ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 410

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
7 ta' Novembru 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2016/C 410/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2016/C 410/02

Kawża C-432/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (Spanja) fit-2 ta’ Awwissu 2016 – Carolina Minayo Luque vs Quitxalla Stars, S.L. u Fondo de Garantia Salarial

2

2016/C 410/03

Kawża C-433/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-3 ta’ Awwissu 2016 – Bayerische Motoren Werke AG vs Acacia Srl

3

2016/C 410/04

Kawża C-443/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo de Madrid (Spanja) fit-8 ta’ Awwissu 2016 – Francisco Rodrigo Sanz vs Universidad Politécnica de Madrid

4

2016/C 410/05

Kawża C-444/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Mons (il-Belġju) fit-8 ta’ Awwissu 2016 – Immo Chiaradia SPRL vs L-Istat Belġjan

5

2016/C 410/06

Kawża C-445/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Mons (il-Belġju) fit-8 ta’ Awwissu 2016 – Docteur De Bruyne SPRL vs L-Istat Belġjan

6

2016/C 410/07

Kawża C-446/16 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2016 minn Kohrener Landmolkerei GmbH u DHG Deutsche Heumilchgesellschaft mbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-8 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawża T-178/15, Kohrener Landmolkerei u DHG vs Il-Kummissjoni

7

2016/C 410/08

Kawża C-449/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d’appello di Genova (l-Italja) fil-11 ta’ Awwissu 2016 – Kerly Del Rosario Martinez Silva vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS), Comune di Genova

8

2016/C 410/09

Kawża C-463/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-17 ta’ Awwissu 2016 – Stadion Amsterdam CV, il-parti l-oħra: Staatssecretaris van Financiën

8

2016/C 410/10

Kawża C-489/16: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

9

 

Il-Qorti Ġenerali

2016/C 410/11

Kawża T-309/10 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2016 – Klein vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Direttiva 93/42/KEE — Sistema armonizzata li tiżgura s-sigurtà u l-protezzjoni tas-saħħa tal-pazjenti, tal-utenti u ta’ terzi fid-dawl tal-użu ta’ mezzi mediċi — Artikolu 8 — Notifika ta’ deċiżjoni ta’ projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq — Assenza ta’ teħid ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni — Artikolu 18 — Marka KE li ma kellhiex tiġi applikata — Dannu — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Rabta kawżali)

10

2016/C 410/12

Kawża T-363/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2016 – Secolux vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ sejħa għal offerti għal kuntratt pubbliku ta’ servizzi — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Aċċess parzjali — Interess pubbliku superjuri — Obbligu ta’ motivazzjoni)

10

2016/C 410/13

Kawża T-435/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-22 ta’ Settembru 2016 – Tose’e Ta’avon Bank vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati kontr l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Attribuzzjoni ta’ kompetenza ta’ eżekuzzjoni lill-Kunsill — Kriterju li jindirizza lill-entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern Iranjan — Żball ta’ liġi — Żball fattwali — Obbligi ta’ motivazzjoni — Proporzjonalità — Drittijiet fundamentali)

11

2016/C 410/14

Kawża T-437/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2016 – Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni [FAEGG, taqsima Garanziji — FAEG u FAEŻR — Spejjeż esklużi mill-finanzjament — Sistema integrata ta’ ġestjoni u ta’ kontroll — Tnaqqis u esklużjonijiet f’każ ta’ inosservanza tar-regoli tal-kundizzjonalità — Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa stabbilita mill-Kummissjoni skont id-direzzjonijiet interni adottati f’dan il-qasam — Oneru tal-prova — Interpretazzjoni tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 73/2009]

12

2016/C 410/15

Kawża T-632/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2016 – Intercon vs Il-Kummissjoni [Klawżola ta’ arbitraġġ — Seba’ programm kwadru fil-qasam tal-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni (2007-2013) — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrikjedi r-rimbors tas-somom imħallsa lir-rikorrenti — Natura kuntrattwali tal-kawża — Artikolu 44(1)(ċ) u paragrafu 5a, tar-Regoli tal-Poċedura tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Mejju 1991 — Ammissibbiltà — Portata tal-verifika — Dokumenti u osservazzjonijiet prodotti wara l-iskadenza tat-termini stabbiliti]

12

2016/C 410/16

Kawża T-206/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2016 – Intercon vs Il-Kummissjoni [Klawżola ta’ arbitraġġ — Is-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni — Ftehimiet ta’ sussidju dwar il-proġett Virtual Pathological Heart of the Virtual Physiological Human — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li teżiġi r-rimbors ta’ parti mis-somom imħallsa — Inammissibbiltà — Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Mejju 1991 — Dokumenti u osservazzjonijiet ippreżentati wara l-iskadenza tat-termini mogħtija]

13

2016/C 410/17

Kawża T-228/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2016 – Grupo de originación u análisis vs EUIPO – Bankinter (BK PARTNERS) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BK PARTNERS — Trade mark nazzjonali verbali u figurattiva preċedenti bk. — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

14

2016/C 410/18

Kawża T-237/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 22 ta’ Settembru 2016 – Łabowicz vs EUIPO – Pure Fishing (NANO) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva NANO — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 52(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009]

14

2016/C 410/19

Kawża T-362/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2016 – Lacamanda Group vs EUIPO – Woolley (HENLEY) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali HENLEY — Trade marks tar-Renju Unit u tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti HENLEYS — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti]

15

2016/C 410/20

Kawża T-400/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2016 – Pinto Eliseu Baptista Lopes Canhoto vs EUIPO – University College London (CITRUS SATURDAY) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali CITRUS SATURDAY — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CITRUS — Produzzjoni tardiva ta’ dokumenti — Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Regola 19 u Regola 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95)

15

2016/C 410/21

Kawża T-449/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2016 – Satkirit Holdings vs EUIPO – Advanced Mailing Solutions (luvo) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea luvo — Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea luvo — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tal-prodotti u tas-servizzi — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

16

2016/C 410/22

Kawża T-450/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2016 – Satkirit Holdings vs EUIPO – Advanced Mailing Solutions (luvoworld) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea luvoworld — Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea luvo — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tal-prodotti u tas-servizzi — Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

17

2016/C 410/23

Kawża T-476/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2016 – European Food vs EUIPO – Société des produits Nestlé (FITNESS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea FITNESS — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) u (ċ), Artikolu 52(1)(a) u Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Regola 37(b)(iv) u Regola 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 — Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell)

17

2016/C 410/24

Kawża T-512/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2016 – Sun Cali vs EUIPO – Abercrombie & Fitch Europe (SUN CALI) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SUN CALI — Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti CaLi co — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rappreżentanza quddiem il-Bord tal-Appell — Stabbiliment industrijali jew kummerċjali reali u effettiv fl-Unjoni — Persuni ġuridiċi b’konnessjonijiet ekonomiċi — Artikolu 92(3) tar-Regolament Nru 207/2009]

18

2016/C 410/25

Kawża T-539/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2016 – LLR-G5 vs EUIPO – Glycan Finance (SILICIUM ORGANIQUE G5 LLR-G5) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva SILICIUM ORGANIQUE G5 LLR-G5 — Trade marks nternazzjonali verbali preċedenti Silicium Organique G5- 5-Si-Glycan-5-Si-G5 u Silicium Organique G5 — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

19

2016/C 410/26

Kawża T-684/15 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2016 – Weissenfels vs Il-Parlament (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Imparzjalità tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Data personali)

19

2016/C 410/27

Kawża T-750/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2016 – Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft et vs Il-Kummissjoni [Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Enerġija rinnovabbli — Għajnuna mogħtija minn ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi Ġermaniża emendata dwar is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli (Liġi EEG tal-2014) — Sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa-EEG imnaqqsa għal utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Rikors għal annullament — Nuqqas ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà]

20

2016/C 410/28

Kawża T-761/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2016 – Sogepa vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Kristallerija — Għajnuna taħt forma ta’ self — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Obbligu li tiġi rkuprata l-għajnuna mogħtija favur impriża kumpannija falluta — Ksur tar-rekwiżiti proċedurali formali — Inammissibbiltà)

20

2016/C 410/29

Kawża T-78/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2016 – Sartour vs Il-Parlament (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Konċessjoni ta’ ikel f’bini okkupat mill-Parlament — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Annullament tas-sejħa għal offerti — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

21

2016/C 410/30

Kawża T-256/16 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Niculae et vs Ir-Rumanija et (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Ċaħda tar-rikors prinċipali — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

21

2016/C 410/31

Kawża T-632/16: Rikors ippreżentat fis-2 ta’ Settembru 2016 – Haeberlen vs ENISA

22

2016/C 410/32

Kawża T-647/16: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2016 – Camerin vs Il-Parlament

23

2016/C 410/33

Kawża T-651/16: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2016 – Crocs vs EUIPO – Gifi Diffusion (Footwear)

23

2016/C 410/34

Kawża T-657/16: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2016 – Márquez Alentà vs EUIPO – Fiesta Hotels & Resorts (Rappreżentazzjoni ta’ nemla)

24

2016/C 410/35

Kawża T-666/16 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2016 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fil-21 ta’ Lulju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-100/15, De Nicola vs BEI

25

2016/C 410/36

Kawża T-669/16 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2016 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fil-21 ta’ Lulju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-82/15, De Nicola vs BEI

25

2016/C 410/37

Kawża T-670/16: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2016 – Digital Rights Ireland vs Il-Kummissjoni

26

2016/C 410/38

Kawża T-672/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2016 – C=Holdings vs EUIPO – Trademarkers (C=commodore)

27

2016/C 410/39

Kawża T-675/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2016 – Wirecard vs EUIPO (mycard2go)

