal-eżerċizzju mill-persuna taxxabbli tad-dritt għar-rimbors tat-taxxa?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE, tat-12 ta’ Frar 2008, li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/EC, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (ĠU 2008, L 44, p. 23).


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (is-Slovakkja) fil-20 ta’ Ottubru 2016 – Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky vs BB construct s.r.o.

(Kawża C-534/16)

(2017/C 022/09)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky

Konvenuta: BB construct s.r.o.

Domandi preliminari

1)

Sa fejn awtorità nazzjonali tapplika proċedura li permezz tagħha, meta l-amministratur attwali ta’ persuna ġuridika kien jokkupa wkoll il-kariga ta’ rappreżentant legali ta’ persuna ġuridika oħra li ma osservatx l-impenji fiskali tagħha, id-dritt nazzjonali jieħu din is-sitwazzjoni inkunsiderazzjoni sabiex jiġġustifika r-rekwiżit ta’ garanzija fiskali li tista’ tilħaq l-ammont ta’ EUR 500 000, dan jista’ jitqies li huwa konformi mal-għan li l-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, ifittex li jilħaq, li huwa l-prevenzjoni tal-frodi fir-rigward tal-VAT?

2)

Jista’ jitqies li l-garanzija fiskali inkwistjoni, minħabba li l-ammont massimu tagħha jista’ jilħaq EUR 500 000, kif ġie impost fil-kawża prinċipali, ma tiksirx il-libertà ta’ intrapriża prevista mill-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ma tisforzax indirettament lill-persuna taxxabbli tiddikjara l-insolvenza tagħha, ma hijiex diskriminatorja fid-dawl tal-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, ma tmurx kontra l-prinċipju ta’ ne bis in idem fil-qasam tal-ġbir tal-VAT u fl-aħħar nett ma tiksirx il-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività rrikonoxxut mill-Artikolu 49(1) u (3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-24 ta’ Ottubru 2016 – DUEMMESGR SpA vs Associazione Cassa Nazionale di Previdenza e Assistenza in favore dei Ragionieri e Periti Commerciali (CNPR)

(Kawża C-536/16)

(2017/C 022/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DUEMMESGR SpA

Konvenuta: Associazione Cassa Nazionale di Previdenza e Assistenza in favore dei Ragionieri e Periti Commerciali (CNPR)

Domandi preliminari

1)

Jekk wieħed jikkunsidra li l-Istati Membri għandhom il-fakultà li jimponu n-natura oneruża tal-assistenza fl-istabbiliment tal-proċess (soccorso istruttorio) bil-għan li din tiġi rregolarizzata, l-Artikolu 38(2a) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163 tal-2006, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-avviż ta’ kuntratt inkwistjoni […] huwa kuntrarju jew le għad-dritt Komunitarju meta jipprevedi l-ħlas ta’ “sanzjoni pekunjarja” ta’ ammont li għandu jiġi ffissat mill-awtorità kontraenti (“ammont li ma jistax ikun inqas minn wieħed f’elf jew iktar minn wieħed fil-mija tal-valur tal-kuntratt, u fi kwalunkwe każ li ma jistax ikun ogħla minn EUR 50 000 u li l-ħlas tiegħu huwa ggarantit mill-kawzjoni provviżorja”) fid-dawl tal-ammont eċċessivament għoli u tan-natura tas-sanzjoni li hija ffissata bil-quddiem, peress li dan ma jistax jiġi adattatskont is-sitwazzjoni konkreta li għandha tiġi rregolata, jiġifieri tal-gravità tal-irregolarità li għaliha wieħed jixtieq jirrimedja?

2)

Għall-kuntrarju, dan l-istess Artikolu 38(2a) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163 tal-2006 (dejjem fi-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data msemmija iktar ’il fuq) jikser id-dritt Komunitarju sa fejn in-natura oneruża tal-assistenza fl-istabbiliment tal-proċess jista’ fih innifsu jiġi kkunsidrat bħala li jmur kontra l-prinċipji intiżi għall-ftuħ massimu tas-suq għall-kompetizzjoni li din is-sistema ta’ assistenza hija intiża li tikseb, billi l-liġi timponi lill-awtorità kontraenti li tipprovdi din l-assistenza fl-interess pubbliku li tilħaq dan l-għan ta’ kompetizzjoni?


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fl-24 ta’ Ottubru 2016 – Garlsson Real Estate SA, fi stralċ, et vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

(Kawża C-537/16)

(2017/C 022/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Garlsson Real Estate SA, fi stralċ, Stefano Ricucci, Magiste International SA

Konvenuta: Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, interpretat fid-dawl tal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 7 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, tal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, jipprekludi l-possibbiltà li titmexxa proċedura amministrattiva dwar fatti (aġir illegali li jikkonsisti f’manipulazzjoni tas-suq) li fir-rigward tagħhom l-istess persuna ngħatat kundanna kriminali definittiva?

2)

Il-qorti nazzjonali tista’ tapplika direttament il-prinċipji tal-Unjoni fir-rigward tal-prinċipju ta’ ne bis in idem, abbażi tal-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, interpretat fid-dawl tal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 7 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, tal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-leġiżlazzjoni nazzjonali?


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Órgano Administrativo de Recursos Contractuales de la Comunidad Autónoma de Euskadi (Spanja) fit-28 ta’ Ottubru 2016 – Montte S.L. vs Musikene

(Kawża C-546/16)

(2017/C 022/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Órgano Administrativo de Recursos Contractuales de la Comunidad Autónoma de Euskadi (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Montte S.L.

Konvenuta: Musikene

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2014/24/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2014, dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 150.4 TRLCSP (2), jew prassi ta’ interpretazzjoni u ta’ applikazzjoni tal-imsemmija leġiżlazzjoni, li jawtorizzaw lill-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu, fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt li jirregolaw il-kontenzjuż ta’ proċedura miftuħa għall-għoti ta’ kuntratt, kriterji ta’ għoti li joperaw f’fażijiet eliminatorji suċċessivi għall-offerti li ma jeċċedux limitu minimu ta’ punti predeterminat?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, l-imsemmija Direttiva 2014/24 tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, jew prassi ta’ interpretazzjoni u ta’ applikazzjoni tal-imsemmija leġiżlazzjoni, li fil-proċedura miftuħa għall-għoti ta’ kuntratt jużaw l-imsemmija sistema ta’ kriterji ta’ għoti li joperaw f’fażijiet eliminatorji suċċessivi b’tali mod li fl-aħħar fażi ma jkunx jifdal biżżejjed offerti sabiex tkun tista’ tiġi ggarantita kompetizzjoni reali?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, l-imsemmija Direttiva 2014/24 tipprekludi klawżola bħal dik inkwistjoni, li fiha l-fattur tal-prezz jittieħed inkunsiderazzjoni biss għall-offerti li jkunu kisbu 35 punt minn 50 punt fl-evalwazzjoni tal-kriterji tekniċi, minħabba li din il-klawżola ma tkunx tiggarantixxi kompetizzjoni reali jew li tevita l-mandat mogħti lill-awtorità kontraenti sabiex tagħti l-kuntratt lill-offerta bl-aqwa valur kwalità/prezz?


(1)  ĠU 2014, L 94, p. 65.

(2)  Texto refundido de la Ley de contratos del Sector Público (test ikkodifikat tal-liġi dwar il-kuntratti pubbliċi).


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-28 ta’ Ottubru 2016 – Gasorba S.L., Josefa Rico Gil u Antonio Ferrándiz González vs Repsol Comercial de Productos Petrolíferos S.A.

(Kawża C-547/16)

(2017/C 022/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gasorba S.L., Josefa Rico Gil u Antonio Ferrándiz González

Konvenuta: Repsol Comercial de Productos Petrolíferos S.A.

Domandi preliminari

1)

Skont l-Artikolu 16 (“L-applikazzjoni uniformi tal-Liġi tal-Kompetizzjoni tal-Komunità”) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1), tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni [2006/446/KE (2)], tat-12 ta’ April 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Kawża COMP/B 1/38.348 – Repsol CPP) tipprekludi li qorti nazzjonali tkun tista’ tannulla l-ftehimiet li tirreferi għalihom din id-deċiżjoni minħabba t-tul ta’ żmien tal-klawżola ta’ provvista esklużiva, minkejja li jistgħu jiġu ddikjarati nulli minħabba kawżi oħra bħal, pereżempju, l-impożizzjoni mill-fornitur fuq ix-xerrej (jew fuq il-bejjiegħ mill-ġdid) ta’ prezz minimu ta’ bejgħ lill-pubbliku?

2)

F’din l-ipoteżi, jista’ jitqies li l-kuntratti għal perijodu twil affettwati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ April 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Kawża COMP/B 1/38.348 – Repsol CPP) jibbenefikaw, bis-saħħa ta’ din id-deċiżjoni, minn eżenzjoni individwali taħt l-Artikolu 101(3) TFUE?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205.

(2)  ĠU 2006, L 176, p. 104.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Аdministrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fit-2 ta’ Novembru 2016 – “Wind Innovation 1” EOOD, taħt proċedura ta’ stralċ vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

(Kawża C-552/16)

(2017/C 022/14)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Аdministrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Wind Innovation 1” EOOD, taħt proċedura ta’ stralċ

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

Domandi preliminari

1)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 176 tad-Direttiva 2006/112 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi t-tħassir obbligatorju mir-reġistru tal-VAT, ibbażat fuq emenda taż-Zakon za danak varhu dobavenata stoynost (Liġi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud, iktar ’il quddiem iż-“ZDDS”) tal-1 ta’ Jannar 2007, li ttemm il-possibbiltà għal-likwidatur maħtur mill-qorti li jiddeċiedi li l-persuna ġuridika, li x-xoljiment tagħha jkun ġie ordnat permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, tibqa’ rreġistrata għall-finijiet taż-ZDDS sad-data tat-tħassir tagħha mir-reġistru tal-kummerċ, meta din il-liġi tipprevedi, għall-kuntrarju, bħala raġuni għat-tħassir obbligatorju mir-reġistru tal-VAT, ix-xoljiment tal-kumpannija kummerċjali bi jew mingħajr stralċ?

2)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 176 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpetat fis-sens li jipprekludi t-tħassir obbligatorju mir-reġistru tal-VAT, ibbażat fuq emenda taż-ZDDS tal-1 ta’ Jannar 2007, meta l-persuna taxxabbli tkun tissodisfa, fil-mument tat-tħassir obbligatorju mir-reġistru tal-VAT, il-kundizzjonijiet preliminari meħtieġa għal reġistrazzjoni obbligatorja ġdida fir-reġistru tal-VAT, din il-persuna tkun parti f’kuntratti fis-seħħ u tiddikjara li ma waqqfitx l-attivitajiet ekonomiċi tagħha u tkompli twettaqhom, f’sitwazzjoni fejn din il-persuna taxxabbli jkollha effettivament tħallas it-taxxa kkalkolata u dovuta fil-mument tar-reġistrazzjoni obbligatorja mwettqa sabiex ikollha d-dritt li tnaqqas il-VAT tal-input imħallsa fir-rigward tal-assi eżistenti li ġew intaxxati fil-mument tat-tħassir u li jkunu għadhom jeżistu meta ssir ir-reġistrazzjoni l-ġdida? Fil-każ li t-tħassir obbligatorju jkun permess fiċ-ċirkustanzi deskritti, id-dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa fir-rigward tal-assi ntaxxati fil-mument tat-tħassir u li jkunu għadhom jeżistu meta ssir ir-reġistrazzjoni l-ġdida fir-reġistru tal-VAT, u li permezz tagħhom il-persuna taxxabbli twettaq jew ser twettaq provvisti jew servizzi taxxabbli, jista’ jintrabat mal-ħlas effettiv tat-taxxa lill-Istat jew tista’ ssir tpaċija bejn it-taxxa kkalkolata fil-mument tat-tħassir u l-ammont stabbilit tat-taxxa tal-input imħallsa fil-mument tar-reġistrazzjoni l-ġdida fis-sens ta’ din il-liġi, u dan iktar u iktar fid-dawl tal-fatt li din it-taxxa hija dovuta mill-persuna li jkollha d-dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fit-2 ta’ Novembru 2016 – “TTL” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

(Kawża C-553/16)

(2017/C 022/15)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“TTL” ЕООD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

Domandi preliminari

1)

Dispożizzjoni nazzjonali, bħall-punt 3 tal-Artikolu 175(2) tad-Danacho-osiguritelniya protsesualen kodeks (Kodiċi ta’ proċedurali fiskali u tas-sigurtà soċjali, iktar ’il quddiem id-“DOPK”), li tobbliga lil kumpannija nazzjonali, li tħallas dħul suġġett għal taxxa f’ras il-għajn, tħallas interessi fir-rigward tal-perijodu bejn l-iskadenza tat-terminu għall-ħlas tat-taxxa fuq id-dħul u d-data li fiha l-entità barranija stabbilita fi Stat Membru ieħor tistabbilixxi li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja konkluż mar-Repubblika tal-Bulgarija huma applikabbli, inkluż f’sitwazzjoni fejn, konformement mal-ftehim, ebda taxxa ma hija dovuta jew l-ammont tagħha huwa iżgħar, hija kompatibbli mal-Artikolu 5(4) TUE u mal-Artikolu 12(b) TUE?

