ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 353

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
27 ta' Settembru 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

 

IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2015–2016
Dati tas-seduti: 18-21 ta’ Mejju 2015
Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 217, 16.6.2016 .
TESTI ADOTTATI
Data tas-seduta: 27 ta’ Mejju 2015
Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 237, 30.6.2016 .
TESTI ADOTTATI

1


 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 19 ta’ Mejju 2015

2016/C 353/01

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2015 dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp (2015/2044(INI))

2

2016/C 353/02

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2015 dwar kura tas-saħħa aktar sikura fl-Ewropa: it-titjib tas-sikurezza tal-pazjent u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi (2014/2207(INI))

12

2016/C 353/03

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2015 dwar opportunitajiet ta' tkabbir ekoloġiku għall-SMEs (2014/2209(INI))

27

 

L-Erbgħa 20 ta’ Mejju 2015

2016/C 353/04

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar id-direttiva delegata tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2015 li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjoni għall-applikazzjonijiet tal-illuminazzjoni ġenerali u tal-illuminazzjoni tal-iskrins li fihom il-kadmju (C(2015)00383 – 2015/2542(DEA))

35

2016/C 353/05

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 376/2008 fir-rigward tal-obbligu li titressaq liċenzja għall-importazzjonijiet tal-etanol ta' oriġini agrikola u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2336/2003 li jintroduċi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 670/2003 li jippreskrivi miżuri speċifiċi rigward is-suq fl-etil-alkol [etanol] ta' oriġini agrikola (C(2015)00861 – 2015/2580(DEA))

38

2016/C 353/06

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-liv tal-maternità (2015/2655(RSP))

39

2016/C 353/07

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-Lista ta' Kwistjonijiet adottata mill-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità b'rabta mar-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea (2015/2684(RSP))

41

2016/C 353/08

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar it-tifqigħa tal-Xylella fastidiosa, marda li qed tolqot is-siġar taż-żebbuġ (2015/2652(RSP))

46

 

Il-Ħamis 21 ta’ Mejju 2015

2016/C 353/09

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2015 dwar iż-Żimbabwe, il-każ tad-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Itai Dzamara (2015/2710(RSP))

49

2016/C 353/10

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2015 dwar il-qagħda ta’ rifuġjati Rohingya, inklużi l-oqbra tal-massa fit-Tajlandja (2015/2711(RSP))

52

2016/C 353/11

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2015 dwar is-Sważiland, il-każ tal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem Thulani Maseko u Bheki Makhubu (2015/2712(RSP))

55

2016/C 353/12

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (abbażi tar-Rapport Annwali tal-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni) (2014/2220(INI))

59

2016/C 353/13

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2015 dwar il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (2014/2258(INI))

68

2016/C 353/14

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2015 dwar l-impatt tal-iżviluppi fis-swieq Ewropej tad-difiża dwar is-Sigurtà u l-kapaċitajiet ta’ difiża fl-Ewropa (2015/2037(INI))

74

 

OPINJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

L-Erbgħa 27 ta’ Mejju 2015

2016/C 353/15

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Mejju 2015 dwar il-ftuħ, u l-mandat, ta' negozjati interistituzzjonali dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-iskema għall-għajnuna għall-provvista ta' frott u ħaxix, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi (COM(2014)0032 – C8-0025/2014 – 2014/0014(COD))

82


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 19 ta’ Mejju 2015

2016/C 353/16

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2015 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Viktor Uspaskich (2014/2203(IMM))

106

2016/C 353/17

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2015 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jérôme Lavrilleux (2015/2014(IMM))

108

2016/C 353/18

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2015 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Janusz Korwin-Mikke (2015/2049(IMM))

110

2016/C 353/19

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2015 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Theodoros Zagorakis (II) (2015/2071(IMM))

112


 

III   Atti preparatorji

 

IL-PARLAMENT EWROPEW

 

It-Tlieta 19 ta’ Mejju 2015

2016/C 353/20

P8_TA(2015)0189
Miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta' salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera (kodifikazzjoni) (COM(2014)0305 – C8-0009/2014 – 2014/0158(COD))
P8_TC1-COD(2014)0158
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' Mejju 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2015 dwar il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera (kodifikazzjoni)

114

2016/C 353/21

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2015 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-protezzjoni legali tas-servizzi bbażati fuq, jew li jikkonsistu minn, aċċess kondizzjonali (07597/1/2014 – C8-0286/2014 – 2010/0361(NLE))

115

2016/C 353/22

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fid-19 ta' Mejju 2015 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji (COM(2013)0641 – C7-0301/2013 – 2013/0314(COD))

116

 

L-Erbgħa 20 ta’ Mejju 2015

2016/C 353/23

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tas-27 ta' April 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (C(2015)02802 – 2015/2673(DEA))

168

2016/C 353/24

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Afrika t'Isfel, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (07657/2015 – C8-0103/2015 – 2014/0236(NLE))

169

2016/C 353/25

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-għanijiet ta' ħasil tal-flus jew ta' finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (05933/4/2015 – C8-0109/2015 – 2013/0025(COD))

170

2016/C 353/26

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferiment ta' fondi u li tħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (05932/2/2015 – C8-0108/2015 – 2013/0024(COD))

171

2016/C 353/27

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċedimenti ta' insolvenza (riformulazzjoni) (16636/5/2014 – C8-0090/2015 – 2012/0360(COD))

172

2016/C 353/28

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-20 ta' Mejju 2015 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni għall-awtoċertifikazzjoni tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista ta' importaturi responsabbli ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli (COM(2014)0111 – C7-0092/2014 – 2014/0059(COD))

173


Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

***

Proċedura ta' approvazzjoni

***I

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari

***II

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari

***III

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att)

Emendi tal-Parlament:

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

MT

 


27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/1


IL-PARLAMENT EWROPEW

SESSJONI 2015–2016

Dati tas-seduti: 18-21 ta’ Mejju 2015

Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 217, 16.6.2016 .

TESTI ADOTTATI

Data tas-seduta: 27 ta’ Mejju 2015

Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 237, 30.6.2016 .

TESTI ADOTTATI

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 19 ta’ Mejju 2015

27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/2


P8_TA(2015)0196

Finanzjament għall-Iżvilupp

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2015 dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp (2015/2044(INI))

(2016/C 353/01)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-dokumenti dwar l-eżitu tal-Ewwel u t-Tieni Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp, b'mod partikolari l-Kunsens ta' Monterrey tal-2002 u d-Dikjarazzjoni ta' Doha tal-2008,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet Nri 68/204 u 68/279 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar it-Tielet Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp, li se ssir f'Addis Ababa (l-Etjopja) bejn it-13 u s-16 ta' Lulju 2015,

wara li kkunsidra d-dokument “Elementi” tal-21 ta’ Jannar 2015 ippreżentat mill-Kopresidenti tal-Proċess ta' Tħejjija għat-Tielet Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp,

wara li kkunsidra r-Rapport ta' Sinteżi tas-Segretarju Ġenerali tan-NU ta' Diċembru 2014 dwar l-Aġenda għal Wara l-2015, intitolat “It-Triq lejn id-Dinjità sal-2030: Neqirdu l-Faqar, Nittrasformaw il-Ħajjiet kollha u Nħarsu l-Pjaneta”,

wara li kkunsidra r-rapport adottat f'Awwissu 2014 mill-Kumitat Intergovernattiv ta' Esperti dwar il-Finanzjament tal-Iżvilupp Sostenibbli,

wara li kkunsidra r-rapport ta' Lulju 2014 tal-Grupp ta' Ħidma Miftuħ tan-NU dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli,

wara li kkunsidra d-dokument tal-UNCTAD intitolat “Rapport dwar l-Investiment Dinji 2014 – Ninvestu fl-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli: Pjan ta' Azzjoni” (1),

wara li kkunsidra d-dokument dwar l-eżitu tal-Konferenza tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Rio+20) ta' Ġunju 2012, “Il-Ġejjieni li Rridu”,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU intitolata “Lejn l-istabbiliment ta' qafas ġuridiku multilaterali għar-ristrutturar tad-dejn sovran” ta' Settembru 2014,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Frar 2015 intitolata “Sħubija Globali għall-Qerda tal-Faqar u l-Iżvilupp Sostenibbli wara l-2015” (COM(2015)0044),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2014 bit-titolu “Ħajja diċenti għal kulħadd: minn viżjoni għal azzjoni kollettiva” (COM(2014)0335),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2013 intitolata “Lil hinn mill-2015: lejn approċċ komprensiv u integrat għall-finanzjament tal-qerda tal-faqar u tal-iżvilupp sostenibbli” (COM(2013)0531),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Frar 2013 bl-isem “Ħajja diċenti għal kulħadd: Neqirdu l-faqar u nagħtu lid-dinja futur sostenibbli” COM(2013)0092),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tas-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2014 dwar Aġenda trasformattiva għal wara l-2015 (2),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar Il-finanzjament tal-qerda tal-faqar u l-iżvilupp sostenibbli wara l-2015 (3),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tat-12 ta' Diċembru 2014 dwar Rwol aktar b'saħħtu tas-settur privat fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tal-25 ta' Ġunju 2013 dwar l-Aġenda Globali ta' Wara l-2015 (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2014 dwar l-UE u l-qafas tal-iżvilupp globali wara l-2015 (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Settembru 2008 dwar is-segwitu tal-Konferenza ta' Monterrey tal-2002 dwar l-Iffinanzjar għall-Iżvilupp (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima 2014 – COP 20 f'Lima, il-Perù (1-12 ta' Diċembru 2014) (7); tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp permezz ta' prattiki ta' negozju responsabbli, inkluż ir-rwol tal-industriji estrattivi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (8); tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar il-korruzzjoni fis-settur pubbliku u f'dak privat: l-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi (9); tal-21 ta' Mejju 2013 dwar il-Ġlieda kontra l-Frodi tat-Taxxa, l-Evażjoni tat-Taxxa u r-Rifuġji Fiskali (10); u tas-16 ta' April 2013 dwar it-titjib tal-iżvilupp permezz tal-kummerċ (11),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 472/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp (2015) (12),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020,

wara li kkunsidra l-Artikolu 208 TFUE, li jistabbilixxi l-qerda tal-faqar bħala l-objettiv primarju tal-politika tal-UE għall-iżvilupp u l-prinċipju tal-koerenza tal-politika għall-iżvilupp,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0143/2015),

A.

billi l-2015 hija sena kruċjali għall-isforzi favur l-iżvilupp globali, bl-adozzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-ftehim dwar azzjoni globali dwar il-klima, li t-tnejn li huma se jkunu validi sal-2030;

B.

billi t-Tielet Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp, li se ssir f'Addis Ababa, fl-Etjopja, mit-13 sas-16 ta' Lulju 2015, trid toħloq il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-aġenda għal wara l-2015, u billi s-suċċess ta’ dik l-aġenda se jiġi ddeterminat mil-livell ta' ambizzjoni muri waqt il-konferenza;

C.

billi 1,5 biljun persuna għadhom jgħixu fil-faqar bi privazzjoni fl-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-istandards tal-għajxien, partikolarment fi stati fraġli u affettwati minn kunflitti; billi dan mhux aċċettabbli, ġaladarba jeżistu biżżejjed riżorsi fid-dinja biex progressivament din is-sitwazzjoni tintemm;

D.

billi l-qerda tal-faqar u l-inugwaljanza tista' tinkiseb biss permezz tal-mobilizzazzjoni ta' riżorsi suffiċjenti u xierqa għal kulħadd, u mmirar aħjar lejn gruppi marġinalizzati, bħal tfal, nisa, anzjani jew persuni b'diżabilità; billi minkejja tnaqqis sinifikanti fl-ammont ta' faqar estrem, il-progress fir-rigward tat-tfal miexi aktar bil-mod, biex b'hekk il-ħtieġa għal investiment fir-rigward tat-tfal – kemm permezz ta' mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi u kemm permezz ta' finanzjament internazzjonali pubbliku – saret fattur fundamentali;

E.

billi ma jista' jkun hemm l-ebda żvilupp sostenibbli mingħajr paċi u sigurtà, kif rikonoxxut mill-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp tal-2005;

F.

