ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 17

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
18ta' Jannar 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Il-118-il Sessjoni Plenarja tal-15 u s-16 ta' Ġunju 2016

2017/C 17/01

Riżoluzzjoni dwar l-abbozz ta’ baġit annwali tal-UE għall-2017

1

2017/C 17/02

Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – Il-kontribut tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għall-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2017

4

2017/C 17/03

Riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni taċ-ċentri ta’ informazzjoni Europe Direct (EDIC)

11

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Il-118-il Sessjoni Plenarja tal-15 u s-16 ta' Ġunju 2016

2017/C 17/04

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Azzar: Iż-żamma tal-impjiegi sostenibbli u t-tkabbir sostenibbli fl-Ewropa

13

2017/C 17/05

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP)

20

2017/C 17/06

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Ħela tal-ikel

28

2017/C 17/07

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Niġġieldu r-radikalizzazzjoni u l-estremiżmu vjolenti: mekkaniżmi ta’ prevenzjoni fil-livell lokali u reġjonali

33

2017/C 17/08

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Ir-reazzjoni tal-UE għall-isfida demografika

40


 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

 

Il-118-il Sessjoni Plenarja tal-15 u s-16 ta' Ġunju 2016

2017/C 17/09

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Proposti leġislattivi li jemendaw id-Direttivi dwar l-iskart

46

2017/C 17/10

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – L-Istrateġija ta’ Tkabbir tal-UE 2015-2016

60


MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Il-118-il Sessjoni Plenarja tal-15 u s-16 ta' Ġunju 2016

18.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 17/1


Riżoluzzjoni dwar l-abbozz ta’ baġit annwali tal-UE għall-2017

(2017/C 017/01)

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

wara li kkunsidra l-Opinjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Abbozz ta’ Baġit tal-UE għall-2014, l-2015 u l-2016;

wara li kkunsidra l-Opinjoni tiegħu li dwar ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP);

billi l-proċedura baġitarja għall-baġit tal-UE għall-2017 tikkoinċidi mar-rieżami/reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) prevista mill-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għall-2014-2020;

1.

jenfasizza r-rwol importanti tal-Baġit tal-UE għall-2017 fl-iżvilupp u t-twettiq tal-għanijiet u l-prijoritajiet tal-Unjoni biex issaħħaħ it-tkabbir, tippromovi l-impjieg waqt li toħloq impjiegi ġodda u ssaħħaħ il-koeżjoni effettiva tal-UE u l-kompetittività sabiex jiġu indirizzati sfidi ġodda;

2.

jenfasizza li l-baġit annwali tal-UE huwa ffaċċjat b’għadd ta’ kunċetti strutturali żbaljati tal-QFP: —

riżorsi limitati fil-QFP kollu, iżda b’mod partikolari l-Intestaturi 3 u 4,

is-sistema ta’ riżorsi proprji, li hija bbażata prinċipalment fuq il-kontribuzzjonijiet nazzjonali bbażati fuq l-ING,

użu akbar ta’ strumenti “satellita”, li minn naħa waħda jżid il-flessibilità baġitarja, iżda min-naħa l-oħra jdgħajjef wkoll l-unità tal-baġit tal-UE kif ukoll il-kontroll demokratiku tal-Parlament Ewropew,

id-diżimpenn tal-approprijazzjonijiet mhux użati, li jintilfu għal kollox, minflok ma jiġu riportati għas-sena ta’ wara bħala riżerva għal ħtiġijiet mhux mistennija;

3.

itenni, fuq il-bażi tal-Istħarriġ tal-Kummissjoni Annwali dwar it-Tkabbir 2016, il-ħtieġa għall-baġit tal-UE li jikkontribwixxi lejn l-irkupru ekonomiku u jimla l-vojt ta’ investiment ta’ wara l-kriżi fl-UE, li għadu sinifikanti, li jagħmel ħsara lill-kompetittività u jhedded il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

4.

jenfasizza l-importanza tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE), il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (EFSI), il-programmi Orizzont 2020, Erasmus +, programmi ta’ finanzjament tal-SMEs, u politiki u programmi oħra li jistimulaw l-iżvilupp tal-ekonomija tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tkompli żżid l-investiment fir-riċerka, l-innovazzjoni u l-infrastruttura;

5.

jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Istati Membri ta’ spiss jitħallew waħidhom biex jindirizzaw l-għadd kbir ta’ persuni spostati u l-ġestjoni ta’ politiki ta’ integrazzjoni, b’finanzjament u/jew koordinazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali/Ewropew limitati ħafna. Ir-riżorsi finanzjarji għandhom ikunu direttament aċċessibbli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, sabiex dawn ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom marbuta mal-migrazzjoni u l-integrazzjoni, u sabiex jiġi żgurat li jkollhom aċċess rapidu għall-fondi nazzjonali u tal-UE; jissuġġerixxi li l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali jingħataw ukoll linji gwida prattiċi dwar sorsi ta’ finanzjament potenzjali;

6.

Għandha tingħata wkoll għajnuna fil-ġestjoni tal-flussi migratorji, lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiżi ta’ oriġini u r-reġjuni tal-madwar, inklużi ż-żoni ta’ “tranżitu”; billi mingħajr l-appoġġ tal-UE, awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiżi msieħba ma jkunux jistgħu jipprovdu kundizzjonijiet tal-għajxien deċenti u l-bażi għal żvilupp ekonomiku fil-pajjiżi ta’ oriġini. Għal dan il-għan, rieżami responsabbli tal-QFP – fid-dawl tal-ftehimiet ma’ pajjiżi terzi dwar kontroll effikaċi tal-fruntieri, it-tnaqqis tal-flussi migratorji, il-kooperazzjoni fil-qasam tar-rimpatriju, il-ġlieda kontra t-traffikar tal-persuni – għandha tipprevedi appoġġ finanzjarju u operattiv akbar, anke permezz ta’ sorsi ta’ finanzjament ġodda u innovattivi;

7.

jitlob lill-awtorità tal-baġit biex tikkunsidra l-ħtieġa għal riżorsi finanzjarji li huma direttament aċċessibbli għall-bdiewa Ewropej milquta minn kriżijiet diversi (bħall-volatilità tal-prezzijiet) sa mill-bidu tal-QFP attwali, b’mod partikolari l-kriżi tas-settur tal-ħalib, tal-laħam u tal-frott u l-ħaxix; jenfasizza l-impatt baġitarju tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda bi tweġiba għal dawn il-kriżijiet, li jammontaw għal EUR 500 miljun fil-baġit tal-2016 u EUR 300 miljun f’dak tal-2015; jenfasizza s-sitwazzjoni ta’ kriżi kontinwa f’diversi setturi agrikoli tal-Istati Membri;

8.

ifakkar li l-Kummissjoni Ewropea, fl-2016, għandha terġa’ teżamina l-allokazzjonijiet totali tal-Istati Membri kollha taħt il-mira ta’ “Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi” tal-politika ta’ koeżjoni għas-snin 2017–2020 u għandha taġġusta l-allokazzjonijiet totali abbażi tal-aktar statistika riċenti waqt li jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati biżżejjed riżorsi baġitarji fl-2017 għall-finanzjament ta’ dawn l-aġġustamenti;

9.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jużaw dawn l-aġġustamenti bħala għodda flessibbli biex jindirizzaw l-isfidi ġodda fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni, fid-dawl tal-fatt li l-Artikolu 7 tal-QFP jistabbilixxi li dawn l-aġġustamenti għandhom isiru b’kont meħud tas-sitwazzjoni partikolarment diffiċli tal-Istati Membri li qed ibatu mill-kriżi;

10.

jinnota li analiżijiet bikrija juru impenji u implimentazzjoni rapidi ta’ proġetti ffinanzjati taħt il-programmi Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) u effetti negattivi tat-tnaqqis baġitarju għaż-żewġ programmi; jitlob lill-awtorità tal-baġit biex tikkumpensa t-tnaqqis baġitarju għall-Orizzont 2020 u s-CEF relatat mal-ħolqien tal-EFSI matul il-proċedura baġitarja annwali għall-2017;

11.

ifakkar li l-proċedura baġitarja annwali tista’ tindirizza temporanjament biss in-nuqqas ta’ finanzi kif ukoll iż-żieda fid-differenza bejn l-impenji u l-paġamenti u li dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati fi ħdan ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu sħiħa tal-QFP;

12.

jinnota b’dispjaċir it-tnaqqis ta’ fondi disponibbli għall-investiment fl-enerġija taħt is-CEF, jenfasizza li din l-intestatura ta’ prijorità m’għandhiex issofri minħabba t-trasferiment ta’ ammonti addizzjonali għal intestaturi oħra. Jirrakkomanda li jiġi żgurat bilanċ ġeografiku aħjar fl-implimentazzjoni tas-CEF fil-qasam tal-enerġija, sabiex mhux biss ir-reġjuni tax-Xlokk tal-UE u l-ġirien tagħhom, iżda wkoll reġjuni oħra jkunu jistgħu jibbenefikaw b’mod aktar ġeografikament ibbilanċjat minn interkonnessjonijiet imtejba, li huma kruċjali għal suq intern tal-enerġija li jiffunzjona sew madwar l-UE;

13.

iqis li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) bħala prijorità politika ewlenija, kif inhi, bl-appoġġ tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE), hija għodda ta’ appoġġ għaż-żgħażagħ biex jiġġieldu l-qgħad u biex jidħlu fis-suq tax-xogħol; jissuġġerixxi, għalhekk, li jiġu pprovduti biżżejjed approprijazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagamenti għall-YEI fl-2017 mill-intestatura totali tal-baġit ta’ EUR 3,2 biljun adottata għall-perjodu 2014-2020;

14.

jenfasizza l-fatt li wara dewmien inizjali, l-implimentazzjoni tal-FSIE qed jaqbad ritmu mgħaġġel u għalhekk jitlob għal żieda fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-Baġit tal-UE għall-2017 biex ikunu evitati pagamenti pendenti fil-futur; jistieden lill-Kummissjoni biex timmonitorja regolarment l-evoluzzjoni tal-impenji pendenti u biex twaqqaf mekkaniżmu ta’ twissija bikrija;

15.

jipproponi li l-Parlament Ewropew iwettaq xi proġetti pilota taħt il-baġit 2017 biex jinvestiga l-bżonnijiet u l-potenzjal tat-tkabbir mill-ħolqien tal-“konnessjonijiet nieqsa” fl-infrastruttura tat-trasport fiż-żoni transkonfinali;

16.

jenfasizza li jekk ikun hemm ħtiġijiet ġodda ta’ pagament mhux previsti fil-futur, dawn għandhom jiġu ffinanzjati permezz ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament ġodda u mhux permezz tar-ridistribuzzjoni ta’ riżorsi eżistenti;

17.

ifakkar li l-baġit tal-UE għandu jkun iffokat fuq ir-riżultati u għalhekk jappoġġja kwalukwe sforz tal-Kummissjoni Ewropea biex tissemplifika r-Regolament Finanzjarju, sabiex tikkomplementa b’mod aħjar id-diversi strumenti ta’ finanzjament tal-UE u biex ikunu żgurati kundizzjonijiet ugwali għall-politiki u l-programmi kollha tal-UE rigward regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-akkwist pubbliku u r-rekwiżiti ta’ rappurtar; jenfasizza l-ħtieġa li l-Baġit tal-UE jimxi skont approċċ ta’ governanza f’diversi livelli bbażata fuq il-post;

18.

jenfasizza l-ħtieġa li l-baġit tal-UE jkun iggwidat minn approċċ ta’ governanza f’diversi livelli skont il-post sabiex il-fondi u l-politiki tal-UE jagħtu riżultati aħjar li jisfruttaw l-ispeċifiċitajiet lokali u reġjonali;

19.

ifakkar li l-ftehim tal-COP 21 ta’ Diċembru 2015 jimpenja lill-pajjiżi donaturi biex jappoġġjaw pajjiżi li qed jiżviluppaw b’ USD 100 biljun fis-sena, iżda li metodoloġija komuni għall-finanzjament tal-klima għandha tiġi miftiehma qabel il-COP 22 f’Marrakesh. F’dan l-isfond, jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta qafas regolatorju konsolidat tal-UE dwar il-finanzjament tal-klima u tintegrah fl-abbozz tal-baġit tagħha għall-2 017 billi l-UE qablet ukoll li mill-inqas 20 % tal-QFP 2014-2020, jiġifieri EUR 180 biljun, għandhom jintefqu fuq azzjonijiet relatati mal-klima;

20.

fl-aħħar nett, jinnota li ħafna awtoritajiet lokali u reġjonali reċentement introduċew politiki ta’ baġitjar skont il-ġeneru, u jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tieħu kont tal-impatt tal-ġeneru fl-abbozz tal-baġit tal-2017;

21.

jagħti struzzjonijiet lill-President sabiex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-President tal-Kunsill Ewropew.

Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


18.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 17/4


Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – Il-kontribut tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għall-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2017

(2017/C 017/02)

Imressaq mill-Gruppi Politiċi tal-PSE, il-PPE, l-ALDE, l-AE u l-KRE

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-4 ta’ Ġunju 2015 dwar il-prijoritajiet tiegħu għall-2015-2020 u tal-4 ta’ Diċembru 2015 dwar il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2016, u l-Protokoll ta’ Kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea ta’ Frar 2012;

wara li kkunsidra l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, iqis li huwa importanti li l-ħidma tal-Kumitat tkompli turi l-impenn tiegħu għar-rispett ta’ dawn il-prinċipji, bl-implimentazzjoni ta’ approċċ ta’ politika integrat u f’diversi livelli, u jistenna involviment dejjem akbar tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet Ewropew;

Impjiegi, tkabbir, investiment u politika ta’ koeżjoni

1.

jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq kemm jista’ jkun malajr, abbażi tar-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, strateġija ġdida għall-perjodu fit-tul għall-iżvilupp sostenibbli tal-UE minn issa sal-2030 (strateġija Ewropea dwar is-sostenibbiltà);

2.

jenfasizza r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jindirizzaw l-ostakli għall-investiment, kif enfasizzat fir-Rapporti tal-Pajjiżi tal-2016 u fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi, u li l-livelli kollha tal-gvern għandhom jaħdmu flimkien fi sħubija biex jidentifikaw u jindirizzaw dawn l-ostakli fil-pajjiżi rispettivi tagħhom;

3.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-BEI biex jieħdu aktar passi biex jiżguraw il-komplementarjetajiet u l-addizzjonalità bejn il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) u l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) kif ukoll il-programmi l-oħra ffinanzjati mill-UE; itenni l-appell tiegħu għall-involviment tal-KtR fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Pjan ta’ Investiment b’mod partikolari b’rabta mal-promozzjoni tal-pjattaformi ta’ investiment u mal-analiżi tal-impatt reali tal-FEIS biex jindirizza d-distakk fl-investiment fil-livelli reġjonali u lokali;

4.

jisħaq li l-Kummissjoni Ewropea – f’kooperazzjoni mal-Bank Ewropew tal-Investiment – għandha tfisser b’mod ċar liema rwol ser jingħata lill-banek promozzjonali reġjonali u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn fis-sistema ta’ pjattaformi ta’ investiment, li għandha tinbena bħala mezz għat-twettiq tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa (1);

5.

jisħaq li tinħtieġ semplifikazzjoni biex issaħħaħ l-impatt u l-użu aħjar tal-programmi tal-FSIE u jissuġġerixxi l-adozzjoni rapida ta’ għadd ta’ miżuri ta’ semplifikazzjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni attwali; jissuġġerixxi fl-istess ħin li tiżdied il-ħidma dwar rieżami fundamentali tas-sistema implimentattiva tal-politika ta’ koeżjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss permezz ta’ żieda fl-intensità tax-xogħol fi ħdan il-Grupp ta’ Livell Għoli dwar is-Semplifikazzjoni, billi jingħata bidu għal djalogu komprensiv f’diversi livelli b’mod partikolari mal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

6.

jissuġġerixxi li jiġu żviluppati eżenzjonijiet aktar wiesgħa tal-infiq tal-FSIE mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat;

7.

jilqa’ bi pjaċir ir-rieżami transkonfinali (Cross-Border Review) biex jitneħħew l-ostakli legali u amministrattivi għall-kooperazzjoni transkonfinali u jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta azzjonijiet konkreti fl-2017 għat-tneħħija ta’ dawn l-ostakli anke billi tqis il-proposta tal-Presidenza Lussemburgiża tal-UE għal “Konvenzjoni transkonfinali Ewropea dwar dispożizzjonijiet speċifiċi f’reġjuni tal-fruntiera”; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/24/UE dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali bl-għan li tindirizza n-nuqqasijiet potenzjali tagħha;

8.

jinnota b’dispjaċir li l-eżerċizzji ta’ rieżami ta’ nofs it-terminu ta’ diversi programmi u inizjattivi tal-UE, li għandhom jiġu finalizzati fit-tielet kwart tal-2017, mhumiex allinjati mar-rieżami/reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) attwali; għaldaqstant iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkonkludi r-rieżamijiet tagħhom sal-1 ta’ Lulju 2017 u tgħaddi għal proposta komprensiva għall-QFP li jmiss, li għandha tiġi ppreżentata sal-1 ta’ Jannar 2018; jittama, f’dan il-kuntest, li d-dewmien fir-rieżamijiet ta’ dawn il-programmi ma jwassalx biex l-adozzjoni tal-proposti leġislattivi għall-QFP li jmiss tieħu iżjed fit-tul;

9.

jenfasizza l-importanza li tiġi implimentata l-Aġenda Urbana tal-UE, miftiehma mill-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern, fi sħubija mal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-Aġenda Urbana tal-UE tkun konsistenti mal-Aġenda tal-UE għal Regolamentazzjoni Aħjar; jappella sabiex l-Aġenda Urbana tal-UE tkun inkluża fil-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Kummissjoni għall-2017 u jissuġġerixxi li titħejja White Paper dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda Urbana tal-UE biex tiġi inkluża fil-Programm ta’ Ħidma Annwali għall-2017;

10.

jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi t-tfassil ta’ viżjoni territorjali għall-2050 fil-programm ta’ ħidma annwali tagħha għall-2017. Jenfasizza l-ħtieġa għal viżjoni territorjali ġdida peress li l-Iskema għall-Iżvilupp tal-Ispazju Ewropew tal-1999 teħtieġ li tiġi aġġornata, kif enfasizzat fil-konklużjonijiet tal-laqgħa ministerjali tas-27 ta’ Novembru 2015 dwar il-koeżjoni territorjali u l-politika urbana;

11.

jistieden lill-Kummissjoni biex tiffoka l-isforzi fuq it-tneħħija tal-konġestjoni tat-trasport u fuq il-provvista ta’ konnessjonijiet transkonfinali adatti b’mod partikolari billi tindirizza l-kwistjoni ta’ konnessjonijiet tat-trasport transkonfinali neqsin fil-livelli lokali u reġjonali. Għandu jingħata finanzjament adatt b’mod partikolari għal infrastrutturi fuq skala żgħira b’rilevanza transkonfinali; jistenna li l-Kummissjoni Ewropea tippreżenta proposta konkreta u skeda ta’ żmien għall-introduzzjoni ta’ għodda ta’ ppjanar tal-vjaġġi transkonfinali u multimodali u sistemi tal-biljetti tat-trasport interoperabbli u integrati;

12.

itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea biex tippubblika Green Paper dwar il-mobbiltà f’reġjuni li għandhom sfidi ġeografiċi u demografiċi;

13.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tniedi mill-ġdid id-dibattitu dwar “Lil hinn mill-PDG” u teżamina l-bżonn u l-fattibbiltà li jiġu żviluppati indikaturi komplementari għall-prestazzjoni ekonomika, il-benesseri u l-iżvilupp sostenibbli;

14.

jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa “garanzija ta’ kwalifiki u ħiliet minimi”, rikonoxxuta u validata fl-Istati Membri kollha, mingħajr ma tinterferixxi fir-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-kontenut tat-tagħlim u l-organizzazzjoni tas-sistemi edukattivi skont l-Artikolu 165 tat-TFUE u jistenna li l-arranġamenti għar-rikonoxximent tat-tagħlim mhux formali u informali ikunu fis-seħħ sa mhux aktar tard mill-2018; jenfasizza l-ħtieġa tat-tlaqqigħ tal-ħiliet tax-xogħol mal-bżonnijiet tas-suq b’kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ taħriġ taż-żgħażagħ qiegħda fil-programm ta’ ħidma annwali tal-Kummissjoni għall-2017;

15.

jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija tal-UE dwar it-tibdil demografiku, kif ukoll tinkludi fl-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Istrateġija Ewropa 2020 inizjattiva ewlenija dwar kwistjonijiet demografiċi, u biex tidħol fi djalogu bikri mal-KtR dwar id-definizzjoni futura ta’ reġjuni li jbatu minn żvantaġġi demografiċi serji u permanenti;

16.

jistenna li fil-bidu tal-2017 il-Kummissjoni tippreżenta proposta leġislattiva għall-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali sabiex tiġi indirizzata l-asimmetrija bejn il-libertajiet ekonomiċi u d-drittijiet soċjali;

17.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tippreżenta qafas legali li jkun ikopri sensiela ta’ definizzjonijiet komuni applikabbli għall-forom Ewropej differenti tal-ekonomija soċjali, jiġifieri, għall-kooperattivi, il-fondazzjonijiet, is-soċjetajiet reċiproċi u l-assoċjazzjonijiet biex jippermetti lill-intrapriżi tal-ekonomija soċjali joperaw fuq bażi legali sigura u b’hekk igawdu l-benefiċċji tas-suq intern u l-libertà tal-moviment.

18.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi Strateġija ġdida għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u d-Drittijiet tan-Nisa 2016-2020 u tressaq proposta leġislattiva għar-reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar il-liv tal-maternità;

19.

jistieden lill-Kummissjoni, bil-parteċipazzjoni tal-KtR u tal-Istati Membri, tibgħat it-tieni Rapport tagħha dwar l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabbiltà 2010-2020 u tanalizza l-possibbiltà li l-istrateġija tiġi żviluppata aktar;

20.

jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-fenomenu ta’ “kumpaniji tal-isem” (letterbox companies);

21.

beħsiebu jikkontribwixxi għas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018 billi jwassal l-għarfien dwar il-wirt kulturali lil udjenza usa’ fil-livell lokali;

22.

jenfasizza l-ħtieġa ta’ strateġija Ewropea mġedda dwar it-turiżmu u jirrimarka li f’dan il-kuntest, il-Kumitat tar-Reġjuni beda ħidma fuq opinjoni dwar “It-turiżmu bħala forza li tmexxi l-kooperazzjoni reġjonali madwar l-UE” u ser jibgħat il-proposti tiegħu dwar l-istrateġija Ewropea mġedda lill-Kummissjoni Ewropea;

23.

jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra b’mod aktar sistematiku d-dimensjoni rurali fl-oqsma ta’ politika kollha tal-UE u biex tħejji White Paper dwar iż-żoni rurali li sservi bħala punt ta’ tluq għal politika dwar l-iżvilupp rurali wara l-2020;

24.

jistieden lill-Kummissjoni tippromovi aktar tkabbir blu permezz ta’ pjan ġdid komprensiv għall-iżvilupp tal-ekonomija blu fl-Ewropa, ibbażat b’mod partikolari fuq strateġija komuni Ewropea dwar l-immappjar tal-kosta u d-data marittima sabiex jgħin fl-iżvilupp tal-ekonomija blu permezz ta’ disponibilità aħjar tad-data filwaqt li tiġi evitata l-frammentazzjoni u jsir użu ta’ sinerġiji transkonfinali. jitlob ukoll it-twaqqif ta’ Komunità ta’ Għarfien u Innovazzjoni għall-Ekonomija Blu;

25.

jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinkorpora l-prinċipju ta’ investiment li huwa reżiljenti għad-diżastri fil-politiki u l-Fondi tagħha. Jistieden lill-Kummissjoni, biex, f’konsultazzjoni u kooperazzjoni mal-gvernijiet lokali, reġjonali u nazzjonali u ma’ partijiet interessati, tipprovdi gwida dwar xi jfisser għall-Ewropa l-Qafas ta’ Sendai dwar it-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri u kif dan jista’ jiġi implimentat bl-aħjar mod;

Żvilupp sostenibbli

26.

jistieden lill-Kummissjoni timplimenta bis-sħiħ il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari u tevalwa l-ħtieġa li fl-2017 tippreżenta l-proposti neċessarji li jinkludu strateġija ambizzjuża dwar il-plastik f’ekonomija ċirkolari, kif ukoll proposta għal leġislazzjoni li tistabbilixxi rekwiżiti minimi ta’ kwalità b’rabta mal-ilma li jintuża mill-ġdid, kif ukoll inizjattivi ġodda dwar is-settur tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni;

27.

jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet tal-impatt territorjali fuq il-miri vinkolanti u ambjentali eżistenti kollha;

28.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tagħmel rieżami tal-miri tal-klima tal-UE u l-mezzi neċessarji għall-implimentazzjoni tagħhom skont l-objettivi globali adottati waqt il-COP21 f’Pariġi; ifakkar lill-Kummissjoni dwar ir-rakkomandazzjoni inizjali tagħha ta’ tnaqqis ta’ 50 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra sal-2030 meta mqabbel mal-livelli tal-1990. Jemmen li kwalunkwe objettiv ġdid għandu jgħaddi minn valutazzjoni territorjali tal-impatt u m’għandux jillimita d-dritt tal-Istati Membri li jiddeterminaw it-taħlita tal-enerġija tagħhom;

29.

jistieden lill-Kummissjoni biex tpoġġi fil-prattika l-Preambolu 15 tal-ftehim globali dwar il-klima li jirrikonoxxi l-importanza ta’ approċċ ta’ governanza f’diversi livelli, li ma jinkludix biss bliet, iżda wkoll reġjuni;

30.

jitlob li jkun assoċjat mal-Forum tal-UE dwar l-Infrastruttura tal-Enerġija biex jirrappreżenta leħen l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proċess tat-tfassil tal-politika fir-rigward tal-investiment fl-infrastruttura tal-enerġija, b’mod partikolari fil-qasam tal-ġenerazzjoni deċentralizzata tal-enerġija, inklużi l-mikroproduzzjoni u d-distribuzzjoni;

31.

jitlob li jkun involut, sa mill-istadji bikrija tal-proċess ta’ ppjanar tal-politika, fir-rieżami tad-Direttivi tal-UE dwar l-effiċjenza enerġetika, il-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u d-disinn tas-suq tal-elettriku;

32.

jistieden lill-Kummissjoni tipproponi aktar inizjattivi speċifiċi fil-qasam tal-produzzjoni ta’ elettriku u sħana fl-istess ħin u tan-netwerks ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali bil-ħsieb li jkomplu jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 u biex tiżdied is-sigurtà tal-enerġija;

33.

iqis li l-Kummissjoni għandha żżid l-ambizzjonijiet tagħha dwar il-politika tal-enerġija rinnovabbli billi tappoġġja, tadatta u xxerred aktar il-mudell tal-Patt tas-Sindki fi ħdan u barra l-UE, u b’hekk tgħin biex tittrasforma l-governanza urbana, l-azzjoni klimatika u l-involviment taċ-ċittadini b’mod aktar konsistenti u sostenibbli;

34.

jappella għal implimentazzjoni sħiħa tas-7 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni Ewropea 2014-2020 u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta għal Direttiva tal-UE bil-għan li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-konformità mal-acquis ambjentali tal-UE (2);

35.

jappella għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020, u konsegwentament iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta fl-2017 l-inizjattiva tagħha li ilha ħafna mistennija dwar l-ebda telf nett tal-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistemi; itenni wkoll l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni sabiex ma tirrevedix id-Direttivi dwar in-Natura, iżda tippreżenta f’qasir żmien Komunikazzjoni li tinkludi azzjoni konkreta biex tappoġġja l-implimentazzjoni tagħhom b’mod aħjar (3).

36.

jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta Komunikazzjoni dwar l-Ikel Sostenibbli, li tistabbilixxi qafas ta’ politika koerenti għall-UE kollha li jindirizza s-sostenibbiltà tal-agrikoltura, il-produzzjoni tal-ikel u l-katina tal-provvista u l-aspetti kummerċjali, u jfakkar lill-Kummissjoni Ewropea fit-talba tiegħu fil-passat biex jiġu stabbiliti aktar objettivi speċifiċi biex il-ħela tal-ikel jitnaqqas bi 30 % sal-2025 (4). Itenni wkoll it-talba tiegħu għall-introduzzjoni ta’ logo ġdid u għall-identifikazzjoni ta’ simbolu u skema ta’ identità komuni għall-prodotti lokali;

37.

jistieden lill-Kummissjoni tippubblika strateġija ġdida dwar l-alkoħol 2016-2025, ibbażata fuq l-aħħar evidenza u filwaqt li tikkunsidra t-tibdil soċjetali u tappoġġja programmi diġà introdotti fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali;

Suq intern u kompetizzjoni

38.

jappoġġja s-sejħa tal-Parlament Ewropew għall-inklużjoni tal-pilastru tas-Suq Uniku fis-Semestru Ewropew, b’sistema ta’ monitoaġġ u evalwazzjoni regolari;

39.

jilqa’ bi pjaċir il-pakkett mistenni dwar is-semplifikazzjoni tal-VAT għall-SMEs u l-inizjattiva tal-Istart-ups bħala passi konkreti sabiex inaqqsu l-piż regolatorju u amministrattiv fuqhom; jenfasizza l-ħtieġa għal ħafna aktar semplifikazzjoni regolatorja b’mod partikolari rigward l-aċċess tal-SMEs għall-akkwist pubbliku u l-parteċipazzjoni tagħhom fi proġetti finanzjati mill-FSIE;

40.

jilqa’ bi pjaċir l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-ekonomija kondiviża jew kollaborattiva, iżda jtenni li kwalunkwe inizjattiva regolatorja iebsa għandha żżomm approċċ settorjali u tqis l-iskala tal-inizjattiva bħala kriterju għat-tfassil ta’ linji regolatorji;

41.

jemmen li l-Kummissjoni għandha tirreaġixxi aktar għall-isfidi sinifikanti ta’ finanzjament li s-servizzi ta’ interess ġenerali jiffaċċjaw u, għaldaqstant, jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-impatt territorjali tal-leġislazzjoni tal-UE dwar il-provvediment ta’ servizzi ta’ interess ġenerali, b’enfasi speċjali fuq ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u l-akkwist pubbliku u tuża kwalunkwe marġini eżistenti għas-semplifikazzjoni, inkluża s-semplifikazzjoni tal-istrumenti finanzjarji tal-UE; jistenna li, f’dan l-isfond ikun ikkonsultat sew dwar ir-reviżjoni tal-“pakkett Almunia” fir-rigward tal-finanzjament tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali;

42.

jipproponi li l-evalwazzjoni attwali tal-Kummissjoni dwar id-Direttiva dwar ir-rimedji fil-qasam tal-akkwist pubbliku tiġi segwita minn reviżjoni tad-Direttiva sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet mill-perspettiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) u Semestru Ewropew

43.

itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Parlament biex jadottaw kodiċi ta’ kondotta li jiggarantixxi li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti b’mod strutturat fis-Semestru Ewropew, u jimpenja ruħu li jidħol fi djalogu mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kwistjoni;

44.

itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tivvaluta l-impatt tar-regoli l-ġodda tal-Awtorità Superviżorja Ewropea 2010 fuq il-kapaċità tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jinvestu;

45.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tinvolvi lill-KtR fit-tħejjija tal-White Paper dwar ir-riforma tal-UEM, li fiha jeħtieġ li tiġi indirizzata wkoll il-kompettività u d-dimensjoni soċjali tal-UEM;

Suq uniku diġitali, riċerka u innovazzjoni

46.

jemmen li waħda mill-isfidi ewlenin għal suq uniku diġitali hija l-ħolqien ta’ ekonomija tad-data sostenibbli, anke fil-kuntest industrijali (Industrija 4.0); jirrakkomanda li jinħolqu kundizzjonijiet li jiffaċilitaw il-konnessjoni taż-żoni kollha mas-servizzi tal-broadband kif ukoll li ssir ħidma mal-Kummissjoni u mal-Bank Ewropew tal-Investiment sabiex jintużaw fondi u skemi ta’ appoġġ għall-infrastruttura tal-ICT, u bħala parti mill-implimentazzjoni tas-suq uniku diġitali, jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta regolarment dwar il-progress li jinkiseb sabiex jitnaqqas id-distakk diġitali, partikolarment fil-livell reġjonali u lokali;

47.

jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti immirati biex isir użu aħjar mill-programmi ta’ riċerka iffinanzjati mill-UE billi jiġu żvilppati aktar sinerġiji bejn il-finanzjament tal-Orizzont 2020, l-FSIE u l-FEIS u billi jissaħħu r-rabtiet ma’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti fil-livell reġjonali; jissuġġerixxi li ssir enfasi partikolari fuq l-impatt tal-fondi tal-Orizzont 2020 fuq it-tkabbir u l-indirizzar tad-distakk fl-innovazzjoni matul l-evalwazzjoni interim;

48.

jissuġġerixxi li jkun hemm involviment mill-qrib tal-KtR fir-rieżami tal-istrateġija għall-bijoekonomija fl-2017;

49.

jenfasizza li l-implimentazzjoni ta’ għodod ġodda tal-UE bħall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni kif ukoll ta’ inizjattivi dwar Data Miftuħa u dwar Innovazzjoni Miftuħa jeħtieġ li tqis id-dimensjoni reġjonali, u tikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-distakk fl-innovazzjoni;

Politika kummerċjali tal-UE

50.

jitlob lill-Kummissjoni li kull inizjattiva sinifikanti fil-qasam tal-politika kummerċjali tkun akkumpanjata minn valutazzjonijiet tal-impatt territorjali u li l-ftehimiet kummerċjali ġodda ma għandhomx jintroduċu restrizzjonijiet ġodda fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-rigward tal-provvediment ta’ servizzi ta’ interess ġenerali;

51.

jitlob lill-Kummissjoni biex b’mod sistematiku twettaq evalwazzjonijiet ex post sabiex ikejlu l-impatt ekonomiku, ambjentali, soċjali u territorjali, kemm pożittiv kif ukoll negattiv, tal-ftehimiet kummerċjali;

52.

jistieden lill-Komunikazzjoni, sabiex tindirizza l-problemi ta’ trasparenza fit-tfassil tal-politika kummerċjali fil-livell tal-Istati Membri tal-UE, tippreżenta linji gwida dwar kif l-għanijiet tal-politika kummerċjali jiġu fformulati qabel ma jibdew in-negozjati, jiġifieri fl-istadju meta t-28 Stat Membru jistabbilixxu mandat

Ġustizzja, drittijiet fundamentali u migrazzjoni

53.

b’referenza għall-ġustizzja, jistieden lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ forom ta’ inċentivi li jgħinu lill-gvernijiet sabiex itejbu l-kondizzjonijiet ta’ priġunerija tal-persuni detenuti u biex jippromovu l-iżvilupp ta’ proċessi ta’ medjazzjoni kriminali u orjentati lejn il-ġustizzja restorattiva, il-promozzjoni ta’ alternattivi għad-detenzjoni u l-proċessi ta’ taħriġ li jiffavorixxu ambjent lil hinn minn kuntest soċjali bbażat fuq l-illegalità u l-kriminalità;

54.

jilqa’ bi pjaċir ir-rieda tal-Kummissjoni Ewropea li tindirizza l-isfidi li jirriżultaw mill-influss mingħajr preċedent ta’ persuni li jfittxu ażil, ta’ refuġjati u ta’ migranti ekonomiċi lejn l-Ewropa u jikkunsidra l-proposti dwar ir-riforma tas-sistema ta’ Dublin bħala pass importanti f’din id-direzzjoni; madankollu jistenna aktar proposti konkreti li jkomplu fl-2017 biex tinbena politika komprensiva tal-ażil u l-migrazzjoni fl-UE bbażata fuq ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-obbligi internazzjonali u fuq il-prinċipju tas-solidarjetà;

55.

jistieden lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, biex tkompli tibni kunsens dwar lista komuni Ewropea ta’ pajjiżi ta’ oriġini siguri u taħdem ma’ pajjiżi ta’ oriġini u tranżitu li huma meqjusin siguri biex jimplimentaw prattiki effettivi u rapidi ta’ ritorn b’rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u l-obbligi internazzjonali;

56.

jistieden lill-Kummissjoni tipproponi l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi li jippermettu li l-persuni li jfittxu ażil japplikaw għal viża umanitarja minn barra l-UE, li tippermetti d-dħul b’mod legali fl-UE;

57.

jirrikonoxxi l-kontribut importanti tal-migrazzjoni għat-tkabbir tal-ekonomija Ewropea u jitlob li s-Semestru Ewropew iqis din id-dimensjoni b’mod partikolari fir-rigward tan-nefqa meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-integrazzjoni tal-migranti;

58.

iqis li huwa importanti aktar minn qatt qabel li Schengen jiġi ppreservat u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel kull sforz, flimkien mal-Istati Membri, biex jerġa’ jkun hemm l-istabbiltà meħtieġa fis-sistema; ifakkar li s-sospensjoni tal-Ftehim ta’ Schengen dwar il-moviment liberu fil-fruntieri għandha konsegwenzi sinifikanti f’termini ta’ kontrolli fiżiċi u hemm riskju li toħloq effetti ekonomiċi serji filwaqt li ma ssolvix il-problema ta’ pressjoni migratorja

59.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħti aktar fondi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex dawn ikunu jistgħu jaqdu b’mod aktar effettiv ir-rwol importanti tagħhom fl-appoġġ u l-integrazzjoni tal-persuni li jfittxu ażil, ir-refuġjati u l-migranti;

60.

iqis li allokazzjoni aħjar tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej fil-livell lokali u reġjonali tirrapreżenta kundizzjoni meħtieġa biex tappoġġja l-politiki ta’ integrazzjoni. F’dan ir-rigward, jitlob li jiġu ddedikati aktar riżorsi kif ukoll li jkun hemm distribuzzjoni aħjar u l-akbar effiċjenza fl-użu ta’ dawn ir-riżorsi biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-persuni li jfittxu ażil, ta’ refuġjati u tal-migrazzjoni fis-snin li ġejjin;

61.