2)

Dispożizzjoni nazzjonali, bħall-punt 3 tal-Artikolu 175(2) tad-DOPK, u prassi fiskali, li bis-saħħa tagħhom, fil-każ ta’ kumpannija li tħallas dħul suġġett għal taxxa f’ras il-għajn, jiġu imposti interessi fir-rigward tal-perijodu bejn l-iskadenza tat-terminu għall-ħlas tat-taxxa fuq id-dħul u d-data li fiha l-entità barranija stabbilita fi Stat Membru ieħor tistabbilixxi li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja konkluż mar-Repubblika tal-Bulgarija huma applikabbli, inkluż f’sitwazzjoni fejn, konformement mal-ftehim, ebda taxxa ma hija dovuta jew l-ammont tagħha huwa iżgħar, hija kompatibbli mal-Artikoli 49, 54, 63 u 65(1) u (3) TFUE?


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fl-4 ta’ Novembru 2016 – Astellas Pharma GmbH

(Kawża C-557/16)

(2017/C 022/16)

Lingwa tal-kawża: il-Finalndiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Astellas Pharma GmbH

Konvenuti: Helm AG, Lääkealan turvallisuus- ja kehittämisvirasto (Fimea)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 28(5) u l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2001/83/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat minn proċedura ddeċentralizzata ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq, fir-rigward ta’ prodott mediċinali ġeneriku, imsemmi fl-Artikolu 28(2) tad-Direttiva, ma għandhiex kompetenza awtonoma sabiex tiddetermina meta jibda jiddekorri l-perijodu ta’ protezzjoni tad-data tal-prodott mediċinali ta’ riferiment fil-kuntest tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni nazzjonali ta’ tqegħid fis-suq?

2)

Fil-każ li tingħata risposta għall-ewwel domanda fis-sens li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ma għandhiex kompetenza awtonoma sabiex tiddetermina meta jibda jiddekorri l-perijodu ta’ protezzjoni tad-data tal-prodotti mediċinali ta’ riferiment fil-kuntest tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni nazzjonali ta’ tqegħid fis-suq:

Qorti ta’ dan l-Istat Membru għandha, fid-dawl ta’ rikors ippreżentat mill-proprjetarju tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali ta’ riferiment, teżamina xorta waħda l-kwistjoni ta’ meta jibda jiddekorri l-perijodu ta’ protezzjoni tad-data jew din il-qorti hija suġġetta għall-istess limitu bħall-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru?

F’dan il-każ, kif jista’ jiġi implementat, quddiem il-qorti nazzjonali inkwistjoni, id-dritt tal-persuna li għandha f’idejha l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali ta’ riferiment li tibbenefika, konformement mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2001/83, minn protezzjoni ġudizzjarja effettiva fil-qasam tal-protezzjoni tad-data?

Ir-rekwiżit marbut ma’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva jinkludi l-obbligu, għall-qorti nazzjonali, li tivverifika jekk l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq inizjali għall-prodott mediċinali ta’ riferiment fi Stat Membru ieħor ingħatax konformement mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/83?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud (ir-Repubblika Ċeka) fl-4 ta’ Novembru 2016 – Michael Dědouch et vs Jihočeská plynárenská, a.s., E.ON Czech Holding AG

(Kawża C-560/16)

(2017/C 022/17)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Michael Dědouch, Petr Streitberg, Pavel Suda

Konvenuti: Jihočeská plynárenská, a.s., E.ON Czech Holding AG

Domandi preliminari

1.

Il-punt 2 tal-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Brussell I”) għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika wkoll għall-proċedura li tinvolvi l-istħarriġ tan-natura raġonevoli tal-korrispettiv li l-azzjonist prinċipali huwa obbligat iħallas, inkambju għal titoli ta’ sehem, lid-detenturi preċedenti tal-imsemmija titoli, li ġew ittrasferiti lilu bħala riżultat ta’ riżoluzzjoni adottata mil-laqgħa ġenerali ta’ kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata, dwar it-trasferiment obbligatorju tat-titoli l-oħra ta’ sehem lill-azzjonist prinċipali (proċedura msejħa ta’ “tneħħija”), meta r-riżoluzzjoni hekk adottata tiffissa l-ammont tal-korrispettiv raġonevoli u meta jkun hemm deċiżjoni ġudizzjarja li tagħti d-dritt għal ammont ta’ korrispettiv differenti, ta’ natura vinkolanti għall-azzjonist prinċipali u għall-kumpannija, fir-rigward tal-bażi tad-dritt mogħti, kif ukoll fir-rigward tad-detenturi l-oħra ta’ titoli ta’ sehem?

2.

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, il-punt 1(a) tal-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Brussell I għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri wkoll il-proċedura li tinvolvi l-istħarriġ tan-natura raġonevoli tal-korrispettiv deskritt fl-ewwel domanda?

3.

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel żewġ domandi, il-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament Brussell I għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri wkoll il-proċedura li tinvolvi l-istħarriġ tan-natura raġonevoli tal-korrispettiv deskritt fl-ewwel domanda?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-7 ta’ Novembru 2016 – Saras Energía S.A. vs Administración del Estado

(Kawża C-561/16)

(2017/C 022/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Saras Energía S.A.

Konvenuta: Administración del Estado

Domandi preliminari

1)

Hija kompatibbli mal-Artikolu 7(1) u (9) tad-Direttiva 2012/27 (1) leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tistabbilixxi mekkaniżmu nazzjonali ta’ obbligi fil-qasam tal-effiċjenza fl-enerġija li l-mod ewlieni ta’ twettiq tiegħu jikkonsisti f’kontribuzzjoni finanzjarja annwali lil fond nazzjonali għall-effiċjenza fl-enerġija stabbilit skont l-Artikolu 20(4) tal-istess direttiva?

2)

Hija kompatibbli mal-Artikoli 7(1) u 20(6) tad-Direttiva 2012/27 leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-possibbiltà li jitwettqu l-obbligi ta’ ffrankar tal-enerġija billi jiġi kkreditat l-iffrankar miksub bħala alternattiva għall-kontribuzzjoni finanzjarja lil fond nazzjonali għall-effiċjenza fl-enerġija?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, huwa kompatibbli mal-imsemmija Artikoli 7(1) u 20(6) tad-Direttiva li tkun prevista l-imsemmija possibbiltà alternattiva ta’ twettiq tal-obbligi ta’ ffrankar tal-enerġija meta l-eżistenza effettiva ta’ din l-alternattiva tiddependi mill-fatt li l-Gvern jimplementaha fid-diskrezzjoni tiegħu permezz ta’ leġiżlazzjoni?

F’dan is-sens, tali leġiżlazzjoni hija kompatibbli meta l-Gvern ma jimplementax din il-possibbiltà alternattiva?

4)

Huwa kompatibbli mal-Artikolu 7(1) u (4) tad-Direttiva mekkaniżmu nazzjonali li jqis li huma partijiet suġġetti għall-obbligi ta’ ffrankar tal-enerġija biss il-kumpanniji tal-bejgħ bl-imnut tal-enerġija u mhux id-distributuri?

5)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, hija kompatibbli mal-imsemmija paragrafi tal-Artikolu 7 l-indikazzjoni tal-kumpanniji tal-bejgħ bl-imnut bħala partijiet obbligati mingħajr ma jiġu ddeterminati r-raġunijiet li wasslu sabiex id-distributuri tal-enerġija ma jiġux inklużi bħala partijiet obbligati?


(1)  Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU 2012, L 315, p. 1).


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Eirinodikeio Lerou (il-Greċja) fid-9 ta’ Novembru 2016 – Alessandro Saponaro, Kalliopi-Chloi Xylina

(Kawża C-565/16)

(2017/C 022/19)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Eirinodikeio Lerou (il-Greċja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Alessandro Saponaro

Kalliopi-Chloi Xylina

Domanda preliminari

Fil-każ li talba għal awtorizzazzjoni intiża għar-rinunzja ta’ suċċessjoni hija indirizzata lil qorti Ellenika mill-ġenituri ta’ wild minuri li r-residenza abitwali tiegħu tinsab fl-Italja u għall-finijiet li jiġi ddeterminat jekk l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni hijiex konformi mal-Artikolu 12(3)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003 (1): a) is-sempliċi preżentata tat-talba quddiem il-qorti Ellenika hija ekwivalenti għall-aċċettazzjoni inekwivoka mill-ġenituri tal-estensjoni tal-ġurisdizzjoni, b) l-eisangeleas protodikon (prosekutur fil-qorti reġjonali) jinsab fost il-partijiet li jridu jaċċettaw l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni fil-mument tal-preżentata tat-talba, fid-dawl tal-fatt li skont id-dritt Elleniku huwa legalment parti fil-proċedura inkwistjoni, u c) l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni hija fl-interess tal-wild, fid-dawl tal-fatt li huwa stess u l-ġenituri tiegħu, fil-kwalità ta’ rikorrenti, għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-Italja, filwaqt li r-residenza tal-mejjet fil-mument tal-mewt, kif ukoll il-patrimonju tiegħu li huwa s-suġġett tas-suċċessjoni, jinsabu fil-Greċja?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243).


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (Ir-Renju Unit) fl-10 ta’ Novembru 2016 – Merck Sharp vs Designs Comptroller-General of Patents, Desings and Trade Marks

(Kawża C-567/16)

(2017/C 022/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Merck Sharp

Konvenuti: Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks

Domandi preliminari

1)

Avviż ta’ tmiem tal-proċedura maħruġ mill-Istat Membru ta’ riferiment skont l-Artikolu 28(4) tad-Direttiva 2001/83/KE (1), tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, qabel l-iskadenza tal-privattiva bażika, għandu jitqies bħala ekwivalenti għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq għall-finijiet tal-Artikolu 3(b) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (Verżjoni kodifikata) (ir-“Regolament “ĊPS”), b’tali mod li persuna li tressaq applikazzjoni għal ĊPS fl-Istat Membru inkwistjoni hija intitolata li tapplika u li tingħata ĊPS abbażi tal-avviż ta’ tmiem tal-proċedura?

2)

Jekk it-tweġiba għad-domanda (1) hija le; fl-istess ċirkustanzi tad-domanda 1, l-assenza ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq mogħtija fl-Istat Membru inkwistjoni fid-data tal-applikazzjoni għal ĊPS f’dak l-Istat Membru tikkostitwixxi irregolarità li tista’ tiġi rrimedjata skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament ĊPS ladarba tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69

(2)  ĠU L 152, p. 1


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Nürtingen (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Settembru 2016 – proċeduri kriminali kontra Faiz Rasool

(Kawża C-568/16)

(2017/C 022/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Nürtingen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Faiz Rasool, Rasool Entertainment GmbH, Staatsanwaltschaft Stuttgart

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 3(o) tad-Direttiva dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern (Direttiva 2007/64/KE) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-possibbiltà offerta f’sala tal-logħob, li għandha konċessjoni maħruġa mill-Istat, li jitwettaq irtirar ta’ flus kontanti minn distributur ta’ flus, li jwettaq ukoll kambju ta’ flus, permezz ta’ karta “EC [electronic cash]”u ta’ kodiċi PIN, fejn l-ipproċessar tekniku marbut mal-kont bankarju jitwettaq minn persuna esterna li tipprovi servizzi (“l-operatur tan-netwerk”) u fejn il-ħlas lill-klijenti jitwettaq meta l-operatur tan-netwerk jibgħat kodiċi ta’ awtorizzazzjoni lid-distributur ta’ flus wara li jkun ivverifika li l-kont ikollu l-fondi, filwaqt li l-operatur tas-sala tal-logħob sempliċement jipprovdi lill-magna ta’ kambju ta’ flus multifunzjonali bi flus kontanti filwaqt li jirċievi kreditu mill-bank tal-klijent li jkun ġibed il-flus sal-ammont ta’ flus li jkun inġibed, tikkostitwixxi attività fis-sens tal-Artikolu 3(o) tad-Direttiva u għalhekk ma hijiex suġġetta għal awtorizzazzjoni?

2.

Jekk l-attività deskritta fl-ewwel domanda ma titqiesx bħala li tikkostitwixxi attività fis-sens tal-Artikolu 3(o):

L-Artikolu 3(e) tad-Direttiva 2007/64/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-possibbiltà deskritta fl-ewwel domanda dwar l-irtirar ta’ flus kontanti permezz ta’ kodiċi PIN hija attività fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni meta, flimkien mal-irtirar ta’ flus kontanti, jinħoloq voucher ta’ EUR 20, li għandu jissarraf mingħand il-persuna responsabbli mis-sorveljanza tas-sala tal-logħob, sabiex din tal-aħħar iddaħħal il-muniti f’magna tal-logħob?

