ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 396

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
27 ta' Ottubru 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 396/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

2016/C 396/02

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2

2016/C 396/03

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

3

2016/C 396/04

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

4

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2016/C 396/05

Rapport Speċjali Nru 25/2016 — Is-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Irqajja’ tal-Art: għodda utli għad-determinazzjoni tal-eliġibbiltà ta’ art agrikola — iżda l-ġestjoni tagħha tista’ tittejjeb aktar

5

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2016/C 396/06

Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet

6


 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 396/07

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

7


 

Rettifika

2016/C 396/08

Rettifika għal-lista ta’ awtoritajiet nazzjonali maħtura skont id-dispożizzjoni tal-Artikolu 29(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 515/97 dwar assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli ( ĠU C 366, 14.12.2013 )

12


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

27.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 396/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-26 ta’ Ottubru 2016

(2016/C 396/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0925

JPY

Yen Ġappuniż

113,97

DKK

Krona Daniża

7,4385

GBP

Lira Sterlina

0,89465

SEK

Krona Żvediża

9,7368

CHF

Frank Żvizzeru

1,0838

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,0425

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,021

HUF

Forint Ungeriż

309,09

PLN

Zloty Pollakk

4,3245

RON

Leu Rumen

4,4965

TRY

Lira Turka

3,3702

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4220

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4602

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,4732

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5246

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5181

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 240,92

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,0219

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3954

HRK

Kuna Kroata

7,5010

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 213,50

MYR

Ringgit Malażjan

4,5470

PHP

Peso Filippin

52,940

RUB

Rouble Russu

68,1000

THB

Baht Tajlandiż

38,238

BRL

Real Brażiljan

3,4065

MXN

Peso Messikan

20,3468

INR

Rupi Indjan

73,0255


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


27.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 396/2


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2016/C 396/02)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bl-iskop li tgħarraf lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, dment li ċerti kundizzjonijiet ikunu ssodisfati, b’mod partikolari li tintuża biss id-denominazzjoni ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ferm f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż tal-ħruġ : Il-Greċja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : 150 sena mill-Għoti tan-Nar lill-Monasteru ta’Arkadi

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn jinkludi l-Monasteru ta’ Arkadi. Fiċ-ċentru, hemm imnaqqax il-kliem “MONASTERU TA’ ARKADI” u man-naħa tax-xellug tal-bordura ta’ ġewwa “REPUBBLIKA ELLENIKA”, bil-Grieg. Fil-parti ta’ fuq fin-naħa tal-lemin tidher is-sena ta’ ħruġ “2016” u taħt l-iskrizzjoni tan-nofs tidher palmetta (il-marka taz-Zekka tal-Greċja). Fil-parti ta’ isfel fuq il-lemin hemm imnaqqxa l-monogramma tal-artist (George Stamatopoulos).

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita jirraffigura t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu : massimu ta’ 750 000

Data tal-ħruġ : Ir-raba’ trimestru tal-2016


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


27.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 396/3


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2016/C 396/03)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż tal-ħruġ : Malta

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Ir-rwol tal-Malta Community Chest Fund fis-Soċjetà

Deskrizzjoni tad-disinn : Din il-munita hija maħsuba biex tfakkar ir-rwol tal-Malta Community Chest Fund fis-Soċjetà permezz ta’ programm għall-istudenti tal-iskejjel sekondarji bit-titolu “Mit-tfal b’solidarjetà.” Dan il-programm jidentifika r-rwol soċjali tat-tfal f’ħames oqsma differenti bl-ewwel wieħed ikun “Solidarjetà permezz tal-Imħabba”. Dan id-disinn sar mis-Sinjorina Sarah Cilia, studenta tas-sekondarja, li esprimiet din it-tema permezz ta’ żewġ idejn li jiffurmaw qalb li fiha rappreżentazzjoni tal-bandiera Maltija. Fin-naħa ta’ isfel tad-disinn hemm l-iskrizzjoni “MALTA 2016”. Fuq il-polz tax-xellug hemm rappreżentazzjonijiet stilizzati ta’ żewġ bnedmin u fuq il-polz tal-lemin hemm tnejn oħra.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu :

Data tal-ħruġ : Novembru 2016


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


27.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 396/4


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2016/C 396/04)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż tal-ħruġ : Il-Greċja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : 120 sena mit-twelid ta’ Dimitri Mitropoulos