billi tliet kwarti tal-ifqar nies fid-dinja – li hu stmat li jlaħħqu mad-960 miljun – bħalissa qed jgħixu f'pajjiżi b'introjtu medju, u għalhekk paradigma ġdida dwar l-iżvilupp tirrikjedi li l-programmi jiġu mmirati kemm lejn in-nies foqra u kemm lejn il-pajjiżi foqra;

G.

billi l-istima tal-UNCTAD tal-bżonnijiet finanzjarji fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli emerġenti hi ta' madwar USD 3,9 triljun fis-sena, u attwalment jonqos USD 2,5 triljun fis-sena; billi azzjoni dgħajfa fl-aħħar mill-aħħar se tiġi tiswa ħafna iktar minn azzjoni deċiżiva favur żvilupp sostenibbli;

H.

billi d-daqs tal-isfida ta' finanzjament għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli jirrikjedi sħubija qawwija u globali u l-użu ta' kull forma ta' finanzjament (minn sorsi domestiċi, internazzjonali, pubbliċi, privati u innovattivi) u ta' mezzi mhux finanzjarji; billi l-finanzjament privat jista' jikkomplementa, iżda mhux jissostitwixxi, il-finanzjament pubbliku;

I.

billi l-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi u l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) huma sisien insostitwibbli tal-finanzjament għall-iżvilupp li jeħtieġ li jissaħħu;

J.

billi l-potenzjali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw għall-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi huma sinifikanti, iżda fis-sitwazzjoni attwali hemm limiti għal dak li l-pajjiżi jistgħu jwettqu waħedhom; billi r-riżorsi fiskali jibqgħu baxxi bħala proporzjon tal-PGD fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u għalhekk huwa essenzjali li jiġu promossi sistemi fiskali ibbilanċjati tajjeb, ġusti u effiċjenti, ibbażati fuq il-kapaċità ta' ħlas ta' kontribwenti u kumpaniji individwali; billi l-mobilizzazzjoni tar-riżorsi interni tirrikjedi wkoll distribuzzjoni ġusta u trasparenti tal-benefiċċji mir-riżorsi naturali;

K.

billi huma ftit ferm il-pajjiżi żviluppati li qed jissodisfaw l-impenn tagħhom li jipprovdu 0,7 % tad-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) bħala ODA, inkluż bejn 0,15 % u 0,20 % tal-ING lill-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati; billi l-Istati Membri li ssieħbu mal-UE fl-2004 jew aktar tard impenjaw ruħhom li jagħmlu ħilithom biex jilħqu l-mira ta' 0,33 % tal-ING, iżda s'issa ħadd minnhom għadu ma laħaq din il-mira;

L.

billi ħafna pajjiżi anqas żviluppati huma vulnerabbli, jew saru vulnerabbli bħala riżultat ta' avvenimenti esterni bħal mhuma kunflitti armati, epidemiji bħall-Ebola, u diżastri naturali, u billi dawn jeħtieġu aktar appoġġ;

M.

billi t-tnaqqis tal-faqar, it-tkabbir ekonomiku u s-sigurtà jiddependu fil-biċċa l-kbira fuq il-ħila ta' stat li jwettaq il-funzjonijiet sovrani tiegħu li jiżgura l-istat tad-dritt u jipprovdi servizzi pubbliċi bażiċi bħall-aċċess għall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, filwaqt li jirrispetta l-prinċipju tas-sjieda; billi dawn il-pajjiżi għandhom bżonn, b'mod partikolari, ta' aktar appoġġ biex jintroduċu sistemi tas-saħħa robusti;

N.

billi l-aġenda għall-iżvilupp qed issir aktar estensiva u għalhekk huwa importanti li jiġu rikonoxxuti u inċentivati ulterjorment l-isforzi li qed isiru oltre u lil hinn mill-ODA; billi minkejja ċirkostanzi fiskali diffiċli f'ħafna pajjiżi tal-OECD, inżammu livelli għolja ta' ODA li laħqet ċifra rekord ta' USD 134,8 biljun fl-2013; billi l-ODA tista' tkun katalist sabiex tattira l-investiment privat u r-rilevanza ta' strumenti finanzjarji innovattivi f'dan il-kuntest għandha tiġi kkonstata;

O.

billi s-settur privat u l-Investiment Dirett Barrani (IDB), meta jkunu regolati kif xieraq u jiġu kkollegati ma' titjib konkret fl-ekonomija domestika, għandhom potenzjal importanti x'jikkontribwixxu għall-ksib tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, kif rifless fil-proposta tal-UNCTAD għal Pjan ta' Azzjoni għal investiment fl-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli;

P.

billi l-fluss tal-kapital privat jaffettwa lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw b'ħafna modi differenti, kemm pożittivi kif ukoll negattivi; billi l-flussi finanzjarji lejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw minn sorsi privati huma sinifikanti iżda fil-biċċa l-kbira volatili, mifruxin b'mod irregolari, u li ħafna drabi jkunu assoċjati ma' flussi 'l barra bħar-ripatrijazzjoni ta' qligħ, li mill-2010, saru ogħla minn flussi ġodda 'il ġewwa ta' IDB;

Q.

billi s-soċjetà ċivili tiżvolġi rwol kruċjali fl-iżgurar ta' proċess universali u inklużiv, kemm fil-livell nazzjonali u kemm f'dak globali, u tikkontribwixxi għall-governanza tajba u għar-responsabilità; billi l-assistenza għall-iżvilupp u l-korruzzjoni huma reċiprokament inkompatibbli;

R.

billi hu importanti li jiġi promoss l-użu tas-servizzi bankarji fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

S.

billi jeħtieġ li l-UE u l-Istati Membri tagħha, bħala l-akbar donaturi ta' għajnuna għall-iżvilupp, imexxu l-proċess ta' finanzjament għall-iżvilupp u jgħinu biex ikun hemm rispons kredibbli għall-isfidi fil-qasam tal-finanzjament għall-iżvilupp, biex b'hekk jiżguraw il-koerenza tal-politika għall-iżvilupp fi ħdan l-aġenda għal wara l-2015; billi l-pajjiżi żviluppati u emerġenti l-oħrajn għandhom isegwu l-eżempju tal-UE;

Sħubija globali

1.

Jilqa' l-ewwel abbozz preliminari tad-Dokument dwar l-Eżitu tat-Tielet Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp, u jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jappoġġjawh;

2.

Jilqa' r-Rapport ta' Sinteżi tas-Segretarju Ġenerali tan-NU, u l-approċċ trasformattiv, universali, olistiku u integrat tiegħu lejn sħubija globali ambizzjuża għal għanijiet ta' żvilupp ġodda u l-qafas finanzjarju assoċjat, approċċ li hu ffokat fuq il-qerda tal-faqar, l-universalità tad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn is-sessi; jinsisti li, mingħajr mezzi komprensivi u sostanzjali ta' implimentazzjoni, tali sħubija ambizzjuża mhix se tirnexxi;

3.

Iħeġġeġ lill-UE tafferma t-tmexxija politika tagħha matul il-proċess preparatorju lejn id-definizzjoni ta' qafas ta' żvilupp sostenibbli, ftehim imġedded dwar il-finanzjament għall-iżvilupp u mezzi oħra ta' implimentazzjoni, flimkien mal-impenji u l-valuri ddikjarati fit-Trattati fundaturi tagħha; jikkunsidra li l-forniment tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE m'għandux ikun ikkundizzjonat minn donaturi sħab oħrajn;

4.

Jinsisti li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom iżommu l-pożizzjoni tagħhom bħala donaturi ewlenin tal-għajnuna għall-iżvilupp filwaqt li jinsistu li r-responsabilità tiġi kondiviża; jappella lill-pajjiżi b'introjtu għoli, lill-pajjiżi b'introjtu bejn livell medju u livell għoli u lill-ekonomiji emerġenti biex jieħdu impenji sinifikanti;

5.

Jilqa' l-komunikazzjoni riċenti tal-Kummissjoni intitolata “Sħubija Globali għall-Qerda tal-Faqar u l-Iżvilupp Sostenibbli wara l-2015”, minħabba l-komprensività tagħha, il-fatt li hi ffokata fuq il-koerenza politika u l-fatt li tikkonferma li l-UE hi impenjata biex tiżvolġi kompletament ir-rwol tagħha f'din is-sħubija globali; jiddispjaċih, madanakollu, li kien hemm ċertu nuqqas ta' impenn fir-rigward tal-kalendarju għall-miri finanzjarji fil-ġejjieni;

Finanzjament pubbliku internazzjonali

6.

Jisħaq fuq il-fatt li l-ODA tibqa' strument kruċjali fil-finanzjament għall-iżvilupp; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jimpenjaw ruħhom mill-ġdid mingħajr dewmien favur il-mira ta' 0,7 % tal-ING għall-ODA, b'50 % tal-ODA u mill-inqas 0,2 % tal-ING riżervati għall-pajjiżi l-anqas żviluppati, u, filwaqt li jqisu l-limitazzjonijiet baġitarji, jippreżentaw kalendarji baġitarji pluriennali sabiex proporzjonalment javvanzaw għal dawn il-livelli sal-2020; jilqa' l-pożizzjoni soda tal-UE li tiffoka l-isforzi fuq il-kwantità u l-kwalità tal-għajnuna għall-iżvilupp; jappella lis-sħab żviluppati l-oħrajn u lill-pajjiżi emerġenti biex iżidu proporzjonalment l-assistenza tagħhom għall-iżvilupp, u lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkonvinċu lil donaturi pubbliċi u privati madwar id-dinja jonoraw il-wegħdiet finanzjarji tagħhom u jieħdu impenji ġodda; jisħaq fuq il-fatt li d-donaturi kollha għandhom jiżguraw li l-ODA tkun tirrappreżenta trasferimenti ġenwini lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw;

7.

Jisħaq fuq il-fatt li jeħtieġ li l-UE u l-pajjiżi żviluppati l-oħrajn jonoraw l-impenn tagħhom li jipprovdu finanzjament proporzjonalment akbar, ġdid u addizzjonali favur il-klima bil-għan li sal-2020 jilħqu l-għan ta' mobilizzazzjoni konġunta ta' USD 100 biljun fis-sena, minn varjetà wiesgħa ta' sorsi, pubbliċi u privati, bilaterali u multilaterali, u anke minn sorsi alternattivi; jiddeplora n-nuqqas ta' progress li sar fir-rigward tal-addizzjonalità tal-finanzjament favur il-klima mal-ODA; jappella għal sforz internazzjonali konġunt min-naħa tal-pajjiżi żviluppati u l-pajjiżi emerġenti sabiex isibu finanzjament ġdid u addizzjonali favur il-klima għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw – għalkemm mhux b'detriment tal-baġit għall-iżvilupp – fil-ftehim dwar Azzjoni Globali dwar il-Klima li se jiġi konkluż fil-Konferenza ta' Pariġi li se ssir f'Diċembru 2015; jikkunsidra li l-UE għandha tipproponi stadji intermedji fit-triq lejn l-addizzjonalità sħiħa; iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw id-dħul iġġenerat permezz tas-swieq tal-karbonju għal azzjoni favur il-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jappella wkoll lill-ekonomiji emerġenti biex jimmobilizzaw finanzjament favur il-klima għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

8.

Jappoġġa sorsi innovattivi għal finanzjament addizzjonali għall-iżvilupp u favur il-klima, inklużi taxxi fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, taxxi fuq il-karbonju għas-settur tat-trasport internazzjonali bl-ajru u bil-baħar, u allokazzjoni awtomatika tad-dħul mis-swieq tal-karbonju; jilqa' l-isforzi ulterjuri li qed isiru fil-livell internazzjonali u f'dak Ewropew biex jiġu identifikati sorsi addizzjonali oħra;

9.

Jenfasizza li l-ODA għandha tibqa' l-miżura standard tal-isforzi finanzjarji magħmula; jappoġġa l-introduzzjoni ta' indikatur komplementari tal-appoġġ uffiċjali totali għall-iżvilupp sostenibbli, dejjem sakemm jiġi ċċarat kompletament li dan m'għandu bl-ebda mod jissostitwixxi jew inaqqas l-importanza tal-miżura ODA;

10.

