ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 371

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
10 ta' Ottubru 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2016/C 371/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2016/C 371/02

Kawża C-369/16 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2016 mill-Irlanda mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fit-22 ta’ April 2016 fil-Kawżi magħquda T-50/06 RENV II u T-69/09 RENV II: Aughinish Alumina Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

2

2016/C 371/03

Kawża C-383/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Lulju 2016 – Vion Livestock BV vs Staatssecretaris van Economische Zaken

3

2016/C 371/04

Kawża C-397/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d’appello di Milano (l-Italja) fit-18 ta’ Lulju 2016 – Acacia Srl vs Fallimento Pneusgarda Srl, Audi AG

4

2016/C 371/05

Kawża C-398/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Lulju 2016 – X BV vs Staatssecretaris van Financiën

4

2016/C 371/06

Kawża C-399/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Lulju 2016 – X NV vs Staatssecretaris van Financiën

5

2016/C 371/07

Kawża C-427/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fl-1 ta’ Awwissu 2016 – Chez Elektro Balgaria AD vs Yordan Kotsev

6

2016/C 371/08

Kawża C-428/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fl-1 ta’ Awwissu 2016 – FrontEx International EAD vs Emil Yanakiev

6

2016/C 371/09

Kawża C-430/16 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2016 minn Bank Mellat mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawża T-160/13, Bank Mellat vs Il-Kunsill

7

 

Il-Qorti Ġenerali

2016/C 371/10

Kawża T-360/16: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2016 – Dimos Athinaion vs Il-Kummisjsoni

9

2016/C 371/11

Kawża T-370/16: Rikors ippreżentat fil-12 ta’ Lulju 2016 – Anheuser-Busch Inbev u Ampar vs Il-Kummissjoni

9

2016/C 371/12

Kawża T-399/16: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2016 – CK Telecoms UK Investments vs Il-Kummissjoni

10

2016/C 371/13

Kawża T-400/16: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2016 – Maximum Play vs EUIPO (MAXPLAY)

11

2016/C 371/14

Kawża T-409/16: Rikors ippreżentat fit-31 ta’ Lulju 2016 – Makhlouf vs Il-Kunsill

12

2016/C 371/15

Kawża T-410/16: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2016 – Makhlouf vs Il-Kunsill

13

2016/C 371/16

Kawża T-417/16: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2016 – Achemos Grupè u Achema vs Il-Kummissjoni

14

2016/C 371/17

Kawża T-423/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2016 – De Masi vs Il-Kummissjoni

15

2016/C 371/18

Kawża T-430/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2016 – Intercontinental Exchange Holdings vs EUIPO (BRENT INDEX)

16

2016/C 371/19

Kawża T-431/16: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2016 – VIMC vs Il-Kummissjoni

16

2016/C 371/20

Kawża T-433/16: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2016 – Pometon vs Il-Kummissjoni

17

2016/C 371/21

Kawża T-436/16: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awissu 2016 – AEIM u Kazenas vs Il-Kummissjoni

19

2016/C 371/22

Kawża T-437/16: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2016 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

20

2016/C 371/23

Kawża T-443/16: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2016 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

21

2016/C 371/24

Kawża T-446/16 P: Appell ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2016 minn CC mis-sentenza mogħtija fil-21 ta’ Lulju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-9/12 RENV, CC vs Il-Parlament

22

2016/C 371/25

Kawża T-453/16: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2016 – Ellinikos Syndemos Epicheiriseon gia ti Diacheirisi ton Diethnon Protypon GS1 vs EUIPO – 520 Barcode Ellas (520 Barcode Hellas)

23

2016/C 371/26

Kawża T-464/16: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2016 minn HI mis-sentenza mogħtija fl-10 ta’ Ġunju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-133/15, HI vs Il-Kummissjoni

24

2016/C 371/27

Kawża T-465/16: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2016 – Cotecnica vs EUIPO – Visán Industrias Zootécnicas (cotecnica OPTIMA)

25

2016/C 371/28

Kawża T-466/16: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2016 – NRW.Bank vs SRB

25

2016/C 371/29

Kawża T-468/16: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2016 – Verein Deutsche Sprache vs Il-Kummissjoni

26

2016/C 371/30

Kawża T-474/16: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2016 – Société wallonne des aéroports vs Il-Kummissjoni

28

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2016/C 371/31

Kawża F-39/16: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

29

2016/C 371/32

Kawża F-41/16: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs SEAE

29

2016/C 371/33

Kawża F-42/16: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs BEI

30

2016/C 371/34

Kawża F-43/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

31

2016/C 371/35

Kawża F-44/16: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

31

2016/C 371/36

Kawża F-45/16: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs BEI

32

2016/C 371/37

Kawża F-46/16: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

32

2016/C 371/38

Kawża F-47/16: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

33

2016/C 371/39

Kawża F-48/16: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

33

2016/C 371/40

Kawża F-85/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Awwissu 2016 – Roest vs Il-Kummissjoni

34

2016/C 371/41

Kawża F-18/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Awwissu 2016 – McMichael vs Il-Kummissjoni

34

2016/C 371/42

Kawża F-19/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Awwissu 2016 – Boyd vs Il-Kummissjoni

35

2016/C 371/43

Kawża F-57/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Awwissu 2016 – Hoeve vs Il-Kummissjoni

35

2016/C 371/44

Kawża F-70/14: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Awwissu 2016 – Cobo Benito vs Il-Kummissjoni

35

2016/C 371/45

Kawża F-128/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Awwissu 2016 – Marinozzi u Cat vs Il-Kummissjoni

35


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2016/C 371/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 364, 3.10.2016

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 350, 26.9.2016

ĠU C 343, 19.9.2016

ĠU C 335, 12.9.2016

ĠU C 326, 5.9.2016

ĠU C 314, 29.8.2016

ĠU C 305, 22.8.2016

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/2


Appell ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2016 mill-Irlanda mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fit-22 ta’ April 2016 fil-Kawżi magħquda T-50/06 RENV II u T-69/09 RENV II: Aughinish Alumina Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-369/16 P)

(2016/C 371/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: L-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon, T. Joyce, aġenti, P. McGarry, Senior Counsel)

Partijiet oħra fil-proċedura: Aughinish Alumina Ltd, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza

tannulla d-Deċiżjoni (1)

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż

Aggravji u argumenti prinċipali

L-Irlanda tippreżenta erba’ aggravji f’ dan l-appell:

a)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali hija legalment żbaljata sa fejn sostniet li l-prinċipju ta’ ċertezza legali ma kienx japplika u/jew ma kienx ta’ benefiċċju għall-Irlanda u Aughinish Alumina Ltd, minkejja d-dewmien inskużabbli tal-Kummissjoni sabiex waslet għad-deċiżjoni kkontestata.

b)

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li ma kienx hemm ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, minkejja l-konstatazzjoni li d-dewmien fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni kien bla ġustifikazzjoni u inskużabbli.

c)

Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonkludiet li l-għajnuna inkwistjoni “ikkorrispondiet ma’ skema ta’ għajnuna” kif iddefinita fl-Artikolu 1(d) tar-Regolament tal-Kunsill 659/1999 (2); barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonkludiet li l-perijodu ta’ limitazzjoni fl-Artikolu 15 tar-Regolament 659/1999 beda jiddekorri mid-data ta’ kull importazzjoni ta’ żjut minerali minn Aughinish Alumina Ltd.

d)

Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta rrifjutat li tilqa’ r-rikors fuq il-bażi li l-għajnuna tista’ tiġi ddefinita bħala għajnuna eżistenti qabel l-adeżjoni.


(1)  2006/323/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-7 ta’ Diċembru 2005, dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali użati bħala fjuwil għall-produzzjoni ta’ alumina fir-reġjun ta’ Gardanne, fir-reġjun ta’ Shannon u f’Sardenja, implementata rispettivament minn Franza, l-Irlanda u l-Italja [innotifikata taħt id-dokument numru C (2005) 4436], ĠU L 119. p. 12.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339.


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Lulju 2016 – Vion Livestock BV vs Staatssecretaris van Economische Zaken

(Kawża C-383/16)

(2016/C 371/03)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het Bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vion Livestock BV

Konvenut: Staatssecretaris van Economische Zaken

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 5(4) u 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 (1), tat-22 ta’ Diċembru 2004, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati, moqrija flimkien mad-dispożizzjonijiet dwar il-ktieb tal-vjaġġ li jinsab fl-Anness II ta’ dan ir-regolament, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jimponu fuq l-organizzatur tat-trasport jew fuq il-gwardjani tal-annimali, jew fuq it-tnejn li huma, l-obbligu, fil-każ tat-trasport ta’ annimali lejn pajjiż terz, li jinżamm il-ktieb tal-vjaġġ sad-destinazzjoni f’dan il-pajjiż terz?

2)

L-Artikoli 5 u 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 817/2010 (2), tas-16 ta’ Settembru 2010, li jippreskrivi regoli dettaljati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-għoti ta’ rifużjonijiet [ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni] konnessi mal-welfare tal-annimali tal-ifrat ħajjin matul it-trasport, moqrija flimkien mal-Artikolu 4 ta’ dan l-istess regolament, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni għandhom jiġu rkuprati meta l-ktieb tal-vjaġġ ma jkunx inżamm sad-destinazzjoni fil-pajjiż terz għaliex it-trasportatur ikun issodisfa l-obbligu impost fuqu mill-Artikolu 7 tal-Anness II tar-Regolament Nru 1/2005 li jagħti dan il-ktieb tal-vjaġġ lill-veterinarju uffiċjali fil-punt ta’ ħruġ mit-territorju tal-Unjoni?

