ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 392

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
24 ta' Ottubru 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2016/C 392/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

Il-Qorti Ġenerali

2016/C 392/02

Elezzjoni tal-President tal-Qorti Ġenerali

2

2016/C 392/03

Elezzjoni tal-Viċi-President tal-Qorti Ġenerali

2

2016/C 392/04

Elezzjonijiet tal-Presidenti tal-Awli

2

2016/C 392/05

Kompożizzjoni tal-Awli u assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2016/C 392/06

Kawża C-374/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Lulju 2016 – Rochus Geissel bħala stralċjarju ta’ RGEX GmbH i. L. vs Finanzamt Neuss

5

2016/C 392/07

Kawża C-375/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Lulju 2016 – Finanzamt Bergisch Gladbach vs Igor Butin

6

2016/C 392/08

Kawża C-409/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fit-22 ta’ Lulju 2016 – Ypourgos Esoterikon, Ypourgos Paideias kai Thriskevmaton vs Maria-Eleni Kalliri

6

2016/C 392/09

Kawża C-415/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca do Porto (il-Portugall) fis-27 ta’ Lulju 2016 – David Fernando Leal da Fonseca vs Varzim Sol – Turismo, Jogo e Animação, SA

7

2016/C 392/10

Kawża C-419/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bolzano/Landesgericht Bozen (l-Italja) fit-28 ta’ Lulju 2016 – Sabine Simma Federspiel vs Provincia autonoma di Bolzano, Equitalia Nord SpA

8

2016/C 392/11

Kawża C-420/16 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2016 minn Balázs-Árpád Izsák u Attila Dabis mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-10 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża T-529/13, Balázs-Árpád Izsák u Attila Dabis vs Il-Kummissjoni Ewropea

8

2016/C 392/12

Kawża C-421/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-28 ta’ Lulju 2016 – Ministre des finances et des comptes publics vs Marc Lassus

9

2016/C 392/13

Kawża C-429/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Łodzi (il-Polonja) fit-2 ta’ Awwissu 2016 – Małgorzata Ciupa et vs II Szpital Miejski im. L. Rydygiera w Łodzi, attwalment Szpital Ginekologiczno Położniczy im. dr L. Rydygiera Sp. z o.o. w Łodzi

10

2016/C 392/14

Kawża C-436/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn-Areios Pagos (il-Greċja) fl-4 ta’ Awwissu 2016 – Georgios Leventis, Nikolaos Vafeias vs Malcon Navigation Co. Ltd, Brave Bulk Transport Ltd

11

2016/C 392/15

Kawża C-438/16 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2016 mill-Kummisjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-26 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża magħquda T-479/11 u T-157/12

12

2016/C 392/16

Kawża C-454/16 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2016 minn Global Steel Wire, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-12 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi magħquda T-426/10 sa T-429/16 u T-438/12 sa T-441/12, Moreda-Riviere Trefilerias et vs Il-Kummissjoni

12

2016/C 392/17

Kawża C-455/16 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2016 minn Moreda-Riviere Trefilerías, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi magħquda T-426/10 sa T-429/16 u T-438/12 sa T-441/12, Moreda-Riviere Trefilerías vs Il-Kummissjoni

13

2016/C 392/18

Kawża C-456/16 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2016 minn Trefilerías Quijano, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi magħquda T-426/10 sa T-429/16 u T-438/12 sa T-441/12, Trefilerías Quijano vs Il-Kummissjoni

14

2016/C 392/19

Kawża C-457/16 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2016 minn Global Steel Wire, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi magħquda T-426/10 sa T-429/16 u T-438/12 sa T-441/12, Moreda-Riviere Trefilerias et vs Il-Kummissjoni

14

2016/C 392/20

Kawża C-458/16 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2016 minn Trenzas y Cables de Acero PSC, S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi magħquda T-426/10 sa T-429/16 u T-438/12 sa T-441/12, Moreda-Riviere Trefilerias et vs Il-Kummissjoni

16

2016/C 392/21

Kawża C-459/16 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2016 minn Trenzas y Cables de Acero PSC, S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi magħquda T-426/10 sa T-429/16 u T-438/12 sa T-441/12, Moreda-Riviere Trefilerias et vs Il-Kummissjoni

17

2016/C 392/22

Kawża C-460/16 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2016 minn Trefilerías Quijano, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi magħquda T-426/10 sa T-429/16 u T-438/12 sa T-441/12, Moreda-Riviere Trefilerias et vs Il-Kummissjoni

18

2016/C 392/23

Kawża C-461/16 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2016 minn Moreda-Riviere Trefilerías, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi magħquda T-426/10 sa T-429/16 u T-438/12 sa T-441/12, Moreda-Riviere Trefilerías et vs Il-Kummissjoni

19

 

Il-Qorti Ġenerali

2016/C 392/24

Kawża T-219/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Ferracci vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Taxxa muniċipali fuq il-proprjetajiet immobbli — Eżenzjoni mogħtija lill-istituzzjonijiet mhux kummerċjali li jeżerċitaw attivitajiet speċifiċi — Test uniku ta’ taxxa fuq id-dħul — Eżenzjoni mit-taxxa muniċipali unika — Deċiżjoni li parzjalment tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat u parzjalment tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Rikors għal annullament — Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implementazzjoni — Interess dirett — Ammissibbiltà — Impossibbiltà assoluta ta’ rkupru — Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 — Obbligu ta’ motivazzjoni)

22

2016/C 392/25

Kawża T-471/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2016 – Xellia Pharmaceuticals u Alpharma vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-prodotti mediċinali ta’ kontra d-dipressjoni li jinkludu l-ingredjent farmaċewtiku attiv citalopram — Kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan — Kompetizzjoni potenzjali — Prodotti mediċinali ġeneriċi — Ostakoli għad-dħul fis-suq derivanti mill-eżistenza ta’ privattivi — Ftehim konkluż bejn proprjetarj ta’ privattivi u impriża ta’ ġeneriċi — Tul tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni — Drittijiet tad-difiża — Multi — Ċertezza legali — Prinċipju ta’ legalità tal-pieni)

22

2016/C 392/26

Kawża T-675/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – K Chimica vs ECHA (REACH — Ħlasijiet dovuti għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza — Tnaqqis mogħti lill-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju — Żball fid-dikjarazzjoni dwar id-daqs tal-impriża — Rakkomandazzjoni 2003/361/KE — Deċiżjoni li timponi spiża amministrattiva — Determinazzjoni tad-daqs tal-impriża — Setgħa tal-ECHA)

23

2016/C 392/27

Kawża T-17/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – U4U et vs Il-Parlament u Il-Kunsill [Dispożizzjonijiet partikolari u derogi applikabbli għall-uffiċjali assenjati f’pajjiż terz — Karriera ta’ uffiċjali li għandhom il-grad ta’ amministratur — Emenda tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni — Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 — Irregolaritajiet matul il-proċedura ta’ adozzjoni tal-atti — Nuqqas ta’ konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal u mal-organizzazzjonijiet sindakali]

24

2016/C 392/28

Kawża T-54/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2016 – Goldfish et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Is-suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż u Olandiż tal-gambli mill-Baħar tat-Tramuntana — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tal-volumi ta’ bejgħ — Ammissibbiltà tal-provi — Użu bħala prova ta’ reġistrazzjonijiet sigrieti ta’ konverżazzjonijiet telefoniċi — Evalwazzjoni tal-kapaċità kontributtiva — Ġurisdizzjoni sħiħa)

24

2016/C 392/29

Kawża T-76/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Morningstar vs Il-Kummissjoni Kompetizzjoni — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Suq dinji għal provvista tad-dejta kkonsolidata f’ħin reali — Deċiżjoni li tirrendi vinkolanti l-impenji proposti mill-impriża f’pożizzjoni dominanti — Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2004

25

2016/C 392/30

Kawża T-121/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – PT Pelita Agung Agrindustri vs Il-Kunsill [Dumping — Importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġina mill-Indoneżja — Dazju antidumping definittiv — Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Valur normali — Spejjeż tal-produzzjoni]

26

2016/C 392/31

Kawżi T-353/14 u T-17/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – L-Italja vs Il-Kummissjoni (Sistema lingwistika — Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi — Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi — Regolament Nru 1 — Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Proporzjonalità)

26

2016/C 392/32

Kawża T-456/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – TAO AFI u SFIE PE vs Il-Parlament u Il-Kunsill [Remunerazzjonijiet u pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal tal-Unjoni — Adattament annwali — Regolamenti (UE) Nri 422/2014 u 423/2014 — Irregolaritajiet matul il-proċedura ta’ adozzjoni ta’ atti — Nuqqas ta’ konsultazzjoni tal-organizzazzjonijiet sindikali]

27

2016/C 392/33

Kawża T-587/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Crosfield Italia vs ECHA (REACH — Ħlasijiet dovuti għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza — Tnaqqis mogħti lill-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju — Żball fid-dikjarazzjoni dwar id-daqs tal-impriża — Rakkomandazzjoni 2003/361/KE — Deċiżjoni li timponi spiża amministrattiva — Obbligu ta’ motivazzjoni)

28

2016/C 392/34

Kawża T-709/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2016 – Tri-Ocean Trading vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Żball ta’ evalwazzjoni)

28

2016/C 392/35

Kawża T-719/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2016 – Tri Ocean Energy vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Żball ta’ evalwazzjoni)

29

2016/C 392/36

Kawża T-755/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Herbert Smith Freehills vs Il-Kummissjoni (Aċċess għad-dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti relattivi għad-diskussjonijiet qabel l-adozzjoni tad-direttiva dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni relattiva għall-protezzjoni tal-opinjonijiet legali — Drittijiet tad-difiża — Interess pubbliku superjuri)

30

2016/C 392/37

Kawża T-796/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Philip Morris vs Il-Kummissjoni [Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti mfassla fil-kuntest tax-xogħol preparatorju għall-adozzjoni tad-Direttiva dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk u ta’ prodotti relatati — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji u tal-pariri legali — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Interess pubbliku superjuri]

30

2016/C 392/38

Kawża T-830/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settemrbu 2016 – Farahat vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Żball ta’ evalwazzjoni)

31

2016/C 392/39

Kawża T-18/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Philip Morris vs Il-Kummissjoni [Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti mfassla fil-kuntest tax-xogħol preparatorju għall-adozzjoni tad-Direttiva dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk u ta’ prodotti relatati — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Drittijiet tad-difiża — Interess pubbliku superjuri]

32

2016/C 392/40

Kawża T-57/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Trajektna luka Split vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Servizzi tal-port — Għajnuna preżunta favur l-operatur tal-laneċ Jadrolinija — Iffissar mill-awtoritajiet Kroati tat-tariffi għas-servizzi tal-port fil-port ta’ Split f’dak li jirrigwarda t-traffiku intern għal livell allegatament inqas minn dak tat-tariffi li hemm kif fil-portijiet l-oħra tal-Kroazja kif ukoll għat-traffiku internazzjonali — Operatur privat detentur ta’ konċessjoni allegatament esklużiva sabiex jopera t-terminal tal-passiġġieri fil-port ta’ Split — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat — Kunċett ta’ għajnuna — Riżorsi tal-Istat)

32

2016/C 392/41

Kawża T-146/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2016 – hyphen vs EUIPO – Skylotec (Rappreżentazzjoni ta’ poligonu) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta poligonu — Użu ġenwin tat-trade mark — Il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1), u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Forma li hija differenti imma biss fir-rigward ta’ ċerti elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv]

33

2016/C 392/42

Kawża T-152/15 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2016 – Il-Kummissjoni vs Kakol (Appell — Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Kompetizzjoni ġenerali — Nuqqas ta’ ammissjoni ta’ kandidat — Nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ diploma — Ammissjoni għal kompetizzjoni preċedenti — Kundizzjonijiet ta’ kompetizzjonijiet simili — Obbligu ta’ motivazzjni)

34

2016/C 392/43

Kawża T-159/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2016 – Puma vs EUIPO – Gemma Group (Disinn ta’ felin jaqbeż) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta felin jaqbeż — Trade marks figurattivi internazzjonali preċedenti li jirrappreżentaw felin jaqbeż — Raġuni relattiva għal rifjut — Amministrazzjoni tajba — Prova tar-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

34

2016/C 392/44

Kawża T-207/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – National Iranian Tanker Company vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar tal-fondi — Awtorità ta’ res judicata — Dritt għal rimedju effettiv — Żball ta’ evalwazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għall-proprjetà — Proporzjonalità)

35

2016/C 392/45

Kawża T-358/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Arrom Conseil vs EUIPO – Puig France (Roméo has a Gun by Romano Ricci) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiv Romeo has a Gun by Romano Ricci — Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti NINA RICCI u RICCI — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Teħid ta’ vantaġġ indebitu mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti — Dannu għar-reputazzjoni — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009)

36

2016/C 392/46

Kawża T-371/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Lulju 2016 – Preferisco Foods vs EUIPO – Piccardo & Savore’ (PREFERISCO) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea PREFERISCO — Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea I PREFERITI — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

36

2016/C 392/47

Kawża T-390/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali fit-13 ta’ Settembru 2016 – Perfetti Van Melle Benelux vs EUIPO [Trade mark tal-Unjoni Ew ropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea 3D — Trade marks verbali u figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea verbale 3D’S u 3D’s — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

37

2016/C 392/48

Kawża T-408/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2016 – Globo Comunicação e Participações vs EUIPO (trade mark awdjo) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark awdjo — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009]

38

2016/C 392/49

Kawża T-410/15 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2016 – Pohjanmäki vs Il-Kunsill (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2013 — Rwoli rispettivi tal-Awtorità tal-Ħatra u tal-KKP — Assenza ta’ rapporti ta’ evalwazzjoni — Nuqqas ta’ konsultazzjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni mill-membri tal-KKP — Kompatibbiltà tal-funzjonijiet ta’ relatur fi ħdan il-KKP u ta’ ex evalwatur — Ugwaljanza fit-trattament — Obbligu ta’ motivazzjoni)

38

2016/C 392/50

Kawża T-453/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Trinity Haircare vs EUIPO – Advance Magazine Publishers (VOGUE) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea VOGUE — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Karattru distintiv — Artikolu 52(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Mala fides — Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009]

39

2016/C 392/51

Kawża T-479/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Settembru 2016 – Lotte vs EUIPO – Kuchenmeister (KOALA LAND) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea KOALA LAND — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti KOALA — Ċaħda parzjali tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Użu ġenwin — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009]

39

2016/C 392/52

Kawża T-557/15 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2016 – De Esteban Alonso vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal — Talba għal assistenza — Proċeduri kriminali quddiem qorti nazzzjonali — Deċiżjoni tal-istituzzjoni li tikkostitwixxi ruħha bħala parti ċivili — Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza bħala manifestament infondat — Irregolaritajiet proċedurali — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal)