Jikkonstata li, filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-ODA tiġi pprovduta fil-forma ta' għotjiet, hu importanti wkoll is-self konċessjonali li però jżid il-piżijiet tad-dejn u jirriskja li jwassal għal “bużżieqa” ta' dejn, b'mod partikolari fl-Afrika sub-Saħarjana u l-pajjiżi tal-Karibew li għandhom dħul limitat għall-manutenzjoni tad-dejn; jappella, għaldaqstant, lid-donaturi biex jagħtu għajnuna lill-pajjiżi l-anqas żviluppati fil-forma ta' għotjiet; jikkunsidra li s-self konċessjonali jista' ma jkunx xieraq għal investimenti fis-setturi soċjali li ma jkollhomx l-intenzjoni li jiġġeneraw qligħ; jilqa' l-ftehim li ntlaħaq mill-Kumitat għall-Għajnuna fl-Iżvilupp tal-OECD (OECD-DAC) għall-modernizzazzjoni tar-rapportar dwar is-self konċessjonali permezz tal-introduzzjoni ta' sistema ta' ekwivalenza mal-għotjiet bl-iskop li jiġu kkalkolati ċ-ċifri tal-ODA;

11.

Jindika li l-UE hija d-donatur ewlieni fid-dinja ta' għajnuna għall-iżvilupp u tirrappreżenta kważi 60 % tal-għajnuna għall-iżvilupp uffiċjali fuq livell globali; jappella, madanakollu, lill-Kummissjoni biex tipprovdi data ċara u trasparenti dwar is-sehem tal-baġit komplessiv iddedikat għall-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE sabiex ikun jista' jivvaluta s-segwitu mogħti għall-Kunsens ta' Monterrey mid-donaturi Ewropej kollha; jesprimi wkoll id-dispjaċir tiegħu li l-livell tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-UE għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw tonqsu l-viżibilità u jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa għodod ta' komunikazzjoni u ta' informazzjoni xierqa u mmirati sabiex iżżid il-viżibilità tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE;

12.

Jappella lill-UE biex tqis ir-rekwiżiti finanzjarji fit-tul billi tiffavorixxi u tmexxi approċċ aktar strateġiku, ambizzjuż u universali bi qbil mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli;

13.

Ifakkar fil-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE għall-finanzjament għall-iżvilupp, b'EUR 19,7 biljun għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp u EUR 6,8 biljun għall-għajnuna umanitarja bejn l-2014 u l-2020, apparti r-riżerva ta' għajnuna f'emerġenza ta' EUR 2,2 biljun; jindika wkoll il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) bi EUR 30,5 biljun; jargumenta favur il-baġitizzazzjoni tal-FEŻ, li kieku ġġib magħha vantaġġi bħal żieda fit-trasparenza, fil-viżibilità, fl-effiċjenza u fl-effikaċja; jilqa' l-opportunità li joffru r-rieżami postelettorali ta' nofs it-terminu u r-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali biex jitqiesu l-bżonnijiet strutturali dejjem jiżdiedu tas-sokkors umanitarju u l-bżonnijiet fil-qasam tal-iżvilupp tal-aktar pajjiżi foqra u vulnerabbli;

14.

Jikkonstata li l-baġit 2015 jiddedika EUR 2,4 biljun f'impenji (EUR 2,1 biljun f'pagamenti) lill-kooperazzjoni għall-iżvilupp u EUR 928,8 miljun f'impenji (EUR 918,8 f'pagamenti) lill-għajnuna umanitarja; jappoġġa l-passi li ttieħdu biex jitnaqqas l-ammont arretrat ta' kontijiet mhux imħallsa, b'mod partikolari bil-għan li tinżamm il-vijabilità finanzjarja tal-aktar sħab vulnerabbli, u jisħaq fuq l-importanza tal-prinċipju ta' parità bejn l-impenji u l-pagamenti fir-rigward tal-għajnuna umanitarja, peress li l-kriżijiet qegħdin iseħħu b'rata aktar frekwenti u hemm bżonn li l-fondi jinħarġu malajr;

15.

Jappella lill-UE biex tiżgura li n-negozjati rigward l-aġenda għall-iżvilupp globali għal wara l-2015, il-finanzjament għall-iżvilupp u t-tibdil fil-klima jkollhom rabtiet kredibbli mal-Qafas il-ġdid ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskji ta' Diżastri għall-2015-2030 b'mod li tinbena r-reżiljenza u li jkun hemm stat ta' tħejjija aħjar waqt li jiġi żgurat l-objettiv globali li ħadd ma jitħalla barra;

16.

Ifakkar li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp hija responsabilità kondiviża tal-UE u tal-Istati Membri tagħha u li hemm bżonn tkun konsistenti mal-kunċetti tal-komplementarjetà u l-koordinament; jevidenzja l-ħtieġa li s-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali jiġu involuti fil-proċess ta' koordinament;

17.

Jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jippromwovu aġenda dwar l-effikaċja tal-għajnuna li tkun tibni fuq l-impenji fis-Sħubija ta' Busan għal Kooperazzjoni Effettiva għall-Iżvilupp, tnaqqis tal-frammentazzjoni tal-għajnuna permezz ta' mekkaniżmu ta' finanzjamenti raggruppati, u koordinament akbar bejn id-diversi mekkaniżmi għall-għoti ta' għajnuna u partijiet interessati; jisħaq fuq il-fatt li kull finanzjament għall-iżvilupp għandu jkun favorevoli għall-foqra, sensittiv għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi, ambjentalment sod u reżiljenti għat-tibdil fil-klima;

18.

Ifakkar li, skont it-TFUE, it-tnaqqis u l-qerda eventwali tal-faqar huma l-objettiv primarju tal-UE fil-qasam tal-iżvilupp, filwaqt li d-difiża tad-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-koeżjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-inugwaljanzi għandhom jibqgħu fil-qalba tal-attivitajiet għall-iżvilupp;

19.

Jenfasizza l-importanza li jiġu stabbiliti prijoritajiet ċari għall-infiq, b'attenzjoni speċjali għall-miżuri fl-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-enerġija, il-provvista tal-ilma u l-infrastruttura; jissottolinja l-ħtieġa li jsiru sforzi u titjib ulterjuri fil-qasam tal-effikaċja tal-għajnuna permezz ta' grad ta' koordinament akbar bejn id-diversi mekkaniżmi u donaturi tal-għajnuna;

20.

Jissottolinja l-fatt li l-prijoritajiet tal-ODA għandhom ikunu servizzi soċjali bażiċi għal kulħadd u 'beni pubbliċi' li jkunu anqas effikaċi jekk jiġu pprovduti mis-settur privat, bħall-edukazzjoni primarja, ix-xbieki ta' sikurezza soċjali, il-kura tas-saħħa u l-infrastruttura tad-drenaġġ, tal-provvista tal-ilma u tal-enerġija, b'mod li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikunu jistgħu jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom; jisħaq fuq il-fatt li l-aċċessibilità għandha tkun kriterju kruċjali fil-finanzjament pubbliku internazzjonali għall-promozzjoni ta' servizzi u infrastrutturi universali u inklużivi;

21.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-aktar popolazzjonijiet vulnerabbli jkollhom aċċess għal opportunitajiet ta' żvilupp; ifakkar, f'dan ir-rigward, li hemm ir-riskju li, jekk l-assistenza titwassal biss permezz tal-gvernijiet, jista' jirriżulta li ma jkunx hemm biżżejjed finanzjament għall-komunitajiet marġinalizzati jew vulnerabbli;

22.

Jevidenzja l-importanza li jiġu mobilizzati fondi addizzjonali min-naħa tal-banek tal-iżvilupp sabiex inaqqsu d-distakk fil-finanzjament infrastrutturali u fl-aċċess għall-kreditu fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mekkaniżmi ta' monitoraġġ u valutazzjoni tal-impatt;

23.

Jissottolinja l-bżonn assolut li l-UE timmira lejn l-ogħla livell ta' koordinament b'mod li tikseb koerenza ma' oqsma ta' politika oħrajn (l-ambjent, il-migrazzjoni, il-kummerċ internazzjonali, id-drittijiet tal-bniedem, l-agrikoltura, eċċ.) u tevita li jkun hemm duplikazzjoni tax-xogħol jew inkonsistenzi fl-attivitajiet; ifakkar li, permezz tat-Trattat ta' Lisbona (Artikolu 208 TFUE), il-koerenza tal-politika għall-iżvilupp saret obbligu imnaqqax fit-trattati;

Mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi u kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tat-taxxa

24.

Jisħaq fuq il-fatt li mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi tkun aktar prevedibbli u sostenibbli minn assistenza barranija u jeħtieġ li tkun sors kruċjali ta' finanzjament; jinkoraġġixxi l-isforzi li qed isiru mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex iżidu l-mobilizzazzjoni ta' dan it-tip; jenfasizza l-importanza ta' titjib fil-ġbir tat-taxxi domestiċi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-ħtieġa għal sistemi fiskali robusti, ibbilanċjati tajjeb, ġusti u effiċjenti u li jkunu jiffavorixxu l-foqra, sensittivi għall-ħtiġijiet tal-aktar gruppi vulnerabbli u jirrispettaw l-impenji favur żvilupp sostenibbli fil-livell internazzjonali; jappella biex jitneħħew is-sussidji li jagħmlu l-ħsara fl-oqsma tal-enerġija (b'mod partikolari l-karburanti fossili), is-sajd u l-agrikoltura;

25.

Jitlob lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-assistenza tagħha għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet fl-oqsma tal-amministrazzjoni tat-taxxa, il-governanza finanzjarja, il-ġestjoni finanzjarja pubblika, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-irkupru ta' assi misruqa u l-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-ipprezzar qarrieqi tat-trasferimenti; jemmen li l-Unjoni għandha rwol kruċjali x'tiżvolġi f'dan il-qasam; ifakkar fl-importanza li jiġi distribwit id-dħul mit-taxxi fuq riżorsi naturali, speċjalment permezz tal-ħolqien ta' fondi ta' investimenti sovrani; jisħaq fuq il-ħtieġa għal aċċelerazzjoni u żieda proporzjonali tal-isforzi li qed isiru attwalment għat-titjib tar-rapportar baġitarju, u jappella għal żieda fl-armonizzazzjoni tal-prattiki ta' rapportar baġitarju madwar il-pajjiżi kollha;

26.

Jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex b'mod attiv iħarrxu l-ġlieda kontra r-rifuġji fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u l-flussi finanzjarji illeċiti, li jxejnu l-assistenza għall-iżvilupp u jikkontribwixxu għad-djun tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex jikkooperaw mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jikkontrobattu l-prattiki aggressivi ta' evitar tat-taxxa minn ċerti kumpaniji transnazzjonali, u biex ifittxu li jsibu modi kif jgħinu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jifilħu għall-pressjonijiet li jidħlu f'kompetizzjoni fiskali, peress li din iddgħajjef il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi għall-iżvilupp;

27.

Jappoġġa t-twaqqif ta' korp intergovernattiv għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-taxxa taħt l-awspiċi tan-NU; jinkoraġġixxi l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni; jappella biex jinħolqu reġistri pubbliċi rigward sjieda benefiċjarja u sistema mandatorja ta' rapportar pajjiż b'pajjiż fir-rigward tal-kumpaniji transnazzjonali fis-setturi kollha u biex tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta tad-drittijiet ta' tassazzjoni meta jkunu qed jiġu nnegozjati t-trattati dwar it-taxxa u dwar l-investiment mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

28.

Jikkunsidra li r-regoli internazzjonali dwar it-taxxa korporattiva għandhom jinkludu l-prinċipju li t-taxxi għandhom jitħallsu fejn il-valur jiġi estratt jew maħluq;

29.

Jisħaq fuq l-importanza deċiżiva ta' governanza tajba, protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, qafas istituzzjonali u strumenti regolatorji; jappoġġja b'mod speċjali l-investiment fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet, is-servizzi soċjali bażiċi bħall-edukazzjoni u s-saħħa (l-iżgurar ta' kopertura tas-saħħa universali), inklużi s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, in-nutrizzjoni, is-servizzi pubbliċi u l-protezzjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar u l-inugwaljanza, anke fost it-tfal u f'termini tad-differenzi bejn is-sessi; jirrikonoxxi l-ħtieġa għal infrastrutturi aċċessibbli u investimenti pubbliċi selettivi, kif ukoll għall-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, anke mill-industriji estrattivi;

30.