Fl-ipoteżi li l-attività deskritta fl-ewwel u fit-tieni domandi ma titqiesx bħala li tikkostitwixxi attività eskluża mill-kamp tal-applikazzjoni tad-Direttiva abbażi tal-Artikolu 3(o) u/jew (e):

3a.

Il-punt 2 tal-Anness tad-Direttiva 2007/64/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-attività tal-operatur tas-sala tal-logħob, deskritta fl-ewwel u fit-tieni domandi, hija servizz ta’ ħlas suġġett għal awtorizzazzjoni, minkejja li l-operatur tas-sala tal-logħob ma jiġġestixxi ebda kont tal-klijent li jirtira l-flus?

3b.

Il-punt 3 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-attività tal-operatur tas-sala tal-logħob, deskritta fl-ewwel u fit-tieni domandi, hija servizz ta’ ħlas li jaqa’ taħt din id-dispożizzjoni, meta l-operatur tas-sala tal-logħob jipprovdi dan is-servizz mingħajr ħlas?

Fl-ipoteżi li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li din l-attività hija servizz ta’ ħlas suġġett għal awtorizzazzjoni:

4.

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni u tad-Direttiva dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu, f’każ li jkollu l-karatteristiċi partikolari tal-każ ineżami, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet kriminali fuq l-operazzjoni ta’ distributur ta’ flus kontanti CE jekk id-distributuri ta’ flus CE tal-istess tip kienu jew huma operati mingħajr awtorizzazzjoni f’diversi swali tal-logħob li għandhom konċessjoni maħruġa mill-Istat kif ukoll f’każinos li għandhom konċessjoni maħruġa mill-Istat u huma parzjalment operati wkoll mill-Istat u jekk l-awtorità ta’ awtorizzazzjoni u ta’ sorveljanza kompetenti ma tqajjimx oġġezzjonijiet?

Fl-ipoteżi li r-raba’ domanda tingħata wkoll risposta negattiva:

5.

Id-Direttiva dwar is-servizzi ta’ ħlas u l-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam ta’ ċertezza legali u ta’ ċarezza legali, kif ukoll l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’każ li jkollu l-karatteristiċi partikolari tal-każ ineżami, jipprekludu prassi aministrattiva u ġuridika li timponi li dawk l-ammonti ta’ flus li l-operatur tas-sala tal-logħob kien irċieva, minħabba l-provvista ta’ servizz ta’ ħlas mill-operatur tan-netwerk, mingħand klijenti tal-bank, meta dawn il-klijenti tal-bank kienu rtiraw b’karta CE u b’kodiċi PIN il-flus kontanti u/jew vouchers pprovduti minnu stess sabiex jilagħbu mal-magni tal-logħob, jinqabdu mit-Teżor pubbliku (“konfiska”), minkejja li l-ammonti kollha kkreditati jikkorrispondu biss ma’ dawk l-ammonti rtirati mill-klijenti minn distributuri tal-flus fi flus kontanti u vouchers għal-logħob?


(1)  Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, p. 1).


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (ir-Renju Unit) fl-14 ta’ Novembru 2016 – Air Berlin plc v Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-573/16)

(2017/C 022/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Air Berlin plc

Konvenut: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Domandi preliminari

1)

Il-ġbir minn Stat Membru ta’ taxxa tal-boll ta’ 1,5 % fuq it-trasferiment, kif indikat fir-rinviju, fiċ-ċirkustanzi indikati fir-rinviju, imur kontra wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin:

1.

l-Artikolu 10 jew l-Artikolu 11 tal-Ewwel Direttiva (1);

2.

l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 5 tat-Tieni Direttiva (2); jew

3.

l-Artikoli 12, 43, 48, 49 jew 56 tat-Trattat KE?

2)

Ir-risposta għall-ewwel domanda tkun differenti f’ċirkustanzi fejn it-trasferiment ta’ azzjonijiet lil servizz ta’ clearance kien meħtieġ sabiex tiġi ffaċilitata l-iskrizzjoni tal-kumpannija inkwistjoni fil-lista tal-Borża f’dak l-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor?

3)

Ir-risposti għall-ewwel jew għat-tieni domanda tkun differenti f’ċirkustanzi fejn il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tippermetti li operatur ta’ servizz ta’ clearance, meta jirċievi l-approvazzjoni tal-awtoritajiet tat-taxxa, jagħżel li ma titħallas ebda taxxa tal-boll fuq it-trasferiment ta’ azzjonijiet lis-servizz ta’ clearance iżda li minflok titħallas is-SDRT fuq kull bejgħ sussegwenti ta’ azzjonijiet fi ħdan is-servizz ta’ clearance (bir-rata ta’ 0,5 % fuq il-prezz tal-bejgħ)?

4)

Ir-risposta għat-tielet domanda tkun differenti f’ċirkustanzi fejn l-istruttura tat-tranżazzjonijiet magħżula mill-kumpannija inkwistjoni tfisser li l-benefiċċju tal-għażla ma jistax jintuża?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 11)

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE, tat-12 ta’ Frar 2008, dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU L 46, p. 11)


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/17


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-575/16)

(2017/C 022/23)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Støvlbæk, K. Walkerová, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka

Talbiet

tikkonstata li billi imponiet kundizzjoni ta’ nazzjonalità għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ nutar, ir-Repubblika Ċeka naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 49 TFUE; u

tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjoni ta’ nazzjonalità stabbilita għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ nutar fis-sistema legali Ċeka hija diskriminatorja u tikkostitwixxi restrizzjoni inġustifikata għal-libertà ta’ stabbiliment. B’hekk, ir-Repubblika Ċeka naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 49 TFUE.

Il-Kummissjoni tqis li l-funzjonijiet ikkonferiti lin-nutara bil-leġiżlazzjoni tar-Repubblika Ċeka ma jikkontribwixxux, min-natura tagħhom, għall-eżerċizzju tal-awtorità pubblika u li b’hekk ma tistax tiġi ġġustifikata bl-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 51 TFUE il-kundizzjoni ta’ nazzjonalità prevista għall-aċċess għall-professjoni ta’ nutar fis-sistema legali Ċeka.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fis-17 ta’ Novembru 2016 – C. K., H. F. u (minuri) A. S. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-578/16)

(2017/C 022/24)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet

Rikorrenti: C. K., H. F. u (minuri) A. S.

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Domandi preliminari

1.

L-interpretazzjoni tar-regoli dwar l-applikazzjoni tal-klawżola diskrezzjonali stabbilita fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament Dublin III, b’teħid inkunsiderazzjoni tan-natura ta’ din id-dispożizzjoni, hija tali li l-qorti tal-Istat Membru għandu l-kompetenza finali, jew hija tali li teżonera lill-qorti, li mid-deċiżjonijiet tagħha ma hemm ebda rimedju ġudizzjarju, mir-rinviju tal-kawża lill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sens tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea?

2.

L-evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Dublin III (f’każ bħal dak tas-suġġett tat-talba għal deċiżjoni preliminari) hija suffiċjenti sabiex tiżgura l-osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 jew tal-Artikolu 19(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fondamentali u l-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra?

3.

Mill-interpretazzjoni tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament Dublin III jirriżulta li l-użu tal-klawżola diskrezzjonali min-naħa ta’ Stat Membru, sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva fir-rigward ta’ ksur ta’ dritt stabbilit fl-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, f’każijiet bħal dawk tas-suġġett ta’ din it-talba għal deċiżjoni preliminari, huwa obbligatorju u jipprekludi t-trasferimenti tal-applikant għal protezzjoni internazzjonali lejn l-Istat Membru kompetenti, li jkun iddikjara l-kompetenza tiegħu skont l-imsemmi regolament?

4.

Skont il-klawżola diskrezzjonali fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament Dublin III, l-applikant għal protezzjoni internazzjonali jew persuna oħra fil-kuntest ta’ proċedura ta’ trasferiment fis-sens tar-regolament imsemmi jistgħu jinvokaw l-applikazzjoni tal-klawżola stess, li fuqha jridu jiddeċiedu l-korpi amministrattivi kompetenti u l-qrati tal-Istat Membru, jew l-imsemmija korpi u l-qrati tal-Istat Membru huma obbligati li jivverifikaw ex officio ċ-ċirkustanzi deskritti?


Il-Qorti Ġenerali

23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2016 – T & L Sugars u Sidul Açúcares vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-279/11) (1)

([“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Agrikoltura - Zokkor - Miżuri eċċezzjonali - Provvista tas-suq tal-Unjoni - Sena tas-suq 2010/2011 - Dispożizzjoni legali li għandha l-għan li tagħti drittijiet lil individwi - Ksur suffiċjentement serju - Regolament (KE) Nru 1234/2007 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Proporzjonalità - Aspettattivi leġittimi - Dmir ta’ diliġenza u prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”])

(2017/C 022/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: T & L Sugars Ltd (Londra, ir-Renju Unit), Sidul Açúcares, Unipessoal Lda (Santa Iria de Azóia, il-Portugall) (rappreżentanti: inizjalment D. Waelbroeck, avukat, u D. Slater, solicitor, sussegwentement D. Waelbroeck)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuti: DAI – Sociedade de Desenvolvimento Agro Industrial, SA (Coruche, il-Portugall) (rappreżentanti: M. Mendes Pereira, avukat), RAR – Refinarias de Açúcar Reunidas, SA (Porto, il-Portugall) (rappreżentant: M. Mendes Pereira) u SFIR Società Fondiaria Industriale Romagnola SpA (Cesena, l-Italja) u SFIR Raffineria di Brindisi SpA (Cesena) (rappreżentanti: P. Buccarelli u M. Todino, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Demeneix, P. Rossi u N. Donnelly, sussegwentement P. Rossi u P. Ondrůšek, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Ir-Republlika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas u C. Candat, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (raprezżentanti: E. Sitbon u A. Westerhof Löfflerová, aġenti) u Comité européen des fabricants de sucre (CEFS) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: C. Pitschas, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbu minħabba l-fatt, minn naħa, l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 222/2011, tat-3 ta’ Marzu 2011, li jistabbilixxi miżuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta’ zokkor u iżoglukożju ’l fuq mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2010/2011 (ĠU 2011, L 60, p. 6), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 293/2011, tat-23 ta’ Marzu 2011, li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni, li jirrifjuta iktar applikazzjonijiet u li jagħlaq il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-kwantitajiet disponibbli ta’ zokkor ’il fuq mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed (ĠU 2011, L 79, p. 8), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 302/2011, tat-28 ta’ Marzu 2011, li jiftaħ kwota tariffarja eċċezzjonali għal ċerti kwantitajiet ta’ zokkor għas-sena tas-suq 2010/2011 (ĠU 2011, L 81, p. 8) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 393/2011, tad-19 ta’ April 2011, li jiffissa l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni mill-1 sas-7 ta’ April 2011 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji u li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għat-tali liċenzji (ĠU 2011, L 104, p. 39), u, min-naħa l-oħra, ir-rifjut tal-Kummissjoni li tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tistabbilixxi mill-ġdid il-provvista taz-zokkor tal-kannamieli mhux maħdum.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

T & L Sugars Ltd u Sidul Açúcares, Unipessoal Lda, minn naħa, u l-Kummissjoni Ewropea, min-naħa l-oħra, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess relatati mal-eċċezzjoni tal-inammissibbiltà li wasslet għas-sentenza tas-6 ta’ Ġunju 2013, T & L Sugars u Sidul Açúcares/Commission (T-279/11, EU:T:2013:299).

3)

T & L Sugars u Sidul Açúcares huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk li ġew imġarrba mill-Kummissjoni u li huma relatati mal-mertu tar-rikors.

4)

Ir-Repubblika Franċiża u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess, inklużi dawk relatati mal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà li wasslet għas-sentenza tas-6 ta’ Ġunju 2013, T & L Sugars u Sidul Açúcares vs Il-Kummissjoni (T-279/11, EU:T:2013:299).