3)

L-Artikoli 5 u 7 tar-Regolament Nru 817/2010, moqrija flimkien mal-Artikolu 4 tal-istess regolament, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni għandhom jiġu rkuprati jekk l-esportatur ma jkunx jista’ juri li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1/2005 ikunu ġew osservati f’sitwazzjoni fejn il-veterinarju, fil-kuntest tal-kontrolli li għandu jwettaq fil-pajjiż terz skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 817/2010, ma jkunx jista’ jivverifika jekk l-informazzjoni tal-pjan ta’ rotta (il-ktieb tal-vjaġġ) hijiex jew le sodisfaċenti, jiġifieri jekk hijiex jew le konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1/2005 (u meta, konsegwentement, lanqas ma jkun jista’ jiddikjara li l-eżitu ta’ dawn il-kontrolli huwa sodisfaċenti) għaliex it-trasportatur ikun ta l-ktieb tal-vjaġġ lill-veterinarju uffiċjali fil-punt ta’ ħruġ mit-territorju tal-Unjoni?


(1)  ĠU 2005, L 3, p 1.

(2)  ĠU 2010, L 245, p 16.


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d’appello di Milano (l-Italja) fit-18 ta’ Lulju 2016 – Acacia Srl vs Fallimento Pneusgarda Srl, Audi AG

(Kawża C-397/16)

(2016/C 371/04)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte d’appello di Milano (l-Italja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Acacia Srl

Konvenuti: Fallimento Pneusgarda Srl u Audi AG

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipji ta’ moviment liberu tal-merkanzija u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-suq intern, b) il-prinċipju ta’ effettività tar-regoli tal-kompetizzjoni Ewropej u ta’ liberalizzazzjoni tas-suq intern, ċ) il-prinċipji tal-effett utli u tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt Ewropew fi ħdan l-Unjoni Ewropea, d) id-dispożizzjonijiet tad-dritt sekondarju tal-Unjoni Ewropea, bħad-Direttiva Nru 98/71 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha, l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 461/2010 (2) u r-Regolament UNECE Nru 124, jipprekludu interpretazzjoni tal-Artikolu 110 tar-Regolament Nru 6/2002 (3), li fih il-klawżola ta’ tiswija, li teskludi r-replika tar-rimm, estetikament identika għar-rimm tat-tagħmir oriġinali, approvata abbażi tar-Regolament UNECE Nru 124 iċċitat iktar 'il fuq, mill-kunċett ta’ parti minn prodott kumpless (karozza) bil-għan li tista’ ssir it-tiswija tal-prodott kumpless u li terġa’ tingħata d-dehra oriġinali tagħha?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, ir-regoli dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuq il-mudelli rreġistrati, wara li jsir ibbilanċjar tal-interessi msemmija fl-ewwel domanda, jipprekludu l-applikazzjoni tal-klawżola ta’ tiswija fir-rigward ta’ repliki ta’ prodotti komplementari li l-klijent jista’ jagħżel liberament, peress li l-klawżola ta’ tiswija għandha tiġi interpretata b’mod restrittiv u għandha tkun limitata għall-partijiet ta’ bdil li l-forma tagħhom hija marbuta mal-prodott, jiġifieri, partijiet li l-forma tagħhom ġiet iddeterminata b’mod li fundamentalment ma jistax jinbidel meta mqabbla mad-dehra esterna tal-prodott kumpless, bl-esklużjoni ta’ elementi oħra meqjusa interkambjabbli u li jistgħu jiġu mmuntati liberament skont ix-xewqa tal-klijent?

3)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għat-tieni domanda, liema miżuri għandu jieħu l-produttur ta’ repliki ta’ rimmijiet sabiex jiżgura l-moviment leġittimu ta’ prodotti ddestinati li jsewwu l-prodott kumpless u li jerġgħu jagħtuh id-dehra oriġinali tiegħu?


(1)  Direttiva 98/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 1998, dwar il-protezzjoni legali ta’ disinji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 21, p. 120).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 461/2010, tas-27 ta’ Mejju 2010, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma fis-settur tal-vetturi bil-mutur (ĠU L 129, p. 52).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji (ĠU 2002, L 3, p. 1).


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Lulju 2016 – X BV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-398/16)

(2016/C 371/05)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X BV

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Domanda preliminari

L-Artikoli 43 u 48 KE (li issa huma l-Artikoli 49 u 54 TFUE) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali skont liema kumpannija omm stabbilita fi Stat Membru ma hijiex awtorizzata tnaqqas l-interessi fir-rigward ta’ self li għandu rabta ma’ kontribuzzjoni ta’ kapital magħmula lil sussidjarja stabbilita fi Stat Membru ieħor, filwaqt li hija tkun tista’ tibbenefika minn dan it-tnaqqis li kieku din is-sussidjarja tkun ġiet inkluża mal-imsemmija kumpannija omm f’entità fiskali unika – b’karatteristiċi bħal dawk tal-entità fiskali unika Olandiża – peress li f’dan il-każ, minħabba l-konsolidazzjoni, ma jkun hemm l-ebda rabta ma’ tali kontribuzzjoni ta’ kapital?


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Lulju 2016 – X NV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-399/16)

(2016/C 371/06)

Lingwa tal-kawża: l-Olanda

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X NV

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 43 u 48 KE (issa l-Artikoli 49 u 54 TFUE) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha kumpannija parent stabbilita fi Stat Membru ma tistax ddaħħl fil-kontijiet ebda telf tal-kambju fuq l-ammont li hija investiet f’sussidjarja stabbilita fi Stat Membru ieħor, filwaqt li hija tkun tista’ tagħmel dan jekk is-sussidjarja kienet ġiet inkluża f’entità fiskali waħda – li għandha l-karatteristiċi li huma dawk tal-entità fiskali waħda Olandiża – ma’ din il-kumpannija parent stabbilita fl-imsemmi l-ewwel Stat Membru, u dan b’konsegwenza tal-konsolidazzjoni fi ħdan l-entità fiskali waħda?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, jista’ jew għandu, għall-finijiet tad-determinazzjoni tat-telf fil-kambju li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni, wieħed jitlaq mill-prinċipju li ser jiġu inklużi fl-entità fiskali waħda anki s-sussidjarji (waħda jew diversi mis-sussidjarji), diretti jew indiretti, stabbiliti fl-Unjoni Ewropea u miżmuma indirettament, permezz ta’ din is-sussidjarja [imsemmija fl-ewwel domanda], mill-kumpannija parent inkwistjoni?

3)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, hemm lok li jiġi kkunsidrat biss it-telf fil-kambju li, fil-każ li jkun inkluż fl-entità fiskali waħda tal-kumpannija parent, kien seħħ fis-snin kontenzjużi, jew hemm lok ukoll li jiġu kkunsidrati wkoll ir-riżultati tal-kambju li seħħew fis-snin preċedenti?


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fl-1 ta’ Awwissu 2016 – “Chez Elektro Balgaria” AD vs Yordan Kotsev

(Kawża C-427/16)

(2016/C 371/07)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski rayonen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Chez Elektro Balgaria”

Konvenut: Yordan Kotsev

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 101(1) TFUE (projbizzjoni fuq il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni) huwa inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 36(2) taz-Zakon za advokaturata (liġi dwar l-avukatura), li jistabbilixxu li assoċjazzjoni ta’ impriżi ta’ professjonijiet liberali (kunsill suprem tal-avukatura) għandha s-setgħa diskrezzjonali li tiffissa minn qabel il-prezzijiet minimi previsti għas-servizzi pprovduti minn dawn l-impriżi (onorarji tal-avukati) fuq il-bażi tad-delega mogħtija lilha mill-Istat?

2.

[Fil-każ li t-tweġiba għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv:] Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 78(5) in fine tal-Grazhdanski protsesualen kodeks (kodiċi tal-proċedura ċivili) (sa fejn din id-dispożizzjoni ma tippermettix it-tnaqqis tal-onorarji tal-avukat li jkun inqas minn ammont minimu speċifiku) imorru kontra l-Artikolu 101(1) TFUE?

3.

[Fil-każ li t-tweġiba għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv:] Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 132(5) taz-Zakon za advokaturata [dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 136(1) taz-Zakon za advokaturata] imorru kontra l-Artikolu 101(1) TFUE?

4.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 36(2) taz-Zakon za advokaturata imorru kontra l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 TFUE (projbizzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi)?

5.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 78(8) tal-Grazhdanski protsesualen kodeks imorru kontra l-Artikolu 101(1) TFUE?

6.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 78(8) tal-Grazhdanski protsesualen kodeks imorru kontra d-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE (1) (fir-rigward tad-dritt ta’ dawn l-impriżi li jitolbu għall-onorarji tal-avukat għal rappreżentazzjoni mill-konsulenti legali tagħhom)?

7.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2a tad-Digriet Nru 1 imorru kontra d-Direttiva 2006/112/KE (2), li tippermetti li l-VAT tiġi kkunsidrata bħala parti mill-prezz tas-servizzi pprovduti fl-eżerċizzju ta’ prestazzjoni professjonali (fir-rigward tal-inklużjoni tal-VAT bħala parti mill-onorarji tal-avukat li huma dovuti)?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE, tat-22 ta’ Marzu 1977, biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 52).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fl-1 ta’ Awwissu 2016 – FrontEx International EAD vs Emil Yanakiev

(Kawża C-428/16)

(2016/C 371/08)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski rayonen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FrontEx International EAD

Konvenut: Emil Yanakiev

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 101(1) TFUE (projbizzjoni fuq il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni) huwa inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 36(2) taz-Zakon za advokaturata (liġi dwar l-avukatura), li jistabbilixxu li assoċjazzjoni ta’ impriżi ta’ professjonijiet liberali (kunsill suprem tal-avukatura) għandha s-setgħa diskrezzjonali li tiffissa minn qabel il-prezzijiet minimi previsti għas-servizzi pprovduti minn dawn l-impriżi (onorarji tal-avukati) fuq il-bażi tad-delega mogħtija lilha mill-Istat?

2)

[Fil-każ li t-tweġiba għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv:] Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 78(5) in fine tal-Grazhdanski protsesualen kodeks (kodiċi tal-proċedura ċivili) (sa fejn din id-dispożizzjoni ma tippermettix it-tnaqqis tal-onorarji tal-avukat li jkun inqas minn ammont minimu speċifiku) imorru kontra l-Artikolu 101(1) TFUE?