Jisħaq fuq il-fatt li jeħtieġ li l-finanzjament għall-iżvilupp isaħħaħ ir-riżorsi disponibbli għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, id-drittijiet tan-nisa u l-għoti ta' setgħa lin-nisa; jenfasizza r-rwol speċifiku tan-nisa fis-soċjetà, u jisħaq fuq il-fatt li dan għandu jinkludi l-implimentazzjoni ta' bbaġittjar li jqis id-differenzi bejn is-sessi, investimenti mmirati f'setturi kruċjali bħas-saħħa u l-edukazzjoni u t-teħid ta' passi biex jiġi żgurat li kull finanzjament għall-iżvilupp iqis kompletament is-sitwazzjoni tan-nisa u l-bniet;

31.

Jappella għal aktar finanzjament tar-riċerka u l-iżvilupp fix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, filwaqt li jirrikonoxxi li dan il-finanzjament għandu jingħata kemm fil-livell domestiku kif ukoll f'dak internazzjonali; iħeġġeġ il-promozzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp li jistgħu jġibu progress fl-indirizzar ta' sfidi kumplessi u lejn ġestjoni tajba tal-beni pubbliċi globali, bħat-teknoloġija u l-innovazzjoni fil-qasam tas-saħħa; jikkonstata r-rwol importanti tal-mikrointrapriżi u tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju f'dan il-kuntest; jappella għal rieżami tar-reġimi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali introdotti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw permezz ta' ftehimiet ta' kummerċ ħieles b'mod li jiġi identifikat kwalunkwe impatt negattiv fuq is-saħħa pubblika, l-ambjent jew it-trasferiment tat-teknoloġija;

Is-settur privat u s-soċjetà ċivili

32.

Jissottolinja l-importanza kbira li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet favorevoli għall-intrapriżi privati u l-intraprenditorija fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, speċjalment għall-mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, peress li huma jiżvolġu rwol fundamentali bħala mutur għall-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir inklużiv; jappella b'mod partikolari biex jissaħħu ulterjorment is-sistemi ta' self u garanzija b'mikrofinanzjament; jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati ulterjorment il-banek u l-unjonijiet ta' kreditu lokali u reġjonali sabiex jitnaqqsu b'mod sinifikanti r-rati ta' mgħax eċċessivi għas-self fuq is-suq biex b'hekk jingħata appoġġ aħjar għall-iżvilupp tal-komunitajiet fil-livell lokali (13); jappella biex s-settur privat jiġi allinjat mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli permezz ta' sħubijiet xierqa, strumenti finanzjarji, inċentivi, qafas dwar ir-responsabilità u Responsabilità Soċjali effikaċi tal-Kumpaniji; ifakkar fil-ħtieġa li jkun hemm konformità mal-istandards internazzjonali miftiehma bħal mhuma l-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem;

33.

Jisħaq fuq il-ħtieġa għall-promozzjoni tal-forniment lil intrapriżi tal-istrumenti għal informazzjoni, it-taħriġ u l-pjattaformi ta' konsulenza essenzjali għall-iżvilupp tagħhom;

34.

Jisħaq għalhekk fuq il-fatt li, sabiex tingħata spinta fit-tul lill-ekonomija, huwa essenzjali li ż-żgħażagħ u n-nisa jingħataw aċċess għall-kreditu għall-appoġġ ta' negozji ġodda;

35.

Jisħaq fuq ir-rwol ta' koeżjoni soċjali li żvolġiet l-intraprenditorija kollettiva tal-assoċjazzjonijiet tal-produtturi fil-prevenzjoni ta' kunflitti etniċi u reliġjużi;

36.

Jinsisti li l-appoġġ għas-settur privat u l-kooperazzjoni miegħu min-naħa tal-UE jistgħu u għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-faqar u l-inugwaljanza, kif ukoll jirrispettaw u jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem, l-istandards ambjentali, l-impenji favur il-klima u d-djalogu soċjali; jappella biex jiġi stabbilit qafas legalment vinkolanti għall-kumpaniji, inklużi l-korporazzjonijiet transnazzjonali b'mekkaniżmu għall-ilmenti;

37.

Jappella biex l-UE twaqqaf, flimkien mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, qafas regolatorju, bi qbil mal-Qafas komprensiv tal-UNCTAD għall-Politika dwar l-Investiment għall-Iżvilupp Sostenibbli, li jqanqal investiment aktar responsabbli, trasparenti u ġustifikabbli, biex b'hekk jingħata kontribut għall-iżvilupp ta' settur privat b'kuxjenza soċjali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

38.

Jappella lill-Kummissjoni biex tappoġġa l-għoti ta' aċċess akbar għall-finanzjament lill-mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jissottolinja l-importanza ta' sistemi ta' self b'mikrofinanzjament, speċjalment għan-nisa; jinkoraġġixxi l-iżvilupp ulterjuri tal-banek u l-unjonijiet ta' kreditu lokali u reġjonali; jitlob lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fit-twaqqif ta' politiki u oqfsa ġuridiċi li jkunu jwasslu għall-iżvilupp ta' servizzi bankarji; jindika l-ħtieġa – f'diversi livelli, anke fost il-foqra, in-nisa u gruppi vulnerabbli oħra – għal informazzjoni u taħriġ dwar kwistjonijiet finanzjarji, l-użu ta' prodotti bankarji u l-assigurazzjoni, u t-teknoloġiji ġodda rilevanti;

39.

Ifakkar li l-għajnuna pubblika waħedha mhijiex biżżejjed biex tkopri l-ħtiġijiet ta' investiment kollha fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jinsisti, għalhekk, fuq ir-rwol ta' lieva li għandhom it-taħlit ta' finanzjamenti u s-sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat bħala mezz biex jissaħħaħ l-impatt tal-assistenza għall-iżvilupp, jiġi attirat il-finanzjament privat u jiġu appoġġati n-negozji lokali; jisħaq, madankollu, fuq il-fatt li jeħtieġ li l-finanzjament imħallat ma jissostitwixxix ir-responsabilità tal-istat li jrendi riżultati konkreti fir-rigward tal-bżonnijiet soċjali u li għandu jiġi allinjat mal-objettivi tal-iżvilupp nazzjonali u mal-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp; jinkoraġġixxi s-sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat b'mod partikolari fil-qasam tar-riċerka relatat mal-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi bħall-programm Ebola+;

40.

Jappella biex jiġu adottati standards u kriterji internazzjonali kif ukoll analiżi tar-riskju ta' dejn għat-taħlit ta' proġetti u sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat li jattiraw il-finanzjament privat u jappoġġaw lin-negozji lokali, filwaqt li jirrispettaw l-istandards miftiehma fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fil-livell tal-ILO, id-WHO u dak internazzjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, fil-prospettiva tax-xewqa tagħha li testendi b'mod konsiderevoli l-użu tat-taħlit fil-futur, timplimenta r-rakkomandazzjonijiet li saru fir-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-użu tat-taħlit u biex tivvaluta l-mekkaniżmu għat-taħlit tas-self u l-għotjiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-iżvilupp u l-addizzjonalità finanzjarja, it-trasparenza u r-responsabilità; jappella lill-BEI u l-istituzzjonijiet l-oħra ta' finanzjament għall-iżvilupp biex jagħtu prijorità lill-investiment fil-kumpaniji u l-fondi li jiżvelaw pubblikament s-sjidiet benefiċjarji u japplikaw is-sistema ta' rapportar pajjiż b'pajjiż;

41.

Jappoġġa ż-żieda tal-aċċess għas-suq għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, speċjalment il-pajjiżi l-inqas żviluppati, billi dan jista' jsaħħaħ lis-settur privat u joħloq inċentivi għar-riforma; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-ftehimiet dwar il-kummerċ u l-investiment, speċjalment mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-pajjiżi l-inqas żviluppati u l-istati fraġli, jiġu allinjati mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem u l-integrazzjoni reġjonali; jenfasizza li l-ftehimiet ta' dan it-tip għandhom jiġu soġġetti għal valutazzjonijiet tal-impatt fuq l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli; jappoġġa s-suġġeriment tal-Kummissjoni li taġġorna l-istrateġija tagħha rigward Għajnuna għall-Kummerċ fid-dawl tar-riżultati tan-negozjati għal wara l-2015 u li tagħti trattament speċjali u differenzjali lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-pajjiżi l-anqas żviluppati u l-istati fraġli fil-ftehimiet dwar il-kummerċ filwaqt li tirrispetta l-ispazju politiku tagħhom biex jieħdu deċiżjonijiet sovrani konformi mal-kuntest nazzjonali tagħhom u l-bżonnijiet tal-popolazzjonijiet tagħhom;

42.

Jappella biex tittieħed azzjoni biex tingħata spinta għall-użu u t-trasparenza tas-sistemi nazzjonali għall-akkwist pubbliku fl-attivitajiet ġestiti mis-settur pubbliku u biex jissaħħu l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

43.

Jevidenzja l-kontribut pożittiv li jagħtu l-migranti għall-iżvilupp tal-pajjiżi minn fejn ikunu oriġinaw, u jappella biex ikun hemm kooperazzjoni aktar effikaċi u innovattiva fil-politika dwar il-migrazzjoni bejn il-pajjiżi ta' oriġini u ta' destinazzjoni; jiġbed l-attenzjoni għall-flussi finanzjarji sinifikanti u dejjem jikbru li jirrappreżentaw ir-rimessi mid-diaspora u jappoġġa l-ħolqien ta' fondi tad-diaspora; jappella biex isiru sforzi ulterjuri sabiex l-ispejjeż tat-trasferimenti jitbaxxew b'mod li jiżdied l-impatt fuq l-iżvilupp lokali fil-pajjiżi ta' oriġini;

44.

Jappella biex l-awtoritajiet lokali u s-soċjetà ċivili, inklużi l-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi b'bażi fil-komunitajiet, jieħdu sehem akbar fid-diskussjonijiet dwar il-prijoritajiet għall-iżvilupp, b'mod partikolari fil-konferenza ta' Addis Ababa, u għal implimentazzjoni aktar inklużiva u responsabbli tal-aġenda għal wara l- 2015; jissottolinja r-rwol tal-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet fuq il-post u l-iżvilupp ta' mekkaniżmi għar-responsabilità, il-monitoraġġ u r-rieżami; jirrikonoxxi li r-rwol tal-awtoritajiet lokali fl-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli jirrikjedi l-allokazzjoni tal-mezzi meħtieġa; jappella biex ikun hemm aktar konsultazzjoni maż-żgħażagħ fid-diskussjonijiet dwar l-aġenda għal wara l-2015, speċifikament permezz ta' teknoloġiji innovattivi għall-komunikazzjoni; jissottolinja r-rwol tad-delegazzjonijiet tal-UE bħala faċilitaturi ta' djalogi ta' dan it-tip;

Governanza globali

45.

Ifakkar fir-rwol ċentrali tan-NU, b'mod komplementari ma' dak tal-istituzzjonijiet u l-fora eżistenti l-oħra, bħal mhi l-OECD, fil-governanza u l-iżvilupp ekonomiċi fil-livell globali; jappella biex il-pajjiżi kollha jkunu rappreżentati ugwalment u b'bilanċ bejn is-sessi fl-istituzzjonijiet multilaterali u l-korpi l-oħra li jistabbilixxu normi u standards, inkluż fl-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali; ifakkar li l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali kollha għandhom jirrispettaw l-standards bażiċi ta' trasparenza – kif stabbilit fil-Karta dwar it-Trasparenza għall-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali – u jdaħħlu fis-seħħ politiki dwar żvelar lill-pubbliku;

46.

Jinsisti li jeħtieġ li s-soluzzjonijiet għal dejn sostenibbli, inklużi standards biex is-self jingħata u jittieħed b'mod responsabbli, jiġu ffaċilitati permezz ta' qafas ġuridiku multilaterali għall-proċessi ta' ristrutturar tad-dejn sovran, bil-ħsieb li jittaffa l-piż tad-dejn u jiġi evitat id-dejn insostenibbli; jitlob lill-UE tinvolvi ruħha b'mod kostruttiv fin-negozjati tan-NU dwar dan il-qafas; iħeġġeġ lill-UE tinsisti fuq l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-UNCTAD rigward tranżazzjonijiet ta' dejn sovran responsabbli kemm għal min jissellef, kif ukoll għal min isellef;

47.