5)

DAI – Sociedade de Desenvolvimento Agro-Industrial, SA, RAR – Refinarias de Açùcar Reunidas, SA, SFIR – Società Fondiaria Industriale Romagnola SpA u SFIR Raffineria di Brindisi SpA kif ukoll il-Comité européen des fabricants de sucre (CEFS) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 232, 6.8.2011.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2016 – T & L Sugars u Sidul Açúcares vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-103/12) (1)

([“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Agrikultura - Zokkor - Miżuri eċċezzjonali - Provvista tas-suq tal-Unjoni - Sena tas-suq 2011/2012 - Regola tad-dritt li għandha bħala għan li tagħti drittijiet lill-individwi - Ksur suffiċjentement serju - Regolament (KE) Nru 1234/2007 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Proporzjonalità - Ċertezza legali - Aspettativi leġittimi - Dmir ta’ diliġenza u prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”])

(2017/C 022/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: T & L Sugars Ltd (Londra, ir-Renju Unit), Sidul Açúcares, Unipessoal Lda (Santa Iria de Azóia, il-Portugall) (rappreżentanti: inizjalment minn D. Waelbroeck, avukat, u D. Slater, solicitor, sussegwentement minn D. Waelbroeck)

Intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: DAI – Sociedade de Desenvolvimento Agro-Industrial, SA (Coruche, il-Portugall) (rappreżentanti: M. Mendes Pereira, avukat), RAR – Refinarias de Açúcar Reunidas, SA (Porto) (rappreżentanti: M. Mendes Pereira, avukat), Lemarco SA, (Bucharest, ir-Rumanija), Lemarco Cristal Srl (Urziceni) et Zaharul Liesti SA (Lieşti) (rappreżentanti: L.-I. Van de Waart u D. Gruia Dufaut, avukati) u SFIR Società Fondiaria Industriale Romagnola SpA (Cesena, l-Italja) u SFIR Raffineria di Brindisi SpA (Cesena) (rappreżentanti: P. Buccarelli u M. Todino, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Rossi u N. Donnelly, sussegwentement P. Rossi u P. Ondrůšek, aġenti)

Intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Sitbon u A. Westerhof Löfflerová, aġenti) u Kumitat Ewropew tal-fabbrikanti taz-zokkor (CEFS) (Brussell, il-Belġju) (représentant: C. Pitschas, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża li tikseb l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1239/2011, tat-30 ta’ Novembru 2011, li jiftaħ sejħa permanenti għat-tressiq ta’ offerti għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi tan-NM bin-numru 1701 b’dazju doganali mnaqqas għas-sena tas-suq 2011/2012 (ĠU L 318, p. 4), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1240/2011, tat-30 ta’ Novembru 2011, li jistabbilixxi miżuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta’ zokkor u iżoglukożju ’l fuq mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2011/2012 (ĠU L 318, p. 9), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1281/2011, tat-8 ta’ Diċembru 2011, dwar id-dazju doganali minimu li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għall-ewwel stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011 (ĠU L 327, p. 60), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1308/2011, tal-14 ta’ Diċembru 2011, li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni, li jirrifjuta iktar applikazzjonijet u li jagħlaq il-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-kwantitajiet disponibbli ta’ zokkor barra mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2011/2012 (ĠU L 332, p. 8), Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1316/2011, tal-15 ta’ Diċembru 2011, dwar id-dazju doganali minimu li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għat-tieni stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011 (ĠU L 334, p. 16), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1384/2011, tat-22 ta’ Diċembru 2011, dwar id-dazju doganali minimu li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għat-tielet stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011 (ĠU L 343, p. 33), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 27/2012, tat-12 ta’ Jannar 2012, dwar id-dazju doganali minimu għaz-zokkor li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għar-raba’ stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011 (ĠU L 9, p. 12), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 57/2012, tat-23 ta’ Jannar 2012, li jissuspendi l-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011 (ĠU L 19, p. 12) u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża li tikseb kumpens tad-dannu li r-rikorrenti allegatament soffrew minħabba l-adozzjoni ta’ dawn l-atti u r-rifjut tal-Kummissjoni li tieħu l-miżuri neċessarji biex tistabbilixxi mill-ġdid il-provvisti taż-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

T & L Sugars Ltd u Sidul Açúcares, Unipessoal Lda huma kkundannati li jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, DAI – Sociedade de Desenvolvimento Agro-Industrial, SA, RAR – Refinarias de Açúcar Reunidas, SA, Lemarco SA, Lemarco Cristal Srl, Zaharul Liesti SA, SFIR Società Fondiaria Industriale Romagnola SpA u SFIR Raffineria di Brindisi SpA kif ukoll il-Kumitat Ewropew tal-fabbrikanti taz-zokkor (CEFS) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 151, 26.5.2012.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2016 – Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill

(Kawża T-65/14) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran - Iffriżar tal-fondi - Reġistrazzjoni ġdida ta’ isem ir-rikorrenti wara l-annullament tar-reġistrazzjoni inizjali mill-Qorti Ġenerali - Żball ta’ liġi - Żball ta’ fatt - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Proporzjonalità”))

(2017/C 022/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bank Refah Kargaran (Tehran, l-Iran) (rappreżentant: J.-M. Thouvenin, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux, M. Bishop u B. Driessen, aġenti)

Parti konvenuta in sostenn tal-parti konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu u D. Gauci, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013, L 306, p. 18), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013, L 306, p. 3), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għall-annullament tad-Deċiżjoni 2013/661 u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 1154/2013 sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti mill-20 ta’ Jannar 2014.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bank Refah Kargaran għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 135, 05.05.2014.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2016 – Export Development Bank of Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T-89/14) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran - Iffriżar ta’ fondi - Inklużjoni mill-ġdid ta’ isem ir-rikorrent wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tal-inklużjoni inizjali - Żball ta’ liġi - Żball ta’ fatt - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament”))

(2017/C 022/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Export Development Bank of Iran (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: J. M. Thouvenin, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u M. Bishop, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu u D. Gauci, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 18), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 3), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent, u, sussidjarjament, l-annullament tad-Deċiżjoni 2013/661 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1154/2013 sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent mill-20 ta’ Jannar 2014.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Export Development Bank of Iran għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 135, 5.5.2014.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2016 – Rotenberg vs Il-Kunsill

(Kawża T-720/14) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet li jipperikolaw jew li jheddu lill-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Restrizzjonijiet fil-qasam ta’ dħul fit-territorji tal-Istati Membri - Persuna fiżika li ssostni attivament jew li timplementa azzjonijiet li jipperikolaw jew li jheddu lill-Ukraina - Persuna fiżika li tikseb vantaġġ minn responsabbli Russi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-annessjoni tal-Krimea - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-proprjetà - Libertà ta’ intrapriża - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata - Proporzjonalità”))

(2017/C 022/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Arkady Romanovich Rotenberg (Saint Petersburg, ir-Russja) (rappreżentanti: inizjalment D. Pannick, QC, M. Lester, barrister u M. O’Kane, solicitor, sussegwentement D. Pannick, M. Lester, S. Hey, H. Brunskill, solicitors u Z. Al-Rikabi, barrister, finalment D. Pannick, M. Lester et Z. Al-Rikabi)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentani: J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, tas-17 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2014, L 78, p. 16), kif emendata, l-ewwel nett, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/508/PESK, tat-30 ta’ Lulju 2014 (ĠU 2014, L 226, p. 23), it-tieni nett, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/432, tat-13 ta’ Marzu 2015 (ĠU 2015, L 70, p. 47), it-tielet nett, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1524, tal-14 ta’ Settembru 2015 (ĠU 2015, L 239, p. 157), u r-raba’ nett, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/359, tal-10 ta’ Marzu 2016 (ĠU 2016, L 67, p. 37), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, tas-17 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2014, L 78, p. 6), kif implementat, l-ewwel nett, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 826/2014, tat-30 ta’ Lulju 2014 (ĠU 2014, L 226, p. 16), it-tieni nett, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/427, tat-13 ta’ Marzu 2015 (ĠU 2015, L 70, p. 1), it-tielet nett, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1514, tal-14 ta’ Settembru 2015 (ĠU 2015, L 239, p. 30), u, ir-raba’ nett, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/353, tal-10 ta’ Marzu 2016 (ĠU 2016, L 67, p. 1), sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, tas-17 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill, tat-30 ta’ Lulju 2014, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, tas-17 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, hekk kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 826/2014, tat-30 ta’ Lulju 2014, huma annullati, sa fejn jirrigwardaw lil Arkady Romanovich Rotenberg.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 7, 12.1.2015


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2016 – Fiesta Hotels & Resorts vs EUIPO – Residencial Palladium (PALLADIUM PALACE IBIZA RESORT & SPA)

(Kawża T-217/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea PALLADIUM PALACE IBIZA RESORT & SPA - Isem kummerċjali nazzjonali preċedenti GRAND HOTEL PALLADIUM - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu fil-kummerċ ta’ sinjal liema portata ma hijiex biss lokali - Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 022/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Fiesta Hotels & Resorts, SL (Ibiza, Spanja) (rappreżentant: J. B. Devaureix, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Residencial Palladium, SL (Ibiza, Spanja) (rappreżentant: D. Solana Giménez, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Frar 2015 (Każ R 2391/2013-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità Residencial Palladium u Fiesta Hotels & Resorts.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Fiesta Hotels & Resorts, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 205, 22.6.2015.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2016 – ANKO vs REA

(Kawża T-270/15) (1)

([“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2007-2013) - Proġett ESS - Konformità mal-istipulazzjonijiet kuntrattwali tas-sospensjoni tal-pagamenti fir-rigward tar-rikorrenti u tal-kundizzjonijiet għat-tneħħija ta’ din is-sospensjoni tal-pagamenti - Interessi moratorji”])

(2017/C 022/31)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (rappreżentanti: S. Payan-Lagrou u V. Canetti, aġenti, inizjalment assistiti minn O. Lytra, sussegwentement minn A. Saratsi, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li s-sospensjoni tal-pagamenti imposta mir-REA tal-bilanċ tal-għajnuna finanzjarja dovuta lir-rikorrenti għall-implementazzjoni tal-ftehim ta’ sussidju Nru 217951, għall-finanzjarment tal-proġett intitolat “Emergency support system”, konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2007-2013), tikkostitwixxi ksur tal-obbligi kuntrattwali tagħha u li dan l-ammont għandu jitħallas lilha, flimkien mal-interessi moratorji, min-notifika ta’ dan ir-rikors.

Dispożittiv

1)

L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)ssospendiet il-pagamenti fir-rigward ta’ ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias bi ksur tal- tal-punt II.5(3)(d) tal-kundizzjonijiet ġenerali annessi mal-ftehim ta’ sussidju Nru 217951 għall-finanzjament tal-proġett intitolat “Emergency support system”, konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2007-2013).

2)

Ir-REA hija kkundannata tħallas lil ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias somma li tikkorrispondi għall-pagamenti intermedji li ma kellhomx ikunu sospiżi li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni ta’ din tal-aħħar għall-proġett intitolat “Emergency support system”, fil-limiti tal-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja disponibbli fil-mument tas-sospensjoni tagħhom, miżjuda bl-interessi moratorji, li għandhom jibdew jiddekorru, għal kull perijodu ta’ rappurtar, mill-iskadenza tat-terminu għall-ħlas ta’ 105 ġranet wara n-notifika tar-rapporti korrispondenti, bir-rata fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar tat-terminu tal-pagament, kif ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C, miżjuda bi tliet punti perċentwali u nofs.

3)

Ir-REA għandha tbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2015.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2016 – Automobile Club di Brescia vs EUIPO – Rebel Media (e-miglia)

(Kawża T-458/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva e-miglia - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti MILLE MIGLIA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 022/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Automobile Club di Brescia (Brescia, l-Italja) (rappreżentanti: F. Celluprica u F. Fischetti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Rebel Media Ltd (Wilmslow, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Schotthöfer u F. Steiner, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 1990/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Automobile Club di Brescia u Rebel Media.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-rikors inċidentali huwa miċħud.

3)

Automobile Club di Brescia u Rebel Media Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll in-nofs, kull waħda minnhom, tal-ispejjeż tal-EUIPO.