40

2016/C 392/53

Kawża T-563/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta Settembru 2016 – Paglieri Sell System vs EUIPO (APOTEKE) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva APOTEKE — Raġuni assoluta għal rifjut — Natura deskrittiva — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009]

41

2016/C 392/54

Kawża T-424/16: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2016 – Gifi Diffusion vs EUIPO – Crocs (Footwear)

41

2016/C 392/55

Kawża T-442/16: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2016 – Šroubárna Ždánice vs Il-Kunsill

42

2016/C 392/56

Kawża T-459/16: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2016 – Spanja vs Il-Kummissjoni

42

2016/C 392/57

Kawża T-462/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2016 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

43

2016/C 392/58

Kawża T-463/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2016 – Il-Portugall vs Il-Kummisjsoni

44

2016/C 392/59

Kawża T-619/16: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2016 – Sicignano vs EUIPO – Inprodi (GiCapri a giacchett’e capri)

45

2016/C 392/60

Kawża T-621/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2016 – České dráhy vs Il-Kummissjoni

46

2016/C 392/61

Kawża T-627/16: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2016 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

47

2016/C 392/62

Kawża T-631/16: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2016 – Remag Metallhandel u Jaschinsky vs Il-Kummissjoni

47

2016/C 392/63

Kawża T-638/16: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2016 – Deichmann vs EUIPO – Vans (Rappreżentazzjoni ta’ strixxa mal-ġenb ta’ żarbuna)

48

2016/C 392/64

Kawża T-640/16: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2016 – GEA Group vs Il-Kummissjoni

49

2016/C 392/65

Kawża T-642/16: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2016 – Iame vs EUIPO – Industrie Aeronautiche Reggiane (Parilla)

50


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2016/C 392/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 383, 17.10.2016

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 371, 10.10.2016

ĠU C 364, 3.10.2016

ĠU C 350, 26.9.2016

ĠU C 343, 19.9.2016

ĠU C 335, 12.9.2016

ĠU C 326, 5.9.2016

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti Ġenerali

24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/2


Elezzjoni tal-President tal-Qorti Ġenerali

(2016/C 392/02)

Fil-laqgħa tal-20 ta’ Settembru 2016, l-Imħallfin tal-Qorti Ġenerali eleġġew, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(1) tar-Regoli tal-Proċedura, lill-Imħallef M. Jaeger bħala President tal-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill-20 ta’ Settembru 2016 sal-31 ta’ Awwissu 2019.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/2


Elezzjoni tal-Viċi-President tal-Qorti Ġenerali

(2016/C 392/03)

Fil-laqgħa tal-20 ta’ Settembru 2016, l-Imħallfin tal-Qorti Ġenerali eleġġew, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(4) tar-Regoli tal-Proċedura, lill-Imħallef M. van der Woude bħala Viċi-President tal-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill-20 ta’ Settembru 2016 sal-31 ta’ Awwissu 2019.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/2


Elezzjonijiet tal-Presidenti tal-Awli

(2016/C 392/04)

Fil-21 ta’ Settembru 2016, il-Qorti Ġenerali, skont l-Artikolu 18 tar-Regoli tal-Proċedura, eleġġiet lil I. Pelikánová, M. Prek, S. Frimodt Nielsen, H. Kanninen, D. Gratsias, G. Berardis, V. Tomljenović, A. M. Collins u S. Gervasoni, bħala Presidenti tal-awli komposti minn tliet imħallfin u tal-awli komposti minn ħames imħallfin għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2016 sal-31 ta’ Awwissu 2019.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/2


Kompożizzjoni tal-Awli u assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli

(2016/C 392/05)

Fil-21 ta’ Settembru 2016, il-Qorti Ġenerali, komposta minn 44 Imħallef, iddeċidiet li tikkostitwixxi fi ħdanha sitt Awli komposti minn ħames Imħallfin, b’kompożizzjonijiet b’ħames Imħallfin u bi tliet Imħallfin, assejnati f’żewġ sotto-kulleġġi ġudikanti u tliet Awli komposti minn erba’ Mħallfin, b’kompożizzjonijiet b’ħames Imħallfin u bi tliet Imħallfin, assejnati fi tliet sotto-kulleġġi ġudikanti għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2016 sal-31 ta’ Awwissu 2019 u, fis-26 ta’ Settembru 2016, u b’konsegwenza ta’ dan li tassenjalhom l-Imħallfin għall-perijodu mis-26 ta’ Settembru 2016 sal-31 ta’ Awwissu 2019 kif ġej:

L-Ewwel Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

I. Pelikánová, President tal-Awla, V. Valančius, P. Nihoul, J. Svenningsen u U. Öberg, Imħallfin.

L-Ewwel Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

I. Pelikánová, President tal-Awla;

(a)

P. Nihoul u J. Svenningsen, Imħallfin;

(b)

V. Valančius u U. Öberg, Imħallfin.

It-Tieni Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

M. Prek, President tal-Awla, E. Buttigieg, F. Schalin, B. Berke u M. H. Costeira, Imħallfin.

It-Tieni Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

M. Prek, President tal-Awla;

(a)

F. Schalin u M. H. Costeira, Imħallfin;

(b)

E. Buttigieg u B. Berke, Imħallfin.

It-Tielet Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

S. Frimodt Nielsen, President tal-Awla, V. Kreuschitz, I. S. Forrester, N. Półtorak u E. Perillo, Imħallfin.

It-Tielet Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

S. Frimodt Nielsen, President tal-Awla;

(a)

I. S. Forrester u E. Perillo, Imħallfin;

(b)

V. Kreuschitz u N. Półtorak, Imħallfin.

Ir-Raba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

H. Kanninen, President tal-Awla, J. Schwarcz, C. Iliopoulos, L. Calvo-Sotelo Ibáñez-Martín u I. Reine, Imħallfin.

Ir-Raba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

H. Kanninen, President tal-Awla;

(a)

J. Schwarcz u C. Iliopoulos, Imħallfin;

(b)

L. Calvo-Sotelo Ibáñez-Martín u I. Reine, Imħallfin.

Il-Ħames Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

D. Gratsias, President tal-Awla, I. Labucka, A. Dittrich, I. Ulloa Rubio u P. G. Xuereb, Imħallfin.

Il-Ħames Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

D. Gratsias, President tal-Awla;

(a)

A. Dittrich u P. G. Xuereb, Imħallfin;

(b)

I. Labucka u I. Ulloa Rubio, Imħallfin.

It-Sitt Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

G. Berardis, President tal-Awla, S. S. Papasavvas, D. Spielmann, Z. Csehi u O. Spineanu-Matei, Imħallfin.

It-Sitt Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

G. Berardis, President tal-Awla;

(a)

S. S. Papasavvas u O. Spineanu-Matei, Imħallfin;

(b)

D. Spielmann u Z. Csehi, Imħallfin.

Is-Seba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

V. Tomljenović, President tal-Awla, M. Kancheva, E. Bieliūnas, A. Marcoulli u A. Kornezov, Imħallfin.

Is-Seba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

V. Tomljenović, President tal-Awla;

(a)

E. Bieliūnas u A. Kornezov, Imħallfin;

(b)

E. Bieliūnas u A. Marcoulli, Imħallfin;

(c)

A. Marcoulli u A. Kornezov, Imħallfin.

It-Tmien Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

A. Collins, President tal-Awla, M. Kancheva, L. Madise, R. Barents u J. Passer, Imħallfin.

It-Tmien Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

A. Collins, President tal-Awla;

(a)

R. Barents u J. Passer, Imħallfin;

(b)

M. Kancheva u R. Barents, Imħallfin;

(c)

M. Kancheva u J. Passer, Imħallfin.

Id-Disa’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

S. Gervasoni, President tal-Awla, E. Bieliūnas, L. Madise, R. da Silva Passos u K. Kowalik-Bańczyk, Imħallfin.

Id-Disa’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

S. Gervasoni, President tal-Awla;

(a)

L. Madise u R. da Silva Passos, Imħallfin;

(b)

L. Madise u K. Kowalik-Bańczyk, Imħallfin;

(c)

R. da Silva Passos u K. Kowalik-Bańczyk, Imħallfin.

It-tliet Awli komposti minn erba’ Mħallfin ser ikollhom kompożizzjoni b’ħames Imħallfin biż-żieda ta’ Mħallef minn waħda miż-żewġ awli l-oħra komposti minn erba’ Mħallfin, bl-esklużjoni tal-President tal-Awla, maħtur għal sena skont l-ordni prevista fl-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura. Is-Seba’ Awla ser tkun għalhekk estiża biż-żieda ta’ Mħallef mit-Tmien Awla, it-Tmien Awla biż-żieda ta’ Mħallef mid-Disa’Awla u d-Disa’Awla biż-żieda ta’ Mħallef mis-seba’Awla.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Lulju 2016 – Rochus Geissel bħala stralċjarju ta’ RGEX GmbH i. L. vs Finanzamt Neuss

(Kawża C-374/16)

(2016/C 392/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Rochus Geissel bħala stralċjarju ta’ RGEX GmbH i. L.

Konvenut: Finanzamt Neuss

Domandi preliminari

1)

Fattura meħtieġa għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis skont l-Artikolu 168(a) flimkien mal-Artikolu 178(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), tkun tindika l-“indirizz sħiħ” fis-sens tal-Artikolu 226(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, jekk il-fornitur jindika, fil-fattura maħruġa għall-provvista pprovduta, indirizz fejn jista’ jiġi kkuntattjat, iżda fejn ma titwettaq ebda attività ekonomika?

2)

L-Artikolu 168(a) flimkien mal-Artikolu 178(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività, jipprekludu prassi nazzjonali li tieħu inkunsiderazzjoni l-bona fide tal-benefiċjajru tal-provvista fir-rigward tal-osservanza tal-kundizzjonijiet applikabbli għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa biss barra mill-proċedura ta’ stima tat-taxxa, fil-kuntest ta’ proċedura separata ta’ ekwità? L-Artikolu 168(a) flimkien mal-Artikolu 178(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, jistgħu jiġu invokati?


(1)  ĠU L 347, p. 1


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Lulju 2016 – Finanzamt Bergisch Gladbach vs Igor Butin

(Kawża C-375/16)

(2016/C 392/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Bergisch Gladbach

Konvenut: Igor Butin

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 226(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) jeżiġi li jiġi indikat indirizz tal-persuna taxxabbli li fih din tal-aħħar teżerċita l-attivitajiet ekonomiċi tagħha?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

a)

L-indikazzjoni ta’ indirizz li jikkorrispondi għal sempliċi kaxxa postali hija biżżejjed biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 226(5) tad-Direttiva 2006/112?

b)

Liema indirizz għandha tindika fuq il-fattura persuna taxxabbli li topera impriża (fil-kummerċ elettroniku, pereżempju) u li ma għandhiex bini kummerċjali?

3)

Fil-każ li r-rekwiżiti formali applikabbli għall-fattura skont l-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112 ma jiġux issodisfatti, it-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa għandu dejjem jingħata meta ma jkunx hemm frodi fiskali jew meta l-persuna taxxabbli ma kinitx taf u ma setgħetx tkun taf li hija kienet involuta fi frodi, jew il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi titlob f’dan il-każ li l-persuna taxxabbli tkun għamlet dak kollu li seta’ jkun raġonevolment mistenni minnha sabiex tivverifika l-awtentiċità tal-indikazzjonijiet li jinsabu fil-fattura?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fit-22 ta’ Lulju 2016 – Ypourgos Esoterikon, Ypourgos Paideias kai Thriskevmaton vs Maria-Eleni Kalliri

(Kawża C-409/16)

(2016/C 392/08)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ypourgos Esoterikon, Ypourgos Paideias kai Thriskevmaton

Konvenuta: Maria-Eleni Kalliri

Domanda preliminari

L-Artikolu 1(1) tad-Digriet Presidenzjali 90/2003, li emenda l-Artikolu 2(1) tad-Digriet Presidenzjali 4/1995 u li permezz tiegħu l-kandidati ċivili għall-Iskejjel għal Uffiċjali u għal Aġenti tal-Pulizija tal-Akkademja tal-Pulizija għandhom, fost rekwiżiti oħra, “ikollhom tul (irġiel u nisa) tal-inqas ta’ 1 metru u 70 ċentimetru”, huwa kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 76/207/KΕE, (1) 2002/73/KE (2) u 2006/54/KE (3) li jipprojbixxu kwalunkwe diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq is-sess f’dak li jikkonċerna l-aċċess għax-xogħol, għat-taħriġ u għall-promozzjoni professjonali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur pubbliku (ħlief jekk tali trattament fil-fatt differenti jkun dovut għal fatturi oġġettivament iġġustifikati u li ma huma relatati ma ebda diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, u ma jkunx imur lil hinn minn dak li huwa adegwat u neċessarju għall-finijiet li jintlaħaq l-għan ta’ tali miżura).


(1)  Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE, tad-9 ta’ Frar 1976, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 5, Vol. 1, p. 187).

(2)  Direttiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward ta’ aċċess għall-impjieg, taħriġ professjonali u promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 5, Vol. 4, p. 255).

(3)  Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU 2006, L 204, p. 23).


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca do Porto (il-Portugall) fis-27 ta’ Lulju 2016 – David Fernando Leal da Fonseca vs Varzim Sol – Turismo, Jogo e Animação, SA

(Kawża C-415/16)

(2016/C 392/09)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca do Porto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: David Fernando Leal da Fonseca

Konvenuta: Varzim Sol – Turismo, Jogo e Animação, SA

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tal-Artikoli 5 tad-Direttiva 93/104/KE (1) u tad-Direttiva 2003/88/KE (2), kif ukoll tal-Artikolu 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fil-każ ta’ ħaddiema li ħadmu bix-shift u bi ġranet ta’ mistrieħ b’rotazzjoni, fi stabbiliment li jopera fil-ġranet kollha tal-ġimgħa iżda li ma joperax b’mod kontinwu matul 24 siegħa kuljum, il-ġurnata ta’ mistrieħ obbligatorja li għaliha l-ħaddiem għandu dritt għandha tiġi permessa neċessarjament f’kull perijodu ta’ seba’ ġranet, jiġifieri, mill-inqas fis-seba’ ġurnata sussegwenti għas-sitt ġranet ta’ xogħol konsekuttivi?

2)

L-interpretazzjoni li fir-rigward ta’ dawn il-ħaddiema l-persuna li timpjega għandha libertà li tagħżel il-ġranet fejn tagħti lill-ħaddiem, ta’ kull ġimgħa, il-mistrieħ li għalih dan għandu dritt, fejn jista’ jirriżulta li l-ħaddiem ikun obbligat, mingħajr remunerazzjoni għal xogħol supplimentari, li jaħdem sa għaxar ġranet konsekuttivi, hija konformi ma’ dawn id-direttivi?