Jilqa' l-isforzi internazzjonali li qed isiru biex jittaffew l-obbligi ta' dejn internazzjonali tal-pajjiżi milqutin mill-Ebola b'mod li jiġu megħjuna jaffaċċjaw il-kriżijiet ekonomiċi ikkawżati mill-epidemija;

48.

Jappella biex il-programmi u l-istrumenti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali għal assistenza finanzjarja għall-iżvilupp jiġu eżaminati mill-ġdid b'mod li jiġu allinjati mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli l-ġodda; iħeġġeġ b'mod speċifiku lill-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Dinji biex jistabbilixxu standards tal-ogħla livell għal finanzjament responsabbli u biex iqarrbu aktar ir-riżorsi tagħhom lejn il-bżonnijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, anke permezz ta' faċilitajiet ta' self li jkunu jiffavorixxu l-foqra u li jkunu reċiprokament effikaċi; jappella b'mod speċifiku għal żieda fl-ammonti disponibbli għall-Bank Ewropew tal-Investiment, lil hinn mill-mandat attwali tiegħu, sabiex ikompli jiżdied il-finanzjament tiegħu għall-pajjiżi b'introjtu baxx;

Monitoraġġ, responsabilità u rieżami

49.

Jappella biex jintlaħaq ftehim fil-konferenza ta' Addis Ababa rigward qafas robust, trasparenti u aċċessibbli ta' monitoraġġ u responsabilità biex l-investiment u l-progress fir-rigward tal-impenji u l-objettivi speċifiċi jkunu jistgħu jiġu ttraċċati u jingħataw segwitu b'mod effikaċi; jappella għal inizjattiva internazzjonali għat-titjib tal-kwalità tal-istatistika, id-data u l-informazzjoni, inkluża data diżaggregata skont l-introjtu, is-sess, l-età, ir-razza, l-etniċità u l-istatus migratorju, id-diżabilità, il-lok ġeografiku u karatteristiċi oħra rilevanti fil-kuntesti nazzjonali; jitlob lill-partijiet kollha jiżguraw l-implimentazzjoni trasparenti u effiċjenti tal-għajnuna u l-finanzjament, b'mod partikolari billi jiffirmaw u jimplimentaw b'mod effikaċi d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni u billi jimpenjaw ruħhom biex sistematikament jippubblikaw data preċiża, f'waqtha u paragunabbli dwar id-dħul u l-infiq, kif ukoll dokumenti baġitarji; jitlob, b'mod speċifiku, lill-Kummissjoni timmonitora u tikkontrolla ulterjorment il-finanzjament tagħha għall-programmi u l-proġetti ta' għajnuna u tieħu l-miżuri xierqa fil-każ ta' evidenza ta' korruzzjoni u ġestjoni ħażina; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, bl-istess mod, taġġorna l-assistenza tagħha b'mod li ssaħħaħ lill-aġenziji ġudizjarji u l-aġenziji kontra l-korruzzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

50.

jappella għal inizjattiva internazzjonali għat-titjib tal-kwalità tal-istatistika, id-data u l-informazzjoni, b'mod li l-infiq, l-investiment u l-progress fir-rigward tal-impenji u l-objettivi speċifiċi jkunu jistgħu jiġu ttraċċati; jilqa' l-isforzi globali li qed isiru biex jiġi żgurat li d-data użata fl-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tkun diżaggregata biżżejjed skont l-introjtu, is-sess, l-età u indikaturi oħrajna, sabiex l-impatt tal-politiki jkun jista' jiġi mmonitorat b'mod effikaċi;

51.

Itenni li, bħala element komplementari għall-PDG, hemm bżonn ta' sett ġdid ta' indikaturi oħra sabiex ikunu jistgħu jitqiesu l-isfidi soċjali u ambjentali ġodda, u li dan is-sett għandu jinkludi b'mod partikolari l-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem, il-koeffiċjent Gini, miżura ta' ugwaljanza bejn is-sessi, il-marka tal-karbonju u l-impronta ekoloġika;

o

o o

52.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Kofaċilitaturi għall-proċess ta' tħejjija għat-Tielet Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp.


(1)  http://unctad.org/en/publicationslibrary/wir2014_en.pdf

(2)  http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-16827-2014-INIT/mt/pdf

(3)  http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-17553-2013-INIT/mt/pdf

(4)  http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-11559-2013-INIT/mt/pdf

(5)  Testi adottati, P8_TA(2014)0059.

(6)  ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 1.

(7)  Testi adottati, P8_TA(2014)0063.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2014)0163.

(9)  Testi adottati, P7_TA(2013)0394.

(10)  Testi adottati, P7_TA(2013)0205.

(11)  Testi adottati, P7_TA(2013)0119.

(12)  ĠU L 136, 9.5.2014, p. 1.

(13)  Rapport dwar l-Appoġġ għall-Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju fil-Pajjiżi li qed Jiżviluppaw permezz ta' Intermedjarji Finanzjarji, Dalberg, Novembru 2011, www.eib.org.


27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/12


P8_TA(2015)0197

Kura tas-saħħa aktar sikura fl-Ewropa

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2015 dwar kura tas-saħħa aktar sikura fl-Ewropa: it-titjib tas-sikurezza tal-pazjent u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi (2014/2207(INI))

(2016/C 353/02)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-pazjent, inkluż il-ħarsien minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-pazjent, inkluż il-prevenzjoni minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura transkonfinali,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2011 bit-titolu “Pjan ta' Azzjoni kontra t-theddid li qed jiżdied ta' Reżistenza Antimikrobika” (COM(2011)0748),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 2012 dwar “L-impatt tar-reżistenza antimikrobika fis-settur tas-saħħa umana u fis-settur veterinarju – perspettiva ta' ‘Saħħa Waħda’”,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2012 dwar “L-Isfida Mikrobika – Theddid li qed jiżdied mir-Reżistenza Antimikrobika” (3),

wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kummissjoni lill-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2012 u tad-19 ta' Ġunju 2014 fuq il-bażi tar-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2009/C 151/01) dwar is-sikurezza tal-pazjent, inkluż il-prevenzjoni minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (COM(2012)0658 and COM(2014)0371),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-22 ta' Ottubru 2013 dwar ir-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill fuq il-bażi tar-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2009/C 151/01) dwar is-sikurezza tal-pazjent, inklużi l-prevenzjoni u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (4),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa,

wara li kkunsidra l-Ewrobarometru Speċjali 411, “Is-sikurezza tal-pazjent u l-kwalità tal-kura”,

wara li kkunsidra r-rapport ta' progress dwar il-Pjan ta' Azzjoni kontra t-theddid li qed jiżdied ta' Reżistenza Antimikrobika (SANTE/10251/2015);

wara li kkunsidra l-proposta tal-10 ta' Settembru 2014 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prodotti mediċinali veterinarji (2014/0257(COD)),

wara li kkunsidra l-“Qafas kunċettwali għall-klassifikazzjoni internazzjonali għas-sikurezza tal-pazjent”, stabbilit mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO),

wara li kkunsidra l-isforzi tal-Presidenza Latvjana biex tindirizza l-kwistjoni tar-reżistenza għall-antimikrobiċi, b'mod partikolari fir-rigward tat-tuberkulożi u t-tuberkulożi reżistenti għal ħafna mediċini (MDR-TB);

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 ta' Diċembru 2014 dwar is-sikurezza tal-pazjent u l-kwalità tal-kura, inklużi l-prevenzjoni minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa u r-reżistenza għall-antimikrobiċi,

wara li kkunsidra l-ewwel rapport konġunt tal-ECDC/EFSA/EMA dwar l-analiżi integrata tal-konsum ta' aġenti antimikrobiċi u l-okkorrenza ta' reżistenza għall-antimikrobiċi f'batterji mill-bniedem u mill-annimali li jipproduċu l-ikel (Joint Interagency Antimicrobial Consumption and Resistance Analysis – JIACRA),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0142/2015),

A.

billi d-dimensjoni prinċipali tal-kwalità ġenerali tal-kura tas-saħħa hija s-sikurezza tal-pazjent, li l-elementi fundamentali tagħha huma kultura tal-kura tas-saħħa u l-ġestjoni tal-avvenimenti avversi;

B.

billi l-volum ta' data disponibbli dwar il-prevalenza u l-inċidenza ta' avvenimenti avversi fis-sistemi tal-kura tas-saħħa fl-Istati Membri bħalissa huwa limitat, iżda qiegħed dejjem jiżdied, u billi l-aħħar data disponibbli tmur lura għall-2008;

C.

billi huwa stmat li bejn 8 % u 12 % tal-pazjenti li jittieħdu l-isptar fl-UE jbatu minn avvenimenti avversi waqt li jkunu qegħdin jirċievu l-kura tas-saħħa, u billi kważi nofs dawn l-avvenimenti jistgħu jiġu evitati;

D.

billi l-aktar avvenimenti avversi komuni marbuta mal-kura tas-saħħa huma infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (HAIs – healthcare-associated infections), avvenimenti relatati mal-medikazzjoni u kumplikazzjonijiet li jseħħu matul jew wara operazzjoni kirurġika;

E.

billi s-sikurezza tal-pazjent u l-kwalità tal-kura tas-saħħa jeħtieġu kundizzjonijiet ta' xogħol deċenti u sikurezza fuq il-post tax-xogħol għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa, u billi, b'mod partikolari, l-iżgurar tas-sikurezza tal-pazjent, tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-HAIs u tal-prevenzjoni tal-firxa ta' batterji reżistenti għal ħafna mediċini huwa diffiċli ħafna f'ambjent tal-kura tas-saħħa b'popolazzjoni eċċessiva u b'nuqqas ta' persunal;

F.

billi l-kriżi ekonomika attwali żiedet aktar pressjoni fuq il-baġits tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri, u b'hekk kellha impatt fuq is-sikurezza tal-pazjent, peress li ħafna Stati Membri, minflok ma indirizzaw l-effiċjenza b'mod xieraq, naqqsu l-baġits u l-livelli ta' persunal fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom b'ammonti pjuttost qawwija;

G.

billi l-kriżi ekonomika kompliet taggrava l-inugwaljanzi eżistenti fir-rigward tal-aċċess għas-servizzi tas-saħħa;

H.

billi t-taħriġ kontinwu tat-tobba u ta' professjonisti oħra fil-qasam tal-kura tas-saħħa huwa kruċjali sabiex jiġu evitati avvenimenti avversi, inklużi avvenimenti avversi mill-mediċini (ADEs – adverse drug events), li huma stmati li jiswew lis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-UE madwar EUR 2,7 biljun fis-sena fi spejjeż tal-kura u jammontaw għal 1,1 % tal-każijiet kollha ta' persuni li jiddaħħlu l-isptar fl-Unjoni;

I.

billi s-saħħa elettronika (Saħħa-e) ffukata fuq il-pazjent u t-trattamenti mediċi għal kura fid-dar għandhom potenzjal għoli biex itejbu l-kwalità u l-effiċjenza ta' trattamenti mediċi filwaqt li jikkontribwixxu għal titjib fil-prestazzjoni tal-kura tas-saħħa;

J.

billi approċċ multidixxiplinarju jżid il-possibbiltajiet li t-trattamenti mediċi jiksbu riżultati pożittivi;

K.

billi l-pazjenti, il-familji u l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti għandhom rwol ewlieni biex jippromwovu kura iżjed sikura, u r-rwol tagħhom għandu jiġi promoss permezz tal-għoti ta' setgħa lill-pazjent u permezz tal-parteċipazzjoni fil-proċess u fil-politika tal-kura tas-saħħa fil-livelli kollha;

L.

billi t-trattamenti mediċi għal kura fid-dar jistgħu jgħinu lill-pazjenti psikoloġikament u jirriżultaw fi prestazzjoni aħjar fil-kura tas-saħħa;

M.

billi ġie nnutat li l-użu tal-antibijotiċi huwa aktar frekwenti fost il-persuni anqas infurmati u li l-għarfien sħiħ dwar l-antibijotiċi jista' jwassal liċ-ċittadini għal konsum aktar responsabbli tagħhom;

N.

billi bejn 30 u 50 % tal-pazjenti ma jeħdux il-mediċini preskritti mit-tobba jew jeħduhom mingħajr ma jsegwu r-riċetta tat-tabib;

O.

billi jeżistu kunflitti ta' interess relatati mal-industrija farmaċewtika fl-isptarijiet u fost it-tobba ġenerali kif ukoll il-veterinarji;