jistieden lill-Kummissjoni biex 1) tappoġġja lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jiżviluppaw strateġiji preventivi lokali, reġjonali u nazzjonali għall-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni; 2) tkompli tiġbor u tippubblika f’manwal l-aħjar prattiki dwar il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni; u 3) tappoġġja l-kooperazzjoni bejn il-bliet fil-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni;

62.

juri t-tħassib tiegħu dwar id-diffikultà fil-monitoraġġ tal-preżenza ta’ minorenni mhux akkumpanjati u r-riskju tal-koinvolviment tagħhom fit-traffikar u l-isfruttament; iħeġġeġ l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ inklużjoni u ta’ taħriġ partikolarment għall-minorenni preżenti fit-territorju kif ukoll l-użu ta’ prattiki ta’ akkoljenza li jinvolvu wkoll lill-komunitajiet ta’ oriġini tal-minorenni stess diġà stabbiliti fil-pajjiż ospitanti, filwaqt li jiġi żgurat li l-minorenni jkunu jistgħu jgħixu f’familja jew f’kuntest tipiku ta’ familja;

Stabbiltà u kooperazzjoni barra mill-Unjoni Ewropea

63.

jenfasizza l-ħtieġa li, waqt l-implimentazzjoni tal-PEV rieżaminata, tingħata prijorità għolja lil inizjattivi li jappoġġjaw proċessi ta’ deċentralizzazzjoni, ġemellaġġi u bini tal-kapaċità fil-livell sottonazzjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni terġa’ tniedi l-Faċilità tal-Amministrazzjoni Lokali (FAL) u testendiha għall-pajjiżi ġirien kollha u jtenni l-proposta tiegħu sabiex jiġu inkorporati l-metodoloġiji, il-kunċetti u l-istrumenti tal-politika ta’ koeżjoni Ewropea fl-implimentazzjoni tal-PEV rieżaminata;

64.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni teżamina f’aktar dettall il-proċessi ta’ deċentralizzazzjoni, kif ukoll is-sitwazzjoni tal-awtonomija lokali fil-pajjiżi tat-tkabbir fil-kuntest tar-rapporti ta’ progress annwali tagħha dwar it-tkabbir;

65.

jinsisti dwar il-ħtieġa li l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-UE jagħtu kontribut xieraq fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp sabiex jinkisbu riżultati sostenibbli, inkluż fis-segwitu tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Abitazzjoni u l-Iżvilupp Urban Sostenibbli (Habitat III);

66.

jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti attenzjoni partikolari lill-protezzjoni tar-refuġjati fiż-żoni tagħhom ta’ oriġini, bħala element importanti fl-indirizzar tal-għadd dejjem jikber ta’ persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali. Jilqa’, f’dan il-kuntest, il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal qafas ġdid ta’ sħubija ma’ pajjiżi terzi li jospitaw numbru kbir ta’ refuġjati; dawn il-pajjiżi jeħtieġu jiżviluppaw kapaċitajiet ta’ akkoljenza sostenibbli u jipprovdu prospetti fit-tul qrib id-dar għal miljuni ta’ nies li qed jaħarbu mill-gwerra u l-persekuzzjoni. F’dan ir-rigward, jagħraf il-ħtieġa għal pjan ta’ investiment estern billi jiġi mobilizzat l-investimenti f’pajjiżi terzi, u jitlob li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jkunu involuti b’mod sħiħ f’dan il-proċess. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jitħeġġu jassistu lill-kontropartijiet ospitanti tagħhom barra l-UE billi jipprovdulhom assistenza teknika u billi jirrakkomandaw approċċ aktar strutturat għall-protezzjoni tar-refuġjati;

Ċittadinanza, governanza u tfassil aħjar tal-liġijiet

67.

itenni t-talba tiegħu għas-semplifikazzjoni u t-titjib tal-qafas legali tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej bħala l-unika għodda ta’ parteċipazzjoni diretta fil-livell tal-UE;

68.

jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tiegħu li għamlu suċċess fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet marbutin mal-komunikazzjoni deċentralizzata dwar kwistjonijiet tal-UE f’kooperazzjoni mill-qrib mal-midja lokali u reġjonali, is-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet tal-UE, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tintensifika l-isforzi tagħha f’dan il-qasam ferm qabel l-elezzjonijiet Ewropej li jmiss fl-2019;

69.

jistieden lill-Kummissjoni tfassal definizzjoni standard madwar l-UE kollha tar-regolamentazzjoni żejda għall-fini ta’ ċertezza legali fl-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE u biex titnaqqas il-burokrazija eċċessiva;

70.

jitlob li jkun hemm aktar trasparenza, kooperazzjoni u effiċjenza fost l-istituzzjonijiet tal-UE b’segwitu għall-adozzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali ġdid dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, u l-inklużjoni tal-KtR fl-istadji kollha tal-proċess leġislattiv sabiex jintuża l-potenzjal sħiħ tagħhom fiċ-ċiklu leġislattiv u l-konsultazzjonijiet;

71.

jenfasizza l-kooperazzjoni tajba mal-Kummissjoni rigward it-test pilota tal-Valutazzjoni tal-Impatt Territorjali mwettaq matul l-2015 u l-2016; abbażi ta’ din il-kooperazzjoni tajba, il-KtR jistiden lill-Kummissjoni timplimenta l-Valutazzjoni tal-Impatt Territorjali bħala prattika standard fil-valutazzjoni tal-impatti tal-leġislazzjoni li potenzjalment jista’ jkollha effetti territorjali asimmetriċi u fl-aġenda usa’ dwar regolamentazzjoni aħjar;

72.

jistenna kooperazzjoni dejjem aktar mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew fil-monitoraġġ tas-sussidjarjetà, u fir-rigward tal-konferenza tiegħu tal-2017 iddedikata għas-sussidjarjetà;

73.

jagħti struzzjonijiet lill-President sabiex iressaq din ir-riżoluzzjoni quddiem il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-President tal-Kunsill Ewropew.

Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  ECON-VI/007

(2)  COR-2015-05660.

(3)  COR-2015-02624.

(4)  Ir-Riżoluzzjoni tal-KtR dwar l-Ikel Sostenibbli.


18.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 17/11


Riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni taċ-ċentri ta’ informazzjoni Europe Direct (EDIC)

(2017/C 017/03)

Imressqa mill-gruppi politiċi tal-PSE, il-PPE, l-ALDE, l-AE u l-KRE

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Frar 2012 dwar iċ-Ċentri ta’ Informazzjoni Europe Direct (EDIC) (KtR 84/2012)

wara li kkunsidra l-Opinjoni tiegħu dwar “Rabta mill-ġdid bejn l-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha – aktar komunikazzjoni aħjar fil-livell lokali” tat-3 ta’ Diċembru 2014 (COR-2014-04460);

1.

jinnota li l-UE qed tiffaċċja isfidi politiċi u ekonomiċi kbar. Il-fatt li qed ikompli jeżisti defiċit demokratiku u ċ-ċittadini qed isiru dejjem iżjed diżillużi bl-UE juri l-ħtieġa għal sforzi konġunti mill-atturi kollha fil-politika Ewropea sabiex jiżdied l-involviment maċ-ċittadini tal-UE fil-proġett Ewropew u biex il-politiki Ewropej jiżguraw il-leġittimità tagħhom.

2.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu f’pożizzjoni tajba biex jgħinu liċ-ċittadini jkollhom kuntatt mal-atturi tal-politika Ewropea u biex jinformaw lill-mexxejja Ewropej dwar il-ħtiġijiet diretti taċ-ċittadini. Din hija r-raġuni għalfejn għandu jingħata aktar importanza lill-proċess ta’ komunikazzjoni Ewropea deċentralizzat.

3.

jimpenja ruħu li jsaħħaħ il-kooperazzjoni mal-EDICs fi ħdan il-qafas tal-istrateġija ta’ komunikazzjoni tiegħu 2015-2020.

4.

ifakkar li n-netwerk Europe Direct, b’518-il ċentru ta’ informazzjoni fl-Istati Membri, għandu rwol importanti fi strateġija ta’ komunikazzjoni Ewropea deċentralizzata. Dan huwa wieħed mill-iktar strumenti importanti tal-Kummissjoni Ewropea biex tinforma liċ-ċittadini fil-livelli lokali u reġjonali dwar l-importanza konkreta ta’ diversi temi politiċi Ewropej li jirrigwardaw il-ħajja tagħhom ta’ kuljum.

5.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-proċess ta’ evalwazzjoni attwali tal-qafas tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-kontenut u l-aspetti tekniċi tal-EDIC bil-ħsieb għat-tħejjija tal-perjodu ta’ finanzjament 2018-2023 u l-iffissar ta’ kundizzjonijiet qafas ġodda tal-EDIC.

6.

iqis li huma kruċjali l-attivitajiet ta’ netwerking mill-EDICs mal-istituzzjonijiet Ewropej u n-netwerks l-oħra ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, u anke r-rwol tagħhom ta’ kuntatt mal-korpi u l-ħtiġijiet tar-reġjuni, tal-istituzzjonijiet lokali u l-partijiet interessati tas-soċjetà ċivili;

7.

jinnota li fir-rigward tas-sitwazzjoni attwali ta’ kriżi l-ħidma tal-EDIC saret dejjem aktar importanti u eżiġenti. Minħabba l-bosta sfidi li qed tiffaċċja l-UE, l-għan għandu jkun li jintuża l-potenzjal sħiħ tal-EDICs u li jissaħħaħ iżjed ir-rwol tagħhom fir-rigward tal-proċessi ta’ komunikazzjoni Ewropej. Għandha tiġi żgurata distribuzzjoni ġeografika bbilanċjata, u ma għandu jkun hemm l-ebda tnaqqis fl-għadd attwali ta’ korpi li jipprovdu s-servizz fl-awtoritajiet lokali u reġjonali individwali.

8.

iqis li l-ħidma tal-EDIC tista’ tiġi garantita fil-futur permezz ta’ approfondiment tal-kollaborazzjoni diġà b’saħħitha u finanzjament mill-UE.

9.

jipproponi li r-riżorsi finanzjarji allokati għall-EDIC għall-perjodu ta’ finanzjament li jmiss għandhom jiżdiedu b’mod sostanzjali fi ħdan il-qafas pluriennali. B’mod partikolari għandha tirdoppja s-somma f’daqqa allokata għall-informazzjoni bażika li joffri kull EDIC u għandhom jiżdiedu s-somom f’daqqa standard għall-finanzjament tal-moduli differenti, filwaqt li jiġi żgurat li l-EDICs jistinkaw biex itejbu l-effiċjenza tagħhom u jimmassimizzaw l-użu tajjeb tar-riżorsi tagħhom. Fl-aħħar nett, b’aktar riżorsi finanzjarji għad-dispożizzjoni ta’ moduli pilota jfisser li jkunu jistgħu jirreaġixxu għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi. B’dan il-mod, żieda fl-ispejjeż bħal pereżempju għall-pagi u l-kirjiet tista’ tiġi assorbita.

10.

peress li żdiedu t-talbiet għall-EDICs jistenna li jittejjeb il-finananzjament. Għalhekk, l-appoġġ għandu jiżdied b’mod sinifikanti;

11.

jinsisti fuq il-fatt li, minħabba n-natura ta’ servizz pubbliku li għandhom l-attivitajiet tal-EDICs, dawn ikomplu jiġu eżentati mill-VAT;

12.

jenfasizza li l-piż amministrattiv għandu jitneħħa b’mod drastiku;

13.

fil-prinċipju, jikkonferma li l-miżuri tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward ta’ attività ta’ komunikazzjoni Ewropea deċentralizzata qed jilħqu l-gruppi ta’ mira tagħhom. Madankollu, il-prijoritajiet tal-Kummissjoni Ewropea qed jikkorrispondu biss parzjalment għall-bżonnijiet taċ-ċittadini fir-rigward tal-politiki Ewropej. Iktar ma jkun astratt suġġett, inqas ma jitqies miċ-ċittadini bħala kwistjoni politika rilevanti. Għal din ir-raġuni, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-indirizzar tal-kwistjonijiet politiċi Ewropej li jmissu liċ-ċittadin fil-ħajja tiegħu ta’ kuljum;

14.

huwa tal-fehma li għandhom jissaħħu r-rabtiet tal-EDICs man-netwerks reġjonali tal-assoċjazzjonijiet billi jiġi stabbilit kanal ta’ komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet, sabiex jiġu identifikati oqsma distinti ta’ interess għaċ-ċittadini, b’mod li l-informazzjoni Ewropea tiġi adattata aħjar għat-talbiet tagħhom;

15.

jinnota li s-sistema modulari hija ġeneralment meqjusa bħala pożittiva. Madankollu, sensiela ta’ bidliet huma meħtieġa, bħal pereżempju li l-moduli differenti jkunu aktar flessibbli;

16.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tagħti ‘l-EDICs il-possibbiltà li jaġġustaw il-miżuri ppjanati skont il-preferenzi ta’ komunikazzjoni tal-Kummissjoni kif ukoll skont il-ħtiġijiet lokali. Jekk iridu jagħtu futur lill-proġett Ewropew, l-atturi tal-politika Ewropea jridu jikkomunikaw maċ-ċittadini b’mod li dawn tal-aħħar jerġgħu jibdew jaraw l-Ewropa bħala dar komuni, bħala komunità ta’ valuri u paċi, bħala xprun għal progress soċjali u kulturali u għall-ġustizzja. Bis-saħħa ta’ offerta ta’ informazzjoni qrib iċ-ċittadini tiegħu, EDIC jista’ joħloq rabta bejn iż-żewġ partijiet u jippromovi l-Ewropa b’mod pożittiv fost iċ-ċittadini;

17.

jissuġġerixxi li t-tnedija tal-perjodu l-ġdid ta’ finanzjament 2018-2023 tiġi akkumpanjata minn kampanja ta’ informazzjoni li tenfasizza l-valur miżjud li toffri l-marka “Europe Direct” u ssir magħrufa l-ħidma ta’ kuljum tal-EDICs u l-azzjonijiet Ewropej tagħhom fil-livell lokali u reġjonali sabiex tiġi kkomplementata l-informazzjoni normali ta’ laqgħat ta’ livell għoli li ma tagħtix liċ-ċittadini ħarsa ġenerali tal-proġett Ewropew;

18.

jissuġġerixxi li s-sistema modulari għandha tkun miftuħa għal prijoritajiet, formati u gruppi reġjonali li s’issa ma ġewx identifikati bħala fil-mira u b’mod partikolari użu flessibbli ta’ moduli disponibbli. L-għan huwa li l-komunikazzjoni tiġi adattata għall-ħtiġijiet lokali kemm jista’ jkun. Għandu jkun possibbli li jiġu ppreżentati proġetti reġjonali sabiex il-komunikazzjoni tkun adattata kemm jista’ jkun għall-bżonnijiet lokali. Permezz ta’ dan tissaħħaħi s-sħubija bejn l-awtoritajiett differenti fil-ħidma tagħhom biex jiżguraw kopertura reġjonali ta’ servizzi adatti għall-pubbliku, strateġiji ta’ komunikazzjoni b’attenzjoni akbar u aġġornati maż-żmien, u kuntatti iżjed strutturati mal-partijiet interessati u man-netwerks Ewropej l-oħra. Ikun siewi li tiġi prevista l-possibbiltà li tintuża xi forma ta’ sħubija li tippermetti l-kooperazzjoni pubblika-privata, kif imħeġġeġ mill-Kummissjoni Ewropea fil-programmazzjoni tal-fondi Ewropej 2014-2020. Għal dawn il-proġetti għandu jiġi garantit finanzjament adatt abbażi tal-popolazzjoni koperta u l-punti ta’ kuntatt għall-pubbliku;

19.

jitlob ukoll li tiġi introdotta l-possibbiltà li jiġu ffinanzjati azzjonijiet ta’ kooperazzjoni bejn diversi ċentri ta’ informazzjoni, kemm biex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ prattiki tajba bejn ċentri ta’ żoni differenti, kif ukoll sabiex jiġu sfruttati s-sinerġiji, speċjalment meta hemm udjenza b’karatteristiċi u ħtiġijiet simili;

20.

jikkonkludi billi jenfasizza li r-rwol tal-EDIC huwa kruċjali għall-awtoritajiet lokali u reġjonali li jifhmu l-aħjar lill-partijiet interessati lokali u reġjonali kif ukoll is-suġġetti ta’ interess għaċ-ċittadini. Dawn huma partikolarment ikkwalifikati biex jidentifikaw liema tip ta’ informazzjoni u metodoloġija għandu jgħin biex jintlaħqu liċ-ċittadini u li jappella lilhom. Ir-rwol tagħhom fir-rigward tal-komunikazzjoni Ewropea huwa għalhekk vitali u għandu jkompli jiġi msaħħaħ b’mod partikolari permezz ta’ kollaborazzjoni aktar mill-qrib mal-istituzzjonijiet Ewropej;

21.

jappoġġja s-sejħa tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni biex tipprovdi gwida xierqa u komprensiva lill-organizzaturi tal-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej (1);

22.

jissuġġerixxi lill-Kummissjoni Ewropea biex issaħħaħ il-koperazzjoni bejn id-diversi netwerks Ewropej sabiex ikun hemm informazzjoni u komunikazzjoni aħjar maċ-ċittadini, u b’hekk tiġi pprovduta firxa akbar ta’ risposti għat-talbiet tagħhom.

Brussell, is-16 ta’ Ġunju 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Ara r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Ottubru 2015 dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (2014/2257(INI).


OPINJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Il-118-il Sessjoni Plenarja tal-15 u s-16 ta' Ġunju 2016

18.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 17/13


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Azzar: Iż-żamma tal-impjiegi sostenibbli u t-tkabbir sostenibbli fl-Ewropa

(2017/C 017/04)

Relatur:

is-Sinjura RIES (DE/PSE), 1. Viċi President tal-Parlament ta’ Saarland

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment: Azzar: – Iż-żamma tal-impjiegi sostenibbli u t-tkabbir sostenibbli fl-Ewropa

COM(2016) 155 final

KUMMENTI ĠENERALI

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

L-importanza u l-qagħda tas-settur tal-azzar tal-UE

1.

jenfasizza, li s-settur tal-azzar tal-UE kellu u għad għandu rwol ċentrali fil-proċess ta’ integrazzjoni tal-Ewropa u huwa wieħed mill-pedamenti ewlenin għall-prosperità, il-valur miżjud, l-investimenti u l-impjiegi fl-Ewropa. Dan jirrappreżenta industrija ewlenija strateġika tal-UE b’330 000 impjegat u 500 faċilità tal-produzzjoni fi 23 Stat Membru. Fis-sena 2014 is-settur ekonomiku pproduċa 169 miljun tunnellata ta' azzar, li jfisser 10 % tal-produzzjoni dinjija, u seta’ jiġġenera fatturat totali ta’ EUR 166 biljun, li huwa ekwivalenti għal 1,3 % tal-prodott gross domestiku tal-UE;

2.

ifakkar li minkejja t-tnaqqis fil-produzzjoni u fl-impjiegi matul id-deċennji reċenti, l-industrija tal-azzar għadha fattur ewlieni għar-rindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa. L-għan iddikjarat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Jannar 2014“Għal Rinaxximent Industrijali Ewropew”, sabiex jiżdied il-kontribut tal-industrija għall-prodott gross domestiku sal-2020 b’20 %, jista’ jintlaħaq biss b’industrija tal-azzar kompetittiva;

3.

ifakkar fir-rabtiet ekonomiċi mill-qrib tal-industrija tal-azzar mas-setturi upstream u downstream. Flimkien mal-fornituri bħas)settur tal-minjieri, u tal-enerġija, in-netwerk ta’ trasport u fornituri ta’ servizzi kif ukoll klijenti bħall-industrija tal-metall, il-kostruzzjoni tal-vetturi, l-industrija tal-inġinerija mekkanika u tal-kostruzzjoni, l-industrija tal-azzar tifforma netwerks ta’ valur miżjud u raggruppamenti estensivi;

4.

jenfasizza li l-iżvilupp ġejjieni tal-industrija tal-azzar għandu effetti diretti u indiretti għall-iżvilupp reġjonali u lokali u industrija tal-azzar kompettitiva u sostenibbli hija l-kundizzjoni għall-irkupru ekonomiku u għall-proċessi ta’ tkabbir f’diversi reġjuni Ewropej; jinnota li s-settur tal-azzar huwa wkoll sors importanti ta’ impjieg indirett, minħabba li għandu rwol sinifikanti għal ħafna setturi industrijali oħrajn;

5.

jindika l-fatt li l-industrija tal-azzar Ewropea hija parti integrali tal-materja prima, tal-akkwist u tas-swieq tal-bejgħ internazzjonali u f’dan ir-rigward tiddependi minn kundizzjonijiet kompettivi ġusti;

6.

jissottolinja li l-kumpaniji tal-industrija tal-azzar jikkonsumaw ħafna enerġija per se u li l-ispejjeż tal-enerġija jirrappreżentaw madwar 40 % tal-ispejjeż operatorji. Għalhekk, l-industrija tiddependi b’mod urġenti fuq provvista tal-enerġija bi prezz raġonevoli u sikura;

7.

jenfasizza l-kontribut tal-industrija tal-azzar għall-iżvilupp tat-transizzjoni tal-enerġija u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Prodotti tal-azzar innovattivi huma essenzjali, pereżempju għall-kostruzzjoni tat-turbini tar-riħ, għall-impjanti tal-enerġija b’effiċjenza għolja u għall-vetturi elettriċi. Għalkemm il-manifattura tal-azzar hija sors kbir ta’ CO2, prodotturi tal-azzar innovattivi jiffrankaw sitt darbiet aktar CO2 milli l-produzzjoni tagħhom tiġġenera;

8.

ifakkar li l-industrija tal-azzar hija strateġikament importanti għall-ħolqien ta’ infrastruttura ferrovjarja fil-kontinent Ewropew bħalma huwa importanti wkoll il-kontribut tagħha għat-twaqqif ta’ netwerks ta’ trasport lokali fuq il-ħadid, alternattiva valida għall-konġestjoni tat-trasport bit-triq, speċjalment minħabba li titjieb il-kwalità tal-ħajja u tal-ambjent fiż-żoni metropolitani;

9.

jenfasizza li l-produtturi tal-azzar ibbażati fl-Ewropa għandhom iwettqu l-produzzjoni tagħhom bl-aktar mod kosteffettiv u b’effiċjenza fir-riżorsi u għandhom iżommu mal-aħħar żviluppi teknoloġiċi permezz ta’ investimenti kontinwi. Il-kompetittività fit-tul tiddependi wkoll fuq il-ħila tagħhom li jiżviluppaw teknoloġiji innovattivi f’oqsma bħal, pereżempju, l-effiċjenza fl-enerġija. Huwa daqstant importanti li l-UE u l-Istati Membri tagħha fid-deċiżjonijiet tagħhom, jikkunsidraw l-impatt fuq il-kompetittività nazzjonali u internazzjonali tas-settur tal-azzar u l-impatt ekonomiku fit-tul anki fil-kuntest internazzjonali.

10.

jirrimarka li l-industrija tal-azzar għandha tkompli tagħti evidenza, li hija lesta tilqa’ l-isfidi futuri permezz tal-innovazzjonijiet u tal-ħarsien ambjentali, sabiex tiġi żgurata l-eżistenza kontinwa tagħha. Dawn jinkludu, pereżempju kontribuzzjonijiet attivi għall-protezzjoni ambjentali u tal-klima, iżda wkoll il-konformità konsistenti ma’ standards tekniċi fil-kuntest tal-politka dwar il-ħarsien ambjentali u tal-klima permezz ta’ investimenti mill-ġdid;

11.

jenfasizza l-istandards soċjali għolja tal-industrija tal-azzar Ewropea u l-isforzi tagħhom għall-ħarsien tal-klima u tal-ambjent;

12.

jirrimarka li r-riċiklaġġ tal-azzar jiffranka l-materja prima, l-enerġija u l-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra u jsaħħaħ l-ekonomija ċirkolari. Jirrimarka b’mod partikolari li l-materjal tal-azzar huwa sa 100 % riċiklabbli. L-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-azzar għandu jiġi żviluppat aktar minħabba l-għan li tinħoloq ekonomija ċirkolari kompetittiva u sostenibbli, u minħabba l-fatt li l-UE għandha bilanċ pożittiv fil-kummerċ tar-ruttam tal-metall. Barra minn hekk, l-iżvilupp ta’ tipi ġodda ta’ azzar, ligi tal-ħadid, u tekniki ta’ kkastjar u manifattura għandhom potenzjal tas-suq enormi;

13.

jenfasizza li l-industrija tal-azzar Ewropea tipprovdi prestazzjoni eċċellenti fl-azzar permezz tal-aktar teknoloġiji moderni u ta’ professjonisti mħarrġa sew, filwaqt li tiffoka fuq ir-riċerka u l-iżvilupp tal-prodotti orjentati lejn il-ħtiġijiet tal-klijenti. L-iżvilupp ta’ prodotti innovattivi u ta’ kwalità għolja jikkontribwixxi għall-iżgurar u l-iżvilupp tal-kompetittività tal-kumpaniji;

14.

isostni li l-produzzjoni tal-azzar moderna tiddependi ħafna fuq l-iżvilupp kontinwu ta’ forza tax-xogħol bi kwalifiki għoljin, li huma kapaċi jsibu soluzzjonijiet proattivi; jinnota li l-Aġenda għall-Ħiliet Ġodda ser tagħmel il-każ sabiex tiġġustifika l-investimenti kontinwi fin-nies, inkluż permezz ta’ politiki ta’ taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet. Minnha ser jibbenifikaw firxa wiesgħa ta’ setturi ekonomiċi, inkluża l-industrija tal-azzar;

15.

jappoġġja l-impenji tal-industrija tal-azzar Ewropea biex jiġu żgurati aktar opportunitajiet ugwali għall-impjegati kollha. Għalhekk, pereżempju, is-sehem tan-nisa fis-settur tal-azzar żdied fl-aħħar 10 snin u attwalment jinsab bejn 6 % u 25 %, jiddependi mill-pożizzjoni u l-Istat Membru tal-UE rispettivament. Barra minn hekk, fl-aħħar sentejn, il-kumpaniji tal-azzar bdew serje ta’ inizjattivi fi Stati Membri differenti, biex iħeġġu n-nisa lejn is-settur tal-azzar;

16.

jinnota li l-industrija tal-azzar tal-UE għandha pożizzjoni ewlenija f’termini ta’ saħħa u sigurtà u toffri l-ogħla standards globali għall-iġjene industrijali fuq il-post tax-xogħol. L-iskambju tal-aħjar prattiki għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol huwa diskuss fid-dettall fil-livell tal-UE. Barra minn hekk, l-industrija tal-azzar tal-UE hija attiva fi djalogu soċjali intensiv fil-livell tal-UE;

17.

jenfasizza li l-ħiliet u t-teknoloġiji diġitali jeħtieġu li jkunu involuti aktar fl-edukazzjoni u fit-taħriġ vokazzjonali, b’mod partikolari apprendistati, u jenfasizza li d-diġitalizzazzjoni tal-proċessi ta’ produzzjoni teħtieġ li l-impjegati jkollhom ħiliet akbar minħabba l-kumplessità akbar tal-kompiti (1);

18.

jenfasizza, li d-diġitalizazzjoni tal-proċess tal-produzzjoni teħtieġ kapaċitajiet imtejba tal-impjegati għall-estrazzjoni u għas-soluzzjonijiet tal-problemi minħabba l-kumplessità akbar tal-kompiti. Barra minn hekk, il-ħaddiema għandhom ikunu organizzati u jkollhom grad għoli ta’ kompetenza fl-azzjoni interdixxiplinari u f’dik awto diretta, kif ukoll fil-komunikazzjoni;

19.

jirrimarka li l-kapaċità żejda globali, il-fażijiet bi prezz baxx, il-prezzijiet tal-enerġija għoljin, kif ukoll it-taxxi u l-imposti fuq l-enerġija, ir-riforma futura dwar l-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-UE, iżda wkoll il-prattiki tad-dumping distortivi tal-produtturi tal-azzar barra mill-UE jpoġġu pressjoni kbira fuq l-Ewropa bħala reġjun produttur tal-azzar. Il-produzzjoni tal-azzar u s-sehem tas-suq globli tas-settur tal-azzar Ewropew qegħdin jonqsu, u dan jirriżulta fi proċessi ta’ adattament intraprenditorjali u tal-impjiegi;

20.

jinnota bi tħassib l-effetti soċjali u ekonomiċi devastanti fuq il-komunitajiet lokali u reġjonali mill-għeluq jew it-tnaqqis fil-manifattura tal-ħadid u tal-azzar, u l-miżuri meħtieġa sabiex dawk il-komunitajiet jiġu appoġġjati jirriġeneraw u jikbru;

21.

iqis li strateġija Ewropea għall-futur tal-industrija tal-azzar hija sinfikanti u xierqa. F’dan ir-rigward huwa essenzjali li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jiġu involuti fil-proċessi tal-votazzjoni u tat-teħid tad-deċiżjonijiet, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet lokali rispettivi u l-ispeċjalizzazzjonijiet tal-kumpaniji;

22.

jinkoraġġixxi politika industrijali fi ħdan l-UE, ibbażata fuq il-prinċipji ta’ gwida tal-kompetittività tal-industrija tal-azzar u l-kundizzjonijiet ġenerali kompetittivi, li bihom l-impjanti tal-azzar u l-impjiegi eżistenti jistgħu jiġu żgurati u żviluppati b’mod perspettiv;

23.

jikkunsidra, simili għal dak li l-Kummissjoni ikkunsidrat fil-pjan direzzjonali tal-enerġija 2050 tagħha, li tnaqqis fl-emmissjonijiet tal-karbonju tal-enerġija u xenarju bi proporzjon għoli ta’ enerġija minn sorsi rinovabbli jistgħu jkunu kost-effettivi fit-tul, aktar mill-kontinwazzjoni tal-politika attwali, u li l-ispejjeż għall-enerġija nukleari u l-enerġija minn karburanti fossili huma previsti li jkomplu jogħlew matul iż-żmien, filwaqt li dawk l-ispejjeż assoċjati ma’ sorsi ta’ enerġiji rinovabbli jistgħu jonqsu; jirrikonoxxi f’dan ir-rigward l-impenn tal-Istati Membri biex jipprovdu kumpens xieraq għal piżijiet finanzjarji eċċessivi, li jirriżultaw mill-kompetizzjoni internazzjonali marbuta mal-industrija tal-azzar matul l-iżvilupp tal-enerġiji rinovabbli; jitlob madankollu biex jiġi żgurat fil-livell Ewropew li l-mekkaniżmi ta’ kumpens nazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-għajnuna, ma jikkawżawx distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern tal-UE;

24.

jirrimarka dwar il-bżonn li jkun hemm għajnuna għal komunitajiet li jiddependu ħafna fuq l-azzar biex tiżdied il-wisgħa tal-ekonomiji tagħhom, qabel jirrikorru għall-miżuri ta’ ristrutturar; id-diversifikazzjoni tal-firxa tal-ekonomija lokali għandha timmira b’mod partikolari lejn sinerġiji bejn l-industrija sostenibbli u s-servizzi u tista’ tiġi promossa wkoll permezz ta’ inċentivi fiskali;

Riforma dwar l-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-UE

25.

jilqa’ l-fatt li fil-konklużjonijiet tiegħu tat-23 u l-24 ta’ Ottubru 2014, il-Kunsill Ewropew impenja ruħu biex min-naħa waħda jinstab bilanċ bejn l-għanijiet għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra u min-naħa l-oħra tiġi żgurata l-kompetittività tal-industrija Ewropea;

26.

jikkunsidra madankollu, li ż-żieda tal-koeffiċjent ta’ tnaqqis annwali għall-emissjonijiet massimi permessibbli tal-industrija, deċiża mill-Kunsill Ewropew, minn 1,74 % fit-tielet perjodu ta’ skambju 2013-2020 sa 2,20 % fir-raba’ perjodu 2021-2030 tista’, minkejja l-allokazzjoni bla ħlas kontinwa ta’ drittijiet tal-emissjonijiet abbażi tal-punt ta’ riferiment, twassal għal nuqqasijiet sinifikanti fil-kwoti u b’hekk twassal għal piżijiet żejda fuq is-settur tal-azzar, li l-kompetituri f’pajjiżi mingħajr l-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijet ma jġorrux;

27.

iqis li huwa essenzjali li tiġi stabbilita skema ta’ skambju tal-emissjonijiet fil-livell globali biex tiġi żgurata l-kompetittività tan-negozji Ewropej u jiġi evitat rilaxx tal-karbonju billi jiġu evitati żidiet addizzjonali tal-kwoti li jridu jiġu rkantati. Garanziji ulterjuri jistgħu jieħdu l-forma ta’ mekkaniżmi ta’ kumpens armonizzat għal spejjeż indiretti (bħal dawk ta’ elettriku) jew ta’ parametri referenzjarji bbażati fuq dejta preċiża u aġġornata;

28.

jirrimarka barra minn hekk f’dan il-kuntest li l-punt ta’ riferiment tal-ħadid mhux maħdum għall-allokazzjoni tal-kwoti lill-industrija tal-azzar, diġà jinsab madwar 10 % inqas mill-kisbiet fiżikament u teknikament possibbli fit-tielet perjodu ta’ skambju 2013-2020; barra minn hekk, il-punt ta’ riferiment tas-sinter mhux determinat sew billi jinkludi sistemi bil-pellets. L-allokazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq iċ-ċirkostanzi attwali, b’kont sħiħ meħud tal-produzzjoni tal-elettriku mill-gassijiet tal-blast furnace tal-industrija tal-azzar, u jiġu aġġustati sabiex iżommu mal-iżviluppi tekniċi. L-allokazzjonijiet għandhom jiġu allokati wkoll b’mod proattiv tul il-proċess ta’ produzzjoni.

29.

jilqa’ l-fatt li Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha għal “Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE bl-għan li titjieb il-kosteffettività tal-miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u li tippromwovi investimenti f’teknoloġiji effiċjenti tal-karbonju” qabel ma beda r-raba’ perjodu ta’ negozjar tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-UE;

30.

jispera li minn stadju bikri tkun tista’ tinħoloq ċarezza dwar il-kundizzjonijiet tal-qafas futuri tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-UE għal partijiet ikkonċernati kollha;

31.

jara fl-istess ħin, il-ħtieġa ta’ votazzjoni u diskussjoni mill-qrib tar-riforma dwar l-iskema ta’ skambju tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-UE mal-partijiet ikkonċernati kollha;

32.

jinsab imħasseb li d-Direttiva proposta mill-Kummissjoni ma tiżgurax b’mod sodisfaċenti t-talba tal-Kunsill Ewropew għall-iżgurar tal-kompetittività internazzjonali tal-industrija peress li attwalment hemm piżijiet finanzjarji sostanzjali u li huma ta’ theddida għall-eżistenza tal-industrija tal-azzar Ewropea;

33.

iħeġġeġ għalhekk reviżjoni essenzjali tad-Direttiva proposta fil-proċess leġislattiv ulterjuri, u – filwaqt li jiġu kkunsidrati l-effettività tal-iskema tal-UE tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet u distribuzzjoni adegwata tal-piżijiet bejn is-setturi ekonomiċi kollha – b’mod partikolari jiġu inklużi l-miżuri li ġejjin:

ir-rinunzja fundamentali tal-piżijiet fuq l-impjanti l-aktar effiċjenti,

jitkomplew l-inċentivi għall-iżvilupp tekniku u t-tnaqqis tal-impatt ambjentali permezz ta’ punti ta’ riferiment realistiċi, kif ukoll tekniċi u ekonomiċi li jistgħu jintlaħqu bbażati fuq 1-10 % tal-installazzjonijiet l-aktar effiċjenti,

fl-istabbiliment tal-punti ta’ riferiment, tingħata kunsiderazzjoni sħiħa tal-emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-elettriku minn gassijiet tal-forn tal-blast,

l-ebda tnaqqis ġenerali tal-punti ta’ riferiment u rinunzja tal-fattur ta’ korrezzjoni,

l-ebda degradazzjoni tal-kumpens tal-prezz tal-elettriku għall-industriji li jikkunsmaw ħafna enerġija u l-possibbiltà għall-kumpens tal-ispejjeż indiretti totali, filwaqt li għall-inqas għandhom jiġu kkunsidrati kriterji ta’ referenza fil-livell Ewropew sabiex jiġu evitati distorsjonijiet fil-kompetizzjoni fi ħdan is-suq uniku Ewropew;

l-inklużjoni tal-prodotti fi stadju aktar bikri tal-produzzjoni tal-industrija li tikkonsma ħafna enerġija fir-Regolamenti dwar l-evitar tar-rilokazzjoni barra mill-pajjiż u

l-adattament tal-ammonti allokati għal-livelli tal-produzzjoni li qegħdin jinbidlu;

34.

iqis essenzjali l-kumpens sħiħ tal-ispejjeż trasferiti fuq il-prezz elettriku tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra, sabiex tiġi miġġielda r-rilokazzjoni possibbli tal-emissjonijiet tal-karbonju. Mhumiex esklużi distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, peress li s’issa dan il-kumpens jista’ jseħħ biss fl-Istati Membri individwali u b’modi differenti. Il-Kummissjoni Ewropea għandha għalhekk tivverifika jekk fil-futur il-kumpens għandux jingħata b’mod unifikat jew fil-livell Ewropew;

35.

jilqa’ b’mod espliċitu l-fatt li, fil-kors tal-Konferenza ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima, il-komunità internazzjonali għamlet għall-ewwel darba impenn vinkolanti sabiex it-tisħin globali jiġi llimtat taħt it-2 gradi Celsius, u li ser tagħmel sforzi serji biex tillimita ż-żieda tat-temperatura globali għal 1,5 gradi Celsius. L-idea ewlenija li tinkiseb newtralità globali tal-gassijiet b’effett ta’ serra fit-tieni nofs tas-seklu, teħtieġ speċifikazzjoni ulterjuri fir-rigward tal-impatti tagħha fuq l-iżvilupp tal-industrija tal-produzzjoni. L-għażla miftuħa li jiġu żviluppati u miftiehma mekkaniżmi tas-suq għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet kosteffettivi, toffri l-opportunità li jitnaqqsu u jiġu evitati b’mod perspettiv distorsjonijiet tal-kompetizzjoni minħabba l-ħarsien tal-klima;

Il-fruntieri esterni tal-UE

36.

jirrikonoxxi li l-prattiki inġusti tal-kummerċ barrani minn kumpaniji, kif ukoll nuqqas ta’ kundizzjonijiet ekwi u politika tal-kummerċ barrani inugwali minn pajjiżi barra mill-UE huma ta’ theddida serja għall-industrija tal-azzar Ewropea;

37.

jemmen, għaldaqstant, li l-politika kummerċjali esterna tal-UE, li tinkludi l-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ tagħha, huwa mezz essenzjali biex tiġi salvagwardjata l-kompetittività globali tal-industrija tal-azzar tal-Ewropa u jappoġġja s-sejħa tal-Parlament għal riforma ġenerali tal-istrumenti tal-UE għad-difiża tal-kummerċ sabiex jitneħħew l-hekk imseħja “elementi WTO +” mis-sistema tal-UE u jiggarantixxu b’mod partikolari kundizzjonijiet ekwi għall-industrija tal-UE maċ-Ċina (2);

38.

jinsab imħasseb li l-kapaċitajiet żejda attwali tal-industrija tal-azzar Ċiniża jattiraw magħhom kontinwament importazzjonijiet fl-UE, anke permezz ta’ pajjiżi terzi, bi prezzijiet ta’ dumping, li mingħajr kontromiżuri kummerċjali tal-UE, jheddu direttament jew indirettament l-eżistenza kollha tal-industrija tal-azzar Ewropea, kif ukoll bosta impjiegi;

39.

jappella għall-ħolqien ta’ mekkaniżmu, li jista’ jopera f’pajjiżi terzi, maħsub biex jikkontrolla l-mod kif jaħdmu l-faċilitajiet ta’ trattament ta’ materja prima sekondarja (fdalijiet) fil-pajjiżi ta’ destinazzjoni, biex tiġi evitata l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi li ma jittrattawx l-iskart b’mod li jirrispetta l-ambjent;

40.

Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jawtorizzaw lill-Kummissjoni biex tuża metodoloġija mhux standardizzata fl-investigazzjonijiet anti-dumping u kontra s-sussidju dwar l-importazzjonijiet Ċiniżi taħt it-Taqsima 15 fil-Protokoll ta’ Adeżjoni mal-WTO taċ-Ċina sakemm iċ-Ċina tissodisfa l-ħames kriterji tal-UE meħtieġa biex tikkwalifika bħala ekonomija tas-suq. Barra minn hekk jirrimarka, bi tħassib kbir, li b’rikonoxximent possibbli tal-istatus ta’ ekonomija tas-suq għar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina f’Diċembru 2016, miżuri tal-antidumping effettivi jkunu kważi impossibbli minħabba metodoloġija tal-kalkolu riveduta għall-marġni tad-dumping. jenfasizza, fl-istess ħin, li m’hemm l-ebda rekwiżit li l-membri tad-WTO awtomatikament jagħtu MES liċ-Ċina fl-2016;

41.

Ifakkar, f’dan ir-rigward, li attwalment iċ-Ċina tissodisfa biss wieħed mill-ħames kriterji tal-UE għar-rikonoxximent bħala ekonomija tas-suq. Il-kriterji tekniċi jinkludu deċiżjonijiet kummerċjali b’reazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-suq, reġistri ta’ kontabiltà tal-kumpaniji skont standards kontabilistiċi internazzjonali, l-ebda distorsjoni sinifikanti ttrasferita mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq, il-liġijiet dwar falliment u l-proprjetà, l-iżgurar taċ-ċertezza legali u l-istabbiltà għat-tmexxija tal-kumpanija, kif ukoll il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju skont ir-rati tas-suq;

42.

jitlob lill-Kummissjoni li qabel ma tieħu deċiżjoni dwar l-istatus ta’ ekonomija tas-suq, tistenna l-opinjoni tal-partijiet ekonomiċi involuti bl-istudju tagħhom dwar l-impatti ekonomiċi u soċjali għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ekonomija tas-suq għaċ-Ċina, u tfittex koordinazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri l-oħrajn importanti tad-WTO, bħall-Istati Uniti;

43.

jitlob li jekk iċ-Ċina tingħata l-istatus ta’ ekonomija tas-suq, jinħolqu strumenti ekwivalenti u effettivi għall-ħarsien tal-kummerċ ġust; F’dan ir-rigward, għandha wkoll tiġi kkunsidrata soluzzjoni biex fil-futur il-pajjiżi li mhumiex ekonomiji tas-suq ma jkunux elenkati b’mod espliċitu fir-regolament bażiku tal-UE rigward l-antidumping, iżda jkun hemm regoli ġenerali għall-pajjiżi li mhumiex ekonomiji tas-suq fir-Regolament. Il-metodoloġija tal-pajjiż analogu tista’ tinbidel ma’ metodoloġija oħra, għalkemm l-oneru tal-prova fir-rigward tal-eżistenza ta’ ekonomija tas-suq għandu jibqa’ għall-pajjiżi li mhumiex ekonomiji ts-suq;

44.

jitlob li jekk iċ-Ċina tingħata l-istatus ta’ ekonomija tas-suq, jinħolqu strumenti ekwivalenti u effettivi għall-ħarsien ta’ kummerċ ġust;

45.

jilqa’ l-fatt li fi Frar 2016 il-Kummissjoni imponiet dazji antidumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar ċatti mremblin-kesħin mir-Russja u ċ-Ċina;

46.

jiddispjaċih madankollu li l-Kummissjoni użat ir-“Regoli tal-inqas dazju” fil-każ tal-prodotti tal-azzar Ċiniżi u b’hekk imponiet dazji antidumping provviżorji, li huma aktar baxxi mill-marġni tad-dumping;

47.

iqis li fl-applikazzjoni ta’ din ir-regola, il-ħarsien għall-kompetittività tal-industrija tal-azzar Ewropea huwa baxx wisq;

48.

ifakkar li d-dispożizzjonijiet tad-WTO ma jimponux tali regola u reġjuni oħrajn, bħall-Istati Uniti, lanqas ma jipprattikawha;

49.

iqis importanti t-tneħħija tar-“Regoli tal-inqas dazju” matul riforma tal-istrumenti ta’ difiża kummerċjali, partikolarment fil-każ tal-kapaċità żejda eżistenti;

50.

jilqa’ li l-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, kif tħabbar fil-pjan ta’ azzjoni, li fit-28 ta’ April 2016, terġa tistabbilixxi sistema ta’ sorveljanza preventiva għall-importazzjoni ta’ prodotti tal-azzar fl-UE li jirrikjedu liċenzja ta’ importazzjoni għall-importazzjoni ta’ prodotti tal-azzar fl-UE, isservi biex jiġu antiċipati żviluppi fis-suq fuq perjodu qasir u tgħin lill-Kummissjoni biex tindirizza sew l-importazzjonijiet inġusti, bil-possibiltà li jinfetħu każijiet meta x-xejriet fl-importazzjonijiet jheddu li jkunu ta’ ħsara għall-produtturi tal-Unjoni;

51.

jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni mfissra permezz tal-miżuri ta’ difiża kummerċjali diġà fis-seħħ rigward il-prodotti tal-azzar, biex tgħin fl-implimentazzjoni tar-regoli dwar kompetizzjoni internazzjonali ġusta u b’hekk tikkontribwixxi għas-salvagwardja tal-kompetittività tal-industrija tal-azzar Ewropea;

52.

iqis fl-istess ħin li l-proċedura antidumping tal-UE, b’mod partikolari meta mqabbla mal-proċedura ta’ Stati Membri tad-WTO oħrajn, tieħu wisq żmien u dan inaqqas l-effettività tal-protezzjoni tal-kompetittività tal-industrija tal-azzar Ewropea;

53.

jitlob għalhekk li fil-kuntest ta’ riforma tal-istrumenti ta’ difiża kummerċjali tal-UE, għandha titqies ukoll aċċellerazzjoni tal-proċedura antidumping tal-UE;

54.

jappoġġja l-Kummissjoni fl-isforzi tagħha, li tippromwovi l-għan tal-kundizzjonijiet ekwi ta’ kompetizzjoni fid-diskussjoni u n-negozjati fil-livell internazzjonali;

55.

jistenna li l-Kunsill jinkludi kapitoli dwar l-enerġija u l-materja prima f’kull ftehim ġdid ta’ kummerċ ħieles (FTA);

56.

jitlob lill-Kummissjoni ssejjaħ lill-KtR bħala rappreżentant istituzzjonali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-Grupp ta’ Livell Għoli eżistenti minn Mejju 2015 dwar l-industriji li jikkunsmaw ħafna enerġija, sabiex b’hekk jiġi żgurat li l-partijiet interessati diġà rappreżentanti jirrikonoxxu l-interessi u l-potenzjal fil-livell reġjonali u lokali;

Miżuri ta’ akkumpanjament għall-iżgurar tal-kompetittività tas-settur tal-azzar tal-UE

57.

jafferma, li l-programmi ta’ finanzjament tal-UE rispettivi għall-investimenti f’tagħmir ġdid, ir-riċerka u l-iżvilupp kif ukoll għall-kwalifikazzjoni u t-taħriġ kontinwu jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti għall-iżgurar tal-kompetittività, tal-konformità man-normi ambjentali u tal-ħarsien tal-klima, kif ukoll tad-drittijiet tal-ħaddiema fis-settur tal-azzar;

58.

iħares lejn l-objettivi tal-Fond għar-Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar (RFCS) kif ukoll il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE), kif ukoll il-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS), li bihom jistgħu jiġu appoġġjati r-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur tal-azzar, anke permezz tal-possibilità ta’ sinerġiji u koordinazzjoni tal-azzjoni. jindika, madankollu, li hemm aktar potenzjal limitat tal-FEIS għas-settur tal-azzar peress li l-kundizzjonijiet tas-suq ma jistgħux jiggarantixxu redditu adegwat fuq l-investiment bil-livell baxx attwali tal-prezzijiet tal-azzar. Kooperazzjonijiet fir-rigward tar-reġim strett għall-għajnuna tal-industrija tal-azzar ta’ awtoritajiet reġjonali u lokali bi prijoritajiet speċifiċi tal-azzar jistgħu jagħtu kontribuzzjonijiet siewja;

59.

ifakkar fl-importanza tal-investimenti pubbliċi u fil-livell Ewropew u r-riżorsi tal-Programm Orizzont 2020, sabiex jiġu promossi innovazzjonijiet futuri fl-industrija tal-azzar u titjieb l-effiċjenza ambjentali u enerġetika tas-settur;

60.

jittama li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tal-azzar li jeħtieġ kemm ir-riċerka kif ukoll azzjonijiet ta’ natura strutturali, fl-evalwazzjoni ta’ proġetti ta’ riċerka fil-qafas tal-Orizzont 2020 jingħataw aktar punti lil dawk li jipprovdu sħubija Ewropea li tinkludi anke riżorsi li joriġinaw mill-fondi strutturali sabiex tiġi żgurata integrazzjoni aħjar bejn id-diversi programmi Ewropej;

61.

itenni l-objettiv tal-kwalifikazzjoni u taż-żamma tal-livelli ta’ impjieg fil-kuntest ta’ industrija tal-azzar tal-UE iżjed kompetittiva, filwaqt li titqies, fil-każijiet ta’ ristrutturazzjoni industrijali, l-importanza tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għall-appoġġ soċjali fil-każ ta’ tnaqqis eventwali tal-ammont ta’ ħaddiema, peress li f’sitwazzjoni fejn aktar minn 500 ħaddiem f’kumpanija waħda (inklużi fornituri u industriji downstream) jiġu mkeċċija jew li f’reġjun wieħed jew aktar maġenb xulxin, bosta impjegati jitilfu xogħolhom f’settur wieħed industrijali, ikunu jistgħu jiġu kkontestati sa 60 % tal-ispejjeż minn proġetti permezz ta’ dawn il-fondi, sabiex jgħinu lil ħaddiema mkeċċija jsibu impjieg ieħor jew iwaqqfu l-kumpanija tagħhom; huwa dubjuż madankollu jekk il-baġit annwali massimu fil-perjodu 2014-2020 ta’ EUR 150 miljun jissodisfax l-isfidi;

62.

jenfasizza r-rwol importanti tat-trasferiment tal-esperjenza u l-għarfien lil ġenerazzjonijiet ġodda ta’ ħaddiema fl-industrija tal-azzar tal-UE u għandhom jissaħħu l-ħiliet, kif ukoll il-kompetenzi tal-ħaddiema permezz ta’ miżuri speċifiċi ta’ taħriġ;

63.

jara l-ħtieġa li jiġu stabbiliti u jitkomplew sistemi tal-ġestjoni ta’ riċiklaġġ effiċjenti fl-użu tar-riżorsi fis-siti kollha tal-produzzjoni tal-industrija tal-azzar, sabiex tkun tista’ titjieb il-kompetittività tal-impjanti permezz tal-użu akbar ta’ prodotti sekondarji u l-azzar riċiklat, kif ukoll f’konformità ma’ dak previst fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari fir-rigward ta’ “simbjożi industrijali”, jiżdied l-użu ta’ skart mill-ipproċessar tal-azzar.

Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  CDR 1319/2014 Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Qafas ta’ kwalità tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-bidla u r-ristrutturar.

(2)  Ara r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Mejju 2016 dwar l-istatus ta’ ekonomija tas-suq taċ-Ċina (2016/2667 (RSP)).


18.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 17/20


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP)

(2017/C 017/05)

Relatur:

Luc VAN DEN BRANDE (BE/PPE)

President tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Aġenzija ta’ Kuntatt Fjandri-Ewropa, VLEVA

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

Il-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Reviżjoni tal-QFP: kummenti ġenerali

1.

huwa tal-fehma li l-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) huwa l-ewwel u qabel kollox għodda ta’ politika biex jiġu identifikati u indirizzati miri strateġiċi Ewropej u li, peress li l-QFP jipprovdi finanzjament għall-operat tal-Unjoni Ewropea, ir-reviżjoni tiegħu hija primarjament waħda politika u mhux teknika;

2.

jenfasizza l-importanza tal-QFP biex jiġi żgurat li l-infiq tal-UE fit-tul ikun prevedibbli u jsir b’konformità ma’ politiki komuni li jkun intlaħaq qbil dwarhom b’mod reċiproku. Dawn il-prinċipji globali huma kruċjali għall-awtoritajiet reġjonali u lokali u benefiċjarji oħra tal-fondi tal-UE;

3.

jinnota li l-QFP huwa ta’ importanza partikolari għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, peress li jaqdu rwol kruċjali fl-implimentazzjoni tal-objettivi ta’ politika Ewropej; jirrimarka li, fid-dawl ta’ dan, l-awtoriatjiet lokali u reġjonali huma involuti – direttament u/jew indirettament – fl-immaniġġjar u l-infiq ta’ 75 % tal-baġit tal-UE;

4.

jinnota b’dispjaċir li l-limiti massimi fil-QFP attwali huma għall-ewwel darba inqas minn dawk fil-QFP preċedenti, li jġiegħel lill-Unjoni Ewropea tassumi responsabbiltajiet b’inqas riżorsi finanzjarji; itenni t-tħassib tiegħu dwar il-limiti massimi tal-QFP kif spjega f’opinjonijiet preċedenti (1);

5.

itenni l-fatt li l-effettività tal-politika Ewropea tiddependi mill-applikazzjoni adatta tal-prinċipju tal-governanza f’diversi livelli, li huwa kkunsidrat bħala prinċipju ġenerali li jirregola l-fondi strutturali (2) u jistabbilixxi li l-livelli kollha ta’ gvern – ilkoll skont il-kompetenzi tagħhom – jaħdmu flimkien b’mod effiċjenti biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ politika; iwissi, f’dan ir-rigward, kontra tnaqqis fil-ġestjoni kondiviża tal-programmi u tentattivi għaċ-ċentralizzazzjoni tal-fondi f’livell Ewropew; jenfasizza l-fatt li approċċ ibbażat fuq il-post huwa wkoll kruċjali għall-effettività tal-politiki tal-UE, li jinvolvi livelli diffenri ta’ gvern, setturi u partijiet interessati li jaħdmu flimkien fi proċess kollaborattiv biex jindirizzaw kwistjonijiet hekk kif jesperjenzawhom fi ħdan żona ġeografika partikolari;

6.

jinnota li l-UE qed tiffaċċja tnaqqis kontinwu tal-livelli ta’ investiment, li jwassal għal distakk fl-investiment fl-UE, li hu stmat mill-Kummissjoni li jkun sa EUR 370 biljun inqas min-norma storika. Jappoġġja t-tentattiv tal-Kummissjoni li tikkontribwixxi għall-indirizzar ta’ dan id-distakk anke permezz ta’ ħidma iżjed mill-qrib mas-settur privat u l-għan li jiġi mobilizzat il-kapital privat, jiġifieri l-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS).

7.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li fil-ħarifa tal-2016 tressaq proposta leġislattiva għat-tisħiħ tal-FEIS lil hinn mill-2018, li b’mod partikolari għandha tindirizza s-sinerġiji bejn il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) u l-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS). F’dan il-kuntest jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi kriterji ċari għall-identifikazzjoni tal-addizzjonalità tal-proġetti tal-FEIS u biex tindirizza l-iżbilanċi ġeografiċi tal-proġetti tal-FEIS, in-nuqqas ta’ proġetti transkonfinali u d-defiċit fl-investimenti tal-infrastruttura sostenibbli fil-broadband, fl-effiċjenza tal-enerġija u fit-trasport. Jenfasizza barra minn hekk li r-rieżami tal-QFP li tħaddan żieda fil-partiti baġitarji li l-iżjed jistgħu jipprovdu bażi finanzjarja għal FEIS imsaħħaħ (FEIS 2.0) huwa prerekwiżit assolut;

8.

huwa tal-fehma li jeħtieġ li jiġi analizzat jekk huwiex possibbli li jinkiseb aktar investiment billi terġa’ titfassal il-klawżola dwar l-investiment, li tippermetti lill-Istati Membri sabiex, taħt ċerti kundizzjonijiet, jidderogaw mill-għan tagħhom fuq perjodu medju jew mill-perkors ta’ aġġustament fiskali mogħti fil-kuntest tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST). L-investimenti jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, in-nefqa nazzjonali għall-proġetti kofinanzjati mill-UE fil-kuntest tal-politika strutturali u ta’ koeżjoni (inkluża l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ) u tal-FEIS.

9.

jilqa’ l-isforzi biex jiġu inkoraġġuti aktar investimenti privati flimkien ma’ investimenti pubbliċi sabiex jiġu ġġenerati l-impjiegi u t-tkabbir fir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali tal-Ewropa;

10.

jirrimarka li l-QFP attwali diġà laħaq il-limiti tiegħu, b’eżawriment tal-limiti massimi f’xi oqsma u bl-użu tal-akbar għadd possibbli ta’ strumenti ta’ flessibbiltà;

11.

jenfasizza l-ħtieġa għal reviżjoni sħiħa ta’nofs it-terminu tal-QFP. Tinħtieġ ferm reviżjoni ta’ nofs it-terminu ġenwina kemm għal-limiti massimi tal-QFP kif ukoll għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament QFP. Din għandha tieħu kunsiderazzjoni tar-riżultati tar-rieżami u tipprovdi lill-UE b’qafas baġitarju vijabbli biex tindirizza l-isfidi u l-prijoritajiet politiċi tagħha;

12.

jirrimarka li, jekk jiġu identifikati prijoritajiet ġodda, l-istituzzjonijiet se jkollhom jassumu r-responsabbiltà biex jiżguraw l-iffinanzjar ta’ kompiti ġodda, jew billi jiġu identifikati b’mod ċar l-oqsma ta’ politika li ma jibqgħux fost il-prijoritajiet tal-Unjoni jew billi jaqblu dwar reviżjoni tal-limiti massimi tal-QFP li tirriżulta f’żieda;

13.

ifakkar lill-istituzzjonijiet li riżorsi skarsi ma għandhomx iwasslu għal tnaqqis ta’ prijoritajiet komuni tal-UE;

14.

jistieden lill-istituzzjonijiet biex jikkonkludu r-reviżjoni tal-QFP mill-aktar fis possibbli, sabiex ikun hemm żmien biżżejjed għat-tħejjija tal-proposti tal-Kummissjoni dwar il-qafas finanzjarju plurienalli wara l-2020, li għandu jiġi ppreżentat sal-1 ta’ Jannar 2018;

Reviżjoni tal-QFP: rakkomandazzjonijiet speċifiċi

15.

iwissi minn qabel, minkejja li jifhem il-ħtiġijiet urġenti, li l-użu ta’ ċerti mekkaniżmi finanzjarji u fondi fiduċjarji ma jistax ikun pretest biex l-inizjattivi tal-Unjoni jinżammu (parzjalment) barra mill-baġit tal-UE – u b’hekk jaħarbu l-kontroll demokratiku tal-Parlament Ewropew – u jitressqu taħt il-ġestjoni tal-Istati Membri;

Il-prijoritajiet u l-isfidi politiċi għat-tieni nofs tal-QFP

16.

jenfasizza li, fit-tieni nofs tal-QFP, għandha tingħata attenzjoni għal dawn il-prijoritajiet u l-isfidi politiċi li għandhom impatt dirett jew indirett fuq il-benessri taċ-ċittadini Ewropej:

il-promozzjoni tal-impjiegi, it-tkabbir u l-kompetittività: l-FEIS twaqqaf mingħajr reviżjoni tal-limiti massimi tal-QFP, iżda permezz ta’ riallokazzjoni ta’ programmi eżistenti (tnaqqis ta’ EUR 2,2 bn mill-Orizzont 2020 u tnaqqis ta’ EUR 2,8 bn mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa); reviżjoni tal-QFP għandha tikkumpensa għal dan it-tnaqqis minn dawn il-programmi relatat mal-FEIS;

jinkisbu aktar sinerġiji bejn il-programmi tal-UE biex jiġi promoss l-investiment pubbliku u privat fir-reġjuni u l-bliet, partikolarment fir-rigward tal-għan tal-UE favur il-koeżjoni territorjali. Huwa jtenni l-appell tiegħu għal viżjoni olistika territorjali taż-żoni urbani u rurali bħala spazji funzjonali komplementari;

l-indirizzar tal-qgħad u l-qgħad fost iż-żgħażagħ b’mod partikolari: l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ għalhekk teħtieġ tissokta tal-inqas sal-2020, b’attenzjoni partikolari għall-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol;

l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol tal-persuni li ilhom qiegħda;

l-indirizzar tal-kawżi tad-distabilizzazzjoni u l-kriżijiet esterni;

l-indirizzar tal-kriżijiet tal-migrazzjoni u tar-refuġjati: ir-riżorsi disponibbli fl-intestatura 3 tal-QFP attwali mhumiex biżżejjed biex jindirizzaw il-problema fis-snin li ġejjin; Il-limiti massimi tal-QFP rilevanti għandhom jiżdiedu sabiex jiġu żgurati l-akkoljenza u l-integrazzjoni tar-refuġjati, li prinċipalment jitwettqu mill-awtoritajiet lokali u reġjonali; il-QFP l-ġdid jipprovdi opportunità biex jiżdiedu r-riżorsi allokati għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni;

l-iżgurar tas-sigurtà interna u l-ġlieda kontra t-terroriżmu: għaldaqstant tista’ tiġi prevista żieda fil-limiti massimi tal-QFP għall-Intestatura 3.

il-promozzjoni tal-protezzjoni soċjali, flimkien mal-għan li tiġi implimentata d-dimensjoni soċjali tal-UEM. Il-protezzjoni soċjali hija kundizzjoni neċessarja għall-paċi soċjali kif ukoll għat-tkabbir ekonomiku fil-pajjiżi individwali;

l-indirizzar tal-isfida demografika, partikolarment permezz ta’ traċċar aħjar ta’ nfiq marbut mad-demografija, notevolment fl-FSIE u l-FEIS.

l-indirizzar tal-kriżijiet varji li ffaċċjaw il-bdiewa Ewropej sa mill-bidu tal-QFP attwali;

Kumpens għal tnaqqis baġitarju relatat mal-FEIS

17.

jinnota li l-Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa huma sintomatiċi ta’ funzjonament baġitarju ħażin: hemm distakk enormi bejn l-għanijiet u l-allokazzjoni disponibbli għall-programm ta’ programmazzjoni kollu għall-2014-2020, minkejja t-tnaqqis baġitarju favur il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) stabbilit riċentament;

18.

jinnota, min-naħa l-oħra, li l-proġetti ffinanzjati mill-Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għandhom valur miżjud Ewropew sinifikanti;

19.

huwa tal-fehma li għadu kmieni wisq biex jiġi vvalutat jekk il-ħolqien tal-FEIS wassalx għal telf possibbli ta’ fondi għal proġetti Ewropej ta’ riċerka u ta’ infrastruttura;

20.

itenni l-ħtieġa li l-Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa jissaħħu permezz tal-proċedura baġitarja annwali, sabiex jiġi kkumpensat kemm jista’ jkun it-tnaqqis li sar qbil dwaru matul in-negozjati tal-FEIS u sabiex dawn ikunu jistgħu jilħqu l-għanijiet rispettivi tagħhom, li nqablu ftit iktar minn sentejn ilu;

Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

21.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-passi li ħadu l-Kummissjoni Ewropea u l-Awtorità tal-Baġit dwar forniment minn qabel tal-pakkett finanzjarju kollu tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ kmieni diġà sa mill-2014 u l-2015, minħabba li dan bagħat sinjal ċar dwar l-importanza kruċjali tal-inizjattiva għaż-żgħażagħ fir-reġjuni milquta l-agħar;

22.

jitlob għat-tkomplija tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, b’segwitu għal valutazzjoni sħiħa tal-prestazzjoni tagħha u aġġustamenti sussegwenti biex jingħelbu l-ostakoli eżistenti fl-implimentazzjoni, inkluż l-allokazzjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn ġodda mill-2017;

23.

jistieden lill-istituzzjonijiet biex iwettqu l-impenji tagħhom li ħadu matul in-negozjati dwar il-baġit tal-UE għall-2016 u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tibni fuq it-tagħlimiet mill-evalwazzjoni tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u, tressaq proposti għat-tkomplija tal-inizjattiva sal-2020, kif adatt;

24.

fir-rigward tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, il-Kumitat jistieden lill-Kumissjoni sabiex, fil-kuntest tar-rieżami tal-QFP, tieħu inizjattiva speċjali biex tiġi stimolata l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol tal-persuni li ilhom qiegħda.

Flessibbiltà

25.

huwa favur il-flessibilità fil-QFP u l-baġits annwali, sabiex jinstabu soluzzjonijiet għal avvenimenti mhux mistennija jew sfidi ġodda, iżda jwissi kontra aspettattivi żejda f’dan il-qasam. Aktar flessibbiltà mhijiex is-soluzzjoni għal riżorsi finanzjarji insuffiċjenti sabiex jintlaħqu l-għanijiet Ewropej;

26.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tivvaluta d-dispożizzjonijiet ta’ flessibbiltà kollha fir-Regolament tal-QFP bl-għan li tneħħi kull restrizzjoni li tista’ timpedixxi l-użu sħiħ tagħhom u biex ittejjeb il-prestazzjoni tagħhom;

27.

ifakkar mill-ġdid lill-Kummissjoni Ewropea u lill-awtorità baġitarja li jeżistu diversi alternattivi – li jvarjaw fil-kumplessità u l-fattibbiltà – u li dawn jeħtieġ jiġu diskussi sew mingħajr preġudizzju jew suspett;

28.

jiddikjara li, meta jkunu qed jiġu vvalutati l-alternattyivi għal aktar flessibilità u prevedibilità, għandu jinżamm il-prinċipju ta’ bona fide u stabbiltà fil-kondizzjonijiet qafas għall-Istati Membri u l-atturi ekonomiċi, filwaqt li għandha tittieħed kunsiderazzjoni tar-riallokazzjonijiet magħmula preċedentement minn kategoriji individwali;

29.

huwa tal-fehma li l-alternattivi msemmija hawn fuq jistgħu jinkludu:

flessibilità akbar fir-riallokazzjoni tar-riżorsi, fil-bidu bejn l-istrumenti u bejn l-intestaturi;

simplifikazzjoni tal-użu tal-istrument ta’ flessibilità fi ħdan it-tifsira tal-paragrafu 12 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013, peress li l-użu tiegħu huwa mxekkel mill-proċeduri tad-deċiżjoni;

proċedura simplifikata għall-aġġustament u ż-żieda tal-limitu massimu għall-infiq sabiex jindirizza ċirkostanzi mhux previsti jew tibdil fil-prijoritajiet politiċi;

reviżjoni biex jinżiedu l-limiti massimi tal-QFP kemm fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament kif ukoll fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn sabiex dawn jirriflettu l-prijoritajiet politiċi u baġitarji tal-UE;

żieda fil-marġini ta’ kontinġenza, bħala l-aħħar rimedju, minn 0,03 % tal-ING fil-preżent għal rata ogħla;

30.

jiġbed l-attenzjoni tal-Kunsill li l-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-istrumenti speċjali (l-Istrument ta’ Flessibilità, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni u r-Riżerva għal Għajnuna ta’ Emerġenza) għandhom jiġu kkalkulati lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP, bħal fil-każ tal-impenji;

31.

jinnota li l-pakketti finanzjarji tal-Politika ta’ Koeżjoni mhumiex adatti biex jindirizzaw sostanzjalment il-kriżijiet attwali bil-flessibbilità meħtieġa, u tliet raġunijiet għal dan huma l-ippjanar fit-tul tagħhom, l-enfasi tagħhom fuq l-investiment strutturali u l-konċentrazzjoni tematika; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq soluzzjonijiet biex issolvi din il-problema barra mill-pakketti finanzjarji tal-Politika ta’ Koeżjoni;

32.

għalkemm il-pakketti nazzjonali allokati minn qabel – inklużi dawk taħt il-politika ta’ koeżjoni – ma għandhomx jitnaqqsu mir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu, jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tippreżenta, fi ħdan il-proposta tagħha, algoritmu eżatt ta’ kif il-pakketti finanzjarji tal-politika ta’ koeżjoni se jiġu aġġustati din is-sena f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament QFP u kif dan se jaffettwa l-mekkaniżmi ta’ flessibbiltà eżistenti (3);

Ħlasijiet pendenti

33.

jinnota li, jekk il-biżgħat isiru realtà, il-QFP 2014-2020 iwassal għal nuqqas ieħor fil-baġit Ewropew (4); minħabba n-nuqqas ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament, il-Kummissjoni ma tkunx tista’ tissodisfa l-obbligi tagħha. Din hi xejra partikolarment inkwetanti (5);

34.

jenfasizza l-fatt li l-pagamenti pendenti għandhom effetti negattivi fuq ir-reġjuni u d-diversi partijiet interessati bħala benefiċjarji tal-baġit tal-UE – bħal riskju ta’ telf ta’ investimenti, tnaqqis ta’ attivitajiet, irtirar minn proġetti, self b’terminu qasir, u dewmien fl-implimentazzjoni ta’ programmi operazzjonali; Dawn jillimitaw ukoll l-interess minn benefiċjarji potenzjali minħabba n-nuqqas ta’ stabbiltà tal-finanzjament;

35.

iwissi kontra l-pagamenti pendenti attwali u s-suppożizzjonijiet ottimisti żżejjed tal-Kummissjoni Ewropea dwar tnaqqis tal-ammont akkumulat fl-aħħar tal-2016;

36.

jirrimarka li wieħed mill-elementi li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tagħhom, hija r-rata baxxa ta’ assorbiment tal-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013. Ir-rata tal-assorbiment sa llum hija ta’ madwar 88,9 % (talbiet għall-pagament finali mhumiex inklużi) u żgur mhux se tilħaq il-100 % wara li t-talbiet għall-pagament finali fil-fatt jitħallsu. Għalhekk, parti importanti tal-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni se tiġi diżimpenjata, li min-naħa tagħha se jkollha effetti negattivi fuq il-koeżjoni ekonomika, territorjali u soċjali tal-UE;

37.

jinkwieta li xi aspetti x’aktarx se jikkontribwixxu għal ammont ġdid ta’ pagamenti pendenti fit-tieni nofs tal-QFP u għalhekk jipperikolaw jew idewmu l-ħlasijiet lill-partijiet interessati kollha. Dawn jinkludu: il-limitu massimu ta’ pagament attwali se jkompli jiġi kompressat mill-2018 minħabba tpaċija b’segwitu għall-mobilizzazzjoni tal-marġni ta’ kontinġenza fl-2014; parti mill-approprjazzjonijiet ta’ pagament tal-2014 u l-2015 qed jintużaw biex jitħallsu l-pagamenti pendenti mill-passat; il-forniment minn qabel ta’ EUR 2 f’pagamenti mill-FSIE lill-Greċja fl-2015 u l-2016 mingħajr żieda fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament; u ma ġie previst ebda tisħiħ fil-pagamenti fi ħdan il-qafas tal-impenji addizzjonali għall-migrazzjoni;

38.

jesprimi tħassib minħabba l-adozzjoni mwaħħra tal-programmi operazzjonali tal-FSIE u r-riskju li jiżviluppa akkumulu ġdid ta’ kontijiet pendenti mhux imħallsa matul it-tieni nofs – u b’mod speċjali lejn l-aħħar – tal-QFP; għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta pjan ta’ pagamenti għall-politika ta’ koeżjoni sa tmien il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, biex tiżgura li jkunu disponibbli biżżejjed fondi biex isiru l-pagamenti lill-Istati Membri;

39.

jappella sabiex jitneħħew ir-radd lura tal-eċċess lill-baġits nazzjonali tal-Istati Membri u t-tnaqqis mill-kontribuzzjoni tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE għas-sena ta’ wara;

Baġit iffukat fuq ir-riżultati u l-governanza ekonomika

40.

jinnota li, waqt in-negozjati tal-QFP attwali, l-istituzzjonijiet naqsu milli jivvalutaw sew il-konsegwenzi possibbli ta’ kriżijiet mhux previsti u li dawn kellhom jintroduċu aktar flessibbiltà fil-QFP. Waħda mis-soluzzjonijiet għal din il-kwistjoni, flimkien ma’ flessibbiltà akbar, tista’ tkun baġitjar abbażi tal-prestazzjoni b’evidenza;

41.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li tippreżenta “Baġit iffukat fuq ir-riżultati”, b’enfasi dwar kif jintefaq il-baġit, f’liema oqsma jintefaq, kif jiġi vvalutat l-infiq u kif jiġu kkomunikati r-riżultati, ukoll sabiex tipprevedi kriterji ta’ premju għall-aħjar Stati Membri u reġjuni fil-ġestjoni tar-riżorsi;

42.

jappella għal titjib fir-rappurtar finanzjarju mill-Kummissjoni Ewropea. Dan ifisser b’mod partikolari rappurtar aġġornat f’intervalli regolari u f’forma standardizzata dwar il-figuri ewlenin rilevanti għall-istrumenti/l-intestaturi kollha tal-QFP;

43.

isostni li l-infiq tal-UE għandu jkun marbut aktar mill-qrib mal-isfidi ta’ politika ekonomika tal-Istati Membri u mal-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiżgura rabta aktar effettiva bejn ir-riżorsi tal-UE u l-koordiazzjoni tal-politika ekonomika fl-UE sabiex l-investimenti jiġu allinjati aktar mill-qrib mar-rekwiżiti tal-politika ekonomika, tal-politika tal-impjieg u tal-politika fiskali. Dan l-approċċ għandu jkun analizzat tajjeb minn qabel u b’rabta mal-kisbiet tiegħu fil-Politika ta’ Koeżjoni, sabiex jiġi evitat li r-reġjuni u ċ-ċittadini tagħhom ma jbatux minħabba l-politiki makroekonomiċi tal-Istati Membri u jġarrbu l-konsegwenzi tal-azzjoni fil-livell nazzjonali;

Valur miżjud Ewropew

44.

jirrimarka li l-kunċett ta’ valur miżjud Ewropew għad irid jiġi diskuss sew, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet u l-interessi speċifiċi tar-reġjuni u l-awtoritajiet lokali Ewropej;

45.

jissuġġerixxi li jiġu żviluppati standards ta’ evalwazzjoni komuni, biex jintużaw għall-kejl tal-valur miżjud Ewropew ta’ operazzjonijiet kofinanzjati mill-baġit tal-UE, abbażi tar-riżultati. Is-sussidjarjetà għandha tkun kriterju ċar ta’ valutazzjoni biex tevalwa tali valur miżjud, peress li hemm investimenti tal-UE li, minħabba l-iskala tagħhom, ikun aħjar li jsiru permezz ta’ programmi mifruxa mal-UE kollha, iżda hemm oħrajn li jkollhom effett aħjar jekk ikunu ġestiti lokalment jew reġjonalment. Dawn l-istandards, apparti milli jqabblu l-addizzjonalità ta’ programmi Ewropej differenti, jistgħu jservu ta’ bażi jew ġustifikazzjoni għal interventi futuri, allokazzjoni ta’ riżorsi bejn il-programmi u politiki mmirati aħjar; jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea tikkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar dan il-kunċett;

46.

jinnota li fin-negozjati dwar il-QFP li jmiss se terġa’ tfiġġ il-battalja ma tispiċċa qatt bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea dwar ġestjoni diretta jew kondiviża tal-programmi. Filwaqt li l-Istati Membri jirrakkomandaw l-aktar il-preallokazzjonijiet nazzjonali, peress li dawn huma aktar sempliċi biex jiġu ġestiti, il-ħtiġijiet u s-setgħat lokali u reġjonali jridu jiġu rispettati skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Min-naħa l-oħra, hija biss l-applikazzjoni stretta tal-prinċipju tal-addizzjonalità li twassal biex jinkiseb valur miżjud Ewropew; jikkonkludi li l-programmi taħt ġestjoni kondiviża rriżultaw li kienu l-approċċ it-tajjeb biex jiġbor dawn il-forzi flimkien;

47.

jissuġġerixxi li l-iskala tar-rati ta’ kofinanzjament nazzjonali ma għandhomx ikunu bbażati biss fuq il-kapaċitajiet ta’ finanzjament tal-Istati Membri iżda wkoll fuq il-livell ta’ żvilupp ekonomiku tar-reġjun inkwistjoni u fuq il-kontribut li l-infiq tal-UE jagħmel għall-għanijiet ewlenin tal-Unjoni jew għall-valur miżjud Ewropew tagħha: rati ta’ kofinanzjament tal-UE ogħla għal prijoritajiet Ewropej u rati ta’ kofinanzjament tal-UE aktar baxxi għal prijoritajiet prinċipalment nazzjonali;

48.

jitlob li jsir użu aħjar tal-istrateġiji makroreġjonali u tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea, bħala għodda ta’ ħidma konġunta bejn entitajiet sottonazzjonali funzjonalment attivi lil hinn mill-fruntieri amministrattivi, u sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet konkreti taċ-ċittadini u n-negozji Ewropej.