3)

Interpretazzjoni fis-sens li l-perijodu ta’ 24 siegħa ta’ mistrieħ mingħajr interruzzjoni jista’ jseħħ fi kwalunkwe ġurnata kalendarja f’perijodu speċifiku ta’ seba’ ġranet kalendarji u l-perijodu ta’ 24 siegħa ta’ mistrieħ mingħajr interruzzjoni (li magħhom għandhom jingħaddu 11-il siegħa ta’ mistrieħ kuljum) sussegwenti jista’ jseħħ ukoll fi kwalunkwe ġurnata kalendarja tal-perijodu ta’ seba’ ġranet kalendarji immedjatament sussegwenti għal dak preċedenti, hija konformi ma’ dawn id-direttivi u dispożizzjonijiet?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE, tat-23 ta’ Novembru 1993, dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 197).

(2)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bolzano/Landesgericht Bozen (l-Italja) fit-28 ta’ Lulju 2016 – Sabine Simma Federspiel vs Provincia autonoma di Bolzano, Equitalia Nord SpA

(Kawża C-419/16)

(2016/C 392/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Bolzano/Landesgericht Bozen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sabine Simma Federspiel

Konvenuta: Provincia autonoma di Bolzano, Equitalia Nord SpA

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2(1)(c) tad-Direttiva 75/363/KE (1), kif emendata bid-Direttiva 82/76/KEE (2), u l-anness iċċitat magħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li regola tad-dritt intern, bħal dik applikabbli fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-għoti tar-remunerazzjoni intiża għat-tobba li jkunu qed jispeċjalizzaw għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ impenn tat-tabib benefiċjarju li jwettaq tal-inqas ħames snin servizz fis-servizz sanitarju pubbliku tal-Provinċja Awtonoma ta’ Bolzano mhux iktar tard minn għaxar snin li għandhom jiddekorru mid-data ta’ kisba tal-ispeċjalizzazzjoni, u li, f’każ ta’ inosservanza totali ta’ dan l-obbligu, tippermetti espressament lill-Provinċja Awtonoma ta’ Bolzano, organu li jiffinanzja r-remunerazzjoni, li tikseb il-ħlas lura ta’ ammont sa 70 % tal-allowance mogħtija, minbarra l-interessi legali kkalkolati mill-mument li fih l-amministrazzjoni tkun ħallset il-kontribuzzjonijiet individwali?

2)

Fil-każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda, il-prinċipju ta’ moviment liberu tal-ħaddiema skont l-Artikolu 45 TFUE jipprekludi regola tad-dritt intern, bħal dik applikabbli fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-għoti tar-remunerazzjoni intiża għat-tobba li jkunu qed jispeċjalizzaw għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ impenn tat-tabib benefiċjarju li jwettaq tal-inqas ħames snin servizz fis-servizz sanitarju pubbliku tal-Provinċja Awtonoma ta’ Bolzano mhux iktar tard minn għaxar snin li għandhom jiddekorru mid-data ta’ kisba tal-ispeċjalizzazzjoni, u li, f’każ ta’ inosservanza totali ta’ dan l-obbligu, tippermetti espressament lill-Provinċja Awtonoma ta’ Bolzano, organu li jiffinanzja r-remunerazzjoni, li tikseb il-ħlas lura ta’ ammont sa 70 % tal-allowance mogħtija, minbarra l-interessi legali kkalkolati mill-mument li fih l-amministrazzjoni tkun ħallset il-kontribuzzjonijiet individwali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 75/363/KEE, tas-16 ta’ Ġunju 1975, intiża għall-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-attivitajiet tat-tabib (ĠU L 167, p. 14).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 82/76/KEE, tas-26 ta’ Jannar 1982, li temenda d-Direttiva 75/362/KEE intiża għar-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali fil-mediċina, inklużi l-miżuri biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tad-dritt tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, kif ukoll id-Direttiva 75/363/KEE intiża għall-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-attivitajiet tat-tabib (ĠU L 43, p. 21).


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/8


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2016 minn Balázs-Árpád Izsák u Attila Dabis mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-10 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża T-529/13, Balázs-Árpád Izsák u Attila Dabis vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-420/16 P)

(2016/C 392/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Appellanti: Balázs Árpád Izsák u Attila Dabis (rappreżentant: D. Sobor, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, l-Ungerija, ir-Repubblika Ellenika, ir-Rumanija u r-Repubblika Slovakka

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża T-529/13 u, skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,

prinċipalment, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4975 finali, tal-25 ta’ Lulju 2013, li tirrifjuta li tirreġistra l-proposta kontenzjuża, li l-annullament tagħha kien intalab mill-appellanti fir-rikors promotur, u tiddeċiedi definittivament il-kawża.

sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-istat tal-kawża ma jippermettix li din tiġi deċiża definittivament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċidiha.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom l-appellanti jinvokaw l-aggravji li ġejjin:

1.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta u tal-Artikolu 92(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, speċjalment fid-dawl tan-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ informazzjoni fir-rigward tal-oneru tal-prova, sa fejn, fl-opinjoni tal-appellanti, qabel ma tat is-sentenza l-Qorti Ġenerali ma informatx lill-partijiet fil-kawża li hija kienet tqis li ċ-ċirkustanza li l-implementazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni, kemm fl-Unjoni kif ukoll fl-Istati Membri, kienet thedded il-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjuni b’minoranza nazzjonali, u li l-karatteristiċi etniċi, kulturali, reliġjużi jew lingwistiċi speċifiċi ta’ reġjuni b’minoranza nazzjonali jistgħu jitqiesu bħala żvantaġġ demografiku gravi u permanenti, fis-sens tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 174 TFUE tikkostitwixxi fatt li għandu jiġi pprovat matul il-kawża.

2.

It-tieni aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 11(4) TUE u tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1) Ewropea, sa fejn, fl-opinjoni tal-appellanti, l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropea li hija s-suġġett tal-kawża kienet konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(4) TUE, peress li l-organizzaturi kienu ppreżentawha fir-rigward ta’ kwistjoni fejn iqisu li huwa meħtieġ att legali tal-Unjoni għall-implementazzjoni tat-Trattati, u l-Kummissjoni Ewropea kellha l-kompetenza sabiex tippreżenta l-proposta korrispondenti. Barra minn hekk, l-appellanti jiddikjaraw li l-Kummissjoni tista’ tiċħad ir-reġistrazzjoni ta’ proposta ta’ inizjattiva taċ-ċittadini minħabba nuqqas ta’ kompetenza biss jekk dan in-nuqqas ta’ kompetenza jkun manifest.

3.

It-tielet aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(2)(c) TFUE u tal-Artikolu 174 TFUE, sa fejn it-tielet paragrafu tal-Artikolu 174 TFUE jipprevedi bħala eżempju ċ-ċirkustanzi li jippresupponu żvantaġġi naturali jew demografiċi serji u permanenti li abbażi tagħhom il-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni għandha tagħti “attenzjoni partikolari” lil reġjun.

4.

Ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 7 TFUE, tal-Artikolu 167 TFUE, tal-Artikolu 3(3) TUE, tal-Artikolu 22 tal-Karta u tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni, sa fejn l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropea li hija s-suġġett tal-kawża tiffavorixxi l-koerenza bejn il-politika u l-azzjonijiet tal-Unjoni prevista fl-Artikolu 7 TFUE billi tinkoraġġixxi t-teħid inkunsiderazzjoni tad-diversità kulturali u ż-żamma tagħha fil-kuntest tal-politika ta’ koezjoni.


(1)  Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 2011, dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (ĠU 2011, L 65, p. 1).


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-28 ta’ Lulju 2016 – Ministre des finances et des comptes publics vs Marc Lassus

(Kawża C-421/16)

(2016/C 392/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministre des finances et des comptes publics

Konvenut: Marc Lassus

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 90/434/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprojbixxu, fil-każ ta’ tranżazzjoni ta’ skambju ta’ titoli li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva, mekkaniżmu ta’ differiment tat-taxxa li, b’deroga mir-regola li l-fatt li jiġġenera t-tassazzjoni ta’ qligħ kapitali jseħħ fis-sena li fih isir dan il-qligħ, qligħ kapitali fuq l-iskambju huwa kkonstatat u mħallas mat-tranżazzjoni ta’ skambju ta’ titoli u huwa intaxxat fis-sena li fih iseħħ l-avveniment li jtemm id-differiment tat-taxxa, li jista’ jkun b’mod partikolari t-trasferiment ta’ titoli riċevuti fil-mument tal-iskambju?

2)

Anki jekk jiġi preżunt li huwa taxxabbli, qligħ kapitali fuq l-iskambju jista’ jiġi intaxxat mill-Istat li għandu s-setgħa li jintaxxa fil-mument tat-tranżazzjoni ta’ skambju, minkejja li t-trasferiment tat-titoli riċevuti fl-okkażjoni ta’ dan l-iskambju taqa’ taħt il-kompetenza fiskali ta’ Stat Membru ieħor?

3)

Fil-każ li r-risposta għad-domandi preċedenti tkun li d-Direttiva ma tipprekludix li l-qligħ kapitali li jirriżulta minn skambju ta’ titoli huwa intaxxat fil-mument tat-trasferiment ulterjuri tat-titoli riċevuti fil-mument tal-iskambju, inkluż meta ż-żewġ tranżazzjonijiet ma jaqgħux taħt il-kompetenza fiskali tal-istess Stat Membru, jista’ l-Istat Membru li fih il-qligħ kapitali fuq l-iskambju ġie ddifferit jintaxxa l-qligħ kapitali ddifferit fil-mument ta’ dan it-trasferiment, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-ftehim bilaterali dwar it-taxxa doppja applikabbli, irrispettivament mir-riżultat tat-trasferiment meta dan ir-riżultat huwa wieħed ta’ telf? Din id-domanda hija magħmula kemm fir-rigward tad-Direttiva tat-23 ta’ Lulju 1990 kif ukoll fir-rigward tal-libertà ta’ stabbiliment iggarantit mill-Artikolu 43 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li sar l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, meta persuna taxxabbli residenti għall-finijiet tat-taxxa fi Franza fil-mument tat-tranżazzjoni ta’ skambju u fil-mument tat-tranżazzjoni ta’ trasferiment ta’ titoli tkun tista’ tibbenefika, fiċ-ċirkustanzi mfakkra fil-punt 4 ta’ din id-deċiżjoni, minn kreditu ta’ taxxa fuq it-telf li jirriżulta mit-trasferiment.

4)

Fil-każ li r-risposta għad-domanda 3 tkun li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni t-telf fuq it-trasferiment tat-titoli riċevuti fil-mument tal-iskambju, l-Istat Membru fejn sar il-qligħ kapitali fuq l-iskambju għandu jnaqqas dan it-telf li jirriżulta mit-trasferiment mill-qligħ kapitali jew għandu, peress li t-trasferiment ma jaqax taħt il-kompetenza fiskali tiegħu, jirrinunzja milli jintaxxa l-qligħ kapitali fuq l-iskambju?

5)

Fil-każ li r-risposta għad-domanda 4 tkun li hemm lok li t-telf li jirriżulta mit-trasferiment għandu jitnaqqas mill-qligħ kapitali fuq l-iskambju, liema prezz għandu jinżamm għall-akkwist tat-titoli ttrasferiti sabiex jiġi kkalkolat dan it-telf li jirriżulta mit-trasferiment? B’mod partikolari, hemm lok li jintuża bħala l-prezz tal-akkwist għal kull unità għat-titoli ttrasferiti l-valur totali tat-titoli fil-kumpannija riċevuti fl-iskambju, hekk kif indikat fid-dikjarazzjoni ta’ qligħ kapitali, diviż bin-numru ta’ dawn it-titoli riċevuti fil-mument tal-iskambju, jew għandu jintuża prezz tal-akkwist medju ponderat, li jinkludi wkoll tranżazzjonijiet li jseħħu wara l-iskambju, bħal akkwisti oħra ulterjuri jew distribuzzjoni b’xejn ta’ titoli tal-istess kumpannija?


(1)  Direttiva tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti tal-attivi u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 142).


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Łodzi (il-Polonja) fit-2 ta’ Awwissu 2016 – Małgorzata Ciupa et vs II Szpital Miejski im. L. Rydygiera w Łodzi, attwalment Szpital Ginekologiczno Położniczy im. dr L. Rydygiera Sp. z o.o. w Łodzi

(Kawża C-429/16)

(2016/C 392/13)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Łodzi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Małgorzata Ciupa et

Konvenut: II Szpital Miejski im. L. Rydygiera w Łodzi, attwalment Szpital Ginekologiczno Położniczy im. dr L. Rydygiera Sp. z o.o. w Łodzi

Domanda preliminari

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/59/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li timpjega, li timpjega tal-inqas 20 ħaddiem u li għandha l-intenzjoni tinnotifika t-terminazzjoni tal-kundizzjonijiet kuntrattwali fir-rigward ta’ ħaddiema li n-numru tagħhom jikkorrispondi ma’ dak iddefinit fl-Artikolu 1(1) tal-ustawa o szczególnych zasadach rozwiązywania z pracownikami stosunków pracy z przyczyn niedotyczących pracowników (liġi Pollakka dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għat-terminazzjoni ta’ relazzjonijiet tax-xogħol ma’ ħaddiema għal raġunijiet mhux attribwibbli għall-ħaddiema), tat-13 ta’ Marzu 2003 (Dz.U. 2003, Nru 90, intestatura 844, kif emendata), għandha l-obbligu li timplementa l-proċeduri previsti fl-Artikoli 2, 3, 4 u 6 ta’ dik il-liġi; fi kliem ieħor, dan l-obbligu jikkonċerna s-sitwazzjonijiet previsti:

1.

fl-Artikolu 24113(2), moqri flimkien mal-Artikolu 2418(2) u mal-Artikolu 23 tal-kodeks pracy (kodiċi tax-xogħol Pollakk);

2.

fl-Artikolu 24113(2), moqri flimkien mal-Artikolu 772(5), jew mal-Artikolu 2417(1) tal-kodiċi tax-xogħol;

3.

fl-Artikolu 42(1), moqri flimkien mal-Artikolu 45(1) tal-kodiċi tax-xogħol?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327).