P.

billi l-HAIs huma problema ewlenija għas-saħħa pubblika fl-Istati Membri (skont figuri miġbura miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), pazjent minn kull 20 fl-isptar, fuq bażi medja, isofri minn HAI fl-UE, jiġifieri 4,1 miljun pazjent annwalment, u barra dan, kull sena 37 000 ruħ fl-UE jmutu bħala riżultat ta' HAI, għalkemm huwa meqjus li bejn 20 u 30 % ta' dawn l-infezzjonijiet jistgħu jiġu evitati bis-saħħa ta' programmi intensivi ta' iġjene u kontroll), u dan iqiegħed piż kbir fuq il-baġits limitati tas-servizz tas-saħħa;

Q.

billi l-esperjenzi u l-kontributi tal-pazjenti jvarjaw ta' spiss minn dawk tal-professjonisti tas-saħħa u jistgħu jkunu importanti ħafna biex jinstabu modi ġodda kif jitnaqqsu u jiġu evitati l-HAIs;

R.

billi l-HAIs ikkawżati minn batterji reżistenti għal ħafna mediċini qed jiżdiedu;

S.

billi r-reżistenza għall-antimikrobiċi fil-konfront tal-patoġeni batteriċi, li jwassal għal aktar prevalenza tal-HAIs u fallimenti fit-trattament ta' mard infettiv tal-bniedem u tal-annimali fil-livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali;

T.

billi huwa stmat li globalment 10 miljun persuna se jmutu kull sena minħabba r-reżistenza għall-antimikrobiċi sal-2050;

U.

billi l-perċentwal ta' reżistenza għall-antibijotiċi li jintużaw komunement biex jittrattaw batterji kawżattivi huwa ta' mill-anqas 25 % jew aktar f'diversi Stati Membri; billi hemm distakk dejjem jikber bejn ir-reżistenza għall-antimikrobiċi u l-iżvilupp ta' antibijotiċi ġodda u l-introduzzjoni tagħhom fil-prattika klinika, u dan hu marbut mal-isfidi xjentifiċi, regolatorji u ekonomiċi;

V.

billi l-aktar studji reċenti juru li, ħlief għal ftit eċċezzjonijiet, ir-reżistenza għall-antimikrobiċi fl-isptarijiet żdiedet globalment fl-UE fl-aħħar snin;

W.

billi l-UE tistma li kull sena tal-anqas 25 000 persuna jmutu minn infezzjonijiet ikkawżati minn batterji reżistenti, li jiswew lis-sistemi tas-saħħa pubblika madwar EUR 1,5 biljun, skont id-data miġbura fl-2011 mill-ECDC;

X.

billi l-ispejjeż ikkaġunati mill-infezzjonijiet reżistenti għall-mediċina jammontaw għal madwar EUR 1,5 biljun fis-sena minħabba żidiet fl-ispejjeż relatati mal-kura tas-saħħa u telf ta' produttività; billi l-pazjenti li jkunu ġew infettati bil-batterji reżistenti jkollhom jiġu iżolati meta trattati fl-isptar, u dan il-provvediment addizzjonali jiswa EUR 900 miljun u jwassal għal 2,5 miljun ġurnata tas-sodda addizzjonali kull sena;

Y.

billi waħda mill-kawżi ewlenin tal-firxa tar-reżistenza għall-antimikrobiċi fl-isptarijiet hija n-nuqqas ta' konformità mal-prattiki aċċettati b'mod ġenerali għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet;

Z.

billi l-effikaċja tal-mediċini primarji kontra l-patoġeni batteriċi qed issir dejjem iżjed limitata minħabba r-reżistenza u l-mediċini sekondarji u terzjarji mhux dejjem ikunu disponibbli u spiss ikunu iżjed tossiċi, ogħla u anqas effikaċi mill-mediċini primarji;

AA.

billi waħda mill-kawżi ewlenin tar-reżistenza għall-antimikrobiċi hija l-użu ħażin ta' antimikrobiċi, inklużi l-antibijotiċi, u b'mod partikolari l-użu sistematiku u eċċessiv tagħhom;

AB.

billi l-livell għoli ta' mobilità bejn is-sistemi tal-kura tas-saħħa Ewropej u n-natura dejjem aktar transkonfinali tal-kura tas-saħħa fl-Ewropa jistgħu jiffavorixxu l-firxa tal-mikroorganiżmi reżistenti minn Stat Membru għall-ieħor;

AC.

billi l-programmi ta' tilqim huma għodda effikaċi fl-isforzi biex tiġi miġġielda r-reżistenza għall-antibijotiċi, minħabba li għandhom rwol biex jillimitaw l-użu tal-antibijotiċi u għaldaqstant l-iżvilupp tar-reżistenza għall-antimikrobiċi;

AD.

billi r-riċerka u l-iżvilupp antibatteriċi jippreżentaw xi sfidi uniċi u dan ifisser li hija meħtieġa perspettiva fuq terminu twil biex il-kompetenza tiġi żviluppata u tiġi applikata fil-laboratorji, u billi huwa ta' dispjaċir li ħafna riċerkaturi b'din il-kompetenza mxew f'oqsma oħra minħabba nuqqas ta' finanzjament kemm privat kif ukoll pubbliku;

AE.

billi n-nuqqas ta' teħid tal-prekawzjonijiet bażiċi ta' iġjene personali, kemm fl-isptarijiet kif ukoll barra, jista' jwassal għall-firxa ta'patoġeniċi, b'mod partikolari dawk li huma reżistenti għall-antimikrobiċi;

AF.

billi qed ikunu dejjem aktar evidenza xjentifika li turi li iġjene tajba tal-idejn fl-ambjent tal-kura tas-saħħa teħtieġ l-użu ta' metodi għat-tnixxif tal-idejn li ma jiffaċilitawx il-kontaminazzjoni mikrobika kroċjata permezz ta' disseminazzjoni fl-ajru u aerosolizzazzjoni;

AG.

billi l-batterji reżistenti jistgħu jinstabu preżenti fuq l-apparati mediċi anke meta jkunu ġew sterilizzati skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;

AH.

billi l-użu tal-antimikrobiċi fil-mediċina tal-bniedem u dik veterinarja jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' resistome fl-ambjent li jista' jservi bħala sors ta' żvilupp ta' reżistenza kemm fil-bnedmin kif ukoll fl-annimali; billi l-istess klassijiet ta' antibijotiċi jintużaw fil-mediċina kemm tal-annimali kif ukoll tal-bniedem u tfaċċaw mekkaniżmi ta' reżistenza simili fiż-żewġ setturi;

AI.

billi biedja ta' densità għolja tista' timplika li l-antibijotiċi qegħdin jingħataw b'mod mhux adatt u permezz ta' rutina bħala għalf lill-bhejjem, it-tjur u l-ħut fl-irziezet biex jikbru malajr u qegħdin jintużaw b'mod mifrux għal skopijiet ta' profilassi, biex jipprevjenu l-firxa ta' mard minħabba kundizzjonijiet ta' ffullar, konfinament u stress li fihom jinżammu l-annimali u li jinibixxu s-sistema immunitarja tagħhom, u biex jikkumpensaw għall-kundizzjonijiet mhux sanitarji fejn aed jitrabbew;

AJ.

billi l-kunċett ta' Saħħa Waħda, approvat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), jirrikonoxxi li s-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u l-ekosistemi huma marbutin flimkien; billi, b'mod partikolari, l-annimali u l-ikel li ġej mill-annimali jistgħu jservu ta' sors ewlieni dirett ta' patoġeni żoonotiċi reżistenti; billi, għaldaqstant, l-użu tal-antibijotiċi fl-annimali, b'mod partikolari dawk intiżi għall-konsum u miżmuma fi rziezet ta' densità għolja, jista' jaffettwa r-reżistenza għall-antibijotiċi fil-bnedmin;

AK.

billi, fid-dawl tal-kunċett Saħħa Waħda, approċċ fejn kemm il-professjonisti mediċi tal-bnedmin kif ukoll dawk veterinarji jieħdu inizjattivi biex jipprevjenu infezzjonijiet reżistenti u jnaqqsu l-użu tal-antibijotiċi jista' jevita l-HAIs, kemm fl-isptarijiet kif ukoll barra;

AL.

billi, skont id-WHO, l-użu tal-antimikrobiċi għall-bhejjem hu bil-wisq ogħla minn dak għall-bnedmin f'numru ta' pajjiżi tal-Istati Membri tal-UE (5);

AM.

billi, skont assoċjazzjonijiet Ewropej tal-konsumatur, aktar minn 70 % tal-prodotti tal-laħam ittestjati f'sitt Stati Membri tal-UE nstab li kienu kkontaminati minn batterji reżistenti għall-antibijotiċi, filwaqt li fi tmien pajjiżi oħra tali batterji kienu preżenti f'50 % tal-kampjuni kollha (6);

AN.

billi ġew osservati livelli għoljin ta' reżistenza tal-Campylobacter għall-fluworokinoloni u li ħafna mill-infezzjonijiet tal-Campylobacter fil-bniedem jiġu mill-ipproċessar, il-preparazzjoni u l-konsum ta' laħam tat-tiġieġ; bili tali livelli għoljin ta' reżistenza jnaqqsu l-għażliet ta' trattament effikaċi għall-infezzjonijiet tal-Campylobacter fil-bniedem;

AO.

billi fl-UE l-użu subterapewtiku tal-antibijotiċi, li jinvolvi l-għoti ta' dożi baxxi ta' antibijotiċi lill-bhejjem biex jistimolaw it-tkabbir tagħhom, huwa projbit sa mill-2006;

AP.

billi l-maġġoranza l-kbira tal-għalf immedikat għall-annimali tar-razzett fiha l-antimikrobiċi;

AQ.

billi l-użu tal-antimikrobiċi fl-annimali domestiċi huwa fattur ta' riskju addizzjonali għall-iżvilupp u t-trażmissjoni tar-reżistenza għall-antimikrobiċi fil-bniedem u billi x-xejriet li juru żieda fir-reżistenza għall-antibijotiċi misjuba fil-kliniċi veterinarji għall-annimali domestiċi jsegwu xejriet simili għal dawk misjuba fl-isptarijiet;

AR.

billi r-riskju ta' trażmissjoni tar-reżistenza għall-antimikrobiċi mill-annimali domestiċi għall-bnedmin ma jistax ikun kompletament kwantifikat u billi din il-kwistjoni teħtieġ aktar investigazzjoni;

AS.

billi huwa rikonoxxut li l-leġiżlazzjoni attwali dwar il-mediċini veterinarji ma tipprovdix għodod biżżejjed biex tiżgura li r-riskji għas-saħħa tal-bniedem li jirriżultaw mill-użu tal-antimikrobiċi fl-annimali jkunu ġestiti b'mod adegwat;

AT.

billi l-kwistjoni tal-użu mhux skont it-tikketta tal-antibijotiċi hija ta' tħassib għall-mediċina tal-annimali kif ukoll għall-mediċina tal-bniedem;

AU.

billi l-kumpaniji farmaċewtiċi għandhom it-tendenza li jżidu antibijotiċi ġodda fi ħdan klassijiet eżistenti ta' antibijotiċi minflok jiskopru u jiżviluppaw aġenti antibatteriċi verament ġodda, u b'riżultat ta' dan, ir-reżistenza għal dawn l-aġenti l-ġodda se titfaċċa aktar malajr milli għal mediċini b'mekkaniżmu verament ġdid ta' azzjoni;

AV.

billi jeħtieġ li l-laboratorji farmaċewtiċi jiġu mħeġġa jiżviluppaw anitbijotiċi ġodda billi jirriflettu dwar il-ħolqien ta' inċentivi u ta' mudelli ekonomiċi alternattivi biex tiġi ppremjata l-innovazzjoni;

AW.

billi huwa ta' importanza kruċjali li l-kumpaniji farmaċewtiċi jiġu mħeġġa jinvestu u jkomplu jinvestu fl-iżvilupp ta' aġenti antimikrobiċi ġodda, b'mod partikolari dawk attivi kontra mard li fil-każ tiegħu r-reżistenza għall-antimikrobiċi hija ta' tħassib serju, speċjalment:

mard ikkawżat minn batterji reżistenti għal ħafna mediċini Gram-negattivi prevalenti (bħalma huma l-K. pneumoniae u l-Acinetobacter jew l-E. coli), jew minn batterji reżistenti għal ħafna mediċini oħrajn bħall-iStaphylococcus aureus jew it-tuberkulożi;

mard ieħor ikkawżat minn vajrusijiet (bħall-HIV), jew parassiti (bħall-malarja);

kif ukoll jiżviluppaw metodi oħra biex l-HAIs jiġu miġġielda mingħajr l-użu tal-antibijotiċi;