Il-QFP wara l-2020

It-tul ta’ żmien tal-QFP sussegwenti

49.

jinnota, b’konformità mal-opinjonijiet tal-KtR dwar il-QFP 2014-2020, adottati fl-2011 (6) u fl-2012 (7), u dwar il-Baġit tal-UE tal-2014 (8), il-preferenza qawwija għal żmien twil ta’ perjodu baġitarju ta’ għaxar snin, b’reviżjoni ta’ nofs it-teminnu sostanzjali u obbligatorja wara l-ewwel ħames snin;

50.

huwa tal-fehma li din l-alternattiva tkun adatta l-aħjar ma’ programmar pluriennali, peress li minn naħa waħda tipprovdi aktar stabbiltà u prevedibbiltà, l-iżjed għall-programmi taħt ġestjoni kondiviża fil-qasam tal-politika ta’ koeżjoni u l-iżvilupp rurali, u min-naħa l-oħra jkun hemm biżżejjed flessibbiltà fil-każ ta’ reviżjoni ta’ nofs it-terminu;

51.

jinnota li l-perjodu preferut ta’ 5 + 5 snin tal-QFP ikun jaqbel perfettament mal-mandati tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, li jwassal għal leġittimità u responsabbiltà demokratika msaħħa għall-QFP sussegwenti;

Riżorsi proprji

52.

iqis li r-riforma tar-riżorsi proprji hija essenzjali għal ġestjoni demokratika u responsabbli tal-fondi Ewropej u jiddispjaċih li ma sar l-ebda progress sinifikanti f’dan il-qasam;

53.

jitlob l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda fil-QFP li jmiss, li permezz tagħhom il-kontribuzzjonijiet bbażati fuq l-ING tal-Istati Membri ma jkunux hemm daqshekk bżonnhom għall-baġit tal-UE. Dan jeħtieġ jitqies bħala parti mir-reviżjoni tal-QFP, sabiex titwitta t-triq għall-approvazzjoni politika ta’ inizjattivi ġodda ta’ riżorsi proprji, fil-ħin sabiex jiġu applikabbli fil-QFP li jmiss;

54.

jenfasizza l-importanza ewlenija tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji u jitlob involviment adatt tal-parlamenti nazzjonali u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fid-diskussjonijiet li jmiss dwar riżorsi proprji ġodda tal-UE;

Unità tal-baġit

55.

jitlob li l-istrumenti speċjali attwali – bħalma huma l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, ir-Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea u l-istrument ta’ flessibilità – jiġu inkorporati fil-QFP sabiex jiggarantixxu l-leġittimità demokratika u r-responsabbiltà tal-baġit tal-UE;

56.

jinnota li l-UE għandha tiffoka fuq il-bżonnijiet reali tagħha u mhux fuq il-limitu massimu ta’ 1 % tal-ING, li huwa waħda mir-raġunijiet ewlenin għalfejn l-Istati Membri joħolqu strumenti satelliti barra mill-baġit tal-UE u lil hinn mill-kontroll demokratiku tal-Parlament Ewropew sabiex jiġu indirizzati l-isfidi li ma jistgħux jiġu ġestiti permezz ta’ baġit sottofinanzjat bħal dan;

Strumenti finanzjarji

57.

jitlob li, qabel ma l-Kummissjoni tippreżenta l-proposti tagħha għall-QFP li jmiss, issir analiżi bir-reqqa tal-użu ta’ strumenti finanzjarji fil-QFP attwali. Minkejja li r-rwol uniku tagħhom ta’ effett ta’ lieva għal investimenti privati u biex joħolqu tkabbir u impjiegi huwa ċar, hemm bosta oqsma fejn l-użu tagħhom mhuwiex daqstant effiċjenti minħabba n-nuqqas kbir ta’ opportunitajiet tas-suq;

58.

jenfasizza l-ħtieġa li jintlaħaq bilanċ tajjeb bejn l-għotjiet tradizzjonali u l-istrumenti finanzjarji innovattivi. Dan ifisser li għandu jsir użu akbar ta’ strumenti finanzjarji li jkunu utli fil-prattika u għandhom jiġu ssuġġeriti alternattivi fejn il-każ huwa l-oppost. B’mod ġenerali, l-użu ta’ strumenti finanzjarji għandu jibqa’ fakultattiv għall-Istati Membri, speċjalment fil-każ tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni. Kombinazzjoni adatta ta’ għotjiet b’rati ta’ kofinanzjament tal-UE aktar baxxi għal prijoritajiet prinċipalment nazzjonali u rati ta’ kofinanzjament tal-UE ogħla għal prijoritajiet Ewropej u reġjonali, użu msaħħaħ ta’ strumenti finanzjarji effiċjenti u enfasi fuq il-valur miżjud Ewropew flimkien jidhru li huma s-soluzzjonijiet dwar kif il-baġit tal-UE jkun effettiv, filwaqt li jwassal aktar riżultati b’anqas riżorsi;

Simplifikazzjoni tal-proċeduri

59.

jikkonkludi li l-isfida kruċjali għall-UE tal-lum mhuwiex in-nuqqas ta’ ideat jew soluzzjonijiet, iżda d-dewmien u r-riġidità tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Għalhekk is-simplifikazzjoni tal-proċeduri u flessibilità akbar għandhom ikunu l-ewwel aspett li jiġi deċiż meta jibdew in-negozjati dwar il-QFP li jmiss;

60.

jilqa’ bi pjaċir il-konsultazzjoni pubblika dwar ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u huwa lest li jikkoopera biex jitfasslu suġġerimenti għas-simplifikazzjoni ta’ proċeduri abbażi tal-problemi identifikati fil-qasam;

Punti speċifiċi

61.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġu inklużi miżuri li jikkomplementaw lill-PDG fl-istabbiliment tal-ġenerazzjoni l-ġdida tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej fil-perjodu finanzjarju pluriennali li jmiss kif indikat fl-Opinjoni reċenti tal-KtR dwar “Indikaturi għal żvilupp territorjali – Il-PDG u lil hinn”;

62.

iqis li fil-QFP li jmiss għandha tingħata aktar attenzjoni għall-iżvilupp rurali u lokali, inkluż l-introduzzjoni ta’ miżuri speċifiċi għal żoni b’popolazzjoni baxxa, minħabba li l-investiment fi programmi lokali u rurali iżomm ħajja n-nisġa ekonomika u soċjali u joħloq effett multiplikatur ċar. Dan jista’ jsir billi r-reġjuni jingħataw rwol ewlieni fil-ġestjoni tal-investimenti. Filwaqt li l-evidenza turi li r-redditu fuq l-investiment jista’ jkun potenzjalment ogħla fil-periferija milli fir-reġjuni ewlenin, ifakkar li l-kriterji ta’ effiċjenza ekonomika waħedhom mhumiex biżżejjed biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar id-distribuzzjoni tal-fondi u li l-kriterji politiċi u soċjali huma indispensabbli. Anke l-programmi ta’ kooperazzjoni territorjali tal-UE għandhom jiġu valorizzati iktar u integrati aħjar fi ħdan il-politiki ta’ koeżjoni, bl-għarfien tal-valur miżjud tagħhom għall-identità Ewropea komuni;

63.

jixtieq jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza tal-programmi LIFE u l-iffinanzjar adatt għalihom fil-QFP il-ġdid. Il-Programm LIFE jirrappreżenta strument importanti biex jgħin fil-finanzjament u l-mobilizzazzjoni ta’ politiki u proġetti lokali u reġjonali għall-ambjent u klimatiċi b’valur miżjud Ewropew. Il-proġetti LIFE taw prova li għandhom valur katalitiku importanti fil-mobilizzazzjoni ta’ fondi oħra tal-UE.

64.

iqis li għandha tingħata aktar attenzjoni għall-konsegwenzi tat-tibdil demografiku fl-Unjoni Ewropea. F’dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni tieħu vantaġġ mill-QFP ta’ wara l-2020 biex tindirizza l-isfida demografika, filwaqt li tikkunsidra l-istatus demografiku reġjonali u lokali u l-evoluzzjoni tiegħu fit-tfassil ta’ strumenti ġodda u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi;

65.

ifakkar, f’dan ir-rigward, li jeżistu mhux inqas minn 20 strument tal-UE separat għall-finanzjament tal-iżvilupp lokali fil-baġit tal-UE. Huwa ċar li d-dispożizzjonijiet dwar l-iżvilupp lokali integrat u l-Qafas Strateġiku Komuni tar-Regolamenti eżistenti tal-FSIE mhumiex biżżejjed biex jevitaw id-duplikazzjonijiet u biex verament jiżguraw finanzjament integrat fost il-ħames Fondi FSIE. Għalhekk, għandna neżaminaw il-possibbiltà ta’:

strument tal-UE iżjed sempliċi u iżjed ikkonsolidat għall-finanzjament li jimmira speċifikament l-iżvilupp territorjali u lokali;

responsabilizzazzjoni msaħħa għall-komunitajiet lokali biex jiżviluppaw l-approċċi proprji tagħhom bbażati fuq il-post;

tnaqqis kemm fis-saffi vertikali tal-ġestjoni tal-fondi kif ukoll is-sajlos orizzontali eżistenti fil-Kummissjoni u l-livelli ministerjali;

orjentazzjoni lejn rappurtar ta’ prestazzjoni abbazi tar-riżultati u sistema inqas oneruża tal-awditjar.

Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  CDR275-2013_00_00_TRA_AC (23-24).

(2)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 – {SEC(2011) 1141 final} {SEC(2011) 1142 final}.

(3)  Skont l-Artikolu 90(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-eliġibbiltà tal-Istati Membri għal appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni abbażi taċ-ċifri tal-ING tal-Unjoni għall-perjodu 2012-2014 għall-UE-27 u l-pakketti nazzjonali għandhom sussegwentement jiġu kkalkulati mill-ġdid, b’effett totali nett ta’ dawn l-aġġustamenti li ma jaqbiżx EUR 4 biljun (kif stabbilit fir-Regolament tal-QFP).

(4)  Il-QFP attwali beda b’“dejn” ta’ EUR 23,4 biljun mill-qafas preċedenti u fi tmiem l-2014 dan l-akkumulu laħaq livell mingħajr preċedent ta’ EUR 24,7 biljun għall-programmi ta’ koeżjoni tal-2007-2013.

(5)  CDR275-2013_00_00_TRA_AC.

(6)  CdR 283/2011 fin.

(7)  CDR1777-2012_00_00_TRA_AC.

(8)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 5.


18.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 17/28


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Ħela tal-ikel

(2017/C 017/06)

Relatur:

Ossi MARTIKAINEN (FI/ALDE)

Kunsillier Lokali ta’ Lapinlahti

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

Introduzzjoni: ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni globali; terminoloġija

1.

iħares lejn il-ħela tal-ikel u l-iskart ġġenerat fil-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-konsum tal-ikel bħala problema globali serja li b’mod sinifikanti tiskoraġġixxi l-miri tal-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali. Il-problema tista’ tiġi indirizzata biss permezz ta’ kooperazzjoni wiesgħa u determinata li ġġib flimkien livelli differenti ta’ gvernijiet u oqsma tat-tfassil tal-politika; Is-soċjetà ċivili u n-negozji għandhom ikunu involuti b’mod sħiħ fl-miżuri;

2.

iħares lejn is-sitwazzjoni attwali bħala mhux sostenibbli (1), fejn fiha:

aktar minn terz tal-prodotti intenzjonati għall-konsum mill-bniedem huma mitlufa fid-diversi stadji tal-proċess ta’ produzzjoni (bħala materja prima, prodotti nofshom lesti jew prodotti kompluti);

28 % tal-art għall-ħrit globali (1,4 biljun ettaru) tipproduċi ikel li jispiċċa jintrema’ kull sena;

l-impatt fuq il-klima tal-prodotti mhux utilizzati li ġew iġġenerati fid-diversi stadji tal-proċess jammonta għall-ekwivalenti ta’ 3,6 Gt ta’ CO2 (mingħajr ma jitqieu l-emissjonijiet li jirriżultaw minn bidliet fl-użu tal-art);

ix-xejriet tal-produzzjoni u l-konsum ħali jinvolvu telf sostanzjali ta’ riżorsi tal-ilma, ta’ theddida għall-bijodiversità fil-forma ta’ art għall-ħrit li ġiet inutilment mnaddfa jew mhux produttiva, tfaqqar il-ħamrija, u taħli r-riżorsi naturali limitati;

il-volumi l-kbar ta’ ikel mitluf matul il-katina tal-produzzjoni jew fl-istadju tal-prodott komplut jiżvalutaw l-agrikoltura u l-produzzjoni tal-ikel, u dan jgħawweġ id-distribuzzjoni bejn kull attur – anke fil-livell tal-konsumatur – tul il-katina tal-valur tal-prodotti tal-ikel, li jagħmluha inġusta; it-telf finanzjarju annwali minħabba l-ħela tal-ikel huwa stmat għal madwar USD 1 triljun, il-prezz ambjentali USED 700 biljun, u l-prezz soċjali USD 900 biljun;

3.

fassal din l-opinjoni fuq inizjattiva proprja sabiex jappoġġja u jinkoraġġixxi lill-komunità internazzjonali kollha, kif ukoll in-NU u l-aġenziji speċjalizzati tagħha, fl-isforzi tagħhom biex itejbu s-sitwazzjoni attwali, jiġifieri, fir-rigward tal-kisba tal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli (SDG) 2 u 12 (Żero Ġuħ u Konsum u produzzjoni responsabbli) li għandhom l-għan li jnaqqsu bin-nofs il-ħela tal-ikel sal-2030 (2);

4.

jemmen li l-inizjattivi tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-effiċjenza fir-riżorsi u l-ekonomija ċirkulari jipprovdu wkoll opportunità tajba biex jiżviluppaw proġetti u leġislazzjoni biex titjieb is-sostenibbiltà tal-produzzjoni u tal-konsum tal-ikel;

5.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tieħu azzjoni biex tiżviluppa terminoloġija u definizzjonijiet standard f’dan il-qasam fil-livell Ewropew, u jħeġġiġha biex tieħu sehem fi djalogu internazzjonali u ssawwru, kif ukoll tiżgura li l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet internazzjonali jinfurmaw l-azzjoni tal-UE. Dan jagħmilha aktar faċli li jiġu identifikati l-problemi u li jitwettqu l-komparattivi, u biex jieħdu kont tal-kwistjonijiet tal-UE stess fir-rigward tal-leġislazzjoni u l-kooperazzjoni mal-imsieħba tagħha fil-kummerċ u l-iżvilupp (3). L-UE hija fost affarijiet oħra suq intern u għandha politika agrikola komuni, u għalhekk huma meħtieġa kunċetti u proċeduri komuni, u indikaturi komparabbli. Dan jista’ jkun il-bażi għall-istabbiliment ta’ kriterji komparabbli fil-livell reġjonali u fil-livell interreġjonali sabiex titnaqqas u tiġi evitata l-produzzjoni tal-iskart mill-ikel;

Il-politiki tal-Unjoni Ewropea

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jqis li l-politiki tal-Unjoni Ewropea stess u l-politiki komuni mal-Istati Membri joffru potenzjal konsiderevoli biex jiġi indirizzat l-ħela tal-ikel.

6.

il-proposta għar-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Iskart (Direttiva 2008/98/KE) turi tentattiv biex tkompli titnaqqas il-ġenerazzjoni tal-iskart, inkluż il-ħela tal-ikel;

7.

fir-rigward tal-Politika Agrikola Komuni, għandu jsir aktar sforz biex jiġi żgurat li kemm l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi fil-produzzjoni tal-ikel u l-miżuri għall-protezzjoni tan-natura u l-ambjent ikunu kkunsidrati bħala oqsma ta’ attività fihom infushom. “It-trobbija għal sussidju” u l-isforz fir-restrizzjoni tal-produzzjoni huma prattiki li jwasslu għal produzzjoni baxxa u l-għelejjel li jifdal mhux miġbura, li jinvolvi skart f’termini kemm tar-riżultat finali kif ukoll l-isforz kollu tal-produzzjoni;

8.

kemm fis-suq domestiku u fil-kummerċ internazzjonali, il-politika ta’ kummerċ u tal-konsumatur għandha tippromovi prattiki kuntrattwali u proċessi li jnaqqsu l-iskart. Pereżempju, l-adozzjoni min-negozji bl-imnut tad-daqs tal-ippakjeġġar u standards li japplikaw għall-forma u d-daqs tal-prodotti tal-ikel tirriżulta f’ħela sinifikanti ta’ ikel li jkun għadu jista’ jittiekel; il-promozzjoni tal-bejgħ ta’ prodotti tal-massa permezz ta’ reċipjenti tad-dar b’materjal riċiklabbli, billi b’dan il-mod jitnaqqsu l-ispejjeż għall-konsumatur, tista’ tgħin biex teduka fir-rigward tax-xiri ta’ dak li hu meħtieġ u mhux ta’ porzjonijiet lesti u ta’ spiss kbar wisq jew attraenti għax orħos;

9.

il-prattiki relatati mall-iskadenza tal-ikel u t-tikkettar sabiex tiġi promossal-protezzjoni tal-konsumatur u s-saħħa pubblika mhumiex adatti għall-użu fil-każ tal-prodotti kollha, bir-riżultat li ikel li għadu jista’ jittiekel jintrema’ bla bżonn. Il-Kummissjoni għandha rwol ewlieni biex jiġi stabbilit jekk ikunx possibbli li jitfasslu linji gwida dwar l-użu aħjar tar-riżorsi, pereżempju rigward l-għoti ta’ prodotti tal-ikel lil organizzazzjonijiet tal-karità u banek tal-ikel, u ikel li jista’ jintuża wara li tkun għaddiet id-data sa meta jista’ jintuża bħala għalf, soġġett għal konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-ikel. Huwa meħtieġ li jiġu edukati l-partijiet interessati, il-produtturi, il-bejjiegħa bl-imnut u l-konsumaturi kollha sabiex jittejjeb il-fehim tad-data ta’ skadenza tat-tikketti; pereżempju, li jiġi ċċarat li l-istqarrija “Tajjeb qabel l-aħħar…” ma tindikax it-tossiċità tal-ikel wara d-data prevista;

10.

fil-politika għall-iżvilupp tagħha, l-Unjoni Ewropea għandha tingħaqad ma’ donaturi ewlenin oħra biex jiżguraw il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali reġjonali, u tinvesti fi proċessi li huma aħjar biex jgħaqqdu l-produzzjoni mal-konsumaturi, fl-infrastruttura u t-teknoloġija, u fuq kollox fl-iżvilupp sostenibbli tar-riżorsi naturali u s-setturi tal-agrikoltura. Programmi ta’ kummerċ ġust, mhux l-anqas dawk appoġġati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, jistgħu jkunu għodda importanti f’dan ir-rigward. Huwa partikolarment importanti li jittejjeb il-funzjonament tas-swieq lokali u l-aċċess għalihom għal prodotti lokali, mhux l-anqas permezz tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni (pereżempju t-trasport tal-ikel);

11.

miżuri biex jipprovdu assistenza lil persuni fil-bżonn għandhom ikomplu jinkludu komponent ta’ għajnuna alimentari u għandhom itejbu r-rabta bejn organizzazzjonijiet ta’ sokkors u produtturi, bejjiegħa bl-imnut u negozji tal-forniment tal-ikel lokali, u jipprevedu wkoll il-bejgħ dirett bi prezz “simboliku” ta’ prodotti tal-ikel li kważi waslu għad-data ta’ skadenza b’mod li jiggarantixxi d-dinjità u l-privatezza ta’ min jirċievi jew jakkwista permezz ta’ dan il-mod. Il-kooperazzjoni mas-settur terz għandha tkun imsejsa fuq il-prossimità, b’enfasi fuq netwerks lokali u d-donazzjonijiet jew kunsinna lid-dar fi bliet individwali jew netwerks ta’ bliet, biex tiġi evitata kemm jista’ jkun kwalunkwe ħażna u distribuzzjoni ta’ donazzjonijiet fuq netwerks reġjonali ewlenin. L-ammont ta’ ikel li jintrema se jitnaqqas billi jiġu diversifikati l-prodotti tal-ikel, inklużi prodotti lokali u staġjonali f’dawn il-programmi (4);

12.

ir-regoli tal-akkwist pubbliku jistgħu jinkludu klawżoli li għandhom l-għan li jnaqqsu l-ħela tal-ikel;

Proposti għal miżuri prattiċi mill-perspettiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

13.

ifakkar lill-Kummissjoni Ewropea fit-talba li għamlet fil-passat biex jiġu stabbiliti għanijiet speċifiċi biex jitnaqqas il-ħela tal-ikel bi 30 % sal-2025 (5) u jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa metodi uniformi għall-ġbir ta’ data sabiex jiġu riveduti l-miri għat-tnaqqis tal-ħela tal-ikel;

14.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni Ewropea li tappoġġja t-tilħiq tal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli permezz ta’ inizjattivi adatti, l-involviment tal-partijiet interessati, il-kondiviżjoni ta’ innovazzjoni siewja li għamlet suċċess u valutazzjoni komparattiva rilevanti (6);

15.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tqis il-possibilità li tiffissa miri individwali ta’ tnaqqis f’kull stadju tal-katina tal-produzzjoni tal-ikel: il-produzzjoni, l-ipproċessar, il-bejgħ u d-distribuzzjoni, is-servizzi ta’ forniment tal-ikel, id-djar u t-trattament tal-iskart mill-ikel. Dawn il-miri jistgħu joħolqu mira globali komuni tal-UE, permezz ta’ programmi speċifiċi għall-pajjiżi u miri biex dawn jinkisbu, abbażi tal-karatteristiċi ta’ kull pajjiż u tal-fażijiet imsemmija, pereżempju kif diġà sar bil-politika dwar it-tibdil fil-klima. Sabiex jitqies bis-sħiħ il-kuntest tekniku, ekonomiku u ambjentali, ekonomiċi u tekniċi, għandhom jitfasslu programmi u pjani speċifiċi għall-pajjiż bil-kooeperazzjoni tal-livelli kollha tal-gvern;

16.

jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea tniedi pjattaforma Ewropea li tiġbor flimkien livelli governattivi differenti u l-partijiet interessati rilevanti għall-fini tal-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħela tal-ikel u t-titjib tal-mod kif jiġi ġestit l-iskart tal-ikel; jesprimi l-interess tiegħu li jkun involut f’attivitajiet relatati ma’ valutazzjoni komparattiva ta’ miżuri prattiċi u l-promozzjoni tal-aħjar prattika;

17.

jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tippromovi u tħeġġeġ il-ħolqien ta’ konvenzjonijiet bejn is-settur tal-bejgħ tal-ikel bl-imnut u l-assoċjazzjonijiet tal-karità fl-Istati Membri tal-UE (jiġifieri l-inizjattiva meħuda minn Franza li reċentement għaddiet liġi li twaqqaf lill-ħwienet il-kbar milli jarmu ikel ta’ kwalità tajba li tkun kważi waslet id-data ta’ “ikkonsma qabel”, kif ukoll milli jeqirdu ikel li ma nbiegħx u li jkun għadu tajjeb biex jittiekel). Hemm bżonn ukoll ta’ gwidi dwar id-donazzjonijiet tal-ikel għall-industrija u l-karitajiet sabiex tiġi ċċarata r-responsabbiltà u n-negozji jiġu mħeġġa jintegraw il-mekkaniżmi ta’ ridistribuzzjoni fil-proċessi tal-katina tal-provvista tagħhom. Għandhom jinħolqu wkoll proċeduri simili fi bnadi oħra tas-settur tal-ikel, bħas-servizzi tal-catering u tat-turiżmu. It-tħassib dwar is-sikurezza u s-saħħa pubblika għandu jiġi vvalutat fi ħdan kull qasam ta’ applikazzjoni, bl-użu ta’ kriterji rilevanti għal dawn l-oqsma.

18.

jistieden lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, fir-rigward il-prodotti tal-ikel li jitneħħew mid-distribuzzjoni primarja, biex jistabbilixxu ktajjen ta’ distribuzzjoni sekondarja effettivi (bħall-mudell ta’ ħwienet tal-groser soċjali) u jiggarantixxu l-aċċess lil persuni żvantaġġati għal ikel li għadu jista’ jintuża, jirrakkomanda li jingħata appoġġ finanzjarju għal karitajiet u banek tal-ikel sabiex iżidu l-kapaċità tal-operat tagħhom;

19.

jiġbed l-attenzjoni wkoll għar-rimi ta’ ħut li jirrappreżenta wieħed mis-sorsi l-iżjed importanti ta’ ħela ta’ ikel; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tipprevedi pjan komprensiv (rakkomandazzjonijiet/linji gwida) għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-ħut li joriġinaw mill-qabdiet sekondarji. Dan il-pjan jista’ jinkludi rakkomandazzjonijiet dwar kif għandhom jintużaw l-qabdiet mhux mixtieqa li huma tajbin għall-konsum mill-bniedem;

20.

iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali li jipprovdu servizzi ta’ forniment tal-ikel li jfasslu l-programmi tagħhom stess għall-prevenzjoni tal-produzzjoni tal-iskart tal-ikel u biex jużaw b’mod effiċjenti l-iskart tal-ikel li qed jiġi prodott. Il-Kumitat iħeġġeġ li l-kumpaniji kkummissjonati biex jipprovdu servizzi ta’ forniment tal-ikel lill-awtoritajiet ikunu obbligati jintroduċu l-istess miżuri (7);

21.

jenfasizza l-importanza li jiġi promoss l-iskambju tal-aħjar prattiki fuq skala wiesgħa. L-ewwel u qabel kollox, dan għandu jikkonsisti fil-promozzjoni ta’ programmi maħsuba biex jiġi żviluppat il-konsum lokali ta’ prodotti kkummerċjalizzati mill-produtturi lokali, kemm permezz ta’ ktajjen qosra ta’ distribuzzjoni kif ukoll ta’ donazzjonijiet. L-użu tal-metodu tal-aħjar prattiki huwa maħsub ukoll biex jitħeġġeġ, fid-dawl tal-esperjenza miksuba, it-teħid ta’ miżuri adatti, billi l-amministrazzjonijiet lokali jingħataw informazzjoni adegwata biex jimplimentaw tali programm ta’ żvilupp, filwaqt li jiġu inkoraġġiti dawk li għad ma għamlu l-ebda progress f’dan ir-rigward;

22.

jirrakkomanda li kemm jista’ jkun prodotti lokali, reġjonali u staġjonali jintużaw bħala l-materja prima għal servizzi tal-forniment tal-ikel (inklużi s-servizzi pubbliċi tal-forniment tal-ikel, l-infrastruttura tat-turiżmu u l-guesthouses, ir-restoranti u stabbilimenti oħra li jwettqu attivitajiet simili) u jħeġġeġ lobbying favur ikel prodott lokalment biex titqassar il-katina tal-produzzjoni u tal-konsum, li tnaqqas l-għadd ta’ stadji tal-ipproċessar u b’hekk anke l-iskart iġġenerat matul id-diversi fażijiet;

23.

jirrakkomanda l-implimentazzjoni ta’ kodiċijiet ta’ prattika tajba fl-intrapriżi tas-settur alimentari, tal-forniment tal-ikel u l-lukandi li jsegwu l-użu ottimali tal-prodotti, b’tali mod li l-ikel żejjed imur għal skopijiet soċjali, permezz ta’ netwerks ta’ konsenja effettiva u bil-garanziji kollha li jkunu jistgħu jintużaw minn entitajiet soċjali u familji żvantaġġati

24.

iħeġġeġ lill-muniċipalitajiet u l-awtoritajiet lokali li jagħtu edukazzjoni bażika fl-iskejjel u servizzi edukattivi oħra sabiex jinkludu l-kwistjoni tal-ħela tal-ikel u l-mitigazzjoni tagħha bħala parti mill-kurrikulu, pereżempju permezz ta’ ġranet tematiċi, żjarat ta’ studju u l-istudenti jitgħallmu dwar kif l-ikel huwa ġestit fl-istituzzjoni tagħhom stess, kif ukoll pereżempju li jinvolvu lill-istudenti u l-klijenti l-oħra tas-servizzi tal-forniment tal-ikel fl-iżvilupp tal-istess servizz. Huwa importanti li kemm jiflaħ ikun possibli tfal tal-iskola u studenti jirċievu stampa globali matul l-istudji tagħhom ta’ kif il-produzzjoni u l-konsum tal-ikel jaffettwaw l-ekonomija, l-ambjent u l-imġiba soċjalment u etikament sostenibbli tal-konsumatur;

Barra minn hekk, għandu jkun hemm kampanji ta’ informazzjoni u taħriġ intiżi għall-konsumaturi kollha, mhux biss fl-iskejjel, dwar konsum responsabbli, li jiffokaw, b’mod partikolari, fuq l-akkwist ta’ prodotti f’konformità mal-ħtiġijiet attwali u l-konservazzjoni tagħhom;

25.

huwa favur li jinkludi wkoll it-tnaqqis u l-prevenzjoni tal-iskart mill-ikel fi programmi ta’ tagħlim tul il-ħajja, fejn jistgħu jiġu żviluppati metodi u approċċi ta’ tagħlim immirati lejn gruppi ta’ età differenti u minn diversi stadji tal-ħajja;

26.

jistieden lill-muniċipalitajiet u l-awtoritajiet lokali li jorganizzaw kampanji b’kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex iqajmu kuxjenza dwar l-importanza tal-ippjanar tal-ikel għall-familji;

27.

jenfasizza r-rwol importanti u l-impenn ta’ organizzazzjonijiet u partijiet interessati tas-soċjetà ċivili reġjonali involuti fil-ġbir u r-ridistribuzzjoni ta’ ikel li jirriżulta minn skart tal-ikel; iqis li mil-lat tas-sussidjarjetà, għandu jkun hemm kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-gvernijiet reġjonali u lokali u l-organizzazzjonijiet soċjali inkarigati mill-ġbir u d-distribuzzjoni ta’ ikel li jirriżulta minn skart;

28.

jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-iskart jiżviluppaw skemi għas-separazzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart, jindikaw il-proporzjon ta’ skart mill-ikel b’mod iżjed ċar u jagħmlu d-data miġbura aċċessibbli b’mod universali, sabiex jgħinu ż-żieda fil-livell tar-riċiklaġġ tal-iskart tal-ikel, pereżempju bħala bijogass u kompost. Dan jista’ jkollu wkoll effett pożittiv fuq l-ekonomija lokali, l-impjiegi u l-innovazzjoni lokali;

29.

iħeġġeġ lill-membri kollha tal-KtR fi ħdan l-awtorità lokali jew reġjonali tagħhom biex jirreklamaw l-għanijiet ta’ din l-opinjoni u jimplimentaw programmi tagħhom stess tat-tnaqqis tal-ħela tal-ikel u ta’ prevenzjoni. Dan huwa wieħed mill-aktar metodi effettivi u effiċjenti f’qasir żmien li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jużaw b’mod dirett biex jinkiseb l-iżvilupp ekoloġikament u ekonomikament sostenibbli.

Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Iċ-ċifri użati biex jirrappreżentaw is-sitwazzjoni huma bbażati fuq ir-rapport tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) bit-titolu Food wastage footprint – Impacts on natural resources (2013).

(2)  SDG 12.3 (Sal-2030 jonqos bin-nofs il-ħela tal-ikel per capita globali fil-livell ta’ bejgħ bl-imnut u dak tal-konsumaturi u jitnaqqas il-ħela tul il-ktajjen tal-produzzjoni u tal-provvista tal-ikel, inkluż it-telf ta’ wara l-ħsad) u SDG 12.5 (Sal-2030 titnaqqas b’mod sostanzjali l-ġenerazzjoni tal-iskart permezz ta’ prevenzjoni, tnaqqis, riċiklaġġ u użu mill-ġdid) b’mod partikolari jsejħu għal programmi u miżuri żviluppati b’mod konġunt bejn il-livelli differenti ta’ gvern. SDG 2 (Jintemm il-ġuħ, tintlaħaq is-sigurtà tal-ikel u nutrizzjoni mtejba u tiġi promossal-agrikoltura sostenibbli) tista’ tiġi indirizzata mill-awtoritajiet lokali u reġjonali kollha lokalment u internazzjonalment.

(3)  Definizzjonijiet u metodi ta’ kalkolu differenti jistgħu jwasslu għal konklużjonijiet differenti. Għall-FAO, it-telfien tal-ikel huwa t-tnaqqis fil-kwantità jew il-kwalità tal-ikel riflessi fil-valur nutrittiv, il-valur ekonomiku jew is-sikurezza tal-ikel kollu prodott għall-konsum mill-bniedem iżda li ma jittikilx mill-bnedmin, filwaqt li l-ħela tal-ikel huwa parti tat-telfien tal-ikel u jirreferi għal rimi jew użijiet alternattivi (mhux tal-ikel) ta’ ikel sikur u nutrittiv għall-konsum mill-bniedem tul il-ktajjen tal-provvista tal-ikel. (FAO, 2014) http://www.fao.org/fileadmin/user_upload/save-food/PDF/FLW_Definition_and_Scope_2014.pdf. FUSIONS (2014) jiddefinixxi l-iskart tal-ikel (jew “ikel żejjed”) bħala kwalunkwe ikel, u l-partijiet tal-ikel li ma jittiklux, imneħħija mill-katina tal-provvista tal-ikel u li ma kinux użati.

(4)  Il-KtR itenni l-pożizzjoni tiegħu dwar il-kontenut tar-Regolament dwar il-FEAD.

(5)  Ir-Riżoluzzjoni tal-KtR dwar l-Ikel Sostenibbli.

(6)  COM(2015) 614 final.

(7)  Pereżempju, il-KESE u l-KtR għandhom ir-regoli tagħhom stess għall-ġestjoni ekoloġika u kooperazzjoni prattika biex jiġi riċiklat l-ikel żejjed bl-għajnuna tal-organizzazzjonijiet lokali.