28

2016/C 410/40

Kawża T-676/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2016 – Wirecard/EUIPO (mycard2go)

29

2016/C 410/41

Kawża T-683/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2016 – KUKA Systems vs EUIPO (MATRIX BODY SHOP)

29

2016/C 410/42

Kawża T-684/16: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2016 – Ciarko spółka z ograniczoną odpowiedzialnością vs EUIPO – Maan (Għata għal estrazzjoni tal-kċina)

30

2016/C 410/43

Kawża T-685/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2016 – Jiménez Gasalla vs EUIPO (B2B SOLUTIONS)

30

2016/C 410/44

Kawża T-687/16: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2016 – Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret vs EUIPO – Nadal Esteban (STYLO & KOTON)

31

2016/C 410/45

Kawża T-688/16: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2016 – Janssen-Cases vs Il-Kummissjoni

32

2016/C 410/46

Kawża T-370/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2016 – Gemeente Eindhoven vs Il-Kummissjoni

32

2016/C 410/47

Kawża T-446/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2016 – Indecopi vs Synergy Group

33

2016/C 410/48

Kawża T-447/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2016 – Indecopi vs EUIPO – Synergy Group (PISCO SOUR)

33

2016/C 410/49

Kawża T-463/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Almashreq Investment Fund vs Il-Kunsill

33

2016/C 410/50

Kawża T-464/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Othman vs Il-Kunsill

33

2016/C 410/51

Kawża T-465/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Makhlouf vs Il-Kunsill

33

2016/C 410/52

Kawża T-466/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Makhlouf vs Il-Kunsill

34

2016/C 410/53

Kawża T-467/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Drex Technologies vs Il-Kunsill

34

2016/C 410/54

Kawża T-468/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Souruh vs Il-Kunsill

34

2016/C 410/55

Kawża T-469/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Bena Properties vs Il-Kunsill

34

2016/C 410/56

Kawża T-470/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Cham vs Il-Kunsill

34

2016/C 410/57

Kawża T-471/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill

35

2016/C 410/58

Kawża T-705/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill

35

2016/C 410/59

Kawża T-706/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Makhlouf vs Il-Kunsill

35

2016/C 410/60

Kawża T-707/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Souruh vs Il-Kunsill

35

2016/C 410/61

Kawża T-708/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Cham et Bena Properties vs Il-Kunsill

35

2016/C 410/62

Kawża T-709/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Almashreq Investment Fund vs Il-Kunsill

36

2016/C 410/63

Kawża T-710/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Drex Technologies vs Il-Kunsill

36

2016/C 410/64

Kawża T-711/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Othman vs Il-Kunsill

36

2016/C 410/65

Kawża T-714/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Makhlouf vs Il-Kunsill

36

2016/C 410/66

Kawża T-9/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2016 – Sketchers USA France vs EUIPO – IM Production (Chaussures)

36

2016/C 410/67

Kawża T-237/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2016 – NI vs KEPD

37

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2016/C 410/68

Kawża F-61/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2016 – Stepien u Animali vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni nazzjonali — Proposti ta’ akkredizzjoni ta’ snin ta’ servizz — Att li ma jikkawżax preġudizzju — Inammissibbiltà tar-rikors — Talba sabiex tingħata deċiżjoni mingħajr ma jiġi ddibattut il-mertu — Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura)

38

2016/C 410/69

Kawża F-75/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2016 – Wille u Skovboell vs Il-Kummissjoni Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni nazzjonali — Proposti ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz — Att li ma jikkawżax preġudizzju — Inamissibbiltà tar-rikors — Talba għal deċiżjoni mingħajr ma tidħol fil-mertu tal-kawża — Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura

38

2016/C 410/70

Kawża F-152/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2016 – Poniskaitis vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali — Proposti ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz — Att li ma jikkawżax preġudizzju — Inammissibbiltà tar-rikors — Talba għal deċiżjoni mingħajr ma t-Tribunal jidħol fil-mertu tal-kawża — Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura)

39

2016/C 410/71

Kawża F-39/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2016 – Marinozzi vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Aġenti kuntrattwali — Pensjonijiet — Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali — Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz — Att li ma joħloqx dannu — Inammissibbiltà tar-rikors — Talba għal deċiżjoni mingħajr diskussjoni dwar il-mertu — Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura)

40

2016/C 410/72

Kawża F-87/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-6 ta’ Ġunju 2016 – Matzke vs Il-Kummissjoni

40


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2016/C 410/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 402, 31.10.2016

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 392, 24.10.2016

ĠU C 383, 17.10.2016

ĠU C 371, 10.10.2016

ĠU C 364, 3.10.2016

ĠU C 350, 26.9.2016

ĠU C 343, 19.9.2016

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (Spanja) fit-2 ta’ Awwissu 2016 – Carolina Minayo Luque vs Quitxalla Stars, S.L. u Fondo de Garantia Salarial

(Kawża C-432/16)

(2016/C 410/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Cataluña

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Carolina Minayo Luque

Konvenuti: Quitxalla Stars, S.L. u Fondo de Garantia Salarial

Domandi preliminari

1)

Il-punt 1 tal-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85 KEE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li sabiex tiġi kkunsidrata mwettqa l-ipoteżi ta’ “barra minn każijiet eċċezzjonali mhux konnessi mal-kundizzjoni tagħhom li huma permessi taħt il-liġi u/jew prattika nazzjonali” inkwantu eċċezzjoni għall-projbizzjoni ta’ tkeċċija ta’ ħaddiema tqal,, huwa suffiċjenti li jintwera li hemm raġunijiet oġġettivi ta’ natura ekonomika, tekniċi, dwar l-organizzazzjoni jew il-produzzjoni, fis-sens tal-Artikolu 51(1) tal-Kodiċi tax-Xogħol Spanjol, li għalih jirreferi l-Artikolu 52(c) tal-istess kodiċi?

2)

Fil-każ ta’ tkeċċija individwali oġġettiva għal raġunijiet ta’ natura ekonomika, tekniċi, dwar l-organizzazzjoni jew il-produzzjoni, sabiex jiġi evalwat jekk il-każijiet ta’ eċċezzjoni li fihom il-punt 1 tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/85/KEE jippermetti t-tkeċċija ta’ ħaddiema tqal humiex preżenti, għandu jiġi rikjest li jkun impossibbli li l-ħaddiema mkeċċija tiġi assenjata mill-ġdid f’post tax-xogħol ieħor, jew li ma hemmx ħaddiema oħra li jokkupaw post tax-xogħol simili li jistgħu jkunu suġġetti għal tkeċċija, jew huwa suffiċjenti li l-persuna li timpjega tiġġustifika b’motivi ekonomiċi, tekniċi u produttivi li jaffettwaw il-post tax-xogħol tagħha?

3)

Leġiżlazzjoni bħal dik Spanjola li, sabiex tittrasponi l-projbizzjoni li tinsab fil-punt 1 tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/85/KEE, li jitkeċċew il-ħaddiema tqal, li welldu reċentement jew li qed ireddgħu, tistabbilixxi garanzija li permezz tagħha, fin-nuqqas ta’ prova tal-kawżi li jiġġustifikaw it-tkeċċija tagħha, tiġi ddikkjarata n-nullità ta’ tali tkeċċija (protezzjoni fil-forma ta’ kumpens) mingħajr ma tistabbilixxi projbizzjoni ta’ tali tkeċċija (protezzjoni fil-forma ta’ prevenzjoni), hija konformi ma’ dan l-artikolu?

4)

Leġiżlazzjoni bħal dik Spanjola, li ma tipprevedix prijorità ta’ żamma ta’ postijiet tax-xogħol ta’ nisa tqal, li welldu reċentement jew li qed ireddgħu fl-impriża, fil-każ ta’ tkeċċija individwali oġġettiva għal raġunijiet ta’ natura ekonomika, tekniċi, dwar l-organizzazzjoni jew il-produzzjoni, hija konformi mal-punt 1 tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/85?

5)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil impriża li tkeċċi mara tqila b’avviż bħal dak mibgħut fil-każ inkwistjoni li ma jagħmel ebda riferiment għal ċirkustanzi eċċezzjonali u lanqas għall-kriterji li jiġġustifikaw l-għażla tagħha għat-tkeċċija minkejja t-tqala tagħha, hija konformi mal-punt 2 tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/85?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 110)


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-3 ta’ Awwissu 2016 – Bayerische Motoren Werke AG vs Acacia Srl

(Kawża C-433/16)

(2016/C 410/03)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bayerische Motoren Werke AG

Konvenuta: Acacia Srl

Domandi preliminari

1)

Għall-finijiet tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, il-kontestazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qorti adita, magħmula b’mod preliminari iżda sussidjarjament għal eċċezzjonijiet oħra proċedurali li huma wkoll preliminari u, fi kwalunkwe każ, qabel il-kwistjonijiet fil-mertu, tista’ tiġi interpretata bħala l-aċċettazzjoni tal-ġurisdizzjoni?

2)

Il-fatt li l-Artikolu 82(4) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 ma jipprevedix qorti oħra għat-tilwim dwar azzjonijiet għal kontstatazzjoni negatttiva ħlief dik tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-konvenut ikun iddomiċiljat previst fl-Artikolu 82(1) tal-istess regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li jimplika li dawn it-tilwimiet jaqgħu f’ġurisdizzjoni esklużiva?

