ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 468

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
15 ta' Diċembru 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

 

IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2013–2014
Dati tas-seduti: 9-12 ta’ Diċembru 2013
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 89 E, 28.3.2014 .
TESTI ADOTTATI

1


 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 10 ta’ Diċembru 2013

2016/C 468/01

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 li fih ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar in-negozjati għal Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Kanada (2013/2133(INI))

2

2016/C 468/02

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar qafas ta’ rkupru u riżoluzzjoni għal istituzzjonijiet mhux bankarji (2013/2047(INI))

5

2016/C 468/03

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Industrijali Spazjali tal-UE – Ir-rilaxx tal-Potenzjal għat-Tkabbir fis-Settur Spazjali (2013/2092(INI))

12

2016/C 468/04

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar l-isfruttar tal-potenzjal tal-Cloud Computing fl-Ewropa (2013/2063(INI))

19

2016/C 468/05

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 bl-opinjoni tiegħu dwar ir-rapport ta' evalwazzjoni rigward il-BEREC u l-Uffiċċju (2013/2053(INI))

30

2016/C 468/06

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta’ kriterji li jiddeterminaw meta l-karta riċiklata ma tibqax titqies bħala skart skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart (D021155/01 – 2012/2742(RPS))

33

2016/C 468/07

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar l-Aspetti tal-Ġeneru tal-Qafas Ewropew għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Inklużjoni tar-Rom (2013/2066(INI))

36

2016/C 468/08

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar l-isforzi tal-komunità internazzjonali fil-qasam tal-iżvilupp tal-bini tal-istat fis-Sudan t'Isfel (2013/2090(INI))

45

2016/C 468/09

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar CARS 2020: lejn industrija tal-karozzi Ewropea b'saħħitha, kompetittiva u sostenibbli (2013/2062(INI)).

57

2016/C 468/10

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar is-Saħħa u d-Drittijiet Sesswali u Riproduttivi (2013/2040(INI))

66

2016/C 468/11

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-volontarjat u l-attivitajiet tal-volontarjat fl-Ewropa (2013/2064(INI))

67

 

L-Erbgħa 11 ta’ Diċembru 2013

2016/C 468/12

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-koordinazzjoni tad-donaturi tal-UE dwar l-għajnuna għall-iżvilupp (2013/2057(INL))

73

2016/C 468/13

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar ir-Rapport Annwali tal-2012 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja 2012 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (2013/2152(INI))

80

2016/C 468/14

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni tal-UE (2013/2075(INI))

100

2016/C 468/15

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar iż-żamma tal-produzzjoni tal-ħalib f’żoni muntanjużi, żoni żvantaġġjati u reġjuni l-iktar imbiegħda wara li tiskadi l-kwota tal-ħalib (2013/2097(INI))

114

2016/C 468/16

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-approċċ tal-UE għar-reżiljenza u t-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw: nitgħallmu mill-kriżijiet tas-sigurtà tal-ikel (2013/2110(INI))

120

2016/C 468/17

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar in-nisa b'diżabilitajiet (2013/2065(INI))

128

2016/C 468/18

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għas-Settur tal-Konsumaturi għall-benefiċċju tal-atturi kollha (2013/2093(INI))

140

 

Il-Ħamis 12 ta’ Diċembru 2013

2016/C 468/19

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar l-Ekoinnovazzjoni – Impjiegi u Tkabbir permezz tal-politika ambjentali (2012/2294(INI))

146

2016/C 468/20

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar l-appell għal impenn vinkolanti u li jitkejjel kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa fl-UE (2013/2963(RSP))

155

2016/C 468/21

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma (2013/2924(RSP))

157

2016/C 468/22

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar l-eżitu tas-summit ta’ Vilnjus u l-futur tas-Sħubija tal-Lvant, b’mod partikolari fir-rigward tal-Ukraina (2013/2983(RSP))

163

2016/C 468/23

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar ir-Rapport ta' progress 2013 dwar l-Albanija (2013/2879(RSP))

167

2016/C 468/24

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar it-tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (19-20 ta' Diċembru 2013) (2013/2626(RSP))

173

2016/C 468/25

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar problemi kostituzzjonali ta’ governanza b’diversi livelli fl-Unjoni Ewropea (2012/2078(INI)) ,

176

2016/C 468/26

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-istituzzjonijiet li jirrappreżentaw lill-gvernijiet nazzjonali (2012/2034(INI))

187

2016/C 468/27

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar Infrastruttura Ekoloġika (IE) – Intejbu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (2013/2663(RSP))

190

2016/C 468/28

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar ir-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2012 (2013/2076(INI))

195

2016/C 468/29

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (2013/2980(RSP))

202

2016/C 468/30

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar it-tneħħija tal-organi fiċ-Ċina (2013/2981(RSP))

208

2016/C 468/31

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar is-sitwazzjoni fis-Sri Lanka (2013/2982(RSP))

210


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 10 ta’ Diċembru 2013

2016/C 468/32

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar rapporti li jikkonċernaw żjajjar għall-ġbir tal-fatti għall-investigazzjoni tal-petizzjonijiet (interpretazzjoni tal-Artikolu 202(5) tar-Regoli ta' Proċedura) (2013/2258(REG))

213


 

III   Atti preparatorji

 

IL-PARLAMENT EWROPEW

 

It-Tlieta 10 ta’ Diċembru 2013

2016/C 468/33

P7_TA(2013)0519
Programm Ġustizzja għall-2014-2020 ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi għall-perjodu 2014 sa 2020 il-Programm dwar il-Ġustizzja (COM(2011)0759 – C7-0439/2011 – 2011/0369(COD))
P7_TC1-COD(2011)0369
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm dwar il-Ġustizzja għall-perijodu 2014 sa 2020

214

2016/C 468/34

P7_TA(2013)0520
Il-Programm tad-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza 2014-2020 ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi għall-perjodu 2014 sa 2010 il-Programm tad-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza (COM(2011)0758 – C7-0438/2011 – 2011/0344(COD))
P7_TC1-COD(2011)0344
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perijodu 2014 sa 2020

216

2016/C 468/35

P7_TA(2013)0521
Preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova (COM(2013)0678 – C7-0305/2013 – 2013/0325(COD))
P7_TC1-COD(2013)0325
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova

217

2016/C 468/36

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li tistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ partijiet (14165/2013 – C7-0415/2013 – 2013/0315(NLE))

218

2016/C 468/37

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interessi tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza fl-Użu tas-Sustanzi Kimiċi fuq ix-Xogħol, 1990, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (Konvenzjoni Nru 170) (11463/2013 – C7-0236/2013 – 2012/0320(NLE))

219

2016/C 468/38

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll kontra l-Iffabbrikar Illeċitu u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-Munizzjon tagħhom, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali (12324/2013 – C7-0379/2013 – 2013/0083(NLE))

220

2016/C 468/39

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV: 6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (16112/2012 – C7-0285/2013 – 2012/0304(NLE))

221

2016/C 468/40

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Memorandum ta' Qbil rivedut mal-Istati Uniti tal-Amerika rigward l-importazzjoni taċ-ċanga ġejja minn annimali li Ma jkunux ġew ittrattati b’ċerti ormoni li jinkoraġġixxu t-tkabbir u rigward id-dazji ogħla applikati mill-Istati Uniti għal ċerti prodotti tal-Unjoni Ewropea (14374/2013 – C7-0377/2013 – 2013/0324(NLE))

222

2016/C 468/41

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Côte d'Ivoire (2013-2018) (08701/2013 – C7-0216/2013 – 2013/0102(NLE))

223

2016/C 468/42

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Komunità għal importazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd fil-Gżejjer Kanarji mill-2014 sal-2020 (COM(2013)0552 – C7-0262/2013 – 2013/0266(CNS))

224

2016/C 468/43

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/001 FI/Nokia mill-Finlandja) (COM(2013)0707 – C7-0359/2013 – 2013/2264(BUD))

225

2016/C 468/44

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEG/2013/003 DE/First Solar mill-Ġermanja) (COM(2013)0706 – C7-0358/2013 – 2013/2263(BUD))

228

2016/C 468/45

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEG/2012/011 DK/Vestas mid-Danimarka) (COM(2013)0703 – C7-0357/2013 – 2013/2262(BUD))

231

2016/C 468/46

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2004/585/KE (12007/3/2013 – C7-0375/2013 – 2011/0195(COD))

235

2016/C 468/47

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (12005/2/2013 – C7-0376/2013 – 2011/0194(COD))

237

2016/C 468/48

P7_TA(2013)0539
Kundizzjonijiet speċifiċi għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal, dispożizzjonijiet għas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kundizzjonijiet għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal u dispożizzjonijiet għas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2347/2002 (COM(2012)0371 – C7-0196/2012 – 2012/0179(COD))
P7_TC1-COD(2012)0179
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta’ Diċembru 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kundizzjonijiet għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal u dispożizzjonijiet għas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002

239

2016/C 468/49

P7_TA(2013)0540
Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq Mekkaniżmu tal-Unjoni tal-Protezzjoni Ċivili (COM(2011)0934 – C7-0519/2011 – 2011/0461(COD))
P7_TC1-COD(2011)0461
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

263

2016/C 468/50

P7_TA(2013)0541
Ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà residenzjali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà residenzjali (COM(2011)0142 – C7-0085/2011 – 2011/0062(COD))
P7_TC1-COD(2011)0062
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-10 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb li tadotta d-Direttiva 2014/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kuntratti ta' kreditu għall-konsumaturi marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010

265

2016/C 468/51

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar importazzjonijiet ta’ ross li joriġina mill-Bangladexx (COM(2012)0172 – C7-0102/2012 – 2012/0085(COD))

266

2016/C 468/52

P7_TA(2013)0543
L-għażla taż-żmien tal-irkant tal-kwoti tal-gassijiet serra ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fejn tiċċara d-dispożizzjonijiet dwar l-għażla taż-żmien tal-irkant tal-kwoti tal-gassijiet serra (COM(2012)0416 – C7-0203/2012 – 2012/0202(COD))
P7_TC1-COD(2012)0202
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-10 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb li tadotta d-Deċiżjoni Nru …/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fejn tiċċara d-dispożizzjonijiet dwar l-għażla taż-żmien tal-irkant tal-kwoti tal-gassijiet serra

272

 

L-Erbgħa 11 ta’ Diċembru 2013

2016/C 468/53

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-regolament delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ottubru 2013 dwar il-kundizzjonijiet biex titqiegħed għad-dispożizzjoni f'websajt dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni ta' prodotti għall-bini (C(2013)7086 – 2013/2928(DEA))

273

2016/C 468/54

P7_TA(2013)0552
Programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm Pericles 2020) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … 2014 li jistabilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm Pericles 2020) (COM(2011)0913 – C7-0510/2011 – 2011/0449(COD))
P7_TC1-COD(2011)0449
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-11 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm 'Pericles 2020') u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/923/KE, 2001/924/KE, 2006/75/KE, 2006/76/KE, 2006/849/KE u 2006/850/KE

274

2016/C 468/55

P7_TA(2013)0553
Emenda tar-Regolament (UE) Nru 99/2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017 ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 99/2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017 (COM(2013)0525 – C7-0224/2013 – 2013/0249(COD))
P7_TC1-COD(2013)0249
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 99/2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017

275

2016/C 468/56

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni dwar ix-xogħol diċenti għall-ħaddiema domestiċi, 2011, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (il-Konvenzjoni Nru 189) (11462/2013 – C7-0234/2013 – 2013/0085(NLE))

276

2016/C 468/57

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-firma ta’ Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Armenja fil-programmi tal-Unjoni (16469/2012 – C7-0009/2013 – 2012/0247(NLE))

277

2016/C 468/58

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża li jikkonċerna l-applikazzjoni, f'dak li jirrigwarda l-kollettività ta' Saint-Barthélemy, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-taxxa fuq it-tfaddil u l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa (COM(2013)0555 – C7-0360/2013 – 2013/0269(NLE))

278

2016/C 468/59

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2002/546/KE fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tagħha (COM(2013)0781 – C7-0420/2013 – 2013/0387(CNS))

279

2016/C 468/60

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-ħatra proposta ta' Phil Wynn Owen bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0313/2013 – 2013/0811(NLE))

280

2016/C 468/61

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-ħatra proposta ta' Alex Brenninkmeijer bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0312/2013 – 2013/0810(NLE))

281

2016/C 468/62

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-ħatra proposta ta' Henri Grethen bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0309/2013 – 2013/0807(NLE))

282

2016/C 468/63

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-ħatra proposta ta' Nikolaos Milionis bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0310/2013 – 2013/0808(NLE))

283

2016/C 468/64

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar in-nomina ta’ Danièle Lamarque bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0311/2013 – 2013/0809(NLE))

284

2016/C 468/65

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċetrali Ewropew (N7-0103/2013 – C7-0424/2013 – 2013/0901(NLE))

285

2016/C 468/66

P7_TA(2013)0565
L-istabbiliment ta' regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għal azzjoni esterna ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għal azzjoni esterna (COM(2011)0842 – C7-0494/2011 – 2011/0415(COD))
P7_TC1-COD(2011)0415
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għal finanzjament tal-azzjoni esterna

286

2016/C 468/67

P7_TA(2013)0566
Strument għall-Istabbiltà ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jwaqqaf Strument għall-Istabbiltà (COM(2011)0845 – C7-0497/2011 – 2011/0413(COD))
P7_TC1-COD(2011)0413
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi li jwaqqaf Strument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi

288

2016/C 468/68

P7_TA(2013)0567
Strument Ewropew ta’ Viċinat ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument Ewropew ta’ Viċinat (COM(2011)0839 – C7-0492/2011 – 2011/0405(COD))
P7_TC1-COD(2011)0405
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument Ewropew tal-Viċinat

290

2016/C 468/69

P7_TA(2013)0568
Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (COM(2011)0838 – C7-0491/2011 – 2011/0404(COD))
P7_TC1-COD(2011)0404
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II)

293

2016/C 468/70

P7_TA(2013)0569
Strument ta' Sħubija għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument ta' Sħubija għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi (COM(2011)0843 – C7-0495/2011 – 2011/0411(COD))
P7_TC1-COD(2011)0411
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument ta' Sħubija għal kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi

296

2016/C 468/71

P7_TA(2013)0570
Strument ta' finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (COM(2011)0844 – C7-0496/2011 – 2011/0412(COD))
P7_TC1-COD(2011)0412
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għad demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja

298

2016/C 468/72

P7_TA(2013)0571
Il-ħolqien ta' strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-koperazzjoni għall-iżvilupp (COM(2011)0840 – C7-0493/2011 – 2011/0406(COD))
P7_TC1-COD(2011)0406
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Rgeolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp

300

2016/C 468/73

P7_TA(2013)0572
Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni 2014-2020 ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014 – 2020) (COM(2011)0608 – C7-0319/2011 – 2011/0269(COD))
P7_TC1-COD(2011)0269
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006

303

2016/C 468/74

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (COM(2013)0348 – C7-0200/2013 – 2013/0188(CNS))

305

2016/C 468/75

P7_TA(2013)0574
Sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi (COM(2012)0561 – C7-0320/2012 – 2011/0225(COD))
P7_TC1-COD(2011)0225
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi [Em. 1]

316

 

Il-Ħamis 12 ta’ Diċembru 2013

2016/C 468/76

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2013 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea billi jżid in-numru ta' Mħallfin fil-Qorti Ġenerali (02074/2011 – C7-0126/2012 – 2011/0901B(COD))

330

2016/C 468/77

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/112/KE u 2008/118/KE fir-rigward tar-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi u b'mod partikolari l-Majott (COM(2013)0577 – C7-0268/2013 – 2013/0280(CNS))

333

2016/C 468/78

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar l-abbozz għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE minħabba l-bidla fl-istatus tal-Majott (14220/2013 – C7-0355/2013– 2013/0189(NLE))

334

2016/C 468/79

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (13283/1/2013 – C7-0411/2013 – 2011/0039(COD))

337

2016/C 468/80

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti ta' setgħat iddelegati u implimentattivi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (13284/1/2013 – C7-0408/2013 – 2011/0153(COD))

340

2016/C 468/81

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi (COM(2013)0266 – C7-0125/2013 – 2013/0139(COD))

342

2016/C 468/82

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-ġestjoni integrata tal-kosta (COM(2013)0133 – C7-0065/2013 – 2013/0074(COD))

368

2016/C 468/83

P7_TA(2013)0589
Emenda ta' ċerti Direttivi fl-oqsma tal-ambjent, l-agrikoltura, il-politika soċjali u s-saħħa pubblika minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda ċerti Direttivi fl-oqsma tal-ambjent, l-agrikoltura, il-politika soċjali u s-saħħa pubblika minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni (COM(2013)0418 – C7-0176/2013 – 2013/0192(COD))
P7_TC1-COD(2013)0192
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda ċerti Direttivi fl-oqsma tal-ambjent, l-agrikoltura, il-politika soċjali u s-saħħa pubblika minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni

397

2016/C 468/84

P7_TA(2013)0590
Azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033 ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033 (COM(2012)0407 – C7-0198/2012 – 2012/0199(COD))
P7_TC1-COD(2012)0199
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb li tadotta d-Deċiżjoni Nru …/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033 u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE
[Emenda 84]

404

2016/C 468/85

P7_TA(2013)0591
Li jemenda ċerti regolamenti fil-qasam tas-sajd u s-saħħa tal-annimali minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti Regolamenti fil-qasam tas-sajd u s-saħħa tal-annimali minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni (COM(2013)0417 – C7-0175/2013 – 2013/0191(COD))
P7_TC1-COD(2013)0191
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti Regolamenti fil-qasam tas-sajd u s-saħħa tal-annimali minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni

417

2016/C 468/86

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-regolament ta' delega tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ottubru 2013 li jemenda l-Annessi I, II u IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (C(2013)07167 – 2013/2929(DEA))

423


Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

***

Proċedura ta' approvazzjoni

***I

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari

***II

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari

***III

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att)

Emendi tal-Parlament:

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

MT

 


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/1


IL-PARLAMENT EWROPEW

SESSJONI 2013–2014

Dati tas-seduti: 9-12 ta’ Diċembru 2013

Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 89 E, 28.3.2014.

TESTI ADOTTATI

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 10 ta’ Diċembru 2013

15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/2


P7_TA(2013)0532

In-negozjati għal Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Kanada

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 li fih ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar in-negozjati għal Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Kanada (2013/2133(INI))

(2016/C 468/01)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra n-negozjati li għaddejjin bejn l-UE u l-Kanada għal Ftehim ta' Sħubija Strateġika (SPA),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2006 dwar il-klawsola tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija fil-ftehimiet tal-Unjoni Ewropea (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet reċenti tiegħu dwar ir-relazzjonijiet mal-Kanada, b'mod partikolari dawk tal-5 ta' Mejju 2010 dwar is-Samit UE-Kanada (2) tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Kanada (3) kif ukoll tat-13 ta' Ġunju 2013 fuq ir-rwol tal-UE fil-promozzjoni ta' sħubija Trans-Atlantika usa' (4),

wara li kkunsidra l-Ftehim kwadru tal-1976 għall-kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Kanada (5),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-1990 dwar ir-relazzjonijiet transatlantiċi bejn il-KE u l-Kanada,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-1996 u l-Pjan ta' Azzjoni Konġunta,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-relazzjonijiet UE-Kanada (COM(2003)0266),

wara li kkunsidra l-Aġenda ta' Sħubija UE-Kanada tal-2004,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-2011 lill-Kumitat Konġunt ta' Kooperazzjoni UE-Kanada,

wara li kkunsidra r-riżultati tal-laqgħa interparlamentari UE-Kanada ta' April 2013,

wara li kkunsidra l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 90(4) u 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0407/2013),

A.

billi r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Kanada huma storiċi, sodi u mibnija fuq interessi u valuri komuni; billi l-valuri komuni ta' demokrazija u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem għandhom jiffurmaw parti ewlenija ta' kwalunkwe ftehim bejn iż-żewġ partijiet bil-għan li jipprovdu qafas għal dik ir-relazzjoni;

B.

billi l-UE u l-Kanada għandhom storja twila ta' kooperazzjoni politika u ekonomika estensiva, li formalment tmur lura sal-1976 meta l-UE ffirmat Ftehim kwadru mal-Kanada, l-ewwel ma' pajjiż OECD; billi dan il-ftehim ilu żmien twil jikkostitwixxi l-qafas xieraq biex jissaħħu r-relazzjonijiet, tikber l-assoċjazzjoni politika u tiżdied il-kooperazzjoni;

C.

billi l-Kanada huwa demokrazija parlamentari kkonsolidata; billi l-Kanada jaqsam valuri u prinċipji demokratiċi simili mal-Unjoni Ewropea;

D.

billi l-SPA li qiegħed jiġi nnegozjat attwalment jaġġorna u jagħti nifs ġdid lir-relazzjoni bejn l-UE u l-Kanada u jikkontribwixxi b'mod konsiderevoli għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet politiċi, ekonomiċi u kulturali u t-titjib tal-kooperazzjoni tagħna f'bosta setturi; billi dan jikkodifika l-istatus tal-UE u l-Kanada bħala sħab strateġiċi;

E.

billi l-SPA, lil hinn mit-titjib tal-istruttura istituzzjonali tar-relazzjonijiet, flimkien mas-CETA, ikun joffri liċ-ċittadini tal-Ewropa u tal-Kanada vantaġġi u opportunitajiet konkreti sakemm il-partijiet interessati kollha jkunu involuti fil-proċess; billi l-ftuħ tas-swieq u tal-kooperazzjoni regolamentari hija mistennija li tiġġeneraw gwadanji ekonomiċi importanti u jkollhom effetti pożittivi fuq l-impjiegi kemm għall-Kanada kif ukoll għall-UE u, fid-dawl tat-twessigħ tas-sħubija transatlantika u minħabba l-qafas NAFTA eżistenti, jistgħu jwasslu għall-ħolqien ta' suq transatlantiku, sitwazzjoni ta' vantaġġ reċiproku għall-atturi kollha involuti sakemm ma jitbaxxewx l-istandards soċjali u ambjentali attwali;

F.

billi l-vantaġġi u l-opportunitajiet ta' relazzjonijiet intensifikati UE-Kanada għandhom jitqassmu b'mod ugwali fost is-sezzjonijiet kollha kemm tal-popolazzjoni Ewropea u Kanadiża skont il-kundizzjonijiet ta' għajxien u r-rekwiżiti tagħhom; billi l-kundizzjonijiet ekonomiċi u industrijali differenti kemm tal-UE kif ukoll tal-Kanada għandhom ikunu rikonoxxuti u billi r-rispett għal użu sostenibbli u responsabbli tar-riżorsi jeħtieġ li jiġi ggarantit;

G.

billi fit-18 ta' Ottubru 2013 il-President tal-Kummissjoni u l-Prim Ministru Kanadiż laħqu qbil politiku dwar elementi fundamentali ta' Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA), filwaqt li għaddejjin in-negozjati dwar il-Ftehim ta' Sħubija Strateġika; billi s-CETA u l-SPA huma kumplementari fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet UE-Kanada;

H.

billi parallelament għan-negozjati dwar l-SPA, ġie nnegozjat ftehim dwar ir-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) li huwa mistenni jsaħħaħ ir-relazzjoni anki fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u joffri salvagwardji xierqa kontra prassi mmirati sproporzjonati bbażati fuq iż-żamma ta' data dwar il-passiġġieri tal-UE;

I.

billi l-Kanada rtira formalment mill-Protokoll ta' Kjoto fl-2011; billi bosta drabi l-UE appellat lill-Kanada tnaqqas l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra tiegħu skont l-impenji internazzjonali tiegħu;

J.

billi l-kwistjoni tal-eżenzjoni totali tal-viża għandha tiġi solvuta malajr billi jiġi żgurat li l-persuni u l-impriżi mill-Istati Membri kollha tal-UE, fosthom ir-Rumanija u l-Bulgarija, ikollhom opportunitajiet indaqs fil-kooperazzjoni mal-kontropartijiet Kanadiżi;

K.

billi s-sħubija strateġika bejn l-UE u l-Kanada għandha tkun riflessa kif mistħoqq fil-fora u fl-organizzazzjonijiet internazzjonali; billi, f'dan ir-rigward, id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Artiku, appoġġata mill-Kanada, dwar l-istatus ta' osservatur tal-UE hija deplorevoli; billi l-UE impenjat ruħha tikkollabora mal-awtoritajiet Kanadiżi għar-riżoluzzjoni ta' din il-kwistjoni;

1.

Jindirizza lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

(a)

isir il-progress kollu meħtieġ għall-konklużjoni rapida tal-ftehim;

(b)

issir insistenza li l-ftehim kollha tal-UE mal-pajjjiżi terzi għandhom jinkludu klawsoli ta' kundizzjonalità reċiproka u klawsoli politiċi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija, inkwantu riaffermazzjoni komuni tal-impenn reċiproku fil-konfront ta' tali valuri u indipendentement mis-sitwazzjoni f'dawk il-pajjiżi f'termini ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jiġu adottati salvagwardji xierqa biex jiżguraw li l-mekkaniżmu ta' sospensjoni ma jkunx jista' jiġi abbużat minn kwalunkwe naħa;

(c)

issir insistenza li tali kundizzjonalità għandha tifforma parti mill-SPA mal-Kanada biex tiġi żgurata l-konsistenza tal-approċċ komuni tal-UE dwar il-kwistjoni;

(d)

jiġu inkoraġġiti, jekk possibbli, il-partijiet kollha involuti biex jinizjalaw u jiffirmaw l-SPA u s-CETA mill-iktar fis possibbli u tiġi enfasizzata n-natura kumplementari tagħhom;

(e)

jiġi żgurat li s-soċjetà ċivili u l-partijiet interessati ewlenin ikunu involuti, informati u kkonsultati b'mod sħiħ fl-ambitu tal-proċess;

(f)

jiġi żgurat li l-ftehim ikun fih impenn sod għall-kooperazzjoni interparlamentari li tirrikonoxxi r-rwol importanti tal-Parlament Ewropew u tal-Parlament Kanadiż fir-relazzjonijiet UE-Kanada, speċjalment permezz tad-delegazzjoni interparlamentari li ilha kkonsolidata;

(g)

jingħataw rapporti perjodiċi dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim lill-Parlament, li għandhom jippreżentaw ħarsa ġenerali tal-attivitajiet imwettqa u tar-riżultati miksuba fir-rigward tal-oqsma differenti tal-ftehim, ibbażati fuq kejl oġġettiv;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni li fiha r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Istati Membri u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Kanada.


(1)  ĠU C 290 E, 29.11.2006, p. 107

(2)  ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 64.

(3)  ĠU C 380 E, 11.12.2012, p. 20

(4)  Testi adottati, P7_TA(2013)0280.

(5)  ĠU L 260, 24.9.1976, p. 2


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/5


P7_TA(2013)0533

Qafas ta’ rkupru u riżoluzzjoni għal istituzzjonijiet mhux bankarji

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar qafas ta’ rkupru u riżoluzzjoni għal istituzzjonijiet mhux bankarji (2013/2047(INI))

(2016/C 468/02)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapport konsultattiv ta' Lulju 2012 mill-Kumitat dwar is-Sistemi ta' Pagamenti u Saldu (CPSS) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) bl-isem “Recovery and resolution of financial market infrastructures” (L-irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Infrastrutturi tas-Swieq Finanzjarji),

wara li kkunsidra r-rapport konsultattiv tas-CPSS-IOSCO ta’ Awwissu 2013 bl-isem ‘Recovery of financial market infrastructures: (L-Irkupru tal-Infrastrutturi tas-Swieq Finanzjarji),

wara li kkunsidra r-rapport ta' Lulju 2013 tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Kontrolluri tal-Assigurazzjoni bl-isem ‘Global Systemically Important Insurers: (Assiguraturi Globali Sistemikament Importanti:) Initial Assessment Methodology: (Metodoloġija tal-Valutazzjoni Inizjali) u ‘Global Systemically Important Insurers: (Assiguraturi Globali Sistemikament Importanti) Policy Measures: (Miżuri ta' Politika),

wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja bl-isem “Global systemically important insurers (G-SIIs) and the policy measures that will apply to them” (1) (Assiguraturi globali sistemikament importanti (G-SIIs) u l-miżuri ta’ politika li se japplikaw għalihom) tat-18 ta’ Lulju 2013,

wara li kkunsidra r-rapport konsultattiv tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja ta’ Awwissu 2013 bl-isem “Application of the Key Attributes of Effective Resolution Regimes to Non-Bank Financial Institutions” (L-Applikazzjoni ta’ Attributi Ewlenin tar-Reġimi ta’ Riżoluzzjoni Effettivi għall-Istituzzjonijiet Finanzjarji mhux Bankarji),

wara li kkunsidra l-konsultazzjoni mwettqa mis-servizzi tal-Kummissjoni dwar qafas ta’ irkupru u riżoluzzjoni possibbli għal istituzzjonijiet finanzjarji minbarra banek,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (EMIR) (2),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar titjib fis-saldu ta’ titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli (CSDs) u li jemenda d-Direttiva 98/26/KE (CSDR),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment (COM(2012)0280) (BRRD), u r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji dwar dan is-suġġett (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0343/2013),

A.

billi l-valutazzjonijiet tal-infrastruttura tas-suq finanzjarju huma issa inklużi fil-programmi ta’ valutazzjoni tal-FMI u tas-settur finanzjarju tal-Bank Dinji;

B.

billi l-pjanijiet ta’ rkupru effettivi u l-għodda ta' riżoluzzjoni huma kruċjali biex tittejjeb l-istabbiltà tas-settur finanzjarju mhux bankarju globalment;

C.

billi l-infrastrutturi tas-suq finanzjarju huma huma kkaratterizzati minn varjetà wiesgħa ta' linji organizzattivi; billi biex jiġi ffaċilitat l-arranġament ta’ pjanijiet ta’ rkupru xierqa u, fuq kollox, ta’ riżoluzzjoni huwa meħtieġ li ssir distinzjoni bejniethom abbażi tal-kumplessità organizzattiva, tal-operazzjonijiet ġeografiċi u tal-mudell tan-negozju;

D.

billi l-EMIR u s-CSDR għandhom l-għan li jnaqqsu r-riskju sistemiku permezz ta’ infrastruttura tas-suq regolata sew, teżisti l-possibiltà ta’ konsegwenzi mhux intenzjonati;

E.

billi filwaqt li l-ikklerjar ċentrali mandatorju jikkontribwixxi b’mod pożittiv biex inaqqas ir-riskju sistemiku globali tas-swieq finanzjarji, mill-banda l-oħra dan żied il-konċentrazzjoni tar-riskju sistemiku fis-CCPs u jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-CCPs kollha huma sistemikament importanti fis-swieq tagħhom stess;

F.

billi l-membri prinċipali tal-ikklerjar tipikament jipparteċipaw f’aktar minn CCP waħda, bir-riskju li jekk CCP waħda tfalli dan jista' jikkawża diffikultajiet lil CCPs oħrajn;

G.

billi l-fallimenti multiplikati tal-membri tas-CCPs se jkollhom konsegwenzi devastanti mhux biss għall-parteċipanti tas-suq finanzarju iżda anki għas-soċjetajiet kollha kemm huma;

H.

billi l-iskop li għalih jintuża CCP huwa li jitnaqqas ir-riskju tal-kontroparti bl-aġġustament korrett tal-marġni tal-prodotti qabel l-offerta biex ikunu kklerjati ċentralment ħalli l-inadempjenza ta' kwalunkwe kontroparti ma taffetwax il-kumplament tas-suq;

I.

billi l-proċessi ta’ ġestjoni tar-riskji juru li s-CCPs inaqqsu r-riskju tal-kontraparti u l-inċertezza u jevitaw il-kontaġju;

J.

billi l-EMIR ma jindirizzax bis-sħiħ ir-riskji li jirriżultaw meta CCP tevalwa b'mod skorrett ir-rekwiżiti tal-marġini għall-kategorija sħiħa ta' prodott;

K.

billi s-CCPs għandhom inċentivi sabiex japplikaw marġini aktar baxxi, b'mod partikolari meta jidħlu prodotti jew klassijiet ta’ assi ġodda, sabiex iħajjru l-klijenti; billi l-effikaċja tal-fondi tal-inadempjenza segregati minn prodott jew klassi ta’ assi għad trid tiġi valutata;

L.

billi r-riskji ta’ marġinazzjoni integrata ta’ prodotti (marġinazzjoni ta’ portafoll) permezz tad-delimitazzjoni tal-assi li jinsabu f'fond ta' inadempjenza ta’ CCP għad iridu jiġu valutati u għalhekk, filwaqt li t-tnaqqis tad-domanda kollaterali fuq terminu qasir tista’ tnaqqas l-ispejjeż, l-użu ta’ marġinazzjoni integrata m’għandhiex tipperikola l-abbiltà ta’ CCP li timmaniġġja r-riskju b’mod korrett u għandha tirrikonoxxi l-limitazzjonijiet analitiċi tal-valur tar-riskju;

M.

billi wieħed mill-benefiċċji ewlenin li l-klijenti jakkwistaw mill-membri tal-ikklerjar jinsab fid-dispożizzjoni ta’ firewall kontra r-riskju tal-kontroparti fir-rigward kemm tas-CCP kif ukoll tal-membri tal-ikklerjar oħra;

N.

billi l-ICSDs tal-UE huma instituzzjonijiet sistemikament u globalment importanti bħala faċilitaturi tas-suq tal-Eurobond u bħalissa joperaw b’liċenzji bankarji;

O.

billi l-ikklerjar ċentrali żied il-bżonn għal immamiġġjar kollaterali u servizzi relatati li bħalissa qed jitwettqu mis-CSDs kif ukoll mill-banek kustodji;

P.

billi l-introduzzjoni imminenti tat-Target2Securities wasslet lis-CSDs sabiex jesploraw servizzi ġodda;

Q.

billi, jekk ma tkunx implimentata l-Leġiżlazzjoni dwar il-Liġi tat-Titoli, ir-reġimi standard ta’ insolvenza ma jipprovdux qafas sħiħ għat-trattament tal-assi tal-klijenti jekk CSD tfalli;

R.

billi l-IAIS fir-rapport tiegħu ta' Lulju 2013 dwar l-Istituzzjonijiet ta’ Assigurazzjoni Globali Sistemikament ikkonkluda li, filwaqt li l-mudell tradizzjonali ta’ negozju tal-assigurazzjoni wera li huwa ferm aktar fraġli fil-kriżijiet finanzjarji minn dawk tal-banek, madankollu, l-assiguraturi transkonfinali kbar ferm u interkonnessi, speċjalment dawk li għandhom attivitajiet sinifikanti barra mis-sottoskrizzjoni tradizzjonali bħall-garanziji fuq kreditu u investiment, jistgħu joħolqu riskju sistemiku sinifikanti; billi, abbażi tal-metodu ta’ valutazzjoni tal-IAIS, l-FSB identifika disa’ assiguraturi kbar ta' importanza sistemika, li ħamsa minnhom għandhom l-uffiċċju ċentrali fl-Unjoni;

S.

billi għalkemm ir-riskju sistemiku ta' falliment ta' maniġer tal-assi mhuwiex kbir daqs dak ta' infrastruttura kritika tas-suq, il-mudelli tan-negozju ta’ maniġer tal-assi jistgħu jevolvu u jassumu importanza sistemika, fattur li ġie indirizzat fix-xogħol tal-FSB dwar sistema bankarja parallela;

1.

Jistieden lill-Kummissjoni mhux biss tagħti prijorità lill-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs u ta' dawk is-CSDs li huma esposti għal riskju tal-kreditu, iżda wkoll tqis jekk huwiex xieraq li tiġi żviluppata leġiżlazzjoni simili għal istituzzjonijiet finanzjarji oħra, biex ikun hemm differenzazzjoni xierqa bejn kull tip, filwaqt li tingħata kunsiderazzjoni xierqa għal dawk li għandhom potenzjal li jkunu ta' riskju sistemiku għall-ekonomija;

2.

Jenfasizza l-importanza tal-leġiżlazzjoni tal-UE wara qbil dwar prinċipji internazzjonali, kif miftiehem fis-CPSS-IOSCO, FSB u l-IAIS;

3.

Jenfasizza l-importanza li jkun hemm dispożizzjonijiet ċari dwar “skala ta’ intervent” fi kwalunkwe dispożizzjoni ta’ rkupru għall-istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji li permezz tagħhom l-awtoritajiet kompetenti jissorveljaw indikaturi magħżula b’mod xieraq ta’ saħħa finanzjarja u għandhom is-setgħa li jintervjenu fi stadju bikri f’każijiet ta’ stress finanzjarju ta’ xi entità kif ukoll jitolbuha tieħu miżuri korrettivi skont pjan ta’ rkupru approvat minn qabel sabiex jiġi evitat l-aħħar espedjent potenzjalment problematiku li din l-entità titqiegħed f’riżoluzzjoni;

4.

Jemmen li l-istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji nnifishom għandhom jiżviluppaw pjanijiet ta’ rkupru komprensivi u sostantivi li jidentifikaw l-operazzjonijiet u s-servizzi kritiċi u jiżviluppaw strateġiji u miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil kontinwu ta’ operazzjonijiet u servizzi kritiċi, u li dawn il-pjanijiet ta' rkupru għandhom ikunu riveduti mill-awtorità superviżorja rilevanti; iqis li l-awtorità superviżorja għandha tkun tista’ titlob li jsiru bidliet fil-pjan ta’ rkupru u għandha tmexxi u tikkonsulta mal-awtorità ta' riżoluzzjoni, li, jekk tkun differenti mill-awtorità superviżorja, tista’ tressaq rakkomandazzjonijiet lill-kontrollur;

5.

Iqis li l-awtoritajiet superviżorji għandu jkollhom is-setgħa li jintervjenu minħabba raġunijiet ta' stabbiltà finanzjarja, u li jitolbu l-implimentazzjoni ta' partijiet ta' pjanijiet ta' rkupru li ma jkunux għadhom ġew attivati jew jieħdu azzjonijiet oħra jekk meħtieġ; madankollu, l-awtoritajiet għandhom ikunu konxji mir-riskju tal-ħolqien ta' inċertezza fis-suq f’ċirkostanzi diġà diffiċli;

6.

Hu tal-fehma li l-awtoritajiet superviżorji u ta' riżoluzzjoni f’kull pajjiż għandhom jagħmlu kull sforz possibbli biex jikkooperaw u jżommu lil xulxin infurmati;

7.

Jemmen li għall-gruppi b’entitajiet f’ġurisidizzjonijiet differenti, għandu jintlaħaq qbil dwar pjan ta' riżoluzzjoni tal-grupp bejn l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni differenti; tali pjanijiet għandhom ikunu bbażati fuq il-preżunzjoni ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet f’ġurisdizzjonijiet differenti;

8.

Iqis li l-miżuri ta’ riżoluzzjoni għandhom jiddifferenzjaw bejn is-servizzi u l-attivitajiet differenti li l-instituzzjoni tal-infrastruttura tas-suq finanzjarju kkonċernat hija awtorizzata li tipprovdi jew twettaq;

9.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu evitati l-kunflitti bejn il-pjanijiet ta’ rkupru u ta' riżoluzzjoni u l-leġiżlazzjoni eżistenti, b’mod partikolari d-Direttiva dwar l-Arranġamenti Finanzjarji Kollaterali (FCAD) u r-Regolament dwar l-Infrastruttura tas-Suq Ewropew (EMIR), minħabba li dawn jistgħu jwasslu għal restrizzjonijiet dwar is-setgħat ta’ rkupru u ta' riżoluzzjoni għas-CCPs u CSDs u jżommuhom milli jkunu effettivi;

10.

Jenfasizza l-ħtieġa urġenti, fil-kuntest tal-valutazzjoni tar-rilevanza tar-reġimi ta’ riżoluzzjoni speċifiċi għall-infrastruttura tas-swieq, tal-istituzzjonijiet finanzjarji u tal-entitajiet bankarji paralleli, li jiġu żviluppati għodod għall-monitoraġġ effettiv u rapidi tal-istokk u l-fluss ta’ riskju finanzjarju fil-konfini korporattivi, settorjali u nazzjonali u madwarhom fl-Unjoni u bejn l-Unjoni u reġjuni globali oħra; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li d-dejta rilevanti pprovduta fil-leġiżlazzjoni tal-infrastruttura bankarja, tal-assigurazzjoni u tas-suq tintuża b’mod effiċjenti għal dan il-għan mill-BERS, l-ESA u awtoritajiet kompetenti oħra;

CCPs

11.

Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li s-CCPs ikollhom strateġija ta’ ġestjoni ta’ inadempjenza għall-prodotti kollha li huma kklerjati mis-CCP bħala parti minn pjan usa’ ta’ rkupru approvat mill-kontrollur, b’attenzjoni partikolari għal dawk il-prodotti li huma awtorizzati għall-ikklerjar ċentrali peress li hemm possibbiltà akbar ta’ konċentrazzjoni tar-riskju f’dawn il-każijiet;

12.

Jenfasizza l-importanza tal-monitoraġġ tar-riskji tas-CCPs li jirriżultaw minn konċentrazzjoni ta’ membri tal-ikklerjar u jitlob lill-kontrolluri biex jinfurmaw l-ABE tal-għaxar membri l-aktar importanti tal-ikklerjar ta’ kull CCP biex riskji bħal interkonnessjonijiet, kontaġju u l-potenzjal ta’ falliment kontemporanju ta’ aktar minn CCP waħda jiġu mmonitorjati u vvalutati ċentralment;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa għodod għall-kejl tar-riskju ta' kull jum tas-CCPs, biex tiżgura li l-bilanċi ta' kull jum miżmuma mis-CCPs fil-banek kummerċjali għall-ġestjoni tal-kont u s-servizzi ta’ pagament ma jaqbżux il-limiti predefiniti li altrimenti jistgħu jheddu l-funzjonament tas-CCP;

14.

Jemmen li sabiex jinżammu l-inċentivi għal governanza tajba tas-CCPs, il-kaskata tal-inadempjenza stabbilita fl-EMIR għandha tiġi rispettata b’tali mod li r-riżorsi finanzjarji prefinanzjati tagħhom jintużaw qabel kwalunkwe kontribuzzjoni mill-fondi tal-inadempjenza tal-membri mhux inadempjenti;

15.

Jitlob li l-Kummissjoni tiżgura li s-CCPs jaġixxu fl-interess tal-pubbliku ġenerali u jadottaw l-istrateġiji tan-negozju tagħhom kif xieraq sabiex titnaqqas b’mod sinifikanti l-possibbiltà li jingħata bidu għal xenarji ta’ rkupru u ta' riżoluzzjoni;

16.

Jitlob lill-Kummissjoni tirrikonoxxi li waqt li l-għan tad-delimitazzjoni tal-klassijiet tal-assi f’fond tal-inadempjenza ta’ CCP huwa li jiġi limitat il-kontaġju, mhuwiex ċar din is-separazzjoni hijiex biżżejjed biex tevita tali kontaġju fil-prattika peress li l-inċentivi kummerċjali relatati mal-marġinazzjoni integrata jistgħu jżidu r-riskju fis-sistema; jitlob lill-Kummissjoni tipproponi miżuri ulterjuri sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ kontaġju;

17.

Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li jiġu stabbiliti prinċipji sodi li jirregolaw arranġamenti kuntrattwali bejn CCP u l-membri tal-ikklerjar tagħha u wkoll dwar kif membri tal-ikklerjar jgħaddu telf lill-klijenti tagħhom b’tali mod li l-fond tal-inadempjenza tal-membri tal-ikklerjar jkollu jiġi eżawrit qabel kwalunkwe telf minn membru tal-ikklerjar inadempjenti jista’ jiġi mgħoddi lill-klijent bħala parti minn proċess ta’ allokazzjoni tat-telf trasparenti;

18.

Jemmen li kwalunkwe arranġament kuntrattwali bejn CCP u l-membri tal-ikkljerjar tagħha għandu jiddistingwi bejn telf li ġej minn inadempjenza ta' membru u dak li jirriżulta minn raġunijiet oħra bħal telf li jseħħ bħala riżultat ta' għażliet ta' investiment ħżiena mis-CCP; jitlob lill-Kumissjoni tiżgura li l-kumitat tar-riskju tas-CCP jinżamm infurmat b’mod sħiħ dwar l-investimenti tas-CCP sabiex tinżamm sorveljanza xierqa; iqis li l-għodod ta’ rkupru bħas-sospensjoni tad-dividendi u l-ħlas ta’ rimunerazzjoni varjabbli jew ir-ristrutturar volontarju tal-obbligazzjonijiet permezz tal-konverżjoni tad-dejn għall-ekwità għandhom jiġu kkunsidrati bħala dawk l-aktar xierqa f’dawn iċ-ċirkostanzi;

19.

Jemmen li s-CCPs kollha għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti ta’ rkupru komprensivi li jipprovdu protezzjoni, minbarra l-fondi u r-riżorsi meħtieġa mill-EMIR; dawn il-pjanijiet ta’ rkupru għandhom jipprovdu protezzjoni kontra ċ-ċirkostanzi kollha prevedibbli, u għandhom jiġu inklużi u ppubblikati bħala parti mir-regoli tas-CCPs;

20.

Isostni li, fil-każ ta’ CCPs, il-linja ta’ diviżjoni bejn l-irkupru u r-riżoluzzjoni hija meta l-kaskata tal-inadempjenza tiġi eżawrita, u l-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf tas-CCP tkun ġiet eżawrita; hu tal-fehma li f'dan il-punt il-kontrollur għandu jqis b'mod attiv jekk ineħħix il-bord ta' tmexxija ta' CCP u jekk għandux jittrasferixxi s-servizzi kritiċi tas-CCP jew jgħaddi l-kontroll operattiv tas-CCP lil fornitur ieħor; jemmen li l-Awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandu jkollhom marġni ta’ diskrezzjoni biex jivvalutaw is-sitwazzjoni, kif ukoll ċertu marġini ta’ manuvra li tippermettilhom jiġġustifikaw id-deċiżjoni tagħhom;

21.

Jemmen li fl-eżerċizzju ta' tali diskrezzjoni l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom japplikaw il-kriterji strettament speċifiċ li ġejjin:

(i)

meta s-sostenibbiltà tal-infrastruttura finanzjarja tas-suq hija serjament kompromessa jew tinsab viċin li ssir hekk, minħabba inkapaċità ta' konformità mar-rekwiżiti prudenzjali applikabbli;

(ii)

meta ma jkunx hemm miżuri oħra alternattivi fil-fażi ta’ riżoluzzjoni biex titranġa s-sitwazzjoni b’mod effettiv u mingħajr ma tikkomprometti l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja;

(iii)

meta tkun meħtieġa miżura ta’ riżoluzzjoni fl-interess tal-pubbliku, fis-sens ta’ strumenti proporzjonati li jagħmluha possibbli li jintlaħaq wieħed jew aktar mill-għanijiet ta' riżoluzzjoni;

22.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-“kontinwità tas-servizz” tiġi ttrattata bħala għan ta’ riżoluzzjoni ewlieni;

23.

Jenfasizza li kwalunkwe parteċipazzjoni ta’ membri tal-ikklerjar f’allokazzjoni ta’ telf qabel it-tneħħija tal-amministrazzjoni tas-CCPs m’għandhiex tinvolvi l-flus jew l-assi diretti jew indiretti tal-klijenti, waqt li l-awtorità ta' riżoluzzjoni, ladarba tkun responsabbli, tista’ tagħmel użu minn għodod ta' riżoluzzjoni għall-allokazzjoni tat-telf bħal tnaqqis fil-marġini tal-varjazzjoni jew ir-riforniment tal-fond tal-inadempjenza mill-membri tal-ikklerjar mhux inadempjenti, malajr kemm jista' jkun wara l-pjan ta' riżoluzzjoni;

24.

Jemmen li jekk l-awtorità ta' riżoluzzjoni kellha l-abbiltà li timponi permanenza fuq id-drittijiet ta’ terminazzjoni bikrija li tista’ temporanjament twaqqaf is-CCP għal perjodu massimu ta’ jumejn, din tista’ tippermetti lis-suq biex jipprezza mill-ġdid b'mod korrett il-kuntratti, b'hekk ikun hemm aktar ordni fit-tifrix tar-riskju; id-disponibbiltà u l-eżerċizzju ta’ din is-setgħa għandhom jiġu kkunsidrati b’attenzjoni biex bħala minimu dawn ikunu kondizzjonali fuq l-awtorità ta' riżoluzzjoni li tistabbilixxi li l-impożizzjoni ta’ permanenza hija neċessarja fl-interessi tal-istabbiltà finanzjarja, filwaqt li jitqiesu l-għanijiet ta' riżoluzzjoni, l-interazzjoni mal-bank rilevanti jew reġimi ta’ riżoluzzjoni oħra applikabbli għall-membri tal-ikklerjar, il-ġestjoni tal-inadempjenza u r-riskju tas-CCP u l-impatt fuq kull wieħed mis-swieq tas-CCP, il-parteċipanti tal-ikklerjar u s-swieq finanzjarji b’mod ġenerali; dan neċessarjament irid ikun akkumpanjat mis-setgħa li jitneħħa l-obbligu ta' kklerjar bħala l-aħħar għażla wara li jkun ġie eżaminat għall-inqas jekk CCP oħra tistax tipprovdi l-ikklerjar fuq terminu qasir;

25.

Jagħraf li CCPs ikollhom membri tal-ikklerjar minn numru kbir ta' pajjiżi; iqis, għalhekk, li qafas ta' riżoluzzjoni ta' CCP ikun effettiv jekk ikun applikabbli fil-ġurisdizzjonijiet kollha involuti; jemmen li, konsegwentement, l-oqsfa ta’ insolvenza nazzjonali għandhom jiġu aġġornati biex jakkomodaw ir-reġim Ewropew il-ġdid ta’ riżoluzzjoni;

26.

Iqis li l-kontropartjiet ċentrali b’liċenzja bankarja għandhom ikunu soġġetti għal reġim ċentrali speċifiku għall-kontroparti u mhux għal reġim ta’ rkupru u ta' riżoluzzjoni tal-bank kif propost mid-direttiva dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-bank (BRR); ta’ tħassib partikolari f’dan is-sens huwa l-fatt li r-reġim propost għall-banek jitlobhom iżommu ammont aggregat ta’ dejn li jista’ jiġi rikkapitalizzat internament; jemmen li din is-setgħa ma tkunx xierqa għal kontropartijiet ċentrali li jkollhom liċenzja bankarja peress li ġeneralment ma joħorġux strumenti ta’ dejn bħal dawn;

CSDs

27.

Jistabbilixxi li hija r-responsabbiltà ta’ CSD li jiżgura li l-pjan ta’ rkupru tiegħu jipprovdi b’mod ċar għal kontinwità operattiva f’xenarji ta’ kriżi raġonevoli ħalli, jekk partijiet oħra tan-negozju tiegħu ma jibqgħux jiffunzjonaw, il-funzjoni primarja ta’ saldu tagħha kif ukoll is-servizzi ewlenin l-oħra tas-CSD ikunu jistgħu jibqgħu jitwettqu mis-CSD jew fornitur ta’ parti terza eżistenti, kif awtorizzat skont is-CSDR;

28.

Jitlob, sakemm ma hemmx proposta leġiżlattiva imminenti, għal inklużjoni ta’ rekwiżit għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fis-CSDR biex jiġi żgurat l-istabbilment ta’ pjanijiet ta’ rkupru u ta' riżoluzzjoni xierqa f’konformità mal-FSB u mal-istandards internazzjonali għas-CSDs kollha inkluż ir-referenzi tal-artikoli tal-BRR li għandhom japplikaw għal dawk is-CSDs li joperaw taħt liċenzja bankarja;

29.

Jitlob lill-Istati Membri, fl-assenza ta' Leġiżlazzjoni dwar il-Liġi tat-Titoli, biex jiżviluppaw u jikkoordinaw ir-reġimi ta’ amministrazzjoni speċjali tagħhom li diġà hemm għas-CSDs sabiex tissaħħaħ iċ-ċertezza li l-kontinwità operattiva tista’ tinżamm f’każ ta’ kriżi, b’mod partikolari billi jiġi żgurat aċċess għar-reġistri, ir-rekords u l-kontijiet tas-CSD sabiex l-awtorità nazzjonali kompetenti tkun tista’ tidentifika faċilment is-sidien tal-assi;

30.

Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-proposta għall-qafas ta’ rkupru u ta' riżoluzzjoni għas-CSDs tiżgura – sa fejn ikun possibbli – il-kontinwità tas-CSDs matul l-irkupru u r-riżoluzzjoni;

31.

Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-proposta għall-qafas ta’ rkupru u ta' riżoluzzjoni għas-CSDs tiżgura l-kontinwità tal-ambjent leġiżlattiv tas-CSDs, b’mod partikolari billi tirrispetta d-Direttiva dwar il-Finalità tas-Saldu, l-arranġamenti ta’ Konsenja kontra Pagament, l-operazzjoni ta’ konnessjonijiet tas-CSD, u l-kuntratti mal-fornituri ta’ servizzi kritiċi matul l-irkupru u r-riżoluzzjoni;

Impriżi tal-assigurazzjoni

32.

Jinnota li fl-UE jeżisti regolament prudenzjali għall-assigurazzjoni; jenfasizza l-importanza li l-Istati Membri jadottaw approċċ konsistenti u konverġenti lejn l-implimentazzjoni ta' Solvenza II fi skadenza ta' żmien raġonevoli kif stabbilit f'Omnibus II; jitlob li jitlestew in-negozjati dwar Omnibus II sabiex il-livelli tnejn u tlieta ta' Solvenza II jistgħu jiġu finalizzati fil-ħin, u b'hekk tonqos il-probabbiltà ta' bżonn ta' intervent mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni;

33.

Jitlob lill-Kummissjoni tqis mill-qrib ix-xogħol tal-IAIS dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-assiguraturi, u biex tikkunsidrah fil-kuntest tat-tieni livell ta’ Solvenza II, tal-leġiżlazzjoni dwar il-Konglomerati Finanzjarji u d-Direttiva dwar il-Medjazzjoni fl-Assigurazzjoni u biex taħdem mal-imsieħba internazzjonali sabiex tkun rispettata l-iskeda ta’ żmien stabbilita mill-FSB fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta’ politika li jinkludu li l-assiguraturi ta' importanza sistemika jkollhom pjanijiet ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni, kif ukoll valutazzjonijiet ta' riżolvibbiltà fis-seħħ, it-tisħiħ tas-superviżjoni tal-grupp u rekwiżiti ta’ assorbiment tat-telf ogħla; jirrikonoxxi li n-natura fuq terminu twil tal-obbligazzjonijiet ta' assigurazzjoni, l-iskedi ta' żmien differenti, l-off periods għal żmien twil, u n-natura tan-negozju tal-assigurazzjoni meta mqabbla mas-sistema bankarja, flimkien mal-għodda disponibbli għar-regolaturi, diġà jipprovdu għal prattiki ta' riżoluzzjoni effiċjenti; jemmen, għalhekk, li l-fokus għandu jkun fuq l-irkupru;

34.

Jiddispjaċih li l-IAIS u l-FSB ipposponew il-pubblikazzjoni tal-linji gwida dwar il-valutazzjoni tal-istatus sistemiku tar-rakkomandazzjonijiet ta’ politika għar-riassiguraturi sa Lulju 2014; jitlob lill-Kummissjoni tqis sew ir-riskju sistemiku li joħolqu r-riassiguraturi, speċjalment fir-rigward tar-rwol ċentrali tagħhom fil-ġestjoni tar-riskju tal-assigurazzjoni u l-grad għoli ta’ interkonnettività u s-sostitwibbiltà ħażina tagħhom;

Amministrazzjoni tal-assi

35.

Jitlob lill-Kummissjoni tevalwa jekk maniġers tal-assi nominati għandux ikollhom importanza sistemika, filwaqt li jitqies il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attività tagħhom u tintuża ġabra ta' indikaturi komprensiva bħal: id-daqs, il-mudell tan-negozju, l-ambitu ġeografiku, il-profil tar-riskju, l-affidabbiltà kreditizja tagħhom, jekk jinnegozjawx f'isimhom stess, humiex soġġetti għar-rekwiżiti fir-rigward tas-segregazzjoni tal-assi tal-klijenti tagħhom u fatturi rilevanti oħra;

36.

Jinnota li l-assi tal-klijenti huma segregati u miżmuma mal-kustodji u li għalhekk il-possibbiltà li dawn l-assi jiġu trasferiti lil manager ieħor tal-assi hija salvagwardja sostanzjali;

37.

Jemmen li reġim tad-dritt tat-titoli effettiv jista’ jtaffi ħafna mill-kwistjonijiet involuti f’każ ta’ falliment ta’ maniġer tal-assi transkonfinali;

Sistemi ta’ pagament

38.

Jitlob lill-Kummissjoni timpenja ruħha mal-kontrolluri u l-awtoritajiet finanzjarji internazzjonali rilevanti sabiex jiġu identifikati n-nuqqasijiet kollha fis-sistemi ta’ pagament sistemikament u globalment importanti u l-arranġamenti fis-seħħ biex jiżguraw kontinwità tas-servizz fil-każ ta’ falliment;

39.

Jemmen li, peress li s-sistemi ta’ pagament jinsabu fil-qalba tat-trasferimenti kollha tal-flus, huwa ċar li perturbazzjoni tas-suq f'sistema bħal din ikollha riperkussjonijiet sinifikanti fuq atturi tas-swieq finanzjarji oħra; jinnota li d-Direttiva dwar il-Finalità tas-Saldu tal-1998 diġà għandha l-għan li tnaqqas ir-riskji potenzjali fis-sistemi ta’ pagament, imma jqis li din ma tikkunsidrax biżżejjed l-irkupru u r-riżoluzzjoni, u li, għalhekk, jeħtieġ isiru dispożizzjonijiet speċifiċi sabiex is-sistemi ta’ pagament ikunu jistgħu jirreaġixxu b’mod xieraq għaċ-ċirkostanzi negattivi;

o

o o

40.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  http://www.financialstabilityboard.org/publications/r_130718.pdf

(2)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.

(3)  A7-0196/2013.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/12


P7_TA(2013)0534

Il-Politika Industrijali Spazjali tal-UE

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Industrijali Spazjali tal-UE – Ir-rilaxx tal-Potenzjal għat-Tkabbir fis-Settur Spazjali (2013/2092(INI))

(2016/C 468/03)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-titolu XIX, l-Artikolu 189 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jirrigwarda l-politika tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u l-politika spazjali u b'referenza partikolari għat-tħejjija ta' politika spazjali Ewropea sabiex jitħeġġu l-progress xjentifiku u tekniku, il-kompetittività industrijali u l-implimentazzjoni tal-politiki spazjali tal-Unjoni,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-28 ta' Frar 2013 intitolata “Il-Politika Industrijali Spazjali tal-UE” (COM(2013)0108),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 intitolata “Ewropa 2020: strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-28 ta’ Ottubru 2010 bit-titolu “Politika Industrijali Integrata għall-Era tal-Globalizzazzjoni – Il-Kompetittività u s-Sostenibilità fix-Xena Prinċipali” (COM(2010)0614),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2012 bl-isem “Industrija Ewropea aktar b’saħħitha għat-Tkabbir u l-Irkupru Ekonomiku” (COM(2012)0582),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' April 2011 bl-isem “Lejn strateġija tal-ispazju tal-Unjoni Ewropea għas-servizz taċ-ċittadini” (COM(2011)0152),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Novembru 2012“li tistabbilixxi relazzjonijiet xierqa bejn l-UE u l-Aġenzija Spazjali Ewropea” (COM(2012)0671),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2004/578/KE tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn il-Komunità Ewropea u l-Aġenzija Ewropea tal-Ispazju (1),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta' Ottubru 2010, tal-31 ta' Mejju 2011, tat-2 ta’ Diċembru 2011 kif ukoll tat-30 ta' Mejju 2013,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Jannar 2012 dwar strateġija tal-Ispazju tal-Unjoni Ewropea għas-servizz taċ-ċittadini (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0338/2013),

A.

billi l-Artikolu 189 tat-TFUE jagħti lill-Unjoni Ewropea rwol espliċitu fit-tħejjija ta' politika spazjali sabiex jitħeġġu l-progress xjentifiku u tekniku, il-kompetittività industrijali u l-implimentazzjoni tal-politika tagħha biex tiġi żviluppata politika spazjali;

B.

billi minħabba ż-żieda fil-kompetizzjoni minn nazzjonijiet emerġenti ġodda bħaċ-Ċina u l-Indja, involuti fl-ispazju, il-piżijiet politiċi tal-Istati Membri tal-UE f'termini nazzjonali m’għadhomx biżżejjed biex jiġu indirizzati l-isfidi li għadna rridu naffaċċjaw f’dan is-settur;

C.

billi l-politika spazjali hija element ewlieni tal-Istrateġija Ewropa 2020;

D.

billi diversi servizzi li ċ-ċittadini jużaw fil-ħajja ta’ kuljum tagħhom jiddependu b’mod dirett jew indirett mis-settur spazjali, bħal pereżempju t-televiżjoni, l-internet b’veloċità għolja, is-sistemi ta’ navigazzjoni jew is-sistema awtomatika ta’ sejħiet għall-emerġenza fl-Ewropa kollha eCall;

E.

billi l-industrija spazjali Ewropea tiġġenera ċifra ta' negozju konsolidata ta' 6,5 biljun EUR u timpjega iktar min 34 500 persuna bi kwalifiki għolja; billi f’perjodu ta’ diffikultajiet ekonomiċi, l-importanza tas-settur spazjali bħala settur b’potenzjal għoli ta’ tkabbir u innovazzjoni, ħallieqa ta’ xogħol b’valur miżjud għoli għandu jiġi enfasizzat aħjar;

F.

billi fil-preżent m’hemmx biżżejjed koordinazzjoni tal-miżuri fis-settur tal-politika spazjali fost l-UE, l-Istati Membri u l-ESA u għalhekk dan wassal għal irdoppjar ta’ strutturi u għall-fatt li ma jkunux jistgħu jintużaw effetti sinerġetiċi; jenfasizza li l-implimentazzjoni ta’ qafas ta’ governanza spazjali ċar jippermetti kisbiet enormi fl-effiċjenza;

G.

billi l-ESA, bħala organizzazzjoni intergovernattiva, m’għandha l-ebda relazzjoni formali mal-Parlament Ewropew u b’hekk hi nieqsa mir-rispons dirett miċ-ċittadini, li mill-bqija teżisti fis-setturi politiċi tal-Unjoni kollha;

H.

billi l-industrija spazjali tirrigwarda industrija li teħtieġ ħafna investimenti b’ċikli ta’ żvilupp twal aktar mis-soltu u għalhekk is-sikurezza fil-livell tal-ippjanar għandha rwol deċiżiv fiha; billi l-viżibilità pprovduta minn dan se tkun ta' benefiċċju kbir għall-eżistenza ta' qafas regolatorju stabbli u qafas ta' governanza ċara;

I.

billi t-tħaddim ta’ sistema Ewropea tal-illanċjar jista’ jservi biex jiżgura aċċess indipendenti għall-ispazju;

J.

billi l-UE bħalissa hija dipendenti fuq GNSS militari mhux Ewropea, u l-programm Galileo kien maħsub u żviluppat u se jibqa' taħt kontroll ċivili;

K.

billi l-bejgħ kummerċjali għandu rwol aktar importanti għall-industrija spazjali Ewropea milli għall-kompetituri internazzjonali prinċipali tagħha;

L.

billi s-servizzi bl-appoġġ tas-satelliti għandhom rwol sinifikanti fil-provvista ta’ informazzjoni għas-setturi li qegħdin jikbru tas-soċjetà diġitali u jikkontribwixxu biex jinkisbu l-għanijiet tal-Aġenda Diġitali tal-UE;

M.

billi skont l-istimi tal-esperti, f’għaxar snin is-suq għal servizzi ta’ monitoraġġ tan-navigazzjoni bis-satellita u l-monitoraġġ tad-dinja jista’ jilħaq ammont ta’ 300 biljun dollaru Amerikan u fil-preżent fl-Istati Membri tal-Punent tal-UE, 6-7 % tal-PDG diġà jiddependi min-navigazzjoni bis-satelliti;

N.

billi minħabba d-domanda għas-servizzi tal-komunikazzjoni mingħajr fili u l-karatteristiċi fiżiċi tal-propagazzjoni tal-mewġ u l-limitu ta’ frekwenzi tar-radju marbut magħhom, il-koordinazzjoni internazzjonali tal-użu tal-ispettru dejjem qed issir aktar importanti;

Politika spazjali b'direzzjoni Ewropea

1.

Jilqa’ l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Politika Industrijali Spazjali tal-UE; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tikkonċentra fuq il-ftit miżuri tal-politika spazjali kif imsemmija f'din il-komunikazzjoni sabiex tikseb żvilupp attwali tal-potenzjal ta’ tkabbir fis-settur spazjali;

2.

Jenfasizza li l-atturi kollha involuti fil-governanza tal-politiki spazjali tal-UE futuri, inklużi l-Kummissjoni, l-Aġenzija GNSS Ewropea, l-ESA, l-aġenziji nazzjonali u l-aġenziji speċjalizzati bħall-EUMETSAT, għandhom ikunu interkonnessi u għandhom joperaw fuq bażi ta' perjodu twil;

3.

Jikkunsidra li l-Aġenziji Nazzjoni jistgħu joħorġu bi proposti konkreti f’din id-direzzjoni sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tissemplifika l-input li ġej mill-Istati Membri u tiddefinixxi viżjoni tal-UE;

4.

Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha, kemm jista’ jkun malajr, tagħtina pjan direzzjonali ċar għall-programm GMES/Copernicus u għall-iżvilupp u l-użu tad-diversi Satelliti Sentinel, kif ukoll il-qafas legali u operazzjonali propost għal din is-sistema kumplessa;

5.

Jappoġġa l-Kummissjoni fil-pjanijiet tagħha li tieħu passi lejn it-twaqqif ta’ qafas regolatorju koerenti spazjali tal-UE; jirrakkomanda t-twaqqif ta’ suq komuni ġenwin tal-UE għall-prodotti spazjali u servizzi abbażi tal-ispazju; jikkunsidra importanti li l-politika għandha tiġi formulata u żviluppata mingħajr ma l-implimentazzjoni tagħha taffettwa ħażin jew toħloq distorsjoni tal-kundizzjonijiet kummerċjali tas-suq; josserva li kemm in-newtralità kompetittiva, kif ukoll it-trasparenza huma pilastri importanti tal-iżvilupp tal-politika spazjali Ewropea;

6.

Jinnota li s’issa il-Kummissjoni għad m’għandhiex approċċ orizzontali bil-għan li tintegra l-politika spazjali u l-objettivi tagħha fid-diversi oqsma politiċi tal-Unjoni; jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel dan fil-futur billi tikkunsidra l-politika spazjali f'oqsma bħat-telekomunikazzjoni, it-trasport, l-ambjent, l-agrikoltura, is-sikurezza jew il-kultura;

7.

Jilqa’ l-istqarrija tal-Kummissjoni li t-telekomunikazzjoni, in-navigazzjoni u l-osservazzjoni tad-dinja bbażati fuq l-ispazju jipprovdu lill-UE bl-għarfien strateġikament importanti insostenn tar-relazzjonijiet esterni tagħha fil-qasam tal-assistenza għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja;

8.

Jitlob lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-oqsma li ġejjin: kwistjonijiet istituzzjonali; Galileo u Copernicus; l-industrija spazjali bħala ġeneratur ta' tkabbir u impjieg; il-valutazzjoni tal-impatt ta' attivitajiet relatati mal-ispazju; l-aċċess indipendenti għall-ispazju; ir-rwol tal-R&D; il-komunikazzjoni bis-satellita; sorveljanza u intraċċar tal-ispazju; u residwu spazjali;

9.

Jappoġġa l-punt mressaq mill-Kummissjoni li ħafna komponenti tas-sistemi spazjali huma ta’ użu doppju jew ta’ natura militari u għaldaqstant huma suġġetti għad-Direttiva 2009/43/KE tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (3), kif emendata bid-Direttiva 2012/47/UE tal-14 ta’ Diċembru 2012 fir-rigward tal-lista ta’ prodotti marbuta mad-difiża, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (4) jew il-Pożizzjoni Komuni dwar l-esportazzjonijiet tal-armi; jilqa’ l-proposta li saret fil-komunikazzjoni biex jiġi ppreżentat rapport formali lill-Parlament dwar is-sistema ta’ użu doppju tal-kontroll tal-esportazzjoni qabel tmiem l-2013; jistieden lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill tal-UE dwar l-Esportazzjoni ta' Armi Konvenzjonali (COARM) jiċċaraw liema qafas regolatorju għandu japplika għal kull kategorija ta’ oġġetti u teknoloġija;

Kwistjonijiet istituzzjonali

10.

Jirrikonoxxi s-suċċessi li kisbet l-ESA għall-Ewropa fil-qasam tal-missjonijiet spazjali fid-deċennji riċenti, u jinkoraġġixxi Stati Membri li mhumiex fl-ESA biex jikkunsidraw l-adeżjoni u żieda fil-kooperazzjoni; jinnota, madankollu, li fuq medda twila ta' żmien, il-modi għall-akkwist ta' aktar effiċjenza operazzjonali u koordinazzjoni politika u responsabbiltà jistgħu jinkisbu billi jqarrbu flimkien l-ESA u l-UE fil-kooperazzjoni tagħhom, fost l-oħrajn biex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta' attivitajiet u trikkib; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga fid-dettall jekk fil-futur l-ESA tistax, pereżempju, tiġi marbuta mal-istrutturi ta’ governanza tal-Unjoni bħala organizzazzjoni interstatali, sakemm ma jqisx li jkun xieraq li l-ESA tkun ittrasformata f’aġenzija Ewropea;

11.

Jippreferi jekk sadanittant l-UE taħdem aktar mill-qrib mal-ESA fil-koordinazzjoni tal-politika spazjali u l-programmi spazjali tal-Istati Membri biex takkwista approċċ Ewropew ġenwin, filwaqt li tiżgura li jiġu rispettati l-interessi tal-ESA u tal-Istati Membri tagħha; jistabbilixxi li huwa biss permezz ta’ approċċ Ewropew li l-industrija spazjali tkun tista’ tingħata l-opportunità li ssir u tibqa’ kompettiva;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-ESA jwaqqfu tip ta’ grupp ta’ koordinazzjoni fejn il-Membri tiegħu jikkoordinaw flimkien l-istrateġiji u l-miżuri fil-qasam tal-ispazju sabiex ikunu evitati strutturi doppji u biex jiġi żviluppat approċċ komuni għall-kwistjonijiet u l-fora internazzjonali;

13.

Jinnota li kwalunkwe żieda fl-użu tal-assi spazjali mill-militar jeħtieġ li ma jnaqqasx jew ma jillimitax l-użu ċivili u l-applikazzjonijiet ċivili futuri possibbli; jistieden lill-Istati Membri u l-VP/RGħ sabiex jagħtu bidu għar-reviżjoni tat-Trattat dwar l-Ispazju Extratmosferiku tal-1967, li llum hu meqjus barra minn żmienu, jew biex joħolqu qafas regolatorju ġdid li jikkunsidra l-progress teknoloġiku li sar mis-sittinijiet;

Galileo u Copernicus (GMES)

14.

Jenfasizza li t-tlestija ta’ Galileo u u t-tkomplija ta’ Copernicus bħala punti ewlenin tal-politika spazjali Ewropea għandu jkollhom l-akbar prijorità sabiex l-ewwel servizzi ta’ Galileo ikunu jistgħu jinfetħu għall-pubbliku fl-2014;

15.

Jenfasizza l-fatt li l-EGNOS huwa l-ewwel programm GNSS operazzjonali Ewropew; jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jippromwovu u jimplimentaw l-użu tal-EGNOS f’diversi żoni, bħat-trasport;

16.

Jiddispjaċih li fil-passat kien hemm dewmien fl-iżvilupp tal-programm Ewropew ta’ navigazzjoni bis-satelliti Galileo; jilqa’ l-fatt li sadanittant ġew illanċjati erba’ satelliti fl-orbitu ta’ madwar id-dinja; jenfasizza li l-vantaġġi u l-użi ta’ Galileo b’mod partikolari u ta’ industrija spazjali Ewropea b’mod ġenerali għandhom jiġu kkomunikati lis-soċjetà b’mod aktar effettiv u jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq avveniment pubbliku effettiv għall-illanċjar futur tas-satelliti Galileo fl-ibliet kapitali tal-UE biex jikkompetu għal Galileo u l-applikazzjonijiet potenzjali tagħha;

17.

Jenfasizza li l-UE għandha bżonn tinforma lin-nies, tiġbed inġiniera futuri, ixxerred l-informazzjoni dwar in-navigazzjoni bis-satellita tal-UE u tipproponi ġabra ta’ inċentivi għall-utenti kollha sabiex jintużaw it-teknoloġiji permessi ta’ Galileo u Egnos;

18.

Huwa konvint dwar il-fatt li l-iskop ta' Kapaċità Operattiva Sħiħa (Full Operating Capacity, FOC), ibbażata fuq kostellazzjoni ta' 27 satellita flimkien ma' numru adegwat ta' satelliti sper u infrastruttura tajba hija prerekwiżit sabiex jinkiseb il-valur miżjud ta' Galileo speċjalment f'termini ta' awtentikazzjoni, preċiżjoni kbira u servizz mhux interrott u għalhekk sabiex jinkisbu l-benefiċċji ekonomiċi u soċjali;

19.

Jiddispjaċih li mhux l-UE kollha hija preżentement koperta mis-sistema EGNOS u jitlob li dik is-sistema tiġi estiża lejn in-Nofsinhar, il-Lvant u x-Xlokk tal-Ewropa, b’hekk ikun permess l-użu tagħha fl-Ewropa kollha;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinfurmaw lill-Parlament dwar il-pjanijiet li jirrikorru għall-programm Copernicus u għas-servizz pubbliku regolat tal-programm Galileo insostenn tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK;

L-industrija spazjali bħala mutur ta’ tkabbir u strument għall-impjiegi

21.

Jinnota li l-SMEs (mhux biss l-SMEs, iżda madankollu l-SMEs b'mod partikolari) jeħtieġu tip ta’ finanzjament li jagħti appoġġ min-naħa tas-settur pubbliku sabiex ikollhom biżżejjed mezzi finanzjarji għal investimenti fit-tul fir-riċerka u l-iżvilupp; huwa konvint dwar il-fatt li permezz ta’ finanzjament pubbliku u d-disponibbiltà ta’ pubbliċi għal prodotti u servizzi tal-industrija spazjali jistgħu jiġu stimulati l-innovazzjoni u b’hekk jiġu ġġenerati t-tkabbir u l-postijiet tax-xogħol;

22.

Itenni li l-UE m’għandiex titlef l-opportunità li tiżviluppa suq downstream tan-navigazzjoni bis-satellita u jenfasizza l-importanza ta’ pjan ta’ azzjoni għall-Aġenzija GNSS Ewropea sabiex tespandi s-suq GNSS, li ser ikun kruċjali għall-futur tal-ekonomija tal UE;

23.

Ifakkar li applikazzjonijiet ġodda ta' navigazzjoni bis-satellita jistgħu jżidu s-sikurezza, l-effiċjenza u d-disponibbiltà ta' attivitajiet mis-setturi tal-avjazzjoni, marittimi, tat-toroq u agikoli, is-sikurezza fit-toroq, il-ġbir ta' ħlasijiet, il-ġestjoni tat-traffiku u l-ipparkjar, il-ġestjoni ta' flotot, sejħiet ta' emerġenza, l-insegwiment u l-intraċċar tal-oġġetti, il-prenotazzjonijiet, is-sikurezza tat-toroq, is-sikurezza tat-trasport marittimu, it-takografi diġitali, it-trasport tal-annimali u l-art sostenibbli;

24.

Jinnota l-fatt imsemmi fil-komunikazzjoni li 60 % tal-elettroniċi abbord is-satelliti Ewropej huma attwalment importati mill-Istati Uniti; jappella għal inizjattiva dwar kif tista’ tiġi mħarsa dejta sensittiva jew personali f’dan il-kuntest u biex jintuża l-proċess attwali tal-akkwist pubbliku sabiex ikun żgurat kull fejn ikun possibbli li x-xiri tal-infrastruttura spazjali mill-Istati Membri jintuża bħala xprun ulterjuri għat-tkabbir fis-settur;

25.

Iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni, l-ESA, l-EDA u l-Istati Membri jidentifikaw teknoloġiji kritiċi fil-kuntest tal-proċess konġunt għan-nondipendenza tal-Ewropa u jiżviluppaw alternattivi li huma inqas dipendenti fuq pajjiżi terzi; ifakkar fir-riskju li l-Istati Uniti jistgħu, f’każ ta’ nuqqas ta’ ftehim, jagħlqu jew ixekklu l-infrastruttura spazjali Ewropea;

26.

Jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri joħolqu inċentivi għall-industrija Ewropea, jiġu żviluppati komponenti għall-ispazju fuq livell Ewropew li b’hekk iwasslu għal tnaqqis tad-dipendenza fuq l-importazzjonijiet minn terzi pajjiżi;

27.

Jinnota li l-impriżi li ma jagħmlux parti mill-industrija tal-ispazju jistgħu jibbenefikaw minn prodotti li jirriżultaw mir-riċerka spazjali; jitlob, għalhekk, lill-partijiet kollha kkonċernati jiżviluppaw skambji bejn atturi interni u esterni tal-industrija spazjali u jaħdmu fi sħubija għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji li jistgħu jwasslu għal innovazzjonijiet għall-benefiċċju tas-soċjetà; jenfasizza l-interess għal komunikazzjoni aħjar dwar il-benefiċċji konkreti li ġġib l-industrija spazjali tal-lum għall-Ewropej;

28.

Jenfasizza li s-servizzi abbażi tal-ispazju u l-industriji robotiċi huma teknoloġiji li joffru bosta opportunitajiet fis-suq, l-aktar għall-SMEs;

29.

Jenfasizza li s-sistemi robotiċi awtonomi u inteliġenti huma teknoloġiji ewlenin sabiex l-ispazju jkompli jiġi esplorat; ifakkar, f’dan il-kuntest, l-użu effiċjenti ta’ finanzjament Ewropew ta’ Orizzont 2020, partikolarment għal operazzjonijiet qrib is-suq;

30.

Jenfasizza li huwa importanti ħafna li jkun hemm numru adegwat ta' impjegati kkwalifikati għal industrija spazjali Ewropea kompetittiva; jitlob, għalhekk, lill-partijiet kollha kkonċernati jżidu l-kooperazzjoni bejn l-universitajiet u l-industrija biex jinkoraġġixxu talent żagħżugħ, partikolarment talent femminili, jikkommetti ruħu f'dan is-settur (e.ż. billi jistabbilixxu programmi nazzjonali ta' persuni ggradwati u skemi ta' taħriġ, kif ukoll kompetizzjonijiet għal riċerkaturi Ewropej u non-Ewropej); jinnota wkoll li l-akkwist ta’ talenti minn pajjiżi terżi (inkluż billi jiġbed lura talent Ewropew) huwa indispensabbli;

Aċċess għall-ispazju

31.

Jenfasizza l-importanza tal-aċċess għall-ispazju għall-Istati Membri kollha u tal-bejgħ kummerċjali għall-industrija spazjali Ewopea; jindika, fl-istess ħin, li l-aċċess għas-swieq istituzzjonali f’pajjiżi terzi jibqa’ jkun parzjalment magħluq għall-ekonomija Ewropea; jenfasizza l-importanza ta’ kundizzjonijiet inizjali ugwali għall-industrija Ewropea fil-livell internazzjonali; jitlob lill-Kummissjoni, għalhekk, tippromwovi r-reċiproċità u tiżgura opportunitajiet ugwali u kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusti fl-ambitu tal-ftehimiet kummerċjali (e.ż. TTIP);

32.

Jenfasizza l-importanza tal-iżvilupp u tal-ġestjoni ta’ lanċaturi Ewropej għal aċċess indipendenti għall-ispazju; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex f’kooperazzjoni mal-ESA, jippruvaw li tinżamm u tkun żviluppata sistema ta’ lanċaturi Ewropej, kif ukoll servizz ta’ llanċjar fuq perjodu ta' żmien twil;

33.

Huwa tal-fehma li l-industrija spazjali għandha tirrikorri għall-infrastruttura spazjali Ewropea li diġà teżisti li ġiet iffinanzjata parzjalment minn fondi pubbliċi Ewropej;

Ir-rwol tar-riċerka u l-iżvilupp

34.

Jilqa’, addizzjonalment, il-fatt li anki fl-ambit u tal-Programm Qafas għar-Riċerka Orizzont 2020, għandhom jiġu investiti EUR 1,5 biljun fir-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-ispazju; jitlob ukoll lill-Kummissjoni biex fl-ambitu ta’ Orizzont 2020, tiddedika parti mill-baġit għar-riċerka u l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet tal-komunikazzjoni bis-satellita;

35.

Huwa tal-fehma li speċjalment fil-qasam tal-attivitajiet tar-riċerka, jeħtieġ li jkun hemm aktar koordinazzjoni bejn l-UE, l-ESA u l-Istati Membri; jitlob lit-tlett atturi jiżviluppaw “skeda ta’ tmexxija tar-riċerka” għall-perjodu ta’ żmien sas-sena 2020, u jiddefinixxu prijoritajiet u objettivi tal-politika spazjali li għandhom jinkisbu b’mod konġunt sabiex tiġi żgurata sigurtà fil-livell ta’ ippjanar lill-atturi involuti, partikolarment fl-ekonomija; jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni fir-riċerka mal-pajjiżi terzi;

36.

Jenfasizza li l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet u servizzi GNSS huwa essenzjali biex ikun żgurat li l-investiment fl-infrastruttura li Galileo jirrappreżenta jiġi sfruttat bis-sħiħ u li s-sistema Galileo tiġi żviluppata sal-kapaċità sħiħa tagħha; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-finanzjament xieraq jiġi provdut għar-riċerka u l-iżvilupp fir-rigward tal-GNSS u għall-implimentazzjoni tagħha; Jiddispjaċih dwar il-fatt li t-tnaqqis fil-finanzjament allokat għar-riċerka u l-innovazzjoni għall-applikazzjonijiet ibbażati fuq EGNOS u Galileo qed iwassal għal dewmien konsiderevoli fil-progress teknoloġiku u fit-tkabbir tal-kapaċità industrijali, kif ukoll tal-implimentazzjoni effettiva mil-lat ambjentali, fl-UE, u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintroduċi arranġamenti li jippermettu lill-SMEs biex jiksbu aċċess għall-finanzjament aktar faċli;

37.

Jinnota li l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet innovattivi fl-Ewropa qed ikun imfixkel minn ostakli differenti; ifakkar lill-Kummissjoni li f’dan l-isfond, hemm suq mhux skopert marbut mal-użu kummerċjali tad-dejta spazjali li tinħoloq minn programmi tas-satellita u tal-monitoraġġ tad-dinja; jistieden lill-Kummissjoni twettaq riċerka biex tidentifika dawn l-ostakli (bħal: responsabbiltà għad-dannu kkważat minn oġġetti/residwu spazjali; inċertezza rigward id-disponibbiltà tas-servizzi; tħassib rigward is-sigurtà u l-protezzjoni tad-dejta; nuqqas ta' għarfien tal-potenzjal; u nuqqas ta' interoperabilità), u tressaq proposti possibbli rigward modi kif jinfetħu tali swieq;

Il-komunikazzjoni bis-satelliti

38.

Jenfasizza li l-komunikazzjoni bis-satelliti tassumi rwol importanti fi ħdan l-industrija spazjali Ewropea, peress li ordnijiet minn dan is-settur jiggarantixxu użu fit-tul tal-vetturi għall-ivvjaġġar fl-ispazju u l-lanċaturi, filwaqt li b’hekk jikkontribwixxu għall-objettiv ta’ aċċess indipendenti għall-ispazju għall-UE; jirreferi, f'dan il-kuntest, għar-rwol ta’ “payload capacities” indipendenti li jirriżultaw mill-illanċjar ta’ satelliti kummerċjali (l-hekk magħrufa “hosted payloads”) u li jistgħu jintużaw għall-ittestjar fl-ispazju ta’ prodotti u teknoloġiji ġodda u b’hekk jgħinu kemm fit-tnaqqis tal-ispejjeż u anke fiż-żmien biex jiġu offruti servizzi ġodda;

39.

Jenfasizza li l-komunikazzjoni bis-satellita tirrappreżenta possibiltà effiċjenti għall-provvista ta’ servizzi multimedjali, saħansitra lil min s’issa, fl-ekonomija jew fis-soċjetà, ma setax jintlaħaq mit-teknoloġiji terrestri;

40.

Jenfasizza li n-networks tas-satelliti għal kopertura totali tal-UE b’konnessjonijiet broadband speċjalment f’oqsma diżabitati, jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-aġenda diġitali tal-UE; jitlob lill-Kummissjoni, għalhekk, li f’termini ta’ newtralità teknoloġika l-internet tas-satelliti jiġi kkunsidrat b’mod xieraq fit-taħlita teknoloġika li hija intenzjonata għall-estensjoni tal-broadband, pereżempju fil-politika ta’ koeżjoni tal-UE;

41.

Jinnota li l-komunikazzjoni bis-satelliti fis-sitwazzjonijiet ta’ kriżi, bħal pereżempju d-diżastri naturali jew fiż-żamma tas-sigurtà interna, qed takkwista funzjoni loġistika dejjem aktar importanti, peress li l-konnessjonijiet tad-dejta u ta’ komunikazzjoni tagħha huma indispensabbli f’sitwazzjonijiet fejn m’hemmx infrastrutturi terrestri jew fejn dawn ġew meqruda;

42.

Jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni tanalizza d-disponibbiltà attwali kif ukoll il-ħtieġa fil-futur ta’ frekwenzi tar-radju għall-komunikazzjoni bis-satelliti u biex waqt il-konferenza dinjija li jmiss dwar il-komunikazzjoni bir-radju tal-ITU tipprova tara li jiġu difiżi b’mod adegwat l-interessi tal-UE u l-interessi tal-industrija tal-komunikazzjonijiet bis-satelliti fit-tqassim ta’ frekwenzi tar-radju globali u reġjonali;

43.

Huwa tal-fehma li l-potenzjal ta’ innovazzjoni fil-qasam tal-komunikazzjoni bis-satelliti għadu ma ġiex sfruttat; jindika l-possibiltajiet ta’ teknoloġiji ġodda bħal pereżempju “Laser Communication Terminals” (LCT) jew ukoll il-“High Throughput Satellites” (HTS) biex jissodisfaw il-ħtieġa ta’ skambju ta’ dejta dejjem aktar b’saħħtu b’veloċità dejjem akbar;

44.

Jenfasizza li l-Ewropa tista’ żżomm biss il-vantaġġ teknoloġiku tagħha fil-komunikazzjoni bis-satelliti jekk jitkomplew l-isforzi ta’ riċerka f’dan is-settur fil-livell Ewropew;

Residwu spazjali

45.

Jenfasizza li l-infrastrutturi spazjali jikkostitwixxu l-pedament ta’ diversi servizzi li jintużaw kuljum mill-ekonomija u s-soċjetà; jindika li l-ħsara f’tali infrastrutturi, pereżempju minħabba kolliżjonijiet bejn satelliti u oġġetti jew residwu spazjali oħra, tista’ tirriskja s-sigurtà tal-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini;

46.

Jinnota li r-residwu spazjali jikkostitwixxi problema li qed issir dejjem aktar rilevanti; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jaħdmu biex jiksbu governanza globali għall-ispazju; jitlob fl-istess ħin lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jippromwovu biex jiġi ffirmat il-“Kodiċi tal-Imġiba għall-Ispazju”, li ġie elaborat mill-UE, minn pajjiżi terzi permezz tal-kanali diplomatiċi kollha;

47.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-istabbilment mill-aktar fis possibbli fil-livell Ewropew tal-programm ta’ appoġġ għas-servizz ta’ sorveljanza tal-ispazju u ta’ lokalizzjoni propost fil-bidu ta’ din is-sena, bil-għan li tiżgura aktar indipendenza tal-istituzzjonijiet fl-Istati Uniti li javżaw dwar kolliżjonijiet;

o

o o

48.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 261, 6.8.2004, p. 63.

(2)  ĠU C 227 E, 6.8.2013, p. 16.

(3)  ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1.

(4)  ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/19


P7_TA(2013)0535

Cloud Computing

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar l-isfruttar tal-potenzjal tal-Cloud Computing fl-Ewropa (2013/2063(INI))

(2016/C 468/04)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Settembru 2012 bl-isem “L-isfruttar tal-potenzjal tal-Cloud Computing fl-Ewropa” (COM(2012)0529) u d-dokument ta’ ħidma mehmuż,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 bl-isem “Ewropa 2020: strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv” (COM(2010)2020),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Mejju 2010 bl-isem “Aġenda Diġitali għall-Ewropa” (COM(2010)0245),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2010 dwar aġenda diġitali ġdida għall-Ewropa: 2015.ue (1),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru. 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Jannar 2012 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (Regolament dwar il-Protezzjoni ta’ Dejta Ġenerali) (COM(2012)0011),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ottubru 2011 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (COM(2011)0665),

wara li kkunsidra d-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom,

wara li kkunsidra l-ħidma tal-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) dwar mappa tal-istandards tal-cloud;

wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament u tal-Kunsill,

wara li kkunsidra d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament u l-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (3),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi tas-soċjetà tal-informatika, b'mod partikolari l-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (4),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0353/2013),

A.

billi s-servizzi ta’ informatika remoti fil-forom varji, issa magħrufa b’mod komuni bħala l-“cloud computing”, mhumiex ġodda iżda l-iskala, il-prestazzjoni u l-kontenut tal-cloud computing jikkostitwixxu avvanz sinifikanti għat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT);

B.

billi l-cloud computing xorta attira l-attenzjoni fis-snin riċenti minħabba l-iżvilupp ta’ mudelli ġodda u innovattivi tan-negozju fuq skala kbira, l-ispinta qawwija mill-bejjiegħa tal-cloud computing, l-innovazzjonijiet teknoloġiċi u ż-żieda fil-kapaċità tal-informatika, il-prezzijiet aktar baxxi u l-komunikazzjonijiet b'veloċità qawwija, kif ukoll minħabba l-benefiċċji ekonomiċi u ta’ effiċjenza potenzjali, inkluż f'termini tal-konsum tal-enerġija, li s-servizzi tal-cloud joffru lil kull tip ta’ utent;

C.

billi l-introduzzjoni u l-iżvilupp tas-servizzi tal-cloud f'inħawi ftit li xejn popolati u f'inħawi mbiegħda jistgħu jikkontribwixxu sabiex jitnaqqas l-iżolament tagħhom, filwaqt li fl-istess ħin jippreżentaw sfidi partikolarment serji minħabba d-disponibilità mhux suffiċjenti tal-infrastruttura meħtieġa;

D.

billi l-benefiċċji għall-bejjiegħ fir-rigward tas-servizzi tal-cloud jikkonsistu pereżempju minn ħlasijiet għas-servizz, il-monetizzazzjoni tar-riżorsi informatiċi żejda u mhux użati biżżejjed, ekonomiji tal-kobor u l-possibbiltà ta’ klijentela magħluqa (l-hekk imsejjaħ effett lock-in) u l-użi sekondarji tal-informazzjoni tal-utent, bħal pereżempju għar-reklamar, b’kunsiderazzjoni xierqa għar-rekwiżiti tal-privatezza u l-protezzjoni tad-datapersonali; billi effett lock-in tal-klijentela jista’ jkollu żvantaġġi kompetittivi li madankollu jistgħu jiġu trattati permezz ta’ miżuri ta’ standardizzazzjoni raġonevoli u trasparenza aħjar dwar ftehim tal-liċenzja tal-proprjetà intellettwali;

E.

billi l-benefiċċji għall-utent fir-rigward tas-servizzi tal-cloud jikkonsistu minn spejjeż potenzjalment aktar baxxi, aċċess minn kullimkien, il-konvenjenza, l-affidabbiltà, l-iskalabilità u s-sigurtà;

F.

billi l-cloud computing jinvolvi wkoll riskji għall-utenti, b'mod partikulari fir-rigward ta' datasensittiva, u jeħtieġ li l-utenti jkunu konxji ta' dawn ir-riskji; billi jekk l-ipproċessar tal-cloud isir f’pajjiż partikolari, l-awtoritajiet ta’ dak il-pajjiż jista' jkollhom aċċess għad-dejta; billi dan għandu jitqies mill-Kummissjoni meta tressaq proposti u rakkomandazzjonijiet rigward il-Cloud Computing;

G.

billi s-servizzi tal-cloud jobbligaw lill-utenti jgħaddu l-informazzjoni lil fornitur ta’ ħżin fil-cloud, li huwa parti terza, u dan iqajjem kwistjonijiet relatati mal-kontroll kontinwu u l-aċċess fuq l-informazzjoni tal-utenti individwali u l-protezzjoni tal-informazzjoni mill-fornitur innifsu, mill-utenti l-oħra tal-istess servizz u partijiet oħra; billi l-inkoraġġiment ta’ servizzi li jippermettu lill-utent u l-utent biss li jkollu aċċess għall-informazzjoni maħżuna, mingħajr ma l-fornituri tal-ħżin fil-cloud infushom ikollhom aċċess għal dik l-informazzjoni, jista’ jsolvi ftit mill-kwistjonijiet relatati ma' din il-problema;

H.

billi ż-żieda fl-użu tas-servizzi tal-cloud ipprovduti minn numru limitat ta’ fornituri kbar ifisser li ammonti dejjem jikbru ta’ informazzjoni qed jinġabru f’idejn dawk il-fornituri, b’hekk jiġu mkabbra l-effiċjenzi tagħhom, iżda jiżdiedu wkoll ir-riskji ta’ telf katastrofiku ta’ informazzjoni, ta’ punti ċentralizzati ta’ falliment li jistgħu jdgħajfu l-istabbilità tal-Internet u ta’ aċċess għall-informazzjoni minn partijiet terzi;

I.

billi r-responsabbiltajiet u l-obbligi tal-partijiet interessati kollha involuti fis-servizzi tal-cloud computing għandhom jiġu ċċarati, b’mod partikolari billi huma jinvolvu s-sigurtà u r-rispett tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta;

J.

billi s-suq għas-servizzi tal-cloud jidher mifruq bejn il-linji tal-konsumatur u dawk tan-negozju;

K.

billi għall-utenti kummerċjali, is-servizzi tal-cloud standardizzati jistgħu, jekk jissodisfaw il-ħtiġijiet partikolari tal-utent, ikunu mezz attraenti biex l-ispiża kapitali tiġi kkonvertita fi spiża operattiva u jippermettu d-disponibbiltà mgħaġġla u l-iskalar ta’ kapaċità addizzjonali ta' ħażna u pproċessar;

L.

billi għall-konsumaturi, il-fatt li l-fornituri ta’ sistemi operattivi għal tipi varji ta’ tagħmir tal-konsumatur, b’mod partikolari, qegħdin aktar iressqu lill-konsumaturi – permezz tal-użu ta’ settings prestabbiliti, eċċ – lejn l-użu tas-servizzi tal-cloud proprjetarji, ifisser li dawn il-fornituri qed joħolqu klijentela magħluqa u jiġbru l-informazzjoni tal-utenti tagħhom;

M.

billi l-użu ta’ servizzi tal-cloud esterni fis-settur pubbliku għandu jiġi meqjus b’kawtela b’rabta ma’ riskji akbar fir-rigward tal-informazzjoni dwar iċ-ċittadini u mat-twettiq fiż-żgur tal-funzjonijiet tas-servizz pubbliku;

N.

billi, minn perspettiva ta’ sigurtà, l-introduzzjoni tas-servizzi tal-cloud tfisser li r-responsabbiltà għaż-żamma tas-sigurtà tal-informazzjoni li tappartjeni għal kull utent individwali tgħaddi mill-individwu għall-fornitur, biex b’hekk jiżdied il-bżonn li jiġi żgurat li l-fornituri tas-servizz ikollhom il-kapaċità legali li jipprovdu soluzzjonijiet sikuri u sodi għall-komunikazzjoni;

O.

billi l-iżvilupp tas-servizzi tal-cloud se jżid l-ammont ta’ data trażmessa u d-domanda għall-bandwidth, veloċità aktar qawwija ta’ upload u għal broadband ta’ veloċità qawwija aktar disponibbi;

P.

billi l-kisba tal-objettivi tal-Aġenda Diġitali tal-Ewropa, b’mod partikolari l-użu tal-broadband u l-aċċess għalih għal kulħadd, is-servizzi pubbliċi transkonfinali u l-għanijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni, hija pass meħtieġ jekk l-UE trid tibbenefika bis-sħiħ mill-benefiċċji li l-cloud computing għandu x’joffri;

Q.

billi kien hemm ċerti żviluppi riċenti fir-rigward ta' ksur ta’ sigurtà u b’mod partikolari l-iskandlu ta’ spjunaġġ PRISM;

R.

billi hemm nuqqas ta’ ċentri ta’ servers fl-Ewropa;

S.

billi s-Suq Uniku Diġitali huwa fattur ewlieni biex jintlaħqu l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020, li jagħti spinta sinifikattiva lill-isforzi biex jinkisbu l-objettivi tal-Att dwar is-Suq Uniku u biex tingħata tweġiba għall-kriżi ekonomika u finanzjarja li qed taffettwa l-UE;

T.

billi l-provvista ta' broadband b’kopertura mal-UE kollha, aċċess universali u ugwali għas-servizzi tal-internet għaċ-ċittadini kollha u l-garanzija ta’ newtralità tan-network huma prerekwiżiti essenzjali għall-iżvilupp ta’ sistema Ewropea tal-cloud computing;

U.

billi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, fost l-oħrajn, hija maħsuba biex iżżid l-użu tal-broadband fl-Ewropa;

V.

billi l-cloud computing għandu jistimola l-integrazzjoni tal-SMEs bis-saħħa tat-tnaqqis tal-ostakli għad-dħul fis-suq (e.ż. billi jitnaqqsu l-ispejjeż tal-infrastruttura tal-informatika);

W.

billi huwa essenzjali għas-sistema Ewropea tal-cloud computing li l-istandards legali Ewropej dwar il-protezzjoni tad-data jkunu ggarantiti;

X.

billi l-iżvilupp tal-cloud computing għandu jgħin biex titħeġġeġ il-kreattività għall-benefiċċju kemm tas-sidien tad-drittijiet kif ukoll tal-utenti; billi, barra minn hekk, id-distorsjonijiet fis-Suq Uniku għandhom jiġu evitati fil-proċess u l-kunfidenza tal-konsumaturi u n-negozji fil-cloud computing għandha tingħata spinta;

Ġenerali

1.

Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni dwar l-isfruttar tal-potenzjal tal-cloud computing fl-Ewropa u japprova l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li tiżviluppa approċċ koerenti għas-servizzi tal-cloud imma jqis li, sabiex jintlaħqu l-objettivi ambizzjużi stipulati mill-istrateġija, strument leġislattiv kien ikun aktar adegwat f'ċerti aspetti;

2.

Jenfasizza li l-politiki li jippermettu l-infrastruttura tal-komunikazzjoni b’kapaċità għolja u sikura huma element kruċjali għas-servizzi kollha li jiddependu fuq il-komunikazzjonijiet, inklużi s-servizzi tal-cloud, iżda jenfasizza li minħabba l-baġit limitat tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, l-appoġġ għall-introduzzjoni tal-broadband jeħtieġ li jkun issupplimentat b’assistenza provduta minn programmi u inizjattivi oħra tal-Unjoni, inklużi l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej;

3.

Jenfasizza li s-servizzi tal-cloud għandhom joffru s-sigurtà u l-affidabbiltà proporzjonati maż-żieda fir-riskji li jirriżultaw mill-konċentrazzjoni ta’ datau informazzjoni fil-pussess ta’ numru limitat ta’ fornituri;

4.

Jenfasizza li l-liġi tal-Unjoni għandha tkun newtrali u, sakemmma jkunxkemm raġunijiet konvinċenti ta’ interess pubbliku, m’għandhomx jiġu adattati biex jiffaċilitaw jew ifixklu l-mudell jew is-servizz ta’ negozju legali;

5.

Jenfasizza li strateġija dwar il-cloud computing għandha tinkludi aspetti kollaterali bħall-konsum enerġetiku taċ-ċentri tad-datau kwistjonijiet ambjentali relatati;

6.

Jenfasizza l-possibilitajiet enormi li joffri l-aċċess għal dataminn kwalunkwe tagħmir konness mal-internet;

7.

Jenfasizza l-interess evidenti, minn perspettiva duwali, li l-UE jkollha aktar ċentri tas-servers fit-territorju żona tagħha: f'termini tal-politika industrijali, din tippermetti sinerġiji msaħħa mal-objettivi ta’ tnedija għan-Netwerks ta' Aċċess tal-Ġenerazzjonili Jmiss (NGA) stipulati fl-Aġenda Diġitali, u, f'termini tar-reġim tal-protezzjoni tad-datatal-Unjoni, din trawwem il-fiduċja billi tiżgura s-sovranità tal-UE fuq is-servers tagħha.

8.

Jissottolinja l-importanza tal-kompetenza diġitali fost iċ-ċittadini kollha u jħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw kunċetti dwar kif jippromwovu l-użu sikur tal-Internet inkluż is-servizzi tal-cloud computing;

Il-cloud bħala strument għat-tkabbir u l-impjiegi

9.

Jenfasizza li, minħabba l-potenzjal ekonomiku tal-cloud li jżid il-kompetittività globali tal-Ewropa, dan jista’ jsir strument b’saħħtu għat-tkabbir u l-impjiegi;

10.

Jenfasizza, b’hekk, li l-iżvilupp tas-servizzi tal-cloud, fl-assenza jew fid-disponibilità mhux suffiċjenti ta’ infrastruttura tal-broadband, jirriskja li jkabbar id-distakk diġitali bejn l-inħawi urbani u dawk rurali, li tibqa’ tagħmel iktar diffiċli li jinkisbu l-koeżjoni territorjali u t-tkabbir ekonomiku reġjonali;

11.

Jenfasizza li l-Unjoni tiffaċċja pressjonijiet multipli u simultanji dwar it-tkabbir tal-PGD fi żmien meta l-kamp ta’ applikazzjoni biex jiġi stimulat it-tkabbir mill-fondi pubbliċi huwa limitat b’livelli għolja ta’ dejn u ta’ defiċit, u jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri jimmobilizzaw kull lieva ta’ tkabbir possibbli; jinnota li l-cloud computing jista’ jevolvi fi żvilupp trasformattiv fis-setturi kollha tal-ekonomija, b’rilevanza speċjali f’oqsma bħall-kura tas-saħħa, l-enerġija, is-servizzi pubbliċi u l-edukazzjoni;

12.

Jenfasizza li l-qgħad, inkluż il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-qgħad fit-tul, laħaq livelli għolja inaċċettabbli fl-Ewropa u x’aktarx jibqa’ għoli fil-futur qrib, u li hija meħtieġa azzjoni determinata u urġenti fil-livelli politiċi kollha; jinnota li l-ħiliet elettroniċi u l-azzjonijiet ta’ edukazzjoni diġitali fil-cloud computing jistgħu, konsegwentement, ikunu ta’ importanza straordinarja sabiex jiġi indirizzat l-qgħad li qiegħed jiżdied, speċjalment fost iż-żgħażagħ;

13.

Jenfasizza l-bżonn ta’ aktar kompetenza diġitali fost l-utenti u li t-taħriġ juri l-benefiċċji li jista’ jingħata mill-cloud computing; ifakkar il-ħtieġa li jonħolqu aktar skemi ta’ kwalifika għal speċjalisti li jimmaniġjaw is-servizzi tal-cloud computing;

14.

Jenfasizza li l-SMEs huma fil-qalba tal-ekonomija tal-UE u li hemm bżonn ta’ aktar azzjonijiet sabiex tiġi promossa l-kompetittività globali tal-SMEs tal-UE u biex jitwaqqaf l-aħjar ambjent possibbli għall-użu ta’ żviluppi teknoloġiċi ġodda promettenti, bħall-cloud computing, li jista’ jkollhom impatt kbir fuq il-kompetittività tan-negozji tal-UE;

15.

Jinsisti dwar l-impatt pożittiv tas-servizzi tal-cloud computing fuq l-SMEs, partikolarment dawk stabbiliti f’żoni remoti jew ultraperiferiċi jew f’inħawi li qed iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet ekonomiċi, peress li dawn is-servizzi jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-ispejjeż fissi għall-SMEs billi jippermettulhom li jikru kapaċità u ħażna kompjuterizzati, u jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra qafas xieraq li jippermetti lill-SMEs iżidu t-tkabbir u l-produttività tagħhom, peress li l-SMEs ikunu jistgħu jibbenefikaw minn tnaqqis fl-infiq bil-quddiem u aċċess imtejjeb għal għodod analitiċi;

16.

Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkomunikaw il-potenzjal ekonomiku tal-cloud computing, b’mod partikolari, lill-SMEs;

17.

Jinnota li l-UE għandha tisfrutta l-fatt li din it-teknoloġija hija f'fażi relattivament bikrija u li trid tinvesti fl-iżvilupp tagħha sabiex tibbenefika mill-ekonomiji ta’ skala li hija mistennija toffri u b’hekk terġa’ tagħti ħajja lill-ekonomija tal-Unjoni, partikolarment fis-settur tal-ICT;

Is-suq tal-UE u l-cloud

18.

Jenfasizza li s-suq intern għandu jibqa’ miftuħ għall-fornituri kollha li jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni, minħabba li l-fluss ħieles globali tas-servizzi u l-informazzjoni jżid il-kompetittività u l-opportunitajiet għall-industrija tal-Unjoni u l-benefiċċji taċ-ċittadini tal-Unjoni;

19.

Jiddispjaċih dwar l-indikazzjonijiet ta’ aċċess governattiv massiv, pervażiv u indiskriminat għall-informazzjoni relatata mal-utenti tal-Unjoni maħżuna fi clouds ta’ pajjiżi terzi u jitlob lill-fornituri tas-servizzi tal-cloud sabiex ikunu trasparenti dwar kif jimmaniġjaw l-informazzjoni li l-konsumaturi jagħtuhom permezz tal-użu tas-servizzi tal-cloud;

20.

Jinsisti li, sabiex jingħeleb ir-riskju li l-informazzjoni tkun aċċessibbli b’mod dirett jew indirett minn gvernijiet barranin, fejn tali aċċess ma jkunx permess skont il-liġi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha:

(i)

tiżgura li l-utenti jkunu konxji minn dan ir-riskju, anke billi tappoġġja l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) biex tiġi attivata l-pjattaforma ta’ informazzjoni ta’ interess pubbliku fid-Direttiva Servizz Universali,

(ii)

tisponsorizza r-riċerka f'teknoloġiji rilevanti u t-tnedija kummerċjali jew l-akkwist pubbliku ta' dawn it-teknoloġiji, bħall-ikkodifikar u l-anonimizzazzjoni, li jippermettu li l-utenti jassiguraw l-informazzjoni tagħhom b’mod faċli; u,

(iii)

tinvolvi lill-ENISA fil-verifika tal-istandards minimi tas-sigurtà u tal-privatezza tas-servizzi tal-cloud computing offruti lill-konsumaturi Ewropej u, b’mod partikolari, lis-settur pubbliku;

21.

Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi sistema ta’ ċertifikazzjoni għall-UE kollha li tkun tista’ tipprovdi inċentiv għall-iżviluppaturi u l-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing biex jinvestu fi protezzjoni aħjar tal-privatezza;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-industrija tal-Unjoni u partijiet interessati oħra, biex tidentifika oqsma fejn approċċ speċifiku tal-Unjoni jista’ jkun partikolarment attraenti fuq livell globali;

23.

Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat suq tal-Unjoni kompetittiv u trasparenti sabiex l-utenti kollha tal-Unjoni jiġu pprovduti b’servizzi sikuri, sostenibbli, finanzjarjament aċċessibbli u affidabbli; jappella għal metodu sempliċi u trasparenti li jidentifika d-difetti fis-sigurtà b’mod li l-fornituri tas-servizz fis-suq Ewropew ikollhom inċentiv suffiċjenti u xieraq biex dawn id-difetti jiġu rimedjati;

24.

Jenfasizza li l-fornituri kollha tal-cloud li joperaw fl-Unjoni għandhom jikkompetu b’kundizzjonijiet ekwi, u li l-istess regoli applikabbli għal kulħadd;

L-akkwist pubbliku, l-akkwist ta’ soluzzjonijiet innovattivi, u l-cloud

25.

Jenfasizza li l-użu tas-servizzi tal-cloud mis-settur pubbliku għandu l-potenzjal li jnaqqas l-ispejjeż għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u jipprovdi servizzi aktar effiċjenti liċ-ċittadini, filwaqt li l-effett ta’ lieva diġitali għas-setturi kollha tal-ekonomija jkun ta’ benefiċċju kbir; jirrimarka li s-settur privat jista’ wkoll jieħu vantaġġ minn dawk is-servizzi tal-cloud għall-akkwist ta’ soluzzjonijiet innovattivi;

26.

Jinkoraġġixxi l-amministrazzjonijiet pubbliċi jikkunsidraw servizzi ta’ cloud mingħajr periklu, affidabbli u sikuri fl-akkwist tal-IT, filwaqt li jissottolinja r-responsabbiltajiet partikolari tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni tal-informazzjoni relatata maċ-ċittadini, l-aċċessibbiltà u l-kontinwità tas-servizz;

27.

B’mod partikolari, jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra l-użu tas-servizzi tal-cloud, fejn xieraq, sabiex tkun ta’ eżempju għal oħrajn;

28.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħaffu l-ħidma tas-Sħubija Ewropea tal-Cloud;

29.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu l-cloud computing qasam prijoritarju għall-programmi tar-riċerka u tal-iżvilupp, u jippromovuh fis-settur amministrattiv pubbliku bħala soluzzjoni elettronika innovattiva tal-gvern fl-interess tal-pubbliku, kif ukoll fis-settur privat bħala għodda innovattiva għall-iżvilupp tan-negozju;

30.

Jisħaq li l-użu tas-servizzi tal-cloud mill-awtoritajiet pubbliċi, inklużi mill-awtoritajiet tal-eżekuzzjoni tal-liġi u l-istituzzjonijiet tal-UE, jeħtieġ kunsiderazzjoni u koordinazzjoni speċjali bejn l-Istati Membri; ifakkar li l-integirtà u s-sigurtà tad-data jridu jiġu ggarantiti u li l-aċċess mhux awtorizzat, inkluż minn gvernijiet barranin u s-servizzi tagħhom tal-intelligence mingħajr bażi ġuridiku skont id-dritt tal-Unjoni tal-Istat Membru, ikun prevenut; jisħaq li dan japplika wkoll għal attivitajiet ta’ pproċessar speċifiċi li jsiru minn ċerti servizzi mhux governattivi essenzjali li għandhom aċċess għal data personali, b'mod partikolari l-ipproċessar ta' kategoriji speċifiċi ta' data personali, bħalma huma l-banek, il-kumpaniji tal-assikurazzjoni, fondi ta' pensjoni, l-iskejjel u l-isptarijiet; barra minn hekk, jenfasizza li dan kollu msemmi hawn fuq huwa ta’ importanza partikolari jekk id-data qed tiġi trasferita (barra mill-Unjoni Ewropea bejn ġurisdizzjonijiet differenti); huwa tal-fehma, għalhekk, li l-awtoritajiet pubbliċi, kif ukoll is-servizzi mhux governattivi u s-settur privat għandhom, kemm jista' jkun, joqogħdu fuq il-fornituri ta' cloud tal-UE meta jipproċessaw data u informazzjoni sensittivi sa ma jkunu ddaħħlu regoli globali sodisfaċenti dwar il-protezzjoni tad-data, billi tkun żgurata s-sigurtà ta' data sensittiva, u tal-bażijiet ta' datamiżmuma minn entitajiet pubbliċi;

L-istandards u l-cloud

31.

Jistieden lill-Kummissjoni tieħu rwol ewlieni fil-promozzjoni ta' standards u speċifikazzjonijiet li jappoġġjaw servizzi tal-cloud li jirrispettaw l-privatezza, li jkunu affidabbli, ferm interoperabbli, sikuri u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, bħala parti integrali ta’ politika industrijali tal-futur tal-Unjoni; jenfasizza li l-affidabbiltà, is-sigurtà u l-protezzjoni tad-datahuma meħtieġa għall-fiduċja tal-konsumatur u l-kompetittività;

32.

Jenfasizza li l-istandards huma bbażati fuq eżempji tal-aħjar prattiki;

33.

Jinsisti li l-istandards għandhom jippermettu l-portabbiltà faċli u sħiħa tad-data u tas-servizzi, u grad għoli ta’ interoperabilità bejn is-servizzi tal-cloud sabiex tiżdied u mhux tiġi limitata l-kompetittività;

34.

Jilqa’ l-immappjar ta’ standards li ġew fdati lill-ETSI, u jenfasizza l-importanza li jkun hemm kontinwità ta’ proċess miftuħ u trasparenti;

Il-konsumaturi u l-cloud

35.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li t-tagħmir għall-konsumatur ma jagħmilx użu mis-servizzi tal-cloud b’mod awtomatiku jew jiġi ristrett għal kwalunkwe fornitur speċifiku tas-servizz tal-cloud;

36.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe ftehim kummerċjali bejn operaturi tat-telekomunikazzjonijiet u fornituri tal-cloud ikun konformi bis-sħiħ mal-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE u li jippermettu aċċess sħiħ tal-konsumaturi għal kull servizz tal-cloud li juża konnessjoni tal-internet minn kwalunkwe operatur tat-telekomunikazzjonijiet;

37.

Ifakkar lill-Kummissjoni dwar il-prerogattiva tagħha, li għalissa għadha mhux użata, skont id-Direttiva 1999/5/KE (id-Direttiva RTTE), li titlob li t-tagħmir ikun jinkorpora salvagwardji li jipproteġu l-informazzjoni tal-utenti;

38.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jrawmu kuxjenza fil-konsumaturi dwar ir-riskji kollha relatati mal-użu tas-servizzi tal-cloud;

39.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-konsumaturi, meta jintalbu li jaċċettaw jew inkella jiġu offruti servizz tal-cloud, l-ewwel jingħataw l-informazzjoni meħtieġa biex jieħdu deċiżjoni motivata, b’mod partikolari meta tkun ikkonċernata l-ġurisdizzjoni li tkopri d-datamaħżuna f’dawn is-servizzi tal-cloud;

40.

Jenfasizza li l-informazzjoni mogħtija għandha tidentifika, fost affarijiet oħra, min hu l-fornitur aħħari tas-servizz u kif is-servizz huwa ffinanzjat; jenfasizza, barra minn hekk, li jekk is-servizz ikun iffinanzjat billi tintuża l-informazzjoni tal-utenti għall-iskop ta’ reklamar jew biex jippermetti lill-oħrajn jagħmlu hekk, dan għandu jiġi żvelat lill-utent;

41.

Jenfasizza li l-informazzjoni għandha tkun f’format standardizzat, portabbli, li jinftiehem faċilment u komparabbli;

42.

Jistieden lill-Kummissjoni tesplora miżuri xierqa għall-iżvilupp ta’ livell minimu aċċettabbli tad-drittijiet tal-konsumatur fir-rigward tas-servizzi tal-cloud, li jkopru kwistjonijiet bħall-privatezza, il-ħżin tad-dataf’pajjiżi terzi, ir-responsabbiltà għal datamitlufa u kwistjonijiet oħra ta’ interess sinifikanti għall-konsumaturi;

43.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jadottaw miżuri speċifiċi dwar l-użu u l-promozzjoni tal-cloud computing fir-rigward ta’ aċċess miftuħ u riżorsi edukattivi miftuħa;

Il-proprjetà intellettwali, il-liġi ċivili, eċċ, u l-cloud

44.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu azzjoni biex tarmonizza aktar il-liġijiet fl-Istati Membri sabiex tiġi evitata l-konfużjoni u l-frammentazzjoni ġurisdizzjonali u biex tassigura li jkun hemm trasparenza fis-suq uniku diġitali;

45.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-leġiżlazzjoni l-oħra tal-UE biex tindirizza n-nuqqasijiet relatati mal-cloud computing; jitlob b’mod partikolari li tiġi kjarifikata s-sistema tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u għal rieżami tad-Direttiva dwar il-Prattiċi Kummerċjali Żleali, id-Direttiva dwar Klawżoli Inġusti fil-Kuntratti u tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku, li huma l-atti legiżlattivi tal-Unjoni l-aktar rilevanti applikabbli għall-cloud computing;

46.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi qafas legali ċar fil-qasam tal-kontenut protett mid-drittijiet tal-awtur fil-cloud, speċjalment fir-rigward tar-regolamenti ta’ liċenzjar;

47.

Jirrikonoxxi li l-introduzzjoni tal-ħżin ta' xogħlijiet protetti mis-servizzi tal-cloud computing m'għandhiex tikkomprometti d-dritt tad-detenturi tad-drittijiet Ewropej li jirċievu kumpens ġust għall-użu tax-xogħlijiet tagħhom, iżda jistaqsi jekk dawn is-servizzi jistgħux jitqiesu li huma ugwali għall-midja u t-tagħmir tradizzjonali u diġitali tal-irrekordjar u tal-ħżin.

48.

Jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga t-tipi differenti ta' servizzi tal-cloud computing, kif il-ħżin fil-cloud ta' xogħlijiet protetti jolqot lis-sistemi tal-ħlas tad-drittijiet tal-awtur u, aktar speċifikament, il-modi ta' kif l-imposti tal-ikkuppjar privat li huma relevanti għal ċerti tipi ta' servizzi tal-cloud computing jiġu imposti;

49.

Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-iżvilupp, b'mod konġunt mal-partijiet konċernati, tas-servizzi diċentralizzati msejsa fuq softwer bla ħlas u minn sors miftuħ li jaf jgħin l-armonizzazzjoni tal-prattiki fost l-fornituri tal-cloud u jippermetti liċ-ċittadini tal-UE jerġgħu jiksbu kontroll fuq id-datau l-komunikazzjonijiet personali tagħhom, pereżempju permezz tal-kodifikazzjoni minn punt sa punt;

50.

Jenfasizza li, minħabba inċertezzi dwar il-liġi applikabbli u l-ġurisdizzjoni, il-kuntratti huma l-għodod prinċipali għall-istabbiliment tar-relazzjonijiet bejn il-fornituri tal-cloud u l-klijenti tagħhom, u li għalhekk hemm bżonn ċar ta' linji gwida komuni tal-UE f'dal-qasam;

51.

Jistieden lill-Kummissjoni taħdem flimkien mal-Istati Membri biex jiżviluppaw mudelli tal-aħjar prattika għall-kuntratti tal-UE, jew “mudelli ta’ kuntratti”, li jiżguraw trasparenza totali billi jipprovdu t-termini u l-kundizzjonijiet f’format ċar ħafna;

52.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa, flimkien mal-partijiet interessati, l-iskemi volontarji ta’ ċertifikazzjoni għas-sistemi ta’ sigurtà tal-fornitur li jgħinu biex jarmonizzaw il-prattiki tal-fornituri tal-cloud u li jagħmlu lill-klijenti aktar konxji ta’ dak li għandhom jistennew mill-fornituri tas-servizz tal-cloud;

53.

Jenfasizza li, minħabba problemi ta’ ġurisdizzjoni, il-konsumaturi fl-UE fil-prattika għandhom anqas probabbiltà li jkunu jistgħu jfittxu rimedju legali mill-fornituri tas-servizzi tal-cloud f’ġurisdizzjonijiet oħrajn; jitlob għalhekk, lill-Kummissjoni tipprovdi mezzi adegwati ta’ rimedju fil-qasam tas-servizzi tal-konsumatur, peress li hemm żbilanċ qawwi ta’ poter bejn il-konsumaturi u l-fornituri ta’ cloud computing;

54.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-implimentazzjoni rapida tar-Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim u r-Riżoluzzjoni tat-Tilwim Online u biex tiżgura li l-konsumaturi jkunu mgħammra b’mezzi ta’ rimedju kontra l-ksur tas-sigurtà u l-privatezza adegwati kif ukoll kontra d-dispożizzjonijiet kuntrattwali illegali għas-servizzi tal-cloud;

55.

Jiddispjaċih għan-nuqqas attwali ta’ rimedji effettivi għall-utenti f’każ ta’ ksur tal-kuntratt;

56.

Jappella sabiex l-informazzjoni sistematika għall-konsumaturi dwar l-attivitajiet ta’ pproċessar ta’ datapersonali tkun inkluża fil-proposti ta’ kuntratt, kif ukoll li l-kunsens tal-utenti jkun obbligatorju qabel ma jkunu jistgħu jinbidlu t-termini tal-kuntratt;

57.

Jistieden lill-Kummissjoni, fi ħdan il-qafas tad-diskussjonijiet tal-grupp ta' esperti, biex tesiġi li l-fornituri tal-cloud jinkludu fil-kuntratti ċerti klawżoli importanti li jiggarantixxu l-kwalità tas-servizz, bħal obbligi li jaġġornaw softwer u ħardwer fejn ikun meħtieġ, biex jiddeterminaw x’jiġri jekk id-data tintilef, u jiddeterminaw iż-żmien li jkun jinħtieġ biex issolvu l-problema jew kemm is-servizz tal-cloud ikun jista’ jneħħi malajr materjali li joffendu, jekk l-utent tal-cloud jitlob li dan isir;

58.

Ifakkar li, fejn fornitur tal-cloud juża d-data għal skop differenti mill-iskop miftiehem skont il-ftehim tas-servizz, jew jikkomunika d-data jew jużaha b’mod kuntrarju għat-termini tal-kuntratt, huwa għandu jitqies bħala kontrollur tad-data u għandu jinżamm responsabbli għall-ksur li jkun sar;

59.

Jenfasizza li l-arranġamenti ta' servizzi tal-cloud iridu jiddelineaw, b'mod ċar u trasparenti, id-dmirijiet u l-jeddijiet tal-partijiet dwar l-attivitajiet ta' proċessar tad-data mill-fornituri tal-cloud; jirrimarka li l-arranġamenti kontrattwali ma jfissrux it-tneħħija tas-salvagwardji, jeddijiet u protezzjonijiet mogħtijin mid-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq proposti biex jinkiseb lura l-bilanċ bejn il-fornituri tas-servizzi tal-cloud u l-klijenti tagħhom fir-rigward tat-termini u l-kundizzjonijiet użati mis-servizzi tal-cloud, li jinkludu d-dispożizzjonijiet;

li jiżguraw il-protezzjoni kontra l-kanċellazzjoni arbitrarja tas-servizzi u t-tħassir tad-data;

li jiggarantixxu lill-klijenti l-opportunità raġonevoli biex jiksbu lura data maħżuna fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ servizz u/jew it-tneħħija ta’ data;

li jagħtu linji gwida ċari għall-fornituri tal-cloud biex jiffaċilitaw il-migrazzjoni faċli tal-klijenti tagħhom lejn servizzi oħra;

60.

Jenfasizza li r-rwol tal-fornitur tas-servizz tal-cloud skont il-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni jeħtieġ li jkun determinat fuq bażi ta’ każ b'każ, peress li l-fornituri jistgħu jkunu kemm proċessuri tad-data u anke kontrolluri tad-data; jitlob li t-termini u l-kundizzjonijiet għall-utenti kollha jitjiebu billi jiġu żviluppati mudelli internazzjonali tal-aħjar prattika għall-kuntratti u billi jiġi ċċarat fejn il-fornitur tas-servizz jaħżen id-data u skont liema qasam tal-liġi fl-UE;

61.

Jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-sitwazzjonijiet fejn l-iżbilanċ fis-sitwazzjoni kuntrattwali bejn il-klijent u l-fornitur tal-cloud iwassal sabiex il-klijent jidħol f’arranġamenti kuntrattwali li jimponu servizzi standard u kuntratt li għandu jiġi ffirmat, fejn il-fornitur jiddefinixxi l-iskopijiet, il-kundizzjonijiet, il-mezzi tal-ipproċessar (6); jisħaq li f’tali ċirkostanzi, il-fornitur tal-cloud għandu jiġi kkunsidrat bħala “kontrollur tad-data” u jidħol responsabbli flimkien mal-klijent;

Il-protezzjoni tad-data, id-drittijiet fundamentali, l-infurzar tal-liġi u l-cloud

62.

Huwa tal-fehma li l-aċċess għal Internet sikur huwa jedd fundamentali ta’ kull ċittadin u li l-cloud computing se jkompli jkollu rwol importanti f’dan l-aspett; itenni għalhekk, l-istedina lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jirrikonoxxu b’mod mhux ekwivoku l-libertajiet diġitali bħala jeddijiet fundamentali u bħala prerekwiżiti indispensabbli għat-tgawdija ta’ jeddijiet tal-bniedem universali;

63.

Itenni li, bħala regola ġenerali, il-livell tal-protezzjoni tad-data f’ambjent ta’ cloud computing m’għandux ikun inferjuri għal dak li hu meħtieġ fi kwalunkwe kuntest ieħor ta’ pproċessar ta’ data;

64.

Jenfasizza li l-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, billi hi teknoloġikament newtrali, diġà tapplika kollha kemm hi għas-servizzi tal-cloud computing li joperaw fl-UE u għalhekk għandha tiġi rispettata għalkollox; jenfasizza li l-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 (WP29) dwar il-Cloud Computing (7) għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni billi tagħti gwida ċara għall-applikazzjoni tal-prinċipji u r-regoli tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data għas-servizzi tal-cloud, bħalma huma l-kunċetti ta' kontrollur/proċessur, limitazzjoni tal-iskop u proporzjonalità, integrità u sigurtà tad-data, l-użu tas-sottokuntratturi, l-allokazzjoni tar-responsabilitajiet, il-ksur tad-data u t-trasferimenti internazzjonali; jissottolinja l-ħtieġa li jitneħħew il-lakuni fil-protezzjoni f'dak li għandu x'jaqsam mal-cloud computing fir-rieżami li għaddej tal-qafas ġuridiku tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data msejjes fuq aktar gwida mis-Superviżur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data u d-WP29;

65.

Ifakkar fit-tħassib gravi tiegħu dwar l-iżvelar reċenti tal-programmi ta' sorveljanza tal-Aġenzija Nazzjonali tas-Sigurtà tal-Istati Uniti, u ta' programmi simili mħaddmin mill-aġenziji tal-intelligence f'diversi Stati Membri, fir-rikonoxximent li, kemm-il darba l-informazzjoni disponibbli sa issa tkun kkonfermata, dawn il-programmi jkunu jirrappreżentaw vjolazzjoni gravi tal-jedd fundamentali taċ-ċittadini u r-residenti tal-UE għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data, kif ukoll għall-jedd għall-ħajja privata u tal-familja, għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, għall-preżunzjoni tal-innoċenza, għal-libertà tal-espressjoni, għal-libertà tal-informazzjoni, u għal-libertà li jsir in-negozju;

66.

itenni u jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-iżvelar dirett obbligatorju tad-data u l-informazzjoni personali tal-UE, ipproċessati skont ftehimiet tal-cloud, lil awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi minn fornituri tal-cloud soġġetti għal liġijiet ta’ pajjiżi terzi jew li jużaw servers tal-ħżin li jinsabu f’pajjiżi terzi, u dwar l-aċċess dirett mill-bogħod għad-data u l-informazzjoni personali pproċessati minn awtoritajiet tal-eżekuzzjoni tal-liġi u servizzi tal-intelligence ta' pajjiżi terzi;

67.

Jiddispjaċih li dan l-aċċess ħafna drabi jsir permezz tal-eżekuzzjoni diretta ta’ regoli tal-liġi minn awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi mingħajr ma jintużaw strumenti internazzjonali stabbiliti għal kooperazzjoni legali bħalma huma l-ftehimiet tal-assistenza legali reċiproka (MLA) jew forom oħrajn ta' kooperazzjoni ġudizzjarja;

68.

Jisħaq li prattiki bħal dawn iqanqlu mistoqsijiet ta' fiduċja f'dak li għandu x'jaqsam mal-fornituri tas-servizzi ta' cloud u servizzi onlajn li jinsabu barra mill-UE, u f'dak li għandu x'jaqsam ma' pajjiżi terzi li ma joqogħdux fuq l-istrumenti internazzjonali għall-kooperazzjoni legali u ġudizzjarja;

69.

Jistenna li l-Kummissjoni u l-Kunsill jieħdu dawk il-miżuri li huma neċessarji biex tissolva din is-sitwazzjoni u biex tkun żgurata l-osservanza tal-jeddijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE;

70.

Ifakkar li l-kumpaniji kollha li jagħtu servizzi fl-UE jridu jottemperaw ruħhom mingħajr eċċezzjoni mad-dritt tal-UE u li huma responsabbli għal kwalunkwe vjolazzjoni;

71.

Jisħaq li s-servizzi tal-cloud li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi għandhom jagħtu lill-utenti li jinsabu fl-UE twissija ċara u distingwibbli dwar il-possibiltà li d-data personali tagħhom tkun soġġetta għal sorveljanza mill-intelligence u mill-awtoritajiet tal-eżekuzzjoni ta’ pajjiżi terzi, segwita, fejn ikun applikabbli, mit-talba għall-kunsens espliċitu tas-suġġett tad-data għall-ipproċessar ta’ data personali;

72.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, hi u tinnegozja l-ftehimiet internazzjonali li jinvolvu l-ipproċessar tad-data personali, li tieħu nota b'mod partikolari tar-riskji u l-isfidi li l-cloud computing iressaq għall-jeddijiet fundamentali, b'mod partikolari – imma mhux esklussivament – għall-jedd għall-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data personali, kif stipulat fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; iħeġġeġ, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tieħu nota tar-regoli domestiċi tas-sħab tagħha fl-innegozjar li jirregolaw l-aċċess għall-eżekuzzjoni tal-liġi għad-data personali proċessata permezz ta’ servizzi ta’ cloud computing, b’mod partikolari r-rekwiżit li l-aċċess għall-awtoritajiet għall-eżekuzzjoni tal-liġi u l-awtoritajiet tal-intelligence jista’ jingħata biss bl-osservanza sħiħa ta' proċess xieraq tal-liġi u li għandu jkun hemm bażi ġuridika li ma tkunx ambigwa, kif ukoll ir-rekwiżit biex ikunu speċifikati l-kundizzjonijiet eżatti tal-aċċess, l-iskop tal-ksib ta' tali aċċess, il-miżuri ta’ sigurtà stabbiliti meta tiġi konsenjata d-data u l-jeddijiet tal-individwi, kif ukoll ir-regoli għas-superviżjoni u għal mekkaniżmu ta’ rimedju effettiv;

73.

Jissottolinja t-tħassib gravi tiegħu dwar ix-xogħol li sar fil-Kunsill tal-Ewropa mill-Kumitat għall-Konvenzjoni taċ-Ċiberkriminalità bil-ħsieb li jiġi żviluppat protokoll addizzjonali dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 32 tal-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità tat-23 ta’ Novembru 2001 dwar “l-aċċess bejn il-fruntieri għal data maħżuna f’kompjuters bil-kunsens jew fejn pubblikament disponibbli” (8) sabiex ikun “iffaċilitat l-użu effettiv tiegħu u l-implimentazzjoni fid-dawl ta’ żviluppi legali, politiki u teknoloġiċi”; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, bil-ħsieb tal-kunsiderazzjoni li daqt se ssir mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa, li jiżguraw il-kompatibilità tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 32 tal-Konvenzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità, u l-interpretazzjoni tagħha fl-Istati Membri, mal-jeddijiet fundamentali, inkluża l-protezzjoni tad-data, u b'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet dwar il-fluss transkonfinali ta' data personali, kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, l-acquis tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Protezzjoni tal-Individwi fir-Rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ('Konvenzjoni 108'), li jivvinkolaw lill-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrespinġu b'saħħa kull miżura li tpoġġi l-applikazzjoni ta' dawn il-jeddijiet f'sogru; hu allarmat bil-fatt illi kieku kellu jkun approvat tali protokoll addizzjonali, l-implementazzjoni tiegħu tista' twassal f'aċċess mill-bogħod mingħajr xkiel mill-awtoritajiet tal-eżekuzzjoni tal-liġi fuq servers u sistemi tal-kompjuter li jkunu jinsabu f'ġurisdizzjonijiet oħrajn, mingħajr ma jkun hemm riferiment għall-ftehimiet tal-MLA u strumenti oħrajn ta' kooperazzjoni ġudizzjarja intiżi li jiggarantixxu l-jeddijiet fundamentali tal-individwu, inkluża l-protezzjoni tad-data u s-smigħ xieraq;

74.

Jissottolinja li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-SMEs li qed jiddependu dejjem aktar mit-teknoloġija tal-cloud computing meta jipproċessaw data personali, u li mhux dejjem ikollhom ir-riżorsi jew l-għarfien espert sabiex jindirizzaw l-isfidi ta’ sigurtà b’mod adegwat;

75.

Jissottolinja li l-kwalifika tal-kontrollur jew proċessur tad-data jeħtieġ tiġi riflessa kif xieraq mil-livell ta’ kontroll veru li jkollha fuq il-mezzi ta’ proċessar sabiex jiġu allokati b’mod ċar ir-responsabbiltajiet għall-protezzjoni ta’ data personali bl-użu tal-cloud computing;

76.

Jenfasizza li l-prinċipji kollha stabbiliti fil-liġi Ewropea dwar il-protezzjoni tad-data, bħall-fier u l-legalità, il-limitazzjoni tal-iskop, il-proporzjonalità, il-preċiżjoni u l-perjodi limitati għaż-żamma tad-data, iridu jitqiesu sew għall-ipproċessar ta’ data personali mill-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing;

77.

Jissottolinja l-importanza ta’ sanzjonijiet amministrattivi effettivi, proporzjonati u dissważivi li jkunu jistgħu jiġu imposti fuq servizzi tal-cloud computing li ma jkunux ikkonformaw mal-istandards tal-protezzjoni tad-data tal-UE;

78.

Jenfasizza li l-impatt tal-protezzjoni tad-data ta’ kull servizz ta’ cloud computing għandu attwalment ikun ivvalutat fuq bażi ad hoc sabiex jiġu definiti l-aktar salvagwardji xierqa li għandhom ikunu implimentati;

79.

Jenfasizza li fornitur Ewropew ta’ servizz tal-cloud għandu jaġixxi dejjem f’konformità mal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data tal-UE, anki jekk din tmur kontra l-istruzzjonijiet ta’ klijent jew kontrollur stabbilit f’pajjiż terz jew meta s-suġġetti tad-data kkonċernati jkunu (biss) residenti ta’ pajjiżi terzi;

80.

Jissottolinja l-bżonn li jiġu indirizzati l-isfidi li tqajmu mill-cloud computing f'livell internazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tas-sorveljanza mill-intelligence tal-gvern u s-salvagwardji neċessarji;

81.

Jenfasizza li ċ-ċittadini tal-UE suġġetti għal sorveljanza mill-intelligence ta' awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi għandhom igawdu minn tal-anqas mill-istess salvagwardji u rimedji bħaċ-ċittadini tal-pajjiż terz ikkonċernat;

82.

Jiddispjaċih għall-approċċ muri fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni li fiha ma ssemmewx ir-riskji u l-isfidi marbutin mal-cloud computing, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tissokta b'ħidmietha fuq il-cloud computing billi tiżviluppa komunikazzjoni aktar ħolistika fuq il-cloud computing li tkun tqis l-interess tal-istakeholders kollha u li jkun fiha, barra mir-riferiment standard għall-protezzjoni tal-jeddijiet fundamentali u l-ottemperanza mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data, mill-anqas dan li ġej:

linji gwida biex tiġi żgurata l-konformità l-aktar stretta mal-obbligi tal-UE fir-rigward tad-drittijiet fundamentali u l-protezzjoni tad-data;

kundizzjonijiet limitattivi li taħthom jista’ jsir jew jista' ma jsirx aċċess għad-data tal-cloud għal finijiet ta’ eżekuzzjoni tal-liġi, f’konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u mad-dritt tal-UE;

salvagwardji kontra l-aċċess illegali minn entitajiet barranin u domestiċi, pereżempju billi jiġu emendati r-rekwiżiti tal-akkwist u jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96 (9) biex jirribatti liġijiet barranin li jistgħu jirriżultaw fi trasferimenti illegali massiċċi tad-data tal-cloud taċ-ċittadini u r-residenti tal-UE;

proposti dwar kif jiġi definit “trasferiment” ta’ data personali u dwar kif jiġu aġġornati klawżoli kuntrattwali standard li jkunu mfassla skont l-ambjent cloud peress li l-cloud computing ħafna drabi jinvolvi flussi kbar ta’ data mill-klijenti tal-cloud għas-servers tal-fornituri tal-cloud u ċentri tad-data u jinvolvi ħafna partijiet differenti u qsim tal-fruntieri bejn pajjiżi tal-UE u dawk mhux tal-UE;

83.

Jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-adegwatezza ta’ rieżami tal-Ftehim Safe Harbour bejn l-UE u l-Istati Uniti sabiex tadattah għall-iżviluppi teknoloġiċi, speċjalment fir-rigward tal-aspetti konnessi mal-cloud computing;

o

o o

84.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 45.

(2)  ĠU L 171, 7.7.1999, p. 12.

(3)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(4)  ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

(5)  ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10.

(6)  B’mod partikolari f’każ ta’ konsumaturi u SMEs li jużaw is-servizzi tal-cloud.

(7)  L-Opinjoni 5/2012, WP 196, hija disponibbli hawn: http://ec.europa.eu/justice/data-protection/article-29/documentation/opinion-recommendation/index_en.htm#h2-1.

(8)  http://www.coe.int/t/dghl/cooperation/economiccrime/Source/Cybercrime/TCY/TCY%202013/TCY(2013)14transb_elements_protocol_V2.pdf http://www.coe.int/t/DGHL/cooperation/economiccrime/cybercrime/default_en.asp

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96 tat-22 ta' Novembru 1996 li jipproteġi kontra l-effetti ta' l-applikazzjoni estraterritorjali tal-leġislazzjoni adottata minn pajjiż terz, u l-azzjonijiet ibbażati fuqha jew li jirriżultaw minnha (ĠU L 309, 29.11.1996, p. 1).


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/30


P7_TA(2013)0536

Rapport ta' evalwazzjoni rigward il-BEREC

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 bl-opinjoni tiegħu dwar ir-rapport ta' evalwazzjoni rigward il-BEREC u l-Uffiċċju (2013/2053(INI))

(2016/C 468/05)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni tat-23 ta' April 2013 dwar ir-Rapport ta' Evalwazzjoni tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-uffiċċju tiegħu (SWD(2013)0152),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Mejju 2010 bl-isem “Aġenda Diġitali għall-Ewropa” (COM(2010)0245),

wara li kkunsidra l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2010 dwar “Aġenda Diġitali ġdida għall-Ewropa: 2015.eu” (1),

wara li kkunsidra l-qafas għall-komunikazzjonijiet elettroniċi,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 119(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0378/2013),

A.

billi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) inħoloq biex jikkontribwixxi għat-tiswir ta' orjentazzjonijiet tekniċi u politiċi għat-tlestija tas-suq intern, bl-għan doppju li jagħti lir-regolaturi l-akbar indipendenza possibbli u jagħmel l-implimentazzjoni tagħhom tal-qafas regolatorju aktar konsistenti madwar l-UE;

B.

billi r-rapport ta' evalwazzjoni japprezza u jagħraf is-siwi tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC, l-aktar fir-rigward tal-proċeduri tal-Artikolu 7/7a u fl-oqsma tan-newtralità netta u tar-roaming internazzjonali;

C.

billi għadda biss perjodu qasir ta' żmien mindu nħolqu l-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC;

D.

billi t-tlestija tas-suq intern huwa proċess kontinwu, li huwa moqdi bl-aħjar mod billi titjieb ir-regolamentazzjoni fost is-swieq nazzjonali individwali, u billi l-aktar mod b'saħħtu u sostenibbli sabiex jinkiseb dan (u b'hekk jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet regolatorji huma meqjusa bħala li għandhom il-leġittimità fi ħdan is-swieq nazzjonali) huwa permezz tal-approċċ “minn isfel għal fuq” li attwalment huwa rappreżentat mill-BEREC;

E.

billi l-BEREC jista' jkun effettiv biss jekk tkun garantita l-indipendenza tiegħu mill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE;

F.

billi xi kunsiderazzjonijiet nazzjonali jistgħu jikkumplikaw id-definizzjoni ta' pożizzjonijiet komuni, u b'hekk ikun aktar diffiċli li jsir ftehim;

G.

billi l-BEREC għandu rwol fundamentali fit-tisħiħ tal-applikazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju tal-UE fl-Istati Membri kollha, li huwa essenzjali għall-iżvilupp b'suċċess ta' suq intern fin-netwerks u s-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi;

H.

billi inizjattivi reċenti meħuda fil-livell nazzjonali, partikolarment fir-rigward tal-proċessi tar-rieżami tan-nefqa, jistgħu jaffettwaw l-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-indipendenza;

I.

billi l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (ARN) mhumiex omoġenji, minħabba li kultant għandhom setgħat ferm differenti fi ħdan il-pajjiżi tagħhom, fejn uħud jieħdu ħsieb biss ir-regolamentazzjoni tas-suq, filwaqt li oħrajn jieħdu ħsieb aspetti oħra bħar-regolamentazzjoni tas-suq, is-sigurtà netta, il-privatezza, ir-reġistru tad-dominji, l-ispettru u s-servizzi tal-utenti;

J.

billi jista' jkun li fil-preżent mhuwiex isir l-aħjar użu mill-Uffiċċju tal-BEREC;

K.

billi wħud mill-aġenziji tal-Unjoni bbażati f'pajjiżi oħrajn għandhom ukoll uffiċċju satellita fi Brussell;

L.

billi ħafna mil-laqgħat tal-grupp ta' ħidma tal-esperti saru fi Brussell jew ġew organizzati minn ARN, u billi għandu jiġu żviluppat l-użu tal-vidjokonferenzi;

M.

billi l-benefiċċju tal-konsumatur huwa wieħed mill-għanijiet ewlenin tas-suq intern fil-komunikazzjonijiet elettroniċi;

N.

billi d-deċiżjonijiet meħuda mill-BEREC fil-livell Ewropew għandhom joħolqu valur miżjud Ewropew;

1.

Iqis li r-rapport ta' evalwazzjoni huwa, fil-biċċa l-kbira, rilevanti u bbilanċjat;

2.

Iqis li l-iżvilupp sħiħ tal-kooperazzjoni meħtieġa, tal-koordinazzjoni u tal-aspetti informali relatati mal-governanza jieħu ż-żmien;

3.

Iqis li għad hemm lok ta' titjib fil-mod kif jaħdem il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC, filwaqt li jirrikonoxxi r-riżorsi limitati disponibbli; jenfasizza, madankollu, li l-użu tal-proċedura l-ġdida skont l-Artikolu 7/7a tad-Direttiva 2009/140/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi kien effikaċi, fatt li jiġġustifika l-istruttura fuq żewġ livelli;

4.

Jenfasizza li l-BEREC huwa l-iżgħar aġenzija tal-UE, b'kontribuzzjoni baġitarja tal-UE ta' EUR 3 768 696 biss u 16-il kariga awtorizzata taħt il-baġit tal-UE fl-2013, li tipprovdi primarjament appoġġ amministrattiv għall-istruttura BEREC, li hija komposta minn awtoritajiet regolatorji nazzjonali;

5.

Ifakkar fl-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits tad-29 ta' Mejju 2008 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Awtorità tas-Suq Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (COM(2007)0699 – C6-0428/2007 – 2007/0249(COD)), li fiha nċaħad l-istabbiliment ta' aġenzija ġdida;

6.

Iqis li l-ARN għandhom rwol importanti fis-sistema regolatorja, peress li s-swieq nazzjonali għandhom differenzi immutabbli li għandhom x'jaqsmu mat-topoloġija tan-netwerks, kif ukoll huma differenti minn xulxin fir-rigward tax-xejriet tad-domanda tal-konsumaturi, l-aspetti demografiċi, eċċ.; jenfasizza li biex tiġi żgurata kooperazzjoni strutturata fi ħdan l-UE u, għaldaqstant, suq uniku li jaħdem b'mod tajjeb, huwa essenzjali li jkun hemm regolaturi indipendenti, speċjalizzati skont is-settur u li jkollhom ir-riżorsi xierqa;

7.

Iqis li l-BEREC għandu rwol importanti fis-sistema regolatorja bħala l-entità inkarigata biex tallinja d-differenzi fattwali u regolatorji nazzjonali bil-ħsieb li jitlesta s-suq intern fil-komunikazzjonijiet elettroniċi;

8.

Jirrakkomanda li r-rwol tal-BEREC, b'mod partikolari fir-relazzjoni tiegħu mal-ARN, ikun definit aħjar, u jissaħħaħ billi jitwessgħu r-responsabbiltajiet tiegħu sabiex tiġi ffaċilitata d-definizzjoni ta' pożizzjonijiet komuni bil-għan li jitjieb l-approċċ tas-suq intern, inkluż billi tiġi evalwata l-effiċjenza tal-kooperazzjoni attwali mal-ARN u l-Kummissjoni skont il-proċeduri tal-Artikolu 7/7a;

9.

Iqis li armonizzazzjoni akbar tal-kompiti mwettqa mill-ARN fl-Istati Membri, li tagħtihom kompetenza għall-aspetti rilevanti relatati direttament mas-sigurtà u r-reżistenza fis-suq intern fil-komunikazzjonijiet elettroniċi, tista' tikkontribwixxi għall-funzjonament aħjar tal-BEREC u għal aktar prevedibbiltà għall-atturi tas-suq;

10.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw li l-indipendenza tal-ARN fil-livell nazzjonali u Ewropew tissaħħaħ u mhux tiddgħajjef, peress li dan huwa l-uniku mod biex tiġi żgurata l-indipendenza globali tal-BEREC;

11.

Iqis li r-rwoli u l-istruttura tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC għandhom jiġu adattati skont il-livell ta' tlestija tas-suq intern fil-komunikazzjonijiet elettroniċi;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi l-indipendenza tal-BEREC mill-istituzzjonijiet tal-UE fil-proposti futuri relatati mal-ambitu u l-missjoni tal-BEREC;

13.

Iqis li l-BEREC għandu jaġixxi fl-interess taċ-ċittadini Ewropej u li għandhom jissaħħu l-mekkaniżmi għar-responsabbiltà quddiem il-Parlament Ewropew, bħala l-unika istituzzjoni tal-UE eletta direttament biex tirrappreżenta l-interessi taċ-ċittadini Ewropej;

14.

Jirrakkomanda li l-BEREC isaħħaħ ir-responsabilità interna tiegħu billi jiddefinixxi b'mod ċar l-objettivi tiegħu fil-programm ta' ħidma annwali u jippreżenta l-kisbiet u l-progress tiegħu skont dawn l-objettivi fir-rapport annwali tiegħu;

15.

Iqis ta' importanza kbira li, għall-koerenza u l-konsistenza tal-ħidma tiegħu, il-BEREC jipprijoritizza xogħlu aħjar u jrawwem komunikazzjoni mal-partijiet interessati kollha fl-istadju tal-iżvilupp tal-programm ta' ħidma tiegħu;

16.

Iqis li l-BEREC għandu jkollu aktar spazju biex jieħu deċiżjonijiet strateġiċi, li jfisser, fost affarijiet oħra, li l-BEREC għandu jipproduċi analiżi u studji tiegħu stess li jippermettulu jieħu deċiżjonijiet bħal dawn, b'tali mod li l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet ikun wieħed minn fuq għal isfel u indipendenti;

17.

Jenfasizza li r-rwol konsultattiv tal-BEREC dwar il-proposti leġiżlattivi li jolqtu lis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandu jkun sistematizzat;

18.

Iqis li l-komunikazzjoni esterna tal-BEREC għandha tiġi ċċarata u mtejba, sabiex tħeġġeġ l-involviment tal-partijiet interessati fil-livelli kollha tat-tfassil tal-politika;

19.

Jirrakkomanda li jkun ifformalizzat ir-rwol tal-Grupp tar-Regolaturi Indipendenti (IRG) fi Brussell, filwaqt li jkun żgurat li ma jagħmilx l-istess kompiti mogħtija lill-Uffiċċju tal-BEREC;

20.

Jirrakkomanda użu akbar tat-teleworking, tal-vidjokonferenzi u ta' tekniki oħra ta' xogħol lil hinn mill-post tax-xogħol bl-għajnuna tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, biex jitnaqqsu l-ispejjeż u tonqos il-marka tal-karbonju;

21.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw id-disponibbiltà ta' finanzjament adegwat għall-BEREC u l-ARN;

22.

Iqis li l-post fejn jinsab l-Uffiċċju tal-BEREC mhuwiex ostakolu għall-monitoraġġ tal-ħidma ta' kuljum tal-istituzzjonijiet tal-UE dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi, li huwa suġġett ta' interess speċjali għall-BEREC, u li dan ma jfixkilx l-użu effiċjenti tal-Uffiċċju tal-BEREC sakemm isir użu akbar minn strateġiji tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;

23.

Iqis li l-missjoni tal-Uffiċċju tal-BEREC għandha tiġi riveduta, imsaħħa u definita b'mod aktar preċiż, b'kunsiderazzjoni partikolari tar-riżultati tal-awditu tal-BEREC f'dan ir-rigward;

24.

Jirrakkomanda li jsiru l-bidliet meħtieġa u jiġu kkunsidrati r-riżorsi meħtieġa biex l-Uffiċċju tal-BEREC ikun jista' jappoġġja b'mod aktar effettiv u effiċjenti l-ħidma sostanzjali tal-BEREC, minflok jipprovdi biss appoġġ amministrattiv;

25.

Iqis li kwalunkwe diskussjoni dwar il-post fejn għandu jkun l-Uffiċċju tal-BEREC għandha ssir bil-ħsieb li tissaħħaħ l-indipendenza tiegħu mill-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri u bir-rispett dovut tal-prinċipju ta' distribuzzjoni ġeografika ekwa tal-uffiċċji tal-istituzzjonijiet, l-aġenziji u entitajiet oħra tal-UE;

26.

Iqis li hemm bżonn ta' konsolidazzjoni akbar sabiex l-operaturi jkunu jistgħu jisfruttaw aktar l-ekonomiji ta' skala, u li l-BEREC għandu jkollu rwol prominenti f'dak il-proċess;

27.

Iqis li qafas leġiżlattiv ċar u stabbli huwa meħtieġ għal suq intern aħjar li jirriżulta f'kompetizzjoni akbar u servizzi aħjar għall-konsumaturi;

28.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 45.

(2)  ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/33


P7_TA(2013)0544

Definizzjoni ta’ kriterji li jiddeterminaw meta l-karta riċiklata ma tibqax titqies bħala skart skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta’ kriterji li jiddeterminaw meta l-karta riċiklata ma tibqax titqies bħala skart skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart (D021155/01 – 2012/2742(RPS))

(2016/C 468/06)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta’ kriterji li jiddeterminaw meta l-karta riċiklata ma tibqax titqies bħala skart skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart (COM(2013)0502),

wara li kkunsidra r-rapport xjentifiku u tekniku tal-JRC “End-of-waste criteria for waste paper: technical proposals” (“Kriterji dwar it-tmiem tal-iskart għall-karti għar-rimi: proposti tekniċi”) ta' Marzu 2011;

wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta' skart (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 49 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/753/UE li tistabbilixxi regoli u metodi ta’ kalkolu biex tkun ivverifikata l-konformità mal-miri stipulati fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu (3),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2011 bl-isem “Ewropa li tuża r-riżorsi b'effiċjenza – Inizjattiva ewlenija taħt l-Istrateġija Ewropa 2020” (COM(2011)0021),

wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija fid-9 ta' Lulju 2012 mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 5a(4)(e) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (4),

wara li kkunsidra l-Artikolu 88(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi d-definizzjoni tal-kriterji dwar meta l-iskart ma jibqax skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tista' tkun strument importanti għall-promozzjoni tar-riċiklaġġ u suq għal materja prima sekondarja, u għalhekk tista' ttejjeb l-effiċjenza tar-riżorsi;

B.

billi r-Regolament tal-Kunsill propost jistipula li l-karti għar-rimi b'komponent mhux karta ekwivalenti għal 1,5 % ta' piż niexef ta’ arja jew inqas m'għandhomx jibqgħu jitqiesu bħala skart meta jkunu maħsuba għall-użu ta’ fibri tal-karta għall-manifattura tal-karti u meta jissodisfaw ċerti kriterji addizzjonali;

C.

billi l-karta magħmula minn materjali multipli b’kontenut mhux karta ta’ aktar minn 30 % ta’ piż niexef ta’ arja għandu jitqies fit-totalità tiegħu bħala komponent mhux karta; billi kontenitur tipiku tal-karta magħmul minn materjali multipli jkun fih massimu ta' 30 % ta' komponenti mhux karta (24 % ta' polietilen, 6 % ta' aluminju) u għalhekk ma jgħoddx bħala komponent mhux karta; b'riżultat ta' dan, il-fluss ta' karti għar-rimi jista' jkun fih kwalunkwe ammont ta' kontenituri tal-karta magħmula minn materjali multipli (b'kontenut għoli ta' komponenti mhux karta kif ukoll kontenut mhux negliġibbli ta' likwidi, ikel u materjal organiku ieħor imwaħħal miegħu) u ma jibqax jitqies bħala skart, iżda bħala prodott;

D.

billi skont l-Artikolu 3, punt 17 tad-Direttiva 2008/98/KE, “riċiklaġġ” hija definita bħala “kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru li biha l-materjali tal-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi għall-użu oriġinali jew għal skopijiet oħra”.

E.

billi, l-abbozz ta' regolament qed jiddefinixxi l-punt meta l-iskart ma jibqax jitqies bħala tali, bħala l-punt meta l-karta rkuprata tkun intiża għall-użu ta' fibri tal-karta għall-manifattura tal-karta, u għalhekk iqiegħed dan il-punt qabel ir-riproċessar proprja fil-fabbrika tal-karti; billi dan huwa f'kunflitt mad-definizzjoni eżistenti ta' “riċiklaġġ” li tirrikjedi r-riproċessar tal-materjal ta’ skart;

F.

billi, tali materjal ta' skart wara li jinġabar u jiġi separat ikun biss preproċessat (mhux riproċessat) u ma jistax jintuża mingħajr riproċessar ulterjuri;

G.

billi jekk id-definizzjoni tal-punt meta l-iskart ma jibqax jitqies bħala tali tiġi stabbilita qabel ma jsir effettivament ir-riċiklaġġ dan joħloq problemi fir-riwgard tal-korp tal-liġi tal-Komunità bħal pereżempju l-ekotikkettar, l-akkwist pubbliku, l-ekodisinn u r-REACH fejn “riċiklaġġ” tirreferi għal operazzjoni li tirriżulta fi prodott riċiklat lest biex jintuża u, barra minn hekk, tikkontradixxi l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/753/UE fejn issir differenza ċara bejn “preproċessar” u “riċiklaġġ finali”;

H.

billi skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/98/KE, ċertu skart speċifikat m'għandux jibqa' skart meta jkun għadda minn proċess ta' rkupru, inkluż riċiklaġġ, u jkun konformi ma' kriterji speċifiċi li għandhom jiġu żviluppati b'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Artikolu; dawk il-kundizzjoni jinkludu a) li s-sustanza jew l-oġġett jissodisfaw il-leġiżlazzjoni u l-istandards eżistenti applikabbli għall-prodotti (Artikoli 6(1c)) u b) li l-użu tas-sustanza jew l-oġġett ma jwassalx għal impatti li b'mod globali jkunu negattivi għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem (Artikolu 6(1d));

I.

billi l-livell limitu għall-komponent mhux karta ta' 1,5 % huwa bbażat fuq l-istandard Ewropew EN 643; billi skont l-istudju tal-JRC, dan l-istandard huwa element ċentrali fil-kummerċ tal-karti għar-rimi" u "jispeċifika lista ta' gradi standard ta' skart Ewropej; billi l-użu ta' dan l-istandard biex jiġu stabbiliti l-kriterji għal meta l-iskart ma jibqax skart imur, b'mod ċar, kontra l-Artikolu 6(1c) tad-Direttiva 2008/98/KE, li jirrefereri b'mod espliċitu għal “standards […] applikabbli għall-prodotti”, u mhux għal standards applikabbli għall-iskart;

J.

billi l-istandards rilevanti għal prodott tal-karta, bħal pereżempju l-ISO 1762 għal impuritajiet organiċi, l-ISO 5350/1 & 5350/2 għal ħmieġ li jidher u l-ISO 624 għal sustanzi estratti (karboidrati b'piż molekulari baxx) jirrikjedu livell ta' purità ta' 1 ppm – 15 000 darba inqas mil-livell propost;

K.

billi l-inklużjoni ta' karta magħmula minn materjali multipli tmur kontra r-rakkomandazzjoni espliċita fl-istudju tal-JRC li teskludi l-karti għar-rimi b'diversi saffi mill-ambitu tal-kriterji dwar meta l-iskart ma jibqax skart minħabba r-riskju ambjentali intrinsiku addizzjonali li joħoloq f'każ li l-materjal jiġi esportat, speċjalment barra mill-UE;

L.

billi, kif deskritt fl-Artikolu 49(2) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, fil-każ ta' esportazzjonijiet mill-Komunità, l-awtorità kompetenti li tibgħat fil-Komunità għandha teħtieġ u tirsisti biex kwalunkwe skart esportat ikun ġestit b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent fil-pajjiżi terz ta' destinazzjoni, inter alia, billi jkun jista' jintwera b'mod ċar li l-faċilità li tilqa' l-iskart se topera b'konformità mal-istandards ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent li huma ekwivalenti b'mod wiesa' għall-istandards stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità;

M.

billi jekk jingħata l-istatus ta' tmiem tal-iskart għall-karti użati, inklużi l-karti għar-rimi magħmula minn materjali multipli, qabel ma jkunu ġew riċiklati kif xieraq, dan il-materjal ikun jista' jiġi kkummerċjalizzat liberament fis-swieq globali u s-salvagwardji tar-Regolament dwar il-Ġarr tal-Iskart fir-rigward tal-ġestjoni ambjentalment soda ma jibqgħux japplikaw; billi l-eżenzjoni ta' flussi tal-iskart b'livell għoli ta' materjal mhux karta, li barra minn hekk imur sew lil hinn mil-livell limitu ta' 1,5 % minħabba ma tibqax titqies il-karta magħmula minn materjali multipli, mir-rekwiżiti tar-regolament dwar il-ġarr tal-iskart taf tmur kontra b'mod ċar l-Artikolu 6(1d) tad-Direttiva 2008/98/KE li jgħid li l-użu tas-sustanza m'għandux iwassal għal impatti ambjentali negattivi;

N.

billi s-sistema ta' mmaniġġjar proposta li turi l-konformità mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 3 tal-abbozz ta' Regolament tal-Kunsill, u b'mod partikolari id-dispożzizzjoni li l-materjal mhux karta f'kunsinni ta' karta magħmula minn materjali multipli destinat għall-irkupru, probabbli li kważi impossibbli li tiġi implimentata għal skart li ma għadux skart u għalhekk huwa liberu li jiġi kkumerċjalizzat, possibilment jgħaddi minn id għall-oħra bosta drabi, u f'kull każ ma jeħtieġx aktar trattament korrett mill-aspett ambjentali tal-materjal ikkonċernat;

O.

billi l-istimulazzjoni ta' żieda fil-kummerċ globali ta' din il-karta li allegatament “m'għadhiex skart” billi jiġu evitati s-salvagwardji ta' protezzjoni ambjentali u tas-saħħa mhux biss ikollha impatt ambjentali negattiv addizzjonali, iżda tista' twassal ukoll għal tnaqqis tar-rata Ewropea ta' riċiklaġġ ta' karti minħabba tnaqqis fid-disponibilità ta' karti għar-rimi, b'mod li l-produtturi tal-karta jaf ikollhom jissostitwixxu għall-inqas parzjalment, bi produzzjoni ikbar ta' produzzjoni bbażata fuq fibri ġodda fl-Ewropa, b'input enerġetiku ikbar u b'iktar emissjonijiet relatati ta' CO2, u dan ukoll imur kontra l-kriterju li jiġu evitati impatti ambjentali globali negattivi;

P.

billi l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Ewropa effiċjenti fir-riżorsi” tinkludi strateġija biex l-UE ssir “ekonomija ċirkolari”, bbażata fuq soċjetà ta' riċiklaġġ bl-għan li titnaqqas il-ġenerazzjoni tal-iskart u sabiex l-iskart jintuża bħala riżorsa; billi t-titjib ulterjuri fir-rati ta' riċiklaġġ fl-UE jaf jiddgħajjef b'mod serju bil-kriterji proposti għal meta l-iskart ma jibqax skart, u l-proposta attwali għalhekk tmur kontra l-Artikolu 6(1d) tad-Direttiva 2008/98/KE;

1.

Jopponi l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi kriterji li jiddeterminaw meta ċerti tipi ta’ karta riċiklata ma jibqgħux jitqiesu bħala skart skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart;

2.

Iqis li dan l-abbozz ta’ Regolament tal-Kunsill mhuwiex kompatibbli mal-għan u l-kontenut tal-att bażiku;

3.

Iqis li l-abbozz ta’ Regolament tal-Kunsill jeċeedi s-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni skont l-att bażiku;

4.

Iqis li l-Kummissjoni ma vvalutatx sew l-impatti tal-abbozz ta' Regolament dwar ir-riċiklaġġ tal-karti, il-katina tal-valur ta' karti għar-rimi, il-ġarr ta' karti għar-rimi u l-effetti ġenerali tal-abbozz ta' Regolament tal-ambjent; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra l-abbozz ta' Regolament u ttejjeb il-kriterji proposti għal meta l-iskart ma jibqax skart fid-dawl tal-oġġezzjonijiet imqajma minn din ir-riżoluzzjoni;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.

(2)  ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 310, 25.11.2011, p. 11.

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/36


P7_TA(2013)0545

Aspetti tal-Ġeneru tal-Qafas Ewropew għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Inklużjoni tar-Rom

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar l-Aspetti tal-Ġeneru tal-Qafas Ewropew għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Inklużjoni tar-Rom (2013/2066(INI))

(2016/C 468/07)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, b’mod partikolari l-Artikoli 1, 14, 15, 21, 23, 24, 25, 34 u 35,

wara li kkunsidra d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, notevolment il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni Razzjali; id-Dikjarazzjoni tan-NU tal-1992 dwar id-Drittijiet tal-Persuni li Jappartjenu għal Minoranzi Nazzjonali jew Etniċi, Reliġjużi u Lingwistiċi; il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa; u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet Ewropej li jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, notevolment il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (ECHR); il-Karta Soċjali Ewropea u r-rakkomandazzjonijiet relatati tal-Kumitat Ewropew għad-Drittijiet Soċjali; il-Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Protezzjoni tal-Minoranzi Nazzjonali; u l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3 u 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 8, 9 u 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom fl-2020 (COM(2011)0173) u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 ta’ Ġunju 2011,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom: wieħed mill-ewwel passi fl-implimentazzjoni tal-Qafas tal-UE (COM(2012)0226),

wara li kkunsidra l-Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar miżuri ta’ integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri (COM(2013)0460),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar passi ’l quddiem fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom (COM(2013)0454),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE (1) tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità,

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE (2) tas-27 ta' Novembru 2000 li Tistabbilixxi Qafas Ġenerali għall-Ugwaljanza fit-Trattament fl-Impjieg u fix-Xogħol,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008) 0426),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta’ Ġunju 2006 dwar il-qagħda tan-nisa Rom fl-Unjoni Ewropea (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-istrateġija tal-UE dwar l-inklużjoni tar-Rom (4),

wara li kkunsidra l-Analiżi tal-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) ta' riżultati ta' stħarriġ skont il-ġeneru, pprovduta mill-FRA fuq talba li saret skont l-Artikolu 126,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0349/2013),

A.

billi l-Istrateġija għall-Ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015 teħtieġ lill-Kummissjoni “tappoġġa l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-implimentazzjoni tal-aspetti kollha tal-Istrateġija Ewropa 2020” u billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom (NRIS) jeħtieġu “perspettiva tal-ġeneru li għandha tiġi applikata fil-politiki u l-azzjonijiet kollha għall-avvanz tal-inklużjoni tar-Rom”;

B.

billi n-nisa Rom spiss jaffrontaw diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali abbażi tal-ġeneru u l-oriġini etnika, li hija iktar intensa minn dik kontra l-irġiel Rom jew in-nisa li mhumiex Rom, u għandhom aċċess limitat għall-impjiegi, l-edukazzjoni, is-saħħa, is-servizzi soċjali u t-teħid tad-deċiżjonijiet; billi n-nisa Rom ta' spiss huma vittmi tar-razziżmu, il-preġudizzju u l-isterjotipi li għandhom impatt negattiv fuq l-integrazzjoni reali tagħhom;

C.

billi n-nisa Rom huma suġġetti għal tradizzjonijiet patrijarkali u sessisti li ma jippermettulhomx jeżerċitaw il-libertà tal-għażla fi kwistjonijiet fundamentali tal-ħajja tagħhom bħall-edukazzjoni, ix-xogħol, is-saħħa sesswali u riproduttiva u inkluż iż-żwieġ; billi d-diskriminazzjoni kontra n-nisa Rom ma tistax tiġi ġustifikata bi tradizzjoni, iżda għandha tiġi indirizzata filwaqt li jiġu rispettati t-tradizzjoni u d-diversità;

D.

billi r-riskju tal-faqar għan-nisa Rom jaqbeż dak tal-irġiel Rom u billi familji Rom b’erbat itfal jew aktar huma l-aktar esposti għar-riskju tal-faqar fl-UE;

E.

billi indikaturi użati komunement għandhom it-tendenza li jittraskuraw problemi bħall-faqar fost dawk li jaħdmu, il-faqar enerġetiku, il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, il-faqar tal-familji kbar u tal-ġenituri waħedhom, il-faqar fost it-tfal, u l-esklużjoni soċjali tan-nisa;

F.

billi n-nisa Rom akbar fl-età huma esposti għal riskju akbar ta’ faqar minħabba li l-maġġoranza tagħhom ħadmu fl-ekonomija informali mingħajr remunerazzjoni jew affiljazzjoni ta’ sigurtà soċjali;

G.

billi l-maġġoranza assoluta tal-adulti Rom ikklassifikati bħala “inattivi” huma nisa u – parzjalment minħabba d-diviżjoni tax-xogħol tradizzjonali bejn in-nisa u l-irġiel u minħabba r-razziżmu u s-sessiżmu li jeżisti fi ħdan is-swieq Ewropej tax-xogħol – in-numru ta’ nisa Rom attivi mdaħħla fl-età f’impjieg imħallas huwa biss madwar nofs dak tal-irġiel Rom, biċ-ċifri simili f’termini ta’ impjieg għal rashom;

H.

billi d-data mill-pajjiżi kollha turi li n-nisa Rom jiffaċċjaw esklużjoni serja fil-qasam tal-impjiegi kif ukoll diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol meta jkunu qed ifittxu impjieg jew meta jkunu impjegati; billi n-nisa Rom jibqgħu wkoll esklużi mill-ekonomija formali u huma ristretti mill-opportunitajiet limitati tal-edukazzjoni, l-akkomodazzjoni inadegwata, il-kura tas-saħħa dgħajfa, ir-rwoli tradizzjonali tal-ġeneri u l-marġinalizzazzjoni ġenerali kif ukoll id-diskriminazzjoni mill-komunitajiet f’maġġoranza; billi r-rapporti nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-Qafas tal-UE għall-NRIS għadhom ma jiffokawx biżżejjed fuq l-aspett ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri;

I.

billi huwa ferm aktar diffiċli għall-ommijiet ta’ familji kbar jew ommijiet waħedhom biex jaħdmu aktar ’il bogħod minn djarhom u l-familji f’żoni rurali żvantaġġati;

J.

billi r-rata tal-litteriżmu u l-prestazzjoni edukattiva tan-nisa Rom huma ħafna inqas minn tal-irġiel Rom u n-nisa li mhumiex Rom, u billi l-maġġoranza tal-bniet Rom jitilqu mill-iskola kmieni u proporzjon sinifikanti minnhom qatt ma attendew skola;

K.

billi l-kriżi ekonomika kellha impatt negattiv fuq is-saħħa u l-benessri tan-nisa Rom, u aggravat is-sitwazzjoni inaċċettabbli u twila tagħhom, b’aktar minn kwart tan-nisa Rom kollha limitati fl-attivitajiet tagħhom ta’ kuljum minħabba problemi ta’ saħħa;

L.

billi n-nuqqas ta’ rispett6 għad-drittijiet sesswali u riproduttivi komprensivi, inkluż l-aċċess għall-kontraċezzjoni, huwa ostakolu għall-għoti tas-setgħa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri tan-nisa Rom u jwassal għal tqala mhux ippjanata, inkluża fost l-adolexxenti, li tfixkel l-opportunitajiet edukattivi u tax-xogħol tal-bniet; billi l-maternità bikrija hija fil-biċċa l-kbira konsegwenza tan-nuqqas ta’ aċċess xieraq għas-servizzi soċjali u l-istrutturi inadegwati tas-saħħa li ma indirizzawx il-bżonn tan-nisa Rom;

M.

billi minħabba fl-istatus soċjoekonomiku baxx tagħhom u d-diskriminazzjoni li jipperċepixxu fil-kura tas-saħħa, in-nisa Rom ma humiex konxji tal-maġġorparti tad-drittijiet tagħhom u jirrikorru għas-servizzi mediċi ħafna inqas mill-maġġoranza tal-popolazzjoni;

N.

billi n-nisa u t-tfajliet Rom huma affettwati b’mod sproporzjonat minn bosta mard – inklużi HIV/AIDS – iżda programmi ta’ prevenzjoni għalihom ħafna mid-drabi ma jingħatawx biżżejjed prijorità u finanzjament, u l-aċċessibbiltà għal screening għadha baxxa;

O.

billi l-faqar estrem, l-inugwaljanza bejn il-ġeneri u d-diskriminazzjoni interna jesponu lin-nisa Rom għal riskju ikbar ta' traffikar, prostituzzjoni, vjolenza domestika u sfruttamen, filwaqt li jħabbtu wiċċhom ma' ostakoli addizzjonali fl-aċċess għall-protezzjoni;

P.

billi għadd kbir ta’ nisa Rom kienu vittmi ta’ vjolenza domestika f’idejn żwieġhom, familjari ta’ żwieġhom u membri familjari oħra; billi l-maġġoranza kbira tal-vjolenza u l-abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem kontra n-nisa Rom ma jiġux irrappurtati minħabba l-fatt li l-vjolenza kontra n-nisa għadha aċċettata f’soċjetajiet patrijarkali bħala eżerċizzju legali tas-setgħa iżda wkoll minħabba l-fatt li l-awturi tal-vjolenza kontra n-nisa rari jinżammu responsabbli għall-atti tagħhom, li jiskoraġġixxi lin-nisa milli jfittxu għajnuna legali;

Q.

billi atti ta' vjolenza kontra n-nisa Rom frekwentement jitwettqu minn awtoritajiet fl-Istati Membri kollha tal-UE fil-forma ta' diskriminazzjoni profonda u ksur ċar tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem li jista' jieħu forom differenti, bħall-ġbir u ħżin tad-data f’reġistri ta' nies u tfal Rom, abbażi tal-isfond etniku biss, jew l-evizzjoni ta’ mijiet ta’ nies mingħajr l-offerta ta’ ebda akkomodazzjoni alternattiva xierqa jew appoġġ huma atti tal-mistħija u insensittivi li jinjora totalment l-obbligi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem tal-Istati Membri;

R.

billi l-istituzzjonijiet kollha tal-UE u l-Istati Membri jġorru r-responsabbiltà biex jeradikaw il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u, bl-istess mod, biex itemmu l-impunità, billi jressqu quddiem il-ġustizzja l-awturi ta' reati ta’ mibegħda, diskors ta’ mibegħda, diskriminazzjoni u vjolenza kontra n-nisa u l-bniet Rom;

S.

billi d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tipprojbixxi d-diskriminazzjoni abbażi tar-razza u l-oriġini etnika; billi madwar 30 proċedura ta’ ksur infetħu mill-Kummissjoni tal-UE kontra Stati Membri minħabba li d-Direttiva għall-Ugwaljanza Razzjali ma ġietx trasposta b'mod xieraq fil-leġiżlazzjoni nazzjonali;

1.

Jenfasizza li l-NRIS għandhom jiffokaw fuq l-għoti tas-setgħa lin-nisa Rom biex jieħdu l-kontroll ta' ħajjithom billi jsiru aġenti viżibbli tal-bidla fi ħdan il-komunitajiet tagħhom u billi jgħollu leħinhom biex jinfluwenzaw il-politiki u l-programmi li jaffettwawhom, kif ukoll fuq it-tisħiħ tar-reżiljenza soċjoekonomika tan-nisa Rom, jiġifieri l-kapaċità tagħhom li jadattaw għall-ambjent ekonomiku li qed jinbidel malajr, permezz tal-affettwazzjoni tat-tfaddil u l-prevenzjoni tat-tnaqqis tal-beni;

2.

Jilqa' r-rapport ta' progress 2012 tal-Kummissjoni (5) u l-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar miżuri effettivi għall-integrazzjoni tar-Rom fl-Istati Membri (6) b'attenzjoni speċjali għall-aċċess għall-impjiegi, l-akkomodazzjoni, l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, fejn l-Istati Membri jiġu mistiedna jintroduċu azzjonijiet pożittivi u jintegraw strateġiji għall-integrazzjoni tar-Rom fil-ġlieda tagħhom kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali;

3.

Jistieden lil dawk l-Istati Membri li rċevew, barra minn hekk, rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż taħt is-Semestru Ewropew dwar kwistjonijiet b'rabta mar-Rom biex jimplimentawhom fil-pront u jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni, inkluż fuq il-post tax-xogħol, jinvolvu lis-soċjetà ċivili – inklużi l-organizzazzjonijiet Rom – fit-teħid ta' deċiżjonijiet, u jallokaw fondi mhux biss tal-UE iżda wkoll nazzjonali u oħrajn għat-twettiq tal-impenji tal-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom (NRIS);

4.

Jiddispjaċih li minkejja l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni tiegħu dwar is-sitwazzjoni tan-nisa Rom fl-2006 u l-10 Prinċipji Bażiċi Komuni għall-Inklużjoni tar-Rom mill-Kunsill, tal-Unjoni Ewropea, li fihom wieħed mill-prinċipji jirrigwarda s-sensibilizzazzjoni tal-ġeneri, is-sitwazzjoni vulnerabbli tan-nisa Rom u Vjaġġaturi, fil-prattika, baqgħet ma ġietx indirizzata minn dawk li jfasslu l-politika Ewropea u nazzjonali;

5.

Jisħaq li l-effiċjenza tal-Qafas tal-UE għall-NRIS tista’ tiżdied b’mod sinifikanti permezz tal-involviment imsaħħaħ tal-Kummissjoni, ibbażat fuq il-potenzjal tagħha li ttejjeb il-kwalità tar-regolamenti u strumenti oħra, tinkoraġġixxi koerenza akbar tal-politiki u tippromwovi l-għanijiet ġenerali tal-Qafas;

6.

Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali fl-erba’ oqsma prinċipali ta’ prijorità: is-saħħa, l-akkomodazzjoni, l-impjiegi, u l-edukazzjoni b’għanijiet u miri speċifiċi, finanzjamenti, indikaturi u żmien; jevalwaw il-progress billi jkejlu r-riżultati tal-implimentazzjoni;

7.

Jistieden lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali biex jinvolvu lin-nisa Rom, permezz ta' organizzazzjonijiet tan-nisa, NGOs tar-Rom u partijiet interessati rilevanti fit-tħejjija, fl-implimentazzjoni, fl-evalwazzjoni u fil-monitoraġġ tal-NRIS u biex jinħolqu rabtiet bejn entitajiet għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa u strateġiji għall-inklużjoni soċjali; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tindirizza l-ugwaljanza bejn il-ġeneri b'mod konsistenti meta timplimenta l-Istrateġija UE 2020 u programmi ta' riforma nazzjonali;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta “flow chart” tal-proċess tal-inklużjoni tar-Rom tal-UE, dwar il-kisbiet, l-objettivi, il-miżuri speċifiċi użati biex jinkisbu dawn l-objettivi, is-sitwazzjoni attwali rigward il-miżuri ta’ implimentazzjoni u l-passi li jmiss;

9.

Jistieden lill-Istati Membri biex jiġġieldu kontra s-segregazzjoni spazjali, l-evizzjonijiet furzati u l-kundizzjoni ta’ persuni mingħajr dar iffaċċjati min-nisa u l-irġiel Rom, u jwaqqfu politiki tal-akkomodazzjoni effettivi u trasparenti;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li d-drittijiet fundamentali tan-nisa u t-tfal Rom huma rispettati, u li, permezz ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni wkoll, in-nisa u l-bniet Rom ikunu konxji dwar drittijiethom skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-diskriminazzjoni, biex jiġġieldu iktar kontra tradizzjonijiet patrijarkali u sessisti;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni tispeċifika d-diviżjoni istituzzjonali tal-kompiti u r-responsabbiltajiet fost l-organizzazzjonijiet, il-fora u l-korpi involuti, u biex tiddefinixxi b'mod ċar ir-rwol ta' dawn il-partijiet interessati – bħalma huma t-Task Force tar-Rom tal-KE, in-Netwerk tal-Punti Nazzjonali ta’ Kuntatt, il-Pjattaforma Ewropea tar-Rom, l-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali u l-grupp ta' ħidma ad-hoc dwar l-Inklużjoni tar-Rom – fis-sorveljanza, il-kontroll u l-koordinazzjoni tal-Qafas tal-UE għall-NRIS;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa l-NRIS billi tfittex indikaturi komuni, kumparabbli u affidabbli u billi tiżviluppa Kwadru Operattiv ta' indikaturi tal-UE għall-inklużjoni tar-Rom sabiex tippreżenta data ċara u mhux ambigwa li magħha jista' jitkejjel il-progress kif ukoll biex jintlaħaq ir-rekwiżit ta' monitoraġġ effettiv;

13.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-miżuri ta' awsterità ma jkollhomx impatt mhux proporzjonali fuq in-nisa Rom u Vjaġġaturi u li d-deċiżjonijiet dwar il-baġit ikunu bbażati fuq prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jippreżentaw indikaturi tar-riżultat, linji ta’ referenza u miri numeriċi ewlenin fl-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-oqsma prinċipali ta’ prijorità, li magħhom jista’ jitkejjel il-progress;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li data diżaggregata għall-ġeneru u l-etniċità tinġabar mill-amministrazzjonijiet kollha u tintuża biex jiġi infurmat l-iżvilupp tal-politika; jindika li l-ġbir ta' data għandu jitwettaq bi qbil mal-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem rilevanti;

16.

Jistieden lill-Isati Membri jqabblu l-impenji tal-politika nazzjonali tagħhom permezz tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji xierqa għall-implimentazzjoni tal-NRIS, kif ukoll jirriflettu l-istrateġiji ta’ inklużjoni tagħhom fil-politiki nazzjonali baġitarji;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu qafas xieraq għall-konsultazzjoni, it-tagħlim bejn il-pari u l-iskambju ta' esperjenzi fost dawk li jfasslu l-politika u l-organizzazzjonijiet tar-Rom u jniedu djalogu strutturat li jinkludi l-organizzazzjonijiet tar-Rom u l-NGOs fl-ippjanar, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-istrateġiji Ewropej, nazzjonali u lokali għall-inklużjoni tar-Rom;

18.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-ugwaljanza fid-drittijiet ċivili u l-aċċess ugwali għas-servizzi tal-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-impjiegi u l-akkomodazzjoni filwaqt li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u jkunu kumpatibbli man-nomadiżmu f’każijiet rilevanti;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jinkludu l-istrumenti tal-Investiment Territorjali Integrat u tal-Iżvilupp Lokali mmexxi mill-Komunità fil-kuntratti tagħhom ta’ sħubija, biex jimmobilizzawhom għal mikro-reġjuni sottożviluppati u territorji fil-bżonn, kif ukoll biex jinkludu Żvilupp Lokali mmexxi mill-Komunità fil-grupp ta’ programmi operattivi li għandhom jiġu żviluppati;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni speċifika u komprensiva dwar l-antidiskriminazzjoni skont standards internazzjonali u Ewropej fl-Istati Membri kollha, billi jiżguraw li korpi tal-antidiskriminazzjoni jkunu mgħammra biex jippromwovu t-trattament ugwali u jkollhom mekkaniżmi li huma aċċessibbli għan-nisa u l-bniet Rom;

21.

Jistieden lill-Istati Membri jenfasizzaw aktar fuq l-aspetti territorjali tal-inklużjoni soċjali fl-istrateġiji nazzjonali tagħhom, u biex jimmiraw lejn l-aktar mikro-reġjuni fil-bżonn permezz ta’ programmi ta’ żvilupp kumplessi u integrati;

22.

Jistieden lill-Istati Membri jiffokaw ukoll fuq id-dimensjoni urbana tal-politika ta’ koeżjoni, b’mod partikolari bliet li huma affettwati b’mod sproporzjonat affettwati mill-iżbilanċi soċjali bħall-qgħad, l-esklużjoni soċjali u l-polarizzazzjoni u jassistuhom biex jiżviluppaw l-infrastruttura tagħhom sabiex jisfruttaw il-kontribut potenzjali tagħhom għat-tkabbir ekonomiku kif ukoll isaħħu r-rabtiet bejn iż-żoni urbani u rurali bil-għan li jiġi promoss l-iżvilupp inklużiv;

23.

Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-integrazzjoni tal-ġeneri meta jimplimentaw l-NRIS tagħhom, billi japplikaw perspettiva ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politiki u l-prattiki kollha li jaffettwaw lin-nisa Rom u biex jorbtu l-implimentazzjoni tagħhom ma’ strateġiji eżistenti dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, b’mod partikolari billi jeliminaw id-differenzi fil-pagi u fil-pensjonijiet bejn il-ġeneri fil-komunitajiet Rom, kif ukoll l-eradikazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet bħala objettivi espliċiti u biex tittieħed azzjoni reali għal dawn il-finijiet;

24.

Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li miżuri speċifiċi marbuta mad-drittijiet tan-nisa u l-integrazzjoni tal-ġeneru jkunu inklużi fl-NRIS, li jqisu l-perspettiva tal-ġeneru u s-sitwazzjoni ta' diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali li jħabbtu wiċċhom magħha n-nisa Rom, speċjalment rigward l-impjiegi, is-saħħa, l-akkomodazzjoni u l-edukazzjoni, u li l-valutazzjoni u l-monitoraġġ annwali mwettqa mill-Kummissjoni u, b'mod partikolari, mill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali, jikkunsidraw il-perspettiva tad-drittijiet tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri f’kull taqsima tal-NRIS; jitlob li dawn is-sejbiet ikunu ppreżentati lill-Parlament Ewropew;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-NRIS jirriflettu d-drittijiet u l-bżonnijiet speċifiċi tan-nisa Rom u jiżviluppaw indikaturi konkreti għall-implimentazzjoni, is-segwitu u l-monitoraġġ tagħhom ibbażati fuq, pereżempju, l-Indiċi ta’ Żvilupp tal-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti Relatat mal-Ġeneri (GDI) li jeżamina aspetti bħal ħajja twila u b'saħħitha, l-għarfien u livell diċenti ta' għajxien u l-Miżura tal-Għoti tas-Setgħa lill-Ġeneri (GEM) li tinkludi l-parteċipazzjoni politika u t-teħid ta' deċiżjonijiet, il-parteċipazzjoni ekonomika u teħid ta' deċiżjonijiet u s-setgħa fuq riżorsi ekonomiċi; jistieden lill-Kummissjni u lill-Istati Membru jużaw il-baġitjar għall-ġeneri bħala waħda mill-għodda għall-integrazzjoni tal-ġeneri;

26.

Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni nazzjonali għall-NRIS li jkopri aspetti bħall monitoraġġ tal-baġit u forom oħra ta' monitoraġġ tas-soċjetà ċivili (imwettqa mill-NGOs nazzjonali, min-netwerks tal-NGOs jew mill-organizzazzjonijiet umbrella), valutazzjoni esperta (imwettqa minn esperti indipendenti b'għarfien espert bil-provi fil-qasam), u monitoraġġ amministrattiv;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-ġeneri meta jiġu ddisinjati l-miżuri speċifiċi tal-NRIS tagħhom;

28.

Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi strumenti aktar effettivi għall-kejl tas-sitwazzjoni soċjoekonomika reali tan-nisa Rom, permezz tal-inkorporazzjoni tal-kwantifikazzjoni tal-'ekonomija tal-ħajja u r-rikonoxximent tal-ekonomija informali pereżempju fil-proġett tagħha “lil hinn mill-PDG”; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa u timmonitorja indikaturi speċifiċi għall-ġeneru għall-NRIS u l-politiki ta’ inklużjoni soċjali;

29.

Jistieden lill-NGOs li jaħdmu f'dan il-qasam fl-Istati Membri, biex ifasslu pjanijiet ta' azzjoni personalizzati li jkollhom l-għan li jgħinu lin-nisa u liż-żgħażagħ isibu impjieg, jipprovdu konsulenza psikoloġika biex iħeġġu lin-nies Rom jipparteċipaw fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u biex jidentifikaw il-ħiliet u l-kapċitajiet personali tagħhom sabiex tittejjeb l-inklużjoni soċjali fis-suq tax-xogħol; biex joffru medjazzjoni bejn il-fornituri ta’ taħriġ/taħriġ mill-ġdid u l-impjegaturi fuq naħa, u n-nisa Rom/il-popolazzjoni Rom fuq in-naħa l-oħra; biex jagħtu spinta lin-nisa u l-bniet Rom biex jidħlu fil-edukazzjoni permezz tal-għoti ta’ sussidji u boroż ta’ studju, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs, billi jitqies il-fatt li l-bniet jiżżewġu f’età aktar żgħażugħa mis-subien;

30.

Jistieden lill-Istati Membri biex jużaw il-miżuri tagħhom biex jindirizzaw b’mod espliċitu lin-nisa Rom f’deprivazzjoni soċjoekonomika estrema u biex jiffukaw simultanjament fuq gruppi li huma f’riskju billi jipprevjenu u jindirizzaw il-fatturi li qed joħolqu l-faqar;

31.

Jistieden lill-Istati Membri jżidu n-numru u l-viżibbiltà tal-programmi u l-benefiċjarji Rom u l-Vjaġġaturi, inkluż appoġġ speċifiku għal organizzazzjonijiet Rom u tal-Vjaġġaturi li jaħdmu biex jippromwovu l-għoti tas-setgħa lin-nisa u l-aċċess lill-NGOs għall-fondi strutturali;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw mekkaniżmi finanzjarji għall-appoġġ tas-soċjetà ċivili u l-monitoraġġ tal-komunità fir-rigward tal-politika tal-inklużjoni soċjali, l-inizjattivi u l-proġetti fir-rigward tan-nisa Rom u Vjaġġaturi;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintroduċu mira għat-tnaqqis fil-faqar fost it-tfal fil-proċess tal-UE għall-inklużjoni tar-Rom, jintegraw id-drittijiet tat-tfal ma’ miżuri ta’ inklużjoni soċjali, jimmonitorjaw il-progress mill-perspettiva tal-faqar fost it-tfal, u jidentifikaw u jiżviluppaw azzjonijiet prijoritarji f’dan il-qasam;

34.

Jenfasizza li l-prevenzjoni tal-marġinalizzazzjoni għandha tibda mit-tfulija; iqis li huwa essenzjali li jiġi adottat approċċ immirat lejn ġenerazzjonijiet differenti ta' nisa sabiex titwaqqaf it-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-faqar;

35.

Jistieden lill-Istati Membri jinkludu fl-NRIS tagħhom programmi mfassla apposta, l-inklużjoni attiva tan-nisa Rom fis-suq tax-xogħol billi jiggarantixxu aċċess għal programmi edukattivi ta’ kwalità għolja għan-nisa u l-bniet Rom u billi jagħmlu t-tagħlim tul il-ħajja disponibbli sabiex jinkisbu ħiliet li jistgħu jintużaw fis-suq tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri biex jinkludu bħala għan orizzontali l-bini tal-kapaċità u l-għoti tas-setgħa tan-nisa Rom fl-oqsma ta’ prijorità kollha tal-NRIS kif ukoll biex jippromwovu politika ta’ parteċipazzjoni politika billi jappoġġaw il-parteċipazzjoni attiva tan-nisa Rom fuq livell lokali, nazzjonali u Ewropew;

36.

Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu miżuri pożittivi ta’ azzjoni biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika għan-nisa u l-irġiel Rom;

37.

Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw miżuri speċifiċi mmirati lejn familji kbar (b’erbat itfal jew aktar), u familji b’ġenitur wieħed li jiffaċilitaw id-dħul fis-suq tax-xogħol permezz ta' arranġamenti ta' benessri mfassla apposta, jestendu l-faċilitajiet ta’ kura tat-tfal u jiżguraw li t-tfal Rom jiġu integrati fl-iskejjel lokali u l-faċilitajiet ta’ kura tat-tfal u jkollhom aċċess sħiħ u ugwali għall-edukazzjoni obbligatorja, biex b’hekk tiġi miġġielda l-esklużjoni soċjali u l-ħolqien tal-gettos;

38.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw aċċess ugwali għall-kura tat-tfal ta' kwalità u bi prezzijiet raġonevoli u edukazzjoni tat-tfulija, servizzi għall-iżvilupp tat-tfal u edukazzjoni ta' sħubija parentali għat-tfal Rom, jintroduċu mill-ġdid il-miri ta' Barċellona għall-kura tat-tfal u jiżviluppaw servizzi ta' kura aċċessibbli, bi prezzijiet raġonevoli u ta' kwalità għolja għaċ-ċiklu tal-ħajja kollu;

39.

Jistieden lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprevjenu t-tkeċċija ta’ impjegati matul it-tqala jew it-trobbija tat-tfal, u biex jikkunsidraw ir-rikonoxximent tat-trobbija tat-tfal bħala perjodu li jgħodd lejn id-drittijiet għall-pensjoni;

40.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jeżaminaw l-ostakli għall-impjieg indipendenti ffaċjati min-nisa Rom, sabiex jiffaċilitaw reġistrazzjoni aċċessibbli, mgħaġġla u mhux għalja għall-intraprendituri nisa Rom u biex jiżviluppaw skemi ta' mikro-self li jimmiraw lejn negozji żgħar li għadhom jibdew u intraprendituri bi proċeduri amministrattivi sempliċi, u faċli li jintużaw mill-intraprendituri, inkluża assistenza teknika u miżuri ta' appoġġ u liċenzji speċjali għar-rikonoxximent ta' medda ta' impjiegi staġjonali u temporanja bħala 'xogħol imħallas' li jikkontribwixxi għall-ħlasijiet tas-sigurtà soċjali; jistieden ukoll lill-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali biex jimmobilizzaw il-faċilità Ewropea ta’ mikrofinanzjament għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali;

41.

Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw miżuri mmirati u orjentati lejn l-integrazzjoni fil-qasam tal-appoġġ għall-qgħad, (taħriġ mill-ġdid, ħolqien tax-xogħol u kollokament b'appoġġ għall-paga, appoġġ mis-sigurtà soċjali, allowances tat-taxxi, eċċ.) minflok il-mira kurrenti, kważi esklużiva fuq il-programmi tax-xogħol pubbliċi;

42.

Jitlob għall-appoġġ u l-promozzjoni tal-integrazzjoni tal-popolazzjoni Rom fis-suq tax-xogħol; josserva li, sabiex ikunu ddifferenzjati s-servizzi u l-miżuri tax-xogħol ta' amministrazzjoni u sabiex ikunu żviluppati l-proċessi ta' gwida, jinħtieġu persunal ta' appoġġ u maniġers tal-każijiet b'esperjenza mar-Rom;

43.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħolqu mentoring speċifiku fl-edukazzjoni u sistema ta' appoġġ permezz ta' edukazzjoni bbażata fuq il-komunità u servizzi soċjali mill-bidu tat-tfulija sal-università għaż-żgħażagħ Rom, b'attenzjoni partikolari għall-kwistjonijiet dwar il-ġeneri;

44.

Jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet offruti mill-Fondi Strutturali, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew (FSE) sabiex titjieb kemm l-edukazzjoni kif ukoll il-prospetti tal-impjieg tar-Rom, biex jingħataw ċans reali ta' inklużjoni soċjali u jiskapulaw ir-rati għolja persistenti tal-faqar; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jissorveljaw il-progress fuq bażi regolari, b'mod partikolari fir-rigward tal-edukazzjoni u t-taħriġ taż-żgħażagħ Rom, speċjalment in-nisa;

45.

Jistieden lill-Istati Membri jiġġieldu l-isterjotipi, sabiex jipprevjenu l-anatematizzazzjoni ta' dan il-grupp etniku li tiskorraġixxi lill-impjegaturi milli jimpjegaw lil persuni Rom u dan iwassal għal diskriminazzjoni fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika u l-iskejjel u għandu impatt negattiv fuq ir-relazzjonijiet mal-awtoritajiet u t-tfittxija tal-impjiegi;

46.

Itenni l-fatt li n-nuqqasijiet fl-edukazzjoni tar-Rom għandhom dimensjoni tal-ġeneri importanti fejn ir-rata tal-litteriżmu tan-nisa Rom hija bejn wieħed u ieħor 68 %, b'paragun ma' 81 % għall-irġiel Rom, u fejn ir-rata tar-reġistrazzjoni fl-iskola primarja għall-bniet Rom hija biss ta' 64 %; nuqqas li jidher ukoll fir-rigward tar-rati ta' reġistrazzjoni għall-kwalifiki vokazzjonali; josserva, madankollu, li f’din l-istatistika hemm differenzi kbar bejn l-Istati Membri;

47.

Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw programmi speċifiċi biex jiżguraw li l-bniet u n-nisa żgħażagħ Rom jibqgħu l-iskola primarja, sekondarja u edukazzjoni għolja, u wkoll jistabbilixxu miżuri speċjali għall-ommijiet adolexxenti u bniet li telqu mill-iskola kmieni, b’mod partikolari biex jappoġġaw l-edukazzjoni mhux interrotta, jissussidjaw d-dħul fis-suq tax-xogħol tagħhom, u jipprovdu taħriġ ibbażat fuq ix-xogħol; jistieden ukoll lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jqisu dawn il-miżuri meta jikkoordinaw u jevalwaw l-NRIS;

48.

Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji antidiskriminatorji biex tiġi prevenuta u kundannata mġiba razzista f’servizzi pubbliċi u fi ħdan is-suq tax-xogħol b’mod partikolari, b’hekk jiżguraw li d-drittijiet tan-nisa u l-irġiel Rom fis-suq tax-xogħol ikunu rispettati strettament;

49.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvestu riżorsi biex jattiraw “studenti mhux tradizzjonali” biex ikomplu l-edukazzjoni tagħhom u jappoġġaw lill-NGOs u programmi li l-għan tagħhom hu li jżidu l-inklużjoni ta’ studenti mhux tradizzjonali fl-edukazzjoni u programmi ta’ tagħlim għall-adulti;

50.

Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu netwerks ta’ studenti Rom, biex jinkoraġġixxu solidarjetà bejniethom, iżidu l-viżibbiltà ta’ każijiet li jirnexxu u tingħeleb l-iżolazzjoni tal-istudenti Rom;

51.

Jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tal-familji Rom fl-iskejjel, jivvalutaw l-iskejjel fejn it-tfal u ż-żgħażagħ Rom jistudjaw, u jagħmlu l-bidliet kollha meħtieġa biex jiżguraw l-integrazzjoni edukattiva u s-suċċess ta' kulħadd; jenfasizza li l-miżuri speċifiċi għandhom jimmiraw lejn il-bniet Rom, abbażi ta’ każijiet ta’ suċċess li ġew validati mill-komunità akkademika;

52.

Jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jallokaw fondi għall-bini ta' skejjel, kindergartens u skejjel tat-trabi b'aktar postijiet sabiex it-tfal Rom ikunu jistgħu jipparteċipaw fi klassijiet mat-tfal l-oħra mhux Rom, mingħajr ma jiġu diskriminati u jitħallew barra mis-sistema tal-edukazzjoni jew jiġu rifjutati mill-għalliema bħala riżultat tal-oriġini etnika tagħhom;

53.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintroduċu programmi sistematiċi ta' taħriġ dwar is-sensittività tal-ġeneri u l-ispeċifiċitajiet kulturali għas-servizzi soċjali u l-fornituri tal-kura tas-saħħa;

54.

Jenfasizza li l-edukazzjoni tal-bniet Rom tgħin fit-titjib tal-ħajja tan-nies Rom b'bosta modi, hekk kif hija, fost affarijiet oħra, kundizzjoni kruċjali għaż-żieda fl-impjegabilità tan-nisa Rom, li tiffaċilita l-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol u tipprovdi xi sigurtà tad-dħul, kif ukoll peress li hija essenzjali biex il-faqar u l-esklużjoni soċjali jiġu megħluba; josserva, barra minn hekk, li ż-żieda tal-għarfien tal-għalliema tal-kultura Rom tgħin tnaqqas l-esklużjoni; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jiġġieldu kontra s-segregazzjoni biex jiżguraw edukazzjoni aktar inklużiva u aċċessibbli u metodi tat-tagħlim sensittivi lejn il-kultura, l-involviment tal-assistenti tal-iskola bi sfond Rom u tal-ġenituri, li jagħtu prijorità lit-titjib tal-ħiliet professjonali skont id-domanda tas-suq tax-xogħol;

55.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jidentifikaw lin-nisa Rom bħala grupp fil-mira espliċitu għall-inizjattivi tas-saħħa tagħhom, speċjalment fir-rigward ta’ mard li huwa marbut b’mod qawwi mas-sistema ormonali femminili u/jew mal-faqar, bħall-osteoporożi, problemi muskuloskeletali u mard tas-sistema nervuża ċentrali; iħeġġeġ, barra minn hekk, li l-iscreening u l-prevenzjoni tal-kanċer tas-sider u tal-għonq tal-utru – inklużi vaċċini kontra l-papillomaviruses fil-bniedem – ikun totalment aċċessibbli u biex jimmiraw lejn kura tas-saħħa għal nisa tqal li huma diġà fl-ewwel trimestru tat-tqala tagħhom;

56.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-aċċess għas-saħħa, l-aktar permezz tal-parteċipazzjoni tal-NGOs tan-nisa Rom fid-disinn, l-implimentazzjoni, u l-evalwazzjoni tal-programmi tal-kura tas-saħħa u jiżguraw li n-nisa u l-bniet Rom ikunu jistgħu jagħmlu l-għażliet tagħhom dwar is-sesswalità, is-saħħa u l-maternità billi jiġu promossi l-ippjanar tal-familja, l-aċċess għall-medda sħuiħa ta' servizzi tal-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva u l-edukazzjoni sesswali, u l-protezzjoni tat-tfal u l-addolexxenti mill-abbuż sesswali u ż-żwieġijiet kmieni, fejn tiġi prevenuta l-mortalità tat-trabi u tal-omm u l-fenomenu tal-isterilizzazzjoni furzata;

57.

Jistieden lill-Istati Membri jiffaċilitaw u jippromwovu l-parteċipazzjoni bilanċjata bejn il-ġeneri tal-komunitajiet Rom fid-disinn, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-prevenzjoni tal-mard, it-trattament, il-kura u l-programmazzjoni ta’ appoġġ, kif ukoll fit-tnaqqis tal-istigmatizzazzjoni u d-diskriminazzjoni fis-sistema tal-kura tas-saħħa;

58.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, jiżviluppaw u jimplimentaw politiki li jiżguraw li n-nisa Rom kollha, inklużi dawk li jappartjenu għal komunitajiet aktar imwarrba, ikollhom aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa primarja, ta’ urġenza u preventiva u biex jorganizzaw attivitajiet ta’ taħriġ maħsuba biex jeliminaw il-preġudizzji kontra l-popolazzjoni Rom, immirati lejn il-ħaddiema tas-settur tal-kura tas-saħħa;

59.

Jistieden lill-Istati Membri jinvestigaw, jipprojbixxu u jħarrku diskriminazzjoni diretta u indiretta kontra n-nisa Rom fl-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali tagħhom u fl-aċċess għal servizzi pubbliċi, u biex jipprevjenu kwalunkwe diskriminazzjoni ulterjuri; jenfasizza l-importanza tal-ħolqien ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-isterjotipi razzisti kontra l-popolazzjoni Rom, u n-nisa Rom b’mod partikolari;

60.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jinkludu lir-Rom u partikolarment in-nisa Rom bħala grupp fil-mira speċifiku fil-programmi operattivi u l-programmi ta’ żvilupp taż-żoni rurali għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss;

61.

Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika rapport ta' evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE f'kull Stat Membru; bl-istess mod jistieden lill-Kummissjoni tfassal rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull Stat Membru biex jinkludu wkoll id-dimensjoni tal-ġeneri fi ħdan id-direttiva;

62.

Jappella lill-Kunsill jilħaq ftehim dwar id-Direttiva għat-Trattament Indaqs dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament indaqs bejn il-persuni, irrispettivament mir-reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali, sabiex jiżgura li kull bażi ta’ diskriminazzjoni, kif ukoll diskriminazzjoni multipla jsiru illegali f’kull sfera tal-ħajja; bl-istess mod jistieden lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE jiżguraw li d-diskriminazzjoni intersezzjonali tkun inkluża f'din id-Direttiva;

63.

Jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw kull forma ta’ vjolenza kontra n-nisa, bħall-vjolenza domestika, l-isfruttament sesswali u t-traffikar tal-persunni, b’attenzjoni speċjali għal nisa Rom, u biex jappoġġaw il-vittmi billi jinkludu objettivi speċifiċi biex jindirizzaw it-traffikar tan-nisa Rom fl-NRIS, u billi jiżguraw riżorsi xierqa għas-servizzi pubbliċi relatati u billi jipprovdu assistenza anke permezz ta’ servizzi mainstream, bħas-saħħa, l-impjieg u l-edukazzjoni; barra minn hekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni toffri appoġġ lill-inizjattivi governattivi u tas-soċjetà ċivili maħsuba biex jaffrontaw dawn il-problemi, filwaqt li jiżguraw id-drittijiet fundamentali tal-vittmi;

64.

Jistieden lill-Istati Membri jaħdmu man-nisa Rom biex joħolqu strateġiji ta’ għoti tas-setgħa li jirrikonoxxu l-identità intersezzjonali tagħhom u jippromwovu attivitajiet li jiġġieldu l-isterjotipi tal-ġeneri, li jimmiraw lejn in-nisa, l-irġiel, il-bniet u s-subien;

65.

Jinnota li ż-żwiġijiet irranġati, iż-żwiġijiet tat-tfal u żwiġijiet furzati għadhom prevalenti bħala “prattiki tradizzjonali”, jenfasizza l-fatt li dawn il-prattiki huma ksur tad-drittijiet tal-bniedem, li mhux biss għandhom impatt sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniet Rom, billi jżidu r-riskju ta’ kumplikazzjonijiet waqt it-tqala u t-twelid iżda wkoll li jesponu lill-bniet għall-abbuż u l-isfruttar sesswali, kif ukoll jipprekludu l-opportunitajiet edukattivi u ta’ xogħol;

66.

Jistieden lill-Istati Membri jirratifikaw u jimplimentaw il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa Dwar Azzjoni Kontra t-Traffikar tal-Bniedem u biex jittrasponu bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bniedem u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu (7), b’mod partikolari bit-tisħiħ tal-identifikazzjoni, il-protezzjoni u l-assistenza għall-vittmi, b’enfasi speċjali fuq it-tfal;

67.

Jitlob soluzzjonijiet Ewropej mill-Istati Membri u l-Kummissjoni għall-problemi tan-nies Rom, b’kunsiderazzjoni tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu bħala ċittadini Ewropej, u l-ħtieġa ta’ kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri għas-soluzzjoni tal-kwistjonijiet li jħabbat wiċċu magħhom dan il-grupp etniku;

68.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw l-iskambju ta’ informazzjoni u prattiki tajbin fl-integrazzjoni tan-nisa Rom fl-oqsma kollha tas-soċjetà;

69.

Jirrakkomanda li l-Istati Membri jieħdu l-passi meħtieġa sabiex iwaqqfu l-prattika li n-nisa Rom żgħażagħ li qegħdin jingħataw fi żwieġijiet irranġati, li jikkostitwixxu affront morali għad-dinjità tagħhom;

70.

Jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw b’mod urġenti l-bżonnijiet tan-nisa Rom akbar fl-età peress li huma wieħed mill-aktar gruppi vulnerabbli u huma nieqsa minn dħul xieraq u jeħtieġu aċċess għall-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul aktar ma jikbru;

71.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi strateġija komprensiva għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa kif mitlub mill-Parlament f’diversi riżoluzzjonijiet; jappella lill-Kummissjoni twassal strumenti legali, inkluża Direttiva Ewropea għall-ġlieda kontra l-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru;

72.

Jitlob li jiġi promoss l-iżvilupp tal-lingwa u tal-kultura Rom, li jiġu żviluppati l-istrutturi amministrattivi kkonċernati mal-affarijiet tar-Rom, li l-politika Rom u l-implimentazzjoni tagħha jiġu msaħħa u li tiżdied il-parteċipazzjoni fil-kooperazzjoni internazzjonali dwar kwistjonijiet tar-Rom;

73.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.

(2)  ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.

(3)  ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 283.

(4)  ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 112.

(5)  COM(2012)0226.

(6)  COM(2013)0460.

(7)  ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/45


P7_TA(2013)0546

L-iżvilupp l-“bini tal-istat” fis-Sudan t'Isfel

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar l-isforzi tal-komunità internazzjonali fil-qasam tal-iżvilupp tal-“bini tal-istat” fis-Sudan t'Isfel (2013/2090(INI))

(2016/C 468/08)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar is-sitwazzjoni fis-Sudan u s-Sudan t'Isfel (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2011 dwar il-futur tal-appoġġ baġitarju tal-UE lil pajjiżi li qed jiżviluppaw (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar ir-4 Forum ta' Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar perspettivi ta' żvilupp għat-tisħiħ tal-paċi u l-bini tan-nazzjon f'sitwazzjonijiet ta' wara konflitti (4),

wara li kkunsidra r-rapport tal-missjoni għal ġbir ta' informazzjoni fis-Sudan t'Isfel tal-Kumitat għall-Iżvilupp tiegħu f'Lulju 2011,

wara li kkunsidra r-rapport finali tal-missjoni ta' osservazzjoni elettorali tal-Unjoni Ewropea dwar ir-referendum fis-Sudan t'Isfel, 9-15 ta' Jannar 2011 (5),

wara li kkunsidraw il-Ftehim ta' Sħubija bejn il-Membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP), u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (6), emendat għall-ewwel darba f'Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (7), u għal darb'oħra f'Ouagadougou fit-22 ta' Ġunju 2010 (8);

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kopresidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE dwar is-sitwazzjoni fis-Sudan u fis-Sudan t'Isfel, maħruġa f'Horsens (Danimarka) f'Mejju 2012 (9),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-UE u tal-Istati Membri tagħha dwar l-indipendenza tar-Repubblika tas-Sudan t'Isfel, tad-9 ta' Lulju 2011 (10),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill, tas-22 ta' Lulju 2013, dwar is-Sudan u s-Sudan t'Isfel (11),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju Georgieva, tal-5 ta' Lulju 2012, dwar is-Sudan u s-Sudan t'Isfel (12),

wara li kkunsidra l-pjan ta' implimentazzjoni tal-għajnuna umanitarja tad-Direttorat Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja għas-Sudan u s-Sudan t'Isfel għall-2013 u l-modifika tiegħu (13),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Portavuċi tar-Rappreżentant Għoli Catherine Ashton, tat-18 ta' Ġunju 2013, dwar l-attakk fatali fuq operatur għaż-żamma tal-paċi tal-Forza ta' Sigurtà Interim tan-Nazzjonijiet Uniti għal Abyei (UNISFA) fil-Kordofan tan-Nofsinhar (14), tal-1 ta' Mejju 2013, dwar il-kunflitt fl-Istati Sudaniżi tal-Kordofan tan-Nofsinhar u tan-Nil il-Blu (15), u tat-8 ta' Jannar 2013, dwar l-għeluq reċenti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fis-Sudan (16),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni maħruġa lokalment mid-Delegazzjoni tal-UE, fil-25 ta' Lulju 2013, b'segwitu għax-xoljiment tal-gvern kollu kemm hu tar-Repubblika tas-Sudan t'Isfel min-naħa tal-President (17),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Dili “A new vision for peace-building and state building” (Viżjoni ġdida għall-konsolidament tal-paċi u għall-bini tal-istat), tal-10 ta' April 2010 (18),

wara li kkunsidra n-New Deal għall-Impenn fl-Istati Fraġli (“Engagement in Fragile States”) ippreżentat fir-raba' Forum ta' Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna li sar f'Busan f'Diċembru 2011 (19),

wara li kkunsidra r-Rapport tal-2011 tal-OECD dwar l-impenn internazzjonali fl-Istati Fraġli – Repubblika tas-Sudan t'Isfel (20),

wara li kkunsidra l-"World Development Report 2011: Conflict, Security, and Development (21),

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Grupp ta' Implimentazzjoni ta' Livell Għoli tal-Unjoni Afrikana dwar is-Sudan (AUHIP), ippubblikat fil-31 ta' Lulju 2013 (22),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Portavuċi tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, tat-8 ta' Marzu 2013, dwar il-ħolqien ta' żona tal-fruntiera demilitarizzata sikura bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel u l-attivazzjoni tal-mekkaniżmu konġunt ta' verifika u monitoraġġ tal-fruntieri (Joint Border Verification and Monitoring Mechanism) (23),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni adottata mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar “l-assistenza teknika u l-bini tal-kapaċità għas-Sudan t'Isfel fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem” fis-27 ta' Ġunju 2013 (A/HRC/21/L.7/Rev.1),

wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas dwar l-Arranġamenti fil-qasam tal-politika u sigurtà fl-Istati tan-Nil il-Blu u tal-Kordofan iffirmat fit-28 ta' Ġunju 2011 (24),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tar-rapporti tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem ippreżentati fil-21 u fit-23 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem (25),

wara li kkunsidra l-ftehimiet konklużi f'Addis Ababa bejn ir-Repubblika tas-Sudan u r-Repubblika tas-Sudan t'Isfel fis-27 ta' Settembru 2012 (26),

wara li kkunsidra r-rapport ta' Amnesty International tal-2013 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan t'Isfel (27),

wara li kkunsidra r-rapport ta' Human Rights Watch bit-titolu “This old man can feed us, you will marry him” (28),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0380/2013),

A.

billi r-riżoluzzjoni 1996 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà laqgħet pożittivament it-twelid tar-Repubblika tas-Sudan t'Isfel fid-9 ta' Lulju 2011 u billi l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti vvotat fl-14 ta' Lulju 2011 favur l-ammissjoni tas-Sudan t'Isfel bħala Stat Membru (A/RES/65/308);

B.

billi il-faxxa ta' insigurtà, is-sottożvilupp u l-governanza ħażina li jestendu mis-Sahel sal-Qarn tal-Afrika jistgħu jiġu indirizzati biss permezz ta' approċċ komprensiv;

C.

billi s-Sudan t'Isfel li għadu kif inħoloq huwa wkoll wieħed mill-ifqar pajjiżi tad-dinja, b'50 % tal-popolazzjoni jgħixu taħt is-soll tal-faqar; billi dan il-pajjiż, li twieled minn sitwazzjoni ta' gwerra u jinsab f'reġjun instabbli, jirriskja l-falliment jekk il-komunità internazzjonali u l-atturi lokali ma jaġixxux f'kooperazzjoni għall-iżvilupp ta' strateġija konġunta biex ibiddluh fi Stat demokratiku u inklużiv;

D.

billi ċerti miżuri ttieħdu fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS), bħall-istabbilment tas-servizz nazzjonali tal-pulizija tas-Sudan t'Isfel (SSNPS), il-Kunsill Nazzjonali tas-Sigurtà u d-Diżarm (NSDC), u l-Kunsill tad-Demobilizzazzjoni u r-Reintegrazzjoni (DRC);

E.

billi l-prosperità u l-sostenibilità ta' Stat ġdid tas-Sudan t'Isfel jiddependu fil-biċċa l-kbira fuq ir-relazzjonijiet kostruttivi u paċifiċi mal-pajjiżi ġirien kollha, partikolarment mar-Repubblika tas-Sudan, kif ukoll fuq il-kapaċità li dawn iż-żewġ pajjiżi jsolvu d-differenzi tagħhom u jaqblu u jimplimentaw soluzzjonijiet fattibbli, partikolarment fir-rigward tal-kunflitti dwar il-fruntieri, tad-dħul miż-żejt, tal-istatus definittiv ta' Abyei, tad-dejn nazzjonali u taċ-ċittadinanza;

F.

billi l-bini tal-istat u t-tegħlib tal-fraġilità jeħtieġu prospettiva fit-tul kif ukoll impenn deċiż, prevedibbli u stabbli min-naħa tal-komunità internazzjonali;

G.

billi l-Istat il-ġdid tas-Sudan t'Isfel, filwaqt li qiegħed iħabbat wiċċu ma' għadd ta' sfidi serji, għamel progress konsiderevoli fir-rigward tal-indikaturi tal-iżvilupp ewlenin mill-promulgazzjoni tal-Ftehim Komprensiv ta' Paċi tal-2005, inkluż żieda għal sitt darbiet fl-iskrizzjonijiet tal-iskola primarja, tnaqqis ta' 25 % fil-mortalità infantili u l-ħolqien ta' istituzzjonijiet statali fundamentali fil-livell federali u statali;

H.

billi t-tfal huma l-ewwel vittmi tal-insigurtà u tal-kunflitti li jolqtu s-Sudan t'Isfel; billi l-vjolenza sesswali qiegħda ssir kontra tfal u nisa u t-tfal qegħdin jiġu reklutati mill-gruppi armati;

I.

billi iktar ma n-nisa jkunu involuti fil-proċess tar-riżoluzzjoni tal-kunflitti u fit-teħid tad-deċiżjonijiet politiċi, akbar tkun il-portata tar-rikostruzzjoni demokratika,

J.

billi d-dipendenza għolja tas-Sudan t'Isfel mill-produzzjoni taż-żejt, li tirrappreżenta bejn wieħed u ieħor 88 % tad-dħul nazzjonali, u li attwalment hija totalment dipendenti mir-Repubblika tas-Sudan għall-esportazzjonijiet tiegħu; billi din id-dipendenza għolja wisq tirrappreżenta periklu għall-ekonomija tal-pajjiż iżda isservi wkoll bħala strument ta' pressjoni fuq il-pajjiż il-ġdid u toħloq tensjonijiet addizzjonali, jew saħansitra kunflitti, partikolarment mas-Sudan, jew kunflitti interetniċi, kif kien il-każ matul dawn l-aħħar sentejn; billi s-Sudan t'Isfel ikkonkluda ftehimiet mal-pajjiżi ġirien: il-Kenja, l-Etjopja u Ġibuti, biex tiġi eżaminata l-possibilità ta' żewġ pipelines ġodda li jikkollegaw l-artijiet biż-żejt mal-Golf ta' Aden u mal-Oċean Indjan;

K.

billi l-interruzzjoni tal-produzzjoni taż-żejt mill-Gvern tas-Sudan t'Isfel għal aktar minn sena kif ukoll l-għeluq tal-pipelines taż-żejt ċaħħdu lis-Sudan t'Isfel mid-dħul prinċipali tiegħu u tefgħu lill-pajjiż fi kriżi finanzjarja gravi, segwita minn perjodu ta' żieda fl-awsterità li għadha għaddejja;

L.

billi r-Resource Governance Index 2013, filwaqt li jirrikonoxxi qafas ġuridiku ambizzjuż maħsub għall-promozzjoni ta' governanza trasparenti tas-settur taż-żejt, jikklassifika lis-Sudan t'Isfel fil-50 post fost 58 pajjiż minħabba l-fatt li l-awtoritajiet tiegħu naqsu milli joħorġu l-informazzjoni dwar is-settur u jistabbilixxu mekkaniżmi ta' monitoraġġ u ta' awditjar xierqa;

M.

billi l-komunità internazzjonali tat sostenn politiku u materjali importanti lill-indipendenza u lis-sostenibilità tas-Sudan t'Isfel, kif ukoll lill-iżvilupp soċjoekonomiku tiegħu u billi l-UE żvolġiet rwol pożittiv ħafna f'dan ir-rigward; billi l-UE u l-Istati Membri tagħha wegħdu, fl-okkażjoni tal-indipendenza tas-Sudan t'Isfel, li jiżviluppaw sħubija stretta u fit-tul mar-Repubblika tas-Sudan t'Isfel u mal-poplu tagħha;

N.

billi fit-23 ta' Mejju 2011 il-Kunsill approva l-pakkett finanzjarju ta' EUR 200 miljun favur is-Sudan t'Isfel intiż li jiffinanzja l-kontribut tal-UE lid-Dokument ta' Strateġija Konġunt għall-Pajjiż (Strateġija ta' Risposta) għas-Sudan t'Isfel 2011-2013;

O.

billi l-komunità internazzjonali u l-organizzazzjonijiet umanitarji internazzjonali wieġbu fil-pront għall-bżonn ta' taffija tat-tbatija tal-persuni fir-reġjun, għalkemm l-aċċess għal ċerti reġjuni huwa pprojbit għalihom mill-gruppi ribelli u mill-gvern Sudaniż, u li għal dan il-fatt l-UE offriet u għadha toffri livelli sostanzjali ta' għajnuna umanitarja, fosthom EUR 110 miljun fl-2012 biss;

P.

billi l-prospetti għal żvilupp u l-bini tal-istat f'terminu twil fis-Sudan t'Isfel huma marbutin b'mod indissolubbli mal-interdipendenza reġjonali tal-Qarn tal-Afrika, mhux l-anqas f'termini ta' riżoluzzjoni tal-problemi ta' sigurtà mal-pajjiż ġar tas-Sudan (inkluż fir-reġjuni tad-Darfur, tal-Kurdofan u tan-Nil il-Blu), u billi jsir investiment fl-integrazzjoni ekonomika ma' reġjuni sħab oħrajn;

Q.

billi s-Sudan t'Isfel huwa wieħed mill-ewwel pajjiżi li fihom il-programmazzjoni konġunta bejn is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-Kummissjoni u l-Istati Membri tal-UE, allinjata mal-Pjan ta' Żvilupp tas-Sudan t'Isfel, tqiegħdet fil-prattika fil-forma ta' Dokument Uniku ta' Strateġija għall-Pajjiż tal-UE maqbul f'Diċembru 2011, li jinkludi total ta' EUR 830 miljun f'għajnuna għall-iżvilupp;

R.

billi s-Sudan t'Isfel għadu ma aderixxiex mal-Ftehim ta' Cotonou, u l-Gvern tas-Sudan t'Isfel esprima tħassib dwar l-implikazzjonijiet potenzjali fuq ir-relazzjonijiet tiegħu mar-Repubblika tas-Sudan; billi l-adeżjoni mal-Ftehim ta' Cotonou ma jkunx jobbliga lis-Sudan t'Isfel jaderixxi minnufih mal-Istatut ta' Ruma; billi tali riluttanza li jaderixxi mal-Ftehim ta' Cotonou qiegħda twassal għal problemi fil-programmazzjoni tal-għajnuna tal-UE mill-2014 'il quddiem fl-ambitu tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp li potenzjalment jaf jiddetermina telf għas-Sudan t'Isfel, mhux biss f'termini ta' allokazzjonijiet nazzjonali, iżda wkoll fir-rigward tal-fondi reġjonali u tar-riżorsi sostanzjali tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) li kieku jżidu l-infrastrutturi u l-integrazzjoni ekonomika reġjonali tal-pajjiż; billi permezz tar-ratifika tal-Ftehim ta' Cotonou, is-Sudan t'Isfel jista' jżid ukoll il-kapaċità tiegħu li jattira investimenti privati Ewropej; billi l-faċilitajiet finanzjarji addizjonali li s-Sudan t'Isfel jista' jaċċedi għalihom wara li jaderixxi mal-Ftehim ta' Cotonou jistgħu jgħinu ugwalment fl-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Addis Ababa;

S.

billi l-Kunsill ħatar lis-Sa Rosalind Marsden bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għas-Sudan f'Awwissu 2010 u sussegwentement kabbar u pproroga l-mandat tagħha, iżda f'Ġunju 2013 qabel dwar proroga ta' erba' xhur sal-31 ta' Ottubru 2013 bil-għan li jiġi integrat fil-mandat tar-RSUE għall-Qarn tal-Afrika, minkejja l-ħidma eċċellenti tagħha u r-rwol importanti ta' inċentivazzjoni tal-iżviluppi fir-reġjun permezz ta' diversi strumenti u tal-influwenza tal-UE; billi mingħajr Rappreżentant Speċjali tal-UE maħtur għas-Sudan/Sudan t'Isfel, l-UE se titħalla fil-ġenb fin-negozjati u fl-isforzi internazzjonali;

T.

billi l-Unjoni Ewropea tat għajnuna lill-Grupp ta' Livell Għoli tal-Unjoni Afrikana, presedut mill-ex President tal-Afrika t'Isfel Thabo Mbeki, kif ukoll lill-missjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti, partikolarment il-Missjoni Preparatorja tan-Nazzjonijiet Uniti fis-Sudan (UNMIS), il-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fis-Sudan t'Isfel (UNMISS), il-Missjoni Konġunta tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Unjoni Afrikana fid-Darfur (UNAMID) u l-Forza ta' Sigurtà Interim tan-Nazzjonijiet Uniti għal Abyei (UNISFA);

U.

billi n-“New Deal għall-Impenn fl-Istati Fraġli” ġie fformulat mill-grupp ta' Stati G7+ (inkluż is-Sudan t'Isfel) u mid-Djalogu Internazzjonali dwar il-Konsolidament tal-Paċi u l-Bini tal-Istat (IDPS) u mbagħad appoġġat mill-UE, kif ukoll minn 36 pajjiż, fir-raba' Forum ta' Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna li sar f'Busan f'Diċembru 2011;

V.

billi waqt il-Forum għas-Sħubija Ekonomika li saret f'April 2013 f'Washington tħabbar il-ħolqien ta' pakkett ġdid ta' miżuri (“new deal compact”) biex jiddefinixxi l-qafas ta' impenn ġdid tal-komunità internazzjonali għall-għajnuna għall-iżvilupp fis-Sudan t'Isfel;

W.

billi l-isforzi esterni li saru fir-rigward tal-bini tal-istat u tal-iżvilupp jistgħu jirnexxu biss jekk il-mexxejja tas-Sudan t'Isfel ikunu impenjati u kapaċi jiżviluppaw governanza responsabbli, reattiva u inklużiva, u jegħlbu l-interessi f'terminu qasir jew klijentelistiċi; billi s-Sudan t'Isfel għadu mhux inkluż fil-maġġoranza tal-indikaturi tal-governanza u ftit li xejn għad hemm data kwantitattiva disponibbli dwar il-portata tal-korruzzjoni fil-pajjiż; billi l-komunità internazzjonali, kemm dik privata kif ukoll pubblika, ma tittollerax il-korruzzjoni u għaldaqstant għandha bżonn tiżgura li l-għoti tal-għajnuna jew tal-investimenti ma jwassalx jew ma jinkoraġġixxix prattiki dannużi;

X.

billi hija nieqsa xibka ta' sigurtà soċjali u l-aċċess għas-servizzi bħall-assistenza sanitarja, l-elettriku u l-ilma għadu estremament limitat; billi, skont xi stimi, terz biss tal-popolazzjoni għandu aċċess għall-ilma nadif u billi l-problemi marbutin mal-aċċess għall-ilma aggravaw il-kunflitti bejn il-komunitajiet;

Y.

billi n-nisa u l-bniet tas-Sudan t'Isfel iħabbtu wiċċhom mal-ogħla rata ta' mortalità materna fid-dinja u mara minn seba' fis-Sudan t'Isfel tmut waqt jew eżatt wara l-ħlas (29); billi l-kawżi prinċipali ta' mortalità materna ġejjin minn infezzjoni u/jew emorraġiji u s-Sudan t'Isfel jaffaċċja nuqqas gravi ta' apparat mediku bażiku u infermiera u qwiebel kwalifikati,

Z.

billi huwa stmat li 48 % tal-bniet ta' età bejn il-15 u id-19-il sena huma mġiegħla jiżżewġu fis-Sudan t'Isfel u billi bniet ta' 12-il sena, skont rapporti, ġew imġiegħla jiżżewġu, u b'hekk dan għandu impatt dirett fuq ir-rati ta' skrizzjonijiet tal-bniet fl-iskejjel: 39 % biss tal-istudenti fl-iskejjel primarji u 30 % biss tal-istudenti fl-iskejjel sekondarji huma bniet,

AA.

billi l-konvinzjoni li n-nisa huma l-proprjetà ta' missierijiethom jew żwieġhom hija radikata fis-sistema tad-dota li teżisti fis-Sudan t'Isfel,

AB.

billi l-vjolenza domestika hija kkunsidrata bħala norma soċjali stabbilita fis-Sudan t'Isfel kollu u billi 82 % tan-nisa u 81 % tal-irġiel jemmnu li mara għandha tittollera l-vjolenza domestika u żżomm il-problema fil-familja (30);

AC.

billi skont l-istimi r-rata tal-illitteriżmu tiskorri t-80 % (l-ogħla rata ta' illitteriżmu femminili fid-dinja), u l-bniet jammontaw biss 25 % tal-studenti skolastiċi, fatt li jirrappreżenta l-inqas rata fid-dinja ta' aċċess femminili għall-edukazzjoni; billi jeżisti nuqqas ta' għalliema;

AD.

billi n-nuqqas ta' għalliema u n-neċessità serja ta' persuni bi kwalifiki professjonali, kif ukoll bżonn ta' istituti ta' edukazzoni u ta' taħriġ neċessarji għall-formazzjoni ta' forza tax-xogħol kwalifikata;

AE.

billi, fid-dawl tal-potenzjal ferm promettenti tal-agrikoltura, minħabba l-meded enormi ta' raba' tal-pajjiż; l-agrikoltura tas-Sudan t'Isfel mhux biss toffri prospettivi kummerċjali li jirrendu u possibilitajiet ta' xogħol għall-pajjiż, iżda tkun tikkontribwixxi wkoll biex jiġi sodisfatt il-bżonn ta' ikel tal-pajjiż stess u, f'terminu fit-tul, tal-pajjiżi ġirien;

AF.

billi n-nisa huma kruċjali biex tonqos l-insigurtà alimentari u nutrizzjonali, u jistgħu jagħtu spinta lill-produttività agrikola,

AG.

billi prattikament is-Sudan t'Isfel ma għandu l-ebda infrastruttura permanenti għat-trasport stradali, ferrovjarju jew tax-xmajjar; billi l-ħolqien ta' dawn l-infrastrutturi huwa neċessarju għall-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż tal-kummerċ, għall-aċċess fis-suq u għall-ħolqien tal-impjiegi;

AH.

billi, skont l-istimi, huwa aktar minn miljun in-numru ta' mini antipersuna u tal-munizzjon mhux splodut li għadhom mirdumin fis-Sudan t'Isfel mill-gwerra ċivili;

AI.

billi s-sigurtà interna għadha waħda mill-isfidi l-aktar diffiċli għas-Sudan t'Isfel, b'bosta kunflitti ta' intensità baxxa jikkawżaw sitwazzjoni umanitarja gravi; billi ġew ripetutament rapportati abbużi min-naħa tal-forzi ta' sigurtà tas-Sudan t'Isfel, inklużi eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji, stupri u torturi matul il-kampanji ta' diżarm taċ-ċivili; billi sfaw fi stall l-isforzi ta' wara l-2005 fil-qasam tad-demobilizzazzjoni, diżarm u reintegrazzjoni u billi hija nieqsa skema ta' rtirar aċċettabbli għall-veterani;

AJ.

billi l-popolazzjoni qiegħda tħabbat wiċċha ma' riskji sinifikanti ta' insigurtà tal-ikel, li din is-sena laqtet lil 4,1 miljun persuna tas-Sudan t'Isfel; billi meta dak li jkun iqis l-aċċess ferm limitat għas-servizzi tas-saħħa, in-nuqqas ta' persunal u ta' apparat mediku, il-bżonnijiet umanitarji li jolqtu l-popolazzjonijiet spustati minħabba kunflitti; billi ir-rata ta' mortalità infantili ta' tfal taħt l-età ta' ħames snin u r-rata ta' mortalità materna huma l-ogħla fid-dinja;

AK.

billi fl-2013 is-Sudan t'Isfel niżel 12-il post fil-klassifika internazzjonali dwar il-libertà tal-istampa ta' “Ġurnalisti Mingħajr Fruntieri”, u qiegħed fil-124 post minn 180 pajjiż preżenti fil-klassifika;

AL.

billi huwa possibbli li tinħoloq stabilità sostenibbli fit-tul fil-Qarn tal-Afrika biss abbażi ta' istituzzjonijiet b'saħħithom, rwol u post adegwati għas-soċjetà ċivili, l-istat tad-dritt u rispett tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-libertà tal-espressjoni, kif ukoll prospetti ekonomiċi b'saħħithom għas-soċjetà inġenerali; billi s-separazzjoni tas-Sudan u s-Sudan t'Isfel setgħet wasslet għal kunflitt reliġjuż; billi għadd ta' rifuġjati ħarbu mis-Sudan lejn is-Sudan t'Isfel li huwa fil-maġġoranza ta' reliġjon Kristjana; billi f'Ġunju 2013 huwa stmat li 263 000 rifuġjat ħarbu mis-Sudan għas-Sudan t'Isfel (31);

AM.

billi l-ġurnalisti ġew bosta drabi mhedda, arrestati u detenuti mingħajr akkużi; billi ġie rapportat li l-forzi ta' sigurtà wettqu vessazzjonijiet fil-konfront ta' ġurnalisti u żammewhom illegalment; billi l-awtoritajiet tas-Sudan t'Isfel naqsu milli jwettqu investigazzjonijiet fil-pront, effikaċi u imparzjali dwar l-attakki fuq il-ġurnalisti, jew fuq każijiet bħall-qtil ta' Isaiah Abraham, kritiku tal-gvern u ġurnalista;

AN.

billi d-dgħufijiet fis-sistema ġudizzjarja jagħtu lok għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem; billi hemm ħtieġa ċara għal taħriġ speċjalizzat fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem għall-professjonijiet legali; billi, sabiex tiġi indirizzata l-impunità, huwa meħtieġ li jiżdied l-għarfien tal-istrumenti ewlenin tad-drittijiet umani, li se jikkontribwixxu għall-applikazzjoni tagħhom; billi jeżisti nuqqas kważi totali ta' assistenza legali fis-sistema ġudizzjarja kriminali;

AO.

billi l-lingwa uffiċjali tas-Sudan t'Isfel hija l-Ingliż, iżda ġeneralment mhuwiex mitkellem mill-popolazzjoni li fil-biċċa l-kbira tagħha hija illitterata; billi l-Ingliż huwa l-lingwa predominanti fis-servizzi pubbliċi u fis-sistema ġudizzjarja, fil-kumpaniji privati u fil-mezzi tal-komunikazzjoni ewlenin tal-pajjiż; billi fis-Sudan t'Isfel hemm total ta' aktar minn 60 lingwa u djalett mitkellma mid-diversi gruppi etniċi li jikkomponu l-pajjiż; billi l-lingwa hija fattur essenzjali ta' koeżjoni nazzjonali u għalhekk huwa importanti li tiġi adottata politika lingwistika adegwata;

AP.

billi s-Sudan t'Isfel se jkompli jżomm l-piena tal-mewt, kemm-il darba ma jkunux introdotti f'dan ir-rigward emendi fil-kostituzzjoni tal-pajjiż;

AQ.

billi l-frekwenza għolja ta' żwieġ ta' minorenni, fejn kważi nofs it-tfajliet kollha tas-Sudan t'Isfel bejn l-età ta' 15 u 19-il sena huma miżżewġin, toħloq kuntest li fih tiżdied il-vulnerabilità tagħhom għall-abbużi fiżiċi, sesswali, psikoloġiċi u ekonomiċi;

AR.

billi l-parteċipazzjoni ekwa tan-nisa fl-isfera pubblika hija dritt kostituzzjonali, sostnut minn kwota obbligatorja ta' 25 %; billi, minkejja l-impenn tal-Gvern tas-Sudan t'Isfel biex iżid il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-settur pubbliku, il-progress fir-rigward ta' dan l-ambitu kien limitat; billi l-involviment effikaċi tan-nisa tas-Sudan t'Isfel fil-qasam tal-istabbiliment tal-paċi, tal-governanza u tal-iżvilupp ekonomiku jista' jgħin biex jiġu konsolidati l-paċi u s-sigurtà tal-pajjiż;

1.

Jilqa' pożittivament l-aktar sinjali reċenti ta' tensjonijiet imtaffija bejn il-gvernijiet tas-Sudan t'Isfel u tar-Repubblika tas-Sudan, murija matul iż-żjara tal-President tas-Sudan t'Isfel fir-Repubblika tas-Sudan fl-ewwel jiem ta' Settembru 2013, u d-dikjarazzjonijiet ta' rieda tajba miż-żewġ naħat f'din l-okkażjoni; jissottolinja li l-iżvilupp ekonomiku u soċjali taż-żewġ pajjiżi jiddependi fil-biċċa l-kbira mir-relazzjonijiet paċifiċi u kollaborattivi bejn iż-żewġ pajjiżi;

2.

Jistieden lill-gvernijiet taż-żewġ pajjiżi u lill-komunità internazzjonali jkomplu u jintensifikaw l-isforzi intiżi li jsolvu l-kwistjonijiet pendenti li għadhom bla soluzzjoni wara li skada t-terminu tal-Ftehim Komprensiv ta' Paċi tal-2005 u wara l-indipendenza f'Lulju 2011 tas-Sudan t'Isfel, li għadhom jostakolaw ir-relazzjonijiet ta' bon viċinat, u jastjenu totalment milli jirrikorru għat-theddid u għall-forza militari u milli jsostnu lill-forzi armati irregolari tar-reġjun;

3.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tas-Sudan t'Isfel jikkonformaw mar-riżoluzzjoni Nru 2109 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, jappoġġaw l-istat ta' dritt, jonoraw ir-responsabilità tagħhom li jipproteġu l-popolazzjoni ċivili u jirrispettaw id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tagħhom; jitlob bl-istess mod lill-awtoritajiet tas-Sudan t'Isfel jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex isibu tarf is-serq mifrux u vjolenti ta' bhejjem li tradizzjonalment iseħħ f'partijiet rurali tal-pajjiż;

4.

Jiddispjaċih li r-rakkomandazzjoni mill-Unjoni Afrikana lill-gvernijiet ta' Kartum u ta' Ġuba biex isir referendum f'Ottubu 2013 dwar ir-reġjun kkontestat ta' Abyei ma ġietx segwita; jistieden lill-awtoritajiet tas-Sudan t' Isfel jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni fil-konsultazzjoni tan-nomadi misseriya, li mingħajrha Kartum ma taqbilx li jsir referendum; jilqa' favorevolment id-dikjarazzjoni tal-awtoritajiet tas-Sudan t' Isfel skont liema n-nomadi misseriya minn dejjem kellhom aċċess liberu għall-ilma u għall-mergħat ta' Abyei u li se jkomplu jgawdu minn dan id-dritt fil-futur;

5.

Jipproponi lill-Gvernijiet tas-Sudan u tas-Sudan t'Isfel li jikkunsidraw, fl-aħħar istanza, l-ipoteżi li jirrikorru għand il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ) biex jissolvew ġuridikament u b'mod paċifiku l-aħħar kwistjonijiet relatati mal-fruntieri bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel;

6.

Iħeġġeġ lir-Repubblika tas-Sudan u lir-Repubblika tas-Sudan t'Isfel jirrispettaw bis-sħiħ il-Ftehimiet ta' Addis Ababa ta' Settembru 2012;

7.

Itenni l-appoġġ tiegħu għall-impenn tal-Unjoni Ewropea fir-reġjun fl-ambitu tal-Qafas Strateġiku tal-UE għall-Qarn tal-Afrika, kif ukoll fl-ambitu tal-approċċ komprensiv fil-konfront tas-Sudan u tas-Sudan t'Isfel; jikkonstata barra minn hekk is-sovrappożizzjonijiet ġeografika fir-reġjun tas-Sahel u l-isfidi politiċi, ekonomiċi u soċjali interkonnessi tagħha; jistieden lill-Unjoni Ewropea, għalhekk, tikkoordina b'aktar effikaċja l-istrateġija tagħha fir-reġjun kollu, speċifikament billi jingħaqdu l-għanijiet u l-portata tal-Qafas Strateġiku tal-UE għall-Qarn tal-Afrika ma' dawk tal-Istrateġija tal-UE għas-Sigurtà u l-Iżvilupp fis-Sahel; jinkoraġġixxi eżami bir-reqqa u b'mod konġunt tad-drittijiet tal-bniedem fiż-żewġ inizjattivi; jistieden ukoll lill-Unjoni Ewropea tinvolvi ruħha mar-Rappreżentanti Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għas-Sahel u għad-drittijiet tal-bniedem, flimkien mar-RSUE għall-Qarn tal-Afrika, meta jiġu indirizzati l-isfidi enormi f'dan ir-reġjun u timpenja ruħha fi djalogu sħiħ mas-sħab reġjonali għall-iskop ta' titjib tal-kooperazzjoni u tal-iżvilupp;

8.

Jirrikonoxxi u jsostni totalment il-bon offiċji tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għas-Sudan u għas-Sudan t'Isfel u ta' msieħba oħrajn tal-UE; jistieden lill-istituzzjonijiet u lill-Istati Membri kollha tal-UE jiżviluppaw u/jew iżommu djalogu kostruttiv maż-żewġ pajjiżi kif ukoll jikkontribwixxu għal proċess awtentiku ta' djalogu nazzjonali komprensiv għall-ġejjieni tal-poplu tas-Sudan u tas-Sudan t'Isfel;

9.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tas-Sudan u tas-Sudan t'Isfel jimplimentaw bis-sħiħ il-Ftehim Komprensiv ta' Paċi (CPA), li jistieden liż-żewġ Stati jittrattaw kwistjonijiet li jikkonċernaw il-kondiviżjoni tal-poter, iċ-ċittadinanza, id-dħul miż-żejt u l-qsim tad-dejn; jenfasizza li, minkejja differenzi importanti bejn il-gvernijiet ta' Kartum u ta' Ġuba, speċjalment dwar ir-referendum kontroversjali ta' Abyei li kellu jsir f'Ottubru 2013, hemm sinjali pożittivi ta' kooperazzjoni bejn iż-żewġ gvernijiet, bħall-inizjattiva li tippermetti movimenti transfruntalieri bħala pass preparatorju għall-istabbiliment ta' ftehimiet kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi; ifaħħar il-progress li sar mill-Unjoni Afrikana talli laqqgħet lill-Presidenti tas-Sudan u tas-Sudan t'Isfel biex iħeġġu l-implimentazzjoni ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni; jistieden lis-Sudan u lis-Sudan t'Isfel jissoktaw bin-negozjati fuq il-provvista taż-żejt fit-Tramuntana;

10.

Jistieden lis-Sudan t'Isfel u lis-Sudan jagħmlu l-aħjar użu mill-ġid u mill-potenzjal li r-riżorsi taż-żejt fir-reġjun jirrappreżentaw għaż-żewġ pajjiżi u biex jilħqu ftehim dwar l-arranġamenti ekonomiċi tranżitorji bejn iż-żewġ pajjiżi li għadhom ma ġewx solvuti;

11.

Jissottolinja l-importanza tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni, inkluż il-ftehimiet settorjali, bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel li kienu ffirmati f'Addis Ababa fis-27 ta' Settembru 2012; jenfasizza, madankollu, it-tħassib tiegħu dwar id-dikjarazzjoni unilaterali tal-gvern Sudaniż dwar dak li għandu x'jaqsam mal-għeluq tal-esportazzjonijiet taż-żejt mis-Sudan t'Isfel u l-iffriżar tal-ftehimiet settorjali kollha bħala miżura li tagħmel ħsara lill-ekonomija taż-żewġ pajjiżi u li żżid it-tensjonijiet reġjonali; jitlob liż-żewġ gvernijiet jikkollaboraw mal-Grupp ta' Implimentazzjoni ta' Livell Għoli tal-Unjoni Afrikana biex jerġgħu lura għall-Ftehim ta' Kooperazzjoni, itemmu l-appoġġ għall-gruppi ribelli armati, jirrispettaw bis-sħiħ iż-żona tal-fruntiera demilitarizzata sikura monitorata mill-Forza ta' Sigurtà Interim tan-NU għal Abyei, u biex jippreparaw referendum dwar il-futur tal-istatus ta' Abyei;

12.

Jistieden lill-gruppi u lill-partiti kollha tas-Sudan t'Isfel jiżviluppaw viżjoni komuni għal pajjiżhom u għal żvilupp paċifiku, prosperu u ekwu tiegħu; jipproponi lill-Gvern tas-Sudan t'Isfel li jikkunsidra t-tnedija ta' djalogu nazzjonali inklużiv bil-għan li jtemm il-kunflitti interetniċi u jikkunsidra relazzjonijiet paċifiċi;

13.

Jenfasizza l-importanza li lill-poplu tas-Sudan t'Isfel jintwera l-valur u l-effikaċja tal-Istat demokratiku l-ġdid tagħhom, inkluż il-ħolqien ta' gvern stabbli li ma joperax b'digrieti presidenzjali arbitrarji u jiżgura s-separazzjoni tas-setgħat eżekuttiv, leġiżlattiv u ġudizzjarju, jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u l-libertà tal-mezzi tal-komunikazzjoni, jipprevjeni u jikkumbatti l-korruzzjoni u joffri servizzi pubbliċi u infrastruttura, anki f'iż-żoni rurali 'l barra minn Ġuba; jiddeplora l-impatt tal-korruzzjoni f'dan l-Istat il-ġdid u jistieden lill-komunità internazzjonali ta' donaturi, fosthom l-Unjoni Ewropea, tivvaluta b'attenzjoni l-kapaċità tas-Sudan t'Isfel li jittratta din il-materja; jistieden barra minn hekk lis-Sudan t'Isfel iżid l-isforzi biex jegħleb il-korruzzjoni, inklużi inizjattivi tal-Presiden Kiir kontra uffiċjali għolja, filwaqt li jħeġġeġ lill-gvern ikompli fit-triq tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' żvilupp tiegħu, inkluż bid-diversifikazzjoni tal-ekonomija tiegħu lil hinn mid-dipendenza fuq l-esportazzjonijiet taż-żejt;

14.

Iħeġġeġ lis-Sudan t'Isfel jirratifika l-Ftehim ta' Cotonou bejn l-UE u l-Istati AKP, bil-għan li jippermetti l-impenn fit-tul tal-UE favur l-iżvilupp tas-Sudan t'Isfel, u jissottolinja li l-adeżjoni tas-Sudan t'Isfel mal-Ftehim bl-ebda mod ma għandha tolqot ir-rikonċiljazzjoni u r-relazzjonijiet kostruttivi mar-Repubblika tas-Sudan li, anzi, għandu interess fit-tul fl-iżvilupp prosperu tal-ġirien kollha tiegħu;

15.

Jistieden lill-istat tas-Sudan t'Isfel jirratifika malajr kemm jista' jkun il-konvenzjonijiet internazzjonali li jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem;

16.

Jistieden lill-imsieħba internazzjonali ewlenin, speċjalment lill-Istati Membri tal-UE, lill-Kummissjoni u lis-SEAE, iżommu l-impenn tagħhom lejn l-iżvilupp u l-bini tal-istat kif ukoll is-sigurtà tal-bniedem għall-poplu kollu tas-Sudan t'Isfel; jenfasizza l-ħtieġa li l-konsolidament tal-paċi, inkluża l-kwistjoni li jaffronta u jaċċetta l-passat, jintrabat mal-isforzi tal-bini tal-istat biex jiġi żgurat il-bini sostenibbli tal-Istat; isostni l-involviment tal-UE bħala msieħba ewlenija fil-kuntest tan-New Deal permezz ta' Patt għall-Bini tal-Istat (“State Building Compact”);

17.

Jistieden lill-imsieħba internazzjonali ewlenin, speċjalment lill-Istati Membri tal-UE, lill-Kummissjoni u lis-SEAE, iżommu l-impenn tagħhom lejn l-iżvilupp u l-bini tal-istat kif ukoll is-sigurtà tal-bniedem għall-poplu kollu tas-Sudan t'Isfel; isostni l-involviment tal-UE bħala msieħba ewlenija fil-kuntest tan-New Deal permezz ta' Patt għall-Bini tal-Istat (“State Building Compact”);

18.

Jissottolinja l-importanza tal-Unjoni Ewropea, li taħdem mal-imsieħba multilaterali u mad-donaturi, b'appoġġ għas-Sudan t'Isfel fil-mixja tiegħu lejn id-demokrazija; jilqa' pożittivament, f'dan il-kuntest, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea (USD 4,9 miljun) għall-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, li se tiffaċilita d-djalogu u l-komunikazzjoni fost it-tribujiet u l-clans differenti dwar kif għandhom jikkondividu r-riżorsi skarsi (ilma, mergħat) fil-kuntest ta' vjolenza bejn il-komunitajiet dejjem akbar; japprezza x-xogħol tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (Unesco) fil-konservazzjoni tal-arkivji storiċi bħala għodda importanti għas-Sudan t'Isfel fil-proċess tiegħu tal-bini ta' nazzjon; iħeġġeġ lill-Gvern tas-Sudan t'Isfel, meta titqies is-sensittività dejjem ikbar tal-komunità internazzonali rigward l-armi kimiċi, jiffirma u jirratifika kemm jista' jkun malajr il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni ta' l-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna u l-Użu ta' Armi Kimiċi u dwar il-Qerda tagħhom, kif ukoll trattati oħra dwar kontroll tal-armi u d-diżarm, inklużi dawk maħsuba li jieħdu ħsieb il-fluss illeċitu u mhux kontrollat ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir;

19.

Ifakkar li l-forom kollha ta' sostenn finanzjarju lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jeħtieġu strumenti adegwati ta' ġestjoni tar-riskji, għandhom ikunu kumplementari għall-modalitajiet l-oħrajn ta' għajnuna u għandhom ikuni akkumpanjati minn skrutinju parlamentari xieraq tal-baġit nazzjonali fil-pajjiż benefiċjarju, kif ukoll minn forom oħrajn ta' obbligu ta' rendikont u mill-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, u li tali miżuri għandhom bżonn ikunu garantiti u sostnuti kemm mill-gvern nazzjonali kif anki mid-donaturi ta' għajnuna rispettivi;

20.

Jinkoraġġixxi lis-SEAE, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għas-Sudan u għas-Sudan t'Isfel u lill-Kummissjoni jtejbu l-konoxxenza u l-viżibilità tal-kontributi ferm pożittivi tal-UE favur tranżizzjoni paċifika u demokratika u favur l-iżvilupp soċjoekonomiku tas-Sudan t'Isfel; jinsab imħasseb dwar il-fatt li t-tmiem tal-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għas-Sudan u għas-Sudan t'Isfel, f'mument meta għadd ta' impenji li jinsabu fil-Ftehim Komprensiv ta' Paċi tal-2005 u fil-Ftehim ta' Addis Ababa ta' Settembru 2012 għadhom mhumiex totalment onorati, jaf inaqqas ulterjorment il-viżibilità u l-kapaċità ta' influwenza tal-UE u tal-Istati Membri tagħha; jitlob l-proroga tal-mandat tar-Rappreżentant Speċjali minflok il-pjan li jżid lis-Sudan mal-mandat diġà mgħobbi żżejjed tar-Rappreżentant Speċjali għall-Qarn tal-Afrika;

21.

Jitlob rieżami regolari tal-Qafas Strateġiku tal-UE għall-Qarn tal-Afrika u tal-approċċ komprensiv tiegħu għas-Sudan u għas-Sudan t'Isfel sabiex jiġi żgurat li l-istrumenti ta' politika u r-riżorsi jitfasslu bħala appoġġ għall-proċess ta' paċi u l-bini tad-demokrazija, inkluż it-tħejjijiet għall-elezzjonijiet fl-2015; jikkonstata li mandati futuri, inkluż id-deċiżjonjiet biex jiġu integrati l-pożizzjonijiet, tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE f'dan ir-reġjun għandhom jitqiesu fil-kuntest ta' dan ir-rieżami tal-politika u bi tweġiba għar-realtajiet politiċi lokali;

22.

Jilqa' favorevolment il-fatt li l-UE, barra mill-għajnuna umanitarja, impenjat EUR 285 miljun fl-għajnuna għall-iżvilupp favur is-Sudan t'Isfel (eskluża l-għajnuna tal-Istati Membri) mill-2011, meta s-Sudan t'Isfel kiseb l-indipendenza;

23.

Jistieden lill-Istat ma jxekkilx lill-NGOs u lill-organizzazzjonijiet umanitarji milli jilħqu lill-popolazzjonijiet li huma f'żoni ta' kunflitt; ifakkar li dan l-ostaklu għall-NGOs u għall-organizzazzjonijiet umanitarji jirrappreżenta ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali;

24.

Jappoġġ li l-għajnuna tal-UE għas-Sudan t'Isfel tkun ikkonċentrata fuq l-agrikoltura, il-governanza demokratika u l-istat tad-dritt, l-edukazzjoni kif ukoll is-saħħa; jikkonstata li minkejja li l-liġijiet u r-regolamenti huma fis-seħħ, l-implimentazzjoni għadha lura; jilqa' pożittivament l-isforzi tal-Kummissjoni biex toffri sostenn għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tas-sistema ġuridika tas-Sudan t'Isfel, partikolarment, biex tagħti assistenza teknika lill-ġudikatura u lill-Qorti Suprema; jilqa' b'sodisfazzjon is-sostenn għall-Assemblea Leġiżlattiva Nazzjonali tas-Sudan t'Isfel;

25.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet tas-Sudan t'Isfel jaħdmu mal-komunitajiet u l-organizzazzjonijiet tan-nisa biex jagħtu u jippromwovu l-aċċess għall-edukazzjoni u għad-drittijiet u għas-servizzi tal-assistenza sanitarja sesswali u riproduttiva għall-bniet u n-nisa, inkluż l-aċċess għall-kontraċezzjoni u għall-ittestjar u l-kuri tal-HIV/AIDS;

26.

Jitlob biex il-proġetti ffinanzjati mill-UE jkunu sorveljati u vvalutati b'mod regolari, inkluż fir-rigward tal-progress lejn l-parità tal-ġeneru, u jappelal li l-Parlament jiġi informat bir-riżultati;

27.

Jappella li jittieħed kont tal-fehmiet tal-komunitajiet lokali, b'mod partikolari tan-nisa, sabiex ikunu jistgħu jitqiesu l-objettivi aktar ċari stabbiliti għall-proġetti, u sabiex dawk l-objettivi jkunu jistgħu jitfasslu skont is-sitwazzjoni fil-post kif ukoll skont l-iżviluppi;

28.

Jistieden lill-komunità internazzjonali, b'mod partikolari lill-UE u lill-Istati Membri tagħha fil-kuntest tal-azzjoni esterna tagħhom, u b'kooperazzjoni mas-sħab lokali u l-NGOs, jenfasizzaw l-importanza li l-bniet ikollhom aċċess għall-edukazzjoni primarja u li jsiru sforzi biex jiġi trattat l-illitteriżmu fost l-adulti li jċaħħad lis-Sudan t'Isfel minn kapital uman prezzjuż li l-pajjiż jeħtieġ għall-iżvilupp tiegħu u biex jissaħħaħ bħala Stat demokratiku;

29.

Jirrakkomanda li tiġi żviluppata mill-aktar fis sistema edukattiva li tforni persuni kkwalifikati biex jibnu u jmantnu l-infrastrutturi tas-Sudan t'Isfel bħat-toroq tiegħu, l-alloġġ, is-sistema ta' purifikazzjoni tal-ilma, l-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ, in-netwerks tal-elettriku, tal-informatika, tat-telefon, eċċ.;

30.

Jilqa' pożittivament is-sostenn tal-UE lill-Grupp ta' Implimentazzjoni ta' Livell Għoli tal-Unjoni Afrikana dwar is-Sudan (AUHIP) filwaqt li, fl-istess ħin, jappella għal rieżami tal-grupp bil-għan li jivvaluta l-effikaċja tiegħu; jiddispjaċih li s-sostenn tal-UE ma kienx dejjem viżibbli totalment;

31.

Jissottolinja l-bżonn ta' mekkaniżmi ta' sostenn li jkunu jippermettu distribuzzjoni u ġestjoni korretti u trasparenti tad-dħul miż-żejt; jistieden lill-awtoritajiet tas-Sudan t'Isfel u lill-Assemblea Leġiżlattiva Nazzjonali, kif ukoll lill-imsieħba u internazzjonali u lill-kumpaniji preżenti fis-Sudan t'Isfel, jikkontribwixxu għal aktar trasparenza fil-ġenerazzjoni u l-użu ta' dan id-dħul; jilqa' pożittivament l-adozzjoni reċenti tal-Liġi dwar il-Ġestjoni tad-Dħul miż-Żejt min-naħa tal-Assemblea Leġiżlattiva Nazzjonali; jitlob l-adozzjoni malajr fil-liġi mill-President u l-implimentazzjoni ta' malajr tal-modalitajiet kollha tal-Att;

32.

Jisħaq fuq il-bżonn li jsiru investimenti sostenibbli u importanti fl-infrastrutturi, fl-għoti tas-servizzi bażiċi u fl-iżvilupp agrikolu fis-Sudan t'Isfel; jinsisti li l-iżvilupp agrikolu għandu jkollu l-għan primarju li jiggarantixxi s-sigurtà tal-ikel għall-popolazzjoni u d-diversifikazzjoni tal-ekonomija nazzjonali, li tista' tkun ipperikolata mill-konċessjonijiet ta' art għammiela mogħtija lill-impriżi privati barranin għall-estrazzjoni u għall-esportazzjoni ta' kwantitajiet kbar ta' komoditajiet; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza tal-ordinament dwar il-pussess ta' art, tema fil-biċċa kbira traskurata fis-Sudan t'Isfel, li wasslet għal tilwim dwar kwistjonijiet dwar l-artijiet, fatt li jirrappreżenta waħda mill-kawżi primarji tal-kunflitt fil-pajjiż; jistieden lill-UE ssostni l-isforzi tal-governanza tat-territorju u t-tisħiħ tas-sigurtà tal-pussess tal-art, filwaqt li fl-istess ħin tqis l-arranġamenti informali lokali ta' riżoluzzjoni ta' tilwim u r-rikonoxximent tad-drittijiet tal-fondi ta' oriġini konswetudinarja;

33.

Iħeġġeġ lill-Gvern tas-Sudan t'Isfel irawwem id-diversifikazzjoni ekonomika u jnaqqas id-dipendenza fuq l-idrokarburi; iħeġġeġ lis-Sudan t'Isfel iżid il-produzzjoni lokali tal-ikel, jippromwovi l-industrija tal-esportazzjoni u jiżviluppa l-infrastruttura tat-trasport bil-għan li jiffaċilitaw l-aċċess għas-swieq;

34.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-kontribut li jistgħu jagħtu n-nisa għall-iżvilupp tal-agrikoltura u l-ekonomija rurali; iħeġġeġ lis-Sudan t'Isfel jieħu miżuri biex jippromwovi l-involviment tan-nisa f'dawn l-attivitajiet ekonomiċi;

35.

Ifakkar fl-importanza li jiġu żviluppati u mtejba l-infrastrutturi li jippermettu l-aċċess għall-ilma tax-xorb u għall-provvisti tal-ilma mtejba fil-pajjiż kollu; jirrakkomanda t-titjib tal-pjanijiet tal-investimenti fl-enerġija idrawlika;

36.

Jisħaq fuq il-fatt li biex is-sigurtà tal-bniedem għall-poplu kollu tas-Sudan t'Isfel tiġi żgurata jinħtieġ sforz imġedded tal-Gvern tas-Sudan t'Isfel u tal-imsieħba internazzjonali tiegħu biex jissuktaw bid-diżarm, demobilizzazzjoni u reintegrazzjoni (DDR) tal-gruppi armati u jwettqu riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) usa' li twassal għal tnaqqis fid-daqs tal-armata permanenti, kif ukoll għall-professjonalizzazzjoni tagħha, ir-rispett sħiħ għall-kontroll ċivili u għall-katina ta' kmand, kif ukoll aktar rispett għad-drittijiet tal-bniedem fost il-forzi armati; Jenfasizza l-ħtieġa ta' involviment kostruttiv u frekwenti mas-soċjetà ċivili tas-Sudan t'Isfel u mal-assoċjazzjonijiet tan-nisa biex tiġi trattata l-problema tal-insigurtà u jiġi promoss ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem inklużi d-drittijiet tan-nisa;

37.

Huwa mħasseb profondament li n-nisa u t-tfal tal-kunflitti armati fis-Sudan t'Isfel jirrappreżentaw il-maġġoranza assoluta tal-persuni spostati internament u tar-rifuġjati; jappella għal monitoraġġ effikaċi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-monitoraġġ ta' kwalunkwe vjolenza sesswali u sessista jew vjolazzjonijiet u abbużi kommessi kontra t-tfal; jistieden lill-partijiet kollha fil-kunflitt itemmu l-impunità ta' dawk ħatja;

38.

Iħeġġeġ lill-gvern tas-Sudan t'Isfel biex jiżgura l-parità tal-ġeneru u jiggarantixxi li n-nisa jgawdu mid-drittijiet u mil-libertajiet tagħhom mingħajr ma jkunu diskriminati fuq kwalunkwe bażi, bħal sess, razza, reliġjon jew twemmin kulturali jew oriġini nazzjonali jew soċjali;

39.

Jagħmel appell lill-awtoritajiet tas-Sudan t'Isfel bil-għan li jadottaw liġi fl-ambitu tad-dritt tal-familja li tistabbilixxi età minima għaż-żwieġ u l-kundizzjonijiet dwar il-kustodja tat-tfal kif ukoll liġi li tittratta l-vjolenza abbażi tal-ġeneru b'mod partikolari li tikkriminalizza l-prattiki tradizzjonali li jagħmlu l-ħsara bħall-mutilazzjoni ġenitali femminili;

40.

Iħeġġeġ lill-Gvern tas-Sudan t'Isfel jirratifika l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal;

41.

Jistieden li l-Gvern tas-Sudan t'Isfel ikompli jikkoopera bis-sħiħ mal-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika tas-Sudan t'Isfel (UNMISS) u jgħin lin-Nazzjonijiet Uniti fir-realizzazzjoni tal-mandat tagħhom, partikolarment il-protezzjoni taċ-ċivili; iħeġġeġ lill-Istati Membri tan-NU jonoraw l-impenn tagħhom fil-konfront tal-UNMISS filwaqt li, f'termini realistiċi, jadattaw, jekk hemm bżonn, il-mandat tagħha fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-kapaċità tal-awtoritajiet tas-Sudan t'Isfel li joffru sigurtà tal-bniedem matul is-snin li ġejjin;

42.

Jinsab sorpriż li n-Nazzjonijiet Uniti ma jagħtux, fid-dawl tal-kontribuzzjonijiet li tagħmel l-UE lill-baġit tagħhom, status speċjali lill-Unjoni matul il-missjonijiet elettorali biex tkun żgurata l-protezzjoni tal-osservaturi u l-appoġġ għall-funzjonament tajjeb tagħhom (partikolarment l-akkomodazzjoni sikura u l-aċċess għall-assistenza sanitarja;

43.

Jissottolinja l-importanza li l-Kostituzzjoni tranżitorja tiġi sostitwita b'Kostituzzjoni permanenti msejsa fuq il-konsultazzjoni u s-sostenn popolari; jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta' rieda politika min-naħa tal-gvern tas-Sudan t'Isfel; ifakkar b'insistenza lill-gvern l-obbligi tiegħu, skont digriet presidenzjali, li jistabbilixxi proċess ta' reviżjoni kostituzzjonali u jistieden lill-gvern jagħmel dan qabel l-elezzjonijiet tal-2015; jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha jakkumpanjaw u jsostnu proċess kostituzzjonali promoss u ġestit f'livell lokali, li jrid jinvolvi lill-gruppi kollha tas-soċjetà, fosthom in-nisa u dawk li jgħixu fir-reġjuni periferiċi; jitlob lid-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea f'Ġuba, invista tal-elezzjonijiet presidenzjali tal-2015, tissorvelja l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fir-rapport tal-missjoni ta' osservazzjoni elettorali tal-Unjoni fl-2011;

44.

Jilqa' pożittivament l-impenn li ħa l-President tas-Sudan t'Isfel biex jintlaħaq l-objettiv ta' rappreżentanza femminili ta' mill-inqas 25 % fil-kabinett u jistiednu jsaħħaħ il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-proċess kostituzzjonali li għaddej bħalissa; ifakkar li n-nisa jiżvolġu rwol fundamentali fir-riżoluzzjoni tal-kunflitti, fil-proċessi tal-konsolidament tal-paċi u fil-bini ta' stat stabbli; jistieden lill-awtoritajiet tas-Sudan t'Isfel, f'dan ir-rigward, jiżguraw li n-nisa jkunu totalment inklużi fl-implimentazzjoni tal-proċess ta' paċi mas-Sudan; jistieden lill-komunità internazzjonali tkompli tappoġġa l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-livelli kollha tal-ħajja pubblika;

45.

Iħeġġeġ lill-Gvern tas-Sudan t'Isfel iżid l-isforzi biex jistabbilixxi pjan direzzjonali, bil-għan li jsostni l-proċess ta' tranżizzjoni sakemm l-ordni kostituzzjonali u l-istat tad-dritt ikunu ġew stabbiliti mill-ġdid fil-pajjiż kollu, permezz tal-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet demokratiċi, liberi, ġusti u trasparenti fl-2015; jistieden lill-UE u lill-imsieħba internazzjonali jsaħħu s-sostenn tagħhom għall-proċess elettorali li ġej;

46.

Jikkonstata li mis-CPA fl-2005, saru sforzi intiżi li jintensifikaw il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, iżda l-qafas kontra l-korruzzjoni tas-Sudan t'Isfel għadu fil-fażijiet bikrin ta' żvilupp; jikkonstata wkoll li anki meta l-istrumenti ġuridiċi huma preżenti, in-nuqqas ta' kapaċità, riżorsi u rieda politika jista' jostakola l-implimentazzjoni tagħhom; jinkoraġġixxi lis-Sudan t'Isfel jirratifika l-konvenzjonijiet internazzjonali kontra l-korruzzjoni u jistieden lill-awtoritajiet tas-Sudan t'Isfel jiżviluppaw u jimplimentaw strateġija integrata kontra l-korruzzjoni; jenfasizza li l-komunità internazzjonali u l-UE għandhom jgħinu l-isforzi tas-Sudan t'Isfel f'dan il-qasam, b'mod partikolari billi jżidu l-appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet;

47.

Iħeġġeġ lill-Gvern tas-Sudan t'Isfel jippromulga kwalunkwe liġi fil-qasam tal-mezzi tal-komunikazzjoni sabiex tipproteġi l-libertà ta' dawn tal-aħħar u tissalvagwardahom fit-twettiq tar-rappurtar tagħhom;

48.

Jistieden lis-Servizz ta' Sigurtà Nazzjonali tas-Sudan t'Isfel itemm il-vessazzjonijiet fil-konfront tal-attivisti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ġurnalisti u d-detenzjoni illeġittima u ċ-ċensura tal-ġurnalisti, li jikkostitwixxu ksur tal-Kostituzzjoni tas-Sudan t'Isfel, li timponi lill-gvern jiggarantixxi l-libertà tal-istampa;

49.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tas-Sudan t'Isfel iwettqu investigazzjonijiet fil-pront, effikaċi u imparzjali dwar l-allegazzjonijiet kollha ta' theddid u attakki kontra l-attivisti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti u jobbligaw lil dawk responsabbli jagħtu kont, skont l-istandards internazzjonali; jilqa' b'sodisfazzjon il-provvedimenti reċenti li ħadu l-awtoritajiet biex jinvestigaw il-qtil ta' ċivili u l-allegati abbużi tad-drittijiet tal-bniedem min-naħa tal-forzi armati;

50.

Iħeġġeġ lill-Gvern tas-Sudan t'Isfel jagħmel dak kollu fis-setgħa tiegħu biex itemm l-eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji u jidentifika u jtella' l-qorti l-uffiċjali tas-sigurtà akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Isaiah Abraham;

51.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tas-Sudan t'Isfel isaħħu l-ġlieda kontra l-impunità billi jattrezzaw lill-komunità tal-ġustizzja u tal-eżekuzzjoni tal-liġi bi strumenti maħsuba biex jipprevjenu u jrażżnu l-vjolenza kontra n-nisa filwaqt li jiżguraw li l-awturi ta' dawn ir-reati jiġi kkundannat b'mod effikaċi;

52.

Jirrakkomanda li l-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem jistabbilixxi mekkaniżmu ta' segwitu sinifikanti dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan t'Isfel, bħal pereżempju, espert indipendenti;

53.

Jopponi b'mod qawwi l-piena tal-mewt fiċ-ċirkostanzi kollha u jistieden lis-Sudan t'Isfel jieħu provvedimenti speċifiċi biex jersaq lejn l-abolizzjoni ta' din il-piena;

54.

Jenfasizza li n-nisa fis-Sudan t’Isfel jaffaċċjaw forom multipli ta' diskriminazzjoni kif ukoll ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom, inkluż iż-żwieġ bikri u furzat mifrux, l-assenza ta' liġi dwar il-familja, il-parteċipazzjoni politika limitata tan-nisa fil-livelli kollha tal-gvern, u l-vjolenza sesswali u domestika; jistieden lill-Gvern tas-Sudan t'Isfel jelimina kull tip ta' diskriminazzjoni kontra n-nisa, jikkumbatti l-illitteriżmu billi jtejjeb l-aċċess għall-edukazzjoni lin-nisa, b'hekk itejjeb ir-rwol tagħhom fis-soċjetà u fil-bini ta' Stat ġdid; jistieden lill-Gvern tas-Sudan t'Isfel jiddefinixxi pjan ta' azzjoni nazzjonali bil-għan li jwaqqaf iż-żwieġ ta' minorenni billi jippromwovi, fost oħrajn, l-aċċess għall-edukazzjoni lit-tfal; iħeġġeġ lill-Gvern tas-Sudan t'Isfel, f'dan ir-rigward, u fid-dawl tal-fat li d-drawwiet tradizzjonali jaqdu rwol importanti fis-soċjetà tas-Sudan t'Isfel, iwaqqaf kull drawwa tradizzjonali diskriminatorja mwettqa kontra n-nisa billi jinvolvi lill-NGOs, pereżempju, bil-għan li jeduka lill-membri tal-ġudikatura fir-rispett tal-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

55.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien tal-ewwel Istitut ta' tagħlim tal-infermiera u qwiebel fl-isptar universitarju ta' Ġuba, iżda jinnota li huma meħtieġa aktar infermiera u qwiebel kwalifikati sabiex jiġi żgurat titjib sinifikanti tas-saħħa materna u infantili, u titwitta t-triq u jiġu stabbiliti aktar ċentri tas-saħħa msejsa fuq dan il-mudell fil-pajjiż kollu;

56.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-gvernijiet tas-Sudan t'Isfel u tas-Sudan, lill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tas-Sudan t'Isfel, lill-Assemblea Leġiżlattiva Nazzjonali tas-Sudan t'Isfel, lill-Assemblea Nazzjonali tas-Sudan, lill-Unjoni Afrikana u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.


(1)  ĠU C 332 E, 15.11.2013, p. 49.

(2)  ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 38.

(3)  ĠU C 131 E, 8.5.2013, p. 80.

(4)  ĠU C 45 E, 23.2.2010, p. 74.

(5)  http://eeas.europa.eu/eueom/pdf/missions/final-report-eueom-referendum-south-sudan-2011_en.pdf.

(6)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(7)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.

(8)  ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.

(9)  http://www.europarl.europa.eu/intcoop/acp/2012_horsens/pdf/soudan_en.pdf.

(10)  http://register.consilium.europa.eu/pdf/mt/11/st12/st12679-re01.mt11.pdf.

(11)  http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/EN/foraff/138254.pdf.

(12)  http://europa.eu/rapid/press-release_MEMO-12-524_en.htm.

(13)  http://ec.europa.eu/echo/files/funding/decisions/2013/HIPs/Sudan-SouthSudan_en.pdf.

(14)  http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_Data/docs/pressdata/EN/foraff/137507.pdf.

(15)  http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/EN/foraff/136969.pdf.

(16)  http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/EN/foraff/134590.pdf.

(17)  http://eeas.europa.eu/statements/local/local_statement_south_sudan_24072013_en.pdf.

(18)  http://timor-leste.gov.tl/wp-content/uploads/2010/04/Dili_Declaration_FINAL_12.04.20101.pdf.

(19)  http://www.oecd.org/dac/effectiveness/Final%20file.pdf, p. 39.

(20)  http://www.oecd.org/countries/southsudan/48697972.pdf.

(21)  http://wdronline.worldbank.org/worldbank/a/c.html/world_development_report_2011/abstract/WB.978-0-8213-8439-8.abstract.

(22)  http://appablog.wordpress.com/2013/07/31/report-of-the-african-union-high-level-implementation-panel-for-sudan-and-south-sudan/.

(23)  http://www.un.org/sg/statements/index.asp?nid=6644.

(24)  http://www.sudantribune.com/IMG/pdf/Two_Areas_Agreement.pdf.

(25)  http://www.ohchr.org/Documents/HRBodies/HRCouncil/RegularSession/Session21/A-HRC-21-34_en.pdf.

http://www.ohchr.org/Documents/HRBodies/HRCouncil/RegularSession/Session21/A.HRC.21.62_en.pdf. http://www.ohchr.org/Documents/HRBodies/HRCouncil/RegularSession/Session23/A-HRC-23-31_en.pdf.

(26)  http://www.rssnegotiationteam.org/historic-september-27-peace-agreements.html.

(27)  http://www.amnesty.org/en/region/south-sudan/report-2013.

(28)  http://www.hrw.org/reports/2013/03/07/old-man-can-feed-us-you-will-marry-him-0.

(29)  Aħbarijiet u analiżi umanitarji, Rapport dwar is-“Sigurtà tan-Nisa fis-Sudan t'Isfel” 2012.

(30)  Conflict and Health, Marzu 2013.

(31)  Agenzija tan-NU tar-Rifuġjati, “CAP for South Sudan, Mid-Year Review 2013”.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/57


P7_TA(2013)0547

CARS 2020: lejn industrija tal-karozzi Ewropea b'saħħitha, kompetittiva u sostenibbli

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar CARS 2020: lejn industrija tal-karozzi Ewropea b'saħħitha, kompetittiva u sostenibbli (2013/2062(INI)).

(2016/C 468/09)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 173 tat-Titolu XVII tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ex Artikolu 157 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea), li jkopri l-politika industrijali u jirreferi, b’mod partikolari, għall-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “CARS 2020: pjan ta’ azzjoni għal industrija tal-karozzi kompetittiva u sostenibbli fl-Ewropa” (COM(2012)0636) ,

wara li kkunsidra r-rapporti tal-Grupp ta’ Livell Għoli “CARS 21” għall-Kompetittività u t-Tkabbir Sostenibbli tal-Industrija tal-Karozzi fl-Unjoni Ewropea” (2012) (1) u “Sistema Regolatorja Kompetittiva tal-Karozzi għas-Seklu 21” (2006) (2),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Industrija Ewropea aktar b’saħħitha għat-tkabbir u l-irkupru ekonomiku” (COM(2012)0582),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kumitat għall-“Kompetittività” tal-10 u l-11 ta’ Diċembru 2012 dwar id-sitwazzjoni tal-industrija Ewropea u dwar is-sitwazzjoni partikolari tal-industrija tal-karozzi,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0391/2013),

A.

billi l-industrija tal-karozzi hija parti kbira tal-katina tal-produzzjoni industrijali kif ukoll fattur ta’ kompetittività, tkabbir u impjiegi fundamentali għall-Ewropa;

B.

billi l-industrija tal-karozzi Ewropea, minkejja l-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali ta’ proporzjonijiet bla preċedent, għandha rwol importanti fl-iżgurar taż-żamma ta’ ċerti kompetenzi u setturi ta' produzzjoni fl-Ewropa, u din teħtieġ azzjoni koordinata fl-UE;

C.

billi s-sitwazzjoni ekonomika attwali mhijiex l-unika kawża ta' din il-kriżi u billi dak li huwa meħtieġ hija riforma sħiħa tal-approċċ tagħna lejn il-mobilità fis-seklu 21, peress li l-mobilità hija fattur ewlieni sabiex jitkattar it-tkabbir ekonomiku;

D.

billi l-industrija tal-karozzi bħalissa qed tesperjenza l-effetti ta' rivoluzzjoni li għaddejja fil-livell globali, bi tnaqqis jew staġnar tad-domanda fl-Ewropa, billi hemm ċaqliq kemm fid-domanda u kemm fil-produzzjoni lejn l-ekonomiji emerġenti, billi hemm bidla żgħira iżda li tinħass fis-sorsi tal-enerġiji li jintużaw, u billi qed issir id-diġitalizzazzjoni ta' partijiet u funzjonijiet komponenti, li qed iġġib livelli akbar ta' produttività, li min-naħa tagħhom qed iġibu bidliet kbar fil-katina tal-valur;

E.

billi l-industija tal-karozzi tal-Ewropa għadha fuq-quddiem fil-livell globali fir-rigward tar-riċerka u l-innovazzjoni u għalhekk teħtieġ li terġa' tikseb il-kompetittività u l-produzzjoni sostenibbli matul il-produzzjoni u l-katina tal-valur sħiħa;

F.

billi waħda mis-soluzzjonijiet għall-problema ta’ kapaċitajiet żejda ta’ produzzjoni tinsab fil-konverżjoni ta' kapaċitajiet lejn setturi industrijali oħrajn, bħat-trasport pubbliku u l-enerġija rinnovabbli u fl-investiment f'infrastrutturi sostenibbli;

Il-governanza politika

1.

Japprova l-istrateġija ġdida tal-Kummissjoni li tniedi politika industrijali Ewropea ġdida, b'mod partikolari għall-industrija tal-karozzi sostenibbli, li tinsab fil-qalba tal-ekonomija Ewropea;

2.

Jistenna li l-Kummissjoni Ewropea tikkoordina b’mod aktar effiċjenti il-ħiliet tagħha sabiex tiżgura li r-rakkomandazzjonijiet ta’ CARS 2020 isiru verament operattivi u jiġu ssorveljati mill-Grupp ta' Livell Għoli sabiex ma jerġax iseħħ il-falliment tal-ewwel fażi tal-proċess “CARS 21” (Diċembru 2005) fejn il-konklużjonijiet milħuqa ma ġewx segwiti bl-azzjoni neċessarja; jitlob lill-Kummissjoni, għaldaqstant, biex tistabbilixxi skeda ċara ta' miżuri mgħaġġla u, fir-rispett tal-kompetenzi tagħha, tinqeda mid-dritt ta’ inizjattiva tagħha, partikolarment billi tfassal linji gwida, biex tikkoordina u tibni fuq l-azzjoni mill-Istati Membri u mill-kumpaniji, biex jiġu żgurati standards ta' għajxien deċenti għaċ-ċittadini tal-UE u biex jiġu kkonsolidati l-industriji tal-UE, b'enfasi fuq it-tkabbir ekonomiku u fl-impjiegi u l-irkupru tas-suq;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżviluppa pjanijiet direzzjonali trasversali li jkopru l-iżvilupp fis-settur tal-enerġija, fis-settur tat-trasport u fis-settur tal-ICT;

4.

Jemmen li l-azzjoni tal-Kummissjoni f’dan is-settur hija mxekkla b'diversi restrizzjonijiet u nuqqas ta’ mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni tal-politika; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta studju li jesponi l-lakuna bejn l-ambizzjonijiet u l-mezzi disponibbli għaliha, bħala l-bażi għal dibattitu bejn il-Kunsill u l-Parlament;

5.

Jemmen li l-Kummissjoni għandha tqis is-settur tal-karozzi kollu kemm hu, b’mod partikolari s-sottokuntratturi, il-bejjiegħa bl-imnut u n-negozji tas-suq tal-assistenza wara l-bejgħ, fil-proċessi kollha futuri tat-tfassil tal-politika li jinvolvu s-settur;

6.

Jilqa’ l-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill Kompetittività fil-laqgħa tiegħu ta’ Diċembru 2012 dwar il-politika industrijali; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jippersistu fl-isforzi tagħhom biex jirrevoluzzjonaw il-politika industrijali fis-settur tal-karozzi u biex jistabbilixxu arranġamenti ġodda għal kooperazzjoni fil-livell Ewropew f'dak is-settur; jinnota li din il-kooperazzjoni iktar mill-qrib fil-qasam tal-politika industrijali għas-settur tal-karozzi tista’ ssir fil-livell tal-Unjoni jew fuq bażi volontarja bejn għadd ta' pajjiżi;

7.

Jistieden lill-Istati Membri jwettqu riformi kkoordinati u strutturati sewwa mmirati lejn it-tisħiħ tal-kompetittività, bħall-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni, il-bini tal-kompetenzi, it-tnaqqis tal-ispejjeż indiretti, it-tisħiħ tal-flessibilità tax-xogħol abbażi ta' djalogu soċjali, it-tnaqqis tal-burokrazija u t-tnaqqis fiż-żminijiet għall-ħlas;

8.

Jemmen li huwa essenzjali, sabiex terġa’ tinbena l-fiduċja fl-UE, li l-Unjoni ttejjeb l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tagħha u l-mod kif jiġi kkomunikat il-pjan ta' azzjoni lill-pubbliku ġenerali, lill-investituri u lill-kumpaniji;

L-industrija u l-produzzjoni tal-karozzi fl-UE

9.

Iqis li huwa essenzjali li jinżammu u jissaħħu aktar ir-riċerka koeżiva u dinamika, il-manifattura, il-produzzjoni u l-valur, u l-katini tal-innovazzjoni fl-UE b'enfasi fuq il-produzzjoni ta' vetturi sostenibbli; huwa tal-fehma li sabiex tiġi żgurata ż-żamma tal-kompetittività fil-futur fl-Ewropa, l-industrija tal-karozzi għandha tinvolvi ruħha f'ċirku virtuż li jintegra l-innovazzjoni, l-impjieg, il-kompetittività, is-saħħa, l-ambjent u l-mobilità;

10.

Jirrimarka li l-ispejjeż tax-xogħol fl-industrija tal-karozzi jammontaw biss għal bejn 13 u 20 % tal-valur miżjud; barra minn hekk, jirrimarka li l-kompetittività globali hija żgurata biss permezz tal-innovazzjoni fil-katina tal-produzzjoni u permezz tal-flessibilità fil-proċessi tal-produzzjoni, u li dan għandu jiġi nnegozjat b’mod xieraq mal-ħaddiema.

11.

Jenfasizza l-importanza li tinżamm u tissaħħaħ il-bażi tal-produzzjoni fl-Ewropa sabiex jiġu żgurati standards ta’ għajxien deċenti għaċ-ċittadini tagħha u jiġu kkonsolidati l-industriji tagħha bil-għan li jinkisbu tkabbir u rkupru ekonomiku;

12.

Jilqa' l-fatt li s-suq Ewropew huwa fi stat ta’ tnaqqis u ta’ kriżi, inkluż is-settur tal-karozzi; madankollu jiddispjaċih li l-Kummissjoni qed tonqos milli tanalizza r-raġunijiet fundamentali għal dan it-tnaqqis, bħaċ-ċirkostanzi li jvarjaw b'mod wiesa' fl-industrija (kumpaniji, segmenti u tipi ta’ swieq, prodotti, setturi) u l-ħafna bidliet strutturali li qed isiru fid-domanda (demografiċi, soċjoloġiċi, ta’ mġiba, ekonomiċi u tekniċi); jemmen għalhekk li l-miżuri speċifikament imfassla għaċ-ċirkostanzi tal-individwu għandhom isiru kemm fil-livell nazzjonali u kemm fil-livell Ewropew, b’mod parallel ma’ azzjoni trasversali mal-Ewropa kollha sabiex tiġi stimulata d-domanda;

13.

Iqis li mudelli ġodda ta' mġiba ta' mobilità huma għodda b'saħħithom biex jagħtu spinta lill-kompetittività tas-settur tal-karozzi Ewropew, bħan-netwerks tat-trasport pubbliku u multimodali, il-ġestjoni tat-traffiku, bliet intelliġenti, car-sharing u skemi ta' multipropjetà;

14.

Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni qed tonqos milli tindirizza l-kwistjoni ta' kapaċità żejda, minkejja l-fatt li hemm problema esperjenzata mill-industrija kollha u li għandha riperkussjonijiet inevitabbli fuq terminu ta' żmien qasir u medju (katina, impjiegi, ekonomija reġjonali); għalhekk jitlob lill-Kummissjoni sabiex, mal-ewwel opportunità, tissottometti:

a.

studju dwar l-iskala tal-kapaċità żejda fl-Ewropa u l-aħjar prattika biex tiġi indirizzata din il-problema, inkluż barra mill-UE (l-Istati Uniti);

b.

pjan ta’ azzjoni li jiddeskrivi l-għodod politiċi kollha disponibbli f'dan il-qasam, b’mod partikolari dawk li jinvolvu r-riċerka u l-innovazzjoni;

c.

proposti għal appoġġ aktar attiv u koordinat lill-ħaddiema u l-kumpaniji tas-settur tal-karozzi biex jippromwovu l-konverżjoni tal-kompetenzi u l-impjieg lejn setturi oħra li qed jikbru;

15.

Fir-rigward tar-ristrutturar:

a.

jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi mill-ġdid it-task force biex issegwi l-operazzjonijiet prinċipali ta' ristrutturazzjoni, kif ukoll il-pubblikazzjoni tal-Green Paper dwar il-prattiki effettivi fil-qasam tar-ristrutturazzjoni (COM(2012)0007);

b.

jitlob lill-kumpaniji u lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni u l-isforzi tagħhom biex jantiċipaw l-aġġustamenti industrijali, sabiex jiġu evitati riperkussjonijiet negattivi li jxekklu l-koeżjoni tal-proċess tal-produzzjoni industrijali (impjiegi, produzzjoni);

c.

jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw pjanijiet ta’ konverżjoni b’mod koordinat sabiex jappoġġjaw reġjuni li qed jaffaċċjaw telf drastiku ta’ impjiegi fis-settur tal-karozzi, u jitlob li jsir użu integrat, fil-proċess, tal-istrumenti kollha fil-livell Ewropew (BEI, FSE u FEŻR) u l-istrumenti nazzjonali biex jassistu lill-ħaddiema affettwati u jidderiġuhom mill-ġdid lejn impjiegi alternattivi f’setturi relatati, eż. l-enerġija alternattiva, u biex tkun ottimizzata t-teknoloġija tal-karozzi disponibbli;

d.

jenfasizza wkoll ir-rwol ċentrali u r-responsabbiltà tal-kumpaniji u tal-gvernijiet reġjonali fil-politika ta’ konverżjoni, b’mod partikolari billi jtejbu t-taħriġ tal-ħaddiem, iżda wkoll billi jagħmlu disponibbli postijiet battala għall-iżvilupp soċjoekonomiku u l-konverżjoni tar-reġjuni kkonċernati;

16.

Jiġbed l-attenzjoni kemm tal-Istati Membri u kemm tal-kumpaniji għall-fatt li r-ragruppament (ix-xiri konġunt, l-arranġamenti ta' kooperazzjoni, il-konsorzji, il-fużjonijiet) jipprovdi mezz għaż-żamma tal-kompetittività quddiem kompetizzjoni ħarxa li qed tiżdied minn barra l-UE;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jsaħħu l-għodod speċifiċi biex jiżdied l-aċċess ta' swieq kapitali għall-SMEs u l-kumpaniji ta’ daqs medju, b’mod partikolari billi joħolqu punti uniċi ta’ servizz territorjali; iqis li l-SMEs u l-kumpaniji ta’ daqs medju huma l-ewwel vittmi tal-kriżi, b’mod partikolari fis-sottokuntrattar, id-distribuzzjoni u l-bejgħ u l-assistenza ta’ wara l-bejgħ; jirrimarka, fl-istess waqt, li dawn il-kumpaniji huma ta' benefiċċju minħabba d-daqs u r-rispons tagħhom li jippermettilhom li jindirizzaw it-tibdil, u li huma spiss kienu s-sors ta' bosta avvanzi teknoloġiċi; għalhekk iqis li d-diversifikazzjoni tal-opportunitajiet kummerċjali (permezz ta' internazzjonalizzazzjoni u parteċipazzjoni fi proġetti ġodda) tal-SMEs u tal-kumpaniji ta’ daqs medju hija mezz ta’ żvilupp li għandu jintuża;

18.

Itenni l-importanza tal-konformità mal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika fl-għażla tal-istandards sabiex ikunu mħarsa l-investimenti ta' dawk li jagħmlu l-ewwel pass, u b'hekk tiġi inkoraġġata l-innovazzjoni fis-settur;

Riżorsi umani

19.

Jemmen li l-għarfien imsawwar mill-ħaddiema fl-industrija tal-karozzi huwa ta' benefiċċju għall-Ewropa; jilqa' t-twaqqif tal-Kunsill Ewropew tal-Ħiliet fl-Industrija tal-Karozzi fl-2013, u jittama li dan il-Kunsill jidentifika malajr politiki effettivi f'dan il-qasam;

20.

Jilqa' d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiswir tal-ħiliet u l-iżvilupp tal-kompetenzi bħala l-bażi għal vantaġġ kompetittiv li jħalli effett fit-tul;

21.

Jemmen li, bħalissa, hemm differenza bejn is-suq tax-xogħol u l-ħtiġijiet tas-settur (domanda kbira għal ħaddiema tas-sengħa); iqis li huwa importanti ħafna, f'dan ir-rigward, li mhux biss jiġu adattati l-istrateġiji pubbliċi ta’ taħriġ (promozzjoni tal-korsijiet u t-taħriġ vokazzjonali tax-xjenza, tat-teknoloġija, tal-inġinerija u tal-matematika) iżda wkoll l-istrateġiji tat-taħriġ tal-kumpaniji (b’mod partikolari billi jestendu s-sistemi tat-taħriġ doppju) biex jippermettu li l-kumpaniji jżommu u jħajru ħaddiema kwalifikati ħafna;

22.

Jitlob lill-Istati Membri biex jagħmlu aġġustamenti fil-leġiżlazzjoni li huma meħtieġa għal djalogu soċjali u relazzjonijiet tax-xogħol aktar miftuħa u kostruttivi li jaffettwaw l-organizzazzjoni tax-xogħol (eż. ftehimiet settorjali, l-involviment tal-ħaddiema); jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw u jsegwu l-aħjar prattiki;

23.

Jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-kumpaniji għandhom itejbu l-għoti ta' taħriġ ulterjuri għall-ħaddiema, sabiex jantiċipaw il-bżonnijiet tal-ġejjieni u jkun possibbli li, f'każ ta' telf ta' impjiegi f'settur partikolari, il-ħiliet tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja jintużaw tajjeb f'setturi li qed jikbru;

Innovazzjoni u teknoloġija

24.

Jemmen li l-innovazzjoni teknoloġika hija l-fattur ewlieni għall-kompetittività ta’ din l-industrija; jitlob għal approċċ teknoloġikament newtrali; jafferma mill-ġdid l-impenn tiegħu biex jiżgura li jintlaħqu l-objettivi ta’ Ewropa 2020 u li jiġu żviluppati mezzi ta’ trasport ekonomiċi u sostenibbli u metodi ġodda ta’ produzzjoni;

25.

Jenfasizza, li proġetti integrati ta’ innovazzjoni li jkopru l-katina kollha tal-valur, huma kruċjali għat-tisħiħ tal-kompetittività;

26.

Huwa tal-fehma li l-għarfien u l-innovazzjoni jistgħu jiffurmaw il-bażi ta’ vantaġġ kompetittiv li jħalli effett fit-tul għall-industrija tal-karozzi Ewropea meta l-pass li bih jiġu introdotti soluzzjonijiet innovattivi jipprekludi l-possibbiltà li jiġu imitati, u meta l-mezz użat għall-protezzjoni tal-innovazzjoni u fil-ġlieda kontra l-ispjunaġġ industrijali jiżgura li huwa possibbli li jitwettaq ritorn fuq l-investiment mingħajr ma ssir ħsara lill-konsumaturi; jemmen li l-oqsma li fihom se jsir vantaġġ innovattiv fis-suq Ewropew huma ċċentrati fuq kunsiderazzjonijiet ambjentali u ta’ sigurtà;

27.

Jafferma li jeżistu żewġ strateġiji effettivi għall-kompetittività fl-industrija tal-karozzi Ewropea: strateġija ta’ tmexxija tal-ispejjeż u strateġija ta’ divrenzjar; iħoss li l-applikazzjoni ta’ kombinazzjoni taż-żewġ strateġiji toħloq diffikultajiet u tkun inqas effettiva, minħabba li tkun teħtieġ perspettiva iktar ġenerali dwar ir-riċerka innovattiva;

28.

Jinnota li l-industrija tal-karozzi Ewropea kisbet diversi suċċessi permezz tal-istrateġija tat-tmexxija tal-ispejjeż, permezz ta’ mudelli popolari bi prezz baxx li jiċċirkolaw fis-suq Ewropew (eż. produtturi bħal Škoda, Dacia u Nissan);

29.

Jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni fir-rigward tal-avvanzi teknoloġiċi, iżda jirrimarka li l-projezzjonijiet tagħha għall-ħolqien ta' valur miżjud, tal-opportunitajiet u l-impjiegi kummerċjali huma soġġetti għal diversi kundizzjonijiet;

30.

Iqis bħala essenzjali li titrawwem ir-riċerka u l-iżvilupp b'enfasi fuq teknoloġiji sostenibbli u b'livell baxx ta' emissjonijiet, li fihom l-Ewropa qiegħda minn ta' quddiem, sabiex tonqos id-dipendenza tal-Ewropa fuq enerġija importata; jirrimarka li dawn jinkludu vetturi elettriċi u ibridi, fjuwils alternattivi, ħażna tal-enerġija mobbli, u l-iskjerament ta' netwerks u infrastrutturi neċessarji ta' distribuzzjoni, iżda jiddispjaċih il-fatt li dawn it-teknoloġiji għadhom ma ħarġux fis-suq; jistenna li tittieħed azzjoni bil-għan biex:

it-teknoloġiji jibqgħu kemm jista’ jkun viċin tal-aspettattivi tas-suq tal-UE u dak internazzjonali u jiżgura li dawn se jiġu aċċettati mill-bejjiegħa tal-karozzi, u

jitqiesu r-riperkussjonijiet kollha ambjentali u soċjali marbuta maċ-ċiklu tal-ħajja tal-vettura, mill-produzzjoni sar-rimedjazzjoni tagħha;

31.

Huwa tal-fehma li sabiex l-industrija tal-karozzi Ewropea tkun kompetittiva, għandha ssir profittabbli billi tgħin fl-iżvilupp ta’ industriji li jikkooperaw fil-forniment ta’ kontributi irħas minn ġewwa l-Ewropa, bħal: azzar, ħadid fondut, xogħol tal-forġa, tapizzerija, tajers u komponenti elettroniċi;

32.

Jemmen li l-isforzi tal-UE għandhom ikunu bbażati fuq strateġija ta' divrenzjar li tiddependi fuq għadd ta' prijoritajiet immirati biex jiġi kkonsolidat il-vantaġġ teknoloġiku tal-Ewropa, inkluż:

a.

il-konverġenza teknoloġika, b’mod partikolari dwar l-istandards ta’ qabel il-produzzjoni u d-distribuzzjoni;

b.

l-iżvilupp tal-ekoinnovazzjonijiet (vetturi eħfef, aktar effiċjenti, li jniġġsu anqas u li jistgħu jiġu riċiklati aktar faċilment, teknoloġiji abilitanti essenzjali, batteriji u ħażna tal-enerġija, assistenza għas-sewwieqa, kumdità, karozzi konnessi), tas-sigurtà u tal-aċċessibbiltà (sewwieqa b'diżabbiltà jagħmlu użu minnhom), li jagħmlu prodotti Ewropej differenti minn oħrajn;

c.

il-kooperazzjoni fil-livell Ewropew u internazzjonali fl-oqsma li għadhom mhux sfruttati ħafna, b’mod partikolari fil-qasam tal-propulsjoni,

d.

it-tisħiħ tat-tmexxija tal-Ewropa fl-istandards internazzjonali li jiżguraw li l-Ewropa tibqa' minn ta' quddiem fit-teknoloġija fis-swieq globali, filwaqt li titqies l-importanza tal-armonizzazzjoni internazzjonali għall-aċċess ta' swieq ġodda;

e.

il-mekkaniżmi, bħall-proċedura li tkejjel il-konsum tal-fjuwil, li qed issir aspett importanti tal-kompetittività għall-industrija globali tal-karozzi fuq is-suq Ewropew, jiżguraw li l-manifatturi Ewropej huma protetti minn kompetizzjoni inġusta;

f.

l-iskjerament tal-infrastruttura għall-karozzi elettriċi u għall-fjuwils alternattivi;

33.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jistimulaw il-ħolqien ta’ clusters transnazzjonali, gruppi ta’ kompettitività u netwerks kollaborattivi pubbliċi u privati b'enfasi fuq il-mobilità tal-futur u jiġġeneraw proċess regolari ta’ innovazzjonijiet (prototipi);

34.

Jirrimarka li r-riċerka u l-iżvilupp jeħtieġu finanzjament sostanzjali (riskju xjentifiku, ċiklu twil ta’ investiment) u jiddispjaċih, f'dan ir-rigward, il-fatt li l-Ewropa għadha ma laħqitx il-mira li talloka 3 % tal-PDG għar-riċerka u l-iżvilupp; iqis li t-tnaqqis ippjanat mill-Istati Membri għall-baġits tal-COSME u għall-programmi tal-Horizon 2020 se jagħmlu ħsara, b'mod partikolari, lill-intestaturi tal-baġit relatati mat-trasport;

35.

Jinnota li s-settur tal-karozzi huwa sors ta' investiment privat sostanzjali fir-riċerka u l-innovazzjoni; jirrimarka, madankollu, li sakemm ir-riċessjoni tkompli taffettwa lis-suq Ewropew, il-fondi tal-UE bħall-Horizon 2020 u COSME jistgħu jistimulaw investiment privat fis-settur; jenfasizza l-ħtieġa li titkompla t-tfittxija għal approċċ ambizzjuż għall-finanzjament tal-inizjattiva green car u l-iżvilupp tal-SMEs, li huma prijoritajiet ċari; jirrimarka li l-awtoritajiet reġjonali u lokali, skont il-kompetenzi tagħhom, għandhom diversi għodda biex jappoġġjaw l-industrija tal-karozzi b'mod attiv;

36.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu provduti riżorsi finanzjarji adegwati fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 għar-ristrutturar tas-settur u għall-ammeljorament u l-immodernizzar tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju tiegħu, biex tiżdied il-produttività u jiġu promossi oġġetti prodotti nazzjonalment mis-settur;

Ir-regolamentazzjoni

37.

Jenfasizza l-ħtieġa għall-prinċipju ta' “regolamentazzjoni intelliġenti”, bħala approċċ koerenti rigward leġiżlazzjoni li jkollha impatt fuq l-industrija tal-karozzi, li għandha tiġi implimentata mal-ewwel opportunità; jirrimarka li minkejja li din kienet waħda mir-rakkomandazzjonijiet li ġiet mill-ewwel grupp ta’ “CARS 21” (2005), din s'issa baqgħet ma ġietx ikkunsidrata; jenfasizza l-importanza vitali ta' regolamentazzjoni intelliġenti sabiex jiġi inkoraġġit investiment fis-settur tal-karozzi;

38.

Huwa tal-fehma li l-moratorju propost mill-Kummissjoni fuq kwalunkwe leġiżlazzjoni ġdida li jista' jkollha impatt ħażin fuq is-sitwazzjoni ekonomika fis-settur qed jikkontribwixxi biex tinkiseb kompetittività fit-tul u qed jgħin biex jipprovdi risposti adegwati għall-isfidi ambjentali;

39.

Jenfasizza l-importanza ta’ termini ta’ żmien raġonevoli sabiex l-industrija tkun tista’ tadatta faċilitajiet ta’ produzzjoni u tinvesti fis-sistema industrijali;

40.

Jitlob għal reviżjoni, jekk xieraq, ta’ ċerti politiki u deċiżjonijiet li diġà ttieħdu, iżda li jistgħu jfixklu t-trasformazzjoni sostenibbli tal-industrija tal-karozzi; jitlob lill-Kummissjoni tniedi evalwazzjoni ex-post dwar leġiżlazzjoni adottata u n-nuqqas ta' implimentazzjoni jew implimentazzjoni ħażina tal-leġiżlazzjoni adottata;

41.

Jitlob lill-manifatturi Ewropej iżommu u jsaħħu l-leġiżlazzjoni attwali tal-UE dwar il-garanziji statutorji;

42.

Huwa tal-fehma li l-garanziji kummerċjali għall-prodotti tal-karozzi Ewropej huma wisq għal żmien qasir u huma sproporzjonati għal-livelli għolja tagħhom ta’ affidabbiltà u li dan ipoġġihom fi żvantaġġ kompetittiv profond fir-rigward ta’ garanziji kummerċjali offruti minn manifatturi ta’ pajjiżi terzi (eż. il-Ġappun u l-Korea ta’ Isfel);

43.

Iqis bħala essenzjali li jiġu armonizzati r-regolament tekniċi mal-UE kollha fil-ġlieda kontra kull distorsjoni artifiċjali tal-kompetizzjoni; jenfasizza l-ħtieġa għall-armonizzazzjoni u t-titjib tal-proċedura ta' ttestjar li bħalissa qed jirriżultaw f'diskrepanzi sinifikanti rigward ċifri tal-konsum għal ċerti manifatturi; jitlob lill-Kummissjoni biex tirreaġixxi għall-problema li l-konsumaturi qed jiġu mqarrqa minn informazzjoni mhux rappreżentattiva dwar il-konsum tal-fjuwil tal-vetturi u l-prestazzjonijiet ambjentali; jappoġġja l-iżvilupp ippjanat ta' ċiklu tat-test tas-sewqan ġdid u preċiż u proċeduri li jirriflettu l-kundizzjonijiet reali tas-sewqan, u jitlob li dawn jiġu introdotti mingħajr dewmien;

44.

Jinkoraġġixxi lill-intrapriżi Ewropej li huma involuti fil-produzzjoni tal-prodotti tal-karozzi biex iżidu l-kooperazzjoni tagħhom fis-suq uniku permezz ta’ standardizzazzjoni Ewropea, ċertifikazzjoni, unifikazzjoni u disponiment kif ukoll permezz ta’ segmentazzjoni volontarja tas-suq;

45.

Jemmen li hemm ħtieġa li titjieb b'mod sinifikanti s-sikurezza fit-toroq tal-UE billi tittieħed azzjoni fuq vetturi, infrastruttura u mġieba tas-sewwieq; jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni magħrufa bħala eCall, li permezz tagħha l-vetturi jagħmlu telefonati awtomatiċi għas-servizzi ta’ emerġenza f’każ ta’ inċident serju;

46.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isaħħu l-protezzjoni tad-dritt ta' propjetà intelletwali fil-livell internazzjonali u jintroduċu strateġija ta' kunfidenzjalità tan-negozju fil-livell tal-UE, bil-għan favur il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-ispjunaġġ industrijali; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-iżvilupp teknoloġiku huwa qasam sensittiv u vulnerabbli;

Riżorsi Finanzjarji

47.

Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri biex jarmonizzaw, jottimizzaw u jsaħħu l-użu tal-mezzi finanzjarji disponibbli biex jistimulaw l-investiment fil-mobilità sostenibbli lil hinn mis-sussidji pubbliċi, permezz ta’ inċentivi fiskali għall-SMEs (krediti tat-taxxa għar-riċerka, bonus/malus ekoloġiku, skemi għall-iskrappjar) u strumenti finanzjarji kemm privati (fondi ta’ kapital fir-riskju, “investituri providenzjali”) u kemm pubbliċi (il-Bank Ewropew għall-Investiment);

48.

Jitlob lill-Kummissjoni tagħmel studju komparattiv fil-fond tal-pajjiżi tat-tassazzjoni applikata għas-settur tal-karozzi fl-UE, sabiex jiġi ssimplifikat u rrazzjonalizzat il-piż attwali tat-taxxa fuq il-produzzjoni u l-kummerċ fis-servizzi li għandhom x’jaqsmu mal-vetturi bil-mutur u sabiex titnaqqas il-burokrazija;

49.

Iqis li huwa essenzjali li tinżamm il-komplementarjetà tal-fondi disponibbli, fuq naħa waħda, għar-ristrutturar, u fuq in-naħa l-oħra għar-riċerka u l-iżvilupp; għalhekk jitlob li l-fondi allokati għall-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni jinżammu fil-livell attwali;

50.

Iqis li huwa vitali li l-politika tal-kompetizzjoni (regoli dwar l-għajnuna mill-Istat) tkun immirata li tiżgura kompetittività akbar, tkabbir u impjiegi, skont l-approċċ segwit mill-kompetituri tagħna barra mill-UE;

51.

Jitlob li tiġi introdotta klawżola ta' kundizzjonalità, li fiha meta l-kumpaniji tal-karozzi jirċievu appoġġ ta' investiment għal sit partikolari huma meħtieġa li jżommu l-operazzjonijiet tagħhom f'dak is-sit sal-aħħar tal-perjodu ta' deprezzament u jekk imorru f'sit ieħor għandhom jagħtu lura s-sussidji tal-UE;

Is-Suq Intern

52.

Jirrimarka li suq intern b’saħħtu huwa rekwiżit essenzjali għar-ritorn lejn il-kompetittività u is-sostennibbiltà fis-settur tal-karozzi;

53.

Iqis bħala essenzjali l-approssimazzjoni Ewropea aktar fil-qrib fl-oqsma li fihom il-kundizzjonijiet prevalenti jimmilitaw kontra kundizzjonijiet ugwali:

a.

għall-kompetituri barranin: prezzijiet għoljin għall-enerġija u għall-materja prima, rata tal-kambju għolja tal-euro;

b.

għas-suq intern: kompetizzjoni soċjali u fiskali, benefiċċji tat-taxxa għall-kumpaniji u inċentivi għall-bejjiegħa (inċentivi għal-livell baxx ta' emissjonijiet, skemi tal-iskrappjar);

c.

fis-suq intern tal-UE: kundizzjonijiet relatati mar-riċiklabbiltà ta' vetturi u r-riċiklaġġ ekoloġiku ta' karozzi użati;

54.

Jenfasizza, b'mod partikolari, li l-fornituri għandhom jiġu msaħħa, u li hawn jinsab il-potenzjal tal-innovazzjoni (Car2car, car2infrastructure) u l-possibbiltajiet ta’ impjieg;

55.

Jiddispjaċih il-fatt li, dwar is-suq tal-assistenza wara l-bejgħ, l-frammentazzjoni legali attwali tagħmel il-ħsara lis-sewwieqa u lill-kompetizzjoni b’saħħitha u ġusta bejn l-Istati Membri; bil-għan li jissaħħu l-impjieg u s-setgħa ta’ akkwist tas-sewwieqa u li jinżammu u jiġu żviluppati linji ta' produzzjoni Ewropej u l-industrija tal-assistenza ta' wara l-bejgħ, jitlob approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni, b’mod partikolari fis-settur tal-ispare parts u li tiġi provduta informazzjoni lis-sewwieqa dwar id-drittijiet tagħhom fir-rigward tat-tiswija; jitlob lill-Kummissjoni li tibbaża din l-approssimazzjoni fuq studju ddettaljat u komparattiv li jivvaluta l-implikazzjonijiet ta’ din il-frammentazzjoni legali għas-suq intern, is-settur tal-produzzjoni Ewropew u s-setgħa ta’ akkwist tas-sewwieqa;

56.

Jitlob koordinazzjoni fuq livell tal-UE sabiex tiżdied il-ġlieda kontra l-importazzjoni ta’ spare parts foloz;

57.

Jinnota l-ħtieġa għall-Istati Membri biex jiżguraw aktar trasparenza u rispett mal-prinċipji tal-bona fede f'relazzjonijiet kummerċjali bejn il-manifatturi u d-distributuri; huwa tal-fehma li l-introduzzjoni ta’ kodiċi ta’ kondotta għall-manifatturi u d-distributuri huwa mezz affidabbli sabiex jinkiseb dan; iqis li dan il-kodiċi għandu, tal-inqas, jinkludi klawżoli relatati mat-trasferiment ta’ attivitajiet tad-distributuri, mal-multi-branding u mad-dritt għal kumpens fil-każ ta’ rtirar tal-kuntratt mill-manifattur mingħajr raġuni valida, f’konformità mal-linji gwida supplementari 2010/C 138/05 tal-Kummissjoni Ewropea;

58.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu miżuri, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, biex tiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi, trasparenza u sikurezza fis-suq tal-karozzi użati, u biex taħdem favur it-tneħħija gradwali ta' vetturi li jniġġsu u li huma inqas sikuri; ifaħħar ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, fir-regolament ta' ttestjar tal-karozzi fit-triq, li tirrikjedi r-reġistrazzjoni tal-kilometraġġ f'kull test; iqis li inizjattivi bħal-iskema “Car Pass” fil-Belġju jistgħu jitħeġġu permezz ta' Standard Ewropew; jinnota li l-proċeduri ta' reġistrazzjoni mill-ġdid għat-trasferimenti tal-vetturi għandhom ukoll jiskoraġġixxu frodi ta' kilometraġġ transkonfinali;

59.

Jafferma mill-ġdid l-interess ekonomiku għall-Ewropa biex jiġu stabbiliti proġetti kbar industrijali ġodda, bħal dawk fl-ajrunawtika u fl-industrija spazjali, biex jinkiseb id-daqs kritiku meħtieġ kontra l-kompetizzjoni internazzjonali; ifakkar li dawn il-proġetti kbar jistgħu jiġu organizzati fil-livell tal-Unjoni jew anke bejn Stati Membri fuq bażi volontarja;

60.

Jenfasizza l-importanza tal-strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti biex jiġi stabbilit qafas għall-kompetizzjoni intra-UE fl-istess oqsma ta’ attività biex jiġu inkoraġġiti l-ispeċjalizzazzjonijiet reġjonali komplimentari li jagħmlu lill-UE iktar kompetittiva fir-rigward ta' pajjiżi terzi;

61.

Għall-attenzjoni ta’:

a.

l-Istati Membri dwar mezzi alternattivi li huma disponibbli biex tinkoraġixxi d-domanda, bħas-skemi ta' tikketti, ir-rilaxx ta' fondi mmirat minn skemi ta' tfaddil tal-impjegati, l-inċentivi tat-taxxa għax-xiri mill-kumpaniji, ir-riċiklaġġ ta’ materjali, l-akkwist pubbliku;

b.

il-kumpaniji għal diversi għodda kummerċjali disponibbli, bħall-assigurazzjoni li tinkludi rimborż fil-każ ta’ telf tal-impjieg, l-estensjoni tal-garanzija, car sharing, bejgħ bl-internet;

62.

Jesprimi d-dispjaċir tiegħu li l-pjan ta’ azzjoni CARS 2020 primarjament jiffoka fuq manifatturi Ewropej tal-karozzi, filwaqt li jinjora s-sinifikat tas-settur sħiħ tas-suq ta’ wara l-bejgħ, l-atturi u l-bżonnijiet tiegħu; iħoss li l-politika Ewropea tal-karozzi trid tkun iktar espansiva u tiġi bbażata fuq approċċ olistiku; jafferma li l-objettiv prinċipali għandu jkun li jkunu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-parteċipanti kollha tul il-katina; għalhekk huwa tal-fehma li l-politika tal-industrija Ewropea tal-karozzi għandha tinkorpora wkoll dispożizzjonijiet adattati għall-atturi kollha – mill-manifatturi prinċipali sal-SMEs – fil-katina tad-distribuzzjoni u t-tiswija;

Is-swieq esterni u r-relazzjonijiet kummerċjali

63.

Jirrimarka li l-industrija tal-karozzi tagħti kontribuzzjoni pożittiva u mdaqqsa għall-bilanċ kummerċjali tal-UE, li l-esportazzjonijiet lejn swieq emerġenti huma neċessità innegabbli sabiex jiġi massimizzat is-suċċess tagħna fit-tul u li l-alleanzi ma’ kumpaniji u fondi mhux tal-UE huma integrali għall-futur tal-kumpaniji tagħna, bħall-installazzjoni ta’ siti f'pajjiżi mhux fl-UE (inkluż għall-produzzjoni ta' karozzi għas-swieq lokali) sabiex jiġi ġġenerat it-tkabbir, u jiġu importati vetturi biex tkun sodisfatta d-domanda;

64.

Jilqa’ l-avviż tal-Kummissjoni li ntlaħaq avvanz fil-ħidma fuq żona ta’ kummerċ ħieles mal-Istati Uniti u l-Ġappun u fuq aċċess ugwali għas-swieq globali, li jfisser li l-parteċipanti kollha fis-suq tal-karozzi globali jkollhom jaderixxu strettament mal-istess regoli; huwa tal-fehma li dan iżid il-probabbiltà li l-iżvilupp sostenibbli u t-titjib fis-sigurtà tat-toroq se jsiru l-bażi għall-kisba ta’ vantaġġ kompetittiv madwar id-dinja kollha;

65.

Jirrikonoxxi li sistema ta’ ċertifikazzjoni internazzjonali uniformi li tippermetti l-ispezzjoni tal-vetturi u tal-partijiet tal-karozzi fis-suq uniku Ewropew u li hija bbażata fuq standards ambjentali u ta’ sigurtà tal-UE jista’ jkollha rwol ewlieni fl-eliminazzjoni ta’ kompetizzjoni inġusta;

66.

Jirrikonoxxi li d-domanda fis-swieq emerġenti se tikber mhux biss fil-kategorija tal-lussu, iżda anke fis-segmenti aktar baxxi, u li l-industrija Ewropea se tkun iżjed kompetittiva f’dawn is-segmenti;

67.

Jirrimarka li ħafna mill-kumpaniji tagħna tal-karozzi qed isiru anqas kompetittivi minħabba kompetizzjoni li qed tikber – xi ftit minnha inġusta – minn kumpaniji mhux tal-UE; jenfasizza li ħafna minn dawn il-kumpaniji għandhom il-potenzjal li jirnexxu jekk jitħallew jilħqu d-domanda dejjem tikber fis-swieq ġodda ta’ esportazzjoni; tħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tirrikonoxxi l-politika kummerċjali tagħha, sabiex tkun tista':

a.

tikkoordina l-miżuri tal-Istati Membri għall-promozzjoni tal-kumpaniji Ewropej u tipproteġi l-prodotti tal-UE, l-investiment u d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali barra mill-UE;

b.

tiċċentralizza l-istrumenti kollha Ewropej tal-esportazzjoni, b’mod partikolari dawk immirati għall-SMEs (“Small Business, Big World”), eż. permezz tal-ħolqien ta’ pjattaforma diġitali komprensiva, aċċessibbli u settorjali;

c.

tqiegħed, gradwalment, il-prinċipju ta’ reċiproċità fil-qalba tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħna, li huwa prinċipju sottovalutat mill-Kummissjoni f’“CARS 2020”;

d.

tħeġġeġ it-tneħħija tal-ostakli mhux tariffarji li jaffettwaw is-settur tal-karozzi;

e.

tqassar iż-żmien meħud biex jitniedu investigazzjonijiet u tapplika strumenti ta’ difiża kummerċjali;

68.

Jitlob lill-Kummissjoni testendi l-evalwazzjonijiet tal-impatt ex ante tagħha dwar ftehimiet kummerċjali futuri għall-kunċett ta’ kompetittività fis-settur tal-karozzi, , twettaq studji ġodda wara d-dħul fis-seħħ tagħhom u tivvaluta regolarment l-impatt kumulattiv tal-ftehimiet, kemm dawk attwalment fis-seħħ kif ukoll dawk li jinsabu f’fażi ta’ negozjar, abbażi ta’ kriterji speċifiċi u definiti, inkluż il-mod kif jiġu involuti l-partijiet interessati;

69.

Jitlob li l-Parlament għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex ikejjel hu stess l-impatt ta’ kull FTA;

o

o o

70.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.


(1)  http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/automotive/files/cars-21-final-report-2012_en.pdf

(2)  http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/automotive/files/pagesbackground/competitiveness/cars21finalreport_en.pdf.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/66


P7_TA(2013)0548

Is-Saħħa u d-Drittijiet Sesswali u Riproduttivi

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar is-Saħħa u d-Drittijiet Sesswali u Riproduttivi (2013/2040(INI))

(2016/C 468/10)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar is-saħħa pubblika u partikolarment il-paragrafu 7 tiegħu, li jafferma li “l-azzjoni tal-Unjoni għandha tirrispetta r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tad-definizzjoni tal-politika tas-saħħa tagħhom, kif ukoll l-organizzazzjoni u l-għoti tas-servizzi tas-saħħa u tal-kura medika”,

wara li kkunsidra l-Programm ta' Azzjoni tal-Konferenza Internazzjonali tal-1994 dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD) li saret fil-Kajr u l-Programm ta' Azzjoni tal-Konferenza Dinjija tal-1995 dwar in-Nisa li saret f'Pekin,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar id-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0426/2013),

A.

billi l-Programm ta' Azzjoni tal-ICPD li saret fil-Kajr jagħti definizzjoni tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi;

1.

Josserva li l-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki dwar is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi u dwar l-edukazzjoni sesswali fl-iskejjel huma kompetenzi tal-Istati Membri;

2.

Josserva li, minkejja li l-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki dwar is-saħħa u l-edukazzjoni huma kompetenzi tal-Istati Membri, l-UE tista' tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri, lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/67


P7_TA(2013)0549

Il-volontarjat u x-xogħol volontarju fl-Ewropa

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-volontarjat u l-attivitajiet tal-volontarjat fl-Ewropa (2013/2064(INI))

(2016/C 468/11)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 165, 166 u 214 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-definizzjoni ta’ xogħol volontarju proposta mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) fil-Manwal tagħha dwar il-Kejl tax-Xogħol Volontarju (2011),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar qafas Komunitarju waħdieni għat-trasparenza tal-kwalifiki u tal-kompetenzi (Europass),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi l-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni għall-perijodu 2007-2013 (1),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (2),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-programm Europe for Citizens għall-perjodu 2007-2013 li jippromwovi ċittadinza Ewropea attiva (3),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/37/KE tas-27 ta’ Novembru 2009 dwar is-Sena Ewropea tal-Attivitajiet ta’ Volontarjat għall-Promozzjoni taċ-Ċittadinanza Attiva (2011) (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill tal-24 ta’ April 2006 dwar ir-rikonoxximent tal-valur ta’ tagħlim mhux formali u informali fil-qasam taż-żgħażagħ Ewropej (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2007 dwar attivitajiet volontarji taż-żgħażagħ (14427/1/2007),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill tas-16 ta’ Mejju 2007 dwar l-implimentazzjoni tal-objettivi komuni għal attivitajiet volontarji taż-żgħażagħ (6),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2008 dwar il-mobilità ta’ voluntiera żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea (7),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 2006/961/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-mobbiltà transnazzjonali fi ħdan il-Komunità għal finijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ: Karta Ewropea ta’ Kwalità favur il-Mobbiltà (8),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2011 dwar l-istabbiliment ta’ statuti Ewropej għas-soċjetajiet mutwi, l-assoċjazzjonijiet u l-fondazzjonijiet (9),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-rwol ta’ attivitajiet volontarji fil-politika soċjali (14552/2011),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-29 ta’ Novembru 2011 dwar ir-rwol ta’ attivitajiet volontarji fil-politika soċjali (10),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar iċ-ċittadinanza tal-UE, tas-27 ta’ Ottubru 2010 bit-titolu “Inżarmaw l-ostakoli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE” (COM(2010)0603),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-5 ta’ Settembru 2007 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu “Biex jinġieb ’il quddiem is-sehem sħiħ taż-żgħażagħ fl-edukazzjoni, l-impjieg u s-soċjetà” (COM(2007)0498),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2009 lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu Strateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ: Investiment u Responsabbilizzazzjoni – Metodu miftuħ u mġedded ta’ koordinazzjoni biex jindirizza l-isfidi u l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ (COM(2009)0200),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 bit-titolu Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv (COM(2010)2020),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-15 ta’ Settembru 2010 lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu “Żgħażagħ mobbli – Inizjattiva biex jinħareġ il-potenzjal taż-żgħażagħ biex jinkiseb it-tkabbir bil-għaqal, sostenibbli u inklużiv fl-Unjoni Ewropea” (COM(2010)0477),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni, tal-20 ta’ Settembru 2011, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Politiki tal-UE u l-Volontarjat: Ir-Rikonoxximent u l-Promozzjoni fl-UE tal-Ħidmiet Volontarji Transkonfinali COM(2011)0568,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Novembru 2011 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi “ERASMUS GĦAL KULĦADD” – Il-Programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport (COM(2011)0788),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2012 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-implimentazzjoni, ir-riżultati u l-valutazzjoni ġenerali tas-Sena Ewropea tal-Volontarjat 2011 (COM(2012)0781),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, tat-28 ta’ Marzu 2012 dwar il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ewkonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titlu 'Il-politiki tal-UE u l-volontjarjat: Ir-Rikonoxximent u l-Promozzjoni fl-UE tal-Ħidmiet Volontarji Transkonfinali' (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Ġunju 2012 dwar ir-rikonoxximent u l-promozzjoni fl-UE tal-ħidmiet volontarji transkonfinali (12),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali.

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni, ir-riżultati u l-valutazzjoni ġenerali tas-Sena Ewropea tal-Volontarjat (EYV 2011) (COM(2012)781);

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0348/2013),

A.

billi l-EYV 2011 kienet suċċess, kellha objettivi relevanti u għenet biex titqajjem kuxjenza dwar il-kwistjoni;

B.

billi l-ħolqien ta’ kundizzjonijiet favorevoli għall-volontarjat huwa proċess twil, li jeħtieġ l-involviment tal-partijiet kollha interessati;

C.

billi l-volontarjat huwa aspett importanti taċ-ċittadinanza attiva u tad-demokrazija, kif ukoll tat-taħriġ personali, li jwassal b’mod konkret għall-valuri Ewropej bħas-solidarjetà u n-nondiskriminazzjoni, u jikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp tad-demokrazija parteċipattiva u għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem ġewwa u barra UE;

D.

billi volontarjat jingħata ħafna importanza fid-dibattitu dwar il-politiki pubbliċi;

E.

billi l-impenn f’attività volontarja jista’ jkun mezz importanti għall-kisba tal-ħiliet meħtieġa fis-suq tax-xogħol, kif ukoll possibbiltà biex jinkisbu pożizzjonijiet soċjali prominenti fil-komunità;

F.

billi l-voluntiera huma element element ewlieni fl-isport;

G.

billi l-volontarjat jiġi kkunsidrat bħala fattur essenzjali għall-emanċipazzjoni individwali u kollettiva, għas-solidarjetà u għall-koeżjoni soċjali;

H.

billi l-volontarjat għandu rwol ewlieni fil-ħolqien ta' kapital soċjali u fit-tisħiħ tal-iżviluppa, kif ukoll jippromwovi l-koeżjoni ekonomika u soċjali, u b'hekk jikkontribwixxi għall-istrateġija Ewropa 2020;

I.

billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Ottubru 2011 dwar ir-rwol tal-attivitajiet volontarji fil-politika soċjali jenfasizzaw l-importanza tal-attivitajiet volontarji għall-indirizzar tal-inugwaljanzi bejn is-sessi;

J.

billi l-ostakli burokratiċi li jippersistu fil-livell nazzjonali jillimitaw il-possibbiltà ta' involviment fil-volontarjat, li għad m'għandux biżżejjed rikonoxximent ġuridiku f'xi Stati Membri;

K.

billi minħabba tradizzjonijiet u prattiki kulturali differenti jeżistu diskrepanzi kbar bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-liġijiet li japplikaw għall-volontarjat, id-drittijiet li għandhom il-voluntiera u l-mod ta' kif inhu organizzat il-volontarjat;

L.

billi l-kriżi ekonomika severa, il-miżuri ta’ awsterità u l-pressjoni fiskali qed ipoġġu f'riskju l-istabbiltà finanzjarja ta’ ħafna NGOs, entitajiet sportivi u assoċjazzjonijiet volontarji, li madankolli qed ikomplu jaħdmu biex itejbu l-inklużjoni u l-benessri soċjali f’dawn iż-żminijiet diffiċli;

M.

billi biex jiġu salvagwardjati l-kisbiet tal-Sena Ewropea tal-Volontarjat 2011, il-politika tal-volontarjat Ewropea, li bħalissa l-approċċ li qed jittieħed lejha huwa wieħed frammentat, u r-responsabilità hija maqsuma bejn diversi servizzi, jeħtieġ li tiġi strutturata u kkoordinata tajjeb;

1.

Jieħu nota taċ-ċifri tal-kampanja ta’ komunikazzjoni tas-Sena Ewropea tal-Volontarjat 2011 fl-annessi tar-rapport tal-Kummissjoni, u jiddeplora l-fatt li nkisbu riżultati foqra minħabba nuqqas ta' riżorsi finanzjarji;

2.

Jirrikonoxxi u jappoġġa d-diversi forom ta’ volontarjat prattikati fl-Istati Membri, permezz ta' organizzazzjonijiet nazzjonali u netwerks ta’ assoċjazzjonijiet li joperaw f'livell lokali; jitlob li jkun hemm, f'dan ir-rigward, approċċ multikulturali min-naħa tal-Istati Membri, u jistieden lill-Kummissojni twettaq analiżi dettaljata tal-prattiki u t-tradizzjonijiet tal-volontarjat nazzjonali bl-għan li jitrawwem approċċEwropew komuni;

3.

Jinnota li l-konsolidazzjoni ta' approċċ komuni Ewropew għall-volontarjat se joħloq aktar opportunitajiet għall-mobbiltà u l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ billi tippermettilhom jakkwistaw ħiliet ta' valur;

4.

Jilqa’ l-fatt li xi Stati Membri adottaw jew irrevedew liġijiet f'dan il-qasam bl-għan li joħolqu ambjent favorevoli għall-volontarjat, u jirrakkomanda lil Stati Membri oħra biex jagħmlu l-istess ħaġa, b'fokus fuq it-tisħiħ tad-drittijiet tal-voluntiera bl-użu tal-Karta Ewropea għad-Drittijiet u r-Responsabbiltajiet tal-Voluntiera;

5.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex ikomplu joħolqu ambjent favorevoli għall-volontarjat, speċjalment permezz ta’ qafas legali fejn dan għadu ma jeżistix;

6.

Jinnota li xi Stati Membri implimentaw il-linji gwida stabbiliti fil-Manwal dwar il-Kejl tal-Volontarjat tal-ILO, u jinkoraġġixxi lill-oħrajn biex jagħmlu l-istess sabiex tkun tista' tinġabar dejta komparabbli li tipprovdi stampa ċara tal-kontribut ta' valur tal-volontarjat lis-soċjetà;

7.

Jitlob li jiġi adottat statut Ewropew tal-assoċjazzjonijiet tal-volontarjat biex ikun żgurat ir-rikonoxximent ġuridiku u istituzzjonali xieraq tagħhom;

8.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi promoss il-volontarjat, speċjalment fost it-tfal tal-iskola, l-istudenti u żgħażagħ oħra, sabiex jitwessgħu l-orizzonti tas-solidarjetà u l-appoġġ għaliha;

9.

Jinnota li għadd kbir ta’ Passaporti Ewropej tal-Ħiliet maħluqa onlajn f’dawn l-aħħar xhur juri s-suċċess tal-portafoll elettroniku li jipprovdi stampa komprensiva tal-ħiliet tal-individwi, inklużi dawk miksuba permezz tal-volontarjat, biex dawn jiġu rikonoxxuti uffiċjalment għal finijiet professjonali kif ukoll ta’ tagħlim;

10.

Jenfasizza l-valur miżjud tal-kompetenzi u l-kapaċitajiet miksuba waqt il-volontarjat għall-curriculum vitae u għall-ħajja tax-xogħol li għandu jiġi rikonoxxut bħala esperjenza ta’ tagħlim u ta’ xogħol mhux formali u informali;

11.

Jemmen li l-d-dokument 'Esperjenza Europass' propost jippermetti lill-voluntiera biex jiddeskrivu u jirreġistraw il-ħiliet żiluppati matul ix-xogħol volontarju li jistgħu ma jwasslux għal ċertifikazzjoni, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea, fid-dawl tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-validazzjoni ta’ tagħlim mhux formali u informali, biex tniedi d-dokument mill-aktar fis possibbli;

12.

Jinnota l-importanza tal-ħiliet u l-abbiltajiet imsemmija hawn fuq għall-motivazzjoni taż-żgħażagħ biex jivvolontarjaw u biex jiġġeneraw il-kapital soċjali u l-għoti ta’ spinta għall-iżvilupp tas-soċjetà;

13.

Jissuġġerixxi li tingħata attenzjoni għall-parità bejn is-sessi fis-settur tal-volontarjat, u speċjalment għad-diskrepanza kbira fost il-mexxejja volontarji, fejn l-irġiel huma rappreżentati żżejjed f’pożizzjoni maniġerjali;

14.

Jemmen li l-ħiliet li jiksbu ż-żgħażagħ permezz tal-volontarjat għandhom jiġu inklużi fil-isibu aċċess fil-Passaport Ewropew tal-Ħiliet u l-Europass, sabiex it-taħriġ formali u mhux formali jiġu trattati bl-istess mod;

15.

Jenfasizza l-fatt li l-volontarjat jippermetti liż-żgħażagħ li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien biex jerġgħu jsibu ambjent u attivitajiet inklużivi;

16.

Itenni l-appoġġ tiegħu għall-inizjattiva tal-Kummissjoni li toħloq Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja, biex tinkoraġġixxi rispons rapidu u kkoordinat tal-Unjoni għall-kriżijiet umanitarji u d-diżastri naturali serji permezz tal-appoġġ għat-taħriġ, il-mobilizzazzjoni u l-ġestjoni tal-volontiera għal operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja xierqa tal-UE;

17.

Jindika li l-volontarjat, li qed isir dejjem aktar komuni fost iż-żgħażagħ kif ukoll l-anzjani, jippromwovi t-tagħlim interkulturali, is-sens ta’ identità Ewropea u s-solidarjetà fost il-ġenerazzjonijiet, u jrawwem it-tixjiħ attiv u l-parteċipazzjoni ċivika matul il-ħajja kollha;

18.

Jindika li l-volontarjat jagħti lok liż-żgħażagħ u lill-anzjani jagħti kontribut lis-soċjetà u jiksbu rikonoxximent u stima, u li dan itejjeb il-kwalità tal-ħajja tagħhom, il-benessri u l-istat ġenerali ta' saħħithom;

19.

Jirrimarka li l-firxa wiesgħa ta’ possibilitajiet għall-volontarjat, kif ukoll l-aċċess iktar faċli għalihom fir-rigward tal-ispejjeż, id-disponibilità tal-informazzjoni u l-infrastruttura, u l-forniment ta' kopertura tal-assigurazzjoni tar-responsabilità ċivili u tal-aċċidenti, huma essenzjali biex jiġi promoss il-volontarjat fost il-gruppi kollha tal-etajiet;

20.

Jemmen li l-volontarjat, bħala metodu attiv tat-tisħiħ tas-soċjetà ċivili, jista’ jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ djalogu interkulturali u jista’ jkollu rwol prinċipali fil-ġlieda kontra l-preġudizzju u r-razziżmu;

21.

Jinnota r-rwol importanti tal-volontarjat fil-ħolqien ta’ kapital uman u soċjali u fil-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu kif jixraq il-kontribut vitali tal-volontarjat fid-dinja tal-isport u speċifikament fl-isport tad-dilettanti. F'dan il-qasam, ħafna organizzazzjonijiet sportivi ma jkunux jistgħu jiffunzjonaw kieku ma kellhomx l-għajnuna tal-voluntiera;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jirrikonoxxu l-kontribut ewleini tal-volontarjat f'dan iż-żmien ta’ kriżi ekonomika serja;

23.

Jenfasizza li jinħtieġ sforz kontinwu biex ikun żgurat li n-nisa għandhom aċċess indaqs għall-attività tal-volontarjat;

24.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata kontinwità bejn is-Sena Ewropea tal-Volontarjat 2011 u Snin Ewropej tal-Volontarjat sussegwenti, bħala parti mill-isforzi sabiex jiġi żgurat li l-volontarjat jitqies bħala mezz ta' valur ta’ sehem attiv fis-soċjetà, u f’dan ir-rigward iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi l-volontarjat bħala kontribut importanti għal ċittadinanza attiva matul is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini;

25.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw is-sostenibbiltà tar-riżultati miksuba fil-livell nazzjonali matul is-Sena Ewropea tal-Volontarjat 2011;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi u tiżviluppa politika tal-volontarjat u tuża l-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni biex tiffaċilita d-djalogu u l-kooperazzjoni bejn l-atturi tal-Istati Membri differenti;

27.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jistituzzjonalizzaw il-volontarjat b’mod konsistenti mal-liġijiet nazzjonali tax-xogħol tagħhom;

28.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex jistipulaw punt ta’ kuntatt uniku fis-sura ta' servizz b'responsabbiltà għall-politika tal-volontarjat u l-koordinazzjoni f'dan il-qasam bejn id-dipartimenti tal-Kummissjoni u d-diversi l-istituzzjonijiet;

29.

Jenfasizza l-ħtieġa li, b’kollaborazzjoni b’mod partikolari mal-organizzazzjonijiet, l-assoċjazzjonijiet u netwerks tal-voluntiera Ewropej, jinħoloq portal ċentralizzat tal-UE li jipprovdi pjattaforma pan-Ewropea għall-koordinazzjoni f'dan il-qasam, li għandha tinkludi wkoll bażi tad-dejta tal-aħjar prassi tal-volontarjat u taqsima dwar il-volontarjat transkonfinali, b’informazzjoni dwar il-programmi disponibbli, l-ispejjeż u l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni, sabiex titrawwem il-kondiviżjoni tal-informazzjoni;

30.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu websajts nazzjonali ta’ koordinazzjoni u magni tat-tiftix li jippermettu aċċess faċli u strutturat tajjeb għall-opportunitajiet tal-volontarjat għall-individwi waħedhom u possibiltajiet ta’ kooperazzjoni għall-organizzazjonijiet;

31.

Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jkomplu jiprovdu qafas ta’ appoġġ stabbli u sostenibbli għall-volontarjat nazzjonali u transkonfinali li jappoġġa kemm il-voluntiera kif ukoll l-organizzazzjonijiet tal-volontarjat; jirrakkomanda li l-Istati Membri għandhom ikomplu jżommu l-korpi nazzjonali ta’ koordinazzjoni stabbiliti b’konnessjoni mas-Sena Ewropea tal-Volontarjat 2011;

32.

Jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/114/KE (13) dwar il-kundizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju, u biex jissimplifika l-proċeduri għall-għoti ta’ visas, possibilment jiġu aboliti, għall-persuni li jixtiequ jibdew attivitajiet ta’ volontarjat, partikolarment fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat;

33.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jiżguraw finanzjament adegwat u jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi u jistipulaw inċentivi fiskali għall-organizzazzjonijiet u n-netwerks tal-voluntiera, b’mod partikolari dawk li huma żgħar u li għandhom riżorsi limitati; jitlob, f’dan is-sens, li jiġi ċċarat il-kunċett ta' għotjiet lill-assoċjazzjonijiet biex jitneħħa kull lok ta' konfużjoni bejn il-finanzjament għall-assoċjazzjonijiet u l-għajnuniet tal-Istat, li jista' jfixkel il-kompetizzjoni fis-settur bil-qligħ;

34.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tistudja l-possibilità li tikkunsidra l-kontribut ekonomiku tax-xogħol volontarju bħala sehem ta’ kofinanzjament għall-proġetti Ewropej;

35.

Jinnota l-importanza li jiġi mħeġġeġ il-volontarjat anke bħala parti mill-istrateġiji tar-responsabbiltà soċjali tal-impriżi, skont l-Istandard Internazzjonali tal-implimentazzjoni volontarja ISO 26000:2010 dwar il-linji gwida fir-rigward tar-responsabbiltà soċjali tal-impriżi;

36.

Jistieden lill-Kummissjoni tara li l-Istati Membri jagħmlu l-kopertura tal-assigurazzjoni tal-volontiera obbligatorja, għall-ħarsien ta' saħħithom u s-sikurezza waqt xogħol volontarju;

37.

Jistieden lill-Istati Membri li għadhom mingħajr leġiżlazzjoni dwar il-volontarjat, u jiffaċilitaw l-attivitajiet ta’ volontarjat anke permezz ta’ tagħlim formali, informali u mhux formali sabiex il-volontarji jsiru dejjem aktar kwalifikati u responsabbli fl-attivitajiet tagħhom;

38.

Jistieden lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-attivitajiet ta’ volontarjat anke permezz ta’ tagħlim formali, informali u mhux formali sabiex il-voluntiera jsiru dejjem aktar kwalifikati u responsabbli fl-attivitajiet tagħhom sal-punt li d-dedikazzjoni tagħhom hija l-aktar altruista u diżinteressata; iħeġġeġhom biex jintroduċu korsijiet ta’ taħriġ fil-volontarjat bħala elettivi fl-istituzzjonijiet edukattivi;

39.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu iktar is-Servizz Volontarju Ewropew fl-universitajiet u istituzzjonijiet oħra ta’ edukazzjoni għolja;

40.

Jemmen li x-xogħol volontarju, bħala metodu ta’ tagħlim informali, jgħin fl-iżvilupp ta’ ħiliet u kwalifiki professjonali li jagħmilha aktar faċli għall-voluntiera biex jidħlu jew jirritornaw fis-suq tax-xogħol;

41.

Jirrakkomanda lill-Kummissjoni għandha tkompli żżomm kuntatti mas-suċċessur tas-Sena Ewropea tal-Volontarjat 2011, l-Alleanza Ewropea għall-Volontarjat, u organizzazzjonijiet oħra bbażati fuq il-volontarjat, u li għandha tqis kif jixraq ir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fl-Aġenda tal-Politika għall-Volontarjat fl-Ewropa (PAVE), bħala l-bażi għal pjan ta’ azzjoni għall-futur;

42.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tgħaqqad ir-riżorsi neċessarji meħtieġa biex jitwaqqaf Fond tal-Iżvilupp tal-Volontarjat Ewropew, sabiex ikun żgurat li l-infrastruttura għall-appoġġ neċessarja tkun stabbilita;

43.

Jinsisti fuq il-ħtieġa li jkun faċilitat, fil-livell nazzjonali u Ewropew, l-aċċess tal-NGOs għall-finanzjament Ewropew, partikolarment fl-ambitu tal-FSE;

44.

Jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali u li jiżguraw li, qabel id-data fil-mira tal-2018, l-implimentazzjoni ta’ strutturi formali għall-validazzjoni tal-għarfien, tal-ħiliet u tal-kompetenzi miksuba permezz tal-volontarjat li jwasslu għal kwalifika rikonoxxuta li l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni, dawk li jħaddmu u oħrajn għandhom jirrikonoxxu;

45.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tirrikonoxxi l-ħin volontarju bħala element eliġibbli fil-kofinanzjament in natura għall-għotjiet kollha Ewropej, u biex taħdem mal-organizzazzjonijiet volontarji biex jiżviluppaw sistemi biex jirreġistraw u jiddokumentaw il-ħin volontarju abbażi tal-ħafna għodod u mudelli disponibbli;

46.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 30.

(2)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 45.

(3)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 32.

(4)  ĠU L 17, 22.1.2010, p. 43.

(5)  ĠU C 168, 20.7.2006, p. 1.

(6)  ĠU C 241, 20.9.2008, p. 1.

(7)  ĠU C 319, 13.12.2008, p. 8.

(8)  ĠU L 394, 30.12.2006, p. 5.

(9)  ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 187.

(10)  ĠU C 372, 20.12.2011, p. 24.

(11)  CESE 824/2012.

(12)  ĠU C 332 E, 15.11.2013, p. 14.

(13)  ĠU L 375, 23.12.2004, p. 12.


L-Erbgħa 11 ta’ Diċembru 2013

15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/73


P7_TA(2013)0558

Koordinazzjoni tad-donaturi tal-UE fir-rigward tal-għajnuna għall-iżvilupp

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-koordinazzjoni tad-donaturi tal-UE dwar l-għajnuna għall-iżvilupp (2013/2057(INL))

(2016/C 468/12)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u partikolarment l-Artikoli 9 u 151 u l-Artikolu 153(1)(e) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 209 u 210 tat-TFUE,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta’ Settembru 2000,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi tal-2005, l-Aġenda ta’ Accra għall-Azzjoni (AAA) tal-2008 u s-Sħubija Globali għall-Iżvilupp Effettiv tal-2011,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqa’ fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar Politika ta’ Żvilupp tal-Unjoni Ewropea: il-Kunsens Ewropew (1),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar “Inżidu l-impatt tal-Politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-Bidla” (COM(2011)0637),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2012 dwar “Inżidu l-impatt tal-Politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-Bidla” (2),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2007 dwar “Kodiċi ta’ Kondotta tal-UE dwar il-Komplementarjetà u t-Tqassim tax-Xogħol fil-Politika dwar l-Iżvilupp” (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’ Settembru 2006 dwar “kooperazzjoni aktar u aħjar: il-pakkett għall-2006 dwar għajnuna effettiva tal-UE” (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Mejju 2008 dwar is-segwitu tad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi ta’ l-2005 dwar l-Effettività tal-Għajnuna (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar ir-raba’ Forum ta’ Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna (6),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni tas-17 ta’ Novembru 2009 dwar il-Qafas Operattiv dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna (7),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin (Ministri għall-Iżvilupp) tal-14 ta’ Ġunju 2010 dwar id-Diviżjoni tax-Xogħol fost diversi pajjiżi (8), biż-żieda jew is-sostituzzjoni ta’ ċertu numru ta’ elementi fil-Qafas Operattiv dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin (Ministri għall-Iżvilupp) tad-9 ta’ Diċembru 2010 dwar “Responsabbiltà u Trasparenza Reċiproċi: ir-Raba’ Kapitolu għall-Qafas Operattiv tal-UE dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna’ (9),

wara li kkunsidra t-test konsolidat tal-Qafas Operattiv dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna adottat mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-11 ta’ Jannar 2011 (10),

wara li kkunsidra r-rapport ta’ Ottubru 2009 dwar ‘l-Aġenda tal-Effikaċja tal-Għajnuna: il-Benefiċċji ta’ Approċċ Ewropew’, ikkummissjonat mid-Direttorat Ġenerali għall-Iżvilupp tal-Kummissjoni (11),

wara li kkunsidra r-rapport finali ta’ Marzu 2011 bl-isem ‘Programmazzjoni Multiannwali Komuni’ ikkummissjonat mid-Direttorat Ġenerali għall-Iżvilupp tal-Kummissjoni (12),

wara li kkunsidra ‘Ir-Rapport Finali dwar l-Evalwazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi: it-2 Fażi’, li ġie ppubblikat f’Mejju 2011,

wara li kkunsidra il-‘Cost of Non-Europe Report’ dwar ‘Inżidu l-koordinazzjoni bejn id-donaturi tal-UE’, ippreżentat lill-Kumitat dwar l-Iżvilupp fl-10 ta’ Lulju 2013,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (2010/427/UE) (13), b'mod partikolari l-Artikolu 9(l-Istrumenti ta’ azzjoni esterna u l-ipprogrammar),

wara li kkunsidra l-Artikoli 42 u 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0393/2013),

A.

billi stimi riċenti stabbiliti fil-'Cost of Non-Europe Report' imsemmi hawn fuq juru li jista’ jkun hemm tfaddil annwali sa EUR 800 miljun mit-tnaqqis tal-kostijiet tat-tranżazzjoni jekk l-UE u l-Istati Membri tagħha jikkonċentraw l-isforzi tal-għajnuna tagħhom fuq inqas pajjiżi u attivitajiet; u billi EUR 8,4 biljun ulterjuri ta’ tfaddil annwali setgħu ntlaħqu kieku l-allokazzjoni tal-pajjiżi ġiet ikkoordinata b’mod sħiħ u kellha t-tnaqqis tal-faqar bħala l-unika mira tagħha;

B.

billi f’kuntest fejn b’mod ġenerali kien hemm progress limitat lejn l-ilħuq tal-objettiv tan-NU li sal-2015 jingħata 0,7 % tad-dħul nazzjonali gross f’Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp, koordinazzjoni iktar effiċjenti fil-livell tal-UE hija kwistjoni tal-akbar importanza;

C.

billi, minħabba t-tibdil fid-demografika internazzjonali u l-interdipendenza futura akbar bejn dawk li bħalissa huma l-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-UE bħala tali, iktar effiċjenza fin-nefqa tal-għajnuna għall-iżvilupp ser twassal għal assistenza iktar effettiva fuq it-territorju u jkollha l-benefiċċju ulterjuri li trawwem rispett reċiproku akbar fil-futur;

D.

billi l-azzjoni koordinata mill-UE b’mod sħiħ, partikolarment bit-twaqqif ta’ kumitat kompost minn rappreżentanti tal-Kummissjoni, tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew, għandha valur miżjud li, f’termini ta’ politika u ingranaġġ finanzjarju, huwa akbar mis-somma tal-azzjonijiet individwali tat-28 Stat Membru tagħha u tal-Kummissjoni;

E.

billi l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom ikomplu jmexxu bl-eżempju fit-tnaqqis tal-frammentazzjoni tal-għajnuna billi jimplimentaw b’mod sħiħ l-impenji tal-effettività tal-għajnuna u l-iżvilupp internazzjonali li saru f’Pariġi, Accra u Busan u billi jkomplu jibnu fuq il-progress li sar fil-proċess attwali ta’ Programmar Konġunt;

F.

billi l-koordinazzjoni bejn id-donaturi tal-UE għandha tikkontribwixxi għall-għan li l-għajnuna marbuta formali u informali kollha tispiċċa u tibdel l-‘Aġenda tal-Effikaċja tal-Għajnuna’ f” “Aġenda tal-Effikaċja tal-Iżvilupp”;

G.

billi l-inizjattivi tal-UE biex titjieb il-koordinazzjoni bejn id-donaturi huma primarjament ta’ natura volontarja u mhux vinkolanti; u billi l-Kodiċi ta’ Mġiba tal-UE dwar il-Komplementarjetà u d-Diviżjoni tax-Xogħol fil-Politika għall-Iżvilupp wasslet għal riżultati limitati;

H.

billi t-Trattati jagħtu lill-UE l-bażi legali biex issaħħaħ il-koerenza u l-effettività tal-azzjoni esterna tal-UE;

I.

billi l-Kummissjoni għandha tkun l-ixprun fl-implimentazzjoni sħiħa tal-aġenda tal-effettività tal-għajnuna u l-iżvilupp fil-livell tal-UE;

1.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jonoraw l-impenji tagħhom skont id-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi, l-Aġenda ta’ Accra għall-Azzjoni u s-Sħubija Globali għall-Kooperazzjoni tal-Iżvilupp Effettiv ta’ Busan, li għandhom bħala ostakoli ewlenin in-nuqqas ta’ rieda politika, il-burokrazija u l-kostijiet għoljin tat-tranżazzjoni; ifakkar f’dan il-kuntest li kundizzjoni waħda bażika għat-twettiq tal-“aġenda tal-effikaċja tal-għajnuna” hija li jitħaddan bis-sħiħ il-prinċipju ta' responsabbiltà demokratika, li timplika li strateġiji ta’ żvilupp ikunu mmexxija mill-pajjiż u jirriflettu l-impenn tal-partijiet interessati nazzjonali kollha;

2.

Jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jisfruttaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet legali tat-TFUE dwar l-iżvilupp li jitlob għall-komplementarjetà bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp (l-Artikoli 208 u 210 TFUE) sabiex isaħħu l-koordinazzjoni effettiva bejn id-donaturi tal-UE;

3.

Jitlob koordinazzjoni aktar effettiva mill-UE u l-Istati Membri tagħha permezz, fost l-oħrajn, ta’ Programmar Konġunt inkluż id-diviżjoni tax-xogħol fil-pajjiż biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-azzjonijiet u l-kostijiet għoljin tat-tranżazzjoni; jinsisti bl-istess mod dwar il-bżonn li titwettaq analiżi bir-reqqa tal-bżonnijiet speċifiċi tas-sitwazzjoni ta’ kull pajjiż riċevitur, filwaqt li jkun żgurat li proġetti ffinanzjati jkunu integrati fl-ekonomija lokali u li minnhom jibbenefikaw dawk l-aktar fil-bżonn;

4.

Jitlob għal aktar koordinazzjoni mill-UE u l-Istati Membri tagħha fit-tqassim tax-xogħol bejn il-pajjiżi sabiex tiġi indirizzata l-problema ta’ dawk “ippreferuti għall-għajnuna” u l-“orfni tal-għajnuna”; jenfasizza li l-politika tal-UE dwar id-diviżjoni tax-xogħol għandha tiżgura li kwistjonijiet orizzontali bħad-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tibdil fil-klima jkunu indirizzati bis-sħiħ; jenfasizza wkoll li l-għan għaż-żieda tal-impatt tal-għajnuna u l-kisba ta’ aktar riżultati u valur għall-flus m’għandhiex twassal għal politika ta’ żvilupp li tmur kontra r-riskju u li tiffoka biss fuq il-“pajjiżi faċli”;

5.

Jitlob għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-vantaġġi komparattivi tal-UE u l-Istati Membri tagħha fid-diviżjoni tal-kompiti fil-qasam tal-iżvilupp billi jkunu evalwati l-ħiliet u n-nuqqasijiet li għandhom jinvolvu lill-Istat Membru kkonċernat (jew il-Kummissjoni), kif ukoll donaturi u pajjiżi sieħba oħra;

6.

Jieħu nota, madankollu, li hemm bżonn ukoll koordinazzjoni aħjar mal-komunità internazzjonali u, aktar importanti minn hekk, mal-atturi lokali, b'mod partikolari mal-gvernijiet lokali, il-parlamenti nazzjonali, is-soċjetà ċivili u l-NGOs; ifakkar li l-Għan ta' Żvilupp ta' Millennju 8, “il-ħolqien ta’ sħubija globali għall-iżvilupp”, iħeġġeġ parteċipazzjoni wiesgħa u kollaborazzjoni mill-qrib bejn l-atturi kollha fil-qasam tal-iżvilupp;

7.

Jenfasizza li, billi jiġbru flimkien ir-riżorsi pprovduti minn pajjiżi donaturi, l-organizzazzjonijiet tal-iżvilupp multilaterali għandhom il-potenzjal li jżidu l-effikaċja tal-għajnuna u jimmassimizzaw l-effiċjenza; jieħu nota li l-użu ta' riżorsi mqiegħda fis-seħħ mill-organizzazzjonijiet internazzjonali jgħin ukoll lid-donaturi jaqsmu l-informazzjoni dwar l-attivitajiet ta' żvilupp, li jwassal għal trasparenza u responsabbiltà akbar;

8.

Jenfasizza li huwa importanti li jiġi appoġġat l-iżvilupp tal-kapaċità ta’ dawn il-pajjiżi sabiex ikunu jistgħu jibnu l-ħiliet, l-għarfien u l-istituzzjonijiet meħtieġa biex jiġġestixxu l-iżvilupp tagħhom stess b’mod effettiv; jenfasizza l-importanza tal-kummerċ ħieles, l-ekonomija tas-suq u l-intraprenditorija sabiex il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp ikunu jistgħu jiġġieldu huma stess kontra l-faqar u b'hekk joħolqu żvilupp ekonomiku sostenibbli u jnaqqsu d-dipendenza tagħhom mill-għajnuna; jenfasizza, bl-istess mod, l-importanza tal-promozzjoni u d-difiża ta’ governanza tajba u li huwa importanti li l-awtoritajiet fil-pajjiżi benefiċjarji jiġġieldu kontra l-korruzzjoni u jibnu l-infrastruttura fiskali tagħhom sabiex jissalvagwardjaw id-dħul tat-taxxa tagħhom u jiġġieldu kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-ħruġ illegali ta' flus;

9.

Jenfasizza r-rwol dejjem jikber ta’ donaturi mhux tradizzjonali, kif ukoll investimenti fis-settur privat, u flussi finanzjarji filantropiċi lejn pajjiżi f'fażi ta' iżvilupp li joħolqu sfidi ta’ koordinazzjoni addizzjonali; huwa tal-fehma li l-qafas il-ġdid għall-koordinazzjoni tad-donaturi tal-UE dwar l-għajnuna għall-iżvilupp għandu jesplora wkoll l-opportunitajiet għall-integrazzjoni ta’ dawn l-aspetti, filwaqt li jibni fuq l-impenji meħuda permezz tas-Sħubija ta’ Busan għall-Iżvilupp Effettiv;

10.

Jenfasizza l-importanza ta’ approċċ varjat għall-kwistjoni tal-effikaċja tal-għajnuna li jkun iqis il-livell ta’ żvilupp tal-pajjiżi msieħba, (il-pajjiżi l-inqas żviluppati, fraġli jew ta’ dħul medju) u l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom; dak l-approċċ differenzjat għandu jkun ibbażat fuq indikaturi tal-iżvilupp multidimensjonali li jmorru lil hinn mill-PDG u li jikkunsidraw il-fqar, l-inugwaljanza u l-vulnerabbiltà fil-pajjiż;

11.

Jistieden lill-Istati Membri jieħdu vantaġġ sħiħ mill-għodod elettroniċi ġodda għall-koordinazzjoni ta’ proġetti, bħall-Ġabra ta' Data ta' Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp għall-Możambik (ODAMoz), li l-ħolqien tagħha ġie ffinanzjat mill-UE.

12.

Jistieden lill-UE tiżgura li l-impenji fuq l-effettività tal-għajnuna u l-iżvilupp jiġu riflessi b’mod sħiħ fil-mekkaniżmi finanzjarji kollha rilevanti għall-kooperazzjoni tal-iżvilupp;

13.

Jenfasizza li, minħabba r-restrizzjonijiet fuq il-baġits nazzjonali u tal-UE li jirriżultaw minn diffikultajiet ekonomiċi u minħabba t-tħassib politiku dejjem jikber fuq id-dimostrazzjoni ta' infiq fl-iżvilupp iktar effettiv, il-koordinazzjoni effettiva bejn id-donaturi hija imperattiva u l-UE għandu jkollha rwol ewlieni fil-promozzjoni tagħha, u li l-koordinazzjoni għandha tkopri l-aspetti prinċipali kollha tal-proġetti kollha tal-iżvilupp, inkluż l-ippjanar, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom;

14.

Iqis li, b’riżultat tan-natura volontarja u mhux vinkolanti tagħhom, l-inizjattivi attwali tal-UE biex titjieb il-koordinazzjoni bejn id-donaturi ma sfruttawx kompletament il-potenzjal sħiħ tal-UE u l-Istati Membri tagħha biex tagħmel l-għajnuna tal-iżvilupp tagħha iktar effettiva u effiċjenti; b’hekk jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jistabbilixxu strument ġdid għal koordinazzjoni fil-forma ta’ Regolament;

15.

Jitlob lill-Kummissjoni tissottometti, preferibbilment sal-31 ta’ Diċembru 2015 u f’kull każ mhux aktar tard mill-ewwel semestru tal-2016, fuq il-bażi tal-Artikoli 209 u 210 tat-TFUE, proposta għal att li jirrigwarda aspetti regolatorji dwar il-koordinazzjoni tad-donaturi tal-UE marbuta mal- għajnuna għall-iżvilupp, wara l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' pjan direzzjonali ta' azzjonijiet preparatorji biex jiffaċilitaw id-dħul fis-seħħ ta' dawn l-aspetti regolatorji, wara r-rakkomandazzjonijiet dettaljati previsti fl-Anness;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-SEAE biex jevalwaw dan il-pjan direzzjonali fuq il-bażi ta’ sett ta’ indikaturi miftiehma minn qabel. F’dan il-proċess għandhom jipparteċipaw, fuq in-naħa l-waħda d-delegazzjonijiet tal-UE flimkien mar-rappreżentazzjonijiet diplomatiċi tal-Istati Membri fil-pajjiżi msieħba u fuq in-naħa l-oħra, id-DĠ DEVCO u l-SEAE flimkien mar-rappreżentanti tal-Istati Membri; dak il-proċess għandu jinvolvi r-rappurtar lura tal-Kummissjoni u l-SEAE lill-Parlament Ewropew sabiex jintlaħaq qbil dwar l-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali;

17.

Jikkonferma li dawn ir-rakkomandazzjonijiet jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u l-principju ta’ sussidjarjetà;

18.

Iqis li l-proposta mitluba m’għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja;

19.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rakkomandazzjonijiet dettaljati annessi magħha lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.


(1)  ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.

(2)  Dok. 9369/12.

(3)  Dok. 9558/07.

(4)  ĠU C 306 E, 15.12.2006, p. 373.

(5)  ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 100.

(6)  ĠU C 131 E, 8.5.2013, p. 80.

(7)  Dok. 15912/09.

(8)  Dok. 11081/10.

(9)  Dok. 17769/10.

(10)  Dok. 18239/10.

(11)  Proġett Nru 2008/170204 – Verżjoni 1.

(12)  Proġett Nru 2010/250763 – Verżjoni 1.

(13)  ĠU L 201, 20.5.2010, p. 3.


ANNESS GĦAL RIŻOLUZZJONI:

RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI DWAR IL-KONTENTUT TAL-PROPOSTA MITLUBA

Rakkomandazzjoni 1 (dwar l-għan u l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament li għandu jiġi adottat)

L-għan tar-Regolament għandu jkun li jiġu kkodifikati u msaħħa l-mekkaniżmi u l-prattiċi biex tiġi żgurata komplementarjetà aħjar u koordinazzjoni effettiva tal-għajnuna għall-iżvilupp. Il-kamp tal-applikazzjoni tiegħu għandu jipprovdi soluzzjoni xierqa għall-kwistjoni taż-żieda tal-effettività u l-effiċjenza tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE.

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-Istati Membri u  għall-Istituzzjonijiet tal-UE.

Rakkomandazzjoni 2 (dwar il-prinċipji ġenerali li għandhom jirregolaw il-koordinazzjoni fost id-donaturi tal-UE)

Ir-Regolament għandu jikkodifika l-prinċipji li ġejjin:

Sjieda: L-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jirrispettaw it-tmexxija tal-pajjiżi msieħba u jsegwu l-istrateġiji li jmexxu l-gvernijiet ċentrali. Dawn għandhom jinkludu, fejn ikun xieraq, azzjonijiet biex jgħinu fit-tisħiħ tal-kapaċità tal-pajjizi msieħba biex imexxu l-oqfsa operazzjonali għall-koordinazzjoni bejn id-donaturi.

Armonizzazzjoni: L-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jimplimentaw arranġamenti komuni fil-livell tal-pajjiżi biex jipprogrammaw (programmazzjoni konġunta) u jaħdmu flimkien biex inaqqsu n-numru ta’ missjonijiet u reviżjonijiet dijanjostiċi separati, u spiss idduplikati, fit-territorju. Għandhom ukoll jiddelegaw l-awtorità biex imexxu lid-donaturi fl-eżekuzzjoni tal-attivitajiet li fihom wieħed minn dawk id-donaturi tagħhom għandu vantaġġ komparattiv fil-livell settorjali jew nazzjonali.

Allinjament: L-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jibbażaw l-appoġġ ġenerali tagħhom (l-istrateġiji tal-pajjiż, id-djalogu dwar il-politika u l-programmi ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp) fuq dawk l-istrateġiji ta’ żvilupp nazzjonali tal-imsieħba u r-reviżjonijiet perjodiċi tal-progress fl-implimentazzjoni ta’ dawk l-istrateġiji. Biex l-amministrazzjoni tal-għajnuna jkollha inqas piżijiet, huma għandhom jużaw is-sistemi tal-pajjiż bħala l-ewwel għażla. L-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jevitaw li joħolqu strutturi dedikati għall-immaniġġjar ta’ kuljum u l-implimentazzjoni tal-proġetti u l-programmi ffinanzjati mill-għajnuna.

Prevedibbiltà tal-fondi: Sabiex jikkoordinaw b’mod effettiv l-isforzi tagħhom għall-iżvilupp, l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jipprovdu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw b’informazzjoni f’waqtha dwar in-nefqa bil-quddiem u/jew dwar il-pjani ta’ implimentazzjoni tagħhom, b’allokazzjonijiet tar-riżorsi indikattivi li jippermettu lill-pajjiżi msieħba biex jintegrawhom fl-ippjanar fuq żmien medju tagħhom.

Trasparenza u responsabbiltà reċiproka: L-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jaħdmu flimkien mal-pajjiżi msieħba biex jistabbilixxu oqfsa miftiehma b’mod reċiproku li jipprovdu valutazzjoni tal-prestazzjoni affidabbli, trasparenza u responsabbiltà tas-sistemi tal-pajjiż u biex itejbu d-disponibbiltà u l-kwalità tad-data fil-pajjiżi msieħba. Għandhom jiġu promossi ulterjorment inizjattivi ewlenin li jgħinu biex jiġu miksuba dawn l-objettivi bħall-Garanzija għat-Trasparenza tal-UE u l-Inizjattiva Internazzjonali tat-Trasparenza tal-Għajnuna.

Approċċ differenzjat: Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi mfittex approċċ differenzjat ibbażat fuq kuntesti u ħtiġijiet ta’ żvilupp sabiex pajjiżi u reġjuni msieħba jkollhom kooperazzjoni speċifika, mfassla speċifikament, ibbażata fuq il-ħtiġijiet, l-istrateġiji, il-prijoritajiet u l-assi tagħhom.

Reviżjoni, valutazzjoni u diskussjoni dwar ir-riżultati: L-UE għandha timmonitorja u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament. L-azzjonijiet li jittieħdu għandhom jiġu rrappurtati fuq bażi annwali lill-parlamenti nazzjonali u lill-Parlament Ewropew.

Rakkomandazzjoni 3 (dwar it-tqassim tax-xogħol)

Dan ir-Regolament għandu jikkodifika l-impenn tal-UE u tal-Istati Membri tagħha lejn iż-żieda tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-ipprogrammar pluriennali konġunt allinjat mal-istrateġiji ta’ żvilupp tal-pajjiżi msieħba li jinkludi, kemm jista' jkun, is-sinkronizzazzjoni maċ-ċikli tal-ipprogrammar fil-livell tal-pajjiż imsieħeb. Il-qafas ta’ pprogrammar konġunt huwa għodda prammatika biex jiġi avvanzat it-tqassim tax-xogħol u għandu jikkumplementa u jsaħħaħ l-arranġamenti attwali għall-koordinazzjoni bejn id-donaturi sabiex jiġu evitati proċessi paralleli mhux meħtieġa.

Ir-Regolament għandu jiżgura li l-UE timmonitorja b’mod attiv il-progress fil-livell tal-pajjiżi u fil-kwartieri ġenerali biex tiżgura li jsir progress kontinwu rigward l-impenji attwali, u li jingħata segwitu xieraq għall-pjani direzzjonali għall-implimentazzjoni tal-qafas tal-ipprogrammar konġunt tal-UE.

Rakkomandazzjoni 4 (dwar it-tqassim tax-xogħol)

L-UE u l-Istati Membri tagħha żviluppaw firxa wiesgħa ta’ prinċipji ta’ gwida fuq il-mod kif għandu jitmexxa t-tqassim tax-xogħol b’mod effettiv. Il-Kodiċi ta’ Mġiba tal-UE dwar il-Komplementarjetà u d-Diviżjoni tax-Xogħol fil-Politika tal-Iżvilupp jipprovdi gwida lill-UE u lill-Istati Membri tagħha u għandu jiġi implimentat bil-ħeffa fil-pajjiżi msieħba kollha.

Rakkomandazzjoni 4.1: dwar it-tqassim tax-xogħol fil-pajjiż

L-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom inaqqsu l-kostijiet tat-tranżazzjoni billi jillimitaw l-għadd ta’ donaturi tal-UE, attivi fid-djalogu dwar il-politika tas-settur u l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni. Biex jagħmlu dan, għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw pjani ta’ ħruġ għas-settur għal konċentrazzjoni mtejba tas-settur, imsejsa fuq djalogu mal-gvernijiet imsieħba u donaturi oħrajn kif ukoll analiżi fuq l-impatt tal-lakuni ta’ finanzjament potenzjali.

Rakkomandazzjoni 4.2: dwar it-tqassim tax-xogħol bejn il-pajjiżi

Bl-għan li titnaqqas il-frammentazzjoni fl-għajnuna bejn il-pajjiżi u l-proliferazzjoni tad-donaturi, l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jiżguraw li l-allokazzjonijiet tagħhom għal pajjiżi isiru fuq bażi informata inkluż billi jqisu l-intenzjonijiet u l-opportunitajiet ta' Stati Membri oħrajn għal impatt tal-UE. L-Istati Membri għandhom jirsistu għal konċentrazzjoni ġeoġrafika aħjar filwaqt li l-Kummissjoni għandu jkollha rwol ta’ koordinazzjoni, b’mod partikolari fil-pajjiżi orfni. F’dan ir-rigward, l-analiżi konġunta u l-istrateġiji tal-UE kemm għall-pajjiżi “ippreferuti” kif ukoll għal dawk “orfni” jistgħu jservu bħala bażi għal tqassim aħjar tax-xogħol bejn il-pajjiżi.

Rakkomandazzjoni 5 (dwar il-monitoraġġ tal-progress fil-kwartieri ġenerali u fil-livell tal-pajjiżi)

Ir-Regolament għandu jikkodifika l-mekkaniżmi li jirrappurtaw l-evidenza ta’ progress ta’ koordinazzjoni miżjuda bejn id-donaturi fil-livell tal-pajjiżi billi jinkludu, fost l-oħrajn: a) informazzjoni diżaggregata dwar il-flussi ta’ għajnuna rilevanti kollha; b) progress dwar il-proċessi tal-Ipprogrammar Konġunt, b’attenzjoni partikolari għat-tqassim tax-xogħol; c) evidenza ta’ kostijiet tat-tranżazzjoni mnaqqsa permezz tat-tqassim tax-xogħol; u d) l-integrazzjoni tal-Ipprogrammar Konġunt u tat-tqassim tax-xogħol fil-proċessi ta’ ppjanar strateġiku.

Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pajjżi msieħba sabiex ikunu jistgħu jirrappurtawha fid-dokumenti tal-baġits nazzjonali tagħhom u b’hekk jiffaċilitaw it-trasparenza lejn il-parlamenti, is-soċjetà ċivili u partijiet interessati rilevanti oħrajn.

Rakkomandazzjoni 6 (dwar l-involviment tal-parlamenti nazzjonali fil-monitoraġġ tal-koordinazzjoni bejn id-donaturi)

Ir-Regolament għandu jinkludi dispożizzjonijiet biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-parlamenti nazzjonali fil-monitoraġġ tal-koordinazzjoni bejn id-donaturi. Għal dan il-għan, għandhom jinżammu laqgħat annwali bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali biex jiġi valutat il-progress u jiġu diskussi r-riżultati.

Rakkomandazzjoni 7 (dwar ir-rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill)

Ir-Regolament għandu jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-valutazzjoni permezz ta’ rapport annwali. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-miżuri skont ir-Regolament u għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, kif ukoll lill-Kumitat imsemmi fir-Rakkomandazzjoni 9, rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tagħha u r-riżultati f’termini ta’ koordinazzjoni tal-għajnuna tal-UE.

Dak ir-rapport għandu jiġi ppreżentat ukoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Ir-rapport annwali għandu jkun imsejjes fuq l-informazzjoni relatata mas-sena preċedenti pprovduta mill-kwartieri ġenerali u mit-territorju. Għandu jevalwa r-riżultati tal-isforzi fit-titjib tal-koordinazzjoni tal-politika ta’ żvilupp tal-UE u tal-Istati Membri tagħha, billi juża sa fejn ikun possibbli l-indikaturi speċifiċi u miżurabbli tal-progress lejn l-ilħuq tal-objettivi tar-Regolament.

Rakkomandazzjoni 8 (dwar ir-rieżami)

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jevalwa l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fl-ewwel tliet snin, akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposta leġiżlattiva li tintroduċi l-emendi meħtieġa.