(1)  ĠU C 328, 5.10.2015.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2016 – Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-532/15 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rapport ta’ evalwazzjoni - Imparzjalità tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Talba għal rikuża tal-membri tal-kulleġġ ġudikanti - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”))

(2017/C 022/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Z (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Placco, sussegwentement J. Inghelram u Á. Almendros Manzano, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2015, Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja (F-64/13, EU:F:2015:72), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Z hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 16, 18.1.2016.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2016 – Pi-Design vs EUIPO – Société des produits Nestlé (PRESSO)

(Kawża T-545/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali - Rikors għall-estensjoni territorjali tal-protezzjoni - Trade mark verbali PRESSO - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti PRESSO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 022/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Pi-Design AG (Triengen, l-Isvizzera) (rappreżentanti: M. Apelt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Fischer, aġent)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Lulju 2015 (Każ R 428/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Société des produits Nestlé u Pi-Design.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pi-Design AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 371, 9.11.2015.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2016 – Universidad Internacional de la Rioja vs EUIPO – Universidad de la Rioja (UNIVERSIDAD INTERNACIONAL DE LA RIOJA uniR)

(Kawża T-561/15) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea UNIVERSIDAD INTERNACIONAL DE LA RIOJA uniR - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti UNIRIOJA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2017/C 022/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Universidad Internacional de la Rioja, SA (Logroño, Spanja) (rappreżentanti: C. Lema Devesa u A. Porras Fernandez-Toledano, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Universidad de la Rioja (Logroño, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Diez-Hochleitner Rodríguez, D. Garayalde Niño u A. I. Alpera Plazas, avukati, sussegwentement J Diez-Hochleitner Rodríguez u D Garayalde Niño

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 1914/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Universidad de la Rioja u Universidad Internacional de la Rioja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Universidad Internacional de la Rioja, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 389, 23.11.2015.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2016 – Azur Space Solar Power vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ linji u ta’ briks bojod fuq sfond iswed)

(Kawża T-578/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva li tirrapreżenta linja u briks bojod fuq sfond iswed - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 022/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Azur Space Solar Power (Heilbronn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Nicodemus u S. Stöcker, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment E. Zaera Cuadrado, sussegwentement A. Folliard Monguiral, aġenti)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Awla tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Lulju 2015 (Każ R 2780/2014-4), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea ta’ trade mark figurattiva li tirrappreżenta linji u briks bojod fuq sfond iswed.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Azur Space Solar Power GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 414, 14.12.2015.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2016 – Azur Space Solar Power vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ linji u ta’ briks suwed)

(Kawża T-614/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva li tirrapreżenta linja u briks suwed - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 022/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Azur Space Solar Power GmbH (Heilbronn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Nicodemus u S. Stöcker, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Awla tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Settembru 2015 (Każ R 3233/2014-4), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea ta’ trade mark figurattiva li tirrappreżenta linji u briks suwed.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Azur Space Solar Power GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 38, 1.2.2016


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29. Novembru 2016 – Chic Investments vs EUIPO (eSMOKING WORLD)

(Kawża T-617/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva eSMOKING WORLD - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

(2017/C 022/38)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Chic Investments sp. z o.o. (Poznań, il-Polonja) (rappreżentant: K. Jarosiński, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-25 ta’ Ġunju 2015 (R 3227/2014-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv eSMOKING WORLD bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Chic Investments sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 16, 18.1.2016.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2016 – Tuum vs EUIPO – Thun (TUUM)

(Kawża T-635/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva TUUM - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti THUN - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 022/39)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Tuum Srl (San Giustino, l-Italja) (rappreżentant: B. Saguatti, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Thun SpA (Bolzano, l-Italja) (rappreżentanti: L. Sergi u G. Muscas, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Settembru 2015 (Każ R 2624/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Thun u Tuum.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-3 ta’ Settembru 2015 (Każ R 2624/2014-1) hija annullata.

2)

L-oppożizzjoni hija miċħuda.

3)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż ta’ Tuum Srl, kemm quddiem il-Qorti Ġenerali u kemm quddiem il-Bord tal-Appell.

4)

Thun SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħhom kif ukoll nofs l-ispejjeż ta’ Tuum, kemm quddiem il-Qorti Ġenerali u kemm quddiem il-Bord tal-Appell.


(1)  ĠU C 16, 18.1.2016


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2016 – Groupe Go Sport vs EUIPO – Design Go (GO SPORT)

(Kawża T-703/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GO SPORT - Trade marks verbali nazzjonali preċedenti GO - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni - Tardività tal-preżentata tan-nota li tesponi l-motivi tar-rikors - Inammissibbiltà tar-rikors ippreżentat quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Regola 49(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”])

(2017/C 022/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Groupe Go Sport (Sassenage, Franza) (rappreżentanti: G. Arbant u E. Henry-Mayer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Design Go Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-22 ta’ Settembru 2015 (Każ R 569/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Design Go u Groupe Go Sport.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Groupe Go Sport hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 48, 8.2.2016.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2016 – The Art Company B & S vs EUIPO – Manifatture Daddato u Laurora (SHOP ART)

(Kawża T-735/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SHOP ART - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti art - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 022/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Art Company B & S, SA (Quel, Spanja) (rappreżentanti: L. Sánchez Calderón u J. Villamor Muguerza, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Manifatture Daddato SpA (Barletta, l-Italja), (rappreżentant: D. Russo, avukat).

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Sabina Laurora (Trani, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-8 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 3050/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Art Company B & S, minn naħa, u Manifatture Daddato u S. Laurora, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-8 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 3050/2014-1) hija annullata.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 68, 22.2.2016


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2016 – EK/servicegroup vs EUIPO (FERLI)

(Kawża T-775/15) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FERLI - Rekwiżit ta’ ċarezza - Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Drittijiet tad-difiża - It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”))

(2017/C 022/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: EK/servicegroup eG (Bielefeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Müller u T. A. Müller, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 1233/2015-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali FERLI bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

EK/servicegroup eG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 78, 28.2.2016.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2016 – K&K Group vs EUIPO – Pret A Manger (Europe) (Pret A Diner)

(Kawża T-2/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva Pret A Diner - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti PRET A MANGER - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti PRET - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2017/C 022/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: K&K Group AG (Cham, l-Isvizzera) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u N. Bertram, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pret A Manger (Europe) Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Edenborough, QC)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 2825/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pret A Manger (Europe) u K&K Group.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

K&K Group AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 78, 29.2.2016.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2016 – STC vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-355/14) (1)

((“Kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Bini ta’ impjant ta’ triġenerazzjoni mgħammar b’turbina tal-gass u manutenzjoni konnessa - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Irtirar tal-att ikkontestat - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2017/C 022/44)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: STC SpA (Forlì, l-Italja) (rappreżentanti: A. Marelli u G. Delucca, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn L. Di Paolo, F. Moro u L. Cappelletti, sussegwentement minn L. Di Paolo u F. Moro, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: CPL Concordia Soc. coop. (Concordia Sulla Secchia, l-Italja) (rappreżentant: A. Penta, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ April 2014 li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti JRC IPR 2013 C04 0031 OC, dwar il-bini ta’ impjant ta’ triġenerazzjoni mgħammar b’turbina tal-gass u l-manutenzjoni tiegħu (JO 2013/S 137-237146) fuq is-sit taċ-Ċentru komuni ta’ riċerka (JRC) f’Ispra (l-Italja), it-tieni nett, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti l-kuntratt lil CPL Concordia, kif ukoll ta’ kull att ieħor konness, preċedenti jew sussegwenti għal din id-deċiżjoni, inkluż id-deċiżjoni eventwali li tapprova l-kuntratt u, jekk ikun il-każ, il-kuntratt stess, it-tielet nett, tal-ittra tal-Kummissjoni tal-15 ta’ April 2014 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti li taċċedi għad-dokumenti tas-sejħa għal offerti u, min-naħa l-oħra, talba intiża, prinċipalment, sabiex tobbliga lill-Kummissjoni tirrevoka l-għoti tal-kuntratt u tattribwixxi l-imsemmi kuntratt lir-rikorenti u, sussidjarjament, jekk id-dannu ma jkunx jista’ jiġi kkumpensat in natura, tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tikkumpensa lir-rikorrenti għad-dannu sosntut.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

2)

It-talbiet ta’ CPL Concordia Soc. coop. huma miċħuda bħala manifestament inammissibbli.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati ma’ din il-proċedura kif ukoll mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 223, 14.7.2014.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2016 – Europower vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-383/14) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Kostruzzjoni ta’ impjant ta’ triġenerazzjoni mgħammar b’turbina tal-gass u l-manutenzjoni tiegħu - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Irtirar tal-att ikkontestat - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2017/C 022/45)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Europower SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Cocco u L. Salomoni, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment L. Cappelletti, F. Moro u L. Di Paolo, sussegwentement L. Di Paolo u F. Moro, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: CPL Concordia Soc. coop. (Concordia Sulla Secchia, l-Italja) (rappreżentant: A. Penta, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ April 2014 li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti JRC IPR 2013 C04 0031 OC, dwar il-kostruzzjoni ta’ impjant ta’ triġenerazzjoni mgħammar b’turbina tal-gass u l-manutenzjoni tiegħu (ĠU 2013/S 137-237146) fis-sit tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (JRC) ta’ Ispra (l-Italja), tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tat il-kuntratt lil CPL Concordia, u tad-deċiżjonijiet l-oħra kollha konnessi, preċedenti jew sussegwenti, kif ukoll tad-deċiżjoni eventwali li tapprova l-kuntratt u tal-kuntratt inniffsu, kif ukoll tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrenti għall-aċċess għad-dokumenti ta’ din is-sejħa għal offerti u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

2)

It-talbiet ta’ CPL Concordia Soc. coop. intiżi għaċ-ċaħda tat-talba li ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni huma miċħuda bħala manifestement inammissibbli.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti minn Europower SpA, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

4)

CPL Concordia għandha tbati l-ispejjeż tagħha, inklużi dawk relatati ma’ din il-kawża kif ukoll mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 235, 21.7.2014.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2016 – Stichting Accolade vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-598/15) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Bejgħ ta’ ċerti artijiet bi prezzijiet allegatament taħt il-prezz tas-suq - Ilment ta’ terz quddiem il-Kummissjoni - Deċiżjoni li tiddikjara li l-miżura kontenzjuża ma tikkostitwixxix għajnuna - Proċedura tal-fażi preliminari ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 108(2) TFUE, l-Artikolu 10(1), l-Artikolu 13(1), u l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 rigward għajnuna individwali, allegatament illegali - Rikors għal annullament ta’ terz - Ammissibbiltà - Locus standi - Rikors sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet proċedurali - Rikors li jikkontesta l-fondatezza tal-miżura kontenzjuża - Assenza ta’ effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva - Inammissibbiltà”))

(2017/C 022/46)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Stichting Accolade (Drachten, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: H. de Boer u J. Abma, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. J. Loewenthal u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni C(2015) 4411 finali tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Ġunju 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34676 (2015/NN) – Il-Pajjiżi l-Baxxi (bejgħ ta’ artijiet mill-Komun ta’ Harlingen allegatament taħt il-prezz tas-suq), li permezz tagħha l-Kummissjoni ddeċidiet li l-bejgħ tal-imsemmija artijiet lil Ludinga Vastgoed BV ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Stichting Accolade hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 406, 7.12.2015.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2016 – SureID vs EUIPO (SUREID)

(Kawża T-128/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SUREID - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])

(2017/C 022/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SureID, Inc. (Hillsboro, Oregon, l-Istati Uniti) (rappreżentant: B. Brandreth, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u S. Crabbe, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-18 ta’ Jannar 2016 (Każ R 1478/2015 4), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SUREID bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

SureID, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 175, 17.5.2016.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2016 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-147/16) (1)

((“Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Penalità - Deċiżjoni ta’ likwidazzjoni tal-penalità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2017/C 022/48)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent u S. Fiorentino, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u D. Recchia, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 366 finali, tat-28 ta’ Jannar 2016, li permezz tagħha, b’eżekuzzjoni tas-sentenza tas-17 ta’ Novembru 2011, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-496/09, EU:C:2011:740), il-Kummissjoni stabbilixxiet l-ammont tal-penalità dovuta mir-Repubblika Taljana għas-semestru bejn it-18 ta’ Novembru 2012 u s-17 ta’ Mejju 2013 u s-semestru bejn it-18 ta’ Mejju 2013 u s-17 ta’ Novembru 2013.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 191, 30.5.2016


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2016 – Matratzen Concord vs EUIPO (Ganz schön ausgeschlafen)

(Kawża T-225/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Ganz schôn ausgeschlafen - Trade mark li hija kkostitwita minn slogan ta’ reklamar - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])

(2017/C 022/49)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Matratzen Concord GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: I. Selting, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Hanf u A. Graul, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-24 ta’ Frar 2016 (Każ R 1234/2015-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Ganz schôn ausgeschlafen bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Matratzen Concord GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 232, 27.6.2016.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2016 – ED vs EUIPO

(Kawża T-512/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Telexogħol - Talba għal estensjoni - Rifjut - Rikors - Għoti sussegwenti ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2017/C 022/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ED (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė, P. Saba u D. Botis, aġenti)

Suġġett

Talba, imressqa skont l-Artikolu 270 TFUE, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EUIPO, tal-15 ta’ Jannar 2014, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti tas-26 ta’ Settembru 2013 sabiex tiġi awtorizzata essenzjalment li tkompli bit-telexogħol minn Barcelona (Spanja) sakemm tirkupra saħħitha.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

2)

ED għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha stess.

3)

L-Uffiċċju tal-Propjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż sostnuti minn ED.


(1)  ĠU C 184, 16.6.2014 (kawża rreġistrata inizjalment quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-35/14 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Settembru 2016).


