ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 18

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
19ta' Jannar 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Kunsill

2017/C 18/01

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar Mudell ta’ Ftehim għall-Istabbiliment ta’ Skwadra ta’ Investigazzjoni Konġunta (SIK)

1


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 18/02

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Id-Dritt tal-UE: Riżultati aħjar permezz ta’ applikazzjoni aħjar

10

2017/C 18/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8325 — KKR/Hilding Anders) ( 1 )

21

2017/C 18/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8302 — Koch Industries/Guardian Industries) ( 1 )

21

2017/C 18/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8204 — Barloworld South Africa/Baywa/JV) ( 1 )

22

2017/C 18/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8288 — Permira/Schustermann & Borenstein) ( 1 )

22


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 18/07

Rata tal-kambju tal-euro

23

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2017/C 18/08

Rapport Speċjali Nru 34/2016 — Il-Ġlieda kontra l-Ħela tal-Ikel: opportunità għall-UE sabiex ittejjeb l-effiċjenza fir-riżorsi tal-katina tal-provvista tal-ikel

24


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-EFTA

2017/C 18/09

Sentenza tal-Qorti tal-1 ta’ Frar 2016 fil-Kawża E-17/15 — Ferskar kjötvörur ehf. v L-Istat tal-Iżlanda (Ġurisdizzjoni — l-Artikolu 8 taż-ŻEE — Importazzjoni ta’ laħam nej — Direttiva 89/662/KEE — Armonizzazzjoni tar-reġim regolatorju għall-kontrolli veterinarji)

25

2017/C 18/10

Sentenza tal-Qorti tal-1 ta’ Frar 2016 fil-Kawża E-20/15 — L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Iżlanda (Nuqqas minn Stat taż-ŻEE/EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu — Nuqqas li jimplimenta — id-Direttiva 2013/10/UE li temenda d-Direttiva 75/324/KEE dwar id-dispensuri tal-ajrusols)

26

2017/C 18/11

Sentenza tal-Qorti tal-1 ta’ Frar 2016 fil-Kawża E-21/15 — L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda (Nuqqas ta’ Stat taż-ŻEE/EFTA li jonora l-obbligi tiegħu — Nuqqas ta’ implimentazzjoni — id-Direttiva 2011/88/UE li temenda d-Direttiva 97/68/KE fir-rigward tad-dispożizzjonijiet għal magni introdotti fis-suq skont l-iskema tal-flessibbiltà)

27

2017/C 18/12

Sentenza tal-Qorti tal-1 ta’ Frar 2016 fil-Kawża E-22/15 — L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs. il-Prinċipat tal-Liechtenstein (Nuqqas ta’ Stat taż-ŻEE/EFTA li jonora l-obbligi tiegħu — Nuqqas ta’ implimentazzjoni — id-Direttiva 2011/62/UE — id-Direttiva 2012/26/UE)

28

2017/C 18/13

Sentenza tal-Qorti tal-1 ta’ Frar 2016 fil-Kawża E-23/15 — L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (Nuqqas minn Stat taż-ŻEE/EFTA li jonora l-obbligi tiegħu — Nuqqas ta’ implimentazzjoni — id-Direttiva 2010/53/UE)

29

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 18/14

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8351 — Apollo Management/Lumileds Holding) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

30

2017/C 18/15

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8283 — General Electric Company/LM Wind Power Holding) ( 1 )

31


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Kunsill

19.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 18/1


RIŻOLUZZJONI TAL-KUNSILL DWAR MUDELL TA’ FTEHIM GĦALL-ISTABBILIMENT TA’ SKWADRA TA’ INVESTIGAZZJONI KONĠUNTA (SIK)

(2017/C 18/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

WARA LI KKUNSIDRA l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni dwar Assistenza Reċiproka fi Kwistjonijiet Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta’ Mejju 2000 (1) (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni”) u d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 (2) dwar l-Iskwadri ta’ Investigazzjoni Konġunti (minn hawn ‘il quddiem imsejħa d-“Deċiżjoni Kwadru”),

WARA LI KKUNSIDRA r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill 2010/C-70/01 dwar Mudell ta’ Ftehim għall-istabbiliment ta’ Skwadra ta’ Investigazzjoni Konġunta (SIK) (3) adottata fis-26 ta’ Frar 2010,

KONXJU mill-fatt li numru sinifikanti ta’ SIK ġew stabbiliti sa mill-2010 bejn għadd dejjem akbar ta’ Stati Membri u li, f’dan il-kuntest, il-Mudell ta’ Ftehim tas-SIK jintuża b’mod wiesa’ mill-prattikanti u nstab li huwa utli biex jiffaċilita l-istabbiliment ta’ SIK, minħabba li jirrappreżenta qafas flessibbli li jippermetti l-kooperazzjoni minkejja d-differenzi fil-leġislazzjonijiet nazzjonali,

KONVINT li, abbażi tal-aħjar prattiki derivati minn esperjenza prattika reċenti fl-istabbiliment u l-operazzjoni ta’ għadd ta’ SIK li dejjem jikber, hemm lok biex jiġi ssimplifikat il-Mudell ta’ Ftehim eżistenti u biex jiġi aċċellerat il-proċess ta’ twaqqif,

FILWAQT LI JQIS il-konklużjonijiet tan-netwerk ta’ esperti tas-SIK stabbilit fl-2005, b’mod partikolari l-konklużjonijiet li ntlaħqu fid-9, l-10, il-11 u t-12-il laqgħa annwali tiegħu,

KONVINT li abbażi tal-esperjenza miksuba f’dawn l-aħħar snin fl-involviment ta’ Stati terzi involuti fi Skwadri ta’ Investigazzjoni Konġunta, il-Mudell ta’ Ftehim għandu jippermetti wkoll l-istabbiliment tas-SIK ma’ Stati li mhumiex parti mill-UE, fuq il-bażi tal-istrumenti internazzjonali rilevanti,

B’KONT MEĦUD, f’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2016/794 tal-11 ta’ Mejju 2016 (ir- “Regolament dwar l-Europol”) (4), il-ħtieġa li jiġu speċifikati fil-Mudell ta’ Ftehim il-kondizzjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni tal-persunal tal-Europol f’SIK,

IĦEĠĠEĠ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jixtiequ jistabbilixxu Skwadra ta’ Investigazzjoni Konġunta mal-awtoritajiet kompetenti minn Stati Membri oħra, konformement mat-termini tad-Deċiżjoni Kwadru u l-Konvenzjoni, jew minn Stati li mhumiex parti mill-UE, fuq il-bażi tal-istrumenti internazzjonali rilevanti, biex jużaw, fejn adatt, il-Mudell ta’ Ftehim li jinsab fl-Anness għal din ir-Riżoluzzjoni sabiex jaqblu dwar il-modalitajiet għall-Iskwadra ta’ Investigazzjoni Konġunta.


(1)  ĠU C 197, 12.7.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 162, 20.6.2002, p. 1.

(3)  ĠU C 70, 19.3.2010, p. 1.

(4)  ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53


ANNESS

MUDELL TA’ FTEHIM DWAR L-ISTABBILIMENT TA’ SKWADRA TA’ INVESTIGAZZJONI KONĠUNTA

F’konformità ma’:

[Jekk jogħġbok indika hawnhekk il-bażijiet legali applikabbli, li jistgħu jittieħdu minn - iżda mhux limitati għal - l-istrumenti elenkati hawn taħt:

l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta’ Mejju 2000  (1);

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar l-iskwadri ta’ investigazzjoni konġunti  (2);

L-Artikolu 1 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar l-Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Protokoll tal-2001 tagħha tad-29 ta’ Diċembru 2003  (3);

L-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Assistenza Legali Reċiproka bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka  (4);

L-Artikolu 20 tat-tieni protokoll addizzjonali għall-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali tal-20 ta’ April 1959  (5);

L-Artikolu 9(1)(c) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffikar Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi (1988)  (6);

L-Artikolu 19 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (2000)  (7);

L-Artikolu 49 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (2003)  (8);

L-Artikolu 27 tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni tal-Pulizija għax-Xlokk tal-Ewropa (2006)  (9).]

1.   Partijiet għall-Ftehim

Il-partijiet li ġejjin ikkonkludew ftehim dwar l-istabbiliment ta’ skwadra ta’ investigazzjoni konġunta, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “SIK”:

1.

[Daħħal isem l-ewwel aġenzija/amministrazzjoni kompetenti ta’ Stat bħala Parti għall-ftehim]

u

2.

[Daħħal isem it-tieni aġenzija/amministrazzjoni kompetenti ta’ Stat bħala Parti għall-ftehim]

Il-partijiet għal dan il-ftehim jistgħu jiddeċiedu, b’kunsens komuni, li jistiednu aġenziji jew amministrazzjonijiet ta’ Stati oħra biex isiru partijiet għal dan il-ftehim.

2.   Skop tas-SIK

Dan il-ftehim għandu jkopri l-istabbiliment ta’ SIK għall-għan li ġej:

[Jekk jogħġbok ipprovdi deskrizzjoni tal-għan speċifiku tas-SIK.

Din id-deskrizzjoni għandha tinkludi ċ-ċirkostanzi tal-att(i) kriminali li qed jiġu investigati fl-Istati involuti (data, post u natura) u, jekk applikabbli, referenza għall-proċeduri interni li għaddejjin. Għandu jinżamm l-inqas ammont possibbli ta’ referenzi għal data personali relatata ma’ każijiet

Din it-taqsima għandha tiddeskrivi wkoll fil-qosor l-objettivi tas-SIK (inkluż pereżempju l-ġbir ta’ evidenza, l-arrest ikkoordinat ta’ persuni suspettati, l-iffriżar tal-assi …). F’dan il-kuntest, il-Partijiet għandhom jikkunsidraw li jinkludu l-bidu u t-tlestija ta’ investigazzjoni finanzjarja bħala wieħed mill-objettivi tas-SIK  (10).]

3.   Perijodu kopert minn dan il-ftehim

Il-partijiet jaqblu li s-SIK ser topera għal [jekk jogħġbok indika tul ta’ żmien speċifiku], li jibda mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tiffirma l-aħħar parti għas-SIK. Dan il-periodu jista’ jiġi estiż b’kunsens reċiproku.

4.   L-Istati fejn ser topera s-SIK

Is-SIK ser topera fl-Istati tal-partijiet għal dan il-Ftehim.

L-iskwadra għandha twettaq l-operazzjonijiet tagħha f’konformità mal-liġi tal-Istati li topera fih fi kwalunkwe żmien partikolari.

5.   Mexxej(ja) tas-SIK

Il-mexxejja tal-iskwadra għandhom ikunu rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti parteċipanti fl-investigazzjonijiet kriminali mill-Istati fejn l-iskwadra topera fi kwalunkwe żmien partikolari, li taħt it-tmexxija tagħha l-membri tas-SIK għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom.

Il-partijiet ħatru lill-persuni li ġejjin biex jaġixxu bħala mexxejja tas-SIK:

Isem

Kariga/Grad

Awtorità/Aġenzija

Stat

 

 

 

 

 

 

 

 

Jekk xi waħda mill-persuni msemmija hawn fuq ma tkunx tista’ twettaq id-dmirijiet tagħha, jinħatar sostitut mingħajr dewmien. Għandha tingħata u tiġi annessa ma’ dan il-ftehim notifika bil-miktub ta’ dan it-tibdil lill-partijiet kollha kkonċernati.

6.   Membri tas-SIK

Minbarra l-persuni msemmija fil-punt 5, il-partijiet għandhom jipprovdu lista tal-membri tas-SIK f’anness apposta għal dan il-ftehim (11).

Jekk xi wieħed mill-membri tas-SIK ma jkunx jista’ jwettaq id-dmirijiet tiegħu, jinħatar sostitut mingħajr dewmien permezz ta’ notifika bil-miktub mibgħuta mill-mexxej kompetenti tas-SIK.

7.   Parteċipanti fis-SIK

Il-Partijiet għas-SIK jaqblu li jinvolvu [Daħħal eż., l-Eurojust, l-Europol, l-OLAF…] bħala parteċipanti fis-SIK. Arranġamenti speċifiċi relatati mal-parteċipazzjoni ta’ [Daħħal l-isem] għandhom jiġu ttrattati fl-appendiċi rilevanti għal dan il-ftehim.

8.   Ġbir ta’ informazzjoni u evidenza

Il-mexxejja tas-SIK jistgħu jaqblu dwar proċeduri speċifiċi li għandhom jiġu segwiti fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni u evidenza mis-SIK fl-Istati li topera fihom.