3)

[Fil-każ li t-tweġiba għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv:] Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 132(5) taz-Zakon za advokaturata [dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 136(1) taz-Zakon za advokaturata] imorru kontra l-Artikolu 101(1) TFUE?

4)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 36(2) taz-Zakon za advokaturata imorru kontra l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 TFUE (projbizzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi)?

5)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 78(8) tal-Grazhdanski protsesualen kodeks imorru kontra l-Artikolu 101(1) TFUE?

6)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 78(8) tal-Grazhdanski protsesualen kodeks imorru kontra d-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE (1) (fir-rigward tad-dritt ta’ dawn l-impriżi li jitolbu għall-onorarji tal-avukat għal rappreżentazzjoni mill-konsulenti legali tagħhom)?

7)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2a tad-Digriet Nru 1 imorru kontra d-Direttiva 2006/112/KE (2), li tippermetti li l-VAT tiġi kkunsidrata bħala parti mill-prezz tas-servizzi pprovduti fl-eżerċizzju ta’ prestazzjoni professjonali (fir-rigward tal-inklużjoni tal-VAT bħala parti mill-onorarji tal-avukat li huma dovuti)?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE, tat-22 ta’ Marzu 1977, biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 52).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/7


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Awwissu 2016 minn Bank Mellat mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawża T-160/13, Bank Mellat vs Il-Kunsill

(Kawża C-430/16 P)

(2016/C 371/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Bank Mellat (rappreżentanti: S. Zaiwalla, P. Reddy, Z. Burbeza, Solicitors, M. Brindle QC, R. Blakeley, J. MacLeod, Barristers)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Talbiet

tannulla s-sentenza;

tannulla l-Artikolu 1(15) tar-Regolament Nru 1263/2012 (1) kollu kemm hu jew sa fejn japplika għar-rikorrent;

tiddikjara li l-Artikolu 1(6) tad-Deċiżjoni 2012/635/PESK (2) ma huwiex applikabbli għar-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż tal-appell u tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Ir-rikorrent, Bank Mellat (iktar ’il quddiem il-“Bank”), jappella mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla), tat-2 ta’ Ġunju 2016, fil-Kawża T-160/13, Bank Mellat vs Il-Kunsill (iktar ’il quddiem is-“sentenza”). Fil-qosor, il-Bank isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ma laqgħetx ir-rikors tagħha intiż sabiex diversi dispożizzjonijiet li jikkostitwixxu “embargo finanzjarju” fuq il-Bank jiġu annullati jew iddikjarati inapplikabbli fil-konfront tagħha, jiġifieri:

1)

l-Artikolu 1(15) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1263/2012;

2)

l-Artikolu 1(6) tad-Deċiżjoni 2012/635/PESK.

2.

B’mod partikolari, il-Bank identifika tliet aggravji li jirrigwardaw żbalji ta’ liġi fl-evalwazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-fondatezza tar-rikors tal-Bank:

1)

il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ “ħtieġa” fl-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem it-“TFUE”) (l-ewwel aggravju);

2)

il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonstatat li l-embargo finanzjarju kien proporzjonat, u dan wassal għal numru ta’ żbalji ta’ liġi speċifiċi oħra (it-tieni aggravju);

3)

il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ddikjarat li l-embargo finanzjarju kien konformi mal-prinċipji ġenerali l-oħra tad-dritt tal-Unjoni Ewropea (it-tielet aggravju).

3.

Il-Bank identifika wkoll żewġ aggravji wiesgħa li jirrigwardaw żbalji ta’ liġi fl-evalwazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-ammissibbiltà ta’ partijiet mir-rikors tal-Bank:

1)

il-Qorti Ġenerali żbaljat meta sseparat elementi tal-embargo finanzjarju u ddikjarat ir-rikors tal-Bank fir-rigward tagħhom inammissibli (ir-raba’ aggravju);

2)

il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonstatat b’mod partikolari li ma kellhiex ġurisdizzjoni, abbażi tal-Artikolu 275 TFUE, sabiex tiddetermina l-kontestazzjoni mill-Bank tal-Artikolu 1(6) tad-Deċiżjoni 2012/635/PESK (il-ħames aggravju).

4.

Il-Bank jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla s-sentenza u tilqa’ t-talbiet tagħha.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1263/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2012, L 356, p. 34).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2012, L 282, p. 58).


Il-Qorti Ġenerali

10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/9


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2016 – Dimos Athinaion vs Il-Kummisjsoni

(Kawża T-360/16)

(2016/C 371/10)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Dimos Athinaion (Comune di Atene) (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: G. Georgakarakos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannnulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646, tal-20 ta’ April 2016, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (1) u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu ir-rikorrent jinvoka tliet motivi:

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 191 TFUE, li jistabbilixxi l-għanijiet tal-linja politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-ambjent.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li fih hemm sanċit id-dritt għal livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali.

3.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ġunju 2007, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi. (2)


(1)  ĠU L 109, p. 1

(2)  ĠU L 171, p. 1.


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/9


Rikors ippreżentat fil-12 ta’ Lulju 2016 – Anheuser-Busch Inbev u Ampar vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-370/16)

(2016/C 371/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Anheuser-Busch Inbev (Brussell, il-Belġju) u Ampar (Leuven, il-Belġju) (rappreżentati minn: A. von Bonin, O. Brouwer u A. Haelterman, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-11 ta’ Jannar 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat li tikkonċerna l-eżenzjoni mill-profitti eċċessivi SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, inklużi l-ispejjeż ta’ kull parti

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, peress li l-Kummissjoni kkonstatat allegata għajnuna mill-Istat li hija kklassifikat bħala skema ta’ għajnuna skont l-Artikolu 1(d) tar-Regolament 2015/1589, tat-13 ta’ Lulju 2015, li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 107 TFUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi u fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFUE, billi l-Kummissjoni kkunsidrat li l-iskema ta’ aġġustament tal-benefiċċji tal-profitti eċċessivi tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-identifikazzjoni tal-gruppi bħala benefiċjarji tal-għajnuna allegata u ta’ ksur tal-prinċipju ta’ legalità u tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament 2015/1589, tat-13 ta’ Lulju 2015, li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji taċ-ċertezza legali, tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tal-amministrazzjoni tajba.


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/10


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2016 – CK Telecoms UK Investments vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-399/16)

(2016/C 371/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CK Telecoms UK Investments Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: T. Wessely u O. Brouwer, avukati, u A. Woods, J. Aitken u M. Davis, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-11 ta’ Mejju 2016, C (2016) 2796 fil-Każ COMP/M.7612 – Hutchison 3G UK Investments Limited/Telefónica (Europe plc), innotifikata lil Hutchison fit-13 ta’ Mejju 2016, li ddikjarat li l-akkwist ta’ Telefónica Europe plc minn Hutchison kien inkompatibbli fl-intier tiegħu mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati ma kull intervent eventwali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

Fil-kuntest tal-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi, żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u kisret il-forom proċedurali sostanzjali billi interpretat u applikat il-kriterju ġuridiku sabiex tevalwa l-effetti orizzontali mhux ikkoordinati fis-suq bl-ingrossa ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet mobbli fir-Renju Unit. B’mod partikolari, il-Kummissjoni żbaljat billi kklassifikat lir-rikorrenti bħala “forza kompetittiva sinjifikattiva” u billi evalwat il-qrubija tar-relazzjoni ta’ kompetizzjoni. Il-Kummissjoni wettqet ukoll żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni billi analizzat l-effetti previsti fuq il-prezzijiet u l-vantaġġi probabbli tal-entità li rriżultat mill-konċentrazzjoni.

2.

Fil-kuntest tat-tieni motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li twettqu żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u li l-provi ġew żnaturati għal dak li jirrigwarda l-analiżi tax-xenarju kontrafattwali. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma evalwatx debitament il-kapaċità tan-netwerk ta’ Hutchison meta mqabbla ma’ dik tal-kompetituri tagħha u tibbaża ruħha indebitament fuq l-allegata kapaċità ta’ Hutchison li tieħu inizjattivi ta’ “ġesjoni tad-domanda”, bħaż-żieda fil-prezz, sabiex timmotiva ċ-ċaħda tagħha tal-prova prodotta minn Hutchison għal dak li jirrigwarda l-kapaċità futura tan-netwerk.

3.

Fil-kuntest tat-tielet motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li twettqu żbalji fattwali, żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u li nkisru l-forom proċedurali sostanzjali għal dak li jirrigwarda l-effetti orizzontali mhux ikkoordinati kkawżati mill-qsim tan-netwerk. B’mod partikolari, il-Kummissjoni żbaljat fir-rigward tal-proposti ġodda tagħha li jikkonċernaw in-neċessità u l-portata tal-“allineament” bejn il-kompetituri fil-ftehimiet ta’ qsim tan-netwerk, u l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni billi bbażat il-konklużjonijiet tagħha fuq id-dannu potenzjali kkawżat lill-kompetituri mill-entità li rriżultat mill-konċentrazzjoni iktar milli fuq l-effett ħażin fuq il-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni wettqet żbalji oħra billi ċaħdet l-impenji proposti minn Hutchison, li wieġbet b’mod sħiħ għall-preokkupazzjonijiet kollha tagħha dwar il-qsim tan-netwerk.

4.

Fil-kuntest tar-raba’ motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li twettqu żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u żbalji ta’ liġi u li nkisru l-forom proċedurali sostanzjali għal dak li jirrigwarda l-effetti orizzontali mhux ikkoordinati li jseħħu fuq is-suq bl-ingrossa tal-aċċess u tal-ġenerazzjoni ta’ telefonati fuq in-netwerks pubbliċi ta’ telefonija mobbli fir-Renju Unit. B’mod partikolari, il-Kummissjoni wettqet żball billi kkonkludiet li Hutchison hija “forza kompetittiva sinjifikattiva” fis-suq bl-ingrossa minkejja li hija għandha sehem żgħir ħafna tas-suq (inqas minn 3 %), u billi bbażat il-konklużjonijiet tagħha fuq il-parir ta’ terz minflok ma wettqet l-analiżi tagħha stess.