Rakkomandazzjoni 9 (dwar l-istabbiliment tal-Kumitat għall-Koordinazzjoni)

Ir-Regolament għandu jinkludi dispożizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ Kumitat. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu u għandu jkun magħmul minn rappreżentanti mill-Kummissjoni, mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/80


P7_TA(2013)0575

Id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja 2012 u l-politika tal-UE dwar il-kwistjoni

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar ir-Rapport Annwali tal-2012 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja 2012 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (2013/2152(INI))

(2016/C 468/13)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (UDHR) u trattati u strumenti oħra tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-bniedem;

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta' Settembru 2000 (A/RES/55/2) u r-riżoluzzjonijiet relevanti adottati mill-Assemblea Ġenerali tan-NU,

wara li kkunsidra l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-UE tal-2012 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja adottat mill-Kunsill fis-6 ta’ Ġunju 2013,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Diċembru 2012 dwar ir-Rapport Annwali tal-2011 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (1),

wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku tal-UE u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (11855/2012), kif adottati mill-Kunsill għall-Affarijiet Barranin fil-25 ta’ Ġunju 2012,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Diċembru 2012 dwar ir-Rieżami tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (2),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/440/PESK tal-25 ta’ Lulju 2012 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem (3),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-13 ta’ Ġunju 2012 dwar ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem (4),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2012 dwar – “Inżidu l-Impatt tal-Politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-Bidla”,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-13 ta’ Ġunju 2013 lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u lill-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar ir-rieżami tal-2013 tal-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE (5),

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Dritt Umanitarju Internazzjonali (6),

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Libertà ta' Reliġjon jew Twemmin, u r-rakkomandazzjoni tal-Parlament lill-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar l-abbozz ta' Linji Gwida tal-UE dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Libertà ta' Reliġjon jew ta' Twemmin,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tat-Tgawdija tad-Drittijiet tal-Bniedem kollha minn Persuni Leżbjani, Gay, Bisesswali, Transġeneri u Intersesswali (LGBTI),

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Djalogi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem adottati mill-Kunsill fit-13 ta' Diċembru 2001 u rieżaminati fid-19 ta' Jannar 2009,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2013, dwar il-korruzzjoni fis-settur pubbliku u f'dak privat: l-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2013 dwar it-22 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Novembru 2011 dwar appoġġ tal-UE għall-QKI: naffaċċjaw l-isfidi u negħlbu d-diffikultajiet (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (10),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjonijiet Konġunti tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-20 ta' Marzu 2013 dwar “Il-Politika Ewropea tal-Viċinat: Naħdmu lejn Sħubija Aktar b’Saħħitha” (JOIN(2013)4), u tal-25 ta' Mejju 2011 dwar “Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni: Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat” (COM(2011)0303),

wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Strateġija għall-2011-2013 li jikkonċerna l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) u l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament finanzjarju ġdid għall-EIDHR 2014-2020 (COM(2011)0844),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2012 lill-Kunsill dwar il-modalitajiet għall-istabbiliment possibbli ta’ Fond Ewropew għad-Demokrazija (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar politiki tal-UE favur id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (12),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2011 dwar il-politiki esterni tal-UE favur id-demokratizzazzjoni (13),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2012 dwar strateġija dwar il-libertà diġitali fil-politika barranija tal-UE (14),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 67/176 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar moratorju fuq l-użu tal-piena kapitali,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 1325 (2000), 1820 (2008), 1888 (2009), 1889 (2009), 1960 (2010) u 2106 (2013) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà,

wara li kkunsidra r-rapport dwar l-indikaturi tal-UE għall-Approċċ Komprensiv għall-implimentazzjoni mill-UE tar-riżoluzzjonijiet 1325 u 1820 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà, adottat mill-Kunsill tal-UE fit-13 ta' Mejju 2011,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar id-drittijiet tat-tfal, l-aktar waħda reċenti, dik tal-4 ta' April 2012 (66/141),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fil-ftehimiet ta' kummerċ internazzjonali (15),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar il-politika dwar il-kummerċ internazzjonali fil-kuntest tal-imperattivi marbuta mat-tibdil fil-klima (16),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-25 ta' Novembru 2010 dwar ir-responsabilità soċjali tal-kumpaniji fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali (17),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0418/2013),

A.

billi d-diversi proċessi tranżitorji, inklużi rewwixti popolari, sitwazzjonijiet ta’ kunflitti u ta’ wara l-kunflitti, kif ukoll tranżizzjonijiet maqbuda f’pajjiżi awtoritarji, ħolqu sfidi li dejjem jiżdiedu għall-politiki tal-UE f’appoġġ tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja; billi r-Rapport Annwali tal-UE tal-2012 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja juri l-ħtieġa li l-UE li tkompli tiżviluppa reazzjonijiet ta’ politika flessibbli; billi l-għażla tal-politika l-aktar fundamentali għall-UE tikkonċerna r-reżiljenza u d-determinazzjoni politika sabiex tibqa’ fidila lejn il-valuri fundaturi tal-Unjoni Ewropea fi żminijiet ta’ sfida taħt il-pressjoni ta’ objettivi u interessi oħra ta’ politika;

B.

billi l-ġustizzja, l-istat tad-dritt, ir-responsabilità, it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont, il-ġlieda kontra l-impunità, il-proċessi ġusti, u l-ġudikatura indipendenti huma elementi indispensabbli fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

C.

billi l-Artikolu 21 tat-TUE jsaħħaħ aktar l-impenn tal-UE biex taġixxi fix-xena internazzjonali ggwidata mill-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji ta’ ugwaljanza u solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u d-dritt internazzjonali;

D.

billi l-kriterji politiċi ta’ Kopenħagen dwar “l-istabilità tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għal u l-ħarsien ta’ minoritajiet” għadhom karatteristika fundamentali tal-proċess ta' tkabbir;

E.

billi r-rewwixti fid-dinja Għarbija wasslu lill-Unjoni Ewropea biex tirrikonoxxi l-falliment tal-politiki tal-passat u timpenja ruħha għal approċċ ta' “aktar għal aktar” fir-Rieżami tal-Politika tal-Viċinat, abbażi ta’ impenn sabiex “jiġu adattati livelli ta’ appoġġ tal-UE għas-sħab skont il-progress dwar riformi politiċi u l-bini ta’ demokrazija profonda”, kif ukoll ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, inklużi elezzjonijiet ħielsa u ġusti, il-libertà tal-assoċjazzjoni, l-espressjoni u l-għaqda, stampa u midja ħielsa, l-istat tad-dritt amministrat minn ġudikatura indipendenti, u l-libertà tal-ħsieb, il-kuxjenza u r-reliġjoni jew it-twemmin;

F.

billi l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Aġenda għall-Bidla tal-Kummissjoni Ewropea fil-Politika tal-UE għall-Iżvilupp, adottati f’Mejju tal-2012, jiddikjaraw speċifikament li “l-appoġġ għas-sħab se jiġi adattat għas-sitwazzjoni tal-iżvilupp tagħhom u l-impenn u l-progress fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba”; billi l-Pożizzjoni Komuni tal-UE l-aktar riċenti fir-rigward tal-Forum ta’ Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna twiegħed li għandha ssir referenza sistematika fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp għal “sjieda demokratika” fejn il-pajjiżi sħab ikunu responsabbli għall-promozzjoni ta’ ambjent favorevoli għas-soċjetà ċivili u għat-tisħiħ tar-rwol tal-parlamenti, l-awtoritajiet lokali, l-istituzzjonijiet tal-awditjar nazzjonali u l-midja ħielsa;

G.

billi l-Kunsill tal-UE, f’Ġunju tal-2012, adotta Qafas Strateġiku u Pjan ta’ Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, fejn impenja lill-istituzzjonijiet tal-UE sabiex jiksbu diversi objettivi ta’ politika tanġibbli; billi l-Kunsill tal-UE, f’Lulju tal-2012, ħoloq il-kariga u semma l-ewwel Rappreżentant Speċjali tematiku tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem; billi l-proċedura sabiex jiġi adottat Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, li se jidħol fis-seħħ f’Jannar tal-2015 meta jiskadi l-pjan ta’ azzjoni attwali, jeħtieġ li tibda fir-rebbiegħa tal-2014;

H.

billi l-Fond Ewropew għad-Demokrazija ġie stabbilit f’Ottubru tal-2012 bl-għan ewlieni li jsiru għotjiet diretti lill-attivisti favur id-demokrazija jew lill-organizzazzjonijiet li qed jitħabtu għat-tranżizzjoni demokratika fil-Viċinat Ewropew u lil hinn minnu;

I.

billi l-istabbiliment tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) kien akkompanjat minn assigurazzjonijiet li l-appoġġ għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija kellu jkun element kostanti fis-servizz diplomatiku l-ġdid tal-UE; billi n-netwerk tad-Delegazzjonijiet tal-UE madwar id-dinja jipprovdi lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) b’kapaċità ġdida sabiex twettaq il-politika dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-UE;

J.

billi l-Parlament, fir-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar ir-Rapport Annwali preċedenti u dwar ir-rieżami tal-istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem (li t-tnejn li huma ġew adottati f’Diċembru tal-2012), enfasizza l-ħtieġa ta' riforma tal-prattiki proprja sabiex jiġu integrati d-drittijiet tal-bniedem fl-attivitajiet tiegħu u jsir segwitu tar-riżoluzzjonijiet urġenti tiegħu li jikkundannaw il-ksur tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt;

K.

billi l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika tal-Ewrobarometru tal-Parlament Ewropew, imwettaq fis-27 Stat Membru tal-UE f’Novembru u Diċembru 2012, juri għal darb’oħra li l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem għadha l-valur l-aktar importanti f’għajnejn l-Ewropej; billi l-implimentazzjoni kredibbli tal-impenji ddikjarati tal-UE li tappoġġa d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-politiki esterni tagħha hija kruċjali sabiex tinżamm il-kredibilità ġenerali tal-politika barranija tal-UE;

L.

billi, f’Diċembru tal-2012, l-Unjoni Ewropea rċeviet il-Premju Nobel għall-kontribut tagħha għall-avvanz tal-paċi u r-rikonċiljazzjoni, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fl-Ewropa;

Kummenti ġenerali

1.

Jikkunsidra li d-drittijiet tal-bniedem huma fiċ-ċentru tar-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiżi terzi kollha, inklużi s-sħab strateġiċi tagħha; jenfasizza li l-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem teħtieġ li tkun konsistenti fil-konformità mal-obbligi tat-Trattat, filwaqt li tiżgura l-koerenza bejn il-politiki interni u esterni u tevita standards doppji fil-politiki esterni; jitlob, għalhekk, l-adozzjoni tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u s-sħab strateġiċi li jistabbilixxu livell limitu komuni għall-Istati Membri u għall-uffiċjali tal-UE f’termini tat-tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem li jridu jqajmu, bħala minimu, mal-kontropartijiet sħab strateġiċi tagħhom;

2.

Jitlob lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem u s-SEAE sabiex isegwu dawn l-impenji u jintegraw id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fir-relazzjonijiet tal-UE mas-sħab tagħha, inkluż fl-ogħla livell politiku, billi jagħmlu użu mill-istrumenti kollha rilevanti tal-politika esterna tal-UE;

3.

Jirrikonoxxi r-rwol kruċjali tas-soċjetà ċivili fil-protezzjoni u l-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-VP/RGħ biex tiżgura kooperazzjoni u sħubija mill-qrib mas-soċjetà ċivili, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jikkunsidra wkoll li l-UE għandha tappoġġa bis-sħiħ lid-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija, tal-libertà u tat-trasparenza fid-dinja kollha;

4.

Jirrikonoxxi li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri kollha għandu jkollhom approċċ sod u koerenti fil-konfront tal-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja, b’mod trasparenti u responsabbli; jikkunsidra li, meta tiġi ffaċċjata b’każijiet ta’ ksur ta’ drittijiet tal-bniedem persistenti, l-UE għandha titkellem b'vuċi waħda sabiex tiżgura li l-messaġġ tagħha jinstema’ kemm minn gvernijiet abużivi kif ukoll mill-popli tagħhom; jistieden lill-Kunsill Affarijiet Barranin sabiex jagħmel dibattitu pubbliku annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem;

5.

Ifakkar fid-determinazzjoni tiegħu li jkun assoċjat mill-qrib u kkonsultat dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas Strateġiku tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija;

Ir-Rapport Annwali tal-UE 2012

6.

Jilqa' l-adozzjoni tar-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2012; jistenna impenn kontinwu mill-VP/RGħ, b’rapporti regolari lill-Parlament; jitlob diskussjonijiet attivi u kostruttivi fost l-istituzzjonijiet tal-UE fit-tħejjija ta’ rapporti futuri li se jżidu l-viżibbiltà tal-attivitajiet tal-UE f’dan il-qasam;

7.

Jemmen li r-Rapport Annwali għandu jsir għodda essenzjali għall-komunikazzjoni u d-diskussjoni ta’ attivitajiet tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; jilqa’ għalhekk l-impenn tal-VP/RGħ u s-SEAE li jużaw ir-rapporti annwali tal-UE bħala rapporti ta’ implimentazzjoni dwar il-Qafas Strateġiku tal-UE u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija;

8.

Jinnota r-referenzi għal azzjonijiet mir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem fir-Rapport Annwali u jħeġġeġ lill-VP/RGħ u s-SEAE sabiex jinkludu analiżi aktar profonda, b’mod speċjali f’dak li jirrigwardja r-rwol tiegħu fl-implimentazzjoni tal-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta’ Azzjoni, sabiex tiġi provduta deskrizzjoni adegwata tar-rwol u l-ħidma tiegħu;

9.

Jirrikonoxxi l-isforzi li ttieħdu sabiex jiġu elenkati d-diversi azzjonijiet tal-UE fil-qasam tal-appoġġ tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fir-rapporti tal-pajjiżi, li jipprovdu ammont kbir ta’ informazzjoni dwar il-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-UE madwar id-dinja; jiddispjaċih, madankollu, li jidher li r-rapporti tal-pajjiżi xorta waħda huma nieqsa minn qafas sistematiku, ċar u koerenti li jippermetti analiżi aktar rigoruża dwar l-impatt u l-effiċjenza tal-azzjoni tal-UE;

10.

Itenni l-opinjoni tiegħu li r-rapporti tal-pajjiżi għandhom ikomplu jissaħħu u għandhom jirriflettu l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-pajjiżi dwar id-drittijiet tal-bniedem u għaldaqstant għandhom jirreferu għal valuri referenzjarji speċifiċi bbażati fuq sett ta’ indikaturi sabiex jiġu vvalutati kemm ix-xejriet pożittivi kif ukoll dawk negattivi, tiġi evalwata l-effiċjenza tal-azzjonijiet tal-UE u jiġu provduti bażijiet għall-adattament tal-livelli tal-appoġġ tal-UE skont il-progress fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba;

11.

Jilqa' l-isforz sabiex jiġu inklużi l-attivitajiet imwettqa mill-Parlament Ewropew fir-Rapport Annwali, jitlob sabiex jintużaw il-kisbiet u l-potenzjal tal-Parlament, inkluż l-għadd kbir ta’ studji u analiżi mwettqa mill-Parlament, u jħeġġeġ b’mod qawwi lill-VP/RGħ u s-SEAE sabiex jirrapportaw dwar l-azzjonijiet tal-UE meħuda b' segwitu għar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament, inkluż fir-rigward ta' riżoluzzjonijiet ta' urġenza relatati ma' ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob fluss kostanti ta’ informazzjoni u kooperazzjoni bejn il-Parlament u r-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;

12.

Jilqa' r-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2012, billi juri l-isforzi li qed tagħmel l-UE biex tippromwovi l-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ugwaljanza tal-ġeneru, tad-demokrazija u tal-governanza tajba fl-istrumenti u l-politiki għall-iżvilupp;

Il-Qafas Politiku tal-UE

Il-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni

13.

Itenni l-apprezzament tiegħu tal-Qafas Strateġiku tal-UE u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija bħala pass importanti fl-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-politiki esterni kollha tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa ta' kunsens ġenerali u koordinazzjoni msaħħa tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri; jistieden lis-SEAE biex iżid l-isforzi tiegħu sabiex jiżdied is-sens ta' sjieda ta' dan il-Pjan ta’ Azzjoni fost l-Istati Membri; jitlob l-inklużjoni ta’ taqsima dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni mill-Istati Membri fir-Rapport Annwali;

14.

Jenfasizza l-importanza kbira ta’ implimentazzjoni effiċjenti u kredibbli tal-impenji ddikjarati, kemm fil-Qafas Strateġiku kif ukoll fil-Pjan ta’ Azzjoni; jinnota li l-kredibilità teħtieġ riżorsi adegwati ta’ politiki dwar id-drittijiet tal-bniedem iddedikati u integrazzjoni konsistenti f’livell politiku għoli, bħal f’laqgħat ministerjali u samits ma’ pajjiżi terzi, inkluż mas-sħab strateġiċi;

15.

Jiddispjaċih mill-fatt li d-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali għadhom fil-biċċa l-kbira tagħhom traskurati mill-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem għall-kuntrarju tal-impenn iddikjarat tal-UE favur l-indiviżibilità u l-interdipendenza tad-drittijiet, u jitlob lis-SEAE, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex iżidu l-isforzi tagħhom f’din id-direzzjoni, inkluż fil-qasam tax-xogħol u tad-drittijiet soċjali;

16.

Jinnota li l-Pjan ta’ Azzjoni attwali se jiġi konkluż fl-aħħar tal-2014; jistenna li l-VP/RGħ u s-SEAE jinvolvu ruħhom f'rieżami f'waqtu u konsultazzjonijiet mal-Istati Membri, mal-Kummissjoni, mal-Parlament u mas-soċjetà ċivili, li jwasslu għall-adozzjoni ta' Pjan ta' Azzjoni ġdid li se jidħol fis-seħħ f'Jannar tal-2015;

Ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem

17.

Jirrikonoxxi l-importanza tal-mandat mogħti lill-ewwel Rappreżentant Speċjali tal-UE (RSUE) għad-Drittijiet tal-Bniedem; jinkoraġġixxi lir-RSUE sabiex itejjeb il-viżibiltà, l-integrazzjoni, il-koerenza, il-konsistenza u l-effikaċja tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari dwar id-drittijiet tan-nisa u d-drittijiet tal-minoranzi kollha, u sabiex isib bilanċ tajjeb bejn diplomazija silenzjuża u dik pubblika fit-twettiq tal-mandat tiegħu; itenni r-rakkomandazzjoni tiegħu li r-RSUE jipprovdi lill-Parlament b'rapport regolari tal-attivitajiet tiegħu bi kjarifika tal-prijoritajiet tematiċi u ġeografiċi tiegħu, u jiżgura segwitu għat-tħassib imqajjem mill-Parlament;

18.

Ifaħħar lir-RSUE għall-ftuħ tad-djalogu mwettaq mal-Parlament u mas-soċjetà ċivili, biex b'ehkk tiġi stabbilita prattika importanti li għandha titkompla u tiġi konsolidata sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u responsabilità dovuti; jilqa' l-kooperazzjoni tar-RSUE mal-korpi reġjonali u fil-fora multilaterali u jinkoraġġixxih sabiex ikompli jespandi dawn l-attivitajiet;

19.

Jilqa’ l-fatt li l-kooperazzjoni mar-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem ġiet inkluża fil-mandat tar-RSUE ġeografiku għas-Saħel, u jħeġġeġ lill-Kunsill u lill-VP/RGħ sabiex jadottaw ukoll din il-prattika, fir-rigward tal-mandati tar-RSUE ġeografiċi futuri;

Il-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

20.

Jilqa’ l-adozzjoni tal-Linji Gwida tal-UE dwar il-Libertà ta' Reliġjon jew Twemmin, u dwar id-drittijiet tal-bniedem ta' persuni LGBTI; ifakkar lis-SEAE, madankollu, biex jirrispetta l-prattika interistituzzjonali tajba u jinvolvi ruħu f'ħin propizju u mal-korpi politiċi xierqa fil-Parlament fl-iżvilupp ta' kwalunkwe għodda strateġika ġdida bħal linji gwida jew fir-rieżami ta' dawk eżistenti; ifakkar fir-rakkomandazzjoni tal-Parlament lill-Kunsill dwar il-Linji Gwida dwar il-Libertà ta' Reliġjon jew Twemmin fejn il-Parlament ippropona sett ambizzjuż ta’ strumenti, li jipprovdu suġġerimenti għall-implimentazzjoni prattika tal-Linji Gwida sabiex jinkiseb progress sostanzjali fil-protezzjoni u l-promozzjoni ta’ din il-libertà fundamentali u universali; ifaħħar il-prattika adottata mis-SEAE u l-Kunsill tar-rieżami u r-reviżjoni ta’ linji gwida aktar antiki; iħeġġeġ lis-SEAE sabiex jadotta proċess ta’ rieżami aktar rigoruż li jinvolvi konsultazzjoni profonda mal-partijiet interessati sabiex ikun jista’ jsir adattament għal ċirkostanzi li jinbidlu;

21.

Iħeġġeġ lis-SEAE u lill-Kunsill sabiex jagħtu attenzjoni partikolari għall-kwistjoni ta’ pjanijiet ta’ implimentazzjoni xierqa għal-Linji Gwida; jirrakkomanda aktar taħriġ u sensibilizzazzjoni fost il-persunal tad-delegazzjonijiet tas-SEAE u tal-UE, kif ukoll fost id-diplomatiċi tal-Istati Membri; jesprimi t-tħassib partikolari tiegħu fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Linji Gwida dwar id-dritt umanitarju internazzjonali u l-Linji Gwida dwar it-tortura u trattamenti krudili, inumani jew degradanti oħra;

Id-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem ma’ pajjiżi terzi

22.

Jinnota d-diffikultajiet kontinwi fil-kisba ta' progress konkret f’diversi djalogi u konsultazzjonijiet tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem; jinkoraġġixxi lill-UE sabiex tfittex modi ġodda sabiex id-djalogi ma’ pajjiżi ta' tħassib isiru aktar sinifikanti; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi segwita politika dwar id-drittijiet tal-bniedem determinata, ambizzjuża u trasparenti f’dawn id-djalogi; jitlob, għalhekk, lill-UE sabiex tislet konklużjonijiet politiċi ċari meta d-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem ma jkunx kostruttiv u, f’tali każijiet jew f'każijiet ta' ksur persistenti tad-drittijiet tal-bniedem, tagħmel aktar enfasi fuq id-djalogu politiku, id-démarches u d-diplomazija pubblika; iwissi, madankollu, kontra d-diverġenza tad-diskussjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem lil hinn mid-djalogi politiċi ta’ livell għoli;

23.

Jemmen li d-djalogi u l-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem għandhom isaħħu u jappoġġaw is-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, it-trejdunjins, il-ġurnalisti, l-avukati u l-membri parlamentari li jieħdu pożizzjoni u jisfidaw l-abbużi f’pajjiżhom u jesiġu li d-drittijiet tagħhom jiġu rrispettati; jitlob lill-UE tiżgura li d-djalogi u l-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem ikunu ambizzjużi u jiġu akkumpanjati b'valuri referenzjarji pubbliċi ċari li abbażi tagħhom ikun jista’ jitkejjel b’mod oġġettiv is-suċċess tagħhom;

24.

Ifakkar fil-fatt li l-korruzzjoni fis-setturi pubbliċi u privati tipperpetwa u taggrava l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni f'dak li jirrigwarda t-tgawdija tad-drittijiet ċivili, politiċi jew soċjali u kulturali, u jenfasizza l-fatt li huwa pprovat li l-atti ta' korruzzjoni u ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem jinvolvu l-użu ħażin tal-poter, nuqqas ta' responsabilità u forom varji ta' diskriminazzjoni; jitlob l-ogħla livell ta' responsabilità u trasparenza tal-għajnuna esterna u l-baġits pubbliċi fir-rigward tal-għajnuna esterna u l-baġit tal-UE;

L-istrateġiji tal-pajjiż dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-punti fokali tad-drittijiet tal-bniedem

25.

Jinnota l-isforzi magħmula mis-SEAE sabiex jiġi finalizzat l-ewwel ċiklu tal-istrateġiji tal-pajjiż dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-UE; itenni l-appoġġ tiegħu għall-objettiv li tingħata sjieda tal-istrateġija tal-pajjiż lid-Delegazzjoni tal-UE u lill-ambaxxati tal-Istati Membri fil-post, filwaqt li jiġi żgurat l-kontroll tal-kwalità fil-livell tal-kwartieri ġenerali; jiddispjaċih, madankollu, għan-nuqqas ta’ trasparenza fir-rigward tal-kontenut tal-istrateġiji tal-pajjiż; itenni t-talba tiegħu għal żvelar pubbliku, mill-inqas, tal-prijoritajiet ewlenin ta' kull strateġija tal-pajjiż, u sabiex il-Parlament ikollu aċċess għall-istrateġiji sabiex jingħata lok għal livell xieraq ta' skrutinju; iħeġġeġ lill-UE sabiex tipproduċi valutazzjoni pubblika tat-tagħlimiet meħuda matul l-ewwel ċiklu tal-istrateġiji tal-pajjiż dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-UE u biex tidentifika l-aħjar prattiki għaċ-ċiklu li jmiss;

26.

Jilqa’ n-netwerk kważi komplut tal-punti fokali tad-drittijiet tal-bniedem fid-Delegazzjonijiet tal-UE; jitlob lill-VP/RGħ u s-SEAE sabiex jiżviluppaw pjan dwar kif dan in-netwerk jista’ jintuża sabiex jitwettaq il-potenzjal sħiħ tiegħu; jistieden lid-Delegazzjonijiet tal-UE sabiex jippubblikaw id-dettalji ta’ kuntatt tal-punti fokali kollha tad-drittijiet tal-bniedem u l-Uffiċjali ta’ Kollegament tal-UE għad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem;

Id-drittijiet tal-bniedem fil-politika kummerċjali tal-UE

27.

Jappoġġa l-prattika li jiġu inkużi l-klawżoli legalment vinkolanti u mhux negozjabbli tad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet internazzjonali tal-UE li jiġu konklużi ma' pajjiżi terzi, u jikkunsidra li l-klawżoli tad-drittijiet tal-bniedem għandhom jiġu inklużi sistematikament ukoll fil-ftehimiet kummerċjali; jitlob monitoraġġ effikaċi tal-applikazzjoni tagħhom u rapportar lura lill-kumitat relevanti tal-Parlament dwar il-valutazzjoni tagħhom u r-reazzjoni suġġerita;

28.

Jinnota li l-Parlament m'għandux jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal ftehimiet internazzjonali meta jseħħ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem;

29.

Ifakkar li l-SPĠ riveduta se tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014; jilqa' l-kontinwazzjoni tal-iskema SPĠ+ li permezz tagħha l-pajjiżi jistgħu jgawdu minn tariffi preferenzjali addizzjonali ladarba jkunu rratifikaw u implimentaw is-27 konvenzjoni fundamentali dwar id-drittijiet tal-bniedem, ix-xogħol u l-ambjent; ifakkar fil-possibbiltà tas-sospensjoni tal-preferenzi tal-SPĠ, tal-SPĠ+ u ta’ Kollox ħlief Armi f’każ ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-valutazzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-SPĠ+, sabiex jiżdiedu t-trasparenza u r- responsabilità;

30.

Jitlob, barra minn hekk, lill-UE sabiex tiddefinixxi u tadotta linji gwida ta' politika speċifiċi dwar l-inklużjoni effikaċi tad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet kummerċjali u ta’ investiment tagħha sabiex jinkisbu konsistenza metodoloġika u rigorożità fil-valutazzjonijiet tal-impatt dwar id-drittijiet tal-bniedem;

Id-drittijiet tal-bniedem fil-politiki tal-UE għall-Iżvilupp

31.

Jenfasizza l-fatt li s-Sħubija ta' Busan għal Kooperazzjoni għall-Iżvilupp Effikaċi stiednet lill-komunità internazzjonali biex tadotta approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem fil-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali, bil-għan li tiżdied l-effikaċja tal-isforzi għall-iżvilupp;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet tal-impatt estensivi tal-proġetti ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE, li għandhom jinkludu valutazzjoni tal-impatt ta' dawn il-proġetti fuq is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, sabiex tiżgura li l-isforzi ta' żvilupp tal-UE ma jikkontribwixxux għal aktar emarġinazzjoni ta' gruppi vittmi ta' diskriminazzjoni u li l-fondi tal-UE jitqassmu b'mod ġust fost ir-reġjuni differenti f'pajjiż partikolari skont il-bżonn u l-livell ta' żvilupp tagħhom;

33.

Itenni l-fatt li l-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għandhom ikunu responsabbli, fl-ambitu tal-eżerċizzju ta' programmazzjoni futur, mill-adozzjoni ta' approċċ ibbażat fuq id-drittijiet;

34.

Huwa tal-fehma li l-parlamenti nazzjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiżvolġu rwol importanti fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem b'mod effikaċi u jenfasizza li jeħtieġ ikunu stabbiliti kundizzjonijiet xierqa għall-parteċipazzjoni tagħhom fit-teħid tad-deċiżjonijiet sabiex tiġi promossa s-sjieda awtentika tal-għażliet politiċi tal-istrateġiji ta' żvilupp;

Il-politika tal-Unjoni Ewropea dwar proċessi ta’ tranżizzjoni

35.

Jinnota l-evidenza kbira minn snin riċenti li tindika l-importanza kruċjali li l-politika barranija tal-UE tindirizza b’mod adegwat proċessi ta’ tranżizzjoni dinamiċi f’pajjiżi terzi; jinkoraġġixxi lill-UE tkompli titgħallem minn esperjenzi li tkun għaddiet minnhom, kemm pożittivi kif ukoll negattivi, sabiex tiġi evitata ripetizzjoni ta' ċerti żbalji ta’ politika, u jiġu stabbiliti l-aħjar prattiki sabiex jiġu influwenzati u konsolidati proċessi ta’ demokratizzazzjoni; jirrikonoxxi l-ħtieġa ta' flessibbiltà politika f’sitwazzjonijiet diverġenti, u jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ għodod ta’ politiki li jistgħu jiġu applikati f’xenarji differenti ta’ tranżizzjoni sabiex jiġu integrati miżuri ta’ appoġġ għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fl-approċċ tal-UE b’mod flessibbli u kredibbli;

36.

Jenfasizza li t-tranżizzjoni politika u d-demokratizzazzjoni jeħtieġ li jiġu marbuta mar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-promozzjoni tal-ġustizzja, it-trasparenza, is-sens ta’ responsabilità, ir-rikonċiljazzjoni, l-istat tad-dritt u l-istabbiliment ta’ istituzzjonijiet demokratiċi, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġustizzja tal-minorenni; jenfasizza l-importanza tad-dritt ta' rimedju rigward abbużi tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa minn reġimi preċedenti; jenfasizza li l-UE għandha dejjem tappoġġja approċċ sensittiv għall-kuntest ta’ ġustizzja tranżizzjonali filwaqt li tħares b’mod strett il-prinċipju tar-responsabilità għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali;

37.

Jenfasizza li l-UE għandha tagħti l-appoġġ sħiħ tagħha lil pajjiżi li jkunu qalgħu ’l barra reġimi awtoritarji u li għaddejjin minn tranżizzjoni lejn id-demokrazija billi tappoġġja s-soċjetà ċivili bħala attur kruċjali fil-promozzjoni tal-istat tad-dritt, is-sens ta’ responsabilità u t-trasparenza u fil-promozzjoni ta’ movimenti soċjali għal bidla u parteċipazzjoni politika; ifakkar li l-pulizija, il-forza militari u l-ġudikatura ħafna drabi jintużaw bħala mekkaniżmi sabiex jitwettaq ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza, għalhekk, li jinħtieġ li r-riforma istituzzjonali ta’ dawn il-korpi tipprovdi għal sens akbar ta’ responsabilità u aktar trasparenza fi proċessi ta’ tranżizzjoni;

38.

Jikkunsidra l-istrumenti finanzjarji esterni tal-UE bħala għodda importanti għall-promozzjoni u d-difiża tal-valuri tal-UE barra mill-pajjiż; jilqa’, f’dan il-kuntest, l-impenn li d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt jitpoġġew fiċ-ċentru tal-azzjoni esterna tal-UE; jitlob titjib fil-koerenza u l-effikaċja ta’ strumenti tematiċi u ġeografiċi differenti sabiex jinkiseb dan l-objettiv strateġiku;

39.

Jinkoraġġixxi b’mod qawwi lill-UE sabiex tappoġġja soċjetà ċivili attiva u indipendenti fid-dinja kollha, kemm politikament kif ukoll finanzjarjament, partikolarment permezz tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR); jissuġġerixxi li l-ftuħ ta’ programmi Ewropej ta’ skambju ta’ studenti għaż-żgħażagħ ta’ pajjiżi mhux tal-UE u l-ħolqien ta’ programmi ta’ taħriġ għal professjonisti żgħar iħeġġeġ il-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ fil-bini tad-demokrazija u jsaħħaħ is-soċjetà ċivili; jiddispjaċih li l-libertà tal-għaqda, bħala kundizzjoni fundamentali għal kwalunkwe żvilupp demokratiku u bħala kwistjoni partikolarment sensittiva f’pajjiżi ta’ tranżizzjoni, tidher li ġiet injorata fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija; jitlob lis-SEAE u l-Istati Membri jfasslu Linji Gwida dwar il-Libertà tal-Għaqda;

40.

Jilqa’ l-istabbiliment tad-Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija (EED) u jistedinha timpenja lilha nnifisha biex tipprovdi appoġġ għal dawk li qed iħabirku għal bidla demokratika billi joffrulhom finanzjament flessibbli mfassal apposta għall-bżonnijiet tagħhom; jitlob biex ikun garantit appoġġ finanzjarju xieraq għall-EED u l-Istati Membri tagħha; ifakkar l-importanza kritika li jiġi evitat trikkib bejn il-mandat u l-attivitajiet tal-EED u dawk tal-istrumenti esterni tal-UE, speċjalment dawk fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija;

Il-politika tat-tkabbir, id-demokratizzazzjoni u d-drittijiet tal-bniedem

41.

Jenfasizza l-importanza radikali tal-proċess tat-tkabbir bħala mezz ta’ appoġġ tad-demokratizzazzjoni u t-titjib tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

42.

Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tpoġġi l-istat tad-dritt fil-qalba tal-proċess tat-tkabbir; iħeġġeġ lill-UE tibqa’ viġilanti matul il-proċessi tat-tkabbir u li titlob l-implimentazzjoni rigoruża tad-dispożizzjonijiet kritiċi għad-drittijiet tal-bniedem, bħall-protezzjoni attiva tad-drittijiet ta’ persuni li jappartjenu għal minoritajiet nazzjonali sabiex jiġi salvagwardjat it-trattament ugwali ta’ dawn il-minoritajiet fir-rigward tal-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u servizzi pubbliċi oħra, l-istabbiliment tal-istat tad-dritt flimkien ma' azzjoni b'saħħitha fil-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ korruzzjoni, l-aċċess effettiv għall-ġustizzja u passi li jiggarantixxu l-libertajiet fundamentali u l-ugwaljanza sħiħa u effettiva bejn persuni li jappartjenu għal minorità nazzjonali u dawk li jappartjenu għall-maġġoranza nazzjonali, fl-oqsma kollha tal-ħajja soċjali, ekonomika, politika u kulturali;

43.

Jisħaq fuq il-bżonn urġenti li tinstab soluzzjoni ġusta u dejjiema fir-rigward tal-kunflitt tal-Lvant Nofsani bil-għan li tinkiseb soluzzjoni ta’ żewġ stati, Stat Palestinjan indipendenti, demokratiku u vijabbli, u l-Istat tal-Iżrael, li jgħixu maġenb xulxin fil-paċi u s-sigurtà abbażi tal-fruntieri internazzjonalment rikonoxxuti fl-1967;

44.

Jinnota bi tħassib li r-rispett tad-drittijiet tal-minoritajiet huwa wieħed mill-isfidi ewlenin identifikati fl-Istrateġija ta’ Tkabbir tal-Kummissjoni għall-2012-2013; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri, kif ukoll lill-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali kollha, sabiex iniedu dibattitu pubbliku ġenerali dwar l-aċċettazzjoni ta’ minoritajiet u l-inklużjoni tagħhom fis-sistema tal-edukazzjoni, l-involviment tas-soċjetà ċivili, kundizzjonijiet ta’ għajxien imtejba u s-sensibilizzazzjoni, b'mod ġenerali; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-komunità Rom hija partikolarment żvantaġġjata fil-Balkani tal-Punent, u li dan għandu effett avvers fuq il-proċessi ta’ sħubija; iħeġġeġ lill-pajjiżi kkonċernati sabiex jimplimentaw miżuri effettivi ħalli jindirizzaw problemi bħad-diskriminazzjoni u s-segregazzjoni, u l-aċċess għall-akkomodazzjoni u l-kura tas-saħħa; jikkundanna l-provokazzjoni b’mod ġenerali ta’ mibegħda u preġudizzji, u l-atti negattivi u d-diskriminazzjoni bbażati fuq is-sessi, l-orjentazzjoni sesswali jew kontra gruppi vulnerabbli u persuni b’diżabbiltajiet; jenfasizza li din hija kwistjoni rikorrenti f’ħafna pajjiżi ta’ tkabbir, kif ukoll f'maġgoranza tal-Istati Membri;

45.

Jinnota li l-libertà tal-midja avvanzat b’mod ġenerali fil-pajjiżi li kienu parti mit-tkabbir; jiddeplora, madankollu, in-nuqqas ta’ miżuri sabiex tiġi żgurata l-libertà tal-espressjoni f’ċerti pajjiżi fil-proċess ta’ tkabbir, li ħafna drabi jwassal għal awtoċensura, interferenza politika, pressjonijiet ekonomiċi, il-fastidju u l-użu ta’ vjolenza kontra ġurnalisti; jinsab imħasseb serjament, f’dan ir-rigward, dwar iż-żieda fil-każi ta' ksur tal-libertà tal-espressjoni u tal-istampa fit-Turkija;

L-isfida ta’ tranżizzjonijiet fil-Politika tal-Viċinat

46.

Jirrikonoxxi l-isfidi relatati mat-tranżizzjonijiet demokratiċi fil-Viċinat tan-Nofsinhar u tal-Lvant; jinnota ż-żieda fid-diverġenza fir-riformi demokratiċi madwar il-viċinat tal-UE; itenni l-importanza tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u d-drittijiet tal-bniedem fil-proċess ta’ tranżizzjoni demokratika; iħeġġeġ, għalhekk, li jsir differenzjar bejn id-dimensjonijiet tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Politika tal-Viċinat sabiex jiġu indirizzati partikolarment u b'mod aktar effettiv il-proprjetajiet u l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kull żona ġeografika;

47.

Jitlob lill-UE taġixxi b'mod konsistenti bħala msieħba li tixpruna r-riforma demokratika fil-viċinat tagħha; jappoġġa, f'dan il-kuntest, impenn ulterjuri fil-proċess ta' assoċjazzjoni mal-pajjiżi tal-viċinat; jirrikonoxxi l-konklużjonijiet tas-Samit ta’ Vilnius u jitlob tisħiħ ulterjuri fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant; jappoġġa l-proċessi demokratiċi u pro-Ewropej fl-Ukraina u jikkundanna l-użu reċenti tal-użu tal-forza kontra dimostrazzjonijiet pubbliċi paċifiċi fil-Kyiv bħala ksur tal-prinċipji fundamentali tal-libertá ta' assemblea u tal-espressjoni;

48.

Jinnota l-approċċ il-ġdid tal-UE immirat lejn it-tisħiħ tas-sħubija bejn l-UE u l-pajjiżi u s-soċjetajiet tal-Viċinat tagħha, abbażi ta’ responsabilità reċiproka u impenn kondiviż lejn il-valuri universali tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, il-ġustizzja soċjali u l-istat tad-dritt;

49.

Jinnota bi tħassib l-istat fraġli ta’ proċessi demokratiċi u d-deterjorament fid-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fil-maġġoranza tal-pajjiżi tal-Viċinat; jenfasizza li l-governanza tajba, it-trasparenza, il-libertà tal-assoċjazzjoni, l-espressjoni, il-ħsieb, il-kuxjenza u r-reliġjon u l-għaqda, stampa u midja ħielsa, l-istat tad-dritt u ġudikatura indipendenti huma essenzjali għas-sostenn ta’ tranżizzjonijiet demokratiċi; itenni l-importanza li jiġu appoġġjati u promossi l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa, flimkien ma' żvilupp soċjali u t-tnaqqis tal-inugwaljanzi; jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tas-soċjetà ċivili fil-bini ta’ appoġġ pubbliku għal riformi demokratiċi fil-pajjiżi tal-Viċinat;

50.

Jiddispjaċih għall-fatt li f’xi pajjiżi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jibqgħu jiffaċċjaw limitazzjonijiet serji bħal ostakoli għal-libertà tal-moviment, kawżi kontra mexxejja ta’ NGOs u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, proċeduri amministrattivi kkumplikati, l-użu aggressiv ta’ liġijiet ta’ malafama kriminali kontra NGOs jew projbizzjoni kompleta fuq l-operat tagħhom, regoli restrittivi li jikkontrollaw il-finanzjament barrani jew li l-aċċettazzjoni tal-appoġġ finanzjarju jsir soġġett għall-awtorizzazzjoni; jenfasizza, f’dan il-kuntest, l-importanza tad-Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija bħala mezz flessibbli u diskret ta’ appoġġ għall-potenzjal prodemokratiku ta’ soċjetajiet f’pajjiżi qabel jew matul il-proċess ta’ trasformazzjoni demokratika;

51.

Jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ progress fil-kisba ta’ soluzzjoni prattika sostenibbli fir-rigward ta’ “kunflitti ffriżati”; jenfasizza li d-djalogu politiku għandu jqis u jirrispetta b’mod sħiħ l-integrità territorjali u l-fruntieri rikonoxxuti internazzjonalment tal-pajjiżi kkonċernati; iħeġġeġ lill-UE tinvolvi ruħha b’mod aktar attiv f’dan ir-rigward;

52.

Jenfasizza l-importanza ta’ Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem (NHRI) fl-arkitettura tad-drittijiet tal-bniedem fil-livell nazzjonali, inkluż f’termini tal-monitoraġġ u s-sensibilizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll l-iżgurar ta’ rimedju għal ksur; iħeġġeġ lis-SEAE u l-Kummissjoni sabiex jiżviluppaw politika li tappoġġja l-NHRIs, u sabiex jappoġġjaw l-istabbiliment u t-tisħiħ ta’ NHRIs f’konformità mal-Prinċipji ta’ Pariġi bħala prijorità fl-assistenza esterna, b’mod partikolari taħt l-ENPI;

53.

Jibqa’ mħasseb dwar in-nuqqas ta’ demokrazija, l-istat tad-dritt, il-libertajiet fundamentali u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarus;

54.

Jinnota bi tħassib każijiet ta’ ġustizzja selettiva f’ċerti pajjiżi tal-Viċinat tal-Lvant; ifakkar li l-UE talbet kontinwament il-ħelsien ta’ priġunieri politiċi bħal Yuliya Tymoshekno fl-Ukraina; itenni li r-responsabilità politika u kriminali għandhom jiġu separati b’mod ċar f’pajjiżi li huma impenjati favur valuri demokratiċi;

55.

Jappoġġja l-passi kollha li jwasslu għal djalogu politiku, li huwa essenzjali sabiex it-tranżizzjoni fl-Eġittu titmexxa ’l quddiem; jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar kriżijiet riċenti u l-polarizzazzjoni politika fil-pajjiż, inkluż il-battalji fit-toroq bejn l-armata u dawk li jappoġġjaw il-Fratellanza Musulmana, it-terroriżmu u l-ġlied vjolenti fis-Sinaj; jikkundanna l-vjolenza estremista kontra minoritajiet, inklużi komunitajiet tal-Kristjani Kopti; jesprimi s-solidarjetà mal-poplu Eġizzjan fil-ġlieda għad-demokrazija, jilqa' l-isforzi mill-Unjoni Ewropea u mir-VP/RGħ biex tinstab soluzzjoni għall-kriżi, u jirrimarka għal darba oħra l-ħtieġa urġenti għal djalogu politika kostruttiv u inklużiv sabiex jiġi stabbilit pjan ta' rotta ċar għal tranżizzjoni lejn demokrazija reali u sostenibbli; jitlob lill-mexxejja politiċi kollha fil-pajjiż sabiex isibu mod kif jiksru l-istaġnar perikoluż u jaqblu dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri tanġibbli ta’ bini tal-fiduċja sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ aktar tixrid ta’ demm u polarizzazzjoni fil-pajjiż; jitlob ir-ritorn rapidu għall-proċess demokratiku, inkluż iż-żamma ta’ elezzjonijiet parlamentari u presidenzjali ħielsa u ġusti fi proċess inklużiv għal kollox; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Eġizzjani sabiex javvanzaw fil-ħidma tagħhom lejn kostituzzjoni inklużiva bi drittijiet ugwali għal kulħadd;

56.

Jitlob li jintemmu minnufih l-atti kollha ta' vjolenza, l-attakki sesswali u forom oħra ta' trattament degradanti kontra d-dimostranti nisa u l-attivisti għad-drittijiet tan-nisa u jitlob li jsiru investigazzjonijiet serji u imparzjali dwar il-każijiet kollha ta' dan it-tip u għal sens ta’ responsabilità sħiħa għal dawk responsabbli;

57.

Jibqa’ mħasseb profondament dwar is-sitwazzjoni kritika fis-Sirja; jiddeplora bl-aktar mod qawwi l-użu ta’ armi kimiċi u l-użu eċċessiv ta’ forza u vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili u l-minoritajiet fil-pajjiż li ma jistgħux ikunu ġustifikati taħt l-ebda ċirkostanza, u jistmell l-iskala tal-abbużi tal-istat li jistgħu jikkostitwixxu delitti kontra l-umanità; itenni l-approvazzjoni qawwija tiegħu għat-talba tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem biex is-sitwazzjoni fis-Sirja titressaq mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) għal investigazzjoni formali; jistieden lill-fazzjonijiet armati kollha biex itemmu minnufih il-vjolenza fis-Sirja; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-kriżi umanitarja li għaddejja, inkluża s-sitwazzjoni tar-refuġjati, u l-implikazzjonijiet għall-pajjiżi ġirien u l-istabbiltà fir-reġjun; jenfasizza għal darb’oħra li l-assistenza umanitarja għall-ħtiġijiet u s-servizzi bażiċi fis-Sirja u l-ġirien tagħha jridu jkunu prijorità immedjata għall-komunità internazzjonali u l-Unjoni Ewropea; jemmen li s-soluzzjoni sabiex jissolva l-kunflitt tinsab f’mekkaniżmi politiċi u fi proċessi diplomatiċi; jenfasizza l-importanza ta' implimentazzjoni stretta tal-Konvenzjoni dwar l-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna u l-Użu ta' Armi Kimiċi u dwar il-Qerda tagħhom; jilqa’ r-riżoluzzjoni riċenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u l-proposta tas-Segretarju Ġenerali sabiex tinżamm il-konferenza Geneva II f'Diċembru 2013; jikkundanna l-persekuzzjoni tal-Insara u minoritajiet reliġjużi oħra fil-Lvant Nofsani;

58.

Ifakkar fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar is-sitwazzjoni fis-Saħara tal-Punent (18), tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun tas-Saħel (19), u jsejjaħ għal garanzija tad-drittijiet tal-bniedem għall-poplu tas-Saharawi u jenfasizza l-ħtieġa li dawn id-drittijiet jiġu indirizzati fis-Saħara tal-Punent u fil-kampi Tindouf, inkluż li jiġu rispettati l-libertà ta’ assoċjazzjoni, il-libertà tal-espressjoni u d-dritt li jipprotestaw; jitlob il-ħelsien tal-priġunieri politiċi tas-Saħara tal-Punent kollha; jitlob il-ftuħ tat-territorju għal osservaturi indipendenti, NGOs u l-m edia; jappoġġja soluzzjoni politika ġusta u aċċettabbli għal kulħadd dwar is-Saħara tal-Punent, f’konformità mar-riżoluzzjonijiet rilevanti tan-N azzjonijiet Uniti, inklużi dawk li jippermettu l-awtodeterminazzjoni;

Il-Ġustizzja tranżitorja u l-isfida tal-bini tal-paċi wara l-kunflitti

59.

Jikkunsidra s-sens ta’ responsabilità għal vjolazzjonijiet fil-passat bħala element integrali fil-proċess tal-bini ta’ rikonċiljazzjoni sostenibbli; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġaw il-parteċipazzjoni sistematika tan-nisa, filwaqt li jenfasizza l-importanza ta' din il-parteċipazzjoni, fil-proċessi ta' paċi u fit-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi u ekonomiċi, inkluż fi tranżizzjoni demokratika u f'sitwazzjonijiet ta' riżoluzzjoni ta' konflitt; jitlob li l-kriminali tal-gwerra jitressqu quddiem il-QKI, u jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom mal-QKI f'dan ir-rigward; jilqa’ l-intenzjoni tas-SEAE li jiżviluppa politika speċjali dwar il-ġustizzja tranżitorja sabiex jgħin lis-soċjetajiet jittrattaw abbużi tal-passat u jiġġieldu kontra impunità u jħeġġeġ l-iżvilupp f’waqtu ta’ din il-politika; jenfasizza l-ħtieġa li l-ġustizzja tranżitorja tiġi ttrattata b’mod li jkun konsistenti mal-appoġġ tal-UE għall-ġustizzja kriminali internazzjonali b'mod ġenerali, u b’mod partikolari l-QKI; jiġbed l-attenzjoni partikolarment għall-esperjenza tal-UE fil-Balkani tal-Punent bħala sors ta’ ispirazzjoni; jitlob lill-UE tappoġġja b’mod attiv il-mandat il-ġdid tar-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-promozzjoni tal-verità, il-ġustizzja, ir-riparazzjoni u l-garanziji li ma jkunx hemm repetizzjoni;

60.

Jenfasizza li element ewlieni tal-approċċ tal-UE għall-ġustizzja tranżitorja għandu jkun appoġġ għar-riforma istituzzjonali tal-ġudikatura sabiex jittejjeb il-funzjonament tal-istat tad-dritt f’konformità mal-istandards internazzjonali; jenfasizza l-ħtieġa li kriminali li r-reati tagħhom imorru lura żmien twil jiġu mħarrka permezz ta’ qrati nazzjonali jew internazzjonali; jenfasizza l-importanza ta’ djalogu pubbliku sabiex jiġi kkonfrontat il-passat u għal programmi xierqa ta’ konsultazzjoni u ta’ kumpens għall-vittmi, inklużi riparazzjonijiet; jikkunsidra li l-iskrutinju tal-kurrikulu personali ta’ persunal li qed jaħdem fl-istituzzjonijiet tranżitorji huwa test ta’ kredibilità għall-ġustizzja tranżitorja;

61.

Jinnota l-kumplessità partikolari tal-iżvilupp ta’ politiki konsistenti għal tranżizzjonijiet f’kuntesti ta’ wara l-kunflitti; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li jissaħħu l-konformità u l-monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali u normi tad-dritt umanitarju f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitti armati u jħeġġeġ lis-SEAE sabiex jappoġġja lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu biex jippromovu r-rispett tad-dritt umanitarju minn gruppi statali u mhux statali armati, b'attenzjoni partikolari fuq id-drittijiet tan-nisa u l-aħjar interessi tat-tfal;

62.

Jikkundanna bl-iktar mod qawwi vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitti armati fi kriżijiet riċenti u li għaddejjin bħalissa, bħas-Sirja, Mali, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u r-Repubblika Ċentru-Afrikana, u b’mod partikolari eżekuzzjonijiet sommarji, stupru u forom oħra ta’ vjolenza sesswali, atti ta’ tortura, arresti arbitrarji u detenzjonijiet, b’mod speċjali fir-rigward tas-sitwazzjoni tan-nisa u t-tfal li huma partikolarment vulnerabbli; jitlob lill-UE tiġġieled kontra l-impunità f’dawn il-każijiet kollha u biex tappoġġja azzjoni minn ġudikaturi domestiċi u l-QKI sabiex dawk li jwettqu dawn l-atti jitressqu quddiem il-ġustizzja; jinkoraġġixxi lill-UE sabiex tintegra mekkaniżmi tal-prevenzjoni tat-tortura fl-attivitajiet kollha tar-relazzjonijiet esterni tal-UE;

63.

Jitlob lill-VP/RGħ u s-SEAE sabiex iwettqu rieżami tal-politika bir-reqqa tal-avveniment traġiċi fis-Sirja, fil-Libja u f’Mali u kunflitti riċenti oħrajn sabiex jiġu riveduti l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Dritt Umanitarju Internazzjonali (IHL), u sabiex ikun hemm implimentazzjoni aktar effettiva ta’ dawk il-linji gwida; jitlob lill-UE tappoġġja l-inizjattiva li għaddejja tal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u l-Gvern Svizzeru għar-riforma tal-qafas tal-governanza internazzjonali attwali fir-rigward tal-IHL; jappoġġja lill-UE sabiex tinvolvi ruħha f’riforma tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU), sabiex tkun tista’ twieġeb b’mod effettiv għall-kriżijiet kontemporanji;

64.

Jilqa’ t-tnedija, minn Jannar 2014, tal-inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE li se toħloq opportunitjiet sabiex aktar minn 8 000 ċittadin ta' pajjiżi tal-UE u pajjiżi mhux tal-UE jiġu mħarrġa u jintbagħtu f’operazzjonijiet umanitarji madwar id-dinja u jinnota li 10 000 persuna oħra huma mistennija li jappoġġjaw lill-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE bħala “voluntiera online” b’kompiti li jistgħu jitwettqu fuq kompjuter mid-dar;

65.

Jitlob lill-UE tiżviluppa pożizzjoni komuni tal-UE dwar inġenji tal-ajru mingħajr pilota armati;

It-tranżizzjonijiet imblukkati u l-pajjiżi li jistgħu jqajmu tħassib

66.

Jiġbed l-attenzjoni wkoll għat-tranżizzjonijiet imblukkati f’pajjiżi u reġjuni fejn il-movimenti tar-riforma u l-proċessi tranżitorji twaqqfu jew tneħħew mir-reġim li jinsab fil-poter; jitlob lill-UE tkompli l-isforzi tagħha sabiex tipperswadi lill-gruppi diriġenti ta' dawn il-pajjiżi, kif ukoll ta’ pajjiżi oħra li jistgħu jqajmu tħassib u li għadhom taħt tmexxija awtoritarja, sabiex jibdew proċess ta’ riforma ħalli jiġu żviluppati demokraziji b’saħħithom u stabbli li fihom jiġu rispettati l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; huwa tal-fehma li din il-persważjoni trid isseħħ fid-djalogi mal-imsieħba kollha, inkluż fl-ogħla livell politiku, billi jsir użu mill-oqsma rilevanti kollha tal-politika esterna tal-UE, jiġifieri l-iżvilupp, il-kummerċ, eċċ.;

67.

Ifakkar li pajjiżi u reġjuni maqbuda fi tranżizzjoni għandhom nieqsa minn riformi demokratiċi u sens ta’ responsabbiltà politika; itenni li ċ-ċittadini kollha għandhom id-dritt li jipparteċipaw b’mod sħiħ u liberu fil-ħajja tal-politika li fiha jseħħu elezzjonijiet ħielsa, ġusti u miftuħa b’aktar minn partit wieħed u b'sorsi tal-midja alternattivi u indipendenti differenti;

68.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-liġijiet repressivi reċenti u l-infurzar arbitrarju tagħhom mill-awtoritajiet Russi, li ta’ spiss wasslu għal fastidju ta’ NGOs, attivisti tas-soċjetà ċivili, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, minoritajiet u persuni LGBTI, u jitlob lill-UE tesprimi dan it-tħassib fil-livelli politiċi kollha; jitlob għall-ħelsien ta’ Mikhail Khodorkovsky u priġunieri politiċi oħra, u jiddeplora l-użu politiku tal-ġustizzja; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi biex jinvestigaw b’mod imparzjali u jressqu quddiem il-ġustizzja lil dawk responsabbli għall-imwiet ta’ Sergei Magnitsky, Natalia Estemirova, Anna Politkovskaya, Stanislav Markelov u Vasily Alexanian; jiddispjaċih għan-nuqqas min-naħa tal-Kunsill li jikkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Parlament tat-23 ta’ Ottubru 2012 dwar il-każ ta’ Magnitsky; jistieden għaldaqstant lill-Kunsill jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi lista komuni tal-UE tal-uffiċjali involuti fil-mewt ta’ Sergei Magnitsky; iżid li din id-Deċiżjoni tal-Kunsill għandha timponi sanzjonijiet immirati lejn dawk l-uffiċjali; jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar l-attivitajiet ta' gruppi viġilanti tal-lemin estrem li jikkuntattjaw persuni LGBTI onlajn bil-ħsieb li jingannawhom u jħebbu għalihom filwaqt li jpoġġu mijiet ta' vidjos ta' dawn l-atti onlajn; jistieden lid-delegazzjoni tal-UE u lill-ambaxxati tal-Istati Membri fir-Russja jżidu l-appoġġ tagħhom għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ta' persuni LGBTI, f'konformità mal-linji gwida rilevanti;

69.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-repressjoni kontinwa ta’ ġurnalisti indipendenti u attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u t-trażżin tal-oppożizzjoni f'Kuba; jiġbed l-attenzjoni għas-sitwazzjoni ta’ priġunieri ta’ kuxjenza f'Kuba li qed ikomplu jiġu kkundannati fuq akkużi foloz jew miżmuma f’detenzjoni qabel il-proċess; jitlob lis-SEAE u r-VP/RGħ tal-UE sabiex jippromwovu fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti kumitat ta' inkjesta internazzjonali u indipendenti bl-għan biex jinvestigaw iċ-ċirkostanzi li fihom mietu d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u d-dissidenti paċifiċi Oswaldo Payá Sardiñas (Premju Sakharov 2002) u Harold Cepero f'Kuba f’Lulju 2012;

70.

Jenfasizza l-ħtieġa għal monitoraġġ internazzjonali tal-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina u jistieden lill-Istati Membri tal-UE jidħlu b’mod attiv fit-twaqqif ta’ dan il-monitoraġġ fid-dawl tad-djalogu tal-UE-Ċina dwar id-drittijiet tal-bniedem li ma rnexxilu jikseb l-ebda riżultat sinifikattiv u tanġibbli; jibqa’ mħasseb dwar ir-restrizzjonijiet li qed jiżdiedu li huma mmirati lejn id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-avukati, l-attivisti tas-soċjetà ċivili, il-ġurnalisti u l-bloggers; jappoġġja d-domanda interna tal-poplu Ċiniż għal-libertajiet u d-drittijiet bażiċi tiegħu li għalihom huwa intitolat; ifakkar li l-UE tista’ sservi bħala faċilitatur f’dan ir-rigward billi toħloq aktar fiduċja, issib mezzi ġodda għal djalogu u ttejjeb strumenti diġà eżistenti;

71.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi jinvolvu ruħhom b’mod serju mal-poplu Tibetjan sabiex jiġu vvalutati l-kawżi sottostanti tan-numru kbir ta’ persuni li jaħaqru lilhom infushom; jikkundanna r-risistemazzjoni u r-rilokazzjoni ta’ nomadi Tibetjani li hija theddida għas-sopravvivenza tal mod ta' għajxien li huwa integrali għall-identità Tibetjana; iħeġġeġ lis-SEAE, f’konformità mal-Linji Gwida tal-UE reċentement adottati dwar il-Libertà tar-Reliġjon u t-Twemmin, sabiex jagħti attenzjoni partikolari lill-kwistjoni tar-repressjoni reliġjuża fit-Tibet u jistieden liċ-Ċina sabiex ittemm il-politiki restrittivi tagħha dwar il-Buddiżmu Tibetjan; jenfasizza l-ħtieġa għal titjib fis-sistema tal-edukazzjoni b’mod speċjali fir-rigward tal-edukazzjoni b’żewġ lingwi fir-reġjun sabiex tiġi preservata l-identità u l-wirt nazzjonali u sabiex jiġu indirizzati l-kawżi tal-qgħad fost iż-żgħażagħ;

72.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu fir-rigward tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, ir-repressjoni kontinwa ta’ riformisti, in-numru dejjem jikber ta’ priġunieri politiċi u priġunieri tal-kuxjenza u tal-fidi, id-diskriminazzjoni u l-persekuzzjoni kontra l-komunità Baha’i, in-numru kostantement għoli ta’ eżekuzzjonijiet, inkluż ta’ minorenni, il-prattika mifruxa tat-tortura, il-proċessi inġusti, is-somom ta’ flus eżorbitanti mitluba għal pleġġ, kif ukoll ir-restrizzjonijiet qawwija fuq il-libertà tal-informazzjoni, tal-espressjoni, tal-għaqda, tar-reliġjon, tal-edukazzjoni u tal-moviment; jilqa’ l-ħelsien ta’ diversi priġunieri tal-kuxjenza fl-Iran, inkluż l-avukat u r-rebbieħ tal-premju Sakharov Nasrin Sotoudeh; jitlob lill-awtoritajiet Iranjani sabiex jeħilsu lit-tliet mexxejja tal-oppożizzjoni, Mehdi Karroubi, Zahra Rahnavard u Mir Hossein Mousavi, li nżammu taħt arrest domiċiljarju mingħajr akkużi għal aktar minn sentejn, sabiex jippermettu lir-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-Iran iżur il-pajjiż, jaħdmu għal moratorju fuq l-użu tal-piena tal-mewt, ineħħu ċ-ċensura tal-Internet u jippermettu espressjoni ħielsa fl-Iran; jinnota l-bidu mill-ġdid ta’ kuntatti diplomatiċi bejn l-Iran u l-komunità internazzjonali u jittama li dawn iwasslu għal konklużjoni sodisfaċenti u aċċettabbli reċiprokament ta' negozjati bejn l-E3+3 u l-Iran dwar il-programm nukleari tal-Iran;

73.

Jesprimi t-tħassib l-aktar profond tiegħu fir-rigward tad-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK), jenfasizza l-attenzjoni għar-riżoluzzjonijiet ta’ emerġenza (Artikolu 122) adottati mill-Parlament Ewropew u jitlob lir-RDPK sabiex tinvolvi ruħha fi djalogu sinifikattiv dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-Unjoni Ewropea; jistieden lir-RDPK ittemm il-qtil extraġudizzjarju u l-għejbien imġiegħel, teħles lill-priġunieri politiċi u tippermetti liċ-ċittadini tagħha jivvjaġġaw liberament, kemm fil-pajjiż kif ukoll barra minnu; jistieden lill-RDPK tippermetti l-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-istampa għall-midja nazzjonali u internazzjonali, kif ukoll aċċess għall-internet mingħajr ċensura liċ-ċittadini kollha tagħha; jinnota li l-azzjonijiet provokatorji kollha tal-RDPK kif ukoll il-miżuri restrittivi imposti fuq iċ-ċittadini tagħha wasslu għal faqar mifrux u tiċħid materjali;

74.

Iqajjem tħassib profond fir-rigward ta’ Kashmir fejn kwalunkwe att ta’ vjolenza kontra ċ-ċittadini għandu jiġi kkundannat bil-qawwa; jinsab konxju li twettqu investigazzjonijiet fil-kwistjoni tal-oqbra mhux identifikati; iħeġġeġ, madankollu, li jitpoġġew mekkaniżmi għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-ċentru ta’ kwalunkwe tentattiv li jidentifika responsabbiltà u jiżgura l-obbligu ta' rendikont għal abbużi kontra l-popolazzjoni ċivili;

75.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea tinvolvi ruħha fi strateġija koordinata u inklużiva fis-Saħel, sabiex min-naħa r-reġjun ikun aktar sikur u min-naħa l-oħra jkunu promossi d-drittijiet tal-bniedem ħalli jintemmu l-każi ta' ksur bħat-tortura, l-arresti ta’ spiss arbitrarji ta' persuni tal-oppożizzjoni u ta' ġurnalisti, ir-ripressjoni tal-manifestazzjonijiet paċifiċi, il-vjolenzi fuq in-nisa bħall-istupru, iż-żwieġ sfurzat, il-mutilazzjonijiet ġenitali, id-diskriminazzjonijiet ibbażati fuq l-etniċità jew fuq il-kasta u sabiex jiġi stabbilit l-istat tad-dritt li jiggarantixxi drittijiet u libertajiet fundamentali;

76.

Jinsab imħasseb sew mix-xejra li qed tikber ta' vjolenza statali kontra l-persuni tal-LGBTI f'ħafna pajjiżi Sub-Saħarjani, speċjalment l-Uganda, in-Niġerja, il-Kamerun u s-Senegal; jikkundanna b'mod iebes l-isforzi biex jiddaħħlu liġijiet dejjem aktar ripressivi f'pajjiżi fejn l-omosesswalità hija diġà kriminalizzata; jistieden lill-parlamentari biex jieqfu jwieġbu għall-pressjoni popolista u konservattiva, inkluż minn mexxejja reliġjużi, u biex jiġu mħarsa d-drittijiet taċ-ċittadini kollha, inklużi persuni tal-LGBTI; jinnota li 76 pajjiż għadu jikkriminalizza l-omosesswalità, inklużi ħamsa li jagħti l-piena tal-mewt; jerġa' jiddispjaċih li l-Ftehim ta' Cotonou ġie ffirmat bl-ebda diskussjoni dwar id-diskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali bħala parti mid-djalogu politiku tiegħu, kif mitlub kemm-il darba minn dan il-Parlament; ifakkar lill-Kummissjoni u l-Kunsill dwar l-intenzjoni soda tal-Parlament biex jinkludi dan l-aspett fir-reviżjoni li jmiss tal-Ftehim;

77.

Jitlob lill-UE tibni politika effiċjenti fil-qasam ta' sanzjonijiet effiċjenti għar-reġimi kollha li jeżerċitaw metodi ripressivi kontra l-popolazzjoni ċivili;

78.

Jitlob lill-UE tkompli tappoġġja b’mod attiv lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż bil-provvista f’waqtha ta’ kenn temporanju lil dawk li jinsabu f’riskju; jitlob lill-UE testendi l-politika tagħha ta’ appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għal informaturi u ġurnalisti investigattivi, li jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

L-osservazzjoni tal-elezzjoni u l-politiki ta’ appoġġ għad-demokrazija

79.

Jilqa’ l-appoġġ kontinwu tal-UE għall-proċessi elettorali madwar id-dinja bl-iżvilupp ta' Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali (EOMs) u Missjonijiet ta’ Esperti Elettorali (EEMs) u billi pprovdiet assistenza u appoġġ elettorali lill-osservaturi domestiċi; jinnota li dawn il-missjonijiet riċentement taw appoġġ għall-iżvilupp demokratiku fil-viċinat tal-UE, u raw it-trasferiment tas-setgħa lill-oppożizzjoni (Senegal) u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija wara l-kunflitt (Sierra Leone);

80.

Jenfasizza l-importanza ta' segwitu għar-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet tal-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali; jenfasizza l-inizjattiva tiegħu li jsaħħaħ is-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-MOE billi jintużaw bħala parti “mill-pjan direzzjonali għad-demokrazija” fil-pajjiż ikkonċernat, u sabiex l-Osservatur Ewlieni jkollu rwol speċjali li jiżgura s-segwitu u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet bl-appoġġ tal-korpi permanenti tal-Parlament;

81.

Jenfasizza l-importanza li tittejjeb il-kapaċità operazzjonali tal-parlamenti bejn elezzjoni u oħra; ifakkar, f’dan il-kuntest, il-wegħda tal-UE fil-Forum ta’ Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna li tibbaża l-kooperazzjoni għall-iżvilupp fuq “sjieda demokratika”, b’referenza partikolari għar-rwol imsaħħaħ tal-parlamenti; iħeġġeġ lill-UE taħdem favur approċċ ibbażat fuq id-drittijiet bl-għan li tintegra l-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem fl-attivitajiet operattivi tal-UE u biex tappoġġa l-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fuq l-aġenda għall-iżvilupp globali, skont l-impenn li ttieħed fil-Pjan ta’ Azzjoni;

82.

Ifakkar fl-impenn tal-VP/RGħ li tiffoka fuq il-parteċipazzjoni tan-nisa u l-minoritajiet nazzjonali fl-osservazzjoni tal-elezzjonijiet, kif ukoll tal-persuni b’diżabbiltà kemm bħala kandidati kif ukoll bħala votanti; jitlob li jitqiesu dejjem il-konklużjonijiet tal-Missjonijiet ta’ Osservazzjoni tal-Elezzjonijiet tal-UE (MOE) meta jkunu qegħdin jitfasslu programmi li jkollhom l-għan li jappoġġaw il-parteċipazzjoni sħiħa u ugwali tan-nisa fil-proċessi elettorali, u jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-missjonijiet;

Il-libertà ta’ espressjoni

83.

Jenfasizza l-importanza partikolari tal-libertà tal-espressjoni, inkluża l-midja ħielsa f’sitwazzjonijiet ta’ tranżizzjoni; jilqa’ l-impenn tal-UE li tipproduċi Linji Gwida dwar il-Libertà tal-Espressjoni (onlajn kif ukoll offlajn), u jirrakkomanda wkoll li l-UE tiżviluppa metodoloġija sabiex timmonitorja u tirreaġixxi għal tibdil fil-leġiżlazzjoni li tirrestrinġi l-pluraliżmu u l-libertà tal-istampa f'pajjiżi terzi;

84.

Jesprimi tħassib serju u kontinwu rigward iċ-ċensura onlajn u l-prevalenza sfortunata tagħha f'ħafna pajjiżi; jenfasizza li fil-politiki tagħha l-UE għandha tagħti prijorità lill-implimentazzjoni tad-dritt għall-parteċipazzjoni u d-dritt tal-aċċess għall-informazzjoni bħala prinċipji ewlenin tad-demokrazija li għandhom jiġu realizzati wkoll onlajn, u tagħmel użu tal-mekkaniżmi disponibbli biex tittejjeb ir-responsabilità pubblika, bħal pereżempju l-prinċipji ta' dejta miftuħa; iqis li dan għandu jkun il-każ fil-livelli kollha ta' djalogu ma' pajjiżi terzi, inkluż fir-relazzjonijiet bilaterali u fl-ogħla livelli; jenfasizza l-importanza tal-midja onlajn għall-funzjonament u l-effettività tas-soċjetà ċivili, inkluż għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, it-trejdunjins u l-informaturi; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jżidu l-isforzi tagħhom biex jintegraw il-libertà diġitali fir-relazzjonijiet esterni tal-UE;

85.

Jieħu nota tax-xejra sfortunata li jiġu ppromulgati liġijiet li jirrestrinġu l-libertà tal-espressjoni u ta' assemblea għal dawk li jappoġġaw id-drittijiet tal-bniedem ta' persuni LGBTI; jinnota li tali liġijiet attwalment jeżistu fil-Litwanja u r-Russja, qegħdin jitqiesu mill-Ukraina u ġew proposti fil-Ġeorġja, l-Armenja u l-Kazakistan; ifaħħar lill-Moldova talli annullat liġi li tipprojbixxi 'il-propogazzjoni ta' relazzjonijiet oħrajn apparti dawk relatati maż-żwieġ jew il-familja'; jistieden lid-delegazzjonijiet tal-UE fil-pajjiżi rilevanti jesprimu t-tħassib partikolari li għandha l-UE b'rabta ma' dawn il-liġijiet;

L-appoġġ tal-UE għal drittijiet tal-bniedem universali

86.

Jappoġġa bis-sħiħ il-pożizzjoni affermattiva meħuda mill-UE fil-Qafas Strateġiku dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fir-rigward tal-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem kollha, kif ukoll il-wegħda li “ssemma' leħinha kontra kull tentattiv li jimmina r-rispett għall-universalità tad-drittijiet tal-bniedem”; itenni l-appoġġ bis-sħiħ tiegħu għal u jistieden lill-UE ssostni l-indiviżibilità u l-universalitá tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk minquxa fil-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, f'konformitá mal-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (Titolu V, Kapitolu 1 – Dispożizzjonijiet Ġenerali dwar l-Azzjoni Esterna tal-Unjoni);

Is-sistema tad-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti

87.

Itenni l-appoġġ tiegħu għat-tisħiħ tas-sistema tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU bħala fundamentali għall-avvanz ta’ drittijiet tal-bniedem universali; jirrikonoxxi l-isforzi tal-UE fir-Rieżami tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, u jitlob lill-membri kollha tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem jirrispettaw l-ogħla standards tad-drittijiet tal-bniedem u jwettqu l-wegħdiet li jkunu għamlu qabel ma ġew eletti; iqis l-indipendenza tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u tad-detenturi tal-mandat tal-Proċeduri Speċjali tan-NU bħala prerekwiżit ewlieni għall-funzjonament effiċjenti tagħhom, u jenfasizza l-ħtieġa għal finanzjament mhux allokat sabiex dan jiġi żgurat;

88.

Jilqa’ l-bidu tat-tieni ċiklu tal-proċess tal-Eżami Perjodiku Universali (EPU), u jitlob l-attenzjoni mill-qrib u kontinwa tal-UE għat-titjib tal-proċedura tal-EPU u l-livell tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-EPU li l-pajjiżi aċċettaw u wegħdu li jwettqu;

89.

Jitlob lill-Istati Membri tal-UE jibnu fuq l-impenn li għamlu fil-Qafas Strateġiku tal-UE li jirratifikaw u jimplimentaw it-trattati internazzjonali ewlenin dwar id-drittijiet tal-bniedem, billi jirratifikaw u jimplimentaw, b’mod partikolari, l-għaxar trattati ċentrali dwar id-drittijiet tal-bniedem tan-NU u l-protokolli fakultattivi għalihom, u li jagħmlu d-dikjarazzjonijiet rilevanti dwar l-iżgurar tal-aċċettazzjoni tal-ilmenti individwali u l-proċeduri ta’ inkjesta kollha; jenfasizza l-importanza ta’ dawn ir-ratifiki għall-kredibilità interna u esterna tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem; jesprimi t-tħassib profond tiegħu li n-nuqqas persistenti ta’ ċerti Stati Membri tal-UE li jissottomettu r-rapporti perjodiċi tagħhom lill-korpi ta’ monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem relevanti tan-NU fil-ħin qed jimmina wkoll il-kredibilità tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-rigward ta' pajjiżi terzi;

90.

Jitlob lill-UE tinkoraġġixxi lill-pajjiżi terzi biex jikkooperaw bis-sħiħ mar-Rapporteurs Speċjali u l-Esperti Indipendenti tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem, inkluż permezz tal-ħruġ ta’ stediniet permanenti u l-akkoljenza ta’ tali esperti;

91.

Jinkoraġġixxi lill-UE u l-Istati Membri tagħha sabiex jappoġġaw lill-Kummissjarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem fl-implimentazzjoni tar-rapport tagħha tal-2012 dwar it-tisħiħ tal-Korpi ta’ Trattati tan-NU li għandhom rwol ewlieni fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni proprja tal-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem minn stati li huma partijiet għat-trattati tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem;

92.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-riżoluzzjoni A/HRC/RES/21/3 dwar il-valuri tradizzjonali, li ddgħajjef il-prinċipju ta' drittijiet tal-bniedem universali u indiviżibbli, u jfaħħar lill-UE għall-oppożizzjoni tagħha; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' segwitu għar-riżoluzzjoni A/HRC/RES/17/19 dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-ojentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru, u jistieden lill-grupp ta' stati li qed jaħdmu fuq din il-kwistjoni, inkluża l-Afrika t'Isfel, ikomplu fuq din ir-riżoluzzjoni kemm jista' jkun malajr; ifaħħar il-ħidma ta' promozzjoni u protezzjoni tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem, partikolarment permezz ta' dikjarazzjonijiet, rapporti u l-kampanja l-ġdida 'liberi u ugwali', bil-ħsieb li l-persuni LGBTI jkunu jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet kollha tal-bniedem; jistieden lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti jkompli b'din il-ħidma, u li jesprimi tħassib qawwi dwar l-hekk imsejħa liġijiet 'kontra l-propoganda', li jillimitaw il-libertà ta' espressjoni u ta' assemblea;

93.

Jenfasizza, fid-dawl tal-prinċipji tad-dritt umanitarju internazzjonali mfissra fir-Regolamenti tal-Aja tal-1907 (Artikoli 42-56) u r-Raba’ Konvenzjoni ta’ Ġinevra (KĠ IV, Artikoli 27-34 u 47-78) kif ukoll fid-dispożizzjonijiet tal-Protokoll Addizzjonali I, il-ħtieġa li l-UE tiżgura li dawk is-sħab li jaqgħu taħt il-kategorija ta’ forza ta' okkupazzjoni, iwettqu dmirijiethom fir-rigward tal-popolazzjoni fit-territorji okkupati; ifakkar li skont id-dritt umanitarju internazzjonali, l-istandards tas-saħħa pubbliċi, il-forniment tal-ikel u l-kura medika għall-popolazzjoni li qed tiġi okkupata għandhom jingħataw mill-forza ta' okkupazzjoni; itenni li kwalunkwe trasferiment ta’ popolazzjoni ċivili tal-forza ta' okkupazzjoni fit-territorju okkupat huwa projbit, u li dawk akkużati b’reati kriminali għandhom ikunu provduti bi proċedimenti li jirrispettaw il-garanziji ġudizzjarji rikonoxxuti internazzjonalment, bħal li jkunu infurmati bir-raġuni għall-arrest tagħhom, li jiġu akkużati b’reat speċifiku u mogħtija smigħ ġust malajr kemm jista’ jkun.

Il-Qorti Kriminali Internazzjonali

94.

Itenni l-appoġġ qawwi tiegħu għall-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI); iqis in-numru dejjem jikber tal-istati partijiet bħala żvilupp importanti fit-tisħiħ tal-universalità tal-Qorti; jilqa' r-ratifika tal-Istatut ta' Ruma mill-Gwatamala f'April 2012 u mill-Côte d’Ivoire fi Frar 2013;

95.

Jitlob lill-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE jadottaw konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin li jaffermaw l-appoġġ qawwi tal-UE u l-Istati Membri tagħha għall-Qorti Kriminali Internazzjonali, filwaqt illi jinnota l-isforzi tal-UE sabiex teżamina mill-ġdid, taġġorna u tespandi kontinwament l-istrumenti tagħha marbuta mal-Qorti Kriminali Internazzjonali, u tesprimi impenn imġedded fil-ħidma favur l-universalità tal-Istatut ta’ Ruma sabiex jitwessa’ l-aċċess għall-ġustizzja għall-vittmi ta’ reati serji skont id-dritt internazzjonali;

96.

Jiddispjaċih li l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għadu mhuwiex inkluż fil-lista ta’ konvenzjonijiet meħtieġa għall-istatus SPĠ+ tar-Regolament il-ġdid tal-SPĠ; jinnota li numru ta’ applikanti tal-SPĠ+ mhumiex stati partijiet għall-Istatut jew għadhom ma rratifikawhx (eż. l-Armenja u l-Pakistan); itenni r-rakkomandazzjoni tiegħu li l-Istatut ta’ Ruma jiżdied ma' lista futura ta’ konvenzjonijiet;

97.

Jitlob lill-UE u l-Istati Membri tagħha jenfasizzaw il-ħtieġa ta' ratifika u implimentazzjoni tal-Istatut u l-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Qorti (APIC) fin-negozjati u d-djalogi politiċi ma’ pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet reġjonali u gruppi reġjonali oħra, u biex jinkludu dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-QKI u l-ġustizzja internazzjonali fil-ftehimijiet tal-UE ma’ pajjiżi terzi;

98.

Jinkoraġġixxi lis-SEAE jiżgura li d-delegazzjonijiet tal-UE u r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE kollha jkunu infurmati bis-sħiħ dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-UE u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-QKI, u s-sett ta’ għodda komplimentarja tal-UE u jippromwovi b’mod attiv il-QKI, l-infurzar tad-deċiżjonijiet tagħha u l-ġlieda kontra l-impunità għar-reati lenkati fl-Istatut ta’ Ruma;

99.

Jitlob lid-delegazzjonijiet tal-UE u lir-Rappreżentanti Speċjali tal-UE, b’mod partikolari r-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, biex jippromwovu b’mod attiv il-QKI, l-infurzar tad-deċiżjonijiet tagħha, u l-ġlieda kontra l-impunità għar-reati elenkati fl-Istatut ta’ Ruma, fid-djalogi u l-laqgħat politiċi ma' pajjiżi terzi; barra minn hekk, jissuġġerixxi t-tisħiħ tal-appoġġ finanzjarju provdut lill-QKI;

100.

Jilqa’ l-adozzjoni tas-Sett ta’ Għodda tal-UE dwar il-Komplimentaritá li Qiegħda Tavvanza u jitlob lis-SEAE u lill-Kummissjoni jieħdu passi addizzjonali għall-implimentazzjoni effettiva tiegħu; jinkoraġġixxi lill-UE tiżgura li l-appoġġ għall-QKI huwa integrat b’mod xieraq fl-oqsma rilevanti kollha tal-politika barranija tal-UE;

101.

Jitlob lill-Istati Membri tal-UE jimplimentaw għal kollox l-Istatut ta’ Ruma billi jallinjaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-obbligi kollha tal-Istatut u biex jikkonformaw mat-talbiet tal-QKI għall-assistenza u l-kooperazzjoni fl-istadji kollha tal-proċedimenti tal-Qorti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ eżami preliminari, investigazzjoni, arrest u konsenja, protezzjoni ta’ vittmi u xhieda, rilaxx interim u l-infurzar tas-sentenzi; jiddispjaċih li l-kontribuzzjonijiet lill-Fond Fiduċjarju għall-Vittmi għadhom insuffiċjenti u jitlob lill-Istati Membri tal-UE jipprovdu r-riżorsi meħtieġa sabiex ikun jista' jissodisfa għal kollox il-mandat tiegħu;

102.

Jesprimi appoġġ għal attivitajiet ta’ komunikazzjoni u informazzjoni pubblika ffinanzjati b’mod xieraq permezz tal-baġit regolari tal-Qorti u jenfasizza li l-importanza ta’ dawn l-attivitajiet fl-iżgurar li l-ġustizzja hija viżibbli;

103.

Jitlob lill-Istati Membri tal-UE jirratifikaw l-Emendi ta’ Kampala għall-Istatut ta’ Ruma u jinkoraġġixxu r-ratifika tiegħu minn pajjiżi terzi;

104.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-isforzi tagħhom biex jiġġieldu kontra l-impunitá fi ħdan il-fruntieri proprji tal-UE; iħeġġiġhom f'dan il-kuntest, jikkunsidraw ir-rakkomandazzjonijiet tan-Netwerk Ewropew tal-punti ta' kuntatt fir-rigward tal-persuni responsabbli għal ġenoċidju, ir-reati kontra l-umanitá u r-reati tal-gwerra;

Il-piena tal-mewt u l-piena kapitali

105.

Itenni l-oppożizzjoni univokali tiegħu kontra l-piena kapitali u jqis l-implimentazzjoni ta’ moratorju universali bil-għan li titneħħa globalment il-piena tal-mewt, bħala objettiv ċentrali tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza l-fatt li l-piena tal-mewt qatt ma wriet li kienet deterrent effettiv għall-kriminalità u jenfasizza li skont id-dejta disponibbli, il-piena tal-mewt tolqot l-iktar lill-persuni żvantaġġjati; ifaħħar l-isforzi tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha fin-Nazzjonijiet Uniti li wasslu għall-adozzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali rigward il-moratorju dwar l-użu tal-piena tal-mewt f’Diċembru 2012; madankollu, jinsab imħasseb dwar it-tkomplija tal-eżekuzzjonijiet f’numru ta’ pajjiżi; jitlob lill-UE tkompli twettaq kampanji mmirati dwar il-piena tal-mewt u tintensifika l-involviment ma’ pajjiżi li żammew il-piena tal-mewt; jistenna li jiġi kkonsultat b’mod xieraq matul ir-rieżami tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali jew it-tortura, li kien ippjanat għall-2013;

106.

Jiddeplora l-fatt li l-Bjelorussja għadha l-uniku pajjiż fil-kontinent Ewropew li żamm il-piena tal-mewt; itenni għal darb’oħra li jiddispjaċih ħafna dwar l-eżekuzzjonijiet ta’ Dmitri Konovalov u Vladislav Kovalev; itenni t-talba tiegħu lill-Bjelorussja sabiex timplimenta moratorju dwar il-piena tal-mewt, li fl-aħħar mill-aħħar għandu jwassal għat-tneħħija tagħha;

In-negozju u drittijiet tal-bniedem

107.

Jaffirma mill-ġdid li l-kumpaniji Ewropej għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tagħhom jirrispettaw l-istandards tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż meta jkunu qegħdin joperaw barra mill-UE; jesprimi t-tħassib tiegħu fir-rigward tal-kooperazzjoni li ġiet rapportata ta' ċerti kumpaniji tal-UE ma' reġimi awtoritarji, speċjalment fejn il-kummerċ f'oġġetti sensittivi, eż. fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informatika u l-komunikazzjoni, wassal għal abbużi tad-drittijiet tal-bniedem;

108.

Ifakkar l-importanza tal-promozzjoni tar-responsabbiltá soċjali koorporattiva (CSR), inkluż f'operazzjonijiet tan-negożju 'barra mill-UE, u l-iżgurar tas-CSR fil-katina tal-provvista kollha; huwa konvint li l-kumpaniji Ewropej u s-sussidjarji u s-sottokuntratturi tagħhom għandu jkollhom rwol ewlieni fil-promozzjoni u t-tixrid tal-istandards internazzjonali dwar in-negozju u drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja; jenfasizza l-importanza ta’ rapportar sinifikanti dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-impatt soċjali u ambjentali ta’ proġetti appoġġati mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jew mill-krediti ta’ esportazzjoni mogħtija minn aġenziji ta’ kreditu Ewropej; jenfasizza l-fatt li l-operazzjonijiet ta' finanzjament imwettqa minn dawn l-istituzzjonijiet għandhom jikkontribwixxu għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 21 tat-TUE;

109.

Jistieden lis-SEAE jirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-impenji li ttieħdu fil-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fir-rigward tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ progress min-naħa tal-Kummissjoni fit-tweġiba tagħha għat-talba tal-Parlament Ewropew li tipproponi leġiżlazzjoni li tirrikjedi li l-kumpaniji tal-UE jiżguraw li x-xirjiet tagħhom ma jappoġġaawx lil dawk li jwettqu kunflitti u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem;

110.

Ifakkar lill-Kummissjoni dwar l-impenn tagħha f’Settembru 2010 li teżamina l-kwistjoni tax-xogħol furzat fil-ħabs fil-pajjiżi terzi u li teżamina mill-ġdid, għaldaqstant, ir-reazzjoni tal-UE, u jitlob lill-Kummissjoni sabiex tirrapporta lill-Parlament dwar l-eżitu ta’ dan il-proċess; jitlob lill-Kummissjoni tintroduċi leġiżlazzjoni li tipprojbixxi l-importazzjoni fl-UE ta’ oġġetti mmanifatturati mix-xogħol furzat u fil-ħabs;

L-eradikazzjoni ta’ kull tip ta’ diskriminazzjoni

111.

Ifakkar fl-Artikoli tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem li tiddikjara li l-bnedmin kollha jitwieldu ħielsa u ugwali fid-dinjità u d-drittijiet u huma intitolati għad-drittijiet u l-libertajiet tagħha mingħajr distinzjoni ta’ kwalunkwe tip; jenfasizza l-importanza li jiġu miġġielda kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni, inklużi dawk ibbażati fuq ir-razza, il-kulur tal-ġilda, is-sess, l-orjentazzjoni sesswali, il-lingwa, il-kasta, l-oriġini soċjali, l-etá, it-twelid, xi diżabbiltá jew status ieħor; itenni t-talba tiegħu sabiex l-UE tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni u l-intolleranza bħala parti ewlenija mill-politika tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem, u biex tibbaża din il-politika fuq definizzjoni inklużiva u komprensiva ta’ nondiskriminazzjoni; jenfasizza li r-rispett għad-drittijiet tal-minoritajiet huwa element kruċjali għall-paċi, l-iżvilupp u d-demokrazija; jilqa’ u jinkoraġġixxi aktar l-involviment tal-UE man-Nazzjonijiet Uniti u ma' organizzazzjonijiet reġjonali għal dan il-fini;

112.

Jitlob lill-UE tagħti attenzjoni partikolari lid-diskriminazzjoni bbażati fuq forom ta’ stratifikazzjoni soċjali, bħal sistemi kasta u analogi ta’ status li jintwiret, li għandhom impatt perikoluż u xi kultant distruttiv serju fuq il-prospetti għat-tgawdija ugwali tad-drittijiet tal-bniedem; jikkunsidra li dawk il-pajjiżi fejn għadha teżisti sistema kasta għandhom jitħeġġu li jipprojbixxuha u jiżguraw li jiġu implimentati b’mod ġenwin liġijiet kontra s-sistema kasta;

Il-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon jew tat-twemmin

113.

Jenfasizza li d-dritt għal-libertà tal-ħsieb, il-kuxjenza, ir-reliġjon jew it-twemmin, kif inkluż fl-Artikolu 18 tad-Dikjarazzjoni Universali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u strumenti internazzjonali oħra dwar id-drittijiet tal-bniedem, huwa dritt fundamentali tal-bniedem, interrelatat ma’ drittijiet tal-bniedem u libertajiet fundamentali oħra, li jħaddan id-dritt li wieħed jemmen jew li ma jemminx, u l-libertà li wieħed jipprattika twemmin teistiku, non-teistiku, u ateistiku, fil-privat jew fil-pubbliku, waħdu jew f’komunità ma’ oħrajn, u d-dritt li wieħed jadotta, jbiddel u jabbanduna twemmin tal-għażla tiegħu; jitlob lill-UE tippromwovi d-dritt għal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin fi ħdan fora internazzjonali u reġjonali u fir-relazzjonijiet bilaterali ma' pajjiżi terzi;

114.

Ifakkar li d-dritt għal oġġezzjoni ta’ kuxjenza għas-servizz militari jikkostitwixxi eżerċizzju leġittimu tad-dritt għal-libertà tal-ħsieb, il-kuxjenza u r-reliġjon, u jħeġġeġ lis-SEAE u lill-Istati Membri jitolbu lill-pajjiżi b’sistema ta’ servizz militari obbligatorju biex jippermettu servizz alternattiv ta’ natura mhux kombattenti jew ċivili, fl-interess pubbliku u mhux ta’ natura punittiva, u biex iżommu lura milli jikkastigaw, inkluż permezz ta’ sentenzi tal-ħabs, lil dawk li joġġezzjonaw għal raġunijiet ta’ kuxjenza milli jwettqu servizz militari;

115.

Jikkundanna bl-iktar mod qawwi d-diskriminazzjoni, l-intolleranza, il-vjolenza u l-qtil abbażi tar-reliġjon jew it-twemmin, kull fejn u lil kull min iseħħu; huwa partikolarment imħasseb dwar iż-żieda fl-attentati li jissolvew id-differenzi fi ħdan popli maqsumin abbażi tar-reliġjon billi jsir rikorriment għall-vjolenza u l-persekuzzjoni, minħabba li dawn l-azzjonijiet jikkostitwixxu impediment għal paċi u rikonċiljazzjoni dejjiema; jinsab imħasseb ukoll dwar l-attitudnijiet dejjem aktar ostili tas-soċjetà tal-gvernijiet inġenerali f'ħafna pajjiżi li għadhom jiċħdu gruppi reliġjużi f'minoranza mil-libertà li jagħtu qima jew jesprimu r-reliġjon jew it-twemmin tagħhom pubblikament; jinnota li l-ostilità soċjali u l-attakki kontra gruppi reliġjużi jew ta' xi twemmin partikolari, li rriżultaw f'ħafna mwiet u korrimenti, qegħdin jiżdiedu u li l-impunità u n-nuqqas ta' protezzjoni għal komunitajiet reliġjużi jew ta' twemmin partikolari f'minoranza, jibqgħu elementi ta' tħassib;

116.

Jopponi kwalunkwe leġiżlazzjoni li tippenalizza lill-individwi talli jbiddlu r-reliġjon jew it-twemmin tagħhom; jesprimi tħassib profond għall-fatt li, bħala riżultat ta’ tali leġiżlazzjoni, individwi f’ċerti pajjiżi jiffaċċjaw il-ħabs jew anke l-piena tal-mewt; jinsab preokkupat ukoll li dawk li telqu jew biddlu r-reliġjon tagħhom huma soġġetti għal ostilità soċjali bħal vjolenza u intimidazzjoni; jopponi liġijiet li jippenalizzaw espressjonijiet meqjusa bħala ereżiji, ta' malafama, jew li jinsultaw ir-reliġjon jew simboli, figuri jew sentimenti reliġjużi; jiddikjara li dawn il-liġijiet ma jikkonformawx mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem aċċettati; jikkundanna d-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar l-ereżiji fl-Afganistan, il-Bangladexx, l-Eġittu, il-Pakistan u l-Arabja Sawdija li jippermettu l-ħabs u l-piena tal-mewt;

117.

Jilqa’ s-sejħiet riċenti tal-EIDHR għal proposti li jagħtu prijorità u jappoġġaw azzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni abbażi tar-reliġjon jew tat-twemmin; iħeġġeġ lill-UE tappoġġa l-isforzi inklussivi lejn djalogu u kooperazzjoni interkulturali u interreliġjuż f'diversi livelli, li jinvolvu il-mexxejja tal-komunità, in-nisa, iż-żgħażagħ u r-rappreżentanti tal-minoranzi etniċi, u bil-għan li jiġi promoss it-tisħiħ tal-paċi u l-koeżjoni soċjali; jitlob li l-UE u l-Istati Membri jiżviluppaw skemi ta' garanziji għall-protezzjoni u l-promozzjoni tal-libertá tar-reliġjon jew tat-twemmin

118.

Jilqa’ l-impenn tal-UE li tippromwovi d-dritt għal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin fil-fora internazzjonali u reġjonali inkluż in-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), il-Kunsill tal-Ewropa (KtE) u mekkaniżmi reġjonali oħrajn; iħeġġeġ lill-UE tkompli tressaq ir-riżoluzzjoni annwali tagħha dwar il-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u tappoġġa l-mandat tar-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Libertà tar-Reliġjon jew tat-Twemmin;

Id-drittijiet u l-għoti tas-setgħa lin-nisa u t-tfal

119.

Jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-ħidma tan-NU fl-iżgurar tad-drittijiet u l-għoti tas-setgħa lin-nisa; jinkoraġġixxi lill-UE twettaq kampanja mmirata dwar il-parteċipazzjoni politika u ekonomika tan-nisa u biex tappoġġa inizjattivi kontra l-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru u l-qtil tan-nisa; jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Għoti tas-Setgħa lin-Nisa fl-Iżvilupp; jitlob lid-delegazzjonijiet tal-UE jintroduċu miżuri speċifiċi dwar ir-rwol tal-assistenza esterna u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp fl-istrateġiji lokali tagħhom għall-implimentazzjoni tal-linji gwida tal-UE dwar il-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal u l-ġlieda kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni kontrihom, inklużi iż-żwiġijiet furzati; jenfasizza li r-rwol tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri, f’dan il-qasam, kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll barra minnha, ma jistax jillimita ruħu għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa fil-forom kollha tagħha, kemm jekk fiżika, psikoloġika, soċjali, jew ekonomika, u li jeħtieġ li tingħata prijorità lill-edukazzjoni mhux ibbażata fuq is-sessi minn etá żgħira kemm jista' jkun; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill ikomplu jinkoraġġixxu aktar lill-pajjiżi terzi jqisu d-drittijiet tan-nisa meta jkunu qed ifasslu l-leġiżlazzjoni nazzjonali u jiżguraw li ssir l-implementazzjoni rilevanti kollha;

120.

Jafferma mill-ġdid il-kundanna tiegħu tal-abbuż u ta' kwalunkwe forma ta' vjolenza kontra n-nisa inkluża l-vjolenza domestika; għalhekk, jistieden lill-istati membri kollha tal-Kunsill tal-Ewropa jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u lill-UE tinvolvi ruħha fi proċess ta’ adeżjoni mal-Konvenzjoni sabiex tiżgura koerenza bejn l-azzjoni interna u esterna tal-UE dwar il-vjolenza fuq in-nisa; jisħaq fuq l-importanza tal-kampanji ta’ tagħrif u ta’ kuxjenza fil-komunitajiet fejn huma pprattikati l-mutilazzjoni ġenitali femminili (MĠF), l-abbuż sesswali tal-bniet żgħar, iż-żwiġijiet bikrija u furzati, il-femminiċidji u ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem ibbażat fuq is-sess, kif ukoll tal-inklużjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għalbiex jintemmu dawn il-prattiki fil-preparazzjoni u l-implementazzjoni ta' dawn il-kampanji; iħeġġeġ lis-SEAE u lill-Istati Membri tal-UE jkomplu jindirizzaw il-kwistjoni tal-MĠF fid-djalogi politiċi u tal-politika tagħhom mal-pajjiżi sħab fejn din il-prattika għada qed tiġi mwettqa;

121.

Jitlob lill-UE tkompli tipproteġi d-drittijiet riproduttivi u jenfasizza l-ħtieġa li dawn il-politiki jitpoġġew fiċ-ċentru ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp ma’ pajjiżi terzi; jikkundanna b’mod qawwi l-prattika terribbli ta’ mutilazzjoni ġenitali femminili f’ċerti partijiet tal-Afrika, il-qtil għall-unur, l-abort abbażi tal-ġeneru u ż-żwieġ furzat; ifakkar fil-konklużjonijiet importanti li ntlaħqu fil-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD) fil-Kajr;

122.

Jappoġġa l-inizjattiva “Edukazzjoni l-Ewwel” tas-Segretarju Ġenerali tan-NU, peress li l-aċċess għall-edukazzjoni isaħħaħ il-protezzjoni kontra theddid għall-futur tal-bniet, bħaż-żwieġ u t-tqala bikri, l-HIV, il-faqar, il-vjolenza domestika u sesswali, u jnaqqas ukoll il-moratlitá fost it-tfal u dik materna;

123.

Jitlob li jiġu intensifikati l-isforzi ħalli jiġi żgurat l-isħaħ ilħiq possibbli, qabel ma jiskadu t-termini, tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi, is-saħħa materna u l-aċċess għal sistemi adegwati tas-saħħa, id-dritt għall-edukazzjoni u d-dritt għas-saħħa sesswali u riproduttiva, speċjalment għall-gruppi li huma l-aktar vulernabbli bħalma huma l-bniet u n-nisa żgħażagħ, fuq il-bażi ta' impenn solidu min-naħa tal-gvernijiet biex isaħħu l-mekkaniżmi ta’ responsabilità u monitoraġġ tal-obbligi eżistenti fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, jinkoraġġixxu l-aċċess għall-ġustizzja għal kulħadd u jiżguraw parteċipazzjoni effettiva għal kulħadd, inklużi dawk l-aktar emarġinati u żvantjaġġati, fl-iżvilupp, fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-implimentazzjoni; jirrakkomanda b’mod qawwi li għan speċifiku favur id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi jiġi inkluż fil-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju ta’ wara l-2015, b’enfasi qawwija fuq is-Saħħa u d-Drittijiet Sesswali u Riproduttivi;

124.

Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jiżguraw li l-proċess tar-rieżami tal-ICPD+20 jirriżulta f’rieżami komprensiv tal-aspetti kollha relatati mat-tgawdija sħiħa tad-drittijiet sesswali u riproduttivi u jaffermaw mill-ġdid approċċ qawwi u progressiv lejn il-kwistjoni tad-drittijiet sesswali u riproduttivi għal kulħadd li jkun konsistenti mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u li jitlob responsabilità akbar fir-rigward tal-ilħuq tagħhom; jistedinhom ukoll, b’mod partikolari, jiżguraw li l-proċess ta’ rieżami jitmexxa b’mod parteċipattiv u jipprovdi opportunitajiet lill-partijiet interessati differenti, inklużi s-soċjetà ċivili kif ukoll in-nisa, l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ, biex jipparteċipaw b’mod sinifikanti; ifakkar li l-qafas għal tali rieżami għandu jkun ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem u għandu jitfa’ enfasi speċifika fuq id-drittijiet sesswali u riproduttivi;

125.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu fir-rigward tal-kwistjoni tal-istupru; jiddeplora l-grad għoli immens ta’ impunità lejn l-istupru f’pajjiżi bħall-Indja u l-Pakistan;

126.

Jikkundanna l-użu estiż tal-istupru bħala arma tal-gwerra, b’mod speċjali fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar; Jiġbed l-attenzjoni għall-inklużjoni ta’ reati relatati mal-ġeneru u reati ta’ vjolenza sesswali fl-Istatut ta’ Ruma bħala reati tal-gwerra, reati kontra l-umanità, jew atti kostituttiv fir-rigward tal-ġenoċidju jew it-tortura; jilqa’, f’dan il-kuntest, ir-Riżoluzzjoni 2106 (2013) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-prevenzjoni ta’ vjolenza sesswali fil-kunflitti adottata fl-24 ta’ Ġunju 2013, li tafferma mill-ġdid li l-QKI għandha rwol ewlieni fil-ġlieda kontra l-impunità għal delitti sesswali u bbażati fuq is-sessi; jitlob lill-UE tappoġġa għal kollox l-implimentazzjoni ta’ dawn il-prinċipji; itenni wkoll l-impenn tal-UE li tintegra d-drittijiet tal-bniedem u l-aspetti dwar il-ġeneru fil-missjonijiet tal-PSDK f’konformità mar-riżoluzzjonijiet monumentali 1325 u 1820 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà;

127.

Jitlob lill-UE tagħti prijorità lill-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu kkunsidrati kemm l-aspetti interni u esterni fl-indirizzar tat-traffikar tal-bnedmin; iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw id-Direttiva tal-UE (2011/36/UE) u l-Istrateġija għall-Qerda tal-Traffikar tal-Bnedmin 2012-2016;

128.

Jistieden ir-ratifika universali tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex jieħdu azzjoni rigward id-drittijiet tat-tfal, b'fokus speċifiku fuq il-vjolenza kontra t-tfal, speċifikament dwar il-kwistjonijiet ta' xogħol furzat tat-tfal, iż-żwieġ tat-tfal, l-arrwolament tat-tfal fi gruppi armati, id-diżarm, ir-riabilitazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid sussegwenti tagħhom, kif ukoll li l-kwestjoni tal-maġija saħħara tat-tfal titqiegħed fuq l-aġenda ta' djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-pajjiżi kkonċernati; jenfasizza l-importanza li d-drittijiet tat-tfal jiġu pprijoritizzati fi ħdan il-politika esterna tal-UE;

129.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu intensifikati l-isforzi sabiex tiġi implimentata l-Istrateġija ta’ Implimentazzjoni Riveduta tal-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tfal u l-Kunflitti Armati; jinkoraġġixxi lill-UE tapprofondixxi aktar il-kooperazzjoni tagħha mar-Rappreżentant Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tfal Affettwati minn Kunflitti Armati; jilqa’ t-tnedija fl-2012 ta’ linja ta’ finanzjament ġdid sabiex jiġu appoġġati t-tfal affettwati minn kunflitti permezz tal-assistenza umanitarja li tipprovdi aċċess għall-edukazzjoni f’emerġenzi;

130.

Ifakkar ir-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu sabiex jittejbu l-proċeduri tiegħu fir-rigward tal-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u jżid l-isforzi tiegħu biex jintegra d-drittijiet tal-bniedem b’mod effettiv fl-istrutturi u l-proċessi tiegħu; jiddispjaċih li ma twettaq l-ebda titjib fir-rigward tad-dibattiti u r-riżoluzzjonijiet plenarji dwar każijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, u s-segwitu tagħhom; jilqa’ l-isforzi sabiex tittejjeb il-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem mal-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri;

o

o o

131.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lis-Servizz Ewropew ta’ Azzjoni Esterna, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u parlamenti tal-Istati Membri u l-pajjiżi kandidati, lin-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tal-Ewropa, u lill-gvernijiet tal-pajjiżi u t-territorji msemmija f’din ir-riżoluzzjoni.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2012)0503.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2012)0504.

(3)  ĠU L 200, 27.7.2012, p. 21.

(4)  ĠU C 332 E, 15.11.2013, p. 114.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2013)0278.

(6)  http://www.eeas.europa.eu/human_rights/docs/guidelines_en.pdf.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2013)0394.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2013)0055.

(9)  ĠU C 153 E, 31.5.2013, p. 115.

(10)  ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 26.

(11)  ĠU C 257 E, 6.9.2013, p. 13.

(12)  ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 69.

(13)  ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 165.

(14)  Testi adottati, P7_TA(2012)0470.

(15)  ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 31.

(16)  ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 94.

(17)  ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 101.

(18)  ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 87.

(19)  Testi adottati, P7_TA(2013)0431.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/100


P7_TA(2013)0576

Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni tal-UE

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni tal-UE (2013/2075(INI))

(2016/C 468/14)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Rapport mill-Kummissjoni dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2012 (COM(2013)0257) u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2013)0159),

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikoli 101, 102 u 107 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni stipulati fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (1),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 169/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 li japplika r-regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni (2),

wara li kkunsidra l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (COM(2013)0404),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-kwantifikazzjoni tal-ħsara fl-azzjonijiet għad-danni bbażati fuq il-ksur tal-Artikolu 101 jew 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C(2013)3440),

wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni bl-isem “Konsultazzjoni pubblika: Lejn Approċċ Ewropew Koerenti għar-Rimedju Kollettiv” (SEC(2011)0173),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2013 bl-isem “Lejn Qafas Orizzontali Ewropew għal Rimedju Kollettiv” (COM(2013)0401),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar prinċipji komuni għall-mekkaniżmi tar-rimedju kollettiv inġuntiv u kompensatorju fl-Istati Membri fir-rigward tal-ksur tad-drittijiet mogħtija skont il-Liġi tal-Unjoni (C(2013)3539/3),

wara li kkunsidra l-istudju mid-Dipartiment Tematiku tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni bl-isem “Collective redress in Antitrust” (Rimedju Kollettiv fl-Antitrust) ta’ Ġunju 2012,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ppubblikata skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ AT.39740 – Google (2013/C 120/09),

wara li kkunsidra l-impenji offruti lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ COMP/39.398 – Visa Europe,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (3),

wara li kkunsidra l-konsultazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2013 dwar kontroll tal-UE fuq il-fużjoni – abbozz rivedut ta’ proċedura simplifikata u regolament ta’ implimentazzjoni dwar il-fużjoni,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ottubru 2008 dwar l-applikazzjoni ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri meħuda fejn jidħlu istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja preżenti (il-Komunikazzjoni Bankarja) (4),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2008 bl-isem “Ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji matul il-kriżi finanzjarja attwali: limitazzjoni tal-għajnuna għal dak minimu meħtieġ u salvagwardji kontra distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni” (il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni) (5)

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Frar 2009 dwar it-trattament ta’ assi indeboliti fis-settur bankarju tal-Komunità (il-Komunikazzjoni dwar Assi Indeboliti) (6),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2009 dwar ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni tal-miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar) (7),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar qafas temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex isostnu aċċess għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali (il-Qafas Temporanju oriġinali) (8),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Diċembru 2010 dwar Qafas Temporanju tal-Unjoni għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex isostnu aċċess għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali (il-Qafas Temporanju ġdid), li ntemm fil-31 ta’ Diċembru 2010 (9),

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Awwissu 2013, tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat għall-appoġġ ta’ miżuri favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (l-abbozz ta’ Komunikazzjoni Bankarja ġdida) (10),

wara li kkunsidra d-dokument dwar kwistjonijiet mill-Kummissjoni għall-attenzjoni tal-KEF dwar ir-reviżjoni tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għar-ristrutturar tal-banek,

wara li kkunsidra l-istudju mid-Dipartiment Tematiku tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni bl-isem “Għajnuna mill-Istati – Regoli dwar il-kriżi għas-settur finanzjarju u l-ekonomija reali”, ta' Ġunju 2011,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornituri ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (11),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2012/21/UE tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati mill-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (12),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem “Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku (2011)” (13),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 tal-25 ta’ April 2012 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna de minimis mogħtija lil intrapriżi li jipprovdu servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (14),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Novembru 2011 dwar ir-Riforma tar-Regoli tal-UE dwar l-Għajnuna mill-Istat għal Servizzi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali (15),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE (SAM)” (COM(2012)0209),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Jannar 2013 dwar il-modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat (16),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta’ Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċertu kategoriji ta’ Għajnuna mill-Istat orizzontali u r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq (COM(2012)0730),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 659/1999 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (COM(2012)0725),

wara li kkunsidra l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-għajnuniet mill-Istat għall-impriżi ferrovjarji (17),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-politika reġjonali bħala parti minn skemi usa’ ta’ għajnuna mill-Istat (18),

wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas tal-20 ta’ Novembru 2010 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (19) (minn issa ’l quddiem “il-Ftehim Qafas”), b’mod partikolari l-paragrafi 9, 12, 15 u 16 tiegħu,

wara li kkunsidra l-azzjoni legali ppreżentata fi Stat Membru partikolari li allega l-ksur tal-prinċipju legali bażiku “nulla poena sine lege”, skont liema kumpanija ma tistax tiġi mmultata għal ksur tal-kartell meta l-ammont tal-multa ma jkunx ġie stabbilit bil-liġi;

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tiegħu tat-22 ta’ Frar 2005 dwar “ir-Rapport Nru XXXIII tal-Kummissjoni dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni – 2003” (20), tal-4 ta’ April 2006 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2004 (21), tad-19 ta’ Ġunju 2007 dwar ir-Rapport rigward il-Politika tal-Kompetizzjoni 2005 (22), tal-10 ta’ Marzu 2009 dwar ir-Rapporti dwar il-politika tal-kompetizzjoni għall-2006 u l-2007 (23), tad-9 ta’ Marzu 2010 dwar ir-Rapport dwar il-Politika dwar il-Kompetizzjoni 2008 (24), tal-20 ta’ Jannar 2011 dwar ir-Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2009 (25), tat-2 ta’ Frar 2012 dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni (26) u tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni tal-UE (27),

wara li kkunsidra l-Artikoli 48 u 119(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0357/2013),

A.

billi l-ekwivalenti ta’ EUR 1,6 triljun ingħata f’għajnuna mill-Istat lil banek fl-UE matul il-perjodu bejn l-2008 sa tmiem l-2011; u billi dawn l-għajnuniet mill-Istat, b’mod ġenerali, jieħdu l-forma ta’ sottoskrizzjoni għall-ħruġ ta’ dejn jew garanzija jew, f’każijiet eċċezzjonali, il-forma ta’ sovvenzjoni;

B.

billi f’bosta Stati Membri kriżi finanzjarja serja qed taffettwa lill-SMEs, li jirrappreżentaw 98 % tal-impriżi tal-UE;

C.

billi kull sena jiġi akkumulat telf ta’ EUR 181-320 biljun – madwar 3 % tal-PDG tal-UE – minħabba l-eżistenza ta’ kartelli;

D.

billi n-nuqqas ta’ liberalizzazzjoni u ftuħ tat-trasport ta’ passiġġieri u merkanzija bil-ferrovija huwa parzjalment minħabba n-nuqqas ta’ korpi superviżorji tassew indipendenti fil-livell nazzjonali f’ċerti Stati Membri;

E.

billi r-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni għandu jservi bħala strument biex titjieb il-kompetittività ġenerali tal-Unjoni, bl-espanzjoni tal-kompetizzjoni u l-ftuħ għal atturi ġodda, u b’hekk jitwessa’ u jiġi approfondit is-suq intern, u mhux biss fir-rigward tal-implimentazzjoni prattika tal-politika tal-kompetizzjoni mill-Kummissjoni;

F.

billi l-eliminazzjoni tal-ostakli għall-moviment liberu tal-merkanzija, is-servizzi, il-persuni u l-kapital hija prekundizzjoni għat-tkabbir;

G.

billi setturi li fihom il-livell ta' kompetizzjoni hija aktar baxxa huma dawk fejn il-prestazzjoni ekonomika hija għajjiena;

H.

billi l-politika tal-kompetizzjoni għandha tiżgura il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u ambjent b'kundizzjonijiet ekwi, biex tipproteġi lill-konsumaturi minn prattiċi antikompetittivi u tiżgura l-aqwa prezzijiet; billi l-iskop tal-politika tal-kompetizzjoni mhuwiex li timmaniġġja fuq livell mikro iżda li tinforza regoli ċari u ġusti, li fihom il-forzi tas-suq jistgħu jiffunzjonaw b’mod effettiv;

I.

billi l-azzjoni pubblika, l-investiment pubbliku u s-servizzi ta' interess ġenerali (SIEĠ) għandhom rwol essenzjali li jiżguraw il-koeżjoni soċjali, b’mod partikulari waqt kriżi;

J.

billi l-Artikolu 14 tat-TFUE jistabbilixxi li l-kodeċiżjoni għandha tintuża biex tassigura l-kundizzjonijiet b'mod partikolari l-kundizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji, għat-tħaddim tas-SIEĠ;

K.

billi l-Protokoll Nru 26 għat-TFUE jiggrantixxi diskrezzjoni wiesgħa lill-awtoritajiet pubbliċi fil-fornitura, l-ikkummissjonar u l-organizzazzjoni tas-SIEĠ;

L.

billi s-sentenza Altmark tistabbilixxi erba' kriterji biex issir distinzjoni bejn kumpens għal servizz pubbliku u għal għajnuna mill-Istat;

Il-politika tal-kompetizzjoni hija għodda għat-trawwim ta’ suq uniku

1.

Jilqa' r-rapport tal-Kummissjoni u l-iffukar tiegħu fuq il-kontribut tal-politika tal-kompetizzjoni għall-kontroll tal-amalgamazzjonijiet, kif ukoll għat-tneħħija tal-ostakli, tal-abbużi ta' pożizzjonijiet dominanti, ta' ftehimiet ta' kollużjoni u ta' miżuri ta' għajnuna mill-Istat li jxekklu, għall-benefiċċju tas-suq uniku, filwaqt li titqies l-evoluzzjoni tal-ekonomija globali;

2.

Jiddispjaċih li fir-rapport tagħha tal-2012 dwar il-politika tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni tiffoka bil-qawwi fuq prattiki inġusti ta’ kompetizzjoni li jirriżultaw minn prattiki tal-Istati, waqt li tagħti relattivament ftit attenzjoni lill-prattiki inġusti dovuti għall-konċentrazzjoni ta’ kumpaniji fis-Suq Uniku;

3.

Jemmen li l-politika dwar il-kompetizzjoni hija mutur tat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi, b’mod speċjali fi żminijiet ta’ kriżi.

4.

Jindikali l-politika tal-kompetizzjoni u l-funzjonament tajjeb tas-suq uniku huma indispensabbli biex tiġi affrontata l-kriżi, għall-promozzjoni tat-tkabbir u tal-impjiegi sostenibbli tal-Istrateġija Ewropea 2020 u biex jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-għanijiet tal-Unjoni Ewropea.

5.

Jaqbel għaldaqstant mal-Kummissjoni li l-kriżi m’għandhiex tkun pretest għat-trattib tal-infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni

6.

Huwa tal-fehma li l-politika tal-kompetizzjoni għandha tiġi emendata sabiex twieġeb aħjar għall-isfidi ppreżentati mill-globalizzazzjoni.

7.

Huwa tal-fehma li għandu jkun possibbli għall-politika tal-kompetizzjoni l-ġdida tal-UE li tinkludi klawsoli ta' flessibbiltà;

8.

Jirrikonoxxi li għad hemm wisq setturi maqsuma ħafna minħabba fruntieri nazzjonali u osatkoli artifiċjali pubbliċi jew privati, u jaqbel li l-politika tal-kompetizzjoni għandha rwol fundamentali fil-ġlieda kontra din il-frammentazzjoni u fil-ħolqien ta’ ambjent b'kundizzjonijiet ekwi fis-setturi kollha tas-suq uniku, filwaqt li jitqiesu l-bżonnijiet speċjali tal-SMEs u tal-konsumaturi finali;

9.

Jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-politika tal-kompetizzjoni f’sens usa’ m’għandhiex issaħħaħ il-kumpaniji u fornituri ta’ prodotti u servizzi diġà stabbiliti, iżda pjuttost l-objettiv komprensiv tagħha għandu jkun il-faċilitazzjoni tad-dħul ta’ atturi ġodda u t-tfaċċar ta’ ideat u tekniki ġodda, sabiex b’hekk jiġi mmassimizzat il-benefiċċju għaċ-ċittadini tal-Unjoni;

10.

Iqis li l-politika tal-kompetizzjoni għandha tikkontribwixxi għall-promozzjoni u r-rinforz ta' standards miftuħa u tal-interoperabilità biex jiġi evitat li jkun hemm irbit teknoloġiku tal-konsumaturi u tal-klijenti ma' minoranza ta' parteċipanti fis-suq;

11.

Iqis li l-prezzijiet tal-prodotti għadhom ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor, eż. fir-rigward ta' mediċini, minħabba ftehim differenti bejn l-Istati Membri u l-industrija farmaċewtika; jistieden lill-Kummissjoni teżamina dan il-fenomenu u tippreżenta proposti sabiex toħloq suq intern aktar trasparenti, sabiex tevita kwalunkwe distakki mhux meħtieġa fil-prezzijiet, fl-interess tal-konsumatur;

12.

Jilqa’ l-privattiva unitarja tal-UE bħala pass ’il quddiem biex jitlesta s-suq uniku u jistieden lill-Istati Membri jipparteċipaw fiha; jitlob li jittieħdu passi biex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jipparteċipaw fih; iqis li hi meħtieġa r-rikonċiljazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali mad-domandi tal-kompetizzjoni, billi jiġi preservat l-interess ġenerali u jiġi żgurat li d-detenturi tal-privattivi ma jagħmlux użu abbużiv mid-drittijiet tagħhom b’detriment għaċ-ċittadini; jistieden lill-Kummissjoni tressaq għal prosekuzzjoni kwalunkwe mġiba mmirata biex iddewem bl bżonn id-dħul fis-suq tal-mediċini ġeneriċi;

Il-leġittimità u l-effettività tal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE

13.

Iqis li għandu jkollu setgħat ta' kodeċiżjoni leġiżlattivi fl-istabbiliment tal-qafas ta' politika tal-kompetizzjoni; jiddispjaċih li l-Artikoli 103 u 109 TFUE jipprevedu biss għal konsultazzjoni tal-Parlament; jemmen li dan id-defiċit demokratiku ma jistax jiġi ttollerat; jipproponi li dan id-defiċit jingħeleb mill-iktar fis possibbli permezz ta’ arranġamenti interistituzzjonali fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni u jiġi korrett fit-tibdil li jmiss tat-Trattat; ifakkar li r-responsabilità politika tal-Kummissjoni lill-Parlament tkopri politika tal-kompetizzjoni u li d-djalogu strutturat mal-Kummissarju rilevanti hija għodda importanti biex jitwettaq kontroll demokratiku sod f'dan il-qasam;

14.

Jemmen li l-kwalità tad-djalogu murija mill-Kummissarju għall-Kompetizzjoni ma tistax tieħu post skrutinju demokratiku veru min-naħa tal-Parlament; jenfasizza li dan il-kontroll huwa ħafna aktar meħtieġ biex il-politika tal-kompetizzjoni twassal għal kontroll mill-Kummissjoni fuq id-deċiżjonijiet ta’ awtoritajiet nazzjonali u lokali eletti demokratikament; jenfasizza wkoll l-ħtieġa li jiġi żviluppat djalogu aħjar bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u s-soċjetà ċivili;

15.

Jenfasizza l-importanza li l-Parlament u l-Kunsill jiġu ttrattati bl-istess mod rigward l-aċċess għal-laqgħat u l-għoti ta’ informazzjoni għat-tħejjija ta’ leġiżlazzjoni jew liġi nonvinkolanti fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni, kif previst fil-Ftehim Qafas; jiddispjaċih li dan ma ġiex irrispettat mill-Kummissjoni;

16.

Jisħaq fuq il-bżonn li tissaħħaħ kultura ta’ kompetizzjoni li tippromwovi l-valuri tagħha u tikkontribwixxi għal attitudni pożittiva lejn il-konformità b’effett preventiv u ta’ benefiċċju għall-iżvilupp tal-politika ta’ kompetizzjoni;

17.

Juri li d-dimensjoni orizzontali tal-politika tal-kompetizzjoni fl-Unjoni Ewropea teżiġi l-koerenza massima bejn din il-politika u l-politiki komunitarji fis-setturi differenti, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern jeħtieġ li r-regolamenti settorjali jirrispettaw il-prinċipji tal-politika tal-kompetizzjoni;

18.

Jemmen li l-Kummissjoni għandha tressaq proposta sabiex tirregola l-kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni konnessi ma sehem minoritarju f’kumpanija kummerċjali;

19.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli toħroġ linji gwida dwar il-liġijiet nonvinkolanti fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni, waqt li tikkunsidra kif xieraq il-ġurisprudenza eżistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex tiżgura xi ċertezza legali għall-partijiet interessati; iqis, madankollu, li l-liġi nonvinkolanti ma tistax tieħu post il-leġiżlazzjoni f’oqsma fejn iċ-ċertezza legali hija ta’ importanza kruċjali;

20.

Jisħaq li l-impożizzjoni ta’ multi hija għodda dissważiva, li għandha rwol importanti għall-politika tal-kompetizzjoni u li tinħtieġ azzjoni mgħaġġla għas-suċċess tal-investigazzjonijiet; jemmen li ċertezza legali, is-simplifikazzjoni tal-proċeduri u l-possibbiltà ta’ finalizzazzjoni minn qabel permezz ta’ ftehimiet xierqa huma kruċjali u għalehkk jistieden lill-Kummissjoni tinkorpora r-regoli dwar il-multi fir-Regolament (EC) Nru 1/2003; fl-istess ħin, iqis li l-Kummissjoni għandha żżid l-ispezzjonijiet għal għarrieda, u tieħu azzjoni kontra ksur issuspettat;

21.

Jemmen, madankollu, li l-użu ta’ multi li dejjem qed jiżdiedu bħala l-uniku strument ta’ antitrust jista’ jkun drastiku wisq, mhux l-inqas meta wieħed jikkunsidra t-telf potenzjali ta’ impjiegi bħala riżultat ta’ nuqqas ta’ kapaċità li jsiru ħlasijiet; jenfasizza li politika ta’ multi għolja m’għandhiex tintuża bħala mekkaniżmu alternattiv ta’ finanzjament ta’ baġit; jippreferi l-approċċ “tal-inċentiv u l-kastig”, b'pieni li jservu bħala deterrent effikaċi, b'mod partikulari għal dawk li jiksru l-liġi ripetutament, filwaqt li jħeġġeġ il-konformità;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-politika tagħha dwar il-multi u l-infurzar tilħaq ir-restawr ta’ suq ibbilanċjat u tinċentiva lill-kumpaniji sabiex jidentifikaw il-ksur internament u tiġi implimentata azzjoni ta’ restawr b’mod volontarju; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra l-livell ta’ profitt u telf illeċitu magħmul minn dawk affettwati;

23.

Itenni li l-għadd ta’ talbiet għal tnaqqis ta’ multi minħabba n-nuqqas ta’ ħila li jsir ħlas żdied, b’mod partikolari minn impriżi u SMEs ta’ “mono-prodotti”; jerġa’ jqis li sistema ta’ ħlasijiet b’dewmien u/jew maqsuma tista’ tiġi kkunsidrata bħala alternattiva għat-tnaqqis tal-multi sabiex jiġi evitat il-falliment ta’ impriżi;

24.

Jinnota li l-użu tal-fatturat globali għal-limitu massimu ta' 10 % jista' jwassal għall-impożizzjoni ta' sanzjonijiet kumulattivi għall-istess ksur, minħabba ż-żieda fl-għadd ta' awtoritajiet tal-kompetizzjoni madwar id-dinja; iqis, għaldaqstant, li fatturat ibbażat fuq iż-ŻEE jista' jkun iżjed xieraq pjuttost milli fatturat globali;

25.

Għadu qed jistenna adattament tal-linji gwida għall-għoti ta’ multi li jikkonċerna impriżi u SMEs ta’ “mono-prodotti”; minkejja dan jilqa’ l-fatt li dan l-aħħar il-Kummissjoni kkunsidrat il-ħtiġijiet speċifiċi tal-impriżi ta’ “mono-prodotti” fid-deċiżjoni tagħha dwar il-“Muntaturi għat-twieqi” (COMP/39452 of 28/03/2012);

26.

Jistieden lill-Kummissjoni żżid il-kooperazzjoni tagħha mal-qrati nazzjonali biex tiffaċilita l-infurzar privat u r-riżoluzzjoni korretta tat-tilwim dwar l-għajnuna tal-Istat; jilqa’ l-programmi ta’ taħriġ tal-Kummissjoni għall-imħallfin nazzjonali;

27.

Jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rwol tal-korpi ġudizzjarji fil-politika tal-kompetizzjoni u jħeġġiġhom jużaw il-fakultajiet tagħhom sabiex jiksbu informazzjoni u opinjoni tal-Kummissjoni kif ukoll jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ taħriġ tal-komunità; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet ġudizzjarji, tagħmel eżerċizzju attiv tal-fakultajiet tagħha biex twassal kontribuzzjonijiet lill-korpi ġudizzjarji bħal “amicus curiae” li għandhom jiġu pubblikati fil-ħin fil-websajt tal-Kummissjoni u tqis il-possibbiltà li tieħu azzjoni legali sabiex jiġi evitat li l-UE titħalla mingħajr protezzjoni u biex jiġu salvagwardjati l-interessi li għandha tipproteġi;

28.

Jirrikonoxxi "il-proposta tal-Kummissjoni tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar azzjonijiet rigward danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni li bħalissa qiegħda taħdem fuqha; huwa determinat li jsib eżitu sodisfaċenti biex bih jiġu indirizzati l-kwistjonijiet speċifiċi li jitqajmu f'dan il-qasam;

29.

Isostni l-ħtieġa li l-Unjoni Ewropew tippromwovi b’mod attiv il-konverġenza sostantiva u proċedurali tar-regoli tal-kompetizzjoni fil-qasam internazzjonali; iqis li l-kooperazzjoni internazzjonali hija essenzjali għall-iżgurar tal-konsistenza u l-interoperabbiltà fl-applikazzjoni tal-politika tal-kompetizzjoni għall-awtoritajiet responsabbli differenti, li tikkontribwixxi għall-effettività tal-investigazzjonijiet u għall-eżistenza ta’ kamp ekwilibrat;

30.

Jenfasizza l-importanza tat-trawwim tal-konverġenza globali tar-regoli tal-kompetizzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkonkludi ftehimiet ta’ kooperazzjoni bilaterali dwar l-infurzar ta’ kompetizzjoni; bħalissa qed taħdem fuq il-ftehim propost bejn l-UE u l-Isvizzera dwar il-kooperazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-liġijiet tal-kompetizzjoni tagħhom; huwa determinat li jsib eżitu sodisfaċenti biex bih jiġu indirizzati l-kwistjonijiet speċifiċi li jitqajmu f'dan il-qasam;

31.

Iqis li r-riżorsi għad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kompetizzjoni għandhom jiżdiedu skont iż-żieda fil-piż tax-xogħol u l-firxa tal-kompiti, inter alia bil-mobilizzazzjoni mill-ġdid ta' riżorsi allokati għal linji baġitarji skaduti jew sottoutilizzata, sabiex tkun tista' tittieħed azzjoni aktar proattiva;

Awtoritajiet tal-kompetizzjoni

32.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-indipendenza tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni (NCAs) kollha u r-regolaturi tas-setturi mill-gvernijiet nazzjonali, biex in-nominazzjoni ta’ presidenti u membri tal-bord li mhumiex politiċi u m’għandhomx kunflitti ta’ interess oħra, issir indispensabbli; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-persunal u r-riżorsi tal-NCAs u r-regolaturi tas-settur ikunu suffiċjenti u jvarjaw skont il-ħtiġijiet derivati tas-suq u skont il-ħtiġijiet tal-eżerċizzju effikaċi tad-dmiri tagħhom;

33.

Jisħaq fuq l-importanza ta’ trasparenza sħiħa tal-NCAs u r-regolaturi tas-settur; jitlob li l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-każijiet u d-deċiżjonijiet uffiċjali, b’kunsiderazzjoni tas-sigrieti kummerċjali li jistgħu jaffettwaw b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni, issir aktar aċċessibbli online permezz ta’ database miftuħa;

34.

Jappoġġa l-kooperazzjoni strutturata fi ħdan in-Netwerk Ewropew tal-Kompetizzjoni (ECN), li tippermetti koerenza fl-UE kollha tal-infurzar pubbliku tar-regoli tal-kompetizzjoni u tħeġġeġ l-iżvilupp ulterjuri tiegħu, peress li xi swieq għandhom tendenza li jkollhom dimensjonijiet aktar nazzjonali minn oħrajn, minħabba kundizzjonijiet legali, ekonomiċi u kulturali differenti; jemmen li, bħala regola ġenerali, il-programmi ta' ħidma u l-konklużjonijiet tal-laqgħat ECN għandhom jsiru pubbliċi fuq il-websajt tad-DĠ Kompetizzjoni;

35.

Jemmen li l-NCAs u regolaturi oħra tas-settur nazzjonali għandhom ikomplu jikkooperaw sabiex tiġi żgurata azzjoni komplementari, b’mod partikolari fis-setturi fejn il-liberalizzazzjoni għadha mhix kompluta jew ma tkunx operattiva bis-sħiħ; jissuġġerixxi l-ħolqien ta’ netwerk usa’ għar-regolaturi Ewropej inklużi NCAs u regolaturi tas-settur għall-iskambju tal-aħjar prattiki;

L-Għajnuna mill-Istat u l-effetti fuq l-ekonomija reali

Għajnuna mill-Istat lill-banek

36.

Jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat sa mill-bidu tal-kriżi bħala mekkaniżmu ta’ ristrutturazzjoni u riżoluzzjoni għall-banek li jinsabu f’diffikultà;

37.

Jemmen li l-kontroll tal-għajnuna mill-Istat matul il-kriżi għandu jiffoka kemm fuq l-istabbilizzazzjoni tas-sistema tal-banek kif ukoll fuq l-indirizzar ta’ segmentazzjoni inġusta tal-kundizzjonijiet ta’ kreditu u d-diskriminazzjoni tal-SMEs fis-suq uniku; jistieden lill-Kummissjoni, madankollu, tiżgura li l-għan li tiġi stabbilizzata s-sistema bankarja ma twassalx għal żieda ulterjuri fid-dejn pubbliku; iħeġġeġ lill-Kummissjoni torbot l-estensjoni tal-għajnuna mill-Istat temporanja għas-settur bankarju ma' kundizzjonijiet aktar stretti u msaħħa li jirregolaw fejn l-enfasi titqiegħed fuq is-self bl-imnut, u restrizzjonijiet aktar b'saħħithom u regoli trasparenti fuq bonuses, strutturi tal-miżati u d-distribuzzjoni tad-dividendi;

38.

Jinnota li l-Parlament Ewropew ħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrevedi r-regoli dwar l-għajnuna tal-Istati lill-banek introdotti fl-2008 bħala miżuri temporanji f’bosta okkażjonijiet. għaldaqstant, jilqa’ l-azzjonijiet meħuda dan l-aħħar mill-Kummissjoni f’dan il-qasam.

39.

Jistieden lill-Kummissjoni taġġorna b’mod regolari d-dejta dwar l-għajnuniet mill-Istat mogħtija lis-settur finanzjarju sa mill-bidu tal-kriżi, it-telf konsolidat u l-evoluzzjoni ta’ rimborsi magħmula b’mod dettaljat pajjiż, pajjiż u entità, entità, u l-publikazzjoni tar-riżultati fil-website tal-Kummissjoni sabiex ikun hemm trasparenza sħiħa tal-iskala ta’ intervenzjoni pubblika sa mill-bidu tal-kriżi u l-impatt tagħha fuq il-kontribwenti;

40.

Jemmen li l-metodi ta’ kontabbiltà għandhom jiġu armonizzati qabel ma ssir kwalunkwe valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat li trid tingħata lill-banek, b’tali mod li t-trattament ta’ kontabbiltà tas-self iffinanzjat mill-ġdid għat-tieni darba, pereżempju, ikun l-istess irrispettivament mill-Istat Membru kkonċernat;

41.

Jenfasizza li, b’mod partikolari fil-każ tal-banek li jirċievu għajnuna mill-Istat, ir-rifinanzjament tas-self għandu jikkunsidra bis-sħiħ il-vijabbiltà tar-riċevitur; iqis li, fil-każ tal-korporazzjonijiet multinazzjonali, il-bejgħ ta’ assi u ishma fuq kumpaniji pparteċipati għandu jitqiegħed bħala kundizzjoni għar-rifinanzjament tas-self.

42.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib dawk is-swieq fis-settur bankarju fejn il-konċentrazzjoni hija għolja jew qed tikber, b’mod partikolari bħala riżultat tar-ristrutturazzjoni b’reazzjoni għall-kriżi; ifakkar li s-swieq oligopolistiċi huma suxxettibbli partikolarment għal prattiki antikompetittivi; jibża’ li din il-konċentrazzjoni finalment tista’ tkun ta’ dannu għall-konsumaturi; jenfasizza li konċentrazzjoni kbira żżejjed tista’ tipperikola l-industrija finanzjarja, kif ukoll l-ekonomija reali;

43.

Jenfasizza li l-konsolidazzjoni fis-settur bankarju żiedet is-sehem tas-suq ta’ bosta istituzzjonijiet finanzjarji kbar; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tgħasses mill-qrib is-settur sabiex tissaħħaħ il-kompetizzjoni u l-protezzjoni tal-konsumatur fis-swieq bankarji Ewropej, inkluż fil-banek ta' investiment, fejn depożiti bl-imnut huma ssussidjati b'konnessjoni ma' attivitajiet bankarji ta' investiment aktar riskjużi;

44.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra b’attenzjoni l-firxa ta’ assi u impriżi tal-istituzzjonijiet finanzjarji qabel l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat

45.

Jenfasizza li depożituri li għandhom sa EUR 100 000 fil-kontijiet tagħhom f’entità bankarja għandu jkollhom il-protezzjoni massima u jiġu esklużi minn kull arranġament ta’ kondiviżjoni ta’ piż mir-ristrutturar jew riżoluzzjoni;

46.

Jemmen li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-possibbiltà ta' għajnuna mill-Istat lill-banek li kultant tingħata fuq il-kundizzjoni ta' kreditu li jingħata lill-SMEs;

47.

Jenfasizza li, minn meta bdiet il-keiżi finanzjarja, l-SMEs ġew affettwati b’mod sproporzjonat fil-ħila tagħhom li jkollhom aċċess għal finanzjamenti; jenfasizza li l-SMEs jikkostitwixxu 98 % tal-impriżi kollha taż-żona ewro, jimpjegaw madwar tliet kwarti tal-impjegati taż-żona ewro, u jiġġeneraw madwar 60 % ta’ valur miżjud u li l-aċċess għal finanzjamenti qed jipprevenihom milli jinvestu u qed irażżan it-tkabbir tagħhom; għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni tipprijoritizza miżuri għall-ikkalibrar mill-ġdid tar-regolament finanzjarju biex tippromwovi t-tkabbir u ttaffi l-kriżi tal-finanzjament għall-SMEs;

48.

Jisħaq li l-banek li jirċievu għajnuna mill-Istat m’għandhomx iżidu d-daqs u l-kumplessità tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tħeġġiġhom jiffukaw il-mudell tan-negozju tagħhom fuq il-parti vijabbli tal-attivitajiet tagħhom, fuq il-politika ta' remunerazzjoni u l-istruttura tal-miżati u mhux iżidu l-espożizzjoni tagħhom għal dejn pubbliku, speċjalment jekk dawn qed inaqqsu l-fluss ta' kreditu lill-SMEs u lill-familji f'daqqa; jirrimarka li sistema regolatorja ġdida permanenti, hija neċessarja sabiex jiġu indirizzati d-difetti li nstabu fis-sistema legali li kienet tintuża qabel il-kriżi, b'mod partikolari fir-rigward tas-settur finanzjarju kif ukoll għar-rimedju tad-distorsjonijiet maħluqa matul il-kriżi finanzjarja u ekonomika, u biex tiżgura li tingħata attenzjoni prijoritarja lill-konsegwenzi u l-benefiċċji għal dawk li jħallsu t-ttaxxa, għall-konsumaturi u s-suq uniku kollu kemm hu, meta l-banek ikunu qegħdin jirċievu għajnuna mill-Istat;

49.

Jiddispjaċih li l-SMEs li għaddejjin minn programmi ta’ aġġustament fl-Istati Membri qed isibu diffikultajiet biex jaċċessaw kreditu mill-banek u huma obbligati jħallsu rati ta’ imgħax ogħla sempliċiment minħabba l-post tagħhom fiż-żona tal-euro, fatt li joħloq distorsjonijiet fis-suq uniku;

50.

Jisħaq li l-investituri esterni għandhom jitħeġġu jipparteċipaw kemm jista’ jkun f’kumpaniji maniġerjali tal-assi (KMA) maħluqa taħt il-programmi tal-għajnuna mill-Istat bħala mezz għas-separazzjoni ta’ assi danneġġati, biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm kunflitt ta’ interessi bejn l-investituri li jħaddnu jew jittrasferixxu l-assi u l-għanijiet ta’ KMA partikolari;

51.

Jemmen li l-KMA għandhom jippruvaw ibiegħu l-assi tagħhom mill-iktar fis possibbli sabiex jiksbu mill-ġdid in-normalità tas-suq u jtemmu l-intervent pubbliku f’settur speċifiku;

52.

Jemmen li l-esperjenza tad-DĠ COMP fil-qasam tal-kriżi tal-banek għandha titqies bħala l-aqwa prattika u tintuża fil-futur iżjed għal skopijiet ta’ prevenzjoni milli għal interventi ex-post;

Il-Modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat

53.

Jilqa’ għal darb’oħra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat (COM(2012)0209) u l-adozzjoni ta’ dan l-aħħar tal-Kunsill ta’ regoli riveduti dwar l-għajnuna mill-Istat fuq eżenzjonijiet ġenerali u proċeduri; jistieden, madankollu, lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-istimolar tat-tkabbir ekonomiku, bħala wieħed mill-għanijiet ġenerali ta' din ir-riforma, mhuwiex se jwassal għal żieda fid-dejn pubbliku;

54.

Iqis li l-kumpaniji jridu jirristrutturaw skont limiti ċari, billi jnaqqsu għal livell minimu l-effetti ta’ ħsara għall-kompetituri li ma rċevewx appoġġ mill-finanzjament pubbliku;

55.

Jitlob lill-Kummissjoni teżamina meta l-kumpaniji jkunu saru kbar wisq biex ifallu u tqis liema miżuri jistgħu jittieħdu f’livell nazzjonali jew tal-UE għalbiex ikun prevenut li l-kumpaniji jsiru jiddependu mill-bailouts futuri tal-gvern;

56.

Jinnota l-intenzjoni ġenerali tal-Kummissjoni li teżenta aktar miżuri mir-rekwiżit ta' notifika; jenfasizza, madankollu, li l-Istati Membri se jkollhom jiżguraw il-konformità ex ante mar-regoli ta’ għajnuna mill-Istat ta’ miżuri de minimis u skemi ta’ eżenzjoni sħiħa sabiex jiġi ppreservat livell suffiċjenti ta’ kontroll waqt li l-Kummissjoni tkompli teżerċita kontroll ex post ta’ dawn il-każijiet;

57.

Jikkondividi l-opinjoni tal-Kummissjoni li l-proċeduri tal-għajnuna mill-Istat għandhom jitħaffew sabiex ikun hemm iktar konċentrazzjoni fuq każijiet ikkumplikati b’effetti serji għall-kompetizzjoni fis-suq intern; jinnota l-proposta tal-Kummissjoni li tgħolli l-livell ta’ diskrezzjoni tagħha sabiex tiddeċiedi kif għandha tittratta l-ilmenti; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi kriterji ddettaljati kif tiddistingwi l-każijiet importanti minn dawk inqas importanti f’dan il-kuntest; jirrimarka li limiti massimi aktar għoljin fir-regolament de minimis u l-estensjoni tal-kategoriji orizzontali fir-regolament permittenti u r-regolament għal eżenzjoni ġenerali sħiħa huma modi xierqa biex issir din id-dinstinzjoni;

58.

Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tiżgura skambju aħjar mal-Istati Membri f’termini ta’ kwalità u puntwalità tas-sottomissjoni ta’ informazzjoni u t-tħejjija tan-notifiki; jenfasizza li sistemi nazzjonali effettivi għandhom jiżguraw li l-miżuri tal-għajnuna mill-Istat li jkunu eżenti mill-obbligu ta’ notifika ex ante jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni; jirrimarka li limiti massimi aktar għoljin fir-regolament de minimis u l-estensjoni tal-kategoriji orizzontali fir-regolament permittenti u r-regolament għal eżenzjoni ġenerali sħiħa huma modi xierqa biex issir din id-dinstinzjoni;

59.

Jinnota li s'issa l-informazzjoni rilevanti għall-każijiet ta' kontroll tal-għajnuna mill-Istat ingħatat esklużivament mill-Istati Membri; itenni t-talba tiegħu li l-Kummissjoni tevalwa jekk riżorsi umani addizzjonali se jkunu meħtieġa biex testendi l-għodod tagħha għall-ġbir tal-informazzjoni u tkun tista' tirċievi informazzjoni diretta minn parteċipanti fis-suq; jinnota, madankollu, li l-Kummissjoni m’għandhiex tkun kapaċi tinkludi kunsiderazzjonijiet addizzjonali ta’ kwalità u effiċjenza fil-valutazzjoni tal-kompatibbiltà;

60.

Jinnota n-nuqqas ta’ ċarezza f’ċerti Stati Membri dwar jekk il-finanzjament pubbliku liċ-Ċentri Ewropej għall-Konsumaturi (ECCs) jistax jitqies bħala għajnuna mill-Istat mhux iġġustifikata u skont it-tifsira tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Unjoni; huwa mħasseb li dan joħloq riskju għall-appoġġ tal-Istati Membri lill-ECCs u diġà rriżulta fis-sospensjoni temporanja tal-finanzjament għall-ECCs; iħeġġeġ, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tiżgura l-funzjonament tajjeb tal-ECCs billi tiċċara mill-iktar fis possibbli li dan it-tip ta’ finanzjament ma jikkwalifikax bħala għajnuna mill-Istat skont id-dritt tal-Unjoni minħabba l-fatt li l-ECCs mhumiex involuti f’attivitajiet ekonomiċi iżda jiżguraw servizzi ta’ appoġġ għall-konsumaturi;

Is-settur tat-trasport

61.

Jemmen li l-Kummissjoni għandha tkompli ssaħħaħ ir-rabtiet bejn il-politika tal-kompetizzjoni u l-politika tat-trasport sabiex ittejjeb il-kompetittività tas-settur Ewropew tat-trasport;

62.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw kompetizzjoni miftuħa u ġusta fil-moduli kollha tat-trasport;

63.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa netwerks tat-trasport pubbliku bil-għan li jittejbu s-servizzi għall-klijenti;

64.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, bil-għan li tiġi miġġielda ż-żieda kontinwa fl-emissjonijiet tas-CO2, jintlaħaq l-impenn internazzjonali li t-tisħin globali jiġi limitat għal zieda ta' żewġ gradi Celsius (o C) fuq livelli pre-industrijali, kif stabbilit bħala mira għall-2020;

Ferrovija

65.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tlesti l-implimentazzjoni taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea, tiżgura trasparenza sħiħa fil-flussi ta’ flus bejn il-maniġers tal-infrastrutturi u l-impriżi ferrovjarji, u tivverifika li kull Stat Membru għandu regolatur nazzjonali b’saħħtu u indipendenti;

66.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom sabiex jiggarantixxu l-ftuħ tas-settur tat-trasport ferrovjarju għal kompetizzjoni ġusta, kif ukoll kwalità aħjar tas-servizzi.

67.

Jistieden lill-Kummissjoni tistudja l-possibbiltà li tadotta proposta leġiżlattiva għal korp regolatorju Ewropew li jikkoopera mar-regolaturi nazzjonali eżistenti u jaġixxi fejn dawn ma jeżistux jew, fejn xieraq, meta jkunu inattivi.

68.

Jisħaq li s-suq uniku fis-settur tal-merkanzija bil-ferrovija huwa affettwat minn traspożizzjoni ħażina jew mhux kompleta tal-liġi tal-UE mill-Istati Membri u minn konġestjoni għall-mobbiltà transkonfinali li tkun ta’ dannu għall-kompetizzjoni u t-tkabbir; jistieden lill-Kummissjoni tivverifika jekk l-ostakli tekniċi jew tas-suq li huma differenti minn Stat Membru għal ieħor, bħall-wisa’ bejn il-binarji, il-provvista tal-enerġija u s-sistemi ta’ sinjali, u ostakoli simili dwar l-interoperabbiltá u l-aċċessibblitá tal-infrastruttura, jistgħux jitqiesu bħala ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni;

Avjazzjoni

69.

Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirrevedi l-linji gwida tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat għall-avjazzjoni u l-ajruporti sal-aħħar tal-2013 bl-obbligu tal-eliminazzjoni ta’ kwalunkwe tgħawwiġ tal-kompetezzjoni u t-twaqqif ta’ kundizzjonijiet ekwi għall-parteċipanti kollha fis-suq;

70.

Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi ħarsa ġenerali ġustifikata biex taċċerta liema trasportaturi tal-ajru jwettqu mġiba kuntrarja għall-kompetizzjoni, permezz tal-eżerċizzju ħażin ta’ kundizzjonijiet speċjali jew ta’ abbużi tal-pożizzjoni dominanti tagħhom f’ċerti ajruporti;

71.

Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tinvestiga jekk ċerti prattiki dwar id-deskrizzjoni ta’ ajruporti ċentrali speċifiċi —ibbażati fuq it-termini ta’ ’l fuq minn 1 000 ftehima bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru ffirmati mill-Istati Membri ma’ pajjiżi mhux tal-UE — jgħawġux il-kompetizzjoni kontra l-interessi tal-konsumaturi Ewropej;

Is-settur awtomottiv

72.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura poteri ta' negozjar bilanċjati bejn il-manifatturi u d-distributuri, filwaqt li tenfasizza:

l-importanza tal-ġlieda kontra l-prattiki diskriminatorji fil-qasam tad-distribuzzjoni online kif irregolat mir-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Akkordji Vertikali (Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010), għas-salvagwardja tal-ħila tad-distributuri li jużaw metodi ta’ distribuzzjoni innovattivi u jilħqu għadd u spettru ikbar ta’ klijenti;

l-importanza tan-negozjaturi fis-swieq għall-bejgħ ta' vetturi ġodda bil-mutur wara li jiskadi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2002 fil-31 ta' Mejju 2013;

jitlob lill-Kummissjoni tinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati prinċipji ta’ kondotta tajba bejn il-manifatturi u n-negozjanti rigward il-ftehimiet vertikali fis-settur tal-vetturi bil-mutur, b’mod partikolari rigward il-ħarsien tal-investimenti wara t-tmiem ta’ kuntratt u l-possibbiltà tat-trasferiment ta’ negozju lejn membru ieħor tal-istess netwerk tal-prodott, għall-promozzjoni tat-trasparenza fir-relazzjonijiet kummerċjali u kuntrattwali bejn il-partijiet;

Is-settur tal-bini tal-bastimenti

73.

Jistieden li tiġi garantita l-kompetittività tal-industrija Ewropea tal-bini tal-bastimenti li tiffavorixxi l-attività tagħha fi ħdan l-Unjoni Ewropea fil-konfront ta’ ambjent internazzjonali li kulma jmur isir aktar kompetittiv.

74.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt tas-sidien Ewropej fl-Istati Membri kollha u t-trattament indaqs tagħhom kollha.

Settur tas-servizzi finanzjarji

75.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jinvestigaw każijiet li jista' jkun hemm ta' kollużjoni bejn il-kumpaniji u ta' abbuż minn pożizzjoni dominanti fis-swieq tal-assigurazzjoni tal-vetturi bil-mutur;

Is-settur tal-enerġija

76.

Josserva li suq uniku għall-enerġija ma għandux jirriżulta biss fi prezzijiet aktar baxxi għall-konsumaturi imma jżid ukoll il-kompetittività tal-impriżi tal-UE;

77.

Jilqa’ l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-Kummissjoni kontra l-monopolju fis-settur tal-enerġija;

78.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfittex li twettaq l-implimentazzjoni sħiħa tal-pakkett tas-suq tal-enerġija interna, minħabba l-fatt li suq uniku miftuħ u kompetittiv fis-settur tal-enerġija għadu ma ntlaħaqx għall-kollox; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkun deċiża fit-tkomplija tal-passi meħuda fid-dawl tal-inkjesta dwar is-settur sabiex ir-regoli tal-kompetizzjoni jiġu applikati b’mod effettiv għas-settur tal-enerġija; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-proċeduri li għaddejja tal-liġi dwar il-kompetizzjoni fis-settur tal-enerġija, bil-għan li jitlesta s-suq intern tal-enerġija fl-2014 u li jiġu eliminati l-ostakli stabbiliti mill-ġdid mill-fornituri tal-enerġija;

79.

Iqis li suq uniku Ewropew tal-enerġija jbaxxi l-prezz tal-enerġija mħallas mill-konsumaturi u n-negozji, u jsaħħaħ il-kompetittività tal-operaturi tan-negozji Ewropej fuq skala globali. jemmen li, għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiġi mħeġġa tiżviluppa suq uniku Ewropew tal-enerġija sal-2014;

80.

Jenfasizza l-importanza kruċjali tal-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni f’waqtha u korretta tal-leġiżlazzjoni eżistenti għas-suq tal-enerġija, inkluż ix-xogħol regolatorju mitlub mit-Tielet Pakkett tas-Suq tal-Enerġija Interna, sabiex jintlaħaq suq tal-enerġija interna Ewropew li jkun integrat u kompetittiv sal-2014;

81.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-regolamenti u d-direttivi dwar l-enerġija huma trasposti u applikati b’mod tajjeb fl-Istati Membri kollha; jistieden lill-Kummissjoni tkun partikolarment għassa għall-prezzijiet meta jaqbżu l-medja tal-UE, peress li l-prezzijiet għolja jxekklu l-kompetizzjoni u jkunu ta’ dannu għall-konsumaturi;

82.

Jemmen li l-Kummissjoni teħtieġ tkun stretta bl-introduzzjoni ta’ riformi tas-suq tal-enerġija għat-tnaqqis tal-prezzijiet tiegħu, b’mod partikolari f’dawk l-Istati Membri taħt proċedura ta’ defiċit eċċessiv.

83.

Jistieden lill-Kummissjoni u lir-regolaturi nazzjonali jindagaw kontra l-imġiba kollużiva tal-impriżi jew l-abbuż minn pożizzjoni dominanti fis-swieq tal-fjuwils bl-imnut;

84.

Jilqa’ fid-dawl ta’ dan l-inkjesti li għamlet dan l-aħħar il-Kummissjoni fis-settur taż-żejt, waqt li jirrikonoxxi li l-ksur tar-regoli dwar il-kompetizzjoni f’dan il-qasam jkollu implikazzjonijiet enormi għall-konsumaturi.

85.

Jistieden lill-Kummissjoni u lir-regolaturi nazzjonali jinvestigaw jekk l-hekk imsejjaħ “l-effett tat-Tnejn” – allegazzjoni ta’ manipulazzjoni tal-prezzijiet tal-petrol mill-kumpaniji skont il-ġurnata speċifika tal-ġimgħa – huwiex reali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib il-livell ta’ kompetizzjoni billi l-ikbar tliet atturi għadhom jirrappreżentaw madwar 75 % (elettriku) u ’l fuq minn 60 % (gass) tas-suq minkejja l-ftuħ progressiv tas-swieq f’nofs is-snin disgħin; jistieden lill-Kummissjoni toħroġ linji gwida sabiex ittejjeb l-aċċess tas-sorsi rinnovabbli tal-enerġija għan-netwerk tal-enerġija;

86.

Jistieden lill-Kummissjoni teżamina fir-rapport annwali tagħha li jmiss il-punti safejn il-konċentrazzjoni ta’ fornituri tal-materji primi kritiċi tista’ tkun ta’ ħsara għall-attività tas-setturi tal-klijenti u għal ekonomija iktar ekoeffiċjenti billi wħud minn dawn huma ta’ importanza kruċjali għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji ekoeffiċjenti meħtieġa għall-ilħuq ta’ għanijiet ambjentali;

87.

Jenfasizza r-rwol tal-grids intelliġenti fil-komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet bejn il-produtturi tal-elettriku u l-konsumaturi, u jirrimarka li l-grids intelliġenti jistgħu jippermettu lill-konsumaturi josservaw u jadattaw l-użu tagħhom tal-elettriku; jisħaq li l-Istati Membri għandhom jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli fuq il-websajts għall-konsumaturi u għall-atturi rilevanti kollha bħall-bennejja, l-arkitetti u l-fornituri tat-tagħmir tas-sħana, tat-tkessiħ u tal-elettriku;

Is-servizzi ta’ pagament:

88.

Huwa mħasseb li s-suq Ewropew għall-pagamenti elettroniċi għadu frammentat u li kwistjonijiet dwar il- kompetizzjoni għad iridu jissolvew; jirrikonoxxi ż-żewġ proposti tal-Kummissjoni tal-24 ta' Lulju 2013 dwar ħlasijiet interskambjali għal tranżazzjonijiet ta' ħlas bil-kard u fuq servizzi ta' ħlas fis-suq intern, li fuqhom bħalissa qed taħdem; huwa determinat li jsib eżitu sodisfaċenti biex bih jiġu indirizzati l-kwistjonijiet speċifiċi li jitqajmu f'dan il-qasam;

89.

Jisħaq li minkejja l-fatt li d-Direttiva (2011/7/UE) dwar il-Ħlasijiet Tard kellha tiġi ttrasposta fil-liġijiet nazzjonali sa Marzu 2013, mhux l-Istati Membri kollha implimentawha. jinnota li dan huwa dannuż għall-kompetizzjoni fis-suq uniku, u jaffettwa lill-SMEs b'mod partikolari;

Telekomunikazzjonijiet

90.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirdoppja l-isforzi tagħha fis-swieq tat-telekomunikazzjonijiet sabiex tikkontribwixxi għat-tmiem tal-frammentazzjoni tas-swieq tat-telekomunikazzjonijiet u tevita l-abbużi tal-pożizzjonijiet dominanti mill-operaturi bis-setgħa tas-suq; jistedinha tissorvelja li s-servizzi tal-operaturi, b’mod partikolari dawk ta’ aċċess għall-Internet, ikunu trasparenti, kumparabbli u eżentati minn ostakoli kuntrattwali għall-kompetizzjoni;

91.

Jilqa’ l-appoġġ tal-Kummissjoni għall-introduzzjoni ta’ infrastrutturi ta’ veloċità għolja madwar it-territorju Ewropew kollu, li jiġġeneraw kompetittività ekonomika u koeżjoni soċjali; jistaqsi dwar in-natura possibbli ta’ SIEĠ diġitali fl-Ewropa;

92.

Iqis li l-kontribut tal-politika tal-kompetizzjoni għandu importanza kbira fl-iskjerament tal-infrastrutturi tal-broadband fis-suq uniku b’mod li permezz ta’ bilanċ ġust bejn l-investiment pubbliku u privat jistgħu jiġu koperti l-għanijiet tal-Aġenda Diġitali u tintlaħaq il-kopertura taż-żoni remoti, rurali jew b’popolazzjoni baxxa tal-Unjoni Ewropea;

Teknoloġiji ġodda u l-Internet

93.

Jenfasizza l-importanza distinta tal-“privattivi essenzjali” għall-innovazzjoni fis-settur tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u, għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni taġixxi malajr sabiex tiżgura li s-suġġetti tagħha jagħtu liċenzji ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji lejn operaturi oħrajn sabiex b’hekk ikun jista’ jkompli l-progress tekniku u l-iżvilupp ta’ prodotti ġodda għall-benefiċċju tal-konsumaturi; jissottolinja l-fatt li l-politika tal-kompetizzjoni għandha strumenti sabiex tevita l-ħolqien ta’ ostakoli artifiċjali għall-interkonnessjoni, għall-interoperabbiltà u l-iżvilupp ta’ ekonomiji tal-kobor fis-swieq;

94.

Jilqa' l-progress li sar fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni tal-prattiki antikompetittivi ta' Google u aħbarijiet riċenti ta' soluzzjoni possibbli sar-rebbiegħa 2014; iħeġġeġ lill-Kummissjoni taġixxi b'mod deċiżiv fuq it-tħassib kollu li ġie identifikat, u, bħala prijorità, tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex "jiżgura kompetizzjoni ġusta fit-tiftix onlajn u s-swieq tar-reklamar marbut mat-tiftix, fid-dawl tad-dominanza ta' Google, b'sehem tas-suq ta' aktar minn 90 % f'ħafna mill-Istati Membri, u l-abbuż possibbli ta' din id-dominanza;

95.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tittestja fis-suq il-proposti l-ġodda mressqa minn Google sabiex tevalwa bir-reqqa l-adegwatezza u l-impatt tagħhom; jenfasizza, fid-dawl tal-importanza li l-magni għat-tiftix għandhom fl-ekonomija diġitali, li l-Kummissjoni għandha – fi kwalunkwe każ – tiżgura li Google timpenja ruħha bis-sħiħ, u timplimenta, soluzzjonijiet biex jindirizzaw l-erba' oqsma ta' tħassib imqajma mill-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni, jekk dan ma jistax jintlaħaq permezz ta' ftehim, biex minnufih tibgħat Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet lill-kumpanija għat-tfittxija kkonċernata;

96.

Ifakkar li n-newtralità netta hija tal-ikbar importanza sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejn is-servizzi tal-Internet u li l-kompetizzjoni tiġi ggarantita bis-sħiħ.

Għajnuna mill-Istat lill-futbol

97.

Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li tiftaħ investigazzjonijiet kontra l-eżistenza tal-għajnuna mill-Istat fil-futbol peress li toħloq tgħawwiġ fir-rigward tal-użu tar-riżorsi pubbliċi.

98.

Jemmen li l-Kummissjoni għandha tistudja bir-reqqa kwalunkwe self jew kwalunkwe finanzjament mill-ġdid ta' self minn banek li rċevew għajnuna mill-Istat immirata għall-klabbs tal-futbol, b'mod partikolari ir-rati tas-self imqabbla mar-rata medja tas-self u d-daqs tiegħu meta mqabbel mad-dejn tal-klabb tal-futbol ikkonċernat;

99.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tindirizza b'mod strutturat ir-relazzjonijiet bejn l-isports professjonali u l-politika tal-kompetizzjoni, b'mod partikolari li jonqsu li jitħallsu tariffi soċjali, l-ilħuq tal-obbligi tat-taxxa mill-klabbs tal-futbol u l-klawsoli ta' terminazzjoni;

Distribuzzjoni u alimentazzjoni

100.

Jilqa' l-ħolqien tat-Task Force tal-Ikel fi ħdan id-DĠ COMP bil-għan li jiġu sorveljati żviluppi fil-kompetizzjoni fil-katina tal-ikel u l-impatt fuq il-konsumaturi, kif ukoll it-tnedija ta' studju dwar is-settur bl-imnut; iqis li l-istabbiliment ta' sistema bbilanċjata ta' relazzjonijiet fis-settur tal-ikel m'għandux isir għad-detriment tal-politika tal-kompetizzjoni jew permezz ta' approċċ purament kummerċjali li ma jirriflettix il-prinċipji bażiċi tal-istess politika;

101.

Jilqa’ l-azzjonijiet tal-Kummissjoni li tispezzjona l-provvista tas-suq taz-zokkor abjad u jistenna bil-ħerqa r-riżultati tal-investigazzjoni;

Aspetti soċjali

102.

Jinnota li l-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-kontroll demokratiku u l-promozzjoni tal-interess pubbliku huma prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

103.

Jenfassiza li, flimkien mal-prinċipji ġenerali tat-Trattati (nondiskriminazzjoni, trattament ugwali, proporzjonalità) l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali għandhom ikunu liberi li jiddeċiedu kif is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ) jiġu finanzjati u organizzati; f’dan il-kuntest, jiġbed l-attenzjoni fuq l-għanijiet soċjali tal-Unjoni u fuq il-promozzjoni tal-kwalità, tal-aċċessibilità u tal-effettività ta’ dawn is-servizzi, kemm jekk dawn huma provduti minn operaturi pubbliċi kif ukoll privati;

104.

Jinnota li l-Unjoni qed taffaċċja sfidi kbar f’termini ta’ reindustrijalizzazzjoni, tranżizzjoni enerġetika u ta’ tagħmir diġitali, li jeħtieġu investimenti kbar; u li l-investimenti fl-edukazzjoni, it-taħriġ u fil-ħiliet maħsuba biex jikkumbattu l-qgħad fost iż-żgħażagħ jikkumplimentaw, aktar milli jikkontradixxu, l-għanijiet tal-politika tal-kompetizzjoni;

105.

Jirrimarka li l-politika tal-kompetizzjoni għandha tikkonforma mal-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jistabbilixxi li fil-politiki u l-azzjonijiet kollha tagħha, l-Unjoni għandha tqis il-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjieg;

106.

Huwa konvint li politika ta’ konverġenza soċjali tista’ titwettaq b’mod konsistenti flimkien ma’ politki ekonomiċi u kompetizzjonijiet b’saħħithom;

107.

Iqis li l-iżgurar tal-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta għall-intrapriżi fis-suq domestiku jiddependi wkoll mill-ġlieda kontra d-dumping soċjali, li għandu jitqies bħala prattika antikompetittiva; jemmen li l-Kummissjoni għandha toqgħod attenta għall-prattiki ta’ dumping fl-UE, fejn impriża, b’mod internazzjonali jew domestiku, tbigħ unitajiet bi prezz iktar baxx minn dak tal-produzzjoni biex tfalli kompetitur wieħed jew iktar; jemmen li l-Kummissjoni għandha għalhekk tistinka biex l-Istati Membri jikkonverġu f'terimini ta' prestazzjoni soċjali u ekonomika; jenfasizza l-ħtieġa li r-riformi strutturali jinkludu tiġdid tas-sistema ta’ tassazzjoni biex jiġġieldu l-frodi, l-evażjoni tat-taxxa ur-rifuġji fiskali;

o

o o

108.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali (NCAs).


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 61, 5.3.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(4)  ĠU C 270, 25.10.2008, p. 8.

(5)  ĠU C 10, 15.1.2009, p. 2.

(6)  ĠU C 72, 26.3.2009, p. 1.

(7)  ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9.

(8)  ĠU C 16, 22.1.2009, p. 1.

(9)  ĠU C 6, 11.1.2011, p. 5.

(10)  ĠU C 216, 30.7.2013, p. 1.

(11)  ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4.

(12)  ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3.

(13)  ĠU C 8, 11.1.2012, p. 15.

(14)  ĠU L 114, 26.4.2012, p. 8.

(15)  ĠU C 153 E, 31.5.2013, p. 51.

(16)  Testi adottati, P7_TA(2013)0026.

(17)  ĠU C 184, 22.7.2008, p. 13.

(18)  Testi adottati, P7_TA(2013)0267.

(19)  ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.

(20)  ĠU C 304 E, 1.12.2005, p. 114.

(21)  ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 143.

(22)  ĠU C 146 E, 12.6.2008, p. 105

(23)  ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 43

(24)  ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 16.

(25)  ĠU C 136 E, 11.5.2012, p. 60

(26)  ĠU C 239 E, 20.8.2013, p. 97

(27)  Testi adottati, P7_TA(2013)0268.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/114


P7_TA(2013)0577

Iż-żamma tal-produzzjoni tal-ħalib fiż-żoni muntanjużi, fiż-żona żvantaġġati u fir-reġjuni ultraperiferiċi

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar iż-żamma tal-produzzjoni tal-ħalib f’żoni muntanjużi, żoni żvantaġġjati u reġjuni l-iktar imbiegħda wara li tiskadi l-kwota tal-ħalib (2013/2097(INI))

(2016/C 468/15)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Titolu III tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar, b’mod partikolari l-agrikoltura,

wara li kkunsidra l-Artikolu 174(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar, b’mod partikolari, ir-reġjuni tal-muntanji, u l-Artikolu 349 dwar ir-reġjuni l-iktar imbiegħda,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 247/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-iktar il-bogħod tal-Unjoni (1),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 261/2012 (2) dwar ir-“relazzjonijiet kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib”,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (3),

wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Alpina tal-1991 fil-qasam tal-biedja fil-muntanji, il-Protokoll dwar il-Biedja fil-Muntanji, ippubblikat fit-30 ta’ Settembru 2006 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni NAT-V-028 tat-30 ta’ Mejju 2013 dwar l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq u l-kundizzjonijiet konsegwenti għat-tneħħija gradwali mingħajr xkiel tas-sistema tal-kwoti tal-ħalib – it-tieni rapport ta’ impatt tajjeb (“soft landing”)

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar “L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq u l-kundizzjonijiet konsegwenti għat-tneħħija gradwali mingħajr xkiel tas-sistema tal-kwoti tal-ħalib – it-tieni rapport ta’ impatt tajjeb (“soft landing”) (COM(2012)0741),

wara li kkunsidra l-istudju “It-tikkettar tal-prodotti agrikoli u tal-ikel tal-biedja fil-muntanji”, ikkummissjonat mid-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (arranġament amministrattiv AGRI-2011-0460/JRC-IPTS Nru 32349-2011-10),

wara li kkunsidra l-istudju mwettaq mill-Kummissjoni dwar “Economic impact of the abolition of the milk quota regime – regional analysis of the milk production in the EU” ta’ Frar 2009,

wara li kkunsidra l-istudju mwettaq mid-Dipartiment Tematiku B (għall-Politiki Strutturali u ta’ Koeżjoni) dwar “the future of milk quota – different scenarios” ta’ Jannar 2008,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0383/2013),

A.

billi l-iskadenza tal-kwoti tal-ħalib se taffettwa s-suq Ewropew tal-ħalib kollu u r-raħħala tal-lattiċini fiż-żoni muntanjużi u fir-reġjuni l-aktar imbiegħda huma partikolarment affettwati b’dan, minħabba li ma jkunux jistgħu jintużaw l-opportunitajiet ta’ tkabbir li jirriżultaw mid-deregulazzjoni minħabba l-iżvantaġġi naturali u permanenti ta’ dawn ir-reġjuni;

B.

billi, skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, iż-żoni fit-tramuntana tat-62 parallel u ċerti żoni li jmissu miegħu għandhom jitqiesu bħala żoni muntanjużi; u billi it-tifsira u l-istatus taż-żoni ultraperiferiċi huma definiti skont l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

C.

billi d-deċiżjonijiet li jsiru mir-raħħala żgħażagħ f’dawn iż-żoni dwar il-ġejjieni tagħhom se jiddependu mid-daqs tal-azjenda tal-biedja u r-riżorsi finanzjarji tagħhom, filwaqt li jitqies il-fatt li l-azjendi tal-biedja li riċentement investew fis-sistema tal-kwoti, ladarba l-kwoti jiġu eżawriti, se jiffaċċjaw kriżi tal-likwiditá aktar akuta u se jkunu mgħobbija b’piz finanzjarju akbar;

D.

billi hemm żvantaġġi serji ta’ spejjeż assoċjati mal-produzzjoni tal-ħalib fiż-żoni muntanjużi u fir-reġjuni ultraperiferiċi minħabba l-lok konċernat u minħabba r-restrizzjonijiet addizzjonali u, b'mod partikolari, restrizzjonijiet fuq l-użu tal-art, ir-raħħala għandhom jiġu ggarantiti xogħol ekonomikament vijabbli u profitabbli ladarba l-kwoti jkunu skadew;

E.

billi l-iskadenza tal-kwoti tista’ titfa’ wkoll partijiet minn żoni żvantaġġati oħra fi żvantaġġ kompetittiv, filwaqt li tqiegħed f’periklu s-sostenibilità tal-produzzjoni f’dawn iż-żoni, parzjalment minħabba li d-densità tal-produzzjoni tant hi baxxa li l-intrapriżi tal-ġbir u l-ipproċessar jistgħu jirrelokaw għal żoni aktar kompetittivi fejn, b'mod partikolari, il-prezz tal-ġbir tal-ħalib u tat-trasport tal-prodotti lejn is-suq huwa aktar baxx;

F.

billi wieħed mill-objettivi ewlenin tal-PAK il-ġdida hu li l-agrikoltura tibqa' produttiva fiż-żoni muntanjużi u żvantaġġjati jew ir-reġjuni l-aktar imbiegħda;

G.

billi l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-ġbir, it-trasport u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib barra mir-reġjun tal-produzzjoni huma sostanzjalment ogħla f’dawn iż-żoni milli f’postijiet aktar favorevoli;

H.

billi l-formazzjoni ta’ assoċjazzjonijiet tal-produtturi tista’ tgħin biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni u tagħti lir-raħħala tal-lattiċini setgħa akbar ta’ negozjar, b’mod partikolari fejn jidħol l-iffissar tal-prezzijiet tal-ħalib;

I.

billi l-kundizzjonijiet ta’ qafas eżistenti spiss ifissru li hu impossibbli li l-prodotti tal-ħalib jiġu pproċessati qrib il-post fejn huma prodotti; jinnota l-ħtieġa li titqies l-infrastruttura u li jitħallew li jintużaw denominazzjonijiet speċifiċi bħal “prodott tal-muntanji” għall-prodotti li jiġu pproċessati sa ċertu distanza miż-żona muntanjuża kkonċernata; iqis li huwa essenzjali li din il-miżura tiġi applikata għall-prodotti kollha magħmula mill-ħalib miż-żoni muntanjużi;

J.

billi f’ħafna minn dawn iż-żoni l-produzzjoni tal-ħalib hija s-settur l-aktar importanti u l-aktar mifrux tal-attività agrikola u hija essenzjali għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-ħalib ta’ kwalità għolja b’denominazzjonijiet rikonoxxuti mill-UE; billi huwa importanti li jinżammu bażijiet ta’ produzzjoni fit-territorji kollha tal-Unjoni bil-għan li kull reġjun ta’ konsum ikun jista’ jiġi fornut mingħajr ma jiġġarrbu spejjeż bla bżonn mil-lat ta’ trasport u mil-lat ambjentali;

K.

billi f’ħafna Stati Membri u reġjuni, il-produzzjoni tal-ħalib hija pilastru ewlieni tal-ekonomija reġjonali u kontributur ewlieni għall-valur miżjud tal-agrikoltura;

L.

billi l-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ prodotti tal-ħalib ta’ kwalità għolja huma wieħed mill-modi possibbli kif tiġi indirizzata l-produzzjoni akbar tal-ħalib;

M.

billi f’ħafna reġjuni, il-produzzjoni tal-ħalib hija ġeneralment id-dominju tal-azjendi tal-biedja żgħar u ta’ daqs medju mmexxija minn familji;

N.

billi 59 % tal-art agrikola fir-reġjuni muntanjużi tintuża bħala bur permanenti jew mergħa b’rabta mal-industrija tal-ħalib, fejn normalment m’huwa possibbli jew raġonevoli l-ebda użu agrikolu ieħor; billi 9,5 % tal-ħalib prodott fl-UE joriġina fir-reġjuni muntanjużi; billi l-orografija u l-klima jillimitaw l-alternattivi agrikoli u d-diversità agrikola hija limitata ħafna f’dawn ir-reġjuni;

O.

billi f’xi reġjuni l-iktar imbiegħda ma jista' jkun hemm l-ebda sostitut għall-produzzjoni tal-ħalib bħala wieħed mill-muturi prinċipali tal-ekonomija, l-istabilità soċjali, il-kwalità ambjentali u l-użu tal-art; billi f’dawn ir-reġjuni l-programmi POSEI jikkostitwixxu l-aħjar strumenti biex tiġi diretta aktar għajnuna ħalli jinżammu kif inhuma l-livelli tal-produzzjoni;

P.

billi t-trobbija tal-annimali f’dawn ir-reġjuni mhijiex biss attività ekonomika u mezz ta’ għajxien għall-abitanti tagħhom, iżda wkoll komponent ewlieni tal-kulturi tradizzjonali u l-istrutturi soċjali tagħhom, marbuta mill-qrib mal-ħajja u t-tradizzjonijiet tal-popolazzjonijiet lokali;

Q.

billi, fiż-żoni muntanjużi, iż-żoni l-iktar imbiegħda u f’partijiet ta’ żoni oħra żvantaġġjati, l-abbandun tat-trobbija tal-annimali u l-produzzjoni tal-ħalib relatata magħha ħafna drabi jwasslu biex tiġi abbandunata l-agrikoltura, l-ittraskurar ta’ raba’ tajba għall-agrikoltura u sussegwentement għad-depopolament u l-migrazzjoni miż-żoni rurali għaż-żoni urbani;

R.

billi, f’dawn iż-żoni, l-agrikoltura spiss tgħin biex jiġu kkonservati l-pajsaġġ u l-bijodiversità u biex jiġu limitati l-perikli naturali, u għalhekk hija l-ġebla tax-xewka ta’ żvilupp reġjonali ta’ suċċess, u mingħajrha setturi ekonomiċi oħra bħalma hu t-turiżmu ma jkunux jistgħu jikbru; billi l-abbandun tal-biedja f’żoni bħal dawn x'aktarx li jkollu effett konsegwenti sever fuq dawk is-setturi;

S.

billi f’ħafna żoni żvantaġġati, il-produzzjoni tal-ħalib tiżġura l-koeżjoni ekonomika u soċjali, u dan m’għandux jitqiegħed f’riskju minħabba l-iskadenza tal-kwoti; billi l-preservazzjoni tal-pajsaġġ agrikolu, l-industrija tat-turiżmu, iċ-ċirkwiti lokali tal-produzzjoni- ipproċessar-kummerċjalizzazzjoni, l-impjiegi u l-perspettivi fit-tul għaż-żgħażagħ iridu jiġu salvagwardjati u promossi;

T.

billi t-tneħħija tal-kwoti tal-ħalib se twassal għal kompetizzjoni fl-Ewropa kollha fost ir-reġjuni ta’ produzzjoni; billi d-differenzjazzjoni tal-prodotti hija vitali biex jinżamm l-aċċess għas-suq għaż-żoni muntanjużi u għal dawk iż-żoni żvantaġġati li jipproduċu l-ħalib jew prodotti tal-ħalib;

1.

Jinnota li, f’ħafna Stati Membri, il-pagamenti diretti mill-ewwel pilastru tal-politika agrikola, anke taħt ir-riforma attwali tal-PAK, huma bbażati fuq ammonti ta’ referenzi storiċi, ħaġa li tista’ titfa’ fi żvantaġġ serju lill-bwar u, konsegwentement, il-produzzjoni tal-ħalib f’dawn ir-reġjuni; għalhekk, jistieden lill-Istati Membri milquta minn tali sitwazzjonijiet biex mingħajr dewmien jintroduċu sistema li tikkoreġi l-iżvantaġġ li jġarrbu dawn ir-reġjuni meta jkunu qed jimplimentaw ir-riformi agrarji fil-livell nazzjonali;

2.

Jinnota li l-ħalib tal-muntanji jirrappreżenta madwar 10 % tal-ħalib ġej mill-UE-27, iżda jikkostitwixxi żewġ terzi tal-produzzjoni tal-ħalib, jinvolvi tliet kwarti tal-produtturi, fl-Awstrija, is-Slovenja u l-Finlandja, u li ċ-ċifri korrispondenti għadhom sinifikanti ħafna f’madwar għaxar pajjiżi oħra; jinnota wkoll li fil-parti l-kbira ta’ dawn ir-reġjuni muntanjużi umdi u anke fir-reġjuni l-iktar imbiegħda, il-bwar huma wżati prinċipalment bħala mergħat għall-merħliet tal-ħalib, filwaqt li jżommu l-pajsaġġi miftuħa u abitati u b’hekk jiffavorixxu lit-turiżmu, il-bijodiversità u l-ambjent;

3.

Hu tal-fehma wkoll li l-bwar permanenti u l-mergħat, li għalihom normalment m’hemm l-ebda użu ieħor f’dawn iż-żoni, ħlief għat-trobbija tal-baqar, in-nagħaġ u l-mogħoż, m’għandhom qatt jiġu ttrattati bħala inferjuri għal żoni agrikoli oħra fil-kalkolu tal-pagamenti diretti tal-ewwel pilastru;

4.

Jikkunsidra bħala essenzjali li għandu jiġi pprovdut primjum għall-bhejjem li jirgħu taħt l-ewwel pilastru tal-PAK u skont il-POSEI fir-reġjuni l-iktar imbiegħda għall-azjendi tal-biedja b’żoni ta’ mergħat u foraġġ għall-bhejjem; jirrifjuta kwalunkwe rekwiżit ġdid rigward l-għalf tal-annimali li jixtarru li jista’ jwassal għad-diżintegrazzjoni fil-prattika agrikola eżistenti;

5.

Jenfasizza r-rwol importanti tal-pagamenti akkoppjati taħt l-ewwel pilastru tal-politika agrikola; jindika li l-Istati Membri f’dawn iż-żoni għandhom jingħataw possibilitajiet ulterjuri biex igawdu minn pagamenti akkoppjati, kemm jekk nazzjonali u kemm jekk iffinanzjati mill-UE, kif ġie miftiehem fir-riforma attwali tal-PAK;

6.

Jenfasizza l-ħtieġa li d-dispożizzjonijiet tal-PAK jagħtu l-attenzjoni li tixraq lill-azjendi tal-biedja żgħar f’dawn iż-żoni, minħabba l-bżonnijiet strutturali tagħhom ta’ intensità akbar tax-xogħol mill-bniedem, l-ispejjeż ogħla li jkollhom iġarrbu sabiex jakkwistaw fatturi produttivi u minħabba li dawn jagħtu kontribut siewi għaż-żamma tal-livelli ta’ impjiegi u għall-iżvilupp rurali;

7.

Jinnota li l-iskadenza tal-kwoti tal-ħalib fiż-żoni muntanjużi u fir-reġjuni ultraperiferiċi trid tiġi vvalutata separatament, skont il-karatteristiċi partikolari ta’ tali żoni, jekk għandhom jitfasslu miżuri mmirati biex tiġi appoġġjata u sostnuta l-produzzjoni;

8.

Minħabba n-natura insostitwibbli tal-produzzjoni tal-ħalib f’xi reġjuni l-iktar imbiegħda, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, f’dawn ir-reġjuni, jużaw il-programmi tal-POSEI biex isaħħu l-appoġġ fil-qasam tal-pagamenti diretti u l-miżuri tas-suq u l-programmi ta’ żvilupp rurali biex jissaħħaħ l-appoġġ taħt it-tieni pilastru tal-PAK;

9.

Jitlob li miżuri addizzjonali jsiru disponibbli bħala parti mill-iżvilupp tal-Qafas Strateġiku Komuni, bil-parteċipazzjoni tal-programm ta’ żvilupp reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni; iqis li l-objettiv tal-Qafas Strateġiku Komuni għandu jkun li jippromwovi kunċetti ta’ żvilupp reġjonali u programmi ta’ preservazzjoni strutturali li jiffukaw fuq is-salvagwardja tal-agrikoltura u t-tisħiħ tal-katina tal-valur minn isfel għal fuq u minn fuq għal isfel;

10.

Jistieden lill-Istati Membri u r-reġjuni biex jifformulaw, fejn applikabbli, programm ta’ żvilupp rurali speċifiku għall-produzzjoni tal-ħalib f’dawn iż-żoni;

11.

Jenfasizza, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiġu appoġġjati l-konsolidazzjoni u l-ħolqien ta’ proġetti li jiġġeneraw valur miżjud, issir differenzjazzjoni tal-prodotti skont it-territorji u jiġu offruti strateġiji ġodda biex iż-żoni muntanjużi u r-reġjuni ultraperiferiċi jittejbu; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri b'firxa wiesgħa biex jiġu appoġġjati l-istabbiliment u t-tmexxija ta’ dawn il-proġetti u investimenti kollettivi relatati;

12.

Jistieden lill-Istati Membri jieħdu azzjoni kontra l-għajbien tal-bwar u jikkunsidraw dan fil-leġiżlazzjoni dwar l-ippjanar tal-użu tal-art;

13.

Jenfasizza li l-miżuri tat-tieni pilastru bħalma huma l-allowances kumpensatorji, il-primjums agroambjentali jew l-għajnuna ta’ investiment individwali jew kollettiva għall-produzzjoni, l-ipproċessar – mingħajr ma tkun injorata, fil-każ tar-reġjuni ultraperiferiċi (li huma koperti mis-sistema POSEI), il-possibilità li prodotti meqjusa essenzjali għat-trasformazzjoni tal-produzzjoni agrikola reġjonali, partikolarment il-prodotti tal-ħalib, ikunu inklużi fil-provvista ta' reġim speċjali, bil-ħsieb li tinżamm il-kompetittività–, il-kummerċjalizzazzjoni, l-għajnuna għall-bdiewa żgħażagħ biex jibdew negozju u għajnuna biex jiġu promossi l-kwalità, id-diversifikazzjoni, l-innovazzjoni u l-kooperazzjoni (inkluż mal-awtoritajiet lokali) huma ta’ importanza kbira għall-produzzjoni sostenibbli tal-ħalib f’dawn iż-żoni; għalhekk iħeġġeġ li l-Istati Membri u r-reġjuni jingħataw il-qafas ġuridiku, il-livell ta’ finanzjament u l-opportunitajiet neċessarji biex jiġi żgurat il-ħlas ta’ allowances kumpensatorji adegwati u ddifferenzjati b’mod ċar u li jiġu promossi xorti ta’ agrikoltura li jirrispettaw l-ambjent, huma sostenibbli u organiċi; jitlob biex l-ispejjeż ta’ investiment ogħla tal-produzzjoni tal-ħalib fiż-żoni muntanjużi u fir-reġjuni l-iktar imbiegħda, li jeżistu minħabba n-natura partikolari tal-art, il-bagħod ta’ id-distanza ta' dawn ir-reġjuni, il-frammentazzjoni estrema tal-ħbula ta' art u d-diskontinwità ġeografika ta’ dawn il-ġżejjer, jiġu kkumpensati bi ħlasijiet adegwati mit-tieni pilastru tal-PAK;

14.

Jitlob barra minn hekk li tingħata għajnuna, b’mira speċifika, għall-investimenti b’rabta mad-deprezzament u l-interessi fuq il-bini tal-impriża agrikola u t-teknoloġija li għandha ssir disponibbli għall-azjendi tal-produzzjoni tal-ħalib b’potenzjali ta’ żvilupp, bil-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni u tittejjeb il-kompetittività tal-azjendi tal-biedja;

15.

Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu, b’mod partikolari, miżuri taħt it-tieni pilastru, bħalma huma impriżi kooperattivi għall-użu razzjonali ta’ makkinarju jew bini agrikoli;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi mill-ġdid programm koerenti ta’ żvilupp rurali u tas-settur tal-ħalib għaż-żoni muntanjużi, u għar-reġjuni ultraperiferiċi għar-reġjuni żvantaġġjati li jipproduċu l-ħalib u għall-Istati Membri fejn il-parti l-kbira tal-produzzjoni tal-ħalib tagħhom issir f’azjendi tal-biedja żgħar ħafna;

17.

Jirrimarka li, minħabba l-problemi loġistiċi sostanzjali li jeżistu fir-rigward tat-trasport u l-ammonti normalment żgħar ta’ ħalib prodott fuq l-azjendi tal-biedja individwali, l-ispejjeż tal-ġbir u l-ispejjeż tat-trasport tal-prodott lest fiż-żoni muntanjużi u fiż-żoni l-iktar imbiegħda huma partikolarment għolja, u dan iqegħedhom fi żvantaġġ ġeografiku u kompetittiv kbir; jitlob li tiġi pprovduta għajnuna għall-impjanti tal-ipproċessar, speċjalment l-impjanti li jappartjenu lill-kooperattivi, bil-għan li jiġu kkumpensati l-ispejjeż ogħla tal-ġbir u l-produzzjoni, inklużi l-fatturi għall-produzzjoni, u t-trasport tal-prodotti lesti f’dawn iż-żoni, meta mqabbla ma’ postijiet aktar favorevoli;

18.

Jenfasizza li tinħtieġ għodda għall-monitoraġġ tas-suq tal-produzzjoni tal-ħalib (Osservatorju tal-Ħalib) bil-għan li jinġabru u jixxerrdu d-dejta u l-informazzjoni dwar il-produzzjoni u l-provvista, tiġi pprovduta twissija bikrija għar-riskji tal-iżbilanċi tas-suq, b'kunsiderazzjoni tad-diversità tal-prodotti tal-ħalib, u titwettaq analiżi prospettiva fuq perjodu ta' żmien qasir fil-kuntest tal-volatilità tal-prezzijiet, bil-ħsieb li l-aġġustament fil-volumi tal-ħalib isir skont id-domanda tas-suq;

19.

Jirrimarka li l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni in situ fl-azjenda tal-biedja jew fil-mergħa tal-muntanji jfissru valur miżjud ogħla għall-azjendi tal-biedja żgħar u mikro fir-reġjuni muntanjużi, fir-reġjuni ultraperiferiċi u f’żoni oħra żvantaġġjati u jsaħħu l-potenzjal turistiku ta’ dawn il-postijiet; jenfasizza li dawn l-inizjattivi għandhom jiġu ffinanzjati fil-qafas tat-tieni pilastru tal-PAK;

20.

Jenfasizza li d-distanza konsiderevoli bejn ir-reġjuni l-iktar imbiegħda u s-swieq tal-konsumaturi toħloq il-ħtieġa għal ħżin doppju, skont l-organizzazzjoni loġistika moderna; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni biex tqis lil dawn il-faċilitajiet ta’ ħżin li jinsabu barra mit-territorju tar-reġjuni l-iktar imbiegħda bħala eliġibbli fil-qafas tar-regolamenti dwar l-investiment f’dawn ir-reġjuni;

21.

Jinnota li ż-żoni b’mergħat alpini u dawk iż-żoni tar-reġjuni ultraperiferiċi li jipproduċu l-ħalib għandhom bżonn ta’ attenzjoni partikolari fir-rigward ta’ investimenti u interventi mmirati għall-manteniment jew għar-restorazzjoni tal-kundizzjonijiet neċessarji għall-produzzjoni, l-ipproċessar u l-bejgħ tal-ħalib;

22.

Jindika li għandhom jiddaħħlu fis-seħħ miżuri li jippermettu l-produzzjoni ta’ prodotti tipiċi b’mod artiġjanali;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex, meta jkunu qed jabbozzaw il-leġiżlazzjoni kollha, iqisu l-ħtieġa li tiġi evitata l-burokrazija eċċessiva u jżommu r-rekwiżiti tas-sanità, tat-tikkettar u tal-informazzjoni obbligatorja f’limiti raġonevoli, sabiex jiġi żgurat li jkunu fattibbli għall-produtturi u l-proċessuri ż-żgħar;

24.

Jirrimarka li r-raħħala żgħar fiż-żoni muntanjużi u fiż-żoni żvantaġġjati, bħal dawk ir-reġjuni ultraperiferiċi li jipproduċu l-ħalib jew il-prodotti tal-ħalib, għandhom jiġu appoġġjati fl-istabbiliment ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi li jsaħħu s-setgħa tagħhom ta’ negozjar, peress li huwa importanti għar-raħħala ta’ skala żgħira f’dawn iż-żoni li jżommu għaddejja u jiżviluppaw aktar swieq lokali reġjonalizzati;

25.

Jenfasizza li r-regoli dwar l-iġjene u l-kummerċjalizzazzjoni jeħtieġ li jiġu aġġustati għad-daqs tas-swieq u d-domanda tagħhom u li l-istandards tal-iġjene għandhom għalhekk ikunu adattati u applikabbli għar-raħħala u għall-proċessuri tal-ħalib fiż-żoni muntanjużi u żvantaġġjati u fir-reġjuni l-iktar imbiegħda;

26.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-metodi tat-trobbija tal-annimali mmirati lejn il-produzzjoni effiċjenti tal-ħalib huma partikolarment għalja mil-lat ta' spejjeż fuq l-azjendi tal-biedja żgħar; għalhekk jitlob biex it-trobbija tal-annimali tiġi promossa, sabiex l-azjendi tal-produzzjoni tal-ħalib f’dawn iż-żoni jkunu jistgħu jrabbu l-bhejjem ta’ kwalità għolja tagħhom stess minkejja dan;

27.

Hu tal-fehma li għandha tiġi inkoraġġita l-formazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-ħalib, bil-għan li jiġi żgurat aċċess adegwat għas-suq għall-azjendi tal-biedja kollha u biex jinħolqu sħubijiet għall-promozzjoni tat-turiżmu agroambjentali;

28.