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn-Areios Pagos (il-Greċja) fl-4 ta’ Awwissu 2016 – Georgios Leventis, Nikolaos Vafeias vs Malcon Navigation Co. Ltd, Brave Bulk Transport Ltd

(Kawża C-436/16)

(2016/C 392/14)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Areios Pagos (il-Greċja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Georgios Leventis, Nikolaos Vafeias

Konvenuti: Malcon Navigation Co. Ltd, Brave Bulk Transport Ltd

Domanda preliminari

Il-klawżola ta’ ġurisdizzjoni li ġiet miftiehma skont l-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 (1) bejn il-kumpanniji u li f’dan il-każ hija inkluża fl-iskrittura privata tal-14 ta’ Novembru 2007 bejn l-ewwel u t-tieni konvenuti, li l-Artikolu 10 tagħha jistipula li “dan il-ftehim huwa rregolat mid-dritt Ingliż, huwa suġġett għall-ġurisdizzjoni tal-qrati Ingliżi u kwalunkwe tilwima li tirriżulta minn jew li tirrigwarda dan il-ftehim hija suġġetta għall-ġurisdizzjoni esklużiva tal-High Court of England and Wales” tinkludi wkoll, fir-rigward ta’ atti u ommissjonijiet tal-organi tat-tieni konvenuta, li jirrapreżentawha u li jivvinkolawha skont l-Artikolu 71 tal-Kodiċi Ċivili Grieg, lill-persuni responsabbli li aġixxew fi twettiq tad-dmirijiet tagħhom u li huma responsabbli, taħt dan l-artikolu moqri flimkien mal-Artikolu 926 tal-Kodiċi Ċivili Grieg, flimkien u in solidum mal-kumpannija, bħala persuna ġuridika?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19 Vol. 4, p. 42).


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/12


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2016 mill-Kummisjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-26 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża magħquda T-479/11 u T-157/12

(Kawża C-438/16 P)

(2016/C 392/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u D. Grespan, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Franċiża, IFP Énergies nouvelles

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta’ Mejju 2015 fil-Kawżi magħquda T-479/11 u T-157/12, Ir-Repubblika Franċiża u IFP Énergies nouvelles vs Il-Kummissjoni Ewropea;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami ġdid tirriżerva l-ispejjeż tal-istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqajjem tliet aggravji insostenn tal-appell tagħha, li, kollha kemm huma, jirrigwardaw ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u, b’mod iktar partikolari, żbalji ta’ liġi li jirrigwardaw il-mod li bih tiġi pprovata l-eżistenza ta’ vantaġġ li jirriżulta għal impriża minn garanzija impliċita illimitata li tirriżulta mill-istatus tagħha.

Permezz tal-ewwel aggravju, il-Kummissjoni tqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ interpretazzjoni f’dak li jirrigwarda l-kunċett ta’ skema ta’ għajnuna u billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-kapaċità ta’ miżura li tagħti vantaġġ, li twassal għal żball ta’ liġi dwar in-natura tal-prova li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi l-eżistenza ta’ vantaġġ li jirriżulta, għal impriża, mill-istatus tagħha ta’ EPIC.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali f’dak li jirrigwarda l-portata tal-preżunzjoni sempliċi tal-eżistenza ta’ vantaġġ li jirriżulta minn garanzija impliċita illimitata u l-mod kif tiġi kkonfutata.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali f’dak li jirrigwarda l-kamp ta’ applikazzjoni tal-preżunzjoni ta’ vantaġġ li jirriżulta minn garanzija illimitata: din il-preżunzjoni għandha loġikament tapplika wkoll għar-relazzjonijiet tal-impriża li lilha tingħata l-garanzija mal-fornituri u mal-klijenti tagħha.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/12


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2016 minn Global Steel Wire, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-12 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi magħquda T-426/10 sa T-429/16 u T-438/12 sa T-441/12, Moreda-Riviere Trefilerias et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-454/16 P)

(2016/C 392/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Global Steel Wire, S.A. (rappreżentanti: F. González Díaz, A. Tresandi Blanco, V. Romero Algarra, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi magħquda T-438/12 sa T-441/12, u b’mod partikolari, fil-Kawża T-438/12, Global Steel Wire, S.A vs Il-Kummissjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kemm ta’ dawn il-proċeduri kif ukoll ta’ dawk quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddikjarat inammissibbli l-motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-appellanti.

2.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi applikat kriterju ġuridiku żbaljat fil-kuntest tal-evalwazzjoni tat-tieni talba ta’ assenza ta’ kapaċità kontributtiva u, għaldaqstant, tal-ammissibbiltà tar-rikors.

3.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi jew żnaturament manifest tal-provi, ksur tal-obbligu li twettaq stħarriġ b’ġurisdizzjoni sħiħa u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva kif ukoll nuqqas ta’ motivazzjoni.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/13


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2016 minn Moreda-Riviere Trefilerías, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi magħquda T-426/10 sa T-429/16 u T-438/12 sa T-441/12, Moreda-Riviere Trefilerías vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-455/16 P)

(2016/C 392/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Moreda-Riviere Trefilerías, S.A. (rappreżentanti: F. González Díaz, A. Tresandi Blanco, V. Romero Algarra, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi magħquda T-438/12 sa T-441/12, u b’mod partikolari, fil-Kawża T-440/12, Moreda-Riviere Trefilerías, S.A. vs Il-Kummissjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kemm ta’ dawn il-proċeduri kif ukoll ta’ dawk quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddikjarat inammissibbli l-motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-appellanti.

2.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi applikat kriterju ġuridiku żbaljat fil-kuntest tal-evalwazzjoni tat-tieni talba ta’ assenza ta’ kapaċità kontributtiva u, għaldaqstant, tal-ammissibbiltà tar-rikors.

3.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi jew żnaturament manifest tal-provi, ksur tal-obbligu li twettaq stħarriġ b’ġurisdizzjoni sħiħa u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva kif ukoll nuqqas ta’ motivazzjoni.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/14


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2016 minn Trefilerías Quijano, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi magħquda T-426/10 sa T-429/16 u T-438/12 sa T-441/12, Trefilerías Quijano vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-456/16 P)

(2016/C 392/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Trefilerías Quijano, S.A. (rappreżentanti: F. González Díaz, A. Tresandi Blanco, V. Romero Algarra, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi magħquda T-438/12 sa T-441/12, u b’mod partikolari, fil-Kawża T-439/12, Trefilerías Quijano, S.A.vs Il-Kummissjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kemm ta’ dawn il-proċeduri kif ukoll ta’ dawk quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddikjarat inammissibbli l-motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-appellanti.

2.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi applikat kriterju ġuridiku żbaljat fil-kuntest tal-evalwazzjoni tat-tieni talba ta’ assenza ta’ kapaċità kontributtiva u, għaldaqstant, tal-ammissibbiltà tar-rikors.

3.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi jew żnaturament manifest tal-provi, ksur tal-obbligu li twettaq stħarriġ b’ġurisdizzjoni sħiħa u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva kif ukoll nuqqas ta’ motivazzjoni.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/14


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2016 minn Global Steel Wire, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi magħquda T-426/10 sa T-429/16 u T-438/12 sa T-441/12, Moreda-Riviere Trefilerias et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-457/16 P)

(2016/C 392/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Global Steel Wire, S.A. (rappreżentanti: F. González Díaz, A. Tresandi Blanco, V. Romero Algarra, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi magħquda T-426/10 sa T-429/16, u b’mod partikolari, fil-Kawża T-429/10, Global Steel Wire vs Il-Kummissjoni

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kemm ta’ dawn il-proċeduri kif ukoll ta’ dawk quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka t-tlettax-il aggravju li ġejjin:

Dwar l-attribuzzjoni tal-ksur, sa fejn tikkonċerna l-indizji supplimentari:

1.

L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żnaturament tal-fatti u nuqqas ta’ motivazzjoni f’dak li jirrigwarda l-allegata eżistenza ta’ rabtiet strutturali bejn TQ u GSW qabel l-1996 u wettqet żball ta’ liġi fil-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti relatati ma’ dawk responsabbli għall-ksur matul it-tul tiegħu.

2.

It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi, bi ksur tal-obbligi tagħha ta’ stħarriġ ġudizzjarju u naqset mill-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni u applikat kriterju ġuridiku żbaljat fil-kuntest tal-evalwazzjoni tas-setgħat tal-amministratur uniku, bħala indizju ġuridikament rilevanti tal-eżistenza ta’ unità ekonomika waħda.

3.

It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-qasam tal-klassifikazzjoni ġuridika, u żnaturat il-fatti relatati mal-perċezzjoni tal-kompetituri.

4.

Ir-raba’ nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-qasam tal-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti relatati mas-sovrapożizzjoni tal-persunal.

5.

Il-ħames nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti dwar it-tqassim tal-attivitajiet ta’ produzzjoni u ta’ bejgħ ta’ AP bejn GSW u l-impriżi miżmuma minn din tal-aħħar.

6.

Is-sitt nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti relatati mal-laqgħa allegata.

Fuq l-attribuzzjoni tal-ksur, f’dak li jirrigwarda s-suċċessjoni ta’ impriżi.

7.

Is-seba’ nett, il-Qorti Ġenerali applikat kriterju ġuridiku żbaljat fil-kuntest tal-evalwazzjoni tas-suċċessjoni ta’ impriżi.

8.

It-tmien nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti meta qieset li kemm GSW kif ukoll MRT huma responsabbli għall-aġir ta’ Trenzas u Cables.

Fuq l-attribuzzjoni tal-ksur, fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-eżerċizzju ta’ influwenza determinanti u tal-provi prodotti sabiex jikkonfutaw il-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti

9.

Id-disa’ nett, il-Qorti Ġenerali applikat kriterju ġuridiku żbaljat fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-eżerċizzju ta’ influwenza determinanti u naqset mill-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-attribuzzjoni tal-kondotta ta’ TQ lil GSW għat-tul kollu tal-ksur.

10.

L-għaxar nett, il-Qorti Ġenerali applikat kriterju ġuridiku żbaljat sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza effettiva ta’ influwenza determinanti; wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi prodotti mill-appellanti sabiex tikkonfuta l-preżunzjoni ta’ eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti fuq l-impriżi miżmuma minnha u kisret l-obbligi tagħha fil-qasam tal-istħarriġ ġudizzjarju.

Fuq l-assenza ta’ kapaċità kontributtiva:

11.

Il-ħdax nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi li jikkonsisti fi ksur tad-drittijiet meta qieset li, sa fejn il-Kummissjoni bbażat l-evalwazzjoni tagħha tal-kapaċità kontributtiva tal-appellanti fuq fatti prodotti u magħrufa minn din tal-aħħar, il-Kummissjoni kienet irrispettat id-dritt għal smigħ tal-appellanti.

12.

It-tnax nett, f’dak li jirrigwarda l-allegata possibbiltà li l-appellanti tikseb finanzjament estern, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi billi ma eżerċitatx skont id-dritt il-ġurisdizzjoni tagħha fil-qasam tal-istħarriġ ġudizzjarju, wettqet żball ta’ liġi li jikkonsisti fi ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u, fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi li jikkonsisti fl-iżnaturament tal-fatti u tal-provi fir-rigward tal-possibbiltà li l-appellanti tikseb finanzjament estern.

13.

It-tlettax nett, f’dak li jirrigwarda l-allegata possibbiltà li l-appellanti tirrikorri għall-azzjonisti, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi, u f’kull każ, kisret l-obbilgu tagħha li twettaq stħarriġ b’ġurisdizzjoni sħiħa, meta qieset li l-appellanti ma kinitx tat lill-Kummissjoni l-informazzjoni neċessarja sabiex tevalwa d-daqs tal-assi netti tal-azzjonisti tagħha u, barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn ma spjegatx ir-raġunijiet li għalihom ir-rapporti ta’ Deloitte invokati mill-appellanti ma għandhomx valur probatorju.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/16


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2016 minn Trenzas y Cables de Acero PSC, S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi magħquda T-426/10 sa T-429/16 u T-438/12 sa T-441/12, Moreda-Riviere Trefilerias et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-458/16 P)

(2016/C 392/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Trenzas y Cables de Acero PSC, S.L. (rappreżentanti: F. González Díaz, A. Tresandi Blanco, V. Romero Algarra, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi 7magħquda T-438/12 sa T-441/12, u b’mod partikolari, fil-Kawża T-441/12, Trenzas y Cables de Acero PSC, S.L. vs Il-Kummissjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kemm ta’ dawn il-proċeduri kif ukoll ta’ dawk quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddikjarat inammissibbli l-motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-appellanti.

2.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi applikat kriterju ġuridiku żbaljat fil-kuntest tal-evalwazzjoni tat-tieni talba ta’ assenza ta’ kapaċità kontributtiva u, għaldaqstant, tal-ammissibbiltà tar-rikors.

3.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi jew żnaturament manifest tal-provi, ksur tal-obbligu li twettaq stħarriġ b’ġurisdizzjoni sħiħa u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva kif ukoll nuqqas ta’ motivazzjoni.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/17


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2016 minn Trenzas y Cables de Acero PSC, S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi magħquda T-426/10 sa T-429/16 u T-438/12 sa T-441/12, Moreda-Riviere Trefilerias et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-459/16 P)

(2016/C 392/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Trenzas y Cables de Acero PSC, S.L. (rappreżentanti: F. González Díaz, A. Tresandi Blanco, V. Romero Algarra, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi magħquda T-426/10 sa T-429/10, u b’mod partikolari, fil-Kawża T-428/10, Trefilerías y Cables de Acero PSC vs Il-Kummissjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kemm ta’ dawn il-proċeduri kif ukoll ta’ dawk quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, peress li applikat kriterju ġuridiku żbaljat meta ddeċidiet li Tycsa PSC kienet tifforma unità ekonomika ma’ MRT, peress li Trenzas y Cables, l-impriża li kienet tikkontrolla 100 % lil Tycsa PSC, kienet sparixxiet u li MRT ma kinitx is-suċċessura ta’ Trenzas y Cables.

2.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-kriterju ġuridiku xieraq u s-sentenza tagħha hija vvizzjata bi żball ta’ motivazzjoni sa fejn hija ma tispjegax għaliex id-dikjarazzjonijiet ġuramentati tad-diretturi ġenerali ta’ Tycsa PST ma humiex sostnuti, bħala indizju ġuridikament rilevanti għall-eżistenza ta’ unità ekonomika waħda.

3.

Il-Qorti Ġenerali kklassifikat b’mod żbaljat il-fatti, jiġifieri l-impressjonijiet tal-kompetituri, meta qieset li dawn l-impressjonijiet jikkostitwixxi indizju addizzjonali, u għalhekk ġuridikament rilevanti, fil-kuntest tal-ipprovar tal-eżistenza ta’ unità ekonomika komposta minn Tycsa PSC, GSW u l-impriżi miżmuma minn din tal-aħħar.

4.