3)

Sabiex tingħata risposta għad-domanda [preċedenti], għandha wkoll tittieħed inkunsiderazzjoni l-interpretazzjoni tar-regoli dwar il-ġurisdizzjoni esklużiva li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 44/2001, b’mod partikolari l-Artikolu 22, li jiddetermina l-każijiet ta’ applikazzjoni ta’ din il-ġurisdizzjoni, li jinkludu tilwim relatat mar-reġistrazzjoni jew mal-validità ta’ privattivi, trade marks u disinni, iżda ma jinkludux tilwim relatat [ma’ azzjonijiet għal] konstatazzjoni negattiva, kif ukoll l-Artikolu 24, li jipprevedi li minbarra l-każijiet fejn il-ġurisdizzjoni tal-qorti tirriżulta minn dispożizzjonijiet oħra tar-Regolament, il-konvenut ikollu l-opportunità li jaċċetta l-ġurisdizzjoni ta’ qorti oħra, u b’hekk tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni tal-qorti adita mir-rikorrenti?

4)

Il-pożizzjoni espressa mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-25 ta’ Ottubru 2012 fil-Kawża C-133/11, li tikkonċerna l-applikabbiltà tal-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 hija ta’ natura ġenerali u assoluta applikabbli għal kwalunkwe azzjoni għal konstatazzjoni negattiva, intiża li tistabbilixxi l-assenza ta’ responsabbilità delittwali, inkluża l-azzjoni għal konstatazzjoni negattiva ta’ vjolazzjoni fil-qasam ta’ disinni Komunitarji? Konsegwentement, ir-regola ta’ ġurisdizzjoni stabbilita fl-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 jew dik prevista fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 japplikaw f’dan il-każ, jew l-għażla tal-qorti tappartjeni lir-rikorrent?

5)

Fil-każ fejn talbiet għal konstatazzjoni ta’ abbuż ta’ pożizzjoni dominanti u ta’ kompetizzjoni inġusta jitressqu fil-kuntest ta’ tilwima fil-qasam ta’ disinni Komunitarji li magħhom għandhom rabta ta’ konnessjoni, sa fejn l-ammissibbiltà tagħhom tippreżupponi li tintlaqa’ minn qabel l-azzjoni għal konstatazzjoni negattiva, dawn it-talbiet jistgħu jingħaqdu mat-tilwima quddiem l-istess qorti, skont interpretazzjoni wiesgħa tal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001?

6)

Iż-żewġ talbiet imsemmija [fid-domanda preċedenti] jikkostiwixxu każ ta’ responsabbiltà delittwali? Fil-każ ta’ risposta affermattiva, dawn it-talbiet jista’ jkollhom effett fuq l-applikabbiltà għal dan il-każ tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 (Artikolu 5(3)) jew tar-Regolament (KE) Nru 2/2006 dwar il-ġurisdizzjoni?


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo de Madrid (Spanja) fit-8 ta’ Awwissu 2016 – Francisco Rodrigo Sanz vs Universidad Politécnica de Madrid

(Kawża C-443/16)

(2016/C 410/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Francisco Rodrigo Sanz

Konvenuta: Universidad Politécnica de Madrid

Domandi preliminari

1)

Il-klawżola 4 tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 1999/70/KE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni bħal dik deskritta li tippermetti li jitnaqqas il-ħin tax-xogħol ta’ persuna minħabba s-sempliċi fatt li hija membru tal-persunal mhux permanenti?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva:

Tista’ titqies bħala raġuni oġġettiva li tiġġustifika din id-differenza fit-trattament is-sitwazzjoni ekonomika li tagħmel neċessarja l-limitazzjoni tal-ispejjeż li tirriżulta mit-tnaqqis tal-krediti tal-baġit?

Tista’ titqies bħala raġuni oġġettiva li tiġġustifika din id-differenza fit-trattament s-setgħa ta’ awto-organizzazzjoni tal-amministrazzjoni?

2)

Il-Klawżola 4 tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 1999/70/KE għandha tiġi interpretata fis-sens [li] s-setgħa ta’ awto-organizzazzjoni tal-amministrazzjoni hija dejjem u fi kwalunkwe każ limitata mill-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni tal-ħaddiema fis-servizz tagħha, indipendentement mill-klassifikazzjoni tagħhom bħala uffiċjal, membru tal-persunal mhux permanenti, persunal awżiljarju jew temporanju?

3)

Jistgħu jitqiesu kuntrarji għall-klawżola 4 tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 1999/70/KE l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-punt 3 tat-tieni dispożizzjoni addizzjonali tal-Ley orgánica 4/2007, de 12 de abril, por la que se modifica la ley orgánica 6/2001, de 21 de diciembre, de universidades (liġi organika Nru 4/2007, tat-12 ta’ April 2007, li temenda l-liġi organika 6/2001, tal-21 ta’ Diċembru 2001, dwar l-universitajiet), [intitolata “] Il-korp tal-għalliema f’istitut universitarju [IUT] u l-integrazzjoni tal-membri tagħhom fil-korp tal-professuri universitarji [”], sa fejn jippermetti li fil-proċeduri ta’ aċċess ta’ għalliema [uffiċjali] f’IUT [fil-] korp tal-professuri universitarji, l-imsemmija għalliema jżommu d-drittijiet kollha tagħhom u l-intitolament sħiħ tagħhom għall-prattika tat-tagħlim, minkejja li dawn ma jkollhomx it-titolu ta’ duttur, li ma huwiex il-każ għall-għalliema f’IUT irreklutati bħala membri tal-persunal mhux permanenti?

4)

Sa fejn l-assenza ta’ pussess ta’ dottorat hija l-ġustifikazzjoni oġġettiva allegata għat-tnaqqis b’50 % tal-ħin tax-xogħol tal-għalliema f’IUT irreklutati bħala membri tal-persunal mhux permanenti, meta din il-miżura madankollu ma hijiex applikata għall-għalliema uffiċjali f’IUT li lanqas huma madankollu ma għandhom dan id-dottorat, jista’ jitqies li din il-miżura hija diskriminatorja u tmur kontra l-klawżola 4 tal-Ftehim Qafas anness mad-Direttiva 1999/70/KE?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. , p. 368).


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Mons (il-Belġju) fit-8 ta’ Awwissu 2016 – Immo Chiaradia SPRL vs L-Istat Belġjan

(Kawża C-444/16)

(2016/C 410/05)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Immo Chiaradia SPRL

Konvenut: L-Istat Belġjan

Domanda preliminari

Huwa kompatibbli mar-regoli rigward il-karta tal-bilanċ previsti fir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill, tal-25 ta’ Lulju 1978, ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (Direttiva 78/660/KEE, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 21), regoli li jipprovdu li:

il-kontijiet annwali għandhom jagħtu stampa vera tal-attiv, tal-pożizzjoni finanzjarja u tal-qligħ jew telf tal-kumpannija (Artikolu 2(3) tad-Direttiva);

il-provvedimenti għal passiv u spejjeż huma maħsuba biex ikopru telf jew djun li n-natura tagħhom hija mfissra b’mod ċar u li fid-data tal-karta tal-bilanċ jidher li jew aktarx li għandhom isiru, jew hemm ċertezza li għandhom isiru iżda mhux fir-rigward tal-ammont tagħhom jew id-data li fiha huma ser iseħħu (Artikolu 20(1) tad-Direttiva);

il-prinċipju ta’ prudenza għandu fi kwalunkwe każ jiġi osservat u b’mod partikolari:

profitti biss magħmula fid-data tal-karta tal-bilanċ jistgħu jkunu magħduda;

għandu jittieħed kont tal-passiv kollu tal-futur qrib u telf potenzjali li jinħolqu fil-kors tas-sena finanzjarja kkonċernata jew ta’ waħda ta’ qabel, anki jekk dawn il-passiv jew telf isiru evidenti biss bejn id-data tal-karta tal-bilanċ u d-data li fiha hija titfassal (Artikolu 31(1)(ċ)(aa) u (bb) tad-Direttiva);

għandu jittieħed kont tad-dħul u l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu mas-sena finanzjarja, irrispettivament mid-data ta’ meta dawn id-dħul jew spejjeż ikunu riċevuti jew imħallsa (Artikolu 31(1)(d) tad-Direttiva);

il-komponenti ta’ entraturi tal-attiv u l-passiv għandhom jiġu vvalutati separatament (Artikolu 31(1)(e) tad-Direttiva);

li kumpannija li toħroġ għażla fuq l-azzjonijiet tista’ tirreġistra bħala dħul il-prezz tat-trasferiment tal-imsemmija għażla matul is-sena finanzjarja meta l-imsemmija għażla tittieħed jew fi tmiem il-perijodu ta’ validità tagħha sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni r-riskju li ġġarrab il-persuna li toħroġ l-għażla b’riżultat tal-impenn li hija tieħu jew minflok matul is-sena finanzjarja meta t-trasferiment tal-għażla jitwettaq u l-prezz tiegħu jkun definittivament stabbilit, fejn ir-riskju mġarrab mill-persuna li toħroġ l-għażla jkun ivvalutat separatament bir-reġistrazzjoni ta’ provvediment?