Jirrimarka li, skont l-arranġamenti taħt l-OKS għall-frott u l-ħxejjex u l-frott, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jingħataw l-opportunità li joħolqu programmi operattivi ffinanzjati mill-UE; f’dan il-kuntest l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jingħataw l-opportunità li jippromwovu l-aċċess għal swieq ġodda, l-iżvilupp tas-swieq, il-kontroll tal-kwalità u l-innovazzjoni tal-prodotti u inizjattivi ta’ reklamar, partikolarment fir-rigward tad-denominazzjoni “prodott tal-muntanji” jew termini riservati fakultattivi oħra li jistgħu jiġu approvati, denominazzjonijiet protetti ta’ oriġini u marki oħra tal-kwalità, kif ukoll li jrawmu l-iżvilupp ta’ ħiliet u miżuri għall-immaniġġjar tal-kriżijiet;

29.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex iż-żoni tal-bur u l-produzzjoni tal-ħalib fiż-żoni muntanjużi, fir-reġjuni ultraperiferiċi u f'żoni żvantaġġjati oħra jiġu inkorporati fil-programmi ta’ riċerka konjunti u jiġu partikolarment ikkunsidrati fil-qafas tal-proġetti ta’ riċerka konġunti li jinkoraġġixxu soluzzjonijiet innovattivi għal dawn iż-żoni, filwaqt li wieħed jiftakar fil-ħtieġa li jiġu indirizzati l-isfidi tal-produttività u tat-tibdil fil-klima; iqis li din ir-riċerka għandha tfittex ukoll li tidentifika l-benefiċċji tas-saħħa għall-konsumaturi;

30.

Jistieden lill-Kummissjoni ssegwi mill-qrib l-iżvilupp tal-produzzjoni tal-ħalib f’dawn iż-żoni u biex tirrieżamina l-impatt ekonomiku tal-iskadenza tal-kwoti tal-ħalib fuq l-l-azjendi tal-produzzjoni tal-ħalib f’dawn iż-żoni; jitlob lill-Kummissjoni tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jittratta din il-kwistjoni sal-2017, flimkien ma' proposta leġiżlattiva jekk il-produzzjoni tal-ħalib tkun naqset b’mod sinifikanti f’dawn ir-reġjuni;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa programmi f’kooperazzjoni mal-produtturi, mal-assoċjazzjonijiet tal-produtturi u mal-korpi tal-ikkummerċjar – abbażi, pereżempju, tal-mudell tal-ġbir ta’ fondi – biex itaffu l-impatt tat-tnaqqis qawwi li mistenni jseħħ fil-prezzijiet tal-ħalib;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jtejbu l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-programm tal-Unjoni għad-distribuzzjoni tal-ħalib fl-iskejjel u, b’mod partikolari, jippermettu lis-sejħiet għall-offerti jirreferu speċifikament għall-ħalib ġej minn żoni muntanjużi bid-denominazzjoni “prodott tal-muntanji”; jistieden ukoll lill-Istati Membri jużaw ktajjen tal-provvista qosra fil-programm tal-ħalib fl-iskejjel, sabiex tiġi stimolata l-produzzjoni tal-ħalib lokali u jiġu limitati l-emissjonijiet tal-karbonju mit-trasport;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni, meta tkun qed tabbozza u timplimenta leġiżlazzjon fir-rigward tad-denominazzjoni “Prodott tal-muntanji”, tikkunsidra l-karatteristiċi speċjali tal-prodotti bid-denominazzjoni protetta ta’ oriġini u koperti minn regoli speċifiċi tal-oriġini, billi tikkunsidra l-possibilità li tintroduċi arranġamenti flessibbli għaż-żoni muntanjużi, li jistgħu, minħabba l-iżvantaġġi speċifiċi tagħhom, bħalma huma d-diffikultajiet biex jiġu prodotti għelejjel għall-għalf, jiġu esklużi minn skemi li jipprovdi għalihom ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012, b’kontradizzjoni tal-mira tar-regolament;

34.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu u jappoġġjaw l-inkorporazzjoni tal-mergħat abbandunati fiċ-ċiklu tal-produzzjoni, u b’hekk iżidu r-rendiment taż-żoni tal-bur u l-użu razzjonali tagħhom;

35.

Jiġbed l-attenzjoni lejn l-importanza ta’ miżuri li jgħinu lir-raħħala żgħażagħ jistabbilixxu ruħhom fiż-żoni muntanjużi, u fir-reġjuni ultraperiferiċi filwaqt li wieħed jiftakar li l-popolazzjoni f’dawn iż-żoni qed tixjieħ b’rata li hija ogħla mill-medja;

36.

Jistieden lill-Istati Membri joħolqu l-qafas meħtieġ biex jippermettu lill-produtturi u l-proċessuri fiż-żoni muntanjużi u ż-żoni żvantaġġjati jkollhom aċċess għal korsijiet ta’ taħriġ u għal self;

37.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 94, 30.3.2012, p. 38.

(3)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(4)  ĠU L 271, 30.9.2006, p. 63.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/120


P7_TA(2013)0578

Ir-reżiljenza u t-tnaqqis tar-riskji ta' diżastri fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-approċċ tal-UE għar-reżiljenza u t-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw: nitgħallmu mill-kriżijiet tas-sigurtà tal-ikel (2013/2110(INI))

(2016/C 468/16)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 210 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp tal-20 ta’ Diċembru 2005,

wara li kkunsidra l-Konsensus Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja tat-18 ta’ Diċembru 2007,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Diċembru 2010 bit-titolu “Ir-Reviżjoni ta’ nofs it-term tal-Kunsens Ewropew dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Għajnuna Umanitarja – l-implimentazzjoni ta’ azzjoni umanitarja tal-UE effettiva u bbażata fuq il-prinċipji”(COM(2010)0722),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “L-approċċ tal-UE għar-reżiljenza: nitgħallmu mill-kriżijiet tas-sigurtà tal-ikel” tat-3 ta’ Ottubru 2012 (COM(2012)0586) (minn issa ’l quddiem imsejħa: Komunikazzjoni dwar ir-Reżiljenza tal-2012),

wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “Pjan ta’ azzjoni għar-reżiljenza fil-pajjiżi suxxettibbli għall-kriżijiet 2013-2020” tad-19 ta’ Ġunju 2013 (SWD(2013)0227),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-approċċ tal-UE għar-reżiljenza tat-28 ta’ Mejju 2013,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “L-Istrateġija tal-UE ta’ sostenn għat-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw” tat-23 ta’ Frar 2009 (COM(2009)0084),

wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “Il-pjan ta’ implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE ta’ sostenn għat-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw 2011 2014” tas-16 ta’ Frar 2011(SEC(2011)0215),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija tal-UE ta’ sostenn għat-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw tat-18 ta’ Mejju 2009,

wara li kkunsidra l-Qafas Hyogo tan-NU għall-Azzjoni tal-2005-2015, kif adottat fil-Konferenza Dinjija dwar it-Tnaqqis tad-Diżastri f’Jannar 2005 ġewwa Hyogo, il-Ġappun, u approvat mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fir-Riżoluzzjoni A/RES/60/195 tagħha, u r-reviżjoni ta’ nofs it-term,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Ir-rabta bejn l-għajnuna, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp – valutazzjoni” tat-23 ta’ April 2001 (COM(2001)0153),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu ‘Il-protezzjoni soċjali fil-koperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea’ tal-20 ta’ Awwissu 2012 (COM(2012)0446),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Settembru 2010 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Approċċ Komunitarju dwar il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Settembru 2011 bit-titolu “Lejn rispons Ewropew aktar b’saħħtu għad-diżastri: ir-rwol tal-protezzjoni ċivili u l-assistenza umanitarja” (2),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Ħajja diċenti għal kulħadd: neqirdu l-faqar u nagħtu lid-dinja futur sostenibbli” tas-27 ta’ Frar 2013 (COM(2013)0092),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Inżidu l-impatt tal-politika tal-UE għall-iżvilupp: aġenda għall-bidla” tat-13 ta’ Ottubru 2011 (COM(2011)0637) u l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwarha tal-14 ta’ Mejju 2012,

wara li kkunsidra l-Ftehim il-Ġdid għall-Impenn fl-Istati Fraġli kif stabbilit fl-Isħubija ta’ Busan għall-Kooperazzjoni favur l-Iżvilupp Effettiv adottat fil-5 Forum ta’ Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna f’Busan, il-Korea t’Isfel, li ġie organizzat mid-29 ta’ Novembru sal-1 ta’ Diċembru 2011,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Ġunju 2013 dwar l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp – id-definizzjoni tal-qafas wara l-2015 (3),

wara li kkunsidra il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “L-aġenda ewlenija għal wara l-2015” tal-25 ta’ Ġunju 2013,

wara li kkunsidra l-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli – Il-futur li rridu, li ġiet organizzata f’Ġunju 2012 f’Rio de Janeiro, il-Brażil (Rio+20), u b’mod partikolari għad-deċiżjonijiet tagħha relatati mat-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri,

wara li kkunsidra r-raba’ sessjoni tal-Pjattaforma Globali għat-Tnaqqis tar-Riskju tad-Diżastri, li ġiet organizzata bejn id-19 u t-23 ta’ Mejju 2013 f’Ġinevra, l-Isvizzera,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-12 ta' Marzu 2013 bit-titolu, “Intejbu n-Nutrizzjoni Materna u dik tat-Tfal fl-Assistenza Esterna: Qafas Politiku tal-UE” (COM(2013)0141),,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0375/2013),

A.

billi l-Kummissjoni ddefinixxiet ir-reżiljenza fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2012 dwar ir-Reżiljenza bħala “l-kapaċità ta’ individwu, familja, komunità, pajjiż jew reġjun sabiex jirreżistu, jadattaw, u jirkupraw malajr minn stress u xokkijiet”;

B.

billi t-Tnaqqis tar-Riskju tad-Diżastri (DRR) huwa komponent ewlieni fil-kisba tar-reżiljenza; billi d-DRR jinvolvi l-analiżi u l-immaniġġjar ta’ perikli sabiex titnaqqas il-vulnerabbiltà għad-diżastri, u jkopri attivitajiet li jassistu fil-preparazzjoni, il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni fil-livelli kollha minn dak lokali għal dak internazzjonali;

C.

billi r-rabta bejn l-assistenza, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp (LRRD) hija għodda importanti fl-approċċ għar-reżiljenza, li tgħin biex jingħelbu l-lakuni operattivi u ta’ finanzjament bejn il-fażijiet ta’ għajnuna u ta’ żvilupp;

D.

billi l-Qafas Hyogo għall-Azzjoni huwa strument imprezzabbli biex iwassal l-aġenda tad-DRR mad-dinja u billi huwa jiskadi fl-2015; billi huwa mistenni li l-qafas għad-DRR għal wara l-2015 se jiġi adottat fil-Konferenza Dinjija dwar it-Tnaqqis tar-Riskju tad-Diżastri fil-Ġappun fil-bidu tal-2015;

E.

billi r-reviżjoni ta’ nofs it-term tal-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja nnotat li sar progress bis-saħħa tad-DRR, iżda li aktar progress prattiku huwa essenzjali;

F.

billi, skont in-NU, mill-1992, 4,4 biljun persuna ġew affettwati minn diżastri, ġew ikkawżati USD 2 triljuni ta’ ħsara u nqatlu 1,3 miljun persuna; billi l-ispiża ta’ telf minn diżastri kienet ’il fuq minn USD 300 biljun– fl-2011; billi kull dollaru investit fit-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri f’żona suxxettibbli għall-kriżijiet, jiffranka tal-anqas erba’ dollari fi spejjeż ta’ għajnuna u r-riabilitazzjoni fil-futur, skont l-estimi tal-Bank Ażjatiku tal-Iżvilupp;

G.

billi l-katini tal-provvista interkonnessi tad-dinja globalizzata tal-lum tfisser li t-telf ekonomiku sostnut f’reġjun wieħed ikollu riperkussjonijiet globali; huwa stmat, pereżempju, li l-għargħar tal-2011 fit-Tajlandja tefa’ lura l-produzzjoni industrijali globali b’2,5 %;

H.

billi l-ispiża tad-diżastri qed tiżdied hekk kif il-bidla fil-klima tiġġenera aktar avvenimenti severi relatati mat-temp, flimkien mal-urbanizzazzjoni ġestita b’mod mgħaġġel u inadegwat, it-tkabbir tal-popolazzjoni, id-degradazzjoni tal-art u l-iskarsezza tar-riżorsi naturali; billi l-kriżijiet marbuta mal-ikel u man-nutrizzjoni qed isiru aktar frekwenti f’ħafna reġjuni tad-dinja li qed tiżviluppa;

I.

billi l-isforzi għad-DRR u r-reżiljenza għandhom ikunu addizzjonali għall-isforzi tal-pajjiżi żviluppati biex inaqqsu l-kontribut tagħhom għat-tibdil fil-klima, u mhux jissostitwixxuhom;

J.

billi fi żminijiet ta’ konsolidazzjoni finanzjarja hemm il-ħtieġa sinifikanti li r-riżorsi jintużaw b’mod effettiv u effiċjenti; billi l-finanzjament għad-DRR jeħtieġ li jkollu perspettiva fit-tul u għandu jirrifletti r-riskji reali b’enfasi ewlenija fuq l-għajnuna għal dawk l-aktar vulnerabbli għax-xokkijiet;

K.

billi ċ-Ċina nefqet USD 3,15 biljun fuq it-tnaqqis tal-impatt tal-għargħar, b’hekk evitat it-telf stmat ta’ USD 12-il biljun; billi eżempji oħra ta’ suċċess jinkludu l-Bangladexx, Kuba, il-Vjetnam u l-Madagaskar, li kienu kapaċi jnaqqsu b’mod sinifikanti l-impatt ta’ perikli meteoroloġiċi bħal maltempati tropikali u l-għargħar permezz ta’ sistemi mtejba ta’ twissija bikrija, il-preparazzjoni għad-diżastri u miżuri oħra ta’ tnaqqis tar-riskju;

L.

billi f’ħafna pajjiżi l-investiment mis-settur privat jirrappreżenta sehem kbir tal-investiment totali u billi l-iżvilupp ekonomiku nazzjonali u r-reżiljenza għad-diżastri jiddependu fuq l-investiment mis-settur privat sensittiv għar-riskju tad-diżastri;

M.

billi n-NU tbassar li l-popolazzjoni urbana tad-dinja se tiżdied bi 72 % sal-2050, u li l-aktar tkabbir urban se jseħħ fil-pajjiżi anqas żviluppati, b’hekk ikompli jiżdied in-numru ta’ persuni esposti għal riskju tad-diżastri;

N.

billi d-diżastri jistgħu jikkontribwixxu għal firxa ta’ problemi oħra bħall-faqar estrem, in-nuqqas ta’ sigurtà tal-ikel u n-nuqqas ta’ nutriment;

O.

billi l-ippjanar u l-prattiki tal-iżvilupp tal-passat mhux sostenibbli wasslu għal żieda fil-vulnerabbiltà għad-diżastri għal ħafna popolazzjonijiet; billi l-valutazzjoni tar-riskju tad-diżastri teħtieġ li tkun prekundizzjoni għall-ippjanar u l-programmi tal-iżvilupp;

P.

billi n-nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn l-Istati Membri tal-UE u pajjiżi donaturi oħra f’sitwazzjonijiet wara kriżi jnaqqas l-impatt tal-isforzi magħquda; billi żieda fil-koordinazzjoni tad-donaturi kemm f’sitwazzjonijiet ta’ wara kriżi kif ukoll fl-isforzi għall-bini tar-reżiljenza tista’ tiġġenera ffrankar sinifikanti u effiċjenza mtejba fl-għanijiet għall-iżvilupp;

Q.

billi r-Rapport dwar il-Valutazzjoni Globali issa huwa stabbilit bħala sors globali kredibbli għall-analiżi tar-riskji ta’ periklu u t-tendenzi ta’ vulnerabbiltà; billi n-nuqqas ta’ dejta preċiża dwar telf minn diżastru, madankollu, jibqa' sfida ewlenija;

R.

billi l-integrazzjoni reġjonali hija sors ta’ suċċess ekonomiku, politiku u soċjali;

S.

billi l-prattika tat-trasferiment tal-art għandha tkun suġġetta għal regolamentazzjoni sabiex ma tagħmilx ħsara lill-popolazzjoni rurali;

L-approċċ tal-UE għar-reżiljenza

1.

Jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2012 dwar ir-Reżiljenza u l-għanijiet tagħha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex issegwi b’mod attiv l-proposti fil-komunikazzjoni u sabiex tiżgura li approċċ fit-tul għall-bini tal-reżiljenza u d-DRR huwa żviluppat aktar li jinkludi kemm flussi umanitarji kif ukoll ta’ żvilupp u jippreżenta rabta ċara bejn it-tnejn;

2.

Jilqa’ l-Pjan ta’ Azzjoni għar-Reżiljenza fil-Pajjiżi Suxxettibbli għall-Kriżijiet 2013-2020 u l-prijoritajiet tiegħu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), biex jimplimentaw il-proposti u l-prijoritajiet tagħha u biex jiżguraw li jsir progress konsistenti fit-twettiq tal-għanijiet tagħha;

3.

Huwa mħasseb li r-reżiljenza, u b’mod aktar speċifiku d-DRR, jissemmew biss fil-qosor fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “L-aġenda ewlenija għal wara l-2015”; jemmen li għandu jkun hemm aktar enfasi fuq dawn il-kwistjonijiet fl-aġenda għal wara l-2015;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tintegra b’mod attiv miżuri ta’ reżiljenza kemm fil-parti umanitarja kif ukoll fil-parti tal-iżvilupp tal-ipprogrammar; jenfasizza li jeħtieġ li jkun hemm rabta aktar b’saħħitha bejn ir-reazzjonijiet umanitarji għal perjodu qasir ta’ żmien u l-ipprogrammar għall-iżvilupp aktar fit-tul u li dan għandu jagħmel parti mill-approċċ ta’ reżiljenza ġenerali tal-UE;

5.

iqis li l-enfasi ewlenija tal-approċċ ta’ reżiljenza tal-UE għandha tkun fuq il-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli, l-aktar foqra u l-aktar emarġinati, li għandhom esponiment għoli għar-riskji, l-aktar għad-diżastri naturali, u ftit protezzjoni kontra dawn ix-xokkijiet, inkluż avvenimenti li jseħħu bil-mod; jenfasizza li approċċ ta’ reżiljenza fit-tul jeħtieġ li jindirizza l-kawżi ewlenin tal-vulnerabbiltà tar-riskju u li jnaqqas b’mod sinifikanti fatturi ta’ riskju sottostanti;

6.

Jenfasizza li l-approċċ ta’ reżiljenza fit-tul tal-UE għandu jindirizza d-degradazzjoni tal-ekosistema, b’mod partikolari l-agrikoltura, l-ilma, il-bijodiversità u r-riżorsi tas-sajd, u jistieden lill-UE biex tadotta politika koerenti li tnaqqas il-vulnerabbiltà permezz tal-istrateġija għat-tnaqqis tar-riskju tagħha, li jista’ jintlaħaq billi jiġu adottati metodi u sistemi ta’ produzzjoni agrikola sostenibbli, bħal rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba’, agroekoloġija, agrosilvikultura, agrikoltura organika u rziezet żgħar;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni biex fl-aġenda ta’ reżiljenza tagħha tiffoka fuq pajjiżi fraġli u suxxettibbli għall-kriżijiet u biex tinvesti fit-tisħiħ ta’ istituzzjonijiet lokali sabiex tinkiseb l-istabbiltà u tiżgura li s-servizzi bażiċi huma pprovduti għal popolazzjonijiet vulnerabbli;

8.

Jenfasizza li d-differenza bejn il-fażijiet tal-assistenza u tal-iżvilupp tista’ tingħeleb permezz tal-LRRD, li tfittex li tiżgura sinerġija bejn ix-xogħol umanitarju u dak ta’ żvilupp; huwa tal-fehma li huwa importanti li jiġu indirizzati f’aktar dettall l-istrateġiji ta’ tranżizzjoni u l-konnessjonijiet paralleli bejn l-għajnuna umanitarja u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp, b’mod speċjali f’pajjiżi li għandhom tendenza li jesperjenzaw diżastri, f’kriżijiet fit-tul u f’pajjiżi li ħerġin minn diżastri;

9.

Jinsisti li l-pajjiżi suxxettibbli għad-diżastri għandu jkollhom rwol ewlieni u għandhom ikunu l-atturi prinċipali fid-definizzjoni tal-prijoritajiet u l-istrateġiji ta’ tranżizzjoni tagħhom minn għajnuna umanitarja għal strateġija ta’ żvilupp fit-tul, peress li huma jafu aħjar ir-realtà lokali biex jiddefinixxu x’inhu l-aħjar għall-komunitajiet tagħhom stess;

10.

Jenfasizza li l-bidla fil-klima qed taggrava l-fatturi ta’ riskju sottostanti u għalhekk jeħtieġ li tiġi kkunsidrata fl-istrateġiji ta’ reżiljenza, b’mod partikolari l-adattament tal-klima;

Tnaqqis tar-riskju tad-diżastri bħala komponent essenzjali ta’ reżiljenza

11.

Jenfasizza li l-investiment fil-miżuri tad-DRR qabel iseħħu d-diżastri huwa ferm aktar kosteffikaċi mill-finanzjament tar-rispons għad-diżastri wara l-avveniment; għaldaqstant iħeġġeġ aktar investiment fid-DRR u l-istrateġiji ta’ reżiljenza f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari fiż-żoni l-aktar vulnerabbli, u l-inklużjoni tagħha fil-pjanijiet ta’ żvilupp nazzjonali;

12.

Jenfasizza li ġestjoni effettiva tar-rispons għad-diżastri tikkunsidra l-istabbilment ta’ qafas li jippermetti l-mobilizzazzjoni immedjata tar-riżorsi kollha meħtieġa;

13.

Jenfasizza li d-DRR għandu jingħata prijorità kif xieraq fl-ipprogrammar tal-iżvilupp futur u jiġi integrat fl-ipprogrammar tal-iżvilupp u dak umanitarju fil-pajjiżi fraġli u li huma esposti għar-riskji;

14.

Jistieden lill-UE, l-Istati Membri tagħha u l-gvernijiet tal-pajjiżi msieħba tagħha biex itejbu u jiżviluppaw strateġiji tad-DRR f’pajjiżi li qed jiżviluppaw billi jimplimentaw programmi ta’ valutazzjoni tar-riskju u jsaħħu s-sistemi ta’ twissija bikrija, b’mod partikolari f’pajjiżi fraġli u suxxettibbli għall-kriżijiet, billi jiġu msaħħa l-preparazzjoni għad-diżastri bil-għan li jkun hemm reazzjonijiet effettivi fil-livelli kollha u billi jiġi appoġġjat l-ippjanar tal-iżvilupp aktar sostenibbli fil-pajjiżi msieħba;

15.

Jistieden lill-pajjiżi msieħba biex jistabbilixxu sistemi ta’ kontabbiltà li kapaċi jirreġistraw telf lokali u qsim ta’ informazzjoni bejn il-livelli lokali u nazzjonali għall-ippjanar u għal skopijiet ta’ statistika; jinnota li ċertu grad ta’ standardizzazzjoni jista’ jgħin biex jiġi rreġistrat telf aħjar fil-livell reġjonali u b’hekk jappoġġja l-kooperazzjoni reġjonali;

16.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha, kif ukoll lill-pajjiżi msieħba biex jikkunsidraw is-sostenibbiltà ambjentali u l-ġestjoni tar-riskju tad-diżastri fi programmi ta’ riforma tal-governanza tal-art u mekkaniżmi ta’ reġistrazzjoni tal-art;

17.

Jieħu nota li d-DRR u l-adattament għat-tibdil fil-klima huma kwistjonijiet interrelatati u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni u lill-atturi kollha biex jintegraw aktar l-istrateġiji tad-DRR u tal-adattament għat-tibdil fil-klima, fost l-oħrajn, il-Programmi Nazzjonali ta’ Azzjoni għall-Adattament (NAPA) eżistenti u biex jinkluduhom fil-fażi tal-ippjanar għall-11-il FEŻ; ifittxu appoġġ finanzjarju konkret, pereżempju permezz tal-implimentazzjoni tal-Alleanza Globali Kontra t-Tibdil fil-Klima u jikkoordinaw l-isforzi biex jiġu armonizzati dawn l-attivitajiet;

18.

Jappoġġja approċċ kumplimentari u koerenti mal-oqfsa tal-MDG u tad-DRR ta’ wara l-2015; jikkunsidra li l-proċessi ta’ wara l-MDG u ta’ wara l-HFA (il-qafas Hyogo għall-azzjoni) jeħtieġ li jikkunsidraw ir-riżultati tal-oqfsa attwali u biex jindirizzaw l-esperjenzi li jħabbtu wiċċhom magħhom dawk l-aktar milquta mid-diżastri u l-kriżijiet; itenni li d-DRR, il-ġestjoni tar-riskju fil-klima u r-reżiljenza jeħtieġ li jiġu integrati bis-sħiħ fil-qafas ta’ wara l-2015;

L-iżvilupp sostenibbli, il-protezzjoni soċjali u r-reżiljenza tal-komunità

19.

Jenfasizza li l-approċċ ta’ reżiljenza għandu jwassal għal benefiċċji sostenibbli għas-sezzjonijiet l-aktar vulnerabbli tas-soċjetà, b’mod partikolari dawk li jgħixu f’faqar estrem u dawk li jgħixu f’abitati informali jew f’kwartieri fqar u l-popolazzjonijiet indiġeni li huma ferm esposti għal riskji tad-diżastri;

20.

Jenfasizza li l-iżvilupp sostenibbli għandu jitqies bħala element essenzjali tad-DRR; jirrikonoxxi li l-progress fit-tul jista’ jitwettaq biss jekk jiġu indirizzati l-fatturi sottostanti li jagħmlu komunitajiet jew individwi aktar vulnerabbli, bħal pereżempju l-ġestjoni ħażina ambjentali, l-infrastruttura inadegwata, id-degradazzjoni tal-art u l-ippjanar urban fqir;

21.

Jifhem li fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, speċjalment pajjiżi bi dħul baxx, proporzjon kbir ta’ familji li jgħixu fi stat ta’ faqar persistenti m’għandhom l-ebda protezzjoni soċjali jew ftit li xejn b’mod ġenerali u għalhekk huma aktar esposti fil-każ ta’ diżastri naturali jew diżastri kkawżati mill-bniedem; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi aktar l-attivitajiet tal-protezzjoni soċjali fil-programmi ta’ kooperazzjoni tagħha għall-iżvilupp, b’attivitajiet speċifiċi biex itejbu s-sistemi ta’ proprjetà statali, miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ assigurazzjoni għal diżastri naturali u diżastri kkawżati mill-bniedem;

22.

Jinkoraġġixxi aktar attenzjoni għad-diżastri fuq skala żgħira bħala mira ewlenija fl-approċċ ta’ reżiljenza u viżibbiltà mtejba għall-ħsara li d-diżastri fuq skala żgħira jikkaġunaw lill-komunitajiet, u l-impatt tagħhom fuqhom;

23.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi msaħħa u żviluppata l-edukazzjoni fil-kuntest tad-diżastri u l-emerġenzi u li jiġu mtejba t-tixrid, il-kumpilazzjoni u l-komunikazzjoni ta’ informazzjoni u għarfien li għandhom jgħinu biex tinbena r-reżiljenza tal-komunità u jippromwovu bidliet fl-imġiba u kultura ta’ preparazzjoni għad-diżastri;

24.

Jenfasizza r-rwol importanti li l-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali u nazzjonali jistgħu jwettqu fil-bini tar-reżiljenza, b’mod partikolari f’pajjiżi fraġli u suxxettibbli għall-kriżijiet, u jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet lokali biex jiżviluppaw, f’konsultazzjoni mal-komunitajiet u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali, proċessi koerenti u koordinati għall-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ reżiljenza;

25.

Jenfasizza l-fatt li l-mekkaniżmi ta’ responsabbiltà qawwija u ta’ monitoraġġ għandhom jiġu stabbiliti bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali, l-imsieħba għall-iżvilupp, ix-xjenzati, is-soċjetà ċivili, il-midja u l-pubbliku ġenerali sabiex jiġi mtejjeb l-aċċess għall-informazzjoni u għall-bini tal-għarfien dwar il-ħtieġa għal strateġiji tad-DRR u ta’ reżiljenza; jitlob għall-ġbir regolari tad-dejta, fost l-oħrajn, dejta meteoroloġika, dejta dwar il-ħsad, il-bhejjem, il-funzjonament tas-swieq, il-kundizzjoni nutrizzjonali tat-tfal u tal-membri tal-aktar foqra tas-soċjetà kif ukoll il-mekkaniżmi tad-DRR eżistenti u l-aċċess għal servizzi bażiċi; jinkoraġġixxi r-rappurtar u l-pubblikazzjoni regolari ta’ din id-dejta fuq pjattaformi disponibbli għall-pubbliku biex ikun iffaċilitat l-aċċess għall-informazzjoni, it-twissija bikrija u t-titjib tas-sitwazzjoni;

Nitgħallmu mill-kriżijiet tas-sigurtà tal-ikel u mid-diżastri preċedenti

26.

Jinnota li d-diżastri u l-emerġenzi spiss huma segwiti minn kriżijiet tal-ikel u l-malnutrizzjoni fost il-popolazzjonijiet milquta, b’mod speċjali t-tfal; jenfasizza wkoll li l-kriżijiet tal-ikel huma diżastri fihom infushom u li l-approċċ ta’ reżiljenza, li jiffoka fuq it-titjib tas-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni, għandu jiġi inkorporat sistematikament fid-deċiżjonijiet tal-ipprogrammar;

27.

Jistieden lill-UE biex titgħallem mid-deċennji passati tal-politika ta’ kooperazzjoni tagħha u tressaq proposti biex tippromwovi l-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp fil-prattika billi torbot l-għajnuna għall-iżvilupp u oqsma ta’ politika tal-UE oħra, bħall-agrikoltura, il-kummerċ, it-tassazzjoni, it-tibdil fil-klima u l-investiment;

28.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintegra l-kwistjoni tal-ħtif tal-art fid-djalogu politiku tagħha mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex tagħmel il-Koerenza tal-Politiki l-bażi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell internazzjonali u tevita l-esproprjazzjoni ta’ bdiewa żgħar, żieda fil-vulnerabbiltà tal-foqra f’żoni rurali u l-użu mhux sostenibbli tal-art u l-ilma;

29.

Jinnota li l-kriżijiet tal-ikel u tan-nutrizzjoni qed isiru iktar frekwenti fir-reġjun tas-Saħel u fil-Qarn tal-Afrika, fejn miljuni ta’ nies m’għandhomx aċċess għal ikel adegwat; jinnota li l-kriżi tal-ikel tal-2011 fil-Qarn tal-Afrika u l-kriżi tal-ikel tal-2012 fis-Saħel urew li l-assistenza umanitarja biss la tista’ tkisser iċ-ċiklu tal-ġuħ kroniku u l-malnutrizzjoni u lanqas tindirizza l-kawżi ewlenin tiegħu; jenfasizza l-importanza li jiġu indirizzati l-kawżi sottostanti tan-nuqqas ta’ sigurtà tal-ikel persistenti f’dawn ir-reġjuni, jiġifieri l-aċċess fqir għas-servizzi bażiċi u l-edukazzjoni xierqa, il-faqar akut, l-appoġġ inadegwat għall-agrikoltura fuq skala żgħira u għat-trobbija tal-bhejjem, il-problemi tal-aċċess għall-art, id-degradazzjoni ambjentali, it-tkabbir mgħaġġel tal-popolazzjoni, il-fallimenti tas-suq, il-produzzjoni tal-ikel per capita li dejjem tonqos u l-governanza dgħajfa; jenfasizza li l-kawżi sottostanti li jwasslu għall-kriżijiet tal-ikel illum huma aktar kumplessi mill-passat, ma’, pereżempju, xokkijiet relatati mas-suq u mal-prezzijiet aktar frekwenti u b’aktar probabbiltà li jaffettwaw lin-nies foqra;

30.

Jinnota li n-nuqqas ta’ sigurtà tal-ikel u tan-nutriment kroniku huwa l-ewwel u l-aktar fattur importanti tal-vulnerabbiltà għall-kriżijiet tal-ikel, minħabba li jnaqqas il-kapaċità tan-nies biex jippreparaw għal riskji, biex jifilħu l-kriżijiet u biex iqumu lura fuq saqajhom wara dawn; jinnota wkoll li n-nuqqas ta’ sigurtà tal-ikel u tan-nutriment kroniku jipproduċi effetti negattivi fit-tul li jnaqqsu l-kapital uman billi jwaqqfu t-tkabbir tat-tfal u li jaffettwaw il-kapaċità tas-soċjetajiet li jiżviluppaw; jirrikonoxxi li l-kriżijiet tal-prezzijiet tal-ikel għolja u ferm volatili huma għaljin u kumplessi biex jiġu indirizzati; jinnota li l-approċċ għar-reżiljenza stabbilit mill-Kummissjoni sejjer fid-direzzjoni t-tajba biex jindirizza l-kawżi ewlenin tal-vulnerabbiltà, li l-aktar importanti fosthom in-nuqqas tas-sigurtà tal-ikel u tan-nutriment kroniku;

31.

Huwa tal-fehma li l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għar-reżiljenza għandu jkollu l-għan li jimplimenta l-Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp u jindirizza kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel u r-reżiljenza għall-klima billi jiġu eliminati prattiki mhux sostenibbli bħad-dumping ta’ prodotti agrikoli u regoli tal-kummerċ inġusti; jistieden lill-UE tindirizza l-agrikoltura sostenibbli b’mod olistiku fil-livelli nazzjonali u internazzjonali;

32.

Jilqa’ kemm l-approċċ ta’ żvilupp umanitarju konġunt kif ukoll l-approċċ reġjonali fl-inizjattiva tal-UE “Appoġġ għar-Reżiljenza fil-Qarn tal-Afrika” (SHARE) u fl-Alleanza Globali tal-UE għall-Inizjattiva tar-Reżiljenza (AGIR) għar-reġjun tas-Saħel; jitlob li tingħata aktar attenzjoni lil dawn ir-reġjuni u għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni aħjar fost il-gvernijiet nazzjonali, id-donaturi internazzjonali, is-soċjetà ċivili u s-settur privat biex jitkissru l-ostakli bejn l-approċċ tal-iżvilupp u l-approċċ umanitarju, bejn ir-reazzjonijiet “normali” u r-reazzjonijiet għal “kriżi”;

33.

Jitlob għal approċċ effettiv għar-reżiljenza, li jrid ikun multiistituzzjonali, koordinat, komprensiv u sistematiku u jinkludi numru ta’ elementi bħall-provvista ta’ xbieki ta’ sigurtà soċjali prevedibbli u mmirati għal dawk l-aktar vulnerabbli, li mhux biss jiżguraw li familji għandhom aċċess immedjat għall-ikel waqt il-kriżijiet, iżda jiggarantixxu wkoll l-irkupru mgħaġġel u reżiljenza għal xokkijiet futuri; jitlob għat-tnaqqis tan-nuqqas ta’ nutriment tat-tfal li għandu jsir ċentrali għar-reżiljenza permezz ta’ pjanijiet nazzjonali koordinati li jagħtu prijorità b’mod partikolari lit-tfal taħt is-sentejn u n-nisa tqal;

34.

Jinnota li evidenza min-Niger, Burkina Faso u l-Mali tindika li tekniki agroekoloġiċi bi prezz baxx, b’mod partikolari l-agroforestrija u l-konservazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma, tejbu r-reżiljenza tal-bdiewa fuq skala żgħira fir-rigward tan-nuqqas ta’ sigurtà tal-ikel; jenfasizza, madankollu, li l-agrikoltura agroekoloġika weħidha ma tistax tegħleb il-kawżi strutturali tan-nuqqas ta’ sigurtà tal-ikel; jitlob biex komponenti mhux agrikoli jiġu inkorporati fl-interventi agrikoli u sabiex dan jiġi żgurat li n-nutrizzjoni mtejba tkun għan espliċitu tal-programmi agrikoli; barra minn hekk jitlob li jiġi żgurat li l-bdiewa nisa jibbenefikaw ukoll mill-programmi billi jiġi żgurat li l-ostakli maħluqa minn inugwaljanzi bejn is-sessi (bħal aċċess għall-art, kreditu, servizzi ta’ estensjoni u dħul) jiġu kkunsidrati fit-tfassil tal-programmi agrikoli;

Koordinazzjoni aħjar tal-isforzi u metodi ta’ finanzjament imtejba

35.

Jinnota li huwa kruċjali għall-Istati Membri u għall-istituzzjonijiet tal-UE biex jikkoordinaw aħjar l-attivitajiet tal-iżvilupp u l-attivitajiet umanitarji tagħhom u jaħdmu flimkien biex l-għajnuna tagħhom tkun aktar effettiva; jindika l-istudju ta’ Ġunju 2013 “Il-prezz tan-non-Ewropa fil-Politika tal-Iżvilupp” tal-Parlament Ewropew, li jistima li EUR 800 miljun jistgħu jiġu ffrankati kull sena fil-kostijiet ta’ tranżazzjoni jekk id-donaturi jikkonċentraw l-isforzi tagħhom ta’ assistenza fuq inqas pajjiżi u attivitajiet, u li EUR 8,4 biljun oħra fl-iffrankar annwali jistgħu jinkisbu permezz ta’ mudelli aħjar ta’ allokazzjoni bejn il-pajjiżi;

36.

Jinnota l-kontribut importanti ta’ persuni mobbli li jrabbu l-annimali fuq skala żgħira fil-produzzjoni tal-laħam, il-ħalib u d-demm f’żoni li mhumiex xierqa għal forom oħra ta’ agrikoltura; jenfasizza r-rwol importanti tagħhom għall-ikel tal-komunitajiet kif ukoll il-kontribut pożittiv tagħhom għas-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni, kif evidenzjat f'artijiet aridi u semiairidi li juri li tfal f’żoni pastorali għandhom it-tendenza li jkollhom sigurtà tal-ikel aħjar minn dawk li joqogħdu fil-bliet u l-irħula; jitlob għalhekk li d-drittijiet u l-ħtiġijiet ta’ dawk il-popolazzjonijiet pastorali jiġu kkunsidrati fit-tfassil tal-interventi u l-programmi agrikoli;

37.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied il-kapaċità tal-irziezet żgħar bil-promozzjoni ta’ investimenti pubbliċi/privati, inkluż bl-għoti ta' mikrokrediti lin-nisa;

38.

Huwa tal-fehma li l-iffrankar magħmul minn koordinazzjoni aħjar tad-donaturi jista’, pereżempju, jintuża għall-użu fl-attivitajiet tad-DRR u li dawn, min-naħa tagħhom jiġġeneraw qligħ sinifikanti, u b’hekk jinħoloq ċirku virtuż;

39.

Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni fil-Pjan ta’ Azzjoni għar-Reżiljenza tal-2013 li għandu jinżamm Forum dwar ir-Reżiljenza tal-UE; iħares lejn dan bħala opportunità biex jikkoordina l-isforzi ta’ reżiljenza fost l-istituzzjonijiet pubbliċi, inklużi l-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew, is-settur privat, u l-NGOs u s-soċjetà ċivili, sabiex ikun hemm progress koordinat sew fir-rigward tad-DRR u tar-reżiljenza, bl-atturi kollha jaħdmu flimkien;

40.

Jinkoraġġixxi aktar kollaborazzjoni bejn is-settur pubbliku u s-settur privat dwar id-DRR u r-reżiljenza; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-involviment tas-settur privat billi toħloq inċentivi u l-ambjent ġust biex l-entitajiet privati jaqsmu l-kompetenza tagħhom fuq ir-reżiljenza tal-bini u t-tnaqqis tar-riskju; madankollu f’dan ir-rigward iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tabbozza proposta li tistabbilixxi regoli dwar is-sħubija pubblika/privata, inklużi valutazzjonijiet tal-impatt soċjali u ekoloġiku, biex tipprevjeni pereżempju l-aggravar tal-kunflitti dwar l-użu tal-art jew tal-kunflitti dwar l-aċċess għall-ilma, b’mod partikolari biex tipproteġi lill-bdiewa ż-żgħar; iħeġġeġ, barra minn hekk, l-offerta ta' appoġġ għall-pajjiżi tal-AKP sabiex il-kuntratti ma' investituri multinazzjonali jgħaddu minn skrutinju; barra minn hekk, jinkoraġġixxi t-trasparenza tal-investimenti u l-objettivi fil-mira tal-investiment, fuq pjattaformi disponibbli għas-soċjetà ċivili;

41.

Jirrakkomanda aktar kollaborazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ istituzzjonijiet internazzjonali u reġjonali fir-rigward tal-preparazzjoni għad-diżastri, kif ukoll fir-rigward tar-rispons għad-diżastri u r-rikostruzzjoni; jappoġġja t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tnaqqis tar-Riskju tad-Diżastri (UNISDR) bil-għan li tittejjeb l-azzjoni tal-UE dwar il-kwistjonijiet tad-DRR;

42.

Jenfasizza li filwaqt li l-UE u l-organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jagħmlu progress fir-rigward tad-DRR u tar-reżiljenza fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw permezz tal-programmi tagħhom, hija primarjament ir-responsabbiltà tal-gvernijiet nazzjonali li jiżguraw is-sikurezza taċ-ċittadini tagħhom, u li għalhekk il-pajjiżi msieħba jeħtieġ li jkollhom impenn politiku qawwi għall-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet li jtejbu r-reżiljenza u d-DRR;

o

o o

43.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 50 E, 21.2.2012, p. 30.

(2)  ĠU C 56 E, 26.2.2013, p. 31.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2013)0283.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/128


P7_TA(2013)0579

Nisa b'diżabilitajiet

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar in-nisa b'diżabilitajiet (2013/2065(INI))

(2016/C 468/17)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’diżabilitajiet (UN CRPD), u d-dħul fis-seħħ tagħha fil-21 ta’ Jannar 2011, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’diżabilitajiet (CRPD) (1), u b’mod speċjali, l-Artikolu 6, dwar in-nisa u l-bniet b’diżabilitajiet,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) tat-18 ta’ Diċembru 1979,

wara li kkunsidra l-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema,

wara li kkunsidra l-Artikoli 10, 19 u 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (2),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426) u l-pożizzjoni tal-Parlament dwarha tat-2 ta’ April 2009 (3),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Novembru 2010 bl-isem “Strateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020: Impenn mill-Ġdid għal Ewropa Mingħajr Ostakoli” (COM(2010)0636) u d-dokumenti fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaha, bl-isem “Pjan inizjali għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 – Lista ta' Azzjonijiet 2010-2015” (SEC(2010)1323 u SEC(2010)1324),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2010 bl-isem “Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Qafas Ewropew għall-koeżjoni soċjali u territorjali” (COM(2010)0758),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni ta-3 ta' Diċembru 2012 għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċessibilità tas-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku (COM(2012)0721),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 98/376/KE tal-4 ta’ Ġunju 1998 dwar karta tal-ipparkjar għall-persuni b’diżabilitajiet (4),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar “Il-promozzjoni tal-inklużjoni tas-suq tax-xogħol – L-irkupru mill-kriżi u t-tħejjija għall-Aġenda ta’ Lisbona ta’ wara l-2010”,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Ġunju tal-2010 dwar Qafas Ewropew ġdid dwar id-Diżabilità (10173/2010) u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar is-sitwazzjoni ta' persuni b'diżabilitajiet fl-Unjoni Ewropea (2008/C 75/01),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-iffunzjonar u l-effetti tar-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 rigward id-drittijiet ta' persuni b’diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (COM(2011)0166),

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-Kawża C-13/05 rigward id-Direttiva 2000/78/KE – L-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol – Kunċett tad-diżabilità (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 1988 dwar il-lingwi tas-sinjali għall-persuni nieqsa mis-smigħ (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Mejju 1989 dwar in-nisa u d-diżabilità (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Settembru 1992 dwar id-drittijiet tal-persuni li għandhom diżabilità mentali (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 1995 dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-persuni b'diżabilitajiet (9),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tiegħu tad-9 ta’ Mejju 1996 dwar id-drittijiet tal-persuni li jbatu bl-awtiżmu (10),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-13 ta’ Diċembru 1996 bit-titolu ‘Karta tal-ipparkjar għall-persuni b'diżabilitajiet – id-drittijiet tal-persuni b'diżabilitajiet (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ April 1997 dwar l-ugwaljanza tal-opportunità għall-persuni b'diżabilitajiet (12),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' April 2001 it-titolu “Lejn Ewropa Mingħajr Ostakoli għal Persuni b'Diżabilità” (13),

wara li kkunsidra riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Settembru 2003 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Lejn strument legalment vinkolanti tan-Nazzjonijiet Uniti li jippromwovi u jipproteġi d-drittijiet u d-dinjità ta’ persuni b'diżabilitajiet” (14),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ April 2009 dwar il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilitajiet u tal-Protokoll mhux Obligatorju marbut magħha (15),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar il-Mobilità u l-Inklużjoni ta’ persuni b'diżabilitajiet u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020 (16),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2011 dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE (17),

wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2011-2020,

wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ugwaljanza tas-Sessi u Poter lin-Nisa 2010-2015,

wara li kkunsidra t-“Tieni Manifest dwar id-drittijiet tan-nisa u l-bniet b’diżabilitajiet fl-Unjoni Ewropea (“Strument għall-attivisti u dawk li jfasslu l-politika”),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0329/2013),

A.

billi 80 miljun ruħ b'diżabilitajiet, li minnhom madwar 40 miljun huma nisa u bniet, li jgħixu fl-Unjoni Ewropea għandhom ħtieġa sinifikattiva ta’ ambjent fiżiku, intellettwali u soċjali aċċessibbli u mingħajr preġudizzju, mingħajr xkiel, ostakoli u sterjotipi li jtellfu mit-tgawdija sħiħa tagħhom tad-drittijiet tal-bniedem bażiċi u taċ-ċittadinanza Ewropea; billi minn dawn it-80 miljun ruħ, 46 miljun minnhom huma nisa u bniet, li jikkostitwixxu 16 % tal-populazzjoni tan-nisa u l-bniet totali tal-UE;

B.

billi huwa stimat li madwar biljun ruħ fid-dinja (18) jgħixu b'diżabilitajiet u li 80 % minnhom jgħixu fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp; billi n-nisa b'diżabilitajiet huma żvantaġġati taħt ħafna aspetti billi jkollhom iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet notevoli biex jiksbu l-aċċess għal akkomodazzjoni adegwata, għall-kura tas-saħħa, għat-trasport pubbliku, għall-edukazzjoni, għat-taħriġ professjonali u għall-impjiegi, u jesperjenzaw disparità ta' aċċess għall-kreditu u għal riżorsi produttivi oħrajn u rarament jipparteċipaw għall-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet;

C.

billi l-għadd ta’ persuni anzjani qiegħed jikber, li jfisser li l-għadd ta’ persuni b'diżabilitajiet, inklużi nisa, se jiżdied b’konsegwenza; billi, skont id-WHO, il-prevalenza tad-diżabilità hija ogħla fost in-nisa u huma affettwati b'mod partikolari minn dan il-fenominu minħabba li l-istennija tal-għomor tagħhom hija itwal, billi, għalhekk, l-għadd ta' nisa b'diżabilitajiet se jiżdied bi proporzjon ikbar;

D.

billi ż-żieda fin-numru ta’ persuni b'diżabilitajiet ser iżid il-piż fuq il-persuni li jindukraw, speċjalment dawk fi ħdan il-familja, li fil-biċċa l-kbira huma nisa li jsibu ruħhom obbligati li jnaqqsu l-ġranet tax-xogħol tagħhom u wkoll li jħallu s-suq tax-xogħol sabiex jieħdu ħsieb lill-membri familjari dipendenti fuqhom;

E.

billi l-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa b'diżabilità hi fundamentali għas-soċjetà u l-ekonomija sabiex tiżgura s-suċċess tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal impjiegi u tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv; billi l-persuni b'diżabilitajiet, in-nisa u l-bniet inklużi, għandhom jingħataw possibilitajiet u opportunitajiet ġusti u ugwali biex jipparteċipaw fil-ħajja soċjali, ekonomika u politika tal-komunità; billi l-persuni b'diżabilitajiet għadhom isibu għadd ta’ ostakoli differenti li jxekkluhom milli jipparteċipaw b’mod sħiħ fis-soċjetà, xi ħaġa li spiss twassal għall-esklużjoni soċjali u l-faqar u tillimita t-tgawdija sħiħa taċ-ċittadinanza Ewropea;

F.

billi d-diskriminazzjonijiet jistgħu jwasslu għall-iżolazzjoni u l-iżolament soċjali, trawma psikoloġika u dwejjaq;

G.

billi l-bażi għal kull assoċjazzjoni ta’ stati demokratiċi hi l-faċilitazzjoni tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini kollha, kemm nisa kemm irġiel, fil-proċessi demokratiċi (l-aktar l-elezzjonijiet) il-ħolqien, fejn ma hemmx, tal-infrastruttura għal tali parteċipazzjoni u, għalhekk, il-promozzjoni tal-inklużjoni tan-nisa b’diżabilitajiet;

H.

billi l-partijiet interessati kolha għandhom jiżguraw aċċess ugwali tan-nisa u l-bniet b'diżabilitajiet għas-servizzi pubbliċi tas-saħħa ta’ kwalità, eż permezz tat-titjib tat-taħriġ vokazzjonali u tat-tagħlim matul il-ħajja tal-persunal mediku f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħtieġijiet speċifiċi tagħhom, inklużi dawk relatati mas-saħħa sesswali u riproduttiva;

I.

billi nisa b'diżabilitajiet għandhom igawdu d-dritt għall-edukazzjoni, is-saħħa, l-impjieg, il-mobilità, l-ħajja tal-familja, ir-relazzjonijiet sesswali, iż-żwieġ u l-maternità, u s-salvagwardji li jiggarantixxu dawn id-drittijiet;

J.

billi r-rappreżentanza fl-isfera pubblika ta’ sħubija, sesswalità u maternità kif jesperjenzawhom in-nisa u l-bniet b'diżabilitajiet tikkontribwixxi għall-isforzi ħalli jkunu miġġielda l-preġudizzju, l-isterjotipi persistenti u l-miżinformazzjoni; billi talli rappreżentanzi jistgħu jsiru b’varjetà ta’ modi, b’mod partikolari bl-użu ta’ mezzi artistiċi u kulturali u l-mezzi tax-xandir;

K.

billi n-nisa u l-bniet b’diżabilitajiet huma ħafna aktar suxxettibbli li jkunu vittmi tal-vjolenza, u b'mod partikolari l-isfruttament domestiku u sesswali, u l-estimi juru li n-nisa b'diżabilitajiet għandhom 1,5 sa 10 darbiet aktar ċans li jiġu abbużati min-nisa mingħajr diżabilità (19); billi, skont jekk jgħixux fil-komunità jew f’istituzzjonijiet, għandhom jittieħdu miżuri speċifiċi għat-trattament ta’ dan il-fenomenu inskużabbli li jikkostitwixxi reat u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-aċċess sħiħ għas-servizzi ta' appoġġ għan-nisa kollha għandu jiġi pprovdut, peress li n-nisa u l-bniet b’diżabilitajiet ibatu minn dipendenza emozzjonali akbar, ibatu minn riskju akbar li jsiru vittmi ta’ kull forma ta' vjolenza msejsa fuq il-ġeneru, livelli aktar baxxi ta’ żvilupp personali u soċjali u injoranza mifruxa dwar is-sesswalità u l-għadd enormi ta’ għajdut fuq din il-kwistjoni, li huma ta’ ħsara kbira; billi ċ-ċifri juru li, bħala riżultat taż-żieda fil-faqar, l-isfruttament sesswali tan-nisa b'diżabilitajiet sar iktar komuni;

L.

billi n-nisa u l-bniet b'diżabilitajiet huma esposti għal diskriminazzjoni multipla minħabba inugwaljanzi marbuta mal-ġeneri, l-età, ir-reliġjon, l-etniċità, l-imġiba kulturali u soċjali u l-isterjotipi dwar in-nies b'diżabilitajiet li jeħtieġ li jiġu ttrattati; billi nisa b'diżabilitajiet ta' spiss huma diskriminati meta kkumparati ma’ rġiel b'diżabilitajiet, f’dak li jirrigwardja l-aċċess għall-impjiegi u l-edukazzjoni; billi l-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jegħlbu dan il-fenomenu billi jimplimentaw l-integrazzjoni tal-ġeneri fl-oqsma rilevanti kollha tal-politika tad-diżabilità;

M.

billi hi r-responsabilità tal-awtoritajiet pubbliċi li jistabbilixxu servizzi pubbliċi speċjalizzati ta’ standard għoli, biex b’hekk jagħtu lin-nisa u l-bniet b'diżabilitajiet ambjent li jkun adattat b’modi tali li jkunu jistgħu jassumu bis-sħiħ drittijiethom u r-responsabilitajiet tagħhom u jieħdu deċiżjonijiet għalihom infushom, biex gradwalment isiru iktar indipendenti bl-istess mod bħal nies li ma għandhom l-ebda diżabilità; billi s-sitwazzjoni, l-infrastruttura, il-leġiżlazzjoni u l-istrutturi ta’ appoġġ ivarjaw ħafna minn Stat Membru għall-ieħor;

N.

billi n-nisa u l-bniet b'diżabilitajiet jistgħu jgawdu biss id-drittijiet ugwali jekk kemm-il darba ssir ġustizzja tal-ġeneru, u jekk kemm-il darba l-amministrazzjonijiet tal-istat ikunu aċċessibbli għan-nisa b’diżabilitajiet kif inhuma għan-nies li m’għandhom l-ebda diżabilità; jinnota, madankollu, li l-prattika u l-implimentazzjoni tal-ugwaljanza tal-ġeneri tvarja ħafna fi ħdan l-UE;

O.

billi l-komunità ta’ nies li għandhom diżabilità fiżika, mentali jew intellettwali waħda jew iżjed hija estremament eteroġena u għalhekk jeħtieġ li tkun trattata skont il-bżonnijiet individwali;

P.

billi r-rata għolja tal-qgħad fost il-persuni b'diżabilitajiet għadha inaċċettabbli; billi dan iwassal biex il-persuni b'diżabilitajiet, ikunu grupp vulnerabbli li hu iktar suxxettibbli li jbati mill-faqar, u jinsabu f'riskju ogħla ta' esklużjoni soċjali; billi n-nisa u l-bniet b'diżabilitajiet jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet ikbar biex jidħlu fis-suq tax-xogħol, li jagħmluha iktar iebsa għalihom biex jgħixu ħajja ordnata u indipendenti; billi l-impjiegi mhumiex biss sors ta' dħul, iżda wkoll mezz ta' integrazzjoni fis-soċjetà billi jinħolqu rabtiet mad-dinja u jinħoloq netwerk ta' relazzjonijiet interpersonali; billi n-nisa u l-bniet b'diżabilitajiet ta' spiss jitħallsu ftit wisq; billi l-ostakoli għall-mobilità kif ukoll dipendenza akbar fuq membri tal-familja u persuni li jindukraw jeħtieġ li jingħelbu sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni attiva tagħhom fl-edukazzjoni, fis-suq tax-xogħol u fil-ħajja soċjali u ekonomika tal-komunità;

Q.

billi iktar mal-Istati Membri jinvestu riżorsi fl-integrazzjoni tagħhom, iktar ikunu ta’ suċċess in-nisa b'diżabilitajiet f’termini ta’ għajxien indipendenti li jippermettilhom jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom;

R.

billi n-nisa b'diżabilitajiet li ġejjin minn sezzjonijiet iktar żvantaġġati tas-soċjetà kellhom inqas opportunitajiet biex jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom u jissodisfaw il-potenzjal tagħhom billi jeżerċitaw l-awtodipendenza;

S.

billi l-kriżi ekonomika u t-tnaqqis fl-infiq fuq il-kura tas-saħħa pubblika u fuq is-servizzi soċjali f’bosta Stati Membri kellhom konsegwenzi negattivi fuq il-gruppi vulnerabbli, speċjalment in-nisa u l-bniet b'diżabilitajiet; billi kienu jinsabu f'riskju tal-faqar anki qabel il-kriżi; billi dawn il-politiki ta’ awsterità wasslu għal inqas persunal għall-edukazzjoni speċjali u għall-appoġġ għal persuni b'diżabilitajiet, inqas appoġġ soċjali għal persuni li jindukraw, inqas benefiċċji soċjali għal persuni b'diżabilitajiet, finanzjament imnaqqas għal istituzzjonijiet u organizzazjonijiet li jgħinuhom, u restrizzjonijiet fuq l-aċċess tagħhom għall-impjiegi fis-settur pubbliku, fejn dan kollu kellu impatt qawwi fuq il-ħajja ta’ nisa b'diżabilitajiet u fuq il-prospetti tagħhom għall-indipendenza;

T.

billi hemm relazzjoni qawwija bejn il-mobilità, id-diżabilità u l-inklużjoni soċjali, speċjalment fir-rigward tal-libertà u l-aċċess għall-komunikazzjoni (inkluż il-Braille, il-lingwi tas-sinjali u modi alternattivi oħra ta’ komunikazzjoni), il-libertà tal-moviment fl-oqsma kollha tal-ħajja u l-aċċess għas-servizzi; billi għandha tiġi promossa l-parteċipazzjoni sħiħa tal-persuni b'diżabilitajiet f’kull qasam tas-soċjetà u jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, kif ukoll għar-robotika tad-dar u għas-soluzzjonijiet tal-midja online;

U.

billi mil-lat tal-inklużjoni soċjali u tal-ispejjeż, ikun iktar mixtieq jekk l-appoġġ mogħti mill-Istati Membri jkun b’tali mod li n-nisa b'diżabilitajiet jkunu jistgħu jkomplu jgħixu mal-familji tagħhom minflok li jiddaħħlu f’xi istituzzjoni;

1.

Jenfasizza l-importanza tal-inklużjoni taċ-ċittadini kollha tal-UE, irrispettivament minn kull impediment fiżiku, intellettwali, psikosoċjali jew mentali, u jitlob li jkunu ffissati miri speċjali biex jiżguraw dan biex titjieb il-kwalità tal-ħajja ta' persuni b'diżabilitajiet u biex titjieb il-politika koerenti permezz tal-parteċipazzjoni sħiħa ta' kulħadd; jenfasizza li l-istrateġiji, il-politiki u l-inizjattivi leġiżlattivi li jiggarantixxu n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni u l-opportunitajiet indaqs għandhom isiru bil-kollaborazzjoni attiva tal-partijiet interessati kollha involuti, inklużi n-nisa b'diżabilitajiet;

2.

Jinsisti li l-politiki dwar id-diżabilità għandhom jieħdu approċċ integrat għall-ugwaljanza tal-ġeneri u jenfasizza l-importanza tal-integrazzjoni tad-diżabilità marbuta mal-ġeneru f'politiki, programmi u miżuri tal-ġeneru, biex jissaħħaħ ir-rikonoxximent u l-fehim tal-intersezzjonalità tal-ġeneru u d-diżabilità fl-UE u fil-leġiżlazzjoni u l-politika tal-Istati Membri; iqis li n-nisa b'diżabilitajiet għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw fuq il-korpi xierqa bħala konsulenti jew esperti; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 ma tinkludix perspettiva li tintegra l-ġeneri jew kapitolu separat dwar politiki dwar id-diżabilità speċifiċi għall-ġeneri; jiddispjaċih bl-istess mod li l-Istrateġija ta’ Ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015 ma tindirizzax b’mod speċifiku l-kwistjoni tad-diżabilità, minkejja l-fatt li n-nisa b'diżabilitajiet ta' spiss isibu li għandhom żvantaġġ ikbar mill-irġiel b'diżabilitajiet u ta' spiss għandhom riskju ikbar għall-faqae u l-esklużjoni soċjali;

3.

Iħeġġeġ li dawk l-Istati Membri li għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni tan-NU dwar Drittijiet in-Nies b’Diżabilitajiet u l-Protokoll mhux Obbligatorju tagħha ħalli jagħmel dan sabiex tkun implementat kompletament;

4.

Jenfasizza l-fatt li għadd kbir ta’ studji wrew li n-nisa b'diżabilitajiet jsofru diskriminazzjoni doppja kemm minħabba l-ġeneru tagħhom kif ukoll id-diżabilità tagħhom, u jenfasizza li l-akkumulazzjoni ta’ tali diskriminazzjoni għandha effetti negattivi partikolari fuq in-nisa u l-bniet b'diżabilitajiet; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, minħabba n-nuqqas attwali ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi, biex jinkorporaw dispożizzjonijiet għan-nisa b'diżabilitajiet fis-sistema ta' protezzjoni soċjali;

5.

Ifakkar lill-gvernijiet li mhix permessa d-diskriminazzjoni abbażi ta’ diżabilità u jistieden lill-Istati Membri jagħmlu sforzi aktar ambizzjużi biex jitneħħew l-ostakli li għad fadal;

6.

Ifakkar li l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tan-nisa u l-bniet b’diżabilitajiet jistgħu jinkisbu biss jekk jiġi ffaċilitat il-moviment tagħhom f’ambjent fiżiku u soċjali li ma jkollux xkiel, u jitlob li jkun hemm sforzi f’dan is-sens;

7.

Jenfasizza r-rwol tal-assoċjazzjonijiet ta’ għajnuna reċiproka li jgħaqqdu lin-nies u b’mod partikolari lin-nisa, li jieħdu ħsieb ta’ persuni b'diżabilitajiet fil-familja tagħhom jew qribhom, kif ukoll ix-xogħol ta’ żieda fil-kuxjenza mwettaq minn dawn l-istess assoċjazzjonijiet;

8.

Jenfasizza l-importanza li jiġi ottimizzat l-użu tal-istrumenti tal-UE għall-finanzjament, b’mod partikolari l-Fondi Strutturali, għall-promozzjoni tal-aċċessibilità u n-nondiskriminazzjoni rigward il-persuni b'diżabilitajiet, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lin-nisa li ta’ spiss jaffaċċjaw diskriminazzjoni multipla, u lill-azzjoni biex tiżdied il-viżibilità tal-possibilitajiet ta’ finanzjament għat-tali azzjonijiet fil-programmi għal wara l-2013;

9.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-informazzjoni dwar is-servizzi disponibbli għall-ħarsien taċ-ċittadin (l-edukazzjoni, is-saħħa, il-ġustizzja, it-trasport, in-negozjati mal-amministrazzjoni, eċċ.) tiġi ffaċilitata fil-lingwaġġi, forom u formati kollha possibbli b’mod sempliċi u sikur; meta dawn is-servizzi jiġu offruti permezz tat-telefown jew tat-teleassistenza, dawn għandhom ikunu aċċessibbli wkoll għan-nisa neqsin mis-smigħ u dawk neqsin mis-smigħ u mid-dawl;

10.

Jinsisti li l-inklużjoni tippresupponi li l-isterjotipi jkunu bbilanċjati bit-turija ta' stampi pożittivi permezz tal-użu ta' espressjonijiet kulturali u kampanji ta' sensibilizzazzjoni fejn tinħoloq preżentazzjoni oġġettiva tal-istampi ta’ nisa b’diżabilitajiet u juru d-diversità kbira ta’ rwoli li jistgħu jwettqu fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum fis-soċjetà, kif ukoll billi jiffukaw, b’mod partikolari, fuq turijiet partikolari ta’ diżabilitajiet fl-isfera pubblika, billi dan hu eżattament il-qasam li għadu lura; jinnota li l-mezzi ta’ komunikazzjoni għandhom rwol importanti fid-difużjoni tal-informazzjoni dwar in-nisa b'diżabilitajiet u għandhom jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ bidla pożittiva fl-attitudni pubblika lejhom, b’konformità mal-prinċipji u l-valuri tas-CRPD tan-Nazzjonijiet Uniti;

11.

Jitlob lill-Istati Membri jikkunsidraw il-vjolenza sesswali bħala reat gravi soġġett għal prosekuzzjoni, b’mod partikolari fil-każijiet ta’ nisa b'diżabilitajiet u b’mod speċjali nisa b'diżabilitajiet mentali, sabiex jitnaqqas l-għadd kbir ta’ stupri rrapportati u l-każijiet ta’ fastidju sesswali u vjolenza f’istituzzjonijiet kbar;

12.

Jenfasizza li għall-prevenzjoni tal-ħabi, l-abbandun, in-negliġenza u s-segregazzjoni tal-bniet b'diżabilitajiet, għandhom jiġu promossi kampanji informattivi indirizzati għall-familji, li joffru informazzjoni dwar riżorsi komunitarji disponibbli għall-ħarsien u l-iżvilupp futur tagħhom, u għat-tneħħija tal-isterjotipi sessisti u diskriminatorji; jinnota li fejn il-familja qariba ma tkunx kapaċi tieħu ħsieb tifel jew tifla b'diżabilitajiet, l-awtoritajiet għandhom jippruvaw jiggarantixxu li, bħala alternattiva, jingħataw ħarsien fi ħdan il-familja iktar wiesgħa jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fi ħdan il-komunità f’ambjent ta’ familja; josserva li hu neċessarju l-istimolu tal-fostering u l-adozzjoni tat-tfal b'diżabilitajiet, li jiffaċilita l-proċedimenti burokratiċi u joffri informazzjoni u għajnuna xierqa lill-familji li jospitaw jew li jadottaw;

13.

Jipproponi li, fl-isfera tal-akkomodazzjoni, jitqiesu konsiderazzjonijiet u miżuri arkitettoniċi u ambjentali oħrajn sabiex ikun imħaffef il-pass li bih ikun hemm ċaqliqa pożittiva minn “disinn għal ħtiġiet speċjali” lejn “disinn integrali u inklussiv għaċ-ċittadini kollha”; jinnota, madanakollu, li l-aċċessibilità sħiħa u l-adattamenti rilevanti m’għandhomx ikunu objettiv biss fil-qasam arkitettoniku, iżda d-disinn universali għandu jkun objettiv fiss u realtà, speċjalment f’dak kollu li jirrigwarda l-ħtiġiet bażiċi tal-ħajja ta’ kuljum tan-nisa b'diżabilitajiet; jenfasizza li jeħtieġ li jkun garantit l-aċċess għan-nisa b'diżabilitajiet fil-programmi tad-djar soċjali, b’mod individwali jew kondiviż, li joffrulhom għajnuniet ekonomiċi għall-eliminazzjoni tal-ostakoli fid-dar, li għandhom ikunu disponibbli wkoll għal dawk li jgħixu fid-djar tal-kiri; ifakkar, għalhekk, l-importanza li jiġi żgurat li l-persuni b'diżabilitajiet jkollhom aċċess akbar għal kundizzjonijiet tal-ħajja diċenti, kemm fil-qasam tal-akkomodazzjoni, tal-kapaċità ta’ moviment, tal-aċċess għas-servizzi pubbliċi u soċjali u ta’ parteċipazzjoni fil-ħajja pubblika;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-aċċessibilità bla xkiel għan-nisa u l-bniet b’mobilità ridotta u għan-nisa u l-bniet għall-infrastruttura tat-trasport, il-vetturi u l-informazzjoni u l-formats ta’ riservazzjoni; jinnota li fost l-utenti tat-trasport pubbliku li għandhom diżabilità, in-nisa huma fil-maġġoranza meta mqabbla mal-irġiel; jenfasizza, għalhekk, li l-integrazzjoni tad-diżabilità u l-ġeneru huma essenzjali fir-rigward tat-tfassil, l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-politiki tat-trasport, sabiex jiġu żgurati opportunitajiet indaqs u tiġi evitata n-nondiskriminazzjoni tan-nisa b'diżabilitajiet; għalhekk jirrakkamonda l-involviment tagħhom, bħala esperti fil-qasam, bħala konsulenti tal-politika tat-trasport;

15.

Jindika li l-aċċessibilità għall-internet u l-midja soċjali għandha wkoll tkun żgurata (eż. il-leġibilità tal-websajts pubbliċi kollha għan-nies b’impediment għall-viżjoni, l-adattamenti għandhom jiġu orjentati, ukoll, għal tipi oħra ta’ diżabilità li mhumiex ta’ tip viżwali, bħall-adattament tal-kontenuti ta’ kumplessità akbar sabiex il-persuni b'diżabilitajiet intelletwali jkunu jistgħu jifmuhom, l-integrazzjoni tal-vidjows li fihom jiġu spjegati l-kontenuti permezz ta’ interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali); jesprimi t-tħassib tiegħu li l-aċċessibilità taċ-ċittadini għall-aġenziji tal-gvern u l-governanza elettronika għadha mhijiex garantita; isostni li l-persuni kollha b'diżabilitajiet, inklużi l-persuni ikbar fl-età b'diżabilitajiet ta' smigħ, li l-għadd u l-proporzjon tagħhom fis-soċjetà qegħdin jiżdiedu b'mod partikolari, skont l-estimi tal-WHO, għandhom jingħataw aċċess għal-litteriżmu diġitali; jilqa’, għaldaqstant, il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar l-aċċessibilità tal-websajts tal-korpi fis-settur pubbliku;

16.

Jisħaq li l-parteċipazzjoni demokratika hija parti mid-drittijiet fundamentali u ċivili tan-nisa b’diżabilitajiet u li għandha tiġi ffaċilitata u garantita; jitlob, għaldaqstant, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet pubbliċi relevanti kollha jagħtu faċilitajiet adegwatament adattati u biex jagħtu s-setgħa lin-nisa fl-involviment u l-parteċipazzjoni attiva tagħhom;

17.

Ifakkar li l-Konvenzjoni tan-NU tippromwovi mudell tad-drittijiet tal-bniedem ta’ “appoġġ fit-teħid tad-deċiżjonijiet” ibbażat fuq l-ugwaljanza u d-dinjità intrinsika tal-persuni kollha, minflok is-sistema ta’ “sostituzzjoni tat-teħid tad-deċiżjonijiet” li m’għadhiex tintuża; għalhekk, jistieden lill-Istati Membri jiffaċilitaw ir-rappreżentanza tan-nisa b'diżabilitajiet fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet, sabiex jiżguraw li l-interessi u d-drittijiet tagħhom jitħarsu;

18.

Iqis li n-nisa u l-bniet b'diżabilitajiet għandhom id-dritt li jiddeċiedu, kemm jista’ jkun, dwar ħajjithom u ħtiġijiethom, li għandhom jiġu mismugħa u kkonsultati u għandhom jiġu mħeġġa b'mod att biex ikunu indipendenti kemm jista' jkun, u jenfasizza l-fatt li dawn id-drittijiet għandhom jiġu garantiti wkoll f'’istituzzjonijiet pubbliċi speċjalizzati f'kuntest ordinarju tal-ħajja; jenfasizza li assistenza personali hija mezz għall-għajxien awtonomu tagħhom u għalhekk għandha tiġi faċilitata u promossa għan-nisa b'diżabilitajiet meta jirċievu appoġġ f’istituzzjonijiet ta’ taħriġ edukattiv u vokazzjonali, fuq il-post tax-xogħol, fil-familji tagħhom, u fil-każ ta’ tqala u maternità;

19.

Ifakkar li kull pass f’ħajja ta’ mara ma jfissirx biss opportunitajiet iżda wkoll responsabilitajiet u f’dan is-sens, ta' spiss, in-nisa jridu jerfgħu piż sproporzjonat f'termini ta' tqala u meta jwelldu meta jkollhom jaffaċċjaw l-implikazzjonijiet negattivi tat-tqala, b’mod speċjali fil-każijiet fejn il-missier la jerfa’ r-responsabilitajiet tiegħu u lanqas jikkontribwixxi għall-benessri u l-futur tat-tfal billi jkun abbanduna l-familja, u jfakkar li f'familja ż-żewġ ġenituri għandhom jaqsmu l-istess responsabilitajiet abbażi tal-ugwaljanza, ħlief jekk ma jkunux ftehmu mod ieħor b’mod reċiproku minn qabel;

20.

Jinsisti li n-nisa u l-bniet b’diżabilitajiet għandhom ikunu infurmati bid-drittijiet tagħhom sabiex jkunu jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom stess; l-informazzjoni għandha tintbgħat b’mod aċċessibbli u li jinftiehem minnhom, b’kunsiderazzjoni tal-modi, mezzi u formati differenti ta’ komunikazzjoni li huma jagħżlu u, fejn jixraq, il-grad ta’ diżabilità intelletwali;

21.

Jinnota li, għan-nisa u l-bniet b'diżabilitajiet b'mod partikolari biex jingħataw kura xierqa, hemm ħtieġa fis-settur mediku għal taħriġ speċifiku kontinwu u tul il-karriera fuq il-kwestjoni tal-mard/diżabilitajiet mentali, sabiex ikunu identifikati aħjar dawn il-kundizzjonijiet u l-pazjenti li huma affetwati bihom jingħataw kura effettiva mis-servizzi mediċi speċjalizzati u kompetenti f’dan il-qasam; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jiżguraw taħriġ speċjali għall-professjonisti kollha involuti man-nies b'diżabilitajiet, u jenfasizza li waqt it-taħriġ tagħhom, professjonisti tas-saħħa u għalliema għandhom bżonn jiġu mħarrġa u jsiru konxji dwar it-tipi kollha ta' diżabilità, filwaqt li jfakkar li xi wħud minnhom ftit huma magħrufin minkejja l-prevalenza tagħhom;

22.

Jinnota li l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali għall-persuni b'diżabilitajiet qed jiġu mwettqa fil-maġġoranza tal-Istati Membri b’mod separat u b’mod debboli; jenfasizza l-importanza li n-nisa b'diżabilitajiet jiġu integrati fis-sistemi edukattivi u professjonali standard fil-każijiet kollha fejn id-diżabilità tippermetti din l-integrazzjoni;

23.

Jenfasizza l-ħtieġa li bniet u nisa migranti b'diżabilitajiet jiġu appoġġjati sabiex jiżviluppaw il-ħiliet u l-potenzjal tagħhom fit-taħriġ vokazzjonali u biex jingħataw l-opportunitajiet biex jiksbu impjieg xieraq;

24.

Jinnota li l-varji stadji fil-ħajja ta’ mara – it-tqala hi wieħed minnhom – iwasslu għal sfidi speċifiċi li jridu jiġu ttrattati, u li meta n-nisa b’diżabilitajiet jagħmel dan għandhom igawdu l-istess drittijiet u opportunitajiet kif inhuma offruti lin-nisa mingħajr diżabilitajiet sabiex jiġi evitat kwalunkwe skoraġġiment tat-tqala; barra minn hekk, filwaqt li jitqiesu l-isfidi addizzjonali li jesperjenzaw in-nisa b'diżabilitajiet, jenfasizza li għandu jkollhom dritt għal liv tal-maternità għal perjodu itwal sabiex jadattaw għas-sitwazzjoni l-ġdida tagħhom u jiżviluppaw b’mod korrett il-ħajja familjari tagħhom; jinnota li l-isterilizzazzjoni sfurzata u l-abort imġiegħel huma suriet ta’ vjolenza kontra n-nisa u jikkostitwixxu forom ta' trattament inuman u degradanti li l-Istati Membri jridu jeqirdu u jikkundannaw bil-qawwa;

25.

Jissottolinja li n-nisa u l-bniet b’diżabilitajiet għandu jiġu permess lilhom li jgawdu s-sesswalità tagħhom kemm jista’ jkun liberament bħalma jgawduha nies mingħajr impedimenti, u jqis li n-nisa b’diżabilitajiet għandhom ikunu jistgħu jgħixu u jissodisfaw ix-xewqa li jkollhom l-ulied, kif jagħmlu n-nisa mingħajr diżabilitajiet; jenfasizza li sabiex il-bniet, iż-żgħażagħ u n-nisa b’diżabilitajiet ikunu responsabbli għas-sesswalità tagħhom, jeħtieġ li jkollhom aċċess għall-edukazzjoni emozzjonali u sesswali: għandhom ikunu jafu u jifhmu l-funzjonament tal-ġisem (kif tiġi t-tqala u kif tista’ tiġi evitata), kif jirrifjutaw prattiki sesswali li ma jixtiqux, kif jevitaw il-mard trażmess sesswalment, eċċ.; jenfasizza l-bżonn li jkun provdut appoġġ speċjalizzat, inkluża assistenza għall-indukrar tat-tfal, lil nisa b’diżabilitajiet, flimkien mal-familji tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jgawdu l-maternità b’mod komplet; isostni li l-Istati Membri għandhom, f’dan il-każ, jikkunsidraw b’mod partikolari l-bżonnijiet ta’ nisa b’indeboliment intelletwali;

26.

Iqis li hu vitali għal nisa u bniet b'diżabilitajiet li jkollhom aċċess sħiħ għall-kura medika li tkun tlaħħaq mal-ħtiġiet partikolari tagħhom, inkluża l-konsultazzjoni ġinekoloġika, eżamijiet mediċi, ippjanar tal-familja u appoġġ adattat għal matul it-tqala; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiżguraw li d-dispożizzjoni tal-kura tas-saħħa pubblika nazzjonali tagħhom, tinkludi aċċess tajjeb għal dawn is-servizzi;

27.

Jindika l-importanza tat-tqaċċit tal-preġudizzju, il-perċezzjonijiet negattivi u l-istigma soċjali u tal-inkoraġġiment tal-aċċettazzjoni soċjali, il-parteċipazzjoni soċjali, ir-rispett, it-tolleranza u t-tqegħid ta’ valur fuq id-diversità umana; u b’mod partikolari jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jorganizzaw kampanji ta’ sensibilizzazzjoni;

28.

Jenfasizza li l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza sesswali jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet fundamentali; jenfasizza, fid-dawl tal-vulnerabilità estrema tagħhom, in-neċessità li jitħarsu n-nisa u l-bniet b'diżabilitajiet li jgħixu fi djar tal-kura u sptarijiet tal-mard mentali mill-attakki sesswali u forom oħrajn ta’ maltrattament fiżiku li jistgħu jkunu vittmi tiegħu, u jindika bi tħassib in-nuqqas ta’ data fuq dan il-fenomenu allarmanti; jitlob lill-Istati Membri jinvestigaw kemm hi mifruxa din il-problema, billi jinkoraġġixxu n-nisa b'diżabilitajiet li huma vittmi biex ma jibqgħux siekta; jinkoraġġixxi l-ġbir ta’ dejta relevanti b’mod kunfidenzjali, bil-ħsieb li jittieħdu l-miżuri xierqa meħtieġa biex jittrattaw il-problema; jistieden lill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi jwettaq studji dwar is-sitwazzjoni tal-bniet u n-nisa b'diżabilitajiet fir-rigward tal-vjolenza;

29.

Jistieden lill-Istati Membri jipprevjenu l-fastidju fuq il-post tax-xogħol permezz ta' protokolli effettivi kontra l-molestja bi qbil mal-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78/KE, sabiex titnaqqas il-frekwenza għolja ta’ stupri rrapportati u l-każijiet ta’ fastidju u l-vjolenza sesswali, kif ukoll l-isterilizzazzjonijiet furzati, b'mod partikolari f’istituzzjonijiet kbar;

30.

Jenfasizza li f'ħafna pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp għadhom jeżistu ostakli gravi biex taħrab mill-vjolenza, tirrapporta tali reati u taċċedi għall-ġustizzja u għas-servizzi ġuridiċi u soċjali;

31.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri leġiżlattivi, amministrattivi, soċjali, edukattivi xierqa kollha biex jipproteġu lin-nisa u l-bniet b'diżabilitajiet, kemm fid-dar kif ukoll barra mid-dar, minn kull sura ta’ sfruttament, vjolenza u abbuż u li jiġi faċilitat l-aċċess tagħhom għall-ġustizzja permezz tal-għoti ta’ appoġġ u assistenza xierqa bbażatai fil-komunità, billi jitiqesu l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom, fosthom tagħmir ta’ assistenza, sabiex jiġi evitat li jiġu iżolati u ristretti għad-dar; jemmen li, barra minn hekk, dawn is-servizzi u programmi kollha għandhom jiġu mmonitorjati mill-qrib minn awtoritajiet indipendenti; jiddispjaċih li l-leġiżlazzjoni tal-UE u nazzjonali għall-prevenzjoni tal-isfruttament, tal-vjolenza u tal-abbuż ta’ spiss ma tagħtix attenzjoni lid-diżabilità;

32.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tniedi strateġija komprensiva biex tiġi miġġielda l-vjolenza kontra n-nisa, hekk kif mitlub mill-Parlament f’bosta riżoluzzjonijiet u l-aktar waħda riċenti fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' April 2011 dwar prijoritajiet u punti prinċipali ta' qafas politiku ġdid tal-UE rigward il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa (20); itenni l-ħtieġa li l-Kummissjoni tippreżenta strument ta’ liġi kriminali leġiżlattiv biex jiġġieled il-vjolenza msejsa fuq is-sessi, fosthom il-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa b'diżabilitajiet f’każijiet ta’ abbuż sesswali u vjolenza kemm fil-pubbliku kif ukoll fl-ambjent tad-dar;

33.

Jinsisti li għandu jkun żgurat li n-nisa b’diżabilitajiet ikollhom aċċess effettiv għall-ġustizzja b’mod aċċessibbli, faċli u sikur, u li f’kull fażi tal-proċess ikunu jistgħu jiddependu fuq is-sistemi u t-teknoloġiji ta’ appoġġ għall-komunikazzjoni orali li jagħżlu, inkluża l-preżenza ta’ interpreti tal-lingwa tas-sinjali jew gwidi-interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ u mid-dawl, sabiex jiżguraw il-komunikazzjoni korretta mal-persunal tal-pulizija u l-ġustizzja; jissottolinja l-fatt li minħabba r-rati għolja ta’ dipendenza li jbatu minnha ħafna nisa b’diżabilitajiet fuq il-persuna inkarigata biex tieħu ħsiebhom, li f’ħafna okkażjonijiet tkun dik li tattakkahom u tabbuża minnhom, għandhom jiġu żgurati forom indipendenti ta’ komunikazzjoni man-nisa b’diżabilitajiet attakkati, sabiex joffru possibiltajiet ta’ denunzja u derivazzjoni immedjata għal ċentri ta’ attenzjoni integrali b’mod tranżitorju, sakemm id-denunzja tiġi solvuta b’mod ġudizzjarju; jipproponi l-introduzzjoni ta’ proċeduri kriminali mfasslin speċifikatament biex jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ nisa u l-bniet b’diżabilitajiet, inkluż l-għoti ta’ assistenza mill-NGOs; jisħaq li l-ebda xkiel ma jista’ jfixkel l-aċċess tan-nisa b’diżabilitajiet għar-rimedji legali; f’dan ir-rigward jinnota li huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri effettivi sabiex jingħata aċċess lin-nisa b’diżabilitajiet għall-appoġġ li jistgħu jeħtieġu fl-eżerċizzju tal-kapaċità ġuridika tagħhom – appoġġ li, meta jkun meħtieġ, għandu jkun proporzjonali għall-ħtiġiet u l-kapaċitajiet personali, għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar id-drittijiet ċivili u politiċi; jinnota li huwa neċessarju wkoll li jkun hemm miżuri xierqa u effettivi ta’ salvagwardja sabiex jiġi prevenut l-abbuż minn terzi persuni jew istituzzjonijiet tan-nisa b’diżabilitajiet fl-eżerċizzju tal-kapaċità ġuridika tagħhom, bħat-twettiq ta’ valutazzjoni imparzjali tan-neċessitajiet veri tan-nisa permezz tal-valutazzjoni ta’ esperti indipendenti rikonoxxuti, b’kontrolli perjodiċi tal-miżuri adottati;

34.

Jisħaq li kull ftehim ta’ sterilizzazzjoni li jidħlu fih mara jew tfajla b'diżabilitajiet għandu jkun eżaminat minn terz imparzjali inkarigat li jivverifika li d-deċiżjoni tkun ittieħdet b’mod ġust, u, fl-assenza ta’ indikazzjonijiet mediċi gravi, mingħajr eżekuzzjoni; jenfasizza wkoll li metodi ta' kontraċezzjoni qatt m'għandhom jiġu amministrati, jew tiġi interrotta legalment tqala, kontra l-volontà tal-mara jew it-tifla b'diżabilitajiet; jemmen li n-nisa u l-bniet b'diżabilitajiet għandu jkollhom id-dritt li joffru l-kunsens infurmat tagħhom u jifhmu l-prattika medika kollha; iqis li jekk mara jew tifla b'diżabilitajiet mhijiex kapaċi tagħti l-kunsens, il-kunsens għandu dejjem jiġi bbażat fuq ir-rispett għad-drittjiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jipprevjenu u jikkundannaw każijiet ta’ sterelizzazzjoni sfurzata ta’ nisa b’diżabilitajiet;

35.

Jinnota li t-terminoloġija użata biex tiddeskrivi l-indebolimenti fiżiċi u dik għad-diżabilitajiet huma differenti u li l-attenzjoni għandha tkun diretta lejn id-diżabilitajiet minflok lejn l-indebolimenti f’termini mediċi, b’konformità mal-approċċ magħżul fil-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'diżabilitajiet u segwit mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja; jenfasizza li min iħaddem għandu jiffoka fuq il-ħiliet u l-abilitajiet tal-ħaddiema jew tal-applikanti b'diżabilitajiet;

36.

Jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu u jiżguraw l-aċċess għan-nisa u l-bniet b'diżabilitajiet għal kull tip ta’ edukazzjoni formali, informali u tul il-ħajja u għas-suq tax-xogħol, peress li għandhom jiġu mħeġġa jsegwu korsijiet ta' studju u jużaw teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni ġodda, u jiġu appoġġati u mħeġġa jidħlu fis-suq tax-xogħol, u jenfasizza li talenti, fehmiet u esperjenzi partikolari jistgħu jtejbu l-ambjenti tax-xogħol b'mod konsiderevoli; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jipprovdu taħriġ u informazzjoni lill-għalliema, ħarrieġa, uffiċjali taċ-ċivil f’livell għoli u impjegaturi bil-ħsieb li jiġu implimentati proċessi ta’ integrazzjoni soċjali mmirati lejn l-utilizzazzjoni tal-potenzjal u l-valur miżjud tan-nisa b'diżabilitajiet; jipproponi l-użu effettiv tal-Fond Soċjali Ewropew għat-titjib tal-livell ta’ inklużjoni tan-nisa u l-bniet b'diżabilitajiet fl-oqsma kollha tal-ħajja, bħall-aċċess għas-suq tax-xogħol, kif ukoll għat-tnaqqis tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-faqar;

37.

Jistieden lill-Istati Membri jirrevedu l-oqfsa leġiżlattivi u ta’ politiki tagħhom fir-rigward tal-parteċipazzjoni tan-nisa b’diżabilitajiet u tan-nisa bi żvantaġġi intellettwali u diżabilitajiet mentali fis-suq tax-xogħol; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu adottati miżuri attivi ta’ politika tas-suq tax-xogħol għan-nisa b’diżabilitajiet li joffru għażliet għall-individwu, inkluż l-impjieg flessibbli, l-impjieg part-time u l-impjieg full-time, u li jqisu l-possibilità li tingħata spinta lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SME) permezz ta' inċentivi finanzjarji u appoġġ ieħor biex ikun hemm bilanċ imtejjeb bejn il-ħajja professjonali u dik privata; Jenfasizza li n-nisa b'diżabilitajiet għandu jkollhom aċċess ekwu għall-finanzjament għall-ħolqien ta' intrapriżi żgħar u forom oħra ta' impjieg għal rashom, kif ukoll id-dritt li jagħżlu bejn diversi forom ta' impjieg; Iġeġġeġ lill-Istati Membri biex jitgħallmu mill-aħjar prattiki minn madwar l-Ewropa; jitlob lil min iħaddem biex jagħmlu aġġustamenti raġonevoli fil-postijiet tax-xogħol u fil-kundizzjonijiet tax-xogħol sabiex ikun hemm fokus ikbar fuq il-provvista ta' inċentivi għall-persuni b'diżabilitajiet u biex dawn jiġu inklużi b'mod aktar attiv fis-suq tax-xogħol, bil-possibilità li jinstemgħu każijiet individwali ta' diskriminazzjoni fit-tribunali industrijali bi qbil mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/78/KE;

38.

Jinnota li s-sistemi attwali tal-edukazzjoni u t-taħriġ b’mod ġenerali ma jirnexxilhomx jevitaw rata għolja ta’ abbandun tal-persuni b'diżabilitajiet, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lit-tfal b'diżabilitajiet jew ħtiġijiet speċjali f'kuntest edukattiv, sabiex tittejjeb l-integrazzjoni tagħhom u biex titnaqqas ir-rata ta' abbandun tal-iskola għal inqas minn 10 %;

39.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu l-finanzjament u l-appoġġ neċessarju għall-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet li jirrapreżentaw persuni b'diżabilitajiet, li għandhom rwol ewlieni fil-promozzjoni tad-drittijiet tagħhom u jenfasizzaw il-valur taċ-ċittadinanza attiva u l-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà;

40.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu l-appoġġ speċjalizzat neċessarju lill-familji tan-nisa b'diżabilitajiet, fil-forma ta’ taħriġ u assistenza għall-carers f’kull livell possibli, u biex jistabbilixxi istituzzjonijiet ta’ kura temporanja li jippermettu li persuni b'diżabilitajiet ikunu mħarsa b’mod temporanju meta l-familji tagħhom ikollhom bżonn dan is-servizz;

41.

Jissottolinja l-inugwaljanzi li jeżistu fil-faċilitajiet ta’ infrastruttura għal nies b'diżabilitajiet fl-Istati Membri, jenfasizza l-ħtieġa li l-mobilità b’xejn fl-UE tkun garantita għan-nisa u għal bniet b’diżabilitajiet kullimkien, u li l-Istat Membru ta’ destinazzjoni għandu jipprovdi lil dan-nisa b'faċilitajiet speċjali għal liema huma intitolati, fuq bażi ugwali mal-persuni l-oħra b'diżabilitajiet;

42.

Jiddeplora l-fatt li l-Kunsill għadu ma ffinalizzax il-ħidma tiegħu fuq l-abbozz ta' Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali, minkejja l-pożizzjoni tal-Parlament datata mill-2009; jistieden lill-Kunsill jiżgura li din il-leġiżlazzjoni tiġi adottata sa tmiem il-leġiżlatura parlamentari attwali;

43.

Jinsisti li l-persuni b’diżabilitajiet speċjalment in-nisa, għandhom aktar ċans li jispiċċaw fil-faqar (skont l-OECD, kważi persuna b'diżabilitajiet minn kull erbgħa tgħix fil-faqar); iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu miżuri adegwati ħalli jipprevjenu lin-nisa u l-bniet b'diżabilitajiet li jispiċċaw fil-faqar, u ħalli jiggarantixxu li jingħataw allowances u renumerazzjoni ta' diżabilità u jkollhom aċċess għas-servizzi soċjali u tas-saħħa, billi jiġu mfassla programmi nazzjonali xierqa u billi tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tagħhom permezz ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni kontinwi; jinnota li l-periklu tal-faqar u l-qgħad hu partikolarment serju f’dak li jikkonċerna l-ommijiet waħedhom bi tfal b'diżabilitajiet; jindika li l-promozzjoni tal-ugwaljanza tal-ġeneri u tal-opportunitajiet indaqs, flimkien mal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni li t-tfal b'diżabilitajiet u l-familji tagħhom jaffaċjaw, jikkostitwixxu strument li jista' jintuża biex jiġu miġġielda l-istigmatizzazzjoni, il-faqar u l-esklużjoni soċjali, u li r-rabta bejn id-diżabilità, il-ġeneru, u l-faqar għandha tiġi kkunsidrata fil-politiki kollha li jiġġieldu l-faqar u l-esklużjoni soċjali;

44.

Jitlob li s-sistemi pubbliċi tas-saħħa jidentifikaw lill-gruppi vulnerabbli bi ħtiġijiet speċjali u li jkunu mgħammra bir-riżorsi u l-faċilitajiet ta' riferiment meħtieġa sabiex tingħata l-kura xierqa;

45.

Jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lin-nisa mdaħlin fiż-żmien, li ta’ spiss jgħixu waħedhom u huma affaċjati bl-iżvilupp ta’ mard li jista’ jwassal għal diżabilità, permezz tal-implimentazzjoni ta’ programm ta’ prevenzjoni u għajnuna;

46.

Jenfasizza li l-introduzzjoni ta' miżuri ta' awsterità f’għadd ta' pajjiżi wassal għat-tnaqqis ta' sussidji u servizzi essenzjali u li f'dan il-kuntest in-nisa b'diżabilità jagħmlu parti minn grupp partikolarment vulnerabbli; jenfasizza wkoll li t-tnaqqis ta' finanzjament għal persuni b'diżabilitajiet u dawk li jindukrawhom – li ta' spiss huma nisa – se jaffettwa ħażin il-ħtiġijiet edukattivi, soċjali u ekonomiċi tan-nisa b'responsabilitajiet tal-familja; għalhekk jistieden lill-Istati Membri sabiex jadottaw miżuri maħsuba biex jeliminaw kwalunkwe ostakolu għal servizzi effiċjenti, aċċessibbli, ta' kwalità għolja u bi prezzijiet li jistgħu jintlaħqu min-nisa b'diżabilità;

47.

Jindika li n-nuqqas ta’ servizzi ta’ kura tal-persuni b'diżabilitajiet bi prezzijiet raġonevoli, aċċessibbli u ta’ kwalità għolja fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, u l-fatt li x-xogħol tal-kura mhux maqsum b’mod indaqs bejn in-nisa u l-irġiel għandu impatt negattiv fuq il-kapaċità tan-nisa li jipparteċipaw fl-aspetti kollha tal-ħajja soċjali, ekonomika, kulturali u politika; f'dan ir-rigward jinsisti li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-persuni li jieħdu ħsieb persuni b'diżabilitajiet, ta’ spiss nisa, u li s-sehem tagħhom ikun stmat fl-esperjenza professjonali tagħhom u jenfasizza wkoll il-ħtieġa li l-Istati Membri jiġu mħeġġa biex, fis-sistemi tas-sigurtà soċjali tagħhom u meta n-nies jirtiraw, jirrikonoxxu l-involviment u x-xogħol mhux imħallas ta’ dawk, li ġeneralment huma nisa, li jieħdu ħsieb il-persuni b'diżabilitajiet; jinsisti li għandha tingħata attenzjoni partikolari lil dawn in-nisa sabiex ikun żgurat li jaqilgħu paga u pensjoni tal-irtirar xierqa; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tipproponi proposta leġiżlattiva dwar il-liv tal-persuni li jindukraw (jew liv għall-persuni dipendenti) li tippermetti lin-nies jieħdu żmien ta’ liv biex jieħdu ħsieb dawk il-membri tal-familja li huma morda, diżabbli jew debboli u/jew li jibqgħu fl-impjieg tagħhom meta jieħdu l-liv biex jieħdu ħsieb membri tal-familja dipendenti fuqhom;

48.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw kampanji ta’ tqanqil ta’ kuxjenza fuq skala kbira ħalli n-nisa u l-bniet b'diżabilitajiet jkunu aktar viżibbli, u jaċċentwa r-rwol ta’ siwi li jista’ jkollhom il-mezzi tax-xandir u l-internet fil-bini ta’ stampa pożittiva tan-nisa b'diżabilitajiet u jħeġġuhom jasserixxu d-drittijiet tagħhom;

49.

Jemmen li huwa fundamentali li l-Istati Membri jiżguraw li n-nisa u l-bniet b'diżabilitajiet jkunu indaqs quddiem il-liġi u jkunu intitolati għall-protezzjoni ġuridika indaqs u l-benefiċċji ġuridiċi indaqs, mingħajr ebda diskriminazzjoni; jemmen li kull diskriminazzjoni għall-raġuni ta’ diżabilità u ġeneru għandha tiġi pprojbita, bil-kunsiderazzjoni tal-fatt li li t-tlaqqigħ ta’ dawn iż-żewġ fatturi għandu impatt esponenzjali fl-inugwaljanza;

50.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, hi u tmexxi r-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 u hi u telabora l-Lista ta’ Azzjonijiet 2015-2020 marbuta mal-istess, li tiżvilupp approċċ li jkun aktar sensibbli għall-ġeneru;

51.

Ifakkar fil-ħtieġa li l-politiki komunitarji dwar id-diżabilità jqisu l-prinċipju ta’ ugwaljanza tal-ġeneri, sabiex jevitaw li l-inugwaljanzi diġà eżistenti jkomplu jew jiżdiedu matul l-iżvilupp tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu stabbiliti indikaturi li jirriflettu l-aspetti tad-diżabilità u l-ġeneru konġuntament; jemmen li n-nuqqas ta’ indikaturi jostakola l-għarfien korrett tar-realtà li jaffrontaw in-nisa b’diżabilitajiet; jistieden lill-Kummissjoni sabiex fl-investigazzjonijiet futuri dwar in-nisa u d-diżabilità jkollha l-parteċipazzoni tan-nisa u l-bniet infushom b’diżabilitajiet f’dawn l-istudji;

52.

Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jadottaw direttiva orizzontali kontra d-diskriminazzjoni bl-għan li tneħħi l-ostakoli fl-oqsma kollha ta’ kompetenza tal-UE li jxekklu l-persuni b'diżabilitajiet u, partikolarment, nisa u bniet b'diżabilitajiet milli jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom għall-parteċipazzjoni u l-indipendenza soċjali;

53.

Jistieden lill-Istati Membri jagħtu l-appoġġ tagħhom għall-inizjattivi volontarji li jappoġġjaw id-diversità umana u jipprovdu finanzjament adegwat lill-NGOs li jaħdmu fuq din il-kwistjoni;

54.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġbru statistika dettaljata u affidabbli f'partijiet dwar il-ġeneru għal riċerka mmirata dwar is-sitwazzjoni reali li qed isibu ma’ wiċċhom il-persuni b'diżabilitajiet, li hi ta' importanza kruċjali għat-tfassil ta' politiki effiċjenti sabiex tiġi indirizzata l-intersezzjonalità bejn il-ġeneru, id-diżabilità u l-vjolenza; jemmen li n-nisa b'diżabilitajiet għandhom ikunu involuti fil-ġbir ta' tali data; iqis ukoll li l-istudji kollha dwar il-persuni b'diżabilitajiet jeħtieġ li jqisu l-aspett tal-ġeneru, u l-istudji dwar in-nisa u l-bniet jeħtieġ bl-istess mod li jqisu l-aspett tad-diżabilità;

55.

Jisħaq li d-diversità tarrikkixxi lis-soċjetà;

56.

Jinnota li d-dinjità umana hija invjolabbli u għandha tkun rispettata u mħarsa;

57.

Jisħaq fuq l-importanza li jiġi adottat approċċ sensittiv għall-kwistjonijiet relatati mal-ġeneru għad-diżabilità fl-aġenda ta' żvilupp ta' wara l-2015;

58.

Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jintegraw, b'mod koordinat, id-diżabilità fil-politiki ta' żvilupp u fil-proġetti u jippromwovu strateġija komprensiva biex tnaqqas il-faqar fil-programmi ġeografiċi ddedikati lin-nisa b'diżabilitajiet, bil-għan li jiġi żblukkat il-potenzjal ekonomiku tagħhom; jenfasizza li r-riforma agrarja trid tiggarantixxi l-parità tal-ġeneru fil-proprjetà tal-artijiet, anki għan-nisa b'diżabilitajiet;

59.

Jitlob lill-Kummissjoni u lis-SEAE jistabbilixxu mekkaniżmi ta' monitoraġġ biex jivvalutaw l-impatt tal-politiki tagħhom dwar in-nisa b'diżabilitajiet f'livell nazzjonali; jistieden lill-UE ssostni l-impenn tal-pajjiżi sħab fl-abbozzar u fl-implimentazzjoni ta' liġijiet dwar ix-xogħol, f'konformità mas-CRPD u l-Konvenzjoni ILO 159;

60.

Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi inizjattivi intiżi li jsaħħu l-kapaċitajiet tal-partijiet interessati biex jimplimentaw b'mod effikaċi l-impenji internazzjonali fil-qasam tal-iżvilupp inklużiv tad-diżabilità, f'konformità mal-objettivi tas-CRPD; jirrakkomanda li l-UE tippromwovi l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet ta' persuni b'diżabilitajiet fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet internazzjonali u nazzjonali;

61.

Jinnota li s-sitwazzjonijiet ta’ riskju u l-emerġenzi umanitarji jagħmlu l-kundizzjonijiet ta’ sigurtà u protezzjoni tan-nisa u l-bniet b'diżabilitajiet aktar diffiċli, u jnaqqsu b’mod konsiderevoli l-possibilitajiet ta’ sopravivenza; jenfasizza li n-nisa u l-bniet b’diżabilitajiet isibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ vulnerabbiltà ogħla min-nies l-oħra, qabel, waqt u wara li tinħoloq sitwazzjoni ta’ riskju bħall-kunflitti armati, territorji okkupati, diżastri naturali u emerġenzi umanitarji; jinsisti li huwa meħtieġ li l-aġenziji nazzjonali u internazzjonali responsabbli mis-saħħa pubblika, isiru konxji mill-preparazzjonijiet għal sitwazzjonijiet ta’ diżastru, l-għajnuna ta’ emerġenza u l-għajnuna umanitarja, dwar id-drittijiet u l-ħtiġiet speċifiċi ta’ nisa u bniet b’diżabilitajiet u dwar il-ħtieġa li jkollhom riżorsi umani u materjali biex jiżguraw il-benefiċċju tal-aċċessibilità universali u opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-bniet b'diżabilitajiet f’sitwazzjonijiet ta’ riskju u emerġenza, biex b’hekk jiġi evitat in-nuqqas ta’ attenzjoni tagħhom u/jew intervenzjonijiet mhux xierqa possibbli;

62.

Jenfasizza l-fatt li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jirrikonoxxu l-importanza li jħeġġu l-kooperazzjoni internazzjonali sabiex jappoġġjaw l-isforzi nazzjonali għall-konformità tad-dritt tan-nisa u l-bniet b’diżabilitajiet li jgawdu, bis-sħiħ u b’kundizzjonijiet indaqs, mid-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tagħhom; jinsisti li l-programmi ta’ kooperazzjoni internazzjonali għandhom ikunu inklużivi għan-nisa u l-bniet b’diżabilitajiet, għaliex huwa meħtieġ li l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi (imħalltin jew speċifiċi) jiġu involuti b’mod dirett fid-disinn, l-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-politiki ta’ kooperazzjoni li jitniedu fuq livell lokali, nazzjonali, komunitarju jew internazzjonali, permezz tal-iskambju u d-distribuzzjoni tal-informazzjoni, l-esperjenzi, il-programmi ta’ taħriġ u l-aħjar prattiki;

63.

Jenfasizza l-fatt li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jinkoraġġixxu l-fatt li l-politiki, il-programmi u l-proġetti ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp tagħhom jinkludu l-ġeneru u d-diżabilità bħala kawża trażversali, li tiggarantixxi għaldaqstant li jiġu elaborati proġetti speċifiċi li jippromwovu l-opportunitajiet indaqs għall-persuni b'diżabilitajiet b’mod partikolari n-nisa u l-bniet; jenfasizza li l-Kummissjoni, il-Parlament, in-NU, l-aġenziji speċjalizzati u l-aġenziji donaturi internazzjonali, nazzjonali u lokali l-oħra, fost il-prijoritajiet tagħhom għandhom jinkludu l-finanzjamenti ta’ programmi mmirati lejn in-nisa u l-bniet b’diżabilitajiet, bl-għoti ta’ fondi għal dan fil-programmi ġenerali u bl-għoti ta’ finanzjamenti għal programmi jew komponenti ta’ programmi mmirati lejn in-nisa u l-bniet b’diżabilitajiet; iqis li l-UE għandha tinkludi d-drittijiet tan-nisa u l-bniet b’diżabilitajiet fil-kooperazzjoni bilaterali u ma’ pajjiżi terzi fuq terminu twil mal-amministrazzjonijiet lokali, sabiex joffru appoġġ ekonomiku mmirat lejn il-politiki multilaterali ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp, permezz ta’ assistenza ekonomika lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, fil-kofinanzjament ma' NGOs fl-UE u ta’ partijiet oħra tad-dinja, u mal-politiki li għandhom x’jaqsmu mal-għajnuna umanitarja;

64.

Jinsisti li għandha tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni attiva Ewropea tan-nisa b’diżabilitajiet permezz tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħha (speċjalment tal-Forum Ewropew għad-Diżabilità, tal-Lobby Ewropew tan-Nisa u l-membri nazzjonali rispettivi tagħhom) fil-monitoraġġ tat-trattati internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, bl-għoti ta’ informazzjoni dwar rapporti alternattivi li jistgħu jqisu s-sitwazzjoni tan-nisa u l-bniet b’diżabilitajiet fir-rigward tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tagħhom b’mod intersezzjonali;

65.

Jemmen li hu essenzjali li jiġi żgurat il-fatt li r-rapporti perjodiċi tat-trattati tad-drittijiet tal-bniedem tal-UE u l-Istati Membri tagħha jinkludu informazzjoni dwar in-nisa u l-bniet b’diżabilitajiet, fir-rigward ta’ kull wieħed mid-drittijiet, inkluża s-sitwazzjoni attwali fil-fatt u bi dritt u l-informazzjoni dwar il-miżuri meħuda għat-titjib tas-sitwazzjoni tagħhom, kif ukoll id-diffikultajiet u l-ostakoli li sabu, speċjalment fil-qasam rurali; jemmen li din il-prattika trid tiġi estiża mal-istituzzjonijiet kollha li jaħdmu għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem kemm fil-qafas Ewropew, kif ukoll nazzjonali, inklużi l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi ta’ persuni b'diżabilitajiet u l-familji tagħhom, tan-nisa inġenerali jew tan-nisa b'diżabilitajiet;

66.

Jemmen li fir-rigward tat-tibdil tas-sitwazzjoni tan-nisa u l-bniet b'diżabilitajiet, waħda mill-isfidi prinċipali hi l-inklużjoni tad-diżabilità fil-programmi, il-miżuri u l-politiki kollha dwar il-ġeneru, kif ukoll fid-disinn u l-iżvilupp ta’ miżuri ta’ azzjoni pożittiva sabiex jintlaħaq il-progress tagħhom, minħabba s-sitwazzjoni tagħhom ta' żvantaġġ;

67.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill tal-Ewropa u lis-Segretarju Ġenerali tan-NU.


(1)  ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35.

(2)  ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.

(3)  ĠU C 137 E, 27.5.2010, p. 68.

(4)  ĠU L 167, 12.6.1998, p. 25.

(5)  ĠU C 224, 16.9.2006, p. 9.

(6)  ĠU C 187, 18.7.1988, p. 236.

(7)  ĠU C 158, 26.6.1989, p. 383.

(8)  ĠU C 284, 2.11.1992, p. 49.

(9)  ĠU C 17, 22.1.1996, p. 196.

(10)  ĠU C 152, 27.5.1996, p. 87.

(11)  ĠU C 20, 20.1.1997, p. 386.

(12)  ĠU C 132, 28.4.1997, p. 313.

(13)  ĠU C 21 E, 24.1.2002, p. 246.

(14)  ĠU C 76 E, 25.3.2004, p. 231.

(15)  ĠU C 184 E, 8.7.2010, p. 111.

(16)  ĠU C 131 E, 8.5.2013, p. 9.

(17)  ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 25.

(18)  World Report on Disabilities 2011, prodott konġuntament mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u l-Bank Dinji.

(19)  Human Rights Watch: Human Rights for Women and Children with Disabilities (2012), p. 5.

(20)  ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 26.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/140


P7_TA(2013)0580

Pjan ta' azzjoni Ewropew għas-settur tal-konsumaturi għall-benefiċċju tal-atturi kollha

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għas-Settur tal-Konsumaturi għall-benefiċċju tal-atturi kollha (2013/2093(INI))

(2016/C 468/18)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-31 ta’ Jannar 2013 bl-isem “Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għas-Settur tal-Konsumaturi” (COM(2013)0036),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Jannar 2013 dwar “Prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista alimentari u mhux alimentari minn negozju għal negozju fl-Ewropa” (COM(2013)0037),

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Lulju 2010 bl-isem “Eżerċizzju ta’ sorveljanza tas-suq tal-konsumaturi u d-distribuzzjoni – Lejn suq intern tal-konsumaturi u d-distribuzzjoni iktar effikaċi u ġust sal-2020” (COM(2010)0355),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2011 dwar suq tal-konsumaturi aktar effiċjenti u aktar ġust (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-22 ta’ Mejju 2012 bl-isem – “Aġenda għall-Konsumaturi Ewropej – Spinta lill-fiduċja u lit-tkabbir” (COM(2012)0225),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Ġunju 2013 dwar aġenda ġdida għall-Politika Ewropea tal-Konsumatur (2),

wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tad-29 ta' Mejju 2012 bl-isem “Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Kundizzjonijiet tal-Konsumatur – Konsumaturi li jħossuhom komdi fis-suq uniku: Monitoraġġ tal-integrazzjoni tas-suq uniku tal-konsumaturi u l-kundizzjonijiet tal-konsumatur fl-Istati Membri” (SWD(2012)0165),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-27 ta’ Novembru 2012 bl-isem “Il-protezzjoni ta’ negozji kontra prattiki qarrieqa ta’ kummerċjalizzazzjoni u biex jiġi garantit infurzar effettiv – Analiżi tad-Direttiva 2006/114/KE dwar reklamar qarrieqi u komparattiv” (COM(2012)0702),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar Prattiki ta' riklamar qarrieqa (3),

wara li kkunsidra l-ħidma tal-Forum ta’ Livell Għoli għal Katina tal-Provvista Alimentari li Taħdem Aħjar u tal-Pjattaforma Esperta dwar Prattiki Kuntrattwali B2B,

wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Konsultazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Lulju 2013 bl-isem “Consultation of Social Partners under Article 154 TFEU on enhancing EU cooperation in the prevention and deterrence of undeclared work” (Konsultazzjoni mal-Imsieħba Soċjali skont l-Artikolu 154 TFUE dwar it-titjib fil-kooperazzjoni tal-UE fil-prevenzjoni u d-deterrenza ta’ xogħol mhux iddikjarat) (C(2013)4145),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2009 bl-isem “Katina tal-provvista alimentari fl-Ewropa li taħdem aħjar” (COM(2009)0591),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Settembru 2010 dwar id-dħul ġust għall-bdiewa: katina tal-provvista alimentari fl-Ewropa li taħdem aħjar (4),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tiegħu tad-19 ta' Frar 2008 dwar l-investigazzjoni u r-rimedji tal-abbuż ta' poter minn supermarkets kbar li joperaw fl-Unjoni Ewropea (5),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-11 ta’ Jannar 2012 bl-isem “Qafas koerenti għall-bini ta’ fiduċja fis-suq uniku diġitali tal-kummerċ elettroniku u tas-servizzi online” (COM(2011)0942),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-11 ta’ Diċembru 2012 (6) u tal-4 ta’ Lulju 2013 (7) dwar l-ikkompletar tas-suq uniku diġitali,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta’ Lulju 2013 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għas-Settur tal-Konsumaturi” (8),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta’ Lulju 2013 dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni dwar “Prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista alimentari u mhux alimentari minn negozju għal negozju fl-Ewropa” (9),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur (10),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel (11), u r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi (12),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (13),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fit-transazzjonijiet kummerċjali (14),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern (15),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0374/2013),

A.

billi l-importanza tas-suq tal-konsumaturi qatt ma tista’ tiġi vvalutata aktar milli mistħoqq, minħabba li dan jirrappreżenta 11 % tal-PDG tal-UE u joħloq iżjed minn 15 % tal-impjiegi kollha fl-Ewropa, inkluż il-ħaddiema tas-sengħa u dawk bla sengħa, u jikkontribwixxi għan-nisġa soċjali tas-soċjetà;

B.

billi l-importanza strateġika tas-settur tal-bejgħ bl-imnut għandha tiġi rikonoxxuta b’mod sħiħ bħala l-ixprun tat-tkabbir, il-kompetittività u l-innovazzjoni, kif ukoll għat-tisħiħ tas-suq uniku Ewropew;

C.

billi f’soċjetà li dejjem iżjed qed tkun ikkaratterizzata mill-kuntatti virtwali permezz tal-internet, il-ħwienet għadhom il-post fejn nies jiltaqgħu ma’ nies oħra u b’mod partikolari t-toroq ewlenin u ċ-ċentri tal-ibliet kif ukoll il-bejgħ dirett mill-produtturi jistgħu jipprovdu l-ambjent għall-qsim tal-esperjenzi, u jservu bħala l-punt ċentrali tal-identità lokali, is-sens ta' kburija komunitarja, il-patrimonju komuni u l-valuri kondiviżi; billi, madankollu, il-kummerċ elettroniku u l-istabbilimenti tradizzjonali ma jeskludux lil xulxin u fil-fatt jikkomplementaw lil xulxin;

D.

billi l-kriżi ekonomika attwali qed tħalli effett negattiv qawwi fuq is-settur tal-konsumaturi, u taffettwa b’mod partikolari l-ħwienet indipendenti, l-aktar żgħar;

E.

billi l-prattiki kummerċjali inġusti (UTPs) ikomplu jeżistu u jaffettwaw b’mod negattiv il-katina tal-provvista kollha, inklużi l-bdiewa u l-SMEs; billi l-prattiki kummerċjali inġusti (UTPs) għandhom ukoll impatt negattiv fuq l-interessi tal-konsumaturi kif ukoll fuq it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi;

1.

Jilqa’ l-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għas-Settur tal-Konsumaturi stabbilit mill-Kummissjoni;

2.

Jiddikjara li l-Pjan ta’ Azzjoni kellu jindirizza b'aktar attenzjoni l-effetti tal-kriżi ekonomika attwali fuq is-settur tal-konsumaturi u, b’mod partikolari, fuq il-ħwienet indipendenti ż-żgħar;

3.

Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li toħloq Grupp permanenti dwar il-Kompetittività fis-Settur tal-Konsumaturi, imma jenfasizza l-importanza ta’ rappreżentazzjoni bilanċjata, inkluż, fost l-oħrajn, kemm il-bejjiegħa l-kbar kif ukoll iż-żgħar, il-fornituri, il-kooperattivi, il-konsumaturi u gruppi ta' interess ambjentali u soċjali; jistieden lill-Kummissjoni tieħu approċċ olistiku għall-bejgħ bl-imnut, tevita d-duplikazzjoni u l-burokrazija żejda, u tiżgura l-koerenza u l-koordinazzjoni mill-qrib mal-fora eżistenti l-oħrajn, bħal-Laqgħa ta’ Diskussjoni dwar is-Suq tal-Konsumaturi organizzata ta’ kull sena;

4.

Jilqa’ l-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar l-Innovazzjoni fis-Settur tal-Konsumatur u jitlob lill-Kummissjoni biex tirrevedi malajr ir-rakkomandazzjonijiet li se jitressqu mill-grupp biex tippromwovi ulterjorment l-intraprenditorija, tistimola l-innovazzjoni u toħloq impjiegi u tkabbir fl-Ewropa;

5.

Jappoġġja l-Laqgħa ta’ Diskussjoni dwar is-Suq tal-Konsumaturi, organizzata mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, kif ukoll il-forum istituzzjonali bl-għan li l-bejgħ bl-imnut jibqa’ prijorità fl-aġenda politika tal-UE, jiġi rivedut il-progress fl-implimentazzjoni tal-aspetti rilevanti tal-Pjan ta’ Azzjoni għas-Settur tal-Konsumaturi, ikun hemm rappurtar dwar ix-xogħol tal-Grupp permanenti dwar il-Kompetittività fis-Settur tal-Konsumaturi u jkun hemm aġġornamenti dwar il-progress fi pjattaformi oħrajn attwali u f'mekkaniżmi ta’ djalogu informali; jitlob lill-Grupp permanenti dwar il-Kompetittività fis-Settur tal-Konsumaturi jaħdem mill-qrib mal-Parlament sabiex jorganizza l-Laqgħa ta’ Diskussjoni annwali dwar is-Suq tal-Konsumaturi;

6.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri ma jieħdux miżuri, fil-kuntest tal-politiki ta' awsterità, li jimminaw il-fiduċja tal-konsumaturi u jagħmlu ħsara diretta lill-interessi tas-settur tal-konsumaturi, bħal żieda fir-rata tal-VAT, klassifikazzjoni mill-ġdid ta' prodotti u ta' rati ta' prodotti jew żieda fl-ispejjeż għall-ħwienet; itenni l-importanza ta' aċċess imtejjeb għall-finanzi, partikolarment għall-SMEs fil-kummerċ fis-settur tal-konsumatur u bl-ingrossa; jilqa' f'dan ir-rigward il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni tal-2011 u l-proposti leġiżlattivi reċenti bl-għan li jinżamm il-fluss ta' kreditu għall-SMEs u jitjieb l-aċċess tagħhom għas-swieq tal-kapital;

7.

Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom iżommu milli jwettqu miżuri diskriminatorji, bħal liġijiet tal-kummerċ u tat-taxxi li jaffettwaw biss ċerti setturi jew mudelli tan-negozju u jfixklu l-kompetizzjoni;

8.

Jiddeplora l-fatt li xi Stati Membri qed jiddiskriminaw kontra n-negozji barranin billi joħolqu ostakoli ġodda li jagħmluha diffiċli għalihom biex jistabbilixxu ruħhom fi Stat Membru partikolari, li jikkostitwixxi ksur ċar tal-prinċipji tas-suq intern;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu l-ogħla prominenza politika lis-settur tal-konsumaturi bħala l-pilastru tas-Suq Uniku, inkluż is-Suq Uniku Diġitali, u jneħħu l-ostakli regolatorji, amministrattivi u prattiki li jfixklu l-bidu ta' negozji, l-iżvilupp u l-kontinwità, u jagħmluha diffiċli għall-bejjiegħa li jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq intern; iqis li l-leġiżlazzjoni tas-suq tal-konsumatur għandha sserraħ fuq l-evidenza, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tas-settur, kif ukoll tibbaża b'mod partikolari fuq eżami u fehim tal-impatt tagħha fuq in-negozji żgħar;

10.

Jitlob lill-Istati Membri jittrasponu r-regoli tas-suq intern b’mod koerenti u konsistenti u jimplimentaw b'mod sħiħ u koerenti r-regoli u l-leġiżlazzjoni tas-suq intern; jenfasizza l-fatt li r-rekwiżiti għal testijiet u reġistrazzjonijiet addizzjonali, in-nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ ċertifikati u standards, restrizzjonijiet territorjali fuq il-provvista u miżuri simili joħolqu spejjeż żejda għall-konsumaturi u l-bejjiegħa, b’mod partikolari għall-SMEs, u b’hekk iċaħħdu liċ-ċittadini Ewropej milli jgawdu l-benefiċċji sħaħ tas-suq uniku; jistieden ukoll lill-Kummissjoni, bil-għan li tiżgura governanza aħjar, biex tħaddem politika ta’ tolleranza żero ma’ dawk l-Istati Membri li jonqsu milli japplikaw kif xieraq ir-regoli tas-suq intern u, fejn ikun xieraq, tibda proċeduri ta’ ksur u tħaffef dawk il-proċeduri bl-użu ta' approċċ rapidu;

11.

Jitlob li t-tabella ta’ valutazzjoni tas-suq intern tiġi estiża biex tkopri l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi;

12.

Jinkoraġġixxi federazzjonijiet kummerċjali u assoċjazzjonijiet tal-konsumatur biex jipprovdu iktar informazzjoni, taħriġ u pariri legali lill-partijiet interessati dwar id-drittijiet tagħhom u l-istrumenti li jsolvu l-problemi għad-dispożizzjoni tagħhom, bħal SOLVIT, u jappoġġjaw l-iskambju tal-aħjar prattiki bejniethom;

13.

Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiżviluppa strumenti li jiffaċilitaw l-aċċess tal-konsumaturi għal informazzjoni trasparenti, faċli tinftiehem, kumparabbli u affidabbli dwar il-prezzijiet, il-kwalità u s-sostenibbiltà tal-prodotti u s-servizzi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi database aċċessibbli b’mod faċli li jkun fiha r-rekwiżiti kollha tat-tikkettar tal-UE u nazzjonali; fl-istess ħin iwissi kontra l-multiplikazzjoni tat-tikketti u r-rekwiżiti tat-tikkettar u jitlob għas-simplifikazzjoni, inkluż billi jingħaqdu flimkien id-diversi aspetti tas-sostenibbiltà f’tikketta waħda, filwaqt li jitnaqqsu d-differenzi fir-rekwiżiti tat-tikkettar obbligatorji nazzjonali u jiġu stabbiliti, fejn xieraq, parametri referenzjarji/kriterji komuni fil-livell tal-UE;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni, meta tkun qed timmonitorja l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tagħha, biex tagħti attenzjoni partikolari għal azzjonijiet li għandhom l-għan li jappoġġaw il-bejjiegħ indipendenti; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jippromwovu azzjonijiet li jkollhom l-għan li jiffaċilitaw l-aċċess indaqs u biex joħolqu kundizzjonijiet ekwi għall-bejjiegħa indipendenti, f’rispett sħiħ tal-kompetizzjoni ħielsa u ġusta, bħal: l-inkoraġġiment tal-prinċipju “adotta ħanut” li permezz tiegħu l-bejjiegħa l-kbar jagħmluha ta’ “mentors” għall-ħwienet iż-żgħar fl-istess lokalità, partikolarment għall-atturi l-ġodda fis-suq; il-promozzjoni ta’ gruppi ta’ bejjiegħa indipendenti, inkluż il-kooperattivi, li jibbenefikaw mill-assistenza reċiproka u ċertu ekonomiji ta’ skala, filwaqt li jżommu l-indipendenza sħiħa tagħhom; u r-rispett tad-dritt tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li jistimulaw il-klima favur il-ħwienet indipendenti ż-żgħar li huma tipikament stabbiliti fiċ-ċentri tal-irħula, billi jbaxxu r-rati tal-enerġija – inkluż għal sinjali mixgħula bil-lejl – u l-kera permezz ta’ sħubiji pubbliċi-privati, u bl-introduzzjoni ta’ skontijiet fuq ir-rati għan-negozju tal-ispejjeż lokali li jħallsu n-negozji ż-żgħar u l-bejjiegħa indipendenti f’konformità mar-regoli applikabbli tal-UE dwar il-kompetizzjoni tal-għajnuna mill-istat u l-akkwist pubbliku fis-suq intern u bil-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn id-diversi ħwienet f’dik iż-żona;

15.

Ifakkar li, filwaqt li l-konċentrazzjoni ta’ ħwienet barra miċ-ċentri tal-bliet tista’ tkun konvenjenti għal xi konsumaturi, din tista' tħalli effetti ambjentali negattivi u tista' toħloq diffikultà għal konsumaturi oħrajn, partikolarment għal nies anzjani, nies b’mobilità ridotta jew dawk mingħajr karozza; jitlob, għalhekk, biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jadottaw approċċ bilanċjat, filwaqt li jikkunsidraw il-fatt li f'ħafna reġjuni, speċjalment minħabba l-kriżi ekonomika, il-punt ta' saturazzjoni diġà ntlaħaq; jenfasizza li l-iżviluppaturi bl-imnut għandhom ikomplu jassumu r-responsabbiltà kondiviża biex jippromovu s-sostenibbiltà, il-libertà vera tal-għażla għall-konsumaturi u aċċess għas-suq għal ħwienet żgħar; jinnota li r-renti taċ-ċentri tax-xiri barra ċ-ċentri tal-bliet jistgħu jkunu ferm għoljin għal ħwienet żgħar indipendenti u jenfasizza l-ħtieġa li jkunu żgurati kundizzjonijiet ugwali għal dawk il-ħwienet, pereżempju billi r-renta tkun ibbażata fuq perċentwali tal-fatturat, f'każijiet fejn dik mhijiex diġà prattika eżistenti;

16.

Jirrikonoxxi l-kompetenza tal-awtoritajiet lokali fir-rigward tal-ippjanar urban; jenfasizza, madankollu, li l-ippjanar urban m’għandux jintuża bħala pretest biex jiġi evitat id-dritt għall-istabbiliment liberu; ifakkar, f’dan il-kuntest, l-importanza tal-infurzar xieraq tad-Direttiva dwar is-Servizzi; iħeġġeġ lill-Istati Membri jneħħu l-ostakoli għall-moviment ħieles u jiftħu s-swieq tagħhom, sabiex jistimulaw il-kompetittività u jippromwovu d-diversità fost il-ħwienet, li hija essenzjali jekk iż-żoni kummerċjali – b’mod partikolari fiċ-ċentri tal-irħula u l-ibliet – iridu jibqgħu attraenti;

17.

Jenfasizza r-rwol importanti tas-sħubijiet pubbliċi-privati li jiżguraw żoni nodfa, sikuri u aċċessibbli fiċ-ċentri tal-irħula u l-ibliet, inter alia, billi jiġu indirizzati l-effetti negattivi tal-bini vojt fiż-żoni kummerċjali, eż. billi dawn il-postijiet ikunu disponibbli għan-negozji li jkunu għadhom jibdew b’kera iżjed baxxa mis-soltu, f’konformità mar-regoli applikabbli tal-UE dwar l-għajnuna mill-istat u l-akkwist pubbliku;

18.

Jinnota li l-iżvilupp rapidu tal-kummerċ elettroniku ġab benefiċċji sinifikanti għall-konsumaturi u n-negozji f’termini ta’ innovazzjoni, opportunitajiet ġodda għas-suq u tkabbir, għażla mtejba, kompetizzjoni mtejba u prezzijiet aktar baxxi; jinnota madankollu li l-ħwienet issa qed jiffaċċjaw sfidi ġodda, li jrendu għalhekk l-istrateġiji tas-settur tal-konsumaturi diversifikati dejjem iżjed importanti; jinkoraġġixxi lill-bejjiegħa, fid-dawl tar-rwol soċjali u kulturali tas-settur tal-konsumatur, jiżviluppaw mudelli tan-negozju ġodda online għall-klijentela tagħhom filwaqt li jespandu wkoll l-esperjenza tax-xiri fil-ħanut fiżiku, fost l-oħrajn, billi jżidu l-livelli tas-servizz, kemm qabel kif ukoll wara x-xiri;

19.

Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tinkoraġġixxi l-kummerċ elettroniku; jiddispjaċih madankollu dwar in-nuqqas ta’ objettiv biex is-servizzi u l-prodotti online jsiru aċċessibbli għall-konsumaturi mill-Istati Membri kollha; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi strateġija biex iżżomm lill-bejjiegħa milli jadottaw politiki diskriminatorji fil-prattiki tal-kummerċ elettroniku tagħhom, u b’hekk jiġi żgurat li ċ-ċittadini Ewropej kollha jkollhom aċċess mingħajr restrizzjonijiet għall-kummerċ online transkonfinali;

20.

Jenfasizza li l-kummerċ elettroniku huwa importanti sabiex tiġi żgurata l-għażla għall-konsumatur u l-aċċess għal prodotti u servizzi, b’mod partikolari fiż-żoni l-aktar imbiegħda; jenfasizza l-fatt li għandha tittieħed azzjoni xierqa biex jiġi żviluppat il-potenzjal sħiħ tiegħu, fosthom permezz tat-titjib tal-aċċess għall-internet fl-iktar żoni mbiegħda tal-UE; jappoġġja l-miżuri mitluba fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-11 ta' Jannar 2012 dwar il-kummerċ elettroniku biex titjieb il-fiduċja, tiġi ssimplifikata r-reġistrazzjoni tad-dominji madwar il-fruntieri, jitjiebu l-pagamenti online sikuri u s-servizzi ta’ konsenja, jiġi ffaċilitat l-irkupru tad-djun transkonfinali u titjieb l-informazzjoni għall-konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom, partikolarment dawk li jittrattaw il-każijiet fejn il-konsumatur jirritorna l-oġġett u l-possibilitajiet għall-appell;

21.

Itenni l-importanza tat-tneħħija tal-ostakoli (inkluż lingwistiċi, amministrattivi u dawk relatati ma' nuqqas ta' informazzjoni) li jillimitaw il-potenzjal tan-negozji fil-kummerċ transkonfinali online u jnaqqsu l-fiduċja tal-konsumaturi fis-Suq Uniku;

22.

Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni dwar it-Tariffa Multilaterali tal-Interkambju (MIF) u jenfasizza l-importanza li jitneħħew ir-regoli dwar l-iskemi tal-kards li jsaħħu l-effetti ta' kontra l-kompetizzjoni tal-MIF; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri li diġà għandhom sistemi trasparenti, kompetittivi u innovattivi u biex dawn tużahom bħala l-aħjar prattiki fl-iżvilupp ulterjuri ta’ suq tal-pagamenti aktar ekonomiku u ġust fl-Ewropa;

23.

Jenfasizza r-responsabbiltà tas-settur tal-bejgħ bl-imnut rigward is-sostenibbiltà; jilqa’ l-fatt li l-bejjiegħa u l-fornituri kienu minn ta’ quddiem rigward ir-responsabbiltà ekoloġika, b’mod partikolari rigward l-iskart, l-użu tal-enerġija, it-trasport u t-tnaqqis tas-CO2; iqis li huma meħtieġa iżjed sforzi f’dan il-qasam;

24.

Jilqa’ b’mod partikolari l-inizjattivi volontarji u l-impenji meħuda mill-bejjiegħa u l-fornituri biex titnaqqas il-ħela tal-ikel;

25.

Itenni l-importanza li jiġi preservat is-settur tal-kummerċ tal-konsumatur f'bankarelli u fis-swieq f’ żoni pubbliċi, settur li prinċipalment hu magħmul minn eluf ta' intrapriżi żgħar immexxija minn familji u fl-istess ħin jirrappreżenta karatteristika partikolari tal-ekonomija Ewropea;

26.

Jenfasizza l-fatt li l-bejjiegħa qed joffru modi diversi u moderni għax-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti u servizzi li jikkontribwixxu biex il-konsumatur ikollu għażla aktar wiesa’ u opportunitajiet ta’ impjieg flessibbli, b’mod partikolari għaż-żgħażagħ u għal persuni li ilhom qiegħda;

27.

Jitlob biex jingħata aktar appoġġ u inkoraġġiment lill-SMEs u lill-kooperattivi, b'mod partikolari dawk innovativi u li jikkontribwixxu għall-ekonomija soċjali, li jindirizzaw il-ħtiġijiet ġodda tas-suq u huma involuti f'attivitajiet favur l-ambjent u soċjalment responsabbli, sabiex tiżdied il-kompetittività tas-settur tal-konsumaturi tal-UE, jitbaxxew il-prezzijiet għall-konsumaturi, titjieb il-kwalità tas-servizz u jinħolqu opportunitajiet ta’ impjieg ġodda;

28.

Ifakkar fl-importanza tal-implimentazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni soċjali u tax-xogħol eżistenti; jitlob kundizzjonijiet ugwali għan-negozjanti fis-suq intern biex jiġu miġġielda x-xogħol mhux dikjarat u l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi soċjali;

29.

Jilqa’ l-franchising bħala mudell ta’ negozju li jappoġġja n-negozji ġodda u s-sjieda ta’ negozji żgħar; jinnota, madankollu, l-eżistenza ta' termini ta' kuntratt inġusti f'ċerti każijiet u jitlob għat-trasparenza u kuntratti ġusti; jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri, b’mod partikolari, għall-problemi li jiffaċċjaw il-konċessjonarji li jkunu jixtiequ jbiegħu n-negozju tagħhom jew jibdlu l-formola tan-negozju tagħhom, filwaqt li jibqgħu attivi fl-istess settur; jitlob li l-Kummissjoni teżamina l-projbizzjoni ta’ mekkaniżmi tal-iffissar tal-prezzijiet fis-sistemi tal-franchising u l-effetti tal-klawżoli tal-kompetizzjoni fit-tul, l-għażliet ta’ xiri u l-projbizzjoni tal-multi-franchising u biex tqis mill-ġdid f’dan ir-rigward l-eżenzjoni attwali mir-regoli tal-kompetizzjoni għall-partijiet kontraenti li għandhom sehem mis-suq ta’ inqas minn 30 %;

30.

Jinsab imħasseb dwar l-iżvilupp rapidu tat-tikketti privati; jenfasizza li t-tikketti privati għandhom jiġu żviluppati b’tali mod li jipprovdu għażla mtejba għall-konsumatur, partikolarment f’dak li għandu x’jaqsam mat-trasparenza, il-kwalità tal-informazzjoni u d-diversità, u biex jipprovdu opportunitajiet tajbin għall-SMEs biex jiġġeddu u jespandu;

31.

Jappoġġja l-ħidma tal-Forum ta’ Livell Għoli għal Katina tal-Provvista Alimentari li Taħdem Aħjar u tal-Pjattaforma Esperta tiegħu dwar prattiki kuntrattwali B2B; iqis li l-Parlament għandu b’urġenza jirrisolvi l-kwistjonijiet pendenti relatati mal-parteċipazzjoni tiegħu fil-ħidma tal-Forum; jenfasizza li l-UTPs iseħħu wkoll fil-katina tal-provvista mhux alimentari; jitlob lill-Kummissjoni u lill-federazzjonijiet tan-negozju, f'dan il-kuntest, biex isegwu djalogu kostruttiv u bejn is-setturi fil-fora attwali, li jinkludi wkoll il-Laqgħa ta’ Diskussjoni dwar is-Suq tal-Konsumaturi organizzata ta’ kull sena u l-Grupp dwar il-Kompetittività tas-Settur li jmiss tal-Konsumatur tal-Kummissjoni;

32.

Jilqa’ l-prinċipji ta’ prattika tajba u l-lista ta’ eżempji ta’ prattiki ġusti u inġusti f’relazzjonijiet kummerċjali vertikali fil-katina tal-provvista alimentari, kif ukoll il-qafas għall-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ dawn il-prinċipji; jilqa’ r-rikonoxximent mill-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ dwar il-ħtieġa għall-infurzar u jenfasizza li, jekk il-mekkaniżmu ta’ infurzar għandu jkollu effett prattiku, huwa vitali li jkollu r-rispett tal-atturi kollha fil-katina tal-provvista alimentari u li l-atturi kollha, inkluż l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa kif ukoll l-industriji tal-manifattura u tad-distribuzzjoni bl-ingrossa, jipparteċipaw; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-effetti prattiċi tal-inizjattiva volontarja, inkluż l-infurzar tal-prinċipji ta' prattika tajba, fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ tagħha;

33.

Jinnota li l-kwistjonijiet dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali vertikali jitqajmu wkoll f’konnessjoni mal-arranġamenti ta’ distribuzzjoni selettivi u esklussivi fil-bejgħ tal-prodotti b’marka kummerċjali; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-bejjiegħa u tas-sidien tal-ħwienet li għandhom saħħa ta’ negozjar aktar limitata;

34.

Iqis li atturi tas-suq aktar dgħajfa, partikolarment bdiewa u fornituri oħra, ta' spiss iqisuha bħala diffikultà li jilmentaw dwar UTPs u jenfasizza, f'dan il-kuntest, ir-rwol importanti tal-assoċjazzjonijiet, li għandhom ikunu jistgħu jressqu tali ilmenti f'isimhom; jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-ħtieġa u l-fattibbiltà ta' ombudsman jew aġġudikatur, kif ukoll teżamina jekk tali uffiċċju għandux ikollu s-setgħa li jieħu azzjoni ex-officio fil-każ ta' prattiki kummerċjali inġusti (UTPs) ibbażati fuq evidenza;

35.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura d-dritt tal-fornituri ż-żgħar li jistabbilixxu gruppi ta' produtturi mingħajr ma jiġu ppenalizzati mill-awtoritajiet nazzjonali dwar il-kompetizzjoni minħabba li l-importanza ta’ dawn il-gruppi tiġi vvalutata abbażi tal-produzzjoni nazzjonali waħedha;

36.

Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-leġiżlazzjoni attwali dwar ir-restrizzjonijiet fuq il-provvista territorjali imposti mill-fornituri fuq il-konsumaturi tagħhom;

37.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 9.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2013)0239.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2013)0436.

(4)  ĠU C 308 E, 20.10.2011, p. 22.

(5)  ĠU C 184 E, 6.8.2009, p. 23.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2012)0468.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2013)0327.

(8)  http://www.eesc.europa.eu/?i=portal.en.int-opinions.26063.

(9)  http://www.eesc.europa.eu/?i=portal.en.int-opinions.26065.

(10)  ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64.

(11)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.

(12)  ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.

(13)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21.

(14)  ĠU L 48, 23.2.2011, p. 1.

(15)  ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1.


Il-Ħamis 12 ta’ Diċembru 2013

15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/146


P7_TA(2013)0584

Ekoinnovazzjoni – Impjiegi u Tkabbir permezz tal-politika ambjentali

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar l-Ekoinnovazzjoni – Impjiegi u Tkabbir permezz tal-politika ambjentali (2012/2294(INI))

(2016/C 468/19)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Ewropa 2020: Strateġija Ewropea għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv” (COM(2010)2020),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Innovazzjoni għal Futur Sostenibbli – Il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Eko-innovazzjoni (Eco-AP)” (COM(2011)0899),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020: Unjoni tal-Innovazzjoni” (COM(2010)0546),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza – Inizjattiva ewlenija taħt l-Istrateġija Ewropa 2020” (COM(2011)0021),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni ‘Jitħeġġu t-teknoloġiji għall-iżvilupp sostenibbli: Pjan ta’ Azzjoni għal Teknoloġiji Ambjentali għall-Unjoni Ewropea’ (COM(2004)0038),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Viżjoni strateġika għal standards Ewropej: Il-mixja ’l quddiem biex jittejjeb u jitħaffef it-tkabbir sostenibbli tal-ekonomija Ewropea sal-2020” (COM(2011)0311),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Rio+20: Lejn l-ekonomija ekoloġika u governanza aħjar” (COM(2011)0363),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050” (COM(2011)0112),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi: Kontribut Ewropew lejn livell massimu ta’ impjiegi” (COM(2010)0682),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament li jistabbilixxi Orizzont 2020 – Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) (COM(2011)0809),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Orizzont 2020”– Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni" (COM(2011)0808),

wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni “Adattament għat-tibdil fil-klima: Lejn qafas Ewropew għall-azzjoni” (COM(2009)0147),

Wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummisjoni “Il-bidla ta’ Sfidi f’Opportunitajiet: Lejn Qafas Strateġiku Komuni għall-finanzjament tar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-UE” (COM(2011)0048),

wara li kkunsidra l-istrument il-ġdid “Garanzija għaż-Żgħażagħ”,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Novembru 2010 dwar Sħubijiet Ewropej għall-Innovazzjoni fl-inizjattiva ewlenija Unjoni ta' Innovazzjoni (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-24 ta’ Mejju 2012 dwar Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Settembru 2011 dwar l-iżvilupp ta' pożizzjoni komuni tal-UE qabel il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Rio+20) (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Marzu 2012 dwar Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-2050 (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2011 dwar il-finanzjament innovattiv fil-livell globali u Ewropew (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2011 bit-titlu “Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva” (6),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm Speċfiku li Jimplimenta l-Orizzont 2020 – Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014 – 2020) (COM(2011)0811),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummisjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) COM(2011)0874),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Mejju 2011 bit-titlu “Unjoni tal-Innovazzjoni: inbiddlu l-Ewropa għal dinja wara l-kriżi” (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Ġunju 2012 bit-titlu “Lejn irkupru mogħni bl-impjiegi” (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Settembru 2010 dwar l-iżvilupp tal-potenzjal ta' ħolqien ta' impjiegi ta' ekonomija sostenibbli ġdida (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Settembru 2012 dwar ir-rwol tan-nisa fl-ekonomija ekoloġika (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Mejju 2010 dwar il-White Paper tal-Kummissjoni: “Adattament għat-tibdil fil-klima: Lejn Qafas Ewropew għall-azzjoni” (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Settembru 2011 dwar il-Green Paper “Il-bidla ta’ Sfidi f’Opportunitajiet: Lejn Qafas Strateġiku Komuni għall-finanzjament tar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-UE” (12),

wara li kkunsidra r-rapport Nru 315 tal-Flash Eurobarometer bit-titlu “L-attitudnijiet tal-intraprendituri Ewropej lejn l-eko-innovazzjoni, Marzu 2011”,

wara li kkunsidra r-rapport “L-analiżi u t-rapportar dwar ir-riżultati miksuba mill-proġetti ta’ replikazzjoni tas-suq tal-Ekoinnovazzjoni CIP” (Analysing and reporting on the results achieved by CIP Eco-Innovation market replication projects”) mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetitività u l-Innovazzjoni (EACI) ippubblikat f’Mejju 2013;

wara li kkunsidra l-Inizjattiva tal-2008 tal-UNEP, l-ILO, l-IOE u l-ITUC dwar l-Impjiegi Ekoloġiċi bit-titlu “Impjiegi Ekoloġiċi: Lejn Xogħol Diċenti f’Dinja Sostenibbli u b’Emissjonijiet Baxxi ta’ Karbonju”,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-2009 tal-Greenpeace u tal-Kunsill Ewropew għall-Enerġiji Rinnovabbli (EREC) ‘Naħdmu għall-klima: enerġija li tiġġedded u r-rivoluzzjoni tal-impjiegi ekoloġiċi,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-2007 tal-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trejdjunjins (ETUC) u l-Aġenzija għall-Iżvilupp Soċjali (SDA) bit-titlu “It-Tibdil fil-Klima u l-Impjiegi: mpatt tat-tibdil fil-klima fuq l-impjiegi fil-25 pajjiż tal-Unjoni Ewropea u l-miżuri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 sal-2030”,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound ta’ Jannar 2013 bit-titolu “Nagħmlu l-Industriji fl-UE iktar Ekoloġiċi: L-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tal-effetti fuq il-kwantità u l-kwalità tal-impjiegi”, u l-bażi ta' data tal-istudji tal-każijiet tiegħu;

wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tal-2011 bit-titolu “Relazzjonijiet industrijali u sostenibilità: ir-rwol tas-sħab soċjali fit-tranżizzjoni lejn ekonomija iktar ekoloġika”;

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0333/2013),

A.

billi ambjent nadif u b’saħħtu huwa prekundizzjoni għaż-żamma tal-prosperità u għal kwalità ta’ ħajja għolja fl-Ewropa, iżda hekk ukoll hi s-saħħa u l-kompetittività tal-ekonomija;

B.

billi sfidi ambjentali, bħat-tibdil fil-klima, l-iskarsezza tar-riżorsi u d-degradazzjoni tal-bijodiversità, jeħtieġu tranżizzjoni radikali tal-ekonomija tagħna fejn it-teknoloġija nadifa jkollha rwol ewlieni;

C.

billi l-iskala tal-kriżi tippreżenta opportunità unika u storika biex iġġib il-quddiem bidla trasformazzjonali fl-ekonomiji tagħna, twitti t-triq għal żvilupp fit-tul sostenibbli;

D.

billi t-tkabbir tal-GreenTech fis-snin li għaddew wera li l-investiment fit-tkabbir ekoloġiku mhuwiex dazju għoli iżda opportunità ekonomika enormi; Billi għalkemm kważi kull settur sofra telf kbir b’riżultat tar-riċessjoni, is-settur ekoloġiku sofra tnaqqis fit-tkabbir iżda għadu qed jikber;

E.

billi huwa meħtieġ li tiġi sostitwita l-ekonomija intensiva fir-riżorsi kurrenti b’waħda li tuża r-riżorsi b’effiċjenza, billi jiġu trasformati l-industriji stabbiliti f’industriji b’valur miżjud għoli li joħolqu l-impjiegi filwaqt li jipproteġu l-ambjent;

F.

billi soluzzjonijiet favur l-ambjent jattiraw ġenerazzjoni ġdida ta’ manifattura u servizzi ta’ teknoloġija għolja, iżidu l-kompetittività Ewropea u joħolqu impjiegi ġodda ta’ kapaċità għolja;

G.

billi permezz tal-appoġġ għal proċessi ġodda biex inaddfu l-proċessi tal-produzzjoni, il-metodi tal-immaniġġjar ġodda, it-teknoloġiji ġodda u s-servizzi ġodda biex jagħmlu n-negozju iktar ekoloġiku, l-eko-innovazzjoni taġixxi biex tgħin lill-Ewropa tagħmel l-aħjar użu mill-opportunitajiet li għandha, filwaqt li tindirizza l-isfidi kurrenti;

H.

billi l-prezzijiet tar-riżosi żdiedu b’mod estensiv matur l-aħħar snin u l-kompetittività tal-kumpaniji għalhekk hija iktar iddeterminata mill-effiċjenza tar-riżorsi tagħhom;

I.

billi l-istorja wriet li huwa diffiċli għall-awtoritajiet biex jipprevedu liema teknoloġiji innovattivi se jkunu kompetittivi fis-suq;

J.

billi l-inċentivi fiskali jistgħu jkunu għodda utli għat-titjib tal-ekoinnovazzjoni fl-Ewropa.

K.

billi l-Ewropa hija mexxej fl-iżvilupp tat-teknoloġiji l-ġodda; billi jeżistu ħafna ostakoli għall-iżvilupp u l-użu usa’ ta’ teknoloġiji ambjentali, bħal lock-in għat-teknoloġiji eżistenti, is-sinjali tal-prezzijiet li għandhom it-tendenza li jiffavorixxu soluzzjonijiet inqas ekoeffiċjenti, aċċess diffiċli għall-iffinanzjar u għarfien tal-konsumatur baxx; billi l-isfida hija għalhekk li jitjieb ir-rendiment ambjentali ġenerali tal-prodotti tul iċ-ċiklu kollu ta’ ħajjithom, li tingħata spinta qawwija lid-domanda għal prodotti u teknoloġiji ta’ produzzjoni aħjar u li l-konsumaturi jiġu megħjuna jagħmlu għażliet infurmati.

L.

billi t-tikketti li jindikaw il-kredenzjali ambjentali tal-prodotti u s-servizzi għandhom jipprovdu informazjzoni ċara u oġġettiva u jevitaw li jqarrqu bil-konsumatur (“greenwashing”);

M.

billi l-industriji ekoloġiċi llum il-ġurnata jipprovdu 3,4 miljun impjieg u stima ta’ qligħ annwali ta’ EUR 319-il biljun; billi f’ħafna pajjiżi, il-green tech hija diġà jew dalwaqt se ssir l-ikbar teknoloġija li tħaddem;

N.

billi l-ekoinnovazzjoni hija fundamentali għall-iżvilupp mill-UE ta’ strateġija ta’ tkabbir li tkun sostenibbli mil-lat ambjentali, ekonomiku u soċjali, u li twassal għal opportunitajiet ta' impjieg ta' kwalità f’varjetà ta’ setturi;

O.

billi t-Tabella tal-Valutazzjoni tal-Eko-innovazzjoni 2010 (Eco-IS) turi prestazzjoni ta’ eko-innovazzjoni favorevoli f’diversi Stati Membri, iżda minkejja dan, l-ebda pajjiż tal-UE wieħed jew grupp ta’ pajjiżi ma jista’ bħalissa jservi bħala mudell għall-prestazzjoni tal-eko-innovazzjoni fl-UE;

P.

billi r-rapport Nru 315 tal-2011 tal-Flash Eurobarometer, dwar l-attitudnijiet tal-intraprendituri Ewropej lejn l-eko-innovazzjoni, juri li l-SMEs jaffaċċjaw żieda fl-ispejjeż materjali, għalkemm il-maġġoranza introduċew proċessi jew metodi tal-produzzjoni eko-innovattiva ġodda jew imtejba b’mod sinifikanti sabiex inaqqsu l-ispejjeż tal-materjali u li jaffaċċjaw ukoll il-problema ta’ aċċess mhux biżżejjed għal sussidji u inċentivi fiskali eżistenti u talbiet inċerti mis-suq;

Q.

billi l-analiżi tal-Inizjattiva Ekoinnovattiva CIP turi li l-benefiċċji ambjentali, ekonomiċi u tal-impjieg mistennija huma ħafna akbar mill-ispejjeż pubbliċi;

R.

billi l-kejl tal-eko-innovazzjoni huwa rekwiżit prinċipali għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni u l-progress tal-Istati Membri tal-UE lejn tkabbir intelliġenti u sostenibbli fl-Ewropea, iżda d-disponibbiltà tad-dejta dwar l-eko-innovazzjoni hija limitata u l-kwalità tagħha tvarja b’mod sinifikanti bejn l-indikaturi;

S.

billi min ifassal il-politiki u partijiet interessati oħra għandhom fehmiet differenti dwar x’inhi l-eko-innovazzjoni u lejn xiex għandha timmira;

T.

billi jeżistu kriterji ta’ valutazzjoni differenti użati għad-definizzjoni ta’ termini bħal “ekoinnovazzjoni” u “impjiegi ekoloġiċi intelliġenti” (eż. fi ħdan id-definizzjonijiet tal-ILO, UNEP, CEDEFOP, OECD jew tal-Eurostat), li jistgħu jwasslu għal statistiċi diverġenti dwar l-ekoinnovazzjoni, l-impjiegi ekoloġiċi u t-tkabbir;

U.

billi r-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-7 ta' Settembru 2010 dwar l-iżvilupp tal-potenzjal ta' ħolqien ta' impjiegi ta' ekonomija sostenibbli ġdida tagħmel riferenza għad-definizzjoni ta' impjiegi sostenibbli tal-ILO u tenfasizza li l-ekoinnovazzjoni għandha rwol importanti fis-setturi kollha industrijali u tal-manifattura;

V.

billi attwalment jeżistu aktar minn 240 proġetti ffinanzjati mill-iskema tal-eko-innovazzjoni; billi f'Mejju 2013 il-Kummissjoni nediet sejħa ġdida għall-għażla ta' 45 proġett ieħor tal-ekoinnovazzjoni li joffru soluzzjonijiet ġodda fir-rigward tal-ambjent; billi l-operazzjoni u l-iffinanzjar tal-Inizjattiva Ekoinnovattiva tas-CIP appoġġjaw lill-iżviluppaturi tal-ekoinnovazzjoni Ewropej billi pprovdew il-kapital ta’ riskju li kieku ma kienx ikun aċċessibbli;

W.

billi għall-perjodu 2014-2020 il-programm il-ġdid Orizzont 2020 tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni huwa l-istrument finanzjarju li jimplimenta l-Unjoni tal-Innovazzjoni; billi skont il-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss (MFF 2014-2020) l-Inizjattiva Eko-innovattiva hija wkoll koperta permezz ta’ LIFE (Programm għall-ambjent u l-Azzjoni Klimatika 2014-2020);

X.

billi hemm żieda preokkupanti fir-rata tal-qgħad taż-żgħażagħ u ħtieġa qawwija ta' politiki li jwasslu għal opportunitajiet ta' impjiegi li jkunu aktar u aħjar għaż-żgħażagħ;

Y.

billi l-inizjattiva “Ħiliet Ġodda għal Impjiegi Ġodda” tal-Kummissjoni, li tirrikonoxxi l-kooperazzjoni mal-Istati Membri, intlaqgħet mill-Parlament;

Politiki ġenerali għall-ħolqien ta’ tkabbir sostenibbli u impjiegi intelliġenti

1.

Jitlob lill-Kummissjoni tibqa’ taħdem fuq viżjoni għall-UE kollha ta’ eko-innovazzjoni fil-kuntest tal-bidla għal ekonomija li tuża r-riżorsi b’effiċjenza u b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, iżda wkoll biex tiffoka fuq miri konkreti, oqsma ta’ prijorità u tragwardi;

2.

Jappoġġa l-inizjattiva ewlenija tal-Kummissjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020, li għandha l-għan li tibda l-bidla minn issa lejn ekonomija sostenibbli; jenfasizza, barra minn hekk, li investiment immirat għat-trasformazzjoni ekoloġika tar-reġjuni tal-UE huwa wieħed mill-aktar strumenti utli biex jintlaħqu l-għanijiet strateġiċi tal-konverġenza reġjonali u l-koeżjoni territorjali;

3.

Jinnota l-potenzjal għal ħolqien dirett u indirett ta’ impjiegi ta' kwalità bis-saħħa tal-implimentazzjoni sħiħa tal-istrateġija UE 2020; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom f’dan il-qasam; jilqa’ l-promozzjoni mill-Kummissjoni ta’ strateġija integrata għal tkabbir ekoloġiku fl-ambitu tal-inizjattiva emblematika “Unjoni tal-Innovazzjoni” u, b’mod partikolari, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ekoinnovazzjoni bħala pass fid-direzzjoni t-tajba;

4.

Jisħaq l-importanza tal-leġiżlazzjoni bħala mezz biex tiżdied id-domanda għal teknoloġiji ambjentali; jemmen li l-kompetittività tal-produzzjoni Ewropea tiddependi fuq il-fatt li l-Ewropa tkun minn ta’ quddiem globalment fil-prodotti u l-produzzjoni ekoeffiċjenti;

5.

Jitlob lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji biex jallinjaw il-ħiliet tal-ħaddiema mal-opportunitajiet offruti mis-settur Green Tech, u jħarsu lejn subsetturi differenti u l-ħtiġijiet tagħhom għall-ħaddiema kwalifikati;

6.

Jenfasizza l-benefiċċji ambjentali u ekonomiċi duwali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli ħadra, f'termini tal-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli kemm fl-UE u fid-dinja li qed tiżviluppa, permezz tal-parteċipazzjoni akbar fil-produzzjoni ta' fjuwils u materjali innovattivi, kif ukoll l-opportuniatjiet ta' impjieg li jiġu mill-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-bijomaterjali għan-negozji u għall-konsumaturi pubbliċi, privati u domestiċi; jenfasizza li dawn l-opportunitajiet għandhom joħolqu impjiegi ta’ kwalità u sostenibbli kemm għall-ħaddiema kwalifikati kif ukoll għal dawk li mhumiex; jirrikonoxxi li għandu jiġi żviluppat qafas regolatorju stabbli u għat-tul biex tiġi promossa s-sostenibilità bl-użu ta' strumenti finanzjarji eżistenti;

7.

Jinnota l-isfidi kumplessi fir-rigward tas-sigurtà tal-ikel, tat-tibdil fil-klima, tal-kwalità tal-ħamrija, tal-iskarsezza tal-materja prima, tat-trasformazzjoni lejn sistemi ta’ enerġija rinnovabbli u tal-effiċenza enerġetika, eċċ; jagħraf li l-ekoinnovazzjoni jista’ jkollha rwol importanti biex tindirizza ħafna minn dawn l-isfidi; itenni li din it-tranżizzjoni teħtieġ approċċ olistiku li jkun jinkludi l-edukazzjoni, it-taħriġ, l-iżvilupp tal-ħiliet, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-investiment fis-settur privat u pubbliku u l-iżvilupp tal-infrastruttura, li kollha jikkontribwixxu għal opportunitajiet ta’ impjiegi varji u sostenibbli.

8.

Jemmen li mhumiex biss is-sussidji li l-kumpaniji Ewropej innovattivi jeħtieġu, iżda wkoll leġiżlazzjoni aħjar, rabtiet aħjar mal-bażi ta’ riċerka u aċċess aħjar u aktar divers għall-iffinanzjar u l-finanzjament, li jvarja minn għotjiet, għal self u finanzjament ta’ ekwità; jistieden, għalhekk lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni joħolqu kundizzjonijiet adegwati fuq livell nazzjonali u Ewropew;

9.

Jisħaq li l-impjieg Green Tech m’għandux ikun limitat għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, iż-żieda tal-effiċjenza tal-enerġija u għas-settur tat-trasport, peress li t-tkabbir ekoloġiku huwa opportunità għas-setturi kollha, li għalhekk għandhom jinvestigaw l-għażliet ta’ żvilupp u jtejbu l-għarfien tal-konsumatur dwar l-importanza li jinxtraw prodotti ekoloġiċi;

10.

Jemmen li huwa meħtieġ żvilupp malajr ta’ teknoloġija nadifa sabiex tiżdied il-kompetittività tal-kumpaniji; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni tqiegħed l-ekoinnovazzjoni fiċ-ċentru tal-politika industrijali tagħha;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-iżvilupp tal-istandards tat-tikkettar u definizzjonijiet ċari biex jiġu identifikati u kkomunikati l-kredenzjali ambjentali tal-prodotti u s-servizzi;

12.

Jemmen li ekonomija sostenibbli ġdida għall-UE trid tiżgura żvilupp ekonomiku u soċjali bbilanċjat; jitlob li jkun hemm politika industrijali sostenibbli u ambizzjuża, b’enfasi fuq l-effiċjenza tar-riżorsi; ifakkar li l-effiċjenza tar-riżorsi u l-effiċjenza tal-materjali tnaqqas l-ispejjeż għall-industrija u l-unitajiet domestiċi, tillibera riżorsi għal investiment ieħor u tagħmel lill-ekonomija tal-UE inqas dipendenti fuq riżorsi skarsi u swieq ta’ riżorsi volatili ħafna; jisħaq li l-ekonomija ekoloġika jeħtieġ toffri prospetti għal impjiegi deċenti, li jkunu mħallsa tajjeb, b’opportunitajiet indaqs kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa, b’attenzjoni fuq il-ħarsien tal-ambjent;

13.

Jenfasizza li filwaqt li l-ekoindustriji llum jimpjegaw 3,4 miljun ħaddiem u jipprovdu introjtu annwali li hu stmat EUR 319 biljun, il-potenzjal għall-ħolqien ta' tkabbir reġjonali, l-opportunitajiet ta' impjiegi u benefiċċji ambjentali għadu fil-parti l-kbira tiegħu ma ġiex sfruttat u jfakkar, b'rabta ma' dan li l-ispiża tan-nuqqas ta' azzjoni se tkun għolja;

14.

Jenfasizza li s-suċċess tal-ekoinnovazzjoni jeħtieġ investimenti mmirati u fit-tul, li għandhom ikopru b’mod speċjali l-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ, ir-riċerka u l-iżvilupp, kif ukoll l-infrastruttura, eċċ.;

15.

Jilqa' l-programmi tal-universitá eżistenti u l-programmi tat-taħriġ iffukati fuq sostenibbiltá ekoloġika, ekonomika u soċjali; jenfasizza li jridu jintlaħqu bżonnijiet edukattivi ġodda fir-rigward tal-iżvilupp ta' impjiegi sostenibbli;

16.

Jinsab konvint sew li l-poltika ambjentali bbażata fuq l-ekonomija tas-suq tista' sservi ta' mutur għat-tkabbir u l-impjieg fil-fergħat kollha tal-ekonomija; jenfasizza li kundizzjonijiet ta' qafas prevedibbli u favur l-investiment huma l-bażi li se jippermettu n-negozju innovattiv jagħmlu l-aħjar użu possibbli minn dawn l-opportunitajiet għall-benefiċċju tal-ambjent u tal-impjegati;

17.

Jirrikonoxxi l-fatt li t-tranżizzjoni ekonomika lejn negozji “niċċa” ġodda tista’ tattira lill-ġenerazzjoni żagħżugħa ta’ ħaddiema u twassal għal opportunitajiet ġodda fl-ispettru tal-ekoinnovazzjoni;

Il-kunċett tal-Eko-innovazzjoni

18.

Jilqa’ l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Innovazzjoni għal Futur sostenibbli – Il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ekoinnovazzjoni (Eco-AP)” (COM(2011)0899);

19.

Jenfasizza l-effetti ta’ sinerġija potenzjali tal-ekoinnovazzjoni fil-ħolqien ta’ impjiegi sostenibbli u ta' kwalità, il-protezzjoni tal-ambjent u t-tnaqqis tad-dipendenza ekonomika;

20.

Jenfasizza d-dimensjoni wiesa’ tal-kunċett tal-eko-innovazzjoni, sakemm tiġi definita bħala kwalunkwe forma ta’ innovazzjoni li għandha l-għan li twassal għall-progress fil-kisba tal-mira ta’ żvilupp sostenibbli, billi tnaqqas l-impatti fuq l-ambjent u li tikseb użu tar-riżorsi aktar effiċjenti u responsabbli;

21.

Jitlob lill-Kummissjoni tfassal perċezzjonijiet differenti tal-eko-innovazzjoni u l-isfidi relatati magħha u tibni fehim komuni dwar l-opportunitajiet strateġiċi differenti li l-eko-innovazzjoni toffri għall-futur;

22.

Jikkunsidra d-definizzjoni ta’ “impjiegi ekoloġiċi” tal-Eurostat (fis-settur tal-oġġetti u s-servizzi ambjentali), li pereżempju tistipula li t-teknoloġiji u l-prodotti ekoloġiċi jrid ikollhom protezzjoni ambjentali jew skop tal-immaniġġjar tar-riżorsi bħala l-objettiv primarju tagħhom, biex ikunu utli biex jevitaw statistiċi diverġenti, iżda jikkunsidra meħtieġ li jkompli jiżviluppa definizzjoni uniformi mal-UE kollha tat-tkabbir u l-impjiegi ekoloġiċi, li pereżempju tkun tinkludi wkoll is-settur tat-trasport pubbliku; iqis li huwa utli li tiġi kkunsidrata definizzjoni ta’ “impjiegi ekoloġiċi” iktar komprensiva li tinkludi impjiegi/attivitajiet addizzjonali fil-pass li jmiss;

23.

Jenfasizza l-potenzjal ta’ benefiċċju għall-ambjent mhux sfruttat tal-ekoinnovazzjoni, sakemm tkun mistennija li tgħin biex tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, sustanzi niġġiesa oħra u l-ġenerazzjoni tal-iskart, fost l-oħrajn, permezz ta’ żieda fl-użu ta’ materjali riċiklati u tal-produzzjoni ta’ prodotti ta’ kwalità li jħallu impatt anqas fuq l-ambjent, kif ukoll tiffaċilita proċessi ta’ produzzjoni u servizzi li huma favur l-ambjent; jenfasizza l-bżonn għal azzjonijiet immirati fir-rigward tad-diffikultajiet u tal-barrikati li jikkostitwixxu ostakoli għall-kummerċjalizzazzjoni tal-ekoinnovazzjoni u tal-internazzjonalizzazzjoni ta’ dawn il-prodotti u servizzi;

24.

Jitlob lill-Kummissjoni tinkludi rakkomandazzjonijiet dwar l-ekoinnovazzjoni speċifiċi fis-Semestru Ewropew sabiex tippromwovi t-tkabbir sostenibbli

25.

Jagħraf li l-ekoinnovazzjoni tippreżenta opportunitajiet ċari għal negozji “niċċa” ġodda, u toffri possibilitajiet għall-SMEs, għas-“self-starters”, għal dawk li jaħdmu għal rashom u l-imprendituri, li jibbenefikaw minn swieq u mudelli ġodda ta’ negozju, kif ukoll tagħti ħajja ġdida lis-setturi ekonomiċi tradizzjonali eżistenti billi tagħtihom possibilitajiet biex iħaddru l-impjiegi eżistenti, billi jadattaw għal metodi ta' produzzjoni u ta' ħidma li jkunu sostenibbli u effiċjenti mill-użu tar-riżorsi;

26.

Jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa approċċ sistematiku għall-politka tal-eko-innovazzjoni, b’kundizzjonijiet sodi ta’ qafas li jippermettu kundizzjonijiet ekwi għall-eko-innovazzjoni fin-negozji u infrastruttura li tippermetti lin-negozji u lill-konsumaturi jagħmlu għażliet sostenibbli;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw ekostandards għall-akkwist pubbliku biex jiżdied ir-rwol tal-konsumatur inizjali tal-istituzzjonijiet pubbliċi;

28.

Jinnota partikolarment l-importanza tal-aċċess għal żvilupp adattat ta’ taħriġ u ħiliet fi ħdan il-qafas tal-ekoinnovazzjoni, biex tiġi provduta forza tax-xogħol tas-sengħa għal in jimpjega, biex iż-żgħażagħ jiġu mgħammra bl-għarfien, ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jsibu impjieg bl-opportuniatjiet tal-innovazzjonijiet emerġenti, u jiffaċilitaw it-tranżizzjoni tal-ħaddiema minn setturi li sejrin lura lejn setturi emerġenti ġodda u ħodor; jenfasizza f’dan ir-rigward l-opportunitajiet offruti mill-“apprendistati rurali” u forom oħra ta’ taħriġ vokazzjonali għall-iżvilupp ta' dawn is-settijiet ta’ ħiliet ġodda;

29.

Jirrakkomanda li jiġi promoss il-potenzjal kreattiv u innovattiv taż-żgħażagħ biex dawn jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli, u li jitjieb l-aċċess tagħhom għall-fondi;

UE, l-Istati Membri u r-reġjuni

30.

Jenfasizza l-ħtieġa għas-simplifikazzjoni tal-kunċett tal-ekoinnovazzjoni fl-oqsma politiċi kollha, minħabba li l-ekoinnovazzjoni hija qasam tal-politika transversali; Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkoraġġixxu kooperazzjoni fil-ministeri u l-livelli tal-politka u jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-politki fuq bażi regolari;

31.

Jitlob lill-atturi prinċipali kollha jaħdmu flimkien fuq it-tkabbir, l-innovazzjoni u l-impjiegi ekoloġiċi f’kull settur u biex jagħmlu użu mill-istrumenti eżistenti bħal pjattaformi teknoloġiċi, bordijiet esperti fuq il-ħiliet, inizjattivi konġunti tat-teknoloġija, swieq ewlenin, raggruppamenti u gruppi industrijali ta’ livell għoli;

32.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jfasslu leġiżlazzjoni ġdida u jsaħħu l-leġiżlazzjoni eżistenti fil-qasam tal-iżvilupp u l-użu tal-enerġiji rinovabbli u jżidu l-effiċjenza tal-enerġija, jipprovdu ċertezza legali u kundizzjonijiet ekwi u jagħtu spinta lill-investiment pubbliku u privat;

33.

Jitlob lill-Istati Membri jtejbu l-koordinazzjoni ta’ dawn il-politki u b’mod partikolari jappoġġjaw l-isħubiji reġjonali għat-tkabbir, l-innovazzjoni, l-impjiegi u l-opportunitajiet indaqs bejn in-nisa u l-irġiel, kif ukoll inizjattivi transkonfinali;

34.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-potenzjal ta’ impjieg tal-kunċett tal-ekoinnovazzjoni f’ekonomija sostenibbli; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi pjattaforma li tippermetti lill-Istati Membri jikkoordinaw l-isforzi tagħhom fil-ħolqien ta’ impjiegi u tkabbir sostenibbli ġodda;

35.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jaqsmu l-esperjenzi u l-aħjar prattiki fil-qasam tal-opportunitajiet tax-xogħol meta jittrattaw l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tat-tibdil fil-klima;

36.

Jitlob għall-integrazzjoni orizzontali tal-kunċett tal-ekoinnovazzjoni fil-fondi strutturali u ta’ koeżjoni; jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, f’konformità mal-arkitettura legali u istituzzjonali ta’ kull Stat Membru, jadottaw strateġiji ta’ żvilupp f’konformità mal-objettivi tal-Istrateġija UE 2020, bil-għan li jinħolqu impjiegi ġodda f’ekonomija sostenibbli;

37.

Huwa tal-fehma li l-leġiżlazzjoni ambjentali eżistenti u proposta tal-UE għandha potenzjal sinifikanti biex toħloq impjiegi ġodda f’oqsma bħall-arja, il-ħamrija u l-ilma, l-enerġija, is-servizzi pubbliċi, l-agrikoltura, it-trasport, it-turiżmu, il-foresta u l-immaniġġjar ambjentali u jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw din il-leġiżlazzjoni;

38.

Jinsisti dwar l-urġenza li titjieb l-effiċjenza tas-suq tal-karbonju tal-UE biex tingħata ċ-ċertezza tal-investment lit-teknoloġiji li jirrispettaw l-ambjent;

39.

Jitlob għall-ħolqien ta’ rbit isħaħ bejn ir-riċerka bażika u l-innovazzjoni industrijali u bejn l-innovazzjoni u l-proċess tal-manifattura; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tibda’ studji ta’ każijiet ta’ riċerka/konsultazzjoni dwar l-eko-innovazzjoni għal kull Stat Membru;

40.

Jisħaq li l-ekoinnovazzjoni tal-UE tistimula aktar effiċjenza tar-riżorsi lil hinn mill-fruntieri tagħna, u b’hekk tnaqqas il-qerda tar-riżorsi globali; għalhekk iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu l-istrateġiji nazzjonali tagħhom tal-effiċjenza tar-riżorsi u jaqsmu l-għarfien tagħhom f’fora internazzjonali;

41.

Jenfasizza l-importanza li l-aħjar prattiki tal-ekoinnovazzjoni jiġu integrati aħjar fl-ekonomija reali sabiex il-progress ikun iktar viżibbli fil-ħajja ta’ kuljum tan-nies;

42.

Jenfasizza li r-riċerka hija l-bażi għall-innovazzjoni u l-ekoinnovazzjoni. jindika l-prospetti kbar għal tkabbir li ġġib magħha l-ekoinnovazzjoni kif ukoll il-potenzjal tal-Ewropa biex, f’dan il-qasam, tkun fuq quddiem nett mad-dinja kollha, kif ukoll l-opportunitajiet li dan jimplika għal impjiegi ġodda u ta’ kwalità;

43.

Iqis l-ekoinnovazzjoni bħala konformi bis-sħiħ mar-riċerka u l-innovazzjoni u mal-prijoritajiet ta' investiment dwar il-klima u l-ambjent fil-perjodu ta' ipprogrammar dwar il-fondi strutturali li jmiss;

44.

Jenfasizza r-rwol vitali li jista’ jkollhom is-sħubiji u s-sinerġiji bejn is-settur tal-edukazzjoni, il-kumpaniji u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, biex jipprovdu t-taħriġ relevanti, inklużi ħiliet relatati ma’ “STEM” kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, gwida għall-karriera, apprendistati mħallsa u ta’ kwalità, u opportunitajiet ta’ tagħlim duwali, biex jippermettu aċċess wiesgħa għall-opportunitajiet tal-impjiegi u impjiegi ta’ kwalità li qed joħorġu permezz tal-ekoinnovazzjoni;

45.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu inċentivi għan-negozji, partikolarment għall-SMEs, biex jippromwovu investimenti ikbar fl-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp tas-settur privat; jilqa', f'dan ir-rigward, il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ekoinnovazzjoni;

46.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni transkonfinali biex jassiguraw id-diffużjoni tat-teknoloġija u l-aħjar prattiki fl-UE, u b’hekk iżidu l-kompetittività tal-Ewropa;

47.

Jitlob li jiġi promoss l-isfruttament tal-aqwa ekoinnovazzjonijiet, b’mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, fejn, pereżempju, proċess aktar effettiv tal-produzzjoni tal-faħam, tojlits nexfin għall-ikkompostjar, l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, sistemi tal-purifikazzjoni tal-ilma u bosta innovazzjonijiet oħra, jistgħu jtejbu l-kwalità tal-ħajja b’mod sinifikanti u bi spejjeż relattivament baxxi, itejbu s-saħħa u jippromwovu l-intraprenditorija u l-impjiegi sostenibbli;

48.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri, fil-qafas tal-provvista ta’ tranżizzjoni soċjalment responsabbli lejn impjiegi ħodor u ta’ kwalità għolja, jużaw mill-aktar fis il-Fond Sojali Ewropew għal programmi maħsuba għat-tisħiħ tal-ħiliet, għat-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid tal-impjegati.

Iffinanzjar tal-eko-innovazzjoni

49.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-benefiċċji tal-politiki fiskali u jitlob lill-Istati Membri jmexxu t-taxxi minn fuq l-impjieg għal fuq l-użu tar-riżorsi u t-tniġġis, sabiex jagħtu spinta lill-ekoinnovazzjoni;

50.

Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni tiddefinixxi s-sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent b'riżultat ta' “azzjoni tal-gvern li tikkonferixxi vantaġġ lil konsumaturi jew produtturi, sabiex jiġi ssupplimentat id-dħul tagħhom jew jitnaqqsu l-ispejjeż tagħhom iżda li, minħabba f'hekk, issir diskriminazzjoni fil-konfront ta' prattiki ambjentali tajba”; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw mingħajr dewmien pjanijiet konkreti għat-tneħħija gradwali tas-sussidji dannużi għall-ambjent ibbażati fuq din id-definizzjoni;

51.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jneħħu gradwalment u progressivament is-sussidji kollha dannużi għall-ambjent sal-2020, inklużi sussidji u sostenn finanzjarju fuq fjuwils fossili, u sussidji li jinċentivizzaw l-użu ineffiċjenti tar-riżorsi rinnovabbli, u jirraportaw dwar il-progress li sar permezz tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma;

52.

Jenfasizza li l-ekoinnovazzjoni għandha tibbenefika mill-istrumenti finanzjarji emerġenti tal-UE u mill-mezzi tal-inizjattivi ewlenin, Unjoni għall-Innovazzjoni u Ewropa Effiċjenti fir-Riżorsi, kif ukoll il-Politika ta' Koeżjoni ta' wara l-2013 u Orizzont 2020;

53.

Iqis li huwa importanti li eko-innovazzjonijiet u teknoloġiji ambjentali jkunu vijabbli finanzjament u kompetittivament fuq perjodu twil; iqis li sostenn pubbliku għall-investiment għandu jħeġġeġ metodi ta' produzzjoni favur l-ambjent f'każijiet fejn jingħata sostenn pubbliku;

54.

Jilqa’ l-possibbiltajiet ta’ finanzjament tal-ekoinnovazzjoni taħt il-Politika Komuni dwar l-Agrikoltura u l-programmi COSME, Orizzont 2020 u LIFE, filwaqt li jinsisti li aktar fondi għandhom ikunu disponibbli biex iżidu l-applikazzjoni prattika tal-ekoinnovazzjonijiet diġà żviluppati;

55.

Jitlob lill-Kummissjoni timplimenta l-istrumenti meħtieġa u talloka biżżejjed riżorsi baġitarji biex tiżgura tranżizzjoni bla xkiel bejn il-programmi CIP u Orizzont 2020 fir-rigward tal-ekoinnovazzjoni, u biex ittaffi l-limitazzjonijiet proċedurali u toqol finanzjarju fuq in-negozji żgħar u ta’ daqs medju; jirrimarka li l-parteċipazzjoni bbilanċjata mil-lat ta' ġeneru fit-teħid ta' deċiżjonijiet fil-fażijiet u l-aspetti kollha hija essenzjali;

56.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jinkludu l-eko-innovazzjoni fl-istrateġiji tagħhom għall-perjodu bejn l-2014-2020 bħala mezz ta’ promozzjoni tal-ekonomija ekoloġika, it-tkabbir u l-impjiegi ġodda, u b’hekk jiżguraw l-iżvilupp tal-intraprenditorija fuq kundizzjonijiet ekwi u tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn id-dinja tal-edukazzjoni, in-negozju u x-xjenza;

57

Jenfasizza, li għalkemm l-oqsma ta' prijorità attwali għas-Sejħa għall-Ekoinnovazzjoni 2012 huma limitati għal numru ta' oqsma ta' konċentrazzjoni, l-inizjattiva ekoinnovazzjoni hi programm trasversali li tappoġġja proġetti ta' ekoinnovazzjoni f'setturi differenti; itenni għaldaqstant li s-setturi u l-attivitajiet kummerċjali kollha għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament;

58.

Jistieden lill-Kummissjoni, speċifikament, tipprogramma riżorsi definiti b’mod ċar iffukati u infurzati għal proġetti ta’ replikazzjoni tas-suq, kapital ta’ riskju, netwerking u internazzjonalizzazzjoni għall-ekoinnovazzjonijiet u l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom fl-UE mill-SMEs;

59.

Jemmen li peress li mudelli ġodda ta’ kummerċ qed jibdew iċaqalqu katini ta’ provvisti tradizzjonali, il-kapaċità li tieħu inkunsiderazzjoni l-globalizzazzjoni u l-effetti tagħha fuq l-ekonomija tal-UE u l-katini tal-provvisti fuq il-perjodu ta’ finanzjament li jmis għandhom ikunu riflessi aħjar fil-prijoritajiet għall-Inizjattiva tal-Eko-innovazzjoni;

60.

Jemmen li l-potenzjal tal-SMEs u l-kooperattivi fil-promozzjoni tal-ekoinnovazzjoni għadu ma ġiex eżawrit; għalhekk jitlob għal possibbiltajiet ta’ finanzjament speċifiċi għall-SMEs u l-kooperattivi fir-rigward tal-kunċetti tal-ekoinnovazzjoni;

61.

Huwa konvint li huma meħtieġa għodod finanzjarji innovattivi sabiex jitjiebu l-opportunitajiet għall-bini tal-kapaċità u n-netwerking;

62.

Jenfasizza li żieda fil-fondi trid isseħħ flimkien ma’ simplifikazzjoni ta’ proċeduri ta’ finanzjament;

63.

Jenfasizza li l-politika futura dwar il-koeżjoni tinkludi strateġija intelliġenti ta' speċjalizzazzjoni bħala kundizzjonalitá ex-ante għar-reġjuni tal-UE; iħeġġeġ lir-reġjuni jniedu kampanji li jqajmu l-kuxjenza mmirati lejn il-gruppi fil-mira kollha bil-għan li tiġi integrata l-ekoinnovazzjoni fi strateġijai intelliġenti ta' speċjalizzazzjoni reġjonali u nazzjonali;

o

o o

64.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 74 E, 13.3.2012, p. 11.

(2)  ĠU C 264 E, 13.9.2013, p. 59.

(3)  ĠU C 56 E, 26.2.2013, p. 106.

(4)  ĠU C 251 E, 31.8.2013, p. 75.

(5)  ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 15.

(6)  ĠU C 380 E, 11.12.2012, p. 89.

(7)  ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 108.

(8)  ĠU C 332 E, 15.11.2013, p. 81.

(9)  ĠU C 308 E, 20.10.2011, p. 6.

(10)  ĠU C 353 E, 3.12.2013, p. 38.

(11)  ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 115.

(12)  ĠU C 56 E, 26.2.2013, p. 1.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/155


P7_TA(2013)0593

L-appell għal impenn vinkolanti u li jitkejjel kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa fl-UE

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar l-appell għal impenn vinkolanti u li jitkejjel kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa fl-UE (2013/2963(RSP))

(2016/C 468/20)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2012 dwar pjan ta' azzjoni għat-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa (COM(2012)0722),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2012 dwar il-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva (1),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2012 dwar miżuri maħsuba biex jinkoraġġixxu lill-pajjiżi terzi biex japplikaw standards minimi ta' governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa (2),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ġunju 2012 dwar mezzi konkreti li jsaħħu l-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa inkluż f'dak li jirrigwarda lil pajjiżi terzi (COM(2012)0351),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Mejju 2013 dwar “Il-ġlieda kontra l-Frodi Fiskali, l-Evażjoni Fiskali u r-Rifuġji Fiskali” (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' April 2012 dwar l-appell għal modi konkreti biex jiġu miġġielda l-frodi fiskali u l-evażjoni fiskali (4),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet u r-rapport tal-Ecofin lill-Kunsill Ewropew tat-22 ta' Ġunju 2012 dwar kwistjonijiet ta' taxxa,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Ecofin tal-14 ta' Mejju 2013 dwar l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi tat-taxxa,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Mexxejja tal-G20 maħruġa wara s-Summit ta' San Pietruburgu tal-5 u s-6 ta' Settembru 2013,

wara li kkunsidra l-istqarrija maħruġa wara l-Laqgħa tal-Ministri tal-Finanzi u l-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali tal-G20 li saret f'Moska fil-15 u s-16 ta' Frar 2013,

wara li kkunsidra r-rapport tal-2013 tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi bl-isem “Addressing Base Erosion and Profit Shifting” (L-Indirizzar tal-Erożjoni tal-Bażi u t-Trasferiment tal-Profitt),

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi kull sena fl-UE jintilef l-ammont stmat ta' EUR 1 000 biljun fi dħul ta' taxxa potenzjali minħabba l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa, mingħajr ma jittieħdu miżuri xierqa bħala rispons;

B.

billi l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa huma attività illegali ta' evażjoni tat-taxxa dovuta, filwaqt li l-evitar tat-taxxa huwa l-użu legali tar-reġim tat-taxxa biex titnaqqas jew tiġi evitata t-taxxa dovuta, li kultant iwassal għal pjanifikazzjoni fiskali aggressiva, li tikkonsisti f'li wieħed jieħu vantaġġ mit-teknikalitajiet ta' sistema fiskali jew mid-diskrepanzi bejn żewġ sistemi fiskali jew aktar bl-iskop ta' tnaqqis fit-taxxa dovuta;

C.

billi l-armonizzazzjoni tal-bażi tat-taxxa bejn l-Istati Membri biss tista' tipprevjeni l-evitar tat-taxxa;

D.

billi ż-żidiet fil-potenzjal tad-dħul jistgħu jpoġġu lill-Istati Membri f'qagħda aħjar biex jibbilanċjaw il-baġits tagħhom u jżidu l-fondi disponibbli għall-promozzjoni tal-investiment, it-tkabbir u l-impjieg, li huma fatturi soċjoekonomiċi kruċjali għal strateġija sostenibbli tal-UE għall-ħruġ mill-kriżi;

E.

billi l-kobor tal-evażjoni u l-evitar tat-taxxa jdgħajjef il-fiduċja taċ-ċittadini fil-ġustizzja u l-leġittimità tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u s-sistemi tat-taxxa tagħhom;

F.

billi miżuri nazzjonali unilaterali f'ħafna każijiet ma kinux effettivi u ma kinux biżżejjed, u b'hekk inħasset il-ħtieġa ta' approċċ koordinat u pluridimensjonali bbażat fuq strateġiji u miri tanġibbli fil-livell nazzjonali, tal-UE u internazzjonali;

G.

billi l-konsolidazzjoni fiskali titlob sforzi kemm min-naħa tad-dħul, kif ukoll tal-infiq tal-baġits pubbliċi; billi bilanċ xieraq bejn bażijiet tat-taxxa u rati tat-taxxa huwa essenzjali sabiex jiżgura stabilità fiskali u kompetittività fil-livell nazzjonali u tal-UE;

1.

Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni u l-Kunsill huma lesti li jindirizzaw il-kwistjoni tad-distakk fiskali fl-Ewropa billi, fost affarijiet oħra, jiffukaw fuq l-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa u l-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva;

2.

Jilqa' l-proposti riċenti tal-Kummissjoni biex testendi l-iskambju ta' informazzjoni awtomatiku, tiġġieled kontra l-frodi tal-VAT u temenda d-Direttiva dwar il-Kumpaniji Prinċipali u dawk Sussidjarji, li huma mfassla biex inaqqsu l-evitar tat-taxxa fl-Ewropa billi jneħħu l-lakuni legali li kienu qed jintużaw minn ċerti kumpaniji biex jaħarbu milli jħallsu s-sehem ġust tagħhom ta' kontribuzzjonijiet fiskali;

3.

Ifakkar fl-appell urġenti tiegħu lill-Istati Membri biex jimpenjaw ruħhom għal mira ambizzjuża iżda realistika li sal-2020 id-distakk fiskali jitnaqqas bin-nofs;

4.

Jinsisti li fil-perjodu attwali tal-irkupru mill-kriżi, il-miri tanġibbli u l-impenn veru għall-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa billi jiġi eliminat id-distakk fiskali jista' jiġġenera żieda ferm bżonnjuża fi dħul tat-taxxa billi tiġi rkuprata t-taxxa dovuta;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni tniedi studju dwar l-indikaturi possibbli li jikkostitwixxu bażi għat-tnaqqis tal-frodi, l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa u, jekk xieraq, tistabbilixxi sett ta' indikaturi standard għall-kejl tal-evażjoni u l-evitar tat-taxxa;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi sett ta' miri tanġibbli għat-tnaqqis tad-distakk fiskali fil-livell Ewropew u nazzjonali, fejn il-mira ewlenija tkun it-tnaqqis tad-distakk fiskali sal-2020;

7.

Jissuġġerixxi li dawn il-miri jiġu inkorporati fl-istrateġija tal-Ewropa 2020, jekk ikun xieraq, u jistieden lill-Kummissjoni teżamina jekk jistgħux jingħataw rwol ċar fl-ambitu tas-Semestru Ewropew;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, teżamina wkoll jekk il-programmi nazzjonali ta' riforma u l-programmi ta' stabilità u konverġenza jistgħux jiġu estiżi billi jinkorporaw dawn il-miri u l-miżuri, sabiex jinkiseb it-tnaqqis meħtieġ fid-distakk fiskali;

9.

Jenfasizza li hemm ħtieġa urġenti għal koordinazzjoni aħjar u li spinta komuni biex tnaqqas il-lakuna tat-taxxa tista' tagħti sustanza lit-talbiet tal-Kunsill għal impenn biex ikunu miġġielda l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa.

10.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta kull sena lill-Parlament u lill-Kunsill dwar il-progress li sar fl-UE u globalment fil-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa u l-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva, u tippubblika eżempji tal-aħjar prattiki f'dan il-qasam fil-websajt tagħha;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi.


(1)  ĠU L 338, 12.12.2012, p. 41.

(2)  ĠU L 338, 12.12.2012, p. 37.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2013)0205.