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2016 – ED vs EUIPO

(Kawża T-520/16) (1)

((“Servizz Pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Xogħol mid-dar - Talba għal estensjoni - Rifjut - Rikors - Għoti ta’ invalidità sussegwenti - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2017/C 022/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ED (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: S. Pappas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Lukošiūtė, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament, ippreżentata skont l-Artikolu 270 TFEU, tad-deċiżjoni tal-EUIPO tal-15 ta’ Jannar 2014 li tiċħad it-talba tar-rikorrent tas-26 ta’ Settembru 2013 sabiex essenzjalment jiġi awtorizzat ikompli x-xogħol mid-dar minn Barcelona (Spanja) sakemm jerġa’ jiġi f’saħħtu u tad-deċiżjoni tal-President tal-EUIPO, tat-3 ta’ Ġunju 2014, li tiċħad l-ilment tiegħu tas-7 ta’ Frar 2014.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

2)

ED għandu jbati terz mill-ispejjeż tiegħu stess.

3)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll żewġ terzi mill-ispejjeż sostnuti minn ED.


(1)  ĠU C 7, 12.1.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-93/14 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/37


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2016 – Enrico Colombo u Giacomo Corinti vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-690/16)

(2017/C 022/52)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Enrico Colombo SpA (Sesto Calende, l-Italja), Giacomo Corinti (Ispra, l-Italja) (rappreżentanti: R. Colombo u G. Turri, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni ta’ għoti, li l-kontenut u d-dettalji tagħha ma humiex magħrufa, u li ġiet ikkomunikata permezz tan-nota tal-20 ta’ Lulju 2016 Ref. Ares (2016) 371182, li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea, JRC – Ġestjoni tas-sit ta’ Ispra tat il-kuntratt JRC/IPR/2016/C.4/000S/OC relatat mal-ftehim qafas għal xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u ta’ manutenzjoni ta’ pajpijiet tal-ilma u ta’ substations ta’ tisħin u tkessieħ fi ħdan iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka ta’ Ispra, lil Carmet S.A.S di Fietta Graziella & C.

tannulla n-nota tal-20 ta’ Lulju 2016 Ref. Ares (2016) 371182 li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea, JRC – Ġestjoni tas-sit ta’ Ispra kkomunikat ir-riżultat tas-sejħa għal offerti.

tannulla l-proċessi verbali tat-13 ta’ Mejju 2016 u tat-28 ta’ Ġunju 2016;

prinċipalment, tipprovdi kumpens għad-dannu mġarrab, f’forma speċifika, b’mod partikolari permezz ta’ dikjarazzjoni ta’ nullità, ta’ annullament jew ta’ ineffikaċja tal-kuntratt, li l-kontenut u d-dettalji tiegħu ma humiex magħrufa, konkluż bejn il-Kummissjoni u Carmet S.A.S di Fietta Graziella & C fid-19 ta’ Awwissu 2016, kif ukoll bis-sostituzzjoni ta’ RTI mal-kumpannija ċċitata iktar ’il fuq bħala offerent;

sussidjarjament, tipprovdi kumpens għad-dannu mġarrab, f’forma pekunjarja, li jammonta għal EUR 500 000 jew l-ammont, ogħla jew inqas, li l-Qorti Ġenerali tqis li huwa xieraq, flimkien mal-interessi u r-rievalwazzjoni monetarja fid-data tal-ħlas.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi li ġejjin: il-ksur tal-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU 2012 L 298, p. 1), il-ksur tal-lex specialis fir-rigward tas-sejħa għal offerti inkwistjoni, il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ smigħ xieraq, kif ukoll użu ħażin ta’ poter.

F’dan ir-rigward, huwa sostnut li l-offerta ppreżentata mill-offerenti jmissha ġiet eskluża inkwantu ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti ta’ kapaċità ġuridika u teknika previsti mil-lex specialis.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/38


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2016 – QH vs Il-Parlament

(Kawża T-748/16)

(2017/C 022/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: QH (Woluwé Saint Pierre, il-Belġju) (rappreżentanti: N. Lhoëst u S. Michiels, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tas-26 ta’ Jannar 2016 li tiċħad it-talba tar-rikorrent għal assistenza u, konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Lulju 2016 li tiċħad l-ilment tiegħu, u tagħti lir-rikorrent kumpens għad-dannu li huwa allegatament ġarrab;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq kunflitt ta’ interessi, ksur tad-drittijiet tad-difiża, ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju, ksur tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet u ksur tal-Artikoli 41(2) u 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fil-ħatra tal-investigatur, nuqqas ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità tal-investigatur u ksur mill-investigatur tal-mandat tiegħu.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni ta’ deċiżjoni li tagħlaq investigazzjoni amministrattiva.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ premura.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-motivi li jikkaratterizzaw il-fastidju psikoloġiku.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/39


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2016 – Il-Gvern ta’ Ġibiltà vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-783/16)

(2017/C 022/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Gvern ta’ Ġibiltà (Ġibiltà) (rappreżentanti: M. Llamas, QC, J. Temple Lang, solicitor, F.-C. Laprévote u C. Froitzheim, avukati

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-1 ta’ Ottubru 2014 fil-każ tal-għajnuna mill-Istat SA.34914(C/2013) (ex 2013/NN) – Reġim tat-Taxxa fuq l-Introjtu Korporattiva ta’ Ġibiltà;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż legali u għal spejjeż oħra relatati ma din il-kwistjoni sostnuti mir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn fiha ġie deċiż li d-deċiżjonijiet tat-taxxa (“tax ruling”) jistgħu jkunu għajnuna ġdida, hija vvizzjata bi żbalji ta’ fatt u ta’ liġi u hija bbażata fuq motivazzjoni insuffiċjenti.

Insostenn ta’ dan il-motiv ir-rikorrent isostni dan li ġej: l-ewwel nett, li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ma ddeċidietx, sa mill-bidu, li jekk il-prattika tad-deċiżjonijiet tat-taxxa jew id-deċiżjonijiet tat-taxxa individwali jitqiesu li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, dawn ikunu għajnuna eżistenti; it-tieni nett, li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ fatt meta affermat li s-Sezzjoni 42 tal-att dwar it-taxxa fuq id-dħul tal-2010 hija l-bażi legali tad-deċiżjonijiet dwar it-taxxa; u t-tielet nett, li d-deċiżjoni ma hijiex immottivata fejn ġie ddikjarat li l-prattika ta’ deċiżjonijiet tat-taxxa tikkostitwixxi għajnuna ġdida, dikjarazzjoni li hija kkontradetta mill-asserzjoni li l-prattika ta’ deċiżjonijiet tammonta għal “de facto scheme [skema de facto]”.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn żbalji ta’ fatt u ta’ liġi u hija bbażata fuq motivazzjoniinsuffiċjenti.

Insostenn ta’ dan il-motiv ir-rikorrent isostni dan li ġej: l-ewwel nett, li l-elementi li jiġġustifikaw estensjoni tal-ftugħ ta’ investigazzjoni dwar għajnuna mill-Istat huma manifestament assenti f’dan il-każ; it-tieni nett, li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u żball ta’ fatt meta ddeċidiet li d-deċiżjonijiet tat-taxxa jagħtu vantaġġ; it-tielet nett, li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u żball ta’ fatt meta ddeċidiet li d-deċiżjonijiet dwar it-taxxa huma selettivi; ir-raba’ nett, li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u żball ta’ fatt meta ddeċidiet li d-deċiżjonijiet dwar it-taxxa jistgħu jikkawżaw distorsjoni tal-kompetizzjoni u/jew ikollhom effett fuq il-kummerċ intra-Komunitarju; u l-ħames nett, li d-deċiżjoni kkontestata ma hijiex immotivata.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn żball ta’ liġi sa fejn id-direzzjoni inizjali tal-investigazzjoni inbidlet u sa fejn il-proċedura tal-att dwar id-dħul mill-bejgħ ġiet “estiża” b’mod artifiċjali għad-deċiżjonijiet.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/40


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2016 – QD vs EUIPO

(Kawża T-787/16)

(2017/C 022/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: QD (Alicante, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenuta: l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-EUIPO tal-4 ta’ Marzu 2016 li ma tadottax deċiżjoni definittiva dwar it-talba tar-rikorrenti tad-19 ta’ Jannar 2016 għat-tieni tiġdid tal-kuntratt tagħha konkluż taħt l-Artikolu 2(f) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-Kondizzjonijiet tal-impjieg) u li tiddiferixxi t-teħid ta’ deċiżjoni definittiva dwar it-talba tar-rikorrenti tad-19 ta’ Jannar 2016 għat-tieni tiġdid tal-kuntratt tagħha konkluż taħt l-Artikolu 2(f) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg għal “proċedura speċifika” fil-ġejjieni; u

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-EUIPO kiser id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, b’mod partikolari l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal (moqri flimkien mal-Artikolu 46 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg), l-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Artikoli 2, 8 u 53 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, u l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-P

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur, min-naħa tal-EUIPO, tad-dover fiduċjarju tiegħu;

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-EUIPO kiser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba (Artikolu 41(1), Artikolu 41(2) u (3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-EUIPO wettaq użu ħażin ta’ poter.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/41


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2016 – N & C Franchise vs EUIPO – Eschenbach Optik (ojo sunglasses)

(Kawża T-792/16)

(2017/C 022/56)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: N & C Franchise Ltd (Nikosija, Ċipru) (rappreżentati minn: C. Chrysanthis, P.-V. Chardalia u A. Vasilogamvrou, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eschenbach Optik GmbH (Nuremberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “ojo sunglasses” – Trade mark tal-Unjoni Nru 13 224 761

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-09/09/2016 fil-Każ R 0032/2016-5

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż u d-drittijiet legali tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/41


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2016 – Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret vs EUIPO – Zaharieva (Boxes)

(Kawża T-793/16)

(2017/C 022/57)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret AŞ (Şehitkamil Gaziantep, it-Turkija) (rappreżentant: T. Tsenova, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Elka Zaharieva (Plovdiv, il-Bulgarija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn tal-Unjoni “Boxes” – disinn tal-Unjoni Nru 002 343 244-0002

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12/09/2016 fil-Każ R 1143/2015-3

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara invalidu RCD Nru 002343244-0002 “Bobo Cornet”; u

tikkundanna lill-EUIPO u lil Elka Zaharieva għall-ispejjeż ta’ Solen relatati mal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali u relatati mal-fażi amministrattiva tal-proċedimenti, b’mod partikolari mal-proċedimenti tal-invalidità u tal-appell quddiem l-EUIPO.

Motiv(i) invokat(i)

Ksur tal-Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikoli 62 u 63(1) tar-Regolament Nru 6/2002


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/42


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2016 – Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret vs EUIPO – Zaharieva (Ippakkjar għall-kornets tal-ġelat)

(Kawża T-794/16)

(2017/C 022/58)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret AŞ (Şehitkamil Gaziantep, it-Turkija) (rappreżentanti: T. Tsenova, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Elka Zaharieva (Plovdiv, il-Bulgarija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn tal-Unjoni “Ippakkjar għall-kornets tal-ġelat” –disinn tal-Unjoni Nru 002 343 244-0001

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 1144/2015-3

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara invalida r-reġistrazzjoni għal disinn tal-Unjoni Nru 002343244-0001 “Bobo Cornet”; u

tikkundanna lill-EUIPO u lil Elka Zaharieva għall-ispejjeż ta’ Solen fir-rigward tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali u fir-rigward tal-fażi amministrattiva tal-proċedimenti, b’mod partikolari l-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u tal-appell quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 6/2002.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/43


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2016 – Xiaomi vs EUIPO – Dudingen Develops (MI)

(Kawża T-799/16)

(2017/C 022/59)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Xiaomi, Inc. (Beijing, iċ-Ċina) (rappreżentanti: T. Raab u C. Tenkhoff, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dudingen Develops, SL (Numancia de la Sagra, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva “MI” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 498 423

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 337/2016-4

Talbiet

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata, b’mod partikolari sa fejn stabbiliet li ma kienx hemm probabbiltà ta’ konfużjoni fir-rigward ta’:

Kejbils għall-elettriku, Għant għall-kejbils tal-elettriku; Għata għall-kejbils [kondjuwits]; wajer ta’ estensjoni tal-elettriku; Wajers tal-elettriku miksi bl-enemel; Lokalizzatur tal-kejbils; Kejbil adattur (Elettriku -); Kejbils tal-elettriku iżolati; Wajers għar-reżistenza; Wajers termokoppja; Kejbils tal-metall [elettriku]; Konnetturi ta’ kejbils; Kejbils li jkejlu; Kejbils ta’ konnessjoni; Tubi għall-kejbils tal-elettriku; Ċumbaturi għall-kejbils tal-elettriku; Wajers għat-twaħħil [elettriku]; Kondjuwit għall-kejbils tal-elettriku; Tubi għall-kejbils (Elettriku -); Kaxxi tal-kejbils (Elettriku -); Junctions tal-kejbils għall-kejbils tal-elettriku; Konnetturi ta’ wajers [tal-elettriku]; Wajers tal-elettriku li jirreżistu għas-sħana; Blokki ta’ konnessjoni [kejbils tal-elettriku]; Elmi għall-użu fl-isport; Tikketti sabiex jiġu identifikati kejbils tal-elettriku; Konnessjonijiet għall-kejbils tal-elettriku; Markers għall-wajer tal-elettriku; Kejbils tal-elettriku iżolati b’minerali; Konnetturi maskili għal kejbils tal-elettriku; Għant flessibbli għal kejbils tal-elettriku; Main tal-elettriku (Materjal għal – [wajers, kejbils]; Junction sleeves għall-kejbils tal-elettriku; Kaxxi ta’ konġunzjoni għal kejbils tal-elettriku; Kaxxi fejn jinġabru t-truf tal-kejbils; Apparat; Strumenti u kejbils għall-elettriku; Adatturi għall-elettriku; Adatturi tal-plakek; Konnetturi b’adattur (Elettriku -); Adatturi sabiex jiġu konnessi hearing aids mat-telefons; Adatturi tal-ivvjaġġar għal-plakek tal-elettriku” fil-klassi 9 u