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Mons (il-Belġju) fit-8 ta’ Awwissu 2016 – Docteur De Bruyne SPRL vs L-Istat Belġjan

(Kawża C-445/16)

(2016/C 410/06)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Docteur De Bruyne SPRL

Konvenut: L-Istat Belġjan

Domanda preliminari

Huwa kompatibbli mar-regoli tal-istabbiliment tal-karta tal-bilanċ previsti mir-raba’ Direttiva tal-Kunsill, tal-25 ta’ Lulju 1978, dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji [Direttiva 78/660/KEE, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 21)], sa fejn dawn jipprovdu li:

il-kontijiet annwali għandhom jagħtu stampa vera tal-patrimonju, tas-sitwazzjoni finanzjarja kif ukoll tar-riżultati tal-kumpannija (Artikolu 2(3) tad-direttiva);

il-provvedimenti għal passiv u spejjeż huma maħsuba biex ikopru telf jew djun li n-natura tagħhom hija mfissra b’mod ċar u li fid-data tal-karta tal-bilanċ jidher li jew aktarx li għandhom isiru, jew ikun ċert li għandhom isiru iżda ma jkunx hemm ċertezza dwar l-ammont jew dwar id-data li fiha huma ser iseħħu (Artikolu 20(1) tad-direttiva);

il-prinċipju ta’ prudenza għandu jiġi osservat fi kwalunkwe każ u b’mod partikolari:

jistgħu jiġu rreġistrati fiha biss dawk il-profitti magħmula sad-data tal-għeluq tal-karta tal-bilanċ;

għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni r-riskji prevedibbli kollha u t-telf possibbli kollu li jkunu nħolqu matul is-sena finanzjarja kkonċernata jew f’sena finanzjarja preċedenti, anki jekk il-konjizzjoni ta’ tali riskji jew telf tinkiseb biss fid-data tal-għeluq tal-karta tal-bilanċ u fid-data li fiha din tiġi stabbilita (Artikolu 31(1)(ċ), (aa) u (bb) tad-direttiva);

għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni d-dħul u l-ispejjeż marbuta mas-sena finanzjarja li magħha jirrelataw il-kontijiet, mingħajr ma tiġi kkunsidrata d-data li fiha jitwettaq id-dħul jew isiru l-ispejjeż (Artikolu 31(1)(d) tad-direttiva);

il-komponenti ta’ entrati tal-attiv u l-passiv għandhom jiġu vvalutati separatament (Artikolu 31(1)(e) tad-direttiva);

il-fatt li kumpannija li toffri opzjoni fuq azzjoni tkun tista’ tirreġista fil-karta tal-bilanċ bħala dħul, il-prezz tat-trasferiment ta’ din l-opzjoni matul is-sena finanzjarja li fiha tkun oriġinat din l-opzjoni jew fi tmiem it-terminu ta’ validità ta’ din tal-aħħar sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni r-riskju li tassumi l-persuna li toħroġ l-opzjoni wara l-impenn li hija tieħu jew le matul is-sena finanzjarja li fiha jsir it-trasferiment tal-opzjoni u jiġi akkwistat definittivament il-prezz ta’ din tal-aħħar, peress li r-riskju assunt mill-persuna li toħroġ l-opzjoni jiġi vvalutat separatament mill-komptabbiltà ta’ provvediment?


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/7


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2016 minn Kohrener Landmolkerei GmbH u DHG Deutsche Heumilchgesellschaft mbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-8 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawża T-178/15, Kohrener Landmolkerei u DHG vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-446/16 P)

(2016/C 410/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Kohrener Landmolkerei GmbH, DHG Deutsche Heumilchgesellschaft mbH (rappreżentant: A. Wagner, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2016 u tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż;

tiddikjara ammissibbli l-oppożizzjoni fformulata mill-appellanti fit-23 ta’ Diċembru 2014 fil-proċedura AT-TSG-0007-01035.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jaffermaw li, fid-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali qieset li l-argumenti magħmula minnhom kienu jirreferu biss għat-trażmissjoni tardiva mill-awtorità nazzjonali. Huma jsostnu wkoll li ġew ippreġudikati mid-dispożizzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament Nru 1151/2012 (1) u li din ir-regola hija illegali sa fejn ma tistabbilixxix f’liema terminu l-awtorità nazzjonali kellha tibgħat lill-Kummissjoni Ewropea l-oppożizzjoni fformulata mill-appellanti. F’dan ir-rigward, huma indikaw l-eżistenza ta’ difett fl-imsemmija dispożizzjoni li twassal sabiex l-appellanti, fl-agħar każ, bl-ebda mod ma jistgħu jippreżentaw l-oppożizzjoni tagħhom. Huma jsostnu li l-Qorti Ġenerali ma ddikjaratx ruħha f’dan ir-rigward.

Huma jsostnu li fid-digriet appellat il-Qorti Ġenerali sempliċement iddikjarat li l-appellanti ma kinux invokaw suffiċjentement l-illegalità tal-imsemmija dispożizzjoni. Minkejja dan, huma jsostnu li fir-rikors promotur kienu diġà semmew il-problema tad-determinazzjoni mhux korretta tat-terminu fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament Nru 1151/2012. Dan ifisser, fil-fehma tagħhom, sempliċement li saru oġġezzjonijiet kontra r-regola li tinsab fl-imsemmija dispożizzjoni u li huma kienu jqisu li d-drittijiet tagħhom inkwantu appellanti ma ġewx irrispettati suffiċjentement.


(1)  Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, p. 1).


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d’appello di Genova (l-Italja) fil-11 ta’ Awwissu 2016 – Kerly Del Rosario Martinez Silva vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS), Comune di Genova

(Kawża C-449/16)

(2016/C 410/08)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte d’appello di Genova

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kerly Del Rosario Martinez Silva

Konvenut: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS), Comune di Genova

Domandi preliminari

1)

Benefiċċju bħal dak previst fl-Artikolu 65 tal-Liġi Nru 448/1998, imsemmi “allowance għal nukleu familjari b’minn tal-inqas tliet ulied minuri”, jikkostitwixxi benefiċċju tal-familja fis-sens tal-Artikolu 3(1)(j) tar-Regolament KE Nru 883/2004 (1)

2)

Fil-każ ta’ risposta pożittiva, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, sanċit fl-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98/UE (2), jipprekludi leġiżlazzjoni, bħal dik Taljana, li tgħid li ħaddiem ta’ pajjiż terz li għandu “permess uniku għal xogħol” (validu għal iktar minn sitt xhur) ma jistax jibbenefika mill-imsemmija “allowance għal nukleu familjari b’minn tal-inqas tliet ulied minuri” minkejja li jkun jgħix ma’ tliet ulied minuri jew iktar u jkun jirċievi dħul li jkun inqas mil-limitu legali?


(1)  Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.

(2)  Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru (ĠU L 343, p. 1).


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-17 ta’ Awwissu 2016 – Stadion Amsterdam CV, il-parti l-oħra: Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-463/16)

(2016/C 410/09)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stadion Amsterdam CV

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Domanda preliminari

L-Artikolu 12(3)(a) tas-Sitt Direttiva (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li meta provvista ta’ servizzi li, għall-finijiet tal-ġbir tal-VAT, tikkostitwixxi provvista unika, tkun komposta minn żewġ elementi jew iktar, konkreti u speċifiċi, li kienu jkunu, li kieku ġew fornuti separatament, suġġetti għal rati differenti ta’ VAT, il-ġbir tal-VAT marbuta ma’ din il-provvista kumplessa ta’ servizzi għandu jsir bir-rati distinti applikabbli għal dawn l-elementi meta l-korrispettiv għall-provvista ta’ servizzi jkun jista’ jitqassam skont proporzjoni korretta tal-imsemmija elementi?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/9


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-489/16)

(2016/C 410/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux, G. von Rintelen, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

tikkonstata li billi ma adottax, mhux iktar tard mis-16 ta’ Ġunju 2015, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, li tistabbilixxi żona ferrovarja Ewropea [ĠU L 343 tal-14.12.2012, p. 32], jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi imposti taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 64(1) tal-imsemmija direttiva;

timponi fuq il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, konformement mal-Artikolu 260(3) TFUE, il-pagament ta’ penalità fl-ammont ta’ EUR 8 710 kuljum li jibdew jiddekorru mid-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża minħabba nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li jikkomunika l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2012/34/UE;

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fis-16 ta’ Ġunju 2015.

Mid-diversi risposti tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, b’mod partikolari mir-risposta għall-opinjoni motivata, jirriżulta li iktar minn sena wara l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni stabbilit mid-direttiva, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu ma kienx adotta l-miżuri meħtieġa.

Id-determinazzjoni tas-sanzjoni skont l-Artikolu 260(3) TFUE hija bbażata fuq it-tliet kriterji applikati fil-kuntest tal-Artikolu 260(2) TFUE, jiġifieri l-gravità tal-ksur, it-tul ta’ dan tal-aħħar, u fuq in-neċessità li jiġi żgurat l-effett dissważiv tas-sanzjoni biex jiġu evitati r-reċidivi.


Il-Qorti Ġenerali

7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2016 – Klein vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-309/10 RENV) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Direttiva 93/42/KEE - Sistema armonizzata li tiżgura s-sigurtà u l-protezzjoni tas-saħħa tal-pazjenti, tal-utenti u ta’ terzi fid-dawl tal-użu ta’ mezzi mediċi - Artikolu 8 - Notifika ta’ deċiżjoni ta’ projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq - Assenza ta’ teħid ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni - Artikolu 18 - Marka KE li ma kellhiex tiġi applikata - Dannu - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Rabta kawżali”))

(2016/C 410/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Christoph Klein (Großgmain, l-Awstrija) (rappreżentanti: inizjalment minn H. J. Ahlt u M. Ahlt, sussegwentement minn H. J. Ahlt, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sipos u G. von Rintelen, aġenti, assistiti minn C. Winkler, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni, ibbażat fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrent kien allegatament issubixxa sussegwentement għall-ksur mill-Kummissjoni tal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, dwar mezzi mediċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 12, p. 82).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Christoph Klein, il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 347, 26.11.2011.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2016 – Secolux vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-363/14) (1)