(4)  ĠU C 258 E, 7.9.2013, p. 53.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/157


P7_TA(2013)0594

Implimentazzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma (2013/2924(RSP))

(2016/C 468/21)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3 u 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 8, 9 u 10 u 19(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ('il-Karta') u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni Razzjali tal-1965, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa tal-1979, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dirttijiet tat-Tfal tal-1989, u d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni li jappartjenu għal Minoranzi Nazzjonali, Etniċi, Reliġjużi u Lingwistiċi tal-1992,

wara li kkunsidra l-każistika rilevanti tal-QtĠ-UE u l-QEDB;

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament u tal-Kunsill dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2006 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa Roma fl-Unjoni Ewropea (1),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta’ razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali (id-Deċiżjoni Qafas dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Settembru 2010 dwar is-sitwazzjoni tar-Roma u dwar il-moviment liberu fl-Unjoni Ewropea (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-istrateġija tal-UE dwar l-inklużjoni tar-Roma (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Ġunju 2013 dwar l-akkomodazzjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2013 dwar it-tisħiħ tal-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ksenofobija u r-reati ta’ mibegħda (5),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' April 2011 dwar Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020 (COM(2011)0173) u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 ta’ Ġunju 2011,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Mejju 2012 bl-isem: “Strateġiji nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma: wieħed mill-ewwel passi fl-implimentazzjoni tal-Qafas tal-UE” (COM(2012)0226),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar passi ’l quddiem fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Roma (COM(2013)0454),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar miżuri ta’ integrazzjoni tar-Roma effettivi fl-Istati Membri (COM(2013)0460),

wara li kkunsidra l-istudju tiegħu ta' Jannar 2011 dwar miżuri biex jippromwovu s-sitwazzjoni ta' ċittadini tal-UE Roma fl-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-istħarriġ tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, ppreżentat f'Mejju tal-2012, bl-isem “The situation of Roma in 11 EU Member States” (Is-Sitwazzjoni tar-Roma fi 11-il Stat Membru),

wara li kkunsidra s-smigħ tal-Qafas tal-UE għall-Istateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma li sar fit-18 ta' Settembru 2013 fil-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-4 ta' Settembru 2013 dwar “health inequalities in the European Union” (l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea) (SWD(2013)0328),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Lulju 2013 dwar l-impatt tal-kriżi fl-aċċess għall-kura tal-gruppi vulnerabbli (6),

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013 dwar “Investing in health” (l-investiment fis-saħħa) (SWD(2013)0043);

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2011 dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE (7),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Ottubru 2009 bl-isem “Is-Solidarjetà tas-Saħħa: It-Tnaqqis tal-Inugwaljanzi fis-Settur tas-Saħħa fl-UE” (COM(2009)0567),

wara li kkunsidra l-mistoqsija mressqa lill-Kummissjoni dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Istateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma (O-000117/2013 – B7–0528/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem;

B.

billi r-Roma isofru diskriminazzjoni madwar l-Ewropa u billi s-sitwazzjoni soċjo-ekonomika u tad-drittijiet fundamentali tagħhom, f'diversi każijiet, hija agħar minn dik ta' persuni li mhumiex Rom f'sitwazzjonijiet komparabbli;

C.

billi l-avvenimenti riċenti fl-Istati Membri tal-UE, l-atti ta' vjolenza kontra r-Roma, in-nuqqas ta' politiki ta' inklużjoni adegwati, l-użu ta' diskriminazzjoni retorika, strutturali u sistemika preġudikata kontra r-Roma, il-ksur ċar tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u n-nuqqas ta' investigazzjoni ġuridika u ta' prosekuzzjoni meta jkun hemm ksur tad-drittijiet fundamentali wrew li l-atteġġjament kontra r-Rom għadu prevalenti fl-UE u jeħtieġ li jkun indirizzat b'mod aktar vigoruż fil-livelli kollha;

D.

billi l-faqar u l-esklużjoni soċjali fost diversi Roma laħaq livell kritiku li jillimita l-prospetti tal-ħajja tal-familji Roma u jqiegħed lir-Roma żgħażagħ f'riskju li jispiċċaw fil-faqar minn età żgħira ħafna;

E.

billi l-attitudnijiet negattivi min-naħa ta' persuni li mhumiex Roma lejn ir-Roma u d-diskriminazzjoni espliċita jikkontribwixxu għall-esklużjoni tar-Roma;

F.

billi l-esklużjoni li qed tiżdied tar-Roma hija ta' ħsara għat-tkabbir u żżid id-defiċits baġitarji pubbliċi;

G.

billi l-inugwaljanzi soċjali u d-disparitajiet reġjonali jirriżultaw fi kwalità ta' ħajja li qed tiddeterjora għall-komunitajiet rurali; billi żvilupp urban immexxi ħażin iżid il-faqar urban li qed jiżdied u jikkontribwixxi għalih;

H.

billi l-komunikazzjoni tal-Kummisjoni tal-2013 dwar il-passi 'l quddiem fl-implimentazzjoni ta' strateġiji għall-integrazzjoni tar-Rom turi li nkiseb ftit progress mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Istrateġiji tagħhom għall-Integrazzjoni tar-Roma (NRIS), anki għat-twaqqif ta' prekondizzjonijiet strutturali għall-implimentazzjoni effettiva tagħhom;

I.

billi l-grupp ta' ħidma intern stabbilit mill-Kummissjoni fl-2010 eżamina l-użu tal-fondi tal-UE għall-inklużjoni tar-Roma fi 18-il pajjiż u sab li l-Istati Membri ma jużawx b'mod xieraq il-flus tal-UE u li għalkemm il-fondi tal-UE għandhom potenzjal konsiderevoli għall-promozzjoni tal-inklużjoni tar-Roma, l-ostakli fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali jwaqqfuhom milli jrawmu integrazzjoni soċjali u ekonomika effettiva tar-Roma;

J.

billi fil-maġġoranza tal-Istati Membri, ir-rappreżentazzjoni leġittima tar-Roma u l-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti fl-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' strateġiji nazzjonali għadhom insuffiċjenti;

K.

billi l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, il-valutazzjoni u r-rieżami tal-politiki tar-Roma huwa element ewlieni għall-implimentazzjoni effettiva tal-NRIS, meta jiġi kkunsidrat li dawn jiffurmaw livell ta' governanza mal-maġġoranza tar-responsabbiltajiet prattiċi għall-integrazzjoni tar-Roma iżda li l-livell ta' involviment tagħhom mill-Istati Membri huwa baxx;

L.

billi l-allokazzjoni ta' riżorsi finanzjarji mmirati għandha tkun akkumanpanjata minn rieda politika ġenwina min-naħa tal-Istati Membri, peress li din hija prekondizzjoni assoluta għas-suċċess tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji, u billi huma biss ftit Stati Membri li għandhom approċċ integrat għall-allokazzjoni tar-riżorsi minn fondi tal-UE u nazzjonali, filwaqt li f'oħrajn ikun hemm dewmien fl-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali minħabba li l-fondi tal-UE ma jintużawx biżżejjed, speċjalment fl-assenza ta' miżuri konkreti;

M.

billi t-total tal-ammont ta' fondi Ewropej iddedikati speċifikament għall-integrazzjoni tal-popolazzjonijiet Roma għadu mhuwiex ċar; billi, għalhekk, huwa kruċjali li l-Kummissjoni tkompli tissorvelja kif l-Istati Membri jonfqu l-fondi tal-UE u takkwista garanziji dwar l-użu adegwat ta' dawn il-fondi;

N.

billi l-monitoraġġ tajjeb u valutazzjoni sistematika u konsistenti tar-riżultati tal-miżuri għall-integrazzjoni tar-Roma jirrappreżentaw fattur kruċjali għall-implimentazzjoni effiċjenti tal-NRIS u billi anqas minn nofs l-Istati Membri ppjanaw xi mekkaniżmu għal rapportar u valutazzjoni regolari;

O.

billi l-Qafas tal-UE ppreveda t-twaqqif ta' Punti ta' Kuntatt Nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom għal kull Stat Membru u enfasizza li dawn għandhom ikollhom is-setgħa sħiħa biex jikkoordinaw b'mod effettiv l-inklużjoni tar-Roma fl-oqsma politiċi;

P.

billi l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li ma jkunx hemm diskriminazzjoni kontra r-Roma u li d-drittijiet tal-bniedem tagħhom, kif stabbilit fil-Karta u fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll fid-dritt tal-UE, jiġu rispettati, imħarsa u promossi;

Q.

billi r-Roma isofru minn diskriminazzjoni u esklużjoni soċjali u għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-minuri u lin-nisa fi ħdan il-komunitajiet Roma, partikolarment fir-rigward tad-drittijiet fundamentali tagħhom, inklużi d-drittijiet tagħhom għal edukazzjoni u għall-integrità fiżika, kif ukoll il-projbizzjoni ta' skjavitù u ta' xogħol forzat, kif imnaqqxa fl-Artikoli 3 u 5 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

R.

billi l-ġlieda effettiva kontra l-preġudizzji kontra r-Roma u l-attitudnijiet negattivi jirrikjedu kampanji ta' sensibilizzazzjoni b'saħħithom, inizjattivi li jrawmu d-djalogu u l-kooperazzjoni interkulturali, u kultivazzjoni tal-appoġġ tal-maġġoranza favur l-inklużjoni tar-Roma;

S.

billi r-Roma, li huma ċittadini tal-Unjoni Ewropea, għandhom igawdu bis-sħiħ u jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet u l-obbligi tagħhom assoċjati maċ-ċittadinanza Ewropea;

1.

Jikkundanna bil-qawwa d-diskriminazzjoni u r-razziżmu kontra r-Roma, u jiddispjaċih dwar il-fatt li fl-Unjoni Ewropea d-drittijiet fundamentali tal-persuni Roma mhux dejjem jinżammu b'mod sħiħ; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jiġġieldu d-diskriminazzjoni u jiżguraw li d-direttivi rilevanti tal-UE, bħad-Direttivi 2000/43/KE u 2012/29/UE (8), jiġu trasposti u implimentati b'mod adegwat;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni twaqqaf mekkaniżmu effettiv fl-UE kollha għall-monitoraġġ dwar il-jeddijiet fundamentali tar-Roma, l-inċidenti anti-Roma u r-reati tal-mibegħda kontra r-Roma, u li tieħu azzjoni f'saħħitha – inkluż bi proċeduri ta' ksur, fejn dawn ikunu rilevanti – f'każijiet ta' vjolazzjonijiet ta' jeddijiet fundamentali tar-Roma fl-Istati Membri, l-aktar vjolazzjonijiet ta' aċċess għall-jeddijiet ekonomiċi u soċjali u l-eżerċizzju tal-istess, tal-jedd għal-libertà tal-moviment u tar-residenza, tal-jedd għall-aċċess għall-kura tas-saħħa u tal-edukazzjoni, tal-jedd għall-ugwaljanza u n-non-diskriminazzjoni (inkluża d-diskriminazzjoni multipla), tal-jedd għall-ħarsien tad-data personali u l-projbizzjoni tal-ħolqien ta' reġistri msejsin fuq l-etniċità u r-razza;

3.

Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tiżviluppa għodda onlajn li tgħin lill-awtoritajiet lokali jifhmu u japplikaw il-jeddijiet tal-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE; jikkundanna, b'dana kollu, kull tentattiv li jkun limitat illegalment il-jedd għall-moviment liberu tar-Roma u jistieden lill-Istati Membri jwaqqfu l-espulsjonijiet illegali;

4.

Jikkundanna l-forom kollha ta' anti-Zingariżmu, u b'mod partikolari d-diskorsi ta' mibegħda fit-taħdit pubbliku u politiku; iħeġġeġ lill-Istati Membri jġeddu l-impenn tagħhom fit-taqbida kontra l-anti-Zingariżmu, billi jirrikonoxxulu r-rwol fl-imminar tal-implementazzjoni b'suċċess tal-NRIS; iħeġġeġ lill-partijiet kollha joqogħdu lura mid-dikjarazzjonijiet anti-Roma li jqanqlu l-mibeghħda;

5.

Jitlob lill-Istati Membri jinvestigaw u jtemmu l-għemil tal-profili etniċi, l-abbuż mill-pulizija u l-vjolazzjonijiet l-oħrajn tal-jeddijiet tal-bniedem kontra r-Roma, ħalli jkun żgurat li r-reati kkawżati mill-preġudizzju jkunu kastigabbli u rreġistrati u investigati b'mod xieraq u li l-vittmi tingħatalhom l-assistenza u l-protezzjoni xierqa, u jinħolqu programi ta' taħriġ speċifiku għall-pulizija u għall-uffiċjali pubbliċi l-oħrajn li jaħdmu mal-komunitajet tar-Roma;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw il-kwestjoni tan-nuqqas ta' reġistri u ċertifikati tat-twelid għar-Roma li jirrisjedu fl-UE;

7.

Jistieden lill-Istati Membri jagħtu respons effikaċi għall-esklużjoni tar-Roma billi jimplementaw il-miżuri li jinsabu fl-NRIS tagħhom b'miri, termini u baġits allokati konkreti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvolvu attivament lir-rappreżentanti tar-Roma u lis-soċjetà ċivili fl-iżvilupp, il-ġestjoni, l-implementazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-politiki f'dak li għandu x'jaqsam mal-NRIS u mal-proġetti li jolqtu l-komunitajiet tagħhom, billi jwaqqfu mekkaniżmi għad-djalogu regolari u trasparenti skont il-prinċipji tal-'Kodiċi tal-Kondotta Ewropea dwar is-Sħubija'; jistieden lill-Istati Membri jidentifikaw fl-NRIS tagħhom kif eżattament beħsiebhom jagħtu s-setgħa u jinvolvu lir-Roma fil-proċess; jistenna lill-Kummissjoni tappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri billi tqanqal kuxjenza fost ir-rappreżentanti tar-Roma dwar l-opportunitajiet ippreżentati mill-NRIS, u tinkoraġġihom ikollhom rwol aktar attiv fil-proċess ta' integrazzjoni;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw finanzjament suffiċjenti għall-bini ta' soċjetà ċivili Roma f'saħħitha li jkollha l-kapaċità, l-għarfien u l-għarfien tekniku li twettaq il-monitoraġġ u l-valutazzjoni;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi kurrenti tagħha ħalli taħdem mal-Istati Membri, mal-awtoritajiet lokali u mal-atturi relevanti l-oħrajn ħalli tiżgura komunikazzjoni effettiva f'dak li għandu x'jaqsam mal-implementazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali u l-benefiċċji tal-integrazzjoni soċjali tar-Roma, tippromwovi d-djalogu interkulturali u l-kampanji ta' tqanqil tal-kuxjenza li jippruvaw itemmu l-preġudizzju kontra r-Roma u l-attitudnijiet negattivi billi jinbidlu l-viżjonijiet mentali, u biex ikunu ffaċilitati l-inizjattivi ħalli jinkiseb appoġġ maġġoritarju għall-politiki għall-promozzjoni tal-inklużjoni tar-Roma;

10.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissottolinjaw id-dimensjoni tas-sessi fl-NRIS u li jinvolvu n-nisa Roma kif ukoll liż-żgħażagħ Roma fil-proċess tal-implementazzjoni u l-monitoraġġ tal-NRIS;

11.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-rieżami, il-ġestjoni, l-implementazzjoni u l-monitoraġġ tal-istrateġiji nazzjonali tagħhom, u li jassistu u jappoġġjaw l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-miżuri li jeħtieġu ħalli jwettqu r-realizzazzjoni tal-inklużjoni tar-Roma skont l-erba' pilastri tal-NRIS, kif ukoll fl-implementazzjoni tal-miżuri anti-diskriminatorji;

12.

Jistiednu lill-Istati Membri jipproduċu data segregata bl-assistenza tal-FRA, l-UNDP u l-Bank Dinji dwar is-sitwazzjoni soċjo-ekonomika tar-Roma, sa liema grad ir-Roma jesperjenzaw id-diskriminazzjoni abbażi tal-oriġini etnika, il-krimini tal-mibegħda kommessi kontra tagħhom, filwaqt li jkun hemm rispett sħiħ tal-istandards tal-protezzjoni tad-data u l-jedd għall-privatezza, u li jiżviluppaw, b'koperazzjoni mal-Kummissjoni, l-indikaturi tal-linja bażi u l-miri miżurabbli li huma essenzjali għal monitoraġġ robust ħalli jkun żgurat feedback affidabbli fuq il-progress magħmul fl-implementazzjoni tal-NRIS u fit-titjib ta' qagħdet ir-Roma, billi jitqiesu b'mod partikolari l-minorenni u n-nisa; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb ir-rwol ta' kordinazzjoni tal-FRA u tuża b'mod sħiħ il-ħiliet tagħha;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi timeline u miri u indikaturi ċari u miżurabbli għall-implementazzjoni tal-NRIS għall-Istati Membri, skont l-istrateġija tal-Ewropa 2020, li tassisti lill-Istati Membri fit-titjib tal-ħila tagħhom ta' assorbiment tal-fondi tal-UE, u li tħejji rapporti pajjiż b'pajjiż u rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż;

14.

Jistieden lill-Istati Membri jqisu l-aspetti multidimensjonali u territorjali tal-faqar, jimmobilizzaw biżżejjed riżorsi baġitarji mill-baġit nazzjonali u mill-programmi tal-UE – primarjament mill-Fond Soċjali Ewropew, mill-Fond Reġjonali Ewropew għall-Iżvilupp u l-Fond Ewropew għall-Agrikoltura – fost l-oħrajn permezz tal-użu tal-Żvilupp lokali mmexxi mill-Komunità, Pjanijiet ta' Azzjoni Konġunta, Investiment Territorjali Integrat u Operazzjonijiet Integrati ħalli jwettqu l-objettivi li jimmiraw lejn il-mikro-reġjuni li għandhom in-nuqqasijiet, ħalli jinkludu l-integrazzjoni tar-Roma fil-ftehimiet ta' sħubija għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020, u biex jistabbilixxu l-Programmi Operattivi tagħhom għall-promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs u l-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni u s-segregazzjoni;

15.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jdaħħlu skemi ta' għotjiet speċjali fil-forma ta' fondi żgħar u flessibbli għall-proġetti tal-komunità u għall-mobilizzazzjoni tal-komunitajiet lokali dwar il-kwestjonijiet ta' inklużjoni soċjali;

16.

Jistieden lill-Istati Membri jinnormalizzaw l-edukazzjoni ġenerali, l-impjiegi, il-housing u l-politiki tas-saħħa tagħhom mal-objettivi tal-NRIS;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni u lit-Task Force Roma jissoktaw jivvalutaw kif l-Istati Membri jonfqu l-fondi tal-UE miżmumin għall-inklużjoni tar-Roma, kif ukoll l-impatt tal-politiki nazzjonali tagħhom fuq il-ħajja tar-Roma, li jirrapportaw dak li jsibu lill-Parlament u lill-Kunsill fuq bażi ta' kull sena, u li jidentifikaw mezzi konkreti ta' titjib tal-effikaċja tal-fondi tal-UE fir-rapporti; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-input strutturat mill-esperti u mis-soċjetà ċivili, u li tiżgura koperazzjoni effettiva bejn il-Pjattaforma għall-Inklużjoni tar-Roma u l-presidenzi rotanti tal-UE;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni esterna perijodika tal-impatt tal-finanzjament tal-UE fuq l-inklużjoni soċjali tar-Roma, u li tidentifika l-prattiki tajbin u l-proġetti magħmulin bl-għajnuna tal-finanzjament tal-UE u tissalvagwardja s-sostenibilità tagħhom fit-tul;

19.

Jistieden lill-Istati Membri jaħdmu flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali ħalli jeliminaw is-segregazzjoni spazzjali, iwaqqfu l-evizzjonijiet furzati illegali u jipprevjenu l-qagħda li jkunu mingħajr abitazzjoni li issa qed iħabbtu wiċċhom magħha r-Roma, kif ukoll li jsiru politiki effettiva u inklussivi tal-housing, inkluż billi jingħata housing xieraq, u assistenza soċjali u tas-saħħ fil-każ ta' evizzjonijiet;

20.

Jistieden lill-Istati Membri jużaw l-ippjanar urban għall-integrazzjoni u d-desegregazzjoni u li jiżviluppaw l-kwalitajiet infrastrutturali u ambjentali tal-ibliet li l-aktar intlaqtu mill-iskwilibriji soċjali, kif ukoll għat-tisħiħ tar-rabtiet bejn iz-zoni urbani u rurali bl-iskop li jkun promoss l-iżvilupp inklussiv;

21.

Jistieden lill-Istati Membri jeliminaw is-segregazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u t-tqegħid illeċitu tat-tfal Roma fl-iskejjel speċjali, fejn dan ikunu relevanti, u li joħolqu l-infrastruttura u l-mekkaniżmi neċessarji ħalli jkun iffaċilitat l-aċċess għal edukazzjoni ta' kwalità għat-tfal Roma kollha, li jindirizzaw it-tluq bikri mill-iskola fost l-allievi Roma, inter alia bl-involviment tal-ġenituri fil-proċess tal-edukazzjoni, li jippromwovu l-aċċess tat-tfal Roma għall-edukazzjoni mit-tfjulija bikrija u għas-servizzi tal-iżvilupp, li jagħtu strutturi inklussivi ta' appoġġ bħalma huma t-tutoring u l-mentoring lill-istudenti Roma ħalli ma jħalluhomx jaqgħu mill-edukazzjoni sekondarja u terzjarja, li jiżguraw l-aċċess tagħhom għall-programm Erasmus, u li jippromwovu l-opportunitajiet ta' apprentistat ħalli jkunu jistgħu jiksbu l-esperjenza tax-xogħol li tkun xierqa;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw il-livelli għoljin ta' qgħad fost ir-Roma u jneħħu x-xkiel kollu għall-aċċess għall-impjiegi, inkluż bl-użu ta' mekkaniżmi eżistenti bħalma hi l-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-inizjattivi ewlenin tal-istrateġiji tal-Ewropa 2020; jistieden lill-Istati Membri jikkreaw mekkaniżmi anti-diskriminatorji, programmi ta' taħriġ speċjalizzat u programmi li jiffaċilitaw l-aċċess għas-suq tal-impjiegi, inkluża r-rappreżentanza proporzjonata tar-Roma fis-servizzi pubbliċi, it-tħeġġiġ ta' min ikun impjegat għal rasu, il-mobilizzazzjoni tal-beni għall-ħolqien ta' aktar impjiegi f'setturi bl-ogħla potenzjal ta' impjiegi – bħalma hi l-ekonomija ambjentali inklussiva, is-servizzi ta-saħħa u s-servizzi soċjali, u l-ekonomija diġitali – u l-ħolqien ta' sħubijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-impjegati;

23.

Jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej joħolqu programmi ta' skemi ta' taħriġ u jimpjegaw lir-Roma fl-istituzzjonijiet kollha;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jindirizzaw id-disparitajiet eżistenti fis-saħħa li jaffaċċjaw ir-Roma u d-diskriminazzjoni prevalenti rigward l-aċċess tagħhom għall-kura tas-saħħa, biex jistabbilixxu programmi mmirati speċifikament u jallokaw riżorsi finanzjarji biżżejjed minn fondi nazzjonali u tal-UE, b'enfasi partikolari fuq is-saħħa tat-tfal u tal-ommijiet;

25.

Jistieden lill-Istati Membri jiddeterminaw b'mod preċiż il-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali għall-Inklużjoni tar-Roma u r-responsabbiltajiet tagħhom fl-implimentazzjoni tal-NRIS, filwaqt li jiżguraw li jkollhom awtorità, kapaċità u appoġġ finanzjarju biżżejjed biex jissodisfaw ir-rwol tagħhom b'mod effettiv, kif ukoll rabiet adegwati mal-komunità tar-Roma u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, biex jiżguraw li l-Punti ta' Kuntatt ikunu aċċessibbli billi jiġu identifikat b'mod ċar u jiġi żgurat li l-komunikazzjoni tagħhom mal-partijiet interessati fil-livelli kollha tkun trasparenti;

26.

Ifakkar l-Istati Membri li prattiki tajbin, bħall-programmi ta' medjaturi Roma u l-Alleanza Ewropea tal-Bliet u r-Reġjuni għall-Inklużjoni tar-Roma implementati mill-Kunsill tal-Ewropa, jkollhom suċċess fit-territorju, li għandu jinkoraġġixxi Stati Membri juru aktar determinazzjoni politika favur l-inklużjoni effettiva tar-Roma;

27.

Jilqa' l-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar miżuri għall-integrazzjoni effettiva tar-Roma fl-Istati Membri;

28.

Jenfasizza li l-integrazzjoni hija eżerċizzju fuq żewġ binarji u li kull sforz ta' integrazzjoni jimplika responsabbiltajiet kondiviżi iżda asimettriċi tal-partijiet fid-dawl tal-kapaċitajiet tagħhom u tar-riżorsi ekonomiċi, politiċi u soċjali tagħhom;

29.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, il-Gvernijiet u l-Parlamenti tal-Istati Membri u l-Kunsill tal-Ewropa.


(1)  ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 283.

(2)  ĠU C 308 E, 20.10.2011, p. 73.

(3)  ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 112.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2013)0246.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2013)0090.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2013)0328.

(7)  ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 25.

(8)  Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/163


P7_TA(2013)0595

L-eżitu tas-summit ta’ Vilnjus u l-futur tas-Sħubija tal-Lvant, b’mod partikolari fir-rigward tal-Ukraina

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar l-eżitu tas-summit ta’ Vilnjus u l-futur tas-Sħubija tal-Lvant, b’mod partikolari fir-rigward tal-Ukraina (2013/2983(RSP))

(2016/C 468/22)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar “Il-Politika Ewropea tal-Viċinat: ħidma favur sħubija aktar b'saħħitha. Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rapporti ta’ progress 2012” (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2013 dwar “Pressjoni mir-Russja fuq il-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant (fil-kuntest tas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant li jmiss f’Vilnjus)” (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Jannar 2005 dwar ir-riżultati tal-elezzjonijiet fl-Ukraina (3),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant li sar fi Praga fid-29 ta' Novembru 2013,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjonijiet Konġunti tas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant tat-30 ta' Settembru 2011 f'Varsavja u tas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant tas-7 ta' Mejju 2009 fi Praga,

wara li kkunsidra s-sitwazzjoni fl-Ukraina, li qed teħżien u li żviluppat wara d-deċiżjoni tal-awtoritajiet tal-Ukraina li ma jiffirmawx il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni fis-Summit ta' Vilnjus tat-28 u d-29 ta' Novembru 2013, li kkawżat dimostrazzjonijiet popolari tal-massa b'appoġġ għall-għażla tal-Ukraina favur l-Ewropa fl-Euromaidan fi Kiev u fi bliet madwar l-Ukraina kollha kemm hi,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet konġunti mill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Catherine Ashton, u l-Kummissarju għat-Tkabbir u l-Politika Ewropea tal-Viċinat, Štefan Füle, li kkundannaw l-użu eċċessiv tal-forza mill-pulizija ta’ Kiev biex iferrxu d-dimostranti fit-30 ta' Novembru 2013,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi, fis-Summit tas-Sħubija tal-Lvant f'Vilnjus, l-Ukraina u l-parteċipanti l-oħra kollha kkonfermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom favur il-prinċipji tad-dritt internazzjonali u l-valuri fundamentali, bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem;

B.

billi, b’mod partikolari, id-deċiżjoni tal-Armenja li tirtira min-negozjati tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u d-deċiżjoni tal-aħħar minuta tal-Ukraina li tissospendi t-tħejjijiet għall-iffirmar tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ffrustraw l-isforzi li saru u mminaw il-ħidma ta’ dawn l-aħħar ftit snin, li kellhom l-għan li japprofondixxu r-relazzjonijiet bilaterali u jsaħħu l-integrazzjoni Ewropea;

C.

billi d-deċiżjoni tal-Gvern tal-Ukraina li jissospendi l-proċess ta' tħejjia għall-iffirmar tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, inkluża Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA), qajmet skuntentizza u protesti tal-massa fil-pajjiż; billi, f'dan il-kuntest, il-forzi tas-sigurtà tal-Ukraina użaw forza brutali u inaċċettabbli kontra dimostranti paċifiċi, partiti tal-oppożizzjoni u l-midja;

D.

billi l-Ġeorġja u l-Moldova inizjalaw Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni mal-UE, inklużi dispożizzjonijiet li jistabbilixxu DCFTAs, fis-Summit tas-Sħubija tal-Lvant f'Vilnjus fid-29 ta' Novembru 2013;

E.

billi s-soluzzjoni waħdanija jeħtieġ li tkun waħda ta' sliem u nnegozjata mal-partijiet kollha;

1.

Jilqa' l-inizjalar ta' Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni, inklużi DCFTAs, mal-Ġeorġja u mal-Moldova, li jistabbilixxu aġenda Ewropea ċara għal dawn iż-żewġ pajjiżi; jistenna bil-ħerqa li dawn il-ftehimiet jiġu ffirmati u implimentati mill-aktar fis; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, biex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta' dawn il-ftehimiet u tassisti lill-awtoritajiet rispettivi taż-żewġ pajjiżi b'tali mod li, fi ftit żmien, iċ-ċittadini tagħhom ikunu jistgħu jgawdu wħud mill-effetti u benefiċċji pożittivi tanġibbli koperti mill-ftehimiet;

2.

Jiddeplora d-deċiżjoni tal-Gvern tal-Ukraina, taħt it-tmexxija tal-President Yanukovych, li jirtira mill-iffirmar tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-UE matul is-Summit tas-Sħubija tal-Lvant f'Vilnjus, minkejja r-rieda ċara min-naħa tal-UE li tkompli bil-proċess ta' assoċjazzjoni, dment li l-kundizzjonijiet ikunu sodisfatti; iqis li din id-deċiżjoni hija opportunità mitlufa maġġuri fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukraina, kif ukoll għall-aspirazzjonijiet tal-Ukraina; jirrikonoxxi l-aspirazzjonijiet tal-Ukraina, kif espressi fid-dimostrazzjonijiet fl-Euromaidan fi Kiev u fi bliet oħra madwar l-Ukraina kollha mis-soċjetà ċivili tal-Ukraina, li ma qagħditx lura milli toħroġ beraħ fit-toroq id-diżapprovazzjoni tagħha tad-deċiżjoni tal-President Yanukovych, u jtenni fehmtu li approfondiment tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukraina u l-fatt li l-Ukraina ġiet offruta perspettiva Ewropea huma ta' sinifikat kbir u fl-interess taż-żewġ partijiet;

3.

Jiddeplora l-ġrajjiet vjolenti tal-lejl tad-9 sal-10 ta' Diċembru 2013, meta l-forzi tas-sigurtà attakkaw l-uffiċċji tal-partiti tal-oppożizzjoni u tal-midja indipendenti, u ffastidjaw lil min kien qed jipprotesta, kif ukoll dawk tal-lejl tal-10 sal-11 ta' Diċembru 2013, meta l-forzi tas-sigurtà attakkaw lil dimostranti paċifiċi, filwaqt li ppruvaw iwarrbuhom mill-Euromaidan u mit-toroq tal-madwar u jħottu l-barrikati; jirrimarka li dawn il-ġrajjiet seħħew anki waqt iż-żjara tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Catherine Ashton, u waqt li qed isiru sforzi biex jiffaċilitaw taħditiet; jibża' li jistgħu jwasslu għal eskalazzjoni ulterjuri ta' sitwazzjoni li diġà hija mwiegħra;

4.

Ifakkar li diversi kanali ta' komunikazzjoni, inkluża l-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Parlament Ewropew immexxija mill-Presidenti Cox u Kwaśniewski, huma miftuħa bejn l-UE u l-Ukraina, u għalhekk itenni li l-prokkupazzjonijiet imqajma mill-awtoritajiet Ukraini biex jiġġustifikaw id-deċiżjoni tal-aħħar minuta li jissospendu l-iffirmar messhom tqajmu qabel ħalli setgħu jiġu indirizzati;

5.

Itenni l-appoġġ qawwi tiegħu għall-iffirmar, mill-aktar fis, tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, dment li r-rekwiżiti relevanti jkunu sodisfatti, kif definit mill-Kunsill Affarijiet Barranin tal-10 ta' Diċembru 2012 u sostnut mir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-13 ta' Diċembru 2012; jistieden lill-Kunsill Ewropew, għaldaqstant, biex fil-laqgħa tiegħu ta' Diċembru 2013, jibgħat sinjal politiku qawwi li l-UE għadha lesta tinvolvi ruħha mal-Ukraina;

6.

Jitlob li tiġi varata minnufih missjoni ta' medjazzjoni tal-UE, kompluta u fl-ogħla livell politiku, bil-għan li tasal għal u tassisti f'taħditiet bejn il-gvern u l-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili, u li tiżgura eżitu paċifiku mill-kriżi attwali;

7.

Jesprimi s-solidarjetà sħiħa tiegħu ma' dawk li qed jiddimostraw favur futur Ewropew; jitlob lill-awtoritajiet Ukraini jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet ċivili tal-poplu u l-libertà fundamentali ta' għaqda u ta' protesta paċifika; jikkundanna bil-qawwa l-użu tal-forza brutali kontra dimostranti paċifiċi, u jenfasizza l-ħtieġa għal investigazzjoni immedjata, effikaċi u indipendenti, u li ssir prosekuzzjoni ta' min jinstab ħati; jitlob li d-dimostranti paċifiċi li sfaw arrestati f'dawn l-aħħar jiem jinħelsu minnufih u inkondizzjonatament; jissottolinja l-obbligi internazzjonali tal-Ukraina f'dan ir-rigward; jenfasizza li huwa ċar li tali miżuri jmorru kontra l-prinċipji fundamentali tal-libertà ta' għaqda u ta' espressjoni, u għalhekk jiksru l-valuri universali u Ewropej; ifakkar li, fid-dawl tal-pożizzjoni tal-Ukraina bħala l-President fil-Kariga attwali tal-OSCE, ir-rekord tagħha dwar id-difiża u l-promozzjoni ta' dawn il-valuri qed jingħadda minn skrutinju saħansitra aktar strett;

8.

Itenni l-kundanna qawwija tiegħu għall-pressjoni politika u ekonomika inaċċettabbli, flimkien ma' theddidiet ta' sanzjonijiet kummerċjali, li r-Russja qed tagħmel fuq l-Ukraina; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex lir-Russja jkellmuha b'leħen wieħed, u jitlob li l-UE, flimkien mal-Istati Membri tagħha, tiżviluppa u timplimenta politika ta' reazzjoni adegwata għal dawn l-għodod u miżuri li r-Russja qed tuża kontra s-sħab tal-Lvant, speċjalment bil-għan li tgħin lill-Ukraina tikseb sigurtà tal-enerġija, fid-dawl tal-kriżi attwali rigward l-importazzjoni tal-gass naturali mir-Russja; itenni li l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni huwa materja strettament bilaterali bejn iż-żewġ partijiet, u jirrifjuta bil-qawwa kull proposta li tassoċja parti terza fil-proċess;

9.

Jitlob li l-Kummissjoni tikkunsidra kontromiżuri possibbli li l-UE tista' tinvoka meta r-Russja tikser ir-regoli kummerċjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) għal finijiet politiċi immedjati bla prospettiva fit-tul; jissottolinja l-fatt li l-kredibbiltà politika tal-Unjoni jesiġu li din tkun kapaċi tirreaġixxi meta hija stess jew il-pajjiżi sħabha ssirilhom pressjoni politika u ekonomika;

10.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Ukraina biex jissieħbu f'taħditiet mad-dimostranti ħalli jevitaw eskalazzjoni tal-vjolenza u d-destabilizzazzjoni tal-pajjiż, u jħeġġeġ lill-partiti politiċi kollha biex jiżguraw li jkun jista' jsir dibattitu parlamentari ordnat, kalm u riflessiv dwar is-sitwazzjoni ekonomika u politika u l-prospetti għal integrazzjoni futura mal-UE; ifakkar li, fi kwalunkwe demokrazija, elezzjonijiet ġodda jistgħu jissejħu meta jkun jeħtieġ tiġdid tal-leġittimità popolari;

11.

Jistieden lill-istituzzjonijiet u lill-Istati Membri tal-UE biex jimpenjaw ruħhom favur ftuħ wiesa' lejn is-soċjetà Ukraina, b'mod partikolari permezz ta' ftehim rapidu dwar reġim bla viża, kooperazzjoni msaħħa fir-riċerka, twessigħ tal-iskambji taż-żgħażagħ u aktar disponibbiltà ta' boroż ta' studju; iqis li għandhom isiru aktar sforzi biex l-Ukraina tiddaħħal għalkollox fis-suq intern tal-enerġija tal-UE;

12.

Jissottolinja l-ħtieġa li l-UE tappoġġja l-involviment ta' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, bħall-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, bil-għan li jipprovdu assistenza finanzjarja ħalli l-Ukraina tkun tista' tittratta s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha li qed teħżien u timplimenta riformi marbuta mal-iffirmar tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni;

13.

Ifakkar li l-iffirmar tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mhuwiex fini fih innifsu, imma aktar huwa mezz għall-ilħiq ta' stabbiltà u progress soċjoekonomiku fit-tul, kif ukoll trasformazzjoni sostenibbli u sistemika, u li għaldaqstant jirrikjedi impenn ġenwin favur l-implimentazzjoni tajba u immedjata tiegħu; jitlob li l-UE tinnegozja pjan direzzjonali konkret għall-implimentazzjoni mal-awtoritajiet Ukraini;

14.

Jiddispjaċih għall-fatt li, wara aktar minn tliet snin ta' negozjati kkompletati b'suċċess dwar Ftehim ta' Assoċjazzjoni, inkluża DCFTA, l-awtoritajiet Armeni minflok iddeċidew li jissieħbu fl-Unjoni Doganali, wara pressjoni mir-Russja; ifakkar lill-awtoritajiet Armeni li l-protesti u d-dimostrazzjonijiet kontra din id-deċiżjoni huma espressjoni tar-rieda ħielsa taċ-ċittadini tal-pajjiż, u li jeħtieġ li jkunu rrispettati skont l-impenji internazzjonali li daħlet għalihom l-Armenja; ifakkar, f'dan ir-rigward, li l-persekuzzjoni u d-detenzjonijiet huma ksur tad-drittijiet bażiċi ta' għaqda u ta' espressjoni, u li miżuri ripressivi jmorru kontra r-retorika reċenti ta' impenn favur il-valuri kondiviżi mal-UE; jitlob li l-Gvern tal-Armenja jimpenja ruħu fi djalogu inklużiv mas-soċjetà ċivili dwar id-direzzjoni futura tal-pajjiż;

15.

Jilqa' l-iffirmar ta' ftehim ta' faċilitazzjoni tal-viża bejn l-UE u l-Ażerbajġan; huwa mħasseb dwar ir-ripressjoni ta' fehmiet dissidenti li seħħet fil-pajjiż wara l-elezzjonijiet presidenzjali ta' Ottubru 2013, kif muri minn detenzjonijiet u arresti ġodda ta' attivisti tal-oppożizzjoni, fastidju ta' NGOs indipendenti u tal-midja, kif ukoll sensji ta' kritiċi tal-gvern mill-impjieg tagħhom fuq il-bażi unika tal-attivitajiet politiċi tagħhom; iħeġġeġ lill-parlament tal-Ażerbajġan biex iqis mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu li jissospendi l-parteċipazzjoni tiegħu fl-Assemblea Parlamentari Euronest, wara l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-23 ta' Ottubru 2013;

16.

Jilqa' l-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 sabiex tippermetti li ċittadini tal-Moldova li jkollhom passaport bijomettriku jkunu jistgħu jivvjaġġaw bla viża fiż-żona ta' Schengen; jikkunsidra li din il-miżura importanti se tiffaċilita l-kuntatti bejn il-popli u tqarreb liċ-ċittadini tal-Moldova lejn l-UE;

17.

Jilqa' l-iffirmar ta' ftehim qafas mal-Ġeorġja dwar il-parteċipazzjoni tagħha fl-operazzjonijiet tal-UE għall-immaniġġjar tal-kriżijiet, li jipprovdi bażi legali permanenti għall-involviment tal-Ġeorġja fl-isforzi tal-UE għall-immaniġġjar tal-kriżijiet madwar id-dinja, tal-lum u tal-ġejjieni;

18.

Jemmen li l-eżitu u l-kuntest ġenerali tas-Summit ta' Vilnjus joħorġu fid-dieher il-ħtieġa li l-UE tfassal bir-reqqa politika aktar strateġika u flessibbli b'appoġġ għall- għażla Ewropea li għamlu sħabha tal-Lvant, bl-użu tal-firxa sħiħa ta' għodod għad-dispożizzjoni tagħha, bħal assistenza makroekonomika, iffaċilitar ta' reġimi kummerċjali, proġetti li jsaħħu s-sigurtà tal-enerġija u l-modernizzazzjoni ekonomika, u implimentazzjoni rapida tal-liberalizzazzjoni tal-viża, bi qbil mal-valuri u l-interessi Ewropej;

19.

Jappoġġja l-involviment ulterjuri tas-soċjetà ċivili fil-proċessi tar-riforma nazzjonali; jinkoraġġixxi kooperazzjoni interparlamentari msaħħa mal-Assemblea Parlamentari Euronest; jitlob li missjoni tal-Parlament Ewropew tintbagħat lejn l-Ukraina mill-aktar fis; jilqa' l-involviment tal-Konferenza ta' Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tas-Sħubija tal-Lvant;

20.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Istati Membri, lill-President tal-Ukraina, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant u tal-Federazzjoni Russa, lill-Assemblea Parlamentari Euronest, u lill-Assemblej Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2013)0446.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2013)0383.

(3)  ĠU C 247 E, 6.10.2005, p. 155.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/167


P7_TA(2013)0596

Rapport ta' progress 2013 dwar l-Albanija

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar ir-Rapport ta' progress 2013 dwar l-Albanija (2013/2879(RSP))

(2016/C 468/23)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Salonka tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003 dwar il-prospettiva tal-adeżjoni tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent mal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill “Affarijiet Ġenerali” tal-11 ta' Diċembru 2012, ikkonfermati mill-Kunsill Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2012,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-9 ta' Novembru 2010 bl-isem “Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Albanija biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea” (COM(2010)0680),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-16 ta' Ottubru 2013 bl-isem “Strateġija tat-Tkabbir u Sfidi Ewlenin 2013-2014” (COM(2013)0700) u Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Rapport ta' Progress 2013 dwar l-Albanija (SWD(2013)0414),

wara li kkunsidra l-konstatazzjonijiet preliminari u l-konklużjonijiet tal-Missjoni Internazzjonali ta' Osservazzjoni Elettorali fl-Albanija fir-rigward tal-elezzjonijiet parlamentari tat-23 ta' Ġunju 2013,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-22 ta' Novembru 2012 dwar it-tkabbir: politiki, kriterji u interessi strateġiċi tal-UE (1) u tat-13 ta' Diċembru 2012 dwar dwar ir-rapport ta' progress tal-2012 dwar l-Albanija (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar il-ġestjoni baġitarja tal-fondi ta' qabel l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma tas-sistemi ġudizzjarji u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali (3) u l-osservazzjonijiet tiegħu dwar l-Albanija,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tas-6 laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni Unjoni Ewropea – Albanija tat-28 sad-29 ta' Ottubru 2013,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Albanija wriet progress fil-ksib tat-12-il prijorità fundamentali tal-Opinjoni 2010 tal-Kummissjoni u l-proċess ta' riforma qed jipproċedi b'mod sodisfaċenti; billi l-Albanija adottat il-miżuri fundamentali ta' riforma li kien fadal fil-kamp ġudizzjarju, tal-amministrazzjoni pubblika u dak parlamentari b'kunsens bejn il-partiti; billi għad fadal sfidi li jeħtieġu jiġu indirizzati b'mod rapidu u effiċjenti ħalli jsir aktar progress fit-triq lejn l-adeżjoni mal-UE;

B.

billi l-iżvolġiment regolari tal-elezzjonijiet parlamentari ta' Ġunju 2013 u t-trasferiment paċifiku tal-poter qed iħalli impatt pożittiv fuq il-proċess ta' demokratizzazzjoni tal-pajjiż u tejbu r-reputazzjoni internazzjonali tiegħu;

C.

billi l-proċess tal-adeżjoni mal-UE sar l-ixprun għar-riformi li għaddejjin fl-Albanija u l-appoġġ taċ-ċittadini għall-adeżjoni mal-UE jibqa' partikolarment għoli;

D.

billi, minkejja l-progress miksub s'issa, il-leġislattura l-ġdida bdiet għal darb'oħra b'tilwim bejn il-forzi politiċi; billi dawn l-avvenimenti juru l-urġenza li biha l-forzi politiċi jeħtieġu jippromwovu l-ispirtu ta' djalogu, kooperazzjoni u kompromess primarjament fil-qasam tar-relazzjonijiet bejn iż-żewġ forzi politiċi l-kbar, iżda wkoll bejn il-partijiet interessati l-oħra kollha fil-ħajja soċjali tal-pajjiż;

E.

billi l-Parlament Ewropew żvolġa rwol importanti fl-isforzi diretti lejn l-istabbiliment ta' klima politika b'saħħitha fil-pajjiż; billi djalogu politiku sostenibbli huwa essenzjali biex tinżamm l-ispinta fil-proċess ta' riforma u fl-implimentazzjoni tal-aġenda tal-UE;

F.

billi l-UE poġġiet l-istat tad-dritt fil-qalba tal-proċess ta' tkabbir tagħha; billi l-indipendenza tal-ġudikatura u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-kriminalità organizzata, it-traffikar tal-bnedmin, tal-armi u tad-droga huma oqsma li għadhom iqajmu tħassib serju; billi l-progress f'dawn l-oqsma huwa essenzjali sabiex jinkiseb progress fil-proċess ta' integrazzjoni tal-UE; billi appoġġ politiku b'saħħtu huwa essenzjali sabiex jinkiseb progress f'dawn l-oqsma;

G.

billi d-drittijiet tal-minoranzi għandhom jittieħdu aktar inkunsiderazzjoni, b'mod partikolari dawk tal-minoranza tar-Rom u tal-komunità LGBTI; billi l-kundizzjonijiet ta' għajxien tar-Rom fl-Albanija huma terribbli u għandhom jitjiebu malajr, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għas-servizzi tal-insinwa, għad-djar u għall-edukazzjoni tal-poplu Rom u l-inklużjoni tat-tfal Rom fis-sistema tal-edukazzjoni – mil-livell preskolari sal-edukazzjoni għolja;

H.

billi r-riformi soċjali huma importanti daqs dawk politiċi u ġuridiċi; billi l-Albanija qed tħabrek biex ittejjeb il-livell tal-koeżjoni soċjali u għandha bżonn appoġġ kbir mill-UE biex tagħmel dan, kif ukoll sforzi ikbar min-naħa tal-Gvern biex jippromwovi d-djalogu soċjali bħala l-parti terza, flimkien mat-trade unions u l-assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem;

I.

billi l-eżistenza ta' amministrazzjoni pubblika professjonali, effikaċi u mertitokratika hija ta' sinifikat kbir għal kwlaunkwe pajjiż li għandu l-aspirazzjoni li jsir membru tal-UE;

J.

billi l-korruzzjoni u l-impunità għar-reati għadhom mifruxa fis-soċjetà Albaniża; billi l-istituzzjonijiet statali li għandhom x'jaqsmu mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni għadhom vulnerabbli għall-pressjoni u l-influwenza politika; billi l-korruzzjoni fost il-ġudikatura u l-istituzzjonijiet ta' repressjoni tal-kriminalità għadha problema partikolarment serja;

K.

billi l-progress ta' kull pajjiż lejn l-adeżjoni mal-UE jiddependi mill-isforzi tiegħu sabiex jissodisfa l-kriterji ta' Kopenħagen u jottempera mal-kundizzjonijiet marbuta mal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni;

L.

billi l-politika ta' tkabbir għandha tibqa' kredibbli u bbażata fuq kriterji oġġettivi li għandhom jiġu sodisfatti; billi l-Albanija tinsab fit-triq biex tikseb l-istatus ta' kandidat, peress li hija ottemperat mal-kriterji meħtieġa biex jittieħed dan il-pass.

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1.

Jilqa' favorevolment u jappoġġa l-analiżi u r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport ta' progress 2013 dwar l-Albanija u jitlob lill-Kunsill jirrikonoxxi l-progress li sar billi jagħti lill-Albanija l-istatus ta' kandidat mingħajr dewmien indebitu; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Albaniżi u l-forzi politiċi kollha jikkonsolidaw il-progress miksub s'issa;

2.

Ifaħħar lill-forzi politiċi kollha għall-iżvolġiment ġeneralment regolari tal-elezzjonijiet parlamentari reċenti u t-tranżizzjoni mingħajr diffikultajiet tal-poter; jirrakkomanda li tkompli titjieb il-fiduċja tal-opinjoni pubblika fil-proċess elettorali fost oħrajn bit-tisħiħ tal-indipendenza istituzzjonali tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali u l-professjonalità tal-uffiċjali elettorali; iqis essenzjali li jiġu sostnuti d-djalogu politiku u l-kooperazzjoni fost il-partijiet kollha u li jinstabu kompromessi bħala s-soluzzjoni għall-progress fil-proċessi politiċi;

3.

Jenfasizza li l-partiti u l-atturi politiċi kollha fl-Albanija, inklużi l-mezzi ta' komunikazzjoni u s-soċjetà ċivili, għandhom jirsistu biex itejbu l-klima politika fil-pajjiż bil-għan li jippermettu djalogu u fehim reċiproku; jappella, għalhekk, għal impenn ġenwin mill-partiti politiċi kollha, l-NGOs, it-trad unions u l-partijiet interessati l-oħra;

4.

Jissottolinja l-fatt li l-preparazzjonijiet għall-integrazzjoni mal-UE għandu jkollhom appoġġ politiku u pubbliku wiesa'; iħeġġeġ lill-Gvern isegwi r-riformi tal-integrazzjoni b'mod konsistenti bl-involviment tal-forzi politiċi kollha u tas-soċjetà ċivili; iqis li l-oppożizzjoni għandha wkoll rwol importanti x'tiżvolġi f'dan ir-rigward, u jirrikonoxxi l-imġiba politika responsabbli li wriet s'issa; iqis li huwa importanti li s-soċjetà ċivili, il-mezzi ta' komunikazzjoni u ċ-ċittadini tal-Albanija jżommu lill-mexxejja tagħhom responsabbli għal riżultati politiċi speċifiċi, b'mod partikolari rigward il-proċessi tal-integrazzjoni fl-UE;

5.

Jistieden lill-Gvern Albaniż isaħħaħ il-kapaċitajiet amministrattivi billi jkompli jimplimenta r-riformi fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika u jippromwovi d-depolarizzazzjoni u l-għarfien tad-dritt u tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE;

6.

Jieħu nota tal-progress inkoraġġanti fuq l-aġenda tar-riformi u jesprimi l-fiduċja tiegħu fil-potenzjal, il-kapaċità u l-impenn tal-Albanija sabiex tkompli bil-progress fit-triq Ewropea sakemm il-forzi politiċi jkomplu jikkooperaw b'mod kostruttiv; ifaħħar l-adozzjoni ta' riformi leġiżlattivi ewlenin bħar-reviżjoni tar-Regoli ta' Proċedura parlamentari, l-adozzjoni tal-Liġi dwar is-Servizz Pubbliku u l-emendi għal-Liġi dwar il-Qorti Superjuri; jinkoraġġixxi l-Albanija tikseb riżultati fl-implimentazzjoni effikaċi ta' dawn ir-riformi;

7.

Jieħu nota tan-nuqqasijiet li fadal fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u jissottolinja l-fatt li l-implimentazzjoni tal-aġenda tar-riformi teħtieġ li tiġi intensifikata u li tiġi ppreżentata sensiela ta' riżultati ċara; jistieden kemm lill-maġġoranza li qed tiggverna kif ukoll lill-oppożizzjoni jsostnu l-kooperazzjoni bejn il-partiti fl-adozzjoni u fl-implimentazzjoni tar-riformi ewlenin;

8.

Jistieden lill-Albanija timplimenta l-Liġi dwar is-Servizz Pubbliku b'mod li jkun opportun u effiċjenti, tadotta l-Liġi dwar il-Proċedura Amministrattiva Ġenerali f'ħin opportun u ttejjeb il-Liġi dwar l-Organizzazzjoni u l-Funzjonament tal-Amministrazzjoni Pubblika; jenfasizza l-bżonn għal Dipartiment tal-Amministrazzjoni Pubblika aktar b'saħħtu u għal Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani kompletament operattiva;

9.

Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li l-integrazzjoni Ewropea u l-modernizzazzjoni tal-pajjiż jibqgħu prijoritajiet ewlenin tal-Gvern il-ġdid; jappella lill-Albanija tkompli tagħti riżultati fil-prijoritajiet ewlenin tal-Opinjoni 2010 tal-Kummissjoni, b'mod partikolari fir-rigward tar-rispett għall-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, anki billi tikseb riżultati sostenibbli fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni nieqsa; iħeġġeġ lill-Albanija ttejjeb il-kooperazzjoni bejn il-Ministeru għall-Integrazzjoni Ewropea u l-ministeri kompetenti biex b'hekk tittejjeb l-aġenda tar-riformi Ewropea;

Kriterji politiċi

10.

Jappella għal aktar sforzi sabiex jissaħħu l-indipendenza, l-obbligu ta' rendikont, l-imparzjalità u l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja, inkluż il-Kunsill Superjuri tal-Ġustizzja u l-Prosekutur Ġenerali indipendenti maħtur fuq kriterji abbażti ta' trasparenza, imparzjalità u mertu; iħeġġeġ lill-awtoritajiet itejbu l-aċċess għall-ġustizzja għal dawk kollha fil-bżonn, anki permezz ta' azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni mill-Kummissjoni Statali għall-Għajnuna Legali u l-istabbiliment tal-uffiċċji lokali ta' għajnuna legali proposti; jappella lill-awtoritajiet isaħħu l-indipendenza, l-effiċjenza u l-effikaċja tal-istrutturi tad-drittijiet tal-bniedem, bħall-uffiċċji tal-Ombudsman u l-Kummissarju għall-Protezzjoni kontra d-Diskriminazzjoni;

11.

Jinsisti dwar il-fatt li s-sistema tal-ġustizzja Albaniża għandha tkun indipendenti għalkollox, aktar prevedibbli, effiċjenti u ġusta sabiex ikun żgurat li ċ-ċittadini u l-komunità tal-impriżi jafdaw il-ġudikatura; jistieden, għaldaqstant, lill-awtoritajiet jiggarantixxu d-depolitiċizzazzjoni tal-ġudikatura bl-istabbiliment ta' proċess tal-ħatra ta' mħallfin u prosekuturi mertokratiku u trasparenti kif ukoll riżultati pożittivi miksuba fil-proċedimenti dixxiplinari u billi jiżguraw ġustizzja f'waqtha flimkien mal-unifikazzjoni tal-ġurisprudenza, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji kollha, u l-aċċess faċli għalihom, immedjatament wara l-adozzjoni u l-allokazzjoni każwali tal-każijiet fil-qrati kollha;

12.

Jenfasizza l-bżonn li tinħoloq amministrazzjoni pubblika mertokratika u professjonali li topera b'mod trasparenti u tkun kapaċi tadotta liġijiet u timplimentahom; jitlob għall-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni sekondarja meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tajba tal-Liġi dwar is-Servizz Pubbliku u għal liġi ġdida dwar il-proċedura amministrattiva ġenerali; jenfasizza l-bżonn għal Dipartiment tal-Amministrazzjoni Pubblika aktar b'saħħtu kif ukoll għal Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani kompetament operattiva; jissottolinja l-fatt li huma meħtieġa aktar sforzi biex tiġi depolitiċizzata l-amministrazzjoni pubblika, tiġi miġġielda l-korruzzjoni, tissaħħaħ il-meritokrazija fil-ħatriet, fil-promozzjonijiet u fl-għoti ta' sensji, u jiżdiedu l-effiċjenza u s-sostenibilità finanzjarja tal-amministrazzjoni pubblika;

13.

Japprezza l-ħsieb tal-Gvern li jibda u jlesti riforma amministrattiva u territorjali kbira qabel l-elezzjonijiet lokali tal-2015 fil-pajjiż; jenfasizza, madankollu, l-importanza li tiġi żgurata konsultazzjoni xierqa mal-partijiet interessati lokali kollha u li tiġi żgurata l-konformità tar-riforma mad-dispożizzjonijiet tal-Karta Ewropea dwar l-Awtonomija Lokali, inklużi dawk għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-komunitajiet u dawk li jiżguraw l-indipendenza politika, amministrattiva u finanzjarja tal-gvernijiet lokali;

14.

Jenfasizza l-bżonn li jkompli jissaħħaħ l-impenn politiku biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni fil-livelli kollha, li tissaħħaħ il-kapaċità istituzzjonali u li jitjieb il-koordinament istituzzjonali; jappella għal aktar sforzi sabiex tiġi eliminata l-korruzzjoni fi ħdan il-gvernijiet lokali; jirrikonoxxi r-riżultati f'termini ta' adozzjoni ta' dokumenti strateġiċi fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jinnota b'sodisfazzjon it-twettiq tar-rakkomandazzjonijiet kollha tat-tielet sessjoni ta' evalwazzjoni tal-GRECO, il-ħatra ta' koordinatur nazzjonali għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u l-ħsieb min-naħa tal-Gvern li jaħtar gwardjan f'kull ministeru; jinsisti fuq il-bżonn li tiġi implimentata l-leġiżlazzjoni kontra l-korruzzjoni b'mod konsistenti;

15.

Jitlob lill-Gvern ifassal mandat u pjan ta' azzjoni/strateġija ċari għall-Koordinatur Nazzjonali għall-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni u jibda l-abbozzar tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni l-ġdida, bl-inklużjoni ta' indikaturi ċari tar-riżultati u mekkaniżmi ta' segwitu u monitoraġġ; iħeġġeġ, barra minn hekk, lill-awtoritajiet responsabbli jikkjarifikaw ir-rwol tad-Dipartiment tal-Kontroll Intern u tal-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni u jsaħħu l-kapaċità fil-qasam tal-mekkaniżmi ta' kontroll intern, ifornu lill-Unitajiet Konġunti ta' Investigazzjoni b'riżorsi suffiċjenti, jimmonitorjaw l-implimentazzjoni ta' strateġija u pjanijiet ta' azzjoni kontra l-korruzzjoni, u jkomplu jiksbu riżultati tajba fil-qasam tal-investigazzjonijiet, il-prosekuzzjonijiet u l-kundanni, anki fil-każijiet ta' korruzzjoni ta' livell għoli; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Albaniżi jindirizzaw il-vulnerabbiltà għall-attakki politiċi tal-istituzzjonijiet involuti fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

16.

Itenni mill-ġdid il-bżonn li jissaħħu b'mod riżolut ir-riformi u l-kooperazzjoni reġjonali fil-ġlieda konta l-kriminalità organizzata kif ukoll li jinkisbu riżultati tajbin fil-qasam tal-investigazzjonijiet, il-prosekuzzjonijiet u l-kundanni fil-livelli kollha, b'mod partikolari fl-oqsma tal-manifattura u t-traffikar tad-droga, it-traffikar tal-bnedmin, inklużi l-minuri, u l-logħob tal-azzard illegali; iħeġġeġ lill-Gvern jaħdem għall-iżvilupp ta' riżultati tajbin fil-qasam tal- investigazzjonijiet finanzjarji b'enfasi fuq każijiet ta' ġid li ma jistax jiġi spjegat u r-rabta ta' tali ġid mal-attivitajiet kriminali u l-kriminalità organizzata; itenni mill-ġdid il-bżonn li tissaħħaħ aktar il-koordinament bejn l-aġenziji inkarigati mill-ezekuzzjoni tal-liġi;

17.

Ifaħħar lill-Ombudsman għax-xogħol tiegħu fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, l-atteġġjament miftuħ tiegħu lejn il-persuni vulnerabbli, u l-kooperazzjoni tiegħu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jiddeplora l-fatt li r-rapporti annwali u speċjali tal-Ombudsman ma ġewx diskussi fil-Parlament, u għaldaqstant ma jistgħux jiġu ppubblikati u mhumiex rikonoxxuti b'mod uffiċjali; iħeġġeġ lill-Gvern u lill-Parlament itejbu l-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Ombudsman; jiddeplora l-fatt li, s'issa, l-Ombudsman mhux qed jiġi informat jew ikkonsultat b'mod regolari u f'waqtu mill-gvern dwar abbozzi tal-leġiżlazzjoni rilevanti; jinnota bi tħassib li l-baġit allokat għall-uffiċċju tal-Ombudsman għadu insuffiċjenti u tnaqqas aktar; jissottolinja l-fatt li l-istituzzjoni teħtieġ aktar appoġġ finanzjarju u politiku kemm mill-Parlament kif ukoll mill-Gvern biex tkompli taqdi dmirijietha; jitlob għal kampanja wiesgħa ta' sensibilizzazzjoni li tenfasizza r-rwol u l-importanza tal-istituzzjoni;

18.

Jisteden lill-Parlament u lill-Gvern u istituzzjonijiet statali rilevanti oħra jippreservaw u jippromwovu l-integrità u l-indipendenza tal-istituzzjonijiet ewlenin bħall-pulizija tal-istat, il-Kunsill Superjuri tal-Ġustizzja, l-Ispettorat Superjuri għad-Dikjarazzjoni u l-Awditjar tal-Assi, l-Awtorità tal-Mezzi ta' Komunikazzjoni Awdjoviżiva u l-Istitut Nazzjonali tal-Istatistika;

19.

Jinsab imħasseb dwar l-eżistenza kontinwa ta' ġlied li jintiret fl-Albanija, li mhux biss jikkawża qtil u vjolenza iżda jġiegħel ħafna tfal jibqgħu d-dar b'mod indefinit, u b'hekk għandhom konsegwenzi soċjali vasti ħafna li jolqtu l-ħajjiet ta' eluf. jieħu nota tal-fatt li n-numru ta' każijiet ta' qtil marbuta mal-ġlied li jintiret qed jiżdied; jistieden lill-awtoritajiet Albaniżi jirrispondu għat-talba min-Nazzjonijiet Uniti u r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman li joħolqu bażi ta' data affidabbli, li jattivaw il-Kunsill ta' Koordinament għall-Ġlieda Kontra l-Ġlied li Jintiret stabbilit fl-2005 u li jiżviluppaw pjan ta' azzjoni sabiex jindirizzaw il-ġlied li jintiret;

20.

Japprezza t-titjib tad-djalogu bejn is-soċjetà ċivili u l-gvern u jenfasizza l-bżonn li jiġu konsolidati r-riżultati u li dan jissaħħaħ u jitwessa', kemm fil-qasam tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet ċivili kif ukoll fit-tfassil tal-qafas leġiżlattiv għar-riformi l-ġodda; jenfasizza r-rwol kruċjali tas-soċjetà ċivili fil-kooperazzjoni reġjonali fuq l-aspetti soċjali u politiċi; jitlob lill-Gvern jiffaċilita l-involviment tal-atturi tas-soċjetà ċivili fil-proċess tat-tfassil ta' politka;

21.

Jilqa' pożittivament il-fatt li d-drittijiet tal-minoranzi huma ġeneralment rispettati, u li l-libertà tar-reliġjon hija mifruxa; jitlob lill-awtoritajiet kompetenti jtejbu aktar il-klima ta' inklużjoni u ta' tolleranza għall-minoranzi kollha fil-pajjiż; jinsab imħasseb li gruppi bħar-Rom, il-persuni b'diżabilità u l-persuni LGBT għadhom isofru minn diskriminazzjoni, inkluż min-naħa tal-awtoritajiet statali; jenfasizza li l-minoranzi kollha għandhom jiġu protetti; iħeġġeġ lill-Gvern jiżgura li d-dispożizzjonijiet tal-liġi rilevanti jiġu implimentati b'mod komprensiv u jħeġġeġ lill-awtoritajiet jagħmlu aktar sforzi fis-sensibilizzazzjoni dwar kwalunkwe tip ta' diskriminazzjoni; jieħu nota tal-importanza tas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar l-istrumenti ġuridiċi li jistgħu jirrikorru għalihom iċ-ċittadini sabiex iressqu lmenti dwar diversi forom ta' diskriminazzjoni;

22.

Jitlob li tittieħed aktar azzjoni biex jiġu żgurati d-drittijiet tal-minoranza tar-Rom, li ta' spiss għadha tħabbat wiċċha ma' diskriminazzjoni; jitlob, f'dan ir-rigward, li titħaffef l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni għad-Deċennju tar-Rom sabiex tissaħħaħ l-inklużjoni tar-Rom, li jiġu allokati riżorsi finanzjarji suffiċjenti u xierqa u li tiġi riveduta l-leġiżlazzjoni; jissottolinja li soluzzjoni għall-problemi tar-Rom fl-Albanija hija r-reġistrazzjoni fis-servizzi tal-insinwa u l-aċċess għad-djar u għall-edukazzjoni; jitlob b'urġenza lill-Gvern jieħu azzjoni riżoluta biex jiggarantixxi l-kundizzjonijiet meħtieġa;

23.

Jitlob ir-reviżjoni u l-implimentazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni, il-promozzjoni tas-sensibilizzazzjoni, l-edukazzjoni u attivitajiet oħra intiżi sabiex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni kontra l-persuni LGBTI, billi jiġu inklużi sanzjonijiet għad-diskorsi ta' mibegħda, u li jkun hemm progress f'dan ir-rigward;

24.

Jenfasizza l-importanza kruċjali tal-mezzi ta' komunikazzjoni professjonali, indipendenti u pluralistiċi pubbliċi u privati, bħala pilastru tad-demokrazija; jenfasizza l-importanza tal-aċċess għall-Internet, li huwa fost l-aktar baxx fir-reġjun, u l-libertà diġitali;

25.

Jilqa' pożittivament it-titjib fil-qafas leġiżlattiv għall-mezzi ta' komunikazzjoni awdjoviżiva permezz tal-adozzjoni tal-Liġi dwar il-Mezzi ta' Komunikazzjoni Awdjoviżiva; jieħu nota tal-ambjent pluralistiku u varjat tal-mezzi ta' komunikazzjoni; jibqa' mħasseb dwar l-influwenza u l-ndħil politiċi fil-mezzi ta' komunikazzjoni kif ukoll dwar l-awtoċensura, b'mod partikolari fil-mezzi ta' komunikazzjoni pubbliċi; jenfasizza li jeħtieġ li jsiru sforzi addizzjonali biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-awtorità regolatorja tal-mezzi ta' komunikazzjoni u tax-xandir pubbliku; jappella għal miżuri ta' protezzjoni għal-ġurnalisti u x-xogħol investigattiv tagħhom; jenfasizza l-importanza tal-iżġurar u l-promozzjoni tal-pluraliżmu tal-mezzi ta' komunikazzjoni sabiex tiżdied il-libertà ta' espressjoni u tiġi żgurata t-trasparenza fis-sjieda tal-mezzi ta' komunikazzjoni u l-finanzjament tagħhom; jindika l-bżonn ta' strateġija fit-tul għall-iżvilupp ta' mezzi ta' komunikazzjoni tas-servizz pubbliku fis-sistema medjatika l-ġdida;

26.

Jinnota b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-amministrazzjoni l-ġdida li żżid l-għadd ta' nisa fil-karigi superjuri tal-gvern u jittama li dan ikollu impatt pożittiv fis-soċjetà b'mod ġenerali; jitlob li ma jkun hemm l-ebda tolleranza għall-vjolenza kontra n-nisa u għall-eliminazzjoni ta' kwalunkwe preġudizzju abbażi ta' sess fil-leġiżlazzjoni u l-implimentazzjoni tagħha;

27.

Jistieden lill-Gvern iżid l-isforzi tiegħu biex jinforza l-liġijiet u l-implimentazzjoni ta' politiki dwar id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi, b'enfasi partikolari fuq il-protezzjoni tan-nisa minn kull forma ta' vjolenza u l-parteċipazzjoni ndaqs tagħhom fil-ħajja pubblika u politika; iħeġġeġ li jsiru aktar sforzi ta' integrazzjoni fuq bażi tas-sess fil-livelli ċentrali u lokali;

28.

Jenfasizza l-bżonn ta' titjib fid-drittijiet u fil-kwalità tal-ħajja ta' dawk il-persuni li jiddependu mill-Istat bħall-priġunieri, l-orfni u dawk li jbatu minn mard mentali;

29.

Jappella għal aktar sforzi sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effikaċi tal-istrateġija u l-pjan ta' azzjoni fir-rigward tad-drittijiet ta' proprjetà, peress li dawn jikkostitwixxu wieħed mill-pilastri tal-iżvilupp ekonomiku; jieħu nota tal-passi li ttieħdu biex jiġu solvuti l-problema tal-abbużi tal-kostruzzjoni mibnija fil-pajjiż kollu; jinsab imħasseb dwar il-progress skars fis-sistemi ta' reġistrazzjoni u ta' restituzzjoni tal-proprjetà; jitlob lill-Gvern jikkomunika pjan u kalendarju ċari għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar id-drittijiet tal-proprjetà;

30.

Iħeġġeġ lill-Gvern jiżviluppa politiki dwar l-enerġija rinnovabbli, jittratta b'mod iktar effikaċi l-problema tal-ġestjoni tal-iskart u jiżviluppa turiżmu ekosostenibbli; jilqa' l-inizjattiva tas-soċjetà ċivili reċenti fir-rigward ta' referendum dwar l-importazzjoni ta' skart; jilqa' favorevolment ħafna l-vot tal-Parlament tal-10 ta' Ottubru 2013 li tiġi annullata l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni ta' skart kif stabbilit fil-liġi nru 10463 tat-22 ta' Settembru 2011;

31.

Jitlob li jittieħdu miżuri kontra l-proliferazzjoni tal-proċeduri tal-asil mhux ġustifikati fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta' reġim ta' eżenzjoni mill-obbligu ta' viża mal-UE;

Riformi soċjoekonomiċi

32.

Jitlob lill-awtoritajiet kompetenti jindirizzaw b'mod riżolut in-nuqqasijiet eżistenti fil-livell ta' eżekuzzjoni tal-liġi u tal-ġbir mhux effikaċi tat-taxxi kif ukoll il-kwistjoni tal-ekonomija informali kbira, li kollha qed jostakolaw il-koeżjoni soċjali u l-prospettivi ekonomiċi tal-pajjiż; iħeġġeġ lill-Gvern il-ġdid japplika miżuri u leġiżlazzjoni li jippromwovu l-impjiegi, is-saħħa u s-sikurezza fil-post tax-xogħol, id-drittijiet għas-sigurtà soċjali, id-dritt għall-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni fuq kwalunkwe motiv fil-qasam tax-xogħol, pagi ugwali għall-irġiel u n-nisa u liġijiet oħra relatati max-xogħol, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ u n-nisa;

33.

Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' progress fil-qasam tal-politika soċjali u l-impjiegi; jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Gvern il-ġdid li jieħu ħsieb din il-problema; huwa konxju mil-limiti baġitarji, iżda jistieden, madankollu, biex titreġġa' lura t-tendenza tat-tnaqqis baġitarju għall-implimentazzjoni tar-riformi ta' assistenza u protezzjoni soċjali; jenfasizza l-bżonn urġenti li tingħata assistenza soċjali lill-gruppi l-aktar vulnerabbli fost dawk qiegħda; jinnota bi tħassib serju li t-tħaddim tat-tfal għadu jikkostitwixxi sfida importanti u jistieden lill-Gvern biex jindirizza b'mod riżolut din il-kwistjoni;

34.

Jenfasizza li l-Albanija rratifikat it-tmien konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO li jikkonċernaw id-drittijiet tax-xogħol; jinsab imħasseb li sar biss progress moderat fil-qasam tad-drittijiet tax-xogħol u tat-trade unions; jistieden lill-Gvern isaħħaħ aktar id-dritt għax-xogħol u d-drittijiet tat-trade unions; iħeġġeġ lill-Gvern jiggarantixxi r-rispett tad-dritt tax-xogħol, kemm fis-settur privat kif ukoll f'dak pubbliku, u li jitjieb id-djalogu soċjali tripartitiku kemm sabiex jissaħħaħ ir-rwol tat-trade unions kif ukoll sabiex jiġi inkoraġġut appoġġ usa' għall-implimentazzjoni tal-liġijiet il-ġodda; jinnota li d-djalogu ġie interrott peress li l-mandat tal-Kunsill Nazzjonali tax-Xogħol intemm f'Marzu 2013 u li d-djalogu soċjali bipartitiku għadu dgħajjef, b'mod partikolari fis-settur privat; jirrimarka li d-djalogu soċjali u r-rispett tad-drittijiet għax-xogħol huma pilastri ta' ekonomija soċjali tas-suq;

35.

Jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal u jappella għal investiment fit-tagħlim fl-ewwel snin tat-tfulija, b'mod partikolari għat-tfal minn gruppi ta' minoranzi jew gruppi emarġinati sabiex tiġi evitata l-eskużjoni, u għal miżuri mmirati sabiex jiġu żgurati l-assistenza u n-nutrizzjoni tat-tfal, u l-appoġġ lill-familji ħalli tiġi evitata t-trażmissjoni tal-faqar minn ġenerazzjoni għall-oħra; jenfasizza l-bżonn li titjieb immedjatament is-sitwazzjoni tal-minuri fi proċeduri ġudizzjarji, skont l-aħjar prassi Ewropej; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat finanzjament xieraq tas-sistema tal-edukazzjoni pubblika; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jadottaw l-Istrateġija ta' Ġustizzja għat-Tfal; jenfasizza l-fatt li l-korruzzjoni fi ħdan il-ġudikatura tkompli xxekkel speċifikament l-isforzi favur l-eżekuzzjoni tal-liġi kontra t-traffikar u l-protezzjoni tal-vittmi;

Kooperazzjoni reġjonali

36.

Jilqa' pożittivament ir-rwol stabbilizzanti tal-Albanija fil-Balkani tal-Punent, b'mod partikolari fir-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi ġirien, li fi wħud minnhom tgħix minoranza Albaniża sinifikanti, u l-kontribut tagħha għall-armonija bejn ir-reliġjonijiet;

37.

Jilqa' favorevolment iċ-ċaħda mill-Gvern il-ġdid tad-diskorsi nazzjonalistiċi u l-ħsieb tiegħu li jiżviluppa politika ta' “ebda problema” mal-pajjiżi ġirien; jenfasizza r-rwol determinanti tal-Albanija fil-promozzjoni tar-relazzjonijiet ta' bon viċinat fil-Balkani tal-Punent; jinkoraġġixxi l-Albanija tkompli bl-atteġġjament kostruttiv tagħha fuq livell reġjonali;

o

o o

38.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Albanija.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2012)0453.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2012)0508.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2013)0434.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/173


P7_TA(2013)0597

Tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (19-20 ta' Diċembru 2013)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar it-tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (19-20 ta' Diċembru 2013) (2013/2626(RSP))

(2016/C 468/24)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar it-tisħiħ tad-demokrazija Ewropea fl-UEM futura (1), tat-23 ta' Mejju 2013 dwar “proposti leġiżlattivi futuri dwar l-UEM: risposta għall-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni” (2) u tal-21 ta' Novembru 2013 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “It-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM)” (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi saru sforzi determinati mill-istituzzjonijiet tal-UE u mill-Istati Membri sabiex jerġgħu jinkisbu l-kredibilità u l-istabilità finanzjarja, b'mod partikolari permezz tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali u l-adozzjoni tal-qafas ġdid tal-governanza ekonomika; billi dawn l-isforzi għandhom jitwettqu minn Unjoni Bankarja ġenwina;

B.

billi hija meħtieġa koordinazzjoni aħjar tal-politika ekonomika sabiex jissaħħu l-kompetittività, is-sostenibilità u l-ħolqien ta' impjiegi fl-UE;

C.

billi l-“metodu Komunitarju” huwa l-approċċ adattat sabiex jiġu ttrattati l-isfidi li qed jiffaċċjaw l-UE u l-munita tagħha;

D.

billi d-deċiżjonijiet kollha għandhom ikunu sostnuti bi skrutinju parlamentari u responsabbilizzazzjoni fil-livell li jkunu ttieħdu;

E.

billi r-rispett sħiħ għad-dritt tal-UE, u l-applikazzjoni bir-reqqa tiegħu, huwa l-element bażiku ta' din il-politika;

F.

billi f'ambjent ġeostrateġiku volatili li qed jinbidel b'ritmu mgħaġġel, ikkaratterizzat minn sfidi ġodda dwar is-sigurtà, l-ibbilanċjar mill-ġdid tal-Istati Uniti lejn ir-reġjun tal-Asja-Paċifiku, u l-impatt tal-kriżi finanzjarja, l-UE teħtieġ li tassumi r-responsabilità tagħha bħala entità li tipprovdi sigurtà b'mod kredibbli b'awtonomija strateġika reali, b'mod partikolari fil-viċinat tagħha, u dan se jkollu l-effett li jsaħħaħ is-sigurtà tagħha stess;

G.

billi l-uniku mod għall-kapijiet ta' stati u gvernijiet li jindirizzaw dawn it-tendenzi ġeopolitiċi u t-tnaqqis mhux koordinat fin-nefqa fuq id-difiża huwa li titħaffef il-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni tad-difiża;

Dwar l-Unjoni Bankarja

1.

Jinsisti li l-metodu Komunitarju' hu l-approċċ adattat sabiex jiġu trattati l-isfidi li qed jiffaċċjaw l-UE u l-munita tagħha, inkluża r-regolamentazzjoni tas-servizzi finanzjarji u l-Unjoni Bankarja;

2.

Ifakkar lill-Kunsill Ewropew fl-impenn politiku bil-għan li għandu jintlaħaq qbil fuq il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni qabel tmiem il-mandat leġiżlattiv attwali; jappella lill-Kunsill Ewropew itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill tal-Ministri li n-negozjati dwar id-Direttiva ta' Garanzija tad-Depożiti u l-qafas ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni għandhom jiġu konklużi b'suċċess qabel it-tmiem tal-2013;

Dwar l-approfondiment tal-UEM

3.

Jistieden lill-Kunsill Ewropew jagħmel impenn politiku fir-rigward tal-preparazzjoni leġiżlattiva, abbażi tat-Trattati, għal koordinazzjoni aħjar tal-politika ekonomika; jistenna li l-Parlament u l-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE jaqblu, qabel tmiem il-mandat leġiżlattiv attwali, fuq il-karatteristiċi ewlenin ta' din il-koordinazzjoni aħjar tal-politika ekonomika;

4.

Jitlob li, abbażi tal-koordinazzjoni aħjar tal-politika ekonomika msemmija hawn fuq, jiġi adottat att legali dwar “linji gwida ta' konverġenza” taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, li jistabbilixxi, għal perjodu definit, għadd limitat ħafna ta' miri għall-miżuri ta' riforma l-aktar urġenti;

5.

Itenni t-talba tiegħu li l-Istati Membri jiżguraw li l-programmi ta' riforma nazzjonali, li għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-linji gwida ta' konverġenza msemmija hawn fuq u verifikati mill-Kummissjoni, huma diskussi u adottati mill-parlamenti nazzjonali tagħhom; iqis li dan huwa essenzjali għat-tisħiħ tas-sjieda u tar-responsabilità demokratika tal-proċess kollu;

6.

Iqis li huwa xieraq li l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom sabiex jimplimentaw bis-sħiħ il-programmi ta' riforma nazzjonali tagħhom, kif verifikat; jissuġġerixxi li, fuq din il-bażi, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu “sħubija ta' konverġenza” mal-istituzzjonijiet tal-UE, bil-possibilità ta' finanzjament kundizzjonali għall-attivitajiet ta' riforma;

7.

Itenni li l-kooperazzjoni ekonomika aktar b'saħħitha għandha timxi id f'id ma' mekkaniżmu bbażat fuq l-inċentivi; iqis li kull finanzjament jew strument addizzjonali, bħall-mekkaniżmu ta' solidarjetà, jeħtieġ ikun parti integrali tal-baġit tal-UE, iżda barra mil-limiti miftiehma tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP);

8.

Ifakkar li t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza (TSKG) għandu jkun integrat fid-dritt tal-UE sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018, abbażi ta' valutazzjoni tal-esperjenza mal-implimentazzjoni tiegħu, kif stipulat fl-Artikolu 16 tat-TSKG;

9.

Ifakkar fil-pożizzjoni fundamentali tiegħu li l-UEM msaħħa ma għandhiex tifred lill-UE iżda, għall-kuntrarju, għandha tistabbilixxi integrazzjoni aktar profonda u governanza aktar b’saħħitha, li għandha tkun miftuħa għall-Istati Membri kollha li m’humiex fiż-żona tal-euro, fuq bażi volontarja;

10.

Jappella lill-Kunsill Ewropew jikkonforma bis-sħiħ mal-Artikolu 15(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE);

Dwar il-politika tad-difiża

11.

Huwa tal-fehma li, f'ambjent ġeostrateġiku volatili li qed jinbidel b'ritmu mgħaġġel, ikkaratterizzat minn sfidi ġodda dwar is-sigurtà, l-ibbilanċjar mill-ġdid tal-Istati Uniti lejn ir-reġjun tal-Asja-Paċifiku, u l-impatt tal-kriżi finanzjarja, l-UE teħtieġ li tassumi r-responsabilità tagħha bħala protagonista politika globali u entità li tipprovdi s-sigurtà b'mod kredibbli, u b'awtonomija strateġika reali partikolarment fil-viċinat tagħha, mingħajr ma jiġu ripetuti attivitajiet eżistenti fil-qafas tan-NATO, biex tippromwovi l-paċi u s-sigurtà internazzjonali, biex tħares l-interessi tagħha fid-dinja u biex tiżgura s-sigurtà taċ-ċittadini tagħha; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li l-UE tkun konsistenti fil-politiki tagħha u aktar veloċi u effiċjenti meta tassumi r-responsabilitajiet imsemmija hawn fuq;

12.

Jinnota li bħalissa l-UE qiegħda tiffaċċja restrizzjonijiet finanzjarji sinifikanti u li l-Istati Membri, minħabba raġunijiet finanzjarji, baġitarji u politiċi, li jistgħu jkunu jew ma jkunux marbuta mal-kriżi li qiegħda tolqot iż-żona tal-euro, qegħdin f'fażi ta' tnaqqis mhux koordinat tal-livell tagħhom tan-nefqa tad-difiża; jenfasizza l-impatt negattiv potenzjali ta' dawn il-miżuri fuq il-kapaċitajiet militari tagħhom u, għalhekk, fuq il-kapaċità tal-UE li tassumi b'mod effettiv ir-responsabilitajiet tagħha fl-oqsma taż-żamma tal-paċi, tal-prevenzjoni tal-kunflitti u tat-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali;

13.

Huwa tal-fehma li, sabiex jindirizzaw l-isfidi msemmija hawn fuq, Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tal-UE għandhom jaħtfu l-opportunità, mogħtija mill-Kunsill ta' Diċembru 2013, billi jieħdu pożizzjoni ċara favur sistema Ewropea tad-difiża aktar b'saħħitha;

14.

Jilqa', f'dan ir-rigward, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Lulju 2013 bl-isem “Lejn settur tad-difiża u tas-sigurtà aktar kompetittiv u effiċjenti” (COM(2013)0542) u r-rapport finali tal-15 ta' Ottubru 2013 mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà/Kap tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża;

15.

Jistieden lill-Kunsill Ewropew jimplimenta s-suġġerimenti li saru fir-rapporti tal-Parlament dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) u l-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB);

16.

Jemmen li l-Istati Membri għandhom l-ewwel jimpenjaw ruħhom biex jegħlbu n-nuqqasijiet tal-operat tal-PSDK billi jwegħdu l-appoġġ tagħhom kemm għall-missjonijiet ċivili tal-PSDK kif ukoll għall-operazzjonijiet militari, b'mod partikolari permezz ta' kontribut ta' kapaċità;

17.

Jissottolinja l-fatt li t-Trattat ta' Lisbona introduċa bosta strumenti ġodda relatati mal-PSDK, li għadhom ma tpoġġewx fil-prattika; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiġu implimentati dawn id-dispożizzjonijiet sabiex tissaħħaħ aktar il-PSDK, u jistieden lill-Kunsill jieħu vantaġġ sħiħ tal-istrumenti msemmija hawn fuq (bħall-kooperazzjoni strutturata permanenti fost l-Istati Membri (Artikolu 46(6) TUE) , il-fond ta' tnedija (Artikolu 41(3) TUE) u l-possibilità li jiġu fdati l-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK b'mod partikolari lil dak il-grupp ta' Stati Membri (Artikoli 42(5) u 44(1) TUE));

18.

Jenfasizza l-importanza li jitnieda proċess ta' riflessjoni strateġika bil-għan li jiġu definiti l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-UE u jiġi stabbilit pjan direzzjonali bi skedi ta' żmien, għal kooperazzjoni tad-difiża aktar profonda (White Book li jista' jservi bħala qafas biex issir riflessjoni dwar proċessi nazzjonali);

19.

Jistieden lill-Kunsill jimpenja ruħu fit-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-armamenti, b'mod partikolari billi jsaħħaħ l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża sabiex t-tiżvolġi r-rwol sħiħ tagħha fil-promozzjoni tal-koordinazzjoni, fis-superviżjoni tal-impenji, tagħti prijorità lill-investiment fit-teknoloġiji (inklużi strumenti strateġiċi bħal riforniment ta' fjuwil fl-ajru, komunikazzjoni bis-satellita, trasport bl-ajru strateġiku, sistemi tal-ajru telepilotati, difiża ċibernetika u l-Ajru Uniku Ewropew), fil-ftehim fuq l-użu akbar ta' koalizzjonijiet tal-voluntiera/gruppi ristretti, u biex tinstab soluzzjoni prattika għall-użu ta' Gruppi Tattiċi;

20.

Jappella lill-Istati Membri jwegħdu l-appoġġ tagħhom għal EDTIB robusta li tista' tegħleb il-frammentazzjoni, u biex isaħħu l-kreattività u s-saħħa tal-industriji Ewropej permezz ta' koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-ippjanar tal-baġits tad-difiża nazzjonali (potenzjalment permezz tat-twaqqif ta' “Semestru Ewropew” għal kwistjonijiet tad-difiża) u koordinazzjoni aktar mill-qrib fil-livell industrijali (l-armonizzazzjoni ta' standards u ċ-ċertifikazzjoni ta' tagħmir tad-difiża); jappella li jiġu provduti aktar inċentivi u appoġġ għall-industrija tad-difiża, b'impenn għall-iżvilupp ta' tekonoloġiji u sistemi ewlenin tad-difiża (inċentivi fiskali, għajnuna finanzjarja għal riċerka u żvilupp, u l-istituzzjonalizzazzjoni ta' sinerġiji bejn kapaċitajiet ċivili u militari);

21.

Jistieden lill-Istati Membri biex isaħħu b'mod sinifikanti l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tagħhom għal dawk l-aspetti tad-difiża li huma relevanti għal PSDK effettiva; jistieden lill-Istati Membri biex ikunu aktar ambizzjużi rigward il-proċess tal-akkomunament u tal-qsim;

22.

Jenfasizza li s-saħħa tal-UE, meta mqabbla ma' organizzazzjonijiet oħra, tikkonsisti fil-potenzjal uniku tagħha li timmobilizza l-firxa sħiħa ta' strumenti politiċi, ekonomiċi, tal-iżvilupp u umanitarji biex tappoġġa l-ġestjoni tal-kriżijiet, il-missjonijiet u l-operazzjonijiet ċivili u militari tagħha fil-kuntest ta' awtorità politika unika – il-VP/RGħ – u li dan l-approċċ komprensiv, jew permezz tas-“soft power” tagħha jew, jekk ikun meħtieġ, permezz ta' azzjonijiet aktar robusti, jagħtiha flessibilità u effiċjenza unika u aktar apprezzata;

23.

Jappoġġa t-twaqqif ta' Kunsill tal-Ministri tad-Difiża biex jagħtu d-difiża l-valur li jistħoqqilha;

24.

Iħeġġeġ lill-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern, fid-dawl tal-importanza strateġika tad-difiża Ewropea u l-iskala tal-isfidi li qed tiffaċċja l-Unjoni, biex jerġgħu jqisu f'Diċembru 2015 il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill f'Diċembru 2013, abbażi ta' rapport ta' implimentazzjoni mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà;

25.

Huwa mħasseb ħafna dwar is-sitwazzjoni politika fl-Ukraina wara l-Laqgħa Għolja ta' Vilnius, jistieden lill-Kunsill Ewropew biex jindirizzaha.

o

o o

26.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2013)0269.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2013)0222.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2013)0515.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/176


P7_TA(2013)0598

Problemi kostituzzjonali ta' governanza b'diversi livelli fl-UE

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar problemi kostituzzjonali ta’ governanza b’diversi livelli fl-Unjoni Ewropea (2012/2078(INI)) ,

(2016/C 468/25)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) (1),

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja (TSCG) (2),

wara li kkunsidra is-’six-pack’ (il-pakkett dwar il-governanza ekonomika) (3),

wara li kkunsidra t-’two-pack’ (it-tieni pakkett ta’ proposti għall-governanza ekonomika) (4),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward tal-politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (6),

wara li kkunsidra r-rapport tal-5 ta’ Diċembru 2012 tal-Presidenti tal-Kunsill Ewropew, tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Grupp tal-euro bit-titolu “Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina” (7),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2012 bl-isem ta' “Pjan ta’ azzjoni għal unjoni ekonomika u monetarja profonda u ġenwina — It-tnedija ta’ Dibattitu Ewropew”(COM(2012)0777),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2012 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar ir-rapport tal-Presidenti tal-Kunsill Ewropew, tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Grupp tal-euro bit-titolu “Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina” (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Mejju 2013 dwar proposti leġiżlattivi futuri dwar il-UEM (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar it-tisħiħ tad-demokrazija Ewropea fl-UEM tal-futur (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0372/2013),

A.

billi d-differenzjazzjoni hija karatteristika kostituttiva tal-proċess tal-integrazzjoni Ewropea u mezz li jippermetti l-progress tiegħu u jiggarantixxi rispett sostanzjali għall-prinċipju tal-ugwaljanza, mifhum bħala t-trattament ugwali ta’ sitwazzjonijiet ugwali u t-trattament inugwali ta’ sitwazzjonijiet inugwali;

B.

billi l-integrazzjoni differenzjata għandha tkompli sservi ta’ prekursur għall-approfondiment tal-integrazzjoni Ewropea, peress li qed tinbeda minn sottogrupp ta’ Stati Membri, tibqa’ miftuħa għall-Istati Membri kollha u għandha l-għan li jkun hemm integrazzjoni kompluta fit-Trattati;

C.

billi l-integrazzjoni differenzjata tieħu żewġ forom: “b’veloċitajiet differenti”, fejn l-Istati jfittxu li jilħqu l-istess għanijiet skont perjodi ta’ żmien differenti, u “fuq livelli differenti”, fejn l-Istati jaqblu li l-għanijiet tagħhom ikunu differenti;

D.

billi d-differenzjazzjoni m’għandhiex iddgħajjef iċ-ċittadinanza tal-Unjoni, li hija l-istatus fundamentali ta’ min hu ta’ nazzjonalità tal-Istati Membri, li tippermetti lil dawk li jsibu ruħhom fl-istess sitwazzjoni li jgawdu, fi ħdan l-ambitu tat-Trattat, l-istess trattament fil-liġi irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom;

E.

billi kwalunkwe differenzjazzjoni tirrispetta u għalhekk issaħħaħ l-unità tal-ordinament ġuridiku Ewropew u l-effikaċja u l-koerenza tiegħu, il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, kif ukoll l-istabbiliment ta’ żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni u l-funzjonament tas-suq intern;

F.

billi d-differenzjazzjoni tista’ tintuża meta l-azzjoni komuni fi kwalunkwe żmien mhijiex possibbli jew fattibbli;

G.

billi d-differenzjazzjoni hija u għandha dejjem tkun imdaħħla fil-qafas istituzzjonali uniku tal-Unjoni Ewropea;

H.

billi l-integrazzjoni differenzjata għandha tirrispetta l-prinċipju ta' solidarjetà skont l-Artikolu 5 TUE u l-Protokoll 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità;

I.

billi t-Trattati joffru diversi opzjonijiet u strumenti għal integrazzjoni differenzjata, inklużi limitazzjonijiet tal-ambitu territorjali tal-applikazzjoni, klawżoli ta’ salvagwardja, derogi, esklużjonijiet fakultattivi, inklużjonijiet fakultattivi, kooperazzjoni msaħħa, u dispożizzjonijiet speċifiċi għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, sakemm dawn l-istrumenti jirrispettaw l-unità, l-effikaċja u l-koerenza tal-ordinament ġuridiku Ewropew u huma inklużi fil-qafas istituzzjonali uniku (il-metodu Komunitarju);

J.

billi xi Stati Membri kisbu l-possibilità li ma jipparteċipawx (esklużjoni fakultattiva) f'politiki differenti tal-UE – kif stipulat fil-Protokolli differenti għat-Trattati – li tistà tipperikola l-unità, l-effikaċja u l-koerenza tal-ordinament ġuridiku Ewropew;

K.

billi d-derogi magħmula skont l-Artikolu 27(2) TFUE jippermettu d-differenzjazzjoni bejn ċerti Stati Membri fl-ambitu ta' att legali li jkun indirizzat lill-Istati Membri kollha, dejjem bil-għan illi jsir progress fl-istabbiliment u fl-iżgurar tal-funzjonalità tas-suq intern;

L.

billi t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jinkludi, fl-Artikoli 114(4) u (5), 153(4), 168(4), 169(4) u 193 tiegħu, klawżoli ta’ salvagwardja li jippermettu lill-Istati Membri li jżommu jew jintroduċu miżuri protettivi iżjed stretti fi ħdan l-ambitu tal-applikazzjoni ta’ att legali li huwa indirizzat lill-Istati Membri kollha;

M.

billi l-kooperazzjoni msaħħa tirrikjedi l-parteċipazzjoni ta’ mill-inqas disa’ Stati Membri f’qasam kopert minn kompetenza mhux esklussiva tal-Unjoni, li tippermetti lill-Istati Membri li mhux qed jipparteċipaw biex jipparteċipaw f’deliberazzjonijiet iżda mhux fil-votazzjoni, u hija miftuħa fi kwalunkwe żmien għall-Istati Membri kollha;

N.

billi l-proċedura ta’ kooperazzjoni msaħħa tippermetti, bħala l-aħħar soluzzjoni, l-adozzjoni ta’ miżuri li jorbtu sottogrupp ta’ Stati Membri wara awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata u fil-qasam tal-PESK wara awtorizzazzjoni mogħtija b’unanimità;

O.

billi dan il-mekkaniżmu diġà qed jintuża għal-liġi trans-UE dwar id-divorzju u għal-liġi Ewropea dwar il-privattivi u ġie approvat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-kuntest tat-tassazzjoni għall-ħolqien ta' Taxxa fuq it-Transazzjonijiet Finanzjarji;

P.

billi fil-qasam tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni, gruppi ta’ Stati jistgħu jittrattaw kompiti jew missjonijiet speċifiċi, u fil-qasam tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni, huwa previst l-istabbiliment ta’ grupp ewlieni permanenti ta’ Stati b’kapaċità militari;

Q.

billi storikament, il-Ftehim ta' Schengen tal-1986 u l-Konvenzjoni ta' Schengen tal-1990, iffirmati minn sottogrupp ta' Stati Membri li ħadu il-post tal-kontrolli fil-fruntiera bejn dawn l-Istati; il-Ftehim dwar il-Politika Soċjali tal-1991 bejn sottogrupp ta' Stati Membri, li estenda l-kompetenzi preċedenti tal-KE fil-qasam tal-impjiegi u d-drittijiet soċjali li jippermettu votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata, u l-Konvenzjoni ta’ Prüm tal-2005 bejn sottogrupp ta’ Stati Membri u n-Norveġja dwar skambju ta’ dejta u kooperazzjoni kontra t-terroriżmu, jirrappreżentaw forom ta’ integrazzjoni differenzjata;

R.

billi l-acquis ta’ Schengen ġie integrat fit-Trattati mit-Trattat ta’ Amsterdam, b’esklużjonijiet fakultattivi għar-Renju Unit, l-Irlanda u d-Danimarka;

S.

billi r-Renju Unit u l-Irlanda jistgħu fi kwalunkwe żmien jitolbu li jieħdu sehem jew f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen jew fihom kollha u billi d-Danimarka tibqa’ marbuta mill-Ftehim u l-Konvenzjoni ta’ Schengen oriġinali;

T.

billi l-Konvenzjoni ta’ Prüm ġiet parzjalment integrata fil-qafas ġuridiku tal-UE;

U.

billi l-Ftehim dwar il-Politika Soċjali ġie integrat fit-Trattati mit-Trattat ta’ Amsterdam mingħajr l-ebda ekslużjoni fakultattiva;

V.

billi t-Trattati jipprovdu għadd ta’ modi dwar kif jista’ jsir progress fil-politiki soċjali u tal-impjiegi, li l-potenzjal tagħhom għadu ma ġiex sfruttat kompletament, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 9 tat-TFUE, l-Artikolu 151 tat-TFUE u l-Artikolu 153 tat-TFUE, iżda wkoll b’mod iktar ġenerali fir-rigward tal-Artikolu 329 tat-TFUE; billi konverġenza soċjali akbar tista’ għalhekk tinkiseb mingħajr ħsara għall-prinċipju tas-sussidjarjetà;

W.

billi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) u t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja (“il-Patt Fiskali”) ġew konklużi f’ambjent intergovernattiv barra mit-Trattati;

X.

billi l-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) u l-ESM huma ftehimiet skont il-liġi internazzjonali konklużi mill-Istati Membri li għandhom l-Euro bħala l- munita tagħhom;

Y.

billi għandhom jittieħdu l-passi neċessarji, skont it-TUE u t-TFUE, biex is-sustanza tat-TSKG, li ġie konkluż skont id-dritt internazzjonali mill-Istati Membri kollha ħlief għar-Renju Unit u r-Repubblika Ċeka, tiġi inkorporata fil-qafas ġuridiku tal-Unjoni fi żmien mhux aktar minn ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-TSKG, abbażi ta’ valutazzjoni tal-esperjenza tal-implimentazzjoni tiegħu;

Z.

billi l-Patt Euro Plus, l-Istrateġija Ewropa 2020 u l-Patt għal Tkabbir u Impjiegi għandhom jiġu integrati fid-dritt tal-Unjoni u jwittu t-triq għall-introduzzjoni ta’ kodiċi ta’ konverġenza għall-ekonomiji tal-Istati Membri;

AA.

billi l-ftehimiet internazzjonali barra mill-qafas ġuridiku tal-UE li għandhom l-għan li jwettqu l-għanijiet tat-Trattati ġew użati bħala strument ultima ratio assolut għall-integrazzjoni differenzjata, billi jipprovdu obbligu li l-kontenut tal-ftehim internazzjonali kkonċernat jiġi integrat fit-Trattati;

AB.

billi t-twaqqif tal-UEM irrappreżenta pass kwalitattiv fl-integrazzjoni, li jiddefinixxi mudell ta’ governanza fuq livelli differenti li jolqot kemm l-istituzzjonijiet kif ukoll il-proċeduri;

AC.

billi Stat Membru wieħed għandu, jekk jixtieq, deroga permanenti milli jingħaqad fl-euro (Protokoll Nru. 15) u ieħor għandu eżenzjoni kostituzzjonali (Protokoll Nru. 16)

AD.

billi fil-qasam tal-politika monetarja d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-BĊE jipprevedu differenzjazzjoni fl-istruttura istituzzjonali, bil-Kunsill Governattiv bħala l-korp ewlieni li jieħu d-deċiżjonijiet kompost biss minn Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-Euro u l-Kunsill Ġenerali li jassoċja l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-Euro, kif ukoll fl-istruttura finanzjarja, bil-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri kollha bħala sottoskritti għall-kapital tal-BĊE (l-Artikolu 28.1 tal-Istatut tal-BĊE), iżda biss il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-Euro li jħallsu s-sehem sottoskritt tagħhom tal-kapital tal-BĊE (l-Artikolu 48.1 tal-Istatut tal-BĊE);

AE.

billi l-Artikolu 127(6) TFUE jagħti s-setgħa lill-Kunsill li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-BĊE fir-rigward tal-politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji oħra, bl-eċċezzjoni ta’ impriżi tal-assigurazzjoni, u ġie użat bħala l-bażi legali għal regolament li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSS) għaż-żona tal-euro u jipprevedi parteċipazzjoni volontarja tal-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro billi jistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE;

AF.

billi l-Artikolu 139 TFUE jeżenta lill-Istati Membri b’derogi mill-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi tat-Trattat u mid-drittijiet ta’ vot relatati;

AG.

billi l-Artikoli 136 u 138 TFUE jipprevedu forma speċifika għall-adozzjoni ta’ miżuri applikabbli għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, b’vot mill-Kunsill limitat għar-rappreżentanti ta’ dawk l-Istati Membri u, fejn meħtieġ skont il-proċedura, vot tal-Parlament Ewropew sħiħ;

AH.

billi l-Artikolu 136 TFUE diġà ntuża b’rabta mal-Artikolu 121.6 għall-adozzjoni tar-regolamenti;

AI.

billi, fil-qasam tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-ispazju, l-Artikolu 184 TFUE jipprovdi għal programmi supplimentari għall-programm ta’ qafas multiannwali li jista’ jinvolvi biss sottogrupp ta’ Stati Membri li jiffinanzjawhom suġġett għal parteċipazzjoni possibbli fl-Unjoni, iżda li jiġu adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja li tinvolvi l-Kunsill kollu u l-Parlament Ewropew kollu, suġġett għall-qbil tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' dawn il-programmi supplimentari;

AJ.

billi, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-prinċipju tal-universalità tal-baġit ma jipprekludix grupp ta’ Stati Membri milli jassenjaw kontribuzzjoni finanzjarja lill-baġit tal-UE jew dħul speċifiku għal partita speċifika ta’ nefqa, kif qed jiġri diġà, pereżempju, fil-każ tar-reattur ta’ fluss għoli skont id-Deċiżjoni 2012/709/Euratom;

AK.

billi l-Artikolu 137 TFUE u l-Protokoll 14 jistabbilixxu l-Grupp tal-Euro bħala korp informali;

AL.

billi l-funzjonament bla xkiel tal-UEM jirrikjedi implimentazzjoni sħiħa u malajr tal-miżuri li diġà ntlaħaq qbil dwarhom fil-qafas ta' governanza ekonomika msaħħa, bħall-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST) imsaħħaħ u s-Semestru Ewropew, ikkumplimentat minn politiki li jistimolaw it-tkabbir;

AM.

billi UEM imsaħħa tirrikjedi kompetenzi, riżorsi finanzjarji u responsabilità demokratika aktar b’saħħithom, u billi l-istabbiliment tagħha għandu jsegwi approċċ b’żewġ passi bbażat fuq, l-ewwel nett, l-użu sħiħ immedjat tal-potenzjalitajiet tat-Trattati eżistenti u, t-tieni, bidla fit-Trattat li għandha tiġi definita minn Konvenzjoni;

AN.

billi sabiex tkun effettiva, leġittima u demokratika, il-governanza tal-UEM għandha tkun ibbażata fuq il-qafas istituzzjonali u ġuridiku tal-Unjoni;

AO.

billi l-leġittimità u l-responsabilità demokratika għandhom jiġu żgurati fil-livell li fihom jittieħdu d-deċiżjonijiet;

AP.

billi l-UEM hija stabbilita mill-Unjoni, li ċ-ċittadini tagħha huma direttament rappreżentati fil-livell tal-Unjoni mill-Parlament Ewropew;

A.    PRINĊIPJI

1.

Itenni t-talba tiegħu għal UEM ġenwina li ttejjeb il-kompetenzi tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tal-politika ekonomika, u ssaħħaħ il-kapaċità baġitarja tagħha, kif ukoll ir-rwol u l-responsabilità demokratika tal-Kummissjoni u l-prerogattivi tal-Parlament;

2.

Huwa tal-fehma li kapaċità baġitarja mkabbra għandha tkun ibbażata fuq ir-riżorsi proprji (inkluża TTF) u fuq kapaċità baġitarja li għandha, fil-qafas tal-baġit tal-Unjoni, tappoġġja t-tkabbir u l-koeżjoni soċjali filwaqt li tindirizza l-iżbilanċi, id-diverġenzi strutturali u l-emerġenzi finanzjarji li huma direttament konnessi mal-Unjoni Monetarja, mingħajr ma tippreġudika l-funzjonijiet tradizzjonali tagħha li tiffinanzja l-politiki komuni;

3.

Jilqa' l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel proposti leġiżlattivi malajr kemm jista' jkun, b'kodeċiżjoni fejn ikun ġuridikament possibbli, għall-implimentazzjoni tiegħu mingħajr dewmien, inkluża l-koordinazzjoni baġitarja ulterjuri, l-estensjoni ta' koordinazzjoni ta' politika aktar profonda fil-qasam tat-tassazzjoni u l-impjiegi, u l-ħolqien ta' kapaċità fiskali proprja għall-UEM biex tappoġġja l-implimentazzjoni tal-għażliet ta’ politika; jenfasizza li ftit minn dawn l-elementi se jeħtieġu li jiġu emendati t-Trattati;

4.

Jemmen li hija meħtieġa azzjoni rapida f'kull wieħed mill-erba' pedamenti li jidhru fir-rapport intitolat “Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina”, kif inhu ppreżentat mill-Presidenti Van Rompuy, Juncker, Barroso u Draghi, b'mod partikolari:

(a)

qafas finanzjarju integrat li jiżgura stabbiltà finanzjarja b'mod partikolari fiż-żona tal-euro u li jimminimizza l-ispiża tal-falliment tal-banek għaċ-ċittadini Ewropej; dan il-qafas jgħolli r-responsabbiltà ta' superviżjoni għal-livell Ewropew, u jipprovdi għal mekkaniżmi komuni għar-riżoluzzjoni tal-banek u jiggarantixxu d-depożiti tal-klijenti;

(b)

qafas ta' politika ekonomika integrata li jkollu mekkaniżmi suffiċjenti biex jiżgura li l-politiki nazzjonali u Ewropej attwali jippromovu tkabbir sostenibbli, impjiegi u kompetittività, u jkunu kumpatibbli mal-funzjonament bla xkiel tal-EMU;

(c)

l-iżgurar tal-leġittimità demokratika u tar-responsabilità neċessarja tat-teħid ta' deċiżjonijiet fi ħdan l-EMU, ibbażati fuq l-eżerċizzju konġunt ta' sovranità għall-politiki komuni u s-solidarjetà;

5.

Huwa tal-opinjoni li diviżjoni aħjar u iżjed ċara tal-kompetenzi u r-riżorsi bejn l-UE u l-Istati Membri tista’ u għandha timxi id f’id ma’ kontroll parlamentari iżjed b’saħħtu u responsabilità fir-rigward tal-kompetenzi nazzjonali;

6.

Itenni li sabiex tkun leġittima u demokratika b’mod effettiv, il-governanza ta’ UEM ġenwina għandha titqiegħed fi ħdan il-qafas istituzzjonali tal-Unjoni;

7.

Iqis id-differenzjazzjoni bħala mezz utli u xieraq għall-promozzjoni ta’ integrazzjoni iżjed fil-fond, li, sal-punt li tissalvagwardja l-integrità tal-UE, tista’ tkun essenzjali sabex tinkiseb UEM ġenwina fi ħdan l-Unjoni;

8.

Jenfasizza li l-proċeduri ta' integrazzjoni differenzjata skont it-Trattati jippermettu li jittieħed l-ewwel pass fl-istabbiliment ta' UEM ġenwina li hi konsistenti bis-sħiħ mar-rekwiżiti ta' responsabilità demokratika aktar b'saħħitha, żieda fir-riżorsi finanzjarji u kapaċità msaħħa ta' teħid ta' deċiżjonijiet u jitlob lill-istituzzjonijiet kollha biex jipproċedu b'ħeffa billi jimmassimmizzaw il-possibilitajiet offruti mit-Trattati eżistenti u mill-elementi ta' flessibilità tagħhom u fl-istess ħin biex iħejju għat-tibdiliet meħtieġa fit-Trattati sabiex jiggarantixxu ċertezza legali u leġittimità demokratika; itenni li l-għażla ta' ftehim intergovernattiv ġdid għandha tiġi eskluża;

9.

Jenfasizza li t-tibdiliet fit-Trattati li huma bżonnjużi għall-ikkompletar ta' UEM ġenwina u l-istabbiliment ta' Unjoni taċ-ċittadini u stati jistgħu jibnu fuq l-istrumenti, proċeduri, prattiki eżistenti u fuq filosofija ta' integrazzjoni differenzjata filwaqt li tittejjeb l-effikaċja u l-koerenza tagħhom u jikkonferma li se juża bis-sħiħ il-prerogattiva tiegħu li jressaq proposti lill-Kunsill għall-emenda tat-Trattati, li sussegwentement jeħtieġ li jiġu eżaminati minn Konvenzjoni, sabiex jitlesta għalkollox il-qafas ta' UEM ġenwina;

10.

Ifakkar li d-dibattitu dwar il-governanza b’diversi livelli m’għandux jidduplika l-kwistjoni tal-governanza b’diversi livelli, li għandha x’taqsam mal-bilanċ tal-poteri u l-involviment tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali;

11.

Jenfasizza li sabiex tkun konsistenti man-natura tagħha li tkun mezz li tippromwovi l-integrazzjoni, issalvagwardja l-unità tal-UE u tiggarantixxi rispett sostanzjali tal-prinċipju tal-ugwaljanza, id-differenzjazzjoni għandha tibqa’ miftuħa u għandu jkollha l-għan li finalment tinkludi l-Istati Membri kollha;

12.

Jenfasizza li, għal żvilupp pożittiv tal-Unjoni Ewropea, huwa meħtieġ li jinkiseb bilanċ bejn il-politika tal-impjiegi u dik ekonomika, skont l-Artikolu 121 tat-TFUE u l-Artikolu 148 tat-TFUE.

B.    PROĊEDURI

13.

Huwa tal-opinjoni li d-differenzjazzjoni għandha preferibbilment issir, fejn hu possibbli, fi ħdan att legali indirizzat lill-Istati Membri kollha permezz ta’ derogi u klawżoli ta’ salvagwardja, minflok l-esklużjoni a priori ta’ xi Stati Membri mill-ambitu territorjali tal-applikazzjoni ta’ att legali; jenfasizza madankollu li għadd kbir ta’ derogi u klawżoli ta’ salvagwardja jdgħajfu l-unità tal-UE kif ukoll il-konsistenza u l-effikaċja tal-qafas ġuridiku tagħha;

14.

Huwa tal-fehma li l-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi, tal-impjiegi u soċjali tappartjeni lill-kategorija tal-kompetenzi kondiviżi, li skont l-Artikolu 4(1) TFUE tinkludi l-oqsma kollha li mhumiex inklużi fil-listi eżawrjenti tal-kompetenzi esklussivi jew ta’ sostenn;

15.

Huwa tal-opinjoni li, b’konsegwenza, l-ispeċifiċità ta’ miżuri adottati taħt l-Artikolu 136 TFUE ma tirrelatax biss mal-fatt li dawk il-miżuri huma speċifiċi għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, iżda timplika wkoll li jista’ jkollhom forza vinkolanti ikbar; billi l-Artikolu 136 tat-TFUE jippermetti lill-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u permezz tal-votazzjoni tal-Istati Membri biss li l-munita tagħhom hija l-euro, jadotta linji gwida vinkolanti dwar il-politika ekonomika għall-pajjiżi taż-żona tal-euro fil-qafas tas-Semestru Ewropew;

16.

Jenfasizza li, fejn xi Stati Membri ma jridux jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ att legali fil-qasam tal-kompetenzi mhux esklussivi tal-Unjoni, għandha tiġi stabbilita kooperazzjoni msaħħa skont id-dispożizzjoni rilevanti tat-Trattat minflok il-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali barra mill-qafas tal-ordiament ġuridiku tal-UE;

17.

Iqis li l-Artikolu 352 TFUE, li jagħti s-setgħa lill-Kunsill li jadotta miżuri xierqa għall-kisba ta’ wieħed mill-għanijiet stabbiliti fit-Trattati jekk it-Trattati ma jkunux ipprovdew is-setgħat meħtieġa, jista’ jintuża b’rabta mal-Artikolu 20 TUE, biex b’hekk tiġi permessa l-attivazzjoni tal-klawżola ta’ flessibbiltà, fejn ma jkunx jista’ jinkiseb kunsens unanimu fil-Kunsill permezz tal-mekkaniżmu tal-kooperazzjoni msaħħa;

18.

Jistieden lill-Istati Membri, f’ċirkostanzi fejn hemm diverġenza fid-direzzjoni politika bejn Stati Membri li qed tipprevjeni l-progress, jespandu l-prinċipju tal-kooperazzjoni msaħħa biex jinkludi l-politiki soċjali u tal-impjiegi.

19.

Iqis li l-inklużjoni tan-nefqa li tirriżulta mill-implimentazzjoni ta’ kooperazzjoni msaħħa fil-baġit tal-UE bħala dħul ieħor jew bħala riżors proprju speċifiku hija meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji tal-liġi dwar il-baġit tal-UE u sabiex tiġi ssalvagwardjata l-pożizzjoni kruċjali tal-Parlament Ewropew bħala awtorità baġitarja;

20.

Jitlob li jsir użu sistematiku tal-Artikolu 333(2) TFUE meta tkun qed tiħi stabbilita kooperazzjoni msaħħa fi ħdan qasam kopert minn kompetenza mhux esklussiva tal-Unjoni li tirreferi għal proċedura leġiżlattiva speċjali, u jitlob lill-Kunsill sabiex jadotta deċiżjoni permezz ta’ vot unanimu tal-Istati Membri parteċipanti li tistipula li, għall-finijiet tal-kooperazzjoni msaħħa, dawn ikollhom l-intenzjoni li jaġixxu taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja;

21.

Jitlob, fejn hu possibbli, l-użu sistematiku tal-klawżola “passerelle” tal-Artikolu 48(7) TUE fi proċeduri oħra minbarra l-kooperazzjoni msaħħa sabiex tissaħħaħ il-leġittimità demokratika u l-effikaċja tal-governanza tal-UEM;

22.

Iqis li meta l-użu tal-klawżola “passerelle” mhuwiex possibbli, bħal pereżempju fil-każ tal-adozzjoni tal-linji gwida dwar il-politika ekonomika u tal-impjiegi jew l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, għandu jsir użu sħiħ mill-possibbiltà li jiġu konklużi ftehimiet interistituzzjonali ta’ natura vinkolanti;

23.

Ifakkar li l-iskop tal-Artikolu 48 TUE huwa wkoll li jiggarantixxi l-leġittimità demokratika ta’ kwalunkwe bidla fit-trattat permezz tar-rekwiżit tal-involviment obbligatorju tal-Parlament Ewropew fil-proċedura ta’ emenda u tal-parlamenti nazzjonali fil-proċedura ta’ ratifika sussegwenti;

24.

Ma jaqbilx mat-terminu “arranġamenti kuntrattwali” u jinkoraġġixxi li jinstabu modi aħjar biex il-fondi disponibbli taħt l-istrument għall-konverġenza u l-kompetittività (CCI) u r-riformi strutturali jingħaqdu b’mod formali, u jtenni li n-nuqqas ta’ kompetenzi tal-Unjoni u tas-setgħat tal-Unjoni jista’ jingħeleb, fejn meħtieġ bl-użu tal-proċeduri xierqa stipulati fit-Trattati jew, fin-nuqqas ta’ bażi legali xierqa, billi jiġu emendati t-Trattati;

C.    DEMOKRAZIJA U ISTITUZZJONIJIET

25.

Ifakkar li skont l-Artikolu 3.4 TUE, l-UEM hi stabbilita mill-Unjoni u l-funzjonament tagħha għandu jissejjes fuq demokrazija rappreżentattiva;

26.

Jenfasizza li l-Parlament Ewropew huwa l-unika istituzzjoni tal-UE li fiha ċ-ċittadini huma direttament rappreżentati fil-livell tal-Unjoni u huwa l-korp parlamentari tal-UEM, u li l-involviment xieraq tiegħu huwa essenzjali sabiex jiġu żgurati l-leġittimità u l-funzjonament demokratiċi tal-UEM u huwa pre-kundizzjoni għal kwalunkwe pass 'il quddiem lejn unjoni bankarja, unjoni fiskali u unjoni ekonomika;

27.

Jenfasizza li leġittimità u responsabbilità xierqa għandhom jiġu żgurati fl-livell nazzjonali u tal-UE mill-parlamenti nazzjonali u mill-Parlament Ewropew, rispettivament; ifakkar fil-prinċipju stipulat fil-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2012 li “matul il-proċess, l-objettiv ġenerali jibqa' li jiġu żgurati l-leġittimità u r-responsabbiltà demokratika fil-livell li fih jittieħdu u jiġu implimentati d-deċiżjonijiet”;

28.

Jiddispjaċih għalhekk għan-nuqqas ta’ skrutinju parlamentari tat-Trojka, l-EFSF u l-MES;

29.

Huwa tal-fehma li kwalunkwe differenzjazzjoni formali tad-drittijiet tal-parteċipazzjoni parlamentari fir-rigward tal-oriġini tal-Membri tal-Parlament Ewropew tirrapreżenta diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, li l-projbizzjoni tagħha hija prinċipju fundatur tal-Unjoni Ewropea, u tikser il-prinċipju tal-ugwaljanza taċ-ċittadini tal-Unjoni kif imnaqqax fl-Artikolu 9 TUE;

30.

Iqis li fil-każ ta’ miżuri adottati skont l-Artikolu 136 TFUE jew fil-każ tal-istabbiliment ta’ kooperazzjoni msaħħa, l-assimetrija li tirriżulta mill-involviment, fuq naħa waħda, tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Kunsill li l-munita tagħhom hija l-euro (jew tar-rappreżentanti tal-pajjiżi parteċipanti), u fuq in-naħa l-oħra, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni bħala rappreżentanti taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni u l-promozzjoni tal-interess ġenerali tagħha, hija kompletament koerenti mal-prinċipji ta’ differenzjazzjoni u ma tnaqqasx iżda, għall-kuntrarju, ittejjeb il-leġittimità ta’ dawk il-miżuri;

31.

Jenfasizza li r-regoli interni tal-Parlament Ewropew joffru marġini suffiċjenti ta’ manuvrar għall-organizzazzjoni ta’ forom speċifiċi ta’ differenzjazzjoni abbażi ta’ ftehim politiku fi ħdan u fost il-gruppi politiċi sabiex jiġi provdut skrutinju xieraq tal-UEM; ifakkar li l-Artikolu 3(4) tat-TUE jafferma li “l-Unjoni għandha tistabbilixxi unjoni ekonomika u monetarja li l-munita tagħha tkun l-euro”, u li l-Protokoll 14 dwar il-Grupp tal-euro jirreferi għall-“bżonn li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali għal djalogu msaħħaħ bejn l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, sa ma l-euro tkun saret il-munita tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni”; jirrimarka li, jekk din is-sitwazzjoni tieħu fit-tul, għad li suppost hija waħda ta' tranżizzjoni, jeħtieġ li jitqies, fi ħdan il-Parlament Ewropew, mekkaniżmu ta' responsabbiltà xierqa għaż-żona tal-euro attwali u għall-Istati Membri li ħadu l-impenn li jingħaqdu magħha;

32.

Iqis li huwa importanti li tiġi intensifikata l-kooperazzjoni mal-parlamenti nazzjonali abbażi tal-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 1 anness mat-Trattati, u jilqa’ l-ftehim dwar l-istabbiliment ta’ konferenza interparlamentari li tiddiskuti l-politiki baġitarji u ekonomiċi; jenfasizza, madankollu li din il-kooperazzjoni ma għandhiex tkun intiża għall-istabbiliment ta' korp parlamentari konġunt sħiħ, li jkun ineffettiv u illeġittimu mill-aspett demokratiku u kostituzzjonali u jafferma mill-ġdid li ma jeżisti l-ebda sostitut għat-tisħiħ formali tal-leġittimità sħiħa tal-Parlament Ewropew, bħala korp parlamentari fil-livell tal-Unjoni bil-għan li tissaħħaħ il-governanza demokratika tal-UEM;

33.

Jenfasizza li l-Summit tal-Euro u l-Grupp tal-Euro huma korpi informali għad-diskussjoni u mhux istituzzjonijiet għat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-governanza tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja;

34.

Jenfasizza r-rwol ċentrali tal-Kummissjoni fil-governanza tal-UEM, kif ikkonfermat ukoll mill-Patt Fiskali u t-trattati tal-MES, f’li tiggarantixxi l-ordinament ġuridiku tat-trattati tal-UE u taqdi l-interess komuni tal-Unjoni kollha kemm hi;

D.    INTEGRAZZJONI DIFFERENZJATA FI ĦDAN IT-TRATTATI EŻISTENTI: LEJN UEM ĠENWINA

35.

Jemmen li l-metodu Komunitarju għandu jintuża għall-miżuri kollha mmirati lejn it-tisħiħ tal-UEM; ifakkar fl-Artikolu 16 tat-TSKG, li jiddikjara li, fi żmien massimu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dak it-Trattat, fuq bażi ta' valutazzjoni tal-esperjenza bl-implimentazzjoni tiegħu, iridu jittieħdu l-passi neċessarji, skontit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, bil-għan li s-sustanza tat-Trattat tiġi inkorporata fil-qafas ġuridiku tal-Unjoni Ewropea;

36.

Jenfasizza li l-Istati Membri li jużaw l-euro bħala l-munita tagħhom u dawk impenjati biex jadottawha għandhom bżonn jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex isaħħu l-istabbiltà u l-konformità mat-Trattat, u jżidu l-kompetittività, l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà demokratika; ifakkar li l-euro hija l-munita tal-Unjoni Ewropea u li l-Istati Membri kollha, ħlief dawk li għandhom deroga, huma mistennija jadottaw l-euro meta jasal il-waqt;

37.

Jinnota li, bil-għan li jtaffu l-kriżi u jwieġbu għan-nuqqasijiet strutturali fl-arkitettura tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, il-gvernijiet nazzjonali u l-istituzzjonijiet Ewropej implimentaw firxa wiesgħa ta' miżuri biex isalvagwardjaw l-istabbiltà finanzjarja u jtejbu l-governanza ekonomika; jinnota li dawn id-deċiżjonijiet, bħal ċerti dispożizzjonijiet tas-Six Pack u l-ħolqien tal-MES, jikkonċernaw biss lill-Istati Membri taż-żona tal-euro;

38.

Jilqa' t-twaqqif ta' mekkaniżmu superviżorju uniku li jkopri ż-żona tal-euro u li hu miftuħ għall-Istati Membri l-oħra kollha tal-UE; jenfasizza li l-ħolqien ta' mekkaniżmu uniku għar-riżoluzzjoni tal-banek huwa pass indispensabbli fit-twaqqif ta' unjoni bankarja ġenwina; jikkunsidra li, biex jingħelbu n-nuqqasijiet strutturali inerenti fl-unjoni ekonomika u monetarja u biex jitrażżan b'mod effikaċi l-periklu morali mifrux, l-'unjoni bankarja' proposta għandha tislet mir-riforma li kienet saret aktar qabel tas-settur tas-servizzi finanzjarji tal-Unjoni, kif ukoll il-governanza ekonomika msaħħa, speċjalment fiż-żona tal-euro, u l-qafas baġitarju l-ġdid tas-Semestru Ewropew, biex jiġu żgurati reżiljenza u kompetittività akbar tas-settur bankarju tal-Unjoni, fiduċja akbar fih, u riżervi kapitali msaħħa biex jiġi evitat li, fil-futur, il-baġits pubbliċi tal-Istati Membri jkollhom iħallsu l-ispejjeż tas-salvataġġi finanzjarji tal-banek;

39.

Jinsab estremament inkwetat dwar id-dewmien biex tiġi stabbilita l-unjoni bankarja u l-modalitajiet prattiċi tar-rikapitalizzazzjoni diretta tal-attivitajiet bankarji mill-MES; jinsab allarmat, b’mod partikolari, minħabba l-frammentazzjoni li qed isseħħ bħalissa tas-sistema bankarja tal-UE; jenfasizza li unjoni bankarja robusta u ambizzjuża hija komponent ewlieni ta’ UEM aktar profonda u ġenwina, u politika ewlenija li fuqha l-Parlament ilu jinsisti għal aktar minn tliet snin, b’mod partikolari mindu ġew adottati l-pożizzjonijiet tiegħu dwar ir-regolament dwar l-Awtorità Bankarja Ewropea;

40.

Iqis id-dispożizzjoni tar-regolament MSU li tirrikjedi l-kunsens mill-Parlament Ewropew għall-ħatra tal-presidenza u l-viċi-presidenza tal-Bord Superviżorju bħala preċedent importanti għal rwol imtejjeb tal-PE fil-governanza tal-UEM ibbażata fuq id-differenzjazzjoni;

41.

Jappoġġja l-istrumenti ta' solidarjetà ġodda, bħall-“istrument ta' konverġenza u kompetittività” (CCI); iqis li l-kunċett tas-CCI jista' jsaħħaħ is-sjieda u l-effikaċja tal-politika ekonomika; jenfasizza li tali strumenti jridu jitfasslu b'tali mod li jevitaw kwalunkwe inċertezza ġuridika u t-twessigħ tad-defiċit demokratiku tal-Unjoni;

42.

Jistieden lill-Kummissjoni tressaq, skont is-Semestru Ewropew, proposta għall-adozzjoni ta' kodiċi ta' konverġenza bbażat fuq l-istrateġija Ewropa 2020 u li jkun jistabbilixxi pilastru soċjali b'saħħtu; jinsisti li l-programmi ta’ implimentazzjoni nazzjonali għandhom jiżguraw li l-kodiċi ta’ konverġenza jiġi implimentat mill-Istati Membri kollha, appoġġjati minn mekkaniżmu bbażat fuq l-inċentivi;

43.

Jenfasizza li mekkaniżmu ta' inċentiv ikun isaħħaħ in-natura vinkolanti tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika;

44.

Jirrimarka li l-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' infurzar ibbażat fuq l-inċentivi u mmirat biex iżid is-solidarjetà, il-koeżjoni u l-kompetittività għandu jmur id f'id ma' saffi addizzjonali tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika kif mistqarr fid-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li takkumpanja “it-two pack” sabiex jiġi rispettat il-prinċipju li skontu “l-passi lejn aktar responsabbiltà u dixxiplina ekonomika jingħaqdu flimkien ma' aktar solidarjetà”;

45.

Jenfasizza li l-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni ex-ante, u l-istrumenti tal-konverġenza u l-kompetittività, għandhom japplikaw għall-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro bil-possibbiltà li Stati Membri oħra jingħaqdu fuq bażi permanenti; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi għal tali validazzjoni obbligatorja min-naħa tal-parlamenti nazzjonali fil-proposti leġiżlattivi li se jsiru dalwaqt, kif ukoll tiżgura involviment akbar taż-żewġ naħat tal-industrija fil-koordinazzjoni ekonomika;

46.

Huwa tal-opinjoni li kwalunkwe strument tas-CCI ġdid propost għandu jkun ibbażat fuq il-kondizzjonalità, is-solidarjetà u l-konverġenza. jemmen li tali strument għandu jiġi varat biss wara li jkunu ġew identifikati l-isbilanċi soċjali u l-ħtieġa ta’ riformi strutturali maġġuri u fit-tul għat-tisħiħ ta' tkabbir sostenibbli abbażi ta’ valutazzjoni tal-koerenza bejn il-kodiċi ta' konverġenza u l-pjanijiet ta' implimentazzjoni nazzjonali bl-involviment formali xieraq tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-parlamenti nazzjonali;

47.

Huwa tal-fehma li s-CCI għandu jservi ta' vettura għal żieda fil-kapaċità baġitarja u jkun immirat lejn appoġġ kundizzjonali tar-riformi strutturali, u b'hekk iżid il-kompetittività, it-tkabbir u l-koeżjoni soċjali, filwaqt li jiżgura koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-politiki ekonomiċi u konverġenza sostenuta tal-prestazzjoni ekonomika tal-Istati Membri, u jindirizza l-iżbilanċi u d-diverġenzi strutturali; huwa tal-fehma li tali strumenti jservu ta' pedamenti lejn kapaċità fiskali ġenwina;

48.

Iqis l-istabbiliment ta’ dan l-istrument bħala fażi inizjali fit-tisħiħ tal-kapaċità fiskali tal-UEM, u jenfasizza li r-riżorsi finanzjarji tas-CCI għandhom ikunu parti integrali mill-baġit tal-UE, iżda lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP, biex jiġu rrispettati t-Trattati u d-dritt tal-UE u jiġi żgurat li l-Parlament Ewropew huwa involut b’mod sħiħ bħala awtorità baġitarja billi, fost l-oħrajn, jippermetti l-adozzjoni każ każ tal-approprjazzjonijiet baġitarji rilevanti;

49.

Jitlob l-inklużjoni ta' riżors proprju ġdid iffinanzjat minn kontribuzzjonijiet imħallsa minn Stati Membri li qed jipparteċipaw fis-CCI taħt Deċiżjoni ta’ Riżorsi Proprji modifikata u billi jiġi assenjat id-dħul ta’ dan ir-riżors proprju ġdid għan-nefqa tas-CCI, u jitlob l-emenda tad-Deċiżjonijiet tar-Riżorsi Proprji jew, jekk dan mhux possibbli, għall-użu tad-dħul tat-Taxxa fuq it-Transazzjonijiet Finanzjarji bħala dħul ieħor sabiex jiġu kkumpensati tali kontribuzzjonijiet diretti;

50.

Jinsisti li fil-Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa l-President tal-Parlament għandu jippreżenta l-fehmiet tal-Parlament dwar L-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir; hu tal-fehma li għandu jiġi nnegozjat ftehim interistituzzjonali sabiex il-Parlament jiġi involut fl-approvazzjoni tal-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir u tal-linji gwida għall-politika ekonomika u l-impjiegi;

51.

Itenni l-ħtieġa li tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali tal-UEM filwaqt li jafferma mill-ġdid li l-politika tal-impjiegi u l-politika soċjali huma politiki tal-Unjoni;

52.

Itenni li skont it-Trattati, il-promozzjoni ta’ rata għolja ta’ impjiegi u l-garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata għandhom ikunu kkunsidrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni; jitlob l-istabbiliment ta' rati ta' referenza għall-impjiegi u soċjali li jikkumplementaw l-indikaturi fiskali u makroekonomiċi, kif ukoll rapporti ta' progress dwar ir-riformi strutturali, l-għan ikun li jkun żgurat livell xieraq u effiċjenti ta' investiment soċjali u għalhekk is-sostenibilità ta' Unjoni Ewropea soċjali f'perspettiva fit-tul.

53.

Jilqa’ l-fatt li, fit-2 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni waqqfet grupp ta’ esperti, wara l-ftehimiet “2-Pack”, taħt il-presidenza tas-Sinjura Gertrude Trumpel-Gugerell, li għandu l-kompitu li jivvaluta bir-reqqa l-karatteristiċi ewlenin ta’ fond ta’ tifdija potenzjali u eurokambjali, inkluż kwalunkwe dispożizzjoni legali, arkitettura finanzjarja u oqfsa baġitarji kumplementari, u bi ħsiebu jiddikjara l-pożizzjoni tiegħu dwar dawn il-kwistjonijiet wara li jitressaq ir-rapport tal-grupp ta' esperti;

54.

Iqis li l-operazzjonijiet tal-EFSF/MES u kull struttura simili fil-ġejjieni għandhom ikunu soġġetti għal kontroll u sorveljanza demokratika regolari mill-Parlament Ewropew; Iqis li l-operazzjonijiet tal-EFSF/MES u kull struttura simili fil-ġejjieni għandhom ikunu soġġetti għal kontroll u sorveljanza demokratika regolari mill-Parlament Ewropew;

55.

Jindika li t-trojka għandha tkun responsabbli b'mod xieraq; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tirrapporta b'mod regolari f'isem it-Trojka quddiem il-Parlament Ewropew, permezz ta' rappurtar regolari; ifakkar li l-parteċipazzjoni tal-UE fis-sistema tat-“trojka” għandha tkun soġġetta għall-iskrutinju demokratiku mill-Parlament u għall-obbligu ta' għoti ta’ rendikont quddiemu;

E.    INTEGRAZZJONI DIFFERENZJATA U BIDLIET FIT-TRATTATI

56.

Iqis li kwalunkwe tibdil futur fit-trattati għandu jafferma integrazzjoni differenzjata bħala għodda li tikseb integrazzjoni akbar filwaqt li ssalvagwardja l-unità tal-Unjoni;

57.

Huwa tal-fehma li bidla futura fit-trattati tista’ tintroduċi livell ġdid ta’ sħubija assoċjata, inkluża integrazzjoni parzjali f’oqsma speċifiċi tal-politika tal-Unjoni bħala mezz sabiex tissaħħaħ il-Politika Ewropea tal-Viċinat;

58.

Iqis li bidla futura fit-Trattati għandha tafferma l-Eurosummit bħala konfigurazzjoni informali tal-Kunsill Ewropew, kif stipulat fit-Titolu V tat-TSKG;

59.

Jissuġġerixxi li l-Grupp tal-Euro jsir konfigurazzjoni informali tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji;

60.

Jitlob li l-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji jkun Ministru tat-Teżor u Viċi President tal-Kummissjoni permanenti;

61.

Jitlob bidla, b’eċċezzjonijiet limitati, fil-proċeduri ta’ votazzjoni fil-Kunsill li jirrikjedu unanimità għal maġġoranza kwalifikata, u li l-proċeduri leġiżlattivi speċjali eżistenti jiġu konvertiti fi proċeduri leġiżlattivi ordinarji;

62.

Jitlob l-introduzzjoni ta’ bażi legali sabiex jiġu stabbiliti aġenziji tal-Unjoni li jistgħu jwettqu funzjonijiet eżekuttivi u implimentattivi speċifiċi mogħtija lilhom mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja;

63.

Iqis il-votazzjoni permezz ta’ maġġoranza kwalifikata bil-maqlub fil-Patt Fiskali aktar bħala dikjarazzjoni politika milli strument effettiv ta' teħid ta' deċiżjonijiet, u jitlob għalhekk l-integrazzjoni tal-RQM fit-Trattati, speċjalment fl-Artikoli 121, 126 u 136 TFUE, b’tali mod li l-proposti jew ir-rakkomandazzjonijiet sottomessi mill-Kummissjoni jkunu jistgħu jidħlu fis-seħħ jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament jew mill-Kunsill fi żmien ċertu perjodu definit minn qabel, sabiex tiġi żgurata ċertezza tad-dritt sħiħa;

64.

Jitlob li jiġi emendat l-Artikolu 136 TFUE sabiex l-ambitu tiegħu jitwessa’ għall-parteċipazzjoni volontarja minn Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro, filwaqt illi jipprovdi għal drittijiet tal-vot sħaħ f’konformità mal-proċedura ta’ kooperazzjoni msaħħa, u jitlob it-tneħħija tar-restrizzjonijiet taħt l-Artikolu 136 TFUE u l-aġġornament ta’ dan l-artikolu fi klawżola ġenerali għall-adozzjoni ta’ atti legali li jikkonċernaw il-koordinazzjoni u l-istabbiliment ta’ standards minimi legalment vinkolanti fir-rigward ta’ politika ekonomika, tal-impjiegi u soċjali;

65.

Jitlob l-estensjoni tal-bażi legali fl-Artikolu 127(6) TFUE għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha inklużi l-impriżi tal-assigurazzjoni stabbiliti fis-suq intern;

66.

Jitlob l-inklużjoni tal-Parlament fil-proċedura ta’ ħatra tal-President, il-Viċi-President u membri oħra tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE fl-Artikolu 283 TFUE, billi jirrkjedi l-kunsens tiegħu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill;

67.

Jistieden lill-Konvenzjoni jmiss li teżamina l-possibilità li tkun introdotta proċedura leġiżlattiva speċjali li tirrikjedi erbgħa minn kull ħames voti fil-Kunsill u maġġoranza tal-membri komponenti tal-Parlament taħt l-Artikolu 312 TFUE għall-adozzjoni tar-regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali;

68.

Jistieden lill-Konvenzjoni li jmiss teżamina l-possibilità li tkun introdotta proċedura leġiżlattiva speċjali li tirrikjedi erbgħa minn kull ħames voti fil-Kunsill u maġġoranza tal-membri komponenti tal-Parlament taħt l-Artikolu 311(3) TFUE għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni tar-Riżorsi Proprji;

69.

Jistieden lill-Konvenzjoni li jmiss teżamina l-possibilità li dawk l-Istati Membri li għandhom l-Euro bħala l-munita tagħhom u dawk l-Istati Membri kollha li jixtiequ jipparteċipaw fil-politiki komuni l-ġodda jipprovdu għar-riżorsi speċifiċi proprji fil-qafas tal-baġit tal-UE;

70.

Huwa tal-fehma li l-mezzi finanzjarji tal-aġenziji tal-Unjoni għandhom ikunu parti integrali mill-baġit tal-Unjoni;

71.

Jitlob li l-kunsens tal-Parlament Ewropew għandu jkun rekwiżit fl-emendi tat-Trattati, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri komponenti tiegħu;

72.

Jinsisti li l-Konvenzjoni futura għandu jkollha l-akbar leġittimità demokratika possibbli billi tinvolvi wkoll l-imsieħba soċjali, is-soċjetà ċivili u partijiet interessati oħra; tasal għad-deċiżjonijiet tagħha in plenum skont regoli demokratiċi sħaħ; ikollha ħin adegwat għal deliberazzjoni serja u bir-reqqa; topera bi trasparenza sħiħa u l-laqgħat kollha tagħha jkunu miftuħin għall-pubbliku;

73.

Iħeġġeġ l-estensjoni tal-klawżola “passerelle” fl-Artikolu 48(7) TUE għat-Trattati kollha;

o

o o

74.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Treaty Establishing the European Stability Mechanism (ESM)

(2)  Treaty on Stability, Coordination and Governance in the Economic and Monetary Union

(3)  ĠU L 306, 23.11.2011.

(4)  ĠU L 140, 27.5.2013.

(5)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2013)0372.

(7)  https://www.ecb.europa.eu/ssm/pdf/4preport/fourpresidentsreport2012-12-05EN.pdf

(8)  Testi adottati, P7_TA(2012)0430.

(9)  Test adottat, P7_TA(2013)0222.

(10)  Test adottat, P7_TA(2013)0269.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/187


P7_TA(2013)0599

Ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-istituzzjonijiet li jirrappreżentaw il-gvernijiet nazzjonali

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-istituzzjonijiet li jirrappreżentaw lill-gvernijiet nazzjonali (2012/2034(INI))

(2016/C 468/26)

Il-Parlament Ewropew

wara li kkunsidra l-Artikoli 15 u 16 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 235 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25 u s-26 ta' Marzu 2010, tas-17 ta' Ġunju 2010, tas-16 ta' Settembru 2010, tat-28 u d-29 ta' Ottubru 2010, tas-16 u s-17 ta' Diċembru 2010, tal-4 ta' Frar 2011, tal-24 u l-25 ta' Marzu 2011, tat-23 u l-24 ta' Ġunju 2011, tat-23 ta' Ottubru 2011, tad-9 ta' Diċembru 2011, tal-1 u t-2 ta' Marzu 2012, tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2012, tat-18 u d-19 ta' Ottubru 2012, tat-13 u l-14 ta' Diċembru 2012, tas-7 u t-8 ta' Frar 2013, tal-14 u l-15 ta' Marzu 2013 u tas-27 u t-28 ta' Ġunju 2013,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-kapijiet ta' stat jew ta' gvern tal-Unjoni Ewropea wara l-laqgħat informali tal-membri tal-Kunsill Ewropew tas-26 ta’ Ottubru 2011 u tat-30 ta’ Jannar 2012,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Mejju 2009 dwar l-impatt tat-Trattat ta’ Lisbona dwar l-iżvilupp tal-bilanċ istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Lulju 2013 dwar it-titjib tal-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2014 (2),

wara li kkunsidra l-Artikoli 48,110 u 127 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0336/2013),

A.

billi t-Trattat ta' Lisbona ta lill-Kunsill Ewropew l-istatus ta' istituzzjoni Ewropea, mingħajr ma bidillu r-rwol tiegħu minħabba li, skont l-Artikolu 15(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, “Il-Kunsill Ewropew għandu jipprovdi l-Unjoni bl-impetu meħtieġ għall-iżvilupp tagħha u għandu jiddefinixxi d-direzzjonijiet u l-prijoritajiet politiċi ġenerali tagħha. Huwa m’għandux jeżerċita funzjonijiet leġislattivi”;

B.

billi l-Parlament huwa perfettament konxju tal-indipendenza tal-Kunsill Ewropew u tar-rwol eminenti li jagħtih it-Trattati;

C.

billi, madankollu, taħt il-pressjoni tal-kriżi, il-Kunsill Ewropew kabbar b’mod konsiderevoli r-rwol tiegħu, kattar l-għadd tal-laqgħat eċċezzjonali u tella' għal-livell tal-Kunsill Ewropew suġġetti li normalment jiġu ttrattati fil-livell tal-Kunsill tal-Ministri; billi f'dan ir-rigward il-Kunsill Ewropew mar lil hinn mill-inġunzjoni kruċjali tat-Trattat li m'għandux funzjonijiet leġislattivi;

D.

billi t-tentazzjoni tal-kapijiet ta' stati jew ta' gvern li jirrikorru għal espedjenti intergovernattivi tikkomprometti l-'metodu Komunitarju', bi ksur tat-Trattati;

E.

billi biex tissaħħaħ in-natura demokratika tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjoni għandhom jiġu implimentati arranġamenti ta' skrutinju parlamentari xierqa;

F.

billi, skont it-Trattat ta' Lisbona, il-membri tal-Kunsill Ewropew huma individwalment responsabbli quddiem il-parlamenti nazzjonali tagħhom iżda kollettivament responsabbli biss tagħhom infushom;

G.

billi l-President tal-Kunsill Ewropew ingħata rwol inizjatorju, bosta drabi flimkien mal-kontropartijiet tiegħu minn istituzzjonijiet oħra, u b’hekk de facto sar in-negozjatur prinċipali f’isem l-Istati Membri għal suġġetti li, sa mill-adozzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona, huma koperti bil-kodeċiżjoni;

H.

billi, bi qbil mal-awtoritajiet tal-Parlament, u b’mod partikolari permezz ta’ skambji ta’ ittri, il-President Van Rompuy fittex li kemm jista' jkun jikkunsidra r-rekwiżiti ta’ informazzjoni u trasparenza: iltaqa’ personalment mal-presidenti tal-kumitati, ir-rapporteurs jew ix-sherpas tal-Parlament biex jiddiskuti għadd ta' suġġetti importanti; irrisponda mistoqsijiet bil-miktub; irrapporta b’mod regolari dwar il-laqgħat tal-Kunsill Ewropew, jew lill-plenarja jew lill-Konferenza tal-Presidenti estiża, u kellu bosta kuntatti mal-presidenti tal-gruppi;

I.

billi jkun tajjeb li din il-prattika ssir uffiċjali sabiex isservi ta’ preċedent għall-ġejjieni u għandha wkoll tittejjeb; billi, dwar ir-reġim Ewropew tal-privattivi, il-Kunsill Ewropew qajjem dubju dwar ftehim leġislattiv konkluż bejn il-Parlament u l-Kunsill; billi, dwar il-governanza ekonomika, il-Kunsill Ewropew deherlu tajjeb li jinnegozja mill-ġdid dispożizzjonijiet identiċi għal dawk magħmula applikabbli b’regolament preċedenti; billi, dwar l-awtorità Ewropea għas-superviżjoni tal-banek, il-Kunsill Ewropew adotta żewġ pożizzjonijiet kontradittorji wara xulxin b’intervall ta’ sena, li seta’ evita billi jikkunsidra aħjar il-pożizzjoni tal-Parlament; billi l-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 wassal għal blukkar leġislattiv assolut, peress li l-unanimità ġuridikament neċessarja fil-Kunsill ma setgħetx tintlaħaq ħlief billi jiddeċiedi minn qabel dwar ċerti għażliet politiċi ewlenin tar-regolamenti leġislattivi tal-politiki li għandhom ikunu ffinanzjati, b'tali mod li r-rwol tal-Parlament, f'dawn l-oqsma, ċekknu għal li dan tal-aħħar jemenda dispożizzjonijiet sekondarji;

J.

billi f'dawn il-każijiet kollha, per definitionem l-aktar importanti, in-nuqqas ta’ djalogu formali bejn il-Parlament u l-Kunsill Ewropew ma ppermettiex li l-Parlament ikollu r-rwol sħiħ tiegħu ta’ koleġislatur kif stabbilit fit-Trattati; billi ħafna drabi deher li l-interlokuturi uffiċjali tar-rappreżentanti tal-Parlament ma kellhomx verament is-setgħa li tassew jimpenjaw lill-gvernijiet; billi, minkejja li teoretikament għadhom responsabbli għall-preparazzjoni tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew, huwa dejjem iktar evidenti li l-President fil-Kariga tal-Kunsill u l-Kunsill Affarijiet Ġenerali (3) għandhom biss rwol marġinali jew tekniku; billi l-intervent tradizzjonali liminari tal-president tal-Parlament Ewropew fil-ftuħ tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew mhuwiex proċedura suffiċjenti;

K.

billi l-Parlament Ewropew ma jistax jordna lill-President tal-Kunsill Ewropew biex jattendi dibattitu qabel il-laqgħat tal-Kunsill Ewropew; billi l-Parlament ma jorganizzax lilu nnifsu tajjeb għad-dibattiti li fihom il-President jippreżentalu rapport wara l-laqgħat tal-Kunsill Ewropew;

L.

billi, madankollu, jintlaqa’ tajjeb il-fatt li bosta kapijiet ta’ gvern ta’ Stati Membri tal-UE qed ifittxu t-tribuna tal-Parlament għal dibattiti dwar il-ġejjieni tal-Ewropa;

M.

billi l-operat tal-Kunsill tal-Ministri jagħti lok għal tħassib serju, u la l-Kunsill Ewropew u lanqas il-presidenza b’rotazzjoni ma jidhru kapaċi jimponu fuq ix-xogħol tiegħu l-istandards mixtieqa ta’ ħeffa, strateġija, konsistenza, koerenza jew trasparenza; billi dawn in-nuqqasijiet fit-tieni kamra tal-leġislatura jgħarrqu l-proċess leġislattiv tal-Unjoni Ewropea;

N.

billi l-Artikolu 17(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-ewwel darba wara l-elezzjonijiet Ewropej li jmiss; billi din id-dispożizzjoni fundamentali hija maħsuba biex il-President tal-Kummissjoni jintgħażel miċ-ċittadini permezz tal-elezzjoni tad-deputati tagħhom, fil-loġika ta’ sistema parlamentari; billi dan ir-riżultat jista’ jinkiseb biss jekk il-partiti politiċi Ewropej, il-Parlament u l-Kunsill Ewropew jaġixxu f’dan l-ispirtu, skont ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, b’mod partikolari fil-qafas tal-konsultazzjonijiet maħsuba biex japplikaw fil-prattika d-Dikjarazzjoni Nru 11 annessa mat-Trattat ta’ Lisbona;

1.

Jemmen li, fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba fuq dawn l-aħħar erba’ snin, jeħtieġ li r-relazzjonijiet tax-xogħol bejn il-Kunsill Ewropew u l-Parlament jittejbu u jkunu formalizzati; jikkunsidra li dan jista’ jieħu l-forma ta’ dikjarazzjoni konġunta jew ftehim interistituzzjonali jew skambju ta’ ittri;

2.

Huwa tal-fehma li, ħlief f'każijiet ta' urġenza eċċezzjonali, qabel kull laqgħa tal-Kunsill Ewropew għandu jsir dibattitu fil-Parlament li jippermetti l-adozzjoni ta’ riżoluzzjoni, u li jattendih il-President tal-Kunsill Ewropew biex jippreżenta huwa stess is-suġġetti fuq l-aġenda; jemmen li l-Parlament u l-Kunsill Ewropew għandhom jorganizzaw il-ħidmiet rispettivi tagħhom b’mod li l-Parlament ikollu l-opportunità li jgħarraf l-opinjoni tiegħu dwar dawn is-suġġetti fil-ħin u l-President tal-Kunsill Ewropew ikun jista’ jagħmillu rapport wara kull laqgħa tal-Kunsill Ewropew, quddiem is-seduta plenarja; jenfasizza li, kemm jista' jkun, il-laqgħat tal-Kunsill Ewropew m'għandhomx isiru matul il-ġimgħat tas-sessjoni plenarja tal-Parlament;

3.

Jirrimarka li l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew huma istruzzjonijiet ta' negozjar għall-Kunsill tal-Ministri, u li fl-ebda każ ma jikkostitwixxu linji ħomor li ma jistgħux ikunu nnegozjati mal-Parlament; jitlob li formula standard li tfakkar id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea tiġi introdotta fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew;

4.

Iħeġġeġ li meta jiġi konkluż ftehim bejn ir-rappreżentanti tal-Parlament u dawk tal-Kunsill fil-kuntest tal-proċedura leġislattiva, il-Kunsill Ewropew ma jitħalliex jerġa' jqajjem il-kwistjoni, ħlief jekk il-Presidenza fil-Kariga tkun speċifikat li l-ftehim kien ad referendum;

5.

Jipproponi li l-President tal-Kunsill Ewropew u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jiġu mistiedna flimkien mal-President tal-Kummissjoni biex darba f'sena jipparteċipaw f'dibattitu ġenerali dwar is-sitwazzjoni interna u esterna tal-Unjoni, mingħajr sovrapożizzjoni mad-dibattitu dwar annwali eżistenti dwar l-istat tal-Unjoni li matulu l-President tal-Kummissjoni jippreżenta l-programm tax-xogħol tiegħu u jirrapporta dwar l-azzjoni tiegħu lill-Parlament li quddiemu huwa responsabbli;

6.

Ifakkar li, għall-kuntrarju tal-President tal-Kummissjoni, il-President tal-Kunsill Ewropew mhuwiex responsabbli quddiem il-Parlament u li l-organizzazzjoni tad-dibattiti li jipparteċipa fihom jeħtiġilha tqis dan il-fatt, filwaqt li tippermetti li Membri għajr il-presidenti tal-gruppi jiddjalogaw mal-President tal-Kunsill Ewropew; jemmen, madankollu, li l-proċedura ta’ mistoqsijiet bil-miktub ma tidhirx li tkun f'lokha;

7.

Jitlob li l-Parlament ikun involut f'waqtu kull darba li l-Kunsill Ewropew jagħti bidu għal pjan ta’ azzjoni jew proċedura li jista’ jkollhom dimensjoni leġislattiva li tkun trid tiġi deċiża b’kooperazzjoni mal-Parlament, skont il-forma li tidher xierqa f’kull każ; jinsisti li l-President tal-Parlament għandu jipparteċipa bis-sħiħ fil-laqgħat tal-Kunsill Ewropew meta jkunu indirizzati mistoqsijiet interistituzzjonali – il-Parlament u l-Kunsill Ewropew konsegwentement jadattaw ir-regoli interni tagħhom biex jippreċiżaw l-għażla tar-rappreżentanti rispettivi tagħhom u l-mod li bih dawn jiksbu mandat ta’ negozjar u jirrappurtaw dwar in-negozjati;

8.

Jistieden lill-Kunsill Ewropew biex jgħarraf b'mod ċar, qabel ma tibda l-kampanja tal-elezzjonijiet Ewropej, kif biħsiebu, safejn jikkonċerna lilu, jirrispetta l-għażla taċ-ċittadini Ewropej fil-proċedura li twassal għall-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni, b'mod konformi mal-Artikolu 17(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fil-qafas tal-konsultazzjonijiet li għandhom isiru bejn il-Parlament u l-Kunsill Ewropew għall-applikazzjoni fil-prattika tad-Dikjarazzjoni Nru 11 annessa mat-Trattat ta’ Lisbona; ifakkar fl-importanza li nsaħħu l-viżibilità u l-karattru Ewropew tal-kampanja elettorali; jistieden lil kull membru tal-Kunsill Ewropew biex iħabbar bil-quddiem kif biħsiebu jirrispetta l-vot taċ-ċittadini tiegħu meta jipproponi kandidat jew kandidati għall-kariga ta' Kummissarju mill-pajjiż tiegħu;

9.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-kapijiet ta' stat u ta' gvern u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 82.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2013)0323.

(3)  Ara l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/190


P7_TA(2013)0600

Infrastruttura Ekoloġika (IE) – Intejbu l-Kapital Naturali tal-Ewropa

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar Infrastruttura Ekoloġika (IE) – Intejbu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (2013/2663(RSP))

(2016/C 468/27)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra s-Seba' Programm ta' Azzjoni għall-Ambjent,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea bl-isem 'L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) – Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa' (COM (2013)0249),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem “Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),

wara li kkunsidra l-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi (COM(2011)0571),

wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020 (COM(2011)0244),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (2),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Ambjent ta' Ġunju 2011 u dawk tas-17 ta' Diċembru 2012 (il-punt 14),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' April 2012 dwar "L-assigurazzjoni ta' ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020 (3), b'mod partikolari l-paragrafu 50 tiegħu,

wara li kkunsidra l-istudju bl-isem “L-Ekonomija tal-Ekosistemi u tal-Bijodiversità (TEEB)” (4),

wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tal-2009 bl-isem “L-adattament għat-tibdil fil-klima: Lejn qafas Ewropew għall-azzjoni' (COM(2009)0147) u l-komunikazzjoni tagħha bl-isem 'Strateġija Ewropea dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima (COM(2013)0216),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar Infrastruttura Ekoloġika (IE) – Intejbu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (O-000094/2013 – B7-0525/2013),

wara li kkunsidra l-Aġenda Territorjali tal-Unjoni Ewropea 2020: Lejn Ewropa ta’ reġjuni differenti aktar kompetittiva u sostenibbli,

wara li kkunsidra l-Objettivi dwar il-Bijodiversità ta’ Aichi tal-“Pjan Strateġiku għall-Bijodiversità 2011-2020” , adottat mill-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD) f’Ottubru 2010,

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi d-deklin fil-bijodiversità u fl-istatus tal-ekosistemi tagħna jeħtieġ jiġi indirizzat sabiex tkun żgurata l-provvista kontinwa ta' servizzi tal-ekosistema u l-protezzjoni tal-kapital naturali għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri;

B.

billi l-infrastuttura ekoloġika tgħin lin-natura biex tipproduċi l-potenzjal sħiħ tas-servizzi tal-ekosistema hi tista’ tgħajjex lis-soċjetà;

C.

billi t-telf tal-bijodiversità jeħtieġ ikun indirizzat sabiex jiġi protett il-kapital naturali kemm għall-ġenerazzjonijiet preżenti u kemm dawk tal-futur;

D.

billi l-pressjoni antropoġenika thedded il-bijodiversità u l-integrità tal-ekosistemi fl-Unjoni Ewropea, inkluż permezz tal-frammentazzjoni u l-qerda tal-ħabitats naturali, it-tibdil fil-klima u l-użu intensifikat ta’ ħabitats seminaturali;

E.

billi l-bijodiversità u l-benessri tas-soċjetà umana għandhom rabta mill-qrib bejniethom;

F.

billi sabiex tinżamm u tissaħħaħ il-bijodiversità fl-Unjoni huwa importanti li jitnaqqas il-livell ta' frammentazzjoni u tittejjeb il-konnettività ekoloġika;

G.

billi skont l-Objettiv ta’ Bijodiversità ta' Aichi Nru11, sal-2020, tal-inqas 17 % taż-żoni terrestri u tal-ilma intern, u 10 % taż-żoni kostali u tal-baħar, speċjalment żoni ta’ importanza partikolari għall-bijodiversità u s-servizzi pprovduti mill-ekosistemi, huma ppreservati permezz ta’ netwerks ekoloġikament rappreżentattivi u konnessi tajjeb maż-żoni protetti ġestiti b’mod effettiv u ugwali u ta’ miżuri effettivi oħra ta’ konservazzjoni skont iż-żona, u integrati fil-pajsaġġi terresti u marini kollha;

H.

billi l-infrastruttura ekoloġika u l-agrikoltura għandhom rabta mill-qrib bejniethom, f’termini ta’ produttività agrikola u l-protezzjoni tal-wirt agrikolu, u minħabba l-impatti tal-ippjanar tal-ġestjoni tat-territorju u tal-użu tal-art tal-attivitajiet agrikoli;

I.

billi l-esperjenza turi li l-proġetti tal-infrastruttura ekoloġika joffru opportunità kbira ta’ integrazzjoni tan-natura fis-soċjetà, inklużi l-ambjenti urbani fejn qed tgħix parti dejjem akbar tal-popolazzjoni li qed tesponi ruħha għall-konsegwenzi serji kkawżati mill-“effett tal-gżejjer urbani tas-sħana”;

J.

billi l-informazzjoni dwar kif tiġi maħluqa, protetta, imtejba u użata b’mod effiċjenti l-infrastruttura ekoloġika fost il-pajsaġġi għandha tkun kondiviża fost il-partijiet interessati u ppubblikata;

K.

billi l-esperjenza turi li l-ippjanar u l-iżvilupp ta' proġetti ta' infrastruttura huma fażijiet ewlenin li matulhom l-integrazzjoni tal-ħtiġijiet ekoloġiċi, ekonomiċi u tas-soċjetà għandhom ikunu żgurati, kemm fil-pajsaġġi urbani u kemm dawk rurali;

L.

billi l-programmi ta' infrastruttura reġjonali u urbani li huma kofinanzjati mill-UE għandhom jintegraw elementi tal-infrastruttura ekoloġika u jnaqqsu l-impatti fuq l-ekosistemi eżistenti, sabiex jissaħħu l-benefiċċji ambjentali soċjali u ekonomiċi ta’ dawn il-programmi u proġetti;

M.

billi l-infrastruttura ekoloġika toffri firxa sħiħa ta’ benefiċċji ekoloġiċi, ekonomiċi, u soċjali li jirriżultaw minn soluzzjonijiet naturali, li ġeneralment huma irħas u aktar sostenibbli u jistgħu jgħinu biex jinħolqu l-impjiegi;

N.

billi l-investiment fl-infrastruttura ekoloġika normalment jipproduċi redditu għoli;

Rimarki ġenerali

1.

Jilqa l-komunikazzjoni dwar l-infrastruttura ekoloġika u l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tfittex twettaq b'mod attiv l-objettivi stabbiliti fiha;

2.

Jirrikonoxxi l-importanza ewlenija tal-infrastruttura ekoloġika biex ikunu protetti b’mod effettiv il-kapital naturali tal-Ewropa, il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u l-ispeċi kif ukoll l-istat ekoloġiku tajjeb tal-korpi tal-ilma;

3.

Jenfasizza l-kontribut li l-infrastruttura ekoloġika tista’ tagħti lid-diversi objettivi 2020 tal-Unjoni, u jenfasizza l-urġenza tat-twettiq tagħha u l-integrazzjoni tagħha fl-għodda għall-implimentazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, sabiex jingħata kontribut effettiv għall-akkwist tal-miri tal-bijodiversità tal-Unjoni;

4.

Jirrikonoxxi li t-twettiq tal-infrastruttura ekoloġika għandha tgħin lill-Unjoni tilħaq l-impenji internazzjonali tagħha taħt l-Objettiv tal-Bijodiversità ta’ Aichi u l-Pjan Strateġiku għall-Bijodiversità 2011-2020;

5.

Jilqa' l-approċċ innovattiv tal-infrastruttura ekoloġika li joffri kosteffikaċja permezz ta' għadd ta' benefiċċji u soluzzjonijiet li jistgħu jirrikonċiljaw l-objettivi ambjentali, soċjali u ekonomiċi;

Integrazzjoni fl-oqsma ta' politika differenti

6.

Jenfasizza l-ħtieġa li jintegra l-infrastruttura ekoloġika fil-politiki settorjali kollha tal-UE u l-arranġamenti finanzjarji korrispondenti, bl-użu tal-aħjar prattiki tal-Istati Membri bħala eżempji;

7.

Jirrimarka li l-infrastruttura ekoloġika tista' tiżvolġi rwol importanti fil-bliet, fejn parti dejjem akbar tal-popolazzjoni qed tgħix illum u fejn tista' tagħti servizzi bħal arja nadifa, kontrol tat-temperatura u mitigazzjoni tal-“effett tal-gżejjer urbani tas-sħana” lokali, żoni rikreattivi, protezzjoni mill-għargħar, żamma tal-ilma tax-xita u prevenzjoni tal-għargħar, manutenzjoni tal-livelli tal-ilma ta' taħt l-art, restawr u waqfien mit-telf tal-bijodiversità, moderazzjoni ta’ avvenimenti estremi tal-klima u l-impatti tagħhom, u tisħiħ tas-saħħa taċ-ċittadini, u tal-kwalità tal-ħajja b'mod ġenerali, inkluż billi jkun hemm żoni aċċessibbli u affordabbli għall-attività fiżika; jenfasizza r-rabta bejn l-infrastruttura ekoloġika u s-saħħa pubblika u jikkunsidra li l-investiment fl-infrastruttura ekoloġika huwa wkoll investiment fis-saħħa pubblika.

8.

Jenfasizza l-kontribut tal-infrastruttura ekoloġika bħala akkumpanjament vitali tan-netwerk Natura 2000 bit-tisħiħ tal-koerenza u r-reżiljenza tan-netwerk li jservi biex iħares l-ispeċijiet ewlenin u l-ħabitats tan-natura tal-Ewropa, u jgħin biex jinżamm it-twassil tas-servizzi tal-ekosistema stmati li jlaħħqu diversi mijiet ta’ biljuni ta’ Ewro fis-sena; jenfasizza f’dan il-kuntest il-korrelazzjoni bejn l-istrument legali tan-Natura 2000 u l-inizjattiva għall-Infrastruttura Ekoloġika;

9.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jintegraw u jagħtu prijorità lill-infrastruttura ekoloġika fl-ippjanar tal-ġestjoni tat-territorju u tal-użu tal-art billi jikkonsultaw u jissensibilizzaw lill-partijiet interessati fil-qasam u l-popolazzjoni lokali b'kampanji ta' edukazzjoni, billi jinvolvuhom fil-livelli ta' teħid ta' deċiżjonijiet (lokali, reġjonali u nazzjonali), u jitlob lill-Kummissjoni tippromovi orjentament u valutazzjoni komparattiva f’dan il-qasam sabiex tiżgura li l-infrastruttura ekoloġika ssir parti integrali tal-ġestjoni tat-territorju u tal-iżvilupp territorjali fl-Unjoni kollha; jirrimarka li proċeduri ta’ permessi għal żviluppi ġodda jew infrastruttura griża għandhom bżonn jiżguraw valutazzjoni sħiħa ta’ kwalunkwe impatt negattiv fuq l-ekosistemi u l-infrastruttura ekoloġika eżistenti sabiex jiġu evitati u jitnaqqsu dawn l-impatti u biex jiġu żgurati l-benefiċċji attwali għas-soċjetà fuq terminu twil;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jużaw l-istrumenti finanzjarji Ewropej kollha, inkluż dawk fi ħdan il-qafas tal-Politika ta’ Koeżjoni kif ukoll tal-Politika Agrikola Komuni, speċjalment Żoni b'Fokus Ekoloġiku, biex jippromovu l-infrastruttura ekoloġika fejn xieraq sabiex jiżguraw li jkun hemm varjetà wiesgħa ta’ servizzi tal-ekosistema kif ukoll il-protezzjoni tal-proċessi naturali fiż-żoni rurali u urbani; jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta b’mod regolari lill-Parlament dwar l-użu tal-fondi tal-PAK fejn tiġi appoġġjata l-infrastruttura ekoloġika; jenfasizza f’dan ir-rigward ir-rwol importanti tal-infrastruttura ekoloġika għall-protezzjoni tan-naħal u għalhekk għall-funzjonament tajjeb tad-dakkir;

11.

Jenfasizza l-effetti pożittivi tal-infrastruttura ekoloġika fuq il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima minħabba li din għandha influenza pożittiva fuq il-ħażna ta’ karbonju u l-bilanċ tal-gassijiet b’effett serra, b’mod partikolari fir-rigward tal-konservazzjoni tal-ħamrija tat-torbieri, l-imsaġar u l-foresti seminaturali u dawk naturali, u ekosistemi oħra rikki fil-karbonju, u għalhekk tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-UE dwar il-klima;

12.

Jappoġġja l-isforzi sabiex jinġabru flimkien l-ippjanar tal-ġestjoni tat-territorju u l-iżvilupp tal-infrastruttura ekoloġika f’żoni kostali, bil-għan li tiġi salvagwardjata l-bijodiversità u jiġi żgurat l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tal-pajsaġġ kostali;

13.

Jinnota r-rwol vitali tal-infrastruttura ekoloġika għall-adatament għat-tibdil fil-klima, għaliex iżżid il-koerenza ekoloġika bejn is-siti tan-Natura 2000, tiffaċilita ż-żieda fil-movimenti u l-bidliet fid-distribuzzjoni tal-ispeċi bejn u fost is-siti tan-Natura 2000, u l-provvista tal-adattament tal-iskala tal-pajsaġġ għall-bijodiversità, u għalhekk tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politiki tan-natura tal-UE, u tinkoraġġixxi u tipprovdi wkoll adattament ibbażat fuq l-ekosistema għal setturi oħra inklużi l-ġestjoni tal-ilma u s-sigurtà tal-ikel,

14.

Jikkunsidra li huwa essenzjali għall-Istati Membri – u speċjalment dawk li jmissu mal-baħar – li jimplimentaw l-infrastruttura ekoloġika madwar iż-żoni tal-port u jiżviluppaw skemi tat-trasport favorevoli għall-ekoloġizzazzjoni ta’ dawk iż-żoni;

15.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li tnaqqis fir-riskji marbuta mad-diżastri naturali – bħall-għargħar jew in-nirien fil-foresti – hu wkoll effett pożittiv li ġej mill-ħolqien u r-restawr tal-infrastruttura ekoloġika bħall-pjanuri tal-għargħar naturali, l-imsaġar, l-art mistagħdra, eċċ, li jistgħu jtejbu r-reżiljenza għad-diżastru u jgħinu fl-adattament għat-tibdil fil-klima, u jista’ b’mod sinifikanti jnaqqas l-ispejjeż relatati mas-soċjetà;

16.

Jenfasizza l-ħtieġa li jkun inkluż b’mod sħiħ is-settur tal-forestrija f’dan il-qasam ta’ politika, b’mod li jinkisbu l-benefiċċji multipli lil hinn mill-produzzjoni tal-injam u tal-bijomassa, provduti minn ġestjoni sostenibbli tal-foresti u l-konservazzjoni naturali tal-foresti u sabiex l-imsaġar frammentati jew meqruda jerġgħu lura fil-kundizzjoni ta’ qabel;

17.

Jilqa’ l-inizjattiva li tippromwovi l-infrastruttura ekoloġika bħala strument li jikkontribwixxi għall-filtrazzjoni tal-ilma, il-prevenzjoni tal-erożjoni u l-preservazzjoni tal-wiċċ tal-ilma ta' taħt l-art, u konsegwentement l-implimentazzjoni korretta tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, id-Direttiva dwar l-Għargħar, u leġiżlazzjoni tal-ilma rilevanti kif propost mill-pjan ta’ azzjoni, kif ukoll għall-ġestjoni integrata tal-kosta u l-ippjanar tal-ġestjoni tat-territorju marittimu;

18.

Jenfasizza l-importanza tal-integrazzjoni xierqa tar-rekwiżiti tal-infrastruttura ekoloġika fl-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Politika Strutturali u ta’ Koeżjoni tal-UE, b’mod partikolari fl-iffinanzjar tal-infrastruttura ekoloġika Urbana, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti biex jippromwovu azzjonijiet rilevanti;

19.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi integrata l-infrastruttura ekoloġika fi programmi operattivi taħt l-istrumenti ta' finanzjament tal-KE għall-perjodu 2014-2020;

20.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffinalizza fil-ħin, jiġifieri sa tmiem l-2013, il-materjal ta' orjentament kif imħabbar mill-Komunikazzjoni sabiex isir progress fil-fehim u l-promozzjoni tal-infrastruttura ekoloġika fl-oqsma ta' politika relevanti u biex jiġu żgurati opportunitajiet għall-iffinanzjar permezz ta' programmi operattivi;

21.

Jitlob lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jagħmlu użu tajjeb mill-opportunitajiet ta’ finanzjament eżistenti biex jippromovu l-investiment fi proġetti koordinati u koerenti fl-infrastruttura ekoloġika;

Żvilupp ta' Strateġija ta' Infrastruttura Ekoloġika

22.

Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ l-involviment tas-settur privat fl-investimenti tal-infrastruttura ekoloġika u jistieden lill-Kummissjoni u lill-BEI biex, mingħajr telf ta' ħin, jistabbilixxu u jagħmlu operattiva faċilità ta' finanzjament inklużi mekkaniżmi ta' finanzjament innovattivi li jappoġġaw investimenti fl-infrastruttura ekoloġika u proġetti oħra relatati ma' kapital naturali filwaqt li jevalwaw ukoll l-appoġġ reali u fuq terminu twil tal-funzjonijiet tal-ekosistemi; jirrimarka li jeħtieġ jiġu esplorati wkoll aktar sorsi ta' finanzjament fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali;

23.

Jinsab konvint li t-twettiq tal-Infrastruttura Ekoloġika jeħtieġ ikun appoġġjat minn data solida u tagħrif dettaljat u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, taħdem flimkien mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, l-Istati Membri u partijiet interessati oħra biex tiżgura li l-Unjoni ssaħħaħ il-kapaċità tagħha f’relazzjoni mal-immappjar u l-valutazzjoni ta’ ekosistemi u s-servizzi assoċjati tal-ekosistema u li din l-informazzjoni u t-tagħrif huma meqjusa b’mod xieraq inklużi fl-ippjanar u t-twettiq ta’ proġetti kofinanzjati tal-UE;

24.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromovi l-proġetti ta’ riċerka, innovazzjoni, bini tal-kapaċità, edukazzjoni, ta’ tixrid, ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ għarfien pubbliku dwar dan il-qasam u tappoġġa l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki; jirrimarka li l-ħiliet u t-taħriġ tal-persunal li jkun kapaċi juża dan l-approċċ innovattiv u li jivvaluta sew il-benefiċċji pprovduti mill-ekosistemi, speċjalment fis-setturi tal-provvista u l-purifikazzjoni tal-ilma, tal-iskart, tal-kostruzzjoni, tal-ġestjoni tad-diżastri, tal-agrikoltura, tat-turiżmu u tal-faċilitajiet tas-saħħa, jiffaċilitaw l-iżvilupp tal-infrastruttura ekoloġika;

25.

Hu tal-fehma li l-integrazzjoni fl-oqsma kollha ta' politika hi kundizzjoni bażika li mingħajrha l-ebda politika ta' infrastruttura ekoloġika ma tista' titmexxa;

26.

Jenfasizza r-rwol li jista’ jkollhom is-sidien u l-maniġers tal-art, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, ix-xjenza taċ-ċittadin/tal-folla, ir-responsabbiltà taċ-ċittadini u l-parteċipazzjoni pubblika għall-ippjanar, l-implimentazzjoni, iż-żamma u l-monitoraġġ tal-proġetti tal-Infrastruttura Ekoloġika fuq livell lokali, u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw dawn il-proċessi;

27.

Jaqbel mal-iżvilupp ta' strateġija li tikkonsisti fil-bini ta' assi prijoritarji għal proġetti ta' infrastruttura ekoloġika fl-Ewropa u jenfasizza l-ħtieġa ta' aktar strateġiji u proġetti interreġjonali transkonfinali;

28.

Jappoġġa t-TEN-G kif imħabbar mill-Kummunikazzjoni u jistieden lill-Kummissjoni taħdem fuq l-iżvilupp ta' skema tat-TEN-G sal-2015;

29.

Jenfasizza l-potenzjal għall-innovazzjoni fir-rigward ta' infrastruttura ekoloġika u r-rwol ewlieni li jista' jkollhom l-SMEs f'dan il-qasam; jirrimarka li l-istandards komuni, iċ-ċertifikazzjoni u t-tikkettar għandhom ikunu ta' appoġġ għall-investimenti ta' infrastruttura ekoloġika u li jinħoloq l-ispazju meħtieġ għal impriżi pijunieri fis-settur;

30.

Jistenna bil-ħerqa r-reviżjoni tal-istrateġija dwar il-bijodiversità fl-2015, ir-reviżjoni sussegwenti tal-Komunikazzjoni dwar l-infrastruttura ekoloġika fl-2017 biex l-infrastruttura ekoloġika tintrabat aktar ma' investimenti rilevanti ppjanati fil-livell tal-UE kif ukoll ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-oqsma ta' politika relevanti (il-verifika tas-saħħa tal-PAK, ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu ta' REGIO eċċ.);

o

o o

31.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7.

(2)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(3)  ĠU C 258 E, 7.9.2013, p. 99.

(4)  http://www.teebweb.org


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/195


P7_TA(2013)0601

Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2012

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar ir-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2012 (2013/2076(INI))

(2016/C 468/28)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2012,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 123, 282 u 284(3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b'mod partikolari l-Artikoli 15 u 21 tiegħu,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' April 1998 dwar ir-responsabbiltà demokratika fit-tielet fażi tal-UEM (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2013 dwar ir-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2011 (2),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament MSU”,

wara li kkunsidra t-83 Rapport Annwali 2012/2013 tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, ippubblikat fit-23 ta' Ġunju 2013,

wara li kkunsidra l-Artikolu 119(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0382/2013),

A.

billi, skont it-tbassir tar-rebbiegħa 2013 tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-PDG fiż-żona tal-euro naqas b'0,6 % fl-2012, wara żieda ta' 1,4 % fl-2011, u ser jonqos b'0,4 % fl-2013 qabel jiżdied b'1,2 % fl-2014;

B.

billi, skont l-istess tbassir, il-qgħad fiż-żona tal-euro żdied minn 10,2 % fi tmiem l-2011 għal 11,4 % fi tmiem l-2012, u jista' jkompli jiżdied għal 12,2 % fl-2013 qabel jerġa' jonqos ftit fl-2014, u ġew osservati differenzi kbar bejn il-pajjiżi taż-żona tal-euro li ċ-ċifri tal-qgħad tagħhom ivarjaw bejn 4,3 % u 25 %, b'perċentwali saħansitra ogħla reġistrati fil-qgħad fost iż-żgħażagħ li żdied b'mod sinifikanti matul l-istess perjodu;

C.

billi fl-2012 il-BĊE naqqas ir-rati tal-imgħax darba, f'Lulju (25 punt bażi), u kompla naqqashom għal-livell ta' 0,5 % f'Mejju 2013, li huwa l-aktar baxx fl-istorja;

D.

billi, skont it-tbassir tar-rebbiegħa 2013 tas-servizzi tal-Kummissjoni, ir-rata medja tal-inflazzjoni fiż-żona tal-euro kienet ta' 2,5 % fl-2012, minn 2,7 % fl-2011, u t-tkabbir M3 kien ta' 1,5 % fl-2011, minn 1,7 % fl-2010;

E.

billi d-dikjarazzjoni finanzjarja kkonsolidata tal-Eurosistema laħqet EUR 3 000 biljun fl-aħħar tal-2012, ammont li jirrappreżenta żieda ta' madwar 12 % matul l-2012;

F.

billi l-assi mhux negozjabbli rrappreżentaw l-akbar komponent ta' assi miġjuba bħala kollateral għall-Eurosistema matul l-2012, u jammontaw għal madwar 25 % tat-total; billi t-titoli mhux negozjabbli, flimkien ma' titoli appoġġjati mill-assi, jirrappreżentaw aktar minn 40 % tal-assi totali miġjuba bħala kollateral;

G.

billi l-fatturat aggregat tal-istrumenti kollha fis-suq tal-flus f'euro naqas b'14 % fit-tieni kwart tal-2012 meta mqabbel mat-tieni kwart tas-sena ta' qabel;

H.

billi l-linji ta' Assistenza ta' Emerġenza fil-Likwidità mogħtija mill-banek ċentrali nazzjonali kif rappreżentati taħt l-entrata “klejms oħrajn kontra istituzzjonijiet ta' kreditu taż-żona euro denominati f'euro” tad-dikjarazzjoni finanzjarja kkonsolidata tal-Eurosistema laħqu livelli mingħajr preċedent matul l-2012 u ammontaw għal EUR 206 biljun fl-aħħar tal-2012;

I.

billi l-operazzjonijiet ta' rifinanzjament fit-tul tal-BĊE ta' Frar 2012 ipprovdew EUR 529,5 biljun lill-istituzzjonijiet finanzjarji bbażati fiż-żona tal-euro f'self b'maturità ta' tliet snin u rata tal-imgħax inizjali ta' 1 %;

J.

billi r-rata ta' tkabbir tal-kreditu mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFI) lir-residenti taż-żona tal-euro naqset b'mod sinifikanti bejn Diċembru 2011 u Diċembru 2012, minn 1 % f'Diċembru 2011 għal 0,4 % f'Diċembru 2012, u l-kreditu lis-settur privat naqas b'0,7 % f'Diċembru 2012;

K.

billi, għal darb'oħra skont it-tbassir tar-rebbiegħa 2013 tas-servizzi tal-Kummissjoni, id-dejn gross medju tal-gvernijiet fiż-żona tal-euro żdied minn 88 % fl-2011 għal 92,7 % tal-PDG fl-2012, u d-defiċit aggregat ġenerali tal-gvernijiet naqas minn 4,2 % għal 3,7 % tal-PDG;

L.

billi l-operazzjonijiet ta' rifinanzjament fit-tul tal-BĊE ta' Diċembru 2011 u Frar 2012 taw aktar minn EUR 1 000 biljun – EUR 489 biljun u EUR 529,5 biljun rispettivament – lill-banek Ewropej permezz ta' self b'imgħax ikkollateralizzat fuq perjodu massimu ta' tliet snin u b'rata tal-imgħax indiċizzata għar-rata medja tal-operazzjonijiet prinċipali ta' finanzjament mill-ġdid tal-BĊE matul il-maturitá tal-operazzjonijiet;

M.

billi l-Previżjoni Ekonomika Ewropea fir-Rebbiegħa 2012 indikat livelli baxxi ta' fiduċja mill-impriżi u l-konsumaturi, rata għolja ta' qgħad li tillimita l-konsum privat u tnaqqis fl-esportazzjoni mill-2010, li wasslu għal waqfien fit-tkabbir tal-PDG matul l-2011 u l-2012;

N.

billi l-intrapriżi żgħar u u ta' daqs medju (SMEs) jibqgħu s-sinsla tal-ekonomija taż-żona tal-euro, fejn jirrappreżentaw madwar 98 % tal-kumpaniji kollha taż-żona tal-euro, jimpjegaw madwar tliet kwarti tal-impjegati fiż-żona tal-euro u jiġġeneraw madwar 60 % tal-valur miżjud;

O.

billi l-affidabbiltà tal-kreditu u s-saħħa finanzjarja tal-SMEs iddeterjoraw aktar malajr minn dawk tal-kumpaniji kbar, u ż-żmien imtawwal tal-kundizzjonijiet ekonomiċi dgħajfa kompla jaggrava l-isfidi ta' informazzjoni asimmetrika tal-SMEs;

P.

billi, skont informazzjoni mogħtija fl-Istħarriġ dwar l-Aċċess għall-Finanzi tal-Intrapriżi (SAFE), il-profitti, il-likwidità, il-bafers u l-kapital tal-SMEs żviluppaw b'mod inqas favorevoli minn dawk tal-kumpaniji l-kbar waqt il-kriżi;

Q.

billi l-Artikolu 282 tat-TFUE jafferma li l-objettiv primarju tal-BĊE huwa li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet; billi l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) jaħdem taħt l-awspiċji tal-BĊE fil-qasam tal-istabbiltà finanzjarja;

R.

billi l-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (BĦI) innota fir-Rapport Annwali tiegħu li, permezz tal-politika dwar ir-rati baxxi tal-imgħax fiż-żona tal-euro, l-isforzi għar-riforma fl-Istati Membri naqsu b'mod sinifikanti;

S.

billi l-Artikolu 123 tat-TFUE u l-Artikolu 21 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew jipprojbixxu l-iffinanzjar monetarju tal-gvernijiet;

T.

billi ambjent ta' inflazzjoni baxxa huwa l-aħjar kontribuzzjoni li l-politika monetarja tista' tagħti biex jinħolqu kundizzjonijiet favorevoli għat-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien ta' impjiegi, il-koeżjoni soċjali u l-istabbiltà finanzjarja;

U.

billi l-azzjonijiet tal-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali għandhom jieħdu kont tar-responsabbiltà tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għas-superviżjoni makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja fl-UE;

V.

billi ż-żamma ta' fluss ta' kreditu għall-SMEs hi partikolarment importanti peress li jimpjegaw 72 % tal-forza tax-xogħol taż-żona tal-euro u għandhom rati gross ogħla ta' ħolqien (u l-qerda) ta' impjiegi meta mqabbla ma' kumpaniji kbar;

W.

billi r-rakkomandazzjonijiet imressqa fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-rapporti annwali tal-BĊE, rigward it-trasparenza tal-votazzjoni u l-pubblikazzjoni tal-minuti fil-qosor, għadhom ma ġewx ikkunsidrati;

X.

billi l-faċilità ta' depożitu kien fiha EUR 315,754 miljun fit-28 ta' Settembru 2012;

Y.

billi l-kreditu fiż-żona tal-euro globalment qed jonqos bi 2 % kull sena, bi tnaqqis akbar f'ċerti pajjiżi, fosthom Spanja li rat tnaqqis annwali ta' 8 % fl-2012;

Z.

billi l-SMEs ikollhom iħallsu spejjeż ta' self ħafna ogħla skont il-pajjiż taż-żona tal-euro li fih jinsabu, u b'hekk jinħoloq tgħawwiġ fis-suq uniku;

AA.

billi l-kriżi tal-kreditu li qed taffettwa lill-SMEs f'xi partijiet taż-żona tal-euro hija waħda mill-problemi fundamentali li qed idewmu l-irkupru ekonomiku;

Politika monetarja

1.

Jilqa' l-miżuri kuraġġużi meħuda mill-BĊE fl-2012, li kkontribwew b'mod deċiżiv biex jiġi stabbilizzat is-settur bankarju u għenu biex jinqata' l-irbit bejn il-banek u s-sovran;

2.

Jinsab imħasseb profondament dwar il-fatt li kundizzjonijiet ekonomiċi ħżiena qegħdin isiru n-norma f'partijiet mill-UE, u dan joħloq instabbiltà għaż-żona tal-euro kollha u jhedded l-appoġġ popolari u politiku għall-proġett Ewropew kollu;

3.

Jinnota li r-rikors għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin, l-operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien medju u twil b'allokazzjoni sħiħa b'rati fissi, u għall-faċilità ta' self marġinali, l-Assistenza ta' Emerġenza fil-Likwidità (ELA) u l-faċilità ta' depożitu baqgħu kollha fuq livelli għoljin sew matul l-2012, u dan huwa sinjal ta' indeboliment qawwi tal-mekkaniżmu ta' trażmissjoni monetarja u tas-suq tas-self interbankarju taż-żona tal-euro, għalkemm is-sitwazzjoni tjiebet b'mod sinifikanti hekk kif ġiet osservata stabbilizzazzjoni tal-firxiet u tal-iżbilanċi fit-TARGET II matul it-tieni nofs tas-sena;

4.

Jemmen li l-effetti pożittivi tad-deċiżjonijiet ta' Lulju 2012 li jitnaqqsu r-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE huma limitati, peress li f'ħafna partijiet taż-żona tal-euro l-kanal ta' trażmissjoni monetarja ma jaħdimx jew huwa mdgħajjef ferm; ifakkar li, fuq medda twila ta' żmien, rati tal-imgħax baxxi ħafna jistgħu joħolqu tgħawwiġ fis-settur tan-negozju u jagħmlu ħsara lill-pjanijiet ta' tfaddil u ta' pensjoni privati;

5.

Jinnota li l-President tal-BĊE, meta indirizza lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew fit-8 ta' Lulju 2013, ħabbar li r-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE kienu mistennija li jibqgħu fil-livelli attwali jew f'livelli aktar baxxi għal perjodu estiż ta' żmien fid-dawl ta' previżjoni ġeneralment imrażżna tal-inflazzjoni li testendi għal perjodu medju, minħabba d-dgħufija wiesgħa tal-ekonomija u dinamiċi monetarji mrażżna;

6.

Jinnota bi tħassib li d-domanda tas-sistema bankarja għal-likwidità mill-Eurosistema żdiedet fl-2012, u b'hekk saħħet id-dipendenza tas-sistema bankarja fuq l-intervent tal-Eurosistema, u jwissi dwar ir-riskji ta' tali dipendenza;

7.