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri ritratt ta’ Dimitri Mitropoulos fl-isfond ta’ noti mużikali. Imnaqqxin tul ix-xifer tan-naħa ta’ ġewwa fuq ix-xellug hemm il-kliem “Il-120 ANNIVERSARJU MIT-TWELID TA’ DIMITRI MITROPOULOS” u “IR-REPUBBLIKA ELLENIKA” bil-Grieg. Fin-naħa ta’ fuq fix-xellug tidher is-sena tal-ħruġ “2016” u palmetta (il-marka taz-zekka taz-Zekka Griega). Viżibbli fin-naħa t’isfel fil-lemin hemm il-monogramma tal-artist (George Stamatopoulos).

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu : massimu 750 000

Data tal-ħruġ : Ir-raba’ trimestru tal-2016


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Il-Qorti tal-Awdituri

27.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 396/5


Rapport Speċjali Nru 25/2016

“Is-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Irqajja’ tal-Art: għodda utli għad-determinazzjoni tal-eliġibbiltà ta’ art agrikola — iżda l-ġestjoni tagħha tista’ tittejjeb aktar”

(2016/C 396/05)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 25/2016 “Is-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Irqajja’ tal-Art: għodda utli għad-determinazzjoni tal-eliġibbiltà ta’ art agrikola — iżda l-ġestjoni tagħha tista’ tittejjeb aktar” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu jew mill-EU Bookshop: https://bookshop.europa.eu


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

27.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 396/6


Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet

(2016/C 396/06)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura li ġejja dwar l-għajnuna mill-Istat:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

:

Il-25 ta’ Jannar 2016

Każ Nru

:

78337

Nru tad-Deċiżjoni

:

23/16/COL

Stat tal-EFTA

:

In-Norveġja

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

:

Ir-rata żero tal-VAT għal servizzi tal-aħbarijiet elettroniċi

Bażi ġuridika

:

L-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud tad-19 ta’ Ġunju 2009, Nru 58, it-Taqsima 6-2; u r-Regolament dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud tal-15 ta’ Diċembru 2009, Nru 1540, it-Taqsima 6-2-1

Tip ta’ miżura

:

Skema

Objettiv

:

Il-pluralità u d-diversità tax-xandir

Forma tal-għajnuna

:

Ir-rata żero tal-VAT

Baġit

:

Bejn wieħed u ieħor NOK 350 miljun/sena

Tul ta’ żmien

:

Sal-1 ta’ Marzu 2022

Setturi ekonomiċi

:

Xandir tal-aħbarijiet u l-ġrajjiet kurrenti, inkluż NACE J58.1.3 (Pubblikazzjoni ta’ gazzetti) u n-NACE J60 (Attivitajiet ta’ programmar u xandir)

Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti

:

Il-Ministeru tal-Finanzi

P.O. Box 8008 Dep.

N-0030 Oslo

NORWAY

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

27.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 396/7


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2016/C 396/07)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (*)

“WEST WALES CORACLE CAUGHT SALMON”

Nru tal-KE: UK-PGI-0005-01179 – 12.11.2013

IĠP ( X ) DOP ( )

1.   Isem

“West Wales Coracle Caught Salmon”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Ir-Renju Unit

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.7. Ħut, molluski u krustaċi friski, u prodotti magħmulin minnhom

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

“West Wales Coracle Caught Salmon” huwa l-isem mogħti lill-ħut tal-ispeċi Salmo salar li nqabad bl-użu ta’ metodu tradizzjonali ta’ Wales tal-qedem imsejjaħ sajd bil-coracle.