AX.

billi dan jista' jinkiseb billi jiġu indirizzati ftit mill-isfidi ewlenin xjentifiċi, regolatorji u ekonomiċi li xekklu l-iżvilupp tal-antimikrobiċi, u b'mod partikolari billi jinħolqu inċentivi għall-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp u billi tali investiment jiġi ffokat fuq l-akbar ħtiġijiet tas-saħħa pubblika, filwaqt li tiġi preservata s-sostenibbiltà tas-sistemi nazzjonali tas-saħħa;

AY.

billi l-paragrafu 2 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2001/18/KE jistabbilixxi skadenza għall-użu tal-ġeni li joffru reżistenza għall-antibijotiċi għall-pjanti transġeniċi;

AZ.

billi l-ispeċjalisti tal-prodotti qatt ma għandhom iwettqu trattamenti terapewtiċi imma għandhom jappoġġjaw biss lill-persunal mediku meta u jekk meħtieġ minn dan tal-aħħar, pereżempju għat-twettiq ta' operazzjonijiet ta' assemblaġġ jew żmontar ta' strumenti speċifiċi;

BA.

billi d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/24/UE dwar il-mobilità tal-pazjenti qegħdin jiġu implimentati fl-UE kollha, u għalhekk isir aktar pertinenti li l-pazjenti Ewropej għandhom ikunu infurmati dwar is-sikurezza tal-pazjent fid-diversi Stati Membri;

BB.

billi huwa essenzjali li jiġu żgurati d-drittijiet tal-pazjenti u l-fiduċja tal-pubbliku fis-servizzi tas-saħħa, billi jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ sistemi li jipprovdu kumpens finanzjarju ġust fil-każ ta' negliġenza li tirriżulta minn trattamenti mediċi żbaljati;

BC.

billi l-internet huwa l-akbar suq farmaċewtiku mhux regolat fid-dinja; billi 62 % tal-farmaċewtiċi mixtrija online huma foloz jew mhux konformi mal-istandards; billi proporzjon kbir ħafna tal-operaturi li joperaw online jagħmlu hekk b'mod illegali u d-dħul globali annwali mill-bejgħ illegali online ta' mediċini bi preskrizzjoni huwa stmat għal madwar USD 200 biljun;

BD.

billi l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-azzjoni tal-Unjoni trid tikkomplementa l-politiki nazzjonali u trid tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, lejn il-prevenzjoni tal-mard fiżiku u mentali u l-evitar ta' sorsi ta' periklu għas-saħħa fiżika u mentali;

Implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-pazjent

Feedback dwar it-tieni rapport ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni

1.

Ifakkar li l-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal-UE ġiet stabbilita biex tipproteġi s-sikurezza tal-pazjent; ifakkar fir-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar ir-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill fuq il-bażi ta' rapporti tal-Istati Membri fuq l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2009/C 151/01) dwar is-sikurezza tal-pazjent, inklużi l-prevenzjoni u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa;

2.

Jilqa' t-titjib fis-sistema ta' sorveljanza tal-HAIs fl-UE u l-miżuri reċenti l-oħrajn implimentati minn ċerti Stati Membri biex titjieb is-sikurezza ġenerali tal-pazjent u titnaqqas l-inċidenza tal-HAIs, u b'mod partikolari l-progress li sar mill-Istati Membri fl-iżvilupp ta' strateġiji u programmi dwar is-sikurezza tal-pazjent, inkluża s-sikurezza tal-pazjent fil-leġiżlazzjoni tas-saħħa, u fl-iżvilupp ta' sistemi ta' rappurtar u tagħlim;

3.

Jinnota, madankollu, li t-tieni rapport ta' implimentazzjoni għadu juri progress mhux uniformi fost l-Istati Membri fir-rigward tas-sikurezza tal-pazjent, u jiddispjaċih għall-fatt li xi Stati Membri naqqsu b'mod ovvju r-ritmu tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill fost l-oħrajn, possibbilment bħala konsegwenza tal-limitazzjonijiet finanzjarji li rriżultaw mill-kriżi ekonomika;

4.

Jiddispjaċih li l-miżuri ta' awsterità wasslu għal tnaqqis fil-livell tal-persunal tat-tindif fl-isptarijiet u f'ambjenti oħra tal-kura tas-saħħa madwar l-Ewropa, meta jitqies ir-rwol kritiku li għandu l-persunal tat-tindif biex jiżgura livelli għoljin ta' iġjene;

5.

Jistieden lill-Istati Membri biex, f'dan il-perjodu ta' kriżi ekonomika, jiżguraw li s-sistemi tal-kura tas-saħħa ma jiġux affettwati minn miżuri ta' awsterità u jibqgħu finanzjati b'mod adegwat u, b'mod partikolari, jevitaw l-aktar miżuri ta' ħsara, bħal tfaddil fuq terminu qasir, li jwassal għal spejjeż għoljin fuq terminu medju sa twil, u minflok jikkonċentraw fuq żvilupp ulterjuri ta' sistemi tal-kura tas-saħħa ta' kwalità u effiċjenza għoljin; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw numru biżżejjed ta' professjonisti tal-kura tas-saħħa mħarrġa jew speċjalizzati fil-prevenzjoni u l-kontroll tal-infenzjonijiet, kif ukoll fl-iġjene tal-isptar, bil-ħsieb li jkun hemm approċċ aktar iffukat fuq il-pazjent;

6.

Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu miri kwantitattivi speċifiċi u ambizzjużi għat-tnaqqis tal-użu tal-antibijotiċi;

7.

Jilqa' x-xogħol tal-Grupp ta' Ħidma tal-UE dwar is-Sikurezza tal-Pazjent u l-Kwalità tal-Kura, li jġib flimkien rappreżentanti mit-28 Stat Membru tal-UE, il-pajjiżi tal-EFTA, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-korpi tal-UE, u jassisti fl-iżvilupp tal-aġenda tal-UE għas-sikurezza tal-pazjent u l-kwalità;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar is-sikurezza tal-pazjent fl-Istati Membri, u fejn meħtieġ tiżviluppa linji gwida ġodda;

Gwidi għal titjib

9.

Jilqa' x-xogħol kofinanzjat mill-UE u mwettaq mill-OECD dwar l-indikaturi komparabbli biex tiġi vvalutata s-sikurezza tal-pazjent; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw tali indikaturi bil-ħsieb li jivvalutaw is-sikurezza tal-pazjent;

10.

Jinnota l-importanza li s-sikurezza tal-pazjent tiġi inkluża fl-edukazzjoni, fit-taħriġ fuq il-post tax-xogħol u fit-taħriġ kontinwu tal-ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa u tal-professjonisti tas-saħħa fl-Istati Membri kollha;

11.

Jenfasizza l-benefiċċji potenzjali tas-saħħa elettronika fit-tnaqqis ta' avvenimenti avversi billi jiġu traċċati flussi ta' informazzjoni u billi jittejjeb l-għarfien tal-proċessi mediċi, kif ukoll permezz ta' preskrizzjonijiet diġitali u twissijiet dwar l-interazzjoni mediċinali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jesploraw ulterjorment il-possibbiltajiet offruti mis-saħħa elettronika fil-qasam tas-sikurezza tal-pazjent, inkluża l-introduzzjoni tar-rekords elettroniċi tal-pazjent, u jintensifikaw il-livell ta' kooperazzjoni billi jaqsmu l-esperjenzi, l-għarfien u l-prattiki tajba tagħhom f'dan is-settur;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw il-potenzjal tas-saħħa mobbli (“mHealth”) rigward l-effiċjenza tal-kura, l-inċidenza tal-kura fl-isptar u t-tnaqqis fl-ispiża għall-kura tas-saħħa per capita fis-sena;

13.

Jinnota li l-użu tal-antibijotiċi u l-prevalenza tar-reżistenza għall-antimikrobiċi jvarjaw ħafna bejn l-Istati Membri u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri japplikaw l-aħjar prattiki;

14.

Jenfasizza l-ħtieġa urġenti għall-promozzjoni tar-riċerka veterinarja u l-innovazzjoni fil-livell tal-UE u nazzjonali;

15.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw jew jiżviluppaw il-miżuri li ġejjin:

(a)

ikomplu bl-isforzi tagħhom biex itejbu s-sikurezza tal-pazjent billi jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill;

(b)

jiġbru d-data b'mod regolari, skont stħarriġ standardizzat, dwar il-prevalenza u l-inċidenza ta' avvenimenti avversi fit-territorju tagħhom stess u jtejbu s-sistemi ta' twissija bikrija kif ukoll jikkoordinaw b'mod effikaċi l-iskambju ta' din id-data;

(c)

jiżguraw li fil-kura tas-saħħa s-sistemi tas-saħħa u l-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa jkunu mmaniġġjati indipendentement minn għażliet politiċi, u li l-maniġers jinħatru fuq il-bażi tal-mertu u mhux tal-affiljazzjoni politika;

(d)

jiżguraw it-titjib kontinwu u l-evalwazzjoni kontinwa tal-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa bil-ħsieb li tittejjeb is-sikurezza tal-pazjent;

(e)

jiżguraw taħriġ bażiku għall-persunal kollu fil-qasam tal-kura tas-saħħa, anke dawk li mhumiex f'kuntatt dirett mal-pazjenti, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet qabel ma jibdew jaħdmu fi sptar jew faċilità oħra tal-kura tas-saħħa, u b'mod regolari wara;

(f)

jiżguraw it-taħriġ xieraq u aġġornat tat-tobba u professjonisti oħra tal-kura tas-saħħa, kif ukoll l-iskambju tal-aħjar prattiki, biex iżommu l-pass mal-aħħar teknoloġija fis-seħħ u mal-aħjar prattiki tal-iġjene fl-isptarijiet, u jistabbilixxu sistemi ta' monitoraġġ biex jivverifikaw li l-kompetenzi tagħhom huma aġġornati, speċjalment rigward l-implimentazzjoni tal-Lista ta' Kontroll tas-Sikurezza Kirurġika tad-WHO; dan inaqqas il-prevalenza tal-iżbalji mediċi (inkluż l-HAIs) ikkawżati minn għarfien parzjali u min-nuqqas ta' aġġornament fir-rigward ta' teknoloġiji ġodda;

(g)

jiżguraw l-adozzjoni ta' approċċ multidixxiplinarju fit-trattamenti mediċi;

(h)

jiżguraw koerenza u kontinwità aħjar fil-progress tal-pazjenti permezz tas-sistema, billi jiffukaw fuq it-tranżizzjoni bejn is-setturi u t-trażmissjoni tal-informazzjoni, pereżempju, bejn l-isptar u s-settur tal-kura primarja;

(i)

itaffu l-piż fuq il-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa billi jippromwovu kura u trattamenti mediċi fid-dar;

(j)

jiżguraw li l-professjonisti mediċi jinfurmaw lill-pazjenti meta mediċina tintuża mhux skont it-tikketta u jipprovdu lill-pazjenti informazzjoni dwar ir-riskji potenzjali sabiex ikunu kapaċi jagħtu kunsens infurmat;

(k)

jaqsmu bejniethom informazzjoni dwar l-aħjar approċċ immirat lejn it-tnaqqis tar-reżistenza għall-antibijotiċi biex jimplimentaw l-aktar approċċ effikaċi fl-Ewropa;

(l)

jiżguraw aċċess ugwali għas-servizzi tas-saħħa u għat-trattament mediku għall-pazjenti biex jiġġieldu l-inugwaljanzi eżistenti fis-saħħa;

(m)

jippromwovu kampanji informattivi għall-pazjenti rigward ir-riskji ta' avvenimenti avversi fil-kura tas-saħħa u dwar il-miżuri possibbli ta' prevenzjoni li jibdew minn miżuri bażiċi ta' iġjene, u jwettqu kampanji ta' sensibilizzazzjoni u korsijiet ta' edukazzjoni tas-saħħa fl-iskejjel dwar l-użu razzjonali mhux biss tal-antibijotiċi iżda tal-farmaċewtiċi kollha u r-riskji marbuta maż-żieda tar-reżistenza għall-antibijotiċi; dawn il-kampanji għandhom ikunu indirizzati lejn il-ġenituri u lejn il-persuni li jieħdu ħsieb it-tfal iż-żgħar u l-anzjani, u għandhom ikunu segwiti minn valutazzjoni tar-riżultati tagħhom;

(n)

jenfasizzaw l-importanza tal-prevenzjoni tal-HAIs fl-ambjent tal-kura tas-saħħa permezz tat-trażżin tal-firxa bl-użu tal-iskrining tal-pazjent u tal-kuntatt kif ukoll miżuri ta' kontroll tal-infezzjonijiet, u jkomplu jippromwovu prattiki ta' iġjene tajba (bħall-ħasil tal-idejn);

(o)

iżidu l-prekawzjonijiet iġjeniċi u jużaw aktar speċjalisti tal-iġjene biex jimmonitorjaw l-aspetti kollha tas-saħħa u l-iġjene relatati mal-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa, il-pazjenti u r-relazzjonijiet bejn il-pazjenti u l-persuni esterni li jżuruhom;

(p)

b'mod attiv u formali jinvolvu l-organizzazzjonijiet u r-rappreżentanti tal-pazjenti fl-istadji u l-livelli kollha tal-iżvilupp tal-politiki u tal-programmi;

(q)

jiżviluppaw gwida tal-UE għall-involviment tal-pazjenti fl-istrateġiji u l-azzjonijiet tas-sikurezza tal-pazjent f'kollaborazzjoni mal-partijiet interessati, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti;

(r)

jipprovdulhom appoġġ xieraq biex iwettqu attivitajiet b'rabta mas-sikurezza tal-pazjent;

16.