5.

Fil-kuntest tal-ħames motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li twettqu żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, li d-deċiżjoni hija vvizzjata minn nuqqas ta’ motivazzjoni u li nkisru l-forom proċedurali sostanzjali għal dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni tal-impenji proposti minn Hutchison bi tweġiba għall-preokkupazzjonijiet dwar is-swieq bl-ingrossa u bl-imnut tat-telekomunikazzjonijiet mobbli fir-Renju Unit. B’mod partikolari, il-Kummissjoni qajmet, b’mod żbaljat, oġġezzjonijiet għal dak li jirrigwarda l-impenji proposti, billi allegat li l-implementazzjoni tagħhom kienet inċerta; il-Kummissjoni żbaljat manifestament billi evalwat il-kapaċità tal-kompetituri ġodda u iktar b’saħħithom li jikkompetu effettivament abbażi tal-impenji proposti; u l-Kummissjoni żbaljat billi evalwat l-adegwatezza globali tal-impenji proposti sabiex jagħmlu tajjeb għat-tnaqqis tal-kompetizzjoni allegat fid-deċiżjoni.


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/11


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2016 – Maximum Play vs EUIPO (MAXPLAY)

(Kawża T-400/16)

(2016/C 371/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Maximum Play, Inc. (San Francisco, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontezjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “MAXPLAY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 047 963

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Mejju 2016 fil-Każ R 2273/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.

Nuqqas li jittieħed kont xieraq ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea u ta’ reġistrazzjonijiet nazzjonali kif ukoll ta’ applikazzjoni nazzjonali preċedenti.


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/12


Rikors ippreżentat fit-31 ta’ Lulju 2016 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-409/16)

(2016/C 371/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ehab Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrent ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni (PESK) 2016/850, tas-27 ta’ Mejju 2016 u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn jikkonċernaw ir-rikorrent;

tikkundanna l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-410/16, Makhlouf vs Il-Kunsill.


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/13


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2016 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-410/16)

(2016/C 371/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Rami Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrent ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni (PESK) 2016/850, tas-27 ta’ Mejju 2016 u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn dawn jirrigwardaw lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, previst mill-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (iktar ’il quddiem il-“KEDB”), mill-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem it-“TFUE”), kif ukoll mill-Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn il-motivazzjoni pprovduta mill-Kunsill ma tissodisfax l-obbligu li għandhom l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea previst mill-Artikolu 6 tal-KEDB, mill-Artikolu 296 TFUE, kif ukoll mill-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni li l-Kunsill allegatament wettaq fir-rigward tal-involviment tar-rikorrent fil-finanzjament tar-reġim Sirjan.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq restrizzjoni inġustifikata u sproporzjonata mill-miżuri kkontestati tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent, u b’mod partikolari tad-drittijiet ta’ proprjeta tiegħu previsti mill-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll addizzjonali għall-KEDB u mill-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tad-dritt tiegħu għar-rispett għar-reputazzjoni tiegħu, previst mill-Artikoli 8 u 10(2) KEDB, tal-prinċipju ta’ preżunjoni ta’ innoċenza, previst mill-Artikolu 6 tal-KEDB u mill-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-libertà ta’ opinjoni tiegħu, prevista mill-Artikolu 10 tal-KEDB, kif ukoll tad-dritt tiegħu għal-libertà ta’ moviment, previst mill-Artikolu 2(2) tal-Protokoll Nru 4 tal-KEDB.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Linji Gwida tal-Kunsill, tat-2 ta’ Diċembru 2005, dwar il-implementazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ miżuri restrittivi (sanzjonijiet) fil-kuntest tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni Ewropea (dokument 15114/05 tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2005).


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/14


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2016 – Achemos Grupè u Achema vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-417/16)

(2016/C 371/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Achemos Grupè UAB (Vilnius, il-Litwanja) u Achema AB (Jonava, il-Litwanja) (rappreżentanti: R. Martens u C. Maczkovics, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20. Novembru 2013 dwar għajnuna mill-Istat SA.36740 (2013/NN) – dwar għajnuna mil-Litwanja lil Klaipedos Nafta – “Terminal tal-GNL”, Brussell, C(2013) 7884 finali, ĠU C 161, 2016, p. 1; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tar-regoli proċedurali tal-Artikolu 108(2) TFUE u fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament 2015/158 (1) kif ukoll tal-prinċipju tal-amministrazzjoni tajba, minħabba l-fatt, li minkejja d-diffikultajiet serji fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq intern tal-miżuri tal-Għajnuna mill-Istat inkwistjoni, il-Kummissjoni bbażat ruħha biss fuq l-eżami preliminari tagħha tal-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat, filwaqt li, fid-dawl ta’ dawn id-diffikultajiet serji, il-Kummissjoni kienet obbligata li tibda l-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE u fl-Artikolu 6 tar-Regolament 2015/1589.

2.

It-tieni motiv jallega ksur tal-Artikolu 107(3)(c) TFEU, sa fejn il-Kummissjoni ma applikatx korrettement il-kriterji ta’ evalwazzjoni stabbiliti fil-premessa 135 tad-deċiżjoni kkontestata, peress li,

l-ewwel nett, f’dak li jirrigwarda n-natura xierqa u neċessarju tal-miżuri, il-Kummissjoni kellha l-obbligu li tevalwa dawk il-miżuri konkretament u teżamina jekk kienx hemm strumenti oħra mmirati aħjar;

it-tieni nett, il-Kummissjoni kellha l-obbligu li tikkonkludi l-assenza ta’ effett inċentiv peress li Klaipėdos Nafta hija legalment obbligata li tiżviluppa t-Terminal tal-GNL;

it-tielet parti, il-Kummissjoni kellha l-obbligu li tevalwa jekk id-daqs tat- Terminal tal-GNL issussidjat, kienx proporzjonat sabiex jintlaħaq l-għan mixtieq u ma kienx joħloq kapaċitajiet eċċessivi.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 106(2) TFUE, tal-qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ) u tal-prinċipji ġenerali bħalma huma t-trattament ugwali u l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, kif ukoll tar-regoli tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi stabbiliti fid-Direttiva 2004/18 (2), kif ukoll tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/18,minħabba l-fatt li l-Kummissjoni applikat, b’mod żbaljat, il-Qafas SIEĠ, billi aċ? ettat mandat dirett ta’ Klaipėdos Nafta għal perijodu ta’ 55 sena b’profitt li jikkorrispondi għar-rata ta’ profitt intern tal-proġett, filwaqt li,

l-ewwel nett, it-tul tal-perijodu tal-mandat kellu jiġi ġgustifikat b’riferiment għal kriterji oġgettivi mingħajr ma jinqabeż il-perijodu ta’ deprezzament (finanzjrju) meħtieġ tal-assi l-iktar sinjifikattivi sabiex jiġi pprovdut is-SIEĠ;

It-tieni nett, l-indikazzjoni ta’ Klaipėdos Nafta ma setax jiġi eżentat mir-regoli tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi abbażi tal-protezzjoni ta’ interessi essenzjali (ta’ sigurtà) fis-sens tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/18 peress li, huma disponibbli f’dan il-każ, miżuri alternattivi ta’ natura inqas restrittiva minn mandat dirett;

it-tielet nett, minħabba l-livell ta’ riskju li għalih hija esposta Klaipėdos Nafta, il-profitt ta’ din tal-aħhar kellu jkun limitat għar-rata swap (jekk ikun il-każ evalwat mill-ġdid sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-maturità) b’żieda ta’ primjum ta’ 100 punt bażi.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).

(2)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132)


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/15


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2016 – De Masi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-423/16)

(2016/C 371/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Fabio De Masi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: Professor A. Fischer-Lescano)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tal-20 ta’ Mejju 2016 dwar applikazzjoni għal aċċess għad-dokumenti tal-grupp Code of Conduct;

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-13 ta’ Lulju 2016 dwar applikazzjoni għal aċċess għad-dokumenti tal-grupp Code of Conduct;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża u tal-eventwali intervenjenti skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1)

Ir-rikorrent isostni li d-deċiżjonijiet tal-konvenuta tal-20 ta’ Mejju 2016 u tat-13 ta’ Lulju 2016 jiksru d-dritt għal deċiżjoni xierqa dwar l-applikazzjoni konfermatorja tiegħu, dritt mogħti lilu mid-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 15(3) TFUE moqri flimkien mal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001

Minbarra dan, ir-rikorrent jafferma li meta rrifjutatlu kwalunkwe aċċess għad-dokumenti fir-rigward tal-grupp “kodiċi ta’ kondotta” (fiskalità tal-impriżi) stabbilit mill-Kunsill, il-Kummissjoni kisret ukoll id-dritt tiegħu li jikkonsulta d-dokumenti tagħha, dritt li huwa ggarantit lilu miż-żewġ dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li l-eċċezzjonijiet għall-prinċipju ta’ trasparenza previsti mill-Artikolu 4(3) u mir-raba’ inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, ma humiex applikabbli f’dan il-każ.

Barra minn hekk, hemm nuqqas ta’ bilanċ u ta’ motivazzjoni kif ukoll interess pubbliku ikbar fl-iżvelar tad-dokumenti.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/16


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2016 – Intercontinental Exchange Holdings vs EUIPO (BRENT INDEX)

(Kawża T-430/16)

(2016/C 371/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Intercontinental Exchange Holdings, Inc. (Atlanta, Georgia, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Heusler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontezjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “BRENT INDEX” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 284 947

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-2 ta’ Ġunju 2016, fil-Każ R 8/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/16


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2016 – VIMC vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-431/16)

(2016/C 371/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: VIMC – Vienna International Medical Clinic GmbH (Kulmbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Bramerdorfer, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Mejju 2016 (Każ Nru AT.40231 – VIMC/WK&FGB), u

tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 3351 finali, tas-27 ta’ Mejju 2016, li ċaħdet l-ilment tar-rikorrenti fuq il-bażi tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1).