Iqis li l-operazzjoni ta' rifinanzjament fit-tul (LTRO) ta' tliet snin imnedija f'Marzu 2012 ikkontribwiet biex tiġi stabbilizzata s-sistema bankarja, iżda li din għandha tkun miżura temporanja; jinnota li, minkejja l-likwidità introdotta fis-sistema bankarja mil-LTRO, il-kreditu disponibbli għall-ekonomija reali xorta huwa taħt il-livelli ta' qabel il-kriżi; jifhem li d-domanda għall-krediti min-negozji hija attwalment ta' livell baxx ħafna, u dan jagħmilha diffiċli għall-banek biex isellfu;

8.

Jinsab imħasseb ħafna dwar it-trasferiment tar-riskji minn banek u gvernijiet f'diffikultajiet għall-karta tal-bilanċ tal-BĊE b'riżultat tad-deċiżjoni tal-BĊE li jixtri ammonti 'illimitati' ta' dejn tal-gvern fuq perjodu ta' żmien qasir; jenfasizza li l-LTROs ma jipprovdux soluzzjoni fundamentali għall-kriżi;

9.

Iqis li l-funzjonijiet ta' bank ċentrali nazzjonali għandhom jitwettqu b'mod li huwa kompatibbli bis-sħiħ mal-indipendenza funzjonali, istituzzjonali u finanzjarja biex tiġi salvagwardjata l-prestazzjoni xierqa tal-kompiti tiegħu skont it-Trattat u l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-BĊE;

10.

Jenfasizza li tkabbir insuffiċjenti fis-settur tan-negozju Ewropew mhuwiex dovut prinċipalment minħabba nuqqas fid-disponibbiltà ta' kreditu offrut mis-settur bankarju;

11.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li r-restrizzjoni fil-kreditu tidher li hija severa ħafna għall-SMEs, minħabba l-fatt li l-perċezzjoni tal-banek hi li dawn għandhom probabbiltà ta' inadempjenza ogħla minn ta' kumpaniji ikbar u li l-SMEs ħafna drabi ma jkunux jistgħu jbiddlu mill-kreditu bankarju għal sorsi oħra ta' finanzjament estern;

12.

Jenfasizza t-tħassib tiegħu fir-rigward tal-frammentazzjoni konsiderevoli tal-kundizzjonijiet ta' self għall-SMEs fil-pajjiżi taż-żona tal-euro;

13.

Jenfasizza r-rwol importanti – għalkemm limitat – li kellu l-Programm tas-Swieq tat-Titoli (SMP) sa Settembru 2012 fl-indirizzar tan-nuqqasijiet f'ċerti segmenti tas-suq tat-titoli tad-dejn sovran fiż-żona tal-euro;

14.

Jilqa' l-istabbiliment tat-Tranżizzjonijiet Monetarji Definittivi (OMTs), mingħajr limiti kwantitattivi ex ante, sabiex tiġi salvagwardjata t-trażmissjoni tal-politika monetarja, iżda jiddeplora d-deċiżjoni li l-attivazzjoni tal-OMT tkun kollegata mal-kundizzjonalitajiet stretti marbutin mal-programm tal-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja/Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (EFSF/MES);

15.

Jifhem it-twissijiet tal-BĦI dwar perjodu twil iżżejjed ta' politika monetarja akkomodattiva; isegwi b'interess id-diskussjonijiet f'ħafna mill-banek ċentrali ewlenin dwar l-aħjar skeda ta' żmien biex jiġu likwidati l-politiki monetarji laxki tagħhom; jinnota li, fost oħrajn, il-Federal Reserve Board għandu l-intenzjoni li jabbanduna l-politiki attwali malajr kemm jista' jkun; jifhem li l-BĊE ser iżomm pożizzjoni ta' politika akkomodattiva sakemm is-settur bankarju ma jiġix stabbilizzat b'mod sħiħ, u sakemm ir-riperkussjonijiet fis-settur pubbliku jibqgħu ta' theddida, politika li hija possibbli minħabba r-rati ta' inflazzjoni baxxi mistennija fuq żmien medju;

16.

Iqis li huwa meħtieġ li l-programmi tal-BĊE għall-forniment ta' likwidità jindirizzaw ukoll b'mod xieraq it-tħassib relatat mal-inflazzjoni, pereżempju permezz tal-isterilizzazzjoni;

17.

Iqis li, fid-dawl tal-iżviluppi reċenti fl-Istati Uniti, l-irkupru ekonomiku u t-tkabbir ogħla fl-ekonomija jirrappreżentaw bażi b'saħħitha u soda għat-tneħħija progressiva tal-miżuri ta' politika ta' tnaqqis kwantitattiv;

18.

Ifakkar li l-miżuri mhux standard tal-politika monetarjatal-BĊE kellhom l-intenzjoni li jkunu ta' natura tranżitorja u, għalhekk, m'għandhom b'ebda mod jiġu kkunsidrati mis-settur bankarju bħala strument permanenti;

19.

Iħeġġeġ lill-BĊE biex jibgħat sinjali ċari lis-suq fir-rigward tal-perjodu ta' attivazzjoni stmat tal-miżuri mhux standard tal-politika monetarja tagħha, u biex jibda t-tneħħija gradwali ta' tali miżuri malli tonqos it-tensjoni fis-settur bankarju, malli r-rabta bejn il-banek u s-sovran tkun tista' tinqata', u malli l-indikaturi ekonomiċi relatati mat-tkabbir u l-inflazzjoni jiġġustifikaw deċiżjoni bħal din;

20.

Iqis li l-għodod ta' politika monetarja li l-BĊE uża sa mill-bidu tal-kriżi, filwaqt li pprovdew solliev li ntlaqa' tajjeb fi swieq finanzjarji f'diffikultà, urew il-limiti tagħhom fir-rigward tal-istimolu tat-tkabbir u tat-titjib tas-sitwazzjoni fis-suq tax-xogħol; iqis, għalhekk, li l-BĊE jista' jesplora miżuri ulterjuri;

21.

Jinsab imħasseb dwar il-livelli għoljin ħafna tal-ELA pprovduta minn banek ċentrali nazzjonali matul l-2011, u jitlob żvelar ulterjuri ta', u informazzjoni komplimentari dwar, il-firxa preċiża u l-operazzjonijiet sottostanti ta' tali linji u l-kundizzjonijiet marbuta magħhom;

22.

Jirrikonoxxi li peress li l-mekkaniżmu ta' trażmissjoni monetarja mhux qed jaħdem sew, il-BĊE għandu jfittex modi kif jindirizza l-SMEs b'mod aktar dirett; jindika li fil-preżent SMEs simili miż-żona tal-euro kollha m'għandhomx aċċess simili għal self minkejja li għandhom prospetti u riskji ekonomiċi simili; jistieden lill-BĊE jimplimenta politika ta' xiri ta' self titolizzat ta' kwalità għolja tal-SMEs, partikolarment minn xi Stati Membri fejn il-mekkaniżmu ta' trażmissjoni monetarja ma jaħdimx; jenfasizza li din il-politika għandha tkun limitata fl-ammont u fiż-żmien, totalment sterilizzata u indirizzata biex tevita riskji għall-karta tal-bilanċ tal-BĊE;

23.

Jemmen li l-BĊE għandu jikkunsidra b'mod serju ħafna l-possibbiltà li jniedi programm speċifiku biex jgħin lill-SMEs ikollhom aċċess għall-kreditu fuq il-linji tal-iskema tal-finanzjament għas-self tal-Bank of England;

24.

Iqis li s-sistema ta' pagament TARGET II kellha rwol importanti biex tissalvagwardja l-integrità tas-sistema finanzjarja taż-żona tal-euro; jinnota, madankollu, li l-iżbilanċi sinifikanti tat-TARGET II jiżvelaw il-frammentazzjoni inkwetanti tas-swieq finanzjarji fiż-żona tal-euro, kif ukoll id-delokalizzazzjoni kontinwa tal-kapital fi Stati Membri li qed jesperjenzaw jew li huma mhedda minn diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom;

25.

Jistieden lill-BĊE jippubblika d-deċiżjoni legali rigward il-programm OMT sabiex id-dettalji u l-implikazzjonijiet tagħha jkunu jistgħu jiġu analizzati aktar fil-fond;

26.

Jenfasizza li l-linji tal-ELA huma rrappurtati fil-karti tal-bilanċ ikkonsolidata tal-Eurosistema taħt il-kategorija “klejms oħrajn kontra istituzzjonijiet ta' kreditu taż-żona euro denominati f'euro” mingħajr ma hi pprovduta ebda divulgazzjoni ulterjuri u informazzjoni granulari oħra dwar tali linji, jew dwar l-operazzjonijiet u l-kundizzjonijiet sottostanti marbuta magħhom; jitlob lill-BĊE jtejjeb ir-rappurtar dwar l-iżviluppi tal-ELA ipprovdut fuq is-sit elettroniku tiegħu għal kull pajjiż;

27.

Iqis bħala inkoraġġanti l-istabbilizzazzjoni tal-livelli tal-iżbilanċi tat-TARGET II matul it-tieni nofs tal-2012; jenfasizza li s-sistema ta' pagament TARGET II kellha rwol importanti biex tissalvagwardja l-integrità tas-sistema finanzjarja taż-żona tal-euro; jibqa', madankollu, imħasseb dwar il-frammentazzjoni attwali tas-swieq finanzjarji fiż-żona tal-euro;

28.

Ifakkar l-indipendenza tal-BĊE fit-tmexxija tal-politika monetarja tiegħu, kif stabbilit fit-Trattati; jargumenta li t-tmexxija tal-politika monetarja għandha tkun demokratika u għandha tirriżulta minn diskussjoni ta' perspettivi u approċċi differenti sabiex it-trasparenza, u b'hekk ir-responsabbiltà demokratika, jkunu jistgħu jissaħħu; ifakkar, f'dan ir-rigward, l-importanza tad-djalogu monetarju u tal-mistoqsijiet imressqa bil-miktub mill-Membri tal-PE;

29.

Jinsab imħasseb dwar l-effetti sekondarji possibbli ta' politika monetarja straordinarjament akkomodattiva fit-tul, bħal teħid aggressiv ta' riskji, l-akkumulazzjoni ta' żbilanċi finanzjarji, tgħawwiġ fl-ipprezzar fis-swieq finanzjarji u inċentivi għad-dewmien tal-korrezzjoni tal-karta tal-bilanċ u tar-riformi meħtieġa; iħeġġeġ lill-BĊE jikseb il-bilanċ ġust bejn ir-riskji li jabbanduna b'mod prematur il-politika monetarja straordinarjament akkomodattiva tiegħu u r-riskji assoċjati mad-dewmien ulterjuri ta' tali deċiżjoni;

30.

Jenfasizza li l-BĊE għandu jkun lest jikkonforma mal-ogħla standards ta' responsabbiltà meta jwettaq il-kompiti ta' politika monetarja tiegħu u l-kompiti superviżorji tiegħu fil-konfront tal-Parlament, u jfakkar, f'dan ir-rigward, l-importanza tad-djalogu monetarju u tal-mistoqsijiet bil-miktub imressqa mill-Membri tal-PE; ifakkar li għadu qed jintalab li jkun hemm aktar trasparenza fil-BĊE, xi ħaġa li tissarraf f'aktar kredibbiltà u prevedibbiltà, u japprezza t-titjib li diġà ġie implimentat f'dan il-qasam;

31.

Iqis li r-rata tal-kambju hija fattur varjabbli kruċjali tal-politika ekonomika li għandu impatt fuq il-kompetittività taż-żona tal-euro; jenfasizza l-importanza li l-euro jingħata appoġġ bħala munita internazzjonali;

32.

Jistieden lill-BĊE biex, f'kooperazzjoni mal-banek ċentrali nazzjonali, jispjega l-politiki tiegħu f'termini ta' ftehimiet ta' skambju ta' muniti mfassla biex jgħinu biex tinżamm l-istabbiltà finanzjarja;

Unjoni bankarja

33.

Jinnota li s-Sistema Bankarja Ewropea għadha fraġli u teħtieġ tiġi riformata f'termini strutturali u kkonsolidata permezz tal-iżvilupp ta' unjoni bankarja reali;

34.

Jilqa' l-progress miksub fin-negozjati dwar ir-regolament dwar il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) li jagħti lill-BĊE s-setgħa ta' superviżjoni fuq istituzzjonijiet ta' kreditu taż-żona tal-euro u dawk li jixtiequ jissieħbu; jemmen li l-istabbiliment tal-MSU se jikkontribwixxi biex jinqatgħu r-rabtiet bejn il-banek u l-gvernijiet u se jgħin fl-iżvilupp ta' approċċ Ewropew komuni għall-ġestjoni tal-kriżi;

35.

Jilqa' b'mod partikolari l-involviment tiegħu fil-ħatra tal-President u l-Viċi President tal-Bord Superviżorju;

36.

Iqis li l-istabbiliment tal-MSU għandu jikkontribwixxi biex tiġi restitwita l-fiduċja fis-settur bankarju u biex terġa' tingħata l-ħajja lis-self interbankarju u l-flussi ta' kreditu transfruntieri permezz ta' superviżjoni integrata indipendenti għall-Istati Membri kollha li jipparteċipaw;

37.

Jistieden lill-MSU jopera b'aderenza sħiħa mal-ġabra unika ta' regoli għas-servizzi finanzjarji u b'mod li huwa konsistenti għalkollox mal-prinċipji li jirfdu s-suq uniku fis-servizzi finanzjarji;

38.

Iqis li l-BĊE għandu jilqa' l-possibbiltà li jinvolvi fl-MSU lill-Istati Membri li mhumiex parti miż-żona tal-euro biex jiżgura armonizzazzjoni akbar ta' prattiki superviżorji fl-UE;

39.

Jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni produttiva bejn il-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-qafas tal-MSU, sabiex tiġi żgurata superviżjoni effettiva u bla xkiel;

40.

Jilqa' t-tħejjija ta' analiżi dettaljata tal-kwalità tal-assi għall-banek kollha li se jiġu taħt is-superviżjoni diretta tal-MSU u li se tikkontribwixxi għall-istress test ġenerali li se jsir mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), f'kooperazzjoni mal-MSU, fit-tieni kwart tal-2014;

41.

Jinnota li t-tisħiħ tal-BĊE li jirriżulta mill-istabbiliment tal-MSU jeħtieġ jiġi bbilanċjat minn responsabbiltà akbar fil-konfront tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew;

42.

Iqis li t-trasparenza fil-qasam tas-superviżjoni bankarja hija essenzjali, kif maqbul fil-ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew;

43.

Jinnota li l-allokazzjoni ta' kompiti superviżorji lill-BĊE ġġib magħha sfidi ġodda f'termini ta' kunflitt ta' interess, u jilqa' d-dispożizzjonijiet f'dan ir-rigward previsti fil-ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-BĊE; ifakkar li, sabiex jimplimenta bis-sħiħ dawn id-dispożizzjonijiet, il-BĊE mistenni jintroduċi regoli aktar preċiżi li jinkludu, fost l-oħrajn, dispożizzjonijiet dwar perjodi ta' riflessjoni (cooling-off periods) għall-persunal f'karigi għoljin tal-maniġment involut fis-superviżjoni bankarja;

44.

Ifakkar li huwa ta' importanza kbira li l-BĊE jiżgura s-separazzjoni fl-operat tal-unitajiet ċentrali li jħejju l-abbozzi tad-deċiżjonijiet fil-qasam tal-politika monetarja u tal-politika superviżorja; jenfasizza l-ħtieġa kruċjali għall-ftehim negozjat bejn il-BĊE u l-Parlament Ewropew fir-rigward ta' miżuri prattiċi li jiżguraw ir-responsabbiltà demokratika;

45.

Iqis bħala urġenti l-approvazzjoni tal-istabbiliment ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni sabiex ikunu protetti l-kontribwenti u jiġu evitati kriżijiet bankarji ulterjuri;

46.

Jenfasizza li, bil-għan li titjieb ir-reżiljenza tas-sistema bankarja, huwa essenzjali li tissaħħaħ id-diversità tagħha billi jiġi inkoraġġit l-iżvilupp ta' banek lokali żgħar u ta' daqs medju;

Kwistjonijiet istituzzjonali

47.

Jirrimarka li r-regolament dwar l-MSU jipprevedi arranġamenti interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-BĊE dwar ir-responsabbiltà demokratika li jenfasizzaw ir-rwol tal-Parlament; iħeġġeġ lill-BĊE jissodisfa l-obbligi l-ġodda, b’mod partikolari fir-rigward tar-responsabbiltà demokratika u t-trasparenza fl-attivitajiet superviżorji tiegħu;

48.

Jistieden lill-BĊE jissottometti kull aspett tal-attività tiegħu għal awtovalutazzjoni kritika, inkluż l-impatt tal-programmi ta' aġġustament li huwa għen biex jitfasslu, u l-adegwatezza ex post tal-assunzjonijiet u x-xenarji makroekonomiċi li fuqhom huma bbażati dawn il-programmi;

49.

Jitlob lill-BĊE jippubblika l-minuti fil-qosor tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv, inklużi l-argumenti u r-rekords tal-votazzjoni;

50.

Jinsab imħasseb dwar id-disprezz muri mill-Kunsill lejn ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-ħatra ta' Membru ġdid fuq il-bord eżekuttiv tal-BĊE (3) , u jinnota li għandha tingħata l-konsiderazzjoni dovuta kemm lill-kompetenza kif ukoll lis-sess tal-membri fil-ħatra tal-maniġment superjuri tal-BĊE; huwa tal-fehma li l-istituzzjonijiet tal-UE, inkluż il-BĊE, għandhom jagħtu l-eżempju fil-qasam tal-bilanċ bejn is-sessi u li huwa essenzjali li tittejjeb ir-rappreżentazzjoni tas-sessi fil-pożizzjonijiet ewlenin fil-BĊE; jiddeplora l-fatt li l-Istati Membri injoraw il-vot negattiv fil-Parlament, kemm fil-Kumitat ECON kif ukoll fis-seduta plenarja, minħabba n-nuqqas ta' perspettiva ta' bilanċ bejn is-sessi fil-ħatra ta' Yves Mersch; iħeġġeġ lill-Istati Membri jinkorporaw perspettiva ta' bilanċ bejn is-sessi, bil-possibbiltà ta' azzjoni pożittiva bbażata fuq ir-rappreżentazzjoni tas-sessi bilanċjata, fil-ħatra tal-membri fuq il-Bord Eżekuttiv;

51.

Ifakkar li, skont l-Artikolu 10.4 tal-Protokoll Nru 4 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, filwaqt li l-proċeduri tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv għandhom ikunu kunfidenzjali, dan jista' jiddeċiedi li jippubblika r-riżultat tad-deliberazzjonijiet tiegħu; jitlob lill-BĊE jipprovdi tweġiba motivata, fir-rapporti annwali suċċessivi tiegħu, għar-rapport annwali tal-Parlament dwar il-BĊE;

o

o o

52.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Bank Ċentrali Ewropew.


(1)  ĠU C 138, 4.5.1998, p. 177.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2013)0176.

(3)  Test adottat, P7_TA(2012)0396.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/202


P7_TA(2013)0602

Is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (2013/2980(RSP))

(2016/C 468/29)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-17 ta' Jannar 2013 (1) u tat-12 ta' Settembru 2013 (2) dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2088 (2013) tal-24 ta' Jannar 2013, 2121 (2013) tal-10 ta' Ottubru 2013 u 2127 (2013) tal-5 ta' Diċembru 2013,

wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tal-15 ta' Novembru 2013, kif ukoll ir-rapport tas-Sur Abou Moussa, Rappreżentant tas-Segretarju Ġenerali u Kap tal-Uffiċċju Reġjonali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Afrika Ċentrali,,

wara li kkunsidra l-appell għall-għajnuna, indirizzat lill-komunità internazzjonali, li għamel fin-NU l-Prim Ministru Ċentru-Afrikan Nicolas Tiangaye;

wara li kkunsidra l-ittra tal-awtoritajiet Ċentru-Afrikani tal-20 ta' Novembru 2013 li fiha talbu li l-MISCA tingħata appoġġ mill-forzi armati Franċiżi,

wara li kkunsidra r-rapport lill-Kunsill tas-Sigurtà tad-Deputat Segretarju Ġenerali tan-NU, Jan Eliasson, tal-25 ta’ Novembru 2013, dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-21 ta' Diċembru 2012, tal-1 u l-11 ta' Jannar 2013, tal-25 ta’ Marzu 2013, tal-21 ta’ April 2013, tas-27 ta’ Awwissu 2013 u tal-5 ta' Diċembru 2013 dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mill-Kumissarju tal-UE għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili tal-21 ta' Diċembru 2012 dwar il-kunflitt fir-Repubblika Ċentru-Afrikana u tal-10 ta' Settembru 2013 dwar id-deterjorament tal-kriżi fir-Repubblika Ċentru-Afrikana;

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Cotonou rivedut,

wara li kkunsidra t-twaqqif ta' Grupp Internazzjonali ta’ Kuntatt dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana f’Mejju 2013 sabiex jikkoordina l-azzjonijiet reġjonali, mifruxa mal-kontinent u internazzjonali bil-għan li tinsab soluzzjoni dejjiema għall-problemi rikorrenti tal-pajjiż;

wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Grupp Internazzjonali ta’ Kuntatt tat-3 ta’ Mejju 2013 fi Brazzaville (ir-Repubblika tal-Kongo), li vvalidat il-pjan direzzjonali għat-tranżiżżjoni u stabiliet Fond Speċjali sabiex tiġi megħjuna r-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni adottata mill-Grupp Internazzjonali ta’ Kuntatt dwar ir-RĊA fit-tielet laqgħa tiegħu li saret f'Bangui fit-8 ta' Novembru 2013,

wara li kkunsidra l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC), li r-RĊA rratifikatu fl-2001,

wara li kkunsidra l-Protokoll Fakultattiv dwar l-Involviment tat-Tfal fil-Kunflitti Armati għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li r-RĊA ffirmatu,

wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa tat-13 ta' Novembru 2013 maħruġa mill-Kunsill tas-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana dwar is-sitwazzjoni fir-RĊA,

wara li kkunsidra l-adozzjoni mill-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-UA, fl-10 ta' Ottubru 2013, ta' kunċett ġdid tal-operazzjonijiet,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-UA, tat-13 ta' Novembru 2013, li fiha jifraħ bir-rinforz previst ta' kontinġent Franċiż mibgħu biex isaħħaħ l-appoġġ għall-MISCA,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE tad-19 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana,

wara li kkunsodra d-dikjarazzjoni tas-27 ta' Novembru 2013 mill-Kopresidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE f'Addis Ababa (l-Etjopja),

wara li kunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-UE tal-21 ta' Ottubru 2013dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana,

wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

Vjolenzi

A.

billi mindu beda l-ġlied fir-RĊA fi tmiem l-2012, u r-ribelli Séléka ħatfu l-poter mill-ex President François Bozizé f’Marzu ta’ din is-sena, ir-RĊA spiċċat fil-kaos, li rriżulta f’nuqqasijiet serji alimentari u mediċi;

B.

billi, wara r-rebħa militari tal-koalizzjoni Séléka fl-24 ta’ Marzu 2013 u l-ħatfa tal-poter tagħha, membri ta’ dik il-koalizzjoni wettqu ħafna atroċitajiet, stupri, reati, atti ta’ vjolenza fiżika u serq, kif ukoll sakkeġġi u ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem, kemm fil-kapitali kif ukoll fil-provinċji, u ma kienu soġġetti għal ebda kontroll; billi l-użu tas-suldati tfal qed jiżdied bħalma qed tiżdied il-vjolenza sesswali;

C.

billi l-abbużi qed jitwettqu wkoll minn gruppi armati oħrajn, li wħud minnhom jiddikjaraw li jappoġġaw lill-ex President Bozizé;

D.

billi, mill-5 ta’ Diċembru 2013, mietu 400 ruħ f’Bangui f'perjodu ta' 72 siegħa;

E.

billi l-gwerra qed tiġi strumentalizzata fi gwerra tar-reliġjon, kif evidenzjat mis-sitwazzjoni tal-komunitajiet Kristjani, u billi, minkejja l-isforzi konġunti tal-mexxejja reliġjużi biex jevitaw gwerra interkonfessjonali u minkejja l-koeżistenza paċifika tradizzjonali bejn ir-reliġjonijiet u l-komunitajiet, hemm riskju li jintilef il-kontroll tas-sitwazzjoni jekk ma tiġix indirizzata sew;

F.

billi hemm riskju ta’ kontaġju fir-reġjun peress li, jekk ir-RĊA ssir mekka għat-terroristi, it-traffikanti tad-droga, il-ġiħadisti u l-banditi, il-pajjiżi tal-viċinat jiġu affettwati wkoll; billi l-awtoritajiet tal-Kamerun għalqu temporanjament il-fruntiera mar-RĊA wara li r-ribelli Séléka attakkaw il-belt ta' Toktoyo li tinsab fil-fruntiera u qatlu gwardja tal-fruntiera tal-Kamerun;

G.

billi dawn il-vjolenzi qed jitwettqu minn gruppi mgħammra b’armi moderni, u b’ċerti armamenti tqal;

H.

billi l-kunflitti armati saru dejjem aktar awtofinanzjati, billi l-gruppi ta’ ribelli, in-netwerks tal-kriminalità, il-merċenarji u l-elites predatorji ddependew dejjem aktar minn dħul mir-riżorsi naturali biex jiffinanzjaw attivitajiet militari;

I.

billi l-awtoritajiet nazzjonali ta’ tranżizzjoni mhumiex f’pożizzjoni li jikkontrollaw lill-awturi ta' vjolenzi u li jassumu r-responsabbiltà tagħhom li jipproteġu l-popolazzjonijiet;

J.

billi l-vjolenzi mwettqa fir-RĊA jiġġustifikaw l-urġenza li tittieħed azzjoni biex jiġu evitati r-riskji ta’ reati tal-massa li jheddu lill-popolazzjoni Ċentru-Afrikana u l-istabbiltà tal-pajjiżi tar-reġjun;

K.

billi hemm ir-riskju li s-sitwazzjoni fir-RĊA toħloq ambjent ideali għall-iżvilupp ta’ attivitajiet kriminali transnazzjonali (estratt mir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU);

Sigurtà

L.

billi, għalkemm 1 300 truppa tal-ECCAS (Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika Ċentrali) ġew skjerati fir-RĊA, ma rnexxilhomx iwaqqfu lill-pajjiż milli jispiċċa f’sitwazzjoni ta' anarkija;

M.

billi, permezz tar-riżoluzzjoni 2127(2013) tiegħu adottata unanimament, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU awtorizza żieda fl-azzjoni militari minn truppi Franċiżi u Afrikani sabiex terġa’ tiddaħħal is-sigurtà u jiġu protetti ċ-ċivili fir-RĊA, impona embargo fuq l-armi u talab lin-Nazzjonijiet Uniti tħejji għal missjoni possibbli għaż-żamma tal-paċi;

N.

billi fis-26 ta’ Novembru 2013 il-Ġeneral Jean-Marie Michel Mokoko (Kongo) inħatar bħala Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Afrikana fir-Repubblika Ċentru-Afrikana u bħala kap tal-forza Afrikana li qed tiġi skjerata fil-pajjiż (MISCA);

O.

billi l-MISCA tista’ tiġi skjerata għal perjodu ta’ 12-il xahar, bi klawżola ta’ reviżjoni ta’ sitt xhur, bil-missjoni li tipproteġi ċ-ċivili, terġa’ tistabbilixxi l-ordni u s-sigurtà, tistabbilizza l-pajjiż u tiffaċilita l-provvediment ta’ għajnuna umanitarja;

P.

billi l-istabbiliment ta’ “Operazzjoni għaż-żamma tal-paċi” tan-NU, mitluba mill-Unjoni Afrikana, u prevista mir-riżolużżjoni 2127 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, jippermetti l-appoġġ finanzjarju kontinwu tal-operazzjoni;

Q.

billi, skont ir-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU, operazzjoni tan-NU trid timmobilizza bejn 6 000 u 9 000 elmu blu biex tkun effikaċi;

Drittijiet tal-Bniedem

R.

billi n-nuqqas komplet tal-ordni u s-sigurtà pubbliċi fir-RĊA qed jikkawża diżastru umanitarju u qed joħloq ukoll theddid sinifikanti għas-sigurtà reġjonali;

S.

billi l-qtil taċ-ċivili, il-ħruq tad-djar u l-qerda tal-infrastruttura bażika ġiegħlu lil nofs miljun ruħ, minn popolazzjoni ta' 4,6 miljuni fil-pajjiż, biex jaħarbu;

T.

billi fl-4 ta’ Settembru 2013, il-prosekutur tat-Tribunal ta' Bangui talab biex l-24 ex ribelli Séléka, li tressqu quddiem il-qrati fl-ewwel proċess li ttratta l-abbużi mwettqa fir-RĊA, tingħatalhom sentenza ta’ 10 snin ħabs;

U.

billi ħafna mill-atturi tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-delitti tal-gwerra ma ttellgħux il-qorti; billi dan iħeġġeġ klima ta' impunità u jiffavorixxi li jsiru aktar delitti;

Asprtti umanitarji

V.

billi l-Valutazzjoni tas-Sigurtà tal-Ikel ta' Emerġenza (VSIE) uriet li 484 000 persuna kienu f'riskju ta' nuqqas ta' sigurtà alimentari fil-pajjiż;

W.

billi, minħabba n-nuqqas ta' sigurtà u l-livell mhux adegwat ta' ffinanzjar meta mqabbla mal-kobor tal-kriżi, l-organizzazzjonijiet umanitarji qed jaħdmu biss fil-bliet;

X.

billi l-instabilità wasslet biex aktar minn 70 % tat-tfal ma jistgħux imorru l-iskola;

Y.

billi l-Unjoni Ewropea tkompli tidħol fi djalogu politiku regolari mar-RĊA u tibqa' d-donatur ewlieni tal-pajjiż, peress li żiedet l-għajnuna umanitarja tagħha bi EUR 8 miljun għal EUR 20 miljun; billi din l-għajnuna tal-UE mhijiex biżżejjed u billi sħab internazzjonali oħrajn iridu jieħdu impenji wkoll;

Żvilupp

Z.

billi l-kumplessità tal-kriżi teħtieġ reazzjoni globali u koerenti, integrata u multidimensjonali, billi intervent militari waħdu ma jistax isolvi l-problemi;

AA.

billi huwa importanti li jitwaqqaf approċċ wiesa' u olistiku, li jqis il-kapaċità tal-interkonnessjoni bejn il-kwistjonijiet tal-governanza tar-riżorsi naturali, tal-paċi, tas-sigurtà u tal-iżvilupp tar-RĊA, bil-għan li tinstab soluzzjoni dejjiema;

AB.

billi hemm bżonn ta' għajnuna ekonomika internazzjonali importanti;

AC.

billi ttieħdet id-deċiżjoni mill-proċess ta' Kimberley biex ir-RĊA tiġi sospiża;

AD.

billi, minkejja s-sitwazzjoni inċerta fir-RĊA, l-UE qatt ma ssospendiet il-kooperazzjoni għall-iżvilupp mal-pajjiż u tibqa' l-akbar donatur ta' għajnuna umanitarja; billi fil-5 ta' Diċembru 2013, l-UE offriet EUR 50 miljun għall-Missjoni Internazzjonali ta' Appoġġ mmexxija minn pajjiżi Afrikani fir-RĊA sabiex jingħata kontribut għall-istabbilizzazzjoni tal-pajjiż u l-protezzjoni tal-popolazzjonijiet lokali, kif ukoll biex jinħolqu kundizzjonijiet li jippermettu l-għoti ta' għajnuna umanitarja u r-riforma tas-settur tas-sigurtà u tad-difiża;

Vjolenzi

1.

Jikkundanna bis-sħiħ il-ksur serju tad-dritt umanitarju u l-ksur mifrux tad-dritt dwar id-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari minn eks-elementi tas-Séléka u gruppi tal-milizja, partikolarment dawk magħrufa bħala “anti-balaka”, inkliżi l-qtil extraġudizzjarju, l-eżekuzzjonijiet sommarji, l-għajbien infurzat, l-arresti u d-detenzjoni arbitrarji, it-tortura, il-vjolenza sesswali u l-vjolenza sessista u r-reklutaġġ ta’ suldati tfal; Jesprimi t-tħassib qawwi tiegħu dwar id-dinamika ġdida ta' vjolenza u tpattija prevalenti fir-RĊA, li tista' tiddeġenera f'sitwazzjoni inkontrollabbli, u tinvolvi l-iktar krimini serji fid-dritt internazzjonali, bħall-krimini tal-gwerra u l-krimini kontra l-umanità; Jinsab imħasseb ukoll dwar il-possibbiltà ta' effett “spill-over”, li jista' jiddestabilizza r-reġjun kollu;

2.

Itenni t-tħassib profond tiegħu dwar is-sitwazzjoni fir-RĊA li hija kkaratterizzata minn nuqqas komplet tal-osservanzzjoni tal-liġi u nuqqas komplet tal-ordni u l-assenza tal-istat ta’ dritt u l-vjolenza settarja; jikkundanna l-vjolenza riċenti li kompliet telimina anki l-aktar servizzi bażiċi fil-pajjiż u għarrqet sitwazzjoni umanitarja diġà ħażina li qed taffettwa l-popolazzjoni kollha;

3.

Jilqa' b'rabta ma' dan id-deċiżjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU dwar l-embargo fuq l-armi kontra r-RĊA;

Sigurtà

4.

Jilqa' l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni 2127/(2013) tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU taħt il-Kapitolu VII tal-Karta tan-NU, u jitlob biex tiġi implimentata malajr sabiex il-popolazzjoni tar-RĊA ma jkollhiex tgħaddi minn iktar vjolenza u insikurezza;

5.

Jilqa' l-iskjerament veloċi ta' truppi militari Franċiżi wara li ngħatat l-awtorizzazzjoni mill-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU u l-isforzi tagħhom biex tieqaf il-vjolenza, tiġi protetta l-popolazzjoni ċivili u tiġi diżarmata l-milizja;

6.

Irodd ħajr liż-żewġ suldati Franċiżi, li kienu parti mill-forzi Afrikani, li mietu l-ewwel jum tal-missjoni tagħhom ta' protezzjoni tal-popolazzjonijiet ċivili tar-RĊA;

7.

Jilqa' l-isforzi internazzjonali li qed isiru biex terġa' tinġieb l-ordni, inkluż it-tisħiħ tal-forza tal-paċi MICOPAX tal-ECCAS u r-rikonfigurazzjoni tagħha f'forza ta' żamma tal-paċi tal-Missjoni Internazzjonali ta' Appoġġ għall-Afrika Ċentrali (MISCA) taħt ir-responsabilità tal-Unjoni Afrikana;

8.

Jitlob lill-komunità internazzjonali tagħmel il-kontribuzzjonijiet kollha finanzjarji, ta' truppi u ta' tipi oħra meħtieġa biex tiżdied il-preżenza tas-sigurtà internazzjonali primarjament Afrikana u tiżgura l-implimentazzjoni tal-mandat tagħha; Jilqa' b'rabta ma' dan il-EUR 50 miljun provduti mill-UE b'appoġġ għall-AFISMA-CAR;

9.

Jiddispjaċih mid-dewmien tat-twaqqif ta' operazzjoni ta' żamma tal-paċi tan-Nazzjonijiet Uniti u miż-żmien li jeħtieġ il-Kunsill ta' Sigurtà sabiex jagħti mandat skont il-Kapitolu VII tal-Karta tan-NU;

10.

Jikkunsidra neċessarju, barra minn hekk, li jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-kunflitti, b’mod partikolari permezz ta’ riforma tal-forzi armati u l-forzi ta’ sigurtà, id-dimilitarizzazzjoni, id-demobilizzazzjoni u r-riintegrazzjoni tal-eks ġellieda, bi qbil mar-riżoluzzjoni 2121 (2013) tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU, ir-ripatrijazzjoni tar-refuġjati, ir-ritorn ta’ persuni spustati internament lejn djarhom u l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ żvilupp vjabbli;

11.

Jitlob lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jistudja l-possibilità ta' azzjonijiet ta' taħriġ u ta' appoġġ tal-MISCA, hekk kif sar għall-AMISOM, biex tiżdied il-kapaċitàtal-forzi Afrikani li jġestixxu huma nnifishom l-ippjanar u t-tmexxija ta' operazzjonijiet ta' sikurizzazzjoni;

12.

Jinnota li l-kriżijiet reċenti fil-Mali u fl-Afrika Ċentrali juru l-bżonn li l-kontinent Afrikan ikollu kapaċità kontinentali adegwata ta' sigurtà; F'dan ir-rigward, jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex iżidu l-appoġġ tagħhom għal twaqqif effettiv tal-Kapaċità Afrikana ta' Reazzjoni Immedjata għall-Kriżijiet, maħluqa f'Ġunju 2013, element żejjed indispensabbli għall-operazzjonalizzazzjoni veloċi tal-Forza Afrikana ta' Intervent fil-Pront (ASF) tal-Unjoni Afrikana, inizjalment prevista għall-2010;

13.

Jixtieq li tissaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali fil-ġlieda kontra l-'Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur' (LRA);

Drittijiet tal-Bniedem

14.

Jenfasizza li mgħandux ikun hemm impunità għal min iwettaq ksur evidenti tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġijiet umanitarji internazzjonali; jenfasizza li mgħandux ikun hemm impunità għal min iwettaq ksur evidenti tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġijiet umanitarji internazzjonali; jirrimarka f’dan ir-rigward li s-sitwazzjoni fir-RĊA diġà tressqet quddiem il-QKI u li, skont l-istatut tal-Qorti, ma hemmx perjodu ta’ preskrizzjoni għall-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra, u jilqa' d-dikjarazzjoni tas-7 ta' Awwissu 2013 mill-Prosekutur tal-QKI;

15.

Jitlob biex jittieħdu miżuri bħala kwistjoni urġenti għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet, tiġi żgurata l-protezzjoni tagħhom u tintemm l-impunità għal min iwettaq krimini bħal dawn;

16.

Jilqa' b'mod partikolari t-twaqqif mill-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU ta' kummissjoni ta' inkjesta biex tinvestiga rapporti ta' ksur tal-liġijiet umanitarji internazzjonali u abbużi mid-drittijiet tal-bniedem imwettqa fir-RĊA mill-partijiet kollha sa minn Jannar 2013; Jitlob lill-partijiet kollha biex jikkooperaw bis-sħiħ mal-kummissjoni sabiex jiġi żgurat li l-awturi ta' dawn l-atti orribbli jinżammu responsabbli;

17.

Iħeġġeġ kooperazzjoni sħiħa mal-Kumitat ta' Sanzjonijiet stabbilit bir-riżoluzzjoni 2127 (2013) tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU;

18.

Jitlob lill-awtoritajiet tar-RĊA biex iwettqu l-obbligi stabbiliti fl-Istatut ta' Ruma tal-QKI, li dan il-pajjiż huwa firmatarju tiegħu;

19.

Jitlob li jiżammu l-obbligi nazzjonali u internazzjonali fir-rigward tal-projbizzjoni ta' reklutaġġ u użu tat-tfal fil-forzi armati u fi gruppi armati;

Settur umanitarju

20.

Jilqa' t-twaqqif ta' aerial bridge umanitarju min-naħa tal-UE, permezz tat-titjiriet tal-ECHO – is-servizz ta' trasport umanitarju bl-ajru – mid-9 ta' Diċembru, biex jiżdiedu l-isforzi internazzjonali bgħall-istabilizzazzjoni tar-RĊA billi jiġi żgurat li l-għajnuna umanitarja tasal lill-iktar persuni li jeħtiġuha; Jilqa' l-isforzi tas-servizz estern u tal-Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja li rreaġixxew malajr għas-sitwazzjoni;

21.

Jitlob lill-komunità internazzjonali żżomm lir-RĊA fuq nett tal-aġenda tagħha u tappoġġa lil dan il-pajjiż fraġli; Jenfasizza b'rabta ma' dan li l-komunità umanitarja għandha wkoll iżżomm l-impenn tagħha lejn ir-RĊA, minkejja s-sitwazzjoni politika u ta' sigurtà attwali, u talloka biżżejjed riżorsi biex jingħelbu l-kriżijiet mediċi u umanitarji li għaddej minnhom il-pajjiż; Jinsab imħasseb dwar l-aċċess umanitarju ristrett u jikkundanna l-attakki kontra l-ħaddiema umanitarji; Jitlob lill-partijiet kollha fil-kunflitt, u b'mod partikolari lis-Séléka, biex jippermettu aċċess sigur u mingħajr xkiel lill-organizzazzjonijiet umanitarji u ta' għajnuna;

22.

Jilqa l-appoġġ akbar tal-UE fl-indirizzar tal-kriżi umanitarja fir-Repubblika Ċentru-Afrikana u jappella lill-UE u l-Istati Membri tagħha, bħala donaturi prinċipali lill-pajjiż, sabiex isaħħu l-koordinazzjoni tagħhom ma’ donaturi u istituzzjonijiet internazzjonali oħra sabiex jiġu sodisfatti l-bżonnijiet umanitarji urġenti u tittaffa s-sofferenza tal-persuni mill-Afrika Ċentrali;

Żvilupp

23.

Jitlob lill-Grupp ta' Kuntatt Internazzjonali dwar ir-RĊA biex jipprovdi lir-RĊA b'appoġġ finanzjarju meħtieġ għall-ħolqien ta' żvilupp ekonomiku vijabbli, jiġu ristawrati amministrazzjoni pubblika li taħdem u servizzi pubbliċi u jiġu stabbiliti istituzzjonijiet demokratiċi li jaħdmu, u li jkunu kapaċi jipproteġu liċ-ċittadini;

24.

Jinsisti li soluzzjoni politika komprensiva, inkluża d-distribuzzjoni ekwa ta’ dħul mill-baġit tal-istat hija vitali sabiex jinstabu soluzzjonijiet għall-kriżi u titwettaq it-triq għall-iżvilupp sostenibbli tar-reġjun;

25.

Jikkundanna l-isfruttament illegali tar-riżorsi naturali tar-RĊA;

26.

Iqis li t-trasparenza u l-iskrutinju pubbliku fis-settur tal-minjieri huma kruċjali għall-ġestjoni effiċjenti tal-mini u biex ikunu pubbliċi l-attivitajiet u d-dħul mill-mini u l-kumpaniji tal-esportazzjoni;

27.

Jitlob biex jittieħdu miżuri, Bl-għajnuna tal-komunitàinternazzjonali, biex jiżdiedu l-isforzi biex tinstab soluzzjoni għall-kriżi politika u biex tinbena sistema ġudizzjarja u infrastruttura amministrattiva, billi tingħata prijorità għolja lir-ristawr ta' servizzi bażiċi fil-qasam tal0ġustizzja, tal-kura tas-saħħa u tal-edukazzjoni; Jitlob biex tittieħed azzjoni għall-iżgurar u l-promozzjoni tad-dritt għall-edukazzjoni, u bie il-gvern iżid l-isforzi tiegħu għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni dwar Edukazzjoni għal Kulħadd;

28.

Jikkundanna l-qirda tal-patrimonju naturali, partikolarment il-kaċċa illegali (riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU);

Proċess politiku

29.

Itenni l-appoġġ tiegħu għal sovranità, unità u integrità territoarjali tar-RĊA;

30.

Jitlob lill-awtoritajiet tar-RĊA jimplimentaw il-ftehimiet fir-rigward tat-tranżizzjoni politika mingħajr dewmien sabiex ikunu jistgħu jseħħu elezzjonijiet u l-pajjiż jinġieb lura lejn ordni kostituzzjonali sa Frar 2015;

31.

Itenni l-appoġġ tiegħu għall-Prim Ministru, Nicolas Tiangaye, li għandu l-appoġġ tal-komunità internazzjonali;

32.

Jitlob biex jerġa' jinbena mill-ġdid is-servizz ċivili tar-RĊA sabiex jiġu organizzati elezzjonijiet nazzjonali kredibbli u inkontestati bl-għan li l-pajjiż jimxi iktar fit-triq tad-demokrazija; Jinnota li, minkejja l-isforzi tal-Prim Ministru Tiangaye, l-istrutturi statali u l-kontroll tant marru lura li m'għad fadal kważi xejn minnhom; Iħeġġeġ il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fid-dibattiti dwar il-ġejjieni tar-RĊA;

33.

Jinsisti li l-awtoritajiet ta' tranżizzjoni jiżguraw il-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa f'kull fażi tal-proċess (riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtàan-NU);

34.

Jilqa' l-fatt li n-NU ħadet l-impenn li ssegwi mill-qrib il-ġestjoni tat-tranżizzjoni;

o

o o

35.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jibgħat din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/HR Catherine Ashton, lill-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, lill-ECCAS, lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE u lill-Istati Membri tal-UE, u lill-Kunsill Nazzjonali Transitorju tar-Repubblika Ċentrali Afrikana.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2013)0033.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2013)0389.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/208


P7_TA(2013)0603

It-tneħħija tal-organi fiċ-Ċina

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar it-tneħħija tal-organi fiċ-Ċina (2013/2981(RSP))

(2016/C 468/30)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-7 ta' Settembru 2006 (1) u tal-14 ta' Marzu 2013 (2) dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina, tat-13 ta' Diċembru 2012 dwar ir-rapport annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja 2011 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (3), tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja 2009 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (4), u tad-19 ta' Mejju 2010 dwar il-'Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Pjan ta’ azzjoni dwar id-Donazzjoni tal-Organi u t-Trapjanti (2009-2015): Kooperazzjoni aktar b'saħħitha bejn l-Istati Membri (5),

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha dwar id-dritt tal-integrità tal-persuna,

wara li kkunsdira s-seduti ta' smigħ tal-21 ta' Novembru 2009, tas-6 ta' Diċembru 2012 u tat-2 ta' Diċembru 2013 mis-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem u x-xhieda rispettiva tas-Segretarju preċedenti tal-Istat tal-Asja u l-Paċifiku David Kilgour u tal-avukat tad-drittijiet tal-bniedem David Matas dwar tneħħija tal-organi fuq skala kbira mwettqa fuq prattikanti tal-Falun Gong fiċ-Ċina sa mill-2000,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni kontra t-tortura u t-trattament jew il-pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, ratifikata miċ-Ċina fl-4 ta' Ottubru 1988,

wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi r-Repubblika Popolari taċ-Ċina twettaq aktar minn 10 000 trapjant tal-organi kull sena u 165 ċentru Ċiniż ta' trapjant tal-organi jirriklama li organi li jaqblu jistgħu jinstabu fi żmien ġimagħtejn jew erba' ġimgħat, imma kif inhuma l-affarijiet iċ-Ċina ma għandhiex sistema pubblika organizzata jew effettiva ta' donazzjoni jew ta' distribuzzjoni ta' organi; billi s-sistema tat-trapjant tal-organi fiċ-Ċina ma tikkonformax mar-rekwiżiti tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa rigward trasparenza u traċċabbiltà fil-modi tal-akkwist tal-organi, u billi l-Gvern Ċiniż irresista skrutinju indipendenti tas-sistema; billi l-kunsens volontarju u infurmat hu prekundizzjoni għal donazzjoni etika tal-organi;

B.

billi r-Repubblika Popolari taċ-Ċina għandha rati estremament baxxi ta' donazzjoni volontarja ta' organi minħabba twemmin tradizzjonali; billi fl-1984 iċ-Ċina implimentat regolamenti li jippermettu t-tneħħija tal-organi minn priġunieri li ngħataw sentenza ta' mewt;

C.

billi l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina naqas milli jagħti rendikont adegwat tas-sorsi eċċessivi ta' organi meta ntalab informazzjoni mir-Rapporteur Speċjali preċedenti tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-tortura u t-trattament jew il-pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, Manfred Nowak, u mir-riċerkaturi Kanadiżi David Matas, avukat dwar id-drittijiet tal-bniedem, u David Kilgour, Segretarju preċedenti tal-Istat tal-Asja u l-Paċifiku;

D.

billi Huang Jiefu, Direttur tal-Kumitat Ċiniż dwar id-Donazzjoni tal-Organi u Viċi Ministru preċedenti tas-Saħħa, iddikkjara, fil-Konferenza ta' Madrid dwar id-Donazzjoni u t-Trapjant tal-Organi fl-2010, li aktar minn 90 % ta' organi trapjantati fiċ-Ċina li ttieħdu minn donaturi mejta ġew minn priġunieri li ngħataw is-sentenza tal-mewt, u qal li sa nofs l-2014 l-isptarijiet kollha liċenzjati għat-trapjant tal-organi se jkunu mitluba li jieqfu milli jużaw organi minn priġunieri li ngħataw is-sentenza tal-mewt u li jużaw biss dawk mogħtija b'mod volontarju u allokati mis-sistema nazzjonali li għadha kif bdiet tiffunzjona;

E.

billi r-Repubblika Popolari taċ-Ċina ħabbret l-intenzjoni tagħha li twaqqqaf b'mod gradwali t-tneħħija tal-organi minn priġunieri li ngħataw is-sentenza tal-mewt sal-2015, kif ukoll tintroduċi sistema komputerizzata ta' allokazzjoni ta' organi magħrufa bħala Sistema ta' Rispons ta' Trapjant tal-Organi Ċiniża (COTRS), b'hekk tikkontradixxi l-impenn li ħadet li l-isptarijiet kollha liċenzjati għat-trapjant tal-organi se jkunu mitluba jieqfu jużaw organi minn priġunieri li ngħataw is-sentenza tal-mewt sa nofs l-2014;

F.

billi f'Lulju 1999 il-Partit Komunist Ċiniż nieda kampanja intensiva ta' persekuzzjoni mal-pajjiż kollu, maħsuba biex teqred il-prattika spiritwali tal-Falun Gong u twassal għall-arrest u d-detenzjoni ta' mijiet ta' eluf ta' prattikanti tal-Falun Gong; billi hemm rapporti li priġunieri tal-Uyghur u tat-Tibet ukoll kienu suġġetti għal trapjanti furzati tal-organi;

G.

billi l-Kumitat tan-NU kontra t-Tortura u r-Rapporteur Speċjali tan-NU kontra t-tortura u t-trattament jew il-pieni krudili, inumani jew degradanti oħra esprimew tħassib dwar l-allegazzjonijiet ta' tneħħija ta' organi minn priġunieri, u sejħu lill-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina biex iżid ir-responsabbiltà u t-trasparenza tas-sistema ta' trapjant tal-organi u jikkastiga lil dawk responsabbli għal abbużi; billi l-qtil ta' priġunieri reliġjużi jew politiċi għal iskop ta' bejgħ tal-organi tagħhom għat-trapjant hija vjolazzjoni ferm ħażina u intolerabbli tad-dritt fundamentali għall-ħajja;

H.

billi fit-12 ta' Novembru 2013 l-Assemblea Ġenerali tan-NU għażlet liċ-Ċina biex isservi fuq il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU għal perjodu ta' tliet snin li jibda mill-1 ta' Jannar 2014;

1.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar rapporti persistenti u kredibbli ta' tneħħija sistematika ta' organi approvata mill-istat minn priġunieri ta' kuxjenza li ma jkunux taw il-kunsens tagħhom fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, inkluż minn għadd kbir ta' prattikanti tal-Falun Gong mitfugħa l-ħabs għat-twemmin reliġjuż tagħhom, kif ukoll minn membri ta' gruppi reliġjużi, etniċi jew ta' minoranza oħra;

2.

Jenfasizza li l-waqfien gradwali tat-tneħħija tal-organi minn priġunieri li ngħataw is-sentenza tal-mewt sal-2015 mhijiex aċċetabbli; jitlob lill-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina biex itemm immedjatament il-prattika ta' tneħħija ta' organi minn priġunieri ta' kuxjenza u membri ta' gruppi reliġjużi u ta' minorità etnika;

3.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha iqajmu l-kwistjoni tat-tneħħija tal-organi fiċ-Ċina; jirrakkomanda li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jikkundannaw pubblikament l-abbużi ta' trapjant tal-organi fiċ-Ċina u jqajmu kuxjenza dwar din il-kwistjoni fost iċ-ċittadini tagħhom li jkunu qed jivvjaġġaw lejn iċ-Ċina; jitlob għal investigazzjoni sħiħa u trasparenti mill-UE dwar il-prattiki ta' trapjant tal-organi fiċ-Ċina, u biex jitressqu quddiem il-qorti dawk li jinstabu li jkunu pparteċipaw fi prattiki mhux etiċi bħal dawn;

4.

Jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi biex jirrispondu b'mod adegwat għat-talbiet tar-Rapporteur Speċjali tan-NU kontra t-tortura u t-trattament jew il-pieni krudili, inumani jew degradanti oħra u r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-libertà ta' reliġjon jew twemmin li qed jitolbu lill-Gvern Ċiniż jispjega s-sorsi żejda ta' organi wara li żdied l-għadd ta' operazzjonijiet ta' trapjant ta' organi, u li jippermettulhom iwettqu investigazzjoni dwar il-prattiki tat-trapjant tal-organi fiċ-Ċina;

5.

Jitlob il-ħelsien immedjat tal-priġunieri kollha ta' kuxjenza fiċ-Ċina, inkluż il-prattikanti tal-Falun Gong;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u lill-Kungress Nazzjonali tal-Poplu Ċiniż.


(1)  ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 219.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2013)0097.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2012)0503.

(4)  ĠU C 169 E, 15.6.2012, p. 81.

(5)  ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 65.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/210


P7_TA(2013)0604

Is-sitwazzjoni fis-Sri Lanka

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar is-sitwazzjoni fis-Sri Lanka (2013/2982(RSP))

(2016/C 468/31)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2009 (1) u tat-12 ta' Mejju 2011 (2) dwar is-sitwazzjoni fis-Sri Lanka,

wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Kummissjoni għat-Tagħlimiet Miksuba u r-Rikonċiljazzjoni tas-Sri Lanka ta' Novembru 2011,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti tat-18 ta' Marzu 2013 u t-22 ta' Marzu 2012 dwar il-promozzjoni tar-rikonċiljazzjoni u l-obbligu ta' rendikont fis-Sri Lanka,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Panel ta' Studju Intern tas-Segretarju Ġenerali tan-NU ta' Novembru 2012 dwar l-azzjonijiet tan-NU fis-Sri Lanka matul l-istadji finali tal-gwerra fis-Sri Lanka u wara li din intemmet, li jinvestiga n-nuqqas min-naħa tal-komunità internazzjonali li tipproteġi ċ-ċivili mill-ksur fuq skala kbira tad-dritt umanitarju u tad-drittijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Navi Pillay, tal-31 ta' Awwissu 2013, u r-rapport tagħha għall-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tal-25 ta' Settembru 2013,

wara li kkunsidra r-rapport tal-organizzazzjoni karitattiva Franċiża 'Action against Hunger' dwar l-eżekuzzjoni, fl-2006, ta' 17-il membru tal-personal lokali tagħha fil-belt tat-tramuntana ta' Muttur,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni lokali tal-Unjoni Ewropea tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar l-istat tad-dritt fis-Sri Lanka (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-18 ta' Jannar 2013 mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Catherine Ashton, f'isem l-UE, dwar id-denunzja tal-eks Prim Imħallef Sri Lankjan, Shirani Bandaranayake,

wara li kkunsidra l-laqgħa reċenti tal-kapijiet ta' gvern tal-Commonwealth f'Kolombo, u t-talba tal-Prim Ministru tar-Renju Unit David Cameron biex issir investigazzjoni indipendenti tal-allegazzjonijiet ta' delitti tal-gwerra,

wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet li s-Sri Lanka hija firmatarja għalihom, partikolarment il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni Razzjali, il-Konvenzjoni dwar il-prevenzjoni u l-kastig tad-delitt ta' ġenoċidju, il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa u l-Konvenzjoni kontra l-Korruzzjoni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) u l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi f'Mejju 2009, il-kunflitt li ilu għaddej għexieren ta' snin bejn il-Gvern tas-Sri Lanka u l-grupp separatist tat-Tigri għal-Liberazzjoni tat-Tamil Eelam (LTTE) fit-tramuntana tal-pajjiż intemm bit-telfa u ċ-ċediment tal-LTTE u l-mewta tal-kap tagħhom;

B.

billi fl-aħħar xhur tal-kunflitt, ġlied qalil f'żoni ċivili wassal għal dak li hu stmat li hu għexieren ta' eluf ta' mwiet u korrimenti ta' persuni ċivili u madwar 6 000 każ ta' għajbien;

C.

billi fit-23 ta' Mejju 2009, is-Segretarju Ġenerali tan-NU, Ban Ki-moon, u l-President tas-Sri Lanka, Mahinda Rajapaksa, iffirmaw dikjarazzjoni konġunta li fiha l-Gvern tas-Sri Lanka qabel li jieħu miżuri biex jiggarantixxi r-responsabilità għall-allegazzjonijiet ta' delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità matul l-istadji finali tal-kunflitt intern li dam għaddej 26 sena;

D.

billi fil-15 ta' Mejju 2010, il-President Rajapaksa ħatar LLRC (Kummissjoni dwar il-Lezzjonijiet Miksuba r-Rikonċiljazzjoni); billi l-għadd kbir ta' persuni li huwa rrappurtat li ħadu l-inizjattiva li jkellmu lil-LLRC juri x-xewqa u l-bżonn qawwijin ta' djalogu nazzjonali dwar il-kunflitt;

E.

billi r-rapport tal-panel ta' esperti tan-NU tas-26 ta' April 2011 sab li kien hemm rapporti kredibbli li kemm il-forzi tal-gvern kif ukoll il-LTTE wettqu delitti tal-gwerra fix-xhur ta' qabel Mejju 2009, meta l-forzi tal-gvern iddikjaraw rebħa fuq is-separatisti;

F.

billi n-natura serja tal-allegazzjonijiet f'dak ir-rapport u l-kampanja internazzjonali li baqgħet titwettaq b'talba għal evalwazzjoni preċiża tal-avvenimenti, inkluż fil-marġni tas-samit reċenti tal-Commonwealth, jenfasizzaw il-bżonn li din il-kwistjoni tissolva biex ikun possibbli li tinkiseb rikonċiljazzjoni dejjiema fis-Sri Lanka;

G.

billi ċensiment madwar il-pajjiż inbeda fis-Sri Lanka biex jiġu aċċertati fil-pajjiż stess l-iskala u ċ-ċirkostanzi tal-imwiet u t-tidrib ta' ċivili, kif ukoll id-dannu lill-proprejtajiet, li twettqu matul il-kunflitt, bi qbil ma' rakkomandazzjoni ewlenija tar-rapport tal-LLRC;

H.

billi, f'Awwissu 2013, ġiet stabbilita Kummissjoni Presidenzjali ta' Inkjesta biex tinvestiga u tirrapporta dwar il-każijiet ta' għajbien fil-provinċji tat-tramuntana u tal-lvant bejn l-1990 u l-2009;

I.

billi fil-25 ta' Settembru 2013, Navi Pillay talbet lill-Gvern tas-Sri Lanka juża ż-żmien li kien fadallu qabel ma tressaq ir-rapport dwar il-pajjiż lill-Kunsill tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, fil-laqgħa tiegħu ta' Marzu 2014, biex jibda proċess nazzjonali kredibbli b'riżultati tanġibbli, inkluża l-prosekuzzjoni tal-ħatja individwali, inkella l-komunità internazzjonali se jkollha d-dmir li tistabbilixxi mekkaniżmi ta' inkjesta proprji;

J.

billi l-panel ta' studju interndwar il-ħidma tan-NU fis-Sri Lanka matul il-fażi finali tal-gwerra wasal għall-konklużjoni li n-nuqqas tal-istituzzjonijiet tan-NU li jipproteġu d-drittijiet tal-persuni li kellhom jassistu kollettivament jammonta għal nuqqas min-NU li taġixxi fl-ambitu tal-mandati istituzzjonali tagħha biex twettaq id-dmirijiet tagħha ta' protezzjoni;

1.

Jesprimi l-apprezzament tiegħu tar-ristawr tal-paċi fis-Sri Lanka, li jikkostitwixxi serħan tal-moħħ qawwi għall-popolazzjoni kollha kemm hi, u jirrikonoxxi l-isforzi li saru mill-Gvern tas-Sri Lanka, bl-appoġġ tal-komunità internazzjonali, biex tinbena mill-ġdid l-infrastruttura u jiġu ssetiljati mill-ġdid madwar 400,000 persuna spustjati internament;

2.

Jinnota l-progress li nkiseb fl-ilħuq tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, il-politika trilingwi – notevolment it-tagħlim tas-Sinhala, Tamil u Ingliż lill-uffiċjali pubbliċi – u ċ-ċensiment nazzjonali deċiż riċentement biex jingħaddu 'd-danni umani u tal-proprjetà' li saru waqt il-gwerra ċivili;

3.

Jilqa' l-ewwel elezzjonijiet għall-Kunsill Provinċjali fil-Provinċja tat-Tramuntana, li saru fil-21 ta' Settembru 2013, li l-partit tal-Alleanza Nazzjonali Tamil (TNA) rebaħ b'maġġoranza kbira ħafna;

4.

Jittama li d-dividend ta' paċi se jħalli l-frott, itejjeb aktar l-aġenda tal-iżvilupp tal-pajjiż u jippermetti liċ-ċittadini tiegħu u għadd dejjem akbar ta' viżitaturi barranin jgawdu bis-sħiħ il-potenzjal naturali u kulturali li joffri; jenfasizza li stabilità fit-tul titlob rikonċiljazzjoni ġenwina bil-parteċipazzjoni sħiħa tal-popolazzjonijiet lokali;

5.

Jinnota bi tħassib li l-preżenza tal-forzi militari tal-gvern fiż-żoni fejn qabel kien hemm il-kunflitt għadha konsiderevoli, qed twassal għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem inkluż il-ħtif tal-art, b'aktar minn elf kawża pendenti fil-qrati li jinvolvu sidien ta' art li tilfu l-proprjetà tagħhom, u għadd inkwetanti ta' attakki sesswali rappurtati u abbużi oħra kontra n-nisa, filwaqt li nqisu l-vulnerabilità partikolari tal-għexieren ta' eluf ta' romol tal-gwerra;

6.

Ifaħħar il-pjan ta' azzjoni nazzjonali għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għat-Tagħlimiet Miksuba u r-Rikonċiljazzjoni (LLRC), u jistieden lill-gvern jintensifika l-isforzi tiegħu biex jimplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet, jiġifieri billi jwettaq investigazzjonijiet kredibbli tal-allegazzjonijiet ta' qtil extraġudizzjarju u għajbien furzat, ikompli jiddemilitarizza t-Tramuntana tas-Sri Lanka, joħloq mekkaniżmi imparzjali kompluti ta' tilwim dwar l-artijiet, jerġa' jevalwa l-politiki tad-detenzjoni, isaħħaħ istituzzjonijiet ċivili li qabel kienu indipendenti bħall-forza tal-pulizija, il-ġudikatura u l-Kumissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem, u jasal għal riżoluzzjoni politika fit-tul dwar id-devoluzzjoni ulterjuri tal-poter lill-provinċji; jitlob lill-Kummissjoni ta' Inkjesta Presidenzjali tkopri l-għajbien mhux biss fil-Provinċji tat-Tramuntana u tal-Lvant, iżda wkoll fil-bqija tal-pajjiż;

7.

Jesprimi tħassib konsiderevoli dwar ir-rapporti kontinwi ta' intimidazzjoni u ksur tad-drittijiet tal-bniedem (fosthom mill-forzi tas-sigurtà), qril extraġudizzjarju, tortura u ksur tal-libertà tal-espressjoni, ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda paċifika, flimkien ma' rappreżelji kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, membri tas-soċjetà ċivili u ġurnalisti, theddid għall-indipendenza ġudizzjarja u l-istat tad-dritt, u d-diskriminazzjoni abbażi tar-reliġjon jew twemmin; jistieden lill-Gvern tas-Sri Lanka jieħu l-miżuri neċessarji;

8.

Jilqa' l-passi riċenti min-naħa tal-amministrazzjoni biex tinvestiga l-qtil allegat mill-forzi tal-gvern ta' 17-il ħaddiem lokali li jipprovdu l-għajnuna tal-organizzazzjoni karitattiva Franċiża 'Action for Hunger' fil-belt tat-Tramuntana ta' Muttur, flimkien mal-qtil ta' ħames żgħażagħ fi Trincomalee fl-2006; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jagħmlu kulma jistgħu biex dawk li wettqu dawn il-massakri jiġu proċessati;

9.

Iħeġġeġ lill-Gvern tas-Sri Lanka jaġixxi fuq it-talbiet għal responsabbilizzazzjoni għall-allegat ksur waqt il-gwerra tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u dak umanitarju billi tinfetaħ investigazzjoni indipendenti u kredibbli dwar l-allegat ksur sa Marzu 2014, u jqis li inkella n-NU għandha tiftaħ investigazzjoni internazzjonali;

10.

Iħeġġeġ lill-Gvern tas-Sri Lanka jabbozza liġi effettiva dwar il-protezzjoni tax-xhieda sabiex ix-xhieda ta' tali reati jingħataw protezzjoni suffiċjenti;

11.

Ifaħħar l-attivitajiet ta' tneħħija ta' mini tal-armata tas-Sri Lanka u l-NGOs internazzjonali bħal Halo Trust, u jirrikonoxxi l-finanzjament konsiderevoli li ngħata mill-UE u l-finanzjament addizzjonali mħabbar mir-Renju Unit; iħeġġeġ lill-Gvern tas-Sri Lanka u l-forzi armati, flimkien mal-UE u l-Istati Membri tagħha, ikomplu jipprovdu r-riżorsi meħtieġa għal iktar tindif tal-mini tal-art, li huma ostakolu serju għar-rijabilitazzjoni u r-riġenerazzjoni ekonomika; jerġa' jitlob lis-Sri Lanka tissieħeb fit-Trattat ta' Ottawa ta' Projbizzjoni tal-Mini;

12.

Jinnota bi tħassib li, skont ir-'Rapport tax-Xejriet u s-Sitwazzjoni tat-Terroriżmu tal-UE' reċenti tal-Europol, il-LTTE, li fil-passat wettqu attakki terroristi indiskriminati, għadhom attivi fil-livell internazzjonali;

13.

Jistieden lin-NU u lill-Istati Membri tagħha janalizzaw bir-reqqa n-nuqqasijiet tal-komunità internazzjonali fis-Sri Lanka u jieħdu miżuri adegwati biex jiżguraw li, jekk tinsab f'sitwazzjoni simili fil-futur, in-NU tkun tista' tilħaq standards ħafna ogħla f'termini ta' ssodisfar tar-responsabbilitajiet ta' protezzjoni u umanitarji tagħa;

14.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u lill-Gvern u lill-Parlament tas-Sri Lanka.


(1)  ĠU C 265 E, 30.9.2010, p. 29.

(2)  ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 156.

(3)  http://eeas.europa.eu/delegations/sri_lanka/documents/press_corner/20121205_en.pdf


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 10 ta’ Diċembru 2013

15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/213


P7_TA(2013)0550

Rapporti dwar iż-żjarat għall-ġbir tal-fatti għall-investigazzjoni tal-petizzjonijiet (interpretazzjoni tal-Artikolu 202(5) tar-Regoli ta' Proċedura)

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar rapporti li jikkonċernaw żjajjar għall-ġbir tal-fatti għall-investigazzjoni tal-petizzjonijiet (interpretazzjoni tal-Artikolu 202(5) tar-Regoli ta' Proċedura) (2013/2258(REG))

(2016/C 468/32)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-ittri tas-26 ta' Novembru 2013 tal-president tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 211 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jiddeċiedi li japplika l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 202(5):

 

“Żjarat għall-ġbir tal-fatti u r-rapporti dwar dawk iż-żjarat huma mmirati biss biex jipprovdu lill-Kumitat bit-tagħrif mitlub sabiex ikun jista' jqis il-petizzjoni b'mod ulterjuri. Tali rapporti huma abbozzati taħt ir-responsabbiltà esklussiva tal-parteċipanti fiż-żjara, li għandhom ifittxu li jilħqu konsensus. Jekk dan ma jintlaħaqax, ir-rapport għandu jistabbilixxi s-sejbiet diverġenti tal-fatti jew tal-valutazzjonijiet. Ir-rapport jiġi sottomess lill-Kumitat għall-approvazzjoni tiegħu permezz ta' vot wieħed, sakemm il-President ma jiddikjarax, fejn xieraq, li l-emendi jistgħu jitressqu għal partijiet tar-rapport. L-Artikolu 52 ma japplikax għal dawn ir-rapporti, la direttament u lanqas mutatis mutandis. Fil-każ li l-Kumitat ma japprovahomx, ir-rapporti ma għandhomx jiġu mgħoddija lill-President.”;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' tagħrif.


III Atti preparatorji

IL-PARLAMENT EWROPEW

It-Tlieta 10 ta’ Diċembru 2013

15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/214


P7_TA(2013)0519

Programm Ġustizzja għall-2014-2020 ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi għall-perjodu 2014 sa 2020 il-Programm dwar il-Ġustizzja (COM(2011)0759 – C7-0439/2011 – 2011/0369(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 468/33)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0759),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 81(1) u (2), 82(1) u 84 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0439/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-11 ta' Lulju 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-18 ta' Lulju 2012 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-6 ta' Novembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0396/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 299, 4.10.2012, p. 103.

(2)  ĠU C 277, 13.9.2012, p. 43.


P7_TC1-COD(2011)0369

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm dwar il-Ġustizzja għall-perijodu 2014 sa 2020

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1382/2013.)


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/216


P7_TA(2013)0520

Il-Programm tad-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza 2014-2020 ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi għall-perjodu 2014 sa 2010 il-Programm tad-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza (COM(2011)0758 – C7-0438/2011 – 2011/0344(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 468/34)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0758),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 19(2), 21(2), 114, 168, 169 u 197 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0438/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' April 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-18 ta' Lulju 2012 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-6 ta' Novembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport il-Kumitat għall-Baġits, l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A7–0397/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 191, 29.6.2012, p. 108.

(2)  ĠU C 277, 13.9.2012, p. 43


P7_TC1-COD(2011)0344

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perijodu 2014 sa 2020

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1381/2013.)


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/217


P7_TA(2013)0521

Preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova (COM(2013)0678 – C7-0305/2013 – 2013/0325(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 468/35)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0678),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0305/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-5 ta' Diċembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0422/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


P7_TC1-COD(2013)0325

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1384/2013.)


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/218


P7_TA(2013)0522

Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd UE-Marokk: protokoll li jistabbilixxi lopportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li tistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ partijiet (14165/2013 – C7-0415/2013 – 2013/0315(NLE))

(Approvazzjoni)

(2016/C 468/36)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14165/2013),

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja li jipprovdi għalihom il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk (14162/2013),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) u l-paragrafu 7, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0415/2013),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2011 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kumpens finanzjarju previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2011 dwar il-l-Protokoll futur li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kumpens finanzjarju previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk (2),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Baġits (A7-0417/2013),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Ifakkar fid-dritt li għandu l-Parlament Ewropew li jinżamm infurmat puntwalment u bis-sħiħ dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll u r-riżultati tagħha, u għalhekk jinsisti għal darba oħra li r-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew għandu jkollhom l-opportunità li jattendu għal-laqgħat tal-kumitat konġunt li jipprovdi għalih l-Artikolu 10 tal-Ftehim dwar is-Sajd bħala osservaturi. Barra minn hekk jitlob li l-Parlament jingħata dokumentazzjoni dwar il-linji gwida, l-objettivi u l-indikaturi li jirrigwardaw il-kapitolu relatat mal-appoġġ għas-settur tas-sajd fil-Marokk, u l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-monitoraġġ xieraq tal-aspetti inklużi fl-Artikolu 6 tal-Protokoll, inkluż ir-rapport finali li l-Marokk għandu jressaq dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' appoġġ settorjali. Itenni wkoll it-talba tiegħu lill-Kummissjoni li tressaq rapport sħiħ dwar ir-riżultati u l-operazzjoni tal-Protokoll attwali lill-Parlament Ewropew, qabel ma tiftaħ negozjati dwar protokoll ġdid.

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tal-Marokk.


(1)  ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 155.

(2)  ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 8.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/219


P7_TA(2013)0523

Il-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza fl-Użu tas-Sustanzi Kimiċi fuq ix-Xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interessi tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza fl-Użu tas-Sustanzi Kimiċi fuq ix-Xogħol, 1990, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (Konvenzjoni Nru 170) (11463/2013 – C7-0236/2013 – 2012/0320(NLE))

(Approvazzjoni)

(2016/C 468/37)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11463/2013),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 114 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0236/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0400/2013),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/220


P7_TA(2013)0524

L-iffabrikar illeċitu u t-traffikar tal-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti u l-munizzjon tagħhom ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll kontra l-Iffabbrikar Illeċitu u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-Munizzjon tagħhom, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali (12324/2013 – C7-0379/2013 – 2013/0083(NLE))

(Approvazzjoni)

(2016/C 468/38)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (12324/2013),

wara li kkunsidra l-Protokoll kontra l-Iffabbrikar Illeċitu u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-munizzjon tagħhom, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali,

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 114(1) u l-Artikolu 207, u tal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0379/2013),

wara li kkunsidra l-Programm ta’ Stokkolma u l-Pjan ta’ Azzjoni li jimplimentah (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2013 dwar it-tieni rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta' Sigurtà Interna għall-UE (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus: rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet u inizjattivi li għandhom jittieħdu (rapport finali) (3),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0359/2013),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Europol u l-Eurojust.


(1)  COM(2010)0171.

(2)  Testi adottati ta' dik id-data. P7_TA(2013)0384.

(3)  Testi adottati ta' dik id-data. P7_TA(2013)0444.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/221


P7_TA(2013)0525

Ftehim UE-Ċina rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tal-Bulgarija u tar-Rumanija, matul l-adeżjoni tagħhom fl-UE ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV: 6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (16112/2012 – C7-0285/2013 – 2012/0304(NLE))

(Approvazzjoni)

(2016/C 468/39)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (16112/2012),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV: 6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (16118/2012),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0285/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0332/2013),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/222


P7_TA(2013)0526

L-importazzjoni taċ-ċanga ġejja minn annimali li ma jkunux ġew ittrattati b’ċerti ormoni li jinkoraġġixxu t-tkabbir u rigward id-dazji ogħla applikati mill-Istati Uniti għal ċerti prodotti tal-Unjoni Ewropea ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Memorandum ta' Qbil rivedut mal-Istati Uniti tal-Amerika rigward l-importazzjoni taċ-ċanga ġejja minn annimali li Ma jkunux ġew ittrattati b’ċerti ormoni li jinkoraġġixxu t-tkabbir u rigward id-dazji ogħla applikati mill-Istati Uniti għal ċerti prodotti tal-Unjoni Ewropea (14374/2013 – C7-0377/2013 – 2013/0324(NLE))

(Approvazzjoni)

(2016/C 468/40)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14374/2013),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Memorandum ta' Qbil rivedut mal-Istati Uniti tal-Amerika Rigward l-Importazzjoni taċ-Ċanga ġejja minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni li Jinkoraġġixxu t-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal ċerti prodotti tal-Unjoni Ewropea (14375/2013),

wara li kkunsidra t-talba min-naħa tal-Kunsill għal approvazzjoni b'konformità mal-Artikolu 207 paragrafu 4, l-ewwel paragrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0377/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0427/2013),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-Memorandum ta' Qbil rivedut;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti tal-Amerika.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/223


P7_TA(2013)0527

Protokoll bejn l-UE u r-Repubblika tal-Côte d'Ivoire li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Côte d'Ivoire (2013-2018) (08701/2013 – C7-0216/2013 – 2013/0102(NLE))

(Approvazzjoni)

(2016/C 468/41)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill (08701/2013),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Côte d'Ivoire (2013-2018) (08699/2013),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0216/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0416/2013),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament Ewropew informazzjoni relevanti dwar il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt kif ipprovdut fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, b'mod partikolari l-minuti u l-konklużjonijiet korrispondenti, flimkien ma' rapport annwali dwar ir-riżultati tal-implimentazzjoni prattika tal-programm ta' appoġġ settorjali pluriennali msemmi fl-Artikolu 3 tal-Protokoll; barra minn hekk jistieden lill-Kummissjoni, waqt is-sena finali tal-validità tal-Protokoll u qabel il-ftuħ tan-negozjati għat-tiġdid tiegħu, tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' valutazzjoni ex-post li jkun jinkludi fih analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji tal-implimentazzjoni tal-Protokoll;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Côte d'Ivoire.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/224


P7_TA(2013)0528

L-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd fil-Gżejjer Kanarji mill-2014 sal-2020 *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Komunità għal importazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd fil-Gżejjer Kanarji mill-2014 sal-2020 (COM(2013)0552 – C7-0262/2013 – 2013/0266(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2016/C 468/42)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0552),

wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0262/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0415/2013),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sostanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/225


P7_TA(2013)0529

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni – applikazzjoni EGF/2013/001 FI/Nokia mill-Finlandja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/001 FI/Nokia mill-Finlandja) (COM(2013)0707 – C7-0359/2013 – 2013/2264(BUD))

(2016/C 468/43)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0707 – C7-0359/2013),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (FII tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament dwar il-FEG),

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 28 tal-FII tas-17 ta' Mejju 2006,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0411/2013),

A.

billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex jingħata appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin u biex jiġu megħjuna fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, f'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-FII tas-17 ta' Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta 'Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG),

C.

billi l-Finlandja ressqet l-applikazzjoni EGF/2013/001 FI/Nokia għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, b'segwitu għall- 4,509 sensja fin-Nokia, bi 3,719-il ħaddiem fil-mira tal-miżuri kofinanzjati mill-FEG, matul il-perjodu ta' referenza 1 ta’ Awwissu 2012 sat-30 ta’ Novembru 2012;

D.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEG,

1.

Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament FEG ġew issodisfati u li għalhekk il-Finlandja hija intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dak ir-Regolament;

2.

Jinnota li l-awtoritajiet Finlandiżi ressqu l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fl-1 ta' Frar 2013 u li l-valutazzjoni tagħha saret disponibbli min-naħa tal-Kummissjoni fis-16 ta' Ottubru 2013; jiddispjaċih dwar il-perjodi ta' evalwazzjoni twal u jistaqsi għalfejn din l-applikazzjoni partikolari kellha bżonn tmien xhur ta' valutazzjoni meta applikazzjoni preċedenti relatata man-Nokia Salo fl-2012 ġiet evalwata fi żmien tliet xhur;

3.

Jikkunsidra li s-sensji fin-Nokia plc, Nokia Siemens Networks u 30 mill-fornituri u s-sottokuntratturi involuti fis-settur tat-telefonija ċellulari huma marbuta ma' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjin minħabba l-globalizzazzjoni, b'mod partikolari it-trasferiment tal-funzjonijiet fi ħdan is-settur għal pajjiżi terzi u tnaqqis fis-sehem mis-suq tan-Nokia għal telefons ċellulari bażiċi u smartphones;

4.

Jinnota li n-Nokia fil-Finlandja (żona Salo) kienet diġà suġġetta għal sensji fuq skala kbira fl-2012 (EGF/2012/006 FI/Nokia Salo), u li l-aħħar mewġa ta' sensji twassal l-għadd ta' impjegati tan-Nokia affettwati għal aktar minn 6 000, li jippreżenta sfida kbira għal-lokalitajiet affettwati kif ukoll għall-ekonomija Finlandiża kollha kemm hi;

5.

Jiddispjaċih mil-fatt li s-sensji fin-Nokia huma riżultat tad-deċiżjoni korporattiva biex tmexxi l-impjanti ta' produzzjoni tagħha, kif ukoll id-disinn u l-iżvilupp ta' prodotti, għall-Asja u huma parti mill-pjan tagħha biex tnaqqas l-impjieg globali fil-Korporazzjoni Nokia bi 17,000 ħaddiem sal-aħħar tal-2013; jinnota li dik id-deċiżjoni wasslet għal tliet mobilizazzjonijiet FEG favur 6,138 ħaddiem tan-Nokia;

6.

Ifakkar li l-FEG diġà aġixxa favur 1,337 ħaddiem li kienu issensjati b'riżultat tar- rilokazzjoni tan-Nokia mill-Ġermanja għar-Rumanija fl-2008; jinnota li issa, ħames snin wara, il-FEG qed jiġi mobilizzat għar-raba' darba fir-rigward tas-sensji fin-Nokia;

7.

Jilqa' l-fatt li l-awtoritajiet Finlandiżi bdew l-implimentazzjoni tal-pakkett ikkoordinat ta' servizz personalizzat meta bdew jingħataw fl-1 ta' Awwissu 2012 is-sensji sabiex jassistu lill-ħaddiema qabel il-waqfien tal-ħidma tagħhom man-Nokia;

8.

Jinnota li l-pakkett ikkoordinat tas-servizzi personalizzati li għandu jkun kofinanzjat, jinkludi miżuri għar-riintegrazzjoni ta' 3,719 -il ħaddiem li ngħataw is-sensja fl-impjieg bħall-coaching u miżuri preparatorji oħra, taħriġ u taħriġ mill-ġdid, il-promozzjoni tal-intraprenditorija u servizzi għal imprendituri ġodda, appoġġ għall-bidu ta' attività kummerċjali indipendenti, l-assistenza għall-mobilità, is-servizzi ta' impjieg fil-Punt tas-Servizz, is-sussidji għall-pagi u s-sistema ta' akkwiżizzjoni tad-data bbażata fuq il-kumpanija;

9.

Jilqa' l-fatt li l-pakkett jinkludi miżuri innovattivi bħal Promoto – servizz ta' tqabbil għall-ftuħ ta' negozji ġodda;

10.

Jinnota li l-allowances finanzjarji, li għandhom ikunu koperti mill-FEG, huma limitati u li l-parti l-kbira tal-appoġġ se jkun iddedikat għat-taħrig u l-intraprenditorija;

11.

Jilqa' l-fatt li s-sħab soċjali, jiġifieri l-Kunsill tal-Unjins Industrijali Finlandiżi (eż. Trade Union Pro, il-Unjin tal-Ħaddiema Finlandiżi tal-Metall) ġew ikkonsultati fir-rigward dwar il-preparazzjoni tal-applikazzjoni tal-FEG u li politika ta' parità bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni se jkunu applikati matul id-diversi fażijiet tal-implimentazzjoni tal-FEG u fl-aċċess għalih;

12.

Jilqa' l-fatt li s-sensji u l-preparazzjoniji tal-pakkett ikkoordinat tas-servizzi speċjalizzati huma indirizzati minn grupp ta' ħidma ddedikat li jinkludi lis-sħab soċjali (inklużi r-rappreżentanti tan-Nokia) u lill-awtoritajiet reġjonali;

13.

Ifakkar fl-importanza li tittejjeb l-impjegabbiltà tal-ħaddiema kollha permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali tal-ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett ikkoordinat jiġi adattat mhux biss għall-bżonnijiet tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja, iżda wkoll għall-ambjent kummerċjali reali;

14.

Jinnota li l-informazzjoni provduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; jisħaq fuq il-fatt li l-awtoritajiet Finlandiżi kkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċevux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta' dik id-data fir-rapporti annwali tagħha sabiex ikun żgurat ir-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u li ma jkun hemm l-ebda duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni;

15.

Jitlob li l-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi neċessarji biex itejbu l-arranġamenti proċedurali sabiex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza l-proċedura mtejba implimentata mill-Kummissjoni, b'segwitu għat-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, li timmira li tippreżenta lill-awtorità baġitarja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-ammissibbiltà ta' applikazzjoni għall-FEG flimkien mal-proposta biex jiġi mobilizzat il-FEG; jittama li fir-Regolament il-ġdid dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) jiġi integrat titjib proċedurali ulterjuri, u li jinkisbu aktar effiċjenza, trasparenza u viżibbiltà tal-FEG;

16.

Jisħaq fuq il-fatt li, b'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEG, għandu jiġi żgurat li l-FEG jappoġġja r-riintegrazzjoni f'impjieg stabbli tal-ħaddiema individwali li jkunu ngħataw is-sensja; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-fatt li l-assistenza mill-FEG tista' tikkofinanzja biss miżuri attivi fis-suq tax-xogħol li jwasslu għal impjieg sostenibbli u fit-tul; itenni li l-assistenza mill-FEG ma għandhiex tieħu post l-ebda azzjonijiet li huma r-responsabbiltà ta' kumpaniji skont id-dritt nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas ma għandha tissostitwixxi l-miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

17.

Jilqa' l-ftehim li ntlaħaq fil-Kunsill dwar l-introduzzjoni mill-ġdid fir-Regolament dwar il-FEG, għall-perjodu 2014-2020, tal-kriterju dwar il-mobilizzazzjoni minħabba l-kriżi, li jippermetti l-għoti ta' għajnuna finanzjarja lil ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali minbarra lil dawk li tilfu l-impjieg tagħhom minħabba bidliet fix-xejriet kummerċjali dinjin.

18.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

19.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma/tiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura/tiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

20.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/001 FI/Nokia Salo mill-Finlandja)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2013/788/UE.)


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/228


P7_TA(2013)0530

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni – applikazzjoni FEG/2013/003 DE/First Solar, Ġermanja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEG/2013/003 DE/First Solar mill-Ġermanja) (COM(2013)0706 – C7-0358/2013 – 2013/2263(BUD))

(2016/C 468/44)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0706 – C7-0358/2013),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament dwar il-FEG),

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 28 tal-Ftehim Interinstituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0408/2013),

A.

billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji u biex tgħinhom jerġgħu jintegraw irwieħhom fis-suq tax-xogħol;

B.

billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, bi qbil mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u wara li jkun ġie kkunsidrat kif dovut il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG);

C.

billi l-Ġermanja ressqet l-applikazzjoni EGF/2013/003 DE/First Solar għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, b'segwitu għad-959 sensja fil-First Solar Manufacturing GmbH bi 875 ħaddiema fil-mira ta' miżuri kofinanzjati mill-FEG, matul il-perjodu ta' referenza mill-15 ta' Novembru 2012 sal-15 ta' Marzu 2013;

D.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEG,

1.

Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament dwar il-FEG ġew sodisfatti u li, l-Ġermanja għalhekk hija intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dak ir-Regolament;

2.

Jinnota li l-awtoritajiet Ġermaniżi ressqu l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fit-12 ta' April 2013 u li l-valutazzjoni tagħha saret disponibbli min-naħa tal-Kummissjoni fis-16 ta' Ottubru 2013; jilqa' pożittivament il-proċess ta’ evalwazzjoni rapidu ta' sitt xhur;

3.

Jinnota li s-sensji li ngħataw fil-kumpanija First Solar Manufacturing GmbH wasslu għal żieda immedjata fir-rata tal-qgħad ta' 4 punti perċentwali, waqt li ż-żona kkonċernata (l-Istat Federali ta' Brandenburgu) diġà qed tbati minn rata ta' qgħad ogħla mill-medja (11,3 % meta mqabbla mal-medja nazzjonali ta' 7,4 % fi Frar 2013);

4.

Jikkunsidra li s-sensji li ngħataw fil-kumpanija First Solar Manufacturing GmbH, involuta fil-produzzjoni tal-enerġija solari, huma marbutin ma' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji, l-akkumulazzjoni ta' kapaċitajiet eċċessivi kbar ta' moduli solari fiċ-Ċinjau t-tnaqqis fid-domanda madwar id-dinja, li wasslu biex il-prezzijiet ikkollassaw b'madwar 40 %, meta mqabbla mas-sena preċedenti li wkoll ikkawżaw l-għeluq taż-żewġ impjanti fl-2013;

5.

Jinnota li s-sensji kkonċernati huma parti minn pjan ta' ristrutturazzjoni estensiva biex titnaqqas il-forza tax-xogħol globali ta' First Solar Manufacturing GmbH b'30 % b'mod li l-kapaċità produttiva globali tagħha titnaqqas b'mod drastiku u rriżultaw fl-għeluq taż-żewġ siti li jinsabu fil-Ġermanja; jisħaq fuq il-valur miżjud tal-FEG fir-reazzjoni għas-sensji kkawżati mill-bidliet mhux mistennija fis-suq marbutin mal-globalizzazzjoni;

6.

Jilqa' pożittivament il-fatt li, biex il-ħaddiema jingħataw assistenza rapida, l-awtoritajiet Ġermaniżi ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati lill-ħaddiema milquta fl-1 ta' Jannar 2013, ferm qabel id-deċiżjoni finali dwar l-għoti tal-appoġġ mill-FEG għall-pakkett koordinat propost; jinnota li l-ħaddiema li ngħataw is-sensja bbenefikaw ukoll mill-appoġġ tal-FSE qabel ipparteċipaw fil-miżuri tal-FEG; jilqa' pożittivament il-fatt li l-awtoritajiet Ġermaniżi kkonfermaw li ttieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji biex jiġi evitat finanzjament doppju mill-fondi tal-Unjoni;

7.

Jinnota li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati li għandhom jiġu kofinanzjati jinkludi miżuri għall-integrazzjoni mill-ġdid f'impjieg tat-875 ħaddiem li ngħataw is-sensja bħal korsijiet ta' taħriġ li jwasslu għal kwalifiki, ġestjoni tat-taħriġ, workshops u gruppi ta' pari, servizzi ta' appoġġ u tiftix ta' xogħol fuq livell internazzjonali, konsulenza bir-reqqa rigward il-ħolqien ta' negozju, tiftix ta' xogħol, għotjiet ta' attivazzjoni, segwitu u kura sussegwenti, u allowances ta' sussistenza;

8.

Jinnota li aktar min-nofs l-appoġġ mill-FEG se jintefaq fuq allowances – qed jingħad li 875 ħaddiem se jirċievu bħala allowance ta' sussistenza matul il-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-miżuri (l-ispiża stmata hi ta' EUR 2 714 għal kull ħaddiem fuq disa' xhur); jinnota wkoll li l-applikazzjoni tinkludi somma f'daqqa ta' EUR 1 869 bħala primjum ta' attivazzjoni għal 200 ħaddiem li jsibu xogħol malajr mingħajr assistenza ulterjuri wara l-konklużjoni ta' dawk il-miżuri;

9.

Ifakkar li l-appoġġ tal-FEG għandu jkun allokat primarjament għat-tfittxija ta' impjieg u għal programmi ta’ taħriġ aktar milli għal kontribuzzjoni diretta għal allowances finanzjarji; jinnota li, jekk dawn jiġu inklużi fil-pakkett, tali allowances għandhom ikunu ta' natura komplementari u qatt ma għandhom jieħdu post l-allowances li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Istati Membri jew tal-kumpaniji bis-saħħa tal-liġi nazzjonali jew ta' ftehimiet kollettivi; jisħaq f'dan il-kuntest fuq il-fatt li r-Regolament il-ġdid dwar il-FEG għall-2014-2020 se jillimita l-inklużjoni tal-allowances finanzjarji fil-pakkett għal mhux aktar minn 35 % ta' kemm jiswew il-miżuri u li, rata sproporzjonata ta' allowances mhux se tiġi ripetuta taħt ir-regolament il-ġdid;

10.

Jilqa' pożittivament il-fatt li s-sħab soċjali adottaw pjan soċjali għas-sensji f’First Solar Manufacturing GmbH u li kumpanija ta' trasferiment se tfassal u timmaniġġja l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati; jinnota li l-attività tagħha matul l-ewwel sitt xhur qed titħallas minn First Solar Manufacturing GmbH u mill-FSE permezz tal-programm federali tiegħu u li s-servizzi tal-kumpanija ta' trasferiment se jiġu estiżi għall-miżuri l-ġodda ffinanzjati mill-FEG; jinnota li, matul id-diversi stadji tal-implimentazzjoni tal-FEG u fl-aċċess għalih, se tiġi applikata politika ta' ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, kif ukoll il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni;

11.

Ifakkar fl-importanza li tittejjeb l-impjegabilità tal-ħaddiema kollha permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali tal-ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat jiġi adattat mhux biss għall-bżonnijiet tal-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja, iżda anke għall-ambjent kummerċjali effettiv;

12.

Jinnota li l-informazzjoni provduta dwar il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali Ewropej; jisħaq fuq il-fatt li l-awtoritajiet Ġermaniżi kkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċevux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva dwar dik id-data fir-rapporti annwali tagħha sabiex tiżgura r-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u li ma tkun tista' sseħħ l-ebda duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni;

13.

Jitlob li l-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi neċessarji biex itejbu l-arranġamenti proċedurali sabiex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza l-proċedura mtejba implimentata mill-Kummissjoni, b'segwitu għat-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bl-għan li tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni għall-FEG flimkien mal-proposta biex jiġi mobilizzat il-FEG; jittama li jiġi integrat titjib proċedurali ulterjuri fir-Regolament il-ġdid dwar il-FEG (2014-2020) u li jinkisbu effiċjenza, trasparenza u viżibilità akbar tal-FEG;

14.

Jisħaq fuq il-fatt li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEG, għandu jiġi żgurat li l-FEG jappoġġa l-integrazzjoni mill-ġdid f'impjieg stabbli tal-ħaddiema individwali li jkunu ngħataw is-sensja; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-fatt li l-assistenza mill-FEG tista' tikkofinanzja biss il-miżuri attivi fis-suq tax-xogħol li jwasslu għal impjieg dewwiemi u fit-tul; itenni li l-assistenza mill-FEG ma għandhiex tissostitwixxi l-azzjonijiet li huma r-responsabilità tal-kumpaniji bis-saħħa tal-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas il-miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

15.

Jilqa' pożittivament il-ftehim li ntlaħaq fil-Kunsill dwar l-introduzzjoni mill-ġdid fir-Regolament dwar il-FEG għall-perjodu 2014-2020 tal-kriterju dwar il-mobilizzazzjoni minħabba kriżi, li jippermetti l-għoti ta' għajnuna finanzjarja lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali flimkien ma' dawk li jkunu tilfu xogħolhom minħabba bidliet fl-andament kummerċjali dinji.

16.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

17.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

18.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEG/2013/003 DE/First Solar mill-Ġermanja)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2013/789/UE.)


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/231


P7_TA(2013)0531

Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni EGF/2012/011 DK/Vestas – Danimarka)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni FEG/2012/011 DK/Vestas mid-Danimarka) (COM(2013)0703 – C7-0357/2013 – 2013/2262(BUD))

(2016/C 468/45)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0703 – C7-0357/2013),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (FII tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament FEG),

wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0410/2013),

A.

billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex jingħata appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji u biex jiġu megħjuna jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol,

B.

billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni, lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja, għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-FII tas-17 ta' Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-Fond Ewropew ta 'Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG),

C.

billi d-Danimarka ressqet l-applikazzjoni EGF/2012/011 DK/Vestas għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, b'segwitu għas-611-il sensja fil-Vestas Group, b'611-il ħaddiem fil-mira tal-miżuri kofinanzjati mill-FEG, matul il-perjodu ta' referenza 18 ta’ Settembru 2012 sat-18 ta’ Diċembru 2012,

D.

billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti fir-Regolament FEG,

1.

Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament FEG huma ssodisfati u li, d-Danimarka għalhekk hija intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament;

2.

Jinnota li l-awtoritajiet Daniżi ppreżentaw l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fil-21 ta' Diċembru 2012 u li l-valutazzjoni tagħha saret disponibbli mill-Kummissjoni fis-16 ta' Ottubru 2013; jinnota li l-valutazzjoni ta' din l-applikazzjoni ħadet ħafna aktar żmien meta mqabbla mal-każ ta' Vestas li tressaq mid-Danimarka f'Mejju 2012;

3.

Iqis li s-sensji fil-Grupp Vestas li jikkonċernaw il-manifattura tat-turbini tar-riħ huma marbuta ma' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b'mod partikolari minħabba l-istaġnar tad-domanda għall-installazzjoni tat-turbini tar-riħ fl-Unjoni u tkabbir tas-suq Asjatiku, il-penetrazzjoni tas-suq Ewropew mill-manifatturi Ċiniżi tat-turbini tar-riħ bi prezzijiet aktar kompetittivi u t-tnaqqis sinifikanti tas-sehem tas-suq tal-Unjoni fil-kapaċità totali minn 66 % fl-2006 għal 27.5 % fl-2012 (3);

4.

Huwa tal-opinjoni li s-suq tal-enerġija tar-riħ tal-Unjoni huwa previst li jkompli jikber u jiġġenera domanda għall-manifatturi tat-turbini tar-riħ tal-Unjoni u l-industriji assoċjati permezz tal-promozzjoni kontinwa ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-livell tal-Unjoni; jinnota, f’dan ir-rigward, il-miri nazzjonali mandatorji għall-użu tal-enerġija rinnovabili sal-2020; għalhekk jesprimi tħassib dwar din ir-rilokazzjoni partikolari u jiġbed l-attenzjoni għar-riskju ta' importazzjoni fis-suq tal-Unjoni ta' turbini tar-riħ prodotti fl-Asja;

5.

Jinnota li s-sensji kkonċernati huma r-riżultat dirett tad-deċiżjoni strateġika meħuda mill-Grupp Vestas f'Novembru 2011 li jorganizza mill-ġdid l-istruttura tiegħu u tiżdied il-viċinanza mal-klijenti tiegħu fis-swieq reġjonali, speċjalment fiċ-Ċina; jinnota li r-reġjun affettwat ta' Ringkøbing-Skjern għamel investimenti konsiderevoli fl-infrastruttura sabiex jattira kumpanija innovattiva bħall-Grupp Vestas u d-deċiżjoni tal-Grupp Vestas toħloq diffikultajiet għar-reġjun;

6.

Jinnota li fl-2009/2010 l-Grupp Vestas diġà kien soġġett għal sensji fuq skala kbira, b’mewġa ġdida fl-2012 li tellgħat l-għadd ta’ impjegati milquta tal-Grupp Vestas għal madwar 2 000, li jippreżenta sfida kbira għall-muniċipalitajiet diġà milquta u soġġetti għal żieda mgħaġġla fil-qgħad (4);

7.

Jinnota li dan huwa t-tielet każ tal-FEG li jinvolvi l-Grupp Vestas u r-raba’ każ tal-FEG fis-settur tat-turbini tar-riħ (EGF/2012/003 DK/Vestas (5), EGF/2010/022 DK/LM Glasfiber (6), EGF/2010/017 DK/Midtjylland Machinery (7));

8.

Jilqa' l-fatt li, biex il-ħaddiema jingħataw assistenza malajr, l-awtoritajiet Daniżi ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati lill-ħaddiema milquta fl-1 ta' Marzu 2013, ferm qabel id-deċiżjoni finali dwar l-għoti tal-appoġġ tal-FEG għall-pakkett koordinat propost;

9.

Jinnota li l-pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati li għandu jiġi kofinanzjat jinkludi miżuri għar-riintegrazzjoni ta’ 611-il ħaddiem sensjat f’impjiegi bħal counselling, mentoring u coaching, pakketti ta’ taħriġ immirati individwalizzati (korsijiet ta’ taħriġ interkulturali, korsijiet ta’ lingwa, taħriġ imprenditorjali, korsijiet diġà disponibbli u programmi ta’ taħriġ) allowances għall-imprenditorjat, miżuri relatati ma' ħaddiema ta' età ta' 55 jew aktar b’mentoring speċjali u rikollokament u kumpens għas-sussistenza;

10.

Jilqa' l-fatt li l-ħaddiema se jsegwu pakketti ta' taħriġ immirati u individwalizzati biex jilħqu l-bżonnijiet tagħhom kif definit matul il-fażi ta' counselling u coaching;

11.

Jilqa' l-fatt li l-pakkett koordinat jipprevedi miżuri b'mentoring speċjali u rikollokament għal ħaddiema ta' 55 sena jew akbar, li probabbli jesperjenzaw diffikultajiet addizzjonali biex isibu impjiegi ġodda minħabba l-età tagħhom;

12.

Jinnota li l-pakkett fih inċentivi finanzjarji konsiderevoli għall-istabbiliment ta’ negozji proprji (sa EUR 25 000) li se jkunu marbuta strettament mal-parteċipazzjoni f’korsijiet ta’ imprenditorjat u eżerċizzju ta' monitoraġġ fi tmiem il-proġett tal-FEG;

13.

Jiddispjaċih, madankollu, li aktar minn nofs l-appoġġ tal-FEG se jintefaq fuq allowances finanzjarji – il-ħaddiema kollha jingħad li se jirċievu benefiċċju ta' sussistenza li huwa stmat għal EUR 10 400 għal kull ħaddiem;

14.

Ifakkar li l-appoġġ tal-FEG għandu jkun allokat primarjament għat-tfittix ta’ impjieg u għal programmi ta’ taħriġ flok kontribuzzjoni diretta għal allowances finanzjarji; jinnota li, jekk ikunu inklużi fil-pakkett, dawn l-allowances għandhom ikunu ta’ natura komplimentari u qatt m'għandhom jieħdu post l-allowances li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Istati Membri jew tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi; jenfasizza f'dan il-kuntest li r-regolament tal-FEG il-ġdid għall-2014-2020 se jintroduċi limitu għall-allowances finanzjarji li mhux se jkun aktar minn 35 % tal-kost tal-pakkett u li mhux se jerga' jkun hemm fir-regolament il-ġdid rata sproporzjonata ta' allowances;

15.

Jilqa' l-fatt li s-sħab soċjali, inklużi t-trejdjunjins, ġew ikkonsultati matul it-tħejjija tal-applikazzjoni tal-FEG, u li l-politika ta' parità bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni se jiġi applikat matul id-diversi fażijiet tal-implimentazzjoni tal-FEG u fl-aċċess għalih.

16.

Ifakkar fl-importanza li tittejjeb l-impjegabilità tal-ħaddiema kollha permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali tal-ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat jiġi adattat mhux biss għall-bżonnijiet tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja, iżda wkoll għall-ambjent kummerċjali reali;

17.

Jinnota li l-informazzjoni provduta dwar il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali Ewropej; jisħaq fuq il-fatt li l-awtoritajiet Daniżi kkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċievux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta' dik id-data fir-rapporti annwali tagħha sabiex ikun żgurat ir-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u li ma jkun hemm l-ebda duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni;

18.

Jitlob li l-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi neċessarji biex itejbu l-arranġamenti proċedurali sabiex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza l-proċedura mtejba implimentata mill-Kummissjoni, b'segwitu għat-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, li jimmira li jippreżenta lill-awtorità baġitarja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibbiltà ta' applikazzjoni għall-FEG flimkien mal-proposta biex jiġi mobilizzat il-FEG; jittama li jiġi integrat titjib proċedurali ulterjuri fir-Regolament FEG il-ġdid għall-2014-2020 u li jinkisbu effiċjenza, trasparenza u viżibilità akbar tal-FEG;

19.

Jisħaq fuq il-fatt li, bi qbil mal-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEG, għandu jiġi żgurat li l-FEG jappoġġa r-riintegrazzjoni f'impjieg stabbli tal-ħaddiema individwali li jkunu ngħataw is-sensja; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-fatt li l-assistenza mill-FEG tista' tikkofinanzja biss miżuri attivi fis-suq tax-xogħol li jwasslu għal impjieg sostenibbli u fit-tul; itenni li l-assistenza mill-FEG ma għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà ta' kumpaniji skont id-dritt nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas ma għandha tissostitwixxi l-miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

20.

Jilqa' l-ftehim li ntlaħaq fil-Kunsill dwar l-introduzzjoni mill-ġdid tar-regolament FEG, għall-perjodu 2014-2020, il-kriterju tal-mobilizzazzjoni b'rabta mal-kriżi, li jippermetti l-għoti ta' assistenza finanzjarja lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali apparti lil dawk li tilfu l-impjieg tagħhom minħabba bidliet fix-xejriet kummerċjali dinjija;

21.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

22.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

23.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

(3)  “World Wind Energy association” The World Wind Energy Association 2012 Annual Report', Bonn, Mejju 2013. http://www.wwindea.org/webimages/WorldWindEnergyReport2012_final.pdf

(4)  www.dst.dk

(5)  COM(2012)0502 – Deċiżjoni 2012/731/EU (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 19).

(6)  COM(2011)0258 – Deċiżjoni 2011/469/EU (ĠU L 195, 27.7.2011, p. 53).

(7)  COM(2011)0421 – Deċiżjoni 2011/725/EU (ĠU L 289, 8.11.2011, p. 31).


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni baġitarja tajba (applikazzjoni EGF/2012/011 DK/Vestas mid-Danimarka).

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2013/787/UE.)


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/235


P7_TA(2013)0537

Il-Politika Komuni tas-Sajd ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2004/585/KE (12007/3/2013 – C7-0375/2013 – 2011/0195(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(2016/C 468/46)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (12007/3/2013 – C7-0375/2013),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta’ Marzu 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-4 ta' Marzu 2012 (2),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0425) ,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0409/2013),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 183.

(2)  ĠU C 225, 27.7.2012, p. 20.

(3)  Testi adottati 6.2.2013, P7_TA(2013)0040.


ANNESS MAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġbir ta' data

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jitolbu lill-Kummissjoni tħaffef l-adozzjoni ta' proposta bil-għan li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 sabiex il-prinċipji u l-objettivi għall-ġbir tad-dejta li huma essenzjali biex tiġi appoġġjata l-Politika Komuni tas-Sajd riformata u li huma spjegati fir-Regolament il-ġdid dwar il-PKS ikunu jistgħu jsiru effettivi b'mod prattiku mill-aktar fis possibbli.

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-pjanijiet pluriennali

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni huma impenjati li jaħdmu flimkien fl-indirizzar ta' kwistjonijiet interistituzzjonali u biex isir qbil dwar kif wieħed għandu jipproċedi b'mod li tiġi rrispettata l-pożizzjoni ġuridika kemm tal-Parlament Ewropew kif ukoll tal-Kunsill biex jiġu ffaċilitati l-iżvilupp u l-introduzzjoni tal-pjanijiet pluriennali fuq bażi ta' prijorità skont it-termini tal-Politika Komuni tas-Sajd.

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni stabbilew taskforce interistituzzjonali, magħmula mir-rappreżentati tat-tliet Istituzzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jinstabu soluzzjonijiet prattiċi u t-triq l-aktar adatta li wieħed għandu jaqbad.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/237


P7_TA(2013)0538

L-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (12005/2/2013 – C7-0376/2013 – 2011/0194(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(2016/C 468/47)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (12005/2/2013 – C7-0376/2013),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta’ Mejju 2012 (2),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0416),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0413/2013),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament u tal-Kunsill mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 183.

(2)  ĠU C 225, 27.7.2012, p. 20.

(3)  Testi adottati 12.9.2012, P7_TA(2012)0333.


ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill dwar ir-regoli ta' kontroll fil-qasam tat-traċċabbiltà tal-prodotti u l-informazzjoni għall-konsumatur

Bħala segwiti għar-riforma tar-Regolament dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni Ewropea biex tippreżentalhom proposta li għandha l-għan li temenda r-Regolament dwar il-Kontroll (Regolament (KE) Nru 1224/2009). Tali emenda għandha tqis il-ħtieġa għar-regolamentazzjoni tal-għoti ta' informazzjoni dwar it-tip ta' tagħmir għal dan li jirrigwarda l-prodotti derivati mis-sajd ta' ħut selvaġġ.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu wkoll lill-Kummissjoni biex tadotta, fil-ħin debitu, l-emendi neċessarji għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 fir-rigward tal-informazzjoni obbligatorja lill-konsumatur sabiex jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, kif emendat, u r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/239


P7_TA(2013)0539

Kundizzjonijiet speċifiċi għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal, dispożizzjonijiet għas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kundizzjonijiet għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal u dispożizzjonijiet għas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2347/2002 (COM(2012)0371 – C7-0196/2012 – 2012/0179(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 468/48)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0371),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0196/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta’ Frar 2013 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Kondotta tal-FAO għas-Sajd Responsabbli u l-Kodiċi tal-Prattiċi Sostenibbli u Responsabbli tas-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0395/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 133, 9.5.2013, p 41.


P7_TC1-COD(2012)0179

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta’ Diċembru 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kundizzjonijiet għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal u dispożizzjonijiet għas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 (3) jirrikjedi l-istabbiliment ta’ miżuri Komunitarji li jirregolaw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u l-insegwiment ta’ attivitajiet tas-sajd u li huma meħtieġa biex jiżguraw l-isfruttar razzjonali u responsabbli tar-riżorsi fuq bażi sostenibbli. L-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament jirrikjedi l-applikazzjoni ta’ approċċi tal-ekosistemi u prekawzjonali fit-teħid ta’ miżuri li jimminimizzaw l-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistemi tal-baħar.

(1a)

Kif jistabilixxi l-Artikolu 11 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għandhom jiġu integrati fid-definizzjoni u fl-implementazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni, inkluża l-konservazzjoni tas-sajd tal-baħar fond, b'mod partikolari bil-għan tal-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli. [Em. 1]

(2)

L-Unjoni hija impenjata li timplimenta r-Riżoluzzjonijiet adottati mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, b’mod partikolari r-Riżoluzzjonijiet 61/105 u 64/72, li permezz tagħhom l-Istati u l-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd huma mitluba jiżguraw il-protezzjoni tal-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar fond mill-impatt distruttiv tal-irkapti tas-sajd tal-qiegħ, kif ukoll l-isfruttar sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut tal-baħar fond. Ir-rakkomandazzjonijiet b'miżuri żviluppati u addottati mill-Kummissjoni tas-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku (NEAFC) għall-protezzjoni tal-ekosistemi marini vulernabbli tal-baħar fond mill-effetti avversi tal-irkaptu tal-qiegħ, skont it-termini tal-paragrafu 83(a) tar-Riżoluzzjoni 61/105 u tal-paragrafi 119(a) u 120 tar-Riżoluzzjoni 64/72, għandhom ikunu formalment inkorporati fid-Dritt tal-Unjoni fl-intier tagħhom. [Em. 2]

(2a)

Barra minn hekk, l-Unjoni għandha taġixxi bħala mexxejja fl-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ governanza tajba għall-ġestjoni sostenibbli tas-sajd fil-baħar fond fi ħdan il-fora internazzjonali f’konformità mar-Riżoluzzjonijiet addottati mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u mill-FAO u riflessi f’dan ir-Regolament. [Em. 3]

(3)

Il-Kummissjoni evalwat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 (4). Il-Kummissjoni sabet b’mod partikolari, li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-flotta kkonċernata kien wiesa’ wisq, li kien hemm nuqqas ta’ gwida fuq il-kontroll f’portijiet magħżula u fuq programmi ta’ kampjunar, u li l-kwalità tar-rappurtar tal-Istati Membri tal-livelli tal-isforz kien varjabbli wisq.

(3a)

Il-kapaċità tal-bastimenti li għandhom permessi għas-sajd fil-baħar fond ilha tiġi ristretta mill-2002 għall-kapaċità aggregata tal-bastimenti kollha li qabdu aktar minn 10 tunnellati minn kwalunkwe taħlita ta’ speċijiet tal-baħar fond fi kwalunkwe waħda mis-snin 1998, 1999 jew 2000. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni kkonkludiet li dan il-limitu tal-kapaċità ma kellu l-ebda effett pożittiv sostanzjali. Minħabba l-esperjenza tal-imgħoddi u n-nuqqas ta’ dejta eżatta f’ħafna impriżi tas-sajd fil-baħar fond, huwa inadegwat li dawn l-impriżi tas-sajd jiġu ġestiti permezz ta’ limiti fuq l-isforz biss. [Em. 4]

(4)

Sabiex jinżamm it-tnaqqis meħtieġ fil-kapaċità tas-sajd li nkiseb sa issa fis-sajd fil-baħar fond, huwa xieraq li jkun hemm provvediment għall-fatt li s-sajd għall-ispeċijiet tal-baħar fond huwa suġġett għal awtorizzazzjoni tas-sajd li tillimita l-kapaċità tal-bastimenti eleġibbli li jħottu l-art speċijiet tal-baħar fond. Bil-ħsieb li l-miżuri ta’ ġestjoni jkunu ffukati fuq il-parti tal-flotta l-aktar rilevanti għas-sajd fil-baħar fond, l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu skont is-sajd fil-mira jew is-sajd b’qabdiet inċidentali. B'danakollu, l-obbligu li jinħattu l-qabdiet kollha stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (5) għandu jitqies ħalli l-bastimenti li jaqbdu kwantità żgħir ta' speċijiet tal-baħar fond u li ma jkunux attwalment soġġetti għal permess tas-sajd fil-baħar fond, ma tittiħdilhomx l-opportunità li jissoktaw bl-attivitajiet tradizzjonali tagħhom tas-sajd. [Em. 5]

(5)

Detenturi ta' awtorizzazzjoni tas-sajd li tippermetti l-qbid ta' speċijiet tal-baħar fond għandhom jikkooperaw f'attivitajiet ta' riċerka xjentifika li jwasslu għal titjib fil-valutazzjoni tal-istokkijiet tal-baħar fond u tal-ekosistemi r-riċerka dwar l-ekosistemi tal-baħar fond. [Em. 6]

(6)

Is-sidien tal-bastimenti għandu jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd li tippermetti l-qabdiet inċidentali ta’ speċijiet tal-baħar fond meta jkunu qed jistadu għal speċijiet oħra f’żoni fuq ix-xaqliba kontinentali li fiha jista’ jsir ukoll sajd fil-baħar fond.

(7)

Is-sajd fil-baħar fond bi xbieki ta’ tkarkir tal-qiegħ fih l-ogħla riskju għall-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar fost l-irkapti differenti użati u jirrapporta l-ogħla rati ta' qabdiet mhux mixtieqa ta' speċijiet tal-baħar fond. Għalhekk, ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ għandhom jiġu pprojbiti b'mod permanenti milli jimmirraw għall-ispeċijiet tal-baħar fond. [Em. 7]

(8)

L-għeżula tal-qiegħ huma attwalment limitati fl-użu fis-sajd fil-baħar fond mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 li jistabbilixxi miżuri tekniċi tranżitorji mill-1 ta’ Jannar 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011  (6) . Fit-dawl tar-rati għolja ta’ qabdiet mhux mixtieqa fejn ġew użati b’mod mhux sostenibbli f’ilmijiet fondi, u fid-dawl tal-impatt ekoloġiku ta’ rkaptu mitluf jew abbandunat, dan l-irkaptu għandu wkoll jiġi pprojbit b’mod permanenti milli jkollu fil-mira l-ispeċijiet tal-baħar fond. [Em. 8]

(9)

Madankollu, sabiex Is-sajjieda jingħatalhom jeħtieġu biżżejjed żmien biex jaġġustaw għar-rekwiżiti l-ġodda, u l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd attwali għal sajd bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u b’għeżula tal-qiegħ għandhom ikomplu jkunu validi għal perjodu speċifiku ta’ żmien , sabiex jimminimizza l-konsegwenzi negattivi għall-flotta impenjata f’din l-attività tas-sajd . [Em. 9]

(10)

Barra minn hekk, il-bastimenti li jridu jkunu jixtiequ jbiddlu l-irkaptu sabiex ikunu jistgħu jibqgħu jeżerċitaw dan is-sajd għandhom ikunu eliġibbli biex jirċievu assistenza finanzjarja mill-Fond Ewropew għas-Sajd sakemm l-irkaptu l-ġdid inaqqas l-impatt tas-sajd fuq l-ispeċijiet mhux kummerċjali u wkoll sakemm il-programm nazzjonali operattiv jippermetti l-kontribuzzjoni għal miżuri bħal dawn. [Em. 10]

(11)

Il-bastimenti li għandhom fil-mira l-ispeċijiet tal-baħar fond b'irkaptu ieħor tal-qiegħ ma għandhomx jestendu l-medda tal-operazzjoni tagħhom skont l-awtorizzazzjoni tagħhom tas-sajd ġewwa l-ilmijiet tal-Unjoni, sakemm l-espansjoni ma tiġix ivvalutata bħala li ma għandhiex wara valutazzjoni skont il-Linji Gwida Internazzjonali tal-FAO tal-2008 għall-Ġestjoni tas-Sajd fil-Baħar Fond fl-Ibħra Miftuħa (“il-Linji-Gwida tal-2008 tal-FAO”), ma jkunx ippruvat li l-estensjoni ma jkollhiex riskju sinifikanti ta’ impatt negattiv fuq l-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar. [Em. 11]

(12)

Il-parir xjentifiku dwar ċerti stokkijiet tal-ħut li jinsabu fil-baħar fond jindika li dawn l-istokkijiet huma partikolarment vulnerabbli għall-isfruttar, u li s-sajd . Is-sajd għal dawn l-istokkijiet għandu jkun limitat jew imnaqqas bħala miżura prekawzjonali. L-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet tal-baħar fond ma għandhomx imorru lil hinn minn dawk il-livelli li jingħataw fil-parir xjentifiku bħala prekawzjonali. u għandu jimmira li jikseb livelli li jkunu ogħla minn dawk kapaċi li jipproduċu qabdiet sostenibbli massimi . Fil-każ li l-parir ma jingħatax minħabba nuqqas ta’ informazzjoni suffiċjenti dwar l-istokkjiet jew l-ispeċijiet, ma għandhom jiġu allokati ebda opportunitajiet tas-sajd. Għandu jiġi nnutat mandanakollu li bosta stokkijiet ta' speċijiet tal-baħar fond ta' interess kummerċjali sinifikanti, bħalma huma l- Murruna Sewda (Coryphaenoides rupestris), il-Linarda (Molva dypterigia) u ċ-Ċinturin Iswed (Aphanopus carbo), skont l-ICES, stabilizzaw ruħhom matul l-aħħar tliet snin. [Em. 12]

(13)

Il-parir xjentifku jindika wkoll li l-limiti tal-isforz tas-sajd huma strument xieraq għall-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd għas-sajd fil-baħar fond. Fid-dawl tal-fatt li fis-sajd fil-baħar fond hemm preżenti varjetà kbira ta’ rkapti u xejriet tas-sajd, u minħabba l-bżonn li jiġu żviluppati miżuri ta’ akkumpanjament biex jilqgħu għall-punti dgħajfa f'termini ambjentali tas-sajd individwali, il-limiti tal-isforz tas-sajd jissostwixxu l-limiti tal-qbid biss fejn jista' jiġi żgurat li huma adattati għas-sajd speċifiku. In-nuqqas ta' data preċiża f'bosta mis-sajdiet tal-baħar fond u n-natura mista ta' bosta minnhom inisslu n-neċessità tal-implementazzjoni ta' miżuri komplementari ta' ġestjoni. Fejn ikun xieraq, il-limiti fuq il-qabdiet għandhom ikunu kkombinati ma' limiti fuq l-isforzi. It-tnejn li huma għandhom jitqiegħdu f'livelli li jimminizzaw u jipprevjenu l-impatti fuq l-ispeċijiet li fuqhom m'hemmx mira u l-ekosistemi marini vulernabbli. [Em. 13]

(14)

Sabiex tkun żgurata ġestjoni adattata għas-sajd speċifiku, l-Istati Membri kkonċernati għandu jingħataw is-setgħa li jieħdu miżuri ta’ konservazzjoni ta’ akkumpanjament u li jivvalutaw fuq bażi annwali l-konsistenza tal-livelli tal-isforz bil-parir xjentifiku dwar l-isfruttar sostenibbli. Il-limiti tal-isforz adattati f’termini reġjonali għandhom ukoll jissostwixxu l-limiti globali eżistenti fuq l-isforz tas-sajd li kien hemm qbil dwarhom fil-NEAFC.

(15)

Peress li l-informazzjoni bijoloġika tista’ tiġi miġbura bl-aħjar mod permezz ta’ standards armonizzati għall-ġbir tad-dejta, huwa xieraq li l-ġbir tad-dejta dwar mestieri tal-baħar fond jiġi integrat fil-qafas ġenerali tal-ġbir tad-dejta xjentifika, filwaqt li jiġi żgurat il-provvediment ta' informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex tinftiehem id-dinamika tas-sajd. Għal finijiet ta’ simplifikazzjoni, ir-rappurtar dwar l-isforz skont l-ispeċi ma għandux jitkompla u għandu jiġi sostitwit mill-analiżi ta’ talbiet rikorrenti għal dejta xjentifika lill-Istati Membri li jkun fiha kapitolu speċifiku dwar il-mestieri tal-baħar fond. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-ottemperanza mal-ġbir tad-dejta u mal-obbligi tar-rapportaġġ, b'mod partikolari ma' dawk marbutin mal-protezzjoni tal-ekosistmi marini vulnerabbli. [Em. 14]

(15a)

Għadd kbir ta’ speċijiet jinqabdu f’attivitajiet ta’ sajd tal-baħar fond, inklużi speċijiet vulnerabbli ta’ klieb il-baħar tal-baħar fond. Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-obbligu li jinħattu l-art il-qabdiet kollha fis-sajd tal-baħar fond ikopri l-ispeċijiet li mhumiex soġġetti għal limiti fuq il-qabdiet u li d-dispożizzjonijiet de minimis ma jiġux applikati għal dan is-sajd. L-implimentazzjoni sħiħa tal-obbligu li jinħattu l-art il-qabdiet jista’ jikkontribwixxi bil-kbir biex jimtlew il-lakuni li jeżistu fid-dejta dwar dawn l-attivitajiet ta’ sajd u biex dak li jkun jifhem aħjar l-impatt ta' dan is-sajd fuq il-firxa wiesgħa ta’ speċijiet li jinqabdu. [Em. 15]

(16)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (7) jistipula r-rekwiżiti ta’ kontroll u infurzar fir-rigward tal-pjanijiet multiannwali. L-ispeċijiet tal-baħar fond, li fin-natura tagħhom huma vulnerabbli għas-sajd, għandhom jirċievu l-istess attenzjoni f’termini ta’ kontroll bħall-ispeċijiet l-oħra ta’ konservazzjoni li għalihom kien hemm qbil għal pjan ta’ ġestjoni multiannwali.

(17)

Detenturi ta' awtorizzazzjoni tas-sajd li tippermetti l-qbid ta' speċijiet tal-baħar fond għandhom jitilfu l-awtorizzazzjoni tiegħu f’dak li jirrigwarda l-qbid ta’ speċijiet tal-baħar fond jekk ma jikkonformawx mal-miżuri ta' konservazzjoni rilevanti.

(18)

Il-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali futura fis-sajd tal-Atlantiku tal-Grigal kienet approvata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 81/608/KEE (8) u daħlet fis-seħħ fis-17 ta' Marzu 1982. Dik il-konvenzjoni tipprovdi għal qafas xieraq għall-kooperazzjoni multilaterali dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni razzjonali tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal. Il-miżuri ta’ ġestjoni adottati fin-NEAFC jinkludu miżuri tekniċi għall-konservazzjoni u l-ġestjoni ta’ speċijiet regolati fi ħdan in-NEAFC u għall-protezzjoni tal-ħabitats vulnerabbli tal-baħar, inklużi miżuri prekawzjonali.

(19)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE biex tispeċifika miżuri li jakkumpanjaw il-limiti tal-isforz annwali jekk l-Istati Membri jonqsu milli jeħduhom jew jekk il-miżuri li ġew adottati minnhom ma jitqisux bħala kompatibbli mal-objettivi ta' dan ir-Regolament jew jitqiesu mhux biżżejjed fir-rigward tal-għanijiet indikati f'dan ir-Regolament.

(20)

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE, li jistgħu jkunu meħtieġa biex jemendaw jew jissupplimetaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament f’każijiet fejn ma jkunx hemm miżuri ta' akkumpanjament jew fejn il-miżuri ta' akkumpanjament adottati mill-Istati Membri ma jkunux biżżejjed u b'rabta mal-limiti tal-isforz annwali, meta dawn jissostitwixxu l-limiti tal-qbid.

(21)

Għalhekk, huwa meħtieġ li jidħlu regoli ġodda li jirregolaw is-sajd għall-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal u li jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 2347/2002.

(22)

Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Objettivi

L-objettivi ta’ dan ir-Regolament huma dawn li ġejjin:

(a)

li jiżgura l-ġestjoni u l-isfruttar sostenibbli tal-ispeċijiet tal-baħar fond filwaqt li jimminimizza l-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fil-baħar fond fuq l-ambjent tal-baħar; [Em. 16]

(aa)

li jipprevjeni impatti avversi sinifikanti fuq l-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar u li jiżgura l-konservazzjoni fit-tul tal-istokkijiet tal-ħut tal-baħar fond; [Em. 17]

(b)

li jtejjeb l-għarfien xjentifiku dwar l-ispeċijiet tal-baħar fond u l-ħabitats tagħhom għall-finijiet imsemmija fil-punt (a);

(ba)

jimminizza, u fejn ikun possibbli jipprevjeni, l-qabdiet inċidentali; [Em. 18]

(c)

li jimplimenta miżuri tekniċi fuq il-ġestjoni tas-sajd rakkomandati mill-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC).

(ca)

li japplika l-approċċ prekawzjonarju u dak ekosistemiku għall-ġestjoni tas-sajd u jiżgura li l-miżuri tal-Unjoni dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut tal-baħar fond ikunu konsistenti mar-riżoluzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti adottati mill-Assemblea Ġenerali, b'mod partikolari r-Riżoluzzjonijiet 61/105 u 64/72. [Em. 19]

Artikolu 2

Kamp ta’ Applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika għall-attivitajiet tas-sajd jew għall-attivitajiet tas-sajd ippjanati fl-ilmijiet li ġejjin:

(a)

l-ilmijiet tal-Unjoni tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES), is-subżoni II sa XI u tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF), iż-żoni 34.1.1, 34.1.2 u 34.2, inklużi l-attivitajiet ta’ sajd imwettqa jew l-attivitajiet ta’ sajd li għandhom jitwettqu mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ pajjiżi terzi u li jkunu rreġistrati fihom, [Em. 20]

(b)

l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni tas-CECAF 34.1.1, 34.1.2 u 34.2 u

(c)

iż-Żona Regolatorja tan-NEAFC,

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 2013 [dwar il-Politika Komuni tas-Sajd] u l-paragrafi (a) u (d) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 734/2008 (9). [Em. 21]

2.   Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“żoni , subżoni, diviżjonijiet u subdiviżjonijiet ICES” huma kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10); [Em. 22]

(b)

“żoni , subżoni, diviżjonijiet u subdiviżjonijiet CECAF” huma kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11); [Em. 23]

(c)

“żona Regolatorja tan-NEAFC” tfisser l-ilmijiet suġġetti għall-Konvenzjoni dwar kooperazzjoni multilaterali futura fis-sajd tal-Atlantiku tal-Grigal li jinsabu lil hinn mill-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni tas-sajd tal-partijiet kontraenti għal dik il-Konvenzjoni.

(d)

“speċijiet tal-baħar fond” tfisser l-ispeċijiet elenkati fl-Anness I;

(e)

“l-aktar speċijiet vulnerabbli” tfisser l-ispeċijiet tal-baħar fond indikati fit-tielet kolonna “L-aktar vulnerabbli (x)” tat-tabella fl-Anness I;

(f)

“mestier” tfisser attivitajiet tas-sajd li għandhom fil-mira ċerti speċijiet minn ċertu rkaptu f’ċertu żona;

(g)

“mestier tal-baħar fond” tfisser mestier li għandu fil-mira l-ispeċijiet tal-baħar fond skont l-indikazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament;

(h)

“Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd” tfisser ċentru operattiv stabbilit minn Stat Membru tal-bandiera u mgħammar b’ħardwer u softwer tal-kompjuter li jippermetti reċezzjoni awtomatika ta’ dejta, ipproċessar u trażmissjoni elettronika ta’ dejta;

(i)

“korp konsultattiv xjentifiku” tfisser bord xjentifiku dwar is-sajd internazzjonali li jissodisfa l-istandards internazzjonali għall-parir xjentifiku bbażat fuq ir-riċerka;

(ia)

'sfruttament sostenibbli' tfisser l-isfruttament ta’ stokk jew grupp ta’ stokkijiet ta' ħut b'mod li jirkupra u jżomm popolazzjonijiet ta’ stokkijiet tal-ħut f'livelli li jkunu kapaċi li jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli u li ma jkollux impatt negattiv fuq l-ekosistemi tal-baħar; [Em. 24]

(j)

“rendiment massimu sostenibbli” tfisser il-qabda massima li tista’ tittieħed minn stokk tal-ħut b’mod indefinit. [Em. 25]

Artikolu 3a

Trasparenza, parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja

1.     Fl-implementazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (12) u r-Regolamenti 1049/2001/KE  (13) u 1367/2006/KE  (14) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-informazzjoni ambjentali.

2.     Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li l-maniġġjar tad-dejta u t-teħid tad-deċiżjonijiet skont dan ir-Regolament isiru b’ottemperanza sħiħa mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa dwar il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja f'Materji Ambjentali (“il-Konvenzjoni Aarhus”, approvati f’isem l-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE  (15) . [Em.26]

Artikolu 3b

L-identifikazzjoni ta’ speċijiet tal-fond tal-baħar u l-ispeċijiet l-aktar vulnerabbli

1.     Sa …  (*1) u kull sentejn wara dik id-data, il-Kummissjoni tirrieżamina l-elenku tal-ispeċijiet tal-baħar fond fl-Anness I, inkluża t-tismija tal-ispeċijiet l-aktar vulnerabbli.

2.     Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont it-termini tal-Artikolu 20, li jemenda l-elenku tal-ispeċijiet tal-baħar fond fl-Anness 1, inkluża t-tismija tal-ispjeċijiet l-aktar vulnerabbli, li tinkorpora informazzjoni xjentifika ġdida mill-Istati Membri, mill-korp xjentifiku ta’ konsulenza u minn għejun relevanti oħrajn ta’ informazzjoni, inklużi l-Valutazzjonijiet tal-Lista l-Ħamra tal-IUCN. Fl-adozzjoni ta’ tali atti delegati, il-Kummissjoni tqis, b’mod partikolari, il-Kriterji tal-Lista l-Ħamra tal-IUCN, ir-rarità tal-ispeċijiet, il-vulnerabilità tal-istess għall-isfruttament u jekk il-korp xjentifiku ta’ konsulenza jkunx irrakkomanda livell żero ta' qabdiet inċidentali. [Em. 27]

KAPITOLU II

AWTORIZZAZJONIJIET TAS-SAJD

Artikolu 4

Tipi ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.   L-attivitajiet tas-sajd li għandhom fil-mira l-ispeċijiet tal-baħar fond li jitwettqu minn bastiment tas-sajd tal-Unjoni, għandhom ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni maħruġa mill-Istat Membru tal-bandiera, tas-sajd, li għandha tindika l-ispeċi tal-baħar fond bħala l-ispeċi fil-mira. [Em. 28]

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-attivitajiet tas-sajd jitqiesu li għandhom fil-mira l-ispeċijiet tal-baħar fond, jekk:

(a)

l-ispeċijiet tal-baħar fond huma mniżżla bħala fil-mira fil-kalendarju tas-sajd tal-bastiment, jew

(b)

irkaptu li jintuża biss għall-qbid tal-ispeċijiet tal-baħar fond jinġarr abbord il-bastiment jew jintuża fiż-żona ta' operazzjoni, jew

(c)

il-kaptan tal-bastiment iniżżel fil-ġurnal ta’ abbord persentaġġ perċentwal ta’ speċijiet tal-baħar fond elenkati fl-Anness I, li jkun inqabad fl-ibħra inklużi fl-ambitu ta' dan ir-Regolament u li jkun ekwivalenti jew ogħla minn wieħed mil-livelli massimi li ġejjin:

10 % 15 % tal-piż tal-qabda ġenerali fil-jum tas-sajd ikkonċernat , jew

8 % tal-piż tal-qabda ġenerali fil-vjaġġ tas-sajd ikkonċernat,

filwaqt li l-għażla tal-livell massimu tkun fid-diskrezzjoni tal-kaptan tal-bastiment, jew [Em. 29]

(ca)

il-bastiment jagħmel użu minn irkaptu tal-qiegħ f’fond ugwali għal jew inqas minn 600 metru. [Em. 30]

2a.     Għall-iskop tal-kalkolu tal-perċentwali li hemm riferiment għalihom fil-punt (c) tal-paragrafu 2, l-ispeċijiet fl-Anness I soġġetti għal applikazzjoni differita, kif hemm indikat fir-raba' kolonna tal-istess, titqies biss minn …  (*2) . [Em. 31]

3.   L-attivitajiet tas-sajd li ma għandhomx fil-mira l-ispeċijiet tal-baħar fond, iżda li jaqbdu dawn l-ispeċijiet bħala qabda inċidentali, imwettqa minn bastiment tas-sajd tal-Unjoni, għandhom ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni tas-sajd li għandha tindika l-ispeċijiet tal-baħar fond bħala qabda inċidentali. [Em. 32]

4.   Iż-żewġ tipi ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmija fil-paragrafi 1 u 3 rispettivament għandhom ikunu distinti b’mod ċar fil-bażi tad-dejta ettronika msemmija fl-Artiklu 116 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

5.   Minkejja l-paragrafi 1 u 3, il-bastimenti tas-sajd jistgħu jaqbdu, iżommu abbord, jittrażbordaw jew iħottu l-art kwalunkwe kwantità ta’ speċijiet tal-baħar fond mingħajr awtorizzazzjoni tas-sajd, jekk dik il-kwantità tkun taħt il-livell limitu ffissat għal 100 kg ta’ kwalunkwe taħlita ta’ speċijiet tal-baħar fond għal kull vjaġġ tas-sajd. Id-dettalji tas-sajdiet kollha bħal dawn, kemm jekk miżmumin kemm jekk skartati, inkluża l-kompożizzjoni, il-piż u d-daqsijiet tal-ispeċijiet, għandhom jiġu reġistrati fil-ġurnal ta’ abbord tal-bastiment u rrapportati lill-awtoritajiet kompetenti. [Em. 33]

Artikolu 5

Ġestjoni tal-kapaċità

1.    Il-kapaċità aggregata tas-sajd imkejla f’tunnellaġġ gross u f’kilowatt tal-bastimenti tas-sajd kollha li għandhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa minn Stat Membru, li tippermetti l-qabda ta’ speċijiet tal-baħar fond, kemm bħala l-ispeċi fil-mira kif ukoll bħala qabda inċidentali, fl-ebda mument ma għandha taqbeż il-kapaċità aggregata tas-sajd tal-bastimenti ta' dak l-Istat Membru li ħattew l-art 10 tunnellati jew aktar ta' speċijiet tal-baħar fond matul waħda mis-sentejn kalendarji li jiġu qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, skont is-sena li tipprovdi l-ogħla ċifra l-2009-2011, skont liema sena tagħti l-ogħla figura . [Em. 34]

1a.     Bil-għan li jintlaħaq l-objettiv speċifikat fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjonijiet annwali tal-kapaċità skont it-termini tal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru …/2013 [dwar il-Politika Komuni tas-Sajd]. Ir-rapport riżultanti, kif hemm riferiment fil-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu, jittanta jidentifika s-sovrakapaċità strutturali skont is-segment u jagħmel stima tal-profittabilità fit-tul skont is-segment. Ir-rapporti jkunu disponibbli għall-pubbliku. [Em. 35]

1b.     Meta l-valutazzjonijiet tal-kapaċità msemmija fil-paragrafu 1a jindikaw li l-livell tal-mortalità mis-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond huwa ogħla mil-livelli rakkomandati, l-Istat Membru kkonċernat għandu jħejji u jinkludi fir-rapport pjan ta’ azzjoni għas-sezzjoni tal-flotta li tiġi affettwata sabiex jiġi żgurat li l-mortalità mis-sajd eżerċitata fuq l-istokkijiet ikkonċernati tkun konsistenti mal-objettivi tal-Artikolu 10. [Em. 36]

1c.     Il-valutazzjonijiet tal-kapaċità u l-pjanijiet ta' azzjoni li hemm riferiment għalihom f'dan l-Artikolu jkunu pubblikament disponibbli. [Em. 37]

1d.     Fejn l-opportunitajiet ta' sajd għall-ispeċijiet tal-baħar fond ikunu ġew skambjati bejn l-Istati Membri, il-kapaċità tas-sajd korrespondenti għall-opportunitajiet skambjati jiġu attribwiti lill-Istat Membru donatur għall-finijiet ta' stabbiliment tal-kapaċità aggregata tas-sajd skont il-paragrafu 1. [Em. 38]

1e.     Minkejja l-paragrafu 1, flotot reġjonali f’reġjuni l-aktar imbiegħda fejn m’hemmx blata kontinentali u virtwalment ebda alternattivi għar-riżorsi tal-baħar fond jista’ jingħatalhom permess għal kapaċità ta’ sajd aggregata għal speċijiet tal-baħar fond li f'ebda mument m'għandu jeċċedi l-kapaċità ta’ sajd aggregata tal-flotta kurrenti f’kull reġjun l-aktar imbiegħed. [Em. 39]

Artikolu 6

Rekwiżiti ġenerali għall-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.    Kull applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd li tippermetti l-qabda ta’ speċijiet tal-baħar fond kemm bħala l-ispeċi fil-mira kif ukoll bħala qabda inċidentali, u għat-tiġdid tagħha ta' kull sena , għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni taż-żona fejn ikun maħsub li se jitwettqu l-attivitajiet tas-sajd, li tindika s-subżoni, diviżjonijiet u suddiviżjonijiet koperti kollha tal-ICES u tal-CECAF, it-tipi u l-ammont ta' rkapti, il-medda ta' fond li fiha se jitwettqu l-attivitajiet u l-ispeċijiet individwali fil-mira , kif ukoll il-frekwenza intiża u d-durata tal-attività tas-sajd . Din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-pubbliku. [Em. 40]

1a.     Kull applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għas-sajd tkun akkumpanjata minn rekord tal-qabdiet tal-bastimenti tas-sajd ikkonċernati ta’ speċijiet tal-baħar fond fiż-żona li dwarha tkun saret l-applikazzjoni għall-2009-2011. [Em. 41]

Artikolu 6a

Rekwiżiti speċifiċi għall-ħarsien tal-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar

1.     L-Istati Membri għandhom jużaw l-aħjar informazzjoni xjentifika u teknika disponibbli, inkluża informazzjoni bijoġeografika, biex jidentifikaw fejn hu magħruf li jinsabu jew li x’aktarx ikun hemm ekosistemi vulnerabbli tal-baħar. Barra dan, il-korp konsultattiv xjentifiku jagħmel valutazzjoni kull sena dwar fejn hu magħruf li jinsabu jew li x’aktarx ikun hemm ekosistemi vulnerabbli tal-baħar.

2.     Meta, abbażi tal-informazzjoni li hemm riferiment għaliha fil-paragrafu 1, iż-żoni fejn jkun magħruf li x'aktarx ġew identifikati ekosistemi marini vulnerabbli, l-Istati Membri u l-korp xjentifiku ta' konsulenza għandhom jagħtu lill-Kummisjsoni informazzjoni f'waqtha.

3.     Sal- …  (*3) , abbażi tal-aqwa informazzjoni xjentifika u teknika disponibbli u abbażi tal-valutazzjonijiet u l-identifikazzjonijiet magħmula mill-Istati Membri u l-korp konsultattiv xjentifiku, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ żoni fejn ikun magħruf li jinsabu jew li x’aktarx ikun hemm ekosistemi vulnerabbli tal-baħar. Il-Kummissjoni tirrieżamina dan l-elenku kull sena fuq il-bażi ta’ parir riċevut mill-korp xjentifiku ta’ konsulenza.

4.     Is-sajd bl-irkapti tal-qiegħ għandu jkun ipprojbit fiż-żoni identifikati skont il-paragrafu 3.

5.     Il-perijodi ta’ għeluq li hemm riferiment għalihom fil-paragrafu 4 japplikaw għall-bastimenti kollha tal-Unjoni meta dawn iseħħu fl-ibħra internazzjonali, u għall-bastimenti kollha meta l-għeluq iseħħ fl-ilmijiet tal-Unjoni.

6.     B’deroga mill-paragrafu 4, jekk il-Kummissjoni, abbażi ta’ valutazzjoni ta’ impatt u wara konsulenza mal-korp xjentifiku ta’ konsultazzjoni, tiddetermina li hemm biżżejjed evidenza li l-ekosistemi marini vulernabbli ma jkunux preżenti f’żona partikolari li tidher fl-elenku li hemm riferiment għalih fil-paragrafu 3, jew li l-miżuri xierqa ta’ konservazzjoni u ġestjoni jkunu ġew adottati li jiżguraw li l-impatt avvers sinifikanti fuq l-ekosistemi marini vulnerabbli f’dik iż-żona jkun prevenut, tista’ tiftaħ mill-ġdid dik iż-żona għas-sajd b’irkaptu tal-qiegħ.

7.     Fejn, fil-kors tal-operazzjonijiet tas-sajd, bastiment tas-sajd jiltaqa' ma' evidenza ta' ekosistemi marini vulnerabbli, għandu immedjatament jieqaf mis-sajd fiż-żona kkonċernata. Jerġa’ jibda l-operazzjonijiet tas-sajd biss meta jkun laħaq żona alternattiva f’distanza minima ta’ ħames mili nawtiċi miż-żona li fiha kien qed isir is-sajd meta ltaqa' mal-evidenza msemmija .

8.     Il-bastiment tas-sajd minnufih jirrapporta lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar kull darba li jiltaqa’ ma’ ekosistemi vulnerabbli tal-baħar, u dawn l-awtoritajiet min-naħa tagħhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

9.     Iż-żoni li hemm riferiment għalihom fil-paragrafi 4 u 7 jibqgħu magħluqin għas-sajd sa dak iż-żmien li fih il-korp xjentifiku ta' konsulenza ma jkunx wettaq valutazzjoni taż-żona u jkun ikkonkluda li l-ebda ekosistema marina vulnerabbli ma tkun preżenti, jew li ġew addottati miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni xierqa li jiżguraw li l-impatt avvers sinifkanti fuq l-ekosistemi marini vulnerabbli f'dik iż-żona ikun prevenut, u wara li jsir dan il-Kummissjoni tkun tista' tiftaħ mill-ġdid dik iż-żona għas-sajd. [Em. 42]

Artikolu 7

Rekwiżiti speċifiċi għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd u l-ħruġ tagħhom li jippermettu l-użu ta’ rkapti tal-qiegħ f’attivitajiet tas-sajd li għandhom fil-mira l-ispeċijiet tal-baħar fond

1.   Flimkien mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 6, kull applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd b'sajd tal-baħar fond fil-mira, kif imsemmi fl-Artikolu 4(1), maħruġa skont it-termini tal-Artikolu 4, li tippermetti l-użu ta’ rkapti tal-qiegħ fl-ilmijiet tal-Unjoni kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 2, jew fl-ibħra internazzjonali bħalma jingħad fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 2, għandha tkun akkumpanjata minn pjan tas-sajd dettaljat li jkun disponibbli pubblikament u li jkun jispeċifika: [Em. 43]

(a)

is-siti tal-attivitajiet maħsuba li jimmiraw jistadu għall-ispeċijiet tal-baħar fond fil-mestier tal-baħar fond. Is-sit(i) għandu/għandhom li jiġi/jiġu definit(i) minn koordinati skont is-Sistema Ġeodetika Dinjija tal-1984 u jinkludu indikazzjoni tas-subżoni, id-diviżjonijiet u s-suddiviżjonijiet ICES u CECAF kollha koperti ; [Em. 44]

(b)

is-siti, jekk hemm, ta’ attivitajiet fil-mestier tal-baħar fond matul l-aħħar tliet snin kalendarji sħaħ. Dak/Dawk is-sit(i) għandu/għandhom l-2009-2011 li jiġi/jiġu definit(i) skont is-Sistema Geodetika Dinjija tal-1984 u għandu/hom jiċċirkoskrivi/aw l-attivitajiet tas-sajd mill-iktar qrib possibbli u jinkludu indikazzjoni tas-subżoni, id-diviżjonijiet u s-suddiviżjonijiet ICES u CECAF kollha koperti; [Em. 45]

(ba)

it-tipi ta' rkaptu u l-fond li jintużaw fih, elenku tal-ispeċijiet li ssir mira lejhom u l-miżuri tekniċi li jridu jitwettqu, skont il-miżuri tekniċi dwar il-ġestjoni tas-sajd irrakkomandati min-NEAFC u miżuri skont ir-Regolament (KE) Nru 734/2008 kif ukoll il-konfigurazzjoni tal-profil batimetriku ta' qiegħ il-baħar fejn ikun se jsir is-sajd, fejn din l-informazzjoni ma tkunx ġa disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera kkonċernat. [Em. 46]

1a.     Qabel ma joħroġ awtorizzazzjoni, l-Istat Membru jivverifika permezz tar-reġistru tal-VMS ta’ tali bastimenti li l-informazzjoni mressqa skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 tkun preċiża. Jekk l-informazzjoni mogħtija skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 ma tkunx taqbel ma’ dik li jkun hemm fir-reġistru tal-VMS, l-awtorizzazzjoni ma tinħariġx. [Em. 47]

1b.     L-attivitajiet ta' sajd awtorizzati jkunu limitati għaż-żona eżistenti ta' sajd stabbiliti skont it-termini tal-punt (b) tal-paragrafu 1. [Em. 48]

1c.     Kull modifika għall-pjan ta' sajd tkun soġġetta għal valutazzjoni mill-Istat Membru tal-bandiera. Pjan ta' sajd modifikat jiġi aċċettat mill-Istat Membru tal-bandiera biss jekk ma jkunx jippermetti li jsir sajd f'żoni fejn hemm jew x'aktarx li jkun hemm ekosistemi marini vulnerabbli. [Em. 49]

1d.     In-nuqqas ta' ottemperanza mal-pjan ta' sajd jirriżulta fl-irtirar min-naħa tal-Istat Membru tal-bandiera tal-awtorizzazzjoni tas-sajd għall-bastiment tas-sajd ikkonċernat. [Em. 50]

1e.     Il-bastimenti fuq skala żgħira li, minhabba f'fatturi tekniċi bħalma hu t-tip ta' rkaptu użat u l-kapaċità tal-bastiment, ma jkollhomx il-kapaċità li jaqbdu aktar minn 100 kg ta' speċifijiet tal-baħar fond kull vjaġġ ta' sajd huma eżenti mill-obbligu li jippreżentaw pjan ta' sajd. [Em. 51]

1f.     L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għal speċijiet tal-baħar fond jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżit li jissottomettu pjan dettaljat tas-sajd sakemm ma jkunx ippjanati bidliet fl-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat, f'liema każ pjan rivedut jiġi preżentat. [Em. 52]

2.   Kull awtorizzazzjoni tas-sajd li tinħareġ abbażi ta’ applikazzjoni li ssir skont il-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-irkaptu tal-qiegħ li se jintuża u għandha tillimita l-attivitajiet tas-sajd awtorizzati għaż-żona li fiha jikkoinċidu l-attività tas-sajd intenzjonata, kif stipulata fil-paragrafu 1(a), u l-attività tas-sajd eżistenti, kif stipulata fil-paragrafu 1(b). Madankollu, iż-żona tal-attività tas-sajd maħsuba tista’ tiġi estiża lil hinn miż-żona tas-sajd eżistenti jekk l-Istat Membru jkun ivvaluta u ddokumenta, abbażi tal-parir xjentifiku, li estensjoni bħal din ma tkunx se tħalli impatti avversi sinifikanti fuq l-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar. . Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 1, is-sajd bl-irkaptu tal-qiegħ li għandu jsir fl-ibħra fejn ma sarx is-sajd tal-baħar fond bejn l-2009-2011, kif jingħad fil-punt (b) tal-paragrafu 1, ikun jirrikjedi awtorizzazzjoni tas-sajd kif jingħad skont it-termini tal-Artikolu 4. Ma tinħareġ l-ebda awtorizzazzjoni għas-sajd sakemm Stat Membru ma jkunx ivvaluta u ddokumenta, abbażi tal-aqwa data u pariri xjentifiċi disponibbli, li l-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati ma jkollhomx impatt avvers sinifikanti fuq l-ekosistema marina. Din il-valutazzjoni ssir skont it-termini ta' dan ir-Regolament u l-Linji-Gwida tal-2008 tal-FAO u tkun disponibbli pubblikament. Il-Kummissjoni għandha, f’konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat u l-korp konsultattiv xjentifiku, tirrevedi din il-valutazzjoni sabiex tiżgura li ż-żoni kollha fejn hu magħruf li jkunu ġew identifikati l-ekosistemi marini vulnerabbli u li l-miżuri ta’ mitigazzjoni u ġestjoni proposti jkunu biżżejjed sabiex jipprevjenu impatti avversi sinifikanti fuq ekosistemi marini vulnerabbli. [Em. 53]

2a.     Qabel …  (*4) , ma tinħareġ u lanqas ma tiġġedded ebda awtorizzazzjoni tas-sajd li jkollha bħala mira l-ispeċijiet tal-baħar fond, inklużi fiż-żoni definiti fil-punt (b) tal-paragrafu 1, sakemm l-Istat Membru ma jkunx ivvaluta u ddokumenta, abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, li l-attivitajiet ikkonċernati tas-sajd ma jkollhomx impatt avvers sinifikanti fuq l-ekosistema marina. Dik il-valutazzjoni għandha ssir skont il-Linji Gwida tal-2008 tal-FAO inkluż kif stabbiliti fl-Anness IIa u għandha tkun disponibbli pubblikament. [Em. 54]

2b.     L-Istati Membri japplikaw l-approċċ prekawzjonaju meta jwettqu l-valutazzjonijiet ta’ impatt. Fiż-żoni fejn ma tkunx saret il-valutazzjoni tal-impatt jew fejn il-valutazzjoni tal-impatt ma tkunx saret skont il-Linji-Gwida tal-2008 tal-FAO, ikun projbit l-użu ta' rkaptu tal-qiegħ. [Em. 55]

2c.     L-ebda awtorizzazzjoni għas-sajd skont l-Artikolu 4 ma tinħareġ għal żoni fejn ikun magħruf li hemm jew jista’ jkun hemm ekosistemi marini vulnerabbli, sakemm il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-korp xjentifiku ta’ konsultazzjoni, ma tiddeterminax li jkun hemm biżżejjed evidenza li ġew adottati miżuri xierqa ta’ konservazzjoni u ġestjoni li jiżguraw li jkun prevenut l-impattavvers sinifikanti fuq l-ekosistemi marini vulnerabbli. [Em. 56]

2d.     Il-valutazzjonijiet il-ġodda tal-impatt ikunu rikjesti jekk ikun hemm bidliet sinifikanti għall-mod li bih isir is-sajd eżistenti bl-irkaptu tal-qiegħ, jew għat-teknolġija applikabbli, jew fejn ikun hemm informazzjoni xjentifika ġdida li tkun tindika l-preżenza ta' ekosistemi marini vulnerabbli f'żona partikolari. [Em. 57]

2e.     Minbarra r-rekwiżiti tal-Artikolu 6, id-dettalji tal-qabdiet kollha tal-ispeċijiet tal-baħar fond, kemm jekk miżmumin kemm jekk skartati, inklużi l-kompożizzjoni, il-piż u d-daqsijiet tal-ispeċijiet jiġu rrappurtati. [Em. 58]

Artikolu 8

Parteċipazzjoni minn bastimenti f’attivitajiet ta’ ġbir tad-dejta fis-sajd fil-baħar fond

L-Istati Membri jimplementaw miżuri li jiżguraw li l-bastimenti kollha li jaqbdu speċijiet li jgħixu fil-baħar fond, kemm jekk skont l-awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa kemm jekk le skont it-termini tal-Artikolu 4, jirreġistraw il-qabdiet kollha tagħhom ta' tali speċijiet u jirrapportawhom lill-awtorità kompetenti relevanti. [Em. 59]

L-Istati Membri għandhom jinkludu l-kundizzjonijiet meħtieġa fl-awtorizzazzjonijiet tas-sajd kollha skont l-Artikolu 4 biex jiżguraw li l-bastiment ikkonċernat jipparteċipa, f'kooperazzjoni mal-istitut xjentifiku rilevanti, fi kwalunkwe skema ta' ġbir tad-dejta li l-kamp ta' applikazzjoni tagħha jkun jinkludi l-attivitajiet tas-sajd li għalihom qed jingħataw l-awtorizzazzjonijiet.

L-Istati Membri għandhom jimplimentaw is-sistemi neċessarji li jiżguraw li, kull fejn ikun possibbli, id-dejta miġbura tkun rapportata lill-awtoritajiet kompetenti relevanti hekk kif tkun iġġenerata, ħalli jnaqqsu r-riskji għall-ekosistemi marini vulnerabbli, jimminizzaw il-qabdiet inċidentali, u jippermettu ġestjoni aħjar tas-sajd permezz tal-“monitoraġġ f’ħin reali”. [Em. 60]

Id-dejta relevanti li għandha tkun reġistrata u rapportata skont it-termini ta’ dan l-Artikolu bħala minimu tinkludi il-piż u l-kompożizzjoni tal-ispeċijiet tal-qabdiet kollha mill-baħar fond. [Em. 61]

Artikolu 9

Skadenza tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd li għandhom fil-mira l-ispeċijiet tal-baħar fond għal bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ jew għeżula tal-qiegħ

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 4(1) għal bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ jew l-għeżula tal-qiegħ għandhom jiskadu mhux aktar tard minn sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Wara dik id-data mhux se jinħarġu jew jiġġeddu awtorizzazzjonijiet tas-sajd li għandhom fil-mira l-ispeċijiet tal-baħar fond b’dawk l-irkapti. Sa …  (*5) il-Kummissjoni tivvaluta l-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament skont it-termini tal-Artikolu 21. L-użu tat-tipi kollha ta' rkaptu jkunu vvalutati, meta jiġu trattati l-ispeċijiet tal-baħar fond, u dan b'enfasi partikolari fuq l-impatt fuq l-aktar speċijiet vulnerabbli u fuq l-ekosistemi marini vulnerabbli. Jekk din il-valutazzjoni tkun turi li l-istokkijiet tal-baħar fond elenkati fl-Anness I, esklużi l-ispeċijiet fl-Anness I soġġett għall-applikazzjoni differita tal-punt (c) tal-Artikolu 4(2), ma jkunux sfruttati b'rati ta' rendiment sostenibbli massimu adegwat għar-restawr u ż-żamma tal-popolazzjonijiet tal-istokkijiet tal-baħar fond f'livelli li jkunu ogħla minn dawk li kapaċi jipproduċu r-rendiment sostenibbli massimu, u li l-ekosistemi marini vulnerabbli ma jkunux protetti minn impatt avvers sinifikanti, sa …  (*6) , il-Kummissjoni tissottometti proposta għall-emendar ta' dan ir-Regolament. Din il-proposta tiżgura li l-awtorizzazzjoni għas-sajd għall-bastimenti li jimmiraw lejn l-ispeċijiet tal-baħar fond, kif hemm riferiment fl-Artikolu 4, u jużaw ix-xbiek tat-tkarkir jew l-għeżula tal-qiegħ, jiskadi u ma tiġġeddidx u li l-ebda miżura neċessarja rigwardanti l-irkaptu tal-qiegħ, inklużi d-dgħajjes tat-tkarkir, ma ssir ħalli jkun żgurat li jkunu protetti l-aktar speċijiet vulnerabbli. [Em. 62]

KAPITOLU III

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD U MIŻURI TA' AKKUMPANJAMENT

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 10

Prinċipji

1.   L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu ffissati f’rata ta’ sfruttar tal-ispeċijiet tal-baħar fond ikkonċernati li tkun konsistenti mar-rendiment tiżgura li l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet tal-baħar fond jinżammu jew jiġu rkuprati għal livelli ogħla mil-livelli li jistgħu jipproduċu rendiment massimu sostenibbli. Din ir-rata ta' sfruttament tikkontribwixxi għall-ksib u ż-żamma ta' status ambjentali tajjeb fl-ambjent marin tal-Unjoni sal-2020 u tkun imsejsa fuq l-aqwa tagħrif xjentifiku disponibbli. [Em. 63]

2.   Fejn, abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, mhuwiex possibbli li jiġu identifikati r-rati ta’ sfruttar konsistenti mar-rendiment massimu sostenibbli mal-paragrafu 1 , l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu ffissati kif ġej: [Em. 64]

(a)

fejn l-aqwa informazzjoni xjentifika disponibbli tidentifika rati ta’ sfruttar li jikkorrispondu mal-approċċ prekawzjonali għall-ġestjoni tas-sajd, l-opportunitajiet tas-sajd għall-perjodu ta’ ġestjoni tas-sajd rilevanti ma jistgħux jiġu ffissati f'livell ogħla minn dawk ir-rati.

(b)

fejn l-aqwa informazzjoni xjentifika disponibbli ma tidentifikax rati ta' sfruttar li jikkorrispondu mal-approċċ prekawzjonali għall-ġestjoni tas-sajd minħabba nuqqas ta' dejta biżżejjed dwar ċertu stokk jew speċi, ma għandha tiġi allokata ebda opportunità tas-sajd għas-sajd ikkonċernat. l-opportunitajiet tas-sajd għall-perjodu rilevanti ta’ ġestjoni tas-sajd ma jistgħux jiġu ffissati f’livell ogħla mir-rati pprovduti fi ħdan l-approċċ tal-ICES għal stokkijiet b’dejta limitata .[Em. 65]

2a.     Fejn l-ICES ma rnexxilux jidentifika r-rati ta' sfruttament kif jingħad fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 2, inkluż għal data ta' speċijiet jew stokkijiet limitata, ma jiġu allokati l-ebda opportunitajiet ta' sajd. [Em. 66]

2b.     L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti għall-ispeċijiet tal-baħar fond għandhom iqisu kif aktarx tkun il-kompożizzjoni tal-qabda ta’ dan is-sajd u għandhom jiżguraw is-sostenibbiltà fit-tul tal-ispeċijiet kollha li jinqabdu. [Em. 67]

2c.     Meta jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għalihom, l-Istati Membri jottemperaw ruħhom mal-kriterji ddelineati fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru …/2013 [dwar il-Politika Komuni tas-Sajd]. [Em. 68]

2d.     Il-miżuri ta’ ġestjoni, inkluż l-iffissar tal-opportunitajiet ta’ sajd għal speċijiet li jkunu fil-mira jew li jinqabdu b’qabda inċidentali fis-sajdiet ta’ speċijiet imħalltin, l-għeluq taż-żoni u dawk staġonali, u l-użu ta’ rkaptu selettiv, għandhom jiġu mfasslin u stabbiliti biex ikunu evitati, minimizzati u eliminati l-qabdiet inċidentali tal-ispeċijiet tal-baħar fond, u tkun żgurata s-sostenibilità fit-tul tal-ispeċijiet kollha milqutin b’mod avvers mis-sajda. [Em. 69]

Artikolu 10a

Miżuri ta' Konservazzjoni

1.     L-Istati Membri japplikaw l-approċċ prekawzjonjonarju u dak ekosistemiku għall-ġestjoni tas-sajdiet tagħhom u jadottaw miżuri li jiżguraw il-konservazzjoni fit-tul u l-ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut tal-baħar fond u l-ispeċijiet li mhumiex fil-mira. Dawk il-miżuri għandu jkollhom l-għan li jibnu mill-ġdid l-istokkijiet li naqsu fil-konsistenza, li jimminimizzaw, jipprevjenu u, fejn ikun possibbli, jeliminaw il-qabdiet inċidentali, li jipproteġu l-aggregrazzjonijiet li jbidu u jiżguraw il-protezzjoni u l-prevenzjoni tal-impatti avversi sinifikanti fuq l-ekosistemi marini vulnerabbli. Tali miżuri jistgħu jinkludu projbizzjonijiet f’ħin reali, staġonali jew permanenti ta’ ċerti attivitajiet jew irkapti tas-sajd f’ċerti żoni

2.     Dan ir-Regolament jikkontribwixxi għall-implementazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE  (16) u tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (17) u għall-ksib u ż-żamma ta’ status ambjentali tajjeb sa mhux aktar tard mill-2020 kif iddelineat fid-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (18) , inkluż b’mod partikolari li l-istokkijiet kollha tal-ispeċijiet imrobbija jkunu juru età tal-popolazzjoni u distribuzzjoni tad-daqs li jkunu jindikaw stokk f’saħħtu, u d-deskritturi 1, 2, 3, 4, 6, 9, u 10. [Em. 70]

Artikolu 10b

Obbligu tal-ħatt l-art tal-qabdiet kollha

B’ deroga mill-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru …/2013 [dwar il-Politika Komuni tas-Sajd] il-qabdiet kollha tal-ispeċijiet li huma ħut u dawk li mhumiex ħut, irrispettivament mill-fatt jekk ikunux soġġetti jew le għal limiti fuq il-qabdiet, li jsiru minn bastiment tas-sajd li jkun id-detentur ta’ awtorizzazzjoni li jaqbad speċijiet tal-baħar fond mogħtija skont l-Artikoli 4(1) jew 4(3) ta’ dan ir-Regolament, jittellgħu u jinżammu abbord il-bastiment, jiġu rreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord u jinħattu l-art. Id-dispożizzjonijiet de minimis ma japplikawx għal dawn il-bastimenti. [Em. 71]

Taqsima 2

Ġestjoni permezz tal-limiti Limiti tal-isforz tas-sajd u miżuri ta’ akkumpanjament [Em. 72]

Artikolu 11

Iffissar ta' Opportunitajiet tas-sajd permezz tal-limiti tal-isforz tas-sajd biss [Em. 73]

1.   Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skont it-Trattat, jista’ jiddeċiedi li jaqleb mill-iffissar tal-opportunitajiet L-opportunitajiet tas-sajd annwali għall-ispeċijiet tal-baħar fond għandu jkun f'termini kemm tal-limiti tal-isforzi tas-sajd u kemm tal-limiti tal-qbid għall-iffissar tal-limiti tal-isforzi tas-sajd biss għal tipi speċifiċi tas-sajd. ta' Qabdiet Totali Permissibbli (TACs). [Em. 74]

1a.     Minbarra t-TACs, jistgħu jiġu ffissati limiti tal-isforz tas-sajd. [Em. 75]

1b.     L-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-paragrafi 1 u 1a għandu jkun konformi mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru …/2013 [dwar il-Politika Komuni tas-Sajd]. [Em. 76]

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1 1a , il-livelli tal-isforz tas-sajd għal kull mestier tal-baħar fond li għandhom jintużaw bħala l-linja bażi għal kwalunkwe aġġustament meħtieġ sabiex jiġu segwiti l-prinċipji stipulati fl-Artikolu 10 għandhom ikunu l-livelli tal-isforz tas-sajd ivvalutati, abbażi tal-informazzjoni xjentifika, bħala konsistenti mal-qabdiet magħmula mill-mestieri matul is-sentejn kalendarji ta’ qabel. l-2009-2011 .

Għall-valutazzjoni tal-livelli tal-isforzi tas-sajd imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-ispeċijiet fl-Anness I suġġett għall-applikazzjoni differita tal-punt (c) tal-Artikolu 4(2), kif indikat fir-raba' kolonna ta' dak l-Anness, għandhom jitqiesu biss minn …  (*7) . [Em. 77]

2a.     Il-limiti tal-isforzi tas-sajd għall-mestieri tal-baħar fond għandhom iqisu kif x'aktarx tkun il-kompożizzjoni tal-qabda f’dawn iż-żoni tas-sajd u għandhom jiġu stabbiliti f'livell li jkun kapaċi jiżgura s-sostenibilità fit-tul tal-ispeċijiet kollha li jiġu mistada. [Em. 78]

3.   Il-limiti tal-isforz tas-sajd iffissati skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom jindikaw:

(a)

il-mestier speċifiku tal-baħar fond li għalih japplika l-limitu tal-isforz tas-sajd permezz ta’ referenza għall-irkaptu għat-tip u l-ammont tal-irkaptu rregolat, l-ispeċi -ispeċijiet u l-istokkijiet speċifiċi fil-mira , il-profondità u ż-żoni tal-ICES jew iż-żoni tas-CECAF li fihom huwa permess li jitwettaq l-isforz; kif ukoll [Em. 79]

(b)

l-unità tal-isforz tas-sajd jew il-kumbinazzjoni tal-unitajiet li għandha tintuża għandhom jintużaw għall-ġestjoni kif ukoll [Em. 80]

(ba)

il-metodi u l-protokolli għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-livelli tal-isforzi matul perjodu ta’ ġestjoni tas-sajd. [Em. 81]

Artikolu 12

Miżuri ta’ akkumpanjament

1.   Fejn il-limiti tal-isforz tas-sajd annwali ssostitwixxew il-limiti tal-qbid skont l-Artikolu 11(1), L-Istati Membri għandhom iżommu jew idaħħlu fis-seħħ il-miżuri ta’ akkumpanjament li ġejjin fir-rigward tal-bastimenti, li jtajru l-bandiera tagħhom: [Em. 82]

(a)

miżuri biex jevitaw żieda tal-kapaċità tal-qbid ġenerali tal-bastimenti kkonċernati mil-limiti tal-isforz jiġu pprevenuti jew eliminati s-sajd żejjed u l-kapaċità tas-sajd żejda ; [Em. 83]

(b)

miżuri li jevitaw żieda fil-qabdiet biex jiġu pprevenuti u minimizzati l-qabdiet inċidentali , b'mod partikolari l-qabdiet inċidentali tal-ispeċijiet l-aktar vulnerabbli; kif ukoll [Em. 84]

(c)

kundizzjonijiet għall-prevenzjoni effettiva tal-iskartar tal-ħut. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom l-għan jimmiraw li jħottu mill-bidu jiġi evitat il-qbid tal-ispeċijiet mhux mixtieqa u għandhom jirrikjedu li jinħatt l-art il-ħut kollu li jittieħed abbord, sakemm dan ma jkunx kontra r-regoli fis-seħħ skont il-Politika Komuni tas-Sajd jew kemm-il darba l-ispeċijiet ma jkollhomx rata għolja bil-provi ta' sopravvivenza fit-tul wara li jintremew; [Em. 85]

(ca)

miżuri għall-prevenzjoni, id-deterrenza u l-eliminazzjoni tas-sajd illegali, mhux regolat u mhux rapportat fil-mestier tal-baħar fond. [Em. 86]

2.   Il-miżuri għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm jibqa’ jinħass il-bżonn għall-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji identifikati fil-paragrafi 1(a), (b) u (c) fil-paragrafu  1. [Em. 87]

2a.     L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri adottati skont it-termini tal-paragrafu 1. [Em. 88]

3.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-effettività tal-miżuri ta' akkumpanjament adottati mill-Istati Membri mal-adozzjoni tagħhom , u ta' kull sena minn dak iż-żmien 'il quddiem . [Em. 89]

Artikolu 13

Miżuri tal-Kummissjoni f’każ tal-assenza jew tal-insuffiċjenza tal-miżuri ta’ akkumpanjament adottati mill-Istati Membri

1.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti ddelegati biex tispeċifika miżuri ta’ akkumpanjament għal-limiti tal-isforz annwali kif imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 12(1), u skont l-Artikolu 20:

(a)

jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jinnotifikax lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżura adottata skont l-Artikolu 12 sa …  (*8). [Em. 90]

(b)

jekk il-miżuri adottati skont l-Artikolu 12 ma jibqgħux fis-seħħ għalkemm jibqa’ jinħass il-bżonn għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni identifikati fl-fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 12(1).]

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 20 biex tispeċifika miżuri ta' akkumpanjament għal-limiti tal-isforz annwali jekk, kif imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 12(1), jekk, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 12(3),

(a)

il-miżuri tal-Istati Membri jitqiesu bħala mhux kompatibbli mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament; jew

(b)

il-miżuri tal-Istati Membri jitqiesu insuffiċjenti fir-rigward tal-għanijiet stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 12(1).

3.   Il-miżuri ta’ akkumpanjament adottati mill-Kummissjoni għandu jkollhom l-għan li jiżguraw li jintlaħqu l-objettivi u l-għanijiet stipulati f'dan ir-Regolament. Hekk kif jiġi adottat l-att iddelegat mill-Kummissjoni, kull miżura adottata tal-Istati Membri għandha tieqaf tapplika.

Artikolu 13a

Miżuri Speċifiċi tal-Unjoni

Bil-ħsieb li jiġu pprevenuti u mminimizzati l-qabdiet inċidentali, b'mod partikolari l-qabdiet inċidentali tal-ispeċijiet l-aktar vulnerabbli, jistgħu jiġu deċiżi modifiki tat-tagħmir, jew għeluq f'ħin reali taż-żoni b'rati għolja ta' qabdiet inċidentali. [Em. 91]

KAPITOLU IV

KONTROLL

Artikolu 14

Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-kontroll għall-pjanijiet multiannwali

1.   Dan ir-Regolament għandu jiġi interpretat bħala “pjan multiannwali” għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. tar-Regolament (UE) Nru …/2013 [dwar il-Politika Komuni tas-Sajd]. [Em. 92]

2.   L-ispeċijiet tal-baħar fond għandhom jitqiesu bħala "speċijiet li huma “ suġġetti għal pjan multiannwali” u  l- istokkijiet suġġetti għal pjan multiannwali” għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Nru …/2013 [dwar il-Politika Komuni tas-Sajd] . [Em. 93]

Artikolu 15

Portijiet magħżula

1.     L-Istati Membri għandhom jindikaw il-portijiet li fihom għandu jsir kwalunkwe ħatt jew trasbord tal-ispeċijiet tal-baħar fond li jaqbeż il-100 kg. Sa …  (*9) , l-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni l-elenku ta’ dawn il-portijiet indikati. [Em. 94]

2.    Ebda kwantità ta' kwalunkwe taħlita ta' speċijiet tal-baħar fond li taqbeż il-100 kg ma tista’ tinħatt l-art f’ebda post għajr il-portijiet li jkunu ntgħażlu għall-ħatt l-art tal-ispeċijiet tal-baħar fond mill-Istati Membri skont it-termini tal-paragrafu 1 . [Em. 95]

3.     Għall-fini tat-titjib tal-koerenza u l-koordinazzjoni fl-Unjoni, il-Kummissjoni twaqqaf miżuri għall-bastimenti, portijiet indikati u awtoritjiet kompetenti relevanti dwar l-ispezzjoni u l-proċedura ta’ sorveljanza għall-ħatt jew it-trasbord tal-ispeċijiet tal-baħar fond u għar-reġistrazzjoni u r-rapportar tad-dejta tal-ħatt jew trasbord, inklużi bħala minimu, il-piż u l-kompożizzjoni tal-ispeċijiet. [Em. 96]

4.     Il-bastimenti li jħottu jew jittrasbordaw l-ispeċijiet tal-baħar fond jaderixxu mal-pattijiet u l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni u r-rapportar tal-piż u l-kompożizzjoni tal-ispeċijiet tal-baħar fond li jkunu tħattew jew ġew trasbordati, u jottemperaw ruħhom mal-proċeduri kollha ta’ ispezzjoni u sorveljanza marbutin mal-ħatt jew it-trasbord tal-ispeċijiet tal-baħar fond. [Em. 97]

Artikolu 16

Notifika minn qabel

B’deroga tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd kollha tal-Unjoni , irrispettivament mit-tul tagħhom, li għandhom il-ħsieb li jħottu l-art 100 kg jew aktar ta' speċijiet tal-baħar fond, irrispettivament mit-tul tagħhom, għandhom jinħtieġu jinnotifikaw dan il-ħsieb lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom , kif ukoll l-awtorità tal-istat tal-port, bl-intenzjoni tagħhom . Il-kaptan jew persuna oħra responsabbli mill-operazzjoni tal-bastiments li jkunu 12-il metru twal jew aktar, jinnotfikaw lill-awtoritajiet kompetenti mill-anqas erba’ sigħat qabel iż-żmien stmat tal-wasla fil-port, skont it-termini tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Madankollu, bastimenti fuq skala żgħira mingħajr ġurnal ta’ abbord tas-sajd elettroniku u bastimenti tas-sajd artiġjanali għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika . [Em. 98]

Artikolu 17

Annotazzjonijiet fil-ġurnal ta' abbord fl-ilmijiet fondi

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd li għandhom awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 4(1) jew 4(3) ta' dan ir-Regolament, meta impenjati f’mestier tal-baħar fond jew fi kwalunkwe avveniment meta jkunu qed jistadu taħt l-400 m, għandhom:

(a)

jaqtgħu linja ġdida fil-karta tal-ġurnal ta’ abbord wara kull refgħa; jew,

(b)

meta jkunu suġġetti għas-sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u rappurtar, jirreġistraw separatament wara kull refgħa.

Artikolu 18

Irtirar ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 4(1) u 4(3) ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu rtirati għal tul ta' mill-inqas sena fil-każijiet fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin: [Em. 99]

(a)

nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-awtorizzazzjoni tas-sajd fir-rigward tal-limiti dwar l-użu tal-irkapti, żoni permessi ta' operazzjoni jew, fejn ikun xieraq, limiti tal-qbid jew u tal-isforz fuq l-ispeċijiet li huma permessi li jkunu fil-mira; jew [Em. 100]

(b)

nuqqas li jittieħed abbord osservatur xjentifiku jew li jitħalla li jsir il-kampjunar tal-qabdiet għal finijiet xjentifiċi kif speċifikat fl-Artikolu 19.

(ba)

in-nuqqas li jiġbru, jirreġistraw u jirrapportaw id-dejta skont it-termini tal-Artikolu 8; [Em. 101]

(bb)

in-nuqqas li jottemperaw mar-rekwiżiti tal-Politika Komuni tas-Sajd; [Em. 102]

(bc)

kwalunkwe wieħed mill-każijiet speċifikati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008  (19) , partikolarment taħt id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli VII-IX. [Em. 103]

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika jekk in-nuqqasijiet imsemmija fih ikunu ġew ikkawżati minn force majeure . [Em. 104]

KAPITOLU V

ĠBIR TAD-DEJTA U KONFORMITÀ [Em. 105]

Artikolu 19

Regoli dwar il-ġbir u r-rappurtar tad-dejta

1.   L-Istati Membri għandhom jiġbru dejta dwar kull mestier tal-baħar fond skont ir-regoli dwar il-ġbir tad-dejta u l-livelli ta' preċiżjoni stipulati fil-programm multiannwali tal-Komunità għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' dejta bijoloġika, teknika, ambjentali u soċjoekonomika adottati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (20) u miżuri oħra adottati skont dak ir-Regolament. L-Istati Membri jiżguraw li s-sistemi neċessarji huma operattivi biex jiffaċilitaw ir-rapportar tal-qabdiet tal-ispeċijiet li huma fil-mira u dawk inċidentali, u r-rapportar tal-evidenza ta’ kull inkontru ma’ ekosistemi marini vulnerabbli. Tali rappurtar għandu kull fejn hu possibbli jsir fil-ħin reali. [Em. 106]

1a.     L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programm ta’ preżenza ta’ osservaturi abbord sabiex jiżguraw il-kollezzjoni ta' dejta rilevanti, f’waqtha u preċiża dwar il-qabdiet u l-qabdiet inċidentali ta’ speċijiet tal-baħar fond, dwar każijiet meta bastimenti jiltaqgħu ma’ ekosistemi vulnerabbli tal-baħar u informazzjoni rilevanti oħra għall-implimentazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament. Il-bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ jew għeżula tal-qiegħ b’awtorizzazzjoni tas-sajd sabiex jaqbdu speċijiet tal-baħar fond għandhom ikunu suġġetti għal kopertura ta’ osservazzjoni ta’ 100 %. Il-bqija tal-bastimenti b’awtorizzazzjoni li jaqbdu speċijiet tal-baħar fond għandhom ikunu suġġetti għal kopertura ta’ osservazzjoni ta’ 10 %. [Em. 107]

2.   Il-kaptan ta' bastiment, jew kwalunkwe persuna oħra responsabbli għall-operazzjoni tal-bastiment, għandu jkun meħtieġ li jieħu abbord l-osservatur xjentifiku assenjat mill-Istat Membru għall-bastiment tiegħu, sakemm dan ma jkunx possibbli għal raġunijiet ta’ sigurtà tagħhom, skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 4 . Il- kaptan għandu jiffaċilita t-twettiq tal-kompiti tal-osservatur xjentifiku. [Em. 108]

3.   L-osservaturi xjentifiċi għandhom:

(a)

iwettqu ikunu kwalifikati biex iwettqu dmirijiethom u l-kompiti rikorrenti tal-ġbir tad-dejta tagħhom, kif stipulat fil-paragrafu 1 bħala osservaturi xjentifiċi , inkluża l-abilità li jidentifikaw speċijiet li jinsabu fl-ekosistemi tal-baħar fond ; [Em. 109]

(aa)

jirreġistraw indipendentement, fl-istess format bħal dak użat fil-ġurnal ta’ abbord tal-bastiment, l-informazzjoni dwar il-qabdiet preskritta fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009; [Em. 110]

(ab)

jirreġistraw kull każ ta’ bidla fil-pjan tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 7; [Em. 111]

(ac)

jiddokumentaw kwalunkwe inkontru imprevist ma’ ekosistemi tal-baħar vulnerabbli, inkluż il-ġbir tal-informazzjoni li tista’ tkun utli għall-protezzjoni taż-żona; [Em. 112]

(ad)

jirreġistraw il-fond li fih jintuża l-irkaptu; [Em. 113]

(ae)

jippreżentaw rapport lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera konċernat fi żmien 20 jum wara t-terminazzjoni tal-perjodu ta' osservazzjoni, li kopja tiegħu għandha tintbagħat minn dawk l-awtoritajiet lill-Kummissjoni, fi żmien 30 jum wara l-wasla tat-talba bil-miktub tal-Kummissjoni; [Em. 114]

(b)

jidentifikaw u jiddokumentaw il-piż ta' kull qroll ġebli, qroll artab, sponoż jew kull organiżmu ieħor li jappartjeni għall-istess ekosistema u li jittella' abbord mill-irkaptu tal-bastiment.

3a.     Hu projbit għall-osservaturi xjentifiċi li jkunu xi wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

qarib tal-kaptan tal-bastiment jew ta’ xi uffiċjal ieħor li jkun jaħdem fuq il-bastiment li fuqu jkun assenjat l-osservatur;

(ii)

impjegat tal-kaptan tal-bastiment li jkun ġie assenjat għalih;

(iii)

impjegat tar-rappreżentant tal-kaptan;

(iv)

impjegat ta’ kumpanija kkontrollata mill-kaptan jew mir-rappreżentant tiegħu;

(v)

qarib tar-rappreżentant tal-kaptan. [Em. 115]

4.   Flimkien mal-obbligi msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżiti speċifiċi ta' ġbir tad-dejta u rappurtar stipulati fl-Anness II għall-mestier tal-baħar fond.

4a.     Il-ġbir tad-dejta jista' jiffaċilita l-ħolqien ta' sħubiji bejn xjentisti u sajjieda u jikkontribwixxi għaż-żona ta' riċerka rigward l-ambjent tal-baħar, il-bijoteknoloġiji u x-xjenzi, l-ipproċessar u l-ekonomija tal-ikel. [Em. 116]

5.   Id-dejta li tinġabar b'relazzjoni mal-mestier tal-baħar fond, inkluża d-dejta kollha li tinġabar skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament, għandha tiġi ttrattata skont il-proċess tal-ġestjoni tad-dejta kif stipulat fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 199/2008.

6.   Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapporti kull xahar dwar l-isforz użat u/jew il-qabdiet imqassma skont il-mestier. Dawn ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku. [Em. 117]

Kapitolu Va

ASSISTENZA FINANZJARJA [Em. 118]

Artikolu 19 a

Assistenza finanzjarja għall-bdil ta’ tagħmir tas-sajd

1.     Il-bastimenti tas-sajd li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ jew l-għeżula tal-qiegħ fil-metier ta’ baħar fond huma eliġibbli għal assistenza finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd għall-bdil tat-tagħmir tas-sajd u modifiki relattivi fil-bastiment, u għal know-how u taħriġ neċessarju, dment li t-tagħmir il-ġdid ikun jidher ċar li hu ta' daqs aħjar u jkollu selettività għall-ispeċijiet, impatt iżgħar u limitat fuq l-ambjent marin u fuq l-ekosistemi marini vulnerabbli u ma jkabbarx il-kapaċità għas-sajd tal-bastiment, kif aċċertat mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-korp xjentifiku indipendenti xieraq.

2.     Il-bastimenti tas-sajd ikunu eliġibbli għall-assistenza finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd għall-fini tal-minimizzazzjoni u, fejn ikun possibbli, għall-eliminazzjoni ta’ qabdiet mhux mixtieqa ta’ speċijiet tal-baħar fond, partikolarment dawk li huma l-aktar vulnerabbli.

3.     Ma jingħatax appoġġ aktar minn darba għall-istess bastiment tas-sajd tal-Unjoni.

4.     L-aċċess għall-assistenza finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ikun ikkondizzjonat mill-ottemperanza sħiħa ma' dan ir-Regolament, il-Politika Komuni tas-Sajd u d-Dritt ambjentali tal-Unjoni. [Em. 119]

KAPITOLU VI

ATTI DDELEGATI

Artikolu 20

Eżerċitar tas-setgħat iddelegati

1.   Is-setgħa li tadotta atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa biex ikunu adottati l-atti ddelegati delegati msemmija fl- Artikolu 3b(2) u Artikoli 13 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux determinat. għal perjodu ta’ tliet snin  (*10) .. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ tliet snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu. [Em. 120]

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl- Artikolu 3b(2) u Artikoli 13 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.   Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont l- Artikolu 3b(2) u Artikolu 13 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn ta’ notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

KAPITOLU VII

EVALWAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 21

Evalwazzjoni

1.   Fi żmien sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament Sa …  (*11), il-Kummissjoni għandha, abbażi tar-rapporti tal-Istati Membri u l-parir xjentifiku li għandha titlob għal dan il-għan, tevalwa l-impatt tal-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament u tiddetermina sa liema punt inkisbu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 1(a) u (b). [Em. 121]

2.   L-evalwazzjoni għandha tiffoka fuq xejriet fis-suġġetti li ġejjin:

(a)

il-bastimenti li biddlu u li qalbu għal użu ta’ rkapti b’impatt imnaqqas fuq qiegħ il-baħar, u l-iżvilupp tal-livelli tal-ħut skartat tagħhom; l-progress fir-rigward tal-prevenzjoni, il-minimizzazzjoni u, fejn ikun possibbli, l-eliminazzjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa ; [Em. 122]

(b)

il-medda ta’ operazzjoni ta’ bastimenti impenjati f’kull mestier tal-baħar fond;

(c)

il-kompletezza u l-kredibbiltà tad-dejta li l-Istati Membri jipprovdu lill-korpi xjentifiċi għall-fini tal-valutazzjoni tal-istokk, jew lill-Kummissjoni fil-każ ta’ talbiet speċifiċi għad-dejta;

(d)

l-istokkijiet tal-baħar fond li għalihom tjieb il-parir xjentifiku;

(e)

it-tipi tas-sajd li huma mmaniġġjati skont il-limiti tal-isforz tas-sajd biss, u l-effettività tal-miżuri ta’ akkumpanjament fl-eliminazzjoni tal-ħut skartat u fit-tnaqqis tal-qbid tal-ispeċijiet l-aktar vulnerabbli. [Em. 123]

(ea)

il-kwalità tal-valutazzjonijiet tal-impatt magħmulin skont it-termini tal-Artikolu 7; [Em. 124]

(eb)

l-għadd ta’ bastimenti u ta’ portijiet fl-Unjoni milquta direttament mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. [Em. 125]

(ec)

l-effikaċja tal-miżuri stabbiliti biex tkun żgurata s-sostenibilità tal-istokkijiet ta' ħut tal-baħar fond u biex ikunu prevenuti l-qabdiet inċidentali tal-ispeċijiet li ma jkunux fil-mira, b’mod partikolari tal-qabdiet inċidentali tal-ispeċijiet l-aktar vulnerabbli; [Em. 126]

(ed)

sa liema punt l-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar ġew effettivament protetti mir-restrizzjoni ta' attivitajiet tas-sajd li huma awtorizzati għal żoni ta' sajd fil-baħar fond, żoni magħluqa, ir-regola ta' tbegħid (move-on rule) u/jew permezz ta'miżuri oħrajn; [Em. 127]

(ee)

l-applikazzjoni tal-limitazzjoni ta' fond ta' 600 metru. [Em. 128]

2a.     Abbażi tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafi 1u 2, sa …  (*12) il-Kummissjoni għandha tressaq proposti għal emendi ta' dan ir-Regolament kif xieraq. [Em. 129]

Artikolu 22

Miżuri tranżizzjonali

Awtorizzazzjonijiet speċjali tas-sajd li jinħarġu skont ir-Regolament (KE) Nru 2347/2002 għandhom jibqgħu validi sakemm jiġu sostitwiti minn awtorizzazzjonijiet tas-sajd li jippermettu l-qbid ta’ speċijiet tal-baħar fond li jinħarġu skont dan ir-Regolament, iżda f’kull każ ma għandhomx jibqgħu validi wara t-30 ta’ Settembru 2012. (*13). [Em. 130]

Artikolu 23

Revoka

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 2347/2002 għandu jiġi rrevokat.

2.   Ir-referenzi għar-Regolament irrevokat għandhom jittieħdu bħala referenzi għal dan ir-Regolament skont it-tabella ta’ korrelazzjoni stipulata fl-Anness III.

Artikolu 24

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

[…]

Għall-Kunsill

Il-President

[…]


(1)  ĠU C 133, 9.5.2013, p. 41.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013.