Il-Qorti Ġenerali kklassifikat b’mod żbaljat il-fatti, jiġifieri s-sovrappożizzjonijiet tal-persunal bejn Tycsa PSC, GSW u l-impriżi miżmuma minn din tal-aħħar, meta qieset li dawn is-sovrappożizzjonijiet jikkostitwixxu indizju addizzjonali, u għalhekk ġuridikament rilevanti, fil-kuntest tal-ipprovar li dawn l-impriżi jiffurmaw unità ekonomika.

5.

Il-Qorti Ġenerali ikklassifika b’mod żbaljat il-fatti, jiġifieri l-laqgħa miżmuma bejn Trenzas y Cables u kompetitur, meta qieset din il-laqgħa bħala indizju addizzjonali sabiex jintwera li Tycsa PSC tifforma parti minn unità ekonomika li għandha lil GSW bħala kumpannija omm.

6.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi, u f’kull każ, naqset milli tosserva l-obbligi tagħha fil-qasam tal-istħarriġ ġudizzjarju meta ċaħdet l-argument espost mill-appellanti li jgħid li hija ma kinitx tifforma parti minn unità ekonomika komposta minn Trenzas y Cables u GSW, mingħajr biss ma eżaminat il-provi produtti sabiex tiġi kkonfutata l-preżunzjoni ta’ eżerċizzju ta’ influwenza determinanti.

7.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, peress li din kisret id-drittijiet tad-difiża meta qieset li, sa fejn il-Kummissjoni bbażat l-evalwazzjoni tagħha tal-kapaċità kontributtiva tal-appellanti fuq fatti prodotti u magħrufa minn din tal-aħħar, il-Kummissjoni kienet irrispettat id-dritt għal smigħ tal-appellanti.

8.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi, u f’kull każ, ma eżerċitatx skont id-dritt il-ġurisdizzjoni tagħha fil-qasam tal-istħarriġ ġudizzjarju. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi li jikkonsisti fi ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u, fl-aħħar nett, wettqet żball ta’ liġi li jikkonsisti fl-iżnaturament tal-fatti u tal-provi fir-rigward tal-possibbiltà li l-appellanti tikseb finanzjament estern.

9.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi, u f’kull każ, kisret l-obbilgu tagħha li twettaq stħarriġ b’ġurisdizzjoni sħiħa, meta qieset li l-appellanti ma kinitx tat lill-Kummissjoni l-informazzjoni neċessarja sabiex tevalwa d-daqs tal-assi netti tal-azzjonisti tagħha. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn ma spjegatx ir-raġunijiet li għalihom ir-rapporti ta’ Deloitte invokati minn Tycsa PSC ma għandhomx valur probatorju.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/18


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2016 minn Trefilerías Quijano, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi magħquda T-426/10 sa T-429/16 u T-438/12 sa T-441/12, Moreda-Riviere Trefilerias et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-460/16 P)

(2016/C 392/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Trefilerías Quijano, S.A. (rappreżentanti: F. González Díaz, A. Tresandi Blanco, V. Romero Algarra, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi magħquda T-426/10 sa T-429/10, u b’mod partikolari, fil-Kawża T-427/10, Trefilerías Quijano vs Il-Kummissjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kemm ta’ dawn il-proċeduri kif ukoll ta’ dawk quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi li jikkonsisti fl-iżnaturament tal-fatti u tal-provi u naqset mill-obbligu ta’ motivazzjoni f’dak li jirrigwarda l-allegata eżistenza ta’ rabtiet strutturali bejn KT u GSW qabel l-1996, applikat b’mod żbaljat u/jew ultra vires il-kompetenzi tagħha fil-qasam tal-istħarriġ ġudizzjarju u, f’kull każ, ibbażat ruħha fuq fatti manifestament irrilevanti, u/jew ikklassifikat b’mod żbaljat dawn il-fatti bħala indizji ta’ rabtiet strutturali u, f’kull każ, applikat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ min huwa responsabbli għall-ksur billi rreferiet għall-appartenenza ta’ TQ għall-grupp Celsa.

2.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta applikat il-kriterju ġuridiku korrett u żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi u, f’kull każ, naqset milli tosserva l-obbligi tagħha fil-qasam tal-istħarriġ ġudizzjarju meta qieset li l-appellanti kienet illimitat ruħha li tipproduċi “ċertifikati tad-diretturi ġenerali tagħha” (fir-realtà dikjarazzjonijiet ġuramentati tad-diretturi ġenerali ta’ TQ) sabiex turi li s-setgħat eżekuttivi u ta’ kontroll ta’ GSW, bħala amministratur uniku, ġew iddelegati lid-diretturi ġenerali rispettivi ta’ TQ u li TQ adottat aġir awtonomu fis-suq. Barra minn hekk, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali hija vvizzjata minn nuqqas ta’ motivazzjoni, sa fejn ma spjegatx ir-raġunijiet li għalihom id-dikjarazzjonijiet ġuramentati tad-diretturi ġenerali ta’ TQ invokati mill-appellati kienu infondati.

3.

Il-Qorti Ġenerali kklassifikat b’mod żbaljat il-fatti, jiġifieri l-impressjonijiet tal-kompetituri, meta qieset li dawn l-impressjonijiet jikkostitwixxu indizju addizzjonali, u għalhekk ġuridikament rilevanti, fil-kuntest tal-ipprovar tal-eżistenza ta’ unità ekonomika komposta minn TQ, GSW u l-impriżi miżmuma minn din tal-aħħar. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi li jikkonsisti fl-iżnaturament tal-fatti u tal-provi fir-rigward tal-perċezzjoni tal-kompetituri.

4.

Il-Qorti Ġenerali kklassifikat b’mod żbaljat il-fatti, jiġifieri s-sovrappożizzjonijiet tal-persunal bejn TQ, GSW u l-impriżi miżmuma minn din tal-aħħar, meta qieset li dawn is-sovrappożizzjonijiet jikkostitwixxu indizju addizzjonali, u għalhekk ġuridikament rilevanti, fil-kuntest tal-ipprovar li dawn l-impriżi jiffurmaw unità ekonomika, li tagħhom GSW hija l-kumpannija omm.

5.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-klassifikazzjoni ta’ ċerti fatti, jiġifieri t-tqassim ta’ attivitajiet ta’ produzzjoni u ta’ bejgħ bejn l-erba’ impriżi, meta qieset dan it-tqassim bħala indizju addizzjonali u ġuridikament rilevanti sabiex turi l-fatti li TQ tifforma parti minn unità ekonomika komposta minn GSW u l-impriżi miżmuma minn din tal-aħħar.

6.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fir-rigward tal-kriterju ġuridiku applikabbli fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-allegat eżerċizzju ta’ influwenza determinanti u, f’kull każ, wettqet nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-allegat eżerċizzju ta’ influwenza determinanti min-naħa ta’ GSW fuq TQ.

7.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi u f’kull każ kisret l-obbligi tagħha fil-qasam tal-istħarriġ ġudizzjarju meta ċaħdet l-argument tal-appellanti li skontu GSW ma eżerċitatx influwenza determinanti fuq TQ.

8.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi li jikkonsisti fi ksur tad-drittijiet tad-difiża meta qieset li, sa fejn il-Kummissjoni bbażat l-evalwazzjoni tagħha tal-kapaċità kontributtiva tal-appellanti fuq fatti prodotti u magħrufa minn din tal-aħħar, il-Kummissjoni kienet irrispettat id-dritt għal smigħ tal-appellanti.

9.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi, u f’kull każ, ma eżerċitatx skont id-dritt il-ġurisdizzjoni tagħha fil-qasam tal-istħarriġ ġudizzjarju. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi li jikkonsisti fi ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Fl-aħħar nett, u f’kull każ, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi li jikkonsisti fl-iżnaturament tal-fatti u tal-provi fir-rigward tal-possibbiltà li l-appellanti tikseb finanzjament estern.

10.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi, u f’kull każ, kisret l-obbilgu tagħha li twettaq stħarriġ b’ġurisdizzjoni sħiħa, meta qieset li l-appellanti ma kinitx tat lill-Kummissjoni l-informazzjoni neċessarja sabiex tevalwa d-daqs tal-assi netti tal-azzjonisti tagħha. Barra minn hekk, l-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali wettqet nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn ma spjegatx ir-raġunijiet li għalihom ir-rapporti ta’ Deloitte invokati mill-appellanti ma jipprovdu ebda bidu ta’ prova..


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/19


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2016 minn Moreda-Riviere Trefilerías, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi magħquda T-426/10 sa T-429/16 u T-438/12 sa T-441/12, Moreda-Riviere Trefilerías et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-461/16 P)

(2016/C 392/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Moreda-Riviere Trefilerías, S.A. (rappreżentanti: F. González Díaz, A. Tresandi Blanco, V. Romero Algarra, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi magħquda T-426/10, u b’mod partikolari, fil-Kawża T-426/10, Moreda-Riviere Trefilerías vs Il-Kummissjoni Ewropea

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kemm ta’ dawn il-proċeduri kif ukoll ta’ dawk quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fuq il-kwalità ta’ suċċessura ta’ MRT:

1.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta applikat kriterju ġuridiku żbaljat fil-kuntest tal-evalwazzjoni tas-suċċessjoni ta’ impriżi, u b’mod partikolari, is-suċċessjoni ta’ MRT fir-rigward ta’ Trenzas y Cables.

2.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti meta kkonstatat li MRT hija responsabbli għall-aġir ta’ Trenzas y Cables inkwantu suċċessura preżunta ta’ Trenzas y Cables matul il-perijodu ta’ bejn l-10 ta’ Ġunju 1993 u d-19 ta’ Ottubru 1996.

3.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi li jikkonsisti f’nuqqas ta’ motivazzjoni, meta ċaħdet l-allegazzjonijiet invokati mill-appellanti fir-rigward tal-imputazzjoni doppja.

Fuq l-elementi addizzjonali

4.

Il-Qorti Ġenerali, minbarra li wettqet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-kriterju ġuridiku xieraq, wettqet ukoll nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn ma spjegatx ir-raġunijiet li għalihom id-dikjarazzjonijiet ġuramentati tad-Diretturi Ġenerali ta’ Trenzas y Cables, invokati minn MRT, kienu infondati.

5.

Il-Qorti Ġenerali kklassifikat b’mod żbaljat il-fatti, jiġifieri l-impressjonijiet tal-kompetituri, meta qieset li dawn l-impressjonijiet jikkostitwixxu indizju addizzjonali, u għalhekk ġuridikament rilevanti, fil-kuntest tal-ipprovar tal-eżistenza ta’ unità ekonomika komposta minn Trenzas y Cables, GSW u l-impriżi miżmuma minn din tal-aħħar. Barra minn hekk il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi li jikkonsisti fl-iżnaturament tal-fatti u tal-provi fir-rigward tal-perċezzjoni tal-kompetituri.

6.

Il-Qorti Ġenerali kklassifikat b’mod żbaljat il-fatti, jiġifieri s-sovrappożizzjonijiet tal-persunal bejn Trenzas y Cables, GSW u l-impriżi miżmuma minn din tal-aħħar, meta qieset li dawn is-sovrappożizzjonijiet jikkostitwixxu indizju addizzjonali, u għalhekk ġuridikament rilevanti, fil-kuntest tal-ipprovar li l-impriżi miżmuma minn GSW ma humiex awtonomi fir-rigward tal-kumpannija omm.

7.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-klassifikazzjoni ta’ ċerti fatti, jiġifieri l-laqgħa miżmuma bejn Trenzas y Cables u kompetitur, meta qieset din il-laqgħa bħala indizju addizzjonali sabiex jintwera li Trenzas y Cables, li tagħha MRT hija s-suċċessura, quod non, tifforma parti minn unità ekonomika li kellha lil GSW bħala kumpannija omm.

Fuq l-elementi prodotti sabiex tiġi kkonfutata l-preżunzjoni

8.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi, u f’kull każ, naqset milli tosserva l-obbligi tagħha fil-qasam tal-istħarriġ ġudizzjarju meta ċaħdet l-argument espost mill-appellanti li jgħid li hija ma kinitx tifforma parti minn unità ekonomika komposta minn Trenzas y Cables, GSW u l-impriżi miżmuma minn din tal-aħħar, mingħajr biss ma eżaminat il-provi produtti sabiex tiġi kkonfutata l-preżunzjoni ta’ eżerċizzju ta’ influwenza determinanti.

9.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi li jikkonsisti fi ksur tad-drittijiet meta qieset li, sa fejn il-Kummissjoni bbażat l-evalwazzjoni tagħha tal-kapaċità kontributtiva tal-appellanti fuq fatti prodotti u magħrufa minn din tal-aħħar, il-Kummissjoni kienet irrispettat id-dritt għal smigħ tal-appellanti.

10.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi, u f’kull każ, ma eżerċitatx skont id-dritt il-ġurisdizzjoni tagħha fil-qasam tal-istħarriġ ġudizzjarju. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi li jikkonsisti fi ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Fl-aħħar nett, u f’kull każ, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi li jikkonsisti fl-iżnaturament tal-fatti u tal-provi fir-rigward tal-possibbiltà li l-appellanti tikseb finanzjament estern.

11.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi, u f’kull każ, kisret l-obbilgu tagħha li twettaq stħarriġ b’ġurisdizzjoni sħiħa, meta qieset li l-appellanti ma kinitx tat lill-Kummissjoni l-informazzjoni neċessarja sabiex tevalwa d-daqs tal-assi netti tal-azzjonisti tagħha. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn ma spjegatx ir-raġunijiet li għalihom ir-rapporti ta’ Deloitte invokati mill-appellanti ma jipprovdu ebda bidu ta’ prova.


Il-Qorti Ġenerali

24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Ferracci vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-219/13) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Taxxa muniċipali fuq il-proprjetajiet immobbli - Eżenzjoni mogħtija lill-istituzzjonijiet mhux kummerċjali li jeżerċitaw attivitajiet speċifiċi - Test uniku ta’ taxxa fuq id-dħul - Eżenzjoni mit-taxxa muniċipali unika - Deċiżjoni li parzjalment tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat u parzjalment tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Rikors għal annullament - Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implementazzjoni - Interess dirett - Ammissibbiltà - Impossibbiltà assoluta ta’ rkupru - Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2016/C 392/24)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Pietro Ferracci (San Cesareo, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment A. Nucara u E. Gambaro, sussegwentement E. Gambaro avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Di Bucci, G. Conte u D. Grespan, sussegwetement G. Conte, D. Grespan u F. Tomat, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri u G. De Bellis, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/284/UE, tad-19 ta’ Diċembru 2012, dwar l-għajnuna mill-istat SA.20829 (C 26/2010, qabel NN 43/2010 (qabel CP 71/2006)) Is-sistema għall-eżenzjoni mill-ICI għal bini [taxxa muniċipali fuq il-proprjetajiet immobbli] li jintuża minn istituzzjonijiet mhux kummerċjali għal skopijiet speċifiċi li ġiet implimentata mill-Italja (ĠU 2013, L 166, p. 24)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pietro Ferracci huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-intervent tagħha.