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti ssostni motiv uniku bbażat fuq użu ħażin ta’ poter.

F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti ssostni li l-kwistjoni ta’ jekk l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 għandux jiġi applikat jew le ma taqax taħt is-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha, iżda, tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ inkwistjoni u ma tistax, fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni, tiċħad mingħajr ebda motivazzjoni talba diġà kkunsidrata minn awtorità statali oħra.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/17


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2016 – Pometon vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-433/16)

(2016/C 371/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Pometon SpA (Martellago, l-Italja) (rappreżentanti: E. Fabrizi, V. Veneziano u A. Molinaro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas is-sanzjoni imposta fuq Pometon;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lura l-ammonti eventwalment imħallsa mir-rikorrenti fil-mori tal-kawża b’eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, kif ukoll għar-rimbors ta’ kwalsiasi spiża oħra sostnuta mir-rikorrenti b’eżekuzzjoni tal-istess deċiżjoni kkontestata;

f’kull każ, tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż legali u għall kull spiża oħra tar-rikorrenti marbuta ma din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors ġie ppreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3121 finali, tal-25 ta’ Mejju 2016 (Każ AT.39792 – Barraxa tal-Azzar), li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”).

Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ smiegħ xieraq, tal-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza u tad-dittijiet tad-difiża, minħabba li l-konvenuta attribwiet lil Pometon aġiri speċifiċi fil-kuntest tad-Deċiżjoni C(2014) 2074 finali, tat-2 ta’ April 2014 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni tranżitorja”), adottata fil-konfront ta’ Ervin Industries Inc. u Ervin Amasteel, Winoa SA u WHA Holding SAS, Metalltechnik Schmidt GmbH & Co. KG u Eisenwerk Würth GmbH (iktar ’il quddiem il-“partijiet”), u minħabba li, għalhekk, adottat id-deċiżjoni kkontestata mingħajr ma setgħet tevalwa b’mod seren u fl-assenza ta’ influwenzi l-pożizzjoni ta’ Pometon u l-argumenti ta’ difiża mqajjma minn din tal-aħħar.

Fid-deċiżjoni tranżitorja – jiġifieri, qabel ma Pometon ingħatat il-possibbiltà li tiddefendi ruħha – il-Kummissjoni espliċitament attribwiet lir-rikorrenti l-istess aġir imputat lill-partijiet l-oħra, li sussegwentement, dejjem fid-deċiżjoni tranżitorja, inżammew responsabbli, speċifikament minħabba dan l-aġir, għal ksur speċifiku tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Dan immina, inevitabbilment u irrimedjabbilment, il-kapaċità tal-Kummissjoni li tagħti deċiżjoni verament imparzjali fil-konfront tar-rikorrenti.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur u applikazzjoni ħażina tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, fuq motivazzjoni insuffiċjenti u kontradittorja u fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju tal-oneru tal-prova, minħabba li l-konvenuta attribwiet lir-rikorrenti, fl-assenza ta’ provi, parteċipazzjoni f’allegat akkordju li għalih ir-rikorrenti, fil-verità, ma pparteċipatx.

Insostenn tal-argumenti tagħha l-Kummissjoni adottat elementi mhux preċiżi, kontradittorji u ta’ interpretazzjoni dubjuża, li ma kinux suffiċjenti biex tintwera l-parteċipazzjoni ta’ Pometon fl-allegat ksur.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur u applikazzjoni ħażina tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, fuq żbalji ta’ evalwazzjoni u fuq nuqqas ta’ investigazzjoni u nuqqas manifest ta’ loġika, minħabba li l-konvenuta qieset li l-għan tal-aġir attribwit lil Pometon kien restrizzjoni tal-kompetizzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur u applikazzjoni ħażina tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, fuq nuqqas ta’ motivazzjoni u ta’ investigazzjoni, fuq ksur tal-oneru tal-prova fir-rigward tat-tul tal-allegata parteċipazzjoni tar-rikorrenti fl-allegat ksur, u konsegwentement, fuq ksur tal-Artikoli 23(2), 25(1) u 25(5) tar-Regolament Nru 1/2003 (1), u fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, minħabba li l-Kummissjoni imponiet sanzjoni pekunjarja fuq ir-rikorrenti minkejja li kien hemm preskrizzjoni.

Id-data tat-tmiem tal-allegata parteċipazzjoni ta’ Pometon fl-allegat ksur imputat lilha fid-deċiżjoni kkontestata ċertament ma tistax tikkoinċidi, skont ir-rikorrenti, mad-data indikata mill-Kummissjoni, iżda, l-iktar l-iktar, ma data kunsiderevolmant preċedenti, u għaldaqstant għandu jitqies li s-setgħa tal-Kummissjoni li timponi multi hija preskritta.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq nuqqas assolut ta’ motivazzjoni, fuq ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament fl-iffissar tal-ammont tal-multa fil-kuntest tal-bdil tal-ammont bażiku skont il-Punt 37 tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti b’applikazzjoni tal-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003.

Il-Kummissjoni allegatament użat l-Artikolu 37 tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-multi b’mod evidentement diskriminatorju, billi applikat, fil-każ ta’ Pometon, perċentwali ta’ tnaqqis tas-sanzjoni li kienet nettament inqas minn dik applikata għall-partijiet l-oħra.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/19


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awissu 2016 – AEIM u Kazenas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-436/16)

(2016/C 371/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: L-application électronique industrielle moderne (AEIM) (Algrange, Franza), Philippe Kazenas (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: B. Wizel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 536 912 li tirrappreżenta t-telf finanzjarju subit mill-investimenti magħmula f’fondi mitlufa għall-visti qabel l-għoti tal-kuntratti pubbliċi, għotjiet li saru bi frodi;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 2 092 650 abbażi ta’ nuqqas ta’ profitti li r-rikorrenti setgħet tippretendi li kieku ġew mogħtija b’mod ekwu u mingħajr korruzzjoni;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lura lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 85 000 li tirrappreżenta l-ispejjeż u l-onorarji ta’ avukat li hija kienet obbligata tħallas għall-organizzazzjoni tad-difiża tagħha minħabba l-korruzzjoni tal-uffiċjal Ewropew;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 150 000 bħala danni morali;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti l-interessi kumpensatorji fuq is-somom kollha minn Diċembru 2005, li kien it-tmiem tal-perijodu tal-ksur;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas lura tal-ispejjeż u tal-onorarji tal-avukat ta’ din l-istanza li jirrappreżentaw is-somma ta’ EUR 75 000;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-interessi moratorji mid-data tal-pronunzja tas-sentenza li għandha tingħata;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti iridu jinvokaw aġir illegali ta’ uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, li allegatament ikkawżalhom danni serji b’rabta diretta ma’ dan l-aġir u li għalihom dawn jitolbu kumpens.

Huma b’hekk iqisu li huma sodisfatti t-tliet kundizzjonijiet biex tiġi invokata r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri aġir illegali ta’ istituzzjoni jew ta’ wieħed mill-membri tal-persunal tagħha, dannu reali u rabta kawżali bejn l-aġir ta’ dan il-membru tal-persunal u d-danni invokati.

F’dan il-każ, huma josservaw li aġiri ta’ korruzzjoni ta’ uffiċjal Ewropew fil-kuntest tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi jikkostitwixxu ksur suffiċjentement ikkaratterizzat tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza li l-awtorità kontraenti għandha tirrispetta fil-proċeduri ta’ sejħa għal offerti fir-rigward tal-offerenti kollha.

Ir-rikorrenti jqisu li l-għoti frawdolenti tal-kuntratti pubbliċi inkwistjoni kkawża danni reali lill-kumpannija AEIM, li kisbet biss kuntratti relattivi għal pajjiżi meqjusa perikolużi li ma xtaqux iż-żewġ offerenti l-oħra li kkorrompew, filwaqt li kieku l-kuntratti kollha ngħataw mingħajr korruzzjoni, il-kumpannija msemmija, li kienet l-unika li ressqet l-offerti b’integrità, kienet tkun tista’ tippretendi li tiksibhom.

Huma jixtiequ jinvokaw il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba tal-Kummissjoni, li f’dan il-każ weriet nuqqasijiet serji fl-aġir tagħha f’dan il-każ, kif ukoll il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi li jestendi għal kull operatur ekonomiku li lilu istituzzjoni tkun tat aspettattivi fondati.

Ir-rikorrenti jqisu wkoll li sofrew, minbarra d-danni ta’ natura finanzjarja, danni ta’ natura morali, b’mod partikolari kkawżati minn dannu għar-reputazzjoni tagħhom u mill-obbligu li kellhom jiddefendu ruħhom kontra akkużi li rriżultaw li kienu ineżatti u immaġinarji.


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/20


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2016 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-437/16)

(2016/C 371/22)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, P. Gentili, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Avviż ta’ kompetizzjoni miftuħa EPSO/AD/322/16 għall-istabbiliment ta’ lista ta’ riżerva ta’ 86 kandidat sabiex jimtlew il-postijiet vakanti bħala amministraturi (AD5 u AD7) fil-qasam tal-awditjar, ippubblikat fil-Volum C 171 A tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta’ Mejju 2016;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-Artikoli 263, 264 u 266 TFUE.

Il-Kummissjoni ma ħaditx kont tal-awtorità tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-566/10 P, li tistabbilixxi li huwa illegali li l-avviżi tal-kompetizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jiġu redatti biss bl-Inlgliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż li huma l-lingwi li jistgħu jintgħażlu mill-kandidati bħala t-tieni lingwa tagħhom.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 342 TFUE u tal-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament Nru 1/58 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 3).