Il-partijiet jinkarigaw lill-mexxejja tas-SIK bil-kompitu li jagħtu pariri dwar il-ksib ta’ evidenza.

9.   Aċċess għall-informazzjoni u l-evidenza

Il-mexxejja tas-SIK għandhom jispeċifikaw il-proċessi u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti fir-rigward tal-kondiviżjoni bejniethom ta’ informazzjoni u evidenza miksuba skont is-SIK f’kull Stat Membru.

[Barra minn hekk, il-partijiet jistgħu jaqblu dwar klawżola li fiha regoli aktar speċifiċi dwar l-aċċess, l-immaniġġar u l-użu ta’ informazzjoni u evidenza. Tali klawżola tista’ b’mod partikolari titqies xierqa meta s-SIK la tkun ibbażata fuq il-Konvenzjoni tal-UE u lanqas fuq id-Deċiżjoni Kwadru (li diġà jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi f’dan ir-rigward – ara l-Artikolu 13(10) tal-Konvenzjoni).]

10.   Skambju ta’ informazzjoni u evidenza miksuba qabel is-SIK

Informazzjoni jew evidenza disponibbli diġà fil-mument tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, u li tirrigwarda l-investigazzjoni deskritta f’dan il-Ftehim, tista’ tiġi kondiviża bejn il-partijiet fil-qafas ta’ dan il-ftehim.

11.   Informazzjoni u evidenza miksuba minn Stati mhux parteċipanti fis-SIK

Jekk tinqala’ l-ħtieġa li talba għal assistenza legali reċiproka tintbagħat lil Stat mhux parteċipanti fis-SIK, l-Istat rikjedenti għandu jikkunsidra li jfittex il-qbil tal-Istat rikjest biex jikkondividi mal-parti/partijiet l-oħra tas-SIK l-informazzjoni jew l-evidenza miksuba bħala riżultat tal-eżekuzzjoni tat-talba.

12.   Arranġamenti speċifiċi relatati ma’ membri ssekondati

[Fejn jitqies xieraq, il-partijiet jistgħu, skont din il-klawżola, jaqblu dwar il-kondizzjonijiet speċifiċi li skonthom il-membri ssekondati jistgħu:

jwettqu investigazzjonijiet – inkluż b’mod partikolari miżuri ta’ koerċizzjoni- fl-Istat ta’ operazzjoni (jekk jitqies xieraq, jistgħu jiġu kkwotati leġislazzjonijiet domestiċi hawnhekk jew, alternattivament, jiġu annessi ma’ dan il-Ftehim)

jitolbu miżuri li għandhom jitwettqu fl-Istat ta’ sekondar

jaqsmu informazzjoni miġbura mill-iskwadra

jġorru/jużaw armi]

13.   Emendi għall-ftehim

Dan il-ftehim jista’ jiġi emendat bil-kunsens reċiproku bejn il-partijiet. Sakemm mhux iddikjarat mod ieħor f’dan il-Ftehim, l-emendi jistgħu jsiru fi kwalunkwe forma bil-miktub maqbula bejn il-partijiet (12).

14.   Konsultazzjoni u koordinazzjoni

Il-partijiet ser jiżguraw li jikkonsultaw ma’ xulxin kull meta meħtieġ għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-iskwadra, inkluż, iżda mhux limitat għal:

ir-reviżjoni tal-progress miksub u l-prestazzjoni tal-iskwadra

it-twaqqit u l-metodu ta’ intervent mill-investigaturi

l-aħjar mod biex iwettqu proċedimenti legali eventwali, il-kunsiderazzjoni ta’ post xieraq għall-proċess, u l-konfiska.

15.   Komunikazzjoni mal-mezzi tax-xandir

Jekk ikun previst, it-twaqqit u l-kontenut tal-komunikazzjoni mal-mezzi tax-xandir għandhom jiġu miftiehma bejn il-partijiet u segwiti mill-parteċipanti.

16.   Evalwazzjoni

Il-partijiet jistgħu jikkunsidraw li jevalwaw il-prestazzjoni tas-SIK, l-aħjar prattika użata u t-tagħlimiet meħuda. Tista’ tiġi organizzata laqgħa apposta biex titwettaq l-evalwazzjoni.

[F’dan il-kuntest, il-partijiet jistgħu jirreferu għall-formola ta’ evalwazzjoni tas-SIK speċifika żviluppata min-netwerk tal-UE ta’ esperti tas-SIK. Jista’ jintalab finanzjament mill-UE b’appoġġ għal-laqgħa ta’ evalwazzjoni.]

17.   Arranġamenti speċifiċi

[Jekk jogħġbok daħħal, jekk applikabbli. Is-sottokapitoli li ġejjin huma maħsuba biex jenfasizzaw l-oqsma possibbli li jeħtieġ li jiġu speċifikament deskritti.]

17.1.

Regoli ta’ żvelar

[Il-partijiet jistgħu jkunu jixtiequ jiċċaraw hawnhekk ir-regoli nazzjonali applikabbli dwar il-komunikazzjoni mad-difiża u/jew jehmżu kopja jew sommarju tagħhom.]

17.2.

Il-ġestjoni tal-assi/arranġamenti għall-irkupru tal-assi

17.3.

Responsabbiltà

[Il-partijiet jistgħu jkunu jixtiequ jirregolaw dan l-aspett, b’mod partikolari meta s-SIK la jkun ibbażat fuq il-Konvenzjoni tal-UE u lanqas fuq id-Deċiżjoni Kwadru (li diġà jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi f’dan ir-rigward – ara l-Artikoli 15 u 16 tal-Konvenzjoni).]

18.   Arranġamenti organizzattivi

[Jekk jogħġbok daħħal, jekk applikabbli. Is-sottokapitoli li ġejjin huma maħsuba biex jenfasizzaw l-oqsma possibbli li jeħtieġ li jiġu speċifikament deskritti.]

18.1.

Faċilitajiet (uffiċċji, vetturi, tagħmir ieħor tekniku)

18.2.

Spejjeż/infiq/assigurazzjoni

18.3.

Appoġġ finanzjarju lill-Iskwadri

[Skont din il-klawżola, il-Partijiet jistgħu jaqblu dwar arranġamenti speċifiċi dwar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet fi ħdan l-iskwadra li jirrigwardaw il-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet għall-finanzjament tal-UE.]

18.4.

Il-lingwa ta’ komunikazzjoni

Magħmul fi [post tal-firma], [data]

[Firem tal-partijiet kollha]


(1)  ĠU C 197, 12.7.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 162, 20.6.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 26, 29.1.2004, p. 3.

(4)  ĠU L 181, 19.7.2003, p. 34.

(5)  CET Nru 182.

(6)  Nazzjonijiet Uniti, Serje tat-Trattati, vol. 1582, p. 95.

(7)  Nazzjonijiet Uniti, Serje tat-Trattati, vol. 2225, p. 209 Dok. A/RES/55/25.

(8)  Nazzjonijiet Uniti, Serje tat-Trattati, vol. 2349, p. 41; Dok. A/58/422.

(9)  Reġistrazzjoni mas-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti: Albanija, it-3 ta’ Ġunju 2009, Nru 46240.

(10)  Il-Partijiet għandhom jirreferu f’dan il-kuntest għall-Konklużjonijiet tal-Kunsill u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar it-triq ‘il quddiem fir-rigward tal-investigazzjoni finanzjarja (Dokument tal-Kunsill 10125/16 + COR1)

(11)  Meta jkun meħtieġ, is-SIK tista’ tinkludi esperti nazzjonali għall-irkupru tal-assi.

(12)  Jistgħu jinstabu eżempji ta’ formulazzjonijiet fl-Appendiċi 2 u 3.

Appendiċi I

GĦALL-MUDELL TA’ FTEHIM DWAR L-ISTABBILIMENT TA’ SKWADRA TA’ INVESTIGAZZJONI KONĠUNTA

Parteċipanti f’SIK

Arranġament mal-Europol/Eurojust/il-Kummissjoni (OLAF), korpi kompetenti bħala riżultat tad-dispożizzjonijiet adottati fil-qafas tat-Trattati, u korpi internazzjonali oħra.

1.   Parteċipanti fis-SIK

Il-persuni li ġejjin ser jipparteċipaw fis-SIK:

Isem

Kariga/Grad

Organizzazzjoni

 

 

 

 

 

 

[Daħħal isem l-Istat Membru] ddeċieda li l-membru nazzjonali tiegħu tal-Eurojust ser jipparteċipa fl-iskwadra ta’ investigazzjoni konġunta f’isem l-Eurojust/bħala awtorità nazzjonali kompetenti (1).

Jekk xi waħda mill-persuni msemmija hawn fuq ma tkunx tista’ twettaq id-dmirijiet tagħha, jinħatar sostitut. Għandha tingħata u tiġi annessa ma’ dan il-ftehim notifika bil-miktub ta’ dan it-tibdil lill-partijiet kollha kkonċernati.

2.   Arranġamenti speċifiċi

Il-parteċipazzjoni tal-persuni msemmija hawn fuq ser tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet li ġejjin u għall-għanijiet li ġejjin biss:

2.1.

L-ewwel parteċipant fil-Ftehim

2.1.1.

Għan tal-parteċipazzjoni

2.1.2.

Drittijiet konferiti (jekk hemm)

2.1.3.

Dispożizzjonijiet dwar l-ispejjeż

2.1.4.

Għan u ambitu tal-parteċipazzjoni

2.2.

It-tieni parteċipant fil-Ftehim (jekk applikabbli)

2.2.1.

3.   Il-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni għall-persunal tal-Europol

3.1.

Il-persunal tal-Europol li jipparteċipa fl-iskwadra ta’ investigazzjoni konġunta għandu jassisti lill-membri kollha tal-iskwadra u jipprovdi l-firxa sħiħa tas-servizzi ta’ appoġġ tal-Europol għall-investigazzjoni konġunta kif previst fir-Regolament dwar l-Europol u f’konformità miegħu. Huma ma għandhom japplikaw l-ebda miżura ta’ koerċizzjoni. Madankollu, il-persunal parteċipanti tal-Europol jista’, jekk jingħata struzzjonijiet u taħt il-gwida tal-mexxej(ja) tal-iskwadra, ikun preżenti waqt l-attivitajiet operattivi tal-iskwadra ta’ investigazzjoni konġunta, sabiex jipprovdi pariri fil-post u jassisti lill-membri tal-iskwadra li jeżegwixxu miżuri ta’ koerċizzjoni, dment li ma jkunx hemm restrizzjonijiet legali fil-livell nazzjonali fejn topera l-iskwadra.

3.2.

L-Artikolu 11(a) tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea m’għandux japplika għall-persunal tal-Europol matul il-parteċipazzjoni tiegħu fis-SIK (2). Waqt l-operazzjonijiet tas-SIK, il-persunal tal-Europol għandu, fir-rigward ta’ reati mwettqa kontrih jew minnu, ikun soġġett għal-leġislazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru tal-operazzjoni applikabbli għal persuni b’funzjonijiet komparabbli.

3.3.

Il-persunal tal-Europol jista’ jagħmel kuntatt dirett mal-membri tas-SIK u jipprovdi lill-membri kollha tas-SIK bl-informazzjoni kollha meħtieġa f’konformità mar-Regolament dwar l-Europol.


(1)  Jekk jogħġbok ingassa, kif applikabbli.

(2)  Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata) (ĠU C 326, 26.10.2012, p. 266).

Appendiċi II

GĦALL-MUDELL TA’ FTEHIM DWAR L-ISTABBILIMENT TA’ SKWADRA TA’ INVESTIGAZZJONI KONĠUNTA

Ftehim li jestendi skwadra ta’ investigazzjoni konġunta

Il-partijiet qablu li jestendu l-iskwadra ta’ investigazzjoni konġunta (minn hawn ‘il quddiem “SIK”) stabbilita bil-ftehim ta’ [daħħal id-data], magħmul fi [daħħal il-post tal-iffirmar], li kopja tiegħu hija mehmuża ma’ dan.

Il-partijiet jikkunsidraw li s-SIK għandha tiġi estiża lill hinn mill-perijodu li għalih hija ġiet stabbilita [daħħal id-data li fiha l-perijodu jintemm] peress li l-għan tagħha kif stabbilit fl-Artikolu [daħħal l-Artikolu dwar l-għan tas-SIK hawnhekk] għadu ma nkisibx.