Il-“Fresh West Wales Coracle Caught Salmon” huwa ħut ta’ lewn fiddien ileqq, b’dahar ikħal skur u tikek suwed li jinsabu fil-biċċa l-kbira ’il fuq mill-linja laterali, għalkemm il-furketta tad-denb normalment tkun bla tikek. Il-laħma hija soda b’konsistenza densa u ta’ kulur aħmar/roża distintiv u għandha riħa ta’ ħut frisk deskritt mis-sajjieda tal-coracle bħala simili għar-riħa tad-“dulliegħ”

Il-“West Wales Coracle Caught Salmon” jinqabad malli jidħol fis-sistema tax-xmara mill-baħar fl-ilmijiet baxxi u tal-marea tax-xmara qabel ma jsir karatteristikament inattiv fl-ambjent tax-xmara u r-riżervi ttiegħu jisfaw eżawriti. Il-ħut huwa frisk, b’laħam sod u muskoli żviluppati ta’ kwalità superjuri li jirriżultaw f’tessut aktar kumpatt u b’kontenut għoli ta’ proteina tal-muskoli u ta’ żejt. Għandu għamla atletika viżibilment tawwalija mingħajr depożiti xaħmija żejda, dan jirriżulta minn għawm twil fil-baħar u l-kwalità taż-żoni fejn isib jiekol waqt li jkun fil-baħar.

L-għamla u d-daqs ġenerali tal-“West Wales Coracle Caught Salmon” ivarjaw minħabba n-natura selvaġġa tagħhom, u minħabba din in-natura tiegħu dan is-salamun ma jkun fih ebda addittivi artifiċjali u/jew koloranti. Il-“West Wales Coracle Caught Salmon” huwa ta’ daqs minimu ta’ 1 kg u daqs massimu ta’ 15 kg. Għandu marki perfetti bil-qxur intatti u huma ħielsa minn tbajja’ fuq denbhom, max-xewk jew ma’ rashom. Barra minn hekk id-denb huwa aktar żviluppat u meta jkun estiż ikun konkavi u għonq id-denb huwa dejjaq bi twessigħ distint tad-denb fuq in-naħa tal-għonq. Ix-xedaq tas-salamun jestendi mhux iktar mit-tarf ta’ wara tal-għajn u s-salamun maskili jingħaraf minn “munqaru”. Billi s-sajd bil-coracle jaqbad is-salamun ħuta ħuta u mhux ħafna ħut f’salt, il-“West Wales Coracle Caught Salmon” mhuwiex suxxettibbli għal tbenġil, ħsara f’laħmu u distorsjonijiet li jistgħu jseħħu b’salamun ieħor li jkun imrobbi jew maqbud bix-xbiek tal-mitlaq. Dan jikkontribwixxi għall-kwalità tal-ikel tal-“West Wales Coracle Caught Salmon” bit-tessut tal-laħma soda u densa pristina tiegħu.

Meta jissajjar, il-“West Wales Coracle Caught Salmon” għandu togħma ħelwa qawwija distintivament “friska”, bi sfumaturi sottili żejtnija li mhumiex dominanti għall-palat u l-laħam huwa sod b’tessut dens.

Il-“West Wales Coracle Caught Salmon” huwa primarjament għall-konsum sħiħ u l-aktar li jinqabad frisk, għalkemm is-salamun jista’ jinbiegħ iffriżat

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss)

3.5.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-“West Wales Coracle Caught Salmon” irid jinqabad bl-użu ta’ metodu tradizzjonali antiki tas-sajd bil-coracle waqt l-istaġun tas-salamun li jvarja skont liema mit-tliet (3) xmajjar f’West Wales ikun qed jinqabad.

Fix-Xmara Tywi, l-istaġun tas-salamun huwa mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju

Fix-Xmara Teifi, l-istaġun tas-salamun huwa mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Awwissu

Fix-Xmara Taf, l-istaġun tas-salamun huwa mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, il-ħakk, l-ippakkjar, eċċ.:

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żoni fix-xmajjar Tywi, Taf u Teifi f’West Wales kif ġej:

—   Ix-Xmara Tywi: fil-parti tax-xmara li tinsab bejn linja immaġinarja dritta li taqsam ix-Xmara Tywi mill-istazzjon tal-ippumpjar ferrovjarju ħdejn il-fabbriki l-antiki tal-landa fin-National Grid Reference(NGR) SN 420205 u linja immaġinarja dritta li taqsam it-Tywi f’NGR SN 394137

—   Ix-Xmara Teifi: fil-parti tax-xmara li tinsab bejn il-Pont Cardigan u l-Pont Llechryd.