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li billi tillimita n-numru ta’ ligwi li jistgħu jkunu eliġibbli bħala t-tieni lingwa tal-kandidati fil-kompetizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni prattikament stabbiliet regola ġdida li tirrigwarda l-lingwi tal-istituzzjonijiet, u b’dan invadiet il-kompetenza esklużiva li għandu l-Kunsill f’dan il-qasam.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 12 KE (issa l-Artikolu 18 TFUE), tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 6(3) TUE, tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament Nru 1/58, u tal-Artikolu 1d(1) u (6), tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 27, u tal-Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li r-restrizzjoni lingwistika imposta mill-Kummissjoni hija diskriminatorja peress li d-dispożizzjonijiet legiżlattivi ċċitati iktar ’il fuq jipprojbixxu korp milli jimopni fuq ċittadini tal-Unjoni Ewropea jew uffiċjali tal-istituzzjonijiet, restrizzjonijiet lingwistiċi li ma jkunux previst b’mod ġenerali u oġġettiv fir-regoli tal-proċedura tal-istituzzjonijiet li jsir riferiment għalihom fl-Artikolu 6 tarRegolament Nru 1/58 u li ma jkunux għadhom adottati; dawn jipprojbixxu wkoll korp milli jintroduċi tali limitazzjonijiet sakemm dawn ma jkunux iġġustifikati minn interess tas-servizz li jkun speċifikament immotivat.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 6(3) TUE safejn dan jistabbilixxi l-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi bħala dritt fundamentali derivanti mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni tal-Istati Membri.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret l-aspettattivi taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea marbuta mal-possibbiltà tal-għażla ta’ kwalunkwe lingwa tal-Unjoni Ewropea bħala t-tieni lingwa tagħhom, kif kien dejjem il-każ sal-2007 u kif kien ġie kkonfermat b’mod awtorevoli mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-566/10 P.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni ta’ użu ħażin ta’ poter u ksur tar-regoli sostantivi li jikkonċernaw in-natura u l-għan tal-avviżi tal-kompetizzjonijiet.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li, billi llimitat għal tlieta, b’mod preventiv u ġenerali, in-numru ta’ lingwi eliġibbli għall-użu bħala t-tieni lingwa, il-Kummissjoni effettivament tat prijorità lill-evalwazzjoni tal-abbiltajiet lingwistiċi — evalwazzjoni li għandha ssir matul il-kompetizzjoni nnifisha — fuq l-istadju ta’ avviż u ta’ eliġibbiltà. B’hekk il-fattur deċiżiv ma hijiex il-konoxxenza professjonali tal-kandidat iżda l-konoxxenza tal-lingwi tiegħu.

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 18 u tal-Artikolu 24(4) TFUE, tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1/58, u l-Artikolu 1d(1) u (6) tar-Regolamenti tal-Persunal.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li, billi pprovdiet li l-applikazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet mibgħuta mill-EPSO dwar l-iżviluppi fil-kompetizzjoni għandhom obbligatorjament jinkitbu bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż, il-Kummissjoni kisret id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jinteraġixxu mal-istituzzjonijiet bil-lingwa tagħhom, u ħolqot diskriminazzjoni ulterjuri kontra dawk iċ-ċittadini li ma jkollhomx konoxxenza profonda ta’ dawk it-tliet lingwi.

7.

Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament Nru 1/58, l-Artikolu 1d(1) u (6) tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Artikolu 1(1)(f) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal, u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE (nuqqas ta’ motivazzjoni), ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, u żnaturmentu tal-fatti.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni użat ir-rekwiżit li l-kandidati għandhom ikunu kapaċi jikkomunikaw fi ħdan l-istituzzjonijiet sabiex bih tiġġustifika r-restrizzjoni tat-“tliet lingwi”. Dan ir-raġunament jiżnatura l-fatti peress li dawk it-tliet lingwi ma humiex lingwi użati spiss għall-finijiet ta’ komunikazzjoni bejn il-gruppi lingwistiċi differenti fi ħdan l-istituzzjonijiet; hija wkoll restrizzjoni sproporzjonata tad-dritt fundamentali li ma għandux ikun hemm diskriminazzjoni lingwistika.


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/21


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2016 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-443/16)

(2016/C 371/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, P. Gentili, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/323/16 u EPSO/AD/324/16.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta quddiem il-Qorti Ġenerali l-Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/323/16 u EPSO/AD/324/16 għall-istabbiliment ta’ lista ta’ riżerva rispettivament, ta’ 40 post sabiex jimtlew il-postijiet vakanti ta’ amministratur (AD7) għall-profil ta’ invesigatur: in-nefqa tal-UE, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, id-dwana u l-kummerċ, tabakk u prodotti foloz u ta’ 10 postijiet ta’ amministraturi (AD9) għall-profil ta’ investigatur: il-mexxejja tat-timijiet, ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta’ Mejju 2016, Numru C 187 A.

L-istess avviżi ta’ kompetizzjonijiet ġenerali huma suġġetti għall-Kawża T-401/16, Spanja vs Il-Kummissjoni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati f’dik il-kawża.

Hija tinvoka b’mod partikolari l-ksur tal-Artikoi 18, 24 u 342 TFUE, tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-ksur tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tar-regoli sostantivi marbuta man-natura u mal-għan tal-avviżi tal-kompetizzjoni, l-eżistenza ta’ użu ħażin ta’ poter, kif ukoll il-ksur tal-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament Nru 1/58.


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/22


Appell ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2016 minn CC mis-sentenza mogħtija fil-21 ta’ Lulju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-9/12 RENV, CC vs Il-Parlament

(Kawża T-446/16 P)

(2016/C 371/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: CC (Bridel, il-Lussemburgu)(rappreżentant: G. Maximini, avukat)

Parti l-oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat;

għaldaqstant, tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-21 ta’ Lulju 2016 fil-kawża F-9/12 RENV (CC vs Il-Parlament Ewropew), bl-eċċezzjoni tal-punt 3 tad-dispożittiv dwar l-ispejjeż;

għaldaqstant, tirrikonoxxi r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Parlament Ewropew għan-nuqqasijiet imwettqa fl-amministrazzjoni tal-lista ta’ riżerva tal-appellanti u l-obbligu ta’ kumpens għad-dannu kkawżat;

għaldaqstant, tiddeċiedi skont it-talbiet imressqa mill-appellanti fir-rikors tagħha fl-ewwel istanza,

konsegwentement, tiddeċiedi li:

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-21 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża F-9/12 RENV (CC vs Il-Parlament Ewropew) hija annullata bl-eċċezzjoni tal-punt 3 tad-dispożittiv dwar l-ispejjeż.

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas lill-appellanti s-somma ta’ EUR 749 449,30 bħala kumpens għad-dannu materjali evalwat għall-perijodu minn Diċembru 2003 sa Diċembru 2011, flimkien mal-fondi tal-irtirar, u għall-perijodu sussegwenti sas-sena legali tal-irtirar, il-ħlas mensili tal-ammonti netti li jikkorrispondu għall-pagi stabbiliti għall-uffiċjali tal-grad AD b’effett mill-grad AD 9, skala 2, it-tieni sena, billi tittieħed inkunsiderazzjoni karriera normali ta’ uffiċjal tal-istess grad, flimkien ma’ kontribuzzjonijiet korrispondenti għall-fond tal-irtirar tiegħu kif ukoll kontribuzzjonijiet għall-fond tal-mard, u kollu għandu jiżdied b’interessi moratorji bir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda b’żewġ punti perċentwali.

Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas lill-appellanti s-somma ta’ EUR 70 000 bħala kumpens għal dannu morali.

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż kollha sostnuti mill-appellanti f’din l-istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka sitt aggravji.

1.

L-ewwel aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tal-provi l-ġodda prodotti;

żnaturament tal-fatti, assenza ta’ motivazzjoni, ksur tar-rekwiżit ta’ imparzjalità u tad-dritt għal smigħ xieraq (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea), ksur tal-prinċipju nemo potest venire contra factum proprium u żnaturament tal-fatti fuq l-hekk imsejħa tardività fil-preżentazzjoni tal-provi l-ġodda;

nuqqas ta’ rikonoxximent tal-ksur tal-obbligu ta’ trasparenza u ta’ kooperazzjoni leali tal-Parlament fir-rigward tal-Qorti Ġenerali;

żball manifest ta’ evalwazzjoni tat-tibdil fin-numri tal-lista ta’ riżerva EUR/A/151/98 għal EUR/A/151.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi fuq l-assenza ta’ klassifikazzjoni ġuridika u ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2005 u tal-ksur tas-sentenza ta’ annullament tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea;

assenza ta’ klassifikazzjoni ġuridika tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2005;

ksur tas-sentenza ta’ annullament T-457/13 P.

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq l-iżnaturament tal-fatti dwar l-ittri tal-EPSO.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-iżnaturament tal-ittra tal-15 ta’ Ottubru 2007 tal-Parlament dwar l-allegazzjoni li l-appellanti kienet ġiet informata bid-distruzzjoni tal-fajl tal-kompetizzjoni tagħha.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi fir-rigward il-klassifikazzjoni ġuridika tad-deċiżjoni tal-President tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Frar 2003.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur tas-sentenza ta’ annullament dwar il-kalkolu tad-dannu.


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/23


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2016 – Ellinikos Syndemos Epicheiriseon gia ti Diacheirisi ton Diethnon Protypon GS1 vs EUIPO – 520 Barcode Ellas (520 Barcode Hellas)

(Kawża T-453/16)

(2016/C 371/25)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ellinikos Syndemos Epicheiriseon gia ti Diacheirisi ton Diethnon Protypon GS1 (Argiroupoli Attikis, il-Greċja) (rappreżentant: A. Mouzaki, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: 520 Barcode Ellas – AE Diacheirisis Diethnon Protypon kai Parochis Symvouleutikon Ypiresion (Kifisia Attikis, il-Greċja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “5 201000 603856 520 Barcode Hellas” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 881 861

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ R 238/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikoli 75, 76(1) u 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/24


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2016 minn HI mis-sentenza mogħtija fl-10 ta’ Ġunju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-133/15, HI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-464/16)

(2016/C 371/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: HI (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-10 ta’ Ġunju 2016 mogħtija fil-Kawża F-133/15 u tiddeċiedi l-kawża hija stess;

alternattivament, tirrinvijja l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, ir-rikorrent jinvoka ebra’ aggravji.