Iċ-ċirkostanzi li jeħtieġu li s-SIK tiġi estiża ġew eżaminati bir-reqqa mill-partijiet kollha. L-estensjoni tas-SIK hija kkunsidrata essenzjali għall-kisba tal-għan li għalih ġiet stabbilita s-SIK.

Għalhekk is-SIK ser tibqa’ topera għal perijodu addizzjonali ta’ [jekk jogħġbok indika tul ta’ żmien speċifiku] mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Il-perijodu ta’ hawn fuq jista’ jiġi estiż aktar mill-partijiet b’kunsens reċiproku.

Data/firma

Appendiċi III

GĦALL-MUDELL TA’ FTEHIM DWAR L-ISTABBILIMENT TA’ SKWADRA TA’ INVESTIGAZZJONI KONĠUNTA

Il-partijiet qablu li jemendaw il-ftehim bil-miktub għall-istabbiliment ta’ skwadra ta’ investigazzjoni konġunta (minn hawn ‘il quddiem “SIK”) ta’ [daħħal id-data], magħmul fi [daħħal il-post], li kopja tiegħu hija mehmuża ma’ dan.

Il-firmatarji qablu li l-artikoli li ġejjin għandhom jiġu emendati kif ġej:

1.

(Emenda …)

2.

(Emenda …)

Iċ-ċirkostanzi li jeħtieġu li l-ftehim dwar is-SIK jiġi estiż ġew eżaminati bir-reqqa mill-partijiet kollha. L-emenda/i għall-ftehim dwar is-SIK hija/huma kkunsidrata/i essenzjali għall-kisba tal-għan li għalih ġiet stabbilita s-SIK.

Data/firma


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 18/10


KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

Id-Dritt tal-UE: Riżultati aħjar permezz ta’ applikazzjoni aħjar

(2017/C 18/02)

1.   Introduzzjoni

L-Unjoni Ewropea hija mibnija fuq l-istat tad-dritt u tiddependi fuq liġi li tiżgura li l-politiki u l-prijoritajiet tagħha jitwettqu fl-Istati Membri (1). L-applikazzjoni effettiva, l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dritt huma responsabbiltà fdata f’idejn il-Kummissjoni mill-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Hija prijorità politika għolja għall-Kummissjoni ta’ Juncker u parti mill-isforz imsaħħaħ tal-Kummissjoni għal regolamentazzjoni aħjar (2).

L-infurzar effettiv tar-regoli tal-UE — mil-libertajiet fundamentali, is-sigurtà tal-ikel u tal-prodotti għall-kwalità tal-arja għall-protezzjoni tal-munita unika — huwa importanti għall-Ewropej u jaffettwa l-ħajja ta’ kuljum tagħhom. Dan iservi l-interess ġenerali. Ħafna drabi, meta jfeġġu kwistjonijiet — l-ittestjar tal-emissjonijiet tal-karozzi, miżbliet illegali, is-sikurezza u s-sigurtà tat-trasport — il-problema ma tkunx nuqqas ta’ leġiżlazzjoni tal-UE iżda l-fatt li d-dritt tal-UE ma jkunx applikat b’mod effettiv. Huwa għalhekk li jenħtieġ sistema ta' infurzar b’saħħitha, effiċjenti u effettiva li l-Istati Membri japplikaw bis-sħiħ, jimplimentaw u jinfurzaw id-dritt tal-UE u jipprovdu rimedju xieraq għaċ-ċittadini.

Il-membri tal-pubbliku, in-negozji u s-soċjetà ċivili jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-monitoraġġ tal-Kummissjoni billi jiġu rrapportati n-nuqqasijiet fl-applikazzjoni tad-dritt tal-UE mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi r-rwol kruċjali tat-tilwim sabiex jinkixef il-ksur tad-dritt tal-UE.

Il-politika attwali tal-infurzar tal-Kummissjoni tinvolvi monitoraġġ ta' kif jiġi applikat u implimentat id-dritt tal-UE, soluzzjonijiet għal problemi mal-Istati Membri sabiex jiġi rimedjat kull ksur possibbli tal-liġi, u teħid ta' azzjoni ta’ ksur fejn xieraq. Din il-politika evolviet u ssaħħet progressivament matul dawn l-aħħar 15-il sena. Komunikazzjonijiet importanti fl-2002 (3) u fl-2007 (4) pprovdew qafas biex itejbu l-monitoraġġ, isaħħu s-sħubijiet u jsolvu l-problemi, itejbu l-ġestjoni ta’ każijiet ta’ ksur u jżidu t-trasparenza.

Lil hinn mill-ġestjoni tal-ksur, il-Kummissjoni żviluppat il-Qafas tal-Istat tad-Dritt (5) li applikat meta kien jidher li s-“salvagwardji nazzjonali tal-istat tad-dritt” ma kinux għadhom kapaċi jindirizzaw b’mod effettiv theddida sistemika għall-istat tad-dritt fi Stat Membru, u meta din it-theddida ma setgħetx tiġi indirizzata permezz ta’ proċedimenti ta’ ksur. Dan jirrifletti l-fatt li r-rispett tal-istat tad-dritt huwa prerekwiżit għaż-żamma tad-drittijiet u l-obbligi kollha li joriġinaw mit-Trattati.

Il-Kummissjoni ta' Juncker adottat ukoll approċċ aktar iffukat għall-politika u għal-leġislazzjoni. Għandha programm ta’ ħidma aktar effiċjenti li huwa sostnut fl-istadji kollha ta’ tħejjija ta’ politika permezz ta’ analiżi ta’ kwalità għolja u konsultazzjoni pubblika mal-partijiet interessati. Dan il-mod ġdid ta’ ħidma, li huwa fil-qalba tal-aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar, għandu l-għan li jiżgura li kull miżura fil-ġabra tar-regoli tal-UE tkun adattata għall-iskop tagħha, faċli biex tiġi implimentata u infurzata madwar l-UE. Fil-Komunikazzjoni tagħha “Ir-Regolamentazzjoni Aħjar: Inwasslu riżultati aħjar għal Unjoni iktar b’saħħitha”, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tippromwovi applikazzjoni, implimentazzjoni u infurzar aktar effettivi (6).

Skont il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet li ġie ffirmat dan l-aħħar (7), il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jirrikonoxxu r-responsabbiltà konġunta tagħhom sabiex iwasslu leġiżlazzjoni tal-Unjoni ta’ kwalità għolja. Id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2017 tenfasizza l-impenn li tiġi promossa l-implimentazzjoni proprja u l-infurzar ta’ leġiżlazzjoni eżistenti (8).

Minkejja dawn l-isforzi, l-applikazzjoni u l-infurzar tad-dritt tal-UE għadhom problematiċi u jitolbu li ssir aktar enfasi fuq l-infurzar sabiex iservu l-interess ġenerali. L-infurzar jappoġġja u jikkumplimenta t-twettiq tal-prijoritajiet politiċi. Sabiex jiġu identifikati l-prijoritajiet politiċi tagħha, il-Kummissjoni se toqgħod attenta mhux biss li tressaq leġiżlazzjoni ġdida iżda anke li tinfurzaha. Ix-xogħol li sar biex tiżgura l-infurzar effettiv tad-dritt tal-UE eżistenti jrid jiġi rikonoxxut li għandu importanza ekwivalenti għax-xogħol li sar biex tiġi żviluppata leġiżlazzjoni ġdida. Sabiex il-benefiċċji tad-dritt tal-UE jaslu għand il-pubbliku, jenħtieġ li tissaħħaħ is-sħubija bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, li għandhom rwol kruċjali fl-implimentazzjoni. Fl-istess ħin, iċ-ċittadini, l-assoċjazzjonijiet kummerċjali u ta' impriżi, is-sħab soċjali, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni kif ukoll is-soċjetà ċivili huma mħeġġa li jgħinu lill-Kummissjoni biex tidentifika l-problemi b’mod aktar strutturat.

Din il-Komunikazzjoni tispjega kif il-Kummissjoni se żżid l-isforzi tagħha dwar l-applikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dritt tal-UE skont l-impenn tal-Kummissjoni ta' Juncker biex tkun “akbar u aktar ambizzjuża fuq l-affarijiet il-kbar, u iżgħar u aktar modesta fuq l-affarijiet iż-żgħar” (9). Dan ifisser approċċ aktar strateġiku għall-infurzar f’termini tat-trattament ta’ ksur. Tagħti wkoll ħarsa ġenerali lejn azzjonijiet oħrajn li se tieħu l-Kummissjoni biex tgħin lill-Istati Membri u lill-pubbliku jiżguraw ruħhom li d-dritt tal-UE qed jiġi applikat b’mod effettiv.

2.   Ħidma mal-Istati Membri għall-infurzar tad-dritt tal-UE

L-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà primarja li jitrasponu, japplikaw u jimplimentaw il-liġi tal-UE b’mod korrett (10). Iridu jipprovdu wkoll biżżejjed rimedji sabiex jassiguraw protezzjoni legali effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-UE. Dan ifisser li, meta d-drittijiet taċ-ċittadini skont id-dritt tal-UE jiġu affettwati fil-livell nazzjonali, il-pubbliku jrid jingħata aċċess għal mekkaniżmi nazzjonali ta' rimedju rapidi u effettivi. Dawn iridu jikkonformaw mal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva stabbilit fit-Trattat (11). Il-qrati nazzjonali huma l-“qrati komuni” li jinfurzaw id-dritt tal-UE u jikkontribwixxu b’mod effettiv biex tiġi infurzata f’każijiet individwali. Dawn għandhom il-kompetenza li jinfurzaw l-azzjonijiet ta' individwi li jkunu qed ifittxu protezzjoni kontra miżuri nazzjonali li huma inkompatibbli mad-dritt tal-UE jew kumpens finanzjarju għad-dannu kkawżat minn dawn il-miżuri.

Sabiex tgħin lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jimplimentaw id-dritt tal-UE, u sabiex jiġi żgurat li dawn jissodisfaw ir-responsabbiltajiet tagħhom fl-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tal-UE, il-Kummissjoni tuża firxa wiesgħa ta’ għodod. Dawn ivarjaw minn miżuri preventivi u soluzzjonijiet tal-problemi għal monitoraġġ proattiv u infurzar immirat. Dan li ġej juri kif se jittejbu l-azzjonijiet ta’ appoġġ attwali.

Djalogu

Il-ksur tad-dritt tal-UE mhuwiex kwistjoni ta’ rutina u jeħtieġ li jiġi diskuss f'livell għoli xieraq u f’waqtu. Huwa mħeġġeġ li jsiru laqgħat bilaterali ta’ livell għoli bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex jiddiskutu b’mod proattiv il-konformità mad-dritt tal-UE u dawn il-laqgħat se jsiru aktar sistematiċi tul il-firxa ta’ oqsma leġiżlattivi. Pereżempju, kif previst fl-Istrateġija għal Suq Uniku (12), il-Kummissjoni se torganizza djalogi ta’ konformità mal-Istati Membri. Dawn id-djalogi jistgħu jkopru każijiet ta’ ksur kif ukoll kwistjonijiet usa’ ta’ infurzar.

Il-Kummissjoni se tkompli tieħu vantaġġ mid-diversi kumitati u gruppi esperti diġà fis-seħħ, kif ukoll l-appoġġ siewi tal-aġenziji Ewropej, biex trawwem l-implimentazzjoni u tivvaluta kif din il-leġiżlazzjoni tiġi implimentata fil-prattika. Id-diskussjonijiet f’dawn il-fora rriżultaw bħala mod effettiv biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom għall-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE, u huma espressjoni ta’ dan il-prinċipju tal-kooperazzjoni leali bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri Barra minn hekk, id-djalogu dwar l-infurzar ta’ provvedimenti speċifiċi tad-dritt tal-UE, li huwa wkoll prekundizzjoni għall-użu effettiv tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (13), jgħin biex jiżgura t-traspożizzjoni sħiħa u f’waqtha tad-dritt tal-UE.

Il-ksur irid jiġi trattat minnufih. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jridu jipproċedu mingħajr dewmien fl-investigazzjoni ta’ ksur tal-liġi. Id-djalogu strutturat bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri għas-soluzzjoni tal-problemi, magħruf bħala EU Pilot, twaqqaf biex isolvi malajr ksur potenzjali tad-dritt tal-UE fi stadju bikri f’każijiet xierqa. Mhuwiex intenzjonat li jiżdied pass twil għall-proċess ta’ ksur, li minnu nnifsu huwa mezz biex tidħol fi djalogu ma’ Stat Membru biex jissolvew il-problemi. Għaldaqstant, il-Kummissjoni se tniedi proċeduri ta’ ksur mingħajr ma sserraħ fuq il-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tal-problemi EU Pilot, sakemm ir-rikors għal EU Pilot ma jidhirx bħala utli f’każ partikulari (14).