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi ħtiġijiet speċifiċi ta' aċċess u kundizzjonijiet relattivi għas-sajd ta' ħażniet tal-baħar fond (ĠU L 351, 28.12.2002, p. 6).

(5)   Ir-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jabroga r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002, u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L …).

(6)   ĠU L 347, 24.12.2009, p. 6.

(7)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

(8)  Council Decision 81/608/EEG tat-13 ta' Lulju 1981 li tirrigwarda l-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Koperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal (ĠU L 227, 12.8.1981, p. 21).

(9)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 734/2008 tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar il-protezzjoni ta’ ekosistemi marini vulnerabbli f’ibħra internazzjonali mill-impatti ħżiena ta’ lirkaptu tas-sajd tal-qiegħ (ĠU L 201, 30.7.2008, p. 8).

(10)  Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70).

(11)  Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu f'ċerti żoni li m'humiex fl-Atlantiku tat-Tramuntana (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 1).

(12)   Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

(13)   Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(14)   Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).

(15)   Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta' Frar 2005 (ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1).

(*1)   Data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(*2)   Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(*3)   Sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(*4)   Sentejn fuq id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(*5)   Erbà snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(*6)   Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(16)   Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(17)   Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

(18)   Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marittimu (Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marittima) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

(*7)   Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(*8)  60 jum mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(*9)   60 jum mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(19)   Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).

(20)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta' qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' dejta fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 60, 5.3.2008, p. 1).

(*10)   Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(*11)   Erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(*12)   Ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(*13)   Sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Anness I

Taqsima 1: Speċijiet tal-baħar fond

Isem xjentifiku

Isem komuni

L-aktar vulnerabbli (x)

Differiment tal-Applikazzjoni tal-punt (c) tal-Artikolu 4(2)

Centrophorus granulosus

Żagħrun

x

 

Centrophorus squamosus

Leafscale gulper shark

x

 

Centroscyllium fabricii

Mazzola sewda

x

 

Centroscymnus coelolepis

Mazzola Portugiża

x

 

Centroscymnus crepidater

Longnose velvet dogfish

x

 

Dalatias licha

Murruna sewda

x

 

Etmopterus princeps

Mazzola kbira tal-fanal

x

 

Apristuris spp

Iceland catshark

 

 

Chlamydoselachus anguineus

Frilled shark

 

 

Deania calcea

Mazzola (munqar l-għasfur)

 

 

Galeus melastomus

Gattarell ħalqu iswed

 

 

Galeus murinus

Mouse catshark

 

 

Hexanchus griseus

Murruna b’sitt garġi

x

 

Etmopterus spinax

Mazzola tal-fanal

 

 

Oxynotus paradoxus

Sailfin roughshark (Sharpback shark)

 

 

Scymnodon ringens

Knifetooth dogfish

 

 

Somniosus microcephalus

Greenland shark

 

 

Alepocephalidae

Smoothheads (Slickheads)

 

 

Alepocephalus Bairdii

Baird’s smoothhead

 

 

Alepocephalus rostratus

Risso’s smoothhead

 

 

Aphanopus carbo

Ċinturin iswed

 

 

Argentina silus

Arġentina (silus)

 

 

Beryx spp.

Alfonsinos

 

 

Chaceon (Geryon) affinis

Granċ aħmar tal-fond

 

x

Chimaera monstrosa

Fenek tal-baħar

 

x

Hydrolagus mirabilis

Large-eyed rabbit fish (Ratfish)

 

x

Rhinochimaera atlantica

Straightnose rabbitfish

 

x

Coryphaenoides rupestris

Roundnose grenadier

 

 

Epigonus telescopus

Black cardinalfish

x

 

Helicolenus dactilopterus

Ċippullazza tal-għajn

 

 

Hoplostethus atlanticus

Orange roughy

x

 

Macrourus berglax

Roughhead grenadier (Rough rattail)

 

 

Molva dypterigia

Linarda

 

 

Mora moro

Marlozz tal-fond

 

x

Antimora rostrata

Antimora blu (Marlozz blu)

 

x

Pagellus bogaraveo

Bażuga kaħlija

 

 

Phycis blennoides

Lipp Abjad

 

 

Polyprion americanus

Ħanżir tal-fond

 

 

Reinhardtius hippoglossoides

Ħalibatt tal-Groenlandja

 

 

Cataetyx laticeps

 

 

x

Hoplosthetus mediterraneus

Ġurdien tal-Warda

 

x

Macrouridae

 

li mhumiex Coryphaenoides rupestris u Macrourus berglax

Grenadieri (rattails)

 

li mhumiex ir-roundnose grenadier u r-roughhead grenadier

 

 

Nesiarchus nasutus

Black gemfish

 

 

Notocanthus chemnitzii

Snubnosed spiny eel

 

 

Raja fyllae

Rebekkin tond

 

x

Raja hyperborea

Rebekkin tal-Artiku

 

 

Raja nidarosiensus

Rebekkin tan-Norveġja

 

 

Trachyscorpia cristulata

Spiny (deep-sea) scorpionfish

 

 

Taqsima 2: Speċijiet regolati min-NEAFC flimkien ma’ ta’ hawn fuq

Brosme brosme

Tusk

 

Conger conger

Gringu

 

Lepidopus caudatus

Xabla

x

Lycodes esmarkii

Greater Eelpout

 

Molva molva

Ling

 

Sebastes viviparus

Small redfish (Norway haddock)

 

[Em. 131]

Anness II

Rekwiżiti speċifiċi tal-ġbir u r-rappurtar tad-dejta msemmija fl-Artikolu 18(4)

1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta li tinġabar għal żona li fiha kemm ilmijiet tal-Unjoni kif ukoll ilmijiet internazzjonali għandha terġa’ tiġi diżaggregata sabiex ikun hemm referenza b’mod separat għall-ilmijiet tal-Unjoni jew għall-ilmijiet internazzjonali.

2.

Fejn l-attività tal-mestier tal-baħar fond tikkoinċidi ma’ attività ta’ mestier ieħor fl-istess żona, il-ġbir tad-dejta dwar il-mestier tal-baħar fond għandu jitwettaq b’mod separat mill-ġbir tad-dejta dwar il-mestier l-ieħor.

3.

Għandu jkun hemm il-kampjunar tal-ħut skartat fil-mestieri kollha tal-baħar fond. L-istrateġija tal-kampjunar għall-ħatt l-art u l-ħut skartat tkopri l-ispeċijiet kollha elenkati fl-Anness I kif ukoll l-ispeċijiet li jagħmlu parti mill-ekosistema ta’ qiegħ il-baħar bħall-qroll tal-baħar fond, l-isponoż jew organiżmi oħrajn li jagħmlu parti mill-istess ekosistema.

4.

Fejn il-pjan multiannwali applikabbli ta’ ġbir tad-dejta jirrikjedi l-ġbir tad-dejta dwar l-isforz tas-sajd f’termini ta' sigħat ta' sajd minn bastimenti tat-tkarkir u ż-żmien ta' tixrib tal-irkaptu passiv, l-Istat Membru għandu jiġbor u jkun lest li jippreżenta, flimkien mad-dejta dwar l-isforz tas-sajd bħal din, id-dejta addizzjonali li ġejja:

(a)

is-sit ġeografiku tal-attivitajiet tas-sajd fuq il-bażi ta' refgħa b'refgħa, mid-dejta tas-sistema ta' monitoraġġ tal-bastiment trażmessa mill-bastiment liċ-ċentru ta' monitoraġġ tas-sajd;

(b)

il-livelli ta’ fond tas-sajd li fihom jintużaw l-irkapti fil-każ li l-bastiment huwa suġġett għar-rappurtar permezz tal-ġurnal ta' abbord elettroniku. Il-kaptan tal-bastiment għandu jinnotifika l-fond tas-sajd skont il-format standardizzat tar-rappurtar.

4a.

Il-Kummissjoni għandda tiżgura li d-dejta tinġabar f’waqtha, b’mod li tkun armonizzata fl-Istati Membri kollha, u li tkun preċiża, affidabbli u komprensiva; [Em. 132]

4b.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura ħażna sikura għad-dejta miġbura u li l-informazzjoni tkun disponibbli għall-pubbliku, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali u fejn il-protezzjoni xierqa u l-kunfidenzjalità huma rikjesti fejn ir-raġunijiet għal tali restrizzjonijiet huma ddikjarati. [Em. 133]

Anness II a

Valutazzjonijiet tal-impatt imsemmija fl-Artikolu 7(2)

Il-valutazzjonijiet tal-impatt biex ikunu ddeterminati l-attivitajiet ta’ sajd fil-baħar fond msemmija fl-Artikolu 7(2) jindirizzaw, inter alia:

1.

it-tip(i) ta' sajd li jitwettaq, inklużi l-bastimenti u t-tipi ta’ tagħmir, żoni ta’ sajd u l-medda ta' fond li fiha se jitwettqu l-attivitajiet, l-ispeċijiet individwali fil-mira u l-ispeċijiet potenzjali tal-qabdiet inċidentali, il-livelli tal-isforz tas-sajd u t-tul ta’ żmien li fih isir is-sajd;

2.

l-aqwa tagħrif xjentifiku disponibbli dwar il-qagħda kurrenti tal-istokkijiet ta’ ħut u t-tagħrif bażiku dwar l-ekosistemi u l-ħabitats fiż-żona tas-sajd, li magħhom iridu jitqabblu l-bidliet futuri;

3.

l-identifikazzjoni, id-deskrizzjoni u l-pjan direzzjonali tal-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar li huma magħrufa li jinsabu jew li probabbli jinsabu fiż-żona tas-sajd;

4.

id-dejta u l-metodi użati biex jiġu identifikati, deskritti u valutati l-impatti tal-attività, l-identifikazzjoni tal-lakuni fl-għarfien, u valutazzjoni tal-inċertezzi fl-informazzjoni ppreżentata fil-valutazzjoni;

5.

l-identifikazzjoni, id-deskrizzjoni u l-evalwazzjoni tal-inċidenza, l-iskala u t-tul ta’ żmien tal-impatti probabbli, inklużi impatti kumulattivi ta’ attivitajiet koperti mill-valutazzjoni dwar l-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar u r-riżorsi tas-sajd bi produttività baxxa fiż-żona tas-sajd;

6.

il-miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ ġestjoni proposti li jintużaw sabiex jiġu evitati impatti negattivi sinifikanti fuq l-ekosistemi vulnerabbli tal-baħar u biex tiġi żgurata l-konservazzjoni u l-ġestjoni sostenibbili fit-tul ta’ riżorsi tas-sajd bi produttività baxxa, u l-miżuri li għandhom jintużaw biex jiġu mmonitorjati l-effetti tal-attivitajiet tas-sajd. [Em. 134]


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/263


P7_TA(2013)0540

Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq Mekkaniżmu tal-Unjoni tal-Protezzjoni Ċivili (COM(2011)0934 – C7-0519/2011 – 2011/0461(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 468/49)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0934),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 196 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0519/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-19 ta' Lulju 2012 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-9 ta' Ottubru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0003/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 277, 13.9.2012, p. 164.


P7_TC1-COD(2011)0461

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni 1313/2013/UE.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jieħdu nota tal-approċċ meħud fl-Artikolu 19(4) sa (6) u fl-Anness I, li jirrispondi għall-ispeċifiċitajiet ta' din id-Deċiżjoni u ma għandu l-ebda valur preċedent għal strumenti finanzjarji oħra.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni

Mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni, inkluż il-mod ta' tqassim baġitarju stipulat fl-Anness I, minn Jannar 2015 'il quddiem. Dan l-approċċ huwa bbażat fuq in-natura speċifika tal-politika tal-protezzjoni ċivili u ma għandu l-ebda valur preċedent għal strumenti finanzjarji oħra.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/265


P7_TA(2013)0541

Ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà residenzjali ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà residenzjali (COM(2011)0142 – C7-0085/2011 – 2011/0062(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 468/50)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0142),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0085/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Awissu 2011 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Lulju 2011 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittri tat-8 ta' Mejju 2013 u 27 ta' Novembru 2013 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294 (4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0202/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3);

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 240, 18.8.2011, p. 3.

(2)  ĠU C 318, 29.10.2011, p. 133.

(3)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fl-10 ta' Settembru 2013 (Testi adottati, P7_TA(2013)0341).


P7_TC1-COD(2011)0062

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-10 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb li tadotta d-Direttiva 2014/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kuntratti ta' kreditu għall-konsumaturi marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva Nru 2014/17/UE.)


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/266


P7_TA(2013)0542

Importazzjonijiet ta' ross li joriġina mill-Bangladexx ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar importazzjonijiet ta’ ross li joriġina mill-Bangladexx (COM(2012)0172 – C7-0102/2012 – 2012/0085(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 468/51)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Taqsima

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar importazzjonijiet ta' ross li joriġina mill-Bangladexx

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar importazzjonijiet ta’ ross li joriġina mill-Bangladexx u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3491/90

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Sabiex ikunu żgurati l-affidabbiltà u l-effiċjenza tal-arranġament ta’ importazzjonijiet preferenzjali, is-setgħa li jkunu adottati atti f’konformità mal-Artikolu  290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi regoli li jagħmlu l-parteċipazzjoni fl-arranġament kundizzjonali fuq il-preżentazzjoni ta' garanzija. Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni tagħmel il-konsultazzjonijiet xierqa waqt il-fażi tax-xogħol ta’ tħejjija, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati , għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(3)

Sabiex ikunu żgurati l-affidabbiltà u l-effiċjenza tal-arranġament ta’ importazzjonijiet preferenzjali, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ l-istabbiliment ta’ regoli li jagħmlu l-parteċipazzjoni fl-arranġament kundizzjonali fuq il-preżentazzjoni ta’ garanzija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1964/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwota għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina mill-Bangladexx, b’applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3491/90  (2). Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati , għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat, ħlief fejn ikunu speċifikat mod ieħor, għandhom ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċitar mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. Madankollu, meta s-sospensjoni tal-arranġament ta’ importazzjonijiet preferenzjali ssir neċessarja, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni mingħajr ma tapplika r-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(4)

Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat, ħlief fejn ikunu speċifikat mod ieħor, għandhom ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċitar mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. Madankollu, meta s-sospensjoni tal-arranġament ta’ importazzjonijiet preferenzjali ssir neċessarja, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni mingħajr ma tapplika r-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Sabiex ikun żgurat li l-vantaġġi tal-arranġamenti ta’ importazzjonijiet preferenzjali huma limitati biss għal ross li joriġina mill-Bangladexx, għandu jinħareġ ċertifikat tal-importazzjoni u għandha tinġabar taxxa ta’ ammont korrispondenti għat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni mill-pajjiż esportatur,

(7)

Sabiex ikun żgurat li l-vantaġġi tal-arranġamenti ta’ importazzjonijiet preferenzjali huma limitati biss għal ross li joriġina mill-Bangladexx, għandu jinħareġ ċertifikat tal-importazzjoni.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)

Dan ir-Regolament huwa parti mill-politika kummerċjali komuni tal-Unjoni, li għandha tkun konsistenti mal-objettivi tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp kif spjegat fl-Artikolu 208 tat-Trattat, partikolarment il-qerda tal-faqar u l-promozzjoni ta’ żvilupp sostenibbli u governanza tajba fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Bħala tali, għandha tkun konformi wkoll mar-rekwiżiti tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), partikolarment mad-Deċiżjoni dwar it-Trattament Differenzjat u Iżjed Favorevoli, Reċiproċità u Sehem iżjed Sħiħa mill-Pajjiżi li Qed Jiżviluppaw (il-“Klawsola ta’ Abilitazzjoni”), adottata taħt il-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) fl-1979, li skontha Membri tad-WTO jistgħu jikkonċedu trattament differenzjat u aktar favorevoli lil pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)

Dan ir-Regolament huwa bbażat ukoll fuq ir-rikonoxximent tad-dritt li għandhom il-bdiewa żgħar u l-ħaddiema rurali għal dħul diċenti u għal ambjent tax-xogħol ħieles mill-periklu u san bħala element fundamentali fir-rigward tal-ilħuq tal-objettivi ġenerali tal-għoti tal-preferenzi kummerċjali lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u lill-pajjiżi l-anqas żviluppati b’mod partikolari. L-Unjoni għandha l-għan li tiddefinixxi u ssegwi politiki u azzjonijiet komuni bil-għan li trawwem l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bil-għan primarju li teqred l-faqar. F’dan il-kuntest, huma essenzjali r-ratifika u l-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin dwar id-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, il-ħarsien ambjentali u l-governanza tajba, kif jidher mill-arranġament ta’ inċentiv speċjali li jipprovdi għal preferenzi tariffarji addizzjonali skont ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati  (3) ,

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 7c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7c)

Biex ikun żgurat li dan ir-Regolament huwa konformi mad-dispożizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 208 tat-TFUE, huwa biss ir-ross prodott, maħsud u pproċessat skont il-Konvenzjonijet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol elenkati fl-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, u partikolarment skont il-Konvenzjonijiet dwar ix-Xogħol Furzat (Nru 29), il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni (Nru 87), id-Dritt ta' Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv (Nru 98), ir-Remunerazzjoni Ugwali (Nru 1000), id-Diskriminazzjoni (Xogħol u Okkupazzjoni) (Nru 111) u l-Agħar Forom ta' Xogħol tat-Tfal (Nru 182), għandu jkun kopert minn dan ir-Regolament;

Emenda 7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Dan ir-Regolament jirrikonoxxi d-dritt li għandhom il-bdiewa żgħar u l-ħaddiema rurali għal dħul diċenti u għal ambjent tax-xogħol ħieles mill-periklu u san u jqis ir-rispett ta’ dak id-dritt bħala fundamentali fir-rigward tal-ilħiq tal-objettivi ġenerali tal-għoti tal-preferenzi kummerċjali lill-pajjiżi u, b’mod partikolari, li qed jiżviluppaw u lill-pajjiżi l-anqas żviluppati .

Emenda 8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.    Permezz ta' att ta' implimentazzjoni adottat mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 323(1) tar-Regolament Nru XXXX/XXXX, il-Kummissjoni għandha tissospendi l-applikazzjoni tal-arranġament ta’ importazzjonijiet preferenzjali previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ladarba tiżgura li, matul is-sena li tkun għaddejja, l-importazzjonijiet li jikkwalifikaw taħt l-arranġament imsemmi, ikunu laħqu l-kwantità indikata fil-paragrafu 2.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jissospendi l-applikazzjoni tal-arranġament ta’ importazzjonijiet preferenzjali previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ladarba tiżgura li, matul is-sena li tkun għaddejja, l-importazzjonijiet li jikkwalifikaw taħt l-arranġament imsemmi jkunu laħqu l-kwantità indikata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu . Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 5a(2).

Emenda 9

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

tkun ipprovduta prova li fil-Bangladexx tkun inġabret taxxa tal-esportazzjoni ta’ ammont li jikkorrisondi għat-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1

imħassar

Emenda 10

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 3 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament .

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 3 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin minn …  (*1). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel tmiem dak il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Att iddelegat skont l-Artikolu 3 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Il-perjodu għandu jkun estiż b’xahrejn wara l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

5.   Att iddelegat skont l-Artikolu 3 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Il-perjodu għandu jkun estiż b’erba’ xhur wara l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Proċedura ta’ kumitat

 

1.     Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli stabbilita mill-Artikolu [323(1)] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/yyyy] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli [Regolament dwar l-OKS Unika]  (4) Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

2.     Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

3.     Fejn l-opinjoni tal-kumitat tkun trid tinkiseb permezz ta’ proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tiġi terminata mingħajr riżultat meta, fil-limitu taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew maġġoranza tal-membri tal-kumitat titlob hekk.


(1)  Il-każ kien riferut lura lill-kumitat responsabbli mill-eżami mill-ġdid skont it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 57(2) tar- Regoli ta' Proċedura (A7-0304/2013).

(2)   ĠU L 408, 30.12.2006, p. 19

(3)   ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.

(*1)   Data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(4)   COD 2010/0385.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/272


P7_TA(2013)0543

L-għażla taż-żmien tal-irkant tal-kwoti tal-gassijiet serra ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fejn tiċċara d-dispożizzjonijiet dwar l-għażla taż-żmien tal-irkant tal-kwoti tal-gassijiet serra (COM(2012)0416 – C7-0203/2012 – 2012/0202(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 468/52)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0416),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0203/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2012 (1),

wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Marzu 2012 dwar Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-2050 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Novembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0046/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3);

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 11, 15.1.2013, p. 87.

(2)  ĠU C 251 E, 31.8.2013, p. 75.

(3)  Din il-pożizzjoni tikkorrispondi mal-emenda adottata fit-3 ta' Lulju 2013 (Testi Adottati, P7_TA(2013)0310).


P7_TC1-COD(2012)0202

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-10 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb li tadotta d-Deċiżjoni Nru …/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fejn tiċċara d-dispożizzjonijiet dwar l-għażla taż-żmien tal-irkant tal-kwoti tal-gassijiet serra

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni 1359/2013/UE.)


L-Erbgħa 11 ta’ Diċembru 2013

15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/273


P7_TA(2013)0551

Deċiżjoni li ma' jiġix oppost att iddelegat: Il-kundizzjonijiet biex titqiegħed għad-dispożizzjoni f'websajt dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni ta' prodotti għall-bini

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-regolament delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ottubru 2013 dwar il-kundizzjonijiet biex titqiegħed għad-dispożizzjoni f'websajt dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni ta' prodotti għall-bini (C(2013)7086 – 2013/2928(DEA))

(2016/C 468/53)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2013)7086),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tal-14 ta' Novembru 2013, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-regolament delegat,

wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1) (CPR), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 63(1) tiegħu;

wara li kkunsidra l-Artikolu 87(a)(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba inċiżi tal-Artikolu 87a(6) tar-Regoli ta' Proċedura li skada fl-10 ta' Diċembru 2013,

A.

billi huwa importanti li jiġi garantit li r-regolament delegat dwar il-forniment b'mezzi elettroniċi jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli, peress li d-dispożizzjonijiet sostanzjali tal-att leġiżlattiv bażiku, fosthom dawk dwar il-forniment tad-dikjarazzjonijiet dwar il-prestazzjoni, japplikaw mill-1 ta' Lulju 2013;

B.

billi l-possibilità li tali dikjarazzjonijiet isiru disponibbli fl-Internet jista', skont l-awspiċju tal-leġiżlatur, iħalli lill-manifatturi tal-prodotti għall-bini jnaqqsu l-kostijiet kif ukoll iżidu l-flessibilità tas-settur tal-bini bħala tali;

C.

billi r-regolament delegat kellu jiġi mħejji bil-quddiem mill-Kummissjoni, bil-għan li jiġi evitat id-dewmien spjaċevoli fl-awtorizzazzjoni ta' deroga għall-obbligu għall-manifatturi li jfornu kopji fuq il-karta jew elettroniċi ta' dikjarazzjoni dwar il-prestazzjoni ta' kull prodott li jiddaħħal fis-suq;

D.

billi huwa tal-ogħla importanza li kemm il-Parlament kif ukoll il-Kunsill ikunu jistgħu jeżerċitaw drittijiethom bħala koleġiżlaturi kif definit fit-Trattati, inkluża d-deċiżjoni dwar liema elementi għandhom ikunu delegati lill-Kummissjoni fl-atti leġiżlattivi bażiċi futuri, u li l-Parlament ikun jista' jieħu sehem fil-konsultazzjonijiet, flimkien mal-esperti tal-Istati Membri u ma' partijiet interessati oħrajn, qabel l-adozzjoni ta' att delegat u b'mod trasparenti;

1.

Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-regolament delegat;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/274


P7_TA(2013)0552

Programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm “Pericles 2020”) ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … 2014 li jistabilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm “Pericles 2020”) (COM(2011)0913 – C7-0510/2011 – 2011/0449(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 468/54)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0913),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 133 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0510/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta' Marzu 2012 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-21 ta' Novembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0423/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 137, 12.5.2012, p. 7.


P7_TC1-COD(2011)0449

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-11 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm 'Pericles 2020') u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/923/KE, 2001/924/KE, 2006/75/KE, 2006/76/KE, 2006/849/KE u 2006/850/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 331/2014.)


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/275


P7_TA(2013)0553

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 99/2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017 ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 99/2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017 (COM(2013)0525 – C7-0224/2013 – 2013/0249(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 468/55)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0525),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0224/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta' Novembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0401/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qai msemmija hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


P7_TC1-COD(2013)0249

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 99/2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1383/2013.)


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/276


P7_TA(2013)0554

Il-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar ix-xogħol diċenti għall-ħaddiema domestiċi ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni dwar ix-xogħol diċenti għall-ħaddiema domestiċi, 2011, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (il-Konvenzjoni Nru 189) (11462/2013 – C7-0234/2013 – 2013/0085(NLE))

(Approvazzjoni)

(2016/C 468/56)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11462/2013),

wara li kkunsidra t-talba min-naħa tal-Kunsill għal approvazzjoni b'konformità mal-Artikolu 153flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) u l-Artikolu 218(8), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0234/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0394/2013),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/277


P7_TA(2013)0555

Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-prinċipji ġenerali għallparteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Armenja fil-programmi tal-Unjoni ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-firma ta’ Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Armenja fil-programmi tal-Unjoni (16469/2012 – C7-0009/2013 – 2012/0247(NLE))

(Approvazzjoni)

(2016/C 468/57)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (16469/2012),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra (16472/2012),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 114, 168, 169, 172, 173(3), 188 u 192 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0009/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0406/2013),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Armenja.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/278


P7_TA(2013)0556

Ftehim UE-Franza li jikkonċerna l-applikazzjoni, f'dak li jirrigwarda l-kollettività ta' Saint-Barthélemy, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-taxxa fuq it-tfaddil u l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża li jikkonċerna l-applikazzjoni, f'dak li jirrigwarda l-kollettività ta' Saint-Barthélemy, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-taxxa fuq it-tfaddil u l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa (COM(2013)0555 – C7-0360/2013 – 2013/0269(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2016/C 468/58)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2013)0555),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża li jikkonċerna l-applikazzjoni, f'dak li jirrigwarda l-kollettività ta' Saint-Barthélemy, tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-taxxa fuq it-tfaddil u l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa,

wara l-Artikoli 113 u 115 kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (b) u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0360/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 90(7) u 46(1), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0404/2013),

1.

Japprova l-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/279


P7_TA(2013)0557

Emenda għad-Deċiżjoni 2002/546/KE fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tagħha *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2002/546/KE fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tagħha (COM(2013)0781 – C7-0420/2013 – 2013/0387(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2016/C 468/59)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0781),

wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0420/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0431/2013),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/280


P7_TA(2013)0559

Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Phil WYNN OWEN – UK)

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-ħatra proposta ta' Phil Wynn Owen bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0313/2013 – 2013/0811(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2016/C 468/60)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0313/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0438/2013),

A.

billi l-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

B.

billi waqt il-laqgħa tiegħu tas-7 ta’ Novembru 2013, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta’ Phil Wynn Owen bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awditurikif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta' verifika tal-Istati Membri.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/281


P7_TA(2013)0560

Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Alex BRENNINKMEIJER – NL)

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-ħatra proposta ta' Alex Brenninkmeijer bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0312/2013 – 2013/0810(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2016/C 468/61)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0312/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0433/2013),

A.

billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

B.

billi waqt il-laqgħa tiegħu tas-7 ta’ Novembru 2013, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta’ membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta’ Alex Brenninkmeijer bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awditurikif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta' verifika tal-Istati Membri.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/282


P7_TA(2013)0561

Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Henri GRETHEN – LU)

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-ħatra proposta ta' Henri Grethen bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0309/2013 – 2013/0807(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2016/C 468/62)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0309/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0439/2013),

A.

billi waqt il-laqgħa tiegħu tas-7 ta' Novembru 2013, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri;

B.

billi Henri Grethen jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' Henri Grethen bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta' verifika tal-Istati Membri.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/283


P7_TA(2013)0562

Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Nikolaos MILIONIS – EL)

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-ħatra proposta ta' Nikolaos Milionis bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0310/2013 – 2013/0808(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2016/C 468/63)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0310/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0436/2013),

A.

billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

B.

billi waqt il-laqgħa tiegħu tas-7 ta’ Novembru 2013, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta’ membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta’ Nikolaos Milionis bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta' awditjar tal-Istati Membri.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/284


P7_TA(2013)0563

Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri (Danièle LAMARQUE -FR)

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar in-nomina ta’ Danièle Lamarque bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0311/2013 – 2013/0809(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2016/C 468/64)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C7-0311/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0437/2013),

A.

billi l-Kumitat Parlamentari għall-Kontroll tal-Baġit ipproċeda biex jevalwa l-kredenzjali tal-persuna nominata, b’mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

B.

billi waqt il-laqgħa tiegħu tas-7 ta’ Novembru 2013, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-persuna nominata mill-Kunsill għas-sħubija fil-Qorti tal-Awdituri;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar in-nomina tal-Kunsill għall-ħatra ta’ Danièle Lamarque bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta’ awditjar tal-Istati Membri.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/285


P7_TA(2013)0564

Ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew ***

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċetrali Ewropew (N7-0103/2013 – C7-0424/2013 – 2013/0901(NLE))

(Approvazzjoni)

(2016/C 468/65)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Novembru 2013 għall-ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċetrali Ewropew (N7-0103/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 26(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward tal-politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-modalitajiet prattiċi tal-eżerċizju tar-responsabbiltà demokratika u tas-superviżjoni tal-eżerċizju tal-kompiti mogħtija lill-Bank Ċentrali Ewropew fil-qafas tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (2),

wara li kkunsidrat ir-Regoli ta’ Proċedura tagħha,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0452/2013),

A.

billi l-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jipprevedi li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu jressaq lill-Parlament il-proposta tiegħu għall-ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju tiegħu u li l-President għandu jintagħżel abbażi ta' proċedura miftuħa ta' għażla minn fost l-individwi mhux membri tal-Kunsill Governattv li għandhom reputazzjoni u esperjenza rikonoxxuta f'operazzjonijiet bankarji u finanzjarji;

B.

billi l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jipprevedi li l-ħatriet għall-BordSuperviżorju skont dak ir-Regolament għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-bilanċ tas-sessi, l-esperjenza u l-kwalifiki;

C.

billi, permezz ta' ittra datata t-22 ta' Novembru 2013, il-BĊE ppreżenta proposta lill-Parlament għall-ħatra ta' Danièle Nouy bħala l-President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE għal mandat ta' ħames snin;

D.

billi l-Kumitat għall-Affarijiet Monetarji u Ekonomiċi tal-Parlament imbagħad ipproċeda li jevalwa l-kredenzjali tal-kandidat propost, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 26(2) u (3) tar-Regolament (EU) Nru 1024/2013; billi fit-twettiq ta' din l-evalwazzjoni, il-Kumitat irċieva curriculum vitae mingħand il-kandidat propost kif ukoll t-tweġibiet tagħha għal kwestjonarju bil-miktub;

E.

billi l-Kumitat sussegwentement għamel smigħ mal-kandidat propost fis-27 ta’ Novembru 2013, u li matulu dan tal-aħħar għamlet stqarrija preliminari u imbagħad wieġbet għall-mistoqsijiet li ġew indirizzati lejha mill-membri tal-Kumitat;

1.

Japprova l-proposta tal-BĊE għall-ħatra ta' Danièle Nouy bħala l-President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kunsill, u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.

(2)  ĠU L 320, 30.11.2013, p. 1.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/286


P7_TA(2013)0565

L-istabbiliment ta' regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għal azzjoni esterna ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għal azzjoni esterna (COM(2011)0842 – C7-0494/2011 – 2011/0415(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 468/66)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0842),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 209(1) u 212(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0494/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta' Ottubru 2012 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-4 ta' Diċembru 2013 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat għall-Baġits (A7-0447/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni,

4.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 391, 18.12.2012, p. 110


P7_TC1-COD(2011)0415

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għal finanzjament tal-azzjoni esterna

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 236/2014.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-użu ta' atti ta' implementazzjoni għat-twaqqif ta' provvedimenti għall-implimentazzjoni ta' ċerti regoli fir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew ta' Viċinat u fir-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II)

Il-Kummissjoni Ewropea tqis li r-regoli għall-implimentazzjoni tal-programmi ta' kooperazzjoni transfruntieri kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjoni esterna u regoli ta' implimentazzjoni oħrajn speċifiċi u aktar dettaljati fir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew ta' Viċinat u fir-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II), għandhom l-għan li jissupplimentaw l-att bażiku u għaldaqstant għandhom ikunu atti delegati li għandi jiġu adottati abbażi tal-Artikolu 290 tat-TFUE. Il-Kummissjoni Ewropea mhijiex se topponi l-adozzjoni tat-test kif miftiehem mill-koleġiżlaturi. Madankollu, il-Kummissjoni Ewropea tiftakar li l-kwistjoni tad-delimitazzjoni bejn l-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE qiegħda attwalment tiġi analizzata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-każ tal-“bijoċidi”.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar “rimborżi”

F'konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, il-Kummissjoni Ewropea se tinkludi fl-abbozz tal-baġit linja li takkomoda d-dħul assenjat intern u, fejn possibbli, hija tindika l-ammont ta' dan id-dħul.

L-awtorità baġitjarja se tiġi infurmata dwar l-ammont tar-riżorsi akkumulati kull sena matul il-proċess ta' ppjanar tal-baġit. Id-dħul assenjat intern se jkun inkluż fl-abbozz tal-baġit biss safejn l-ammont tagħhom ikun ċert.

Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew dwar is-sospensjoni tal-assistenza mogħtija taħt l-istrumenti finanzjarji

Il-Parlament Ewropew jinnota li r-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020, ir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew ta' Viċinat, ir-Regolament (UE) Nru 234/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument ta' Sħubija għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u r-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) ma fihomx referenza espliċita għall-possibbiltà li jissospendu l-assistenza f'każijiet fejn pajjiż benefiċjarju jonqos milli josserva l-prinċipji bażiċi mtennija fl-istrument rispettiv u speċjalment il-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijet tal-bniedem.

Il-Parlament Ewropew iqis li kull sospensjoni ta' assistenza taħt dawn l-istrumenti timmodifika l-iskema finanzjarja ġenerali miftiehma skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Bħala koleġiżlatur u fergħa msieħba tal-awtorità baġitarja, il-Parlament Ewropew huwa għalhekk intitolat li jeżerċita bis-sħiħ il-prerogattiva tiegħu f'dak ir-rigward, jekk ikollha tittieħed deċiżjoni bħal din.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/288


P7_TA(2013)0566

Strument għall-Istabbiltà ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jwaqqaf Strument għall-Istabbiltà (COM(2011)0845 – C7-0497/2011 – 2011/0413(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 468/67)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0845),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 209(1) u 212(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0497/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-4 ta' Diċembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u il-Kumitat għall-Baġits (A7-0451/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


P7_TC1-COD(2011)0413

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi li jwaqqaf Strument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 230/2014.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar id-djalogu strateġiku mal-Parlament Ewropew  (1)

Fuq il-bażi tal-Artikolu 14 tat-TUE, il-Kummissjoni Ewropea se twettaq djalogu strateġiku mal-Parlament Ewropew qabel l-ipprogrammar tar-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi u wara konsultazzjoni inizjali tal-benefiċjarji rilevanti tiegħu, fejn xieraq. Il-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta lill-Parlament Ewropew id-dokumenti rilevanti disponibbli dwar l-ipprogrammar b'allokazzjonijiet indikattivi previsti għal kull pajjiż/reġjun, u, f'pajjiż/reġjun, il-prijoritajiet, ir-riżultati possibbli u l-allokazzjonijiet indikattivi previsti għal kull prijorità għall-programmi ġeografiċi, kif ukoll l-għażla ta' modalitajiet ta' assistenza (2). Il-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta lill-Parlament Ewropew id-dokumenti rilevanti disponibbli dwar l-ipprogrammar bi prijoritajiet tematiċi, riżultati possibbli, l-għażla ta' modalitajiet ta' assistenza (2), u l-allokazzjonijiet finanzjarji għal tali prijoritajiet previsti fil-programmi tematiċi. Il-Kummissjoni Ewropea se tqis il-pożizzjoni espressa mill-Parlament Ewropew dwar il-kwistjoni.

Il-Kummissjoni Ewropea se twettaq djalogu strateġiku mal-Parlament Ewropew fit-tħejjija tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu u qabel kwalunkwe reviżjoni sostanzjali tad-dokumenti ta' programmar matul il-perjodu ta' validità ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni Ewropea, jekk tiġi mistiedna mill-Parlament Ewropew, se tispjega fejn l-osservazzjonijiet tal-Parlament Ewropew tqiesu fid-dokumenti ta' programmar u kull segwitu għad-djalogu strateġiku.


(1)  Il-Kummissjoni Ewropea se tkun irrappreżentata fil-livell tal-Kummissarju responsabbli.

(2)  Fejn huwa applikabbli.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/290


P7_TA(2013)0567

Strument Ewropew ta’ Viċinat ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument Ewropew ta’ Viċinat (COM(2011)0839 – C7-0492/2011 – 2011/0405(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 468/68)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0839),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 209(1) u 212(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0492/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Novembru 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta' Ottubru 2012 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill fl-ittra tal-4 ta' Diċembru 2013 biex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0449/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni tal-Parlament mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 11, 15.1.2013, p. 77.

(2)  ĠU C 391, 18.12.2012, p. 110


P7_TC1-COD(2011)0405

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument Ewropew tal-Viċinat

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 232/2014.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar id-djalogu strateġiku mal-Parlament Ewropew  (1)

Fuq il-bażi tal- Artikolu 14 tat-TUE, il-Kummissjoni Ewropea se twettaq djalogu strateġiku mal-Parlament Ewropew qabel l-ipprogrammar tar-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew tal-Viċinat u wara konsultazzjoni inizjali tal-benefiċjarji rilevanti tiegħu, fejn xieraq. Il-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta lill-Parlament Ewropew id-dokumenti rilevanti disponibbli dwar l-ipprogrammar b'allokazzjonijiet indikattivi previsti għal kull pajjiż/reġjun, u, f'pajjiż/reġjun, il-prijoritajiet, ir-riżultati possibbli u l-allokazzjonijiet indikattivi previsti għal kull prijorità għall-programmi ġeografiċi, kif ukoll l-għażla ta' modalitajiet ta' assistenza (2). Il-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta lill-Parlament Ewropew id-dokumenti rilevanti disponibbli dwar l-ipprogrammar bi prijoritajiet tematiċi, riżultati possibbli, l-għażla ta' modalitajiet ta' assistenza2, u l-allokazzjonijiet finanzjarji għal tali prijoritajiet previsti fil-programmi tematiċi. Il-Kummissjoni Ewropea se tqis il-pożizzjoni espressa mill-Parlament Ewropew dwar il-kwistjoni.

Il-Kummissjoni Ewropea se twettaq djalogu strateġiku mal-Parlament Ewropew fit-tħejjija tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu u qabel kwalunkwe reviżjoni sostanzjali tad-dokumenti ta' programmar matul il-perjodu ta' validità ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni Ewropea, jekk tiġi mistiedna mill-Parlament Ewropew, se tispjega fejn l-osservazzjonijiet tal-Parlament Ewropew tqiesu fid-dokumenti ta' programmar u kull segwitu għad-djalogu strateġiku.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-użu ta' atti ta' implementazzjoni għat-twaqqif ta' provvedimenti għall-implimentazzjoni ta' ċerti regoli fir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew ta' Viċinat u fir-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II)

Il-Kummissjoni Ewropea tqis li r-regoli għall-implimentazzjoni tal-programmi ta' kooperazzjoni transfruntieri kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjoni esterna u regoli ta' implimentazzjoni oħrajn speċifiċi u aktar dettaljati fir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew ta' Viċinat u fir-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II), għandhom l-għan li jissupplimentaw l-att bażiku u għaldaqstant għandhom ikunu atti delegati li għandi jiġu adottati abbażi tal-Artikolu 290 tat-TFUE. Il-Kummissjoni Ewropea mhijiex se topponi l-adozzjoni tat-test kif miftiehem mill-koleġiżlaturi. Madankollu, il-Kummissjoni Ewropea tiftakar li l-kwistjoni tad-delimitazzjoni bejn l-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE qiegħda attwalment tiġi analizzata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-każ tal-“bijoċidi”.

Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew dwar is-sospensjoni tal-assistenza mogħtija taħt l-istrumenti finanzjarji

Il-Parlament Ewropew jinnota li r-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020, ir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew ta' Viċinat, ir-Regolament (UE) Nru 234/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument ta' Sħubija għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u r-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) ma fihomx referenza espliċita għall-possibbiltà li jissospendu l-assistenza f'każijiet fejn pajjiż benefiċjarju jonqos milli josserva l-prinċipji bażiċi mtennija fl-istrument rispettiv u speċjalment il-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijet tal-bniedem.

Il-Parlament Ewropew iqis li kull sospensjoni ta' assistenza taħt dawn l-istrumenti timmodifika l-iskema finanzjarja ġenerali miftiehma skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Bħala koleġiżlatur u fergħa msieħba tal-awtorità baġitarja, il-Parlament Ewropew huwa għalhekk intitolat li jeżerċita bis-sħiħ il-prerogattiva tiegħu f'dak ir-rigward, jekk ikollha tittieħed deċiżjoni bħal din.


(1)  Il-Kummissjoni Ewropea se tkun irrappreżentata fil-livell tal-Kummissarju responsabbli.

(2)  Fejn huwa applikabbli.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/293


P7_TA(2013)0568

Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (COM(2011)0838 – C7-0491/2011 – 2011/0404(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 468/69)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0838),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 212(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0491/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tal-14 ta' Novembru 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta' Ottubru 2012 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ittra tal-4 ta' Diċembru 2013 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0445/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjonijiet tal-Parlament Ewropew u d-dikjarazzjoni konġuntA tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni mehmużin ma’ din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 11, 15.1.2013, p. 77.

(2)  ĠU C 391, 18.12.2012, p. 110.


P7_TC1-COD(2011)0404

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 231/2014.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar id-djalogu strateġiku mal-Parlament Ewropew  (1)

Fuq il-bażi tal-Artikolu 14 tat-TUE, il-Kummissjoni Ewropea se twettaq djalogu strateġiku mal-Parlament Ewropew qabel l-ipprogrammar tar-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) u wara konsultazzjoni inizjali tal-benefiċjarji rilevanti tiegħu, fejn xieraq. Il-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta lill-Parlament Ewropew id-dokumenti rilevanti disponibbli dwar l-ipprogrammar b'allokazzjonijiet indikattivi previsti għal kull pajjiż/reġjun, u, f'pajjiż/reġjun, il-prijoritajiet, ir-riżultati possibbli u l-allokazzjonijiet indikattivi previsti għal kull prijorità għall-programmi ġeografiċi, kif ukoll l-għażla ta' modalitajiet ta' assistenza (2). Il-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta lill-Parlament Ewropew id-dokumenti rilevanti disponibbli dwar l-ipprogrammar bi prijoritajiet tematiċi, riżultati possibbli, l-għażla ta' modalitajiet ta' assistenza2, u l-allokazzjonijiet finanzjarji għal tali prijoritajiet previsti fil-programmi tematiċi. Il-Kummissjoni Ewropea se tqis il-pożizzjoni espressa mill-Parlament Ewropew dwar il-kwistjoni.

Il-Kummissjoni Ewropea se twettaq djalogu strateġiku mal-Parlament Ewropew fit-tħejjija tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu u qabel kwalunkwe reviżjoni sostanzjali tad-dokumenti ta' programmar matul il-perjodu ta' validità ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni Ewropea, jekk tiġi mistiedna mill-Parlament Ewropew, se tispjega fejn l-osservazzjonijiet tal-Parlament Ewropew tqiesu fid-dokumenti ta' programmar u kull segwitu għad-djalogu strateġiku.

Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar il-finanzjament tal-programmi orizzontali għall-minoranzi

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea jaqblu li l-punt (ii) tal-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) għandu jiġi interpretat bħala li jippermetti l-finanzjament ta' programmi mmirati lejn it-tisħiħ tar-rispett għall-minoranzi u l-protezzjoni tagħhom f'konformità mal-kriterji ta' Kopenħagen, kif kien il-każ skont ir-Regolament (KE) Nru 1085/2006 tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA).

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-użu ta' atti ta' implementazzjoni għat-twaqqif ta' provvedimenti għall-implimentazzjoni ta' ċerti regoli fir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew ta' Viċinat u fir-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II)

Il-Kummissjoni Ewropea tqis li r-regoli għall-implimentazzjoni tal-programmi ta' kooperazzjoni transfruntieri kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjoni esterna u regoli ta' implimentazzjoni oħrajn speċifiċi u aktar dettaljati fir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew ta' Viċinat u fir-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II), għandhom l-għan li jissupplimentaw l-att bażiku u għaldaqstant għandhom ikunu atti delegati li għandi jiġu adottati abbażi tal-Artikolu 290 tat-TFUE. Il-Kummissjoni Ewropea mhijiex se topponi l-adozzjoni tat-test kif miftiehem mill-koleġiżlaturi. Madankollu, il-Kummissjoni Ewropea tiftakar li l-kwistjoni tad-delimitazzjoni bejn l-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE qiegħda attwalment tiġi analizzata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-każ tal-“bijoċidi”.

Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew dwar is-sospensjoni tal-assistenza mogħtija taħt l-istrumenti finanzjarji

Il-Parlament Ewropew jinnota li r-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020, ir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew ta' Viċinat, ir-Regolament (UE) Nru 234/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument ta' Sħubija għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u r-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) ma fihomx referenza espliċita għall-possibbiltà li jissospendu l-assistenza f'każijiet fejn pajjiż benefiċjarju jonqos milli josserva l-prinċipji bażiċi mtennija fl-istrument rispettiv u speċjalment il-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijet tal-bniedem.

Il-Parlament Ewropew iqis li kull sospensjoni ta' assistenza taħt dawn l-istrumenti timmodifika l-iskema finanzjarja ġenerali miftiehma skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Bħala koleġiżlatur u fergħa msieħba tal-awtorità baġitarja, il-Parlament Ewropew huwa għalhekk intitolat li jeżerċita bis-sħiħ il-prerogattiva tiegħu f'dak ir-rigward, jekk ikollha tittieħed deċiżjoni bħal din.

Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew dwar il-Benefiċjarji elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II)

Il-Parlament Ewropew jinnota li r-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) juża t-terminu “il-benefiċjarji elenkati fl-Anness I” matul it-test kollu. Il-Parlament Ewropew iqis li dan it-terminu japplika għall-pajjiżi.


(1)  Il-Kummissjoni Ewropea se tkun irrappreżentata fil-livell tal-Kummissarju responsabbli.

(2)  Fejn huwa applikabbli.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/296


P7_TA(2013)0569

Strument ta' Sħubija għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument ta' Sħubija għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi (COM(2011)0843 – C7-0495/2011 – 2011/0411(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 468/70)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0843),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 207(1), 209(2) u 212(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0495/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta' Ottubru 2012 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-4 ta' Diċembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Baġits kif ukoll tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0446/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 391, 18.12.2012, p. 110.


P7_TC1-COD(2011)0411

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument ta' Sħubija għal kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 234/2014.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar id-djalogu strateġiku mal-Parlament Ewropew  (1)

Fuq il-bażi tal-Artikolu 14 tat-TUE, il-Kummissjoni Ewropea se twettaq djalogu strateġiku mal-Parlament Ewropew qabel l-ipprogrammar tar-Regolament (UE) Nru 234/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument ta' Sħubija għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u wara konsultazzjoni inizjali tal-benefiċjarji rilevanti tiegħu, fejn xieraq. Il-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta lill-Parlament Ewropew id-dokumenti rilevanti disponibbli dwar l-ipprogrammar b'allokazzjonijiet indikattivi previsti għal kull pajjiż/reġjun, u, f'pajjiż/reġjun, il-prijoritajiet, ir-riżultati possibbli u l-allokazzjonijiet indikattivi previsti għal kull prijorità għall-programmi ġeografiċi, kif ukoll l-għażla ta' modalitajiet ta' assistenza (2). Il-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta lill-Parlament Ewropew id-dokumenti rilevanti disponibbli dwar l-ipprogrammar bi prijoritajiet tematiċi, riżultati possibbli, l-għażla ta' modalitajiet ta' assistenza2, u l-allokazzjonijiet finanzjarji għal tali prijoritajiet previsti fil-programmi tematiċi. Il-Kummissjoni Ewropea se tqis il-pożizzjoni espressa mill-Parlament Ewropew dwar il-kwistjoni.

Il-Kummissjoni Ewropea se twettaq djalogu strateġiku mal-Parlament Ewropew fit-tħejjija tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu u qabel kwalunkwe reviżjoni sostanzjali tad-dokumenti ta' programmar matul il-perjodu ta' validità ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni Ewropea, jekk tiġi mistiedna mill-Parlament Ewropew, se tispjega fejn l-osservazzjonijiet tal-Parlament Ewropew tqiesu fid-dokumenti ta' programmar u kull segwitu għad-djalogu strateġiku.

Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew dwar is-sospensjoni tal-assistenza mogħtija taħt l-istrumenti finanzjarji

Il-Parlament Ewropewent jinnota li r-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020, ir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewopew ta' Viċinat, ir-Regolament (UE) Nru 234/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument ta' Sħubija għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u r-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) ma fihom l-ebda referenza espliċita għall-possibbiltà li l-assitenza tiġi sospiża f'każijiet fejn pajjiż benefiċjarju jonqos milli josserva l-prinċipji bażiċi mtennija fl-istrument rispettiv u speċjalment il-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijet tal-bniedem.

Il-Parlament Ewropew iqis li kull sospensjoni ta' assistenza taħt dawn l-istrumenti timmodifika l-iskema finanzjarja ġenerali miftiehma skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Bħala koleġiżlatur u fergħa msieħba tal-awtorità baġitarja, il-Parlament Ewropew huwa għalhekk intitolat li jeżerċita bis-sħiħ il-prerogattiva tiegħu f'dak ir-rigward, jekk ikollha tittieħed deċiżjoni bħal din.


(1)  Il-Kummissjoni Ewropea se tkun irrappreżentata fil-livell tal-Kummissarju responsabbli.

(2)  Fejn huwa applikabbli.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/298


P7_TA(2013)0570

Strument ta' finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (COM(2011)0844 – C7-0496/2011 – 2011/0412(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 468/71)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0844),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 209 u 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0496/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Novembru 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta' Ottubru 2012 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud tar-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-4 ta' Diċembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0448/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma’ din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 11, 15.1.2013, p. 81.

(2)  ĠU C 391, 18.12.2012, p. 110


P7_TC1-COD(2011)0412

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għad demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 235/2014.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar id-djalogu strateġiku mal-Parlament Ewropew  (1)

Fuq il-bażi tal-Artikolu 14 tat-TUE, il-Kummissjoni Ewropea se twettaq djalogu strateġiku mal-Parlament Ewropew qabel l-ipprogrammar tar-Regolament (UE) Nru 235/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja u wara konsultazzjoni inizjali tal-benefiċjarji rilevanti tiegħu, fejn xieraq. Il-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta lill-Parlament Ewropew id-dokumenti rilevanti disponibbli dwar l-ipprogrammar b'allokazzjonijiet indikattivi previsti għal kull pajjiż/reġjun, u, f'pajjiż/reġjun, il-prijoritajiet, ir-riżultati possibbli u l-allokazzjonijiet indikattivi previsti għal kull prijorità għall-programmi ġeografiċi, kif ukoll l-għażla ta' modalitajiet ta' assistenza (2). Il-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta lill-Parlament Ewropew id-dokumenti rilevanti disponibbli dwar l-ipprogrammar bi prijoritajiet tematiċi, riżultati possibbli, l-għażla ta' modalitajiet ta' assistenza2, u l-allokazzjonijiet finanzjarji għal tali prijoritajiet previsti fil-programmi tematiċi. Il-Kummissjoni Ewropea se tqis il-pożizzjoni espressa mill-Parlament Ewropew dwar il-kwistjoni.

Il-Kummissjoni Ewropea se twettaq djalogu strateġiku mal-Parlament Ewropew fit-tħejjija tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu u qabel kwalunkwe reviżjoni sostanzjali tad-dokumenti ta' programmar matul il-perjodu ta' validità ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni Ewropea, jekk tiġi mistiedna mill-Parlament Ewropew, se tispjega fejn l-osservazzjonijiet tal-Parlament Ewropew tqiesu fid-dokumenti ta' programmar u kull segwitu għad-djalogu strateġiku.

Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar il-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea jenfasizzaw il-kontribuzzjoni importanti tal-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali tal-Unjoni Ewropea (MOE tal-UE) għad-demokrazija li tappoġġja l-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni f'pajjiżi sħab. Il-MOE tal-UE jikkontribwixxu biex tiżdied it-trasparenza u l-kunfidenza fil-proċessi elettorali, u jipprovdu valutazzjoni informata tal-elezzjonijiet kif ukoll rakkomandazzjonijiet għal aktar titjib tagħhom, fil-kuntest ta' kooperazzjoni u djalogu politiku tal-Unjoni ma' pajjiżi sħab. F'dan ir-rigward, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea jaqblu li sa 25 % tal-baġit matul il-perjodu 2014-2020 tar-Regolament (UE) Nru 235/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument finanzjarju għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja għandhom ikunu ddedikati għall-finanzjament ta' MOE tal-UE, skont il-prijoritajiet elettorali annwali.


(1)  Il-Kummissjoni Ewropea se tkun irrappreżentata fil-livell tal-Kummissarju responsabbli

(2)  Fejn huwa applikabbli.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/300


P7_TA(2013)0571

Il-ħolqien ta' strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-koperazzjoni għall-iżvilupp (COM(2011)0840 – C7-0493/2011 – 2011/0406(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 468/72)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0840),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 209(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0493/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta' Ottubru 2012 (1)

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ittra tal-4 ta' Diċembru 2013 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Baġits kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0450/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni tal-Parlament, u d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni mehmuża ma’ din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 391, 18.12.2012, p. 110.


P7_TC1-COD(2011)0406

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Rgeolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 233/2014.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar id-djalogu strateġiku mal-Parlament Ewropew  (1)

Fuq il-bażi tal-Artikolu 14 tat-TUE, il-Kummissjoni Ewropea se twettaq djalogu strateġiku mal-Parlament Ewropew qabel l-ipprogrammar tar-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni tal-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020 u wara konsultazzjoni inizjali tal-benefiċjarji rilevanti tiegħu, fejn xieraq. Il-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta lill-Parlament Ewropew id-dokumenti rilevanti disponibbli dwar l-ipprogrammar b'allokazzjonijiet indikattivi previsti għal kull pajjiż/reġjun, u, fi ħdan pajjiż/reġjun, il-prijoritajiet, ir-riżultati possibbli u l-allokazzjonijiet indikattivi previsti għal kull prijorità għall-programmi ġeografiċi, kif ukoll l-għażla ta' modalitajiet ta' assistenza (2). Il-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta lill-Parlament Ewropew id-dokumenti rilevanti disponibbli dwar l-ipprogrammar bi prijoritajiet tematiċi, riżultati possibbli, għażla ta' modalitajiet ta' assistenza2, u allokazzjonijiet finanzjarji għal tali prijoritajiet previsti fil-programmi tematiċi. Il-Kummissjoni Ewropea se tqis il-pożizzjoni espressa mill-Parlament Ewropew dwar il-kwistjoni.

Il-Kummissjoni Ewropea se twettaq djalogu strateġiku mal-Parlament Ewropew fit-tħejjija tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu u qabel kwalunkwe reviżjoni sostanzjali tad-dokumenti ta' programmar matul il-perjodu ta' validità ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni Ewropea, jekk tiġi mistiedna mill-Parlament Ewropew, se tispjega fejn l-osservazzjonijiet tal-Parlament Ewropew tqiesu fid-dokumenti ta' programmar u kull segwitu għad-djalogu strateġiku.

Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar il-punt (ii) tal-punt (b) tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument għall-kooperazzjoni tal-Iżvilupp għall-perjodu 2014-2020

Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-punt (ii) tal-punt (b) tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strumentgħall-kooperazzjoni tal-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020 fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta' dak ir-Regolament, dawn il-pajjiżi msieħba jitqiesu eliġibbli għal kooperazjoni bilaterali, bħala każijiet eċċezzjonali, inkluż fid-dawl tal-eliminazzjoni gradwali tal-għoti ta' għajnuna għall-iżvilupp: Kuba, il-Kolombja, l-Ekwador, il-Peru u l-Afrika t'Isfel.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument għall-kooperazzjoni tal-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020

Il-Kummissjoni Ewropea se tfittex il-fehmiet tal-Parlament Ewropew qabel tibdel l-applikazzjoni tal-punt (ii) tal-punt (b) tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument għall-kooperazzjoni tal-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-allokazzjoni għal servizzi bażiċi

Ir-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument għall-kooperazzjoni tal-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020 għandu jippermetti li l-Unjoni tikkontribwixxi biex tissodisfa l-impenn konġunt tal-Unjoni li tipprovdi appoġġ kontinwu għall-iżvilupp tal-bniedem biex tittejjeb ħajjet in-nies b'konformità mal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju. Mill-inqas 20 % tal-assistenza allokata taħt ir-Regolament se tkun allokata għal servizzi soċjali bażiċi, b'enfasi fuq is-saħħa u l-edukazzjoni, u għall-edukazzjoni sekondarja, filwaqt li jkun rikonoxxut li livell ta' flessibilità irid jkun in-norma, bħal każijiet fejn tkun involuta assistenza eċċezzjonali. Id-dejta li tikkonċerna r-rispett ta' din id-dikjarazzjoni se tkun inkluża fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrument tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjoni esterna.

Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew dwar is-sospensjoni ta' assistenza mogħtija taħt l-istrumenti finanzjarji

Il-Parlament Ewropew jinnota li r-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020, ir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewopew ta' Viċinat, ir-Regolament (UE) Nru 234/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument ta' Sħubija għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u r-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) ma fihom l-ebda referenza espliċita għall-possibbiltà li l-assitenza tiġi sospiża f'każijiet fejn pajjiż benefiċjarju jonqos milli josserva l-prinċipji bażiċi mtennija fl-istrument rispettiv u speċjalment il-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijet tal-bniedem.

Il-Parlament Ewropew iqis li kull sospensjoni ta' assistenza taħt dawn l-istrumenti timmodifika l-iskema finanzjarja ġenerali miftiehma skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Bħala koleġiżlatur u fergħa msieħba tal-awtorità baġitarja, il-Parlament Ewropew huwa għalhekk intitolat li jeżerċita bis-sħiħ il-prerogattiva tiegħu f'dak ir-rigward, jekk ikollha tittieħed deċiżjoni bħal din.


(1)  Il-Kummissjoni Ewropea se tkun irrappreżentata fil-livell tal-Kummissarju responsabbli.

(2)  Fejn huwa applikabbli.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/303


P7_TA(2013)0572

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni 2014-2020 ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014 – 2020) (COM(2011)0608 – C7-0319/2011 – 2011/0269(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 468/73)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0608),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 175, 42 u 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0319/2011),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 175 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata mressqa, fi ħdan il-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, mill-Parlament Daniż, mis-Senat Olandiż u l-Kamra tar-Rappreżentanti Oliandiża u mill-Parlament Żvediż, li affermaw li l-abbozz tal-att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-23 ta' Frar 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-3 ta’ Mejju 2012 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta' Ottubru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7–0005/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 143, 22.5.2012, p. 42.

(2)  ĠU C 225, 27.7.2012, p. 159.


P7_TC1-COD(2011)0269

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1309/2013.)


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/305


P7_TA(2013)0573

L-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (COM(2013)0348 – C7-0200/2013 – 2013/0188(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2016/C 468/74)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0348),

wara li kkunsidra l-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0200/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0376/2013),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill jerġa’ jikkonsultah jekk beħsiebu jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

F'dawn l-aħħar snin, l-isfida ppreżentata mill-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa żdiedet konsiderevolment u saret punt fokali ta' tħassib fl-Unjoni u fuq il-livell globali. Introjtu li ma jiġix irrappurtat u ntaxxat qiegħed inaqqas konsiderevolment id-dħul nazzjonali mit-taxxi. Għaldaqstant, il-ħtieġa li jiżdiedu l-effiċjenza u l-effikaċja fil-ġbir tat-taxxi hija waħda urġenti. L-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni jikkostitwixxi għodda importanti f'dan ir-rigward u l-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' Diċembru 2012 li fiha Pjan ta' azzjoni biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni (8) tat-taxxa enfasizzat il-ħtieġa li tippromwovi b'mod vigoruż l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni bħala l-istandard futur Ewropew u internazzjonali tat-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni fi kwistjonijiet tat-taxxa. Il-Kunsill Ewropew fit-22 ta' Mejju 2013 talab l-estensjoni tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni fil-livelli tal-Unjoni u globali bil-għan li jiġu miġġielda l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa.

(1)

F'dawn l-aħħar snin, l-isfida ppreżentata mill-frodi fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa żdiedet konsiderevolment u saret punt fokali ta' tħassib fl-Unjoni u fuq il-livell globali , speċjalment fi żminijiet ta’ kriżi . Introjtu li ma jiġix irrappurtat u ntaxxat qiegħed inaqqas konsiderevolment id-dħul nazzjonali mit-taxxi u joħloq kundizzjonijiet għal kompetizzjoni inġusta u jwassal għal telf . Għaldaqstant, il-ħtieġa li jiżdiedu l-effiċjenza u l-effikaċja fil-ġbir tat-taxxi hija waħda urġenti. Għandhom jitwaqqfu sistemi effettivi għat-titjib tal-effiċjenza tal-ġbir tat-taxxa u biex jiġi determinat liema liġi tat-tassazzjoni ta' Stat Membru hija applikabbli. L-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni jikkostitwixxi għodda importanti f'dan ir-rigward u l-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta' Diċembru 2012 li fiha Pjan ta' azzjoni biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni (8) tat-taxxa enfasizzat il-ħtieġa li tippromwovi b'mod vigoruż l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni bħala l-istandard futur Ewropew u internazzjonali tat-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni fi kwistjonijiet tat-taxxa. Il-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar il-Ġlieda kontra l-Frodi tat-Taxxa, l-Evażjoni tat-Taxxa u r-Rifuġji tat-Taxxa u  (9) l-Kunsill Ewropew fit-22 ta’ Mejju 2013 talbu l-estensjoni tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni fil-livelli tal-Unjoni u globali bil-għan li jiġu miġġielda l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa.

Emenda 2

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

Fil-passat il-politika fiskali ġiet ikkunsidrata bħala kwistjoni esklużivament nazzjonali, fejn l-UE m’għandhiex x’taqsam. Illum il-ġurnata, minħabba l-globalizzazzjoni, it-taxxa ukoll trid tiġi diskussa fil-livell tal-Unjoni. Ikun iktar effiċjenti u effettiv li tkun il-Kummissjoni li tikkoordina l-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa f’isem l-Istati Membri, milli jkun hemm serje ta’ ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri. Teżisti varjazzjoni ta' standards differenti għall-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni minn pajjiż għall-ieħor. Din hi kwistjoni kumplessa għalxejn u timponi spejjeż għoljin li huma bla bżonn, kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-istituzzjonijiet finanzjarji fi ħdan l-Unjoni.

Emenda 3

Proposta għal direttiva

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)

Id-definizzjonijiet relatati mad-Direttiva 2011/16/UE għandhom jiġu żviluppati f 'koordinazzjoni mal-ħidma tal-OECD f'dan il-qasam, bl-iskop li jipprovdu spjegazzjonijiet aktar ċari, jissimplifikaw il-qafas regolatorju u jsaħħu l-koerenza tal-emendi għal dik id-Direttiva.

Emenda 4

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Kif enfasizzat mit-talba tal-Kunsill Ewropew, huwa xieraq li titressaq 'il quddiem l-estensjoni ta' skambju awtomatiku tal-informazzjoni diġà prevista fl-Artikolu 8(5) tad-Direttiva 2011/16/UE. Inizjattiva tal-Unjoni tiżgura approċċ koerenti, konsistenti u komprensiv mifrux mal-Unjoni kollha għall-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni fis-suq intern li jwassal għal iffrankar fl-ispejjeż kemm għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa kif ukoll għall-operaturi ekonomiċi .

(3)

Kif enfasizzat mit-talba tal-Kunsill Ewropew, huwa xieraq li titressaq 'il quddiem l-estensjoni ta' skambju awtomatiku tal-informazzjoni diġà prevista fl-Artikolu 8(5) tad-Direttiva 2011/16/UE. Inizjattiva tal-Unjoni tiżgura approċċ koerenti, konsistenti u komprensiv mifrux mal-Unjoni kollha għall-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni fis-suq intern u hi importanti sabiex titjieb l-effikaċja tas-sistemi tat-taxxa u biex jissaħħaħ is-suq intern fejn il-koeżistenza ta' 28 sistema tat-taxxa nazzjonali tqajjem kwistjonijiet ta' tassazzjoni doppja u tgħawiġ tal-kompetizzjoni . Mhumiex biss l-Istati Memrbi li se jibbenefikaw mill-iskambju ta’ informazzjoni fuq bażi ugwali, iżda ukoll, l-Unjoni tkun tista’ tieħu rwol mexxej fil-promozzjoni internazzjonali ta’ standards simili.

Emenda 5

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)

L-Istati Membri għandhom jimplimentaw kooperazzjoni amministrattiva u skambju ta’ informazzjoni li ma jiksrux id-drittijiet proċedurali u d-dritt għall-privatezza tal-kontribwenti.

Emenda 6

Proposta għal direttiva

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)

Bi qbil mar-rapport tal-OECD tad-19 ta’ Ġunju 2013 u d-Dikjarazzjoni tal-Mexxejja tal-G20 ta’ San Pietruburgu tas-6 ta’ Settembru 2013, l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni għandu jkun ibbażat fuq mudell komuni u globali li jiżgura privatezza suffiċjenti u l-użu korrett ta’ informazzjoni skambjata. L-estensjoni tal-ambitu tal-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni tat-taxxa se jkun il-kontribut tal-Unjoni għall-ħidma tal-OECD u għandha ttejjeb il-possibilitajiet ta’ ħolqien ta’ sistema globali koerenti bbażata fuq l-istandard il-ġdid tal-OECD li għandu jiġi ppreżentat fi Frar 2014.

Emenda 7

Proposta għal direttiva

Premessa 3c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3c)

Meta dejta tiġi sottomessa lill-awtoritajiet tat-taxxa għal finijiet ta’ skambju ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi oħra, huwa importanti li jiġi ċċarat kif dawk l-awtoritajiet jistgħu jużaw dik id-dejta.

Emenda 9

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)

Sabiex jitnaqqsu l-ambigwitajiet u l-inkonsistenzi, u biex ikun hemm iffrankar fl-ispejjeż, huwa essenzjali li l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva tiġi kkoordinata flimkien mal-implimentazzjoni tal-FATCA.

Emenda 10

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Il-konklużjoni ta' ftehimiet paralleli u mhux koordinati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2011/16/UE twassal għal distorsjonijiet li jkunu ta' detriment għall-funzjonament tajjeb tas-Suq intern. Skambju awtomatiku tal-informazzjoni mkabbar fuq il-bażi ta' strument leġiżlattiv għall-UE kollha għandu jneħħi l-ħtieġa għall-Istati Membri sabiex jinvokaw dik id-dispożizzjoni, bil-għan li jikkonkludu ftehimiet bilaterali jew multilaterali li jistgħu jitqiesu xierqa dwar l-istess suġġett fl-assenza ta' leġiżlazzjoni relevanti tal-Unjoni.

(5)

Il-konklużjoni ta' ftehimiet paralleli u mhux koordinati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2011/16/UE twassal għal distorsjonijiet li jkunu ta' detriment għall-funzjonament tajjeb tas-Suq intern u għall-approċċ fil-livell tal-Unjoni b’mod globali . Skambju awtomatiku tal-informazzjoni mkabbar fuq il-bażi ta' strument leġiżlattiv għall-UE kollha għandu jneħħi l-ħtieġa għall-Istati Membri sabiex jinvokaw dik id-dispożizzjoni, bil-għan li jikkonkludu ftehimiet bilaterali jew multilaterali li jistgħu jitqiesu xierqa dwar l-istess suġġett fl-assenza ta' leġiżlazzjoni relevanti tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-Unjoni se tkun ukoll f’pożizzjoni ta’ negozjar aħjar sabiex tipprova tikseb standards ogħla ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa fuq livell globali.

Emenda 11

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

Għaddejja ħidma fl-OECD biex jiġi definit mudell ta’ ftehim bilaterali u multilaterali ta’ skambju ta’ informazzjoni. Barra minn hekk, għaddejjin negozjati bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u numru kbir ta’ pajjiżi oħrajn għall-implimentazzjoni tal-FATCA permezz ta’ ftehimiet bilaterali. L-emendi proposti għad-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa jirregolaw f’miżura kbira l-iskambju ta’ informazzjoni kopert mil-liġi FATCA u l-ħidma tal-OECD. Il-Kummissjoni għandha tiċċara r-relazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet regulatorji sabiex tiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa u l-istituzzjonijiet finanzjarji responsabbli mill-applikazzjoni ta' dawk l-emendi jkunu jistgħu jimplimentawhom.

Emenda 12

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)

Il-kategoriji l-ġodda tal-introjtu u l-kapital fir-rigward ta' din id-Direttiva jintroduċu obbligu li jkun stabbilit l-iskambju ta’ informazzjoni skont l-interpretazzjoni tagħhom fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li jikkomunika l-informazzjoni.

Emenda 13

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)

L-għan tad-dispożizzjoni attwali għall-għoti ta' informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa, dwar id-dħul minn kapitali u servizzi hi inter alia biex isservi bħala bażi ta’ tassazzjoni u għall-iskambji ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi oħra. Jekk ir-rekwiżit li tingħata informazzjoni jiġi mibdul u l-informazzjoni tinkiseb sempliċement biex taqdi l-iskambju ta’ informazzjoni, huwa importanti li jiġi ċċarat il-mod kif l-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali se jitħallew jużaw din l-informazzjoni.

Emenda 15

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

Kull Stat Membru għandu jistipula penali għall-ksur ta' din id-Direttiva u għandu jieħu l-miżuri adegwati biex tkun żgurata l-konformità.

Emenda 16

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(10)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari fl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Fid-dawl tas-sensittività tad-dejta li trid tinġabar, għandha tingħata attenzjoni speċifika lir-rispett għad-drittijiet ta' privatezza u l-aspettattiva leġittima tal-kunfidenzjalità, partikolarment matul il-proċess ta' stħarriġ.

Emenda 17

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt b

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8 – paragrafu 3a – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.   L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha, permezz ta' skambju awtomatiku, tikkomunika lill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor, informazzjoni rigward perjodi taxxabbli mill-1 ta' Jannar 2014 fir-rigward tal-punti li ġejjin li huma mħallsa, garantiti jew miżmuma minn istituzzjoni finanzjarja għall-benefiċċju dirett jew indirett ta' sid benefiċjarju li jkun persuna fiżika residenti f'dak l-Istat Membru l-ieħor:

3a.   L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru għandha, permezz ta’ skambju awtomatiku, tikkomunika, lill-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor, informazzjoni rigward perjodi taxxabbli mill-1 ta’ Jannar 2014 fir-rigward tal-punti li ġejjin , bi qbil mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li huma mħallsa, garantiti jew miżmuma minn istituzzjoni finanzjarja għall-benefiċċju dirett jew indirett ta’ sid benefiċjarju li jkun persuna fiżika residenti f’dak l-Istat Membru l-ieħor:

Emenda 18

Proposta għal Direttiva

Artikolu 1 – punt ba (ġdid)

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8 – paragrafu 4

Present text

Emenda

 

(ba)

Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

4.   Qabel l-1 ta' Lulju 2016, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni fuq bażi annwali bi statistiki dwar il-volum ta' skambji awtomatiċi u, sa fejn ikun possibbli, b'informazzjoni dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji amministrattivi u oħrajn rilevanti relatata mal-iskambji li seħħew u bidliet poten- zjali oħrajn, kemm għall-amministrazzjonijiet fiskali u kif ukoll għall-partijiet terzi.

“4.   Qabel l-1 ta' Lulju 2016, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni fuq bażi annwali bi statistiki dwar il-volum ta' skambji awtomatiċi u, sa fejn ikun possibbli, b'informazzjoni dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji amministrattivi u oħrajn rilevanti relatata mal-iskambji li seħħew u bidliet poten- zjali oħrajn, kemm għall-amministrazzjonijiet fiskali u kif ukoll għall-partijiet terzi. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-informazzjoni riċevuta.” -{}-

Emenda 19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt c

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Qabel l-1 ta' Lulju 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jipprovdi ħarsa ġenerali u valutazzjoni tal-istatistika u l-informazzjoni riċevuta, dwar kwistjonijiet bħall-ispejjeż amministrattivi u oħrajn rilevanti u l-benefiċċji tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni, kif ukoll l-aspetti prattiċi marbuta ma' dan. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Kunsill rigward il-kategoriji u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, inkluża l-kundizzjoni li għandha tkun disponibbli l-informazzjoni li tikkonċerna lil residenti fi Stati Membri oħra jew l-elementi msemmija fil-paragrafu 3a, jew it-tnejn.

5.   Qabel l-1 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport li jipprovdi ħarsa ġenerali u valutazzjoni tal-impatt tal-istatistika u l-informazzjoni riċevuta, dwar kwistjonijiet bħall-ispejjeż amministrattivi u oħrajn rilevanti u l-benefiċċji tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni, kif ukoll l-aspetti prattiċi marbuta ma’ dan. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward il-kategoriji ta' dħul u ta' kapital u/jew il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, jew it-tnejn li huma, inkluża l-kundizzjoni li għandha tkun disponibbli l-informazzjoni li tikkonċerna lil residenti fi Stati Membri oħra jew l-elementi msemmija fil-paragrafu 3a, jew it-tnejn.

Emenda 21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 18 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Fl-Artikolu 18, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"2a.     Stat Membru għandu jistipula penali għall-ksur ta' din id-Direttiva u għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura l-konformità magħha. Tali penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u persważivi.

Emenda 22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1b (ġdid)

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.     Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

“Artikolu 19a

 

Mandat għal negozjati ma’ pajjiżi terzi

 

Minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], il-Kummissjoni biss, għandha tinnegozja ftehimiet ma’ pajjiżi terzi dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni (AEOI) f’isem l-Unjoni. Għaldaqstant, minn dik id-data, l-Istati Membri m’għandhomx jidħlu fi ftehimiet bilaterali.”

Emenda 23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1c (ġdid)

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.     Fl-Artikolu 22(1), il-punt li ġej qed jiġi miżjud:

 

“(ca)

ikunu disponibbli r-riżorsi umani, teknoloġiċi u finanzjarji meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, fid-dawl tal-ammont u l-kumplessità tal-informazzjoni soġġetta għall-iskambju awtomatiku mill-1 ta' Jannar 2015.”

Emenda 24

Proposta għal Direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1d (ġdid)

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 23 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

 

1d.     Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni valutazzjoni annwali tal-effikaċja tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni imsemmi fl-Artikolu 8 kif ukoll ir-riżultati prattiċi miksuba. Il-forma u l-kondizzjonijiet ta' komunikazzjoni ta' dik il-valutazzjoni annwali għandhom jiġu adottati mill- Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).

“3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni valutazzjoni annwali tal-effikaċja tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni imsemmi fl-Artikolu 8 kif ukoll ir-riżultati prattiċi miksuba. Il-forma u l-kondizzjonijiet ta' komunikazzjoni ta' dik il-valutazzjoni annwali għandhom jiġu adottati mill- Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2). Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew f'komunikazzjoni annwali, dwar il-valutazzjonijiet mill-Istati Membri.”

Emenda 25

Proposta għal Direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1e (ġdid)

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 25

Test fis-seħħ

Emenda

 

1e.     L-Artikolu 25 jinbidel b'dan li ġej:

L-iskambju kollu ta' informazzjoni skont din id-Direttiva għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet li jimplimentaw id- Direttiva 95/46/KE. Madankollu, għall-fini tal-applikazzjoni korretta ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jillimitaw l-ambitu tal-obbligi u d-drittijiet previsti fl-Artikolu 10, l-Artikolu 11(1), l-Artikoli 12 u 21 tad-Direttiva 95/46/KE safejn meħtieġ sabiex jiġu salvagwardati l-interessi msemmija fl- Artikolu 13(1)(e) ta' dik id-Direttiva.

1.    L-iskambju kollu ta' informazzjoni skont din id-Direttiva għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet li jimplimentaw id- Direttiva 95/46/KE. Madankollu, għall-fini tal-applikazzjoni korretta ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jillimitaw l-ambitu tal-obbligi u d-drittijiet previsti fl-Artikolu 10, l-Artikolu 11(1), l-Artikoli 12 u 21 tad-Direttiva 95/46/KE safejn speċifikament meħtieġ sabiex jiġu salvagwardati l-interessi msemmija fl- Artikolu 13(1)(e) ta' dik id-Direttiva.

 

2.     "L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jipproteġu l-informazzjoni skambjata minn aċċess mhux awtorizzat minn partijiet terzi jew minn pajjiżi terzi.”

Emenda 31

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.     Sa … * [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-funzjonament ta' din id-Direttiva u, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Kunsill biex jipprovdu għat-trasparenza tal-iskambji ta' informazzjoni.


(8)  COM(2012)0722 finali.

(8)  COM(2012)0722 finali.

(9)   Testi adottati, P7_TA(2013)0205.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/316


P7_TA(2013)0574

Sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi (COM(2012)0561 – C7-0320/2012 – 2011/0225(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 468/75)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2012)0561),

wara li kkunsidra l-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat Euratom, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0320/2012),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Frar 2012 (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0385/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tibdel il-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 143, 22.5.2012, p. 110.


P7_TC1-COD(2011)0225

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi [Em. 1]

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea , u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 31 u l-Artikolu 32 l-Artikolu 91 tiegħu, [Em. 2]

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, imfassla wara li kisbet l-opinjoni ta’ grupp ta’ persuni maħtura mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea , [Em. 3]

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja  (2), [Em. 4]

Billi:

(1)

L-Artikolu 33 tat-Trattat jesiġi li l-Istati Membri jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet xierqa sabiex jiżguraw il-konformità mal-istandards bażiċi tas-sikurezza għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali minn perikli li jirriżultaw minn radjazzjoni jonizzanti.

(2)

L-istandards bażiċi ta’ sikurezza għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali minn perikli li jirriżultaw mir-radjazzjoni jonizzanti huma stabbiliti mid-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom (3). Dik id-Direttiva tapplika għall-prattiki kollha li jinvolvu riskju ta’ radjazzjoni jonizzanti li toriġina minn sors ta’ radjazzjoni artifiċjali jew naturali, inkluż it-trasport.

(3)

Sabiex tkun żgurata l-konformità mal-istandards bażiċi tas-sikurezza persuni, organizzazzjonijiet jew impriżi huma soġġetti għal kontroll regolatorju mill-awtoritajiet tal-Istati Membri. Għal dak il-għan, id-Direttiva 96/29/Euratom tesiġi li l-Istati Membri jissottomettu ċerti prattiki li jinvolvu periklu minn radjazzjoni jonizzanti għal sistema ta’ rapportar u awtorizzazzjoni minn qabel jew li jipprojbixxu ċerti prattiki.

(4)

Peress li t-trasport huwa l-unika prattika ta’ natura transfruntiera frekwenti, it-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi jistgħu jkunu meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti relatati mas-sistemi ta’ rapportar u awtorizzazzjoni f’diversi Stati Membri. Dan ir-Regolament jissostitwixxi dawk is-sistemi ta’ rapportar u awtorizzazzjoni fl-Istati Membri b’sistema ta’ reġistrazzjoni unika valida fil-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika kollha (minn hawn il-quddiem “il-Komunità”).

(4a)

Hemm il-ħtieġa li tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti u armonizzata ta’ dan ir-Regolament billi jiġu definiti kriterji komuni li l-Istati Membri għandhom japplikaw biex joħorġu ċertifikati ta’ reġistrazzjonijiet u billi jitwaqqaf mekkaniżmu għall-iskambju fattibbli u obbligatorju ta’ informazzjoni ma’ Stati Membri oħrajn sabiex jiġi żgurat il-kontroll tat-trasportaturi, il-verifika tal-konformità, u r-reazzjoni effiċjenti f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. [Em. 5]

(5)

Għat-trasportaturi bl-ajru u bil-baħar, diġà jeżistu tali sistemi ta’ reġistrazzjoni u ċertifikazzjoni. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (4) jistabbilixxi li t-trasportaturi tal-ajru jeħtieġu ċertifikat ta’ operatur tal-ajru speċifiku għat-trasportazzjoni ta’ oġġetti perikolużi. Għat-trasport bil-baħar, id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità. Iċ-ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili u s-sistema ta’ rapportar għal bastimenti marittimi huma meqjusa bħala li jimplimentaw b’mod sodisfaċenti r-rekwiżiti ta’ rapportar u awtorizzazzjoni tad-Direttiva 96/29/Euratom. Għaldaqstant, ir-reġistrazzjoni ta’ trasportaturi bl-ajru u bil-baħar taħt dan ir-Regolament mhijiex neċessarja biex tippermetti lill-Istati Membri jiżguraw il-konformità mal-istandards bażiċi tas-sikurezza f’dawn il-modi ta’ trasport.

(6)

Trasportaturi ta’ materjal radjuattiv huma soġġetti għal għadd ta’ rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u tal-Euratom kif ukoll strumenti legali internazzjonali. Ir-Regolamenti tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) għat-Trasport Sikur ta’ Materjal Radjuattiv (TS-R-1) u r-Regolamenti Mudell għat-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi jibqgħu japplikaw direttament jew jiġu implimentati mill-Istati Membri taħt id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għat-trasport bit-triq, bil-ferrovija u fl-ilmijiet navigabbli interni. Id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva huma, madankollu, mingħajr ħsara għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra fl-oqsma tas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali u l-protezzjoni ambjentali.

(6a)

Sabiex jitqiesu r-riskji possibbli relatati mal-istandards ta' sikurezza għall-ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta' kriterji komuni li jridu jkunu osservati mit-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi sabiex jiksbu ċertifikat ta' reġistrazzjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 60]

(7)

Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(7a)

Fid-dawl tal-mira wiesgħa li jitnaqqas il-piż regolatorju minn fuq l-industrija, il-Kummissjoni għandha tkompli timmonitora l-impatt ekonomiku ta’ dan ir-Regolament fuq il-ħafna negozji żgħar li jittrasportaw materjal radjuattiv fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed. [Em. 7]

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni għall-awtorizzazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ trasportaturi ta’ materjali radjuattivi li tiffaċilita l-kompitu tal-Istati Membri li jiżguraw li l-istandards bażiċi tas-sikurezza għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali minn perikli li joriġinaw minn radjazzjonijiet jonizzanti stabbiliti bbażata fuq id-Direttiva 2008/68/KE u fid-Direttiva 96/29/Euratom qed jiġu osservati. [Em. 8]

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal kwalunkwe trasportatur li jittrasporta materjali radjuattivi bit-triq, bil-ferrovija u fuq mogħdijiet tal-ilma interni, fi ħdan il-Komunità, minn pajjiżi terzi għall-Komunità u mill-Komunità għal pajjiżi terzi. Dan ma għandux japplika għal trasportaturi li jittrasportaw materjali radjuattivi bl-ajru u bil-baħar. [Em. 9]

2a.     Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrattaw il-protezzjoni tat-trasport ta' materjali radjuattivi kontra s-serq, is-sabotaġġ jew atti malizzjużi oħrajn. [Em. 10]

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament

(a)

“trasportatur” tfisser kwalunkwe persuna, organizzazzjoni jew impriża pubblika li twettaq il-ġarr ta' materjal radjuattiv permezz ta' kwalunkwe mezz ta' trasport fil-Komunità. Dan jinkludi trasportaturi li joperaw f'isem ħaddieħor jew f'isimhom; [Em. 11]

(b)

“awtorità kompetenti” tfisser kwalunkwe awtorità deżinjata mill-Istat Membru sabiex twettaq kompiti previsti f'dan ir-Regolament;

(ba)

“kriterji komuni” tfisser sett ta' standards ta' sikurezza bbażati fuq ir-Regolamenti Mudell għat-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi (il-Ftehim dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq (ADR), ir-Regolamenti dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bil-Ferrovija (RID), u l-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi tal-Ilma Interni (ADN)), id-Direttiva 96/29/Euratom u d-Direttiva 2008/68/KE li t-trasportaturi ta' materjali radjuattivi jkollhom jikkonformaw magħhom sabiex jakkwistaw ċertifikat ta' reġistrazzjoni; [Em. 12]

(c)

“trasport” tfisser l-operazzjonijiet kollha tat-trasport li jsiru mit-trasportatur mill-post tal-oriġini għall-post tad-destinazzjoni, inklużi t-tagħbien, il-ħżin waqt it-tranżitu u l-ħatt ta’ materjal radjuattiv; [Em. 13]

(d)

“materjal radjuattiv”tfisser kwalunkwe materjal li fih radjunuklidi fejn kemm il-konċentrazzjoni tal-attività kif ukoll l-attività totali fil-kunsinna jaqbżu l-valuri speċifikati fil-paragrafi 402–407 tar-Regolamenti tal-IAEA għat-Trasport Sikur ta’ Materjal Radjuattiv, Rekwiżiti tas-Sikurezza Nru TS-R-1, Vjenna, 2009; għandu l-istess tifsira bħal dik fir-Regolamenti Mudell għat-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi (ADR, RID u ADN) li huma implimentati mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2008/68/KE ; [Em. 14]

(e)

“oġġetti perikolużi ta’ konsegwenzi għoljin – materjal radjuattiv” tfisser materjal radjuattiv li għandu l-potenzjal għal rilaxx aċċidentali jew li jintuża ħażin f’inċident terroristiku u li jista’, minħabba dan, jipproduċi konsegwenzi serji bħal korrimenti tal-massa jew qerda tal-massa kif iddefinit fl-Appendiċi A.9. tas-Sensiela dwar is-Sikurezza Nukleari tal-IAEA Nru 9 “Sikurezza fit-Trasport ta' Materjal Radjuattiv”, Vjenna, 2008; [Em. 15]

(f)

“pakkett ta’ eċċezzjoni” tfisser kwalunkwe pakkett li fih il-kontenut radjuattiv permess ma jaqbiżx il-livelli ta’ attività stabbiliti fit-Tabella V tat-Taqsima IV tar-Regolamenti tal-IAEA għat-Trasport Sikur ta’ Materjal Radjuattiv, Rekwiżiti tas-Sikurezza Nru TS-R-1, Vjenna, 2009, jew wieħed minn għaxra ta’ dawn il-limiti għat-trasport bil-posta u li huwa tikkettat bħala NU Nru 2908, 2909, 2910 jew 2911; materjal radjuattiv li jissodisfa r-rekwiżiti għall-pakketti kklassifikati bħala “pakketti ta' eċċezzjoni” kif speċifikat fir-Regolamenti Mudell għat-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi (ADR, RID u ADN) li huma implimentati mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2008/68/KE ; [Em. 16]

(g)

“materjal fissili” tfisser uranju-233, uranju-235, plutonju-239 u plutonju-241 jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn ir-radjunuklidi.

Artikolu 3

Dispożizzjonjiet ġenerali

1.   It-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi għandu jkollhom reġistrazzjoni valida miksuba skont l-Artikolu 5. Ir-reġistrazzjoni għandha tippermetti li trasportatur iwettaq it-trasport mal-Unjoni kollha kemm hi.

2.   Operazzjonijiet individwali tat-trasport għandhom ikunu akkumpanjati minn kopja taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tat-trasportatur jew mil-liċenzja jew ir-reġistrazzjoni miksuba skont il-proċedura nazzjonali applikabbli fil-każ tat-trasport imsemmi fil-paragrafu 3. [Em. 17]

3.   Detentur ta’ liċenzji jew reġistrazzjonijiet validi maħruġa skont id-Direttiva 96/29/Euratom għall-immaniġġar ta’ materjal radjuattiv jew għall-użu ta’ tagħmir li fih materjal jew sorsi radjuattivi jista’ jittrasporta dawn il-materjali jew sorsi mingħajr ir-reġistrazzjoni taħt dan ir-Regolament jekk it-trasportazzjoni hija inkluża fil-liċenzji jew ir-reġistrazzjonijiet għall-Istati Membri kollha fejn isir it-trasport. [Em. 18]

4.   Rekwiżiti ta’ rapportar u awtorizzazzjoni nazzjonali li huma addizzjonali għar-rekwiżiti stabbiliti b’dan ir-Regolament jistgħu japplikaw biss għat-trasportaturi tal-materjali li ġejjin, imma mhumiex limitati għalihom :

(a)

materjal fissili, minbarra uranju naturali jew uranju mfaqqar li ġie rradjat f’reattur termali biss;

(b)

oġġetti perikolużi ta’ konsegwenzi għoljin riskju għoli  – materjal radjuattiv. [Em. 52]

5.   Mhijiex se tkun meħtieġa reġistrazzjoni għat-trasportaturi li jittrasportaw esklużivament pakketti ta' eċċezzjoni.

5a.     Kwalunkwe trasport ta’ materjali radjuattivi għandu jsir f’konformità mar-regoli u l-istandards internazzjonali stabbiliti mill-NU/KEE dwar l-oġġetti perikolużi u li jniġġsu, kif ukoll ADR, RID, u ADN, kif iddefinit fid-Direttiva 2008/68/KE. [Em. 19]

5b.     Fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, l-applikant għandu jressaq evidenza tal-kapaċità finanzjarja tiegħu biex jipprovdi kumpens għal kwalunkwe dannu fil-każ ta’ inċident fejn il-konvoj tiegħu jkun responsabbli, b'konformità mal-prinċipju 'min iniġġes iħallas'. [Em. 53]

5c.     Il-ġarr ta' materjal radjuattiv fuq konvoj li jkun qed jittrasporta l-isplussivi għandu jiġi pprojbit. [Em. 54]

Artikolu 4

Sistema Elettronika għar-Reġistrazzjoni tat-Trasportaturi (ESCReg)

1.   Sistema Elettronika għar-Reġistrazzjoni tat-Trasportaturi (ESCReg) għandha tiġi stabbilita , mantnuta u magħmula sikura mill-Kummissjoni, li tkun responsabbli wkoll għall-manutenzjoni tagħha, għas-superviżjoni u l-kontroll tat-trasport tar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjal radjuattiv. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fis-sistema, l-ispeċifikazzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi għall-ESCReg. Sabiex tiġi evitata interpretazzjoni ħażina, dawk l-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikunu kompluti u mhux ambigwi. [Em. 20]

1a.     L-ESCReg għandha tkun sikura, soda u kompletament operazzjonali qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk għandu jitfassal mekkaniżmu għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESCReg sabiex, tal-anqas, jiġi ffaċilitat it-trasport transkonfinali. [Em. 21]

2.   L-ESCReg għandha tagħti aċċess ristrett u sikur lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, lil trasportaturi rreġistrati u lil applikanti, soġġett għad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-protezzjoni ta' dejta personali, kif stabbilit bid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess għad-dejta kollha disponibbli. L-ESCReg għandha tipprovdi aċċess lill-pubbliku għal-lista ta' trasportaturi rreġistrati. [Em. 22]

3.   Il-Kummissjoni ma għandhiex tkun responsabbli L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-kontenut u l-eżattezza ta’ informazzjoni sottomessa permezz tal-ESCReg , li għandha tkun preċiża, f'waqtha u trasparenti . [Em. 23]

Artikolu 5

Proċedura ta’ reġistrazzjoni

1.   Trasportatur għandu japplika għar-reġistrazzjoni permezz tal-ESCReg mal-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 3 . [Em. 24]

It-trasportatur applikant għandu jissottometti l-formola tal-applikazzjoni elettronika mimlija stabbilita fl-Anness I.  Għandhom ikunu disponibbli fi kwalunkwe ħin sabiex jgħinu lill-applikant linji gwida onlajn li jkun fihom informazzjoni ta' kuntatt u informazzjoni dwar kif jista' jiġi kkuntattjat il-punt ta' kuntatt jew l-awtorità kompetenti. [Em. 25]

Għandu japplika perjodu tranżitorju ta' sena wara ..  (*1) , sabiex it-trasportaturi kollha japplikaw u jakkwistaw ċertifikat ta' reġistrazzjoni skont dan ir-Regolament. F'dan il-perjodu tranżitorju, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/29/Euratom u d-Direttiva 2008/68/KE. [Em. 26]

2.   Mal-mili u s-sottomissjoni tal-formola tal-applikazzjoni, l-applikant għandu jirċievi konferma awtomatika li l-applikazzjoni tkun waslet, flimkien man-numru tal-applikazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tirċievi l-istess konferma. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli biex tiżgura konformitá mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Fil-każ ta' rifjut għandu jintbagħat lura lill-applikant messaġġ ta' żball li jagħti r-raġunijiet għaliex l-applikazzjoni tkun ġiet irrifjutata. [Em. 27]

3.   Jekk l-applikant ikun stabbilit fi Stat Membru wieħed jew aktar, l-applikazzjoni għandha tiġi pproċessata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-uffiċċju prinċipali tal-applikant.

Jekk l-applikant ikun stabbilit f’pajjiż terz, l-applikazzjoni għandha tiġi pproċessata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn it-trasportatur biħsiebu jidħol għall-ewwel darba fit-territorju tal-Unjoni.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li toħroġ l-ewwel ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ trasportatur għandha toħroġ ukoll iċ-ċertifikat l-ġdid f’każ ta’ modifika tad-dejta skont l-Artikolu 6.

4.   Fi żmien tmien ġimgħat mill-ħruġ tal-konferma tal-wasla tal-applikazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ trasportatur jekk tqis li l-informazzjoni sottomessa hija kompluta u f’konformità ma’ dan ir-Regolament, id-Direttiva 96/29/Euratom u d-Direttiva 2008/68/KE. u li l-applikant jissodisfa r-rekwiżiti tal-kriterji komuni. [Em. 28]

5.   Iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ trasportatur għandu jinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Anness II u għandu jinħareġ fil-forma ta’ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni standardizzat permezz tal-ESCReg.

Kopja taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ trasportatur għandha tiġi pprovduta awtomatikament permezz tal-ESCReg lill-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri fejn it-trasportatur biħsiebu jopera. kollha. [Em. 29]

6.    L-awtorità kompetenti għandha titlob lill-applikant biex jipprovdi, fi żmien tliet ġimgħat minn meta jirċievi din it-talba, il-korrezzjonijiet jew l-informazzjoni supplimentari meħtieġa, jekk ikun meħtieġ. Jekk l-awtorità kompetenti tirrifjuta li toħroġ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ trasportatur abbażi tal-fatt li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta jew ma tkunx konformi mar-rekwiżiti applikabbli, għandha twieġeb lill-applikant bil-miktub fi żmien tmien ġimgħat minn meta tkun ħarġet il-konferma tal-wasla. Qabel tali ċaħda, l-awtorità kompetenti għandha tesiġi li l-applikant jikkoreġi jew jissupplimenta l-applikazzjoni fi żmien tliet ġimgħat mill-wasla ta' din it-talba. Qabel tali ċaħda, l-awtorità kompetenti għandha tesiġi li l-applikant jikkoreġi jew jissupplimenta l-applikazzjoni fi żmien tliet ġimgħat mill-wasla ta' din it-talba . L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi dikjarazzjoni tar-raġunijiet taċ-ċaħda. [Em. 30]

Kopja taċ-ċaħda u dikjarazzjoni tar-raġunijiet għandhom jiġu pprovduti awtomatikament permezz tal-ESCReg lill-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri fejn it-trasportatur biħsiebu jopera kollha . [Em. 31]

7.   Jekk it-talba għal ċertifikat ta' reġistrazzjoni ta' trasportatur tiġi rrifjutata, l-applikant jista' jappella skont ir-rekwiżiti legali nazzjonali applikabbli.

8.   Ċertifikat validu ta’ reġistrazzjoni għandu jiġi rikonoxxut mill-Istati Membri kollha.

9.   Iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ trasportatur għandu jkun validu għal perjodu ta’ ħames snin u jista’ jiġġedded wara applikazzjoni mit-trasportatur.

9a.     L-awtorità kompetenti għandha żżomm id-data storika kollha għall-applikanti kollha sabiex tiżgura t-traċċabbiltà tagħhom, biex jiġi ffaċilitat monitoraġġ aħjar u għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe falsifikazzjoni. [Em. 32]

Artikolu 6

Modifika tad-dejta

1.   It-trasportatur għandu jkun responsabbli biex jiżgura l-eżattezza kontinwa tad-dejta pprovduta fil-formola tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Komunitarja tat-trasportatur sottomessa lill-ESCReg. Għalhekk, applikant għandu jingħata l-awtorizzazzjoni biex jaġġorna faċilment id-data tiegħu b'piż amministrattiv limitat. [Em. 33]

1a.     L-awtorità kompetenti li ħarġet iċ-ċertifikat hija responsabbli biex timmonitorja, permezz ta' spezzjonijiet, il-konformità kontinwa tat-trasportatur irreġistrat mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għall-perjodu tal-validità taċ-ċertifikat. [Em. 34]

2.   It-trasportatur għandu japplika għal ċertifikat ġdid fil-każ ta’ modifika tad-dejta inkluża fil-parti A tal-formola tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Komunitarja tat-trasportatur.

2a.     Sabiex ikun hemm trattament ugwali fost l-applikanti kollha, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-kriterji għall-għoti taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni jkunu identiċi u konsistenti mad-definizzjonijiet tal-IAEA u li l-proċess ta' reġistrazzjoni jkun armonizzat. [Em. 35]

Artikolu 7

Assigurazzjoni tal-konformità

1.   Jekk trasportatur ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun ġie skopert in-nuqqas ta' konformità għandha tapplika l-miżuri ta’ infurzar fi ħdan il-qafas legali ta’ dak l-Istat Membru, bħal notifiki bil-miktub, miżuri ta’ taħriġ u edukazzjoni, sospensjoni, revoka jew modifika tar-reġistrazzjoni jew prosekuzzjoni, skont kemm ikun sinifikanti mil-lat ta' sikurezza n-nuqqas ta' konformità u r-rekord tal-konformità tat-trasportatur.

Il-miżuri ta’ infurzar għandhom jiġu immedjatament notifikati lill-Istat Membru li joħroġ iċ-ċertifikat. Fi żmien massimu ta' erba' ġimgħat, l-Istat Membru notifikat għandu jimmodifika, iġedded jew jirrevoka r-reġistrazzjoni. Id-deċiżjoni għandha tiġi pprovduta permezz tal-ESCReg lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha. [Em. 36]

1a.     Skont kemm ikunu sinifikanti mil-lat ta' sikurezza n-nuqqas ta’ konformità u r-rekord tal-konformità tat-trasportatur, l-Istat Membru fejn ikun ġie skopert in-nuqqas ta' konformità jista' jissospendi r-reġistrazzjoni tat-trasportatur.

Is-sospensjoni għandha tiġi notifikata minnufih lill-Istat Membru li joħroġ iċ-ċertifikat. Fi żmien massimu ta' erba' ġimgħat, l-Istat Membru notifikat għandu jimmodifika, iġedded jew jirrevoka r-reġistrazzjoni. Id-deċiżjoni għandha tiġi pprovduta permezz tal-ESCReg lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha. [Em. 37]

2.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ġie skopert in-nuqqas ta' konformità għandha tikkomunika lit-trasportatur u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn it-trasportatur kien biħsiebu jittrasporta materjali radjuattivi, kollha u lill-Kummissjoni informazzjoni dwar azzjoni ta' infurzar applikata u dikjarazzjoni tar-raġunijiet għall-applikazzjoni ta' dik l-azzjoni. Jekk it-trasportatur ma jikkonformax mal-azzjoni ta’ infurzar applikata skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-uffiċċju prinċipali tat-trasportatur jew, jekk it-trasportatur ikun stabbilit f’pajjiż terz, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, fejn it-trasportatur kellu l-ħsieb li jidħol għall-ewwel darba fit-territorju tal-Komunità għandha tirrevoka r-reġistrazzjoni. [Em. 38]

3.   L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika lit-trasportatur u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati r-revoka flimkien ma’ dikjarazzjoni tar-raġunijiet. [Em. 39]

3a.     Il-każijiet kollha ta’ nuqqas ta’ konformità għandhom jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni u lill-ESCReg. [Em. 40]

Artikolu 8

Awtoritajiet kompetenti u punt tal-kuntatt nazzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtorità kompetenti u punt tal-kuntatt nazzjonali għat-trasport għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fuq il-paġna ta' reġistrazzjoni tal-applikant. [Em. 41]

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament l-isem/ismijiet, l-indirizz(i) u l-informazzjoni kollha neċessarja għal komunikazzjoni rapida mal-awtoritajiet kompetenti u mal-punt tal-kuntatt nazzjonali għat-trasport ta’ materjali radjuattivi, kif ukoll kwalunkwe bidla sussegwenti tat-tali dejta.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din l-informazzjoni u kwalunkwe bidla fiha lill-awtoritajiet kompetenti kollha fil-Komunità permezz tal-ESCReg u tagħmilha disponibbli għall-pubbliku fuq l-internet . [Em. 42]

2.   L-informazzjoni dwar ir-regoli nazzjonali għall-protezzjoni mir-radjazzjoni applikabbli għat-trasport ta' materjali radjuattivi għandha tkun faċilment aċċessibbli permezz tal-punti ta' kuntatt.

3.   Mat-talba tat-trasportaturi, il-punti ta’ kuntatt u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rispettiv għandhom jipprovdu l-informazzjoni kompleta dwar ir-rekwiżiti għat-trasport tal-materjali radjuattivi fuq it-territorju ta' dak l-Istat Membru.

L-informazzjoni għandha tkun faċilment aċċessibbli mill-bogħod u b'mezzi elettroniċi u għandha tinżamm aġġornata.

Il-punti ta’ kuntatt u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrispondu mill-aktar fis possibbli għal kwalunkwe talba ghall-informazzjoni u f'każijiet fejn it-talba tkun difettuża jew mhux ġustifikata, għandhom jinfurmaw lill-applikant kif xieraq mingħajr dewmien. fi żmien ġimagħtejn . [Em. 44]

Artikolu 9

Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw bil-għan li jiġu armonizzati r-rekwiżiti tagħhom għall-ħruġ ta’ reġistrazzjoni u biex jiżguraw l-applikazzjoni u l-infurzar armonizzati ta’ dan ir-Regolament.

Fejn hemm diversi awtoritajiet kompetenti fi ħdan Stat Membru, dawn għandhom jikkollaboraw u jikkooperaw mill-qrib abbażi ta’ ftehimiet legali jew formali bejniethom billi jkopru r-responsabbiltajiet ta’ kull awtorità. Dawn għandhom jikkomunikaw ma' xulxin u jipprovdu informazzjoni lil xulxin, lill-punt tal-kuntatt nazzjonali, u lill-organizzazzjonijiet governattivi u mhux governattivi oħra li għandhom responsabbiltajiet relatati.

Artikolu 9a

Atti delegati

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 9b li jistabbilixxi l-kriterji komuni msemmija fil-punt ba tal-Artikolu 2. [Em. 58]

Artikolu 9b

L-eżerċizzju tad-delega

1.     Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.     Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati msemmija fl-Artikolu 9a għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mill-1 ta’ Jannar 2014.

3.     Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 9a tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.     Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.     Att delegat adottat skont l-Artikolu 9a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew min-naħa tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel tmiem dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma kinux sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 59]

Artikolu 10

Implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu s-Sistema Elettronika għar-Reġistrazzjoni tat-Trasportaturi (ESCreg) deskritta fl-Artikolu 4.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 11

Kumitat Konsultattiv

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Il-kumitat għandu jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni fit-twettiq tal-kompiti tagħha previsti f’dan ir-Regolament.

4.   Il-kumitat għandu jkun magħmul minn esperti nnominati mill-Istati Membri u esperti nnominati mill-Kummissjoni u għandu jkun ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

Artikolu 11a

Rieżami

Il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami ta' dan ir-Regolament sa …  (*2) sabiex tiġi vvalutata l-effettività tiegħu u tipproponi, jekk ikun neċessarju, miżuri ulterjuri biex jiġi żgurat it-trasport sikur ta' materjali radjuattivi fil-Komunità u minn pajjiżi terzi. [Em. 47]

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tqis id-disponibilità ta' sistema ta' reġistrazzjoni valida u operazzjonali. [Em. 49]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 143, 22.5.2012, p. 110.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013.

(3)  Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta' Mejju 1996 li tistabbilixxi l-istandards bażiċi ta’ sikurezza għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali minn perikli li jirriżultaw mir-radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni ta’ rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4).

(5)  Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10).

(6)  Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).

(7)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (OJ L 55, 28.2.2011, p. 13).

(8)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(*1)   Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(*2)   Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

ANNESS I

FORMOLA TAL-APPLIKAZZJONI GĦAR-REĠISTRAZZJONI KOMUNITARJA TAT-TRASPORTURI

JEKK JOGĦĠBOK IBGĦAT DIN L-APPLIKAZZJONI BILLI TUŻA BISS IS-SISTEMA ELETTRONIKA SIGURA TAL-KUMMISSJONI EWROPEA GĦAR-REĠISTRAZZJONI TAT-TRASPORTATURI (ESCReg)

JEKK IKUN HEMM XI TIBDIL FL-INFORMAZZJONI FIL-PARTI A, GĦANDHA TINTALAB REĠISTRAZZJONI ĠDIDA It-trasportatur huwa responsabbli biex jiżgura li d-dejta pprovduta fil-formola tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Komunitarja ta’ trasportatur imressqa permezz ta' din is-sistema tibqa' eżatta.

L-informazzjoni pprovduta f’din il-formola tal-applikazzjoni se tiġi pproċessata mill-Kummissjoni Ewropea f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

ĊERTIFIKAT ĠDID TA’ REĠISTRAZZJONI

MODIFIKA TA’ REĠISTRAZZJONI EŻISTENTI

TIĠDID TA’ REĠISTRAZZJONI EŻISTENTI

Numru/i taċ-Ċertifikat tar-Reġistrazzjoni:

Jekk jogħġbok agħti dettalji għalfejn qed tintalab bidla f'reġistrazzjoni eżistenti

1.   IDENTIFIKAZZJONI TAL-APPLIKANT:

PARTI A

PARTI B

ISEM IL-KUMPANIJA:

INDIRIZZ SĦIĦ:

NUMRU TAR-REĠISTRAZZJONI NAZZJONALI:

1.

Isem, pożizzjoni, indirizz sħiħ, numru tat-telefown ċellulari u dak fiss u indirizz tal-posta elettronika tar-rappreżentant responsabbli tal-organizzazzjoni tat-trasportatur (persuna mogħtija s-setgħa li tikkommetti lill-organizzazzjoni tat-trasportatur):

2.

Isem, pożizzjoni, indirizz sħiħ, numru tat-telefown ċellulari u dak fiss u indirizz tal-posta elettronika tal-persuna tal-kuntatt għall-awtoritajiet dwar kwistjonijiet tekniċi/amministrattivi (li hija responsabbli għall-konformità mar-regolamenti għall-attivitajiet mobilizzati mill-kumpanija tat-trasportatur):

3.

Isem, pożizzjoni, indirizz sħiħ numru tat-telefown ċellulari u dak fiss u l-indirizz tal-posta elettronika tal-konsulent tas-sikurezza (għal modi tat-trasport intern biss u jekk huma differenti minn 1 jew 2):

4.

Isem, pożizzjoni u, indirizz sħiħ tal-persuna responsabbli għall-implimentazzjoni tal- numru tat-telefown ċellulari u dak fiss u indirizz tal-posta elettronika tal-Programm ta’ Protezzjoni mir-Radjazzjoni jekk tkun differenti minn 1 jew 2 jew 3. [Em. 50]

2.   NATURA TAT-TRASPORT:

PARTI A

PARTI B

TRIQ

FERROVIJA

ILMIJIET NAVIGABBLI INTERNI

1

Persunal involut u mħarreġ għat-trasport (informazzjoni)

1 sa 5

5 sa 10

10 sa 20

>20

2

Settur tal-attività tat-trasport: deskrizzjoni ġenerali tan-natura tal-attivitajiet tat-trasport li għandhom jitwettqu (informazzjoni)

użu mediku

użu industrijali, użu f'ittestjar mhux distruttiv, riċerka

użu f'ċiklu tal-fjuwil nukleari

skart

oġġetti perikolużi ta’ konsegwenzi għoljin – materjal radjuattiv.

3.   KOPERTURA ĠEOGRAFIKA

Jekk jogħġbok immarka fil-lista ta’ hawn taħt dawk l-Istati Membri li fihom huwa ppjanat li jiġi ttrasportat il-materjal radjuattiv u agħżel in-natura tal-attività

Jekk l-attivitajiet huma wkoll immobbilizzati fl-Istati Membri għajr l-Istati Membri fejn issir l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji aktar speċifiċi għal kull pajjiż, jiġifieri tranżitu biss, jew postijiet ewlenin ta' tagħbien/ħatt fil-pajjiż partikolari, frekwenza:

PARTI A

PARTI B

L-Awstrija

Il-Belġju

Il-Bulgarija

Ċipru

Ir-Repubblika Ċeka

Id-Danimarka

L-Estonja

Il-Finlandja

Franza

Il-Ġermanja

Il-Greċja

L-Ungerija

L-Irlanda

L-Italja

Il-Latvja

Il-Litwanja

Il-Lussemburgu

Malta

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Il-Polanja

Il-Portugall

Ir-Rumanija

Is-Slovakkja

Is-Slovenja

Spanja

L-Isvezja

Ir-Renju Unit

tranżitu

ħatt

tagħbien

postijiet ewlenin tat-tagħbien:

postijiet ewlenin tal-ħatt:

frekwenza:

kuljum

kull ġimgħa

kull xahar

inqas frekwenti

4.   TIP TA’ KUNSINNI

Reġistrazzjoni ntalbet għal:

PARTI A

TIP TA’ PAKKETT – Klassifikazzjoni skont it-TS-R-1

PARTI B: Għadd stmat ta’ pakketti/sena

NU 2908 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TA’ EĊĊEZZJONI — PAKKETT VOJT

NU 2909 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TA’ EĊĊEZZJONI — OĠĠETTI MANIFATTURATI MINN URANJU NATURALI jew URANJU MFAQQAR jew TORJU NATURALI

NU 2910 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TA’ EĊĊEZZJONI — KWANTITÀ LIMITATA TA’ MATERJAL

NU 2911 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TA’ EĊĊEZZJONI — STRUMENTI jew OĠĠETTI

NU 2912 MATERJAL RADJUATTIV, ATTIVITÀ SPEĊIFIKA BAXXA (LSA-I), mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni

NU 2913 MATERJAL RADJUATTIV, OĠĠETTI B’WIĊĊ KONTAMINAT (SCO-I jew SCO-II), mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni

NU 2915 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TAT-TIP A, mingħajr forma speċjali, mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni

NU 2916 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TAT-TIP B(U), mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni

NU 2917 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TAT-TIP B(M), mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni

NU 2919 MATERJAL RADJUATTIV, TRASPORTAT TAĦT FTEHIM SPEĊJALI, mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni

NU 2977 MATERJAL RADJUATTIV, EŻAFLUWORUR TAL-URANJU, FISSILI

NU 2978 MATERJAL RADJUATTIV, EŻAFLUWORUR TAL-URANJU, mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni

NU 3321 MATERJAL RADJUATTIV, ATTIVITÀ SPEĊIFIKA BAXXA (LSA-II), mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni

NU 3322 MATERJAL RADJUATTIV, ATTIVITÀ SPEĊIFIKA BAXXA (LSA-III), mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni

NU 3323 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TAT-TIP C, mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni

NU 3324 MATERJAL RADJUATTIV, ATTIVITÀ SPEĊIFIKA BAXXA (LSA-II), FISSILI

NU 3325 MATERJAL RADJUATTIV, ATTIVITÀ SPEĊIFIKA BAXXA (LSA-III), FISSILI

NU 3326 MATERJAL RADJUATTIV, OĠĠETTI B’WIĊĊ KONTAMINAT (SCO-I jew SCO-II), FISSILI

NU 3327 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TAT-TIP A, FISSILI, mingħajr forma speċjali

NU 3328 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TAT-TIP B(U), FISSILI

NU 3329 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TAT-TIP B(M), FISSILI

NU 3330 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TAT-TIP C, FISSILI

NU 3331 MATERJAL RADJUATTIV, TRASPORTAT TAĦT FTEHIM SPEĊJALI, FISSILI

NU 3332 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TAT-TIP A, B’FORMA SPEĊJALI, mhux fissili jew fissili ta’ eċċezzjoni

NU 3333 MATERJAL RADJUATTIV, PAKKETT TAT-TIP A, B’FORMA SPEĊJALI, FISSILI

 

5.   PROGRAMM TA’ PROTEZZJONI MIR-RADJAZZJONI (RPP)

PARTI A:

Meta nimmarka din il-kaxxa:

Jiena niddikjara li aħna għandna RPP li hu kompletament implimentat u applikat b'mod strett

PARTI B:

referenza u data tad-dokument li jiddeskrivi l-RPP

Upload tal-RPP

6.   PROGRAMM TA’ ASSIGURAZZJONI TAL-KWALITÀ (QAP)

Dan il-QAP għandu jkun disponibbli għal spezzjoni mill-awtorità kompetenti (skont l-Artikolu 1(7)(3) tal-ADR)

PARTI A:

Meta nimmarka din il-kaxxa:

Jiena niddikjara li aħna għandna QAP li hu implimentat kompletament u applikat b'mod strett

PARTI B:

Referenza u data tad-dokument

7.   Dikjarazzjoni

Jiena, it-trasportatur, qiegħed hawnhekk niċċertifika li jiena nikkonforma mar-regolamenti internazzjonali, komunitarji u nazzjonali rilevanti kollha relatati mat-trasport ta’ materjali radjuattivi.

Jiena, it-trasportatur, qiegħed hawnhekk niċċertifika li l-informazzjoni inkluża f’din il-formola hija korretta.

Data ………..

Isem ………..……..

Firma………

ANNESS II

ĊERTIFIKAT ELETTRONIKU TA’ REĠISTRAZZJONI TA’ TRASPORTATURI GĦAT-TRASPORT TA’ MATERJAL RADJUATTIV

NOTA:

KOPJA TA’ DAN IĊ-ĊERTIFIKAT TA’ REĠISTRAZZJONI GĦANDHA TAKKUMPANJA KULL TRASPORT LI JAQA’ TAĦT IL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TA' DAN IR-REGOLAMENT.

Dan iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni qed jinħareġ skont ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) xxxxx

Dan iċ-ċertifikat ma jeżonorax lit-trasportatur mill-konformità mar-regolamenti tat-trasport applikabbli l-oħra.

1)

NUMRU TAR-REFERENZA TAR-REĠISTRAZZJONI: BE/xxxx/jj-xx-ssss

2)

ISEM L-AWTORITÀ/PAJJIŻ:

3)

ISEM IL-KUMPANIJA U INDIRIZZA

4)

MOD TAT-TRASPORT:

TRIQ

FERROVIJA

ILMIJIET NAVIGABBLI INTERNI

7)

STATI MEMBRI fejn iċ-ċertifikat huwa applikabbli

8)

TIP TA’ PAKKETT– NUMRU NU (ara l-anness 1- l-istess format)

9)

DATA

FIRMA ELETTRONIKA

PERJODU TA’ VALIDITÀ: DATA + 5 snin


Il-Ħamis 12 ta’ Diċembru 2013

15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/330


P7_TA(2013)0581

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea: in-numru ta' mħallfin fil-Qorti Ġenerali ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2013 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea billi jżid in-numru ta' Mħallfin fil-Qorti Ġenerali (02074/2011 – C7-0126/2012 – 2011/0901B(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 468/76)

Emenda 1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW (*1)

għall-abbozz tal-Qorti tal-Ġustizzja


(1)  Il-każ kien riferut lura lill-kumitat responsabbli biex jerġà jiġi kkunsidrat skont it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 57(2) (A7-0252/2013).

(*1)  Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa ; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.


Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea billi jżid in-numru tal-Imħallfin tal-Qorti Ġenerali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 19(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 254 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 281 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Eneġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

 

(5)

Wara ż-żieda gradwali tal-kompetenzi tagħha minn mindu ġiet ikkostitwita, in-numru ta’ kawżi li qed jitressqu quddiem il-Qorti Ġenerali qed jikber b’mod kostanti.

(6)

In-numru ta’ kawżi mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali qed ikompli jiżdied matul is-snin , liema fatt fuq perjodu twil għandu bħala konsegwenza żieda ▌fin-numru ta’ kawżi pendenti quddiemha u żieda fit-tul tal-proċeduri.

(7)

Din iż-żieda fit-tul tal-proċeduri tidher li hija diffiċilment aċċettabbli fil-kontront tal-partijiet fil-kawża, b’mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti kemm fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fl-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

(8)

Is-sitwazzjoni li fiha tinsab il-Qorti Ġenerali għandha kawżi strutturali li jirrigwardaw kemm l-intensifikazzjoni u d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet leġiżlattivi u regolamentari tal-istituzzjonijiet, organi u korpi tal-Unjoni kif ukoll il-volum u l-kumplessità tal-proċessi li jintbagħtu lill-Qorti Ġenerali, b’mod partikolari fl-oqsma tal-kompetizzjoni u tal-għajnuna mill-Istat.

(9)

Konsegwentement, għandhom jiġu adottati miżuri sabiex din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata, u l-possibilità, prevista fit-Trattati, li jiżdied in-numru ta’ Mħallfin tal-Qorti Ġenerali, hija ta’ natura li tippermetti li jitnaqqas, fi żmien qasir, kemm il-volum tal-kawżi pendenti kif ukoll it-tul eċċessiv tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

(9a)

Dawn il-miżuri għandhom jinkludu wkoll regolamentazzjoni li tipprovdi soluzzjoni permanenti għall-kwistjoni dwar l-Istati Membri ta’ oriġini tal-Imħallfin, peress li l-arranġament attwali fejn Imħallef huwa maħtur għal kull Stat Membru ma jistax japplika għal sitwazzjoni fejn hemm iżjed Imħallfin milli Stati Membri.

(9b)

Skont l-Artikolu 19(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Qorti Ġenerali tinkludi mill-inqas Imħallef wieħed għal kull Stat Membru. Peress li dan jiżgura diġà bilanċ ġeografiku xieraq u rappreżentazzzjoni tas-sistemi legali nazzjonali, il-ħatra ta' Mħallfin addizzjonali għandha sseħħ esklussivament abbażi tal-kompetenza professjonali u personali tagħhom, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-għarfien tagħhom tas-sistemi legali tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri. Madankollu, ma jistax ikun hemm aktar minn żewġ Imħallfin għal Stat Membru wieħed,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti ta' Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea qiegħed jiġi emendat kif ġej:

(6a)

L-Artikolu 47(1) jinbidel b’dan li ġej:

“L-Artikolu 9a, l-Artikoli 14 u 15, l-Artikolu 17(1), (2), (4) u (5) u l-Artikolu 18 japplikaw għall-Qorti Ġenerali u għall-Membri tagħha.”

(7)

▌L-Artikolu 48 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Fil-Qorti Ġenerali, għandu jkun hemm Imħallef wieħed għal kull Stat Membru u 12-il Imħallfin addizzjonali. Ma jistax ikun hemm aktar minn żewġ Imħallfin għal Stat Membru wieħed,

L-Imħallfin kollha għandhom l-istess status u l-istess drittijiet u obbligi.

Meta, kull tliet snin, l-Imħallfin jiġu parzjalment sostitwiti, nofshom jiġu sostitwiti, alternattivament, jekk hemm numru tal-Imħallfin ikun biż-żewġ; u, f'każ li n-numru ta’ Mħallfin ikun bil-fard, fuq bażi alternata, numru biż-żewġ ta’ Mħallfin u numru bil-fard ta’ Mħallfin, jiġifieri dak in-numru nieqes wieħed, ikunu sostitwiti.”

(7a)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 48a

Fir-rigward tal-Imħallfin li se jinħatru għal kull Stat Membru, huwa l-gvern tal-Istat Membru kkonċernat li jiddisponi mid-dritt tal-ħatra.”

7b.

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 48b

1.     L-Imħallfin addizzjonali jinħatru irrispettivament mill-Istat Membru ta' oriġini tal-kandidati.

2.     Fil-qafas ta’ proċedura għall-ħatra ta' wieħed jew aktar mit-12-il Imħallef addizzjonali, il-Gvernijiet tal-Istati Membri kollha jistgħu jipproponu kandidati. Barra minn hekk, l-Imħallfin irtirati tal-Qorti Ġenerali jistgħu jippreżentaw il-kandidatura tagħhom huma stess bil-miktub lill-President tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

3.     Fil-kuntest ta’ proċedura għall-ħatra ta' wieħed jew aktar mit-12-il Imħallef addizzjonali, il-kumitat imsemmi fl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jagħti opinjoni dwar l-idoneità tal-kandidati sabiex jaqdu d-dmirijiet ta' Imħallef tal-Qorti Ġenerali. Il-kumitat għandu jehmeż mal-opinjoni tiegħu dwar l-idoneità tal-kandidati, lista ta’ kandidati li għandhom l-aktar esperjenza ta’ livell għoli xierqa, ikklassifikati skont il-mertu. Din il-lista għandu jkun fiha numru ta’ kandidati li jikkorrispondi tal-anqas għad-doppju tan-numru ta’ Mħallfin li se jinħatru permezz ta’ ftehim komuni tal-gvernijiet tal-Istati Membri, sakemm hemm numru suffiċjenti ta’ kandidati adattati.”

 

Artikolu 3

1.    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.    It-tnax-il Imħallef maħtura bħala Mħallfin addizzjonali abbażi u wara d-dħul ta’ dan ir-Regolament, għandhom jidħlu fil-kariga immedjatament wara li jieħdu l-ġurament.

Il-mandat ta’ sitta minn dawn l-Imħallfin magħżula bil-polza, jintemm sitt snin wara l-ewwel sostituzzjoni parzjali tal-Qorti Ġenerali wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-mandat tas-sitt Imħallfin l-oħra jintemm sitt snin wara t-tieni sostituzzjoni parzjali tal-Qorti Ġenerali wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/333


P7_TA(2013)0582

Emenda ta' ċerti Direttivi fir-rigward tar-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi u b'mod partikolari l-Majott *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/112/KE u 2008/118/KE fir-rigward tar-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi u b'mod partikolari l-Majott (COM(2013)0577 – C7-0268/2013 – 2013/0280(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2016/C 468/77)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0577),

wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0268/2013),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikoli 55, 46(1) u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0405/2013),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/334


P7_TA(2013)0583

Emenda tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar l-abbozz għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE minħabba l-bidla fl-istatus tal-Majott (14220/2013 – C7-0355/2013– 2013/0189(NLE))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2016/C 468/78)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0413) u l-abbozz tal-Kunsill (14220/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0355/2013)),

wara li kkunsidra l-Artikolu 155(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li hu l-bażi ġuridika magħżula mill-Kummissjoni għall-proposta tagħha.

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0414/2013),

1.

Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif emendat;

2.

Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda 1

Abbozz ta' direttiva

Titlu

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE minħabba l-bidla fl-istatus tal-Majott

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE minħabba l-bidla fl-istatus tal-Majott

Emenda 2

Abbozz ta' direttiva

Kunsiderazzjoni 1

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 349 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 155(2) u 349 tiegħu,

Emenda 4

Abbozz ta' direttiva

Premessa 1

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2012/419/UE (1), il-Kunsill Ewropew iddeċieda li jemenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea b'effett mill-1 ta' Jannar 2014. Għaldaqstant, minn dik id-data 'l quddiem, il-Majott mhux ser tibqa' territorju extra-Ewropew u ser issir reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikoli 349 u 355(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. B'segwitu għal din il-bidla fl-istatus legali tal-Majott, id-dritt tal-Unjoni ser japplika għall-Majott mill-1 ta' Jannar 2014. Madankollu, għandhom jiġu stabbiliti ċerti miżuri speċifiċi, iġġustifikati mis-sitwazzjoni soċjali u ekonomika strutturali partikolari tal-Majott bħala reġjun ultraperiferiku, dwar il-kondizzjonijiet speċjali tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni .

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2012/419/UE (2), il-Kunsill Ewropew iddeċieda li jemenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea b'effett mill-1 ta' Jannar 2014. Għaldaqstant, minn dik id-data 'l quddiem, il-Majott mhux ser tibqa' territorju extra-Ewropew u ser issir reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikoli 349 u 355(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. B'segwitu għal din il-bidla fl-istatus legali tal-Majott, id-dritt tal-Unjoni ser japplika għall-Majott mill-1 ta' Jannar 2014. Madankollu, għandhom jiġu stabbiliti ċerti miżuri speċifiċi, iġġustifikati mis-sitwazzjoni soċjali u ekonomika strutturali partikolari tal-Majott bħala reġjun ultraperiferiku.

Emenda 5

Abbozz ta' direttiva

Forma solenni

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI

Emenda 6

Abbozz ta' direttiva

Artikolu 1

Direttiva 2010/18/UE

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

Fl-Arikolu 3(2) tad-Direttiva/18/UE, għandu jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

Fl-Arikolu 3(2) tad-Direttiva 2010/18/UE, għandu jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

“B'deroga mill-ewwel subparagrafu, għall-Majott bħala reġjun ultraperiferiku fit-tifsira tal-Artikolu 349 TFUE, il-perijodu addizzjonali msemmi fih għandu jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2018.”

“Għad-dipartiment ultraperiferiku Franċiż ta' Majott, il-perijodu addizzjonali msemmi fih għandu jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2018.”

Emenda 7

Abbozz ta' direttiva

Artikolu 2

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

Din id-Direttiva hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Emenda 8

Abbozz ta' direttiva

Artikolu 3

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014.


(1)  ĠU L 204, 31.7.2012, p. 131.

(2)  ĠU L 204, 31.7.2012, p. 131


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/337


P7_TA(2013)0585

Emenda ta' ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (13283/1/2013 – C7-0411/2013 – 2011/0039(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(2016/C 468/79)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (13283/1/2013 – C7-0411/2013),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0082),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0421/2013),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Istati Membri u tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni mehmużin ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, flimkien mad-dikjarazzjonijiet kollha mehmuzin ma' din ir-riżoluzzjoni;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 251 E, 31.8.2013, p. 126.


ANNESS MAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni konġunta fir-rigward tal-Artikolu 15(6) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u l-Artikolu 25(6) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jqisu li l-inklużjoni tal-Artikolu 15(6) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u l-Artikolu 25(6) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 hi ġustifikata esklużivament abbażi tal-karatteristiċi speċifiċi ta' dawk ir-Regolamenti qabel l-emendar tagħhom minn dan ir-Regolament. Bħala konsegwenza, l-inklużjoni ta' dispożizzjoni, bħal dawk l-Artikoli, hi eċċezzjonali għal dawk iż-żewġ Regolamenti u mhix preċedent għall-abbozzar ta' leġislazzjoni futura.

Għall-finijiet ta' ċarezza, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jifhmu li l-Artikolu 15(6) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u l-Artikolu 25(6) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 ma jintroduċux proċeduri għat-teħid ta' deċiżjonijiet li huma differenti minn jew b'żieda ma' dawk previsti fir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Dikjarazzjoni tal-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 f'konnessjoni mal-proċedimenti ta' dazju rigward anti-dumping jew kumpensatorju skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1225/2009 u (KE) Nru 597/2009

Meta Stat Membru jissuġġerixxi emenda fir-rigward ta' abbozz ta' miżuri ta' dazju jew rigward anti-dumping jew kumpensatorju skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1225/2009 u (KE) Nru 597/2009 (ir-“Regolamenti Bażiċi”), skont l-Artikolu 3(4) jew l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 hu għandu:

(a)

jiżgura li l-emenda tiġi proposta fil-waqt, b'mod li jkunu rispettati l-iskadenzi fir-Regolamenti Bażiċi u li tiġi riflessa n-neċessità għall-Kummissjoni li tingħata żmien suffiċjenti biex twettaq kwalunkwe proċedura neċessarja ta' żvelar, tiskrutinizza sew il-proposta, u biex il-Kumitat jeżamina kwalunkwe abbozz ta' miżura emendata proposta;

(b)

jiżgura li l-emenda proposta hi konsistenti mar-Regolamenti Bażiċi kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u mal-obbligi internazzjonali rilevanti;

(c)

jipprovdi ġustifikazzjoni bil-miktub li mill-inqas tkun tindika kif l-emenda ssuġġerita tirrelata mar-Regolamenti Bażiċi u mal-fatti stabbiliti fl-investigazzjoni, iżda jista' wkoll ikun fiha argumenti oħrajn ta' sostenn li l-Istat Membru li jipproponi l-emenda jqis adatti.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

f'konnessjoni mal-proċedimenti ta' dazju rigward anti-dumping jew kumpensatorju skont ir-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u (KE) Nru 597/2009

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-importanza li l-Istati Membri jirċievu informazzjoni fejn previst fir-Regolamenti (KE) Nru 1225/2009 u (KE) Nru 597/2009 (ir-“Regolamenti Bażiċi”) sabiex ikunu jistgħu jikkontribwixxu għal deċiżjonijiet kompletament informati u ser taġixxi biex tikseb dan l-objettiv.

* * *

Sabiex ma jkunx hemm dubju, il-Kummissjoni tifhem ir-referenza għal konsultazzjonijiet fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 bħala li jeħtieġu lill-Kummissjoni, ħlief f'każijiet ta' urġenza estrema, tfittex il-fehmiet tal-Istati Membri qabel ma tadotta dazji proviżorji rigward l-anti-dumping jew kumpensatorji.

* * *

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li hi timmaniġġja b'mod effettiv l-aspetti kollha tal-proċeduri ta' dazju rigward anti-dumping jew kumpensatorju previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 1225/2009 u (KE) Nru 597/2009, inkluża l-possibbiltà li l-Istati Membri jissuġġerixxu emendi, sabiex ikun żgurat li l-iskadenzi stabbiliti fi, u l-obbligi lejn il-partijiet interessati maħluqa mir-Regolamenti Bażiċi jiġu rispettati u li kwalunkwe miżura finalment imposta tkun konsistenti mal-fatti stabbiliti mill-investigazzjoni u r-Regolamenti Bażiċi kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u f'konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-kodifikazzjoni

L-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri u r-Regolament (UE) Nru 38/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti ta' setgħat delegati u ta' implimentazzjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri li jinvolvu numru sostanzjali ta' emendi għall-atti kkonċernati. Sabiex titjieb il-leġibbiltà tal-atti kkonċernati, il-Kummissjoni ser tipproponi kodifikazzjoni tal-atti malajr kemm jista' jkun ladarba dawk iż-żewġ Regolamenti jiġu adottati, u mill-inqas qabel l-1 ta' Ġunju 2014.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar atti delegati

Fil-kuntest tar-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri u r-Regolament (UE) Nru 38/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti ta' setgħat delegati u ta' implimentazzjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri, il-Kummissjoni tfakkar fl-impenn li ħadet fil-paragrafu 15 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea biex tipprovdi lill-Parlament l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha dwar il-laqgħat tagħha ma' esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha dwar it-tħejjija tal-atti delegati.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/340


P7_TA(2013)0586

Emenda ta' ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti ta' setgħat iddelegati u implimentattivi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti ta' setgħat iddelegati u implimentattivi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (13284/1/2013 – C7-0408/2013 – 2011/0153(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(2016/C 468/80)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (13284/1/2013 – C7-0408/2013),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0349,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0419/2013),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni mehmużin ma’ din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, flimkien mad-dikjarazzjonijiet kollha mehmużin ma' din ir-riżoluzzjoni;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Testi Adottati 22.11.2012, P7_TA(2012)0447.


ANNESS MAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni konġunta dwar ir-Regolament (KEE) Nru 3030/93 u r-Regolament (KE) Nru 517/94

Huwa nnotat li l-proċeduri previsti fl-Artikolu 2(6), Artikolu 6(2), Artikoli 8 u 10, Artikolu 13(3), Artikolu 15(3), (4) u (5) u Artikolu 19 tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93, Artikolu 4(3) tal-Anness IV għar-Regolament (KEE) Nru 3030/93, u Artikolu 2, Artikolu 3(1) u (3) tal-Anness VII, u Artikolu 3(3), Artikolu 5(2), Artikolu 12(3) u Artikoli 13 u 28 tar-Regolament (KE) Nru 517/94, jinbidlu fi proċeduri għall-adozzjoni tal-atti ddelegati. Huwa nnotat li xi wħud minn dawn l-Artikoli jirreferu għal proċeduri tat-teħid ta' deċiżjonijiet għall-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja fil-qasam tad-difiża kummerċjali.

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jqisu li l-miżuri ta' salvagwardja għandhom jiġu ttrattati bħala miżuri ta' implimentazzjoni. Eċċezzjonalment, fir-Regolamenti speċifiċi eżistenti msemmija hawn fuq, il-miżuri jieħdu l-forma ta' atti ddelegati, peress li l-introduzzjoni ta' miżura ta' salvagwardja tieħu l-forma ta' emenda għall-annessi għar-Regolamenti Bażiċi rilevanti. Dan huwa minħabba l-istruttura partikolari li hi speċifika għar-Regolamenti eżistenti msemmija hawn fuq u, bħala konsegwenza, mhux se jintużaw bħala preċedent għall-abbozzar ta' strumenti futuri ta' difiża kummerċjali u miżuri oħrajn ta' salvagwardja.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-kodifikazzjoni

L-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri u r-Regolament (UE) Nru 38/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti tas-setgħat iddelegati u implimentattivi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri se twassal għal għadd sostanzjali ta' emendi tal-atti inkwistjoni. Sabiex titjieb il-leġibbiltà tal-atti kkonċernati, il-Kummissjoni se tipproponi kodifikazzjoni tal-atti malajr kemm jista' jkun ladarba dawk iż-żewġ Regolamenti jiġu adottati, u mill-inqas qabel l-1 ta' Ġunju 2014.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar atti ddelegati

Fil-kuntest tar-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri+ u r-Regolament (UE) Nru 38/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti tas-setgħat iddelegati u implimentattivi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri, il-Kummissjoni tfakkar l-impenn li għamlet fil-paragrafu 15 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea biex tipprovdi lill-Parlament kull tagħrif u dokumentazzjoni dwar il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha għat-tħejjija tal-atti ddelegati.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/342


P7_TA(2013)0587

Kontijiet tal-pagamenti ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi (COM(2013)0266 – C7-0125/2013 – 2013/0139(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 468/81)

[Emenda Nru 1 ħlief jekk jingħad mod ieħor]

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW (*1)

għall-proposta tal-Kummissjoni


(1)  Il-każ kien riferut lura lill-kumitat responsabbli biex jerġà jiġi kkunsidrat skont it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 57(2) (A7-0398/2013).

(*1)  Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa ; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.


DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

[…]

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 26(2) tat-TFUE, is-suq intern għandu jikkostitwixxi żona mingħajr fruntieri interni li fiha jkun żgurat il-moviment liberu tal-oġġetti, il-persuni, is-servizzi u l-kapital. Il-frammentazzjoni tas-suq intern hi ta' ħsara għall-kompetittività, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni. L-eliminazzjoni tal-ostakli diretti u indiretti għall-funzjonament xieraq tas-suq intern hija essenzali għat-tlestija tiegħu. L-azzjoni tal-Unjoni fir-rigward tas-suq intern fis-settur tas-servizzi finanzjarji bl-imnut diġà kkontribwiet sostanzjalment għall-iżvilupp tal-attività transfruntiera tal-fornituri tas-servizzi tal-ħlas, it-titjib tal-għażla tal-konsumatur u żieda fil-kwalità u t-trasparenza tal-offerti.

(2)

F'dan ir-rigward, id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (2) (“id-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Ħlas”) […] stabbiliet rekwiżiti ta' trasparenza bażika għal ħlasijiet imposti mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas fir-rigward ta' servizzi offruti fuq kontijiet tal-ħlas. Dan iffaċilita sostanzjalment l-attività tal-fornituri tas-servizzi ta' ħlas, ħoloq regoli uniformi fir-rigward tal-forniment tas-servizzi tal-ħlas u l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta, naqqas il-piż amministrattiv u ġġenera ffrankar fl-ispejjeż għall-fornituri tas-servizzi tal-ħlas.

(2a)

Il-funzjonament bla problemi tas-suq intern u l-iżvilupp ta’ ekonomija moderna u soċjalment inklussiva jiddependu dejjem iżjed fuq il-forniment universali ta’ servizzi tal-ħlas. Billi l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas, meta jaġixxu skont il-loġika tas-suq, għandhom ħabta jiffukaw fuq konsumaturi li huma attraenti f’sens kummerċjali u effettivament iħallu konsumaturi vulnerabbli mingħajr l-istess għażla ta’ prodotti, il-leġiżlazzjoni l-ġdida f’dan ir-rigward għandha tkun parti minn strateġija ekonomika intelliġenti għall-Unjoni.

(3)

Madankollu, kif indikat mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Lulju 2012 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-Aċċess għas-Servizzi Bankarji Bażiċi  (3), għandu jsir aktar sabiex jittejjeb u jiġi żviluppat is-suq intern għal attivitajiet bankarji bl-imnut. Dawn l-iżviluppi għandhom jimxu id f’id mal-isforz biex is-settur finanzjarju fl-Unjoni jibda jaqdi n-negozji u l-konsumaturi. Attwalment , in-nuqqas ta' trasparenza u komparabilità tat-tariffi, kif ukoll id-diffikultajiet fil-bdil tal-kontijiet tal-ħlas għadhom joħolqu ostakli għall-istabbiliment ta' suq integrat għalkollox. Il-problema tal-kwalità diverġenti tal-prodotti u tan-nuqqas ta’ kompetizzjoni fl-attivitajiet bankarji bl-imnut għandha tiġi trattata u għandhom jintlaħqu standards ta’ kwalità għolja.

(4)

Il-kundizzjonijiet attwali tas-suq intern jistgħu jiskoraġġixxu lill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-istabbiliment jew li jipprovdu servizzi fl-Unjoni minħabba d-diffikultà biex jiġbdu klijenti meta jidħlu f'suq ġdid. Id-dħul fi swieq ġodda ħafna drabi jinvolvi investimenti kbar. Dawn l-investimenti huma ġġustifikati biss jekk il-fornitur jipprevedi biżżejjed opportunitajiet u domanda korrispondenti min-naħa tal-konsumaturi. Il-livell baxx ta' mobbiltà tal-konsumaturi fir-rigward tas-servizzi finanzjarji bl-imnut huwa fil-biċċa l-kbira dovut għan-nuqqas ta' trasparenza u komparabilità fir-rigward tat-tariffi u s-servizzi offruti, kif ukoll diffikultajiet fir-rigward tal-bdil ta' kontijiet tal-ħlas. Dawn il-fatturi wkoll joħonqu d-domanda. Dan huwa partikolarment veru fil-kuntest transfruntier.

(5)

Barra minn hekk, ostakli sinifikanti għat-tlestija tas-suq intern fil-qasam tal-kontijiet tal-ħlas jistgħu jinħolqu mill-frammentazzjoni tal-oqfsa regolatorji nazzjonali eżistenti. Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-livell nazzjonali fir-rigward tal-kontijiet tal-ħlas, u partikolarment fir-rigward tal-komparabilità tat-tariffi u l-bdil tal-kontijiet tal-ħlas ivarjaw. Għall-bdil, in-nuqqas ta' miżuri vinkolanti uniformi fil-livell tal-Unjoni wassal għal prattiki u miżuri diverġenti fuq livell nazzjonali. Dawn id-differenzi huma saħansitra aktar evidenti fil-qasam tal-komparabilità tat-tariffi, fejn l-ebda miżura, lanqas ta' natura awtoregolatorja, ma teżisti fil-livell tal-Unjoni. Jekk dawn id-differenzi jsiru iktar sinifikanti fil-futur, billi l-banek għandhom it-tendenza li jfasslu l-prattiki tagħhom għas-swieq nazzjonali, dan jgħolli l-ispiża għal min jopera b'mod transfruntier relattivament mal-ispejjeż li jġorru l-fornituri domestiċi u għalhekk jagħmel l-eżerċizzju tan-negozju transfruntier inqas attraenti. L-attività transfruntiera fis-suq intern hija mxekkla minn ostakli li jwaqqfu lill-konsumaturi milli jiftħu kont tal-ħlas barra l-pajjiż. Il-kriterji tal-eliġibbiltà restrittivi eżistenti jistgħu jwaqqfu liċ-ċittadini tal-Unjoni milli jiċċaqalqu liberament fl-Unjoni. Li l-konsumaturi kollha jiġu pprovduti b'aċċess għal kont tal-ħlas jippermetti l-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq intern u jippermettilhom li jiksbu l-benefiċċji tas-suq intern.

(6)

Barra minn hekk, peress li xi klijenti prospettivi ma jiftħux kontijiet, jew minħabba li huma mċaħħda minn dan jew għaliex ma jiġux offruti prodotti adegwati, id-domanda potenzjali għas-servizzi tal-kont tal-ħlas fl-Unjoni bħalissa mhijiex sfruttata b'mod sħiħ. Il-parteċipazzjoni iktar wiesgħa tal-konsumatur fis-suq intern tagħti aktar inċentivi lill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas li jidħlu fi swieq ġodda. Barra minn hekk, il-ħolqien tal-kundizzjonijiet li jippermettu lill-konsumaturi kollha biex ikollhom aċċess għal kont tal-ħlas huwa mezz neċessarju għat-trawwim tal-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq intern u biex jingħataw il-possibilità li jaħsdu l-benefiċċji li ġab miegħu s-suq intern.

(7)

It-trasparenza u l-komparabilità tat-tariffi ġew indirizzati f'inizjattiva awtoregolatorja, mibdija mill-industrija bankarja. Madankollu, ma nstab l-ebda ftehim finali dwar dawn il-linji gwida. F'dak li għandu x'jaqsam mal-bdil, il-prinċipji komuni stabbiliti fl-2008 mill-Kumitat għall-Industrija Bankarja Ewropea jipprovdu mekkaniżmu mudell għall-bdil bejn kontijiet bankarji offrut minn fornituri tas-servizzi tal-ħlas li jinsabu fl-istess Stat Membru. Madankollu, minħabba n-natura mhux vinkolanti tagħhom, dawn il-prinċipji komuni ġew applikati b'mod inkonsistenti madwar l-Unjoni u b'riżultati ineffettivi. Barra minn hekk, il-Prinċipji Komuni jindirizzaw biss il-bdil tal-kontijiet tal-bank fil-livell nazzjonali u ma jindirizzawx il-bdil transfruntier. Fl-aħħar nett, rigward l-aċċess għal kont bażiku tal-ħlas, […] ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/442/UE […] (4) stiednet lill-Istati Membri sabiex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni tagħha mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tagħha. Sal-lum, ftit Stati Membri biss jikkonformaw mal-prinċipji ewlenin tar-Rakkomandazzjoni.

(8)

Sabiex tkun permessa l-mobbiltà finanzjarja effettiva u mingħajr xkiel fit-tul, huwa essenzjali li jiġi stabbilit sett uniformi ta’ regoli sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-mobbiltà baxxa tal-konsumaturi u b’mod partikolari sabiex jittejjeb it-tqabbil tas-servizzi u t-tariffi tal-kontijiet tal-ħlas u biex ikun hemm inċentiv għall-bdil tal-kontijiet tal-ħlas kif ukoll biex jiġi evitat li l-konsumaturi li biħsiebhom jakkwistaw kont tal-ħlas transfruntier jiġu diskriminati abbażi tar-residenza. Barra minn hekk, huwa essenzjali li jiġu adottati miżuri adegwati biex titrawwem il-parteċipazzjoni tal-klijenti fis-suq tal-kontijiet tal-ħlas. Dawn il-miżuri se jinċentivaw id-dħul għall-fornituri ta' servizzi tal-ħlas fis-suq intern u se jiżguraw ambjent ekwu, u b'hekk tissaħħaħ il-kompetizzjoni u l-allokazzjoni effiċjenti ta' riżorsi fis-suq finanzjarju bl-imnut tal-Unjoni għall-benefiċċju tan-negozji u l-konsumaturi. Barra minn hekk, informazzjoni trasparenti dwar it-tariffi flimkien mad-dritt ta’ aċċess għal servizzi ta’ kont bażiku jippermettu liċ-ċittadini tal-UE li jiċċaqilqu u jagħmlu għażliet aktar faċilment fl-Unjoni u għalhekk jibbenefikaw minn suq intern li jiffunzjona b’mod sħiħ fil-qasam tas-servizzi finanzjarji bl-imnut u jikkontribwixxu għat-tkabbir tal-kummerċ elettroniku u għall-iżvilupp ulterjuri tas-suq intern .

(8a)

Huwa essenzjali wkoll li jiġi żgurat li din id-Direttiva ma xxekkilx l-innovazzjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji bl-imnut. Kull sena, isiru vijabbli teknoloġiji ġodda, li jistgħu jirrendu l-mudell attwali tal-kontijiet tal-ħlas skadut. B’mod partikolari, is-servizzi bankarji bil-mowbajl, is-servizzi tat-tip peer-to-peer u l-kards tal-ħlas b’valur maħżun għandhom jiġu inkoraġġuti bħala alternattivi għas-servizzi bankarji tradizzjonali.

(9)

Din id-Direttiva tapplika għal kontijiet tal-ħlas miżmuma mill-konsumaturi. Konsegwentement, kontijiet miżmuma minn negozji, anki żgħar jew mikrointrapriżi, sakemm mhux miżmuma f'kapaċità personali, huma barra mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Barra minn hekk, din id-Direttiva ma tkoprix kontijiet ta' tfaddil, li jista' jkollhom funzjonijiet ta' ħlas aktar limitati. Barra minn hekk, din id-Direttiva ma tkoprix il-karti tal-kreditu, li mhumiex fundamentali għall-ilħuq tal-għanijiet tagħha tat-titjib tal-inklużjoni finanzjarja u tal-funzjonament tas-suq intern.

(10)

Id-definizzjonijiet li hemm f'din id-Direttiva huma allinjati ma' dawk li hemm f'leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, u b'mod partikolari dawk tad-Direttiva 2007/64/KE u dawk tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxu rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemendaw ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 (5).

(11)

Huwa importanti li l-konsumaturi jkunu kapaċi jifhmu t-tariffi sabiex ikunu jistgħu jqabblu l-offerti minn fornituri differenti ta' servizzi tal-ħlas u jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar liema kont huwa l-aktar adattat għall-ħtiġijiet tagħhom. Paragun bejn it-tariffi ma jistax jintlaħaq meta l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jużaw terminoloġija differenti għall-istess servizzi ▌u jipprovdu informazzjoni f'formati differenti. Terminoloġija standardizzata, flimkien ma’ informazzjoni ▌dwar it-tariffi għall-aktar servizzi ▌rappreżentattivi marbuta mal-kontijiet tal-ħlas f’format konsistenti, jistgħu jgħinu lill-konsumaturi jifhmu u jqabblu t-tariffi.

(12)

Il-konsumaturi jibbenefikaw l-aktar minn informazzjoni li tkun konċiża kemm jista’ jkun, standardizzata u li jkun faċli li titqabbel bejn fornituri differenti ta’ servizzi tal-ħlas. L-għodod disponibbli għall-konsumaturi biex iqabblu offerti tal-kontijiet tal-ħlas għandhom ikunu fuq ħafna livelli u għandhom jitwettqu testijiet fost il-konsumaturi . F’dan l-istadju , it-terminoloġija tat-tariffi għandha tkun standardizzata biss għat-termini u d-definizzjonijiet l-aktar rappreżentattivi fl-Istati Membri sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni rapida .

(13)

It-terminoloġija tat-tariffi għandha tiġi determinata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, filwaqt li wieħed jagħti każ tal-ispeċifiċitajiet tas-swieq lokali. ▌Fejn hu possibbli, it-terminoloġija tat-tariffi għandha tiġi standardizzata fil-livell tal-Unjoni, u b’hekk ikun possibbli t-tqabbil madwar l-Unjoni. L-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) ('ABE') għandha tistabbilixxi linji gwida biex tgħin lill-Istati Membri biex jiddeterminaw is-servizzi li jintużaw l-aktar komunement u li jikkawżaw l-ogħla spejjeż għall-konsumaturi fuq livell nazzjonali. Sabiex tinkiseb l-applikazzjoni effettiva ta’ terminoloġija standardizzata, dawn id-definizzjonijiet għandhom ikunu wiesgħa biżżejjed.

(14)

Ladarba l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu ddeterminaw lista proviżorja tal-aktar servizzi rappreżentattivi marbuta ma' kontijiet tal-ħlas fuq livell nazzjonali flimkien ma' termini u definizzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tanalizzahom sabiex tidentifika, permezz ta' atti delegati, is-servizzi li huma komuni għall-maġġoranza tal-Istati Membri u tipproponi termini ▌standardizzati fil-livell tal-Unjoni ▌.

(15)

Sabiex jgħinu lill-konsumaturi jqabblu b'mod faċli t-tariffi tal-kontijiet tal-ħlas fis-suq intern, il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas għandhom jipprovdu lill-konsumaturi b'dokument komprensiv ta' informazzjoni dwar it-tariffi li jiddikjara t-tariffi għas-servizzi kollha marbuta mal-kont tal-ħlas inkluż fil-lista tal-aktar servizzi rappreżentattivi u kwalunkwe tariffa oħra li tista' tiġi applikata għall-kont . Id-dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi għandu juża t-termini u d-definizzjonijiet standardizzati stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, meta possibbli. Dan se jikkontribwixxi wkoll biex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi bejn l-istituzzjonijiet ta' kreditu li jikkompetu fis-suq tal-kontijiet tal-ħlas. ▌Sabiex jgħinu lill-konsumaturi jifhmu t-tariffi li jridu jħallsu għall-kont tal-ħlas tagħhom, glossarju li jipprovdi spjegazzjonijiet ċari, mhux tekniċi u mhux ambigwi għal tal-inqas ▌ is-servizzi marbuta mal-kont tal-ħlas u d-definizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet relatati għandu jkun disponibbli għalihom. Il-glossarju għandu jservi bħala għodda utli biex jinkoraġġixxi fehim aħjar tat-tifsira tat-tariffi, u jikkontribwixxi sabiex tingħata s-setgħa lill-konsumatur sabiex jagħżel minn għażla usa' ta' offerti ta' kontijiet tal-ħlas. Għandu jiġi introdott ukoll obbligu għall-fornituri ta’ servizzi tal-ħlas biex jinfurmaw lill-konsumaturi, bla ħlas u għal tal-inqas fuq bażi annwali dwar it-tariffi u l-imgħax applikati għall-kont tagħhom. L-informazzjoni ex-post għandha tiġi pprovduta f'sommarju apposta. Għandha tipprovdi stampa ġenerali tal-imgħax miksub , tat-tariffi mġarrba u  ta' prenotifiki ta' modifiki fit-tariffi jew ir-rati tal-imgħax . Il-konsumatur għandu jingħata l-informazzjoni meħtieġa biex jifhem ma’ xiex inhuma konnessi l-infiq tat-tariffi u l-imgħax u jivvaluta l-ħtieġa li jew jimmodifika x-xejriet tal-konsum jew imur għand fornitur ieħor. ▌

(16)

Biex jiġu ssodisfati l-bżonnijiet tal-konsumaturi, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar it-tariffi tal-kontijiet tal-ħlas tkun preċiża, ċara u komparabbli. L-ABE għandha għalhekk , wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet nazzjonali u wara li jitwettqu testijiet fost il-konsumaturi, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward format ta' preżentazzjoni standardizzat għad-dokument tal-informazzjoni dwar it-tariffi u d-dikjarazzjoni dwar it-tariffi u s-simboli komuni , sabiex jiġi żgurat li dawn ikunu jinftiehmu u komparabbli għall-konsumaturi. ▌Id-dokument tal-informazzjoni dwar it-tariffi u d-dikjarazzjoni dwar it-tariffi għandhom ikunu jintgħarfu b'mod ċar minn komunikazzjonijiet oħra. ▌

(17)

Sabiex jiżguraw […] użu konsistenti tat-terminoloġija applikabbli fuq il-livell tal-Unjoni madwar l-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu obbligu għall-fornituri tas-servizzi tal-ħlas sabiex jużaw it-terminoloġija applikabbli fil-livell tal-Unjoni flimkien mat-terminoloġija standardizzata nazzjonali li tibqa' identifikata fil-lista provviżorja meta jikkomunikaw mal-konsumaturi, inkluż fid-dokument tal-informazzjoni dwar it-tariffa u d-dikjarazzjoni tat-tariffi. Il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas għandhom ikunu jistgħu jużaw ismijiet ta’ ditti fid-dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi jew id-dikjarazzjoni tat-tariffi biex jiddeżinjaw is-servizzi jew il-kontijiet tal-ħlasijiet tagħhom sakemm dan ikun b’żieda mat-terminoloġija standardizzata u bħala deżinjazzjoni sekondarja tas-servizzi jew il-kont offruti .

(18)

Siti tal-internet tat-tqabbil indipendenti huma mezz effettiv għall-konsumaturi sabiex jivvalutaw il-merti ta' kontijiet tal-ħlas differenti fi spazju wieħed. Tali siti tal-internet jistgħu jipprovdu l-aħjar bilanċ bejn il-bżonn li l-informazzjoni tkun ċara u konċiża, iżda sħiħa u komprensiva, billi jippermettu lill-utenti jiksbu informazzjoni aktar dettaljata fejn dan huwa ta' interess għalihom. Jistgħu wkoll inaqqsu l-ispejjeż tat-tiftix billi l-konsumaturi ma jkollhomx għalfejn jiġbru l-informazzjoni separatament mingħand fornituri tas-servizzi tal-ħlas. Huwa kruċjali li l-informazzjoni mogħtija f'tali siti tal-internet tkun affidabbli, imparzjali u trasparenti u li l-konsumaturi jiġu infurmati dwar id-disponibbiltà tagħha. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw attivament lill-pubbliku dwar tali siti tal-internet.

(19)

Sabiex jiksbu informazzjoni imparzjali dwar it-tariffi ċċarġjati u r-rati tal-imgħax applikati għall-kontijiet tal-ħlas , il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw siti tal-internet tat-tqabbil li jkunu aċċessibbli għall-pubbliku u indipendenti mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas. L-Istati Membri għandhom għalhekk jaraw li l-konsumaturi jkollhom aċċess b'xejn għal mill-anqas sit tal-internet wieħed indipendenti u aċċessibbli għall-pubbliku fit-territorji rispettivi tagħhom. Dawn is-siti tal-internet tat-tqabbil jistgħu jitħaddmu minn, jew f'isem, l-awtoritajiet kompetenti, jew minn awtoritajiet pubbliċi oħra u/jew minn operaturi privati akkreditati. Sabiex tiżdied il-fiduċja tal-konsumaturi f’siti tal-internet tat-tqabbil oħra disponibbli, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skema volontarja ta’ akkreditazzjoni li tippermetti lill-operaturi privati ta’ siti tal-internet tat-tqabbil sabiex japplikaw għall-akkreditazzjoni skont kriterji tal-kwalità speċifikati. Sit tal-internet tat-tqabbil operat minn , jew f'isem, awtorità kompetenti jew awtorità pubblika oħra għandu jiġi stabbilit fejn ma jkunx ġie akkreditat sit tal-internet operat privatament. Dawn is-siti tal-internet għandhom huma wkoll jikkonformaw mal-kriterji tal-kwalità.

(20)

Hija l-prattika kurrenti li l-fornituri ta' servizzi tal-ħlas joffru kont tal-ħlas f'pakkett ma' prodotti jew servizzi finanzjarji oħra. Din il-prattika tista' tkun mezz sabiex il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jiddiversifikaw l-offerta tagħhom u jikkompetu kontra xulxin, u fl-aħħar mill-aħħar tista' tkun ta' benefiċċju għall-konsumaturi. Madankollu l-istudju tal-Kummissjoni dwar prattiki ta' abbinar fis-settur finanzjarju mwettaq fl-2009 kif ukoll il-konsultazzjonijiet rilevanti u l-ilmenti tal-konsumaturi wrew li l-fornituri ta' servizzi tal-ħlas jistgħu joffru kontijiet bankarji marbuta f'pakkett ma' prodotti mhux mitluba mill-konsumaturi u li mhumiex essenzjali għal kontijiet tal-ħlas, bħal assigurazzjoni tad-djar. Barra minn hekk, ġie osservat li dawn il-prattiki jistgħu jnaqqsu t-trasparenza u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, jillimitaw l-għażliet tax-xiri għall-konsumaturi u jkollhom impatt negattiv fuq il-mobbiltà tagħhom. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jaraw li meta l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas joffru kontijiet tal-ħlas marbuta f’pakketti l-konsumaturi jkunu pprovduti b’informazzjoni dwar jekk huwiex possibbli li l-kont tal-ħlas jinxtara separatament u jekk iva dwar il-kost u l-miżati applikabbli assoċjati ma' kull wieħed mill-prodotti jew mis-servizzi finanzjarji l-oħra inklużi fil-pakkett ▌.

(21)

Il-konsumaturi […] huma inċentivati biex ibiddlu l-kontijiet biss jekk il-proċess ma jinvolvix piż amministrattiv u finanzjarju eċċessiv. Il-proċedura biex wieħed jaqleb il-kont tal-ħlas għal fornitur ieħor ta' servizzi tal-ħlas għandha tkun ċara, rapida u sikura . Jekk jiġu imposti tariffi mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas fir-rigward tas-servizz ta' bdil, għandhom ikunu raġonevoli u skont l-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2007/64/KE . Sabiex ikun hemm impatt pożittiv fuq il-kompetizzjoni, il-bdil għandu jkun iffaċilitat f'livell transfruntier. Peress li l-bdil transfruntier jista’ jkun iktar kumpless mill-bdil fil-livell nazzjonali u jista’ jirrikjedi li l-fornituri ta’ servizzi tal-ħlas jadattaw u jirfinaw il-proċeduri interni tagħhom, għandhom jiġu previsti perjodi tranżitorji itwal fir-rigward ta' servizz ta' bdil bejn fornituri tas-servizzi tal-ħlas stabbiliti fi Stati Membri differenti .

(21a)

L-Istati Membri għandhom jitħallew, fir-rigward ta' bdil meta żewġ fornituri tas-servizzi tal-ħlas ikunu stabbiliti fit-territorju tagħhom, jistabbilixxu jew iżommu arranġamenti li jvarjaw minn dawk previsti f'din id-Direttiva jekk dan, b'mod ċar, ikun fl-interess tal-konsumatur.

(22)

Il-proċess ta' bdil għandu jkun ċar kemm jista' jkun għall-konsumatur. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju jkun responsabbli għat-tnedija u l-ġestjoni tal-proċess għan-nom tal-konsumaturi.

(23)

Bħala regola ġenerali u bil-kundizzjoni li l-konsumatur ikun ta l-kunsens tiegħu, il-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju għandu jwettaq, f’isem il-konsumatur, il-bdil tal-ħlasijiet rikorrenti, kif ukoll ▌jittrasferixxi kwalunkwe bilanċ pożittiv li jkun fadal, idealment f’laqgħa waħda mal-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju. Għal dan l-għan, il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jiffirmaw awtorizzazzjoni waħda li tagħti jew tirrifjuta l-kunsens għall-azzjonijiet imsemmija. Qabel ma jagħti l-awtorizzazzjoni, il-konsumatur għandu jiġi infurmat dwar il-passi kollha tal-proċedura li huma meħtieġa biex jitwettaq il-bdil.

(24)

Il-kooperazzjoni tal-fornitur tas-servizzi li titrasferixxi hija meħtieġa sabiex il-bdil jirnexxi. Il-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju għandu jkun jista' jitlob jew lill-konsumatur jew, meta meħtieġ, lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi biex jipprovdi l-informazzjoni li jqis li hi neċessarja sabiex iċaqlaq il-ħlasijiet rikorrenti fuq il-kont tal-ħlas il-ġdid. Madankollu, tali informazzjoni ma għandhiex taqbeż dak li hu meħtieġ sabiex jitwettaq il-bdil u l-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju ma għandux jitlob għal informazzjoni li ma tkunx neċessarja.

(25)

Il-konsumaturi ma għandhomx jiġu soġġetti għal pieni jew għal kwalunkwe danni finanzjarji oħra kkawżati mill-indirizzar ħażin ta' trasferimenti 'l ġewwa ta' kreditu jew debiti diretti. Dan huwa partikolarment importanti għal ċerti kategoriji ta' min iħallas u ta' min jitħallas, bħal kumpaniji tal-utilitajiet, li jużaw mezzi elettroniċi (pereżempju bażijiet ta' dejta) biex jaħżnu l-informazzjoni dwar dettalji tal-kont tal-konsumaturi u jwettqu diversi tranżazzjonijiet perjodiċi li jinvolvu għadd kbir ta' konsumaturi.

(26)

L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li l-konsumaturi li jkollhom l-intenzjoni li jiftħu kont tal-ħlas ma jiġux diskriminati abbażi tan-nazzjonalità jew tal-post ta' residenza tagħhom. Għalkemm huwa importanti li l-fornituri ta' servizzi tal-ħlas jaraw li l-klijenti tagħhom ma jużawx is-sistema finanzjarja għal skopijiet illegali bħal frodi, ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, huma ma għandhomx jimponu xkiel għall-konsumaturi li jridu jibbenefikaw mill-vantaġġi tas-suq intern billi jixtru kontijiet tal-ħlas transfruntieri.

(27)

Konsumaturi li huma legalment residenti fl-Unjoni u li ma għandhomx jiġu diskriminati minħabba n-nazzjonalità jew il-post ta' residenza tagħhom, jew għal xi raġuni oħra msemmija fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea meta japplikaw għal, jew jaċċessaw, kont tal-ħlas fl-Unjoni . Barra minn hekk, l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi għandu jkun żgurat mill-Istati Membri irrispettivament miċ-ċirkostanzi finanzjarji tal-konsumatur, bħall-istatus ta' impjieg tagħhom, il-livell ta' introjtu, l-istorja kreditizja jew il-falliment personali .

(28)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kontijiet b'karatteristiċi bażiċi kif imsemmija f'din id-Direttiva jiġu offruti lill-konsumaturi mill-fornituri kollha tas-servizzi tal-ħlas li joperaw servizzi ġenerali tal-ħlas bl-imnut u li joffru kontijiet tal-ħlas bħala parti integrali min-negozju regolari tagħhom . L-aċċess ma għandux ikun diffiċli wisq u ma għandux jinvolvi spejjeż eċċessivi għall-konsumaturi. Id-dritt ta' aċċess għal kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi fi kwalunkwe Stat Membru għandu jingħata b'konformità mad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (6) , b'mod partikolari fir-rigward ta' proċeduri ta' diliġenza dovuta tal-konsumaturi. Fl-istess ħin, id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva waħedha m'għandhomx jintużaw bħala raġuni biex jiġu rifjutati konsumaturi kummerċjalment anqas attraenti. Għandu jitqiegħed fis-seħħ mekkaniżmu biex jgħin lill-konsumaturi mingħajr indirizz fiss, lill-persuni li jfittxu l-ażil u lill-konsumaturi li ma jingħatawx permess ta' residenza iżda li t-tkeċċija tagħhom tkun impossibbli għal raġunijiet legali biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Kapitolu II tad-Direttiva 2005/60/KE.

(28a)

Sabiex l-utenti ta' kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi jingħataw servizz xieraq, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-fornituri jiżguraw li l-persunal rilevanti jitħarreġ b'mod adegwat u li kunflitti ta' interess potenzjali ma jaffettwawx lil dawk il-konsumaturi b'mod negattiv.

(29)

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeżiġu li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jivverifikaw jekk il-konsumatur għandux diġà kont tal-ħlas attiv u ekwivalenti fl-istess territorju u jeżiġu li l-konsumatur jiffirma dikjarazzjoni fuq l-unur f'dak ir-rigward . Fornituri tas-servizzi tal-ħlas m'għandhomx ikunu jistgħu jirrifjutaw applikazzjoni għall-aċċess għal kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi għajr fil-każijiet identifikati speċifikament f'din id-Direttiva.

(29a)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jipproċessaw l-applikazzjonijiet sal-iskadenzi stipulati f'din id-Direttiva u li f'każ ta' rifjut il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jinfurmaw lill-konsumatur dwar ir-raġunijiet speċifiċi għal dan sakemm tali divulgazzjoni ma tmurx kontra l-objettivi ta' sigurtà nazzjonali jew tal-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja.

(30)

Il-konsumaturi għandhom ikunu garantiti aċċess għal firxa ta’ servizzi bażiċi tal-ħlas. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sakemm kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi jitħaddem mill-konsumatur għal użu personali, ma jkunx hemmx limitu għan-numru ta' operazzjonijiet li jiġu provduti lill-konsumatur skont ir-regoli tal-ipprezzar speċifiċi stipulati f'din id-Direttiva. Meta jiddeterminaw x'għandu jitqies bħala użu personali, l-Istati Membri għandhom iqisu l-imġiba eżistenti tal-konsumaturi u l-prattika kummerċjali komuni . Servizzi marbuta mal-kontijiet tal-ħlas bażiċi għandhom jinkludu l-faċilità li jitqiegħdu u jinġibdu l-flus. Il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jagħmlu tranżazzjonijiet tal-ħlas essenzjali bħal li jirċievu introjtu jew benefiċċji, iħallsu l-kontijiet jew it-taxxi u jixtru oġġetti u servizzi, fosthom permezz ta' debitu dirett, trasferiment ta' kreditu u l-użu ta' kard tal-ħlas. Dawn is-servizzi għandhom jippermettu x-xiri ta' oġġetti u servizzi onlajn u għandhom jagħtu lill-konsumaturi l-opportunità biex iniedu ordnijiet tal-ħlas permezz tal-faċilità tas-servizzi bankarji onlajn tal-fornitur tas-servizz tal-ħlas, fejn disponibbli. Madankollu, kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi ma għandux ikun ristrett għal użu online għaliex dan joħloq ostaklu għall-konsumaturi mingħajr aċċess għall-internet. Il-konsumaturi ma għandhomx jingħataw aċċess għal faċilità ta' overdraft ma' kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas sabiex joffru faċilitajiet ta' overdraft u prodotti kreditizji oħra bħala servizzi separati b'mod ċar lil konsumaturi ta' kontijiet tal-ħlas bażiċi, sakemm l-aċċess għall-kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi jew l-użu tiegħu ma jkunx ristrett jew ma jkunx jiddependi mix-xiri ta' tali servizzi kreditizji . Kwalunkwe tariffa imposta għal dawk is-servizzi għandha tkun trasparenti u favorevoli tal-inqas daqs il-politika ta' pprezzar normali tal-fornitur.

(31)

Sabiex jiġi żgurat li kontijiet bażiċi tal-ħlas ikunu disponibbli għall-akbar firxa possibbli ta' konsumaturi, dawn għandhom jiġu offruti mingħajr ħlas jew b'tariffa raġonevoli. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jiżguraw li l-kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi jkun dejjem il-kont tal-ħlas bl-irħas tariffa għall-għoti tal-pakkett minimu ta’ servizzi tal-ħlas speċifikat fl-Istat Membru. Barra minn hekk, kwalunkwe tariffa addizzjonali imposta fuq il-konsumatur għal nuqqas ta’ konformità mat-termini stabbiliti fil-kuntratt għandha tkun raġonevoli u qatt ogħla mill-politika tal-prezzijiet regolari tal-fornitur .

(32)

Il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas għandu jirrifjuta l-ftuħ jew itemm kuntratt għal kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi biss f'ċirkostanzi speċifiċi, pereżempju f'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu jew il-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta' reati. Ukoll f'dawn il-każijiet, rifjut jista' jkun ġustifikat biss fejn il-konsumatur ma jkunx jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dik il-leġiżlazzjoni u mhux għaliex il-proċedura sabiex tiġi kkontrollata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tkun ta' piż żejjed jew għalja żżejjed.

(33)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitqiegħdu fis-seħħ miżuri xierqa biex jiżdied l-għarfien rigward id-disponibbiltà ta' kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi u l-proċeduri u l-kundizzjonijiet biex jintużaw kif stipulati f'din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri tal-komunikazzjoni jkunu biżżejjed u mmirati sew, u li b'mod partikolari jilħqu lill-konsumaturi bla bank, vulnerabbli u mobbli. Il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas għandhom attivament iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi informazzjoni aċċessibbli u assistenza adegwata rigward il-karatteristiċi speċifiċi tal-kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi li qed jiġi offrut, it-tariffi assoċjati tagħhom u l-kundizzjonijiet tal-użu u wkoll il-passi li l-konsumaturi għandhom isegwu biex jeżerċitaw id-dritt tagħhom biex jiftħu kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi. B'mod partikolari, il-konsumaturi għandhom ikunu infurmati li mhumiex obbligati jakkwistaw servizzi addizzjonali biex jiksbu aċċess għal kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi. Sabiex jiġi mminimizzat ir-riskju li l-konsumaturi jiġu esklużi finanzjarjament, l-Istati Membri għandhom itejbu l-edukazzjoni finanzjarja, inkluż fl-iskejjel, u jiġġieldu kontra d-dejn żejjed. Minbarra dan, l-Istati Membri għandhom jippromwovu inizjattivi ta' fornituri tas-servizzi tal-ħlas sabiex jiffaċilitaw it-tisħib tal-forniment ta' kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi mal-edukazzjoni finanzjarja indipendenti.

(34)

L-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet kompetenti li jkollhom is-setgħa jiżguraw l-infurzar ta' din id-Direttiva u li huma mogħtija setgħat ta' investigazzjoni u infurzar. L-awtoritajiet kompetenti maħtura għandhom ikunu indipendenti mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas u għandu jkollhom riżorsi adegwati biex iwettqu dmirijiethom. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jinnominaw awtoritajiet kompetenti differenti sabiex jinfurzaw l-obbligi wiesgħa stabbiliti f'din id-Direttiva.

(35)

Il-konsumaturi għandu jkollhom aċċess għal proċeduri ta' lment u rimedju barra mill-qorti għar-riżoluzzjoni ta' tilwim li jirriżulta mid-drittijiet u l-obbligi stabbiliti b'din id-Direttiva. L-aċċess għal proċeduri ta’ riżoluzzjoni alternattivi tat-tilwim għandu jkun faċli u l-korpi kompetenti għandhom jissodisfaw għadd ta’ kriterji bħar-rappreżentanza ugwali tal-fornituri u l-utenti. Dan l-aċċess huwa diġà żgurat mid-Direttiva 2013/…/UE f'dak li jirrigwarda t-tilwim kuntrattwali rilevanti. Madankollu, il-konsumaturi għandhom ikollhom ukoll aċċess għal proċeduri ta' rimedju bonarju f'każ ta' tilwim prekuntrattwali li jikkonċerna d-drittijiet u l-obbligi stabbiliti minn din id-Direttiva, pereżempju meta dawn ma jingħatawx aċċess għal kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi. Il-konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva tesiġi l-ipproċessar ta' dejta personali tal-konsumaturi. Dan l-ipproċessar huwa rregolat mid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (7). Din id-Direttiva għandha għalhekk tkun konformi mar-regoli stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE u l-liġijiet nazzjonali li jimplimentawhom.

(36)

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stipulati f'din id-Direttiva, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni tat-terminoloġija standardizzata fil-livell tal-Unjoni għas-servizzi tal-ħlas komuni għal għadd ta' Stati Membri u d-definizzjonijiet relatati għal dawn it-termini.

 

(38)

Fuq bażi annwali u għall-ewwel darba fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiksbu statistika annwali affidabbli dwar il-funzjonament tal-miżuri introdotti permezz ta’ din id-Direttiva. Huma għandhom jużaw kwalunkwe riżorsa ta' informazzjoni rilevanti u jikkomunikaw dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport annwali abbażi tal-informazzjoni riċevuta.

(39)

Eżami ta' din id-Direttiva għandu jitwettaq erba' snin wara d-dħul fis-seħħ sabiex iqis l-iżviluppi tas-suq, bħall-ħolqien ta' tipi ġodda ta' kontijiet tal-ħlas u servizzi tal-ħlas, kif ukoll żviluppi f'oqsma oħra tal-liġi tal-Unjoni u l-esperjenzi tal-Istati Membri. Ir-reviżjoni għandha tivvaluta jekk il-miżuri introdotti tejbux il-fehim tal-konsumaturi dwar it-tariffi tal-kontijiet tal-ħlas, il-komparabilità tal-kontijiet tal-ħlas u kemm huwa faċli li wieħed ibiddel il-kontijiet. Għandha wkoll tiddetermina kemm ikunu nfetħu kontijiet tal-ħlas bażiċi inkluż minn konsumaturi li qabel kienu bla bank , il-perjodu ta’ pussess ta’ dan it-tip ta’ kont, in-numru ta’ rifjuti għall-ftuħ ta’ kontijiet tal-ħlas bażiċi u t-terminazzjoni ta’ dawn il-kontijiet u r-raġunijiet għalihom, kif ukoll l-ispejjeż assoċjati tagħhom . Għandha wkoll tivvaluta jekk l-iskadenzi estiżi għal fornituri ta' servizzi tal-ħlas li jwettqu bdil transfruntiera għandhomx jinżammu għal perjodu itwal. Barra minn hekk għandha tivvaluta jekk id-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas meta joffru prodotti f'pakkett humiex biżżejjed jew jekk humiex meħtieġa miżuri addizzjonali. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u, jekk xieraq, akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi.

(40)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(41)

Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2011 dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni, l-Istati Membri refgħu r-responsabbiltà li jakkumpanjaw, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew iktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' Direttiva u l-partijiet li jikkorrispondu magħhom tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta' dawn id-dokumenti hija ġustifikata.

(41a)

Stat Membru għandu jkun jista' jiddeċiedi, soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, li jeżenta lil fornituri tas-servizzi tal-ħlas milli joffru kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-eżenzjonijiet biss meta jkunu garantiti kundizzjonijiet indaqs bejn il-fornituri kollha tas-servizzi tal-ħlas, meta d-dritt ta' aċċess għall-konsumaturi ma jkunx ipperikolat u meta l-klijenti ta' kontijiet bażiċi ma jaffaċċawx ir-riskju ta' stigmatizzazzjoni. L-approvazzjoni m'għandhiex tirriżulta f'sitwazzjoni li fiha fornitur tas-servizzi tal-ħlas wieħed biss joffri dan il-kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi fi Stat Membru.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

MATERJA, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Materja u kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar it-trasparenza u l-komparabilità tat-tariffi miżmuma lill-klijenti għall-kontijiet tal-ħlas tagħhom miżmumin fl-Unjoni Ewropea u pprovduti minn fornituri tas-servizzi tal-ħlas li jinsabu fl-Unjoni u regoli dwar il-bdil ta' kontijiet tal-ħlas fl-Unjoni.

2.   Din id-Direttiva tiddefinixxi wkoll qafas għar-regoli u l-kundizzjonijiet skont liema l-Istati Membri jiggarantixxu dritt għall-konsumaturi li jiftħu u li jużaw kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi fl-Unjoni.

3.   Il-ftuħ u l-użu ta' kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi, skont din id-Direttiva jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tad-Direttiva 2005/60/KE.

3a.     Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 15 sa 19, kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi għandu jitqies bħala kont tal-ħlas għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

4.   Din id-Direttiva tapplika għal fornituri ta' servizzi tal-ħlas li jinsabu fl-Unjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet […] li ġejjin:

(a)

“konsumatur” tfisser persuna fiżika li taġixxi għal għanijiet li ma għandhomx x'jaqsmu mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni tagħha;

(aa)

“residenti legalment” jirreferi għall-istatus ta' ċittadin tal-Unjoni jew nazzjonal ta' pajjiż terz li jkun qed jirrisjedi fit-territorju tal-Unjoni, inklużi persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-28 ta' Lulju 1951 rigward l-istatus tar-rifuġjati, il-Protokoll tal-31 ta' Jannar 1967 tagħha u trattati internazzjonali rilevanti oħra;

(b)

“kont tal-ħlas” tfisser kont miżmum f'isem ta' utent wieħed jew iżjed tas-servizz tal-ħlas li jintuża għat-twettiq ta' tranżazzjonijiet tal-ħlas;

(c)

“servizz tal-ħlas” tfisser servizz tal-ħlas kif iddefinit fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2007/64/KE;

(ca)

“servizzi marbuta mal-kont tal-ħlas” tfisser is-servizzi kollha marbuta mal-operat ta' kont tal-ħlas, inklużi servizzi tal-ħlas u tranżazzjonijiet tal-ħlas fil-kamp ta' applikazzjoni tal-punt (g) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/64/KE;

(d)

“tranżazzjoni tal-ħlas” tfisser att, mibdi minn min jagħmel il-ħlas jew mill-benefiċjarju, ta' tqegħid, trasferiment jew ġbid ta' fondi, irrispettivament minn kwalunkwe obbligi ta' bażi bejn min jagħmel il-ħlas u l-benefiċjarju;

(e)

(e) “fornitur tas-servizzi tal-ħlas” tfisser fornitur tas-servizzi tal-ħlas kif iddefinit fl-Artikolu 4(9) tad-Direttiva 2007/64/KE ħlief għall-finijiet tal-Kapitolu IV, fejn tfisser il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas kollha stabbiliti fit-territorju tal-Istati Membri li joperaw f'servizzi ġenerali tal-ħlas bl-imnut u li joffru kontijiet tal-ħlas bħala parti integrali min-negozju regolari tagħhom ;

(f)

“strument tal-ħlas” tfisser strument tal-ħlas kif iddefinit fl-Artikolu 4(23) tad-Direttiva 2007/64/KE;

(g)

“fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi” tfisser il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li mingħandu hija trasferita l-informazzjoni dwar il-ħlasijiet rikorrenti kollha, jew parti minnhom;

(h)

“fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju” tfisser il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li lilu hija trasferita l-informazzjoni dwar il-ħlasijiet rikorrenti kollha, jew parti minnhom;

(i)

“min iħallas” tfisser pesuna fiżika jew ġuridika li jkollha kont tal-ħlas u tippermetti ordni tal-ħlas minn dak il-kont tal-ħlas, jew, fejn ma jkun hemm l-ebda kont tal-ħlas ta' min iħallas, persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel ordni tal-ħlas għall-kont tal-ħlas ta' benefiċjarju;

(j)

“benefiċjarju” tfisser persuna naturali jew legali li hija r-riċevitur intiż ta' fondi li kienu s-suġġett ta' tranżazzjoni tal-ħlas;

(k)

“tariffi” tfisser l-imposti u l-pieni kollha , jekk hemm, li huma pagabbli mill-konsumatur lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas għal, jew b'rabta ma', is-servizzi assoċjati mal-kont tal-ħlas;

(ka)

“rata tal-imgħax tal-kreditu” tfisser kwalunke rata tal-imgħax imħallsa lill-konsumatur b'rabta ma' fondi miżmuma f'kont tal-ħlas;

(l)

“mezz li jservi għal żmien twil” tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-konsumatur jew il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas sabiex jaħżen informazzjoni personalment indirizzata lil dak il-konsumatur b'mod aċċessibbli għal referenza futura għal perjodu ta' żmien adegwat għall-iskopijiet tal-informazzjoni u sabiex jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna;

(m)

“bdil” tfisser, fuq talba tal-konsumatur, trasferiment minn fornitur tas-servizz tal-ħlas għal ieħor tat-tagħrif dwar dawn li ġejjin jew xi wħud minnhom: l-istanding orders għal trasferimenti ta' kreditu, debiti diretti rikorrenti u trasferimenti ta' kreditu' l ġewwa rikorrenti eżegwiti f'kont tal-ħlas, bi jew mingħajr trasferiment tal-bilanċ tal-kont pożittiv minn kont tal-ħlas wieħed lejn l-ieħor jew l-għeluq tal-kont preċedenti. Il-bdil ma jimplikax it-trasferiment tal-kuntratt mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi għall-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju;

(n)

“debitu dirett” tfisser servizz tal-ħlas li jiddebita l-kont tal-ħlas ta' min iħallas, fejn it-tranżazzjoni tal-ħlas tkun mibdija minn min jitħallas bil-kunsens tal-fornitur;

(o)

“trasferiment ta' kreditu” tfisser servizz tal-ħlas ▌għall-ikkreditjar tal-kont tal-ħlas ta' benefiċjarju bi tranżazzjoni tal-ħlas jew sensiliet ta' tranżazzjonijiet tal-ħlas mill-kont tal-ħlas ta' min iħallas mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jżomm il-kont tal-ħlas ta' min iħallas, fuq il-bażi ta' struzzjoni mogħtija minn min iħallas;

(p)

“standing order” tfisser servizz li jikkredita f'intervalli regolari l-kont tal-ħlas ta' benefiċjarju b'sensiela ta' tranżazzjonijiet tal-ħlas mill-kont tal-ħlas ta' min iħallas, eżegwiti mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jżomm il-kont tal-ħlas ta' min iħallas, fuq il-bażi ta' struzzjoni mogħtija minn min iħallas;

(q)

“fondi” tfisser karti tal-flus, muniti u flus skritturali kif ukoll flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2009/110/KE;

(r)

“kuntratt qafas” tfisser kuntratt ta' servizzi tal-ħlas li jirregola l-eżekuzzjoni futura ta' tranżazzjonjiet tal-ħlas individwali u suċċessivi u li jista' jkun fih l-obbligu u l-kundizzjonijiet biex jiġi stabbilit kont tal-ħlas;

(ra)

“ġurnata tax-xogħol” tfisser ġurnata tax-xogħol kif definita fl-Artikolu 4(27) tad-Direttiva 2007/64/KE.

Artikolu 3

Terminoloġija standardizzata marbuta mal-kontijiet tal-ħlas

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 20, jiddeterminaw lista proviżorja tas-servizzi l-aktar rappreżentattivi marbuta mal-kontijiet tal-ħlas fuq il-livell nazzjonali . Il-lista għandha tkopri tal-anqas l-10 servizzi l-aktar rappreżentattivi disponibbli fuq il-livell nazzjonali. Għandu jkun fiha termini u definizzjonijiet għal kull wieħed mis-servizzi identifikati , filwaqt li fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Istat Membru għandu jintuża terminu wieħed biss għal kull servizz .

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jqisu s-servizzi li:

(a)

huma l-aktar li jintużaw mill-konsumaturi f'rabta mal-kont tal-ħlas tagħhom;

(b)

jiġġeneraw l-ogħla spiża għal konsumaturi , kemm inġenerali kif ukoll għal kull unità ;

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni soda ta' dawk il-kriterji għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ABE tiżviluppa linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tgħin lill-awtoritajiet kompetenti.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-listi proviżorji msemmija fil-paragrafu 1 sa … [ 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Fuq talba, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni komplementari rigward id-dejta li abbażi tagħha jkunu kkumpilaw dawk il-listi fir-rigward tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2.

4.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 24, ▌li jistabbilixxu, abbażi tal-listi proviżorji sottomessi skont il-paragrafu 3, terminoloġija standardizzata tal-Unjoni għas-servizzi tal-ħlas marbuta mal-kontijiet tal-ħlas li huma komuni għall-anqas għall-maġġoranza tal-Istati Membri. It-terminoloġija standardizzata tal-Unjoni għandha tkun ċara u konċiża u għandha tinkludi termini u definizzjonijiet komuni għas-servizzi komuni. Fi kwalunkwe lingwa uffiċjali għal kull Stat Membru, terminu wieħed biss għandu jintuża għal kull servizz .

5.   Wara […] pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 4, kull Stat Membru jintegra mingħajr dewmien , u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar, it-terminoloġija standardizzata tal-Unjoni adottata skont il-paragrafu 4 fil-lista proviżorja msemmija fil-paragrafu 1 u jippubblika din il-lista.

Artikolu 4

Dokument tal-informazzjoni dwar it-tariffi u glossarju

1.   L-Istati Membri jiżguraw li fi żmien debitu qabel ma jidħlu f'kuntratt għal kont tal-ħlas ma' konsumatur, il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jipprovdu lill-konsumatur b'dokument ta' informazzjoni komprensiv dwar it-tariffi . Id-dokument ta' informazzjoni dwar it-tariffi jiddikjara s-servizzi disponibbli kollha marbuta mal-kont tal-ħlas li huma inklużi fil-lista tal-aktar servizzi rappreżentattivi msemmija fl-Artikolu 3(5) u t-tarifffi li jikkorrispondu għal kwalunkwe servizz. Ikun fih ukoll kwalunkwe tariffa u rata tal-imgħax addizzjonali li jistgħu jiġu applikati għall-kont. Sabiex issir distinzjoni bejn id-dokument ta' informazzjoni dwar it-tariffi u dokumentazzjoni kummerċjali jew kuntrattwali, jinkludi simbolu komuni fuq nett fl-ewwel paġna. L-Istati Membri jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jinfurmaw lill-konsumaturi dwar kwalunkwe modifika fit-tariffi u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-konsumatur dokument ta' informazzjoni dwar it-tariffi aġġornat, meta adattat.