((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ sejħa għal offerti għal kuntratt pubbliku ta’ servizzi - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Aċċess parzjali - Interess pubbliku superjuri - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2016/C 410/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Secolux, Association pour le contrôle de la sécurité de la construction (Capellen, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: N. Prüm Carré u E. Billot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Buchet u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-1 u tal-14 ta’ April 2014 li jirrifjutaw li jagħtu lir-rikorrenti l-aċċess sħiħ għal ċerti dokumenti relatati ma’ sejħa għal offerti bin-Numru ta’ referenza 02/2013/OIL u li tirrigwarda kontrolli tas-sigurtà li għandhom isiru f’diversi immobbli li jinsabu fil-Lussemburgu (ĠU 2013/S 156-271471)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Secolux, Association pour le contrôle de la sécurité de la construction, hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 253, 4.8.2014.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/11


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-22 ta’ Settembru 2016 – Tose’e Ta’avon Bank vs Il-Kunsill

(Kawża T-435/14) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati kontr l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Attribuzzjoni ta’ kompetenza ta’ eżekuzzjoni lill-Kunsill - Kriterju li jindirizza lill-entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern Iranjan - Żball ta’ liġi - Żball fattwali - Obbligi ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità - Drittijiet fundamentali”))

(2016/C 410/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Tose’e Ta’avon Bank (Téhéran, l-Iran) (rappreżentant: J. M. Thouvenin, avukat)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u M. Bishop, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiza għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li l-isem tar-rikorrenti jinżamm inkluż fil-lista inkluża fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), u f’dik inkluża fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), kif ikkomunikata permezz ta’ avviż tal-15 ta’ Marzu 2014.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tose’e Ta’avon Bank huwa kkundannat għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 253, 4.8.2014.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2016 – Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-437/14) (1)

([“FAEGG, taqsima ‘Garanziji’ - FAEG u FAEŻR - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Sistema integrata ta’ ġestjoni u ta’ kontroll - Tnaqqis u esklużjonijiet f’każ ta’ inosservanza tar-regoli tal-kundizzjonalità - Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa stabbilita mill-Kummissjoni skont id-direzzjonijiet interni adottati f’dan il-qasam - Oneru tal-prova - Interpretazzjoni tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 73/2009”])

(2016/C 410/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: M. Holt u J. Kraehling, aġenti, assistiti minn V. Wakefield, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Skelly u D. Triantafyllou, aġenti)

Parti konvenuta in sostenn tal-parti rikorrenti: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman u B. Koopman, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament ta’ disa’ entrati tal-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/191/UE, tal-4 ta’ April 2014, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont it-Taqsima tal-Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 104, p. 43), fir-rigward tal-entrata, inkluża fl-Anness tad-deċiżjoni, marbuta mal-korrezzjonijiet finanzjarji applikati għal spejjeż imwettqa mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq fl-Iskozja matul is-snin finanzjarji tal-2008, tal-2009 u tal-2010, fl-ammont ta’ EUR 5 606 459,48 minħabba l-inosservanza tagħhom tar-regoli tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż proprji tiegħu.


(1)  ĠU C 282, 25.8.2014.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2016 – Intercon vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-632/14) (1)

([“Klawżola ta’ arbitraġġ - Seba’ programm kwadru fil-qasam tal-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni (2007-2013) - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrikjedi r-rimbors tas-somom imħallsa lir-rikorrenti - Natura kuntrattwali tal-kawża - Artikolu 44(1)(ċ) u paragrafu 5a, tar-Regoli tal-Poċedura tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Mejju 1991 - Ammissibbiltà - Portata tal-verifika - Dokumenti u osservazzjonijiet prodotti wara l-iskadenza tat-termini stabbiliti”])

(2016/C 410/15)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Intercon sp. z o.o. (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: B. Eger, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herbout Borczak u S. Lejeune, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat ksur mill-Kummissjoni tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim tal-għoti ta’ sussidju Nru 224297, marbut mal-finanzjament tal-proġett ARTreat, u għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Lulju 2014 li tinforma lir-rikorrenti, abbażi tal-verifika mwettqa minnha, bl-irkupru tal-ammont ta’ EUR 258 479,21 li kien tħallas lilu indebitament bħala kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni Ewropea u, sussidjarjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u maħsuba sabiex jiġi kkonstatat li l-ammonti mħallsa jikkorrispondu għal spejjeż eliġibbli u għaldaqstant ma għandhomx jiġu rrimborsati.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Intercon sp. z o.o. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 380, 27.10.2014.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2016 – Intercon vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-206/15) (1)

([“Klawżola ta’ arbitraġġ - Is-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni - Ftehimiet ta’ sussidju dwar il-proġett ‘Virtual Pathological Heart of the Virtual Physiological Human’ - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li teżiġi r-rimbors ta’ parti mis-somom imħallsa - Inammissibbiltà - Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Mejju 1991 - Dokumenti u osservazzjonijiet ippreżentati wara l-iskadenza tat-termini mogħtija”])

(2016/C 410/16)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Intercon sp. z o.o. (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: B. Eger, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herbout-Borczak u S. Lejeune, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex tikkonstata, minn naħa, il-ksur mill-Kummissjoni tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta’ sussidju Nru 224635, dwar il-finanzjament tal-proġett “Virtual Pathological Heart of the Virtual Physiological Human (VPH2)”, u, min-naħa l-oħra, li s-somom imħallsa bħala kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni Ewropea jikkorrispondu għall-ispejjeż li huma eliġibbli u li l-ammont ta’ EUR 70 620 mitluba mir-rikorrenti permezz tal-ittra tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Jannar 2015 u n-nota ta’ debitu annessa ma għandhomx, għaldaqstant, jiġu rrimborsati.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Intercon sp. z o.o. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 221, 6.7.2015.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2016 – Grupo de originación u análisis vs EUIPO – Bankinter (BK PARTNERS)

(Kawża T-228/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea BK PARTNERS - Trade mark nazzjonali verbali u figurattiva preċedenti bk. - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 410/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Grupo de originación u análisis, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: A. Burgueño Minguela u H. Pequerul Palenciano, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Uriarte Valiente u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bankinter, SA (Madrid) (rappreżentanti: A. Gómez López, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Marzu 2015 (Każ R 1329/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bankinter u Grupo de originación y análisis.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Grupo de originación y análisis, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 213, 29.6.2015


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 22 ta’ Settembru 2016 – Łabowicz vs EUIPO – Pure Fishing (NANO)

(Kawża T-237/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva NANO - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 52(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2016/C 410/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Edward Łabowicz (Kłodzko, il-Polonja) (rappreżentant: M. Żygadło, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pure Fishing, Inc. (Spirit Lake, Iowa, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Dickerson, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Marzu 2015 (Każ R 2426/2013-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Pure Fishing u E. Łabowicz.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Edward Łabowicz huwa kundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 228, 13.7.2015.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2016 – Lacamanda Group vs EUIPO – Woolley (HENLEY)

(Kawża T-362/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali HENLEY - Trade marks tar-Renju Unit u tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti HENLEYS - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti”])

(2016/C 410/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Lacamanda Group Ltd (Manchester, ir-Renju Unit) (rappreżentant: C. Scott, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nigel Woolley (Braceborough, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-24 ta’ April 2015 (Każ R 2255/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn The Lacamanda Group u Nigel Woolley.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal- Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ April 2015 (Każ R 2255/2012-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess u l-ispejjeż ta’ The Lacamanda Group Ltd.

3)

Nigel Woolley għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 294, 7.9.2015.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2016 – Pinto Eliseu Baptista Lopes Canhoto vs EUIPO – University College London (CITRUS SATURDAY)

(Kawża T-400/15) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali CITRUS SATURDAY - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CITRUS - Produzzjoni tardiva ta’ dokumenti - Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Regola 19 u Regola 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”))

(2016/C 410/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ana Isabel Pinto Eliseu Baptista Lopes Canhoto (Algés, il-Portugall) (rappreżentant: A. Pita Negrão, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: University College London (Londra, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-29 ta’ April 2015 (Każ R 2109/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn A.I. Pinto Eliseu Baptista Lopes Canhoto u University College London.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

A.I. Pinto Eliseu Baptista Lopes Canhoto hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 320, 28.9.2015.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2016 – Satkirit Holdings vs EUIPO – Advanced Mailing Solutions (luvo)

(Kawża T-449/15) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea luvo - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea luvo - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2016/C 410/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Satkirit Holdings Ltd (Douglas, il-Gżira ta’ Man) (rappreżentant: M. Vanhegan, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Sliwinska u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Advanced Mailing Solutions Ltd (East Kilbride, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Mejju 2015 (Każ R 877/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Advanced Mailing Solutions u Satkirit Holdings.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Satkirit Holdings Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 320, 28.9.2015.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2016 – Satkirit Holdings vs EUIPO – Advanced Mailing Solutions (luvoworld)

(Kawża T-450/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea luvoworld - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea luvo - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 410/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Satkirit Holdings Ltd (Douglas, il-Gżira ta’ Man) (rappreżentanti: M. Vanhegan, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Sliwinska u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Advanced Mailing Solutions Ltd (East Kilbride, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Mejju 2015 (Każ R 1480/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Advanced Mailing Solutions u Satkirit Holdings

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Satkirit Holdings Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 320, 28.9.2015


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2016 – European Food vs EUIPO – Société des produits Nestlé (FITNESS)

(Kawża T-476/15) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea FITNESS - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ), Artikolu 52(1)(a) u Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Regola 37(b)(iv) u Regola 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell”))

(2016/C 410/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Food SA (Drăgăneşti, ir-Rumanija) (rappreżentant: I. Speciac, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)

Parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Jaeger Lenz, A. Lambrecht u S. Cobet-Nüse, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 2542/2013-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn European Food u s-Société des produits Nestlé.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-19 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 2542/2013-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn European Food u s-Société des produits Nestlé hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn European Food.