Bini ta' kapaċità fl-Istati Membri

Il-Kummissjoni se tħeġġeġ u tgħin lill-Istati Membri biex itejbu l-kapaċità tagħhom li jinfurzaw id-dritt tal-UE u jipprovdu rimedji sabiex jiġi żgurat li l-utenti finali tad-dritt tal-UE — humiex individwi privati jew negozji — ikunu jistgħu jgawdu d-drittijiet tagħhom bis-sħiħ (15). In-netwerks u l-iskambju tal-aħjar prattiki huma elementi prinċipali ta’ dan l-isforz. Il-Kummissjoni se tkompli taħdem fi sħubija mal-awtoritajiet nazzjonali permezz ta’ għadd ta’ netwerks biex tiżgura li r-regoli tal-UE jiġu applikati b’mod effettiv u konsistenti. Pereżempju, fil-qasam tas-suq intern għal netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi jassisti u jagħti pariri lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju tal-UE għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Bl-istess mod, in-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni effettiva u koerenti tar-regoli tal-kompetizzjoni. In-Netwerk tal-Unjoni Ewropew għall-Implimentazzjoni u l-Infurzar tal-Liġi Ambjentali għandu rwol importanti, b’mod partikolari billi jiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki fl-infurzar tal-acquis ambjentali u r-rispett għar-rekwiżiti minimi għall-ispezzjonijiet. Il-ħidma ta’ dan in-netwerk dalwaqt se tidher f’inizjattivi li jappoġġjaw lill-Istati Membri fl-iżgurar tal-konformità mad-dritt ambjentali tal-UE (16). Il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-protezzjoni ta’ individwi rigward l-ipproċessar ta’ dejta personali (l-hekk imsejjaħ “Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29”) għandu rwol importanti fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta. Bid-dħul fis-seħħ tal-qafas il-ġdid tal-UE għall-protezzjoni tad-dejta (17), dan se jiġi sostitwit mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

L-awtoritajiet amministrattivi indipendenti jew l-ispettorati meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-UE (pereżempju fil-qasam tal-protezzjoni tad-dejta, l-ugwaljanza, l-enerġija, it-trasport, is-servizzi finanzjarji) għandhom rwol essenzjali fl-implimentazzjoni u fl-infurzar. Għaldaqstant, il-Kummissjoni se tieħu ħsieb li jkunu mgħammra biżżejjed u b’mod adegwat biex iwettqu l-kompiti tagħhom. Pereżempju, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu mħeġġa biex ikunu infurzaturi aħjar tar-regoli tal-kompetizzjoni. Mod wieħed biex dan isir huwa billi jiżguraw li jaġixxu b’mod indipendenti u li jkunu mgħammra b’biżżejjed għodda u riżorsi biex jinfurzaw il-kompetizzjoni b'mod aktar b’saħħtu fl-Ewropa, jagħmlu s-swieq aktar kompetittivi u jagħtu lill-konsumaturi għażla aħjar ta’ prodotti u servizzi bi prezzijiet irħas u ta’ kwalità aħjar. Punt ieħor ta’ enfasi huwa l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fis-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, is-settur tal-enerġija, il-korpi regolatorji ferrovjarji u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali finanzjarji (18). Fis-settur finanzjarju, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej jistgħu jinvestigaw u jieħdu azzjoni ulterjuri rigward in-nuqqas ta’ awtorità nazzjonali kompetenti li tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-leġiżlazzjoni applikabbli (19). Il-Kummissjoni se tħeġġeġ il-modernizzazzjoni tal-awtoritajiet tal-infurzar permezz tas-Semestru Ewropew, iċ-ċiklu annwali tal-UE ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika, u meta meħtieġ permezz ta’ leġiżlazzjoni speċifika. Pereżempju, il-Kummissjoni ppreżentat proposta biex jiġi rivedut ir-Regolament dwar il-kooperazzjoni għall-protezzjoni tal-konsumaturi (20) li għandha l-għan li ssaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri li jindirizzaw il-ksur tal-liġi tal-konsumatur, b’mod partikolari fl-ambjent onlajn.

Il-Kummissjoni se tkompli tgħin lill-Istati Membri jtejbu l-effettività tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali tagħhom permezz tas-Semestru Ewropew u tappoġġja riformi fil-ġustizzja u taħriġ ġudizzjarju b’fondi mill-UE. It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE (21) tikkontribwixxi għal dan il-proċess billi tipprovdi ħarsa ġenerali komparattiva lejn il-kwalità, l-indipendenza u l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali. Dan jagħmilha aktar faċli li jiġu identifikati n-nuqqasijiet u l-aħjar prattiki u żżomm rekord tal-progress. Il-Kummissjoni se żżid l-appoġġ tagħha biex issaħħaħ is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali. Se jkomplu jiġu promossi programmi ta’ taħriġ għall-imħallfin nazzjonali u professjonisti ġuridiċi oħrajn. Il-Kummissjoni u l-imħallfin nazzjonali jikkooperaw b’suċċess biex jiżguraw il-konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni (22), mal-leġiżlazzjoni ambjentali (23) u biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali permezz tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew (24). Dan juri li hemm il-potenzjal biex jittejjeb l-iskambju tal-esperjenza. Komunikazzjoni interpretattiva tal-Kummissjoni dwar l-aċċess ambjentali għall-ġustizzja se tikkontribwixxi għall-isforzi msemmija (25).

Il-Kummissjoni se ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha man-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen, li huwa kkoordinat mill-Ombudsman Ewropew u li jiġbor flimkien Ombudsmen nazzjonali u reġjonali biex jippromwovi l-amministrazzjoni tajba fl-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fil-livell nazzjonali.

Tfassil aħjar tal-liġijiet jgħin għal applikazzjoni u implimentazzjoni aħjar

Ir-rieda politika biex titjieb il-kwalità tat-tfassil tal-liġijiet, jiġu riveduti liġijiet eżistenti, u aġġornati fejn meħtieġ, hija kondiviża mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni. Il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet jikkonferma l-impenn tagħhom biex jiżguraw il-kwalità tar-regolamentazzjoni u li jaċċertaw ruħhom li din twieġeb għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini u tan-negozji. L-abbozzar ta’ testi ġuridiċi ċari u aċċessibbli jikkontribwixxi għal ċertezza tad-dritt u applikazzjoni aħjar. Jekk il-leġiżlazzjoni tkun ċara u aċċessibbli, din tkun tista’ tiġi implimentata b’mod effettiv, iċ-ċittadini u l-atturi ekonomiċi jistgħu jifhmu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom aktar faċilment u l-ġudikatura tkun tista' tinfurzahom.

Din hija r-raġuni għaliex huwa essenzjali li jitqiesu ċerti aspetti tal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fl-istadju tal-iżvilupp tal-politika. Il-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni aħjar tal-Kummissjoni (26) jiggwidaw lis-servizzi tal-Kummissjoni dwar kif iħejju “pjanijiet ta’ implimentazzjoni” biex jidentifikaw id-diffikultajiet possibbli li jaffaċċjaw l-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE u jissuġġerixxu modi biex jittaffew dawn ir-riskji. Il-Kummissjoni, meta tħejji proposti għal direttivi, taħdem ukoll mal-Istati Membri biex tiddetermina jekk ikunux meħtieġa dokumenti ta’ spjegazzjoni li jistabbilixxu r-relazzjoni mal-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali (27).

It-trasparenza hija essenzjali biex jiġi żgurat li d-dritt tal-UE jiġi traspost, applikat u implimentat b'mod korrett. Il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet jitlob li l-Istati Membri jinfurmaw liċ-ċittadini rispettivi tagħhom meta jittrasponu direttivi tal-UE, u jagħmluha ċara fl-att nazzjonali ta’ traspożizzjoni (jew dokument assoċjat) meta jiżdiedu elementi li bl-ebda mod ma huma relatati ma’ dik il-leġislazzjoni tal-UE.

3.   Approċċ aktar strateġiku għall-azzjonijiet ta’ infurzar tal-Kummissjoni

Iffissar ta' prijoritajiet

Il-Kummissjoni tippromwovi l-interess ġenerali tal-Unjoni u tiżgura l-applikazzjoni tat-Trattati. Fir-rwol tagħha ta’ gwardjan tat-Trattati, għandha d-dmir li tagħmel monitoraġġ tal-azzjonijiet tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħhom tad-dritt tal-UE u li tiżgura li l-leġiżlazzjoni u l-prattika tagħhom jikkonformaw miegħu, taħt il-kontroll tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (28).

Fit-twettiq ta’ dan ir-rwol, il-Kummissjoni għandha setgħa diskrezzjonali li tiddeċiedi jekk tibdiex, u meta, proċedura ta’ ksur jew tirreferix il-każ lill-Qorti tal-Ġustizzja (29). B’konsegwenza ta’ dan, il-ġurisprudenza tirrikonoxxi li l-individwi ma jirnexxux f’kawżi mressqa kontra l-Kummissjoni jekk tirrifjuta li ssegwi proċedura ta’ ksur (30).

Li tkun “akbar u aktar ambizzjuża fuq l-affarijiet il-kbar, u iżgħar u aktar modesta fuq l-affarijiet iż-żgħar” għandha twassal għal approċċ aktar strateġiku u effiċjenti f’termini tat-trattar tal-ksur. Fl-implimentazzjoni ta’ dan l-approċċ, il-Kummissjoni se tkompli tirrispetta r-rwol essenzjali li għandhom l-ilmentaturi individwali biex jidentifikaw problemi usa’ bl-infurzar tad-dritt tal-UE li jaffettwa l-interessi taċ-ċittadini u n-negozji.

Huwa importanti li l-Kummissjoni tuża s-setgħa diskrezzjonali tagħha b’mod strateġiku biex tiffoka u tipprijoritizza l-isforzi ta’ infurzar tagħha fuq l-aktar każijiet importanti ta' ksur tad-dritt tal-UE li jaffettwaw l-interessi taċ-ċittadini u tan-negozji tagħha. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni se taġixxi b’mod sod fuq il-ksur li jostakola l-implimentazzjoni ta’ objettivi importanti ta’ politika tal-UE (31), jew li jirriskjaw li jimminaw l-erba’ libertajiet fundamentali.

Bħala kwistjoni ta’ prijorità, il-Kummissjoni se tinvestiga l-każijiet meta l-Istati Membri naqsu milli jikkomunikaw il-miżuri ta’ traspożizzjoni jew meta dawk il-miżuri jkunu direttivi trasposti b’mod inkorrett; meta l-Istati Membri naqsu milli jikkonformaw ma’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja kif imsemmi fl-Artikolu 260(2) tat-TFUE; jew meta kkawżaw dannu serju għall-interessi finanzjarji tal-UE jew kisru s-setgħat esklużivi tal-UE kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) tat-TFUE, li għandu jinqara flimkien mal-Artikolu 3 tat-TFUE.

L-obbligu li tieħu l-miżuri neċessarji biex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu l-aktar effett mifrux meta l-azzjoni rikjesta tikkonċerna d-dgħufijiet sistemiċi fis-sistema ġuridika ta’ Stat Membru. Għaldaqstant, il-Kummissjoni se tagħti prijorità għolja lill-ksur li jiżvela dgħufijiet sistemiċi li jdgħajfu l-funzjonament tal-qafas istituzzjonali tal-UE. Dan japplika b’mod partikolari għall-ksur li jaffettwa l-kapaċità li s-sistemi ġudizzjarji nazzjonali jikkontribwixxu għall-infurzar effettiv tad-dritt tal-UE. Għaldaqstant, il-Kummissjoni se ssegwi bir-reqqa l-każijiet kollha ta’ regoli nazzjonali jew prattiki ġenerali li jostakolaw il-proċedura għal deċiżjonijiet preliminari mill-Qorti tal-Ġustizzja, jew meta l-liġi nazzjonali ma tippermettix li l-qrati nazzjonali jirrikonoxxu s-supremazija tad-dritt tal-UE. Se ssegwi wkoll każijiet fejn id-dritt nazzjonali ma jipprovdi l-ebda proċedura effettiva ta' rimedju għal ksur tad-dritt tal-UE jew b’xi mod ieħor jipprevjeni sistemi ġudizzjarji nazzjonali milli jiżguraw li d-dritt tal-UE jiġi applikat b’mod effettiv skont ir-rekwiżiti tal-istat tad-dritt u l-Artikolu 47 tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

Lil hinn minn dawn il-każijiet, il-Kummissjoni tagħti importanza li l-iżgurar tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tikkonforma mad-dritt tal-UE billi leġiżlazzjoni nazzjonali inkorretta ddgħajjef b’mod sistematiku l-kapaċità li ċ-ċittadini jasserixxu d-drittijiet tagħhom, inkluż id-drittijiet fundamentali tagħhom, u jibbenefikaw bis-sħiħ mill-benefiċċji tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Il-Kummissjoni se toqgħod attenta wkoll b'mod partikolari għal każijiet li juru nuqqas persistenti minn Stat Membru li japplika d-dritt tal-UE b’mod korrett.