18.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 17/33


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Niġġieldu r-radikalizzazzjoni u l-estremiżmu vjolenti: mekkaniżmi ta’ prevenzjoni fil-livell lokali u reġjonali

(2017/C 017/07)

Relatur:

Bart SOMERS (ALDE/BE) Sindku ta’ Mechelen u President ta’ Open VLD fil-Parlament Fjamming

Il-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

INTRODUZZJONI

1.

jilqa’ l-abbozz ta’ riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni vjolenti u r-reklutaġġ ta’ ċittadini Ewropej minn organizzazzjonijiet terroristiċi u jilqa’ wkoll il-fehmiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni;

2.

jenfasizza li l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni vjolenti u tar-reklutaġġ ta’ ċittadini Ewropej minn organizzazzjonijiet terroristiċi tibqa’ fil-qalba tal-kompetenza tal-Istati Membri, iżda li l-kooperazzjoni lokali u internazzjonali Ewropea hija wkoll ta’ importanza essenzjali għal approċċ effettiv; jinsab ixxukkjat bl-attakki terroristiċi l-aktar reċenti mwettqa minn individwi radikalizzati u bla ħniena u jesprimi l-ikbar simpatija tiegħu lill-vittmi u l-ħbieb u l-familji tagħhom; jenfasizza li dawn l-inċidenti għal darb’oħra juru l-ħtieġa urġenti għal kooperazzjoni Ewropea u internazzjonali fil-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u t-terroriżmu internazzjonali; jinsab konvint li skambju aktar b’saħħtu ta’ intelligence u kooperazzjoni bejn il-livelli kollha tas-servizzi tas-sigurtà u tal-infurzar tal-liġi, iżda anke bejn l-atturi soċjali, is-soċjetà ċivili u l-livelli differenti ta’ governanza huwa meħtieġ għad-difiża tal-valuri ta’ soċjetajiet miftuħa, rispettużi, inklużivi u diversi għall-prevenzjoni tal-vjolenza;

3.

jenfasizza li kwalunkwe tip ta’ mudell ta’ soċjetà parallela, f’kontradizzjoni ma’ dawn il-valuri, ma jistax jiġi aċċettat jew tollerat;

4.

jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet Ewropej u nazzjonali biex jaqsmu l-informazzjoni kemm jista’ jkun mal-awtoritajiet lokali, mingħajr ma tiġi pperikolata s-sigurtà;

5.

iqis li hemm bżonn li jiġi indirizzat il-fenomenu tar-radikalizzazzjoni vjolenti, peress li dan jirrappreżenta theddida għaċ-ċittadini fl-Ewropa, kif ukoll għall-valuri universali tal-Ewropa bbażati fuq il-kultura u l-wirt umanistiku tagħha;

6.

f’dan ir-rigward, jenfasizza li l-għajxien flimkien jeħtieġ sforzi edukattivi biex jiġi żgurat li d-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-prinċipju tad-dinjità tal-persuna umana huma kondiviżi mill-membri tal-komunitajiet fl-UE;

7.

jistieden lill-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll is-soċjetà ċivili u b’mod speċjali l-komunità xjentifika biex jintensifikaw l-isforzi tagħhom u b’mod partikolari l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi u bejn is-setturi sabiex jinvestigaw il-kawżi primarji tar-radikalizzazzjoni vjolenti, il-proċess u d-diversi effetti u fatturi li jwasslu għar-radikalizzazzjoni vjolenti, sabiex dan ikun jista’ jwassal għall-iżvilupp ta’ għodod li permezz tagħhom l-Istati Membri u l-UE jkunu jistgħu jiżviluppaw politika bbażata fuq l-evidenza;

8.

jindika li r-radikalizzazzjoni vjolenti hija fenomenu internazzjonali u li jistgħu jinsiltu tagħlimiet mill-esperjenza miksuba f’ħafna partijiet oħra tad-dinja. Jilqa’ f’dan ir-rigward il-ħolqien ta’ netwerks multidixxiplinari, bħan-netwerk “Strong Cities”, u l-espansjoni ta’ dawk eżistenti, li għandhom l-għan li jgħaqqdu l-bliet u awtoritajiet lokali oħrajn aktar mill-viċin fuq bażi internazzjonali biex jittejbu l-approċċi f’livell lokali sabiex jiġi prevenut l-estremiżmu vjolenti. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żviluppat netwerk tal-UE sabiex jgħin fil-kisba ta’ kollaborazzjoni lokali u reġjonali aktar b’saħħitha tal-UE fil-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni, l-estremiżmu u t-terroriżmu; iħeġġeġ aktar in-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni u n-Netwerk għall-Komunikazzjoni Strateġika fil-kontinwazzjoni tal-iżvilupp ta’ miżuri preventivi effettivi, speċjalment billi jtejbu l-individwazzjoni bikrija ta’ sinjali ta’ radikalizzazzjoni fil-livell lokali, permezz ta’ strateġiji ta’ komunikazzjoni għall-ġlieda kontra r-retorika u l-iżvilupp ta’ programmi ta’ riabilitazzjoni b’saħħithom;

9.

jinnota li fl-Ewropa diġà hemm għadd ta’ għodod biex tittieħed azzjoni kontra r-radikalizzazzjoni vjolenti taċ-ċittadini Ewropej, u li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jagħmlu użu sħiħ ta’ dawn l-għodod kif ukoll itejbuhom sabiex jirreaġixxu għall-isfidi li qed jiffaċċjaw bħalissa;

10.

jenfasizza l-importanza ta’ azzjoni dwar il-kawżi sabiex tiġi indirizzata l-problema tar-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ għall-benefiċċju tat-terroriżmu, it-tisħiħ tal-prevenzjoni, l-iżjed permezz tal-monitoraġġ tal-Internet u d-djalogu mal-komunitajiet u mal-mexxejja reliġjużi kif ukoll laqgħat, ġranet ta’ informazzjoni, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u s-sensibilizzazzjoni inġenerali tas-soċjetà ċivili kollha;

11.

f’dan ir-rigward, jenfasizza r-rwol importanti tan-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni (RAN) u ċ-Ċentru ta’ Eċċellenza li għadu kemm ġie stabbilit, barra minn hekk, jilqa’ l-progress miksub mill-Presidenza Netherlandiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

12.

jenfasizza li r-RAN għandu jagħmel aktar sforz biex jilħaq il-bliet u l-komunitajiet iżgħar, u b’hekk jagħmilha possibbli li anke l-entitajiet żgħar ikollhom aċċess għar-RAN;

Definizzjoni tal-kunċett tar-radikalizzazzjoni

13.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tfittex qbil rapidu dwar definizzjoni komuni tal-fenomenu tar-radikalizzazzjoni vjolenti, bħala punt ta’ tluq għal approċċ aktar koordinat mid-diversi pajjiżi, u bil-kontribut tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, u tqis ukoll li l-esperjenza ta’ kull Stat Membru hija msawra b’mod profond minn elementi uniċi politiċi, kulturali u legali;

14.

fin-nuqqas ta’ definizzjoni komunement aċċettata ta “radikalizzazzjoni vjolenti”, jifhem li t-terminu “radikalizzazzjoni” jirreferi għall-fenomenu fejn in-nies jużaw jew iqisu leġittimu l-użu tal-vjolenza biex jilħqu l-għanijiet politiċi tagħhom, għanijiet li jiksru l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali li jirfduhom;

15.

iqis ir-radikalizzazzjoni vjolenti bħala ġlieda ideoloġika fejn individwi u gruppi radikalizzati jixtiequ jwaqqgħu l-mudell Ewropew, li huwa bbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem, il-libertà tal-espressjoni, il-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin, l-istat tad-dritt, l-ugwaljanza bejn is-sessi u n-nondiskriminazzjoni, u minflok jimponu l-fehmiet tagħhom li huma inkompatibbli ma’ dawn il-valuri;

16.

jenfasizza li r-radikalizzazzjoni vjolenti hija fenomenu kumpless u dinamiku msejjes fuq firxa ta’ fatturi globali, soċjoloġiċi, politiċi u ġeopolitiċi iżda wkoll personali u li ma jistax jitqies b’mod indipendenti minn dawn; jinnota wkoll li tendenza reċenti inkwetanti tidher li hija li mhux biss li r-radikali ta’ persważjonijiet differenti qegħdin ifittxu biex jattiraw aktar individwi lejn il-vjolenza, iżda anke li xi gruppi qegħdin ifittxu bi skop li jirreklutaw individwi b’passat kriminali li għandhom esperjenza fl-użu ta’ vjolenza, għar-radikaliżmu;

17.

iwissi li r-reklutaġġ għal radikaliżmu vjolenti isir dejjem aktar bil-bibien magħluqa, fi ħdan komunitajiet jew fora onlajn fejn il-messaġġi konvinċenti li jintużaw għall-ideoloġiji vjolenti huma abbundanti u fejn huma jilħqu ħafna li huma vulnerabbli għal messaġġi bħal dawn;

18.

jenfasizza li radikalizzazzjoni vjolenti bħal din ma tikkorrispondix ma’ profil wieħed partikolari u tikkonċerna rġiel, nisa u b’mod speċjali żgħażagħ Ewropej minn kuntesti soċjali differenti, li għandhom inkomuni li ta’ spiss iħossuhom maqtugħin mis-soċjetà minħabba kunflitti ta’ identità, esperjenza ta’ inġustizzja, reali jew perċepita, diskriminazzjoni jew esklużjoni soċjali;

19.

jirrimarka li f’ħafna każijiet huma ċittadini Ewropej li jitwieldu u jmorru l-iskola fl-Ewropa, iżda li madankollu jagħżlu ideat radikali b’mod vjolenti.

20.

iwissi li t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni vjolenti jwasslu għal bosta deskrizzjonijiet stereotipiċi dwar reliġjonijiet, li jintużaw biex jiġġustifikaw radikalizzazzjoni min-naħa l-oħra, inklużi l-movimenti neonażi u neofaxxisti, b’riżultat ta’ diskorsi ta’ mibegħda u reati ta’ mibegħda minħabba r-razziżmu, il-ksenofobija u forom oħra ta’ intolleranza kontra fehmiet, twemmin jew reliġjon;

21.

jinnota li minkejja l-fatt li t-tħassib ewlieni għas-sigurtà rrappurtat mill-Istati Membri tal-UE huwa, ġustament, il-fenomenu ta’ fundamentalisti li jivvjaġġaw minn u lejn żoni fejn hemm kunflitti, r-radikalizzazzjoni vjolenti mhijiex limitata għal ideoloġija waħda jew twemmin wieħed, iżda tista’ sseħħ f’ideoloġiji differenti u f’kull twemmin, u li għalhekk il-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni vjolenti ma tistax tkun limitata għar-radikalizzazzjoni Iżlamika fundamentalista;

22.

jenfasizza li l-impenn politiku fil-livelli kollha ta’ governanza huwa għodda ewlenija fl-indirizzar tar-radikalizzazzjoni vjolenti; dan jimplika wkoll il-ħtieġa li wieħed jitgħallem mill-esperjenzi ħżiena kif ukoll minn dawk tajbin u li, qabel kollox, ikun miftuħ għal kooperazzjoni mal-forzi kollha tas-soċjetà li jistgħu jkunu ta’ għajnuna, u dan qabel ir-rivalità politika;

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

Id-drittijiet tal-bniedem u d-diversità bħala punt ta’ tluq

23.

huwa tal-fehma li d-drittijiet tal-bniedem għandhom ikunu fil-qalba tal-politika tal-Unjoni dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni vjolenti;

24.

jitlob li l-miżuri kollha li jieħdu l-Istati Membri u l-UE għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni vjolenti jirrispettaw b’mod espliċitu d-drittijiet fundamentali u l-libertajiet ċivili, jiġifieri d-dritt għall-ħajja privata, id-dritt għall-protezzjoni tad-data, il-preżunzjoni tal-innoċenza, id-dritt għal proċess onest u korrett, il-libertà tal-espressjoni, il-libertà tat-twemmin u l-libertà tal-assoċjazzjoni;

25.

jenfasizza li soċjetà fejn id-drittijiet tal-bniedem tal-popli kollha jkunu rispettati bis-sħiħ u f’konformità mal-istandards internazzjonali u reġjonali, inkluża l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, ir-razziżmu u forom oħra ta’ intolleranza fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni vjolenti, ser ikollha rwol ċentrali;

26.

f’dan il-kuntest, iqis li l-valuri demokratiċi tal-Unjoni Ewropea huma mezz li jiggarantixxu l-libertà taċ-ċittadini Ewropej;

27.

jenfasizza l-importanza li jitneħħew il-kundizzjonijiet li jistgħu jwasslu għar-radikalizzazzjoni vjolenti, fl-ewwel post ir-razziżmu u d-diskriminazzjoni. Għalkemm ma hemm l-ebda relazzjoni individwali bejn ir-razziżmu, id-diskriminazzjoni u r-radikalizzazzjoni vjolenti u r-razziżmu u d-diskriminazzjoni ma jistgħu jkunu l-ebda skuża għar-radikalizzazzjoni vjolenti, soċjetà li fiha kulħadd jipparteċipa b’mod attiv biss tista’ tiggarantixxi politika konsistenti ta’ opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni;

28.

jistieden lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom jimplimentaw politika aktar proattiva kontra d-diskriminazzjoni, partikolarment fl-edukazzjoni kif ukoll fis-suq tax-xogħol u l-akkomodazzjoni, b’ispirazzjoni diġà mibdija mill-politiki introdotti mir-reġjuni li implimentaw miżuri ta’ integrazzjoni, bħal pereżempju akkoljenza mifruxa; sabiex tiġi ffaċċjata l-emerġenza tar-radikaliżmu, fil-fatt huwa punt ta’ prijorità li l-għan ikun integrazzjoni soċjali u kulturali reali, imsejsa fuq djalogu kostruttiv dwar id-diversità u l-edukazzjoni. Għal dan l-għan huwa xieraq li l-atturi kollha tas-soċjetà ċivili, li l-attivitajiet tagħhom jikkonċentraw fuq dan l-għan, ikunu appoġġjati, valutati u fil-pożizzjoni li joperaw bl-aktar mod effettiv;

29.

jenfasizza l-importanza li jiddaħħlu fis-seħħ, kemm fil-livelli differenti ta’ gvern – Ewropew, nazzjonali u reġjonali – kif ukoll fil-livell tal-komunitajiet ta’ ċittadini nazzjonali u Ewropej, kodiċijiet, pakketti ta’ miżuri jew mudelli tal-aħjar prattiki interkomunitarji, interetniċi, interreliġjużi, interpolitiċi eċċ., li jippermettu għarfien reċiproku aktar profond fost l-atturi li huma suxxettibbli li jkunu involuti f’kunflitt jew esposti għal forma ta’ radikalizzazzjoni vjolenti. Dawn kienu inizjalment purament teoretiċi, iżda jistgħu jiġu implimentati bl-appoġġ tal-awtoritajiet reġjonali, nazzjonali u Ewropej;

30.

jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-movimenti mnedija fl-Istati Membri u fl-awtoritajiet reġjonali u lokali biex iwettqu rkupru fil-qasam tad-diversità fis-suq tax-xogħol inġenerali;

31.

iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE u l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom biex jaħdmu flimkien mal-istituzzjonijiet tal-UE biex jippromovu l-mudell Ewropew bħala mudell fejn id-diversità fl-Ewropa tkun element essenzjali mill-istruttura soċjali u ass kulturali fundamentali. Id-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea li jiżguraw din id-diversità, bħal-libertà tal-espressjoni, l-istat tad-dritt u s-separazzjoni bejn ir-reliġjon u l-istat, bl-ebda mod m’għandhom jiġu ddubitati, la mill-ħsibijiet totalitarji ta’ gruppi radikali u lanqas fil-kuntest tal-miżuri li għandhom jittieħdu fil-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni vjolenti;

32.

jitlob li jkun hemm inizjattivi tal-UE, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, biex jiġu indirizzati ż-żoni u r-reġjuni fejn jiffjorixxu bosta forom ta’ kriminalità organizzata. Dawn iż-żoni speċifiċi għandhom jiġu identifikati b’konsultazzjoni u, abbażi ta’ kriterji kwantitattivi u kwalitattivi, jiġu pprijoritizzati u jingħataw aktar appoġġ. Jeħtieġ li jkun hemm ġlieda effikaċi fil-livell politiku u ġudizzjarju kontra ċ-ċirkuwiti illeċiti fejn jistgħu jinħaslu l-flus u fejn jiġi mminat l-istat tad-dritt. B’dan il-mod jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda distrett fejn l-istat tad-dritt ma jeżistix, fejn jirrenjaw in-nuqqas ta’ moralità u l-anarkija u fejn il-pedamenti tal-istat tad-dritt demokratiku m’għadhomx evidenti fir-realtà soċjali u fil-ħajja individwali tan-nies. Dan il-vojt joffri l-opportunitajiet lin-netwerks estremisti biex jiġbru l-fondi permezz ta’ attivitajiet illegali, biex jirreklutaw u biex idgħajfu l-leġittimità tal-istat tad-dritt demokratiku;

33.

iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea biex jinfurzaw il-konformità mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u l-miri rispettivi tagħhom, b’mod partikolari l-Għanijiet 1, 4, 8, 11 u 16. Il-ksib ta’ dawn l-Għanijiet, li għalih jimpenjaw ruħhom l-Istati Membri kollha tal-UE, jista’ jelimina l-kawżi prinċipali tar-radikalizzazzjoni u l-estremiżmu fl-Ewropa u fid-dinja. Għandu jitfakkar li l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli japplikaw ukoll għat-territorju tal-Komunità u li l-iżvilupp tal-bniedem taċ-ċittadini kollha tad-dinja huwa bbażat fuq id-dinjità, l-inklużjoni, ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà. Din it-triq lejn l-iżvilupp sostenibbli tal-bniedem mhijiex biss miżura preventiva kontra r-radikalizzazzjoni u l-estremiżmu iżda mezz sabiex jiġu żgurati d-drittijiet tal-bniedem tal-abitanti kollha ta’ din il-pjaneta li għandha l-limiti;

34.

jenfasizza l-importanza li jiġi evitat il-ħolqien ta’ viċinati żvantaġġati mingħajr diversità u fejn tkun tiddomina komunità etnika-kulturali. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tassisti lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u l-inklużjoni bħala għodda fil-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni vjolenti, u tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu disponibbli l-mezzi biex jaħdmu fuq dan;

35.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tipprovdi l-mezzi finanzjarji li jippermettu lill-awtoritajiet lokali biex jidentifikaw u jgħaqqdu lin-nies u netwerks li kapaċi jipproduċu kontronarattiva;

36.

jemmen li huwa importanti li tiġi żviluppata kontronarattiva fi ħdan il-komunità Musulmana u biex jiġu mobilizzati dawk il-Musulmani li jirrifjutaw tentattivi minn estremisti biex jiddominaw ir-reliġjon tagħhom; jistieden lis-sindki sabiex jaħdmu mal-komunitajiet Musulmani tagħhom sabiex jiżviluppaw tali kontranarattiva;

37.

iħeġġeġ biex ir-refuġjati u l-migranti li għadhom jaslu fil-pajjiż jingħataw opportunitajiet ġenwini biex ikunu jistgħu jibdew fis-soċjetà tagħna, fejn huwa propost li kull Stat Membru, reġjun u awtorità lokali javżahom dwar korsijiet ta’ integrazzjoni adattati għalihom, fejn jista’ jkun hemm aktar insistenza, permezz ta’ eżempji prattiki, fejn ikun kruċjali l-għarfien tal-lingwa nazzjonali, anke bħala xprun tal-valuri, l-għarfien u l-identità komuni, fuq kwistjonijiet bħall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-separazzjoni bejn ir-reliġjon u l-istat, l-importanza tad-demokrazija u tat-tolleranza, il-prinċipji legali applikabbli għaċ-ċittadini kollha, ir-regoli ta’ mġiba fil-postijiet pubbliċi u l-effett ta’ dan għas-soċjetà;

38.

jistieden lill-Kummissjoni biex taħdem bis-sħiħ kontra l-qgħad u r-rati ta’ tluq bikri mill-iskola fost il-minoranzi etniċi f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u r-reġjuni li huma partikolarment affettwati minn dawn il-kwistjonijiet, peress li dawn il-problemi u n-nuqqas ta’ prospetti għaż-żgħażagħ li jirriżultaw minnhom huma mezz importanti li jiffaċilita r-radikalizzazzjoni vjolenti;

39.

iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex ifasslu approċċ politiku li fih l-għodod tal-politika soċjali (inklużi l-impjiegi, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-integrazzjoni u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni), l-għajnuna umanitarja u oqsma oħra ta’ azzjoni jiġu kkombinati ma’ miżuri speċifiċi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni vjolenti;

Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali

40.

jenfasizza li huwa kruċjali li l-protagonisti kollha fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u dak lokali jkunu konxji tar-responsabbiltà tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni vjolenti;

41.

jenfasizza r-rwol kruċjali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni vjolenti, peress li huma l-awtoritajiet li jintlaqtu l-ewwel u l-aktar minn din il-kwistjoni, kif ukoll huma awtorizzati biex jikkooperaw ma’ partijiet interessati oħra li għandhom rwol importanti fl-indirizzar ta’ dan il-fenomenu;

42.

jenfasizza l-importanza li jiġu allokati fondi Ewropej b’enfasi fuq il-bliet u r-reġjuni tal-Ewropa, u biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jitħeġġu jużawhom, bl-għan li jistabbilixxu proġetti jew programmi ta’ prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni vjolenti u kampanji mmirati biex jidentifikaw il-problemi sottostanti tal-kunflitti u biex jissensibilizzaw lill-poplu;

43.

huwa konxju tal-fatt li jista’ jkun hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fil-limitu sa fejn dawn huma impenjati fil-ġlieda kontra t-theddida tar-radikalizzazzjoni vjolenti u l-prevenzjoni tar-reklutaġġ minn organizzazzjonijiet terroristiċi u li xi wħud minnhom diġà implimentaw miżuri effettivi, filwaqt li oħrajn għadhom lura;

44.

jaqbel dwar il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni operazzjonali, li jsir progress fil-qasam tal-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tal-armi tan-nar u l-finanzjament tat-terroriżmu. Barra minn hekk jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ strumenti effikaċi ta’ kontroll tad-dark web, li spiss hija mezz ta’ tifrix ta’ kontenut radikali, kif ukoll il-ħtieġa tat-tisħiħ tal-kontrolli fil-fruntieri esterni abbażi ta’ indikaturi tar-riskju;

45.

jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja lill-Istati Membri fil-koordinazzjoni tal-istrateġiji tagħhom, billi jiġu kondiviżi l-informazzjoni u l-esperjenza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom ikunu kisbu, jinġabru l-aħjar prattiki u ħiliet, jiġu evalwati l-miżuri mittieħda u billi jaħdmu flimkien fit-tfassil ta’ miżuri ġodda għall-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni vjolenti;

46.

jappella lill-Kummissjoni biex tenfasizza r-rwol importanti ħafna ta’ ġestjoni tal-amministrazzjonijiet lokali b’rabta mal-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni vjolenti u l-estremiżmu vjolenti u biex tappoġġja dan ir-rwol kruċjali billi tagħti prijorita lill-iżvilupp ta’ qafas Ewropew għal azzjoni biex ir-radikalizzazzjoni vjolenti tiġi miġġielda fuq livell lokali, reġjonali u nazzjonali, u għal dan l-Istati Membri jkunu jridu jiġu pprovduti b’rakkomandazzjonijiet biex (ikomplu) jiżviluppaw il-politiki tagħhom f’dan ir-rigward;

47.

jistieden lill-Kummissjoni biex tikkonċentra fuq il-ġbir u d-disseminazzjoni ulterjuri tal-aħjar prattiki fi ktejjeb ta’ linji gwida tat-tip li diġà huwa disponibbli pereżempju miċ-Ċentru ta’ Eċċellenza tar-RAN, bil-għan li jiġu appoġġjati l-awtoritajiet lokali li ta’ spiss ikollhom kapaċità limitata, bil-għan li jiżviluppaw l-approċċ lokali tagħhom;

48.

iqis li hu neċessarju li l-Kummissjoni tappoġġja l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iżvilupp ta’ strateġiji lokali u nazzjonali ta’ prevenzjoni fil-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni vjolenti, pereżempju permezz ta’ esperti miċ-Ċentru ta’ Eċċellenza tan-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni li jkunu disponibbli bħala konsulenti għall-awtoritajiet rilevanti; jenfasizza l-importanza ta’ skambju ta’ esperjenzi bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali bħall-aqwa prattiki u t-tagħlim miksub;

49.

huwa tal-fehma li politika komprensiva dwar il-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni vjolenti fiha tliet livelli: il-prevenzjoni (il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni vjolenti, pereżempju billi jitneħħew il-kondizzjonijiet li jistgħu jwasslu għaliha), ir-rappurtar, intervent (taħriġ speċjalizzat għal persuni li huma f’riskju għar-radikalizzazzjoni vjolenti), u t-trażżin (rispons ġudizzjarju deċiżiv għall-fenomenu tar-radikalizzazzjoni vjolenti);

50.

iqis li huwa importanti li l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jinvestu f’miżuri speċifiċi ta’ prevenzjoni u intervent biex tiġi miġġielda r-radikalizzazzjoni vjolenti, aktar milli sempliċiment iwettqu politika reattiva ripressiva; huwa importanti wkoll li jiġu finanzjati programmi ta’ riċerka sabiex jiġu mifhuma l-oriġini u l-mod kif niġġieldu r-radikaliżmu;

51.

iqis li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-atturi lokali għandhom rwol importanti x’jaqdu fl-iżvilupp ta’ proġetti mmirati lejn il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni vjolenti li jkunu adattati għall-muniċipalità jew l-organizzazzjoni tagħhom; u jenfasizza l-bżonn għal approċċ ibbażat fuq il-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni li jinvolvi bosta imsieħba u setturi. Ir-radikalizzazzjoni vjolenti hija problema multidixxiplinarja li teħtieġ soluzzjonijiet multidixxiplinari; għaldaqstant jinkoraġġixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-atturi kollha tas-soċjetà ċivili fil-livelli kollha u kooperazzjoni aktar b’saħħitha bejn il-partijiet attivi f’dan il-qasam, bħall-assoċjazzjonijiet u l-NGOs;

52.

jenfasizza l-ħtieġa għal djalogu interkulturali mad-diversi komunitajiet, mexxejja u esperti sabiex fuq kollox ikollhom fehim aħjar, u b’hekk ikun hemm prevenzjoni aħjar, tar-radikalizzazzjoni vjolenti;

53.

iqis li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-atturi lokali għandhom rwol importanti x’jaqdu fl-iżvilupp ta’ proġetti mmirati lejn il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni vjolenti li jkunu adattati għall-muniċipalità jew l-organizzazzjoni tagħhom;

54.

f’dan il-kuntest iqis assolutament meħtieġ li jkun hemm taħriġ speċjalizzat għall-professjonisti u l-prattikanti primarji sabiex ikunu jistgħu jidentifikaw kambjamenti inkwetanti fl-imġiba, u jkunu jistgħu jaġixxu b’mod xieraq fil-mentoring taż-żgħażagħ li huma suxxettibbli għar-radikalizzazzjoni vjolenti;

55.

iqis ukoll essenzjali li dawk li jfasslu l-politika u l-politiċi li huma attivi fid-diversi livelli ta’ gvern jiġu pprovduti b’taħriġ speċjalizzat, biex ikunu konxji tal-importanza tal-azzjoni preventiva effettiva u l-bżonn għal komunikazzjoni kollaborattiva dwar is-suġġett;

56.

jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri meta jwettqu kampanji ta’ informazzjoni għaż-żgħażagħ u l-adulti żgħażagħ biex titqajjem kuxjenza dwar il-problema tar-radikalizzazzjoni vjolenti u jitħeġġu jaħsbu b’mod kritiku;

57.

iqis li huwa neċessarju li f’kull Stat Membru jitwaqqfu l-istrutturi meħtieġa biex tiġi identifikata r-radikalizzazzjoni, u li jkunu responsabbli għall-komunikazzjoni strateġika u l-fehmiet opposti, adatti għar-realtà ta’ kull pajjiż u l-poplu tiegħu; li jkunu ta’ gwida u jippermettu l-mentoring individwali tal-persuni li qegħdin fir-riskju li jiġu rradikalizzati u biex jipprovdu punt ta’ kuntatt għar-rappurtar ta’ radikalizzazzjoni possibli u jirċievu gwida dwar kif jirreaġixxu għaliha, għal familji, għalliema u persuni ta’ kuntatt oħrajn; strutturi bħal dawn għandhom jiġu żviluppati f’kooperazzjoni mill-qrib bejn il-livelli Ewropej, nazzjonali, lokali u reġjonali;

58.

iqis li huwa essenzjali li f’kull Stat Membru jkun hemm strutturi fil-livell lokali u reġjonali li jippermettu l-mentoring individwali tal-persuni radikalizzati; għal din ir-raġuni huwa essenzjali li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti fit-tfassil ta’ dawn il-programmi flimkien mal-awtoritajiet soċjali li jittrattaw din il-problema fil-lokal; b’rabta ma’ dan iħoss li l-avvenimenti sportivi u kulturali jistgħu jipprovdu qafas sabiex jitkissru l-ostakli għall-integrazzjoni;

59.

jinnota li assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet f’dan il-qasam li huma ħielsa minn kull indħil tal-gvern jistgħu jiksbu riżultati tajbin ħafna fir-riintegrazzjoni soċjali ta’ ċittadini radikalizzati;

60.

iqis li għandhom jiġu promossi programmi edukattivi li jippromovu l-ħsieb kritiku, il-ftuħ intellettwali kif ukoll l-għarfien u l-prinċipji li fuqha hija bbażata l-kostituzzjoni demokratika tagħna.

61.

iqis li dawk li jispiċċaw minn proċess u jinħelsu mill-ħabs għandhom jiġu offruti miżuri ta’ akkumpanjament sabiex jintegraw mill-ġdid fis-soċjetà; għandha tiġi żviluppata wkoll strateġija effikaċi sabiex tiġi identifikata u miġġielda r-radikalizzazzjoni fil-ħabsijiet;

62.

jirrimarka li l-esperti fl-oqsma preventivi kontra r-radikalizzazzjoni u t-trattament tal-ħabsin radikalizzati jridu jaġixxu skont l-istandards tas-sigurtà nazzjonali ta’ kull pajjiż. F’dan il-kuntest, jisħaq fuq l-urġenza li wieħed jasal għall-ispazju tal-intervent integrat u kkoordinat fejn il-prevenzjoni, il-politiki kontra t-terroriżmu u l-persunal li jaħdem fil-ħabsijiet ilkoll jaġixxu b’mod koerenti skont prinċipji stabbiliti minn istandards u mudelli ċari ta’ sigurtà;

63.

jistieden lill-Kummissjoni biex b’mod urġenti tinvestiga kif dawn il-programmi ta’ mentoring individwali jistgħu jiġu vvalidati bħala mezz fil-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni vjolenti, biex b’hekk ikun żgurat li l-attenzjoni tiffoka mhux biss fuq l-identifikazzjoni ta’ radikalizzazzjoni vjolenti, iżda wkoll fir-riintegrazzjoni tal-persuni fis-soċjetà;

64.

jenfasizza l-importanza li l-programmi tad-deradikalizzazzjoni individwali jiġu kkombinati ma’ miżuri bħall-ħolqien ta’ sħubijiet ma’ rappreżentanti ta’ komunitajiet, l-investiment fi proġetti soċjali u tal-lokal sabiex tiġi megħluba l-marġinalizzazzjoni ekonomika u ġeografika, kif ukoll l-iskemi ta’ mentoring għal żgħażagħ aljenati u esklużi li jinsabu f’riskju ta’ radikalizzazzjoni vjolenti;

65.

jenfasizza l-importanza li l-appoġġ mill-familja għandu fil-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni vjolenti. Xi esperti jissuġġerixxu li spiss ikun hemm wisq enfasi fuq il-ħidma mal-individwi minflok fuq il-ħidma mal-familji. Il-familji jistgħu jgħinu fil-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u jgħinu sabiex dawk il-persuni li qegħdin jiġu radikalizzati, inklużi dawk li jirritornaw minn żoni ta’ kunflitt, jerġgħu jiġu integrati fis-soċjetà; jistieden għalhekk lill-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom biex jagħrfu l-importanza ta’ dan l-appoġġ u l-ħtieġa li jassistu lill-familji f’din is-sitwazzjoni billi jiżviluppaw programmi xierqa;

66.

jenfasizza li riċerka reċenti tindika li aktar u aktar nisa qegħdin jiġu radikalizzati u reklutati minn organizzazzjonijiet terroristiċi, u jemmen li fl-iżvilupp ta’ strateġiji għall-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni vjolenti, l-UE u l-Istati Membri għandhom għall-inqas iqisu d-dimensjoni tal-ġeneru; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, biex jimplimentaw politika iktar aggressiva fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi minħabba l-kunċett li dan huwa prinċipju fundamentali tal-mudell Ewropew tas-soċjetà tagħna; jappella, b’rabta ma’ dan, għal azzjoni preventiva u ripressiva aktar b’saħħitha kontra l-intimidazzjoni sesswali u l-vjolenza;

67.

jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja programmi ġenerali li jħeġġu lil nisa żgħażagħ fl-isforzi tagħhom lejn iktar ugwaljanza;

68.

iqis li huwa essenzjali li f’kull Stat Membru, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, tiġi stabbilita sistema ta’ twissija għal assistenza u mentoring, sabiex il-persuni qrib jew il-familja jkunu jistgħu jirċievu għajnuna jew ikunu jistgħu faċilment u malajr jagħmlu rapport meta persuna f’daqqa waħda turi mġiba li tista’ tindika radikalizzazzjoni vjolenti progressiva jew titlaq biex tissieħeb f’organizzazzjoni terroristika;

69.

jinnota, f’dan ir-rigward, li l-linji ta’ assistenza (“hotlines”) ħallew effett pożittiv, iżda għandha ssir distinzjoni bejn il-linji intiżi għar-rappurtar tar-radikalizzazzjoni vjolenti (tip lines) u l-appoġġ lill-qraba u l-ħbieb biex jindirizzaw din is-sitwazzjoni distruttiva (helplines);

70.

jistieden lill-Kummissjoni teżamina jekk huwiex possibbli li tiġi stabbilita sistema bħal din fl-Istati Membri Ewropej kollha;

71.

jenfasizza, fl-aħħar nett, il-fatt li dawn il-miżuri jistgħu jiġu implimentati biss permezz ta’ programmi fit-tul ta’ investiment soċjali u jitlob kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri biex iqisu din il-viżjoni fit-tfassil ta’ politika għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni vjolenti. Huwa jitlob lill-Kummissjoni biex fl-iżvilupp ta’ miżuri għall-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni vjolenti, tkun ferm attenta għall-impatt li dawn il-miżuri fit-tul jista’ jkollhom fuq il-futur fit-tul tas-soċjetà Ewropea inklużiva u interkulturali.

Brussell, is-16 ta’ Ġunju 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


18.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 17/40


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Ir-reazzjoni tal-UE għall-isfida demografika

(2017/C 017/08)

Relatur:

Is-Sur Juan Vicente HERRERA CAMPO (ES/PPE), President tar-Reġjun ta’ Kastilja u León

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

L-isfidi demografiċi li qed tiffaċċja l-UE

1.

jinnota li t-tibdil demografiku huwa waħda mill-akbar sfidi li qed tiffaċċja l-Unjoni Ewropea. Fost dawn il-fatturi hemm it-tixjiħ tal-popolazzjoni, it-tnaqqis fin-numru ta’ żgħażagħ u rata tat-twelid iżjed baxxa. Dan ifisser li t-tkabbir demografiku jiddependi ħafna fuq iċ-ċaqliq migratorju, li jvarja ħafna fost id-diversi territorji tal-UE. L-iżbilanċi qed joħolqu diversi sfidi, kemm fiż-żoni milquta mid-depopolazzjoni kif ukoll fiż-żoni urbani ewlenin ta’ akkoljenza.

2.

huwa tal-fehma, madankollu, li l-kontribut tal-migrazzjoni huwa biss soluzzjoni għal żmien qasir u mhux biżżejjed għall-problema tat-tnaqqis fir-rata tat-twelid; Għalkemm il-migrazzjoni tipprovdi ħaddiema addizzjonali fuq perjodu medju ta’ żmien, hija żżid ukoll il-persentaġġ tal-popolazzjoni adulta preżenti fit-territorju Ewropew u ma ssolvix il-problema tar-rata baxxa tat-twelid u t-tixjiħ tal-popolazzjoni ġenerali nnifisha;

3.

jindika li, mis-sena 2000, it-tkabbir tal-popolazzjoni tal-Ewropa kien modest ħafna meta mqabbel mal-50 sena preċedenti: madwar 0,5 % fis-sena. Fl-2014, tnax-il Stat Membru rreġistraw telf fil-popolazzjoni, filwaqt li kien hemm tkabbir f’sittax-il Stat Membru. Hemm differenzi kbar bejn il-Lvant u l-Punent tal-Ewropa u wkoll, għalkemm f’livell anqas, bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar. Anki fi ħdan l-istess Stat Membru jidhru frekwenti d-disparitajiet reġjonali. B’mod partikolari, it-tendenza ġenerali hija li ż-żoni urbani għandhom iktar tkabbir miż-żoni rurali fil-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej. Iż-żoni rurali remoti jiffaċċjaw sfidi demografiċi fil-kontinent kollu. Il-kriżi ekonomika reċenti enfasizzat il-polarizzazzjoni tat-tendenzi kemm fil-livell Ewropew kif ukoll fil-livell nazzjonali, kif ukoll l-isfidi ta’ telf ta’ popolazzjoni fil-livell reġjonali;

4.

jenfasizza l-ħtieġa li jitqiesu l-perspettivi għall-2060 tar-Rapport dwar it-Tixjiħ tal-2015. Id-dinamika tal-fertilità, l-istennija tal-ħajja u l-migrazzjoni jfissru li huma mistennija tibdiliet kbar fl-istruttura tal-etajiet tal-popolazzjoni tal-UE. Ir-rata tal-popolazzjoni attiva/dipendenti ser timxi minn 4 għal 1 għal madwar 2 għal 1. Fl-2060, l-Ewropa mhux biss ser tkun aktar anzjana iżda l-popolazzjoni tagħha ser tkun ukoll imxerrda b’mod inugwali ħafna. Il-projezzjonijiet jippreżentaw differenzi kbar fost u fi ħdan l-Istati Membri, b’telf fil-popolazzjoni f’madwar nofshom u żieda fin-nofs l-ieħor;

5.

jiġbed l-attenzjoni dwar l-impatt ekonomiku, soċjali, fiskali u ambjentali enormi, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak reġjonali u lokali, tal-bidliet demografiċi. Dan jolqot is-sostenibbiltà tas-sistemi tal-pensjonijiet u s-sistemi tas-saħħa u jinfluwenza l-iżvilupp tal-istat assistenzjali, l-iktar minħabba l-pressjoni fuq is-sistemi tas-saħħa u tal-kura soċjali għall-persuni anzjani kif ukoll għall-persuni dipendenti. Jolqot ukoll l-iżvilupp tat-territorji differenti tal-UE u ż-żamma tal-ekosistemi tradizzjonali u tal-infrastrutturi. Jiġbed l-attenzjoni fuq ir-riskji tad-depopolazzjoni ta’ ċerti żoni tal-UE. Ir-reġjuni remoti, pereżempju, jiffaċċjaw sfidi ġeografiċi u demografiċi speċifiċi minħabba l-limitazzjonijiet tagħhom ta’ mobbiltà. U għalkemm xi żoni jew reġjuni, minħabba l-karatteristiċi tagħhom, ser jiġu affettwati minn dawn il-bidliet aktar tard jew b’mod limitat, m’hemmx dubju li l-effetti ser jinħassu fl-UE kollha kemm hi;

6.

jenfasizza l-opportunità li tingħata attenzjoni lil dawn il-fatturi fil-kuntest tal-bidla demografika globali. F’dan ir-rigward, ifaħħar ħafna l-ħidma tal-OECD fil-ġbir ta’ data komparattiva dwar il-popolazzjoni, fil-livell lokali u reġjonali, li tgħin biex jinftiehem il-kuntest tal-isfidi demografiċi lil hinn ħafna mid-dimensjoni Ewropea tagħhom. Għodod validi biex wieħed jifhem l-isfidi demografiċi u biex tinġabar data dwar il-bidliet demografiċi jistgħu jkunu mapep demografiċi f’livell tal-UE, u dan ifisser għodod diġitali użati għall-estrazzjoni tad-data u l-indikaturi demografiċi permezz ta’ mapep GIS — Sistema ta’ Informazzjoni Ġeografika;

Ir-reazzjoni tar-reġjuni u l-bliet għall-isfidi demografiċi

7.

jinnota d-diversi modi kif ir-reġjuni u l-bliet qed jirreaġixxu għall-isfidi demografiċi:

permezz ta’ miżuri li jippromovu l-attività produttiva u l-impjiegi, essenzjali sabiex jiġu ffaċċjati kemm iż-żieda kif ukoll it-tnaqqis fil-popolazzjoni;

permezz ta’ politiki li jappoġġjaw lill-familji kif ukoll miżuri li jirrikonċiljaw ix-xogħol mal-ħajja tal-familja, li jista’ jkollhom impatt pożittiv fuq il-kisba ta’ rati ogħla ta’ fertilità;

permezz ta’ politiki mmirati biex iżommu ċentri ta’ tagħlim f’żoni rurali iżolati;

permezz ta’ azzjonijiet imfassla biex jiffaċilitaw l-awtonomija u l-istabbiltà taż-żgħażagħ, waqt li l-kwalifiki jiġu adattati għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol;

billi jitniedu inizjattivi relatati mar-ritorn ta’ emigranti u l-irkupru tat-talent;

billi jiġu żgurati l-opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel u billi tittejjeb l-integrazzjoni tal-popolazzjoni tal-migranti;

billi jiġu adattati s-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali għat-tixjiħ tal-popolazzjoni, b’enfasi fuq l-appoġġ ta’ għajxien indipendenti, l-aspetti bħat-titjib tal-prevenzjoni jew il-koordinazzjoni bejn is-servizzi;

billi jiġu adattati l-bliet sabiex jinbidlu f’postijiet aktar aċċessibbli, b’mod partikolari għall-anzjani u l-persuni dipendenti;

billi jiġu adattati l-politiki tat-trasport tal-Istati Membri u miżuri oħra speċifiċi sabiex tiġi żgurata l-mobilità u tiżdied l-interkonnettività fi ħdan u fost ir-reġjuni kollha, permezz ta’ approċċi innovattivi, bħat-“trasport fuq talba”;