1.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea marbut mal-obbligu ta’ motivazzjoni u mad-drittijiet tad-difiża, safejn l-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni Ewropea ma speċifikatx b’mod iddettaljat ir-raġunijiet li jiġġustifkaw id-deċiżjoni tagħha li timponi fuq ir-rikorrent, bħala sanzjoni dixxiplinari, tnaqqis ta’ żewġ gradi fl-istess grupp ta’ funzjonijiet.

2.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea allegatament imwettaq mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (iktar ’il-quddiem it-“TSP”) inkonnessjoni mal-osservanza ta’ terminu raġjonevoli, mad-drittijiet tad-difiża, kif ukoll mal-obbligu ta’ motivazzjoni. Barra minn hekk, it-TSP allegatament żnatura l-fatti u l-provi.

3.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żnaturament tal-fatti u tal-provi kif ukoll fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, allegatament mwettqa mit-TSP.

4.

Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità mwettaq mit-TSP.


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/25


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2016 – Cotecnica vs EUIPO – Visán Industrias Zootécnicas (cotecnica OPTIMA)

(Kawża T-465/16)

(2016/C 371/27)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Cotecnica, SCCL (Bellpuig, Spanja) (rappreżentanti: J. Devaureix, J. C. Erdozain López, u J. Galán López, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Visán Industrias Zootécnicas, SL (Arganda, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “cotenica OPTIMA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 292 479

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ R 229/2016-2

Talbiet

tilqa’ l-provi li ġew proposti;

tannulla u tikkonstata mingħajr effett id-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 u tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali, b’mod partikolari, is-sentenza tal-20 ta’ Jannar 2009 fil-Kawża T-427/07, Pioneer Hi-Bred International vs UASI (OPTIMUM).


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/25


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2016 – NRW.Bank vs SRB

(Kawża T-466/16)

(2016/C 371/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: NRW. Bank (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Behrens, J. Kraayvanger u J. Seitz, avukati)

Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut dwar il-kontribuzzjoni annwali tar-rikorrenti għall-fond ta’ ristrutturazzjoni għas-sena ta’ kontribuzzjoni dekorribbli mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2016;

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 103(2) u (7) tad-Direttiva 2014/59/UE (1) u tal-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (2).

Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tal-konvenut dwar il-kontribuzzjoni annwali tagħha hija illegali peress li, sabiex tnaqqas il-kontribuzzjoni, hija tieħu inkunsiderazzjoni biss in-negozju ta’ żvilupp tar-rikorrenti u mhux dak tal-iżvilupp awżiljarju tagħha wkoll. Minħabba f’hekk, il-kontribuzzjoni annwali tar-rikorrenti għall-fond tal-istrutturazzjoni għas-sena ta’ kontribuzzjoni dekorribbli mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2016 ġiet stabbilita f’livell għoli wisq.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tar-Regolamenti li jimplementaw id-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament (UE) Nru 806/2014, li, skont dawn l-atti leġiżlattivi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprivileġġaw ukoll lin-negozju ta’ żvilupp awżiljarju.

3.

It-tielet motiv, invokat sussidjarjament, ibbażat fuq l-illegalità tar-Regolamenti li jimplementaw id-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament (UE) Nru 806/2014.

F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti ssostni li fil-każ li interpretazzjoni tar-regolamenti ta’ implementazzjoni skont id-Direttiva 2014/59/UE u r-Regolament (UE) Nru 806/2014 ma tkunx possibbli, ir-regolamenti ta’ implementazzjoni jkunu, minħabba f’hekk, illegali. Konsegwentement, id-deċiżjoni tal-konvenut ibbażata fuq dawn ir-regolamenti ta’ implementazzjoni tkun ukoll illegali.


(1)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Mejju 2014, li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Test b’relevanza għaż-ŻEE (ĠU 2014, L 173, p. 190).

(2)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Lulju 2014, li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/26


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2016 – Verein Deutsche Sprache vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-468/16)

(2016/C 371/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Verein Deutsche Sprache eV (Dortmund, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Ehrhardt, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni meħuda mis-segretarju ġenerali f’isem il-Kummissjoni skont l-Artikolu 4 tal-modalitajiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-10 ta’ Ġunju 2016;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 10(3) u 11(2) TFUE u tal-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem, il-“Karta”) – Assenza ta’ djalogu miftuħ u trasparenti

Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tinjora l-intenzjoni tar-rikorrenti, evidenti fit-talba ta’ aċċess għal dokumenti, li tikseb għarfien ġenerali tal-proċess li wassal għad-deċiżjoni li tiġi ttrasformata s-sala tal-istampa tal-bini Berlaymont tal-Kummissjoni bi tnaqqis għal-lingwa Ingliża u dik Franċiża. Ġew prodotti ftit dokumenti biss li jirrigwardaw prinċipalment formalitajiet, iżda li ma jipprovdux informazzjoni dwar l-awturi u l-motivi tad-deċiżjoni.

Il-Kummissjoni ma tittrattax fid-dettall, fid-deċiżjoni kkontestata, is-sorsi dokumentali ċċitati mir-rikorrenti, il-Kummissjoni żżomm għaliha l-motivi għar-rifjut ta’ aċċess u b’dan il-mod tikser l-obbligu li jirriżulta mill-Artikolu 10(3) TUE u dispożizzjonijiet legali oħra tal-Unjoni Ewropea li tieħu deċiżjonijiet b’mod mill-iktar miftuħ u mill-iktar qrib possibbli taċ-ċittadini u li tispjega r-raġunijiet għalihom.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha li jirriżulta mill-Artikolu 11(2)TUE, li tmexxi djalogu miftuħ u trasparenti mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi, għaliex injorat it-tħassib tar-rikorrenti, ma qegħditx dokumenti għad-dispożizzjoni tagħha u pprovdiet informazzjoni mhux suffiċjenti rigward il-motivi għaż-żamma tagħha ta’ dokumenti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(3) TFUE, u tal-Artikolu 42 tal-Karta kif ukoll tal-Artikolu 2(1) u (3) u tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1) – Rifjut parzjali ta’ aċċess għal dokumenti

Fil-kuntest tat-tieni motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ partijiet sostanzjali tat-talba għal aċċess tikser il-prinċipju ta’ trasparenza tal-Unjoni Ewropea.

Ir-rikorrenti ssostni, barra minn hekk, li l-Kummissjoni żbaljat meta ddeċidiet fid-deċiżjoni tagħha li dokument speċifiku seta’ jkun magħmul inaċċessibbli għal raġunijiet ta’ protezzjoni tad-data mingħajr ma tidentifika b’mod iktar speċifiku dan id-dokument, mingħajr ma tiddeskrivi l-kontenut tiegħu u mingħajr ma timmotiva suffiċjentement din id-deċiżjoni.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/28


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2016 – Société wallonne des aéroports vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-474/16)

(2016/C 371/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société wallonne des aéroports SA (SOWEAR) (Namur, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Lepièce u H. Baeyens, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara t-talba tar-rikorrenti dwar it-tagħqid tal-kawża preżenti mal-Kawża T-818/14 bħala ammissibbli u fondata;

tiddikjara dan ir-rikors bħala ammissibbli u fondat,

konsegwentement,

tannulla l-Artikoli 3, 4, 5 u 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ottubru 2014 Nru SA.14093, dwar il-miżuri implementati mill-Belġju favur Brussels South Charleroi Airport u Ryanair;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi li allegatament wetqet il-Kummissjoni sa fejn evalwat il-ħlasijiet magħmula minn Brussels South Charleroi Airport (BSCA) lir-rikorrenti fir-rigward tal-Artikolu 107 TFUE, meta d-deċiżjonijiet għall-investiment, li tinbeda l-kostruzzjoni tal-infrastrutturi tal-ajruport u li jitpoġġew għad-dispożizzjoni ta’ BSCA ittieħdu qabel ma ġiet adottata s-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 2000, Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni (T-128/98, EU:T:2000:290), ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tal-24 ta’ Ottubru 2002, Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni (C-82/01 P, EU:C:2002:617).

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi li allegatament wetqet il-Kummissjoni meta kkwalifikat l-Instrument Landing System (ILS) u s-servizz ta’ dawl tar-runway, bħala tagħmir u servizzi ekonomiċi.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li r-raġunament tal-Kummissjoni għad-determinazzjoni tal-ħlasijiet ta’ kull sena tal-kuntratt ta’ BSCA huwa bbażat fuq metodu u fuq fatturi ta’ kalkolu żbaljati li għandhom impatt sostanzjali fuq l-ammont tal-għajnuna u barra minn hekk huwa vvizjat minn nuqqas ċar ta’ motivazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi li allegatament wetqet il-Kummissjoni meta, minn naħa, inkludiet, fl-ammont tal-ħlasijiet li għandhom jinġabru mingħand BSCA, l-għajnuna mogħtija għall-missjoni ta’ sigurtà (jiġifieri s-sussisju “nirien-manutenzjoni”) u, min-naħa l-oħra, meta ma ħaditx inkunsiderazzjoni t-tnaqqis tas-“sussidju manutenzjoni kontra n-nirien” fl-2014 u fl-2015.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/29


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-39/16)

(2016/C 371/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix ammessa għall-eżamijiet ta’ selezzjoni tal-kompetizzjoni EPSO/AD/309/15 (AD11) – Tobba għas-siti tal-Lussemburgu u ta’ Ispra u l-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni morali allegatament subiti li jammontaw għal EUR 10 000.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tal-bord tal-għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/309/15 (AD11) – Tobba għas-siti tal-Lussemburgu u ta’ Ispra (Qasam: Tobba Lussemburgu), ikkomunikata fit-28 ta’ Settembru 2015, li r-rikorrenti ma tiġix ammessa għall-eżamijiet ta’ selezzjoni organizzati fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO);

jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ ammont ta’ EUR 10 000 għad-danni morali subiti mir-rikorrenti;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/29


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs SEAE

(Kawża F-41/16)

(2016/C 371/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Meyer, avukat)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament jew tħassir tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li jitolbu r-rimbors tal-allowances tal-edukazzjoni allegatament irċevuti b’mod żbaljat mir-rikorrent u li jirrifjutaw lir-rikorrent allowances tal-edukazzjoni oħrajn, u l-kundanna tal-konvenut għall-ħlas tal-ammonti miżmuma.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tal-konvenut, tat-12 ta’ Mejju 2016, rigward l-ilmenti tar-rikorrent R/18/16 u R/19/16 u d-deċiżjonijiet li huma jikkontestaw rigward is-sena skolastika 2014/15;

sussidjarjament, iħassar id-deċiżjoni tal-konvenut, tat-12 ta’ Mejju 2016, rigward l-ilmenti tar-rikorrent R/18/16 u R/19/16 u d-deċiżjonijiet li huma jikkontestaw rigward is-sena skolastika 2014/15;

jikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent l-ammonti miżmuma b’mod żbaljat abbażi ta’ din id-deċiżjoni;

jikkundanna lis-SEAE għalsl-ispejjeż.