Fid-dawl tas-setgħa diskrezzjonali li għandha l-Kummissjoni meta tiddeċiedi liema każijiet issegwi, hija se teżamina l-impatt tal-ksur fuq l-ilħiq ta’ objettivi importanti ta’ politika tal-UE, bħal ksur tal-libertajiet fundamentali skont it-Trattat li joħloq problemi partikolari għaċ-ċittadini jew għan-negozji li jkunu jixtiequ jiċċaqalqu jew iwettqu tranżazzjonijiet bejn l-Istati Membri, jew meta jista’ jkun hemm impatt sistemiku lil hinn minn Stat Membru wieħed. Hija se tiddistingwi bejn każijiet skont il-valur miżjud li jista’ jinkiseb permezz ta’ proċedura ta’ ksur u se tagħlaq każijiet meta tqis li dan ikun xieraq mil-lat ta’ politika. Il-Kummissjoni se teżerċita din id-diskrezzjoni, b’mod partikolari f’każijiet fejn il-proċeduri għal deċiżjonijiet preliminari skont l-Artikolu 267 tat-TFUE jkunu pendenti fuq l-istess kwistjoni u l-azzjoni tal-Kummissjoni ma tħaffifx b'mod sinifikanti r-riżoluzzjoni tal-każ u f'dawk fejn l-insegwiment tal-ksur ikun f’kontradizzjoni mal-linja meħuda mill-Kulleġġ tal-Kummissarji fi proposta leġiżlattiva.

Ċerti kategoriji ta’ każijiet ta’ spiss jistgħu jkunu indirizzati b’mod soddisfaċenti b’mekkaniżmi oħrajn aktar xierqa fil-livell tal-UE u dak nazzjonali. Dan japplika b’mod partikolari għal każijiet individwali ta’ applikazzjoni mhux korretta li ma jqajmux kwistjonijiet ta’ prinċipju usa’, meta ma jkunx hemm biżżejjed evidenza ta’ prattika ġenerali, ta’ problema ta’ konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mad-dritt tal-UE jew ta’ falliment sistematiku ta' konformità mad-dritt tal-UE. F’dawn il-każijiet, jekk ikun hemm protezzjoni legali effettiva disponibbli, bħala regola ġenerali, il-Kummissjoni tidderieġi lill-ilmentaturi f’dan il-kuntest lejn il-livell nazzjonali.

Tisħiħ tal-valutazzjoni tal-konformità

Dan l-approċċ jeħtieġ valutazzjoni aktar strutturata, sistematika u effettiva tat-traspożizzjoni u l-konformità ta' miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-dritt tal-UE. Se jiġu applikati tekniki ġodda f’dawn il-valutazzjonijiet. Pereżempju, il-Kummissjoni qed tiżviluppa għodda għall-analiżi tad-dejta biex ittejjeb il-monitoraġġ tal-leġiżlazzjoni tas-Suq Uniku (32). Din l-għodda għandha tħaffef il-valutazzjoni tal-konformità tal-miżuri nazzjonali mad-dritt tal-UE, tidentifika l-lakuni u traspożizzjoni mhux korretta, u possibbilment issib miżuri ta' “gold plating” li mhumiex relatati mat-traspożizzjoni ta’ direttivi. L-ilmenti jistgħu joħolqu nuqqasijiet għall-Istati Membri biex jittrasponu direttiva b’mod ġenerali mingħajr ma jqajmu aspetti partikulari li jaffettwaw lill-ilmentatur. Dawn l-ilmenti normalment ikunu koperti minn valutazzjoni tal-konformità u l-Kummissjoni normalment tittrattahom fil-kuntest usa’ tal-valutazzjoni tal-konformità minflok issegwi l-ilment individwali.

Sanzjonijiet għal nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni

Il-Kummissjoni tagħti ħafna importanza lit-traspożizzjoni f’waqtha tad-direttivi. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni min-naħa tagħha stabbiliet skadenza ta’ 12-il xahar biex tirreferi każijiet ta’ ksur lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk il-falliment li tiġi trasposta direttiva jippersisti (33). F'konformità mal-prijorità li tagħti lill-iżgurar ta' komunikazzjoni f'waqtha ta' miżuri ta' traspożizzjoni, il-Kummissjoni beħsiebha tuża kompletament il-possibbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 260(3) tat-TFUE biex issaħħaħ l-approċċ tagħha għas-sanzjoniiet f'dawn il-każijiet.

It-Trattat ta' Lisbona introduċa dispożizzjonijiet importanti dwar sanzjonijiet finanzjarji biex jimmotiva lill-Istati Membri biex jittrasponu d-direttivi adottati skont proċedura leġiżlattiva (l-Artikolu 260(3) tat-TFUE) fl-ordni ġuridiku nazzjonali tagħhom fi żmien debitu. Madankollu, l-Istati Membri jkomplu jaqbżu l-iskadenzi tat-traspożizzjoni. Fl-aħħar tal-2015, 518-il każ ta’ ksur ta’ traspożizzjoni tardiva kienu għadhom miftuħin, u din hija żieda ta’ 19 % fuq l-421 każ pendenti fl-aħħar tal-2014 (34). F’ċerti każijiet, l-Istati Membri jonqsu milli jieħdu azzjoni biex jittrasponu direttiva sa tard ħafna fil-proċeduri tal-qorti ppreżentati mill-Kummissjoni fil-konfront tagħhom, u b’hekk jiksbu aktar ħin sostanzjali biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom.

Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2011 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 260(3) tat-Trattat (35), il-Kummissjoni ħabbret li, f’każijiet ta’ ksur rigward in-nuqqas li jittrasponu direttiva leġiżlattiva, normalment titlob lill-Qorti sabiex timponi pagament ta’ penali biss. Madankollu qalet ukoll li hija rriżervat id-dritt tagħha f’każijiet xierqa li titlob lill-Qorti timponi somma f’daqqa wkoll. Ħabbret ukoll li se tirrieżamina l-prattika tagħha li ġeneralment ma ssaqsix għal somom f’daqqa, skont kif l-Istati Membri wieġbu għall-approċċ tagħha li titlob biss ħlasijiet perjodiċi ta’ penali.

Fid-dawl tal-esperjenza, il-Kummissjoni issa se taġġusta l-prattika tagħha fil-kawżi mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 260 (3) tat-TFUE, l-istess kif għamlet f'każijiet referuti lill-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 260(2) tat-TFUE (36), billi sistematikament issaqsi lill-Qorti timponi ħlas perjodiku ta' penali. Meta tiddetermina l-ammont tasomma f’daqqa skont il-prattika tagħha (37), il-Kummissjoni se tqis il-firxa tat-traspożizzjoni meta tiddetermina l-gravità tan-nuqqa tat-traspożizzjoni.

Il-konsegwenza loġika tal-approċċ dwar il-ħlas ta’ somma f’daqqa hija li, f’każijiet fejn Stat Membru jirrettifika l-ksur billi jittrasponi d-direttiva waqt il-proċeduri tal-qorti, il-Kummissjoni mhux ser tirtira aktar ir-rikors tagħha għal din ir-raġuni biss. Il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tieħu deċiżjoni li timponi pagament ta’ penali billi din id-Deċiżjoni ma tibqax isservi skop utli. Madankollu, tista’ timponi ħlas ta’ somma f’daqqa li jippenalizza t-tul tal-ksur sakemm is-sitwazzjoni tiġi rettifikata billi dan l-aspett tal-każ ma tilifx l-iskop tiegħu. Il-Kummissjoni se tagħmel ħilitha biex tinforma lill-Qorti tal-Ġustizzja mingħajr dewmien kull meta Stat Membru jtemm il-ksur, fi kwalunkwe stadju tal-proċess ġudizzjarju. Tagħmel hekk ukoll meta, wara sentenza maqtugħa skont l-Artikolu 260(3) tat-TFUE, Stat Membru jirrettifika s-sitwazzjoni u għaldaqstant l-obbligu li jħallas penali jasal fi tmiemu.

Bħala regola tranżizzjonali, il-Kummissjoni se tapplika l-prattika aġġustata tagħha kif stabbilit hawn fuq għall-proċeduri ta’ ksur li tittieħed id-deċiżjoni li jintbagħat l-avviż ta’ tqegħid fil-mora għalihom wara l-pubblikazzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni.

Fl-aħħar nett, ta’ min jiftakar li, kif diġà ġie stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-2011 tagħha, il-Kummissjoni se toqgħod attenta b’mod partikulari biex tiddistingwi bejn it-traspożizzjoni inkorretta u n-nuqqas (parzjali) tat-traspożizzjoni.

4.   Twassil tal-benefiċċji tad-dritt tal-UE liċ-ċittadini: pariri u rimedji

Kemm iċ-ċittadini kif ukoll in-negozji jibbenefikaw minn infurzar aħjar. Huma jfittxu pariri sempliċi u prattiċi dwar id-drittijiet tagħhom skont id-dritt tal-UE u kif jagħmlu użu minnhom. Meta jinkisru d-drittijiet individwali tagħhom, huwa importanti li jiġu ggwidati lejn kif isibu u jagħmlu użu faċli mill-mekkaniżmu ta’ rimedju l-aktar xieraq li jkun disponibbli fil-livell tal-UE jew dak nazzjonali.

Il-Kummissjoni se tgħin liċ-ċittadini billi żżid l-għarfien tagħhom dwar id-drittijiet tagħhom skont id-dritt tal-UE u dwar l-għodod differenti għas-soluzzjoni tal-problemi li huma disponibbli għalihom fil-livell nazzjonali u dak tal-UE. Il-Kummissjoni se tiggwida, tavża u tħeġġeġ liċ-ċittadini biex jużaw l-aktar mekkaniżmu xieraq għas-soluzzjoni tal-problemi. F’dan il-kuntest, huwa importanti b’mod fundamentali li ċ-ċittadini jifhmu n-natura tal-proċess ta’ ksur u jistabbilixxu l-aspettattivi tagħhom skont dan. Huma ħafna li jressqu l-ilmenti tagħhom u jistennew li jiksbu rimedju finanzjarju jew rimedju ieħor għal ksur tad-dritt tal-EU. Joħorġu diżappuntati meta jiskopru li, filwaqt li huwa mfassal biex jippromwovi l-interess ġenerali tal-Unjoni, il-proċess ta’ ksur mhuwiex il-mezz xieraq fiċ-ċirkustanzi kollha biex jirrispondi għal tali deċiżjonijiet. L-iskop primarju tal-proċedura ta’ ksur huwa li jiġi żgurat li l-Istati Membri jagħtu effett lid-dritt tal-UE fl-interess ġenerali, mhux li tipprovdi rimedju individwali. Il-qrati nazzjonali huma kompetenti biex jittrattaw azzjonijiet ta’ individwi li jkunu qed ifittxu l-annullament ta’ miżuri nazzjonali jew kumpens finanzjarju għall-ħsara kkawżata minn tali miżuri. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom ukoll rwol importanti biex jiggarantixxu d-drittijiet tal-individwi. Jeħtieġ li dan jiġi kkomunikat b’mod ċar lill-ilmentaturi li jkunu qed ifittxu rimedju individwali.