—   Ix-Xmara Taf: fil-parti tax-xmara li tinsab bejn il-pont tat-triq prinċipali fuq l-A477 bejn Carmarthen-Pembroke u madwar 1,6 km mal-fluss ’l isfel tax-xmara sa linja immaġinarja dritta li taqsam ix-Xmara Taf mill-Punt Wharley sal-Punt Ginst

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

L-ilma tat-Taf, it-Tywi u t-Teifi li huma xmajjar li jinsabu f’West Wales huwa ta’ kwalità għolja ħafna u jiġi mmonitorjat regolarment u rreġistrat minn Natural Resource Wales. Is-sorsi ta’ dawn ix-xmajjar jinsabu fil-qalba tal-Muntanji Cambrian jew Preseli f’żona rurali ħafna li huwa distint bil-fatt li m’hemmx industrija. Kemm ix-Xmara Tywi kif ukoll it-Teifi ġew klassifikati bħala żoni speċjali ta’ konservazzjoni (ŻSK) skont id-Direttiva Ewropea dwar il-Ħabitats u s-salamun huwa elenkat bħala karatteristika deżinjata tat-Teifi SAC. Fit-tliet xmajjar, il-livelli tat-tniġġiż huwa baxx ħafna, u dawn ingħataw status ta’ Grad “A”, li juri li x-xmajjar huma “ekosistemi naturali u jipproduċu sajd tajjeb ħafna tas-salmonidi u ċ-ċiprinidi”. Il-kwalità għolja tal-ilma tax-xmajjar u l-fatt li s-sajd bil-coracle huwa mfassal biex jaqbad il-ħut waħda waħda (u mhux ħut f’daqqa), iwasslu biex is-salamun li jinqabad mil-coracle jinqabad f’kundizzjoni pristina bla difetti u dan jikkontribwixxi għall-kwalità tiegħu meta jittiekel.

Is-sajd bil-coracle huwa metodu ta’ sajd antik maħsub għall-ħut migratorju u huwa l-uniku metodu ta’ sajd legali f’dawn ix-xmajjar ta’ Wales fejn is-salamun jista’ jinqabad u jinbigħ. Din hija sengħa u ħila artiġjanali antika, irreġistrata fis-Seklu 11, li għadha titħaddem fis-Seklu 21, u b’hekk hija “tradizzjoni ħajja”. Għalkemm dari l-coracles kienu jintużaw b’mod estensiv madwar Wales, illum il-ġurnata jintużaw esklużivament fit-Taf, fit-Tywi u fit-Teifi. Dawn it-tliet xmajjar huma l-uniċi postijiet fl-Ewropa fejn is-sajd bil-coracle għadu pprattikat. Sajjied partikolari li attwalment jistad fix-Xmara Tywi, ġej minn familja li ilha tistad bil-coracle f’din ix-xmara għal aktar minn 300 sena. Il-coracles huma dgħajjes ovali żgħar b’tavla min-naħa għall-oħra fin-nofs li tifforma siġġu. Dawn huma magħmulin bl-idejn mill-injam tal-fraxxnu u taż-żafżafa u jinħadmu qishom basket. Kull coracle iġorr sajjied wieħed u jinsaq b’moqdief b’id waħda. Is-sajd bil-coracle jinvolvi par coracles li jaħdmu flimkien, b’xibka mdendla bejniethom. Is-sajd isir prinċipalment billejl biex jipprevjeni li s-salamun jilmaħ id-dell tal-coracle jew ix-xibka ġejjin lejh, hekk kif il-ħut ikun fi triqtu lura lejn il-postijiet fejn ibejjed. Is-sajd bil-coracle huwa regolat ħafna, u jippermetti li dan it-tip ta’ sajd isir biss f’żoni ta’ ilma baxx u żoni tal-marea speċifiċi. Il-linji ta’ demarkazzjoni huma ddikjarati fl-ordinanzi tas-sajd. Is-sajjieda kollha tal-coracle iridu jkunu liċenzjati u x-xbieki tal-coracle huma koperti bil-leġiżlazzjoni.