Meta t-tariffa għal servizz tkun valida biss għal ċerti mezzi ta' komunikazzjoni, bħal online jew permezz ta' fergħa, jew meta t-tariffa tvarja skont il-mezz użat, dan jiġi indikat b'mod ċar fid-dokument ta' informazzjoni dwar it-tariffi.

1a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas ma jimponu l-ebda tariffa mhux elenkata fid-dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi.

2.   Fejn wieħed jew aktar mis-servizzi tal-ħlas ▌huwa offrut bħala parti minn pakkett ta’ servizzi tal-ħlas , id-dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi jiżvela t-tariffa għall-pakkett kollu, is-servizzi inklużi fil-pakkett u n-numru tagħhom, u t-tariffa għal kull servizz li mhuwiex kopert mit-tariffa tal-pakkett .▌

5.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu obbligu fuq il-fornituri ta' servizzi tal-ħlas sabiex iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi glossarju tas-servizzi kollha msemmija fil-paragrafu 1 u d-definizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet relatati.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-glossarju pprovdut skont l-ewwel subparagrafu jkun abbozzat f’lingwaġġ ċar, mhux ambigwu u mhux tekniku u li ma jkunx qarrieqi.

6.   Id-dokument ta' informazzjoni dwar it-tariffi u l-glossarju jkunu disponibbli b'mod permanenti għall-konsumaturi u l-konsumaturi prospettivi mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas f'forma elettronika fuq is-siti tal-internet tagħhom fejn tkun faċilment aċċessibbli anke għal min mhuwiex konsumatur. Id-dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi jkun disponibbli mingħajr ħlas mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas fuq mezz li jservi fit-tul fi stabbilimenti aċċessibbli għall-konsumaturi u l-glossarju jitqiegħed għad-dispożizzjoni fuq mezz li jservi fit-tul fuq talba.

7.    L-ABE, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet nazzjonali u wara li jitwettqu testijiet fost il-konsumaturi, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward format ta' preżentazzjoni standardizzata tad-dokument ta' informazzjoni dwar it-tariffi u s-simbolu komuni tiegħu.

L-ABE tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa .. [ 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.].

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 5

Dikjarazzjoni tat-tariffi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi tal-ħlas jipprovdu lill-konsumaturi, mingħajr ħlas, b’dikjarazzjoni tat-tariffi u r-rati tal-imgħax kollha applikati għall-kont tal-ħlas tagħhom għal tal-inqas fuq bażi annwali .

Il-mezz ta' komunikazzjoni li għandu jintuża biex il-konsumatur jingħata d-dikjarazzjoni tat-tariffi għandu jiġi miftiehem bejn il-partijiet kontraenti. Id-dikjarazzjoni għandha ssir disponibbli f'format stampat fuq it-talba ta' konsumatur.

2.   Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tispeċifika l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-ħlas għal kull unità mitlub għal kull servizz u l-għadd ta' drabi li ntuża s-servizz matul il-perjodu rilevanti jew meta s-servizzi jkunu kkombinati f'pakkett, it-tariffa imposta għall-pakkett kollu kemm hu ;

(b)

l-ammont totali ta' tariffi mħallsa għal kull servizz ipprovdut matul il-perjodu rilevanti , meta xieraq filwaqt li jitqiesu l-istrutturi tariffarji speċifiċi relatati ma' pakketti ta' servizzi ;

(ba)

ir-rata tal-imgħax tal-overdraft applikata għall-kont, in-numru ta' ġranet meta l-kont kien taħt il-limitu u l-ammont totali ta’ imgħax impost relatat mal-overdraft matul il-perjodu rilevanti;

(bb)

ir-rata tal-imgħax tal-kreditu applikat għall-kont, il-bilanċ medju u l-ammont totali ta' imgħax miksub matul il-perjodu rilevanti;

(c)

il-bilanċ totali (pożittiv jew negattiv) wara t-tnaqqis tat-tariffi kollha u l-applikazzjoni tal-imgħax miksub b'konnessjoni mal-użu tal-kont matul il-perjodu rilevanti;

(ca)

prenotifiki rigward modifiki maħsuba tat-tariffi u r-rati tal-imgħax fil-perjodu sussegwenti.

4.     L-ABE, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet nazzjonali u wara li jitwettqu testijiet fost il-konsumaturi, tiżviluppa standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward format ta' preżentazzjoni standardizzata tad-dokument ta' informazzjoni dwar it-tariffi u s-simbolu komuni tiegħu.

L-ABE tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa .. [ 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 6

Komunikazzjonijiet bl-użu tat-terminoloġija standardizzata

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-komunikazzjonijiet kollha lill-konsumaturi, inklużi l-komunikazzjonijiet kuntrattwali ta’ kummerċjalizzazzjoni, il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jużaw, fejn applikabbli , it-terminoloġija standardizzata li tinsab fil-lista tas-servizzi tal-ħlas l-aktar rappreżentattivi marbuta ma' kont tal-ħlas imsemmi fl-Artikolu 3(5).

2.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-ħlas jistgħu jużaw ismijiet ta’ ditti li jiddeżinjaw is-servizzi jew il-kontijiet tal-ħlas tagħhom fil-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħhom lill-klijenti , sakemm jidentifikaw b’mod ċar , fejn applikabbli , it-terminu korrispondenti bl-użu tat-terminoloġija standardizzata kif integrata fil-lista msemmija fl-Artikolu 3(5). Il-fornituri ta’ servizzi tal-ħlas jistgħu jużaw tali ismijiet ta’ ditti fid-dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi jew id-dikjarazzjoni tat-tariffi sakemm dan ikun b’żieda mat-terminoloġija standardizzata u bħala deżinjazzjoni sekondarja tas-servizzi jew il-kont offrut .

Artikolu 7

Siti tal-internet tat-tqabbil fil-livell nazzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jkollhom aċċess , bla ħlas, għal mill-anqas sit wieħed tal-internet stabbilit skont il-paragrafi 2 jew 3, li għandu jinkludi tal-anqas dan li ġej:

(a)

tqabbil tal-imgħax imħallas jew impost lill-kont tal-ħlas, it-tariffi imposti mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas għal servizzi offruti fuq il-kontijiet tal-ħlas tagħhom fuq il-livell nazzjonali ▌;

(b)

tqabbil ta' determinanti tal-livell ta' servizz provdut mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas, inklużi fatturi bħan-numru u l-lokazzjoni tal-fergħat u n-numru ta' automated teller machines li permezz tagħhom is-servizzi jistgħu jiġu vvalutati;

(c)

għoti ta' informazzjoni komplementari dwar it-terminoloġija standardizzata tal-Unjoni, l-aċċess għall-kontijiet tal-ħlas inklużi l-kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi u dwar il-proċeduri ta’ bdil disponibbli fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali. Tali informazzjoni tista' tingħata permezz ta' links għal siti tal-internet esterni.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skema ta’ akkreditazzjoni obbligatorja għal siti tal-internet li jqabblu l-elementi għat-tqabbil kif deskritt fl-Artikolu 7(1)(a) u (b) offruti fuq kontijiet tal-ħlas operati minn operaturi privati. Sabiex jingħataw l-akkreditazzjoni, is-siti tal-internet tat-tqabbil operati minn operaturi privati:

(a)

ikunu legalment, finanzjarjament u operattivament indipendenti minn kwalunkwe fornitur tas-servizzi tal-ħlas;

(aa)

jiddivulgaw b’mod ċar is-sidien u l-finanzjament tagħhom;

(ab)

jistabbilixxu kriterji ċari u oġġettivi li fuqhom ikun ibbażat it-tqabbil;

(ac)

ikunu imparzjali billi r-reklami tal-fornituri tas-servizzi tal-ħlas, l-aġenti tagħhom, l-affiljati jew id-ditti ma jintwerewx fuq il-paġna ewlenija jew fil-paġni tat-tqabbil tal-prezzijiet;

(b)

jużaw lingwaġġ sempliċi u mhux ambigwu u,  kif applikabbli , it-terminoloġija standardizzata tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(5);

(c)

jipprovdu informazzjoni preċiża u aġġornata u jiddikjaraw il-ħin tal-aħħar aġġornament ;

(d)

jipprovdu lill-utenti riżultati oġġettivi u eżawrjenti li jqisu bis-sħiħ kwalunkwe kriterju ta’ tiftix magħżul mill-utenti u, meta l-informazzjoni ppreżentata ma tkunx ħarsa ġenerali kompleta tas-suq, issir dikjarazzjoni ċara ta’ dan, qabel jintwerew ir-riżultati ;

(da)

jaċċettaw talbiet għall-inklużjoni fis-sit minn kwalunkwe fornitur tas-servizzi tal-ħlas fl-Istat Membru kkonċernat;

(e)

joperaw proċedura effettiva tat-trattament tal-mistoqsijiet u l-ilmenti.

Meta l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jintalbu ħlas għall-elenkar f'siti bħal dawn, l-imposti għandhom ikunu nondiskriminatorji u għandhom jiġu ppubblikati fis-sit tal-internet.

3.   Fejn ma jkun akkreditat l-ebda sit tal-internet skont il-paragrafu 2, l-Istati Membri jiżguraw li jiġi stabbilit sit tal-internet operat minn, jew f'isem, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 20 jew minn xi awtorità pubblika kompetenti oħra. Fejn ikun ġie akkreditat sit tal-internet skont il-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu sit tal-internet addizzjonali operat mill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 20 jew minn xi awtorità pubblika kompetenti oħra. Siti tal-internet imħaddma minn awtorità kompetenti skont il-paragrafu 1 ikunu jikkonformaw mal-paragrafu 2 (a) sa (e).

4.   L-Istati Membri ▌għandhom jirrifjutaw jew jirtiraw l-akkreditazzjoni minn operaturi privati f’każ ta’ nuqqas rikorrenti jew persistenti ta’ konformità mal-obbligi fil-paragrafu 2.

4a.     Il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas ma jkunux responsabbli għal informazzjoni mhux korretta jew mhux aġġornata li tirrigwarda lilhom jew lis-servizzi tagħhom, li tkun inkluża f'sit tal-internet tat-tqabbil akkreditat jew mhux akkreditat, meta l-fornitur tas-sit tal-internet ma jkunx ikkoreġa tali informazzjoni fuq it-talba tal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas.

4b.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jiġu infurmati dwar id-disponibbiltà tas-siti tal-internet imsemmija fil-paragrafu 1 u dwar is-siti tal-internet akkreditati skont il-paragrafi 2 jew 3.

Artikolu 7a

Sit tal-internet tat-tqabbil tal-Unjoni

1.     L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-ABE bis-siti tal-internet tat-tqabbil li joperaw skont l-Artikolu 7(1), (2) u (3).

2.    Sa … [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], l-ABE tipprovdi sit tal-internet tat-tqabbil tal-Unjoni aċċessibbli li jippermetti lill-konsumaturi jqabblu l-kontijiet tal-ħlas offruti fis-suq intern. Sabiex jikkomplementa dik l-informazzjoni, is-sit tal-internet tat-tqabbil tal-Unjoni jipprovdi lill-konsumaturi glossarju li jkun fih it-terminoloġija standardizzata tal-Unjoni adottata skont l-Artikolu 3(5) u linji gwida prattiċi dwar il-bdil transfruntier tal-kontijiet tal-ħlas.

Artikolu 8

Kontijiet offruti bħala pakkett

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta kont tal-ħlas jiġi offrut flimkien ma' servizz jew prodott finanzjarju ieħor bħala parti minn pakkett, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jinforma lill-konsumatur dwar jekk huwiex possibbli li jixtri l-kont tal-ħlas separatament u jipprovdi informazzjoni separata dwar l-ispejjeż u t-tariffi assoċjati ma' kull wieħed mill-prodotti u s-servizzi offruti fil-pakkett.

KAPITOLU III

BDIL

Artikolu 9

Forniment tas-servizz tal-bdil

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jipprovdu servizz ta' bdil kif deskritt fl-Artikolu 10 lil kwalunkwe konsumatur li jkollu kont tal-ħlas ma' fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jinsab fl-Unjoni u li jkun irranġa għall-ftuħ ta' kont tal-ħlas ġdid mal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju .

L-Istati Membri jistgħu, fir-rigward ta' bdil meta ż-żewġ fornituri tas-servizzi tal-ħlas jinsabu fit-territorju tagħhom, jistabbilixxu jew iżommu arranġamenti li jkunu differenti minn dawk deskritti fl-Artikolu 10 jekk ikun ċar li dan ikun fl-interess tal-konsumatur u l-bdil jitlesta fi żmien mhux itwal mill-istess perjodi globali ta' żmien deskritti fl-Artikolu 10.

Artikolu 10

Is-servizz tal-bdil

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizz ta' bdil jiġi inizjat mill-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju u pprovdut skont ir-regoli stipulati fil-paragrafi 2 sa 7.

2.   Is-servizz ta' bdil jiġi inizjat mill-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju. Sabiex jagħmel dan, il-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju jikseb awtorizzazzjoni bil-miktub mingħand il-konsumatur biex iwettaq is-servizz ta' bdil. F'każ ta' kontijiet konġunti, l-awtorizzazzjoni bil-miktub għandha tinkiseb mid-detenturi kollha tal-kont.

L-awtorizzazzjoni ssir b'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn is-servizz ta' bdil qed jiġi inizjat jew bi kwalunkwe lingwa oħra miftiehma bejn il-partijiet.

L-awtorizzazzjoni tkun tippermetti lill-konsumatur jipprovdi jew jirrifjuta kunsens speċifiku għas-servizz tal-ħlas li jittrasferixxi sabiex iwettaq kull wieħed mill-kompiti indikati fil-paragrafu 3(e) u […] (f) u jipprovdi jew jirrifjuta kunsens speċifiku lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju sabiex iwettaq kull wieħed mill-kompiti indikati fil-paragrafu 4(c) u (d) u l-paragrafu 5. L-awtorizzazzjoni għandha tippermetti lill-konsumatur jitlob speċifikament it-trażmissjoni mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi l-informazzjoni indikata fil-paragrafi 3(a) u […] (b).

L-awtorizzazzjoni għandha tispeċifika wkoll id-data minn meta l-ħlasijiet rikorrenti jiġu operati mill-kont miftuħ ma' fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju. Din id-data tkun mill-inqas sebat ijiem ta' xogħol wara d-data li fiha l-fornitur tas-servizz tal-ħlas li qed jittrasferixxi jirċievi t-talba biex iwettaq il-bidla mingħand il-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju skont l-Artikolu 10(6).

3.   Fi żmien jumejn ta' xogħol minn meta jirċievi l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju jitlob lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi sabiex iwettaq id-dmirijiet segwenti:

(a)

jibgħat lill-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju u, jekk speċifikament mitlub mill-konsumatur skont il-paragrafu 2, lill-konsumatur lista tal-istanding orders kollha eżistenti għal trasferimenti ta' kreditu u l-mandati ta' debitu dirett inizjati mid-debitur , jekk tkun disponibbli ;

(b)

jibgħat lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju u, jekk speċifikament mitlub mill-konsumatur skont il-paragrafu 2, lill-konsumatur l-informazzjoni disponibbli dwar trasferimenti ’l ġewwa ta’ kreditu u d-debiti diretti inizjati mid-debitur eżegwiti fuq il-kont tal-konsumatur fit-13-il xahar preċedenti;

(c)

jittrażmetti lill-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju dik l-informazzjoni l-oħra kif meħtieġ biex il-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju jwettaq il-bdil;

(d)

fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi ma jipprovdix sistema għar-ridirezzjoni awtomatizzata tat-trasferimenti 'l ġewwa ta' kreditu u d-debiti diretti lejn il-kont li l-konsumatur ikollu mal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju, ▌jieqaf jaċċetta debiti diretti u trasferimenti 'l ġewwa ta' kreditu mid-data speċifikata fl-awtorizzazzjoni;

(e)

fejn il-konsumatur ikun ta l-kunsens tiegħu skont il-paragrafu 2, jittrasferixxi kwalunkwe bilanċ pożittiv li jibqa' lejn il-kont miftuħ jew miżmum mal-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju fid-data speċifikata mill-konsumatur; ▌

(f)

fejn il-konsumatur ikun ta l-kunsens tiegħu skont il-paragrafu 2, jagħlaq il-kont miżmum mal-fornitur tas-servizz tal-ħlas li jittrasferixxi fid-data speċifikata mill-konsumatur;

(fa)

jikkanċella l-istanding orders u t-trasferimenti ta' kreditu b'data ta' eżekuzzjoni mid-data speċifikata fl-awtorizzazzjoni.

4.   Malli jirċievi l-informazzjoni mitluba mingħand il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jitrasferixxi msemmi fil-paragrafu 3, il-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju jwettaq il-kompiti segwenti:

(a)

jistabbilixxi fi żmien sebat ijiem ta' xogħol , l-istanding orders għat-trasferimenti ta' kreditu mitluba mill-konsumatur u jeżegwihom mid-data speċifikata fl-awtorizzazzjoni;

(b)

jaċċetta debiti diretti mid-data speċifikata fl-awtorizzazzjoni;

(ba)

fejn rilevanti, jinforma lill-konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom fir-rigward tad-debiti diretti tas-SEPA skont l-Artikolu 5(3)(d) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012;

(c)

fejn il-konsumatur ikun ta l-kunsens tiegħu skont il-paragrafu 2, jinforma lil dawk li jħallsu li jagħmlu trasferimenti ta’ kreditu rikorrenti fil-kont tal-ħlas tal-konsumatur bid-dettalji tal-kont tal-konsumatur mal-fornitur tal-ħlas destinatarju. Jekk il-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju ma jkollux l-informazzjoni kollha li jeħtieġ biex jinforma lill min iħallas, fi żmien jumejn jistaqsi lill-konsumatur jew , fejn meħtieġ u soġġett għall-kunsens tal-konsumatur, lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi , wara li jitlob permess mingħand il-konsumatur, biex jipprovdi l-informazzjoni nieqsa;

(d)

fejn il-konsumatur ikun ta l-kunsens tiegħu skont il-paragrafu 2, jinforma lill-benefiċjarji li jużaw debitu dirett biex jiġbru l-fondi mill-kont tal-konsumatur bid-dettalji tal-kont tal-konsumatur mal-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju u d-data li minnha d-debiti diretti jinġabru minn dak il-kont. Jekk il-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju ma jkollux l-informazzjoni kollha li jeħtieġ biex jinforma lill min iħallas, fi żmien jumejn jistaqsi lill-konsumatur jew , fejn meħtieġ u soġġett għall-kunsens tal-konsumatur, lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi , wara li jitlob il-permess tal-konsumatur, biex jipprovdi l-informazzjoni nieqsa;

(e)

fejn il-konsumatur jintalab jipprovdi l-informazzjoni nieqsa għall-finijiet tal-punti  (c) u (d), jipprovdi lill-konsumatur b’ittri standard, b'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn is-servizz ta' bdil qed jiġi inizjat jew bi kwalunkwe lingwa oħra miftiehma bejn il-partijiet , li jipprovdu dettalji dwar il-kont il-ġdid u d-data tal-bidu indikata fl-awtorizzazzjoni.

4a.     L-Istati Membru jiżguraw li jiġu stipulati skadenzi fuq livell nazzjonali għal min iħallas u għall-benefiċjarji sabiex ikunu kkunsidrati d-dettalji tal-kont il-ġdid tal-konsumatur mibgħuta mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju. L-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-konsumaturi jkunu konxji minn tali skadenzi u obbligazzjonijiet implikati.

5.   Fejn il-konsumatur ikun ta l-kunsens speċifiku tiegħu skont il-paragrafu 2, il-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju jista' jwettaq kull kompitu addizzjonali meħtieġ għat-twettiq ta' dan il-bdil.

6.   Malli jirċievi talba mingħand il-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)

jibgħat lill-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju l-informazzjoni indikata fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 3, fi żmien sebat ijiem ta' xogħol minn meta jirċievi t-talba;

(b)

fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi ma jipprovdix sistema għar-ridirezzjoni awtomatizzata tat-trasferimenti 'l ġewwa ta' kreditu u d-debiti diretti lejn il-kont li l-konsumatur ikollu mal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju, iwaqqaf it-trasferimenti 'l ġewwa ta' kreditu u jieqaf jaċċetta debiti diretti fuq il-kont tal-ħlas mid-data mitluba mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju;

(c)

jittrasferixxi kwalunkwe bilanċ pożittiv li jibqa' mill-kont tal-ħlas lejn il-kont miżmum mal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju;

(d)

ladarba l-passi elenkati fil-punti (a), (b) u (c) jkunu twettqu, jagħlaq il-kont tal-ħlas;

(e)

iwettaq kull kompitu addizzjonali meħtieġ biex isir il-bdil, skont il-paragrafu 5.

6a.     Il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi ma jkunx mitlub jagħlaq il-kont tal-ħlas skont il-punt (d) tal-paragrafu 6 jekk il-konsumatur ikollu obbligi pendenti lejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas. Il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jinforma minnufih lill-konsumatur meta dawn l-obbligi pendenti ma jippermettux li l-kont tal-ħlas tiegħu jingħalaq.

7.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 55(2) tad-Direttiva 2007/64/KE, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ma jibblokkax strumenti tal-ħlas qabel id-data miftehma mal-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju sabiex il-forniment tas-servizzi tal-ħlas lill-konsumatur ma jkunx interrott matul il-proċess tal-bdil .

8.   L-Istati Membri jiżguraw li d-dispożizzjonijiet kollha li jinsabu fil-paragrafi 1 sa 7 ħlief għal dawk li jinsabu fil-paragrafu 4(c) u (d) japplikaw ukoll meta s-servizz ta' bdil ikun inizjat minn fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jinsab fi Stat Membru ieħor.

9.   Fil-każ indikat fil-paragrafu 8, l-iskadenzi indikati fil-paragrafi 3, 4 u 6 jiġu rdoppjati ħlief fir-rigward ta' tranżazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 meta kemm il-kontijiet tal-ħlas li jittrasferixxu kif ukoll dawk destinatarji jkunu denominati f'euro . Din id-dispożizzjoni tkun soġġetta għal reviżjoni skont l-Artikolu 27.

Artikolu 11

Tariffi konnessi mas-servizz tal-bdil

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jkunu jistgħu jaċċessaw mingħajr ħlas l-informazzjoni personali tagħhom dwar standing orders u debiti diretti eżistenti miżmuma jew mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi jew minn dak destinatarju.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi jipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju skont il-paragrafu 6 (a) tal-Artikolu 10 mingħajr ma jżomm tariffa mingħand il-konsumatur jew il-fornitur tas-servizz tal-ħlas destinatarju.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tariffi, jekk ikun hemm, li jkunu applikati mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi lill-konsumatur għat-terminazzjoni ta' kont tal-ħlas miżmum miegħu jiġu determinati b'konformità mal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2007/64/KE.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tariffi, jekk ikun hemm, applikati mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi jew dak destinatarju lill-konsumatur għal kwalunkwe servizz mogħti skont l-Artikolu 10, għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 1 , 2 u 3, huma raġonevoli .

Artikolu 11a

Ridirezzjoni awtomatizzata

Sakemm, wara li twettaq valutazzjoni tal-impatt regolatorju, il-Kummissjoni ma tiddeċidix mod ieħor, l-Istati Membri sa … [sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], jiżguraw li tiġi stabbilita faċilità li tipprovdi ridirezzjoni awtomatizzata tal-ħlasijiet minn kont tal-ħlas għal kont tal-ħlas ieħor fl-istess Stat Membru flimkien ma' notifiki awtomatizzati lill-benefiċjarji jew lil min iħallas meta t-trasferimenti tagħhom jiġu ridiretti.

Artikolu 12

Telf finanzjarju għall-konsumaturi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe tariffa jew telf finanzjarju ieħor li jġarrbu l-konsumaturi li jirriżulta minn nuqqas ta' konformità ta' fornitur tas-servizzi tal-ħlas involut fil-proċess ta' bdil mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 10 jitħallsu lura minn dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas fi żmien tlett ijiem ta' xogħol minn meta jkun stabbilit in-nuqqas ta' konformità . L-oneru tal-provi jkun fuq il-fornitur tas-servizz tal-ħlas, li għandu juri li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 jkunu ġew rispettati.

2.   Il-konsumaturi ma jġorru l-ebda telf finanzjarju li jirriżulta minn żbalji jew dewmien fl-aġġornament tad-dettalji tal-kont tal-ħlas tagħhom minn min iħallas jew mill-benefiċjarju. L-Istati Membri jiżguraw li min iħallas u l-benefiċjarji jinżammu responsabbli meta ma jirrispettawx l-iskadenzi stipulati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 10(4a).

Artikolu 13

Informazzjoni dwar is-servizz tal-bdil

1.   L-Istati Membri jiżguraw li fornituri ta' servizzi tal-ħlas iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi l-informazzjoni li ġejja dwar is-servizz tal-bdil:

(a)

ir-rwoli tal-fornituri tas-servizz li jkunu qed jittrasferixxu u dawk destinatarji għal kull pass tal-proċess ta' bdil, kif indikat fl-Artikolu 10;

(b)

il-perjodu ta' żmien għat-tlestija tal-passi rispettivi;

(c)

it-tariffi, jekk ikun hemm, imposti għall-proċess ta' bdil tal-fornitur;

(d)

kull informazzjoni li l-konsumaturi jintalbu jipprovdu;

(e)

il-proċeduri alternattivi ta' riżoluzzjoni ta' tilwim tal-iskema msemmija fl-Artikolu 21.

2.   L-informazzjoni tiġi pprovduta mingħajr ħlas fuq mezz li jservi fit-tul fil-fergħat kollha tal-fornituri tas-servizzi tal-ħlas aċċessibbli għall-konsumaturi u tkun disponibbli f'forma elettronika fuq is-siti tal-internet tagħhom f'kull ħin.

KAPITOLU IV

AĊĊESS GĦAL KONTIJIET TAL-ĦLAS

Artikolu 14

Nonndiskriminazzjoni

L-Istati Membri jiżguraw li l-konsumaturi legalment residenti fl-Unjoni ma jkunux diskriminati minħabba n-nazzjonalità jew il-post ta' residenza tagħhom , jew minħabba kwalunkwe bażi oħra msemmija fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, meta japplikaw għal jew jaċċessaw kont tal-ħlas fl-Unjoni . Il-kondizzjonijiet applikabbli għall-pussess ta' kont tal-ħlas bażiku ma jkun bl-ebda mod diskriminatorju. Forma ta' diskriminazzjoni viżibbli permezz ta', pereżempju, dehra differenti tal-kard jew numru tal-kont jew tal-kard differenti, għandha tiġi pprojbita.

Artikolu 15

Dritt ta' aċċess għal kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ▌kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi jkun offrut lill-konsumaturi mill-fornituri kollha tas-servizzi tal-ħlas li joperaw servizzi tal-ħlas bl-imnut b'mod ġenerali u li joffru kontijiet tal-ħlas bħala parti integrali tan-negozju regolari tagħhom . L-Istati Membri jiżguraw li kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi ma jiġux offruti biss minn fornituri ta' servizzi tal-ħlas li jipprovdu l-kont biss permezz ta' faċilitajiet ▌onlajn.

Stat Membru jista' jiddeċiedi li jeżenta lil fornituri tas-servizzi tal-ħlas mill-obbligu msemmi fl-ewwel subparagrafu soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Kwalunkwe eżenzjoni bħal din għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u restrittivi. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-eżenzjonijiet meta jkunu garantiti kundizzjonijiet indaqs bejn il-fornituri kollha tas-servizzi tal-ħlas, meta d-dritt tal-konsumaturi għall-aċċess ma jkunx ipperikolat u meta l-eżenzjoni ma twassalx għal sitwazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat li fiha l-klijenti ta' kontijiet bażiċi jaffaċċaw ir-riskju li jiġu stigmatizzati. [Ams. 4/rev and 5/rev]

1a.     L-Istati Membri jistgħu jagħmlu eżenzjoni mill-obbligu skont il-paragrafu 1 meta l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas:

(a)

ikunu elenkati fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (8),

(b)

joperaw mingħajr skop ta' qligħ;

(c)

jeħtieġu sħubija abbażi ta' kriterji definiti, bħall-professjoni.

Kwalunkwe eżenzjoni bħal din għandha ssir mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' aċċess mill-konsumaturi għall-kont tal-ħlas bil-karatteristiċi bażiċi.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fit-territorju tagħhom ikun hemm sistema li tiżgura d-dritt tal-konsumaturi li jiftħu u jużaw kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi kif imsemmija fl-Artikolu 14, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dan id-dritt japplika irrispettivament mill-post tar-residenza tal-konsumatur , mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2a;

(aa)

ikun hemm mekkaniżmu fis-seħħ li jgħin lill-konsumaturi mingħajr indirizz fiss, dawk li jfittxu l-ażil u konsumaturi li mhumiex mogħtija permess għal residenza iżda li t-tkeċċija tagħhom hija impossibbli minħabba raġunijiet legali biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Kapitolu II tad-Direttiva 2005/60/KE;

(b)

l-eżerċizzju tad-dritt ma jkunx magħmul diffiċli jew oneruż iżżejjed fuq il-konsumatur;

(ba)

ikun hemm mekkaniżmu fis-seħħ li jiżgura li l-konsumaturi vulnerabbli li huma bla bank, kif ukoll il-konsumaturi mobbli jiġu infurmati dwar id-disponibbiltà ta' kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi;

(bb)

is-servizz ta' bdil previst fl-Artikoli 10 u 11 ta' din id-Direttiva japplika wkoll meta l-konsumatur ikun jixtieq jibdel għal kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi minn kont tal-ħlas ieħor fil-kamp ta' applikazzjoni tas-servizz ta' bdil.

2a.     Sabiex jeżerċitaw id-dritt stipulat fil-paragrafu 2, l-Istati Membri jeżiġu li l-konsumaturi jkollhom rabta ġenwina mal-Istat Membru fejn jixtiequ jiftħu u jużaw kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi.

Meta l-konsumatur jintalab juri tali rabta, l-Istati Membri jiżguraw li ma jkunx ta' piż żejjed għall-konsumatur biex jagħmel hekk. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu lista li tistipula s-sura li tali rabta jista' jkollha. Dik il-lista tinkludi tal-inqas iċ-ċittadinanza, ir-rabtiet familjari, iċ-ċentru tal-interessi, il-post tax-xogħol, tal-apprendistat jew tat-taħriġ, it-tiftix ta' opportunitajiet ta' xogħol jew rabtiet professjonali oħra, il-post tal-istudju jew tat-taħriġ vokazzjonali, ir-residenza, il-proprjetà u kwalunkwe applikazzjoni pendenti għall-ażil jew għall-migrazzjoni.

L-ABE tiżviluppa linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tgħin lill-awtoritajiet kompetenti fl-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu.

Il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jikkunsidraw l-informazzjoni mogħtija mill-konsumatur u jistgħu jeżiġu li l-konsumatur ikun preżenti fiżikament jew rappreżentat legalment minn terza persuna fl-eqreb fergħa disponibbli biex jinfetaħ il-kont.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun possibbli għall-konsumaturi li jagħtu prova tal-eżistenza ta' rabta ġenwina fi żmien xahar wara li l-kont ikun infetaħ mill-bogħod minn qabel. Qabel issir tali verifika, inkluża l-attendenza personali meta din tkun meħtieġa, il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jitħallew jillimitaw l-użu tal-kont.

2b.     Qabel jinfetaħ kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jivverifikaw jekk il-konsumatur għandux kont tal-ħlas attiv u ekwivalenti fit-territorju ta' dak l-Istat Membru u jistgħu jeżiġu li l-konsumatur jiffirma dikjarazzjoni fuq l-unur f'dak is-sens.

3.   Fornitur tas-servizzi tal-ħlas ma jistax jirrifjuta applikazzjoni għall-aċċess għal kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi għajr fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn id-diliġenza dovuta tal-konsumatur imwettqa skont il-Kapitolu II tad-Direttiva 2005/60/KE tidentifika riskju sinifikanti li l-kont se jintuża bi ksur tal-liġi tal-Unjoni ;

(b)

f'każijiet fejn l-Istat Membru jkun eżerċita l-għażla msemmija fil-paragrafu 2b ta' dan l-Artikolu, meta konsumatur ikollu kont tal-ħlas ma' fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jinsab fit-territorju tiegħu, li jippermettilu juża s-servizzi tal-ħlas imsemmija fl-Artikolu  16(1).

4.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jipproċessaw l-applikazzjonijiet għall-aċċess għal kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi fi żmien sebat ijiem ta' xogħol minn meta tasal applikazzjoni kompluta, inkluża prova tal-identità. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każijiet indikati fil-paragrafu 3, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jinforma minnufih lill-konsumatur ▌, bil-miktub u mingħajr ħlas, dwar ir-rifjut u r-raġunijiet speċifiċi għalih, sakemm tali żvelar ma jmurx kontra l-għanijiet tas-sigurtà nazzjonali jew tal-politika pubblika. Barra minn hekk, il-konsumatur ikun infurmat dwar, tal-inqas, mezz wieħed ta' appell jew servizz ta' konsultazzjoni disponibbli għalih mingħajr ħlas jew bi prezz raġonevoli u dwar il-mekkaniżmi ta' soluzzjoni alternattiva tat-tilwim disponibbli.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każijiet indikati fil-paragrafu 3(b), il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jadotta miżuri xierqa skont il-Kapitolu III tad-Direttiva 2005/60/KE.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aċċess għal kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi ma jsirx kundizzjonali fuq l-akkwist ta' servizzi addizzjonali jew ta' ishma tal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas .

Artikolu 16

Karatteristiċi ta' kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi jkun jinkludi s-servizzi ▌li ġejjin:

(a)

servizzi li jippermettu li jsiru l-operazzjonijiet kollha meħtieġa għall-ftuħ, it-tħaddim u l-għeluq ta' kont tal-ħlas.

(b)

servizzi li jippermettu li jitqiegħdu flus f'kont tal-ħlas.

(c)

servizzi li jippermettu ġbid ta' flus kontanti fl-Unjoni minn kont tal-ħlas , mill-bank u minn ATMs fil-ħinijiet u barra l-ħinijiet tal-ftuħ tal-bank ;

(d)

l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet tal-ħlas li ġejjin fl-Unjoni:

(i)

debiti diretti SEPA u mhux fl-euro ;

(ii)

tranżazzjonijiet tal-ħlas SEPA u mhux fl-euro permezz ta' għodda tal-ħlas (eż. permezz ta' kard tal-ħlas jew prodott tas-softwer) , inkluż ħlasijiet online;

(iii)

trasferimenti ta' kreditu SEPA u mhux fl-euro, inklużi standing orders, fit-terminals, fil-banek u permezz tal-faċilitajiet online tal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas .

2.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sakemm kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi huwa mħaddem mill-konsumatur għall-użu personali, ma hemmx limitu għan-numru ta' operazzjonijiet ipprovduti għall-konsumatur skont ir-regoli tal-ipprezzar speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 17. Meta jiddeterminaw x'għandu jitqies bħala użu personali, l-Istati Membri jqisu l-imġiba eżistenti tal-konsumaturi u l-prattika kummerċjali komuni.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikun kapaċi jamministra u jibda tranżazzjonijiet tal-ħlas mill-kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi tal-konsumatur fil-fergħat tal-fornitur tas-servizz tal-ħlas jew permezz tal-faċilitajiet tal-ibbankjar onlajn ▌, fejn disponibbli.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi ma jinkludix faċilitajiet ta' self kurrenti ħlief, fejn ikun meqjus xieraq, faċilità ta' lqugħ temporanju għal ammonti żgħar. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas joffru faċilitajiet ta' self kurrenti u prodotti ta' kreditu oħra bħala servizzi separati biċ-ċar għall-klijenti li jkollhom kont tal-ħlas bażiku. L-aċċess għal kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażi jew l-użu tiegħu ma jkunx ristrett għax-xiri ta' tali servizzi jew prodotti ta' kreditu, u ma jkunx kundizzjonali għalihom. It-tariffi imposti għal dawk is-servizzi jkun trasparenti u favorevoli tal-inqas daqs il-politika ta' pprezzar normali tal-fornitur.

4a.     Il-Kummissjoni ghandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 sabiex taġġorna l-lista tas-servizzi li jagħmlu parti mill-kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi, wara li tikkunsidra l-evoluzzjoni tal-mezzi tal-ħlas u tat-teknoloġija.

Artikolu 17

Tariffi assoċjati

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzi indikati fl-Artikolu 16 jiġu offruti mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas b'xejn jew b'tariffa raġonevoli. L-Istati Membri jeżiġu li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jiżguraw li fost il-prodotti li joffru, il-kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi jkun dejjem il-kont tal-ħlas bl-irħas tariffa għall-forniment tal-pakkett minimu ta' servizzi tal-ħlas speċifikat fl-Istat Membru skont l-Artikolu 16(1) u (2).

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tariffi ddebitati lill-konsumatur għal nuqqas ta' konformità mal-impenji tal-konsumatur stipulati fil-kuntratt ta' qafas huma raġonevoli u  qatt ogħla mill-politika tal-prezzijiet normali tal-fornitur .

Artikolu 18

Kuntratt ta' qafas u terminazzjoni

1.   Kuntratti ta' qafas li jipprovdu aċċess għal kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi jkunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/64/KE sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-paragrafi 2 u 3.

2.   Il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jista', esklussivament, itemm il-kuntratt qafas b'mod unilaterali fejn tkun issodisfata mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-konsumatur ikun uża l-kont apposta għal skopijiet illegali ;

(b)

ma kien hemm l-ebda tranżazzjoni fuq il-kont għal aktar minn 24 xahar konsekuttiv u l-ħlasijiet dovuti lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ma kinux saru ;

(c)

il-konsumatur ikun konxjament ipprovda informazzjoni żbaljata sabiex jikseb il-kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi fejn l-informazzjoni korretta kienet tirriżulta fir-rifjut tal-applikazzjoni ;

(ca)

il-konsumatur ma jkunx kapaċi jiġġustifika l-eżistenza ta' rabta ġenwina mal-Istat Membru kkonċernat, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2a), fi żmien xahar wara li l-kont ikun infetaħ mill-bogħod minn qabel;

(d)

il-konsumatur ma jkunx għadu legalment residenti fl-Unjoni jew ikun sussegwentement fetaħ it-tieni kont tal-ħlas fl-Istat Membru fejn huwa diġà jkollu kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas itemm il-kuntratt ta' kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi, huwa jinforma lill-konsumatur bir-raġunijiet u l-ġustifikazzjoni għat-terminazzjoni , dwar tal-inqas mezz wieħed ta' appell jew servizz ta' konsultazzjoni disponibbli għalih mingħajr ħlas jew bi prezz raġonevoli u dwar il-mekkaniżmi ta' soluzzjoni alternattiva tat-tilwim disponibbli, mill-inqas xahar qabel it-terminazzjoni tidħol fis-seħħ, bil-miktub u mingħajr ħlas, sakemm tali żvelar ma jmurx kontra l-għanijiet tas-sigurtà nazzjonali.

Artikolu 19

Informazzjoni ġenerali dwar kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ miżuri adegwati sabiex titqajjem kuxjenza ▌dwar id-disponibbiltà ta' kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi, il-kundizzjonijiet ta' pprezzar tagħhom, il-proċeduri li jridu jiġu segwiti sabiex jiġi eżerċitat id-dritt ta' aċċess għal kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi u l-metodi biex jinkiseb aċċess għal mezzi ta' soluzzjoni alternattiva tat-tilwim. L-Istati Membri jiżguraw li l-miżuri tal-komunikazzjoni jkunu biżżejjed u mmirati sew, u li b'mod partikolari jilħqu lill-konsumaturi bla bank, vulnerabbli u mobbli.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fornituri ta' servizzi tal-ħlas iqiegħdu b'mod attiv għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi informazzjoni aċċessibbli u assistenza adegwata dwar il-karatteristiċi speċifiċi tal-kontijiet tal-ħlas bażiċi offruti, it-tariffi assoċjati tagħhom u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom. L-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-konsumatur jiġi infurmat li mhux obbligat jakkwista servizzi addizzjonali biex jikseb aċċess għal kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi.

2a.     L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-istituzzjonijiet edukattivi u s-servizzi ta' konsultazzjoni sabiex jiżviluppaw servizzi għall-aktar konsumaturi vulnerabbli biex jipprovdulhom gwida u assistenza fil-ġestjoni responsabbli tal-finanzi tagħhom. L-Istati Membri jinkoraġġixxu inizjattivi biex jinkiseb dan u jtejbu l-edukazzjoni finanzjarja fl-iskejjel u f'postijiet oħra. Ir-riskju ta' esklużjoni finanzjarja jkun minimizzat għall-konsumaturi kollha. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu inizjattivi ta' fornituri tas-servizzi tal-ħlas li jfitxxu t-tisħib tal-forniment ta' kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi ma' servizzi ta' edukazzjoni finanzjarja indipendenti.

2b.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas mitluba biex joffru kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi jippubblikaw, kull sena, dejta dwar l-għadd ta' kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi li saru applikazzjonijiet għalihom, ġew rifjutati, infetħu u ngħalqu matul is-sena rilevanti. Id-dejta rilevanti tinġabar u tiġi ppubblikata fil-livell ta' fergħat u f'dak korporattiv.

2c.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw, inkluż fuq is-sit tal-internet tagħhom, awditu tal-prestazzjoni ta' kull fornitur tas-servizzi tal-ħlas f'termini tal-konformità tiegħu mar-rekwiżit tad-dritt ta' aċċess. Għal dan il-għan, il-fornituri tal-ħlas rilevanti jiġu klassifikati indipendentement skont il-prestazzjoni tagħhom fil-forniment ta' kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi u klassifika tal-aqwa għaxar banek skont is-sehem mis-suq tiġi ppubblikata kull sena. Id-dejta rilevanti kollha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni u lill-ABE.

KAPITOLU V

AWTORITAJIET KOMPETENTI U SOLUZZJONI ALTERNATTIVA TAT-TILWIM

Artikolu 20

Awtoritajiet kompetenti

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw u jissorveljaw il-konformità effettiva ma' din id-Direttiva. Dawk l-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw din il-konformità. Huma jkunu indipendenti mill-fornituri ta' servizzi ta' ħlas. Dawn ikunu awtoritajiet kompetenti skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament 1093/2010.

2.   L-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu indipendenti mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas u jkollhom il-poteri u r-riżorsi kollha meħtieġa biex iwettqu dmirijiethom. Meta jkun hemm iktar minn awtorità waħda kompetenti sabiex tiżgura u tissorvelja l-konformità effettiva ma' din id-Direttiva, l-Istati Membri jiżguraw li dawk l-awtoritajiet jikkollaboraw mill-qrib sabiex ikunu jistgħu jwettqu b'mod effettiv id-dmirijiet rispettivi tagħhom. Dawk l-awtoritajiet għandhom jikkoperaw mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħrajn biex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta u sħiħa tal-miżuri stabbiliti f'din id-Direttiva.

2a.     L-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonsultaw regolarment il-partijiet interessati rilevanti, inklużi r-rappreżentanti tal-konsumaturi, sabiex jiżguraw u jissorveljaw konformità effettiva ma' din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit ta' indipendenza msemmija fil-paragrafu 1.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-korpi msemmija fil-paragrafu 1 sa … [ sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Huma jgħarrfu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe diviżjoni ta' dmirijiet ta' dawk l-awtoritajiet. Huma jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bdil sussegwenti li jikkonċerna n-nomina u l-kompetenzi rispettivi ta' dawk l-awtoritajiet.

Artikolu 21

Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim

1.    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri ta' lment u rimedju bonarju adegwati u effettivi għas-soluzzjoni ta' tilwim bejn il-konsumaturi u l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas li jirrigwarda d-drittijiet u l-obbligi stabbiliti skont din id-Direttiva. Għal dawn il-finijiet, l-Istati Membri jinnominaw korpi eżistenti u, fejn xieraq, jistabbilixxu korpi ġodda.

1a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jaderixxu ma' korp wieħed jew aktar għas-soluzzjoni alternattiva tat-tilwim li jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)

il-perjodu ta' limitazzjoni biex it-tilwima tinġieb quddiem qorti jkun sospiż għat-tul tal-proċedura għal soluzzjoni alternattiva tat-tilwim;

(b)

il-proċedura tkun mingħajr ħlas jew bi spiża moderata, kif speċifikat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali;

(c)

mezzi elettroniċi ma jkunx l-uniċi mezzi li bih il-partijiet jistgħu jiksbu aċċess għall-proċedura;

(d)

ikun hemm rappreżentazzjoni ndaqs ta' fornituri, konsumaturi u utenti oħra.

1b.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-kontijiet tal-ħlas jimpenjaw ruħhom ma' korp ta' soluzzjoni alternattiva tat-tilwim wieħed jew aktar.

1c.     L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ABE bil-korpi msemmija fil-paragrafu 1 sa … [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Huma jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla sussegwenti li tkun tikkonċerna lil dawn il-korpi.

1d.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jinfurmaw lill-konsumatur rigward il-korpi ta' soluzzjoni alternattiva tat-tilwim li jkopruhom u li huma kompetenti biex jittrattaw tilwim potenzjali bejniethom u l-konsumatur. Huma jispeċifikaw ukoll jekk jimpenjawx ruħhom jew humiex obbligati jew le li jużaw dawk il-korpi għas-soluzzjoni tat-tilwim mal-konsumaturi.

1e.     L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1b tingħata b'mod ċar, li jinftiehem u faċilment aċċessibbli fis-sit tal-internet tal-fornituri, jekk dan ikun jeżisti u fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti ta' bejgħ jew ta' servizz bejn il-fornitur u l-konsumatur.

KAPITOLU VI

SANZJONIJIET

Artikolu 22

Miżuri amministrattivi u  l-applikazzjoni ta' penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra

1.    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali amministrattivi u  miżuri amministrattivi oħra ▌applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Tali penali amministrattivi u  miżuri amministrattivi oħra jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Kwalunkwe penali pekunarja kemm jista' jkun tiġi kkwantifikata fil-livell tal-Unjoni, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

2.     L-ABE toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar it-tipi ta' penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra u l-livell ta' penali amministrattivi pekunjarji.

3.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw kwalunkwe penali jew miżura oħra imposta għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva mingħajr dewmien żejjed, inkluża l-informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet relatati mal-penali sa … [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u bi kwalunkwe emenda sussegwenti fihom.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 23

Atti delegati

Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 rigward l-Artikolu 3(4).

Artikolu 24

L-eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 23 hija mogħtija għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 23 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din issir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 23 jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

Artikolu 26

Evalwazzjoni

1.     Fuq bażi annwali u għall-ewwel darba sa  … [3 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva ], l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar il-kwistjonijiet li ġejjin :

(a)

konformità mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas mad-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 3 sa 6;

(b)

l-għadd ta' siti tal-internet tat-tqabbil akkreditati stabbiliti skont l-Artikolu 7 u l-aħjar prattiki rigward is-sodisfazzjon tal-utent fir-rigward tas-siti tal-internet tat-tqabbil;

(c)

l-għadd ta' kontijiet tal-ħlas li ġew mibdula, iż-żmien medju li jittieħed biex jitlesta l-proċess tal-bdil , it-tariffa medja totali miżmuma għall-bdil, in-numru ta' rifjuti ta' bdil , l-iżjed problemi komuni li jiltaqgħu magħhom il-konsumaturi matul il-proċess tal-bdil;

(d)

l-għadd ta' kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi miftuħa, it-tul ta' żmien li dawn il-kontijiet jinżammu miftuħa , l-għadd ta' rifjuti u ta' għeluq tal-kont u r-raġunijiet għalihom u l-imposti assoċjati;

(da)

il-miżuri meħuda biex jgħinu lill-membri vulnerabbli tas-soċjetà fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw il-baġitjar u d-dejn eċċessiv.

2.     Il-Kummissjoni tipprovdi rapport annwali abbażi tal-informazzjoni li tirċievi mill-Istati Membri.

Artikolu 27

Klawżola ta' rieżami

1.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sa … [ erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva flimkien ma' proposta, jekk ikun xieraq.

Ir-rapport jinkludi:

(a)

lista tal-proċeduri kollha ta' ksur imressqa mill-Kummissjoni minħabba l-implimentazzjoni ħażina jew mhux kompluta ta' din id-Direttiva;

(b)

valutazzjoni tal-impatt ta' din id-Direttiva fuq l-armonizzazzjoni u l-integrazzjoni tal-attivitajiet bankarji bl-imnut fl-Unjoni u fuq il-kompetizzjoni u l-livelli medji tat-tariffi fl-Istati Membri;

(c)

strateġiji sabiex madwar l-Unjoni tiżdied it-trasparenza u l-komparabbiltà fil-kwalità għall-forniment ta' servizzi tal-ħlas inkluża t-trasparenza fil-mudelli tan-negozju u fl-istrateġiji tal-investiment u r-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji;

(d)

valutazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-implimentazzjoni tal-portabbiltà sħiħa fl-Unjoni kollha tan-numri tal-kontijiet tal-ħlas inkluż pjan direzzjonali b' passi konkreti meħtieġa għal din l-implimentazzjoni;

(e)

valutazzjoni tal-karatteristiċi tal-konsumaturi li jkunu fetħu kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi sa mit-traspożizzjoni tad-Direttiva;

(f)

eżempji tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri sabiex titnaqqas l-esklużjoni tal-konsumaturi mill-aċċess għas-servizzi tal-ħlas;

(g)

valutazzjoni tal-imposti fuq il-kontijiet tal-ħlas bażiċi, billi jitqiesu l-kriterji elenkati fl-Artikolu 17(3);

(h)

valutazzjoni tal-għażliet biex jiġi stabbilit limitu massimu fl-Unjoni kollha għat-tariffi annwali totali relatati mal-ftuħ u l-użu ta' kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi u modi ta' kif jiġi adattat dan il-limitu għaċ-ċirkostanzi nazzjonali;

(i)

valutazzjoni tal-impatt tal-forniment ta' kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi fuq is-suq għal kontijiet tal-ħlas oħra li joffru servizzi simili.

2.   Ir-reviżjoni tivvaluta, fuq il-bażi wkoll tal-informazzjoni riċevuta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 26, jekk għandhiex temenda u taġġorna l-lista ta' servizzi li huma parti minn kont tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi, wara li tikkunsidra l-evoluzzjoni tal-mezzi tal-ħlas u t-teknoloġija.

3.   Ir-reviżjoni tivvaluta wkoll jekk ▌il-miżuri addizzjonali flimkien ma' dawk adottati skont l-Artikoli 7 u 8 fir-rigward ta' siti tal-internet tat-tqabbil u offerti f'pakkett humiex meħtieġa.

Artikolu 28

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri jadottaw u jippubblikaw, sa … [ sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta d-dokumenti li jakkumpanjaw in-notifika tat-traspożizzjoni tal-miżuri pprovduti mill-Istati Membri ma jkunux suffiċjenti għal valutazzjoni sħiħa tal-konformità ta' dawk il-miżuri ma' ċerti dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista', fuq talba tal-ABE u bil-ħsieb li twettaq il-kompiti tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010, jew fuq inizjattiva tagħha stess, teżiġi li l-Istati Membri jipprovdu aktar informazzjoni dettaljata dwar it-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva u l-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri.

2.   Huma japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri japplikaw il-Kapitolu III minn … [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] fir-rigward tas-servizzi tal-bdil bejn fornituri tas-servizzi tal-ħlas li jinsabu fl-istess Stat Membru u, għal kontijiet tal-ħlas denominati f'euro, bejn fornituri tas-servizzi tal-ħlas li jinsabu fl-Unjoni fir-rigward ta' servizzi tal-ħlas denominati f'euro.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu u sakemm il-Kummissjoni ma tiddeċidix mod ieħor permezz ta' abbozz ta' valutazzjoni tal-impatt regolatorju, l-Istati Membri japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III minn … [48 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] fir-rigward ta' servizz ta' bdil bejn fornituri tas-servizzi tal-ħlas li jinsabu fl-Unjoni għal kontijiet tal-ħlas denominati f'munita li mhijiex l-euro.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri japplikaw l-Artikolu 4(1) sa (6), l-Artikolu 5(1) u (2) u l-Artikolu 6(1) u (2) fi żmien 18-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tal-lista msemmija fl-Artikolu 3(5).

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri li, sal-1 ta' Jannar 2014, ikollhom sistema leġiżlattiva nazzjonali li tiggarantixxi access għal kontijiet tal-ħlas b'karatteristiċi bażiċi lil konsumaturi residenti legalment fit-territorju tagħhom, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV minn … [48 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

3.   Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.

4.   L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 29

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 30

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri b'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi […],

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-ĠU.

(2)   ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1.

(3)   Testi adottati, P7_TA(2012)0293.

(4)   ĠU L 190,21.7.2011, p. 87.

(5)   ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22.

(6)  Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).

(7)   ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(8)   Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/368


P7_TA(2013)0588

L-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-ġestjoni integrata tal-kosta (COM(2013)0133 – C7-0065/2013 – 2013/0074(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 468/82)

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/631/UE tat-13 ta’ Settembru 2010 rigward il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll dwar il-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali fil-Mediterran għall-Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran  (2) ;

Emenda 2

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Id-domanda għolja u li qed tiżdied b'rata mgħaġġla għall-ispazju marittimu għal skopijiet differenti, bħall-impjanti tal-enerġija rinnovabbli, it-tbaħħir marittimu u l-attivitajiet tas-sajd, il-konservazzjoni tal-ekosistema u t-turiżmu u l-impjanti tal-akkwakultura, kif ukoll pressjonijiet multipli fuq ir-riżorsi kostali jeħtieġu approċċ ta' ppjanar u ġestjoni integrati.

(1)

Id-domanda għolja u li qed tiżdied b’rata mgħaġġla għall-ispazju marittimu għal skopijiet differenti, bħall-impjanti tal-enerġija rinnovabbli, l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni taż-żejt u l-gass, it-tbaħħir marittimu u l-attivitajiet tas-sajd, il-konservazzjoni tal-ekosistema u l-bijodiversità, l-estrazzjoni tal-materja prima, it-turiżmu u l-impjanti tal-akkwakultura, kif ukoll pressjonijiet multipli fuq ir-riżorsi kostali jeħtieġu approċċ ta’ ppjanar u ġestjoni integrati.

Emenda 3

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Fil-Politika Marittima Integrata ġie żviluppat approċċ bħal dan għall-Unjoni Ewropea għall-ġestjoni tal-oċeani inkluża, bħala l-pilastru ambjentali tagħha, id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin. L-għan tal-Politika Marittima Integrata huwa li tappoġġa l-iżvilupp sostenibbli tal-ibħra u l-oċeani u li tiżviluppa teħid tad-deċiżjonijiet ikkoordinat, koerenti u trasparenti fir-rigward tal-politiki settorjali tal-Unjoni li jaffettwaw l-oċeani, l-ibħra, il-gżejjer, ir-reġjuni kostali u l-aktar imbiegħda u s-setturi marittimi, inkluż permezz ta’ strateġiji dwar il-baċir tal-baħar jew l-istrateġiji makroreġjonali.

(2)

Fil-Politika Marittima Integrata ġie żviluppat approċċ bħal dan għall-Unjoni Ewropea għall-ġestjoni tal-oċeani u l-governanza marittima inkluża, bħala l-pilastru ambjentali tagħha, id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin. L-għan tal-Politika Marittima Integrata huwa li tappoġġa l-iżvilupp sostenibbli tal-ibħra u l-oċeani u li tiżviluppa teħid tad-deċiżjonijiet ikkoordinat, koerenti u trasparenti fir-rigward tal-politiki settorjali tal-Unjoni li jaffettwaw l-oċeani, l-ibħra, il-gżejjer, ir-reġjuni kostali u l-aktar imbiegħda u s-setturi marittimi, inkluż permezz ta’ strateġiji dwar il-baċir tal-baħar jew l-istrateġiji makroreġjonali.

Emenda 4

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Il-Politika Marittima Integrata tidentifika l-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta bħala għodod ta’ politika trasversali sabiex l-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet interessati japplikaw approċċ integrat u koordinat. L-applikazzjoni ta’ approċċ ibbażat fuq l-ekosistemi se tikkontribwixxi għall-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli tal-ekonomiji marittimi u kostali u l-użu sostenibbli ta' riżorsi tal-baħar u kostali.

(3)

Il-Politika Marittima Integrata tidentifika l-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta bħala għodod ta’ politika trasversali sabiex l-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet interessati japplikaw approċċ integrat, koordinat u transkonfinali . L-applikazzjoni ta’ approċċ ibbażat fuq l-ekosistemi se tikkontribwixxi għall-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli tal-ekonomiji marittimi u kostali u l-użu sostenibbli ta' riżorsi tal-baħar u kostali.

Emenda 5

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Fil-Komunikazzjoni riċenti tagħha dwar it-Tkabbir Blu, Opportunitajiet għal Tkabbir Sostenibbli fis-Settur tal-Baħar u dak Marittimu, il-Kummissjoni identifikat għadd ta’ inizjattivi li għaddejjin bħalissa tal-UE li huma maħsuba biex jimplimentaw l-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. Il-Komunikazzjoni identifikat ukoll għadd ta' attivitajiet fis-settur li l-inizjattivi għat-tkabbir blu għandu jiffoka fuqhom fil-futur u li għandhom ikunu appoġġati adegwatament minn pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta.

(5)

Fil-Komunikazzjoni riċenti tagħha dwar l-Opportunitajiet tat-Tkabbir Blu għal Tkabbir Sostenibbli fis-Settur tal-Baħar u dak Marittimu, il-Kummissjoni identifikat għadd ta’ inizjattivi li għaddejjin bħalissa tal-UE li huma maħsuba biex jimplimentaw l-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. Il-Komunikazzjoni identifikat ukoll għadd ta' attivitajiet fis-settur li l-inizjattivi għat-tkabbir blu għandu jiffoka fuqhom fil-futur u li għandhom ikunu appoġġati adegwatament minn pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta. L-appoġġ ċar tal-Istati Membri għal dawn l-oqsma strateġiċi identifikati għandu jippermetti li jingħataw ċertezza legali u prevedibbiltà għall-investimenti tal-atturi pubbliċi u privati, li jkollhom effett ta' lieva fuq il-politiki settorjali kollha relatati mal-ispazju marittimu u kostali.

Emenda 6

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS) tiddikjara fil-preambolu tagħha li l-kwistjonijiet relatati mal-użu tal-ispazju oċeaniku huma marbuta mill-qrib ma' xulxin u jeħtieġ li jitqiesu bħala entità sħiħa. L-ippjanar tal-ispazju oċeaniku huwa l-azzjoni ta' avvanz u l-istrutturar loġiċi tal-użu tad-drittijiet mogħtija skont l-UNCLOS u għodda prattika fl-assistenza lill-Istati Membri biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom.

(7)

Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS) tiddikjara fil-preambolu tagħha li l-kwistjonijiet relatati mal-użu tal-ispazju oċeaniku huma marbuta mill-qrib ma' xulxin u jeħtieġ li jitqiesu bħala entità sħiħa. L-ippjanar tal-ispazju oċeaniku huwa l-azzjoni ta' avvanz u l-istrutturar loġiċi tal-użu tad-drittijiet mogħtija skont l-UNCLOS u għodda prattika fl-assistenza lill-Istati Membri u l-awtoritajiet subnazzjonali kompetenti biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom.

Emenda 7

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u ċ-ċarezza legali, il-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku għall-ippjanar spazjali marittimu u  l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta għandhom jiġu definiti f’konformità mal-istrumenti leġiżlattivi eżistenti tal-Unjoni u l-liġi marittima internazzjonali.

(10)

Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u ċ-ċarezza legali, il-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku għall-ippjanar spazjali marittimu u  l-ġestjoni integrata tal-kosta għandhom jiġu definiti f’konformità mal-istrumenti leġiżlattivi eżistenti tal-Unjoni u l-liġi marittima internazzjonali , b'mod partikolari UNCLOS .

Emenda 8

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

Filwaqt li huwa xieraq li l-Unjoni tistabbilixxi regoli dwar pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta, l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jibqgħu responsabbli għat-tfassil u d-determinazzjoni, fi ħdan l-ilmijiet tal-ibħra u ż-żoni kostali tagħhom, tal-kontenut ta' dawn il-pjanijiet u l-istrateġiji, inkluż it-tqassim tal-ispazju marittimu għall-attivitajiet tas-setturi differenti.

(12)

Filwaqt li huwa xieraq li l-Unjoni tistabbilixxi qafas trasparenti u koerenti dwar pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta, l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jibqgħu responsabbli għat-tfassil u d-determinazzjoni, fi ħdan l-ilmijiet tal-ibħra u ż-żoni kostali tagħhom, tal-kontenut ta’ dawn il-pjanijiet u l-istrateġiji, inkluż it-tqassim tal-ispazju marittimu għall-attivitajiet tas-setturi u l-użu marittimu differenti.

Emenda 9

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Sabiex jirrispettaw il-proporzjonalità u s-sussidjarjetà, kif ukoll biex ikun minimizzat il-piż amministrattiv addizzjonali, it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom kemm jista' jkun jibnu fuq regoli u mekkaniżmi nazzjonali eżistenti. L-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta għandhom jibnu fuq il-prinċipji u l-elementi stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2002/413/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/631/UE.

(13)

Sabiex jirrispettaw il-proporzjonalità u s-sussidjarjetà, kif ukoll biex ikunu minimizzati l-piżijiet amministrattivi addizzjonali, it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom kemm jista’ jkun jibnu fuq regoli u mekkaniżmi nazzjonali eżistenti u fuq dawk tal-Konvenzjoni dwar Ibħra Reġjonali . L-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta għandhom jibnu fuq il-prinċipji u l-elementi stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2002/413/KE tal-Parlament Ewropew tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2002 rigward l-implimentazzjoni tal-Ġestjoni Integrata taż-Żona tal-Kosta fl-Ewropa  (18 bis) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/631/UE.

Emenda 10

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

L-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta għandhom japplikaw l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistemi kif imsemmi fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2008/56/KE sabiex jiżguraw li l-pressjoni kollettiva tal-attivitajiet kollha tinżamm fi ħdan livelli kompatibbli mal-ksib ta’ status ambjentali tajjeb u li ma tkunx kompromessa l-kapaċità tal-ekosistemi tal-baħar li jirreaġixxu għall-bidliet ikkawżati mill-bniedem, filwaqt li jippermettu l-użu sostenibbli ta' oġġetti u servizzi tal-baħar mill-ġenerazzjonijiet ta’ issa u tal-ġejjieni.

(15)

L-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta għandhom japplikaw l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistemi kif imsemmi fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2008/56/KE , billi jikkunsidraw il-prinċipju tas-sussidjarjetà u jqisu l-prinċipju ta' prekawzjoni u l-prinċipju li azzjoni preventiva għandha tittieħed, kif stabbilit fl-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sabiex jiżguraw li l-pressjoni kollettiva tal-attivitajiet marittimi u kostali kollha tinżamm fi ħdan livelli kompatibbli mal-ksib ta’ status ambjentali tajjeb u  mal-konservazzjoni ta' riżorsi naturali, u li ma tkunx kompromessa l-kapaċità tal-ekosistemi tal-baħar li jirreaġixxu għall-bidliet ikkawżati mill-bniedem, filwaqt li jippermettu l-użu sostenibbli ta’ oġġetti u servizzi tal-baħar mill-ġenerazzjonijiet ta’ issa u tal-ġejjieni.

Emenda 11

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

L-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta se jikkontribwixxu, fost oħrajn, sabiex jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (19), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (20), id-Deċiżjoni Nru 884/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE dwar il-linji gwida Komunitarji sabiex jiġi żviluppat netwerk trans-Ewropew tat-trasport (21), id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin, l-Istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020 (22), il-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi (23), l-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima (24) kif ukoll, fejn hu xieraq, dawk dwar il-Politika Reġjonali tal-UE, inkluż il-baċir tal-baħar u l-istrateġiji makroreġjonali.

(16)

L-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta se jikkontribwixxu, fost oħrajn, sabiex jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (19), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (20), id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi  (20 bis) , id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa  (20 ter) , id-Deċiżjoni Nru 884/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE dwar il-linji gwida Komunitarji għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (21), id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin, l-Istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020 (22), il-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi (23), l-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima (24) u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2009)0008 bit-titolu “L-iskopijiet strateġiċi u r-rakkomandazzjonijiet għall-politika tat-trasport marittimu tal-UE sal-2018”, kif ukoll, fejn hu xieraq, dawk dwar il-Politika Reġjonali tal-UE, inkluż il-baċir tal-baħar u l-istrateġiji makroreġjonali.

Emenda 12

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)

L-attivitajiet marittimi u dawk kostali huma spiss interrelatati mill-qrib. Dan jirrikjedi pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta li jkunu koordinati jew integrati sabiex jiggarantixxu l-użu sostenibbli tal-ispazju marittimu u l-ġestjoni taż-żoni kostali filwaqt li jitqiesu l-fatturi soċjali, ekonomiċi u ambjentali.

(17)

L-attivitajiet marittimi u dawk kostali huma spiss interrelatati u interdipendenti mill-qrib. Dan jirrikjedi pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta li jkunu koordinati , marbutin flimkien jew integrati sabiex jiggarantixxu l-użu sostenibbli tal-ispazju marittimu u l-ġestjoni taż-żoni kostali filwaqt li jitqiesu l-fatturi soċjali, ekonomiċi u ambjentali u l-objettivi .

Emenda 13

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

Sabiex jinkisbu l-għanijiet ta' din id-Direttiva, il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta għandhom ikopru ċ-ċiklu sħiħ tal-identifikazzjoni tal-problema, il-ġbir ta' informazzjoni, l-ippjanar, it-teħid ta' deċiżjonijiet, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u  jkunu bbażati fuq l-aqwa għarfien xjentifiku disponibbli. Għandu jsir l-aqwa użu tal-mekkaniżmi stabbiliti f'leġiżlazzjoni eżistenti jew futura, inkluża d-Deċiżjoni 2010/477/UE dwar kriterji u standards metodoloġiċi għal status ambjentali tajjeb ta’ ilmijiet tal-ibħra jew l-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar l-Għarfien dwar il-Baħar 2020 (25).

(18)

Sabiex jinkisbu l-għanijiet ta' din id-Direttiva, il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta għandhom ikopru ċ-ċiklu sħiħ tal-identifikazzjoni tal-problema, il-ġbir ta' informazzjoni, l-ippjanar, it-teħid ta' deċiżjonijiet, l-implimentazzjoni , il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni , ir-reviżjoni jew l- aġġornar, għandhom ikunu bbażati fuq l-aqwa għarfien xjentifiku disponibbli u l-aktar riċenti . Għandu jsir l-aqwa użu tal-mekkaniżmi stabbiliti f'leġiżlazzjoni eżistenti jew futura, inkluża d-Deċiżjoni 2010/477/UE dwar kriterji u standards metodoloġiċi għal status ambjentali tajjeb ta’ ilmijiet tal-ibħra jew l-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar l-Għarfien dwar il-Baħar 2020 (25).

Emenda 14

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)

L-iskop ewlieni tal-ippjanar spazjali marittimu huwa li jiġu identifikati u mmaniġġjati l-użi u l-kunflitti spazjali fiż-żoni marittimi. Sabiex jintlaħaq dak l-iskop , jeħtieġ li tal-inqas l-Istati Membri jiżguraw li l-proċess jew il-proċessi tal-ippjanar jirriżultaw f’mappa komprensiva li tidentifika l-użi differenti tal-ispazju marittimu, filwaqt li jitqiesu l-bidliet fit-tul minħabba t-tibdil fil-klima.

(19)

L-iskopijiet ewlenin tal-ippjanar spazjali marittimu huma li jiġu identifikati u mmaniġġjati l-użi spazjali, ikunu mminimizzati l-kunflitti transsettorjali fiż-żoni marittimi u jissaħħaħ it-tkabbir sostenibbli fis-settur marittimu . Sabiex jintlaħqu dawk l-iskopijiet , jeħtieġ li tal-inqas l-Istati Membri jiżguraw li l-proċess jew il-proċessi tal-ippjanar jirriżultaw f’mappa komprensiva li tidentifika l-użi differenti tal-ispazju marittimu, filwaqt li jitqiesu l-bidliet fit-tul minħabba t-tibdil fil-klima.

Emenda 15

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)

L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw u jikkoordinaw il-pjanijiet u l-istrateġiji tagħhom mal-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz rilevanti fir-reġjun jew is-subreġjun tal-baħar jew iż-żona kostali kkonċernata skont id-drittijiet u l-obbligi ta' dawn l-Istati Membri u pajjiżi terzi taħt il-liġi Ewropea u dik internazzjonali. Il-kooperazzjoni transkonfinali effikaċi bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi ġirien teħtieġ l-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti f'kull Stat Membru. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kooperazzjoni ma' Stati Membri oħra jew pajjiżi terzi. Minħabba d-differenzi bejn diversi reġjuni jew subreġjuni tal-baħar u ż-żoni kostali, mhuwiex xieraq li f'din id-Direttiva jiġi preskritt fid-dettall kif għandhom ikunu dawn il-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni.

(20)

L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw u , kemm jista’ jkun, jikkoordinaw il-pjanijiet u l-istrateġiji tagħhom mal-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz rilevanti fir-reġjun jew is-subreġjun tal-baħar jew iż-żona kostali kkonċernata skont id-drittijiet u l-obbligi ta’ dawn l-Istati Membri u pajjiżi terzi taħt il-liġi Ewropea u dik internazzjonali. Il-kooperazzjoni transkonfinali effikaċi bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi ġirien teħtieġ l-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti f'kull Stat Membru. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħra jew pajjiżi terzi. Minħabba d-differenzi bejn diversi reġjuni jew subreġjuni tal-baħar u ż-żoni kostali, mhuwiex xieraq li f'din id-Direttiva jiġi preskritt fid-dettall kif għandhom ikunu dawn il-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni.

Emenda 16

Proposta għal direttiva

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)

Għall-iskopijiet tal-aġġustament taż-żoni kostali għat-tibdil fil-klima, u għall-ġlieda kontra l-fenomeni tal-erożjoni u tal-avvanz eċċessiv tal-kosti, għar-riskji ta' ingress tal-baħar, għad-deterjorament tal-istatus ekoloġiku u għat-telf tal-bijodiversità tal-ekosistemi tal-kosti, huwa ta' importanza estrema li l-ġestjoni tas-sediment kostali ssir b'mod sostenibbli u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, bil-għan li tibbilanċja żoni problematiċi oħra li huma esposti għal riskju akbar. Id-depożiti tas-sedimenti taħt il-baħar li qegħdin fuq il-blata kontinentali jistgħu jintużaw f'każijiet fejn ikun hemm nuqqas ta' sedimenti fis-sistema kostali.

Emenda 17

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)

Il-ġestjoni ta’ żoni marittimi u kostali hija kumplessa u tinvolvi livelli differenti ta' awtoritajiet, operaturi ekonomiċi u partijiet interessati oħra. Sabiex ikun garantit l-iżvilupp sostenibbli b'mod effettiv, huwa essenzjali li l-partijiet interessati, l-awtoritajiet u l-pubbliku jiġu kkonsultati fi stadju adattat fit-tħejjija ta’ pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta skont din id-Direttiva, f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE. Eżempju tajjeb għad-dispożizzjonijiet dwar il-konsultazzjoni pubblika jista' jinstab fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/35/KE.

(22)

Il-ġestjoni ta’ żoni marittimi u kostali hija kumplessa u tinvolvi livelli differenti ta' awtoritajiet, operaturi ekonomiċi u partijiet interessati oħra. Sabiex ikun garantit l-iżvilupp sostenibbli b’mod effettiv, huwa essenzjali li l-partijiet interessati, l-awtoritajiet u l-pubbliku jkunu kkonsultati fi stadju adattat fit-tħejjija ta’ pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta skont din id-Direttiva, f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Emenda 18

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)

Sabiex jiġi żgurat li l-istabbiliment tal-pjanijiet spazjali marittimi u tal-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta ikun ibbażat fuq dejta affidabbli u biex ikun evitat piż amministrattiv żejjed, huwa essenzjali li l-Istati Membri jiġbru l-aħjar dejta u informazzjoni disponibbli permezz tal-użu ta' strumenti u għodod eżistenti għall-ġbir tad-dejta, bħal dawk żviluppati fil-kuntest tal-inizjattiva tal-Għarfien dwar il-Baħar 2020.

(25)

Sabiex jiġi żgurat li l-istabbiliment tal-pjanijiet spazjali marittimi u tal-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta ikun ibbażat fuq dejta affidabbli u biex ikun evitat piż amministrattiv żejjed, huwa essenzjali li l-Istati Membri jiġbru u jużaw l-aħjar dejta u informazzjoni disponibbli billi jħeġġu lill-partijiet interessati rilevanti jaqsmu d-dejta u l-informazzjoni tagħhom u permezz tal-użu ta’ strumenti u għodod eżistenti għall-ġbir tad-dejta, bħal dawk żviluppati fil-kuntest tal-inizjattiva tal-Għarfien dwar il-Baħar 2020.

Emenda 19

Proposta għal direttiva

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a)

Sabiex tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva b'mod mifrux u kkoordinat mal-Unjoni kollha, huwa xieraq li jiġu identifikati, fost l-istrumenti finanzjarji eżistenti, riżorsi biex jappoġġjaw il-programmi dimostrattivi u l-iskambju ta' prattiki tajba u proċessi virtużi fl-istrateġiji, il-pjanijiet u l-governanza tal-ġestjoni tal-ambjent kostali u tal-ispazju marittimu.

Emenda 20

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)

It-traspożizzjoni f'waqtha tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva hija essenzjali peress li l-UE adottat għadd ta’ inizjattivi ta’ politika li għandhom jiġu implimentati sas-sena 2020 u li din id-Direttiva għandha l-għan li ssostni. Għalhekk għandha tiġi adottata l-iqsar data ta' skadenza possibbli għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva.

(28)

It-traspożizzjoni f’waqtha tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva hija essenzjali peress li l-UE adottat għadd ta’ inizjattivi ta’ politika li għandhom jiġu implimentati sas-sena 2020 u li din id-Direttiva għandha l-għan li ssostni u li tikkomplementa . Għalhekk għandha tiġi adottata l-iqsar data ta' skadenza possibbli għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva.

Emenda 21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-ġestjoni integrata tal-kosta u għandha l-għan li tippromwovi t-tkabbir sostenibbli tal-ekonomiji marittimi u kostali u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u dawk kostali.

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas għall-ippjanar spazjali marittimu li jinvolvi il-ġestjoni integrata tal-kosta u għandha l-għan li tippromwovi t-tkabbir u l-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomiji marittimi u kostali u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u dawk kostali , billi tappoġġja b’mod partikolari l-oqsma ta’ prijorità identifikati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Settembru 2012 dwar it-Tkabbir Blu, Opportunitajiet għal Tkabbir Sostenibbli fis-Settur tal-Baħar u dak Marittimu .

Emenda 22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Fi ħdan il-Politika Marittima Integrata tal-Unjoni, dan il-qafas jipprovdi għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta' pjanijiet spazjali marittimi u ta' strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta bl-iskop li jintlaħqu l-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 5.

2.   Fi ħdan il-Politika Marittima Integrata tal-Unjoni, din id-Direttiva tipprovdi qafas għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ pjanijiet spazjali marittimi u ta’ strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta bl-iskop li jintlaħqu l-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 5 , filwaqt illi tqis l-interazzjonijiet bejn l-art u l-baħar u l-kooperazzjoni transfruntiera mtejba fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet rispettivi tal-UNCLOS .

Emenda 23

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-ilmijiet tal-ibħra u għaż-żoni kostali.

1.   Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-ilmijiet tal-ibħra u għaż-żoni kostali kollha tal-Unjoni, f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali eżistenti .

Emenda 24

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal attivitajiet li l-uniku għan tagħhom hu d-difiża jew is-sigurtà nazzjonali. Kull Stat Membru għandu , madankollu, ifittex li jiżgura li tali attivitajiet jitwettqu b'mod li jkun kompatibbli mal-għanijiet ta' din id-Direttiva.

2.   Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal attivitajiet li l-uniku għan tagħhom hu d-difiża jew is-sigurtà nazzjonali. L-Istati Membri għandhom, madankollu, ifittxu li jiżguraw li tali attivitajiet jitwettqu b'mod li jkun kompatibbli , safejn ikun raġonevoli u prattikabbli, mal-objettivi ta' din id-Direttiva.

Emenda 25

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.

“Żona kostali” tfisser żona ġeomorfoloġika fuq iż-żewġ naħat ta' żona ta' xatt il-baħar bil-limitu fuq in-naħa tal-baħar ikun il-limitu estern tal-ibħra territorjali tal-Istati Membri u l-limitu fuq in-naħa tal-art ikun il-limitu kif definit mill-Istati Membri fl-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta tagħhom.

1.

“Żona kostali” tfisser xatt il-baħar u ż-żona ġeomorfoloġika fuq iż-żewġ naħat tax-xatt il-baħar kif definit mill-Istati Membri fil-liġijiet rispettivi tagħhom, bil-limitu fuq in-naħa tal-baħar li ma jaqbiżx l-ibħra territorjali tagħhom.

Emenda 26

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.

“Politika Marittima Integrata” tfisser il-politika tal-Unjoni bl-għan li trawwem teħid tad-deċiżjonijiet koordinat u koerenti biex jiġi mmassimizzat l-iżvilupp sostenibbli, it-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni soċjali tal-Istati Membri, b'mod partikolari fir-rigward tar-reġjunijiet kostali, insulari u l-aktar imbiegħda fl-Unjoni, kif ukoll is-setturi marittimi, permezz ta' politiki koerenti relatati mas-settur marittimu u kooperazzjoni internazzjonali rilevanti.

2.

‘Politika Marittima Integrata’ tfisser il-politika tal-Unjoni li ġiet stabbilita biex trawwem governanza marittima transsettorjali transkonfinali koordinata u koerenti biex jiġi mmassimizzat l-iżvilupp sostenibbli, it-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni soċjali tal-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward tar-reġjuni kostali, insulari u l-aktar imbiegħda fl-Unjoni, kif ukoll is-setturi marittimi, permezz ta’ politiki koerenti relatati mas-settur marittimu u kooperazzjoni internazzjonali rilevanti.

Emenda 27

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.

“Pjanijiet tal-ispazju marittimu” tfisser il-pjanjew il-pjanijiet li jirriżulta(w) minn proċess pubbliku għall-analiżi u l-ippjanar tat-tqassim spazjali u temporali tal-attivitajiet umani f’żoni marittimi biex jinkisbu l-għanijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali definiti f'din id-Direttiva, u f’konformità mal-politiki nazzjonali rilevanti, biex jiġi identifikat l-użu tal-ispazju marittimu għal użi differenti tal-baħar, u jitħeġġeġ b'mod partikolari l-użu għal diversi raġunijiet.

Emenda 28

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.

“Strateġiji tal-ġestjoni kostali integrata” tfisser il-prattiki u/jew l-istrateġiji formali u informali li jimmiraw il-ġestjoni integrata tal-proċessi kollha ta’ politika li jaffettwaw iż-żona kostali, u jindirizzaw l-interazzjonijiet bejn l-art u l-baħar tal-attivitajiet kostali b’mod koordinat bil-ħsieb li jiġi żgurat l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni kostali u tal-baħar. Dawn l-istrateġiji jiżguraw li d-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni jew ta’ żvilupp jittieħdu b’mod koerenti fis-setturi kollha sabiex jevitaw, jew tal-inqas jillimitaw, il-kunflitti dwar l-użu taż-żoni kostali.

Vot Separat

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.

“Reġjun tal-baħar jew sub-reġjun ’ tal-baħar” tfisser r-reġjuni u sub-reġjuni msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/56/KE.

3.

“Reġjun tal-baħar” tfisser ir-reġjuni tal-baħar imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/56/KE.

Emenda 29

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.

“Ilmijiet tal-ibħra” tfisser l-ilmijiet, qiegħ il-baħar u s-subsoil kif definiti fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/56/KE.

4.

‘Ilmijiet tal-ibħra’ tfisser l-ilmijiet, qiegħ il-baħar u s-subsoil tan-naħa tal-baħar tal-linja bażi minn fejn il-medda tal-ilmijiet territorjali hija mkejla, li testendi sat-tarf nett taż-żona fejn Stat Membru jkollu u/jew jeżerċita drittijiet ta’ ġurisdizzjoni, skont l-UNCLOS, bl-eċċezzjoni ta’ ilmijiet li jmissu mal-pajjiżi u t-territorji msemmija fl-Anness II għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u d-Dipartimenti u l-Kollettivitajiet Esteri Franċiżi.

Emenda 31

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.

“Stat ambjentali tajjeb” tfisser l-istatus ambjentali msemmi fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2008/56/KE.

7.

“Stat ambjentali tajjeb” tfisser l-istatus ambjentali msemmi fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2008/56/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/477/UE .

Emenda 32

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jimplimenta pjan jew pjanijiet spazjali marittimu/i u strateġija jew strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta. Dawn jistgħu jkunu ppreparati f’dokumenti separati.

1.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jimplimenta l-ippjanar spazjali marittimu. Fejn Stat Membru ma jintegrax l-interazzjonijiet bejn l-art u l-baħar fil-pjan spazjali marittimu, dawk l-interazzjonijiet għandhom jiġu indirizzati permezz ta' ġestjoni kostali integrata. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk isegwux approċċ integrat jew jistabbilixxux pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta b’mod separat .

Emenda 33

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     L-Istati Membri jew l-awtoritajiet reġjonali jew lokali kompetenti għandhom jibqgħu responsabbli għat-tfassil u d-determinazzjoni tal-kontenut ta’ dawn il-pjanijiet u l-istrateġiji, inkluż it-tqassim tal-ispazju marittimu għall-attivitajiet tas-setturi differenti u l-użi marittimi u tal-baħar.

Emenda 34

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Meta jistabbilixxu pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta, l-Istati Membri għandhom iqisu b’mod xieraq il-partikolaritajiet tar-reġjuni u s-subreġjuni, l-attivitajiet tas-settur rispettiv, l-ilmijiet tal-baħar u ż-żoni kostali kkonċernati u l-impatti potenzjali tat-tibdil fil-klima.

3.   Meta jistabbilixxu pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta, l-Istati Membri għandhom iqisu b’mod xieraq il-partikolaritajiet u l-bżonnijiet tar-reġjuni tal-baħar kostali u s-subreġjuni, u l-opportunitajiet ippreżentati minnhom, l-attivitajiet tas-settur rispettiv eżistenti u futuri , l-ilmijiet tal-baħar u ż-żoni kostali kkonċernati u l-impatti tat-tibdil fil-klima.

Emenda 35

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     B’mod partikolari, fil-każ tar-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni, l-Artikolu 349 tat-TFUE għandu jiġi rispettat filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċjali u r-restrizzjonijiet ta’ dawn ir-reġjuni.

Emenda 36

Proposta għal direttiva

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta għandhom japplikaw approċċ ibbażat fuq l-ekosistema biex jiffaċilitaw il-koeżistenza u jevitaw il-kunflitti bejn attivitajiet ta' setturi li jikkompetu bejniethom fl-ilmijiet tal-ibħra u ż-żoni kostali, u  għandhom l-għan li jikkontribwixxu biex:

1.    Il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji tal-ġestjoni kostali integrata għandhom japplikaw l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema filwaqt li jiġu kkunsidrati kriterji ekonomiċi, soċjali u ambjentali fl-istess livell biex jappoġġjaw l-iżvilupp u t-tkabbir sostenibbli fis-settur marittimu. Huma għandhom iħeġġu l-koeżistenza tal-attivitajiet tas-settur relevanti b'mod kompatibbli, jimminimizzaw il-kunflitti bejn dawk l-attivitajiet fl-ilmijiet tal-baħar u ż-żoni kostali, u  jħeġġu l-kooperazzjoni transkonfinali u l-użu multiplu tal-istess spazju marittimu minn setturi differenti.

 

2.     Il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni kostali integrata għandu jkollhom l-għan li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Unjoni li ġejjin:

(a)

jiżguraw il-provvista tal-enerġija tal-Unjoni billi jippromwovu l-iżvilupp ta' sorsi tal-enerġja tal-baħar, l-iżvilupp ta' forom ġodda u rinnovabbli tal-enerġija, l-interkonnessjoni ta' netwerks tal-enerġija, u l-effiċjenza enerġetika;

(a)

jiżguraw il-provvista tal-enerġija tal-Unjoni billi jippromwovu l-iżvilupp ta' sorsi tal-enerġja tal-baħar, l-iżvilupp ta' forom ġodda u rinnovabbli tal-enerġija, l-interkonnessjoni ta' netwerks tal-enerġija, u l-effiċjenza enerġetika;

(b)

jippromwovu l-iżvilupp tat-trasport marittimu u jipprovdu rotot ta' tbaħħir effiċjenti u kosteffikaċi mal-Ewropa kollha, inkluż l-aċċessibbiltà għall-port u s-sikurezza tat-trasport ;

(b)

jippromwovu l-iżvilupp tat-trasport marittimu mal-Ewropa kollha, inkluż l-aċċessibbiltà tal-portijiet, is-sikurezza tat-trasport, il-konnessjonijiet multimodali u s-sostenibilità ;

(c)

irawmu l-iżvilupp sostenibbli u t-tkabbir tas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, inkluż l-impjiegi fis-settur tas-sajd u s-setturi konnessi;

(c)

irawmu l-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd u  t-tkabbir sostenibbli tas-settur tal-akkwakultura, inkluż l-impjiegi fis-settur tas-sajd u s-setturi konnessi;

(d)

jiżguraw il-preżervazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-ambjent kif ukoll l-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali, sabiex jintlaħaq status ambjentali tajjeb, jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tas-servizzi tal-ekosistemi u jitnaqqsu r-riskji tat-tniġġis tal-baħar;

(d)

jiżguraw il-preżervazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-ambjent permezz ta' netwerk rappreżentattiv u koerenti taż-żoni protetti kif ukoll l-użu prudenti , prekawzjonarju u razzjonali tar-riżorsi naturali, sabiex jintlaħaq status ambjentali tajjeb, jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tas-servizzi tal-ekosistemi u jitnaqqsu u jiġu evitati r-riskji tat-tniġġis tal-baħar u taż-żoni kostali ;

(e)

jiżguraw żoni kostali u tal-baħar li jifilħu jirreżistu għall-klima .

(e)

jiżguraw li żoni kostali u tal-baħar ikunu iktar reżiljenti għall-impatti tat-tibdil fil-klima sabiex jiġu protetti żoni kostali vulnerabbli .

 

3.     Il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni kostali integrata jista' jkollhom l-għan li jikkontribwixxu għal aktar objettivi nazzjonali bħal:

 

(a)

il-promozzjoni tal-estrazzjoni ta’ materja prima sostenibbli;

 

(b)

il-promozzjoni tat-turiżmu sostenibbli;

 

(c)

l-iżgurar tal-preżervazzjoni u l-protezzjoni tal-wirt kulturali;

 

(d)

il-garanzija tal-użu rekreattiv u oħrajn għall-pubbliku;

 

(e)

il-preservazzjoni tal-karatteristiċi ekonomiċi u soċjali tradizzjonali tal-ekonomija marittima.

Emenda 37

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    Il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta għandhom jistabbilixxu passi operattivi sabiex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 5 filwaqt li jqisu l-attivitajiet kollha rilevanti u l-miżuri applikabbli għalihom.

1.    Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi passi proċedurali sabiex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 5, filwaqt li jqisu l-attivitajiet rilevanti , l-użu u l-miżuri applikabbli għalihom.

Emenda 38

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

jiżguraw kooperazzjoni transkonfinali effettiva bejn l-Istati Membri, u bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-partijiet interessati tas-setturi ta' politika rilevanti;

(b)

jiżguraw parteċipazzjoni effettiva tal-partijiet interessati tas-setturi ta’ politika rilevanti skont l-Artikolu 9 ;

Emenda 39

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

jiżguraw kooperazzjoni transkonfinali effettiva bejn l-Istati Membri skont l-Artikolu 12;

Emenda 40

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

jidentifikaw l-effetti transkonfinali tal-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta fuq l-ilmijiet tal-ibħra u ż-żoni kostali taħt is-sovranità u/jew il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi fl-istess reġjun jew subreġjun tal-baħar u jittrattawhom b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta ' dawn il-pajjiżi skont l-Artikoli 12 u 13 .

(c)

jidentifikaw l-effetti transkonfinali tal-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta fuq l-ilmijiet tal-ibħra u ż-żoni kostali taħt is-sovranità u/jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi fl-istess reġjun jew subreġjun tal-baħar u jittrattawhom b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta ’ dawk il-pajjiżi skont l-Artikolu 13 .

Emenda 41

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

minn naħa waħda, jkunu bbażati fuq l-aqwa dejta disponibbli u, min-naħa l-oħra, jiżguraw il-flessibbiltà meħtieġa biex jitqiesu l-iżviluppi futuri;

Emenda 42

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-pjanijiet spazjali marittimi għandu jkun fihom tal-anqas immappjar tal-ilmijiet tal-baħar li jidentifikaw id-distribuzzjoni spazjali u temporali attwali u potenzjali tal-attivitajiet marittimi kollha rilevanti sabiex jinkisbu l-għanijiet kif stipulat fl-Artikolu 5.

1.   Il-pjanijiet spazjali marittimi għandu jkun fihom tal-anqas immappjar tal-ilmijiet tal-baħar li jidentifikaw id-distribuzzjoni spazjali u temporali attwali , intenzjonata u potenzjali tal-użi u tal-attivitajiet marittimi kollha rilevanti u l-komponenti tal-ekosistemi importanti sabiex jinkisbu l-għanijiet kif stipulat fl-Artikolu 5.

Emenda 43

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Meta jkunu qed jistabbilixxu l-pjanijiet spazjali marittimi l-Istati Membri għandhom iqisu, tal-anqas , l-attivitajiet li ġejjin:

2.   Meta jkunu qed jistabbilixxu l-pjanijiet spazjali marittimi l-Istati Membri għandhom iqisu, fost oħrajn , l-użi u l-attivitajiet li ġejjin:

Emenda 44

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a sa g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-impjanti għall-estrazzjoni tal-enerġija u l-produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli;

(a)

l-impjanti għall-estrazzjoni tal-enerġija u l-produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli u l-konsenja sal-art ;

(b)

is-siti u l-infrastrutturi tal-estrazzjoni taż-żejt u  tal-gass ;

(b)

is-siti u l-infrastrutturi tal-esplorazzjoni u tal-estrazzjoni taż-żejt , tal-gass ta’ materja prima oħra ;

(c)

ir-rotot tat-trasport marittimu;

(c)

ir-rotot tat-trasport marittimu;

(d)

il-kejbil ta' taħt il-baħar u r-rotot tal-pipeline;

(d)

il-kejbil ta' taħt il-baħar u r-rotot tal-pipeline;

(e)

iż-żoni tas-sajd;

(e)

iż-żoni tas-sajd eżistenti u potenzjali ;

(f)

is-siti ta' trobbija fuq il-baħar ;

(f)

iż-żoni tal-marikultura ;

(g)

is-siti ta' konservazzjoni tan-natura.

(g)

is-siti tal-protezzjoni u tal-konservazzjoni tan-natura u tal-ispeċijiet, żoni tan-Natura 2000, ekosistemi tal-baħar sensittivi oħrajn u ż-żoni tal-madwar, bi qbil mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u dik nazzjonali;

 

(h)

it-turiżmu tal-baħar u kostali;

 

(i)

is-siti ta’ protezzjoni ta’ wirt kulturali;

 

(j)

iż-żoni tat-taħriġ militari.

Emenda 45

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    L-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta għandu jkun fihom tal-anqas, inventarju tal-miżuri eżistenti applikati f'żoni kostali u analiżi tal-ħtieġa għal azzjonijiet addizzjonali sabiex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 5. L-istrateġiji għandhom jipprovdu għal-implimentazzjoni ta' politika integrata u transsettorjali u  jikkunsidraw l-interazzjonijiet bejn l-attivitajiet terrestri u marittimi.

1.    Meta tkun qed tiġi stabbilita l-ġestjoni integrata tal-kosta , l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk jużawx sett ta' prattiki jew strateġija waħda jew aktar. Huma għandhom jidentifikaw miżuri eżistenti applikati f’żoni kostali u  jagħmlu analiżi tal-ħtieġa għal azzjonijiet addizzjonali sabiex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 5. Il-ġestjoni integrata tal-kosta għandha ssaħħaħ l-implimentazzjoni ta’ politika integrata u transsettorjali u  tikkunsidra l-interazzjonijiet bejn l-attivitajiet terrestri u marittimi sabiex tiġi żgurata konnettività bejn l-art u l-baħar .

Emenda 46

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Meta jkunu qed jistabbilixxu l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta, l-Istati Membri għandhom iqisu , tal-inqas, l-attivitajiet li ġejjin :

2.   Meta jkunu qed jistabbilixxu l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta, l-Istati Membri għandhom iqisu:

Emenda 47

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-utilizzazzjoni ta' riżorsi naturali speċifiċi inklużi l-impjanti għall-estrazzjoni tal-enerġija u l-produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli;

imħassar

Emenda 48

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

prattiki u strateġiji diġà stabbiliti f'konformità mar-Rakkomandazzjoni 2002/413/KE;

Emenda 49

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)

il-prattiki, in-netwerks u l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni transkonfinali formali u informali eżistenti;

Emenda 50

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt ac (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ac)

l-attivitajiet, l-impjanti, il-faċilitajiet u l-infrastruttura rilevanti;

Emenda 51

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-iżvilupp tal-infrastruttura, tal-faċilitajiet tal-enerġija, tat-trasport, tal-portijiet, tax-xogħlijiet marittimi u ta' strutturi oħra inkluża l-infrastruttura ekoloġika;

imħassar

Emenda 52

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

l-agrikoltura u l-industrija;

imħassar

Emenda 53

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

is-sajd u l-akkwakultura;

imħassar

Emenda 54

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

il-konservazzjoni, ir-restawr u l-ġestjoni tal-ekosistemi kostali, is-servizzi tal-ekosistema u n-natura, il-pajsaġġi kostali u l-gżejjer;

(e)

il-protezzjoni, il-konservazzjoni, ir-restawr u l-ġestjoni tal-ekosistemi kostali, tad-deltas u l-art mistagħdra protetti, is-servizzi tal-ekosistema u n-natura, il-pajsaġġi kostali u l-gżejjer;

Emenda 55

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

il-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima.

(f)

il-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima , b'mod partikolari ż-żieda fir-reżiljenza tal-ekosistemi .

Emenda 56

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mezzi għall-parteċipazzjoni pubblika tal-partijiet kollha interessati fi stadju bikri fl-iżvilupp tal-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mezzi għal parteċipazzjoni pubblika billi jinfurmaw u jikkonsultaw lill-partijiet interessati rilevanti u l-awtoritajiet u l-pubbliku kkonċernati fi stadju bikri fl-iżvilupp tal-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li dawk il-partijiet interessati u l-awtoritajiet u l-pubbliku kkonċernati jkollhom aċċess għar-riżultati hekk kif dawn jiġu ffinalizzati.

Emenda 57

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.     Il-parteċipazzjoni pubblika għandha tiżgura li l-partijiet interessati rilevanti u l-awtoritajiet u l-pubbliku kkonċernati jkunu kkonsultati dwar l-abbozz tal-pjanijiet u l-istrateġiji u jkollhom aċċess għar-riżultati hekk kif dawn ikunu disponibbli.

imħassar

Emenda 58

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.     Meta jkunu qed jistabbilixxu mezzi għall-konsultazzjoni pubblika, l-Istati Membri għandhom jaġixxu skont id-dispożizzjonijiet rilevanti f'leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni Ewropea.

imħassar

Emenda 59

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom jorganizzaw il-ġbir tal-aħjar dejta disponibbli u l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għall-pjanijiet spazjali marittimi u  l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta.

1.   L-Istati Membri għandhom jorganizzaw il-ġbir u l-użu tal-aħjar dejta disponibbli u l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għall-pjanijiet spazjali marittimi u  l-implimentazzjoni tal-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta.

Emenda 60

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Meta jkunu qed jorganizzaw il-ġbir u l-iskambju tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu, sa fejn huwa possibbli, ta' strumenti u għodod żviluppati skont il-Politika Marittima Integrata.

3.   Meta jkunu qed jorganizzaw il-ġbir u l-iskambju tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu, sa fejn huwa possibbli, minn strumenti u għodod żviluppati skont il-Politika Marittima Integrata u politiki tal-Unjoni rilevanti oħrajn, bħal dawk stipulati fid-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE)  (27 bis).

Emenda 61

Proposta għal direttiva

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/42/KE.

Il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/42/KE u tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE fejn japplikaw .

Emenda 62

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Kull Stat Membru li għandu konfini ma' żona kostali jew żona marittima ta' Stat Membru ieħor għandu jikkoopera biex jiżgura li l-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta jkunu koerenti u kkoordinati maż-żona kostali jew ir-reġjun u/jew is-subreġjun kollha kkonċernati. Kooperazzjoni bħal din għandha b'mod partikolari tqis kwistjonijiet ta' natura transnazzjonali, bħall-infrastruttura transkonfinali.

1.   Kull Stat Membru li għandu konfini ma' żona kostali jew żona marittima ta' Stat Membru ieħor għandu jieħu l-passi neċessarji biex jikkoopera biex jiżgura li l-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta jkunu koerenti u kkoordinati maż-żona kostali jew ir-reġjun u/jew is-subreġjun kollha kkonċernati. Kooperazzjoni bħal din għandha b’mod partikolari tqis kwistjonijiet ta’ natura transnazzjonali, bħall-infrastruttura transkonfinali , u għandha timmira għal viżjoni komuni għal kull strateġija ta' baċini tal-baħar eżistenti u futuri .

Emenda 63

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Sabiex jiġi permess li sseħħ il-kooperazzjoni, l-Istati Membri għandhom, fejn possibbli, jikkoordinaw iż-żmien meta jseħħu Pjanijiet Spazjali Marittimi ġodda jew iċ-ċikli ta’ reviżjoni ta’ dawk eżistenti.

Emenda 64

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

strutturi ta' kooperazzjoni reġjonali istituzzjonali li jkopru ż-żona kostali jew ir-reġjun jew is-subreġjun tal-baħar ikkonċernati, jew

(a)

Konvenzjonijiet dwar l-Ibħra Reġjonali jew strutturi oħra ta’ kooperazzjoni reġjonali istituzzjonali li jkopru ż-żona kostali jew ir-reġjun jew is-subreġjun tal-baħar ikkonċernati, jew

Emenda 65

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

netwerk dedikat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jkopru reġjun tal-baħar u/jew subreġjun ikkonċernat .

(b)

netwerk tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jkopru ż-żona kostali, ir-reġjun tal-baħar u/jew subreġjun ikkonċernati, jew .

Emenda 66

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

kwalunkwe approċċ ieħor li jilħaq ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1.

Emenda 67

Proposta għal direttiva

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri li jmissu ma' żona kostali jew żona marittima ta' pajjiż terz għandhom jagħmlu kull sforz biex jikkoordinaw il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta tagħhom ma’ dak il-pajjiż terz fir-reġjun jew is-subreġjun tal-baħar u ż-żona kostali relatata kkonċernati.

L-Istati Membri li jmissu ma’ żona kostali jew żona marittima ta’ pajjiż terz għandhom , f’konformità mal-liġijiet u l-konvenzjonijiet marittimi internazzjonali, jikkonsultaw dak il-pajjiż u jagħmlu kull sforz biex jikkooperaw u jikkoordinaw il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta tagħhom ma’ dak il-pajjiż terz fir-reġjun jew is-subreġjun tal-baħar u ż-żona kostali relatata kkonċernati.

Emenda 87

Proposta għal direttiva

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar għal kull żona kostali u reġjun jew subreġjun tal-baħar ikkonċernat, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, inkluż biex jiżgura l-kooperazzjoni ma' Stati Membri oħra kif definit fl-Artikolu 12 u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi kif definit fl-Artikolu 13.

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar għal kull żona kostali u reġjun tal-baħar ikkonċernat, l-awtorità jew l-awtoritajiet inkarigati mill-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, inkluż biex jiżgura l-kooperazzjoni ma' Stati Membri oħra kif definit fl-Artikolu 12 u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi kif definit fl-Artikolu 13.

2.   Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'lista tal-awtoritajiet kompetenti , flimkien mal-elementi ta’ informazzjoni elenkati fl-Anness I ta' din id-Direttiva.

2.   Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'lista tal-awtoritajiet inkarigati , flimkien mal-elementi ta’ informazzjoni elenkati fl-Anness I ta' din id-Direttiva.

3.   Fl-istess waqt, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni lista tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom fir-rigward ta’ dawk il-korpi internazzjonali li fihom huma jipparteċipaw u li huma rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

3.   Fl-istess waqt, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni lista tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom fir-rigward ta’ dawk il-korpi internazzjonali li fihom huma jipparteċipaw u li huma rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

4.   Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 1 sa sitt xhur minn meta jidħol fis-seħħ tibdil bħal dan.

4.   Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 1 sa sitt xhur minn meta jidħol fis-seħħ tibdil bħal dan.

 

4a.     F'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, kull Stat Membru jista' jaħtar l-awtoritajiet inkarigati tiegħu skont il-livelli istituzzjonali u ta' governanza li japplikaw.

Emenda 68

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Dan ir-rapport għandu tal-anqas ikun fih informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikoli 6 sa 13.

2.   Dan ir-rapport għandu tal-anqas ikun fih informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikoli 6 sa 13. Fejn ikun possibbli, il-kontenut u l-format tar-rapport għandhom jiġu armonizzati mal-ispeċifikazzjonijiet relevanti stipulati fid-Direttiva 2008/56/KE.

Emenda 69

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ta' progress lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jiddeskrivi fil-qosor il-progress li sar fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ta’ progress lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard minn sena wara d-data ta’ skadenza għall-istabbiliment tal-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta, li jiddeskrivi fil-qosor il-progress li sar fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva

Emenda 70

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar:

1.   Il-Kummissjoni għandha, mingħajr preġudizzju għall-ispeċifikazzjonijiet rigward pjanijiet u strateġiji sostantivi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar:

Emenda 71

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-ispeċifikazzjonijiet operattivi għall-ġestjoni tad-dejta msemmija fl-Artikolu 10, sakemm dawn ma jkunux ġew stabbiliti minn leġiżlazzjoni oħra tal-UE , bħad-Direttiva 2007/2/KE jew 2008/56/KE, dwar

(a)

l-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-proċess għall-ġestjoni tad-dejta msemmija fl-Artikolu 10, sakemm dawn ma jkunux ġew stabbiliti minn atti legali oħra tal-Unjoni , bħad-Direttiva 2007/2/KE jew 2008/56/KE, dwar

Emenda 72

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt a – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

il-qsim tad-dejta, u l-ħidma f'konnessjoni ma' proċessi eżistenti tal-ġestjoni u l-ġbir tad-dejta; kif ukoll

il-qsim effettiv tad-dejta, u l-ħidma f’konnessjoni ma’ sistemi ta’ proċessi eżistenti tal-ġestjoni u l-ġbir tad-dejta; kif ukoll

Emenda 73

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt b – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-istadji operattivi għall-istabbiliment u r-rappurtar dwar il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta li jikkonċernaw:

(b)

l-istadji relatati mal-proċess li jikkontribwixxu għall-istabbiliment u r-rappurtar dwar il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta li jikkonċernaw:

Emenda 74

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt b – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

il-modalitajiet ta' kooperazzjoni transkonfinali;

il-modalitajiet l-aktar effettivi ta’ kooperazzjoni transkonfinali;

Emenda 75

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt b – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

konsultazzjoni pubblika.

imħassar

Emenda 76

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Fejn issir referenza għall-paragrafu 1 , għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu , għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda 77

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Kull Stat Membru għandu jiddeċiedi kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Kull Stat Membru għandu jiddeċiedi kif għandha ssir din ir-referenza.

Emenda 78

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta msemmijin fl-Artikolu 4(1) għandhom jiġu stabbiliti fi ħdan perjodu ta’ 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

4.   Il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta msemmijin fl-Artikolu 4(1) għandhom jiġu stabbiliti fi ħdan perjodu ta’ 48 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda 79

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 15(1) għandhom jingħataw mhux aktar tard minn 42 xahar wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva , u kull sitt snin minn hemm 'il quddiem.

5.   Ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 15(1) għandhom jingħataw mhux aktar tard minn 54 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva , u kull sitt snin minn hemm ’il quddiem.

Emenda 80

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Ir-rapport ta' progress imsemmi fl-Artikolu 15(3) għandu jiġi ppreżentat mhux aktar tard minn 6 xhur wara d-data msemmija fil-paragrafu 5, u kull 6  snin minn hemm 'il quddiem.

6.   Ir-rapport ta’ progress imsemmi fl-Artikolu 15(3) għandu jiġi ppreżentat mhux aktar tard minn 6 xhur wara d-data msemmija fil-paragrafu 5, u kull erba’  snin minn hemm ’il quddiem.

Emenda 81

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.     L-obbligi ta’ traspożizzjoni f’din id-Direttiva m’għandhomx japplikaw għal Stati Membri mingħajr kosta.


(1)  Il-każ kien riferut lura lill-kumitat responsabbli biex jerġà jiġi kkunsidrat skont it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 57(2) (A7-0379/2013).

(2)   ĠU L 279, 23.10.2010, p. 1.

(18 bis)   ĠU L 148, 6.6.2002, p. 24.

(19)  ĠU C 140, 5.6.2009, pp . 16-62 .

(20)  ĠU L 358, 31.12.2002, p.  59-80 .

(21)  ĠU C 167, 30.04.2004, p . 1.

(22)  COM(2011)0244 finali.

(23)  COM(2011)0571 finali.

(24)  COM(2013)XXXX.

(19)  ĠU C 140, 5.6.2009, p . 16 .

(20)  ĠU L 358, 31.12.2002, p.  59 .

(20 bis)   ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7.

(20 ter)   ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(21)  ĠU L 167, 30.4.2004, p. 1 .

(22)  COM(2011)0244 finali.

(23)  COM(2011)0571 finali.

(24)  COM(2013)XXXX.

(25)  COM(2010)0461 finali.

(25)  COM(2010)0461 finali.

(27 bis)   ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/397


P7_TA(2013)0589

Emenda ta' ċerti Direttivi fl-oqsma tal-ambjent, l-agrikoltura, il-politika soċjali u s-saħħa pubblika minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda ċerti Direttivi fl-oqsma tal-ambjent, l-agrikoltura, il-politika soċjali u s-saħħa pubblika minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni (COM(2013)0418 – C7-0176/2013 – 2013/0192(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 468/83)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0418),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 43(2), 114 ,153(2), 168 u 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0176/2013),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2013 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Settembru 2013 (2),

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0399/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Punt 4 tal-Minuti tal-21 ta' Ottubru 2013 (P7_PV(2013)10-21)

(2)  ĠU C 341, 21.11.2013, p. 97.


P7_TC1-COD(2013)0192

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda ċerti Direttivi fl-oqsma tal-ambjent, l-agrikoltura, il-politika soċjali u s-saħħa pubblika minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 114, l-Artikolu 153(2), l-Artikolu 168 u l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li bagħtu l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2012/419/EU (3), il-Kunsill Ewropew emenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Għaldaqstant, minn dik id-data l-Majott ma jibqax territorju barrani jew pajjiż extra-Ewropew skont it-tifsira tal-Artikolu 198 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u jsir reġjun ultraperifiku skont it-tifsira tal-Artikoli 349 u 355(1) TFUE . B'segwitu għal din il-bidla fl-istatus legali tal-Majott, id-dritt . Il-liġi tal-Unjoni se tapplika japplika għall-Majott minn dik id-data mill-1 ta' Jannar 2014 . Huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal ċerti miżuri speċifiċi ġustifikati mis-sitwazzjoni strutturali, soċjali, abjentali u ekonomika partikolari tal-Majott u l-istatus il-ġdid tiegħu bħala reġjun ultraperiferiku, f’għadd ta’ oqsma. [Em. 1]

(2)

Huwa xieraq li jittieħed kont tas-sitwazzjoni partikolari fil-Majott fir-rigward tal-istat tal-ambjent, li jitlob għal titjib konsiderevoli sabiex ikun hemm konformità mal-objettivi ambjentali stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni, li għalihom huwa meħtieġ żmien addizzjonali. Miżuri speċifiċi sabiex gradwalment jitjieb l-ambjent għandhom jiġu adottati fi ħdan limiti speċifiċi ta’ żmien.

(3)

Sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tad-drenaġġ urban (4), jeħtieġ li jittieħdu miżuri fil-Majott biex jiżguraw li agglomerazzjonijiet huma pprovduti b’sistemi ta’ ġbir tad-drenaġġ urban. Dawn il-miżuri jitolbu għal xogħlijiet ta’ infrastruttura li għandhom isegwu proċeduri amministrattivi u ta’ ppjanar u barra minn hekk jeħtieġu l-istabbiliment ta’ sistemi ta’ kejl u monitoraġġ ta' skariki ta’ drenaġġ. Għalhekk, jeħtieġ li jingħata perjodu ta’ żmien suffiċjenti lil Franza biex tissodisfa dawn ir-rekwiżiti.

(4)

Fil-qasam tal-agrikoltura, fir-rigward id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad-19 ta’ Lulju 1999 li tistabilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbidu (5) ta’ min jinnota li, fil-Majott, it-tiġieġ li jbidu l-bajd jitrawmu f’gaġeġ mhux arrikkiti. Minħabba investiment r-restrizzjonijiet ekonomiċi u soċjali li jeżistu fil-Majott u l-investiment konsiderevoli u xogħol x-xogħol ta’ tħejjija meħtieġ biex jissostitwixxi l-gaġeġ mhux arrikkiti b’gaġeġ arrikkiti jew sistemi alternattivi, huwa neċessarju, fir-rigward ta’ tiġieġ li jbidu li jkunu bdew ibidu fl-1 ta’ Jannar 2014, biex tiġi posposta l-projbizzjoni tal-użu ta’ gaġeġ mhux arrikkiti għal perjodu ta’ mhux aktar minn 12-il xahar erba' snin minn dik id-data. Sostituzzjoni tal-gaġeġ matul iċ-ċiklu ta’ tiġieġ li jbidu b’hekk għandha tiġi evitata. Sabiex tkun evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, bajd li ġej minn stabbilimenti li jużaw gaġeġ mhux arrikkiti għandhom jitqiegħdu fuq is-suq biss fis-suq lokali tal-Majott. Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli neċessarji, bajd prodott f’gaġeġ mhux arrikkiti għandu jkollu marka speċjali. [Em. 2]

(5)

Fir-rigward tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (6), l-implimentazzjoni kif imiss ta’ dik id-Direttiva rigward pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar jeħtieġ li Franza tadotta u timplimenta pjanijiet ta’ ġestjoni li fihom miżuri tekniċi u amministrattivi biex jiksbu stat tajjeb tal-ilma għal, u biex tipprevjeni d-deterjorazzjoni tal-korpi kollha tal-ilmijiet tal-wiċċ. Perjodu biżżejjed ta’ żmien jeħtieġ li jingħata għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri.

(6)

Fir-rigward tad-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-immaniġġar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm u li tħassar id-Direttiva 76/160/KEE (7), l-istat attwali tal-ilmijiet tal-wiċċ fil-Majott jitlob titjib konsiderevoli sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva. Il-kwalità tal-ilmijiet għall-għawm tiddependi direttament fuq it-trattament tad-drenaġġ urban mormi, u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/7/KE jistgħu biss jiġu mħarsa progressivament ladarba agglomerazzjonijiet li jaffettwaw il-kwalità ta’ drenaġġ urban jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva 91/271/KEE. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu adottati limiti speċifiċi ta’ żmien jeħtieġu li jiġu adottati speċifiċi sabiex jippermettu lil Franza biex tilħaq l-istandards tal-Unjoni rigward il-kwalità tal-ilma għall-għawm fil-Majott bħala reġjun ultraperiferiku ġdid u minħabba s-sitwazzjoni soċjali, ambjentali u ekonomika speċjali tiegħu . [Em. 3]

(7)

Fil-qasam tal-politika soċjali, għandu jittieħed kont tad-diffikultajiet ta' konformità mad-Direttiva 2006/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar il-ħtiġijiet minimi ta' saħħa u sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jirriżultaw mill-aġenti fiżiċi (radjazzjoni ottika artifiċjali) (8) fil-Majott mill-1 ta’ Jannar 2014. Ma hemm l-ebda faċilità teknika disponibbli fil-Majott minħabba s-sitwazzjoni soċjali u ekonomika speċjali prevalenti tiegħu għall-implimentazzjoni ta’ miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma’ dik id-Direttiva f’dak il-qasam ta’ radjazzjoni ottika artifiċjali. Għalhekk, huwa possibbli xieraq li tagħti deroga lil Franza tingħata deroga minn ċerti dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 2017, sakemm dawk l-istrutturi mhumiex disponibbli fil-Majott u mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ġenerali ta’ protezzjoni u prevenzjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. [Em. 4]

(8)

Sabiex tiggarantixxi livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq ix-xogħol, il-konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali għandha tiġi żgurata, ir-riskji li jirriżultaw mid-deroga għandhom jitnaqqsu għal minimu u l-ħaddiema kkonċernati għandhom jibbenefikaw minn tisħiħ fis-sorveljanza tas-saħħa. Huwa importanti li jitnaqqas it-tul tad-deroga kemm jista’ jkun. Għalhekk, il-miżuri ta’ deroga nazzjonali għandhom jiġu riveduti kull sena u rtirati hekk kif iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikawhom ma jibqgħux jeżistu.

(9)

Fir-rigward tad-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transfruntiera (9), it-traspożizzjoni tagħha teħtieġ numru ta’ adattamenti biex tkun żgurata l-kontinwità tal-kura u informazzjoni lill-pazjenti. Huwa għalhekk xieraq li Franza tingħata perjodu addizzjonali ta’ 30 xahar mill-1 ta’ Jannar 2014 biex iddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma’ dik id-Direttiva fir-rigward tal-Majott.

(10)

Id-Direttivi 91/271/KEE, 1999/74/KE, 2000/60/KE, 2006/7/KE, 2006/25/KE u 2011/24/UE għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 91/271/KEE

Id-Direttiva 91/271/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3, jidħol il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.   Permezz ta’ deroga mill-ewwel u t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, fir-rigward tal-Majott, Franza għandha tiżgura li l-agglomerazzjonijiet kollha jkunu pprovduti b’sistemi ta’ ġbir għad-drenaġġ urban mormi:

sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020 għal agglomerazzjonijiet ta’ aktar minn 10 000 15 000 p.e., li se jkopru mill-inqas 70 % tat-tagħbija ġġenerata fil-Majott; [Em. 5]

sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2027 għall-agglomerazzjonijiet kollha ta’ aktar minn 2 000 p.e. [Em. 6].

(2)

Fl-Artikolu 4, jidħol il-paragrafu 1a li ġej:

“1a   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, fir-rigward tal-Majott, Franza għandha tiżgura li d-drenaġġ urban mormi li jidħol f’sistemi ta’ ġbir għandu, qabel ma jkun skarigat, jkun suġġett għal trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti:

sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020 għal agglomerazzjonijiet ta’ aktar minn 15 000 p.e., flimkien ma' dawk l-agglomerazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5 (2a), li se jkopru mill-inqas 70 % tat-tagħbija ġġenerata fil-Majott;

sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2027 għall-agglomerazzjonijiet kollha ta’ aktar minn 2 000 p.e. [Em. 7]

(3)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

Għandu jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, fir-rigward tal-Majott, Franza għandha tiżgura li d-drenaġġ urban mormi li jidħol f’sistemi ta’ ġbir hu, qabel ma jkun skarigat, suġġett għal trattament iktar strett minn dak deskritt fl-Artikolu 4:

sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020 għal agglomerazzjonijiet ta’ aktar minn 10 000 15 000 p.e., flimkien ma' dawk l-agglomerazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4(1a), li se jkopru mill-inqas 70 % tat-tagħbija ġġenerata fil-Majott; [Em. 8]

sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2027 għall-agglomerazzjonijiet kollha ta’ aktar minn 2 000 p.e.” [Em. 9]

(3a)     Fl-Artikolu 7, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Permezz ta' deroga mill-ewwel paragrafu, il-limitu ta' żmien definit fih, fir-rigward tal-Majott, għandu jkun il-31 ta' Diċembru 2027.” [Em. 10]

(4)

L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1 għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, fir-rigward tal-Majott, Franza għandha tistabbilixxi programm għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva sat-30 ta’ Ġunju 2014.”

(b)

Fil-paragrafu 2 għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, fir-rigward tal-Majott, Franza għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar il-programm sal-31 ta’ Diċembru 2014.”

Artikolu 2

Emenda tad-Direttiva 1999/74/KE

Fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/74/KE, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, fil-Majott, tiġieġ li jbidu li jkunu bdew ibidu fl-1 ta’ Jannar 2014 u mrobbija f’dik id-data jistgħu jkomplu jiġu mrobbija f’gaġeġ kif imsemmi f’dan il-Kapitolu jistgħu jkomplu jiġu mrobbija f’dawn il-gaġeġ sal-31 ta’ Diċembru  2017 . [Em. 11]

Mill-1 ta’ Jannar 2014, l-ebda gaġġa bħal dawk li għalihom saret referenza f’dan il-Kapitolu ma tista’ tinbena jew tiddaħħal f’servizz għall-ewwel darba fil-Majott.

Il-bajd li ġej minn stabbilimenti li jrabbu tiġieġ li jbidu fil-gaġeġ kif imsemmi f’dan il-Kapitolu għandhom jitqiegħdu biss fis-suq lokali tal-Majott. Dak il-bajd u l-pakki tagħhom għandhom ikunu identifikati b’mod ċar b’marka speċjali, li jippermettu l-kontrolli neċessarji. Deskrizzjoni ċara ta’ dan l-immarkar speċjali għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.”

Artikolu 3

Emendi lid-Direttiva 2000/60/KE

Id-Direttiva 2000/60/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fir-rigward tal-Majott, il-limitu ta’ żmien imsemmi fil-punti (a)(ii), (a)(iii), (b)(ii) u (c) għandu jkun it-22 ta’ Diċembru 2021.”

(b)

fil-paragrafu 4, is-sentenza tal-introduzzjoni għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Il-limiti ta’ żmien stabbiliti skont il-paragrafu 1 jistgħu jiġu estiżi għall-finijiet ta’ kisba tal-għanijiet f’fażijiet għal korpi ta’ ilma, sakemm ma titfaċċax aktar deterjorazzjoni fl-istat ta’ korp tal-ilma affettwat meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ntlaħqu:”

(2)

L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 7, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fir-rigward tal-Majott, il-limiti taż-żmien imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu t-22 ta’ Diċembru 2015 u t-22 ta’ Diċembru 2018 rispettivament.”

(b)

fil-paragrafu 8, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun it-22 ta’ Diċembru 2021.”

(3)

L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 6, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun it-22 ta’ Diċembru 2015.”

(b)

fil-paragrafu 7, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun it-22 ta’ Diċembru 2021.”

Artikolu 4

Emendi għad-Direttiva 2006/7/KE

Id-Direttiva 2006/7/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun il-31 ta’ Diċembru 2019.”

(b)

fil-paragrafu 3, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun il-31 ta’ Diċembru 2031.”

(2)

Fl-Artikolu 6(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun it-30 ta' Ġunju 2015.”

(3)

Fl-Artikolu 13(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun it-30 ta' Ġunju 2014.”

Artikolu 5

Emenda tad-Direttiva 2006/25/KE

Fid-Direttiva 2006/25/KE, l-Artikolu 14 a li ġej huwa mdaħħal:

“Artikolu 14a

1.   Mingħajr preġudizzju għall-prinċipji ġenerali ta’ protezzjoni u prevenzjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, Franza tista’ sal-31 ta’ Diċembru 2017 tidderoga mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex tikkonforma ma’ din id-Direttiva fil-Majott sakemm tali applikazzjoni teħtieġ faċilitajiet tekniċi speċifiċi u li dawn il-faċilitajiet ma jkunux disponibbli fil-Majott.

L-ewwel subparagrafu ma japplikax għall-obbligi fl-Artikolu 5(1) ta’ din id-Direttiva kif ukoll għal dawk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jirriflettu l-prinċipji ġenerali stabbiliti fid-Direttiva 89/391/KEE.

2.   Kull deroga minn din id-Direttiva li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ miżuri li kienu jeżistu fl-1 ta’ Jannar 2014 jew mill-adozzjoni ta’ miżuri ġodda għandha tkun preċeduta minn konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali skont il-liġijiet u l-prattika nazzjonali. Dawn id-derogi għandhom ikunu applikati b'kundizzjonijiet li jiggarantixxu, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi partikolari prevalenti fil-Majott, li r-riskji li jirriżultaw għall-ħaddiema għandhom jitnaqqsu għall-minimu possibbli u li l-ħaddiema kkonċernati jibbenefikaw minn sorveljanza msaħħa tas-saħħa.

3.   Il-miżuri ta’ deroga nazzjonali għandhom jiġu riveduti kull sena, wara konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali, u għandha tiġi rtirata hekk kif iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikawhom ma għadhomx jeżistu.”

Artikolu 6

Emenda tad-Direttiva 2011/24/KE

Fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/24/UE, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Permezz ta' deroga mill-ewwel sentenza tal-paragrafu 1, Franza għandha ddaħħal fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tkun konformi ma’ din id-Direttiva fir-rigward tal-Majott sat-30 ta’ Ġunju 2016.”

Artikolu 7

Traspożizzjoni

1.   Franza għandha tadotta u tippubblika l-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva kif ġej:

(a)

fir-rigward tal-Artikolu 1(1), (2) u (3), sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2018;

(b)

fir-rigward tal-Artikolu 1(4), sad-dati msemmija fil-punti (a) u (b) rispettivament;

(c)

fir-rigward tal-Artikolu 2, sal-1 ta’ Jannar 2014;

(d)

fir-rigward tal-Artikolu 3(1), sal-31 ta' Diċembru 2018;

(e)

fir-rigward tal-Artikolu 3(2) u (3), sad-dati msemmija hemmhekk;

(f)

fir-rigward tal-Artikolu 4(1)(a), sal-31 ta' Diċembru 2018;

(g)

fir-rigward tal-Artikolu 4(1)(b), sat-30 ta' Ġunju 2021;

(h)

fir-rigward tal-Artikolu 4(2) u (3), sad-dati msemmija hemmhekk;

(i)

fir-rigward tal-Artikolu 5, sal-1 ta’ Jannar 2014, sakemm Franza ma tagħmilx użu mill-possibbiltà prevista f’dak l-Artikolu;

(j)

fir-rigward tal-Artikolu 6, sad-data msemmija hemmhekk;

B'hekk Franza għandha tikkomunika minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta Franza tadotta dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza mal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Franza se tiddetermina kif għandha ssir tali referenza.

2.   Franza għandha tikkomunika lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li tadotta fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 8

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20  fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014. [Em. 12]

Artikolu 9

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 341, 21.11.2013, p. 97.

(2)  Pożizzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013.

(3)  ĠU L 204, 31.7.2012, p. 131.

(4)  ĠU L 135, 30.5.1991, p. 1.

(5)  ĠU L 203, 3.8.1999, p. 53.

(6)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

(7)  ĠU L 64, 4.3.2006, p. 37.

(8)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 38.

(9)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/404


P7_TA(2013)0590

Azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033 ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033 (COM(2012)0407 – C7-0198/2012 – 2012/0199(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 468/84)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0407),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 167(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0198/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-15 ta’ Frar 2012 (1) u tat-30 ta’ Novembru 2012 (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0226/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 113, 18.4.2012, p. 17

(2)  ĠU C 17, 19.1.2013, p. 97.


P7_TC1-COD(2012)0199

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb li tadotta d-Deċiżjoni Nru …/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033 u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE

[Emenda 84 (*1)]

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 167(5) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jimmira għal unjoni dejjem eqreb fost il-popli tal-Ewropa u jagħti lill-Unjoni Ewropea l-kompitu, inter alia, li tikkontribwixxi għat-tisbiq tal-kulturi tal-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta d-diversità nazzjonali u reġjonali tagħhom u fl-istess waqt tagħti prominenza lill-patrimonju kulturali komuni. F’dan ir-rigward, l-Unjoni, fejn meħtieġ, tappoġġja u tissupplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri biex itejbu l-għarfien u t-tixrid tal-kultura u l-istorja tal-popli Ewropej.

(2)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ▌dwar Aġenda Ewropea għall-kultura f’dinja li qed tiġi globalizzata approvata mill-Kunsill fir-Riżoluzzjoni tas-16 ta' Novembru 2007 (3) u mill-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' April 2008  (4), tistabbilixxi l-għanijiet għal attivitajiet futuri tal-Unjoni fil-qasam tal-kultura. Dawn l-attivitajiet għandhom jippromwovu d-diversità kulturali u d-djalogu interkulturali. Għandhom jippromwovu wkoll il-kultura bħala katalizzatur għall-kreattività fil-qafas tat-tkabbir u l-impjiegi, kif ukoll element vitali fir-relazzjonijiet internazzjonali tal-Unjoni.

( 2a)

Il-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali, li daħlet fis-seħħ fit-18 ta' Marzu 2007 and li tagħha l-Unjoni hi firmatarja, għandha l-għan li tipproteġi u tippromwovi d-diversità kulturali u l-interkulturalità u tkabbar l-għarfien dwar il-valur tad-diversità kulturali fil-livelli lokali, nazzjonali u internazzjonali.

(3)

Id-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) ▌stabbilixxiet azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin mill-2007 sal-2019

(4)

L-evalwazzjonijiet tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura kif ukoll il-konsultazzjoni pubblika dwar il-ġejjieni tal-azzjoni wara l-2019 jiżvelaw li l-Kapitali progressivament saru waħda mill-inizjattivi kulturali l-aktar ambizzjużi fl-Ewropa kif ukoll waħda mill-aktar apprezzati miċ-ċittadini Ewropej.

(5)

Barra mill-għanijiet oriġinali tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura li kienu li tiġi enfasizzata r-rikkezza u d-diversità tal-kulturi Ewropej u l-karatteristiċi li jaqsmu bejniethom u li jiġi promoss għarfien reċiproku akbar bejn iċ-ċittadini Ewropej, l-ibliet bit-titolu progressivament żiedu dimensjoni ġdida wkoll billi użaw l-effett ta’ lieva tat-titolu biex jistimulaw l-iżvilupp aktar ġenerali tal-belt f'konformitá mal-istrateġiji u l-prijoritajiet rispettivi tagħhom .

(6)

L-għanijiet tal-azzjoni dwar il-Kapitali Ewropej tal-Kultura huma għalkollox konformi mal-għanijiet tal-Programm Ewropa Kreattiva stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) li għandu l-għan li jissalvagwardja, jiżviluppa u jippromwovi d-diversità kulturali u lingwistika Ewropea , li jippromwovi l-patrimonju kulturali Ewropew u li jsaħħaħ il-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej , b'mod partikolari fis-settur awdjo-viżiv, bil-għan li jsostni tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Dawn għandhom jgħinu ukoll billi joħolqu sens ta' appartenenza fir-rigward taż-żona kulturali komuni, u jistimolaw id-djalogu interkulturali u l-fehim reċiproku.

(6a)

Sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet, hu importanti li l-bliet li jkollhom dan it-titolu jiżviluppaw rabtiet bejniethom, min-naħa fis-setturi kulturali u kreattivi tagħhom u mill-oħra, f'setturi bħall-edukazzjoni, ir-riċerka, l-ambjent, l-iżvilupp urban jew it-turiżmu kulturali. B'mod partikolari, l-esperjenza tal-imgħoddi wriet il-potenzjal tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura meta dawn jaġixxu bħala katalist għall-iżvilupp lokali u t-turiżmu kulturali kif enfasizzat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ġunju 2010 bl-isem “L-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja: qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew”, li intlaqgħat mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta' Ottubru 2010  (7) u approvata mill-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2011  (8).

(6b)

Hu importanti wkoll li l-bliet detenturi tat-titolu jfittxu li jippromwovu l-inklużjoni soċjali u l-opportunitajiet indaqs u biex jagħmlu dak kollu possibbli biex jiżguraw l-akbar parteċipazzjoni possibbli tal-elementi kollha tas-soċjetà ċivili fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-programm kulturali, billi tingħata attenzjoni speċjali lill-gruppi marġinalizzati u żvantaġġjati.

(7)

L-evalwazzjonijiet u l-konsultazzjoni pubblika wrew , b'mod konvinċenti, li l-Kapitali Ewropej tal-Kultura għandhom bosta benefiċċji potenzjali meta jiġu ppjanati bir-reqqa. Jibqgħu l-ewwel u qabel kollox inizjattiva kulturali, iżda jistgħu wkoll iġibu magħhom benefiċċji ekonomiċi u soċjali sinifikanti, b’mod partikolari meta jiġu inkorporati fil-qafas ta’ strateġija ta’ żvilupp fit-tul immexxi mill-kultura fil-belt ikkonċernata.

(8)

L-azzjoni tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura huma wkoll ta’ sfida kbira. L-organizzazzjoni ta’ programm ta’ attivitajiet kulturali għal sena sħiħa mhix xi ħaġa faċli u xi Kapitali Ewropej tal-Kultura kellhom suċċess aktar minn oħrajn fl-isfruttament tal-potenzjal. Għalhekk, l-azzjoni għandha tissaħħaħ biex tgħin l-ibliet kollha jisfruttaw bis-sħiħ it-titolu.

(9)

It-titolu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għandu jkompli jibqa’ riservat għal bliet, irrispettivament mid-daqs tagħhom, iżda biex jilħaq pubbliku usa’ u jikbru l-impatti, dawk l-ibliet għandhom ukoll ikomplu jkollhom il-possibilità li jinvolvu ż-żona ta’ madwarhom.

(10)

L-għoti tat-titolu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura għandu jibqa’ jkun ibbażat fuq programm kulturali maħluq speċifikament għas-sena tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura u li għandu jkollu dimensjoni Ewropea qawwija ħafna. Dan il-programm għandu wkoll ikun parti minn strateġija fit-tul li jkollha impatt sostenibbli fuq l-iżvilupp tal-ambjent ekonomiku, kulturali u soċjali lokali .

(11)

Il-proċess ta’ għażla fuq żewġ stadji bbażat fuq lista kronoloġika tal-Istati Membri u mwettaq minn bord Ewropew ta' esperti indipendenti (il-“bord”) wera li huwa ġust u trasparenti. Dan ippermetta li l-ibliet itejbu l-applikazzjonijiet tagħhom bejn il-fażi ta’ qabel l-għażla u l-aħħar fażi tal-għażla abbażi ta’ parir espert mill-bord, u żgura tqassim ġust tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura madwar l-Istati Membri kollha. Barra minn hekk biex tkun salvagwardjata l-kontinwità tal-azzjoni u biex ikun evitat it-telf ta' esperjenza u għarfien li tista' tinħoloq jekk il-membri kollha jinbidlu fl-istess ħin, il-membri tal-bord għandhom jinbidlu gradwalment.

(11a)

L-għarfien espert nazzjonali għandu jibqa' jkun żgurat billi l-Istati Membri jitħallew jaħtru sa żewġ esperti fuq il-bord responsabbli mill-għażla u l-monitoraġġ tal-ibliet.

(12)

Il-kriterji tal-għażla għandhom ikunu aktar espliċiti biex jagħtu aktar gwida aħjar lill-ibliet kandidati fir-rigward tal-għanijiet u tar-rekwiżiti li jridu jikkonformaw magħhom sabiex jiksbu t-titolu ta' Kapitali Ewropea tal-Kultura . Il-kriterji tal-għażla għandhom jitkejlu faċilment biex jgħinu lill-bord ▌fl-għażla u fil-monitoraġġ tal-ibliet. ▌F'dan ir-rigward għandha ssir enfasi partikolari fuq il-pjanijiet tal-bliet kandidati għal attivitajiet dwar il-patrimonju inklużi fi strateġija ta’ politika kulturali fit-tul li jistgħu joħolqu impatt kulturali, ekonomiku u soċjali sostenibbli .

(13)

Il-fażi ta’ preparazzjoni bejn in-nomina ta’ belt u s-sena tat-titolu hija ta’ importanza kruċjali għas-suċċess ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura. Hemm qbil ġenerali wiesa' fost il-partijiet interessati li l-miżuri ta’ akkumpanjament introdotti bid-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE kienu utli ħafna għall-bliet. Dawk il-miżuri għandhom jiġu żviluppati aktar b’mod partikolari permezz ta’ laqgħat u żjarat ta’ monitoraġġ aktar frekwenti fl-ibliet mill-membri tal-bord, u permezz ta’ skambju ta' esperjenza aktar sod bejn il-Kapitali Ewropej tal-Kultura tal-imgħoddi, tal-preżent u tal-ġejjieni, kif ukoll bejn l-ibliet kandidati. L-ibliet magħżula jistgħu jiżviluppaw ukoll rabtiet ma' Kapitali Ewropej tal-Kultura oħrajn.

(14)

Il-premju Melina Mercouri kiseb valur simboliku qawwi li jmur lil hinn ħafna mill-ammont tal-premju li jista’ jingħata mill-Kummissjoni. Madankollu, biex jiġi żgurat li l-ibliet nominati jissodisfaw l-impenji tagħhom, il-kondizzjonijiet għall-ħlas tal-premju għandhom ikunu aktar stretti u espliċiti.

(14a)

L-ibliet kandidati għandhom jesploraw il-possibilità, fejn xieraq, li jfittxu appoġġ finanzjarju mill-programmi u mill-fondi tal-Unjoni.

(15)

Huwa importanti li l-ibliet ikkonċernati jagħmluha ċara fil-materjal kollu ta’ komunikazzjoni tagħhom li l-Kapitali Ewropej tal-Kultura huma azzjoni tal-Unjoni.

(16)

L-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni tar-riżultati tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura tal-imgħoddi ma jistgħux jipprovdu dejta primarja dwar l-impatt tat-titolu u huma bbażati fuq dejta miġbura fil-livell lokali. Għalhekk, l-ibliet infushom għandhom ikunu l-atturi ewlenin fil-proċess tal-evalwazzjoni u għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ kejl effettivi.

(17)

L-esperjenza tal-imgħoddi wriet li l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati tista’ tgħin biex jinġiebu aktar qrib lejn l-Unjoni billi jiġu enfasizzati l-aspetti komuni tal-kulturi Ewropej Il-Kapitali Ewropej tal-Kultura għandha għalhekk tkun miftuħa mill-ġdid għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali wara l-2019.

(17a)

Madankollu, għal raġunijiet ta' ekwità mal-ibliet fl-Istati Membri, kull belt fil-pajjiżi kandidati jew pajjiżi kandidati potenzjali għandha titħalla tipparteċipa f'kompetizzjoni waħda biss tul il-perjodu mill-2020 sal-2033. Barra minn hekk, ukoll għal raġunijiet ta’ ekwità mal-Istati Membri, kull pajjiż kandidat jew pajjiż kandidat potenzjali għandu jitħalla jilqa' t-titolu darba biss matul il-perjodu mill-2020 sal-2033. Għalhekk, bliet minn dawk il-pajjiżi kandidati jew pajjiż kandidat potenzjali li diġà ngħataw it-titolu tul il-perjodu kopert minn din id-Deċiżjoni ma għandhomx jitħallew jipparteċipaw f'kompetizzjonijiet sussegwenti f'dak l-istess perjodu.

(18)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u, partikolarment, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-ħatra tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura, is-setgħat implimentattivi għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni.

(19)

Id-Deċiżjoni  Nru 1622/2006/KE għandha titħassar u tiġi sostitwita b'din id-Deċiżjoni. Id-dispożizzjonijiet tagħha għandhom madankollu jkomplu japplikaw għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura kollha sal-2019 li kienu diġà nominati jew huma fil-proċess li jiġu nominati.

(20)

Ladarba l-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni , b'mod partikolari li tiġi ssalvagwardjata u promossa d-diversità ta' kulturi fl-Ewropa, biex jiġu enfasizzati l-elementi komuni kondiviżi u tiġi promossa l-kontribuzzjoni tal-kultura għall-iżvilupp fit-tul tal-ibliet, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba l-ħtieġa, b’mod partikolari, ta’ kriterji u proċeduri komuni, ċari u trasparenti għall-għażla u l-monitoraġġ tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura, kif ukoll ta’ koordinazzjoni aktar b’saħħitha bejn l-Istati Membri, iżda jistgħu , minħabba l-firxa u l-effetti mistennija tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-deċiżjoni ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Stabbiliment

▌Azzjoni tal-Unjoni Ewropea intitolata “Kapitali Ewropej tal-Kultura” (l-“azzjoni”) hija b'dan stabbilita għas-snin 2020 sal-2033.

Artikolu 2

Għanijiet

1.   L-għanijiet ġenerali tal-azzjoni għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

li tiġi salvagwardata u promossa d-diversità tal-kulturi fl-Ewropa u jiġu enfasizzati l-aspetti komuni li għandhom bejniethom, kif ukoll sabiex jikber is-sens ta' appartenza għal spazju kulturali komuni ;

(b)

li titrawwem il-kontribuzzjoni tal-kultura għall-iżvilupp fit-tul tal-ibliet f'konformità mal-istrateġiji u l-prijoritajiet rispettivi tagħhom .

2.   L-għanijiet speċifiċi tal-azzjoni għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

li ttejjeb il-medda, id-diversità u d-dimensjoni Ewropea tal-offerta kulturali fl-ibliet, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni transnazzjonali;

(b)

li tkabbar l-aċċess u l-parteċipazzjoni fil-kultura;

(c)

li ssaħħaħ il-kapaċità tas-settur kulturali u  r-rabtiet tiegħu ma' setturi oħra;

(d)

li tgħolli l-profil internazzjonali tal-bliet permezz tal-kultura.

Artikolu 3

Aċċess għall-azzjoni

-1.     Il-kompetizzjoni għat-titolu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għandha tkun miftuħa biss għall-ibliet, li jistgħu jinvolvu ż-żoni tal-madwar tagħhom.

-1a.     L-għadd ta' Kapitali Ewropej tal-Kultura f'sena partikolari (“sena tat-titolu”) ma għandux ikun aktar minn tlieta.

Il-ħatra għandha tapplika għal massimu ta' belt waħda fi kwalunkwe wieħed miż-żewġ Stati Membri li jidhru fil-kalendarju li jinsab fl-Anness (“kalendarju”) u, fis-snin rilevanti, għal belt waħda mill-pajjiżi kandidati u potenzjali jew għal bliet minn pajjiż wieħed li jsir membru tal-Unjoni fiċ-ċirkostanzi li jinsabu fil-paragrafu 3a.

1.   L-ibliet fl-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jinħatru bħala Kapitali Ewropej tal-Kultura għal sena waħda skont il-kalendarju .

3.   L-ibliet f’pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali li jipparteċipaw fil-Programm Ewropa Kreattiva jew fil-programmi sussegwenti tal-Unjoni li jappoġġaw il-kultura fid-data tal-pubblikazzjoni tas-sejħa għal preżentazzjoni ta' applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 jistgħu japplikaw għat-titolu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura , għal sena waħda biss, fil-qafas ta’ kompetizzjoni miftuħa organizzata kull tielet sena ▌ b’konformità mal-kalendarju fl-anness.

▌L-ibliet fil-pajjiżi kandidati u dawk kandidati potenzjali għandhom jitħallew jipparteċipaw biss f'kompetizzjoni waħda matul il-perjodu mill-2020 sal-2033 .

Barra minn hekk, kull pajjiż kandidat jew kandidat potenzjali għandu jitħalla jilqa' t-titolu darba biss matul il-perjodu mill-2020 sal-2033.

3a.     Pajjiżi li jsiru membri tal-Unjoni wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni iżda qabel il-31 ta' Diċembru 2026 għandhom ikunu intitolati jilqgħu t-titolu tal-Belt Kulturali Ewropea skont ir-regoli u l-proċeduri applikabbli għal Stati Membri seba' snin wara l-adeżjoni. Il-kalendarju għandu jkun aġġornat kif meħtieġ. Pajjiżi li jaderixxu għall-Unjoni wara il-31 ta' Diċembru 2026 ma għandhomx ikunu intitolati jipparteċipaw f'din l-azzjoni ta' Kapitali Ewropea tal-Kultura bħala Stati Membri.

Madankollu, fi snin fejn diġà hemm tliet Kapitali Ewropej tal-Kultura skont il-kalendarju, l-ibliet fil-pajjiżi aderenti għall-Unjoni għandhom ikunu intitolati biss jilqgħu t-titolu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura fis-sena disponibbli li jmiss fil-kalendarju, fl-ordni tal-adeżjoni tagħhom.

Jekk belt minn pajjiż aderenti għall-Unjoni tkun ipparteċipat qabel f'kompetizzjoni għal pajjiżi kanditati u dawk kandidati potenzjali, hi ma tistax tipparteċipa fl-ebda kompetizzjoni sussegwenti għall-Istati Membri. Meta belt ta' pajjiż aderenti tkun ġiet maħtura bħala Belt Kulturali Ewropea matul il-perjodu mill-2020 sal-2033 skont il-paragrafu 3, dak il-pajjiż ma għandux ikun intitolat jinnomina belt oħra minn tiegħu bħala Belt Kulturali Ewropea f'din l-azzjoni wara l-adeżjoni tiegħu.

Jekk aktar minn pajjiż wieħed jaderixxi mal-Unjoni fl-istess data u jekk ma jkunx hemm qbil dwar l-ordni ta' parteċipazzjoni fl-azzjoni bejn dawk il-pajjiżi, il-Kunsill għandu jorganizza tlugħ bix-xorti.

Artikolu 4

Applikazzjonijiet

2.   Għandha titħejja formola ta’ applikazzjoni komuni bbażata fuq il-kriterji stipulati fl-Artikolu 5 (“formola ta' applikazzjoni”) mill-Kummissjoni li għandha tintuża mill-kandidati kollha. Fejn belt tinvolvi ż-żona tagħha tal-madwar, l-applikazzjoni għandha ssir taħt l-isem tal-belt.

3.   Kull applikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq programm kulturali b’dimensjoni Ewropea qawwija. Il-programm kulturali għandu jkun ta' sena u għandu jinħoloq b'mod speċifiku għat-titolu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura, skont il-kriterji stipulati fl-Artikolu 5. ▌

Artikolu 5

Kriterji

Il-kriterji għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet (“il-kriterji”) jinqasmu f’sitt kategoriji: “ kontribut għall-istrateġija fit-tul”, ▌“dimensjoni Ewropea”, “kontenut kulturali u artistiku ”, “kapaċità li twassal”, “komunikazzjoni” u “ġestjoni”.

1.   Għal dik li huwa “ kontribut għall-istrateġija fit-tul”, għandu jittieħed kont tal-fatturi li ġejjin :

(a)

il-fatt li l-istrateġija kulturali tal-belt tkun fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni, li tinkludi l-azzjonijiet u l-pjanijiet tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sostenn ta’ attivitajiet kulturali lil hinn mis-sena tat-titolu;

(b)

il-pjanijiet għat-tisħiħ tal-kapaċità tas-setturi kulturali u kreattivi, inkluż l-iżvilupp ta' kollegamenti fit-tul bejn is-setturi kulturali, ekonomiċi u soċjali fil-belt ikkonċernata ;

(d)

l-effetti kulturali, l-impatt soċjali u  ekonomiku, inkluż l-iżvilupp urban fit-tul li huwa previst li t-titolu jkollu fuq il-belt;

(e)

il-pjanijiet għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-impatt tat-titolu fuq il- belt u għat-tixrid tar-riżultati tal-evalwazzjoni .

4.   Għal dik li hija “dimensjoni Ewropea”, il-fatturi li ġejjin għandhom jiġu eżaminati:

(a)

l-ambitu u l-kwalità tal-attivitajiet li jippromwovu d-diversità kulturali tal-Ewropa , id-djalogu interkulturali u l-fehim reċiproku akbar bejn iċ-ċittadini Ewropej ;

(b)

l-ambitu u l-kwalità tal-attivitajiet li jenfasizzaw l-aspetti komuni tal-kulturi Ewropej, il-patrimonju u l-istorja, kif ukoll l-integrazzjoni Ewropea u temi attwali Ewropej ;

(c)

l-ambitu u l-kwalità tal-attivitajiet li fihom huma rrappreżentati l-artisti Ewropej, il-kooperazzjoni mal-operaturi jew l-ibliet speċjalment Kapitali Ewropej tal-Kultura oħrajn f'pajjiżi differenti, inkluż fejn xieraq, ta' Kapitali Ewropej tal-Kultura oħra u s-sħubiji transnazzjonali;

(d)

strateġija biex jiġi attirat l-interess ta’ pubbliku Ewropew u internazzjonali wiesa’.

4a.     Għal dak li huwa “kontenut kulturali u artistiku”, il-fatturi li ġejjin għandhom jiġu eżaminati:

(a)

viżjoni artistika u strateġija ċari u koerenti għall-programm kulturali tas-sena;

(b)

l-involviment ta’ artisti u organizzazzjonijiet kulturali lokali fil-ħolqien u l-implimentazzjoni tal-programm kulturali;

(c)

il-firxa u d-diversità tal-attivitajiet proposti u l-kwalità artistika ġenerali tagħhom;

(d)

il-kapaċità li tgħaqqad il-forom tal-arti tradizzjonali u l-wirt kulturali lokali ma’ espressjonijiet kulturali ġodda, innovattivi u sperimentali.

4b.     Għal dik li hija “kapaċità ta’ rendiment”, l-ibliet kandidati għandhom juru li:

(a)

l-applikazzjoni għandha l-appoġġ politiku wiesa' u impenn finanzjarju sostenibbli mill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali;

(b)

il-belt għandha, jew ser ikollha, l-infrastruttura vijabbli u xierqa biex tilqa' t-titolu.

5.   Għal dik li hija “komunikazzjoni”, il-fatturi li ġejjin għandhom jiġu eżaminati:

(a)

l-involviment tal-popolazzjoni lokali u s-soċjetà ċivili fil-preparazzjoni tal-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura;

(b)

il-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda u sostenibbli għal firxa wiesgħa ta’ ċittadini biex jattendu jew jipparteċipaw f'attivitajiet kulturali, partikolarment iż-żgħażagħ , il-volontiera u l-emarġinati u l-iżvantaġġjati, inklużi l-minoranzi. Attenzjoni speċjali għandha tingħata wkoll ▌għall-aċċessibbiltà ta’ dawn l-attivitajiet għal persuni b'diżabilità u għall-anzjani;

(c)

l-istrateġija ġenerali għall-iżvilupp tal-udjenza, u partikolarment il-ħolqa mal-edukazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-iskejjel.

6.   Għal dik li hija “ġestjoni”, il-fatturi li ġejjin għandhom jiġu eżaminati:

(a)

il-fattibbiltà tal-istrateġija għall-ġbir tal-fondi u tal-baġit propost li tinkludi, fejn xieraq, il-pjanijiet biex jinstab appoġġ finanzjarju mill-programmi u mill-fondi tal-Unjoni. Dan il-baġit għandu jkopri l-fażi tat-tħejjija, is-sena tat-titolu fiha nnifsha, l-evalwazzjoni u dispożizzjonijiet għal attivitajiet ta' segwitu , u ippjanar ta' kontinġenza ;

(b)

l-istruttura tal-governanza u ta' rendiment prevista għall-implimentazzjoni tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura, li għandha tinkludi dispożizzjoni dwar kooperazzjoni adegwata bejn l-awtorità lokali u l-istruttura ta' rendiment, inkluż it-tim artistiku ;

(c)

il-proċeduri għall-ħatra tad-diretturi ġenerali u artistiċi u l-oqsma ta' azzjoni tagħhom;

(d)

l-istrateġija ta' kummerċjalizzazzjoni u ta’ komunikazzjoni, li għandha tkun komprensiva u għandha tenfasizza li l-Kapitali Ewropej tal-Kultura hi azzjoni tal-Unjoni;

(da)

l-eżiztenza ta' istruttura ta' rendiment li l-persunal tagħha jkollu l-ħiliet u l-esperjenza xierqa għall-ippjanar, il-ġestjoni u t-twettiq tal-programm kulturali għas-sena tat-titolu.

Artikolu 6

Bord ta' Esperti

1.   Bord Ewropew ta’ esperti indipendenti (“▌ il-bord ”) għandu jiġi stabbilit biex iwettaq il-proċeduri tal-għażla u l-monitoraġġ.

1a.     Il-bord għandu jikkonsisti minn għaxar esperti maħtura mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni skont il-paragrafu 2 (“esperti Ewropej”).

Barra minn hekk, għall-għażla u l-monitoraġġ tal-belt minn Stat Membru, l-Istat Membru kkonċernat għandu jkun intitolat jaħtar sa żewġ esperti (l-“esperti nazzjonali”) skont il-proċeduri tiegħu stess u f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni .

2.   ▌

Wara li torganizza sejħa ta' turija ta' interess, il-Kummissjoni għandha tipproponi grupp ta' membri potenzjali ta' esperti Ewropej .

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni sussegwentement għandhom jagħżlu tliet esperti kull wieħed minn dan il-grupp u jaħtruhom skont il-proċeduri rispettivi tagħhom. Il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jagħżel espert mill-grupp u jaħtar lil dak l-espert skont il-proċeduri tiegħu.

Fl-għażla tal-esperti Ewropej, kull waħda minn dawk l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom ifittxu li jiżguraw il-komplementarjetà tal-kompetenzi, it-tqassim ġeografiku bbilanċjat u bilanċ bejn is-sessi fil-kompożizzjoni ġenerali tal-bord .

2a.     L-esperti kollha għandhom ikunu ċittadini tal-Unjoni. Huma għandhom ikunu indipendenti b'esperjenza u għarfien espert sostanzjali fis-settur kulturali, fl-iżvilupp kulturali tal-ibliet, jew fl-organizzazzjoni tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura jew f'avveniment kulturali internazzjonali ta' ambitu u skala simili. Huma għandhom ikunu wkoll f'pożizzjoni li jiddedikaw numru xieraq ta' ġranet tax-xogħol fis-sena lill-bord.

Il-Bord għandu jinnomina l-president tiegħu.

3.    L-esperti Ewropej għandhom jinħatru għal perjodu ta' tliet snin.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, fir-rigward tal-ewwel darba li jitwaqqaf il-bord , il-Parlament Ewropew għandu jaħtar l-esperti tiegħu għal tliet snin, il-Kunsill għal sena, il-Kummissjoni għal sentejn u l-Kumitat tar-Reġjuni ▌għal sena▌.

4.    L-esperti kollha tal-bord ▌għandhom jiddikjaraw kwalunkwe konflitt ta’ interess attwali jew potenzjali fir-rigward ta’ belt kandidata speċifika. Fil-każ ta' dikjarazzjoni bħal din minn espert , jew jekk jiġi żvelat tali kunflitt ta' interess, dak l-espert għandu jirriżenja u l-istituzzjoni jew il-korp rilevanti tal-Unjoni jew Stat Membru għandu jibdel dak l-espert għall-bqija tal-mandat, bi qbil mal-proċedura rilevanti .

5.    Il-Kummissjoni għandha tippubblika, fuq il-websajt tagħha, ir-rapporti kollha tal-bord .

Artikolu 7

Sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet fl-Istati Membri

1.   Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-organizzazzjoni tal-kompetizzjoni bejn l-ibliet tiegħu f'konformità mal-kalendarju ▌.

2.   L-Istati Membri għandhom jippubblikaw sejħa għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet mill-anqas sitt snin qabel ▌is-sena tat-titolu.

B'deroga, dawk l-Istati Membri li huma intitolati li jinnominaw Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2020, għandhom jippubblikaw din is-sejħa malajr kemm jista' jkun wara …  (*2).

Kull sejħa għal sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, immirata lejn l-ibliet kandidati għat-titolu, għandha tinkludi l-formula ta' applikazzjoni ▌.

L-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet mill-ibliet kandidati għal kull sejħa għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għandha tkun skedata mhux qabel 10 xhur minn meta tiġi pubblikata.

3.   L-applikazzjonijiet għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni mill-Istat Membru konċernat.

Artikolu 8

Preselezzjoni fl-Istati Membri

1.   Kull ▌ Stat Membru kkonċernat għandu jlaqqa' l-bord ▌għal laqgħa ta' qabel l-għażla mal-ibliet kandidati mill-anqas ħames snin qabel is-sena tat-titolu ▌.

2.   Il-bord, ▌ wara li jevalwa l-applikazzjonijiet skont il-kriterji, għandu jilħaq ftehim dwar lista mqassra ta' bliet kandidati ▌u  għandu joħroġ rapport tal-preselezzjoni dwar l-applikazzjonijiet kollha li jagħti, inter alia, rakkomandazzjonijiet lill-ibliet kandidati tal-lista mqassra.

3.   Il-bord ▌għandu jippreżenta rapport ta' preselezzjoni lill-Istati Membri kkonċernati u lill-Kummissjoni. Kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati għandu japprova formalment il-lista mqassra bbażata fuq ir-rapporti tal-bord.

Artikolu 9

Għażla fl-Istati Membri

1.   L-ibliet kandidati fil-lista mqassra għandhom ilestu u jirrevedu l-applikazzjonijiet tagħhom bil-ħsieb li jikkonformaw mal-kriterji kif ukoll jieħdu kont tar-rakkomandazzjonijiet fir-rapport ta' qabel l-għażla, u għandhom jippreżentawhom lill-Istat Membru kkonċernat , li mbagħad għandu jippreżentahom lill-Kummissjoni.

2.   Kull Stat Membru kkonċernat għandu jlaqqa' l-bord ▌għal laqgħa ta' għażla finali mal-ibliet kandidati fil-lista mqassra sa mhux aktar tard minn disa’ xhur wara l-laqgħa ta' preselezzjoni.

Fejn meħtieġ, l-Istat Membru kkonċernat, b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jista' jestendi dik l-iskadenza għal perjodu raġonevoli.

3.   Il-bord ▌għandu jevalwa l-applikazzjonijiet kompletati u rieżaminati .

4.   Il-bord ▌għandu joħroġ rapport tal-għażla dwar l-applikazzjonijiet b'rakkomandazzjoni għan-nomina ta' belt waħda fl-Istat Membru kkonċernat bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura. Madankollu, jekk ebda belt kandidata ma tissodisfa l-kriterji kollha , il-bord ▌jista' jirrakkomanda li dik is-sena t-titolu ma jingħatax.

Ir-rapport tal-għażla għandu jkollu wkoll rakkomandazzjonijiet lill-belt ikkonċernata dwar il-progress li jrid isir sas-sena tat-titolu.

Il-bord għandu jippreżenta rapport ta' preselezzjoni lill-Istati Membri kkonċernati u lill-Kummissjoni. ▌

Artikolu 10

Preselezzjoni u għażla fil-pajjiżi kandidati u dawk kandidati potenzjali

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-organizzazzjoni tal-kompetizzjoni bejn l-ibliet fil-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sejħa għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet mill-anqas sitt snin qabel ▌is-sena tat-titolu. ▌

Kull sejħa għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, immirata lejn l-ibliet kandidati għat-titolu, għandu jkun fiha formola ta' applikazzjoni.

L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet taħt kull sejħa għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għandha tkun skedata mhux qabel 10 xhur mill-pubblikazzjoni.

4.   Il-preselezzjoni tal-ibliet għandha titwettaq mill-bord ▌ mill-anqas ħames snin qabel ▌ is-sena tat-titolu, abbażi tal-formola tal-applikazzjoni. Mhi se tiġi organizzata l-ebda laqgħa mal-ibliet kandidati.

Il-bord, ▌ wara li jevalwa l-applikazzjonijiet skont il-kriterji, għandu jilħaq ftehim dwar lista mqassra ta' bliet kandidati ▌u  għandu joħroġ rapport tal-preselezzjoni dwar l-applikazzjonijiet kollha li jagħtu, inter alia, rakkomandazzjonijiet lill-ibliet kandidati tal-lista mqassra. Il-bord għandu jippreżenta r-rapport tiegħu ta' preselezzjoni tiegħu lill-Kummissjoni ▌.

5.   L-ibliet kandidati fil-lista mqassra għandhom ilestu u jirrevedu l-applikazzjonijiet tagħhom bil-ħsieb li jikkonformaw mal-kriterji kif ukoll jieħdu kont tar-rakkomandazzjonijiet fir-rapport tal-preselezzjoni, u għandhom jippreżentawhom lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tlaqqa' l-bord ▌għal laqgħa ta' għażla finali mal-ibliet kandidati fil-lista mqassra mhux aktar tard minn disa' xhur wara l-laqgħa ta' preselezzjoni . Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista' testendi dik l-iskadenza għal perjodu raġonevoli.

Il-bord ▌għandu jevalwa l-applikazzjonijiet kompletati u rieżaminati .

Huwa għandu joħroġ rapport tal-għażla dwar l-applikazzjonijiet tal-ibliet kandidati fil-lista mqassra flimkien ma’ rakkomandazzjoni għan-nomina bħala Kapitali Ewropea tal-Kultura ta’ massimu ta’ belt waħda f’pajjiż kandidat jew pajjiż kandidat potenzjali.

Madankollu, jekk ebda belt kandidata ma tissodisfa l-kriterji kollha , il-bord ▌jista' jirrakkomanda li dik is-sena t-titolu ma jingħatax .

Ir-rapport tal-għażla għandu jkollu wkoll rakkomandazzjonijiet lill-belt ▌ ikkonċernata dwar il-progress ▌li jrid isir sas-sena tat-titolu.

Il-bord għandu jippreżenta r-rapport tal-għażla tiegħu lill-Kummissjoni ▌.

Artikolu 11

Nomina

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti implimentattivi, tinnomina uffiċjalment il-Kapitali Ewropej tal-Kultura, wara li tikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-bord ▌. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni bl-għażla tagħha.

Artikolu 12

Kooperazzjoni bejn l-ibliet nominati

▌Bliet nominati għall-istess sena għandhom ifittxu li jiżviluppaw rabtiet bejn il-programmi kulturali tagħhom, u  l-kooperazzjoni tista' titqies fil-qafas tal-proċedura ta' monitoraġġ kif stabbilit fl-Artikolu 13.

Artikolu 13

Monitoraġġ

1.   Il-bord ▌għandu jissorvelja t-tħejjija tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura u jipprovdi l-ibliet b’appoġġ u gwida minn meta jiġu nominati sal-bidu tas-sena tat-titolu.

2.   Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha ssejjaħ tliet laqgħat li għandhom jattendu għalihom il-bord ▌u l-ibliet nominati ▌: l-ewwel laqgħa għandha sseħħ tliet snin qabel ▌ is-sena tat-titolu; it-tieni laqgħa għandha sseħħ tmintax-il xahar qabel ▌ is-sena tat-titolu u t-tielet laqgħa għandha sseħħ xahrejn qabel ▌ is-sena tat-titolu. L-Istat Membru jew il-pajjiż kandidat jew kandidat potenzjali kkonċernat jista’ jinnomina osservatur għal dawk il-laqgħat.

L-ibliet għandhom joħorġu rapporti dwar il-progress lill-Kummissjoni sitt ġimgħat qabel kull waħda mil-laqgħat.

Matul il-laqgħat, il-bord ▌għandu jagħmel rendikont tal-preparazzjonijiet u jagħti parir bil-ħsieb li jgħin lill-ibliet jiżviluppaw programm kulturali ta’ kwalità għolja u strateġija effettiva. Il-bord għandu jagħti attenzjoni speċjali lir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fir-rapport dwar l-għażla u fir-rapporti ta’ monitoraġġ preċedenti.

3.   Wara kull laqgħa, il-bord ▌għandu joħroġ rapport dwar l-istat tal-preparazzjonijiet u dwar kwalunkwe passi li għandhom jittieħdu.

Il-bord għandu jittrażmetti r-rapporti ta' monitoraġġ lill-Kummissjoni , kif ukoll lill-ibliet u l-Istati Membri jew il-pajjiżi kkonċernati. ▌

4.   Barra mil-laqgħat ta' monitoraġġ, il-Kummissjoni tista' torganizza żjarat mill-bord ▌fl-ibliet innominati kull meta jkun meħtieġ.

Artikolu 14

Premju

1.   ▌Il-Kummissjoni tista' tagħti premju fi flus (“il-premju”) b'unur Melina Mercouri lil belt nominata soġġett għall-finanzjament disponibbli fil-qafas finanzjarju pluriennali rilevanti .

L-aspetti legali u finanzjarji tal-Premju għandhom jiġu ttrattati fil-qafas tal-programmi rispettivi tal-Unjoni ta' appoġġ għall-kultura.

2.   ▌Il-premju għandu jitħallas sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Marzu tas-sena tat-titolu, kemm-il darba l-belt ikkonċernata żżomm mal-impenji li tkun għamlet fl-istadju tal-applikazzjoni, tikkonforma mal-kriterji u tieħu kont tar-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-rapporti tal-għażla u tal-monitoraġġ.

L-impenji magħmula fl-istadju tal-applikazzjoni għandhom jitqiesu miżmuma mill-belt nominata meta ma tkun saret l-ebda bidla sostanzjali lill-programm u l-istrateġija bejn l-istadju tal-applikazzjoni u s-sena tat-titolu, u b'mod partikolari meta:

(a)

il-baġit inżamm f'livell li fih jista' jitwettaq programm kulturali ta' kwalità għolja f'konformità mal-applikazzjoni u l-kriterji ;

(b)

l-indipendenza tat-tim artistiku tkun ġiet rispettata b'mod adegwat ;

(c)

id-dimensjoni Ewropea tkun baqgħet qawwija biżżejjed fil-verżjoni finali tal-programm kulturali;

(d)

l-istrateġija ta' kummerċjalizzazzjoni u komunikazzjoni u l-materjal ta' komunikazzjoni użat mill-belt nominata jkunu jirriflettu biċ-ċar il-fatt li l-Kapitali Ewropej tal-Kultura hija inizjattiva tal-Unjoni;

(e)

il-pjanijiet għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-impatti tat-titolu fuq il-belt ikkonċernata jkunu fis-seħħ.

Artikolu 15

Arranġamenti prattiċi

Il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari:

(a)

tiżgura l-koerenza ġenerali tal-azzjoni;

(b)

tiżgura l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-bord ▌;

(c)

fid-dawl tal-għanijiet u l-kriterji, tistabbilixxi linji gwida biex jassistu fl-għażla u l-proċeduri ta' monitoraġġ f'kooperazzjoni mill-qrib mal-bord ▌;

(d)

tipprovdi appoġġ tekniku lill-bord ▌;

(e)

tagħmel pubblika l-informazzjoni rilevanti kollha u tikkontribwixxi għall-viżibbiltà tal-azzjoni fil-livell Ewropew u internazzjonali ;

(f)

trawwem l-iskambju tal-esperjenza u tal-aħjar prassi bejn il-Kapitali Ewropej tal-Kultura tal-imgħoddi, tal-preżent u tal-futur, kif ukoll l-ibliet kandidati , u tippromwovi tqassim aktar mifrux tar-rapporti ta' evalwazzjoni tal-ibliet u l-lezzjonijiet meħuda .

Artikolu 16

Evalwazzjoni

1.   L-evalwazzjoni tar-riżultati ta’ kull Kapitali Ewropea tal-Kultura għandha tkun ▌ir-responsabbiltà tal-belt ikkonċernata .

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida u indikaturi komuni għall-ibliet abbażi tal-għanijiet u tal-kriterji ▌sabiex tiżgura approċċ koerenti fil-proċedura ta' evalwazzjoni.

L-ibliet għandhom iħejju r-rapporti ta' evalwazzjoni tagħhom u jittrażmettuhom lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta'  Diċembru tas-sena ta' wara s-sena tat-titolu. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapporti ta' evalwazzjoni fuq il-websajt .

2.   Barra l-evalwazzjonijiet tal-ibliet, il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li l-evalwazzjoni esterna u indipendenti tar-riżultati tal-azzjoni jsiru fuq bażi regolari. ▌

L-evalwazzjoni esterna u indipendenti għandha tiffoka fuq il-fatt li tqiegħed il-Kapitali Ewropej tal-Kultura kollha tal-imgħoddi f’kuntest Ewropew, b’mod li jistgħu jsiru paraguni u jittieħdu tagħlimiet għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura tal-ġejjieni, kif ukoll għall-ibliet Ewropej kollha . Hija għandha tivvaluta l-azzjoni bħala entità sħiħa, inklużi l-effiċjenza tal-proċessi involuti fit-tmexxija tagħha , l-impatt tagħha u kif tista’ tittejjeb .

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni r-rapporti li ġejjin imsejsa fuq dawk l-evalwazzjonijiet, akkumpanjati, jekk ikun xieraq, minn proposti rilevanti :

(a)

l-ewwel rapport interim ▌mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024;

(b)

it-tieni rapport interim ▌mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2029;

(c)

rapport ▌ex post sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2034.

Artikolu 17

Tħassir u dispożizzjonijiet tranżitorji

Id-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE hija b'dan imħassra. Hija għandha madankollu tkompli tapplika fil-każ ta’ bliet li ġew nominati jew huma fil-proċess li jiġu nominati bħala Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin mill-2012 sal-2019.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi ▌

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(*1)  Emendi: it-test ġdid jew emendat huwa indikat b'tipa qawwija korsiva; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(1)   ĠU C 113, 18.4.2012, p. 17ĠU C 17, 19.1.2013, p. 97.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013.

(3)  ĠU C 287, 29.11.2007, p. 1.

(4)   ĠU C 247 E, 15.10.2009, p. 32.

(5)   Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin mill-2007 sal-2019 ( ĠU L 304, 3.11.2006, p. 1).

(6)   Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1718/2006/KE, Nru 1855/2006/KE u Nru 1041/2009/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 221).

(7)   14944/10 .

(8)   ĠU C 56 E, 26.2.2013, p. 41.

(*2)   Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

ANNESS

Kalendarju

2020

Il-Kroazja

L-Irlanda

2021

Ir-Rumanija

Il-Greċja

Pajjiż kandidat jew potenzjalment kandidat

2022

Il-Litwanja

Il-Lussemburgu

 

2023

L-Ungerija

Ir-Renju Unit

2024

L-Estonja

L-Awstrija

Pajjiż kandidat jew potenzjalment kandidat

2025

Is-Slovenja

Il-Ġermanja

 

2026

Is-Slovakkja

Il-Finlandja

2027

Il-Latvja

Il-Portugall

Pajjiż kandidat jew potenzjalment kandidat

2028

Ir-Repubblika Ċeka

Franza

 

2029

Il-Polonja

L-Isvezja

2030

Ċipru

Il-Belġju

Pajjiż kandidat jew potenzjalment kandidat

2031

Malta

Spanja

 

2032

Il-Bulgarija

Id-Danimarka

2033

Il-Pajjiżi l-Baxxi

L-Italja

Pajjiż kandidat jew potenzjalment kandidat


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/417


P7_TA(2013)0591

Li jemenda ċerti regolamenti fil-qasam tas-sajd u s-saħħa tal-annimali minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti Regolamenti fil-qasam tas-sajd u s-saħħa tal-annimali minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni (COM(2013)0417 – C7-0175/2013 – 2013/0191(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 468/85)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0417),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 43(2) u 168(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0175/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 349 u 355(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kunsill tal-10 ta' Ottubru 2013 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tat-18 ta' Settembru 2013 (2),

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0425/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Punt 4 tal-Minuti tal-21 ta' Ottubru 2013 (P7_PV(2013)10-21).

(2)  ĠU C 341, 21.11.2013, p. 97.


P7_TC1-COD(2013)0191

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti Regolamenti fil-qasam tas-sajd u s-saħħa tal-annimali minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli  l-Artikolu 43(2) u , l-Artikolu 168(4)(b)  u l-Artikolu 349 tiegħu, [Em. 1]

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li bagħtu l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2012/419/UE (3), il-Kunsill Ewropew emenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Għaldaqstant, minn dik id-data l-Majott ma jibqax territorju barrani biex isir u jsir reġjun ultraperifiku skont l-Artikoli 349 u 355(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ( TFUE). Wara din il-bidla fl-istatus legali tal-Majott , il-liġi tal-Unjoni se tapplika għall-Majott mill-1 ta' Jannar 2014. Huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal ċerti miżuri speċifiċi ġustifikati mis-sitwazzjoni strutturali, soċjali u ekonomika partikolari tal-Majott f’għadd ta’ oqsma li hi aggravata minħabba l-bogħod, l-insularità, id-daqs żgħir, it-topografija u l-klima diffiċli tagħha . [Em. 2]

(2)

Fil-qasam tas-sajd u s-saħħa tal-annimali, ir-Regolamenti li ġejjin għandhom jiġu emendati.

(3)

Fir-rigward tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta’ Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (4), l-ibħra madwar il-Majott għandhom ikunu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ purse-seines dwar għal ġlejjeb ta' tonn u ta' ħut simili fiż-żona sa 24 mil nawtiku mil-linji ta’ bażi tal-gżira għandu jkun projbit sabiex ikunu ppreservati ġlejjeb ta’ ħut migratorji kbar qrib il-gżira tal-Majott. [Em. ma jikkonċernawx il-lingwi kollha]

(4)

Fir-rigward ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (5), fid-dawl tal-iskemi frammentati ħafna u ta' marketing sottożviluppati tal-Majott, l-applikazzjoni tar-regoli dwar it-tikkettar ta’ prodotti tas-sajd jimponu fuq bejjiegħa bl-imnut piż li mhuwiex proporzjonat mal-informazzjoni li għandu jkun trasmess lill-konsumatur. Għalhekk huwa xieraq li tiġi pprovduta deroga temporanja mir-regoli dwar l-ittikkettjar ta’ prodotti tas-sajd offruti għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari fil-Majott.

(5)

Fir-rigward tal-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (6), miżuri speċifiċi għandhom jiġu introdotti fir-rigward ir-reġistru tal-flotta u s-sistema ta’ aċċess.

(6)

L-ewwel nett, parti importanti tal-flotta li ttajjar il-bandiera ta’ Franza u li topera mid-dipartiment Franċiż tal-Majott hija komposta minn bastimenti ta’ anqas minn disa' 10 metri li huma mxerrda madwar il-gżira, ma għandhomx postijiet ta’ nżul speċifiċi u għad iridu jiġu identifikati, imkejla u attrezzati bl-għodda minima tas-sigurtà sabiex jiġu inklużi fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni; bħala konsegwenza, Franza ma tkunx tista' tispiċċa dan ir-reġistru sal-31 ta’ Diċembru 2016 2020 . Franza għandha, madankollu, tinstalla r-reġistru tal-flotta provviżorja li tiggarantixxi identifikazzjoni minima tal-bastimenti ta’ dan is-segment sabiex tiġi evitata l-proliferazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd informali. [Em. 4]

(7)

It-tieni nett, hu meħtieġ għall-ħarsien tal-qagħda ekoloġika u bijoloġika sensittivatal-ibħra madwar il-Majott u l-preservazzjoni tal-ekonomija lokali ta' dik il-gżira, b'kunsiderazzjoni tal-qagħda strutturali, soċjali u ekonomika tagħhom tagħha , biex jiġu limitati xi attivitajiet tas-sajd f'dawk l-ibħra għal bastimenti reġistrati fil-portijiet ta' dik il-gżira. [Em. 5]

(8)

Fir-rigward tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi tal-Komunità (7), aspett partikolari tal-Majott hu li l-ebda għan ma ġie stabbilit għall-flotta tagħha skont ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 li jirreferi għall-Programm ta’ Gwida Pluriennali 1997-2002. Mil-lat ta’ konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd, huwa xieraq li tiffriża l-kapaċità tas-sajd tal-flotot fil-livelli attwali, speċjalment għas-segment ta’ bastimenti kbar b’kapaċità kbira tas-sajd. Madankollu, għal bastimenti iżgħar, fid-dawl tal-fatt li Franza ppreżentat lill-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) pjan ta’ żvilupp li jindika l-evoluzzjoni mistennija tal-flotta bbażata fil-Majott, li l-ebda parti kontraenti tal-IOTC, inkluża l-Unjoni, ma oġġezzjonat għalih, huwa xieraq minħabba ċ-ċirkostanzi soċjali u ekonomiċi speċifiċi attwali tal-Majott , li l-għanijiet ta’ dak il-pjan jintużaw bħala livelli ta’ referenza għall-kapaċità tal-flotta rreġistrati fil-portijiet tal-Majott u li jippermettu lil Franza biex tiżdied il-flotta tagħha biex tissodisfa l-objettivi tal-pjan ta’ żvilupp tagħha. [Em. 6]

(9)

Fir-rigward ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (8), (ir-Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali), għandu jiġi nnotat li l-Majott ma għandux kapaċità industrijali għall-ipproċessar ta' prodotti sekondarji tal-annimali. Huwa għalhekk xieraq li jippermetti lil Franza perjodu ta’ ħames snin sabiex tiġi stabbilita l-infrastruttura meħtieġa għall-identifikazzjoni, l-immaniġġar, it-trasport, it-trattament u r-rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali fil-Majott f’konformità sħiħa mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

(10)

Fir-rigward ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (9) , jidher li Franza mhux se tkun f'pożizzjoni li tkun konformi mal-obbligi kollha tal-Unjoni għas-segment “il-Majott. Speċi pelaġiċi u tal-qiegħ. Tul < 9 m" 10 m” tal-flotta tal-Majott sad-data li fiha l-Majott isir reġjun ultraperiferiku. Il-bastimenti ta’ dak is-segment, imxerrdin madwar il-gżira, ma jkollhomx postijiet ta’ nżul speċifiċi u għad iridu jiġu identifikati. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jitħarrġu s-sajjieda u kontrolluri u li jistabbilixxu infrastruttura amministrattiva u fiżika xierqa. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi pprovduta deroga temporanja minn ċerti regoli li jikkonċernaw il-kontroll ta’ bastimenti tas-sajd u l-karatteristiċi tagħhom, l-attivitajiet tagħhom fuq il-baħar, l-apparat tagħhom u l-qabdiet tagħhom fl-istadji kollha mill-bastiment għas-suq fir-rigward ta’ dak is-segment tal-flotta. Madankollu, sabiex tissodisfa mill-anqas xi wħud mill-aktar objettivi importanti tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, Franza għandha tistabbilixxi sistema nazzjonali ta’ kontroll li jippermettilha tikkontrolla u tissorvelja l-attivitajiet ta’ dak is-segment tal-flotta u sabiex tosserva l-obbligi ta’ rappurtar internazzjonali tal-Unjoni. [Em. 7]

(11)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 104/2000, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 639/2004, (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1224/2009 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 850/98

Ir-Regolament (KE) Nru 850/98 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2(1) il-punt (h) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(h)

Ir-Reġjun 8:

L-ibħra kollha barra mix-xtut tad-dipartimenti Franċiżi ta' Réunion u l-Majott li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' Franza.”;

(1a)

Fl-Artikolu 2, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3a.     Il-‘Park Naturali Marittimu tal-Majott’ għandu jfisser iż-żona ekonomika esklużiva (ZEE) tal-Majott (68 381 km2). Fuq l-art, il-Park se jestendi sal-parti ta' fuq tal-bajja, li tikkorrispondi għal-limitu taż-żona pubblika marittima.”

(2)

L-artikolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 34:

“Artikolu 34a

Restrizzjonijiet fuq attivitajiet tas-sajd fiż-żona ta' 24 mil madwar il-gżira tal-Majott

Bastimenti Il-bastimenti għandhom ikunu projbiti milli jużaw xi purse-seines dwar għal ġlejjeb ta' tonn u ta' ħut simili fiż-żona sa 24 mil nawtiku mil-linji ta’ bażi tal-gżira tal-Majott, imkejla mil-linji bażi minn fejn huma mkejla l-ibħra territorjali. [Em. ma jikkonċernawx il-lingwi kollha]

Is-sajd taħt tagħmir f'wiċċ il-baħar biex jinġema l-ħut (FADs) u taħt mammali tal-baħar kbar u klieb il-baħar baliena (FADs naturali) għandu jkun projbit fil-Park Naturali Marittimu kollu tal-Majott. [Em. 10]

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 3:

“3a.   Sas-16  Sal- 31 ta’ Diċembru 2016 2021 , il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal prodotti offruti għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari fil-Majott.”[Em. 11]

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2371/2002

Ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 15, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“5.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, Franza għandha tkun eżentata sal-31 ta’ Diċembru 2016 2021 mill-obbligu li tinkludi fir-reġistru tagħha ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni dawk il-bastimenti li huma anqas minn disa' 10 metri f'tul totali u li joperaw mill-Majott. [Em. 12]

6.   Sal-31 ta’ Diċembru 2016 2021 , Franza għandha żżomm reġistru provviżorja ta’ bastimenti tas-sajd li huma anqas minn disa' 10 metri f'tul totali u li joperaw mill-Majott. Dak ir-reġistru għandu jinkludi, għal kull bastiment, mill-inqas l-isem, it-tul totali tiegħu u kodiċi ta’ identifikazzjoni.”[Em. 13]

(2)

L-artikolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 18:

“Artikolu 18a

Il-Majott

B’deroga mill-Artikolu 17, fl-ibħra sa 100 mil nawtiku mil-linji ta’ bażi tal-Majott, u fil-Park Naturali Marittimu tal-Majott kollu , Franza tista’ tadotta l-miżuri ta' konservazzjoni li jkunu kkunsidrati meħtieġa għall-preservazzjoni tar-riżorsi naturali protetti mil-leġiżlazzjoni li tistabbilixxi dak il-park, inklużi miżuri biex tillimita s-sajd għal bastimenti tas-sajd irreġistrati fil-portijiet tal-Majott, jew fir-reġistru tal-bastimenti tal-Unjoni jew f’reġistru provviżorju msemmija fl-Artikolu 15(6), ħlief għal bastimenti tal-Unjoni li, fi żmien sentejn li jippreċedu l-1 ta’ Jannar 2014, jistadu f’dawk l-ilmijiet għal mill-inqas 40 jum sakemm dawn ma jaqbżux l-isforz tas-sajd eżerċitat tradizzjonalment.”[Em. 14]

Artikolu 4

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 639/2004

Fir-Regolament (KE) Nru 639/2004, l-artikolu li ġej huwa mdaħħal wara l-Artikolu 1:

“Artikolu 1a

Flotta tal-Majott

1.   B’deroga mill-Artikolu 1(1)(a), il-livelli ta’ referenza għal bastimenti tas-sajd irreġistrati fil-portijiet tal-Majott, jew fir-reġistru tal-bastimenti tal-Unjoni jew f’reġistru provviżorju msemmija fl-Artikolu 15(6) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, għandha tkun il-kapaċità ta’ dik il-flotta fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Madankollu, għall-bastimenti tas-sajd li huma bejn tmien metri u 12-il metru f'tul totali u jużaw il-konzijiet u bastimenti tas-sajd li huma anqas minn disa' 10 metri tul totali, il-livell ta’ referenza għandu jkun il-kapaċità prevista fil-pjan ta’ żvilupp ppreżentata minn Franza lill-Kummissjoni tat-Tonn tal-Oċean Indjan fis-7 ta’ Jannar 2011. [Em. 15]

2.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, Franza għandha tiġi awtorizzata li tintroduċi kapaċità ġdida fis-segmenti tal-flotta ddefiniti għal bastimenti tas-sajd li huma bejn tmien metri u 12-il metru f'tul totali u jużaw il-konzijiet u bastimenti tas-sajd li huma anqas minn disa' 10 metri f'tul totali mingħajr l-irtirar ta’ kapaċità ekwivalenti.”[Em. 16]

Artikolu 5

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1069/2009

Fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009, l-Artikolu 56 jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 56

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika mill-4 ta’ Marzu 2011.

Madankollu, l-Artikolu 4 għandu japplika b'effett mill-1 ta' Jannar 2019 2021 . Prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati ġġenerati fil-Majott qabel l-1 ta’ Jannar 2019 2021 għandhom jintremew skont l-Artikolu 19(1)(b). [Em. 17]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.”

Artikolu 6

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1224/2009

Fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-artikolu li ġej huwa mdaħħal wara l-Artikolu 2:

“Artikolu 2a

L-applikazzjoni tas-sistema ta’ kontroll tal-Komunità għal ċerti segmenti tal-flottatad-dipartiment extrakontinentali Franċiż tar-reġjun ultraperiferiku tal-Majott [Em. 18]

1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2016 2021 , l-Artikolu 5(3) u l-Artikoli 6, 8, 41, 56, minn 58 sa 62, 66, 68 u 109 mhux se japplikaw għal Franza fir-rigward tal-bastimenti tas-sajd li huma inqas minn disa' 10 metri f'tul totali u joperaw mill-Majott, l-attivitajiet tagħhom u l-qbid tagħhom. [Em. 19]

2.   Sal-1 ta’ Jannar 2014 2015 , Franza għandha tistabilixxi skema nazzjonali ta' kontroll applikabbli għal bastimenti tas-sajd li huma anqas minn disa' 10 metri f'tul totali u li joperaw mill-Majott. Dik l-iskema għandha tkun konformi ma’dawn ir-rekwiżiti li ġejjin: [Em. 20]

(a)

awtorità waħda, li tinsab fil-Majott, għandha tikkoordina l-attivitajiet tal-kontroll tal-awtoritajiet lokali kollha;

(b)

il-kontroll, is-spezzjoni u l-infurzar għandhom isiru fuq bażi mhux diskriminatorja;

(c)

l-iskema għandha tiżgura l-kontroll tal-qbid tal-ispeċijiet suġġetti għal ġestjoni taħt il-Kummissjoni tal-Oċean Indjan tat-Tonn u ta’ speċijiet suġġetti għal protezzjoni;

(d)

l-iskema għandha tiżgura l-kontroll tal-aċċess għal ilmijiet madwar il-Majott, b’mod partikolari f’oqsma suġġetti għal restrizzjonijiet tal-aċċess applikabbli għal ċerti segmenti tal-flotta;

(e)

l-iskema għandha tistabbilixxi bħala prijorità l-objettiv ta’ mmappjar tal-attivitajiet tas-sajd madwar il-gżira bil-għan li jitħejjew ir-raġunijiet għal azzjoni mmirata f’termini ta’ kontroll.

3.   Sat-30 ta’ Settembru 2014 2015 Franza għandha tippreżenta lill-Kummissjoni pjan ta’ azzjoni li jistipula l-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 mill-1 ta’ Jannar 2017 2018 dwar il-bastimenti tas-sajd li huma anqas minn disa' 10 metri f'tul totali u joperaw mid-dipartiment Franċiż mir-reġjun ultraperiferiku tal-Majott. Il-pjan ta’ azzjoni għandu jkun is-suġġett ta’ djalogu bejn Franza u l-Kummissjoni. Franza għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex timplimenta dak il-pjan ta’ azzjoni.”[Em. 21]

Artikolu 7

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . fl-1 ta' Jannar 2014. [Em. 22]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi … ,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 341, 21.11.2013, p. 97.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013.

(3)  ĠU L 204, 31.7.2012, p. 131.

(4)  ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1.

(5)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(6)  ĠU L 320, 5.12.2001, p. 7.

(7)  ĠU L 102, 7.4.2004, p. 9.

(8)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

(9)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 468/423


P7_TA(2013)0592

Ebda oġġezzjoni għar-regolament ta' delega: Emenda għal-Annessi I, II u IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-regolament ta' delega tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ottubru 2013 li jemenda l-Annessi I, II u IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (C(2013)07167 – 2013/2929(DEA))

(2016/C 468/86)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-regolament ta' delega tal-Kummissjoni (C(2013)07167),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tal-25 ta' Novembru 2013, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-regolament ta' delega,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data tat-2 ta' Diċembru 2013,

wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 3(2), 5(3) u 17(2) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 87a(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Kummissjoni enfasizzat il-fatt li huwa essenzjali li l-Parlament jadotta d-deċiżjoni tiegħu qabel is-16 ta' Diċembru 2013, minħabba l-ħtieġa li r-regolament ta' delega jiġi ppubblikat qabel l-1 ta' Jannar 2014, biex ikunu jistgħu jseħħu r-ristabbiliment f'waqtu tal-Mjanmar/Burma u l-inklużjoni tas-Sudan t'Isfel fl-iskema SPĠ;

1.

Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-regolament ta' delega;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.