Billi l-ilmenti huma mezz importanti biex jinkixef ksur tad-dritt tal-UE, il-Kummissjoni se żżid l-isforzi tagħha biex ittejjeb it-trattar tal-ilmenti. Minn issa ‘l quddiem, sabiex itejbu l-bażi għall-valutazzjoni tal-merti ta’ lment u jiffaċilitaw it-trattar u rispons aħjar, l-ilmentaturi għandhom jużaw il-formola standard għall-ilmenti. Il-Kummissjoni hija impenjata li tinforma lill-ilmentaturi dwar is-segwitu għall-ilmenti tagħhom. Dan jeħtieġ reviżjoni tal-proċeduri amministrattivi eżistenti għat-tratttar tar-relazzjonijiet mal-ilmentatur dwar dawn il-punti (38) (ara l-Anness).

Il-Portal Diġitali Uniku (39) se jipprovdi punt uniku ta’ aċċess għaċ-ċittadini u għan-negozji għall-informazzjoni, l-assistenza, il-pariri u s-servizzi ta’ soluzzjoni tal-problemi kollha relatati mas-Suq Uniku fil-livell tal-UE u/jew dak nazzjonali. Jinkludi wkoll proċeduri nazzjonali u oħrajn mifruxin mal-UE li huma meħtieġa li joperaw fl-UE. Dan il-Portal se jinforma liċ-ċittadini u lin-negozji b’dak li l-Kummissjoni tista’ tagħmel u dak li ma tistax, it-tul stmat tal-proċeduri u l-eżiti potenzjali. Jiggwidahom ukoll lejn pariri u servizzi ta’ soluzzjoni tal-problemi personalizzati.

Dan l-isforz se jkun jeħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw inventarju tal-mekkaniżmi ta’ rimedju disponibbli fil-livell nazzjonali li ċ-ċittadini jistgħu jirreferu għalih biex ifittxu rimedji f’każijiet individwali. Dan l-inventarju jkun jinkludi l-mekkaniżmi tal-UE, bħas-SOLVIT (li jipprovdi informazzjoni u assistenza liċ-ċittadini u jitratta problemi ta’ applikazzjoni ħażina tad-dritt tal-UE mill-awtoritajiet nazzjonali f’sitwazzjonijiet transfruntiera) u n-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej (li jipprovdi pariri u assistenza lill-konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom rigward xiri li sar f’pajjiż ieħor jew onlajn u dwar is-soluzzjoni ta’ tilwim rilevanti man-negozji).

Il-pjan ta’ azzjoni tas-SOLVIT, li jsaħħaħ ir-rwol tas-SOLVIT fl-ittrattar ta’ lmenti rigward id-dritt tal-UE, se juri l-impenn tal-Kummissjoni li tkompli ssaħħaħ ir-rwol ta’ dawn il-mekkaniżmi. Il-Kummissjoni qed tippjana li taġġorna n-netwerk tas-SOLVIT. Il-Kummissjoni qed tesplora wkoll il-possibbiltà li tintroduċi Għodda ta’ Informazzjoni dwar is-Suq Uniku biex tiġbor informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva direttament minn ċerti atturi tas-suq u timmira aħjar għal kooperazzjoni mal-Istati Membri biex jittejjeb l-infurzar. Din il-kooperazzjoni amministrattiva mal-Istati Membri (40) għandha tkompli tgħin biex jissolvew problemi individwali u jittejjeb l-iskambju tal-aħjar prattiki. Tintuża wkoll biex tħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali joffru informazzjoni aħjar permezz tal-pjattaformi eżistenti kollha, bħall-portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika (41).

Il-Kummissjoni se tiżgura l-applikazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-medjazzjoni u soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim. Il-mekkaniżmi ta’ soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim għandhom rwol importanti biex jippermettu lill-konsumaturi u lin-negozjanti jsolvu t-tilwim tagħhom b’mod faċli, rapidu u mhux għali mingħajr ma jmorru l-qorti. Fi Frar 2016, il-Kummissjoni nediet pjattaforma għas-soluzzjonijiet onlajn għat-tilwim li tipprovdi lill-konsumaturi u lin-negozjanti tal-UE b’għodda biex isolvu t-tilwim kuntrattwali tagħhom dwar xiri onlajn permezz ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim. Fis-settur finanzjarju, il-Kummissjoni waqqfet Netwerk għas-Soluzzjoni tat-Tilwim Finanzjarju, li għandu l-għan li jiffaċilita r-riżoluzzjoni tat-tilwim transfruntier bejn il-konsumaturi u l-fornituri tas-servizzi finanzjarji fis-servizzi finanzjarji. Leġiżlazzjoni oħra tal-UE tipprevedi standards komuni dwar mekkaniżmi ta’ trattar ta’ tilwim u ta’ rimedju fl-Istati Membri kollha (pereżempju r-Regolamenti dwar id-Drittijiet tal-Passiġġieri (42), l-akkwist pubbliku (43), ir-Regolament dwar Talbiet Żgħar (44)).

5.   Konklużjonijiet

L-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-UE madwar l-Istati Membri kollha hija essenzjali għas-suċċess tal-UE. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tagħti importanza qawwija lill-iżgurar tal-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-UE. L-isfida tal-applikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea hija kondiviża fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri. Sabiex jintlaħqu riżultati ta’ politika, huwa essenzjali li jkun hemm approċċ strateġiku għall-infurzar, approċċ li jiffoka fuq il-problemi fejn azzjoni ta’ infurzar tista’ tagħmel differenza reali. F’konformità mal-prijorità li l-Kummissjoni tagħti biex tiżgura l-komunikazzjoni f’waqtha ta’ miżuri li jittrasponu direttiva, l-approċċ strateġiku għall-infurzar huwa akkumpanjat minn rieżami tal-approċċ tagħha dwar sanzjonijiet kif stabbilit fl-Artikolu 260(3) tat-TFUE. Il-Kummissjoni se tgħin lill-Istati Membri biex jiżguraw li ċ-ċittadini u n-negozji jkunu kapaċi jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jirċievu rimedju legali fil-livell nazzjonali. L-isforz ikkombinat ta’ dawk kollha involuti, fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri, se jiżgura applikazzjoni aħjar tad-dritt tal-UE, għall-benefiċċju ta’ kulħadd.

L-approċċ stabbilit f’din il-Komunikazzjoni se jkun applikat mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċċjali.


(1)  L-Artikolu 2 tat-TUE: “L-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.”

(2)  Linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss tal-15 ta’ Lulju 2014 u l-ittri ta' missjoni tal-1 ta’ Novembru 2014 mill-President lill-Viċi Presidenti u lill-Kummissarji.

(3)  Il-Komunikazzjoni “Better monitoring of the application of Community law”, COM(2002) 725/final/4 tas-16.5.2003.

(4)  Il-Komunikazzjoni “Ewropa li tikseb ir-riżultati – L-Applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja”, COM(2007) 502 final tal-5.9.2007.

(5)  Il-Komunikazzjoni “Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-Istat tad-Dritt”, COM(2014) 158 tal-11.3.2014.

(6)  Il-Komunikazzjoni “Ir-Regolamentazzjoni Aħjar: Inwasslu Riżultati Aħjar għal Unjoni iktar b’saħħitha”, COM(2016) 615 final tal-14.9.2016.

(7)  Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123 tat-12.5.2016, p. 1).

(8)  Id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2017 iffirmata mill-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fit-13 ta’ Diċembru.

(9)  Linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss tal-15 ta’ Lulju 2014 u l-ittri ta' missjoni tal-1 ta’ Novembru 2014 mill-President lill-Viċi Presidenti u lill-Kummissarji.

(10)  L-Artikolu 4(3) tat-TUE, l-Artikoli 288(3) u l-Artikolu 291(1) tat-TFUE.

(11)  It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tat-TUE u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

(12)  Il-Komunikazzjoni Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji - COM(2015) 0550 final tat-28.10.2015.

(13)  L-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006.

(14)  L-arranġamenti ta’ ħidma mal-Istati Membri dwar EU Pilot issa se jiġu aġġustati skont dan.

(15)  Kif imħabbar fil-Komunikazzjoni dwar l-Istrateġija tas-Suq Uniku (COM(2015) 550 final), il-Kummissjoni se tniedi sett komprensiv ta’ azzjonijiet biex tkompli ssaħħaħ l-isforzi biex iżżomm il-prodotti mhux konformi milli jidħlu fis-suq tal-UE billi ssaħħaħ is-sorveljanza tas-suq u tipprovdi l-inċentivi korretti għall-operaturi ekonomiċi.

(16)  Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2016) 710 final, Il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2017, It-twettiq bil-fatti ta' Ewropa li tipproteġi, li tagħti s-setgħa u li tiddefendi, Prijorità 10.

(17)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) u d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi firrigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI.

(18)  Ara l-Artikolu 3(3a) tad-Direttiva Qafas 2002/21/KE għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-Artikolu 55 tad-Direttiva 2012/34/UE li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea u l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2013/36/UE (CRD IV) u l-Artikolu 27 ff tad-Direttiva 2009/138/KE (Solvibbiltà 2), u l-Premessa 123 tad-Direttiva 2014/65/UE (MIFID II).

(19)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea, ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.

(20)  Il-Proposta biex jiġi rivedut ir-Regolament dwar kooperazzjoni għall-protezzjoni tal-konsumaturi, COM(2016) 283 final tal-25.5.2016.

(21)  Il-Komunikazzjoni “It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2016”, COM(2016) 199 final tal-11.4.2016.

(22)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Emendi għall-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-qrati tal-Istati Membri tal-UE fl-applikazzjoni tal-Artikoli 81 u 82 KE (ĠU C 256, 5.8.2015, p. 5).

(23)  http://ec.europa.eu/environment/legal/law/training_package.htm.

(24)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta' Mejju 2001 li tistabbilixxi Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p. 25).

(25)  Il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2017, It-twettiq bil-fatti ta’ Ewropa li tipproteġi, li tagħti s-setgħa u li tiddefendi, il-Prijorità 10.

(26)  Il-Komunikazzjoni “Regolamentazzjoni aħjar għal riżultati aħjar — Aġenda tal-UE”, COM(2015) 215 final, 19.5.2015.

(27)  Il-politika tinsab (1) fid-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni (ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14) u (2) fid-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tas-27 ta' Ottubru 2011 tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (ĠU C 369, 17.12.2011, p. 15).

(28)  L-Artikolu 17(1) tat-TUE.

(29)  Ara b’mod partikolari: is-sentenza tas-6 ta' Diċembru 1989 fil-Kawża C-329/88, il-Kummissjoni vs il-Greċja [1989] Ġabra 4159; is-sentenza tal-1 ta’ Ġunju 1994 fil-Kawża C-317/92, il-Kummissjoni vs il-Ġermanja [1994] Ġabra I 2039; is-sentenza tas-6 ta’ Ottubru 2009 fil-Kawża c-562/07, il-Kummissjoni vs Spanja [2009] Ġabra I-9553; is-sentenza tal-14 ta' Settembru 1995 fil-Kawża T-571/93; Lefebvre u oħrajn vs il-Kummissjoni [1995] Ġabra II 2379; is-sentenza tad-19 ta' Mejju 2009 fil-Kawża C-329/06, il-Kummissjoni vs l-Italja [1009] Ġabra 4103.

(30)  Ara s-sentenza tal-14 ta' Settembru 1995 fil-Kawża T-571/93; Lefebvre u oħrajn vs il-Kummissjoni [1995] Ġabra II 2379.

(31)  B’mod partikolari kif stipulat fl-Aġenda Strateġika tal-Kunsill Ewropew tas-27 ta’ Ġunju 2014 u l-Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss tal-15 ta’ Lulju 2014.

(32)  Il-Komunikazzjoni dwar l-Istrateġija tas-Suq Uniku (COM(2015) 550 final).

(33)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Ewropa li tikseb ir-riżultati - L-Applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja, COM(2007) 502 final, p. 9.

(34)  Ara t-33 Rapport Annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE, p. 27.

(35)  ĠU C 12 tal-15.1.2011, p. 1.

(36)  Riformulazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 228 tat-Trattat KE, SEC(2005) 1658, il-punti 10 sa 12 li jirreferu għall-Kawża C-304/02 il-Kummissjoni vs Franza, [2005] Ġabra I-6263, il-paragrafi 80-86, 89-95, fejn il-Qorti kkonfermat li kemm il-pagament ta’ penali kif ukoll is-somma f’daqqa jistgħu japplikaw b’mod kumlattiv għall-istess ksur.

(37)  L-ammont tas-somma f’daqqa se jiġi kkalkulat bl-użu tal-metodu stabbilit fil-punti 19 sa 24 tar-Riformulazzjoni tal-2005 tal-Komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni tat-Trattat KE, SEC(2005) 1658.