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/30


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs BEI

(Kawża F-42/16)

(2016/C 371/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tat-talba għal kumpens imressqa mir-rikorrent għad-danni li huwa jqis li sostna sa minn Novembru 2013.

Talbiet

(1)

jikkundanna lill-BEI jħallas lir-rikorrent somma ugwali għal tmien darbiet is-salarju annwali tiegħu abbażi tal-Artikolu 33a tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 9.1.1 tad-Dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli għall-persunal;

(2)

jannulla d-deċiżjoni tal-BEI, tal-4 ta’ Ġunju 2015, li tagħlaq il-kont tal-iskema komplementari ta’ previdenza (RCVP) tar-rikorrent b’effett mit-28 ta’ Frar 2015 u jikkundanna lill-BEI jħallas lir-rikorrent:

somma ekwivalenti għall-ħlasijiet li l-BEI kien jibqa’ jagħmel fuq il-kont RCVP tar-rikorrent (3 % tas-salarju annwali tar-rikorrent) li kieku l-BEI ma kienx għalaq il-kont tiegħu, u dan mit-28 ta’ Frar 2015 sad-data tal-ftuħ mill-ġdid effettiv tal-kont RCVP tar-rikorrent;

l-interessi li l-kapital fil-kont RCVP tar-rikorrent kien ikompli jipproduċi li kieku l-kont RCVP tiegħu ma kienx ingħalaq fit-28 ta’ Frar 2015 u li kieku r-rikorrent u l-BEI setgħu jkomplu bil-ħlasijiet rispettivi tagħhom ta’ 3 % tas-salarju annwali tar-rikorrent, u dan sad-data ta’ ftuħ mill-ġdid effettiv tal-kont RCVP tar-rikorrent,

(3)

jikkundanna lill-BEI għall-ħlas ta’ danni evalwati ex aequo et bono għal EUR 15 000 bħala kumpens għad-dannu morali sostnut;

(4)

jikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż.


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/31


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-43/16)

(2016/C 371/34)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Cornacchia, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni ta’ esklużjoni tar-rikorrent mill-kompetizzjoni EPSO/AST-SC/03/15 minħabba l-fatt li ma avżax lill-EPSO bir-rabta familjari tiegħu ma’ membru tal-Bord tal-Għażla tal-imsemmija kompetizzjoni.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tad-19 ta’ Mejju 2016 li permezz tagħha l-President tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AST-SC/03/15, meħuda b’risposta għat-talba għal eżami mill-ġdid imressqa mir-rikorrent fil-5 ta’ Novembru 2015, ikkonferma d-deċiżjoni li jiġi eskluż mill-imsemmija kompetizzjoni kif ukoll, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment u tad-deċiżjoni inizjali;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/31


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-44/16)

(2016/C 371/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST-SC/01/14 li l-isem tar-rikorrenti ma għandux jiġi inserit fil-lista ta’ riżerva tal-imsemmija kompetizzjoni ġenerali peress li hija ma tissodisfax il-kundizzjonijiet marbuta mad-diploma u mal-esperjenza professjonali, li huma neċessarji għall-parteċipazzjoni f’din il-kompetizzjoni ġenerali.

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-18 ta’ Frar 2015 tal-Kap tad-Diviżjoni tal-Kumitat ta’ Selezzjoni tal-EPSO li biha r-rikorrenti ġiet informata bil-fatt li l-kandidatura tagħha għall-post ta’ segretarja (Nru EPSO/ASTSC/01/14) kienet ġiet miċħuda minħabba l-fatt li ma kellhiex fil-pussess tagħha diploma u l-esperjenza professjonali li bihom setgħet tikseb aċċess għall-kompetizzjoni kkonċernata;

tannulla d-deċiżjoni tat-17 ta’ Settembru 2015 tal-Kap tad-Diviżjoni tal-Kumitat ta’ Selezzjoni tal-EPSO li biha r-rikorrenti ġiet informata biċ-ċaħda tat-talba tagħha għal ezami mill-ġdid u li tikkonferma d-deċiżjoni tat-18 ta’ Frar 2015;

tannulla, safejn dan ikun neċessarju, ir-risposta espliċita taċ-ċaħda tal-ilment tat-12 ta’ Mejju 2016.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/32


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs BEI

(Kawża F-45/16)

(2016/C 371/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: B. Maréchal, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Talba għal kumpens għad-dannu materjali u morali li r-rikorrent isostni li ġarrab wara li ġie ddikjarat f’invalidità totali permanenti, li huwa jqis li hija kkaġunata mix-xogħol.

Talbiet

jikkumpensa lir-rikorrent għad-dannu jew għal parti minnu fil-każ li parti mit-telf tkun ġiet irrimborsata mill-assigurazzjoni tal-BEI, AXA Belgium.

danni fir-rigward tal-ksur tad-dannu morali mġarrab mir-rikorrent, li jammontaw għal EUR 150 000;

rimbors tal-ispejjeż mediċi u psikoloġiċi futuri marbuta ma’ problemi ta’ saħħa żviluppati minħabba l-istress sever sostnut mir-rikorrent, u li ma humiex irrimborsati mill-iskema ta’ assigurazzjoni għall-mard tal-BEI;

rimbors ta’ spejjeż mediċi u psikoloġiċi sostnuti sal-ġurnata tal-lum marbuta ma’ problemi ta’ saħħa żviluppati minħabba l-istress sever sostnut mir-rikorrent, u li ma humiex irrimborsati mill-iskema ta’ assigurazzjoni għall-mard tal-BEI;

ħlas lura tal-ispejjeż legali sostnuti mir-rikorrent għal dawn il-proċeduri, li jitla’ għal ammont provviżorju ta’ EUR 30 000.


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/32


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-46/16)

(2016/C 371/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li teżegwixxi sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sa fejn hija tirrifjuta li timpjega lir-rikorrenti bħala uffiċjal fil-pożizzjoni li hija kienet diġà rrifjutat li timpjegaha fiha u li kienet is-suġġett tad-deċiżjoni li ġiet annullata mill-imsemmija sentenza.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tas-27 ta’ Ottubru 2015 li permezz tagħha d-DĠ tar-Riżorsi Umani tal-Kummissjoni Ewropea ħa miżuri ta’ eżekuzzjonitas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tas-6 ta’ Ottubru 2015, F-119/14, FE vs Il-Kummissjoni;

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tad-19 ta’ Mejju 2016, li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet l-ilment ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni msemmija iktar ’il fuq;

jikkundanna lill-konvenuta għal EUR 25 000 bħala kumpens għad-dannu morali, b’dan l-ammont ikun stabbilit b’mod provviżorju

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/33


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-47/16)

(2016/C 371/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista tal-uffiċjali promossi fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ promozzjoni 2015.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrent ma jiġix promoss abbażi tal-eżerċizzju ta’ promozzjoni 2015,

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/33


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-48/16)

(2016/C 371/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: J. Abiks, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi n-numru ta’ annwalitajiet mogħtija fl-iskema tal-pensjoni tal-UE wara talba għal trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni u kumpens għad-dannu kkawżat lir-rikorrent minħabba n-nuqqas, min-naħa tal-konvenuta, li tosserva limitu ta’ żmien raġonevoli fl-ipproċessar ta’ din it-talba.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tas-6 ta’ Novembru 2015 li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ħadet id-deċiżoni finali li tistabbilixxi l-ammont ittrasferit lejn l-iskema ta’ pensjoni tal-UE għal EUR 135 955,38 minflok għal EUR 155 237,25;

jikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa t-telf ta’ EUR 10 739,28 sostnut lir-rikorrent bħala riżultat tal-ksur ta’ amministrazzjoni tajba mid-dipartimenti tal-Kummissjoni;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ kumpens, li l-ammont tiegħu jitħalla għad-diskrezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – mhux inqas mill-ammont ta’ EUR 1 000 – lir-rikorrent għad-danni morali sostnuti bħala riżultat tad-deċiżjoni kkontestata finali;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/34


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Awwissu 2016 – Roest vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-85/12) (1)

(2016/C 371/40)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 295, 29.9.2012, p. 35.


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/34


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Awwissu 2016 – McMichael vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-18/13) (1)

(2016/C 371/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 114, 20.04.2013, p. 47.


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/35


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Awwissu 2016 – Boyd vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-19/13) (1)

(2016/C 371/42)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-president tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 123, 27/04/2013, p. 30


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/35


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Awwissu 2016 – Hoeve vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-57/13) (1)

(2016/C 371/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 226, 3.8.2013, p. 27.


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/35


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Awwissu 2016 – Cobo Benito vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-70/14) (1)

(2016/C 371/44)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-president tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013, p. 78.


10.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/35


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Awwissu 2016 – Marinozzi u Cat vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-128/15) (1)

(2016/C 371/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-president tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 414, 14/12/2015, p. 43.