8.

iħeġġeġ lill-bliet u lir-reġjuni Ewropej biex ikomplu jindirizzaw dawn il-problemi, u barra minn hekk biex jaħtfu l-opportunitajiet marbutin mat-tibdil demografiku, bħal dawk relatati mal-“ekonomija tal-fidda” għall-kumpaniji u l-istabbilimenti li joħolqu u joffru prodotti u servizzi innovattivi għall-persuni mdaħħla fiż-żmien, minħabba, b’mod partikolari, li huwa fir-reġjuni l-aktar affettwati mill-bidla demografika fejn tintuża l-aktar din il-possibbiltà. L-isfidi huma wkoll opportunità għat-tisħiħ fl-investiment fil-kapital uman biex isir użu aħjar tar-riżorsi lokali, jiġu stabbiliti servizzi pubbliċi aktar effettivi u effiċjenti u jiġu stabbiliti modi ġodda għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini kollha. L-għan huwa li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja kif ukoll il-benessri, maħsuba bħala stat tridimensjonali ta’ benesseri fiżiku, mentali u soċjali. L-opportunitajiet marbutin mat-tibdil demografiku huma wkoll opportunitajiet ta’ impjieg marbutin ma’ servizzi għall-anzjani (fiżiċi, diġitali, stili ta’ ħajja b’saħħithom, eċċ.);

9.

jenfasizza li huwa importanti li l-aġġustamenti lill-istrutturi tas-servizz meħtieġa f’reġjuni b’popolazzjoni li qiegħda tiċkien jistgħu jitwettqu b’mod li dawk li jibqgħu f’dawn ir-reġjuni, li ta’ spiss ikunu persuni anzjani, ikollhom aċċess għas-servizzi skont id-drittijiet bażiċi tagħhom. Dan ser ifisser l-iżvilupp ta’ forom ta’ forniment tas-servizzi permezz ta’ kooperazzjoni vertikali u inizjattivi bejn livelli differenti u b’hekk jiġi żgurat li l-livell lokali u reġjonali għandhom ir-riżorsi li jeħtieġu biex jadattaw għat-tibdil demografiku;

10.

huwa impenjat li jkompli jappoġġja l-inizjattiva Ewropea “Patt għal bidla demografika”, promossa mill-pjattaforma AGE Ewropea f’kooperazzjoni mill-qrib mal-WHO Europe abbażi tal-Proġett AFE-INNOVNET, pjattaforma tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jippromovu l-ħolqien ta’ ambjenti adattati għall-anzjani, fl-oqsma tas-saħħa, is-servizzi soċjali, l-abitazzjoni, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u l-ippjanar u l-mobilità;

11.

jenfasizza l-importanza tal-bliet u tar-reġjuni Ewropej li huma protagonisti privileġġjati għall-implimentazzjoni ta’ politiki Ewropej sabiex tiġi indirizzata l-isfida demografika, partikolarment fl-implimentazzjoni ta’ inizjattivi li jibnu fuq id-diversità u jippromovu soċjetà interkulturali. Barra minn hekk hemm bżonn li ssir ħidma għat-tfassil ta’ strateġiji reġjonali u lokali sabiex jiġu appoġġjati r-rabtiet bejn iċ-ċentri tar-riċerka u l-iżvilupp, l-intrapriżi u l-korpi pubbliċi, jiġu promossi l-inkubaturi tan-negozju, jitħeġġeġ it-turiżmu rurali, eċċ., bil-għan li jiġi ġġenerat l-impjieg sabiex isiru iżjed attraenti għall-popolazzjoni fl-età tax-xogħol;

12.

jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni orizzontali f’rabta mat-tibdil demografiku. Il-programmi ta’ koperazzjoni territorjali xi kultant kienu mmirati lejn dan l-objettiv, speċjalment biex jiġu indirizzati t-tixjiħ, it-tnaqqis fiż-żoni rurali u, f’livell ferm inqas baxx, aspetti relatati mar-rati ta’ twelid fir-rigward tat-tibdil demografiku. Il-KtR jilqa’ l-oqfsa għal riflessjoni u skambju ta’ prattiki tajba f’dan il-qasam, bħan-Netwerk Ewropew tar-Reġjuni bi Sfidi Demografiċi, li pprovda spazju adegwat sabiex jiġu ġġenerati inizjattivi komuni u risposti konġunti;

13.

iqis li t-tibdil demografiku li jolqot lill-Ewropa tant huwa kbir li ma jistax jiġi indirizzat mingħajr ma jkun hemm ukoll inizjattivi ta’ kooperazzjoni vertikali qawwija, li jsaħħu l-azzjoni meħuda fil-livell reġjonali u lokali permezz ta’ miżuri mfassla fil-livell nazzjonali u sovranazzjonali;

Ir-reazzjoni attwali tal-UE għall-isfidi demografiċi

14.

jinnota li r-reazzjoni attwali tal-UE għall-isfidi demografiċi hija parzjali u mhux żviluppata biżżejjed. Parzjali, peress li tiffoka kważi esklużivament fuq it-tixjiħ, mingħajr ma tagħti biżżejjed attenzjoni lil aspetti oħra bħalma huma r-rata baxxa ta’ twelid jew it-telf tal-popolazzjoni minħabba raġunijiet soċjoekonomiċi, u minħabba kwistjonijiet ta’ trasport, mobilità u emigrazzjoni. Mhux żviluppata biżżejjed, minħabba li ħafna politiki li jistgħu jikkontribwixxu biex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi huma nieqsa minn approċċi speċifiċi biex jiksbu dan;

15.

jirrimarka li huma l-politiki ta’ innovazzjoni u ta’ riċerka li huma responsabbli għall-ġestjoni ta’ numru akbar ta’ inizjattivi għall-ġlieda kontra l-isfidi demografiċi, kważi dejjem iffokati fuq it-tixjiħ. L-Istrateġija Ewropa 2020, bl-inizjattiva ewlenija tagħha “Unjoni ta’ Innovazzjoni”, wasslet għal Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b’Saħħtu (European Innovation Partnership on Active and Healthy Ageing). Il-programm Orizzont 2020 jagħti, permezz tat-tielet pilastru, sfida soċjali ddedikata għat-tibdil demografiku. Eżempji oħra huma l-Inizjattiva ta’ Programmar Konġunt “Aktar Snin, Ħajja Aħjar”, il-Komunità ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni relatata mal-innovazzjoni dwar it-tixjiħ attiv u b’saħħtu jew il-programm “Għajxien Megħjun Kuntestwalment”;

16.

jenfasizza li l-Politika Agrikola Komuni (PAK) tgħin biex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi fit-“tieni pilastru” tagħha, li huwa ddedikat għall-iżvilupp rurali. Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, l-isforzi kienu fuq li jitħeġġeġ “l-iżvilupp ta’ servizzi u infrastruttura li jwasslu għall-inklużjoni soċjali u li jaqilbu x-xejra negattiva soċjali u ekonomika u dik tat-tnaqqis tal-popolazzjoni fiż-żoni rurali”. It-tixjiħ tal-popolazzjoni huwa ta’ tħassib kbir fiż-żoni rurali, u għal din ir-raġuni l-PAK qed tippromovi t-tiġdid ġenerazzjonali u l-impjieg tan-nisa;

17.

jirrimarka li l-politika ta’ koeżjoni għandha taqdi rwol aktar prominenti fil-ġlieda kontra l-isfidi demografiċi, skont il-mandat espliċitu tal-Artikolu 174 tat-TFUE. Dan l-Artikolu jistipola li “għandha tingħata attenzjoni partikolari lil żoni rurali, lil żoni milquta minn transizzjoni industrijali, u lil reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti bħal pereżempju r-reġjuni tat-Tramuntana mbiegħda b’densità ta’ popolazzjoni baxxa ħafna, u reġjuni insulari, reġjuni transkonfinali u reġjuni muntanjużi”. Bl-istess mod, l-Artikolu 175 tat-TFUE jistabbilixxi li l-għanijiet previsti fl-Artikolu preċedenti għandhom jitqiesu fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri tal-Unjoni; il-ksib tagħhom għandu jiġi appoġġjat mill-Fondi Strutturali, mill-BEI u minn strumenti finanzjarji oħra. U barra minn hekk għandhom jittieħdu miżuri speċifiċi oħra. Sal-lum, madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet għadhom ma ġewx żviluppati biżżejjed, u għadhom ma ġewx adottati miżuri pożittivi ta’ azzjoni konformi mal-iżvantaġġi demografiċi;

18.

jiddispjaċih li ħafna mill-politiki Ewropej li jistgħu jikkontribwixxu biex jingħelbu l-isfidi demografiċi ma jinkludux miżuri speċifiċi favur iż-żoni affettwati minn dawn l-isfidi. Dan huwa l-każ tal-politiki dwar it-trasport, is-soċjetà tal-informazzjoni, l-impjiegi u l-politika soċjali, l-ambjent u l-klima, l-intrapriżi, eċċ.;

19.

jitlob għal aktar attenzjoni għall-problemi demografiċi fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, li s’issa jqis biss l-effett tat-tixjiħ fuq is-sostenibbiltà tal-baġits tal-Istati Membri. B’mod partikolari, jitlob għal aktar sensittività lokali u reġjonali kemm fid-dijanjożi kif ukoll fid-definizzjoni tar-rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri;

Ir-reazzjoni mixtieqa tal-UE għall-isfidi demografiċi

20.

iqis li r-reazzjoni tal-UE għat-tibdil demografiku għandha tinkludi viżjoni wiesgħa, koordinata u integrata, peress li din hija tema transversali. Hemm bżonn ta’ strateġija Ewropea dwar l-isfidi demografiċi, li tagħmel lill-politiki kollha – dwar il-koeżjoni, l-innovazzjoni, it-trasport, is-saħħa, is-soċjetà u l-impjieg, l-ICT, l-iżvilupp rurali, l-emigrazzjoni, eċċ. – aktar sensittivi għal din il-kwistjoni. Din l-istrateġija għandu jkollha bażi soda fil-valuri komuni tal-UE, fit-trattament ugwali u fid-drittijiet tal-bniedem. Approċċ strateġiku għandu jinvolvi wkoll analiżi tal-ispejjeż u projezzjonijiet fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali;

21.

ifakkar li l-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Settembru 2015 dwar ir-Rapport dwar l-implimentazzjoni, ir-riżultati u l-valutazzjoni ġenerali tas-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet (2012) (1), jistieden lill-Kummissjoni “tadotta strateġija tal-UE dwar it-Tibdil Demografiku biex tikkoordina l-azzjoni tal-UE f’diversi oqsma sabiex ikunu żgurati s-sinerġiji u jiġi massimizzat l-impatt pożittiv tagħhom fuq iċ-ċittadini Ewropej, l-ekonomija u l-ħolqien tal-impjiegi, kif ukoll jitħarsu d-drittijiet tal-bniedem tal-anzjani fil-politiki kollha tal-UE”;

22.

iqis li din l-istrateġija għandha tagħti prijorità lill-iżvilupp ta’ opportunitajiet ta’ appoġġ u ta’ ħolqien tal-ħajja biex jgħinu jattiraw u jżommu liż-żgħażagħ fit-territorju kollu, sabiex jiġi promoss tkabbir bilanċjat bejn żoni b’densità għolja ta’ popolazzjoni, żoni b’telf ta’ popolazzjoni, u żoni b’popolazzjoni mxerrda ħafna waqt li jiġi promoss il-forniment ta’ servizzi pubbliċi ta’ kwalità għaċ-ċittadini kollha. Għandha wkoll tippromovi l-politiki favur il-familja, b’mod partikolari permezz ta’ miżuri li jgħinu biex tiżdied ir-rata tat-twelid; tiġi inkorporata l-perspettiva tal-ġeneru; jiġi promoss l-għajxien indipendenti tal-anzjani; tiżdied l-istennija tal-ħajja b’saħħitha u tnaqqas id-dipendenza; tiġi miġġielda l-esklużjoni soċjali li jiffaċċjaw ċerti partijiet tal-popolazzjoni u jiġu promossi sforzi ġodda biex jiġu appoġġjati r-rikonoxximent tax-xogħol domestiku bla ħlas kif ukoll l-implimentazzjoni tal-politiki dwar ir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol mal-ħajja tal-familja;

23.

jindika li strateġija Ewropea futura għandha tinvolvi lis-soċjetà kollha u tqis kif xieraq ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-ġlieda kontra t-tibdil demografiku, tippromovi bejniethom l-iskambju tal-aħjar prattiki u tinkoraġġixxi l-approċċi ffukati fuq il-prevenzjoni u l-intervent bikri;

24.

jimpenja ruħu li jenfasizza l-importanza ta’ reazzjoni Ewropea għall-isfidi demografiċi permezz tas-sistema ESPAS, pjattaforma ta’ prospettiva politika bejn id-diversi istituzzjonijiet u korpi tal-UE. Il-pjattaforma tista’ tisfrutta l-esperjenza ta’ ħafna netwerks fil-livell tal-UE li jittrattaw kwistjonijiet ta’ tixjiħ b’saħħtu, bħalma hi t-Task Force tat-tixjiħ b’saħħtu tal-WHO, in-netwerk tal-bliet adattati għall-anzjani, il-patt Ewropew dwar it-tibdil demografiku, AFE-INNOVNET, il-Pjattaforma AGE Ewropa;

25.

jenfasizza li l-politiki u l-azzjonijiet kollha tal-UE għandhom iqisu l-isfidi demografiċi u jipprovdu mekkaniżmi biex jiġu indirizzati. L-UE għandha tfittex li tintegra kunsiderazzjonijiet demografiċi fl-oqsma ta’ politika kollha. L-UE għandha wkoll tikkunsidra dan fit-tfassil tal-oqfsa finanzjarji multiannwali futuri, tinkludi fil-baġit tagħha intestaturi li jkollhom l-għan li jippermettu l-iżvilupp ta’ dawn il-politiki u azzjonijiet kif ukoll tistabbilixxi mekkaniżmi ta’ prijorità għal dawk ir-reġjuni fejn il-konsegwenzi tat-tibdil demografiku għandhom impatt partikolari; Din il-kunsiderazzjoni għandha ssir fuq il-bażi tas-sistema ta’ klassifikazzjoni NUTS 3;

26.

jenfasizza li t-tibdil demografiku qiegħed jaffettwa l-mobilità fir-reġjuni bi sfidi demografiċi, b’mod partikolari fiż-żoni rurali qrib ta’ żoni urbani prinċipali li jesperjenza fluss ta’ popolazzjoni u jtenni t-talba tiegħu għal Green Paper dwar din il-kwistjoni (2);

27.

iqis li l-UE għandha tappoġġja l-politiki tal-immigrazzjoni fl-Istati Membri, ibbażati prinċipalment fuq l-impjieg, li jistgħu jrażżnu x-xejriet demografiċi negattivi msemmija hawn fuq u jindika l-ħtieġa ta’ viżjoni fit-tul għall-integrazzjoni tal-immigranti, u b’hekk isir kontribut għall-iżvilupp ta’ soċjetà interkulturali li tirrispetta l-valuri fundamentali Ewropej. F’dan il-kuntest, jiġi enfasizzat ir-rwol importanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li għandu jkollhom is-setgħa kollha li japplikaw b’suċċess il-politika ta’ integrazzjoni fit-territorju, inkluż fil-muniċipalitajiet iż-żgħar taż-żoni rurali;

28.

jinnota li t-tixjiħ demografiku u l-pressjonijiet ta’ finanzjament pubbliku kkombinati jfissru li l-awtoritajiet lokali ser ikollhom iħejju għal forza tax-xogħol li qed tixjieħ, jippjanaw għal numru kbir ta’ persuni li ser jirtiraw fil-ftit snin li ġejjin, u jiżguraw li jistgħu jattiraw biżżejjed professjonisti żgħażagħ u kkwalifikati. Ir-reklutaġġ u ż-żamma ta’ żgħażagħ u tal-immigranti li jirritornaw u l-anzjani jeħtieġu aktar attenzjoni fil-livelli kollha tal-gvern;

29.

iqis li l-politika ta’ koeżjoni għandha tkun kapaċi tiffaċċja l-isfida demografika b’mod deċiżiv. Dan huwa aspett li għandu jiġi enfasizzat fid-diskussjonijiet dwar il-futur ta’ din il-politika wara l-2020, li għandu jkollu impatt fuq l-ambitu u l-approċċ tagħha u fuq il-mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni futuri tagħha, b’tali mod li tikkontribwixxi biex tikkapitalizza fuq l-aspetti pożittivi ta’ kull territorju u biex jingħelbu l-ostakli, fosthom dawk demografiċi, li qed ifixklu l-iżvilupp ibbilanċjat tagħha. Jiddispjaċih li dan l-aspett ma ġiex żviluppat biżżejjed s’issa, minkejja l-inklużjoni tad-dimensjoni territorjali f’din il-politika bit-Trattat ta’ Lisbona;

30.

iqis li s-servizzi tad-djar u l-ippjanar mogħtija mill-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom iqisu wkoll il-ħtiġijiet ta’ akkomodazzjoni tal-anzjani, waqt li kemm jista’ jkun tiġi rispettata x-xewqa tagħhom li jibqgħu fl-ambjent immedjat tagħhom u jkollhom rwol fir-rigward tal-modifika jew l-adattament ta’ akkomodazzjoni eżistenti, waqt li jiġi promoss l-iżvilupp ta’ disinn inklużiv fil-prattika tal-kostruzzjoni jew jitwettqu wkoll proġetti ta’ akkomodazzjoni soċjali soġġetti għar-riżorsi disponibbli;

31.

jitlob lill-istituzzjonijiet Ewropej definizzjoni preċiża tal-kunċett ta’ “żbilanċi demografiċi severi u permanenti” tal-Artikolu 174 tat-TFUE, kif ukoll jitlob lill-UE biex tiżviluppa indikaturi statistiċi fil-livell xieraq sabiex tappoġġja din id-definizzjoni;

32.

ifakkar li l-Opinjoni tal-KtR dwar “L-indikaturi għall-iżvilupp territorjali: il-PDG u lil hinn minnu” (3) tindika li l-PDG ma jkejjilx bl-eżatt il-kapaċità ta’ soċjetà sabiex tindirizza kwistjonijiet li jolqtuha bħal, fost oħrajn, it-tibdil demografiku, u jappella sabiex jiġu stabbiliti indiċi internazzjonali, nazzjonali, lokali u reġjonali biex ikejlu l-progress lil hinn mill-PDG; F’dan ir-rigward, jekk jiġi deċiż li jitqiesu kriterji li jikkomplementaw il-PDG, għandha tiġi evalwata l-introduzzjoni ta’ indikaturi li jistgħu jivvalutaw is-sitwazzjoni demografika ta’ pajjiż, reġjun jew territorju speċifiku;

33.

jappella wkoll biex il-politika ta’ koeżjoni tipprovdi għal strumenti speċifiċi għaż-żoni l-aktar milquta mill-isfidi demografiċi, bħal li jingħata piż akbar lill-kriterji demografiċi fil-mod kif jiġu assenjati l-fondi jew aktar flessibbiltà fl-għażla tal-għanijiet tematiċi jew fir-rati ta’ kofinanzjament. Itenni, f’dan ir-rigward, dak li ddikjara fl-Opinjoni tiegħu dwar “Il-ġejjieni demografiku tal-Ewropa”, jiġifieri li jiġi kkunsidrat appoġġ lir-reġjuni bl-aktar diffikultajiet, bħala opportunità sabiex jiġu żviluppati strumenti adegwati li jippermettu jiġi indirizzat it-tibdil demografiku fl-Ewropa kollha (4);

34.

jenfasizza li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jista’ jikkontribwixxi sabiex iż-żoni fejn hemm livelli għoljin ta’ tixjiħ, ruralità u depopolazzjoni jistgħu jtejbu l-infrastrutturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjoni u tat-turiżmu, inaqqsu d-distakk diġitali u jkollhom servizzi pubbliċi aħjar, u jiġi appoġġjat l-adattament tal-akkomodazzjoni u d-djar residenzjali, fost għanijiet oħra;

35.

iqis li l-Fond Soċjali Ewropew jista’ jkun għodda importanti ħafna f’rabta mat-taħriġ taż-żgħażagħ, jevita d-depopolazzjoni u jiġi ffaċilitat ir-ritorn tagħhom lejn il-post tal-oriġini tagħhom. Barra minn hekk jista’ jikkontribwixxi sabiex jippromovi l-impjegabbiltà tan-nisa, jippromovi bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja u jiġġieled kontra l-esklużjoni soċjali tal-anzjani;

36.

iqis li jeħtieġ li tiġi promossal-kooperazzjoni bejn l-atturi reġjonali u lokali fil-kwistjonijiet relatati mat-tibdil demografiku. Għaldaqstant, jissuġġerixxi li l-programm Ewropew ta’ kooperazzjoni territorjali jinkludi l-possibbiltà, kemm fil-livell transkonfinali kif ukoll fil-livell transnazzjonali u interreġjonali, li jifforma konsorzji biex ikun hemm ħidma konġunta biex tinstab soluzzjoni għall-isfidi demografiċi;

37.

jenfasizza, fir-rigward tal-politika tat-trasport, l-importanza li ż-żoni demografikament anqas attivi kif ukoll iż-żoni bi żvantaġġi demografiċi u naturali kbar ma jibqgħux iżolati sabiex tiġi evitata esklużjoni akbar ta’ dawn iż-żoni, li spiss huma rurali, periferiċi, muntanjużi u remoti;

38.

ifakkar li l-Opinjoni tal-KtR dwar “Il-mobilità fir-reġjuni bi sfidi ġeografiċi u demografiċi” (5) tindika li r-reġjuni bi sfidi jaqdu kompiti essenzjali għall-iżvilupp ibbilanċjat tal-UE notevolment permezz ta’ aċċess għall-materja prima, l-agrikoltura, is-sajd, il-protezzjoni ambjentali, it-turiżmu, ir-relazzjonijiet transkonfinali u l-opportunitajiet ta’ rikreazzjoni. Konnessjonijiet tat-trasport imtejba kemm ġewwa dawn ir-reġjuni kif ukoll mal-bqija tal-UE għalhekk għandhom ikunu element essenzjali tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE u tal-politiki ta’ mobilità tal-UE: dan ma japplikax biss għall-mobilità tal-persuni, iżda għal dik tal-merkanzija wkoll. Il-promozzjoni ta’ aktar tkabbir ekonomiku fir-reġjuni bi sfidi se jikkontribwixxi għat-tħaddim effettiv tas-suq intern u għall-koeżjoni territorjali tal-Unjoni kollha kemm hi;

39.

jenfasizza r-rwol ewlieni li jista’ jkollhom it-teknoloġiji tal-informatika u l-komunikazzjoni u ambjenti intelliġenti sabiex itejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien fiż-żoni l-aktar affettwati mill-isfidi demografiċi. F’dan ir-rigward, jitlob lill-UE biex tqis id-distakk diġitali li jsofru minnu ħafna minn dawn iż-żoni;

40.

iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej biex jirrikonoxxu, fil-kuntest tal-politika ambjentali u l-politika dwar il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, ir-rwol ewlieni li jaqdu ħafna żoni rurali u b’popolazzjoni baxxa, kif ukoll iż-żoni b’popolazzjoni mxerrda ħafna, fiż-żamma taż-żoni rurali, il-bijodiversità u l-pajsaġġi;

41.

iħeġġeġ sabiex il-PAK tibqa’ tinkludi miżuri li għandhom l-għan li jiffaċilitaw it-tiġdid ġenerazzjonali fiż-żoni rurali, jippromovu l-impjieg tan-nisa kif ukoll jippromovu d-diversifikazzjoni ekonomika; jenfasizza l-ħtieġa li tittejjeb il-metodoloġija tal-programm Leader, b’aktar involviment tal-atturi fiż-żoni rurali kif ukoll li jitfasslu u jiġu implimentati strateġiji għal żvilupp integrat;

42.

jitlob sabiex, fil-kuntest tal-inizjattiva “Regolamentazzjoni Aħjar”, qabel ma titfassal kwalunkwe inizjattiva leġislattiva Ewropea, fl-analiżi tal-impatt jiġi inkluż l-impatt demografiku possibbli tagħha;

43.

iqis li l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) għandu potenzjal li jkun għodda importanti għall-promozzjoni ta’ investimenti f’oqsma ta’ prijorità tal-UE bħall-enerġija, it-trasport, il-loġistika intermodali, it-turiżmu, il-kultura, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-SMEs, l-edukazzjoni, is-saħħa, l-effiċjenza ambjentali, l-infrastruttura soċjali u l-ekonomija soċjali u ta’ solidarjetà, bħalma huwa rikonoxxut fl-Artikolu 9 tar-Regolament dwar il-FEIS (6). Huwa mixtieq li dan il-Fond jista’ jkun ukoll ta’ benefiċċju għat-territorji bl-inqas dinamika demografika, u b’hekk jgħin biex jiġu evitati diviżjonijiet reġjonali;

44.

jirrakkomanda li l-Istrateġija Ewropa 2020 tkun aktar sensittiva għall-isfidi demografiċi fil-livell reġjonali u lokali, permezz ta’ inizjattiva ewlenija dwar kwistjonijiet demografiċi. Jimpenja ruħu li jsemmi b’mod speċifiku l-approċċ għall-kwistjonijiet demografiċi fil-Pjattaforma għall-Monitoraġġ tal-Ewropa 2020;

45.

jinsisti fuq ir-rabta li għandha teżisti bejn it-tibdil demografiku u s-Semestru Ewropew, waqt li tiġi enfasizzata l-ħtieġa tad-dimensjoni territorjali tiegħu. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu atturi prinċipali fil-miżuri adottati fil-qafas tas-Semestru Ewropew sabiex jilqgħu għall-isfidi demografiċi, u jitqiesu fir-rakkomandazzjonijiet magħmula lill-Istati Membri biex jindirizzaw dawn l-isfidi;

46.

iqis li t-tixjiħ, mingħajr dubju, huwa sfida, iżda huwa wkoll kisba fis-sens li l-progress ta’ kull tip mis-soċjetà Ewropea huwa opportunità għall-koeżjoni, l-impjieg u l-progress;

47.

jikkonkludi li hekk kif l-UE miexja lejn is-sitwazzjoni deskritta, hemm bżonn li l-livelli kollha jkomplu jagħrfu l-importanza tal-isfidi demografiċi, u jieħdu l-passi fid-direzzjoni t-tajba abbażi tal-għodda eżistenti.

Brussell, is-16 ta’ Ġunju 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  2014/2255(INI), punt 41.

(2)  CDR 1691/2014 “Il-mobilità fir-reġjuni bi sfidi ġeografiċi u demografiċi”.

(3)  CDR-2015-04287.

(4)  CdR 341/2006 fin, punt 26.

(5)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2.

(6)  Ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1).


III Atti preparatorji

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Il-118-il Sessjoni Plenarja tal-15 u s-16 ta' Ġunju 2016

18.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 17/46


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Proposti leġislattivi li jemendaw id-Direttivi dwar l-iskart

(2017/C 017/09)

Relatur:

is-Sur Domenico GAMBACORTA (IT/PPE), President tal-Provinċja ta' Avellino

Dokument ta' referenza:

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2000/53/KE dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku

COM(2015) 593 final – 2015/0272 (COD)

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f’terraferma

COM(2015) 594 final – 2015/0274 (COD)

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart

COM(2015) 595 final – 2015/0275 (COD)

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

COM(2015) 596 final – 2015/0276 (COD)

RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2000/53/KE dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi u 2012/19/UE dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku – COM(2015) 593 final – 2015/0272 (COD).

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Emenda tad-Direttiva 2006/66/KE

Emenda tad-Direttiva 2006/66/KE

Id-Direttiva 2006/66/KE hija emendata kif ġej:

Id-Direttiva 2006/66/KE hija emendata kif ġej:

 

( 1)

Fl-Artikolu 2 (Kamp ta’ applikazzjoni), jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.     Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-batteriji u l-akkumulaturi li l-ħżin tal-enerġija tagħhom ma fihx metalli jew il-komponenti tagħhom bħala materjali attivi jew bħala materjali ta’ elettrodi u li ukoll ma fihomx sustanzi perikolużi.”

(1)

l-Artikolu 22 jitħassar;

(2)

l-Artikolu 22 jitħassar;

(2)

l-Artikolu 23 hu emendat kif ġej:

(3)

l-Artikolu 23 hu emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jinbidel b’li ġej:

“Sa mhux aktar tard minn tmiem l-2016, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, u l-impatt tagħha fuq l-ambjent u fuq il-funzjonament tas-suq intern.”;

(a)

il-paragrafu 1 jinbidel b’li ġej:

“Sa mhux aktar tard minn tmiem l-2016, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, u l-impatt tagħha fuq l-ambjent u fuq il-funzjonament tas-suq intern.”;

(b)

fil-paragrafu 2, il-frażi introduttorja tinbidel b’li ġej:

“Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tinkludi evalwazzjoni ta’ dawn l-aspetti ta’ din id-Direttiva:”.

(b)

fil-paragrafu 2, il-frażi introduttorja tinbidel b’li ġej:

“Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tinkludi evalwazzjoni ta’ dawn l-aspetti ta’ din id-Direttiva:”.

Raġuni

L-għan ewlieni ta’ din id-Direttiva huwa li jiġi minimizzat l-impatt negatiiv tal-batteriji fuq l-ambjent billi jiġu evitat ir-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi (metalli tqal) fl-ambjent. Hija tistabbilixxi regoli għat-tqegħid fis-suq ta’ batteriji u r-rimi speċjali tagħhom.

L-Istati Membri jippromovu r-riċerka dwar metodi ta’ riċiklaġġ li jipproteġu l-ambjent u kosteffettivi għal kull tip ta’ batteriji u akkumulaturi. Il-batteriji organiċi huma ġenerazzjoni ġdida ta’ batteriji li ma għandhom l-ebda materjal perikoluż. Qed isiru attivitajiet marbutin mar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Ewropa kollha. Minbarra l-komponenti ambjentalment siguri, il-batteriji għandhom potenzjal ekonomiku enormi u firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet.

Mingħar l-emenda proposta, ilbatteriji organiċi ser ikunu soġġetti għar-rekwiżiti speċjali tar-rimi maħsubin għġall-batteriji konvenzjonali, għalkemm ma jagħmlux ħsara lill-ambjent. Dan ikun ta’ ostaklu għall-innovazzjoni teknoloġika li tappoġġja l-għanijiet ambjentali u timpedixxi wkoll lil din l-innovazzjoni milli tikkontribwixxi għat-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa. Għalhekk, il-batteriji organiċi għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Emenda 2

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f’terraferma (COM(2015) 594 – final – 2015/0274 (COD))

Artikolu 1 (6)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(6)

l-Artikolu 15 jinbidel b’li ġej:

(6)

l-Artikolu 15 jinbidel b’li ġej:

“Artikolu 15

“Artikolu 15

Rappurtar

Rappurtar

1.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) u (5). Għandhom jirrappurtaw din id-dejta b'mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta. Id-dejta trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5. L-ewwel rapport għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena] sal-31 ta' Diċembru [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena].

1.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena tal-kalendarju, id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) u (5). Għandhom jirrappurtaw din id-dejta b'mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta' rappurtar li għaliha tkun inġabret id-dejta. Id-dejta trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 5. L-ewwel rapport għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena] sal-31 ta' Diċembru [daħħal is-sena tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva + sena].

2.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 5(2) sal-1 ta' Jannar 2025.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-dejta dwar l-implimentazzjoni tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 5(2) sal-1 ta' Jannar 2025.

3.   Id-dejta li jirrapporta l-Istat Membru skont dan l-Artikolu għandha tkun akkumpanjata b'rapport ta' verifika tal-kwalità.

3.   Id-dejta li jirrapporta l-Istat Membru skont dan l-Artikolu għandha tkun akkumpanjata b'rapport ta' verifika tal-kwalità.

4.   Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dejta rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-reviżjoni tagħha. Ir-rapport għandu jevalwa l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dinja, is-sorsi tad-dejta u l-metoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta' dik id-dejta. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal kull tliet snin.

4.   Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-dejta rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-reviżjoni tagħha. Ir-rapport għandu jevalwa l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-dinja, is-sorsi tad-dejta u l-metoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta' dik id-dejta. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-format għar-rappurtar tad-dejta skont il-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 17(2) ta' din id-Direttiva.”;

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-format għar-rappurtar tad-dejta skont il-paragrafu 1. Dawk l-atti ta ' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 17(2) ta ' din id-Direttiva.

 

6.     Kull fejn ikun vijabbli, u b’konformità mal-prinċipju ta’ regolamentazzjoni aħjar, kwalunkwe obbligu ta’ rappurtar addizzjonali li joriġina minn din id-Direttiva għandu jsir primarjament permezz tal-użu jew it-titjib ta’ obbligi ta’ rappurtar nazzjonali eżistenti, sakemm ikun jista’ jiġi garantit li l-informazzjoni mogħtija dwar l-iskart tkun standardizzata kif dovut. Il-ħolqien ta’ linji ġodda ta’ rappurtar esklussivament biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva għandu jkun l-aħħar għażla, partikularment fir-rigward tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom flimkien iwettqu valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ rappurtar addizzjonali qabel ma l-Istati Membri jintroduċu regoli ta’ implimentazzjoni biex jikkonformaw mal-obbligi ta’ rappurtar ta’ din id-Direttiva. ”;

Raġuni

Dan huwa f'konformità mal-Pakkett ta’ Regolamentazzjoni Aħjar tal-UE u l-Opinjoni riċenti tal-KtR dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi ambjentali tal-UE. L-informazzjoni għandha tkun standardizzata sabiex tkun tista’ titqabbel meta jiġu adottati miżuri biex itejbu l-ġestjoni tal-iskart.

Emenda 3

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart – COM(2015) 595 final – 2015/0275 (COD)

Artikolu 1(8)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

8)

Jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej:

(8)

Jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej:

“Artikolu 8a

“Artikolu 8a

Rekwiżiti ġenerali għall-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur

Rekwiżiti ġenerali għall-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur

[…]

[…]

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-detenturi tal-iskart immirati mill-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, stabbiliti skont l-Artikolu 8(1), ikunu infurmati dwar is-sistemi disponibbli ta' ġbir tal-iskart, kif ukoll dwar il-prevenzjoni tar-rimi taż-żibel . L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri wkoll biex joħolqu inċentivi sabiex id-detenturi tal-iskart jieħdu sehem fis-sistemi ta' ġbir b'mod separat li jkunu fis-seħħ, speċifikament permezz ta' inċentivi jew regolamenti ekonomiċi, fejn xieraq.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-detenturi tal-iskart immirati mill-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, stabbiliti skont l-Artikolu 8(1), ikunu infurmati dwar is-sistemi ta’ teħid lura, ċentri approvati tal-użu mill-ġdid, preparazzjoni permessa għaċ-ċentri tal-użu mill-ġdid u is-sistemi ta' ġbir tal-iskart disponibbli, kif ukoll dwar il-prevenzjoni tar-rimi ta’ skart u żibel . L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri wkoll biex joħolqu inċentivi sabiex id-detenturi tal-iskart , il-produtturi u l-bejjiegħa jieħdu sehem fis-sistemi ta' ġbir b'mod separat li jkunu fis-seħħ, speċifikament permezz ta' inċentivi jew regolamenti ekonomiċi, fejn xieraq.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kull organizzazzjoni li titwaqqaf biex timplimenta l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f'isem produttur ta' prodotti:

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kull organizzazzjoni li titwaqqaf biex timplimenta l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f'isem produttur ta' prodotti:

(a)

ikollha kopertura ddefinita biċ-ċar mil-lat ġeografiku, tal-prodott u tal-materjal;

(a)

ikollha kopertura ddefinita biċ-ċar mil-lat ġeografiku, tal-prodott u tal-materjal;

(b)

ikollha l-mezzi operattivi u finanzjarji meħtieġa biex taqdi l-obbligi tagħha ta' responsabbiltà estiża tal-produttur;

(b)

ikollha l-mezzi operattivi u finanzjarji meħtieġa biex taqdi l-obbligi tagħha ta' responsabbiltà estiża tal-produttur;

(c)

timplimenta mekkaniżmu xieraq ta' awtokontroll, appoġġjat minn awditjar indipendenti regolari li jivvaluta:

(c)

timplimenta mekkaniżmu xieraq ta' awtokontroll u definizzjoni tar-rekwiżiti minimi għall-valutazzjoni tar-responsabbiltà esitiża tal-produttur, appoġġjat minn awditjar indipendenti regolari li jivvaluta:

 

il-ġestjoni finanzjarja tal-organizzazzjoni, inkluża l-konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 4(a) u (b);

il-kwalità tad-dejta miġbura u rrappurtata skont il-paragrafu 1, it-tielet inċiż, u skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006;

 

il-ġestjoni finanzjarja tal-organizzazzjoni, inkluża l-konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 4(a) u (b);

il-kwalità tad-dejta miġbura u rrappurtata skont il-paragrafu 1, it-tielet inċiż, u skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006;

(d)

tippubblika informazzjoni dwar:

(d)

tippubblika informazzjoni dwar:

 

is-sjieda u l-membri tagħha;

il-kontributi finanzjarji mħallsa mill-produtturi;

il-proċedura ta' selezzjoni għall-operaturi ta' mmaniġġjar tal-iskart.