(38)  Il-Komunikazzjoni “L-aġġornament tal-immaniġġjar tar-relazzjonijiet mal-kwerelant rigward l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni” (COM(2012) 154 tat-2.4.2012.

(39)  Kif imħabbar fil-Komunikazzjoni dwar is-Suq Uniku Diġitali (COM(2015) 192 final, p. 17) u l-Komunikazzjoni dwar l-Istrateġija tas-Suq Uniku (COM(2015) 550 final, p. 5 u 17).

(40)  Skont l-Art. 197 tat-TFUE.

(41)  Dan il-portal se jgħin lill-individwi jinfurzaw id-drittijiet fundamentali tagħhom biex jidentifikaw il-korpi nazzjonali mhux ġudizzjarji kompetenti b’mandat favur id-drittijiet tal-bniedem. Se jiġi estiż fl-2017 b’Bażi tad-Dejta dwar il-Liġi Ewropea tal-Konsumatur li tipprovdi informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġi tal-konsumaturi tal-UE mill-qrati u mill-awtoritajiet.

(42)  Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1); ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’Ottubru 2007 dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14); ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1); ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1).

(43)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (ĠU L 395, 30.12.1989, p. 33); id-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (ĠU L 76, 23.3.1992, p. 14).

(44)  Ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 1).


ANNESS

Proċeduri amministrattivi għall-immaniġġar ta’ relazzjonijiet mal-kwerelant rigward l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni

1.   Definizzjonijiet u l-kamp ta’ applikazzjoni

“Ilment” ifisser kwalunkwe approċċ bil-miktub lill-Kummissjoni li jindika miżura jew in-nuqqas ta’ miżura jew prattika ta’ Stat Membru li jmorru kontra l-liġi tal-Unjoni.

“Kwerelant” ifisser kull persuna jew korp li jressaq ilment mal-Kummissjoni.

“Proċeduri ta’ ksur” ifisser il-fażi prekontenzjuża tal-proċeduri għal nonkonformità li tinbeda mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jew l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (it-Trattat Euratom).

L-approċċ deskritt hawnhekk japplika għar-relazzjonijiet bejn il-kwerelanti u l-Kummissjoni f’konnessjoni mal-miżuri jew prattiki li jistgħu jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 258 tat-TFUE. Ma japplikax għal ilmenti relatati ma’ dispożizzjonijiet oħra tat-Trattat, partikolarment l-ilmenti li jirrigwardaw l-għajnuna mill-Istat koperta bl-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE jew mir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2015/1589 (1) u lmenti li jikkonċernaw esklussivament l-Artikoli 101 u 102 TFUE.

2.   Prinċipji ġenerali

Kulħadd jista’ jressaq ilment mal-Kummissjoni, mingħajr ħlas, kontra xi Stat Membru dwar kwalunkwe miżura (liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva), jew in-nuqqas ta’ miżura jew prattika fl-Istat Membru li huma jqisu inkompatibbli mal-liġi tal-Unjoni.

Il-kwerelanti m’għandhomx għalfejn juru interess formali biex iressqu l-proċedimenti; lanqas ma jridu jagħtu prova li huma prinċipalment u direttament ikkonċernati mill-miżura, in-nuqqas ta’ miżura jew il-prattika li dwarha jkun sar l-ilment.

Bla preġudizzju għall-eċċezzjonijiet elenkati taħt il-punt 3, il-Kummissjoni se tirreġistra l-ilment skont l-indikazzjonijiet tal-awtur tiegħu kif jirriżultaw mill-formola.

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi jekk għandhiex tieħu azzjoni ulterjuri dwar l-ilment.

3.   Reġistrazzjoni tal-ilmenti

Ilment dwar l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni minn Stat Membru għandu jiġi rreġistrat mill-Kummissjoni f’reġistru speċjali.

Il-korrispondenza m’għandhiex tkun investigabbli bħala lment mill-Kummissjoni, u għalhekk m’għandhiex tkun irreġistrata f’reġistru speċjali, jekk:

tkun anonima, ma jkunx fiha l-indirizz ta’ min ikun bagħatha jew ikun fiha indirizz inkomplet;

ma tkunx tirreferi, b’mod espliċitu jew impliċitu, għal Stat Membru li għalih jistgħu jiġu attribwiti l-miżuri jew il-prattika kontra l-liġi tal-Unjoni;

tiddenunzja l-atti jew l-omissjonijiet ta’ persuna privata jew korp privat, sakemm il-miżura jew l-ilment ma jkunux qed jiżvelaw l-involviment tal-awtoritajiet pubbliċi jew qed jallegaw in-nuqqas tagħhom li jaġixxu b’reazzjoni għal dawk l-atti jew l-omissjonijiet. Fil-każijiet kollha, il-Kummissjoni trid tivverifika jekk il-korrispondenza tiżvelax imġiba li tmur kontra r-regoli tal-kompetizzjoni (l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE);

ma tkunx tispeċifika lment;

tistipula lment li fir-rigward tiegħu il-Kummissjoni tkun adottat pożizzjoni ċara, pubblika u konsistenti, li għandha tiġi kkomunikata lill-kwerelant;

tistipula lment li jaqa b’mod ċar barra l-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

4.   Konferma ta' riċevuta

Il-Kummissjoni għandha tibgħat konferma tar-riċevuta tal-ilmenti kollha fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta jaslulha. Din il-konferma tar-riċevuta trid tinkludi n-numru tar-reġistrazzjoni, li għandu jiġi kkwotat f’kull korrispondenza.

Meta jitressqu għadd ta’ lmenti fir-rigward tal-istess ksur, il-konfermi tar-riċevuta individwali jistgħu jiġu ssostitwiti b’pubblikazzjoni ta’ avviż fis-sit web tal-Unjoni Ewropea, Europa  (2).

Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma tirreġistrax l-ilment, hija trid tinnotifika lill-awtur dwar dan permezz ta’ ittra ordinarja li tistipula raġuni waħda jew diversi raġunijiet minn fost dawk elenkati fit-tieni paragrafu tal-punt 3.

F’każ bħal dan, il-Kummissjoni tinforma lill-kwerelant bi kwalunkwe forma alternattiva possibbli ta’ rimedju, bħal rikors lill-qrati nazzjonali, lill-Ombudsman Ewropew, l-Ombudsman nazzjonali jew kwalunkwe proċedura oħra għall-ilmenti nazzjonali jew internazzjonali.

5.   Metodi ta’ kif jiġi ppreżentat ilment

L-ilmenti għandhom jintbagħtu bl-użu tal-formola standard għall-ilmenti. Huma għandhom jintbagħtu onlajn, jew bil-miktub b’ittra lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fl-indirizz “1049 Brussell, il-Belġju” jew jiġu ppreżentati f’wieħed mill-uffiċċji tal-Kummissjoni fl-Istati Membri.

Għandhom jiġu miktubin f’waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

Il-formola għall-ilmenti hija disponibbli mill-Kummissjoni fuq talba jew onlajn mis-sit web Europa  (3). Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kwerelant mhuwiex konformi mar-rekwiżiti tal-formola għall-ilmenti, hija għandha tinforma lill-kwerelant dwar dan u tistiednu/tistidinha timla l-formola fil-perjodu preskritt, li normalment ma għandux jaqbeż (1) xahar. Jekk il-kwerelant jonqos milli jwieġeb fi żmien il-perjodu preskritt, l-ilment se jitqies li ġie rtirat. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn l-inabbiltà tal-kwerelant li juża l-formola tkun evidenti, dan ir-rekwiżit jista’ jiġi rinunzjat.

6.   Protezzjoni tal-kwerelant u d-dejta personali

L-iżvelar tal-identitajiet tal-kwerelanti u tal-informazzjoni mressqa minnhom lill-Istat Membru kkonċernat huwa suġġett għall-awtorizzazzjoni tagħhom minn qabel u jrid jikkonforma, fost affarijiet oħra, mar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 45/2001 tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (4).

7.   Komunikazzjoni mal-kwerelanti

Wara li jiġi rreġistrat, ilment jista’ jiġi eżaminat ulterjorment b’kooperazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni tinforma lill-kwerelant dwar dan bil-miktub.

Jekk sussegwentement jiġu mnedija proċeduri ta’ ksur abbażi ta’ lment, il-Kummissjoni tinforma bil-miktub lill-kwerelanti dwar kull pass proċedurali (ittra ta’ intimazzjoni, opinjoni motivata, referenza lill-Qorti jew l-għeluq tal-każ). Fejn jiġu mressqin għadd ta’ lmenti fir-rigward tal-istess ksur, din il-korrespondenza bil-miktub tista’ tiġi ssostitwita b’pubblikazzjoni ta’ avviż f’Europa.

Fi kwalunkwe punt matul il-proċedura l-kwerelanti jistgħu jitolbu biex jispjegaw jew jiċċaraw lill-Kummissjoni, immedjatament u bi spejjeż tagħhom, ir-raġunijiet għall-ilment tagħhom.

8.   Limitu taż-żmien għall-investigazzjoni tal-ilmenti

Bħala regola ġenerali, il-Kummissjoni tinvestiga l-ilmenti bil-ħsieb li tieħu deċiżjoni biex toħroġ avviż formali jew inkella tagħlaq il-każ, fi żmien mhux aktar minn (1) sena mid-data ta’ reġistrazzjoni tal-ilment, sakemm l-informazzjoni kollha mitluba tkun ġiet ippreżentata mill-kwerelant.

Fejn dan il-limitu ta’ żmien jinqabeż, il-Kummissjoni tinforma lill-kwerelant bil-miktub.

9.   Eżitu tal-investigazzjoni ta’ lmenti

Wara l-investigazzjoni tal-ilment, il-Kummissjoni tista’ toħroġ ittra ta’ intimazzjoni li tiftaħ il-proċeduri kontra l-Istat Membru inkwistjoni, jew tagħlaq il-każ definittivament.

Il-Kummissjoni se tiddeċiedi fi ħdan il-marġni ta’ diskrezzjoni tagħha dwar il-ftuħ jew it-tmiem ta’ proċedura ta’ ksur.

10.   L-għeluq tal-każ

Sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li jirrikjedu miżuri urgenti, fejn huwa previst li mhi se tittieħed l-ebda azzjoni ulterjuri dwar ilment, il-Kummissjoni tagħti lill-kwerelant avviż bil-quddiem dwar dan f’ittra li tistabbilixxi r-raġunijiet li abbażi tagħhom qed tipproponi li l-każ jingħalaq, u tistieden lill-kwerelant iressaq il-kummenti tiegħu fi żmien 4 ġimgħat. Fejn jiġu mressqin għadd ta’ lmenti fir-rigward tal-istess ksur, din il-korrespondenza bil-miktub tista’ tiġi ssostitwita b’pubblikazzjoni ta’ avviż fuq is-sit web Europa.

Fejn il-kwerelant ma jweġibx, jew fejn il-kwerelant ma jistax jiġi kkuntattjat għal raġunijiet li għalihom huwa responsabbli, jew fejn il-kummenti tal-kwerelant ma jikkonvinċux lill-Kummissjoni biex terġa’ tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha, il-każ jingħalaq.

Fejn il-kummenti tal-kwerelant jikkonvinċu lill-Kummissjoni biex terġa’ tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha, l-investigazzjoni tal-ilment titkompla.

Il-kwerelant jiġi infurmat bil-miktub dwar l-għeluq.

11.   Pubbliċizzazzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ ksur

L-informazzjoni rigward deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar każijiet ta’ ksur hija ppubblikata f’Europa  (5).

12.   Aċċess għal dokumenti dwar każijiet ta’ ksur

L-aċċess għal dokumenti dwar każijiet ta’ ksur huwa rregolat bir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, kif implimentat mid-diżpożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/937/KE, KEFA, Euratom (6).

13.   Ilment Lill-Ombudsman Ewropew

Fejn kwerelant iqis li, fit-trattament tal-ilment tiegħu jew tagħha, il-Kummissjoni kienet ħatja ta’ amministrazzjoni ħażina għaliex naqset milli ssegwi kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija hawn fuq, huwa jista’ jirreferi l-kwistjoni lill-Ombudsman Ewropew skont l-Artikoli 24 u 228 tat-TFUE.


(1)  ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9.

(2)  http://ec.europa.eu/atwork/applying-eu-law/multiple_complaint_form_mt.htm.

(3)  https://ec.europa.eu/assets/sg/report-a-breach/complaints_mt

(4)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(5)  http://ec.europa.eu/atwork/applying-eu-law/infringements-proceedings/infringement_decisions/?lang_code=mt

(6)  ĠU L 345, 29.12.2001, p. 94.