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/44


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2016 – Mayekawa Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-800/16)

(2017/C 022/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mayekawa Europe NV/SA (Zaventem, il-Belġju) (rappreżentanti: H. Gilliams u J. Bocken, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Jannar 2016 dwar l-iskema ta’ għanuna mill-Istat li tikkonċerna l-eżenzjoni fuq il-profitt żejjed SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implementata mir-Renju tal-Belġju (1);

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 2 sa 4 tad-deċiżjoni;

fi kwalunkwe każ, tannulla l-Artikoli 2 sa 4 tad-deċiżjoni sa fejn dawn l-artikoli (a) jordnaw l-irkupru mingħand entitajiet oħra li ma humiex dawk li bbenefikaw minn “deċiżjonijiet dwar profitt eċċessiv” kid iddefiniti fid-deċiżjoni, u (b) jordnaw l-irkupru ta’ ammont li jikkorrispondi għall-eżenzjoni mit-taxxa tal-benefiċjarju mingħajr ma tippermetti lill-Belġju li jieħu inkunsiderazzjoni tal-aġġustamenti għaż-żieda mwettqa minn amministrazzjoni tat-taxxa oħra; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegat żball manifest ta’ evalwazzjoni, eċċess ta’ poter u nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tallega l-eżistenza ta’ skema ta’ għajnuna/

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 107 TFUE u tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif ukoll żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tikklassifika din l-hekk imsejħa skema bħala vantaġġ selettiv.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 107 TFUE u żball manifest ta’ evalawzzjoni sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tiddikjara li l-hekk imsejħa skema tagħti vantaġġ.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 107 TFUE, ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, żball manifest ta’ evalwazzjoni, eċċess ta’ poter u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn d-deċiżjoni kkontestata tordna l-irkupru tal-għajnuna mill-Belġju.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1699, tal-11 ta’ Jannar 2016, dwar l-iskema ta’ għajnuna li tirrigwarda l-eżenzjoni tal-qligħ eċċessiv SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Belġju (notifikata bid-dokument numru C(2015) 9837) (ĠU L 260, p. 61).


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/45


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2016 – Endoceutics vs EUIPO – Merck (FEMIBION)

(Kawża T-802/16)

(2017/C 022/61)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Endoceutics, Inc. (Quebec, il-Kanada) (rappreżentant: M. Wahlin, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “FEMIBION” – trade mark tal-Unjoni Nru 989 924

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 1608/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata parzjalment u tiddikjara invalida t-trade mark tal-Unjoni għal “preparazzjonijiet farmaċewtiċi għas-sostenn tas-sistema ta’ immunità, għall-menopawsa, għall-mestrwazzjoni, għat-trattament u għall-ġestjoni tat-tqala, għall-prevenzjoni, għat-trattament u għall-ġestjoni tal-istress, għall-prevenzjoni, għat-trattament u għall-ġestjoni ta’ nutrizzjoni mhux ibbilanċjata jew defiċjenti”;

tordna lill-proprjetarju tat-trade mark tal-Unjoni jħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti fir-rigward tal-appell u tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/46


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2016 – Glaxo Group vs EUIPO – Celon Pharma (SALMEX)

(Kawża T-803/16)

(2017/C 022/62)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Glaxo Group Ltd (Brentford, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Baran, S. Wickenden, Barristers, R. Jacob, E. Morris, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Celon Pharma S.A. (Łomianki, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea bil-kuluri kannella ċar/kafé u abjad li tinkludi l-element verbali “SALMEX” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 9 849 191

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, ta31 ta’ Awwissu 2016, fil-Każ R 2108/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Il-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ liġi meta adotta deċiżjoni li tmur kontra l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 sa fejn, fl-ewwel lok, qies b’mod żbaljat li l-użu ġenwin tat-trade mark Franċiża mill-applikant għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ma kienx forma aċċettabbli ta’ użu skont l-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 u, fit-tieni lok, qies b’mod żbaljat li l-użu ġenwin tat-trade mark Franċiża mill-applikant għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ma kienx użu tat-trade mark Franċiża relatat mal-prodotti “inalaturi”.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/46


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2016 – LG Electronics vs EUIPO (Dual Edge)

(Kawża T-804/16)

(2017/C 022/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Seoul, ir-Repubblika tal-Korea) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem il-EUIPO

Trade mark tal-Unjoni kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali “Dual Edge” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 463 178

Deċiżjoni kkontestata:deċiżjoni mogħtija fit-2 ta’ Settembru 2016 mit-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO fil-Każ R 832/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/47


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2016 – IPPT PAN vs Il-Kummisjsoni u REA

(Kawża T-805/16)

(2017/C 022/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Instytut Podstawowych Problemów Techniki Polskiej Akademii Nauk (IPPT PAN) (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Le Berre, avukat)

Konvenuti: Il-Kummisjsoni u L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni;

tiddikjara li l-Kummissjoni żbaljat meta ħarġet in-nota ta’ debitu Nru 3241514040 (kif imnaqqsa bin-nota ta’ kreditu Nru 3233160082) u li l-ammont korrispondenti ta’ EUR 67 984,13 ma huwiex dovut mir-rikorrent;

tiddikjara li l-Kummissjoni u r-REA għandhom iħallsu lir-rikorrent taħt il-proġett SMART-NEST l-ammont ta’ EUR 69 623,94 flimkien mal-interessi mid-data tad-deċiżjoni;

tiddikjara li r-rikorrent ma għandux iħallas id-danni fil-forma ta’ somma f’daqqa lill-Kummissjoni fir-rigward tal-proġetti KMM-NOE u BOOSTING BALTIC;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 47 u 43 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar aċċess ġudizzjarju u aċċess għall-Ombudsman.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-kuntratti għall-proġetti KMM-NOE, BOOSTING BALTIC u SMART-NEST u tal-liġi Belġjana applikabbli.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tar-Regolament finanzjarju u tar-Regolament finanzjarju ddelegat tal-Kummissjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq allegat użu ħażin ta’ poter mill-Kummissjoni.

Insostenn tar-rikors tiegħu għal rimedji kuntrattwali bbażat fuq l-Artikolu 272 TFUE, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrent wettaq l-obbligu tiegħu taħt l-Artikolu II.19.1 tal-kuntratti għall-proġetti KMM NOE u BOOSTING BALTIC.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma tatx prova insostenn tal-allegazzjoni tagħha.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma stabbilietx b’mod validu l-allegazzjoni tagħha.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma eżerċitatx id-drittijiet kuntrattwali tagħha in bona fide.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li d-danni fil-forma ta’ somma f’daqqa mitluba taħt l-Article II.30 huma eċċessivi u għandhom jitnaqqsu skont l-Artikolu 1231 tal-kodiċi ċivili Belġjan.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li pagament huwa dovut lir-rikorrent taħt il-proġett SMART-NEST bħala l-bqija tal-ħlas lura tal-kontribuzzjoni tar-rikorrent fil-Fond ta’ Garanzija.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/48


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2016 – MIP Metro vs EUIPO – Afnor (N & NF TRADING)

(Kawża T-807/16)

(2017/C 022/65)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. C. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Association française de normalisation (Afnor) (La Plaine Saint-Denis, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea “N & NF TRADING” – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 086 884

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 1109/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/49


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2016 – Barmenia Krankenversicherung vs EUIPO (Mediline)

(Kawża T-810/16)

(2017/C 022/66)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Barmenia Krankenversicherung a.G. (Wuppertal, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “Mediline” –Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 655 385

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 2437/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/49


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2016 – Vans vs EUIPO – Deichmann (V)

(Kawża T-817/16)

(2017/C 022/67)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vans, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Hirsch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Deichmann SE (Essen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ “V”) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 263 978

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 2030/2015-4

Talbiet

timmodifika d-deċiżjoni kkontestata fis-sens li l-oppożizzjoni tiġi miċħuda fl-intier tagħha;

sussidjarjament: timmodifika d-deċiżjoni kkontestata fis-sens li l-oppożizzjoni tiġi miċħuda wkoll fir-rigward tal-“prodotti tal-ġilda jew imitazzjoni tal-ġilda; bagalji tal-ivvjaġġar u tal-idejn; umbrelel u bsaten tal-mixi; portafolli tal-but; basktijiet u pouches; barżakki ta’ fuq id-dar; basktijiet taċ-ċinturin; kartieri tad-dokumenti; basktijiet tal-iskola; basktijiet tal-iskola għall-isport; basktijiet tal-baħar; ħoloq taċ-ċwievet; basktijiet għal fuq il-ġenb; kontenituri tal-kards” fil-Klassi 18 u “lbies, xedd is-saqajn, xedd ir-ras; ċinturini; ingwanti” fil-Klassi 25;

iktar sussidjarjament: tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tar-Regoli 19(2) u (3) u 20(1) tar-Regolament Nru 2868/95;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 60(1), tal-Artikolu 63(2), tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament Nru 207/2009, tal-prinċipju ta’ reformatio in peius u kif ukoll tad-dritt għal smigħ xieraq.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/50


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2016 – Kik Textilien und Non-Food vs EUIPO – FF Group Romania (_kix)

(Kawża T-822/16)

(2017/C 022/68)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: KiK Textilien und Non-Food GmbH (Bönen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Körber u L. Pechan, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: FF Group Romania SRL (Bucharest, ir-Rumanija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “_kix” – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 517 901

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 2323/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut, u jekk ikun il-każ lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti tal-appell.

Motivi invokati

Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 42(2) u (3), moqri flimkien mal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 207/2009.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/51


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2016 – Kiosked Oy vs EUIPO – VRT, NV van Publiek Recht (k)

(Kawża T-824/16)

(2017/C 022/69)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kiosked Oy Ab (Espoo, il-Finlandja) (rappreżentant: L. Laaksonen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: VRT, NV van Publiek Recht (Brussels, il-Belġju)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali figurattiva li tinkludi l-element verbali bl-abjad u l-iswed bl-element verbali “K” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 112 969

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 279/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-21 ta’ Settembru 2016, fil-Każ Nru R0279/2016-4 li tilqa’ l-oppożizzjoni ta’ VRT, NV van Publiek Recht u tirrifjuta r-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Nru W01112969 K (fig.) (iktar 'il quddiem il-“K LOGO”) għas-servizzi segwenti fil-klassi 35 “Reklamar; ġestjoni ta’ affarijiet kummerċjali; amministrazzjoni kummerċjali; xogħlijiet ta’ uffiċċju” u fil-klassi 42 “Ħolqien u żvilupp ta’ software” u tippermetti r-reġistrazzjoni ta’ K LOGO għas-servizzi msemmija iktar 'il fuq;

tikkundanna lill-parti li opponiet għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni, inkluż l-ispejjeż ta’ rappreżentanza legali, skont id-deskrizzjoni tal-ispejjeż li għandha tiġi ppreżentata mir-rikorrenti fit-terminu previst fl-Artikolu 85 tar-Regolament dwar it-trade mark Ewropea, u jekk dan ma jsirx, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/52


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 – Ir-Repubblika ta’ Ċipru vs EUIPO – POCF (Pallas Halloumi)

(Kawża T-825/16)

(2017/C 022/70)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz, QC and V. Marsland, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pancyprian Organisation of Cattle Farmers (POCF) (Latsia, Ċipru)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “Pallas Halloumi” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 180 536

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-22 ta’ Settembru 2016, fil-Każ R 2065/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/52


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2016 – Casasnovas Bernad vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-826/16)