Is-salamun jivvjaġġa lejn iż-żoni tal-bidien tul qiegħ ix-xmara ma’ tul il-kontorni tax-xmara. Dan l-għarfien ġie akkumulat mis-sajjieda tal-coracle tul sekli ta’ sajd. Ix-xbiek jitkarkar ma’ qiegħ ix-xmara bl-użu taċ-ċombini. Ix-xbiek jaqbad il-ħut fl-ewwel 18-il pulzier ’il fuq minn qiegħ ix-xmara u l-ħut li jkun qed jgħum aktar ’il fuq minn hekk ma jinqabadx. Ix-xlief tas-sufra jżomm ras ix-xbiek f’pożizzjoni arkata tħares ’il quddiem u ż-żewġ coracles iżommu ħalq ix-xbiek miftuħ. Ħila essenzjali assoċjata mas-sajd bil-coracle u l-manifattura tax-xbieki tikkonsisti f’sistema ta’ ċombini unika li permezz tagħha wieħed jagħraf l-għadd u l-piż taċ-ċombini li jridu jitwaħħlu max-xbieki tal-coracle. Is-sistema ewlenija hija kumplessa u fin-natura tagħha msejsa fuq is-serje ta’ numri Fibonacci. Hija mgħallma permezz tal-prattika u hija ħila u kapaċità li ntirtet minn ġenerazzjoni għall-oħra.

Huwa illegali li jinqabad u jinbigħ is-salamun ta’ dawn ix-xmajjar bi kwalunkwe metodu ieħor għajr is-sajd bil-coracle. Dan jgħin biex tiġi ppriżervata s-sorveljanza u tiġi żgurata t-traċċabilità tas-salamun li jinqabad bil-coracle.

L-istaġun tas-sajd bil-qasab u x-xlief (għal skopijiet ta’ sport biss) jibda u jintemm aktar tard mill-istaġun tal-coracle.

Is-salamun li jinqabad bil-qasab u x-xlief jiġi espost għat-tajn u l-ħama tax-xmara għal perjodi itwal, li jwassal biex dan il-ħut ikollu togħma aktar ta’ “ħamrija” u spiss jisfa skulurat bil-weraq li jaqa’ waqt li jkun karatteristikament mhux attiv fl-għadajjar. In-nuqqas ta’ attività tiegħu tikkontribwixxi biex ir-riżervi tal-enerġija tiegħu jiġu eżawriti.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-“West Wales Coracle Caught Salmon” huwa ħut migratorju li għandu l-kapaċità li jgħix fl-ilma ħelu tax-xmajjar u fil-baħar. Is-salamun ibid u jgħix għall-ewwel ftit snin ta’ ħajtu fit-Teifi, fit-Taf u fit-Tywi. Kmieni fir-rebbiegħa, ta’ kull sena, jemigra lejn il-baħar biex jiekol u jikber. Wara madwar sentejn (2), jerġa’ lura lejn it-tliet xmajjar ta’ West Wales fejn ikun twieled biex ibid. Il-muskolarità tkun iktar żviluppata fis-salamun selvaġġ meta mqabbel mas-salamun imrobbi minħabba d-distanza li jgħum matul il-migrazzjoni tiegħu u l-kwalità għolja taż-żoni fejn isib l-ikel waqt li jkun fil-baħar. Ir-riżervi tal-enerġija tiegħu jiġu stabbiliti meta jkun qed jiekeol fil-baħar.

It-tonalità muskolari tiżviluppa waqt l-għuma migratorja tiegħu u tirriżulta f’konsistenza kumpatta u laħma soda mingħajr depożiti xaħmija żejda. Dawn il-karatteristiċi huma ppriżervati permezz ta’ metodu ta’ sajd li jiżgura li l-ħut jinqabad fl-aqwa tiegħu, hekk kif jidħol fis-sistema tax-xmara fl-ilmijiet baxxi u tal-marea tax-xmara u qabel ma jsir karatteristikament inattiv u r-riżervi tiegħu jisfaw eżawriti fl-ambjent tax-xmara. Dan jikkontribwixxi biex il-“West Wales Coracle Caught Salmon” ikollu togħma qawwija, ħelwa u “friska” aktar distinta u tenera b’toni żejtnija sottili li mhumiex dominanti għall-palat u laħma sod b’konsistenza densa.