 

is-sjieda u l-membri tagħha;

il-kontributi finanzjarji mħallsa mill-produtturi;

il-proċedura ta' selezzjoni għall-operaturi ta' mmaniġġjar tal-iskart.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-kontributi finanzjarji mħallsa mill-produttur sabiex jikkonforma mal-obbligi tiegħu ta' responsabbiltà estiża tal-produttur:

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-kontributi finanzjarji mħallsa mill-produttur sabiex jikkonforma mal-obbligi tiegħu ta' responsabbiltà estiża tal-produttur:

(a)

ikopru l-kost sħiħ tal-immaniġġjar tal-iskart għall-prodotti li jqiegħed fis-suq tal-Unjoni, inklużi dawn kollha li ġejjin:

(a)

ikopru l-kost sħiħ tat-tmiem tal-ħajja u l-immaniġġjar tal-iskart għall-prodotti li jqiegħed fis-suq tal-Unjoni, inklużi dawn kollha li ġejjin:

 

il-kosti tal-ġbir b'mod separat, u tal-operati ta' separazzjoni u ta' trattament, meħtieġa biex jintlaħqu l-miri tal-immaniġġjar tal-iskart imsemmija fil-paragrafu 1, it-tieni inċiż , filwaqt li jitqies id-dħul mill-użu mill-ġdid jew mill-bejgħ ta' materja prima sekondarja mill-prodotti tagħhom ;

il-kosti tal-provvista ta' informazzjoni xierqa lid-detenturi tal-iskart, skont il-paragrafu 2;

il-kosti tal-ġbir u r-rappurtar tad-dejta, skont il-paragrafu 1, it-tielet inċiż;

 

il-kosti ta’ sistemi ta’ teħid lura għal prodotti użati

il-kosti ta' sistemi tal-użu mill-ġdid

il-kosti tal-ġbir u t-trasport b'mod separat lejn impjanti ta’ tqassim u ta’ trattament, inkluż it-trasport minn gżejjer jew żoni iżolati kulmeta vijabbli , u tal-operati ta' separazzjoni u ta' trattament, meħtieġa biex jintlaħqu l-miri tal-immaniġġjar tal-iskart imsemmija fil-paragrafu 1, it-tieni inċiż , filwaqt li jitqies id-dħul mill-użu mill-ġdid jew mill-bejgħ ta' materja prima sekondarja mill-prodotti tagħhom ;

il-kosti tal-provvista ta' informazzjoni xierqa lid-detenturi tal-iskart, skont il-paragrafu 2;

il-kosti tal-ġbir u t-trattament tal-iskart mhux separat miġbur mill-prodotti li jitpoġġew fuq is-suq tal-Unjoni li jinġabru u jiġu ttrattati bħala parti mill-fluss tal-iskart residwu jew jispiċċaw fl-iskart u jinġabru u jiġu trattati mill-awtoritajiet kompetenti;

il-kosti supplimentari li jeħtieġ li jiġu ssodisfati mill-awtoritajiet muniċipali jew pubbliċi oħra li jkollhom ir-responsabbiltà aħħarija għall-ġbir tal-iskart, partikolarment f’każ li skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur li ma jkunux jissodisfaw il-kompiti tagħhom;

il-kosti tal-ġbir u r-rappurtar tad-dejta, skont il-paragrafu 1, it-tielet inċiż;

(b)

jiġu mmodulati abbażi tal-kost reali tal-prodotti jew tal-gruppi ta' prodotti simili fi tmiem il-ħajja tagħhom, speċifikament billi jitqiesu l-kapaċità tagħhom ta' użu mill-ġdid u r-riċiklabbiltà tagħhom;

(b)

jiġu mmodulati abbażi tal-kost reali tal-prodotti jew tal-gruppi ta' prodotti simili fi tmiem il-ħajja tagħhom, speċifikament billi jitqiesu l-kapaċità tagħhom ta' użu mill-ġdid u r-riċiklabbiltà tagħhom;

(c)

jissejsu fuq il-kost ottimizzat tas-servizzi pprovduti f'każijiet fejn l-operaturi pubbliċi tal-immaniġġjar tal-iskart ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni ta' kompiti operattivi f'isem l-iskema ta' responsabbiltà estiża tal-produttur .

(c)

jissejsu fuq il-kost ottimizzat tas-servizzi pprovduti f'każijiet fejn l-operaturi pubbliċi tal-immaniġġjar tal-iskart ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni ta' kompiti operattivi f'isem l-iskema ta' responsabbiltà estiża tal-produttur.

5.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas xieraq ta' monitoraġġ u infurzar bil-għan li jiżgura li l-produtturi tal-prodotti qegħdin jimplimentaw l-obbligi tagħhom ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, kif ukoll bil-għan li jiżgura li l-mezzi finanzjarji qegħdin jintużaw sew, u li l-atturi kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-iskema jirrappurtaw dejta affidabbli.

5.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas xieraq ta' monitoraġġ u infurzar bil-għan li jiżgura li l-produtturi tal-prodotti qegħdin jimplimentaw l-obbligi tagħhom ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, kif ukoll bil-għan li jiżgura li l-mezzi finanzjarji qegħdin jintużaw sew, u li l-atturi kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-iskema jirrappurtaw dejta affidabbli.

Fejn, fit-territorju ta' Stat Membru, organizzazzjonijiet multipli jimplimentaw l-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur f'isem il-produtturi, l-Istat Membru għandu jwaqqaf awtorità indipendenti li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur.

Fejn, fit-territorju ta' Stat Membru, organizzazzjonijiet multipli jimplimentaw l-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur f'isem il-produtturi tal-istess tip ta’ prodott, l-Istat Membru , jew l-awtoritajiet sottonazzjonali kompetenti, għandhom iwaqqfu awtorità indipendenti (mekkaniżmu ta' koordinament) li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-obbligi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur.

6.   L-Istati Membri għandhom joħolqu pjattaforma li tiżgura djalogu regolari fost il-partijiet ikkonċernati involuti fl-implimentazzjoni tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, inklużi l-operaturi privati jew pubbliċi tal-iskart, l-awtoritajiet lokali, u fejn xieraq, l-operaturi rikonoxxuti ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid.

[…]”

6 .    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur jikkontribwixxu għall-prevenzjoni u l-ġbir tal-iskart, u jappoġġjaw inizjattivi ta’ tindif.

 

7.    L-Istati Membri għandhom joħolqu pjattaforma li tiżgura djalogu regolari fost il-partijiet ikkonċernati involuti fl-implimentazzjoni tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, inklużi l-operaturi privati jew pubbliċi tal-iskart, l-awtoritajiet lokali, u fejn xieraq, l-operaturi ta' użu mill-ġdid u ta' tħejjija għall-użu mill-ġdid.

[…]”

Raġuni

Ir-regoli tal-UE għandhom jippermettu r-responsabbiltà sħiħa tal-produtturi għal skart iġġenerat. Minħabba li s-suq huwa mifrux mal-UE kollha, dan għandu jiġi żgurat permezz ta’ kriterji minimi komuni. F’konformità mas-sussidjarjetà ir-responsabbiltà estiża tal-produttur għandha tiġi definita fil-livell nazzjonali/lokali.

Emenda 4

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart – COM(2015) 595 final – 2015/0275 (COD)

Artikolu 1(9)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(9)

L-Artikolu 9 jinbidel b’li ġej:

(9)

L-Artikolu 9 jinbidel b’li ġej:

“Artikolu 9

“Artikolu 9

Il-prevenzjoni tal-iskart

Il-prevenzjoni tal-iskart

1.   […]

1.   […]

2.   L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart. Għal dan il-għan, għandhom jużaw indikaturi u miri xierqa kwalitattivi u kwantitattivi, speċifikament fuq il-kwantità per capita tal-iskart muniċipali li jintrema jew li huwa soġġett għall-irkupru tal-enerġija.

2.   L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart. Għal dan il-għan, għandhom jużaw indikaturi u miri assoluti xierqa kwalitattivi u kwantitattivi, speċifikament fuq il-kwantità per capita tal-iskart muniċipali li jintrema jew li huwa soġġett għall-irkupru tal-enerġija.

[…]”

[…]”

Raġuni

L-indikaturi għandhom ikunu bbażati fuq il-kwantità tal-iskart prodott, bħal 100 kg skart residwu per capita, biex tiġi stabbilita mira rappreżentattiva u effettiva, anke għal pajjiżi b’ekonomiji żgħar u/jew li diġà qed jipproduċu inqas skart.

Emenda 5

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart – COM(2015) 595 final – 2015/0275 (COD)

Artikolu 1(10)(a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

10)

L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

10)

L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, l-ewwel u t-tieni subparagrafi jinbidlu b’li ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, l-ewwel u t-tieni subparagrafi jinbidlu b’li ġej:

 

“1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri, kif xieraq, biex jippromwovu t-tħejjija għal attivitajiet ta' użu mill-ġdid, speċifikament billi jħeġġu t-twaqqif u l-appoġġ ta' netwerks ta' użu mill-ġdid u ta' tiswija, u billi jħaffu l-aċċess ta' tali netwerks għal punti ta' ġbir tal-iskart, kif ukoll billi jippromwovu l-użu ta' strumenti ekonomiċi, kriterji ta' akkwist pubbliku, miri kwantitattivi, jew miżuri oħra.

 

“1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri, kif xieraq, biex jippromwovu t-tħejjija għal attivitajiet ta' użu mill-ġdid, speċifikament billi jħeġġu t-twaqqif u l-appoġġ ta' netwerks ta' użu mill-ġdid u ta' tiswija, u billi jħaffu l-aċċess ta' tali netwerks għal punti ta' ġbir tal-iskart , jew billi joħolqu punti ta’ ġbir ta’ skart għall-użu mill-ġdid determinati minn qabel, kif ukoll billi jippromwovu l-użu ta' strumenti ekonomiċi, kriterji ta' akkwist pubbliku, miri kwantitattivi, jew miżuri oħra.

 

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu riċiklaġġ ta' kwalità għolja, u għal dan il-għan, għandhom jistabbilixxu l-ġbir tal-iskart b'mod separat fejn teknikament, ambjentalment u ekonomikament vjabbli, u fejn xieraq biex jintlaħqu l-istandards ta' kwalità meħtieġa għas-setturi rilevanti ta' riċiklaġġ, u biex jintlaħqu l-miri stipulati fil-paragrafu 2.”;

 

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu riċiklaġġ ta' kwalità għolja, u għal dan il-għan, għandhom jistabbilixxu l-ġbir tal-iskart b'mod separat fejn teknikament, ambjentalment u ekonomikament vjabbli, u fejn xieraq biex jintlaħqu l-istandards ta' kwalità meħtieġa għas-setturi rilevanti ta' riċiklaġġ, u biex jintlaħqu l-miri stipulati fil-paragrafu 2.

 

 

F’konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità u l-prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar tal-UE, l-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjoni, filwaqt li jibnu fuq il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din id-Direttiva, dwar l-impatt tal-miri proposti minn din id-Direttiva fil-livell lokali u reġjonali, b’mod partikolari meta dawn il-livelli tal-gvern huma dawk responsabbli għall-ġestjoni tal-iskart. Il-Kummissjoni se tuża r-riżultati bħala evidenza biex tapplika s-sistema ta’ twissija bikrija u l-flessibbiltà fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, kif previst fl-Artikoli 15 u 16 u l-Kapitolu V.”;

Raġuni

Id-Direttiva l-ġdida tipprevedi firxa ta’ mekkaniżmi biex tiġi indirizzata l-kwistjoni ta’ nuqqas ta’ konformità jew ta' nonkonfromità, iżda wkoll sabiex iħeġġu l-progress. Madankollu f’ħafna każijiet fehim insuffiċjenti fil-livell tal-UE dwar ir-responsabbiltajiet reġjonali u lokali rigward l-iskart iwassal biex il-miri tal-UE ma jintlaħqux tajjeb.

Emenda 6

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart – COM(2015) 595 final – 2015/0275 (COD)

Artikolu 1(10)(c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(c)

fil-paragrafu 2, il-punt (b) jinbidel b'li ġej:

(c)

fil-paragrafu 2, il-punt (b) jinbidel b'li ġej:

 

“(b)

sal-2020, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għar-radam mill-ġdid tal-iskart mhux perikoluż tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni, għajr materjal li jokkorri naturalment kif iddefinit fil-kategorija 17 05 04 fil-lista ta’ skart, għandha tiżdied sa minimu ta’ 70 % skont il-piż;”;

 

“(b)

sal-2020, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għar-radam mill-ġdid tal-iskart mhux perikoluż tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni, għajr materjal li jokkorri naturalment kif iddefinit fil-kategorija 17 05 04 fil-lista ta’ skart, għandha tiżdied sa minimu ta’ 70 % skont il-piż;";

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-immaniġġjar ta' dan il-fluss ta' skart u tikkunsidra jekk l-objettivi ta' riċiklaġġ għal materjali speċifiċi tal-kostruzzjoni li għandhom jintlaħqu sal-2025 u l-2030 għandhomx jiġu stabbiliti sal-2020;”;

Raġuni

Il-miżuri proposti għall-iskart mhux perikoluż tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni, li jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti mill-iskart kollu, mhumiex ambizzjużi biżżejjed f'dan ir-rigward. Minflok l-mira konġunta attwali għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u r-radam, nipproponu li għall-inqas, bħala approċċ ġenerali, jiġu stabbiliti miri speċifiċi għar-riċiklaġġ ta' materjali speċifiċi tal-kostruzzjoni, f'ħidma favur l-ekonomija ċirkolari.

Emenda 7

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart – COM(2015) 595 final – 2015/0275 (COD)

L-Artikolu 1(10)(d)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(d)

fil-paragrafu 2, jiżdiedu l-punti (c) u (d) li ġejjin:

(d)

fil-paragrafu 2, jiżdiedu l-punti (c) u (d) li ġejjin:

 

“(c)

sal-2025, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali għandhom jiżdiedu sa minimu ta' 60 % skont il-piż;

(d)

sal-2030, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart munipiċali għandhom jiżdiedu sa minimu ta' 65 % skont il-piż.”;

 

“(c)

sal-2025, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali għandhom jiżdiedu sa minimu ta' 60 % skont il-piż;

(d)

sal-2030, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart munipiċali għandhom jiżdiedu sa minimu ta' 70 % skont il-piż.”;

Raġuni

Iż-żamma tal-objettiv ta' 70 %, kif propost is-sena l-oħra mill-Kummissjoni Ewropea, titqies bħala opportunità mitlufa peress li r-riċiklaġġ joħloq impjiegi fil-livell lokali u jipproduċi emissjonijiet fi kwantitajiet iżgħar meta mqabbel mar-rimi f'miżbliet jew l-inċinerazzjoni. Il-KtR kellu l-opportunità li jenfasizza li r-riżultati pożittivi miksuba f'xi Stati Membri u f'xi reġjuni juru li huwa possibbli li jintlaħqu miri ambizzjużi, jew għall-inqas nersqu viċin tagħhom, sakemm il-kundizzjonijiet ġenerali jkunu favorevoli u tkun ġiet żviluppata l-kapaċità amministrattiva meħtieġa (1).

Emenda 8

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart – COM(2015) 595 final – 2015/0275 (COD)

Artikolu 1(13)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 1(13)

Artikolu 1(13)

(13)

L-Artikolu 22 jinbidel b’li ġej:

(13)

L-Artikolu 22 jinbidel b’li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġbir b'mod separat tal-bijoskart fejn ikun vjabbli teknikament, ambjentalment u ekonomikament , u fejn ikun xieraq biex jiżgura l-istandards rilevanti ta' kwalità għad-demel, kif ukoll biex jintlaħqu l-miri stipulati fl-Artikolu 11(2)(a), (c) u (d), u 11(3).

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġbir b'mod separat tal-bijoskart sakemm ma jintweriex li dan ma jkunx prattiku fil-livell tekniku, ambjentali u ekonomiku , biex jiżgura l-istandards rilevanti ta' kwalità għad-demel, kif ukoll biex jintlaħqu l-miri stipulati fl-Artikolu 11(2)(a), (c) u (d), u 11(3).

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri, kif ikun xieraq, u skont l-Artikoli 4 u 13, biex iħeġġu:

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri, kif ikun xieraq, u skont l-Artikoli 4 u 13, biex iħeġġu:

a)

ir-riċiklaġġ, inkluż l-ikkompostjar, u d-diġestjoni tal-bijoskart;

a)

ir-riċiklaġġ, inkluż l-ikkompostjar, u d-diġestjoni tal-bijoskart;

b)

it-trattament tal-bijoskart b’mod li jilħaq livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali;

b)

it-trattament tal-bijoskart b’mod li jilħaq livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali;

c)

l-użu ta’ materjali sikuri għall-ambjent, prodotti mill-bijoskart”.

c)

l-użu ta’ materjali sikuri għall-ambjent, prodotti mill-bijoskart.

 

Il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri għandha twettaq valutazzjoni, sal-2018, dwar l-opportunità li jiġu stabbiliti kriterji minimi tal-kwalità għall-kompost u għad-diġestat mill-bijoskart, sabiex jiġi garantit livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent.

Raġuni

L-emenda proposta għandha l-għan li tagħmel il-ġbir mill-proporzjon bijoloġiku obbligatorju. Il-kontenut tad-dikjarazzjoni tal-ittra (a) għandu jiġi pperfezzjonat fis-sens li r-riċiklaġġ tal-bijoskart jintrabat mal-produzzjoni ta' kompost u diġestat ta' kwalità, inkella jintremew f'miżbla minflok ma jiġu rriċiklati.

Emenda 9

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart – COM(2015) 595 final – 2015/0275 (COD)

Artikolu 1(17)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(17)

L-Artikolu 29 hu emendat kif ġej:

(17)

L-Artikolu 29 hu emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza tinbidel b'li ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza tinbidel b'li ġej:

 

“1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi ta' prevenzjoni tal-iskart li jistipulaw miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart skont l-Artikoli 1, 4 u 9.”;

 

“1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi ta' prevenzjoni tal-iskart li jistipulaw miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart skont l-Artikoli 1, 4 u 9 bl-objettiv li jintlaħaq tnaqqis ta' 10 % tal-kwantità tal-iskart muniċipali ġġenerat fl-2025 meta mqabbel mal-livelli rreġistrati fl-2015 u tnaqqis tal-iskart tal-ikel b'tal-inqas 30 % sal-2025 u b'50 % sal-2030. ”;

(b)

il-paragrafi 3 u 4 jitħassru;

(b)

il-paragrafi 3 u 4 jitħassru;

Raġuni

Il-prevenzjoni ta’ skart muniċipali hija konformi mal-miri stabbiliti mis-7 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali u l-mandat tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 9(c) tad-Direttiva Qafas. Diversi programmi nazzjonali għall-prevenzjoni tal-iskart diġà għandhom miri kwantitattivi.

Emenda 10

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ – COM(2015) 596 final – 2015/0276 (COD)

L-Artikolu 1(3)(b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(b)

fil-paragrafu 1 jiżdiedu dawn il-punti (f) sa (i):

(b)

fil-paragrafu 1 jiżdiedu dawn il-punti (f) sa (i):

 

“(f)

sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, minimu ta' 65 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ se jitħejja għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ;

(g)

sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, il-miri minimi li ġejjin, skont il-piż, għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ, se jintlaħqu fir-rigward tal-materjali speċifiċi li ġejjin, li jinstabu fl-iskart mill-imballaġġ:

55 % tal-plastik;

60 % tal-injam;

75 % tal-metall ferruż;

75 % tal-aluminju;

75 % tal-ħġieġ;

75 % tal-karta u tal-kartun;

(h)

sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2030, għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ se jitħejja minimu ta' 75 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ;

(i)

sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2030, se jintlaħqu l-miri minimi li ġejjin, skont il-piż, għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, fejn jidħlu dawn il-materjali speċifiċi li jinsabu fl-iskart mill-imballaġġ:

75 % tal-injam;

85 % tal-metall ferruż;

85 % tal-aluminju;

85 % tal-ħġieġ;

85 % tal-karta u tal-kartun.”;

 

“(f)

sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, minimu ta' 65 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ se jitħejja għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ;

(g)

sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, il-miri minimi li ġejjin, skont il-piż, għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ, se jintlaħqu fir-rigward tal-materjali speċifiċi li ġejjin, li jinstabu fl-iskart mill-imballaġġ:

55 % tal-plastik;

60 % tal-injam;

75 % tal-metall ferruż;

75 % tal-aluminju;

75 % tal-ħġieġ;

75 % tal-karta u tal-kartun;

(h)

sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2030, għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ se jitħejja minimu ta' 75 % skont il-piż tal-iskart kollu mill-imballaġġ;

(i)

sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2030, se jintlaħqu l-miri minimi li ġejjin, skont il-piż, għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, fejn jidħlu dawn il-materjali speċifiċi li jinsabu fl-iskart mill-imballaġġ:

75 % tal-injam;

85 % tal-metall ferruż;

85 % tal-aluminju;

85 % tal-ħġieġ;

85 % tal-karta u tal-kartun.

Il-Kummissjoni ser tippreżenta fil-ftit snin li ġejjin mira ġdida għall-iskart tal-imballaġġ tal-plastik ibbażata fuq data mir-riċerka b’rabta mal-istrateġija tal-ekonomija ċirkolari.”;

Raġuni

Ma hemmx mira stabbilita għall-2030 għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-imballaġġ tal-plastik. Bħala minimu, il-Kummissjoni Ewropea għandha tintalab tippreżenta tali mira sa ftit snin oħra.

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

Il-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

Kummenti ġenerali

1.

jilqa’ bi pjaċir il-proposti leġislattivi li jemendaw id-Direttivi dwar l-iskart fil-Pakkett ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari u jiġbed l-attenzjoni dwar il-benefiċċji għall-konsumaturi, l-intrapriżi, l-ambjent u l-ekonomija tal-UE;

2.

f’dan il-kuntest, jenfasizza li t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari se toħloq impjiegi ġodda, iżżid il-kompetittività tal-intrapriżi żgħar, ta’ daqs medju u kbar tal-UE, tagħti spinta lill-iżvilupp ta’ teknoloġiji nodfa u tnaqqas id-dipendenza tal-Ewropa mill-materja prima u l-enerġija importati;

L-allinjament tad-definizzjonijiet

3.

jilqa' b'sodisfazzjon is-sett ċar ta' definizzjonijiet armonizzati fid-diversi direttivi dwar l-iskart u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiżgura li d-definizzjonijiet kollha jkunu konformi mal-Katalgu ta' Skart Ewropew, sabiex jiġu evitati l-ambigwitajiet, u tiżgura li tkun disponibbli data komparabbli dwar il-progress milħuq mill-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

4.

jirrakkomanda li l-koleġislaturi jipprevedu xorta waħda definizzjoni ta' “rimi taż-żibel f'postijiet pubbliċi”.

Kontrolli

5.

jirrakkomanda li jissaħħu l-kontrolli fuq vjeġġi illegali ta’ skart li fost l-oħrajn inaqqsu b’mod sinifikanti d-disponibbiltà ta’ kwantità ta’ skart suffiċjenti fit-territorju tal-UE biex tħaddem l-ekonomija ċirkolari tal-UE ibbażata fuq il-valur tar-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid;

Tikkettar

6.

jitlob l-ittikkettar obbligatorju tal-prodotti ta’ konsum kummerċjalizzati fl-UE f’mod li jiddefinixxi b’mod ċar kif jintagħżel l-iskart skont makrokategoriji tal-ġbir ta’ skart għal kategoriji koperti minn ġbir separat stabbilit. Fil-każ li l-prodott jwassal għal skart li jaqa’ f’diversi kategoriji, it-tikketta għandha tindika kif il-komponenti differenti jistgħu jiżżarmaw fid-diversi kategoriji ta’ materjal separat, fejn dan huwa possibbli li jsir mill-konsumatur;

Ir-responsabbiltà estiża tal-produttur

7.

jirrimarka li l-proposta ta' armonizzazzjoni tar-rekwiżiti minimi hija essenzjali biex issaħħaħ il-prestazzjoni tal-iskema ta' responsabbiltà estiża tal-produttur fl-Istati Membri kollha;

8.

iħeġġeġ lill-koleġislaturi biex ma jdgħajfux dawn ir-rekwiżiti u jżommu dispożizzjonijiet ewlenin bħal dawk immirati lejn il-garanzija tat-trasparenza u kopertura sħiħa tal-ispejjeż min-naħa tal-produtturi għall-awtoritajiet lokali u reġjonali b'rabta mal-ġbir, l-immaniġġjar u t-trattament tal-flussi ta' skart u informazzjoni taċ-ċittadini. Ix-xiri mill-ġdid ta’ imballaġġi li jistgħu jerġgħu jintużaw (kontenituri tal-ħġieġ, fliexken tal-plastik (PET)) mill-katini kbar ta’ ħwienet huwa probabbilment wieħed mill-aktar fatturi importanti għall-prevenzjoni tal-produzzjoni tal-iskart.

Il-prevenzjoni tal-iskart

9.

jenfasizza l-ħtieġa ta' aktar dettalji dwar ir-“rekwiżiti minimi ta' kwalità” għall-ikel u jipproponi li tiġi stabbilita proċedura standard minima għall-irkupru ta' ikel b'garanzija tas-sikurezza tal-ikel u applikabbli b'mod uniformi fl-Istati Membri;

10.

jistieden lill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali biex iniedu kampanji ta’ komunikazzjoni u edukattivi għal sensibilizzazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-iskart.

Inizjattivi ta’ tindif: “Let’s Do It!” u “Clean-up Day”

11.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jappoġġjaw bis-sħiħ id-diversi inizjattivi tas-soċjetà ċivili fir-rigward ta’ azzjonijiet ta’ tindif tal-ambjent lokali u nazzjonali (pereżempju l-kampanja lokali “Let’s do it” jew il-jum dinji ta’ azzjoni “Let’s Clean up the World in just one day!”).

L-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ

12.

itenni t-talba li jiġu ddefiniti iktar objettivi fil-qasam tal-użu mill-ġdid. L-objettivi għandhom jkunu vinkolanti, indipendenti u maħsuba għal flussi speċifiċi ta' skart, b'mod partikolari għall-għamara, it-tessuti u l-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku. It-tħejjija għall-użu mill-ġdid hija importanti għall-prevenzjoni tal-iskart, u bħar-riċiklaġġ tidher fl-ogħla livelli tal-ġerarkija tal-iskart u toffri potenzjal sigur għall-iżvilupp tal-ekonomija ċirkolari (2);

13.

f’dan il-kuntest, jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi miri minima ta’ 70 % bil-piż għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-plastik li għandha tintlaħaq sal-2030 fl-iskart mill-imballaġġ;

14.

jinnota li l-prevenzjoni u l-użu mill-ġdid huma marbuta ma’ attivitajiet li jseħħu b’sustanzi u oġġetti li mhumiex relatati mal-istatus ta’ skart, f’kuntrast mal-proċessi ta’ riċiklaġġ u preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, li jinvolvi materjali li għandu l-istatus ta’ skart. Minħabba l-konsegwenzi legali tal-istatus ta’ skart għall-kumpaniji u l-istituzzjonijiet, iktar kjarifika fir-rigward tad-distinzjoni bejn skart u dak li mhux skart, hija rakkomandata;

15.

jipproponi li jiġu definiti, pereżempju fil-Katalogu ta’ Skart Ewropew, il-kunċett ta’ riċiklaġġ u l-kunċett ta’ użu mill-ġdid, peress li dawn attwalment jinkludu żewġ gruppi ta’ stallazzjonijiet differenti skont il-flussi u l-ħtiġijiet speċifiċi distinti. a) L-iskart għar-riċiklaġġ jasal fuq iċ-ċineg għall-issortjar taċ-ċentri tas-sistemi tal-issortjar selettiv, fejn jerġa’ jinġabar skont il-ħtiġiet tal-industrija. b) Fil-każ ta’ skart destinat għall-użu mill-ġdid, huwa possibbli li jiġi evitat ċ-ċirkwit tas-sistema tal-ġestjoni tal-iskart. Jeħtieġ li lill-katini l-kbar tal-ħwienet tiġi offruta l-possibbiltà li jerġgħu jixtru l-imballaġġi, anke jekk id-deċiżjoni finali dwar dan l-iskart tibqa’ fid-diskrezzjoni tax-xerrej;

16.

iħeġġeġ lill-koleġislaturi biex jirrakkomandaw lill-Istati Membri jintroduċu fil-programmi ta’ prevenzjoni tal-iskart tagħhom inċentivi finanzjarji għal proċessi li joħolqu inqas skart. Bl-istess mod, jistieden lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jadottaw miżuri ta’ inċentiv għat-tnaqqis tal-iskart li ma jintbagħatx għar-riċiklaġġ;

17.

jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea tevalwa jekk id-direttiva ta’ qafas għandhiex tirrikjedi l-Istati Membri jirrappurtaw skart industrijali (mhux ta’ periklu) u li l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent timmonitorja u tiġbor din id-data. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami tas-sitwazzjoni sal-2020, filwaqt li tevalwa l-miri dwar it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ dan il-fluss ta’ skart (3);

18.

jenfasizza li l-passaġġ minn miri għar-riċiklaġġ għal miri konġunti għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ: i) joħloq diffikultajiet fil-kejl separat tar-riċiklaġġ u tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid tal-imballaġġi u tal-iskart mill-imballaġġ; ii) jeħtieġ iktar spjegazzjonijiet.

19.

iqis li hemm bżonn jiġu identifikati metodi armonizzati sabiex jiġu kkalkulati r-rati ta’ riċiklaġġ madwar l-UE u, fir-rigward tal-iskart tal-ikel u l-iskart inert mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni, tiġi identifikata politika li tiddefinixxi l-istrumenti u l-korpi sabiex jimmonitorjaw id-data ta’ tnaqqis tal-produzzjoni tal-iskart tul il-katina kollha tal-produzzjoni, it-trasformazzjoni u l-konsum;

20.

jipproponi li l-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa indikaturi tal-valur ambjentali ta’ tipi differenti ta’ skart. Il-leġislazzjoni attwali u l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea ma jqisux id-differenzi fil-valur ambjentali ta’ tipi differenti ta’ skart. B’dan il-mod, jiġi ċċarat fuq liema materjal għandu jkun hemm enfasi speċjali għat-titjib tal-immaniġġjar tal-iskart u li jsir iktar ekoloġiku.

L-irkupru tal-enerġija u r-rimi f'miżbla

21.

f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, jistieden l-Istati Membri jippromovu l-iżvilupp ta’ enerġija ta’ effiċjenza għolja mill-iskart, f’konformità mal-inizjattiva dwar l-iskart għall-enerġija tal-Kummissjoni Ewropea; jinnota li dawn l-impjanti ta’ enerġija mill-iskart jistgħu jgħinu lill-Unjoni ssir inqas dipendenti mill-importazzjoni tal-enerġija f’konformità mal-Unjoni tal-Enerġija;

22.

jagħraf l-importanza ta' introduzzjoni progressiva ta' restrizzjonijiet għar-rimi f'miżbla u jappoġġja l-bidla fl-approċċ tal-Kummissjoni maħsub biex jipprojbixxi r-rimi f'miżbla tal-iskart soġġett għall-ġbir b'mod separat (inkluż il-bijoskart), b'kunsiderazzjoni tal-komunikazzjoni COM(2015) 614 dwar l-ekonomija ċirkulari li tħeġġeġ l-użu kaskata tar-riżorsi bijoloġiċi li jistgħu joħolqu kompetittività permezz tal-użu mill-ġdid tagħhom (4);

23.

jirrakkomanda li tibqa' tingħata prijorità lil approċċ kwalitattiv u iktar ambizzjuż maħsub biex jiġi eliminat ir-rimi ta’ skart riċiklabbli u bijodegradabbli f’miżbla;

24.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea teżamina l-possibbiltà li testendi l-mira ta’ massimu ta’ 10 % ta’ rimi fil-miżbliet sal-2030 fil-każ tal-iskart muniċipali u tapplikaha għat-tipi kollha ta’ skart (5).

Derogi għal xi Stati Membri dwar il-miri għall-iskart muniċipali u għar-rimi f'miżbla

25.

jaqbel mal-eżenzjonijiet mogħtija lis-7 Stati Membri li għandhom l-iktar livelli baxxi ta' mmaniġġjar tal-iskart iżda jenfassiza dwar il-bżonn li jinżammu d-dispożizzjonijiet proposti li skonthom l-Istati Membri li jinnotifikaw l-eżenzjoni għandhom jippreżentaw pjani ta' implimentazzjoni bi skedi taż-żmien dettaljati tal-miżuri meħtieġa biex jilħqu l-objettivi tagħhom.

Rekwiżiti ta' reġistrazzjoni ta' data u ta' komunikazzjoni

26.

jenfasizza n-nuqqas ta' dispożizzjoni, diġà proposta mill-Kummissjoni Ewropea fl-2014 fid-Direttiva Qafas, li skontha l-impriżi tal-industrija u tal-kummerċ għandu jkollhom reġistru tal-iskart mhux perikoluż li huma jittrattaw u, fuq talba, għandhom jagħmlu tali data għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti.

Atti delegati

27.

jesprimi tħassib dwar is-setgħa wiesgħa li d-direttivi proposti jagħtu lill-Kummissjoni Ewropea biex tadotta atti delegati, u jistieden lill-koleġislaturi jillimitaw l-użu tagħhom peress li dawn idgħajfu l-kompetenzi ta' superviżjoni tagħhom u mhumiex konformi mal-proċess demokratiku leġislattiv (6).

Patt tas-Sindki dwar l-immaniġġjar tal-iskart

28.

fid-dawl tas-suċċess notevoli tal-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija, jipproponi li titwaqqaf struttura simili dwar l-immaniġġjar tal-iskart; f'dan il-kuntest jenfasizza r-rwol tal-Kumitat tar-Reġjuni bħala l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali fil-mobilizzazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u fit-tisħiħ tal-isforzi tagħhom lejn effiċjenza ikbar tar-riżorsi, inqas ħela u iktar riċiklaġġ, użu mill-ġdid u rkupru tal-iskart fl-ibliet.

Sussidjarjetà u proporzjonalità

29.

jirrimarka li l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea ma jqajmux tħassib dwar ir-rispett tas-sussidjarjetà iżda jqajmu tħassib dwar ir-rispett tal-proporzjonalità (7).

Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2016

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  COM(2014) 397 final.

(2)  CDR-1617-2013.

(3)  CDR-1617-2013.

(4)  COR-2014-04083, CdR 3751/2013, CdR 1617/2013.

(5)  CdR 1617/2013.

(6)  COR-2014-04083; Konsultazzjoni tal-grupp ta' esperti tas-sussidjarjetà u tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-parlamenti nazzjonali u tal-assembleji reġjonali fir-rigward tal-aspetti marbuta mas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità tal-pakkett dwar l-ekonomija ċirkolari – sinteżi u analiżi, COR-2016-1521.

(7)  Ara wkoll Konsultazzjoni tal-grupp ta' esperti tas-sussidjarjetà u eżami tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-parlamenti nazzjonali u tal-assembleji reġjonali fir-rigward tal-aspetti marbuta mas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità tal-pakkett dwar l-ekonomija ċirkolari – sinteżi u analiżi, COR-2016-1521.