3)

Société des produits Nestlé għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 337, 12.10.2015.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2016 – Sun Cali vs EUIPO – Abercrombie & Fitch Europe (SUN CALI)

(Kawża T-512/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SUN CALI - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti CaLi co - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rappreżentanza quddiem il-Bord tal-Appell - Stabbiliment industrijali jew kummerċjali reali u effettiv fl-Unjoni - Persuni ġuridiċi b’konnessjonijiet ekonomiċi - Artikolu 92(3) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2016/C 410/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sun Cali, Inc. (Denver, Colorado, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Thomas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Abercrombie & Fitch Europe SA (Mendrisio, l-Isvizzera)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-3 ta’ Ġunju 2015 (Każijiet magħquda R 1260/2014-5 u R 1281/2014-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Abercrombie & Fitch Europe u Sun Cali.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sun Cali, Inc., hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 354, 26.10.2015.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2016 – LLR-G5 vs EUIPO – Glycan Finance (SILICIUM ORGANIQUE G5 LLR-G5)

(Kawża T-539/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva SILICIUM ORGANIQUE G5 LLR-G5 - Trade marks nternazzjonali verbali preċedenti Silicium Organique G5- 5-Si-Glycan-5-Si-G5 u Silicium Organique G5 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 410/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LLR-G5 Ltd (Castlebar, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl, H. Hartwig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Glycan Finance Corp. Ltd (Sheffield, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 291/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Glycan Finance Corp. u LLR-G5.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

LLR-G5 hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 381, 16.11.2015.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2016 – Weissenfels vs Il-Parlament

(Kawża T-684/15 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Imparzjalità tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Data personali”))

(2016/C 410/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Roderich Weissenfels (Freiburg im Breisgau, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Maximini, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Steele u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Settembru 2015, Weissenfels vs Il-Parlament (F-92/14, EU:F:2015:110), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Roderich Weissenfels huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/20


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2016 – Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-750/15) (1)

([“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Enerġija rinnovabbli - Għajnuna mogħtija minn ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi Ġermaniża emendata dwar is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli (Liġi EEG tal-2014) - Sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa-EEG imnaqqsa għal utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà”])

(2016/C 410/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft mbH (Zeitz, il-Ġermanja), RWE Power AG (Essen, il-Ġermanja) u Vattenfall Europe Mining AG (Cottbus, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Karpenstein, K. Dingemann u M. Kottmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 5081 finali, tat-23 ta’ Lulju 2014, dwar is-sistema ta’ għajnuna mill-Istat SA.38632 (2014/N) implementata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (EEG 2014 – Riforma tal-liġi dwar l-enerġija rinnovabbli).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Mitteldeutsche Braunkohlengesellschaft mbH, RWE Power AG u Vattenfall Europe Mining AG huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/20


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2016 – Sogepa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-761/15) (1)

((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Kristallerija - Għajnuna taħt forma ta’ self - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Obbligu li tiġi rkuprata l-għajnuna mogħtija favur impriża kumpannija falluta - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali formali - Inammissibbiltà”))

(2016/C 410/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société wallonne de gestion et de participations (Sogepa) (Liège, il-Belġju)(rappreżentanti: A. Lepièce u H. Baeyens, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, L. Armati u B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikoli 3 sa 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1825 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar l-għajnuna tal-Istat mhux innotifikata SA.34791 (2013/C) (ex 2012/NN) – il-Belġju – Għajnuna għas-salvataġġ ta’ Val Saint-Lambert SA (ĠU 2015, L 269, p. 47).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Société wallonne de gestion et de participations (Sogepa) hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 68, 22.02.2016.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2016 – Sartour vs Il-Parlament

(Kawża T-78/16) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Konċessjoni ta’ ikel f’bini okkupat mill-Parlament - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Annullament tas-sejħa għal offerti - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2016/C 410/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Sartour (Beveren, il-Belġju) (rappreżentant: M. Cherchi, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: Z. Nagy u S. Toliušis, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tat-18 ta’ Diċembru 2015, li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti 06B40/2015/M073 dwar il-konċessjoni tas-servizz ta’ restaurant b’ikel mediterranju fil-bini Altiero Spinelli okkupat mill-Parlament fi Brussell, u, min-naħa l-oħra, tad-“deċiżjoni” li permezz tagħha l-Parlament ta l-imsemmija konċessjoni lil offerent ieħor.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 118, 4.4.2016


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/21


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Niculae et vs Ir-Rumanija et

(Kawża T-256/16 R)

((Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ċaħda tar-rikors prinċipali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))

(2016/C 410/30)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrent: Ioan Niculae (Bucharest, ir-Rumanija) u l-ħames rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tad-digriet (rappreżentant: M. Vasii, avukat)

Konvenuti: Ir-Rumanija, il-Kummissjoni Ewropea, Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija u l-Autoritatea naţională de reglementare în domeniul energiei (ANRE) (Ir-Rumanija)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji mressqa fil-kuntest ta’ rikors kontra r-Rumanija, mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) u mill-Autoritatea naţională de reglementare în domeniul energiei (ANRE) (ir-Rumanija).

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal miżuri provviżorji.

2)

Ioan Niculae u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/22


Rikors ippreżentat fis-2 ta’ Settembru 2016 – Haeberlen vs ENISA

(Kawża T-632/16)

(2016/C 410/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Thomas Haeberlen (Swisttal, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għan-Netwerks u s-Sigurtà tal-Informazzjoni

Talbiet

tiddikjara r-rikors odjern ammissibbli u fondat;

konsegwentement,

tannulla d-deċiżjoni tal-21 ta’ Ottubru 2015;

safejn neċessarju, tannulla d-deċiżjoni tal-20 ta’ Mejju 2016, riċevut fit-23 ta’ Mejju 2016, li tiċħad l-ilment;

tordna r-riżarċiment tad-danni morali tar-rikorrenti vvalutati fl-ammont ta’ EUR 3 000;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-illegalità tar-Regolament (UE) Nru 422/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ April 2014, li jaġġusta, b’effett mill- 1 ta' Lulju 2011, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom (ĠU L 129, p. 5) u tar-Regolament (UE) Nru 423/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ April 2014, li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom (ĠU L 129, p. 12) (iktar ’il quddiem ir-“regolamenti kkontestati”). B’mod partikolari, l-adozzjoni tar-regolamenti kkontestati hija vvizzjata minn diversi istanzi ta’ ksur, u b’mod partikolari minn ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, p. 15), minn ksur tal-Artikoli 10, 11 u 65 tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-prinċipji tad-drittijiet kweżiti u ta’ proporzjonalità, tal-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, kif ukoll tar-regoli tad-djalogu soċjali.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tad-dmir ta’ premura.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/23


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2016 – Camerin vs Il-Parlament

(Kawża T-647/16)

(2016/C 410/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Laure Camerin (Etterbeek, il-Belġju) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla, skont il-ħtieġa, id-deċiżjoni ta’ ċaħda;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni meħuda fl-1 ta’ Diċembru 2015 mis-Segretarju Ġenerali tal-Grupp S&D fil-Parlament Ewropew, li tirrifjuta l-estensjoni tal-attività tagħha lil hinn minn 65 sena sal-31 ta’ Diċmebru 2016 (id-deċiżjoni ikkontestata), ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku, maqsum f’żewġ partijiet.

L-ewwel parti hija bbażata fuq ksur tal-Artikolu 52 tar-Regolamenti tal-Persunal, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u kif ukoll fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

It-tieni parti hija bbażata fuq ksur tas-sitt subparagrafu tal-Artikolu 1 tal-Anness II tar-Regolamenti tal-Persunal.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/23


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2016 – Crocs vs EUIPO – Gifi Diffusion (Footwear)

(Kawża T-651/16)

(2016/C 410/33)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Crocs, Inc. (Niwot, Colorado, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Guise, D. Knight, L. Cassidy, H. Seymour, Solicitors, M. Berger, N. Hadjadj Cazier, H. Haouideg, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gifi Diffusion (Villeneuve-sur-Lot, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn Komunitarju “Footwear” – disinn Komunitarju Nru 257 001-0001

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-6 ta’ Ġunju 2016, fil-Każ R 853/2014-3

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tikkonstata li l-iżvelar fuq l-internet ma jikkostitwixxix żvelar minn qabel fis-sens tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 6/2002; tikkonferma d-disinn Komunitarju rreġistrat ikkontestat u tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità;

tagħti deċiżjoni dwar l-ispejjeż favur tagħha.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 6/2002.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/24


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2016 – Márquez Alentà vs EUIPO – Fiesta Hotels & Resorts (Rappreżentazzjoni ta’ nemla)

(Kawża T-657/16)

(2016/C 410/34)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Marc Márquez Alentà (Cervera, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fiesta Hotels & Resorts, SL (Ibiza, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ nemla) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 715 661

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30/06/2016 fil-Każ R 1242/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tilqa’ parzjalment ir-rikors R 1242/2015-1 u l-oppożizzjoni għal ċerti prodotti mitluba fil-klassi 16 u servizzi fil-klassi 35;

konsegwentement tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u, għaldaqstant, tilqa’ l-applikazzjoni għat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni t għall-prodotti u s-servizzi li għalihom saret applikazzjoni fil-klassijiet 16, 35, 41 u 43;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedimenti, skont l-Artikolu 87(2) tar-Regolament Nru 207/2009.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 207/2009.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/25


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2016 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fil-21 ta’ Lulju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-100/15, De Nicola vs BEI

(Kawża T-666/16 P)

(2016/C 410/35)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Ferabecoli, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet

L-appellant jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ dan l-appell u, filwaqt li temenda s-sentenza appellata, tannulla l-punti 1 u 2 tad-dispożittiv, kif ukoll il-punti 33, 46-60, 85-94, 100-106, 107-109 tal-istess sentenza;

konsegwentement, tannulla u/jew ma tapplikax id-deċiżjoni adottata fit-8 ta’ Diċembru 2014 mill-Kumitat tal-Appelli, u jekk ikun neċessarju tibgħat lura l-fajl lil dan il-kumitat, wara li tistabbilixxi l-kriterji li dan għandu jsegwi fl-adozzjoni tad-deċiżjoni l-ġdida; tikkonstata l-fastidju psikoloġiku mogħti mill-BEI għad-danni ta’ C. De Nicola, u tikkundanna lill-BEI jikkumpensa lil C. De Nicola d-danni sostnuti, kif mitluba fir-rikors promotur, jew, sussidjarjament tibgħat lura l-kawża quddiem awla oħra tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex tkun tista’, b’kulleġġ ġudikanti differenti, tiddeċiedi mill-ġdid dwar il-punti annullati, wara li titlesti l-perizja medika mitluba.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tal-21 ta’ Lulju 2016, li ċaħdet ir-rikors, ippreżentat mill-appellant, intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appelli, tat-8 ta’ Diċembru 2014, li tiċħad l-appell tiegħu kontra r-rapport ta’ evalwazzjoni għas-sena 2013, kif ukoll id-deċiżjoni tal-appellat li ma jippromwovihx. L-appellant jitlob ukoll li jiġi kkonstatat il-fastidju psikoloġiku li huwa jikkunsidra li huwa l-vittma tiegħu u l-kundanna tal-Bank għal kumpens għad-danni morali, fiżiċi u materjali li sostna.

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant isostni li t-talba ta’ konstatazzjoni ta’ fastidju psikoloġiku hija bbażata proprju fuq l-Artikolu 41 tar-Regoli għall-membri tal-Persunal tal-Bank, u li għaldaqstant ma hemmx problema ta’ kontenut u/jew ta’ suġġett li ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-qorti tal-Unjoni. F’dan ir-rigward huwa enfasizzat li l-obbligu għall-qorti tal-Unjoni li tagħti deċiżjoni dwar il-konstatazzjoni ta’ fastidju psikoloġiku hija kkonfermata mill-ġurisprudenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

L-appellant isosnti wkoll li l-kundizzjonijiet kollha previsti mill-ġurisprudenza huma sodisfatti sabiex tintlaqa’ t-talba ta’ kundanna għall-kumpens tad-danni.

L-appellant jikkontesta wkoll il-punti 46 sa 60 tas-sentenza appellata, dwar it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appelli, sa fejn din il-parti tas-sentenza hija bbażata fuq il-preżunzjoni li ma ġiex ipprovat li d-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appelli hija vvizzjata minn żball manifest ta’ evalwazzjoni.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/25


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2016 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fil-21 ta’ Lulju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-82/15, De Nicola vs BEI

(Kawża T-669/16 P)

(2016/C 410/36)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Ferabecoli, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Bank Ewropew tal-Investimenti

Talbiet

tilqa’ dan l-appell u, billi tbiddel parzjalment is-sentenza appellata, tannulla l-punt 2 tad-dispożittiv u l-punti 12, 13, 24, 55-57, 123-135, 157-165 tal-istess sentenza;

konsegwentement, tikkundanna lill-appellat għad-danni sostnuti minn C. De Nicola, kif mitlub fir-rikors promotur.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tal-21 ta’ Lulju 2016, li ċaħdet ir-rikors ippreżentat mill-appellant intiż, essenzjalment, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-4 ta’ Diċembru 2014, li permezz tagħha l-appellat ċaħad li jirrimborsah għal ċerti spejjeż mediċi, u min-naħa l-oħra, sabiex l-appellat u l-Unjoni Ewropea jiġu kkundannati jikkumpensawh għad-danni li sostna.

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jikkontesta l-evalwazzjoni li saret fis-sentenza appellata dwar il-validità xjentifika tat-terapija laser.

L-appellant barra minn hekk iqis li r-rekwiżiti dwar l-għoti ta’ danni materjali u morali huma ssodisfatti f’dan il-każ.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/26


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2016 – Digital Rights Ireland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-670/16)

(2016/C 410/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Digital Rights Ireland Ltd (Bennettsbridge, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. McGarr, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara li r-rikors huwa ammissibbli;

tiddikjara li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1250, tat-12 ta’ Lulju 2016, skont id-Direttiva Nru 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-adegwatezza tal-protezzjoni pprovduta mill-Ħarsien tal-Privatezza UE-U.S., hija żball manifest ta’ evalwazzjoni mill-Kummissjoni safein tikkonstata livell adegwat ta’ protezzjoni fl-Istati Uniti, għad-data personali, konformement mad-Direttiva 95/46/KE (1);

tiddikjara li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata b’nullità u tordna l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata dwar l-adegwatezza tal-protezzjoni pprovduta mit-Tarka tal-Privatezza tal-UE u tal-Istati Uniti (EU-US Privacy Shield)

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka għaxar motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata ma hijiex konformi mal-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46, moqri fid-dawl tal-Artikoli 7, 8 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata ma hijiex konformi mal-Artikolu 25 (6) tad-Direttiva 95/46, moqri fid-dawl tal-Artikoli 7, 8 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-362/14, Schrems.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-“prinċipji ta’ privatezza” u/jew id-“dikjarazzjonijiet u l-impenji” uffiċjali li jinsabu fl-Annessi I, III sa VII tad-deċiżjoni kkontestata ma jikkostitwixxux “impenji internazzjonali” fis-sens tal-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-dispożizzjonijiet tal-Foreign Intelligence Surveillance Act of 1978 Amendments Act of 2008 (Liġi tal-1978 dwar is-sorveljanza tas-servizzi tal-informazzjoni barranin kif emendat bil-Liġi tal-2008, iktar ’il quddiem il-“FISA Amendments Act of 2008”) jikkostitwixxu leġiżlazzjoni li tippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi li jkollhom aċċess fuq bażi ġenerali għall-kontenut tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u li għaldaqstant ma humiex konformi mal-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-dispożizzjonijiet tal-FISA Amendments Act of 2008 jikkostitwixxu leġiżlazzjoni li tippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi li jkollhom aċċess sigriet fuq bażi ġenerali għall-kontenut tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u li għaldaqstant ma humiex konformi mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li billi naqset milli tittrasponi b’mod sħiħ id-dispożizzjonijiet li jinsabu fid-Direttiva 95/46 (speċifikament l-Artikolu 28(3)), id-deċiżjoni kkontestata, abbażi tal-kontenut tagħha, naqset milli tiżgura b’mod adegwat u b’mod sħiħ id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea taħt id-dritt tal-Unjoni fejn id-data tagħhom qed tiġi ttrasferita lejn l-Istati Uniti tal-Amerika.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija inkompatibbli mal-Artikoli 7 u 8 u mal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tippermetti, jew sussidjarjament tonqos u naqset milli tissalvagwardja minn aċċess indiskriminat għall-komunikazzjonijiet elettroniċi mill-awtoritajiet barranin tal-infurzar tal-liġi, din hija invalida peress li tikser id-dritt għal privatezza, il-protezzjoni tad-data, il-libertà tal-espressjoni u l-libertà ta’ għaqda u ta’ assoċjazzjoni, kif ipprovdut taħt il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tippermetti, jew sussidjarjament tonqos u naqset milli tissalvagwardja minn aċċess indiskriminat għall-komunikazzjonijiet elettroniċi mill-awtoritajiet barranin tal-infurzar tal-liġi, u tonqos milli tipprovdi rimedju xieraq liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li d-data personali tagħhom hija aċċessata, hija tiċħad id-dritt tal-individwu għal rimedju effettiv u d-dritt għal amministrazzjoni tajba, bi ksur tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.

10.

L-għaxar motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li billi naqset milli tittrasponi b’mod sħiħ id-drittijiet li jinsabu fid-Direttiva 95/46 (speċifikament l-Artikoli 14 u 15), id-deċiżjoni kkontestata, abbażi tal-kontenut tagħha, naqset milli tiżgura b’mod adegwat u b’mod sħiħ id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea taħt id-dritt tal-Unjoni fejn id-data tagħhom qed tiġi ttrasferita lejn l-Istati Uniti tal-Amerika.


(1)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/27


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2016 – C=Holdings vs EUIPO – Trademarkers (C=commodore)

(Kawża T-672/16)

(2016/C 410/38)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: C=Holdings BV (Oldenzaal, l-Olanda) (rappreżentanti: P. Maeyaert u K. Neefs, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Trademarkers NV (Antwerp, il-Belġju)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “C=commodore” –Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 907 082 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 2585/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti u tirrinvija l-kawża quddiem il-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) u tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/28


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2016 – Wirecard vs EUIPO (mycard2go)

(Kawża T-675/16)

(2016/C 410/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wirecard AG (Aschheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Bayer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea “mycard2go” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 303 416

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 282/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat lura l-kawża quddiem il-konvenut sabiex titkompla l-proċedura ta’ reġistrazzjoni fir-rigward ta’ UM 014303416;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk esposti fl-ambitu tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009 u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/29


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2016 – Wirecard/EUIPO (mycard2go)

(Kawża T-676/16)

(2016/C 410/40)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wirecard AG (Aschheim, il-Ġermaniż) (rappreżentant: A. Bayer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “mycard2go” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 303 457

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 280/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat lura l-kawża quddiem il-konvenut sabiex titkompla l-proċedura ta’ reġistrazzjoni fir-rigward ta’ UM 014303457;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk esposti fl-ambitu tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009 u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/29


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2016 – KUKA Systems vs EUIPO (MATRIX BODY SHOP)

(Kawża T-683/16)

(2016/C 410/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: KUKA Systems GmbH (Augsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Maneth u C. Huch-Hallwachs, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MATRIX BODY SHOP” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 182 661

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 2503/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/30


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2016 – Ciarko spółka z ograniczoną odpowiedzialnością vs EUIPO – Maan (Għata għal estrazzjoni tal-kċina)

(Kawża T-684/16)

(2016/C 410/42)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ciarko spółka z ograniczoną odpowiedzialnością sp.k. (Sanok, il-Polonja) (rappreżentant: M. Żabińska, radca prawny)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Maan sp. z o.o. (Grójec, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn Komunitarju Nru 1 775 792-0002.