Ix-xbieki tal-coracle għandhom toqob tax-xibka ristrettivi ta’ mhux anqas minn 10 cm li jwasslu biex is-salamun ta’ daqs iżgħar jirnexxielu jaħrab mix-xbiek biex b’hekk tiġi żgurata s-sostenibbiltà tas-sajd bil-coracle. Għas-“Scottish Wild Salmon” tintuża xibka ristrettiva b’toqob ta’ anqas minn 9 cm u s-sajd bil-qasab u x-xlief jaf jaqbad salamun iżgħar.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn tal-prodott (għall-IĠP)

Il-bażi tal-applikazzjoni għal IĠP hija msejsa fuq il-karatteristiċi ta’ prodott uniku li l-karatteristiċi speċifiċi tiegħu huma ta’ kwalità marbuta ma’:

Il-kwalità tal-ilma ħelu fejn il-ħut ifaqqas u mbagħad jerġa’ lura għat-tkabbir

Id-distanza migratorja li l-ħut “selvaġġ” jgħum meta jkun fil-baħar

Il-kwalità għolja tal-għalf tagħhom fil-baħar — il-ħut jiekol biss waqt li jkun fil-baħar u huwa hemmhekk li r-riżervi tal-enerġija jiġu stabbiliti fil-forma ta’ proteina muskolari.

Il-fatt li s-sajd bil-Coracle huwa metodu ta’ sajd tradizzjonali uniku maħsub biex jaqbad il-ħut waħda waħda f’kundizzjoni pristina hekk kif jidħlu fis-sistema tax-xmara mill-baħar u qabel ma jonqsu r-riżervi tal-enerġija tagħhom. Billi l-ħut jinqabad f’kundizzjoni pristina tiġi żgurata l-freskezza unika tiegħu, tant li spiss tkun għadha tidher l-anoplura tal-baħar mal-ġilda tal-ħut. Is-sajjieda bil-coracle jiddeskrivu s-salamun bħala li għandu riħa distintiva ta’ “dulliegħ” frisk.

Il-fatturi msemmija hawn fuq jikkontribwixxu għall-karatteristiċi bla difetti tal-ħut li huma prodott frisk b’laħam sod u muskoli żviluppati ta’ kwalità superjuri b’kontenut għoli ta’ proteina muskolari u ta’ żejt mingħajr depożiti xaħmija żejda. Dawn il-karatteristiċi jfeġġu fil-kwalità tal-ikel meta l-ħuta tissajjar u toffri togħma distinta qawwija “friska” bi sfumaturi sottili żejtnija u togħma ta’ laħam li huwa sod b’tessut dens.

Għalkemm dari l-coracles kienu jintużaw b’mod estensiv madwar Wales, illum il-ġurnata jintużaw esklużivament fit-Taf, fit-Tywi u fit-Teifi, li huma xmajjar f’West Wales. Is-sajd bil-Coracle ilu jeżisti għal aktar minn 300 sena f’familja waħda li għadha tistad fix-Xmara Tywi.

Is-sajd bil-coracle f’Wales imur lura għas-snin 1800. Huwa jinkludi ħafna ħiliet li ilhom jintirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra, bħall-manifattura tal-coracle, il-fabbrikazzjoni tax-xbieki, l-għarfien ta’ liema żoni tal-marea għandu jsir is-sajd fihom u l-kapaċità li wieħed jaqra x-xmara u jqis fatturi bħalma huma l-fond tax-xmara, il-marea u l-kundizzjonijiet tar-riħ. Is-sajd bil-coracle jinvolvi ħiliet kbar u sewqan u navigar bi preċiżjoni filwaqt li jkollok kontroll tal-pożizzjoni tax-xibka u tibqa’ f’wiċċ l-ilma. Il-ħila hija enfasizzata mill-fatt li s-sajd bil-coracle iseħħ l-aktar billejl. Tradizzjonalment, il-coracles huma magħmulin bl-idejn mill-injam tal-fraxxnu u taż-żafżafa u jinħadmu qishom basket. Għalkemm id-disinn u l-metodu tal-manifattura tal-coracles baqgħet ma nbidlitx għal sekli sħaħ, l-iżviluppi fil-materjali moderni issa jinkoroporaw il-calico, il-kanvas u l-fibra tal-ħġieġ fil-kostruzzjoni tagħhom.