19.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 18/21


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8325 — KKR/Hilding Anders)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 18/03)

Fid-9 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8325. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


19.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 18/21


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8302 — Koch Industries/Guardian Industries)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 18/04)

Fil-5 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8302. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


19.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 18/22


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8204 — Barloworld South Africa/Baywa/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 18/05)

Fid-9 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8204. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


19.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 18/22


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8288 — Permira/Schustermann & Borenstein)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 18/06)

Fl-10 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8288. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 18/23


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-18 ta’ Jannar 2017

(2017/C 18/07)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0664

JPY

Yen Ġappuniż

121,05

DKK

Krona Daniża

7,4361

GBP

Lira Sterlina

0,86833

SEK

Krona Żvediża

9,5328

CHF

Frank Żvizzeru

1,0706

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,0330

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,021

HUF

Forint Ungeriż

307,92

PLN

Zloty Pollakk

4,3673

RON

Leu Rumen

4,4928

TRY

Lira Turka

4,0371

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4128

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3986

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,2716

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,4838

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5176

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 249,39

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,4632

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,2931

HRK

Kuna Kroata

7,5275

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 228,44

MYR

Ringgit Malażjan

4,7500

PHP

Peso Filippin

53,222

RUB

Rouble Russu

63,2480

THB

Baht Tajlandiż

37,655

BRL

Real Brażiljan

3,4367

MXN

Peso Messikan

23,1335

INR

Rupi Indjan

72,6365


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

19.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 18/24


Rapport Speċjali Nru 34/2016

“Il-Ġlieda kontra l-Ħela tal-Ikel: opportunità għall-UE sabiex ittejjeb l-effiċjenza fir-riżorsi tal-katina tal-provvista tal-ikel”

(2017/C 18/08)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 34/2016 “Il-Ġlieda kontra l-Ħela tal-Ikel: opportunità għall-UE sabiex ittejjeb l-effiċjenza fir-riżorsi tal-katina tal-provvista tal-ikel” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu jew mill-EU Bookshop: https://bookshop.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-EFTA

19.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 18/25


SENTENZA TAL-QORTI

tal-1 ta’ Frar 2016

fil-Kawża E-17/15

Ferskar kjötvörur ehf. v L-Istat tal-Iżlanda

(Ġurisdizzjoni — l-Artikolu 8 taż-ŻEE — Importazzjoni ta’ laħam nej — Direttiva 89/662/KEE — Armonizzazzjoni tar-reġim regolatorju għall-kontrolli veterinarji)

(2017/C 18/09)

Fil-Kawża E-17/15, Ferskar kjötvörur ehf. v L-Istat tal-Iżlanda – TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja mill-Qorti Distrettwali ta’ Reykjavík (Héraðsdómur Reykjavíkur) dwar l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekomonika Ewropea għall-importazzjonijiet fl-Iżanda ta’ prodotti tal-laħam nej, il-Qorti, iffurmata minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef Relatur) u Páll Hreinsson, tat sentenza fl-1 ta’ Frar 2016, li d-dispożittiv tagħha huwa kif ġej:

1.

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE kif definit fl-Artikolu 8 ŻEE ma jfissirx li Stat taż-ŻEE għandu d-diskrezzjoni li jistabbilixxi r-regoli dwar l-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam nej, peress li dik id-diskrezzjoni tista’ tkun limitata minn dispożizzjonijiet inkorporati f’Anness tal-Ftehim ŻEE.

2.

Mhux kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 89/662/KEE għal Stat taż-ŻEE li jadotta regoli li jeżiġu li importatur ta’ prodotti tal-laħam nej japplika għal permess speċjali qabel ma l-prodotti jiġu importati, u li jitlob is-sottomissjoni ta’ ċertifikat li jikkonferma li l-laħam kien maħżun iffriżat għal ċertu perjodu qabel l-approvazzjoni doganali.


19.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 18/26


SENTENZA TAL-QORTI

tal-1 ta’ Frar 2016

fil-Kawża E-20/15

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Iżlanda

(Nuqqas minn Stat taż-ŻEE/EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu — Nuqqas li jimplimenta — id-Direttiva 2013/10/UE li temenda d-Direttiva 75/324/KEE dwar id-dispensuri tal-ajrusols)

(2017/C 18/10)

Fil-Kawża E-20/15, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v l-Iżlanda — APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 3 tal-Att imsemmi fil-punt 1 tal-Kapitolu VIII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Direttiva tal-Kummissjoni 2013/10/UE tad-19 ta’ Marzu 2013 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-aerosol dispensers biex id-dispożizzjonijiet tagħha dwar l-ittikkettar jiġu adattati għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet) kif adattat għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi naqset li tadotta l-miżuri neċessarji biex timplimenta l-Att fiż-żmien preskritt, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef Relatur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat is-sentenza fl-1 ta’ Frar 2016, li d-dispożittiv tagħha huwa kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

1.

Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 3 tal-Att imsemmi fil-punt 1 tal-Kapitolu VIII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ((Direttiva tal-Kummissjoni 2013/10/UE tad-19 ta’ Marzu 2013 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-aerosol dispensers biex id-dispożizzjonijiet tagħha dwar l-ittikkettar jiġu adattati għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet), kif adattat għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji biex timplimenta l-Att fiż-żmien preskritt.

2.

Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.


19.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 18/27


SENTENZA TAL-QORTI

tal-1 ta’ Frar 2016

fil-Kawża E-21/15

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs l-Iżlanda

(Nuqqas ta’ Stat taż-ŻEE/EFTA li jonora l-obbligi tiegħu — Nuqqas ta’ implimentazzjoni — id-Direttiva 2011/88/UE li temenda d-Direttiva 97/68/KE fir-rigward tad-dispożizzjonijiet għal magni introdotti fis-suq skont l-iskema tal-flessibbiltà)

(2017/C 18/11)

Fil-Kawża E-21/15, l-Awtorita ta’ Sorveljanza vs l-Iżlanda – APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li l-Iżlanda naqset milli tonora l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 2 tal-Att li ssir referenza għaliha fil-punt 1a tal-Kapitlu XXIV tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2011/88/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Direttiva 97/68/KE fir-rigward id-dispożizzjonijiet għal magni introdotti fis-suq skont l-iskema tal-flessibbiltà) kif adattata għall-Ftehim bil-Protokoll 1 tiegħu u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi naqset milli tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Att fiż-żmien preskritt, il-Qorti, komposta minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur) u Páll Hreinsson, Imħallfin, tat sentenza fl-1 ta’ Frar 2016, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

1.

Tiddikjara illi l-Iżlanda naqset milli tonora l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 2 tal-Att li ssir referenza għalih fil-punt 1a tal-Kapitolu XXIV tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomija Ewropea (id-Direttiva 2011/88/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Direttiva 97/68/KE fir-rigward id-dispożizzjonijiet għal magni introdotti fis-suq skont l-iskema tal-flessibbiltà) kif adattata għall-Ftehim bil-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi naqqset milli tadotta l-miżuri neċessarji biex timplimenta l-Att fiż-żmien stabbilit.

2.

Tordna lill-Iżlanda li tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.


19.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 18/28


SENTENZA TAL-QORTI

tal-1 ta’ Frar 2016

fil-Kawża E-22/15

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs. il-Prinċipat tal-Liechtenstein

(Nuqqas ta’ Stat taż-ŻEE/EFTA li jonora l-obbligi tiegħu — Nuqqas ta’ implimentazzjoni — id-Direttiva 2011/62/UE — id-Direttiva 2012/26/UE)

(2017/C 18/12)

Fil-Kawża E-22/15, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs. il-Prinċipat tal-Liechtenstein – APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li billi naqas milli jadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Atti li ssir referenza għalihom fil-punt 15q tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2011/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, għar-rigward tal-prevenzjoni tad-dħul fil-katina ta’ provvista legali ta’ prodotti mediċinali ffalsifikati u d-Direttiva 2012/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li temenda d-Direttiva 2001/83/KE fir-rigward tal-farmaviġilanza), kif adattata għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, fi ħdan iż-żmien stabbilit, il-Prinċipat ta’ Liechtenstein naqas li jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 2 ta’ kull Att u taħt l-Artikolu 7 tal-Ftehim, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen u Páll Hreinsson (Imħallef-Relatur), Imħallfin, taw sentenza fl-1 ta’ Frar 2016, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

1.

Tiddikjara li, billi naqas fi ħdan iż-żmien stabbilit li jadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Atti li ssir referenza għalihom fil-punt 15q, id-disa’ u l-għaxar inċiż, tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2011/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, għar-rigward tal-prevenzjoni tad-dħul fil-katina ta’ provvista legali ta’ prodotti mediċinali ffalsifikati u d-Direttiva 2012/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li temenda d-Direttiva 2001/83/KE fir-rigward tal-farmaviġilanza), kif adattata għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, il-Prinċipat ta’ Liechtenstein naqas li jissodisfa l-obbligi tiegħu skont ll-Artikolu 2 ta’ kull Att u taħt l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.

Tordna lill-Prinċipat tal-Liechtenstein biex iħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.


19.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 18/29


SENTENZA TAL-QORTI

tal-1 ta’ Frar 2016

fil-Kawża E-23/15

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs Il-Prinċipat tal-Liechtenstein

(Nuqqas minn Stat taż-ŻEE/EFTA li jonora l-obbligi tiegħu — Nuqqas ta’ implimentazzjoni — id-Direttiva 2010/53/UE)

(2017/C 18/13)

Fil-Kawża E-23/15, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs il-Prinċipat ta’ Liechtenstein – APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li billi naqas milli jadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 15 u 16 tal-Att li ssir referenza għalih fil-punt 15zn tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2010/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar l-istandards tal-kwalità u s-sigurezza ta’ organi umani maħsuba għal trapjanti, kif korrett), kif adattat għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, u mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 164/2013 tat-8 ta’ Ottubru 2013, fi ħdan iż-żmien stabbilit, il-Prinċipat ta’ Liechtenstein naqas milli jonora l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 31 ta’ dak l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen u Páll Hreinsson (Imħallef-Relatur), Imħallfin, tat is-sentenza fl-1 ta’ Frar 2016, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

Il-Qorti b’dan:

1.

Tiddikjara li, billi naqas, fi ħdan iż-żmien stabbilit, li jadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 15 u 16 tal-Att li ssir referenza għalih fil-punt 15zn tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2010/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar l-istandards tal-kwalità u s-sigurezza ta’ organi umani maħsuba għal trapjanti, kif korrett), kif adattat għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, il-Liechtenstein naqas milli jonora l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 31 ta’ dak l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.

Tordna lil-Liechtenstein iħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

19.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 18/30


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8351 — Apollo Management/Lumileds Holding)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 18/14)

1.

Fit-12 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Apollo Management L.P. (“Apollo”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwsista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdieni ta’ Lumileds Holding B.V. (“Lumileds”, in-Netherlands) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Apollo: investimenti privati;

—   għal Lumileds: manifattura u bejgħ ta’ enerġija konvenzjonali u diodes li jarmu d-dawl (light emitting diodes, “LEDs”) ta’ prodotti tad-dawl madwar id-dinja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8351 — Apollo Management/Lumileds Holding, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


19.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 18/31


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8283 — General Electric Company/LM Wind Power Holding)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 18/15)

1.

Fil-11 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha General Electric Company (“GE”, l-Istati Uniti tal-Amerika), takkwista l-kontroll waħdieni ta’ LM Wind Power Holding A/S (“LM”, id-Danimarka) fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

GE hija kumpanija dinjija ta’ manifattura, teknoloġija u servizzi li hija magħmula minn għadd ta’ unitajiet tan-negozju, kull wieħed minnhom bid-diviżjonijiet tiegħu stess. In-negozju ta’ GE, GE Renewable Energy, jipproduċi u jforni turbini tar-riħ għal użu fuq l-art u lil hinn mill-kosta fuq bażi dinjija. Hija tagħmel manutenzjoni ta’ turbini tar-riħ, primarjament għall-flotta installata tagħha stess.

LM hija kumpanija attiva f’dak li jirrigwarda d-disinn, l-ittestjar, il-manifattura u l-fornitura ta’ xfafar tat-turbini tar-riħ, kemm fiż-ŻEE u kemm madwar id-dinja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8283 — General Electric Company/LM Wind Power Holding, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).