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 1212/2015-3.

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 25(1)(b), tal-Artikolu 4(1) u tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/30


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2016 – Jiménez Gasalla vs EUIPO (B2B SOLUTIONS)

(Kawża T-685/16)

(2016/C 410/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Carlos Javier Jiménez Gasalla (Madrid, Spanja) (rappreżentant: E. Estella Garbayo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “B2B SOLUTIONS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 016 224

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-22/07/2016, fil-Każ R 244/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Lulju 2016;

tannulla d-deċiżjoni tat-9 ta’ Diċembru 2015 mogħtija fl-ewwel istanza mill-EUIPO li permezz tagħha ntlaqa’ r-rifjut totali tat-trade mark taz’ riferiment;

temenda d-deċiżjonijiet preċedenti billi tilqa’ kompletament l-applikazzjoni għal trade mark tar-rikorrent;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u għal dawk tal-appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/31


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2016 – Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret vs EUIPO – Nadal Esteban (STYLO & KOTON)

(Kawża T-687/16)

(2016/C 410/44)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret AŞ (Istanbul, Turkija) (rappreżentanti: J. Güell Serra u E. Stoyanov Edissonov, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Joaquín Nadal Esteban (Alcobendas, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “STYLO & KOTON” – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 917 436

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-14 ta’ Ġunju 2016, fil-Każ R 1779/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna li t-trade mark inkwistjoni tiġi ddikjarata invalida mill-EUIPO;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/32


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2016 – Janssen-Cases vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-688/16)

(2016/C 410/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Mercedes Janssen-Cases (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. N. Louis u N. De Montigny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Ġunju 2016 li l-kariga ta’ Medjatur tal-Kummissjoni timtela bin-nomina ta’ kandidat ieħor u dawk li jiċħdu l-kandidatura tar-rikorrenti għal din il-kariga;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas lir-rikorrenti tal-ammont ta’ mitt elf ewro bħala kumpens għad-danni materjali u morali subiti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

L-ewwel motiv huwa ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 6(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2002)601, dwar is-servizz ta’ medjazzjoni msaħħa, safejn id-deċiżjonijiet ikkontestati ġew adottati mill-Kummissjoni meta dawn jaqgħu taħt il-kompetenza ewlenija tal-President tagħha li għandu jiddeċiedi fuq proposta tad-direttur ġenerali tad-dipartiment tar-riżorsi umani u tas-sigurtà, wara li jkun kiseb il-parir tal-kumitat tal-persunal.

2.

It-tieni motiv huwa ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 27 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali li jistabbilixxi d-dritt għall-informazzjoni u għall-konsultazzjoni tal-ħaddiema, f’dan il-każ id-dritt għall-konsultazzjoni effettiva tal-kumitat tal-persunal tal-Kummissjoni.

3.

It-tielet motiv huwa ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter imwettaq mill-Kummissjoni fil-proċeduri implementati sabiex timtela l-kariga ta’ Medjatur tal-Kummissjoni.

4.

Ir-raba’ motiv huwa ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni, il-ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ proporzjonalità u ta’ amministrazzjoni tajba.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2016 – Gemeente Eindhoven vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-370/13) (1)

(2016/C 410/46)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 274, 21.9.2013.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2016 – Indecopi vs Synergy Group

(Kawża T-446/15) (1)

(2016/C 410/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 320, 28.9.2015


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2016 – Indecopi vs EUIPO – Synergy Group (PISCO SOUR)

(Kawża T-447/15) (1)

(2016/C 410/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 30, 28.9.2015.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Almashreq Investment Fund vs Il-Kunsill

(Kawża T-463/15) (1)

(2016/C 410/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 337, 12.10.2015.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Othman vs Il-Kunsill

(Kawża T-464/15) (1)

(2016/C 410/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 337, 12.10.2015.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-465/15) (1)

(2016/C 410/51)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 337, 12.10.2015.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-466/16) (1)

(2016/C 410/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 337, 12.10.2015.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Drex Technologies vs Il-Kunsill

(Kawża T-467/15) (1)

(2016/C 410/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 337, 12.10.2015.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Souruh vs Il-Kunsill

(Kawża T-468/15) (1)

(2016/C 410/54)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 337, 12.10.2015


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Bena Properties vs Il-Kunsill

(Kawża T-469/15) (1)

(2016/C 410/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 337, 12.10.2015.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Cham vs Il-Kunsill

(Kawża T-470/15) (1)

(2016/C 410/56)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 337, 12.10.2015.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill

(Kawża T-471/15) (1)

(2016/C 410/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 337, 12.10.2015.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill

(Kawża T-705/15) (1)

(2016/C 410/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-706/15) (1)

(2016/C 410/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 38, 1.2.2016.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Souruh vs Il-Kunsill

(Kawża T-707/15) (1)

(2016/C 410/60)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Cham et Bena Properties vs Il-Kunsill

(Kawża T-708/15) (1)

(2016/C 410/61)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Almashreq Investment Fund vs Il-Kunsill

(Kawża T-709/15) (1)

(2016/C 410/62)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Drex Technologies vs Il-Kunsill

(Kawża T-710/15) (1)

(2016/C 410/63)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Othman vs Il-Kunsill

(Kawża T-711/15) (1)

(2016/C 410/64)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-714/15) (1)

(2016/C 410/65)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2016 – Sketchers USA France vs EUIPO – IM Production (Chaussures)

(Kawża T-9/16) (1)

(2016/C 410/66)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 98, 14.3.2016.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2016 – NI vs KEPD

(Kawża T-237/16) (1)

(2016/C 410/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 260, 18.7.2016


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/38


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2016 – Stepien u Animali vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-61/12) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni nazzjonali - Proposti ta’ akkredizzjoni ta’ snin ta’ servizz - Att li ma jikkawżax preġudizzju - Inammissibbiltà tar-rikors - Talba sabiex tingħata deċiżjoni mingħajr ma jiġi ddibattut il-mertu - Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura))

(2016/C 410/68)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Beata Stepien (Brussell, il-Belġju) u Mario Animali (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment D. de Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati, sussegwentement D. de Abreu Caldas, J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati, sussegwentement J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati, finalment J.-N. Louis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Baquero Cruz u D. Martin, aġenti, sussegwentement J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement G. Gattinara, aġent, finalment G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tal-proposti ta’ trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz fi ħdan il-Kummissjoni fuq il-bażi tal-kalkolu li jieħu inkunsiderazzjoni d-DĠE l-ġodda li daħlu fis-seħħ wara t-talbiet ta’ trasferiment tal-partijiet rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Beata Stepien u Mario Animali għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u huma kkundannati jbatu l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 227, 28.7.2012, p. 38


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/38


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2016 – Wille u Skovboell vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-75/12) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni nazzjonali - Proposti ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz - Att li ma jikkawżax preġudizzju - Inamissibbiltà tar-rikors - Talba għal deċiżjoni mingħajr ma tidħol fil-mertu tal-kawża - Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura”)

(2016/C 410/69)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Daniel Wille (Mouscron, il-Belġju) u Bo Skovsboell (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn D. de Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati, sussegwentement minn D. de Abreu Caldas, J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati, wara minn J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati, fl-aħħar minn J.-N. Louis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Baquero Cruz u D. Martin, aġenti, sussegwentement minn J. Currall u G. Gattinara, aġenti, wara minn G. Gattinara, aġent, fl-aħħar minn G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni dwar il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni akkwistati qabel id-dħul fis-servizz tal-Kummissjoni u ċ-ċaħda tal-ilmenti mressqa mir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Daniel Wille u Bo Skovsboell għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u huma kkundannati għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 287, 22.9.2012, p. 41.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/39


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2016 – Poniskaitis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-152/12) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali - Proposti ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz - Att li ma jikkawżax preġudizzju - Inammissibbiltà tar-rikors - Talba għal deċiżjoni mingħajr ma t-Tribunal jidħol fil-mertu tal-kawża - Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura))

(2016/C 410/70)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Jonas Poniskaitis (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn D. de Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati, sussegwentement minn D. de Abreu Caldas, J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati, sussegwentement minn J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati, fl-aħħar nett minn J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn D. Martin u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement minn J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement minn G. Gattinara, aġent, fl-aħħar nett minn G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni għall-kalkolu ta’ akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz abbażi tad-DĠI ġodda.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jonas Poniskaitis għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 71, 9.3.2013., p. 30.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/40


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2016 – Marinozzi vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-39/15) (1)

((Servizz pubbliku - Aġenti kuntrattwali - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali - Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz - Att li ma joħloqx dannu - Inammissibbiltà tar-rikors - Talba għal deċiżjoni mingħajr diskussjoni dwar il-mertu - Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura))

(2016/C 410/71)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Gabrio Marinozzi (Santo Domingo, ir-Repubblika Dominikana) (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement G. Gattinara, aġent, finalment, G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tal- proposta ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni, li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda (DGE) tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Gabrio Marinozzi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 178, 01.06.2015, p. 27.


7.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 410/40


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-6 ta’ Ġunju 2016 – Matzke vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-87/15) (1)

(2016/C 410/72)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2015, p. 43