(1)  ĠU C 164, 8.6.2013.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2016 – Xellia Pharmaceuticals u Alpharma vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-471/13) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-prodotti mediċinali ta’ kontra d-dipressjoni li jinkludu l-ingredjent farmaċewtiku attiv citalopram - Kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Kompetizzjoni potenzjali - Prodotti mediċinali ġeneriċi - Ostakoli għad-dħul fis-suq derivanti mill-eżistenza ta’ privattivi - Ftehim konkluż bejn proprjetarj ta’ privattivi u impriża ta’ ġeneriċi - Tul tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni - Drittijiet tad-difiża - Multi - Ċertezza legali - Prinċipju ta’ legalità tal-pieni”))

(2016/C 392/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Xellia Pharmaceuticals ApS (Copenhagen, id-Danimarka) u Alpharma, LLC, li kienet Zoetis Products LLC (Florham Park, New Jersey, l-Istati Unitit) (rappreżentant: D. Hull, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras u B. Mongin, aġenti, assistiti minn B. Rayment, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3803 finali, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Kawża AT/39226 – Lundbeck), u talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta minn din id-deċiżjoni fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Xellia Pharmaceuticals ApS u Alpharma LLC huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 325, 9.11.2013.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – K Chimica vs ECHA

(Kawża T-675/13) (1)

((“REACH - Ħlasijiet dovuti għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza - Tnaqqis mogħti lill-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju - Żball fid-dikjarazzjoni dwar id-daqs tal-impriża - Rakkomandazzjoni 2003/361/KE - Deċiżjoni li timponi spiża amministrattiva - Determinazzjoni tad-daqs tal-impriża - Setgħa tal-ECHA”))

(2016/C 392/26)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: K Chimica Srl (Mirano, l-Italja) (rappreżentanti: R. Buizza u M. Rota, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: inizjalment M. Heikkilä, A. Iber, E. Bigi, E. Maurage u J.-P. Trnka, sussegwentement M. Heikkilä, E. Bigi, E. Maurage u J.-P. Trnka, aġenti, assistiti minn C. Garcia Molyneux, avukat)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni SME(2013) 3665 tal-ECHA, tal-15 ta’ Ottubru 2013, li tikkonstata li r-rikorrenti ma pproduċietx il-provi neċessarji sabiex tibbenefika mit-tnaqqis ta’ ħlasijiet previst għall-impriżi żgħar u li timponilha spiża amministrattiva u, fit-tieni lok, talba intiża sabiex lir-rikorrenti jingħarfilha l-istatus ta’ impriża żgħira u li tiġi applikata għaliha l-ispiża korrispondenti u, fit-tielet lok, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-fatturi maħruġa mill-ECHA

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni SME(2013) 3665 tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), tal-15 ta’ Ottubru 2013, hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-ECHA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha u għal dawk sostnuti minn K Chimica Srl.


(1)  ĠU C 45, 15.2.2014.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – U4U et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-17/14) (1)

([“Dispożizzjonijiet partikolari u derogi applikabbli għall-uffiċjali assenjati f’pajjiż terz - Karriera ta’ uffiċjali li għandhom il-grad ta’ amministratur - Emenda tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni - Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 - Irregolaritajiet matul il-proċedura ta’ adozzjoni tal-atti - Nuqqas ta’ konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal u mal-organizzazzjonijiet sindakali”])

(2016/C 392/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Union pour l’unité (U4U) (Brussell, il-Belġju), Unité & solidarité – Hors Union (USHU) (Brussell), Regroupement Syndical (RS), (St Josse ten Noode, il-Belġju), Georges Vlandas (Brussell) (rappreżentant: F. Krenc, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Troupiotis u E. Taneva, aġenti) u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Bauer u A. Bisch, sussegwentement M. Bauer, M. Veiga u J. Herrmann, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-partijiet konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara, sussegwentement G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1(27), (61), (70) u (73)(k), tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2013, L 287, p. 15), sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jemendaw l-Artikolu 45 u l-Annessi I, X u XIII tal-imsemmija Regolamenti tal-Persunal, annessi għar-Regolament Nru 31 (KEE)/11 (KEEA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 1962, 45, p. 1385).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L-Union pour l’Unité (U4U), l-Unité & solidarité – Hors Union (USHU), ir-Regroupement Syndical (RS) u Georges Vlandas huma kkundannati għall-ispejjeż.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU 112, 14.4.2014


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2016 – Goldfish et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-54/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Is-suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż u Olandiż tal-gambli mill-Baħar tat-Tramuntana - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tal-volumi ta’ bejgħ - Ammissibbiltà tal-provi - Użu bħala prova ta’ reġistrazzjonijiet sigrieti ta’ konverżazzjonijiet telefoniċi - Evalwazzjoni tal-kapaċità kontributtiva - Ġurisdizzjoni sħiħa”))

(2016/C 392/28)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Goldfish BV (Zoutkamp, il-Pajjiżi l-Baxxi), Heiploeg BV (Zoutkamp), Heiploeg Beheer BV (Zoutkamp) u Heiploeg Holding BV (Zoutkamp) (rappreżentanti: P. Glazener u B. Winters, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Ronkes Agerbeek u P. Van Nuffel, sussegwentement minn P. Van Nuffel u H. van Vliet, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 8286 finali, tas 27 ta’ Novembru 2013, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE (Każ AT.39633 – Gambli), sa fejn tikkonċerna r-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuqhom.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Goldfish BV, Heiploeg BV, Heiploeg Beheer BV u Heiploeg Holding BV huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 71, 8.3.2014.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Morningstar vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-76/14) (1)

(“Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq dinji għal provvista tad-dejta kkonsolidata f’ħin reali - Deċiżjoni li tirrendi vinkolanti l-impenji proposti mill-impriża f’pożizzjoni dominanti - Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2004”)

(2016/C 392/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Morningstar, Inc. (Chicago, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Kinsella, K. Daly, P. Harrison, solicitors, u M. Abenhaïm, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, A. Dawes u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Partijiet konvenuta insostenn tal-parti konvenuta: Thomson Reuters Corp. (Toronto, il-Kanada) u Reuters Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Nourry, G. Olsen u C. Ghosh, solicitors)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 9635, tal-20 ta’ Diċembru 2012, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE [Każ COMP/D2/39.654 – Kodiċijiet tal-Istrumenti Reuters (RIC)].

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Morningstar, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 135, 5.5.2014.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – PT Pelita Agung Agrindustri vs Il-Kunsill

(Kawża T-121/14) (1)

([“Dumping - Importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġina mill-Indoneżja - Dazju antidumping definittiv - Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Valur normali - Spejjeż tal-produzzjoni”])

(2016/C 392/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PT Pelita Agung Agrindustri (Medan, l-Indoneżja) (rappreżentanti: F. Graafsma u J. Cornelis, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Boelaert, sussegwentement H. Marcos Fraile, aġenti, assistiti minn R. Bierwagen u C. Hipp, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, M. França u A. Stobiecka-Kuik, aġenti) u European Biodiesel Board (EBB)(Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Prost u M.-S. Dibling, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013, tad-19 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja (ĠU 2013, L 315, p. 2), sa fejn jimponi dazju antidumping fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013, tad-19 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja, huma annullati sa fejn dawn jikkonċernaw lil PT Pelita Agung Agrindustri.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn PT Pelita Agung Agrindustri.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea u l-European Biodiesel Board (EBB) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 112, 14.4.2014.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-353/14 u T-17/15) (1)

((“Sistema lingwistika - Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi - Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi - Regolament Nru 1 - Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Proporzjonalità”))

(2016/C 392/31)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara (Kawżi T-353/14 u T-17/15) u F. Simonetti (Kawża T-17/15), sussegwentement G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Parti konvenuta in sostenn tal-parti rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas u V. Čepaitė, aġenti)

Suġġett

Fil-Kawża T-353/14, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/276/14, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva ta’ amministraturi (ĠU 2014, C 74 A, p. 4) u, fil-Kawża T-17/15, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/294/14, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva ta’ amministraturi fil-qasam ta’ protezzjoni tad-dejta għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (ĠU 2014, C 391 A, p. 1).

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-353/14 u T-17/15 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

L-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/276/14, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva ta’ amministraturi, u l-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/294/14, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva ta’ amministraturi fil-qasam tal-protezzjoni tad-dejta għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, huma annullati.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż proprji tagħha, dawk esposti mir-Repubblika Taljana.

4)

Ir-Repubblika tal-Litwanja għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha marbuta mal-intervent tagħha fil-Kawża T-17/15.


(1)  ĠU C 212, 7.7.2014.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – TAO AFI u SFIE PE vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-456/14) (1)

([“Remunerazzjonijiet u pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal tal-Unjoni - Adattament annwali - Regolamenti (UE) Nri 422/2014 u 423/2014 - Irregolaritajiet matul il-proċedura ta’ adozzjoni ta’ atti - Nuqqas ta’ konsultazzjoni tal-organizzazzjonijiet sindikali”])

(2016/C 392/32)

Lingwa tal-kawża: il-franċiż

Partijiet

Rikorrenti: L’association des fonctionnaires indépendants pour la défense de la fonction publique européenne (TAO-AFI) (Brussell, il-Belġju) u Syndicat des fonctionnaires internationaux et européens – Section du Parlement européen (SFIE PE) (Brussell) (rappreżentanti: M. Casado García Hirschfeld u J. Vanden Eynde, avukati)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Troupiotis u E. Taneva, aġenti) u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u E. Rebasti, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall u G. Gattinara, sussegwentement minn G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolamenti (UE) Nri 422/2014 u 423/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ April 2014, li jaġġustaw, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011 u mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom (ĠU 2014, L 129, p. 5 u p. 12rispettivament).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L’association des fonctionnaires indépendants pour la défense de la fonction publique européenne (TAO-AFI) u s-Syndicat des fonctionnaires internationaux et européens – Section du Parlement européen (SFIE-PE) huma kkundannati għall-ispejjeż.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 261, 11.8.2014.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Crosfield Italia vs ECHA

(Kawża T-587/14) (1)

((“REACH - Ħlasijiet dovuti għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza - Tnaqqis mogħti lill-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju - Żball fid-dikjarazzjoni dwar id-daqs tal-impriża - Rakkomandazzjoni 2003/361/KE - Deċiżjoni li timponi spiża amministrattiva - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2016/C 392/33)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Crosfield Italia Srl (Vérone, l-Italja) (rappreżentanti: M. Baldassarri, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: inizjalment M. Heikkilä, E. Bigi, J.-P. Trnka u E. Maurage, sussegwentement M. Heikkilä, J.-P. Trnka u E. Maurage, aġenti, assistiti minn C. Garcia Molyneux, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni SME(2013) 4672 tal-ECHA, tat-28 ta’ Mejju 2013, li tikkonstata li r-rikorrenti ma tissodisfax ir-rekwiżiti sabiex tibbenefika mit-tnaqqis ta’ ħlasijiet previst għall-impriżi żgħar u li timponilha spiża amministrattiva u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-fatturi maħruġa mill-ECHA wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni SME(2013) 4672.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni SME(2013) 4672 tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), tat-28 ta’ Mejju 2013, hija annullata.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 361, 13.10.2014.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2016 – Tri-Ocean Trading vs Il-Kunsill

(Kawża T-709/14) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Żball ta’ evalwazzjoni”))

(2016/C 392/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tri-Ocean Trading (George Town, il-Gżejjer Cayman) (rappreżentanti: B. Kennelly, barrister, P. Saini, QC, u N. Sheikh, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u A. Vitro, aġenti)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kunsill 2014/488/PESK, tat-22 ta’ Lulju 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2014, L 217, p. 49), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 793/2014, tat-22 ta’ Lulju 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2014, L 217, p. 10), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kunsill 2014/488/PESK, tat-22 ta’ Lulju 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 793/2014, tat-22 ta’ Lulju 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, huma annullati sa fejn dawn jirrigwardaw lil Tri-Ocean Trading.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Tri-Ocean Trading.


(1)  ĠU C 448, 15.12.2014.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2016 – Tri Ocean Energy vs Il-Kunsill

(Kawża T-719/14) (1)

((Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Żball ta’ evalwazzjoni))

(2016/C 392/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tri Ocean Energry (il-Kajr, l-Eġittu) (rappreżentanti: B. Kennelly, barrister, P. Saini, QC, u N. Sheikh, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u A. Vitro, aġenti)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/678/PESK, tas-26 ta’ Settembru 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2014, L 283, p. 59), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1013/2014, tas-26 ta’ Settembru 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2014, L 283, p. 9), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/678/PESK, tas-26 ta’ Settembru 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1013/2014, tas-26 ta’ Settembru 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, huma annullati, sa fejn jikkonċernaw lil Tri Ocean Energy.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Tri Ocean Energy.


(1)  ĠU C 448, 15.12.2014.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Herbert Smith Freehills vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-755/14) (1)

((“Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relattivi għad-diskussjonijiet qabel l-adozzjoni tad-direttiva dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni relattiva għall-protezzjoni tal-opinjonijiet legali - Drittijiet tad-difiża - Interess pubbliku superjuri”))

(2016/C 392/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Herbert Smith Freehills LLP (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Wytinck, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel, J. Baquero Cruz u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Rebasti, J. Herrmann u M. Veiga, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Gestdem 2014/2070, tal-24 ta’ Settembru 2014, li tirrifjuta l-aċċess għal xi dokumenti marbuta mal-adozzjoni tad- Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ April 2014, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU 2014, L 127, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Herbert Smith Freehills LLP għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2015.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Philip Morris vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-796/14) (1)

([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti mfassla fil-kuntest tax-xogħol preparatorju għall-adozzjoni tad-Direttiva dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk u ta’ prodotti relatati - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji u tal-pariri legali - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Interess pubbliku superjuri”])

(2016/C 392/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Philip Morris (Richmond, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Nordlander u M. Abenhaïm, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Clotuche Duvieusart, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares (2014) 3142109, tal-24 ta’ Settembru 2014, sa fejn tirrifjuta lir-rikorrenti aċċess sħiħ għad-dokumenti li għalihom saret applikazzjoni, bl-eċċezzjoni tad-data personali emendata li tinsab fihom.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Philip Morris Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 56, 16.2.2015.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settemrbu 2016 – Farahat vs Il-Kunsill

(Kawża T-830/14) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Żball ta’ evalwazzjoni”))

(2016/C 392/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mohamed Farahat (il-Kajr, l-Eġittu) (rappreżentanti: B. Kennelly, barrister, P. Saini, QC, u N. Sheikh, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u A. Vitro, agenti)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2014/730/PESK, tal-20 ta’ Ottubru 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2014, L 301, p. 36), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1105/2014, tal-20 ta’ Ottubru 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2014, L 301, p. 7), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2014/730/PESK, tal-20 ta’ Ottubru 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1105/2014, tal-20 ta’ Ottubru 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil Mohamed Farahat.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn M. Farahat.