Il-“West Wales Coracle Caught Salmon” huwa prodott ta’ kwalità magħruf u huwa sinonimu mal-wirt u l-kultura alimentari ta’ din iż-żona u jintuża minn bosta koki primi u esperti tal-gastronomija. Fl-istaġun tas-sajd bil-coracle, il-ħuta regolarment tfeġġ bħala prodott staġjonali fuq il-menu fi stabbilimenti lokali magħrufa u hija mfittxija ħafna kemm min-nies tal-post kif ukoll mit-turisti. Tiġi wkoll affumikata u tintuża bħala ingredjent f’pereżempju t-terrines. Dawn il-prodotti bħalissa jinbiegħu lil ħwienet tal-ikel prestiġjużi f’Londra u madwar ir-Renju Unit.

Il-“West Wales Coracle Caught smoked Salmon” huwa attwalment mibjugħ fis-swali tal-ikel ta’ Harrods ta’ Londra u ilu jinbiegħ għal xi żmien f’Fortnum u f’Mason ta’ Londra.

Fi kliem Simon Wright, kritiku tal-ikel għall-Good Food Guide

“F’din il-parti ta’ Wales wieħed isib ħafna ikel mill-aqwa iżda ma għandi l-ebda dubju li l-‘West Wales Coracle Caught Salmon’ bit-tonalità muskolari friska superjuri u l-laħma soda tiegħu huwa l-aktar li jispikka bħala pjuttost uniku u li b’ħafna modi jiddefinixxi l-kultura tal-ikel tar-reġjun.

Dan ma jikkonċernax biss it-togħma li qatt ma ġiet imitata, imma l-istorja kollha tiegħu, it-tradizzjoni u l-istorja li jakkumpanjawh.”

Il-“West Wales Coracle Caught Salmon” meta jissajjar jew jiġi affumikat huwa rikk fit-togħma, għandu konsistenza soda densa, huwa ta’ lewn aħmar/roża skur u għandu kontenut baxx ta’ xaħam. Il-kulur madankollu jvarja xi ftit minn ħuta għall-oħra minħabba l-oriġini selvaġġa tiegħu.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

https://www.gov.uk/government/publications/protected-food-name-west-wales-coracle-caught-salmon-pgi


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(*)  Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Prlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.


Rettifika

27.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 396/12


Rettifika għal-lista ta’ awtoritajiet nazzjonali maħtura skont id-dispożizzjoni tal-Artikolu 29(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 515/97 dwar assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 366 tal-14 ta’ Diċembru 2013 )

(2016/C 396/08)

Fil-paġna 27, wara t-tabella, tiżdied:

“(LISTA B)

Il-lista ta’ awtoritajiet li għandhom aċċess għad-direttorju tal-MIK

Stat Membru

Isem l-organizzazzjoni

AT

Bundesministerium für Finanzen - Steuer- und Zollverwaltung

BE

Administration générale des Douanes et Accises

BG

Агенция ‘Митници’

CY

ΤΜΗΜΑ ΤΕΛΩΝΕΙΩΝ

CZ

Generální ředitelství cel

DE

Zollkriminalamt -ZKA-

ZFA Frankfurt am Main

ZFA Hannover

ZFA Stuttgart

ZFA Dresden

ZFA München

ZFA Essen

ZFA Hamburg

ZFA Berlin-Brandenburg

DK

SKAT

EE

Eesti Maksu- ja Tolliamet

EL

ΓΕΝΙΚΗ ΔΙΕΥΘΥΝΣΗ ΤΕΛΩΝΕΙΩΝ ΚΑΙ Ε.Φ.Κ.

ES

Departamento de aduanas e impuestos especiales

FI

Finnish Customs, Enforcement Department

FR

Service d’Analyse de Risques et de Ciblage (SARC)

Direction Nationale du Renseignement et des Enquêtes Douanières (DNRED)

Direction Régionale de Dunkerque (DRD)

Direction Régionale du Havre (DRLH)

Direction Régionale de Marseille (DRM)

Direction Régionale Pays de Loire (DRPL)

Direction Générale des Douanes et Droits Indirects (DG)

HR

CARINSKA UPRAVA REPUBLIKE HRVATSKE

IE

Mutual Assistance Unit Revenue (Irish Tax & Customs)

Revenue Commissioners

IT

Agenzia delle Dogane – Direzione Centrale Antifrode e Controlli – Ufficio Investigazioni