(2017/C 022/71)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Luis Javier Casasnovas Bernad (Santo Domingo, ir-Repubblika Dominikana) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara u tiddeċiedi,

id-deċiżjoni tas-27 ta’ Settembru 2016, li permezz tagħha l-kuntratt tar-rikorrent ġie xolt, hija annullata;

il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-inapplikabbiltà tal-Artikolu 3(3) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Marzu 2011.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 85 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea, sa fejn l-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ ġeddet il-kuntratt tar-rikorrent għal żmien indeterminat filwaqt li pprevediet klawżola ta’ xoljiment marbuta mal-okkorrenza ta’ avveniment li jista’ jiġi assimilat ma’ terminazzjoni.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura sa fejn, l-ewwel nett, l-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ xoljiet il-kuntratt tar-rikorrent qabel ma ħadet deċiżjoni fir-rigward tat-tiġdid tal-leave għal raġunijiet personali tiegħu, it-tieni nett, hija aġixxiet b’dan il-mod mingħajr biss ma offrietlu l-ewwel offerta għal reintegrazzjoni, u t-tielet nett, lanqas ma indikatlu jekk kinux jeżistu possibbiltajiet baġitarji sabiex jiġi rremunerat wara l-leave tiegħu.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 12b u 40(1a) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, li twettaq mill-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/53


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 – QB vs BĊE

(Kawża T-827/16)

(2017/C 022/72)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: QB (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement,

tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni għall-perijodu 2015 u d-deċiżjoni tal-15 ta’ Diċembru 2015, innotifikata fis-7 ta’ Jannar 2016, li tiċħad lir-rikorrent il-benefiċċju ta’ progressjoni salarjali;

sa fejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjonijiet tat-2 ta’ Mejju 2016 u tal-15 ta’ Settembru 2016, li jiċħdu l-azzjoni amministrattiva u l-ilment tar-rikorrent, rispettivament;

tikkundanna lill-konvenut għall-kumpens għad-dannu morali evalwat ex aequo et bono f’EUR 15 000;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-gwida ta’ evalwazzjoni u tal-proċedura, fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura, li twettqu mill-konvenut meta adotta r-rapport ta’ evalwazzjoni għall-perijodu 2015 (iktar ’il quddiem ir-“rapport ta’ evalwazzjoni kontenzjuż”). Ir-rikorrent jinvoka, b’mod partikolari, l-ilmenti li ġejjin:

l-assenza ta’ djalogu u l-ksur tad-drittijiet tad-difiża;

ir-rapport kontenzjuż ma jidentifikax il-mezzi ta’ titjib u ma jistabbilixxix għanijiet fis-sens meħtieġ mill-gwida ta’ evalwazzjoni, fatt li jikkostitwixxi ksur tad-dmir ta’ premura;

l-assenza ta’ intervent ta’ terz responsabbli.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tar-regoli ta’ oġġettività u ta’ imparzjalità u fuq il-ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”), li jivvizzjaw ir-rapport ta’ evalwazzjoni kontenzjuż.

Fil-fatt, ir-rikorrent iqis li ċ-ċirkustanzi partikolari ta’ dan il-każ juru li l-evalwaturi u, b’mod partikolari, it-tieni evalwaturi, ma rnexxilhomx jissodisfaw ir-rwol tagħhom b’mod oġġettiv u imparzjali.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-iżball manifest. Fil-fatt, ir-rikorrent espona xi provi li jrendu mhux plawżibbli l-evalwazzjonijiet tal-fatti magħmula fir-rapport kontenzjuż.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tal-15 ta’ Diċembru 2015 li tiċħad lir-rikorrent il-benefiċċju ta’ progressjoni salarjali hija bbażata fuq rapport ta’ evalwazzjoni li huwa illegali.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-linji gwida tal-2015 u tal-proċedura, u fuq il-ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta sa fejn id-deċiżjoni tal-15 ta’ Diċembru 2015 ma hijiex immotivata u r-rikorrent ma ngħatax smigħ qabel.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/54


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2016 – CRDO Torta del Casar vs EUIPO – CRDOP “Queso de La Serena” (QUESO Y TORTA DE LA SERENA)

(Kawża T-828/16)

(2017/C 022/73)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Consejo Regulador de la Denominación de Origen Torta del Casar (Casar de Cáceres, Spanja) (rappreżentanti: A. Pomares Caballero u M. Pomares Caballero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Consejo Regulador de la Denominación de Origen Protegida “Queso de La Serena” (Castuera, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “QUESO Y TORTA DE LA SERENA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 486 447

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 2573/2014-4

Talbiet

tbiddel id-deċiżjoni kkontestata, billi tikkonstata li f’dan il-każ huma sodisfatti r-rekwiżiti sabiex tiġi applikata r-raġuni relattiva għal rifjut taħt l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 b’rabta mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 510/2006;

fin-nuqqas ta’ dan, tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk tar-rikorrent (inklużi l-ispejjeż rispettivi għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell).

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 2(2) u 3(1) tar-Regolament Nru 510/2006, b’rabta mal-Artikolu 13(1) tal-istess regolament fid-dawl, fl-aħħar lok, tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009.

Ksur tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 510/2006 fid-dawl tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009.

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.

Ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/55


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2016 – Mouvement pour une Europe des nations et des libertés vs Il-Parlament

(Kawża T-829/16)

(2017/C 022/74)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mouvement pour une Europe des nations et des libertés (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Varaut, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni D106185 tal-Bureau tal-Parlament Ewropew, tat-12 ta’ Settembru 2016, innotifikata minn [X] fis-26 ta’ Settembru, li tiddikjara l-ispejjeż li rriżultaw mill-wiri tal-mezzi viżivi promozzjonali tal-kampanja “Schengen” tal-MENL bħala ineliġibbli;

tikkundanna lill-Bureau tal-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba li jirriżulta mill-fatt li la l-elementi tal-proċess u lanqas l-oġġezzjonijiet tal-Mouvement pour une Europe des nations et des libertés (“MENL”) ma ġew mgħarrfa lill-Bureau tal-Parlament Ewropew.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li r-rikorrent iqis li l-kunċett ta’ “finanzjament indirett” tal-partiti nazzjonali mill-partiti Ewropej huwa kunċett mhux preċiż u li jmur kontra kull ċertezza legali.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li l-logo li jidher fuq il-mezzi viżivi promozzjonali tal-kampanja “Schengen” tal-MENL (iktar ’il quddiem il-“logo kontenzjuż”) tgħaddi fit-territorji nazzjonali kampanja ta’ natura esklużivament Ewropea, kuntrarjament għal dak li sostna l-konvenut meta adotta d-deċiżjoni li l-annullament tagħha huwa s-suġġett tar-rikors preżenti. Insostenn ta’ dan il-motiv, ir-rikorrent iqajjem prinċipalment tliet argumenti, jiġifieri:

Il-kampanja ġiet orkestrata mill-MENL waħdu, mingħajr ftehim jew involviment tal-partiti nazzjonali;

Il-kampanja u l-poster jikkonċernaw problema ta’ portata Ewropea, jiġifieri dik tal-Ftehimiet ta’ Schengen;

Il-logo kontenzjuż għaldaqstant ma huwiex il-logo tal-partiti nazzjonali iżda l-logo tad-delegazzjonijiet ta’ dawn il-partiti fi ħdan il-Parlament Ewropew.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li r-rikorrent iqis li l-logo kontenzjuż huwa ta’ daqs ħafna iżgħar mil-logo tal-MENL. Issa, il-ġurispurudenza u t-testi li jittrattaw il-kwistjoni jipprevedu s-sanzjonar biss għal-logos nazzjonali ta’ daqs ikbar jew ekwivalenti għal dak tal-logos Ewropej.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/56


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2016 – Monolith Frost GmbH vs EUIPO – Dovgan (PLOMBIR)

(Kawża T-830/16)

(2017/C 022/75)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Monolith Frost GmbH (Leopoldshöhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: E. Liebich u S. Labesius, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dovgan GmbH (Hamburg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “PLOMBIR”

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 1812/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata abbażi tal-Artikolu 65(3) tar-Regolament Nru 207/2009;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti tal-appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni stabbilit fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/57


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2016 – Kabushiki Kaisha Zoom vs EUIPO – Leedsworld (ZOOM)

(Kawża T-831/16)

(2017/C 022/76)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kabushiki Kaisha Zoom (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentant: M. de Arpe Tejero, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Leedsworld, Inc. (New Kensington, Pennsylvania, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “ZOOM” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 766 111

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-07/09/2016 fil-Każ R 1235/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad kompletament it-trade mark tal-Unjoni Nru 11 766 111 “ZOOM” għall-klassi 9;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/57


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2016 – Ċipru vs EUIPO – POCF (COWBOYS HALLOUMI)

(Kawża T-847/16)

(2017/C 022/77)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, u V. Marsland, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pancyprian Organisation of Cattle Farmers (POCF) (Latsia, Ċipru)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni bil-kuluri li tinkludi l-element verbali “COWBOYS HALLOUMI” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 281 375

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 2781/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/58


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2016 – Techniplan vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-853/16)

(2017/C 022/78)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Techniplan Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: R. Giuffrida u A. Bonavita, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-ksur tal-Artikolu 265 TFUE mill-Kummissjoni Ewropea, sa fejn hija ma ħaditx pożizzjoni fuq it-talba mibgħuta minn Techniplan permezz ta’ ittra ta’ intimazzjoni;

timponi l-obbligu di fare previst fl-Artikolu 266 TFUE u somma bħala kumpens għad-danni għal kull jum ta’ dewmien fl-eżekuzzjoni, u tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti hija kumpannija tal-inġinerija li ngħatat numru ta’ proġetti f’pajjiżi Afrikani (kontroll u sorveljanza tax-xogħlijiet ta’ ppjanar u asfaltar tat-triq Banikoara-Kandi, f’Benin, kontrolli fuq ix-xogħlijiet tat-triq RN32 Ouallah-Miringoni, f’Comoros, superviżjoni tax-xogħlijiet ta’ manutenzjoni ordinarja tat-toroq bl-asfalt f’Anjouan u Moheli f’Comoros, superviżjoni u kontroll tax-xogħlijiet ta’ manutenazjoni ordinarja fi Grande Comores f’ Comoros, kontroll u sorveljanza tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni tat-triq nazzjonali n.1 Kinkala-Mindouli, fil-Congo, u kontroll u sorveljanza tax-xogħlijiet ta’ ppjanar u asfaltar tat-triq Bouar-Fambélé, fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, u preparazzjoni u monitoraġġ tax-xogħlijiet fil-qafas tal-PA PNDS, fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo).

Ir-rikorrenti tispeċifika f’dan ir-rigward li dawn il-proġetti kollha kienu qegħdin jitlestew u jiġu vverifikati mill-uffiċċjali nazzjonali, u l-fatturi korrispondenti kienu qegħdin jitħallsu u jiġu approvati mill-organi tal-Kummissjoni Ewropea, finanzjatriċi tal-proġetti. Madankollu, mingħajr ma kien mistenni, il-fatturi bdew jitħallsu parzjalment biss. Dejjem skont ir-rikorrenti, il-konvenuta kienet saħansitra tapplika sanzjoni mhux speċifikata favur il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, mingħajr ma tat motivazzjoni preċiża. Speċifikament, hija l-Kummissjoni Ewropea stess li ddeċidiet li tikkumpensa b’mod arbitrarju l-krediti mitluba minn Techniplan, mingħajr preċiżazzjoni tad-debitu korrispettiv.

Kontra dan l-aġir, ir-rikorrenti bagħtet ittra ta’ intimazzjoni abbażi tal-Artikolu 265 TFUE, li fiha stiednet lill-Kummissjoni Ewropea sabiex toħroġ att jew tieħu pożizzjoni uffiċjalment, fuq it-talba għal ħlas tagħha u fuq in-natura reali tas-sanzjonijiet imposti.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti targumenta li l-organi kompetenti tal-Kummissjoni Ewropea aġixxew bi ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali u tat-trasparenza. Din iċ-ċirkustanza kkawżat dannu gravi lil Techniplan, li tinvoka l-aspettattivi leġittimi tagħha li tkun taf b’ċertezza, f’kull waqt u sitwazzjoni, liema huma d-drittijiet u l-obbligi tagħha, iggarantiti wkoll permezz ta’ regoli previsti fl-ordinament Ewropew.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/59


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2016 – Rare Hositality International vs EUIPO (LONGHORN STEAKOUSE)

(Kawża T-856/16)

(2017/C 022/79)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rare Hospitality International, Inc. (Orlando, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: I. Lázaro Betancor, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “LONGHORN STEAKHOUSE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 948 682

Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 2149/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/60


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2016 – Trost Auto Service Technik vs EUIPO (AUTOSERVICE.COM)

(Kawża T-259/16) (1)

(2017/C 022/80)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 251, 11.7.2016.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/60


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2016 – Gulli vs EUIPO – Laverana (Lybera)

(Kawża T-284/16) (1)

(2017/C 022/81)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 270, 25.7.2016.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/60


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2016 – TBWA\London vs EUIPO (MEDIA ARTS LAB)

(Kawża T-361/16) (1)

(2017/C 022/82)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 314, 29.8.2016.


23.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/60


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2016 – Dulière vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-503/16) (1)

(2017/C 022/83)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 251, 11.7.2016.