(1)  ĠU C 96, 23.3.2015.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Philip Morris vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-18/15) (1)

([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti mfassla fil-kuntest tax-xogħol preparatorju għall-adozzjoni tad-Direttiva dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk u ta’ prodotti relatati - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Drittijiet tad-difiża - Interess pubbliku superjuri”])

(2016/C 392/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Philip Morris Ltd (Richmond, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Nordlander u M. Abenhaïm, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Clotuche Duvieusart, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2014) 3694540, tas-6 ta’ Novembru 2014, li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti marbuta mal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ April 2014, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ [ta’ prodotti] tat-tabakk u [ta’] prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, p. 1).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2014) 3694540, tas-6 ta’ Novembru 2014, li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti marbuta mal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ April 2014, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ [ta’ prodotti] tat-tabakk u [ta’] prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE, hija annullata sa fejn tirrifjuta l-aċċess għall-ewwel tliet sentenzi tat-tielet paragrafu tad-dokument Nru 6.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 107, 30.3.2015


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – Trajektna luka Split vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-57/15) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Servizzi tal-port - Għajnuna preżunta favur l-operatur tal-laneċ Jadrolinija - Iffissar mill-awtoritajiet Kroati tat-tariffi għas-servizzi tal-port fil-port ta’ Split f’dak li jirrigwarda t-traffiku intern għal livell allegatament inqas minn dak tat-tariffi li hemm kif fil-portijiet l-oħra tal-Kroazja kif ukoll għat-traffiku internazzjonali - Operatur privat detentur ta’ konċessjoni allegatament esklużiva sabiex jopera t-terminal tal-passiġġieri fil-port ta’ Split - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Kunċett ta’ għajnuna - Riżorsi tal-Istat”))

(2016/C 392/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Trajektna luka Split d.d. (Split, il-Kroazja) (rappreżentanti: M. Bauer, H. J. Freund u S. Hankiewicz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u P. J. Loewenthal, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 285 finali, tal-15 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.37265 (2014/NN) –Kroazja – Għajnuna allegata favur Jadrolinija.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud

2)

Trajektna luka Split d.d. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 118, 13.4.2015.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2016 – hyphen vs EUIPO – Skylotec (Rappreżentazzjoni ta’ poligonu)

(Kawża T-146/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta poligonu - Użu ġenwin tat-trade mark - Il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1), u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Forma li hija differenti imma biss fir-rigward ta’ ċerti elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv”])

(2016/C 392/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: hyphen GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Gail u M. Hoffmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Skylotec GmbH (Neuwied, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. De Zorti u M. Helfrich, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-9 ta’ Marzu 2015 (Każ R 1506/2014-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Skylotec u hyphen.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tad-9 ta’ Marzu 2015 (Każ R 1506/2014-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Skylotec GmbH u hyphen GmbH, hija annullata sa fejn, fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu fil-klassijiet 9 u 25 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, il-Bord tal-Appell qies li d-drittijiet tal-proprjetarju tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea rreġistrata kellhom jiġu revokati.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti minn hyphen.

4)

Skylotec għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 171, 26.5.2015.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2016 – Il-Kummissjoni vs Kakol

(Kawża T-152/15 P) (1)

((“Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ ammissjoni ta’ kandidat - Nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ diploma - Ammissjoni għal kompetizzjoni preċedenti - Kundizzjonijiet ta’ kompetizzjonijiet simili - Obbligu ta’ motivazzjni”))

(2016/C 392/42)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Simonetti, J. Currall u G. Gattinara, sussegwentement F. Simonetti u G. Gattinara, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Danuta Kakol (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: R. Duta, avukat)

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Jannar 2015, Kalkol vs Il-Kummissjoni (F-1/14 u F-48/14, EU:F:2015:5), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Jannar 2015, Kalkol vs Il-Kummissjoni (F-1/14 u F-48/14, EU:F:2015:5) hija annullata.

2)

Il-kawża tintbagħat lura quddiem awla tat-Tribunal differenti minn dik li ddeċidiet dan l-appell.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 190, 8.6.2015.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2016 – Puma vs EUIPO – Gemma Group (Disinn ta’ felin jaqbeż)

(Kawża T-159/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta felin jaqbeż - Trade marks figurattivi internazzjonali preċedenti li jirrappreżentaw felin jaqbeż - Raġuni relattiva għal rifjut - Amministrazzjoni tajba - Prova tar-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 392/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Bullock, sussegwentement D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Gemma Group Srl (Cerasolo Ausa, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 1207/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Puma u Gemma Group.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea għall-Proprjetà Intellettwali (EUIPO) tad-19 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 1207/2014-5) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk ta’ Puma SE.


(1)  ĠU C 171, 26.5.2015.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2016 – National Iranian Tanker Company vs Il-Kunsill

(Kawża T-207/15) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar tal-fondi - Awtorità ta’ res judicata - Dritt għal rimedju effettiv - Żball ta’ evalwazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità”))

(2016/C 392/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: National Iranian Tanker Company (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: T. de la Mare, QC, M. Lester, J. Pobjoy, barristers, R. Chandrasekera, S. Ashley u C. Murphy, solicitors)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment N. Rouam u M. Bishop, sussegwentement M. Bishop u A. Vitro, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/236, tat-12 ta’ Frar 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 39, p. 18) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/230, tat-12 ta’ Frar 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 39, p. 3) safejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 277 TFUE u intiża għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà tal-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), u tal-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), safejn dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw għar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

National Iranian Tanker Company u il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom.


(1)  ĠU C 245, 27.7.2015.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Arrom Conseil vs EUIPO – Puig France (Roméo has a Gun by Romano Ricci)

(Kawża T-358/15) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiv Romeo has a Gun by Romano Ricci - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti NINA RICCI u RICCI - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Teħid ta’ vantaġġ indebitu mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti - Dannu għar-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”))

(2016/C 392/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Arrom Conseil (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: C. Herissay Ducamp u J. Blanchard, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. Kunz, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Puig France SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Marzu 2015 (Każ R 1020/2014-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Puig France u Arrom Conseil.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Arrom Conseil hija kkundannata għall-ispejjez tagħha u għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Puig France SAS.


(1)  ĠU C 294, 7.9.2015.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Lulju 2016 – Preferisco Foods vs EUIPO – Piccardo & Savore’ (PREFERISCO)

(Kawża T-371/15) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea PREFERISCO - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea I PREFERITI - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2016/C 392/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Preferisco Foods Ltd (Vancouver, British Columbia, il-Kanada) (rappreżentanti: G. Macías Bonilla, P. López Ronda, G. Marín Raigal u E. Armero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Sidat Humphreys u J. F. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Piccardo & Savore’ Srl (Chiusavecchia, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ April 2015 (Każ R 2598/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Piccardo & Savore’ u Preferisco Foods.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Preferisco Foods Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 311, 21.9.2015.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali fit-13 ta’ Settembru 2016 – Perfetti Van Melle Benelux vs EUIPO

(Kawża T-390/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ew ropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea 3D - Trade marks verbali u figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea verbale 3D’S u 3D’s - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 392/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Perfetti Van Melle Benelux BV (Breda, in-Netherlands) (rappreżentant: P. Testa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u A. Folliard Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: PepsiCo, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Mejju 2015 (Każ R 465/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn PepsiCo u Perfetti Van Melle Benelux.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Perfetti Van Melle Benelux BV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 311, 21.9.2015.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2016 – Globo Comunicação e Participações vs EUIPO (trade mark awdjo)

(Kawża T-408/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark awdjo - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2016/C 392/48)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Globo Comunicação e Participações S/A (Rio de Janeiro, il-Brażil) (rappreżentanti: E. Gaspar u M.-E. De Moro-Giafferri, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-18 ta’ Mejju 2015 (Każ R 2945/2014-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark awdjo bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Globo Comunicação e Participações S/A hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 320, 28.9.2015.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2016 – Pohjanmäki vs Il-Kunsill

(Kawża T-410/15 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2013 - Rwoli rispettivi tal-Awtorità tal-Ħatra u tal-KKP - Assenza ta’ rapporti ta’ evalwazzjoni - Nuqqas ta’ konsultazzjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni mill-membri tal-KKP - Kompatibbiltà tal-funzjonijiet ta’ relatur fi ħdan il-KKP u ta’ ex evalwatur - Ugwaljanza fit-trattament - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2016/C 392/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Jaana Pohjanmäki (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Appellat: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Rebasti u M. Bauer, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Mejju 2015, Pohjanmäki vs Il-Kunsill (F-44/14, EU:F:2015:46), u intiża għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Jaana Pohjanmäki għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din il-kawża.


(1)  ĠU C 337, 12.10.2015.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Trinity Haircare vs EUIPO – Advance Magazine Publishers (VOGUE)

(Kawża T-453/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea VOGUE - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru distintiv - Artikolu 52(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Mala fides - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2016/C 392/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Trinity Haircare AG (Herisau, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: J. Kroher u K. Bach, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Lewis u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Advance Magazine Publishers, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: D. Ivison, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-27 ta’ Mejju 2015 (Każ R 2426/2014-4), dwar proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Advance Magazine Publishers u Trinity Haircare.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Trinity Haircare AG hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), u minn Advance Magazine Publishers, Inc.


(1)  ĠU C 320, 28.9.2015.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Settembru 2016 – Lotte vs EUIPO – Kuchenmeister (KOALA LAND)

(Kawża T-479/15) (1)

([Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea KOALA LAND - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti KOALA - Ċaħda parzjali tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Użu ġenwin - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009])

(2016/C 392/51)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Lotte Co. Ltd (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: M. Knitter u S. Schicker, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kuchenmeister GmbH (Soest, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Blumenthal, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 815/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kuchenmeister u Lotte.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lotte Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 337, 12.10.2015.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2016 – De Esteban Alonso vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-557/15 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal assistenza - Proċeduri kriminali quddiem qorti nazzzjonali - Deċiżjoni tal-istituzzjoni li tikkostitwixxi ruħha bħala parti ċivili - Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza bħala manifestament infondat - Irregolaritajiet proċedurali - Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal”))

(2016/C 392/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Fernando De Esteban Alonso (Saint-Martin-de-Seignanx, Franza) (rappreżentant: C. Huglo, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u C. Ehrbar, sussegwentement C. Ehrbar u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-15 ta’ Lulju 2015, De Esteban Alonso vs Il-Kummissjoni (F-35/15, EU:F:2015:87), u intiż għall-annullament ta’ dak id-digriet.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Fernando De Esteban Alonso għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 371, 9.11.2015.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta Settembru 2016 – Paglieri Sell System vs EUIPO (APOTEKE)

(Kawża T-563/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva APOTEKE - Raġuni assoluta għal rifjut - Natura deskrittiva - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2016/C 392/53)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Paglieri Sell System SpA (Pozzolo Formigaro, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi u F. Braga, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Doherty u L. Rampini, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Lulju 2005 (Każ R 2428/2014-5), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv APOTEKE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Paglieri Sell System SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 371, 9.11.2015


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/41


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2016 – Gifi Diffusion vs EUIPO – Crocs (Footwear)

(Kawża T-424/16)

(2016/C 392/54)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gifi Diffusion (Villeneuve-sur-Lot, Franza) (rappreżentant: C. de Chassey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Crocs, Inc. (Longmont, Colorado, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn Komunitarju “Footwear” – disinn Komunitarju Nru 733 282-0001

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-25 ta’ April 2015, fil-Każ R 37/2015-3

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-disinn Komunitarju Nru 000 733 282-0001l

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikoli 62 u 63 tar-Regolament Nru 6/2002.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/42


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2016 – Šroubárna Ždánice vs Il-Kunsill

(Kawża T-442/16)

(2016/C 392/55)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Šroubárna Ždánice a.s. (Kyjov, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Osladil, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata li l-Unjoni Ewropea għandha tħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ CZK 75 502 534 bħala kumpens għad-danni;

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, li jallega li l-kundizzjonijiet kollha li jwasslu għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea taħt l-Artikolu 268 TFUE, flimkien mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, ġew issodisfatti:

bl-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping fuq l-importazzjoni ta’ ċerti rabbata tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li sussegwentement ġew estiżi għall-importazjonijiet mill-Malażja, l-Unjoni Ewropea kisret l-obbligi tagħha taħt is-sħubija tad-WTO, imniżżla speċifikament fil-ftehim anti-dumping;

il-ksur tal-ftehim anti-dumping wassal għal ksur tal-Artikolu 216(2) TFUE;

bħala riżultat tal-azzjoni illegali tal-Unjoni Ewropea, ir-rikorrenti ġarrbet danni għall-ammont ta’ CZK 75 502 534;

kien hemm ness kawżali bejn l-ammont tad-danni u l-aġir illegali tal-Unjoni Ewropea.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/42


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2016 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-459/16)

(2016/C 392/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Sampol Pucurull, Abogado del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropa

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1059, tal-20 ta’ Ġunju 2016, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), sa fejn tikonċerna lir-Renju ta’ Spanja, fir-rigward ta’ ċerta għajnuna għas-superfiċje, u li teskludi somm ta’ EUR 262 887 429,57.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv maqsum f’żewġ partijiet.

1.

Ir-rikorrent isostni li l-korrezzjoni b’rata fissa imposta mill-Kummissjoni jikser l-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni war il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU 2005, L 209, p. 1) kif ukoll il-Linji Gwida tal-1997 (Dokument VI/5330/97) dwar il-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi imposta korrezzjoni ta’ 25 % jew ta’ 10 %. Dan il-ksur jinvolvi setgħa eżorbitanti tal-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha u ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali.

Fl-ewwel lok, l-awtoritajiet Spanjoli jqisu li d-diversi korrezzjonijiet b’rata fissa jiksru l-Artikolu 31(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, moqri fid-dawl tal-Linji Gwida tal-1997 u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li l-Kummissjoni ma għandhiex indizji serji u raġonevoli sabiex tasal għall-konklużjoni li korrezzjoni finanzjarja ta’ 25 % għandha tiġi imposta fir-rigward tal-mergħat bis-siġar għas-snin 2009 sa 2013, ħlief fir-rigward tal-mergħat bis-siġar ta’ ħames komunitajiet awtonomi għall-2009, li għalihom jitqies li l-Artikolu 73a(2)a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tar-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 243) huwa applikabbli.