18.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 17/60


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – L-Istrateġija ta’ Tkabbir tal-UE 2015-2016

(2017/C 017/10)

Relatur:

Is-Sinjura Anna MAGYAR (HU/PPE) Viċi President tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Csongrád

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Strateġija tal-UE dwar it-Tkabbir – COM(2015) 611 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

Kummenti orizzontali

1.

jafferma mill-ġdid l-impenn tiegħu għall-proċess tat-tkabbir, li huwa investiment fl-istabbiltà u l-prosperità; jinnota li t-tkabbir fil-passat għen biex jingħelbu diviżjonijiet tal-imgħoddi fl-Ewropa, tiżdied il-prosperità u wera li t-tkabbir huwa l-iktar għodda politika barranija b’saħħitha tal-UE;

2.

jinnota li l-Kummissjoni Ewropea tistenna li ma jkunx hemm aktar tkabbir matul il-mandat preżenti, madankollu dan m’għandux iwassal għal waqfien għal kollox; jirrikonoxxi li hemm bżonn iż-żmien għall-preparazzjonijiet, iżda jirrimarka li huwa essenzjali li dan iż-żmien jintuża sew sabiex il-proċess ta’ tkabbir javvanza b’kundizzjonalità rigoruża u ġusta u bi progress kostanti fil-kompiti relatati li jmiss, u minn perspettiva Ewropea kredibbli u realistika sabiex jiġi evitat li jintilef l-impenn u l-motivazzjoni tal-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali għat-tkabbir billi r-riformi u l-progress fil-pajjiż tat-tkabbir huwa fl-interess ta’ kull Stat Membru tal-UE u kull kandidat u kandidat potenzjali għat-tkabbir;

3.

jenfasizza l-ħtieġa kbira li l-UE tibqa’ fil-forma attwali tagħha permezz ta’ politiki trasparenti u xierqa li jiggarantixxi jżommu b’saħħithom il-koeżjoni politika, ekonomika u territorjali. Il-garanzija tal-benesseri u l-iżvilupp għall-Istati Membri u s-sigurtà Ewropea mid-diversi theddid huwa l-ewwel pass lejn l-Unjoni Ewropea kwantifikabbilment aktar għanja;

4.

jemmen li l-pakkett dwar it-tkabbir ippreżentat mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni u r-rapporti dwar il-pajjiż tal-2015 tagħha, ġeneralment jippreżenta valutazzjoni preċiża u b’mod ġenerali pożittiva, meta wieħed iqis li hemm progress viżibbli f’kull pajjiż kandidat u kandidat potenzjali għat-tkabbir rigward xi kwistjonijiet, anki meta jippersistu nuqqasijiet sinifikanti (jew, f’numru żgħir ta’ każijiet, rigress), u jinħtieġu aktar sforzi biex jinkisbu riżultati sostenibbli;

5.

iħeġġeġ lill-Istati Membri, il-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali għat-tkabbir u l-istituzzjonijiet tal-UE jiżguraw is-suċċess tal-proċess ta’ tkabbir; ifakkar lill-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali għat-tkabbir fis-sjieda u l-impenn meħtieġa f’dan ir-rigward;

6.

jenfasizza li l-proċess tat-tkabbir għandu jkun eżerċizzju inklużiv li jinvolvi s-soċjetà kollha; jenfasizza li r-rwol tal-livell lokali u reġjonali huwa essenzjali, peress li huwa eqreb għaċ-ċittadini f’termini ta’ sussidjarjetà, komunikazzjoni, demokrazija parteċipattiva, diversità u identità; dan huwa wkoll ta’ importanza kbira għall-iżvilupp ekonomiku, il-kooperazzjoni transkonfinali, l-assorbiment tal-fondi tal-UE u l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE;

7.

jilqa’ b’sodisfazzjon ir-referenza mill-Kummissjoni għar-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali; jenfasizza madankollu, kif diġà għamel għadd ta’ drabi oħra, li jinħtieġ iffokar aħjar u aktar dettaljat fil-komunikazzjonijiet u r-rapporti futuri dwar il-governanza lokali u reġjonali, anke meta ma jkun hemm l-ebda kapitolu separat fl-acquis jew mudell stabbilit tal-UE dwar il-kwistjoni tad-deċentralizzazzjoni u l-governanza f’diversi livelli; iżda jqis li l-iżgurar ta’ governanza lokali u reġjonali b’saħħitha, demokratika u effettiva hija element essenzjali tat-tħejjija ta’ qabel l-adeżjoni; peress li l-implimentazzjoni tar-riformi u rekord konsistenti u kredibbli tagħhom ta’ sikwit iseħħu fil-livell lokali, u jirrimarka dwar l-importanza tas-sussidjarjetà bħala prinċipju ewlieni tal-UE imnaqqax fit-trattati;

8.

jinnota li l-awtoritajiet lokali għandhom rwol x’jaqdu billi juru l-benefiċċji tas-sħubija tal-UE u jinkoraġġixxi lin-nies biex jużaw l-istrumenti pprovduti mill-UE għaċ-ċittadini tal-UE. Id-dritt għaċ-ċittadinanza Ewropea joffri lill-individwi ħafna opportunitajiet ġodda, u għalhekk l-UE għandha tiġi promossa f’termini ta’ vantaġġi kemm għall-individwi kif ukoll għas-soċjetà;

9.

jenfasizza li l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali huwa wkoll importanti fil-komunikazzjoni rigward it-tkabbir sabiex ikun żgurat l-appoġġ pubbliku għall-proċess billi jintwera l-benefiċċju tiegħu għall-pubbliku ġenerali; jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili f’dan ir-rigward;

10.

iqis li l-approċċ il-ġdid li jinvolvi strateġija ta’ tkabbir fuq erba’ snin joffri perspettiva aktar affidabbli b’kondizzjonalità konsistenti; jilqa’ l-metodoloġija aktar ċara, it-termini armonizzati u l-identifikazzjoni aħjar tal-kompiti bħala opportunità għall- komparabbiltà, u jappoġġja l-fokus imsaħħaħ fuq is-sitwazzjoni attwali u fuq il-progress fl-oqsma differenti u miżuri identifikati bħala neċessarji għal aktar progress;

11.

jemmen li l-elementi fundamentali u l-oqsma ta’ prijorità fil-komunikazzjoni u r-rapporti tal-Kummissjoni huma ġeneralment identifikati sew; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li tiffoka wkoll fuq kwistjonijiet rilevanti oħrajn orizzontali li huma importanti f’kull pajjiż kandidat u kandidat potenzjali għat-tkabbir fost l-oqsma ta’ prijorità tagħha (eż. il-politika soċjali, l-iffukar fuq gruppi u minoranzi żvantaġġati u vulnerabbli);

12.

jenfasizza li hemm bżonn ta’ sforzi biex ikun hemm qbil bejn ir-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u riżorsi u kapaċitajiet xierqa f’kull pajjiż tat-tkabbir u jitlob lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex ikunu involuti fit-tfassil ta’ politika sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva;

L-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali

13.

jaqbel li aktar progress fir-rigward tal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali inkluża l-protezzjoni tal-minoranzi, huwa tabilħaqq ta’ importanza kbira, u jippreżenta sfida għal kull pajjiż kandidat u kandidat potenzjali għat-tkabbir; din il-valutazzjoni tikkonferma wkoll il-validità tal-“approċċ il-ġdid” lejn it-tkabbir, li hu bbażat fuq iffokar akbar dwar il-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali u dwar il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà; jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni, fil-Kunsill tal-Ewropa (KtE) kif ukoll miegħu, u fil-Kungress tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tiegħu, fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, l-istat tad-dritt u d-demokrazija lokali;

14.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-enfasi fuq il-libertà tal-espressjoni, iżda jenfasizza li jinħtieġ iffokar qawwi wkoll fuq il-kwistjoni tal-gruppi u l-minoranzi vulnerabbli u żvantaġġati, li hija wkoll rilevanti f’kull pajjiż kandidat u kandidat potenzjali għat-tkabbir (inklużi minoranzi nazzjonali, etniċi u reliġjużi u r-Rom bħala grupp ta’ spiss b’diversi żvantaġġi, u l-prevenzjoni ta’ diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-orjentazzjoni sesswali jew is-sess, u kontra persuni b’diżabilitajiet, minorenni u anzjani, u persuni spustati internament u refuġjati), filwaqt li jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-sensibilizzazzjoni, is-sjieda u speċjalment implimentazzjoni u riżultati xierqa u kredibbli huma meħtieġa wkoll fil-livell lokali u reġjonali; f’dan is-sens il-qagħda f’dawn il-pajjiżi, partikolarment fir-rigward ta’ dawk vulnerabbli, hemm bżonn tiġi monitorjata mill-qrib;

15.

jitlob li jsiru aktar sforzi biex tiġi depolitiċizzata l-amministrazzjoni pubblika u tiżdied it-trasparenza f’kull pajjiż kandidat u kandidat potenzjali għat-tkabbir, peress li l-indħil kbir politiku għadu sfida u jxekkel il-kooperazzjoni bejn il-livelli ta’ governanza;

16.

jenfasizza l-importanza tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni pubblika u privata fil-livelli kollha tal-gvern u s-soċjetà, filwaqt li jenfasizza li riżultati kredibbli f’dan il-qasam normalment jeħtieġu progress fil-livell lokali wkoll;

17.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġu miġġielda r-radikalizzazzjoni, l-estremiżmu, it-terroriżmu u l-kwistjoni tal-ġellieda barranin, b’mod partikolari l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni taż-żgħażagħ, sabiex b’hekk ma jintilifx il-potenzjal tagħhom, iżda pjuttost jiġu offruti perspettiva kredibbli f’termini ta’ impjiegi, edukazzjoni, tisħiħ tal-komunitajiet lokali varjati, inkluża l-protezzjoni u r-rispett tal-identità tagħhom, tal-wirt kulturali u reliġjuż, u b’hekk jitrawmu anke l-valuri Ewropej ewlenin li joriġinaw mill-kultura ta’ Kristjanità fl-Ewropa; għaldaqstant jistieden lill-komunitajiet lokali biex jappoġġjaw l-edukazzjoni dwar it-tolleranza u r-rikonċiljazzjoni, u lill-gvernijiet biex jiffaċilitaw dan;

18.

jikkundanna l-attakki terroristiċi u kull forma ta’ użu ta’ vjolenza, inkluż it-theddid tal-użu ta’ vjolenza; barra minn hekk, jinnota li l-użu tal-vjolenza huwa wkoll inaċċettabbli fi kwalunkwe dibattitu politiku;

L-iżvilupp ekonomiku u l-konnettività

19.

jisħaq li l-iżvilupp ekonomiku huwa fattur ewlieni fl-iżgurar tal-istabbiltà (eż. permezz ta’ opportunitajiet ta’ impjieg u l-inklużjoni soċjali); jilqa’ l-Programmi ta’ Riforma Ekonomika u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fil-forma tal-Laqgħa ta’ Djalogu Ekonomiku u Finanzjarju bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent u t-Turkija;

20.

jappella għal ġestjoni u allokazzjoni aktar effettivi u trasparenti tal-fondi ta’ qabel l-adeżjoni tal-UE fil-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali għat-tkabbir, inkluż f’livell lokali, sabiex jiġi evitat li jintilfu fondi minħabba n-nuqqas ta’ ppjanar tal-politika, it-taħriġ, il-koordinazzjoni jew il-kapaċitajiet ta’ assorbiment effiċjenti fil-livell lokali; jenfasizza wkoll l-importanza ta’ involviment tal-bliet u bliet iżgħar fi programmi ta’ taħtiġ u ta’ appoġġ;

21.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-enfasi fuq l-aġenda tal-konnettività adottata mill-UE, u inizjattivi reġjonali (il-Proċess ta’ Berlin, eċċ.), filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa li jiġu involuti aktar awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali kemm fil-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali għat-tkabbir kif ukoll fl-Istati Membri; u jinkoraġġixxi aktar investimenti (it-trasport, l-enerġija, it-telekomunikazzjonijiet diġitali, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, eċċ.);

22.

jenfasizza l-ħtieġa li l-proċess tar-rimi tal-iskart jiġi adattat għal-livelli tal-UE u jiġi limitat l-abbandun ta’ dan stess fil-miftuħ;

23.

iħeġġeġ u jilqa’ bi pjaċir il-ħidma tal-Kumitati Nazzjonali tal-Investiment f’benefiċjarji tal-Balkani tal-Punent biex tinħoloq sensiela unika ta’ proġetti u jitlob il-koordinazzjoni tal-istrumenti strutturali;

24.

jenfasizza r-rwol fundamentali tad-demokrazija reġjonali u lokali fit-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi u tal-kapaċità amministrattiva tagħhom; jenfasizza r-rwol tal-Assemblej elettivi lokali u reġjonali bħala postijiet ta’ djalogu u t-tkabbir tas-soċjetà ċivili u għal diskussjoni ma’ dawk li jfasslu d-deċiżjonijiet u l-partijiet interessati; ifakkar li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jassumu rwol importanti billi jitolbu l-opinjoni pubblika dwar is-suġġetti tal-politika u tal-integrazzjoni Ewropej; jenfasizza barra minn hekk kif it-tisħiħ tal-governanza reġjonali u lokali jappoġġja l-implimentazzjoni tar-riformi amministrattivi u jtejjeb l-għoti tas-servizzi għaċ-ċittadini;

Il-kooperazzjoni reġjonali bejn il-pajjiżi tat-tkabbir

25.

itenni li r-relazzjonijiet tajba mal-viċinat u l-kooperazzjoni reġjonali huma elementi essenzjali tal-Proċess ta’ Tkabbir, kif ukoll tal-Proċesss ta’ Stabilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni; jilqa’ u jinkoraġġixxi l-iżviluppi pożittivi kumplessivi tal-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali għat-tkabbir, iżda jappella għal progress tanġibbli dwar kwistjonijiet li għadhom mhux solvuti u għal riżultati sostenibbli; jistieden lill-komunitajiet lokali u reġjonali biex jikkontribwixxu għal dan il-proċess;

26.

jappella lil kull attur involut biex imexxi ‘l quddiem dan l-impetu pożittiv, inkluż it-trawwim tar-rikonċiljazzjoni fil-livell tal-komunità u f’dak lokali, u l-appoġġ għal djalogu interkulturali, interetniku u interreliġjuż;

27.

iħeġġeġ lill-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali għat-tkabbir biex jużaw il-programmi eżistenti tal-Ġemellaġġ jew tat-TAIEX;

28.

jinnota li l-Kumitat tar-Reġjuni u l-gruppi ta’ ħidma u l-kumitati konsultattivi konġunti tiegħu jipprovdu forum tajjeb għall-kuntatti u għall-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u jilqa’ r-riżultat pożittiv reċenti tal-laqgħat tal-kumitati konsultattivi konġunti u tal-gruppi ta’ ħidma, inkluża l-laqgħa inawgurali tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt mas-Serbja; barra minn hekk, jistenna bil-ħerqa r-riżultati tal-Jum tat-Tkabbir li sejjer ilaqqa’ flimkien lil dawn il-korpi kollha sabiex jeżaminaw kwistjonijiet ta’ natura orizzontali u tematika rilevanti għalihom kollha;

Il-Migrazzjoni

29.

huwa kuntent li l-Kummissjoni tenfasizza l-kwistjoni tal-migrazzjoni, peress li s-sitwazzjoni attwali bla preċedent ta’ refuġjati u ta’ migranti ekonomiċi qed taffettwa r-reġjun kollu (partikolarment it-Turkija, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u s-Serbja) u l-Istati Membri tul ir-rotta migratorja, u ma tista’ tinsab l-ebda soluzzjoni mingħajr sforzi konġunti, solidarjetà u twettiq reċiproku tal-impenji; jappella għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-konferenza dwar ir-rotta tal-Mediterran tal-Lvant u l-Balkani tal-Punent kif ukoll tad-Dikjarazzjonijiet UE-Turkija tad-29 ta’ Novembru 2015 u tat-18 ta’ Marzu 2016 u tal-Pjan ta’ Azzjoni Konġunt;

30.

jilqa’ kemm l-isforzi li saru mill-Istati Membri kif ukoll b’mod partikolari mill-pajjiżi kandidati biex jimmaniġġjaw il-kriżi, kif ukoll ir-riżorsi provduti minnhom, inklużi l-isfidi tul ir-rotta migratorja fis-Serbja u fl-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, u l-akbar popolazzjoni ta’ migranti u refuġjati fid-dinja, bħalissa ospitati mit-Turkija; jenfasizza l-ħtieġa għall-assistenza kontinwa tal-UE li għandha tkun ta’ għajnuna għall-awtoritajiet lokali u reġjonali; u l-ħtieġa li tingħata spinta lill-investiment fir-reġjun biex jinħolqu opportunitajiet ta’ xogħol b’tali mod li l-potenzjal soċjali u ekonomiku tal-migranti u r-refuġjati ma jintilifx;

31.

jenfasizza r-rwol ewlieni tal-komunitajiet lokali, speċjalment dawk matul ir-rotta migratorja, li huma l-ewwel li jintlaqtu mill-influss ta’ migranti u refuġjati; madankollu jenfasizza li l-kapaċitajiet lokali huma limitati u mhux uniformi, li jfisser li hemm ħtieġa għal aktar assistenza għal-livell lokali, u l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, u jirrimarka li għandha tingħata attenzjoni lill-ħtiġijiet, it-tħassib u s-sigurtà tal-komunitajiet lokali effettwati mill-fluss migratorju mħallat. Jinkoraġġixxi s-sħubijiet bejn il-komunitajiet lokali tul ir-rotta migratorja sabiex jiskambjaw informazzjoni u l-aħjar prattiki u kompetenza, inkluż dwar l-integrazzjoni, it-taħriġ, l-edukazzjoni, l-impjieg, ir-ritorn u l-asil u l-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin u t-traffikar ta’ persuni;

32.

b’referenza għall-prijoritajiet u l-miżuri stabbiliti f’konklużjonijiet riċenti tal-Kunsill Ewropew jenfasizza l-ħtieġa għall-prevenzjoni fir-rigward tas-sitwazzjoni fir-reġjuni ta’ kriżi, inkluż politika ta’ żvilupp effettiva, u biex l-isforzi jkunu ffokati fuq refuġjati li leġittimament jeħtieġu protezzjoni internazzjonali; għalhekk jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat l-ipproċessar kemm bir-reqqa kif ukoll b’mod rapidu tal-applikazzjonijiet għall-asil u li jiġi ffaċilitat ir-ritorn effettiv skont l-Istandards Komuni tal-UE għal dawk li l-applikazzjonijiet tagħhom jinċaħdu, u jappoġġja l-proposta għal lista tal-UE ta’ pajjiżi ta’ oriġini siguri;

33.

jenfasizza li huwa meħtieġ li tiġi rieżaminata u, jekk hemm bżonn, riformata l-loġika tal-għajnuna tradizzjonali għall-intervent f’dak li għandu x’jaqsam mal-fenomenu tal-migrazzjoni ekonomika; jinħtieġ ukoll l-involviment tal-livell lokali u reġjonali kemm mill-Istati Membri kif ukoll mill-pajjiżi kandidati fid-deċiżjonijiet strateġiċi dwar il-politika tal-iżvilupp, li għandhom ukoll bħala għan il-qerda tal-ġuħ, il-faqar u l-kawżi tal-migrazzjoni ekonomika;

34.

jenfasizza wkoll il-ħtieġa għal involviment akbar min-naħa tal-UE f’inizjattivi u politiki orjentati lejn it-territorji u r-reġjuni ta’ oriġini tal-migranti, fid-dawl tal-għan li jitnaqqas drastikament l-influss tar-refuġjati li huma mġiegħla jabbandunaw pajjiżhom u tal-migranti ekonomiċi li jagmlu l-vjaġġ perikoluż lejn l-Ewropa; u l-ħtieġa li jissaħħaħ l-intervent diplomatiku għall-promozzjoni tal-paċi fil-pajjiżi milquta mnn kunflitti;

It-Turkija

35.

jenfasizza l-interdipendenza u s-sħubija ewlenin bejn l-UE u t-Turkija, u jappoġġja kooperazzjoni msaħħa ta’ interessi kondiviżi; jilqa’ l-impenn tat-Turkija fir-rigward tar-riformi u s-sħubija fl-UE u jitlob biex din id-dinamika mġedda tinżamm fil-qafas tal-Konklużjonijiet rilevanti tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet konġunti tal-UE-Turkija; jappella għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Pjan Direzzjonali għal-liberalizzazzjoni tal-viżi lejn l-Istati Membri kollha;

36.

jirrikonoxxi li n-negozjati dwar l-adeżjoni ngħataw momentum ġdid b’konformità mal-konklużjonijiet riċenti mill-Kunsill, il-Kunsill Ewropew u s-summits tal-UE-Turkija u jinkoraġġixxi aktar progress f’konformità mal-qafas tan-negozjati u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill rilevanti; jinnota li l-livell tajjeb ta’ tħejjija f’xi oqsma jeħtieġ li jiġi appoġġjat billi jingħelbu nuqqasijiet, jew f’ċerti każijiet, problemi serji f’oħrajn;

37.

iqis li l-progress fi kwistjonijiet relatati mal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali huwa pass ewlieni ‘l quddiem, u jistieden lit-Turkija tikkoopera mal-Kummissjoni fil-ħidma preparatorja għall-Kapitoli 23 u 24, mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni tal-Istati Membri; jenfasizza li għandu jsir iżjed f’dan il-qasam b’mod speċjali fir-rigward tal-libertà tal-espressjoni u tal-ħsieb, il-libertà tal-midja, il-libertà tal-kuxjenza u tar-reliġjon u l-libertà ta’ għaqda u ta’ assoċjazzjoni, b’rabta mar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-minoritajiet, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jenfasizza li huwa essenzjali li jinkisbu riżultati sostanzjali u kredibbiltà f’dan ir-rigward, u jsejjaħ għal sforzi, impenji u sjieda msaħħa f’allinjament mal-acquis tal-UE f’dawn il-kwistjonijiet, inkluż fil-livell lokali; fid-dawl ta’ dan, jenfasizza l-importanza kbira ta’ djalogu interreliġjuż u interkulturali fil-livelli kollha, sabiex jissaħħu s-soċjetà ċivili u s-sħubijiet internazzjonali;

38.

jilqa’ l-adozzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Iżvilupp Reġjonali, li tinvolvi aġenziji għall-iżvilupp reġjonali, mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni u pjani ta’ azzjoni; jitlob biex din tiġi implimentata u tinkoraġġixxi t-titjib fir-rigward tad-disparitajiet reġjonali; barra minn hekk, jitlob lill-partijiet kollha kkonċernati jagħmlu sforz biex jiffaċilitaw il-proċess ta’ paċi u rikonċiljazzjoni fir-rigward tal-kwistjoni Kurda;

39.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġi miġġieled it-terroriżmu, jikkundanna l-attakki terroristiċi reċenti u jesprimi s-solidarjetà mal-vittmi; barra minn hekk, jitlob għal azzjoni li tindirizza r-radikalizzazzjoni, inkluż it-trawwim tal-integrazzjoni fil-livell lokali;

40.

jinnota li d-deċentralizzazzjoni fiskali u r-riżorsi fil-livell lokali u reġjonali għadhom limitati, u jenfasizza l-ħtieġa li jmorru lil hinn mill-emendi tal-liġi tal-2012 dwar il-muniċipalitajiet;

41.

jinkoraġġixxi, jappoġġja u jsejjaħ għal soluzzjoni ġusta, komprensiva u vijabbli tal-kwistjoni ta’ Ċipru, ibbażata fuq ir-Riżoluzzjonijiet tal-KSNU relevanti, il-liġi internazzjonali u l-valuri li fuqhom hija msejsal-UE; jilqa’ l-momentum pożittiv u l-involviment għal soluzzjoni aċċettabbli b’mod reċiproku, u jistieden lit-Turkija tappoġġja b’mod attiv l-isforzi għal dan;

42.

jappella għall-implimentazzjoni bis-sħiħ u b’mod nondiskriminatorju tal-Protokoll Addizzjonali għall-ftehim ta’ assoċjazzjoni bejn l-UE u t-Turkija fir-rigward tal-Istati Membri kollha, inkluża r-Repubblika ta’ Ċipru; jistieden lit-Turkija żżomm relazzjonijiet tajba fil-viċinat mal-ġirien kollha tagħha, prerekwiżit ewlieni għall-proċess ta’ adeżjoni, jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa li jiġu rispettati s-sovranità u d-drittijiet sovrani tal-Istati Membri kollha skont il-prinċipji tal-UE, ir-riżoluzzjonijiet tan-NU u l-liġi internazzjonali; jistieden lit-Turkija tibda tirtira l-forzi tagħha minn Ċipru u tittrasferixxi ż-żona magħluqa ta’ Famagusta lin-NU skont ir-Riżoluzzjoni 550 (1984) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; jenfasizza li miżuri li jsaħħu l-fiduċja għandhom ikunu opportunità ta’ tkabbir ekonomiku, soċjali u reġjonali għaż-żewġ komunitajiet; jinnota li taħditiet bejn il-komunitajiet u djalogu bejn is-soċjetà ċivili fil-komunitajiet lokali jistgħu jrawmu l-ftehim;

43.

jitlob li jsiru aktar sforzi biex il-grupp ta’ ħidma KtR-Turkija jsir kumitat konsultattiv konġunt;

44.

huwa tal-fehma li huwa essenzjali li jkun hemm sehem akbar mis-soċjetà ċivili tal-Istati Membri matul il-proċess kollu;

Il-Montenegro

45.

jilqa’ l-impenn u l-progress li sar mill-Montenegro u t-triq tiegħu lejn l-adeżjoni mal-UE, u wkoll l-opportunità biex tissaħħaħ l-istabbilità inerenti fl-istedina biex jingħaqad man-NATO;

46.

isejjaħ lill-partijiet kollha biex isaħħu d-djalogu politiku bejn il-partiti; u biex il-livelli kollha tal-gvern jiżguraw li l-elezzjonijiet li jmiss isiru skont l-ogħla standards demokratiċi bbażati fuq il-leġislazzjoni elettorali l-ġdida;

47.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat rekord kredibbli fir-rigward tal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, inkluż fil-livell lokali; f’dan ir-rigward, jilqa’ l-pjani ta’ azzjoni lokali dwar il-prevenzjoni tal-korruzzjoni, ippreparati minn maġġoranza kbira ta’ muniċipalitajiet, flimkien ma’ pjani ta’ inklużjoni soċjali lokali u jisħaq li dawn għandhom jiġu implimentati kif xieraq u mmonitorjati sew;

48.

jilqa’ l-isforzi li saru fir-rigward tal-iżvilupp professjonali tal-uffiċjali taċ-ċivil lokali, iżda jenfasizza l-ħtieġa għal sforzi ulterjuri (eż. taħriġ u proċeduri ta’ reklutaġġ iktar trasparenti, ibbażati fuq il-prinċipju tal-mertu); jilqa’ l-emendi adottati għal-liġi dwar il-finanzjament tal-awtonomija lokali, u jinkoraġġixxi aktar sforzi biex l-awtonomija lokali ssir finanzjarjament awtosuffiċjenti;

49.

jilqa’ programmi mill-Ministeru tal-Ekonomija bħala sostenn għal muniċipalitajiet inqas żviluppati u promozzjoni għall-esportazzjonijiet minn kumpaniji lokali u reġjonali;

Is-Serbja

50.

jilqa’ l-impenn tas-Serbja fir-rigward tal-adeżjoni mal-UE li diġà tat riżultati rigward it-tlestija fil-ħin tal-proċedura ta’ skrinjar u l-ftuħ tal-ewwel kapitoli ta’ negozjati, u jħeġġeġ lis-Serbja tkompli fuq dawn il-passi pożittivi (eż. it-tlestija ta’ diversi dokumenti strateġiċi) billi tonora l-impenji tagħha; b’mod partikolari jistieden lill-awtoritajiet lokali biex jimplimentaw azzjonijiet kontra l-korruzzjoni kif dovut b’mod sostenibbli u fit-tul;

51.

jilqa’ l-preżentazzjoni tal-pjani ta’ azzjoni għall-Kapitoli 23 u 24 u jinsab kuntent li l-ambjent leġislattiv għall-garanzija tad-drittijiet fundamentali jinsab fis-seħħ, iżda jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata b’mod effettiv, implimentazzjoni konsistenti fil-pajjiż kollu;

52.

jilqa’ l-adozzjoni mill-gvern tal-pjan ta’ azzjoni ddedikat għall-minoranzi nazzjonali u jisħaq li dan għandu jiġi implementat kif xieraq, u jinnota l-opinjonijiet tal-kumitat konsulattiv tal-Kunsill tal-Ewropa f’dan ir-rigward; jilqa’ l-livell għoli ta’ protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali u etniċi f’Vojvodina, u jitlob li dawn id-drittijiet jiġu żgurati fil-livell lokali wkoll (dwar l-edukazzjoni, l-aċċess għall-midja u s-servizzi reliġjużi, l-użu ta’ lingwi minoritarji inklużi l-proċeduri tal-amministrazzjoni pubblika u r-reġistru ċivili, u rappreżentanza proporzjonali fis-settur pubbliku); jilqa’ b’sodisfazzjon ir-relazzjonijiet interetniċi ġeneralment tajbin, u jinkoraġġixxi aktar progress; jilqa’ r-retorika favur l-etniji u l-minoritajiet li tiddomina d-diskors tal-ogħla rappreżentanti tal-gvern;

53.

iqis li l-Kunsilli tal-Minoranzi Nazzjonali huma ta’ eżempju tajjeb, u jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-kompatibilità bejn il-liġi dwar il-Kunsilli tal-Minoranzi Nazzjonali u l-leġislazzjoni settorjali, filwaqt li jinżamm il-livell tad-drittijiet u l-kompetenzi diġà miksuba;

54.

jirrimarka li l-kapaċità lokali ħafna drabi hija dgħajfa u irregolari, u jitlob għal riżorsi xierqa fil-livell deċentralizzat li jkunu xierqa għall-kompiti assenjati b’rabta bejn l-effiċjenza tal-infiq pubbliku u d-dħul sussegwenti; jinnota li l-liġi dwar ir-finanzjament ta’ Vojvodina, għadha trid tiġi adottata;

55.

jilqa’ l-istrateġija għar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u l-istrateġija ta’ taħriġ dwar l-awtonomija lokali, u jitlob għall-implimentazzjoni xierqa tagħha u għall-adozzjoni ta’ liġi tas-servizzi taċ-ċivil għall-ħaddiema tal-gvern lokali; iqis li l-ħidma tal-Konvenzjoni Nazzjonali dwar l-Integrazzjoni Ewropea u l-konsultazzjonijiet lokali bħala eżempji pożittivi;

56.

jitlob li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-OSKE/ODIHR dwar l-elezzjonijiet muniċipali;

57.

jilqa’ u jappoġġja l-iżviluppi pożittivi fil-proċess ta’ normalizzazzjoni u d-djalogu bejn Belgrad u Pristina, il-kisba ta’ riżultati għaċ-ċittadini, u jinkoraġġixxi aktar progress billi jinkisbu riżultati dwar l-impenji u jiġu implimentati l-ftehimiet, biex b’hekk tissaħħaħ il-kooperazzjoni u l-fiduċja; jistieden lill-awtoritajiet biex jippromovu n-normalizzazzjoni b’mod attiv;

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

58.

jenfasizza li dan il-pajjiż kien l-ewwel li ffirma Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA), u fid-dawl ta’ dan, jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-impass fil-proċess ta’ integrazzjoni, u fil-promozzjoni ta’ impenji u riformi. Isejjaħ kemm għal rieda politika mġedda mill-pajjiż, kif ukoll għall-UE biex tikkonferma l-perspettiva Ewropea kredibbli tal-pajjiż, u twassal għat-twettiq tal-impenji tal-pajjiż;

59.

jitlob biex il-partijiet kollha jirrispettaw ir-responsabbiltajiet tagħhom li jimplimentaw il-ftehim politiku ta’ Ġunju/Lulju 2015 b’mod sħiħ u kostruttiv, u jimplimentaw il-Prijoritajiet ta’ Riforma Urġenti; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi indirizzat ir-rigress fil-qasam tal-libertà tal-espressjoni, speċjalment l-istat tad-dritt inkluż il-ġudikatura u l-fiduċja fis-sistema politika; jinkoraġġixxi aktar progress (mibni fuq riżultati li nkisbu qabel dwar livell relattivament tajjeb ta’ allinjament mal-acquis) ibbażat fuq rekord kredibbli inkluż fil-livell lokali;

60.

jistenna, fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, li l-Kummissjoni se tkun tista’ testendi r-rakkomandazzjoni tagħha biex jinfetħu n-negozjati ta’ adeżjoni, skont il-Konklużjonijiet tal-Kunsill u l-kondizzjonalità stabbilita;

61.

jenfasizza li hija essenzjali implimentazzjoni ulterjuri tal-Aġenda ta’ deċentralizzazzjoni; f’dan ir-rigward, jilqa’ b’sodisfazzjon il-programm strateġiku għall-2015-2020 u jappella għall-implimentazzjoni tat-tieni fażi ta’ deċentralizzazzjoni fiskali;

62.

jenfasizza li r-relazzjonijiet tajba mal-ġirien, inkluż it-tfittxija ta’ soluzzjoni negozjata u aċċettabbli b’mod reċiproku dwar il-kwistjoni tal-isem taħt il-patroċinju tan-NU, jibqgħu essenzjali u li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol kostruttiv f’dan ir-rigward konformi mal-impenn rilevanti tal-mexxejja tal-partiti politiċi ewlenin fil-ftehim politiku ta’ Ġunju-Lulju 2015;

L-Albanija

63.

jilqa’ l-enfasi xierqa u l-progress kostanti li għamlet l-Albanija dwar il-prijoritajiet prinċipali ta’ riforma, speċjalment rigward il-ġudikatura; iħeġġeġ lill-Albanija tħaffef il-pass tar-riformi, b’mod partikolari fl-oqsma taħt il-prijoritajiet ewlenin, b’attenzjoni speċjali għall-istat tad-dritt, id-depolitiċizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika, il-protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-bniedem inklużi d-drittijiet ta’ persuni minn minoranzi fl-Albanija kollha u l-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-propjetà, u tkompli ttejjeb l-ambjent għan-negozju u l-investiment kif ukoll tindirizza l-livell għoli ta’ ekonomija moħbija, sabiex jibdew in-negozjati għall-adeżjoni; ifakkar li għandha tiġi żgurata implimentazzjoni kontinwa, komprensiva u inklużiva tal-prijoritajiet ewlenin; jilqa’ b’mod partikolari l-leġislazzjoni l-ġdida rigward l-esklużjoni mill-Parlament ta’ persuni ħatja filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa għal reġistrazzjoni adatta tar-riżultati; jilqa’ wkoll b’sodisfazzjon l-istrateġija u l-pjan ta’ azzjoni kontra l-korruzzjoni; iħeġġeġ aktar progress fil-miżuri ta’ politika u leġislattivi u implimentazzjoni xierqa;

64.

bi pjaċir jinnota li l-elezzjonijiet lokali tal-2015 saru mingħajr inċidenti kbar, iżda jsejjaħ għal aktar imparzjalità u professjonalità; barra minn hekk, jilqa’ l-kumitat ad hoc stabbilit mill-Parlament dwar ir-riforma elettorali u jfakkar fir-rakkomandazzjonijiet tal-OSKE/ODIHR f’dan ir-rigward kif ukoll dawk li saru mill-Kungress tal-KtE/Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-KtR li jsejħu għad-depolitiċizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika u l-iżgurar tal-imparzjalità;

65.

isejjaħ biex il-proċess ta’ riforma jkun inklużiv b’mod wiesa’, bl-involviment tal-atturi politiċi u ċivili kollha kkonċernati, inklużi l-oppożizzjoni u l-partijiet interessati rilevanti kollha, u jfaħħar il-ħidma tal-Kunsill Nazzjonali dwar l-Integrazzjoni Ewropea f’dan ir-rigward, bħala eżempju pożittiv;

66.

jilqa’ l-istrateġija ta’ deċentralizzazzjoni nazzjonali bil-prijoritajiet definiti sewwa tagħha, u l-allokazzjoni ta’ fond tranżitorju; jitlob li jkun hemm aktar progress fl-implimentazzjoni tar-riforma tal-amministrazzjoni territorjali b’mod inklużiv permezz ta’ djalogu kontinwu u mill-qrib mal-partijiet interessati kollha, inklużi l-minoranzi; jilqa’ wkoll il-liġi organika ġdida dwar l-awtonomija lokali li tiċċara r-responsabbiltajiet u ttejjeb il-kooperazzjoni interistituzzjonali bejn il-livelli differenti ta’ gvern filwaqt li jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni effettiva tagħha;

Il-Bożnija-Ħerzegovina

67.

jilqa’ l-fatt li l-pajjiż jinsab fit-triq it-tajba fil-proċess ta’ integrazzjoni minħabba li l-perspettiva Ewropea hija inċentiv ewlieni għall-pajjiż, u jinkoraġġixxi aktar twettiq tal-Aġenda ta’ Riforma, waqt li d-dħul fis-seħħ tal-FSA juri li l-impenji jistgħu jagħtu riżultati;

68.

għaldaqstant, huwa kuntent li l-Bożnija-Ħerzegovina ssottomettiet applikazzjoni għal sħubija fl-UE fil-15 ta’ Frar 2016 li tipprovdi inkoraġġiment kemm għall-pajjiż kif ukoll għal-proċess ta’ tkabbir; għalhekk jisħaq fuq il-bżonn li jinżamm il-momentum sabiex tkun tista’ tasal għall-progress sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-Aġenda ta’ Riforma meħtieġ għall-avvanz f’din id-direzzjoni;

69.

jitlob li l-FSA jiġi adattat kompletament wara l-adeżjoni tal-Kroazja u għal passi biex jiġi żgurat li l-kostituzzjoni tosserva d-deċiżjonijiet tal-KEDB;

70.

jappella għal koordinazzjoni aħjar bejn il-livelli tal-gvern sabiex jiġu eliminati l-ostakoli għall-funzjonalità tal-pajjiż, għall-implimentazzjoni effettiva tal-Aġenda ta’ Riforma, għall-mobilità, l-investiment u l-konnessjonijiet f’diversi oqsma ta’ politika u għall-ħolqien ta’ żona ekonomika unika; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-deċentralizzazzjoni ma tfissirx frammentazzjoni, u li hemm ukoll il-ħtieġa ta’ strateġiji ta’ qafas koordinati, peress li r-riformi jeħtieġ li javvanzaw fil-livelli kollha; jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ miri komuni li huma kompatibbli iżda jmorru lil hinn mill-interessi individwali;

71.

b’rabta ma’ dan, l-operat bla xkiel ta’ mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni effettiv dwar kwistjonijiet tal-UE se jkun neċessarju għall-pajjiż sabiex jilqa’ l-isfidi fit-triq lejn l-UE; il-progress se jiftaħ ukoll it-triq sabiex il-Bożnija-Ħerzegovina tgawdi bis-sħiħ mill-fondi tal-UE disponibbli;

72.

iqis li l-leġislazzjoni fil-livell tal-entitajiet hija ġeneralment konformi mal-Karta Ewropea dwar l-Awtonomija Lokali, iżda jitlob li jkun hemm distribuzzjoni aktar effettiva tal-kompetenzi bejn l-entitajiet, id-distretti u l-muniċipalitajiet;

Il-Kosovo  (1)

73.

jilqa’ l-iffirmar u r-ratifika tal-FSA u d-dħul fis-seħħ tiegħu fl-1 ta’ April 2016, li bih jista’ jitħabbar kapitolu ġdid fir-relazzjonijiet tal-Kosovo mal-UE; iħeġġeġ lill-Kosovo sabiex ikompli l-implimentazzjoni tar-riformi relatati mal-UE (eż. l-adozzjoni tal-pakkett tal-liġijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem) u passi pożittivi oħra (eż. it-twaqqif ta’ Awliet Speċjalistiċi, il-proċess ta’ normalizzazzjoni);

74.

jenfasizza li l-ostakolar tad-dibattitu politiku permezz ta’ mezzi vjolenti mhuwiex aċċettabbli, u jitlob lill-partijiet kollha sabiex jerġgħu lura għal djalogu u proċeduri normali;

75.

jilqa’ r-riżultati miksuba fil-liberalizzazzjoni tal-visa, jisħaq dwar l-importanza li jitwettqu l-kondizzjonijiet rilevanti kollha stabbiliti u jinkoraġġixxi aktar progress;

76.

jenfasizza l-ħtieġa li jitkomplew l-isforzi rigward il-protezzjoni tal-wirt kulturali u reliġjuż, speċjalment fil-livell lokali;

77.

jilqa’ u jappoġġja l-iżviluppi pożittivi fil-proċess ta’ normalizzazzjoni u d-djalogu bejn Belgrad u Pristina, il-kisba ta’ riżultati għaċ-ċittadini, u jinkoraġġixxi aktar progress billi jinkisbu riżultati dwar l-impenji u jiġu implimentati l-ftehimiet, biex b’hekk tissaħħaħ il-kooperazzjoni u l-fiduċja; jistieden lill-awtoritajiet biex jippromovu n-normalizzazzjoni b’mod attiv.

Brussell, is-16 ta’ Ġunju 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Din ir-referenza hija mingħajr ħsara għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mar-Riżoluzzjoni 1244/99 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-Opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ) dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.