LT

Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

LU

Administration des douanes et accises

LV

Valsts ieņēmumu dienesta Muitas pārvalde

MT

Dwana

NL

Douane-informatiecentrum

PL

Izba Celna w Białej Podlaskiej

Izba Celna w Białymstoku

Izba Celna w Gdyni

Izba Celna w Katowicach

Izba Celna w Kielcach

Izba Celna w Krakowie

Izba Celna w Łodzi

Izba Celna w Olsztynie

Izba Celna w Opolu

Izba Celna w Poznaniu

Izba Celna w Przemyślu

Izba Celna w Rzepinie

Izba Celna w Szczecinie

Izba Celna w Warszawie

Izba Celna we Wrocławiu

Ministerstwo Finansów – Departament Kontroli Celnej, Podatkowej i Kontroli Gier

Izba Celna w Katowicach - Wydział Strategiczne Centrum Analiz Służby Celnej

PT

Autoridade Tributária e Aduaneira

RO

Agentia nationala de administrare fiscala – directia generala a vamilor

SE

Tullverket

SI

Finančna uprava Republike Slovenije

SK

Kriminálny úrad finančnej správy

Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky

UK

FELIXSTOWE

PROJECT TIGER

HM Revenue & Customs

European Commission

DG OLAF

(LISTA C)

Il-lista ta’ awtoritajiet maħtura li għandhom aċċess għad-direttorju tal-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-tranżitu

Stat Membru

Isem l-organizzazzjoni

AT

Bundesministerium für Finanzen - Steuer- und Zollverwaltung

BE

Administration générale des Douanes et Accises

BG

Агенция ‘Митници’”

CY

ΤΜΗΜΑ ΤΕΛΩΝΕΙΩΝ

CZ

Generální ředitelství cel

DE

Zollkriminalamt -ZKA-

ZFA Frankfurt am Main

ZFA Hannover

ZFA Stuttgart

ZFA Dresden

ZFA München

ZFA Essen

ZFA Hamburg

ZFA Berlin-Brandenburg

DK

SKAT

EE

Eesti Maksu- ja Tolliamet

EL

ΓΕΝΙΚΗ ΔΙΕΥΘΥΝΣΗ ΤΕΛΩΝΕΙΩΝ ΚΑΙ Ε.Φ.Κ.

ES

Departamento de aduanas e impuestos especiales

FI

Finnish Customs, Enforcement Department

FR

Service d’Analyse de Risques et de Ciblage (SARC)

Direction Nationale du Renseignement et des Enquêtes Douanières (DNRED)

Direction Régionale de Dunkerque (DRD)

Direction Régionale du Havre (DRLH)

Direction Régionale de Marseille (DRM)

Direction Régionale Pays de Loire (DRPL)

Direction Générale des Douanes et Droits Indirects (DG)

HR

CARINSKA UPRAVA REPUBLIKE HRVATSKE

IE

Mutual Assistance Unit

Revenue (Irish Tax & Customs)

Revenue Commissioners

IT

Agenzia delle Dogane – Direzione Centrale Antifrode e Controlli – Ufficio Investigazioni

LT

Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

LU

Administration des douanes et accises

LV

Valsts ieņēmumu dienesta Muitas pārvalde

MT

Dwana

NL

Douane-informatiecentrum

PL

Izba Celna w Białej Podlaskiej

Izba Celna w Białymstoku

Izba Celna w Gdyni

Izba Celna w Katowicach

Izba Celna w Kielcach

Izba Celna w Krakowie

Izba Celna w Łodzi

Izba Celna w Olsztynie

Izba Celna w Opolu

Izba Celna w Poznaniu

Izba Celna w Przemyślu

Izba Celna w Rzepinie

Izba Celna w Szczecinie

Izba Celna w Toruniu

Izba Celna w Warszawie

Izba Celna we Wrocławiu

Ministerstwo Finansów – Departament Kontroli Celnej, Podatkowej i Kontroli Gier

Izba Celna w Katowicach - Wydział Strategiczne Centrum Analiz Służby Celnej

PT

Autoridade Tributária e Aduaneira

RO

Agentia nationala de administrare fiscala – directia generala a vamilor

SE

Tullverket

SI

Finančna uprava Republike Slovenije

SK

Kriminálny úrad finančnej správy

Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky

UK

FELIXSTOWE

BF Intelligence & Analytics Team

UK_HMRC_CITEX Valuation

PROJECT TIGER

CITEX Transit UofE

HM Revenue & Customs

European Commission

DG OLAF”