L-awtoritajiet Spanjoli jikkontestaw ukoll l-applikazzjoni, mill-Kummissjoni, ta’ korrezzjoni b’rata fissa ta’ 10 % għas-snin 2009 sa 2013 fir-rigward tal-mergħat mħawla bl-arbuxelli u għall-2009 fir-rigward tal-mergħat bis-siġar msejħa “dehesa”.

Fit-tieni lok, l-awtoritajiet Spanjoli jqisu li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, moqri fid-dawl tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ċertezza legali, peress li tinjora l-Artikolu 73a(2)a tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, moqri flimkien mal-Artikolu 137 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/43


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2016 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-462/16)

(2016/C 392/57)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, P. Estêvão u J. Saraiva de Almeida, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 3753, tal-20 ta’ Ġunju 2016, innotifikata fil-21 ta’ Ġunju 2016, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), fil-parti fejn, minħabba r-raġuni ta’ “Nuqqas fil-konsolidazzjoni”, teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea l-ammont ta’ EUR 29 957 339,70 fir-rigward tal-ispejjeż iddikjarati mir-Repubblika Portugiża fil-kuntest tal-għajnuna marnuta ma’ żoni, għas-snin finanzjarji 2013 u 2014;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi li l-Kummissjoni wettqet billi rrikonoxxiet l-implementazzjoni ta’ programm ta’ żvilupp pubbliku sabiex taġġorna d-drittijiet konformement mal-Artikolu 41(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU 2009 L 30, p. 16), iżda pproċediet, a posteriori, sabiex tirrifjuta l-finanzjament tal-ispejjeż li kellu jsir abbażi tal-aġġustament tad-drittijiet li kien ġie propost lilha.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 34, 36 u 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU 2005, L 209, p. 1) u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/44


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2016 – Il-Portugall vs Il-Kummisjsoni

(Kawża T-463/16)

(2016/C 392/58)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, P. Estêvão u J. Saraiva de Almeida, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 3753, tal-20 ta’ Ġunju 2016, innotifikata fil-21 ta’ Ġunju 2016, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), fil-parti fejn teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea l-ammont ta’ EUR 8 984 891,60 fir-rigward tal-ispejjeż iddikjarati mir-Repubblika Portugiża fil-kuntest tal-kundizzjonalità, għas-snin finanzjarji 2011, 2012 u 2013;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni u l-ksur tal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE), Nru 885/2006, tal-21 ta’ Ġunju 2006, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (ĠU 2008 L 322M, p. 162).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU 2009 L 30, p. 16), u tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 54(c) u tal-Artikolu 71 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (ĠU 2009 L 316, p. 65).

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 26 u 53 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ne bis in idem.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU 2005, L 209, p. 1).


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/45


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2016 – Sicignano vs EUIPO – Inprodi (GiCapri “a giacchett’e capri”)

(Kawża T-619/16)

(2016/C 392/59)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Pasquale Sicignano (Santa Maria la Carità, l-Italja) (rappresentanti: A. Masetti Zannini de Concina, M. Bucarelli, G. Petrocchi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Inghirami Produzione Distrinuzione SpA (Inprodi) (Milano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “GiCapri ‘a giacchett'e capri’” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 512 778

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ R 806/2015-5

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ R 806/2015-5 li permezz tagħha l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni 12512778 tat-trade mark kumplessa “GiCapri a giacchett’e capri” kienet ġiet miċħuda għall-klassijiet ta’ prodotti 18, 25 u 35 u, konsegwentement, taċċetta r-reġistrazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO li tirrimborsa lir-rikorrent l-ispejjeż, id-drittijiet u l-onorarji kollha relatati ma’ din il-proċedura.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/46


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2016 – České dráhy vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-621/16)

(2016/C 392/60)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: České dráhy (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: K. Muzikář, J. Kindl, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2016) 3993 finali tat-22 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ AT.4041 – Twins, li tordna spezzjoni skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat; u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata fuq il-bażi ta’ dokumenti miksuba matul spezzjoni preċedenti effettwata fil-post tal-kummerċ ta’ České dráhy fuq il-bażi ta’ deċiżjoni illegali. Il-Kummissjoni Ewropea ma setgħatx fil-fatt tuża d-dokumenti hekk miksuba, u lanqas ma setgħat tagħmel dan wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata f’dan ir-rikors.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-dokumenti li fuq il-bażi tagħhom ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata kienu inkisbu mill-Kummissjoni Ewropea matul spezzjoni preċedenti, u dan barra mill-kuntest ipprovdut mis-suġġett tal-ispezzjoni, jiġifieri illegalment.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata u l-ispezzjoni relatata tal-Kummissjoni Ewropea jikkostitwixxu indħil sproporzjonat fl-isfera privata tar-rikorrenti. Fil-fatt, il-Kummissjoni Ewropea adottat id-deċiżjoni kkontestata mingħajr dokumenti legalment ammissibbli, peress li ddefinixxiet is-suġġett tal-ispezzjoni, b’mod wiesa u li ma huwiex aċċettabbli, u aġixxiet lil hinn mis-setgħa tagħha ta’ investigazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tiddefinixxi b’mod insuffiċjenti s-suġġett u l-għan tal-ispezzjoni, peress li, fost l-oħrajn, hija tiddefinixxi l-perijodu intiż għall-ispezzjoni, b’mod wiesa u li ma huwiex aċċettabbli, u peress li d-deċiżjoni ma hijiex debitament immotivata.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata u l-ispezzjoni li sussegwentement twettqet, b’mod illeċitu interferixxew fid-drittijiet u fil-libertajiet fundamentali tar-rikorrenti hekk kif huma ggarantiti mill-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (jew mill-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali) u mill-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (jew mill-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali).


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/47


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2016 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-627/16)

(2016/C 392/61)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentata minn: M. Smolek, J. Pavliš u J. Vláčil, li jaġixxu bħala aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) tal-20 ta’ Ġunju 2016 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Argikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (notifika bid-dokument C(2016) 3753) (id-“deċiżjoni kkontestata”) sa fejn din teskludi l-infiq imġarrab mir-Repubblika Ċeka fir-rigward tal-iskema ta’ pagament uniku (SPUE) f’ammont totali ta’ EUR 84 272,83 sa fejn din teskludi l-infiq imġarrab mir-Repubblika Ċeka fir-rigward ta’ investiment fis-settur tal-inbid f’ammont totali ta’ EUR 636 516,20 u sa fejn din teskludi l-infiq imġarrab mir-Repubblika Ċeka fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ kundizzjonalità f’ammont totali ta’ EUR 29 485 612,55;

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka fir-rigward tal-iskema ta’ pagament uniku (SPUE) motiv uniku, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni. Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-infiq mill-finanzjament tal-UE, għalkemm ma kien hemm l-ebda ksur tad-dritt tal-UE jew tad-dritt nazzjonali.

Fir-rigward tal-investiment fis-settur tal-inbid, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament Nru 1306/2013. Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-infiq mill-finanzjament tal-UE, għalkemm ma kien hemm l-ebda ksur tad-dritt tal-UE jew tad-dritt nazzjonali.

Fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ kundizzjonalità, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi:

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament Nru 1306/2013. Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-infiq mill-finanzjament tal-UE, għalkemm ma kien hemm l-ebda ksur tad-dritt tal-UE jew tad-dritt nazzjonali.

2.

Sussidjarjament, ir-rikorrenti tinvoka t-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 1306/2013. Anki jekk l-ilmenti kkontestati fl-ewwel motiv kienu jikkostitwixxu ksur tad-dritt tal-UE (quod non), il-Kummissjoni evalwat b’mod żbaljat il-gravità ta’ dan il-ksur u d-dannu finanzjarju għall-UE.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/47


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2016 – Remag Metallhandel u Jaschinsky vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-631/16)

(2016/C 392/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Remag Metallhandel GmbH (Steyr, l-Awstrija) u Werner Jaschinsky (St. Ulrich bei Steyr, l-Awstrija)(rappreżentant: M. Lux, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Fid-dawl tat-talba insistenti tal-OLAF li l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jirkupraw id-dazji antidumping għall-kunsinni kollha ta’ metall tas-silikon esportati mit-Tajwan lejn l-UE skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 398/2004, tat-2 ta’ Marzu 2004, li jimponi dazju definit kontra d-dumping fuq l-importazzjoni tas-silikon li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 50, p. 40) u skont ir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 467/2010, tal-25 ta’ Mejju 2010, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tas-silikon li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet tas-silikon kkonsenjat mir-Repubblika tal-Korea, kemm jekk iddikjarat li joriġina fir-Repubblika tal-Korea kemm jekk le (ĠU L 131), minkejja li l-OLAF ma pproduċa l-ebda prova jew ipproduċa biss provi insuffiċjenti li s-silkon importat mit-Tajwan minn Remag kien joriġina miċ-Ċina, ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna li l-konvenuta għandha tikkumpensa lir-rikorrenti skont it-talbiet mressqa fir-rikors u li tħallashom l-interessi moratorji annwali bir-rata ta’ 8 %, u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq iċ-ċirkustanza li, billi talab lill-Istati Membri jirkupraw id-dazji anti-dumping qabel ma kien ġie kkonfermat mill-investigazzjoni l-oriġini tal-prodotti bil-għan li titwaqqaf il-preskrizzjoni tad-dazji allegatament dovuti, l-OLAF ta istruzzjoni lill-amministrazzjonijiet nazzjonali u inċithom sabiex jiksru l-Artikoli 220(1) u 221(1) tal-Kodiċi Doganali Komunitarju (KDK).

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq iċ-ċirkustanza li, billi fit-talba tiegħu ta’ rkupru ma ħax inkunsiderazzjoni l-fatt li t-trasbord tas-silikon miċ-Ċina ma kienx prova li s-silikon kien joriġina miċ-Ċina, l-OLAF kiser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u l-obbligu li jibbaża l-konklużjonijiet tiegħu fuq elementi stabbiliti.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq iċ-ċirkustanza li, billi sostna li l-esportazzjonjiet kollha tas-silikon mit-Tajwan kienu jikkonċernaw prodotti li joriġinaw miċ-Ċina, l-OLAF kiser l-oneru tal-prova tal-oriġini mhux preferenzjali.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq iċ-ċirkustanza li, billi sostna li t-trasformazzjoni mwettqa fit-Tajwan ma kinitx suffiċjenti sabiex tagħti oriġini Tajwaniża mingħajr ma ħa inkunsiderazzjoni l-użu tas-silkon ittrasformat, l-OLAF kiser ir-regoli tal-oriġini kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/48


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2016 – Deichmann vs EUIPO – Vans (Rappreżentazzjoni ta’ strixxa mal-ġenb ta’ żarbuna)

(Kawża T-638/16)

(2016/C 392/63)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deichmann SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Onken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vans, Inc. (Cypress, California, l-Istati Uniti tal-Amerika)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark ta’ pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ strixxa mal-ġenb ta’ żarbuna) – Deċiżjoni Nru 10 263 895

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 408/2015-4

Talbiet

temenda d-deċiżjoni kkontestata fis-sens li tannulla d-deċiżjoni tad-diviżjoni tal-oppożizzjoni tat-23 ta’ Diċembru 2014, tilqa’ l-oppożizzjoni B 001919210 u tiċħad it-trade mark ta’ pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea Nru 10 263 895;

sussidjarjament: tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 408/2015-4;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tar-Regoli 19(2) u 20(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95, tal-Artikolu 151(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009, kif ukoll tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ nuqqas ta’ retroattività.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/49


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2016 – GEA Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-640/16)

(2016/C 392/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: GEA Group AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. du Mont u C. Wagner, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tad-29 ta’ Ġunju 2016, C(2016)3920, li temenda d-Deċiżjoni C(2009)8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tat-Trattat KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (AT.38589 – Stabilizzaturi termiċi);

sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tal-multa imposta u tistabbilixxi data ġdida għall-pagament u għall-interessi dovuti (wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata);

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, billi adottat id-deċiżjoni kkontestata minkejja l-fatt li t-terminu ta’ preskrizzjoni kien skada.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li, bid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 266(1) TFUE, u d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti minħabba li din ma setgħetx tiżviluppa verbalment il-pożizzjoni tagħha.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 23(2) u (3) tar-Regolament Nru 1/2003 billi ma applikatx il-limitu massimu ta’ 1-10 % għar-rikorrenti, u billi applikat dan il-limitu massimu ta’ 10 % għal awtur ieħor tal-ksur għad-detriment tar-rikorrenti.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament billi żammet lir-rikorrenti bħala l-unika responsabbli għal aġir li għalih awturi oħra tal-ksur instabu responsabbli meta r-responsabbiltà tar-rikorrenti hija purament derivattiva u billi qassmet il-piż addizzjonali li jirriżulta mit-tnaqqis tar-responsabbiltà tal-awtur l-ieħor tal-ksur esklużivament għad-detriment tar-rikorrenti.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni marret lil hinn mis-setgħat tagħha meta ffissat b’mod retroattiv terminu għal pagament f’data li għaliha ma kienet teżisti l-ebda bażi legali valida għal pagament u billi l-Kummissjoni ma tatx motivazzjoni skont l-Artikolu 296(2) TFUE għaliex ma spjegatx għal liema raġunijiet hija kienet tbiegħdet mill-prassi tagħha.


24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/50


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Settembru 2016 – Iame vs EUIPO – Industrie Aeronautiche Reggiane (Parilla)

(Kawża T-642/16)

(2016/C 392/65)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Iame SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: M. Mostardini, G. Galimberti, F. Mellucci, R. Kakkar, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Industrie Aeronautiche Reggiane Srl (Reggio Emilia, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “Parilla” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 3 065 182

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ R 608/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata minħabba ksur tal-Artikolu 51 tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn din id-deċiżjoni ċaħdet l-appell R0608/2015-1 u kkonfermat ir-revoka minħabba nuqqas ta’ użu tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Parilla” Nru 3065182, li IAME S.p.A. hija l-proprjetarja tagħha għall-prodotti u servizzi kollha fil-klassijiet 7 u 41;

u konsegwentement:

tiċħad it-talba għal revoka, li tinsab fl-Artikolu 51 tar-Regolament Nru 207/2009, tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Parilla” Nru 3065182, li IAME S.p.A. hija l-proprjetarja tagħha għall-prodotti u servizzi kollha fil-klassijiet 7 u 41;

taħt kull riżerva li sussegwentement tippreżenta argumenti u tipproduċi provi fit-termini previsti;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 51 tar-Regolament Nru 207/2009.