Jistieden lill-Istati Membri jinvestigaw prattika ħażina possibbli involuta fit-tiġdid u l-użu mill-ġdid tal-apparat mediku oriġinarjament iddisinjat u ttikkettat għal użu uniku;

17.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jtejbu l-programmi ta' sensibilizzazzjoni għall-professjonisti mediċi, ħaddiema oħra fil-qasam tal-kura tas-saħħa, prattikanti veterinarji u l-pubbliku ġenerali b'enfasi fuq l-użu tal-antibijotiċi u l-prevenzjoni tal-infezzjonijiet;

18.

Jistieden lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) tiżviluppa linji gwida dwar l-użu mhux skont it-tikketta jew mhux liċenzjat ta' mediċini bbażat fuq il-bżonn mediku, kif ukoll biex tikkompila lista ta' mediċini użati mhux skont it-tikketta minkejja l-alternattivi liċenzjati;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-ECDC jiżviluppaw linji gwida għall-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa, għall-pazjenti u għall-familji tagħhom dwar il-ħasil u t-tnixxif effikaċi tal-idejn u jinkoraġġixxu l-użu ta' metodi għat-tnixxif tal-idejn li ma jiffaċilitawx il-kontaminazzjoni mikrobika kroċjata permezz ta' disseminazzjoni fl-ajru u aerosolizzazzjoni;

20.

Jenfasizza l-ħtieġa ta' titjib kbir fil-komunikazzjoni u fl-edukazzjoni u t-taħriġ immirat kemm għall-veterinarji u għall-bdiewa;

21.

Iħeġġeġ għal darba oħra lill-Kummissjoni biex tippreżenta kemm jista' jkun malajr proposta leġiżlattiva għaż-żieda obbligatorja ta' tabella li tagħti informazzjoni dwar il-prodotti mediċinali mal-fuljett tal-pakkett; l-informazzjoni provduta fit-tabella li tagħti informazzjoni dwar il-prodotti mediċinali għandha tiġi ppreżentata f'forma li tista' tinqara b'mod ċar, prominenti u li tingħaraf b'mod ċar mill-bqija tat-test; din it-tabella li tagħti informazzjoni dwar il-prodotti mediċinali għandu jkollha deskrizzjoni qasira dwar il-fatti neċessarji tal-mediċina sabiex tippermetti lill-pazjent jifhem l-utilità u r-riskji possibbli tal-prodott mediċinali u sabiex il-prodott mediċinali jiġi applikat b'mod sikur u kif suppost; dan jinkludi, inter alia, parir dwar kif l-antibijotiċi jintużaw b'mod korrett u xieraq;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-introduzzjoni tal-logo Ewropew ipprovdut mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 699/2014 biex jidentifikaw b'mod ċar l-ispizeriji onlajn li jbigħu mediċini lill-pubbliku mill-bogħod filwaqt li jissalvagwardaw lill-konsumaturi kontra mediċini foloz, ta' spiss perikolużi għas-saħħa;

23.

Jirrimarka li, fuq il-bażi tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa, l-Istati Membri jeħtiġilhom jipprovdu lill-Kummissjoni aġġornamenti dwar il-pjanijiet ta' tħejjija u tal-ippjanar tar-rispons fil-livell nazzjonali, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jissottomettu l-informazzjoni rilevanti skont l-iskeda taż-żmien stabbilita minn dik id-deċiżjoni;

Rappurtar u kwistjonijiet ta' obbligu ta' rendikont/responsabbiltà

24.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinkoraġġixxu l-input regolari tal-informazzjoni mill-professjonisti tas-saħħa li jagħtu pariri lill-pazjenti dwar kif jimminimizzaw ir-riskji għas-sikurezza tagħhom permezz ta' kuntatt mas-sistema tal-kura tas-saħħa;

25.

Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jistabbilixxu korpi indipendenti li jikkomunikaw mal-professjonisti sabiex jiżguraw is-sensibilizzazzjoni u d-disseminazzjoni tat-twissijiet rigward theddid għas-sikurezza tal-pazjent;

26.

Jistieden lill-Istati Membri biex itejbu s-sistemi tagħhom ta' rappurtar għall-avvenimenti avversi u l-iżbalji mediċi billi jiżviluppaw miżuri li jinkoraġġixxu rappurtar preċiż, anonimu u li ma jkunx ta' natura punittiva mill-professjonisti tas-saħħa u l-pazjenti, u biex iqisu l-istabbiliment ta' sistema elettronika li tkun tista' tiffaċilita u ttejjeb ir-rappurtar mill-pazjenti;

27.

Jistieden lill-Istati Membri jadottaw miżuri li jtejbu l-kwalità, u mhux biss il-kwantità, tar-rappurtar dwar avvenimenti avversi, sabiex ir-rappurtar ikun fih informazzjoni robusta li verament ittejjeb is-sikurezza tal-pazjent, u jistabbilixxu sistema li minnha d-data tkun tista' tiġi rkuprata b'mod faċli u li tipprovdi evalwazzjoni komprensiva u sistematika;

28.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa stħarriġ standardizzat biex tiġbor id-data dwar l-HAIs;

29.

Jistieden lill-Istati Membri jkunu aktar rigorużi fil-verifika u l-infurzar tal-projbizzjoni fuq persunal estern mhux mediku li jwettaq trattament mediku;

30.

Jistieden lill-Istati Membri jinfurmaw lill-pazjenti dwar ir-riskji u l-miżuri preventivi relatati mal-avvenimenti avversi fil-kura tas-saħħa, u dwar il-proċeduri tal-ilmenti u l-għażliet legali disponibbli jekk iseħħ avveniment avvers permezz, pereżempju, ta' rappreżentant tad-drittijiet tal-pazjent;

31.

Jistieden lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji biex jevitaw kwalunkwe kunflitt ta' interessi li jolqot it-tobba u l-veterinarji fir-rigward tal-preskrizzjoni u l-bejgħ tal-mediċini;

32.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-informazzjoni sħiħa dwar il-mekkaniżmi eżistenti għall-ilmenti u r-rimedju tkun disponibbli faċilment għal pazjenti li jkunu sofrew minn HAI jew żball mediku;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar prattiki nazzjonali ta' rimedju kollettiv f'każijiet relatati mal-HAIs;

34.

Jirrikonoxxi l-valur tal-inizjattivi taċ-ċittadini, bħall-Karta Ewropea tad-Drittijiet tal-Pazjent ibbażata fuq il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u l-Jum Ewropew għad-Drittijiet tal-Pazjent, li jiġi organizzat kull sena fit-18 ta' April mill-2007; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw il-Jum Ewropew għad-Drittijiet tal-Pazjent fil-livell lokali, nazzjonali u tal-UE;

Il-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi

Sitwazzjoni attwali u soluzzjonijiet promettenti

35.

Jilqa' l-ħidma tal-Kummissjoni dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi u l-prevenzjoni u l-kontroll tal-HAIs, kif ukoll l-isforzi għall-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-ECDC, b'mod partikolari fil-qafas tan-Netwerk ta' Sorveljanza Ewropea tal-Konsum tal-Antimikrobiċi (ESAC-Net) u n-Netwerk ta' Sorveljanza tal-Infezzjonijiet Assoċjati mal-Kura tas-Saħħa (HAI-Net);

36.

Jilqa' l-ħidma konġunta ta' koordinazzjoni u sorveljanza tal-ECDC, l-EMA u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi;

37.

Jinnota bi tħassib li bejn l-2010 u l-2013 il-persentaġġi tal-K. pneumoniae reżistenti għall-florokwinoloni, ċefalosporini tat-tielet ġenerazzjoni u aminoglikosidi, kif ukoll reżistenza kombinata għat-tliet gruppi ta' antibijotiċi u reżistenza għall-karbapenemi, grupp ta' antibijotiċi tal-aħħar linja, żdiedu b'mod sinifikanti f'ħafna Stati Membri u fil-livell tal-UE; jinnota wkoll li matul l-istess perjodu, ir-reżistenza għal ċefalosporini tat-tielet ġenerazzjoni żdiedet ukoll b'mod sinifikanti f'ħafna Stati Membri u fil-livell tal-UE għall-E. coli; jinnota li f'ċerti reġjuni tal-Ewropa, l-MDR-TB hija responsabbli minn 20 % tal-każijiet kollha ta' tuberkulożi, filwaqt li r-riżultati tat-trattamenti tal-MDR-TB huma baxxi b'mod allarmanti;

38.

Jinnota bi tħassib li f'pajjiżi b'livelli għolja ta' reżistenza għal ħafna mediċini, inkluż reżistenza għall-karbapenemi, ma jeżistux għajr ftit għażliet terapewtiċi, fosthom il-polimiksini; jenfasizza li, f'dawn il-pajjiżi, il-preżenza tar-reżistenza batterika għall-polimiksini hija twissija importanti li l-għażliet għat-trattament tal-pazjenti infettati qed isiru anke iżjed limitati;

39.

Jinnota li l-infezzjonijiet ikkawżati minn batterji reżistenti għall-antimikrobiċi x'aktarx jirriżultaw f'permanenza fit-tul fl-isptar kif ukoll fl-użu ta' trattamenti terapewtiċi alternattivi u ogħla li jqiegħdu iżjed piż fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri;

40.

Jiddispjaċih li dawn l-aħħar 25 sena kienu xhieda kemm ta' nuqqas ta' sensibilizzazzjoni dwar l-importanza tal-użu razzjonali tal-aġenti antimikrobiċi, u b'mod partikolari l-antibijotiċi, kif ukoll staġnar fl-iżvilupp tal-mediċini fil-qasam tal-mediċini antimikrobiċi, sitwazzjoni li rriżultat b'mod partikolari minħabba l-ħolqien ta' ostakli xjentifiċi, ekonomiċi u regolamentari;

41.

Jinnota li kemm l-Orizzont 2020 kif ukoll it-Tielet Programm tas-Saħħa Pubblika tal-UE għamlu enfasi fuq l-HAIs u r-reżistenza għall-antimikrobiċi;

42.

Jinnota li xi antibijotiċi eżistenti u effikaċi mhumiex disponibbli f'diversi Stati Membri u li dan iwassal għal għażla mhux xierqa ta' terapija b'mediċini, u għalhekk jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jeżaminaw kif l-antibijotiċi effikaċi għandhom jinżammu fis-suq;

43.

Jirrimarka li r-reżistenza għall-antibijotiċi spiss iddewwem it-trattament bl-antibijotiċi t-tajbin u meta jingħataw l-antibijotiċi l-ħżiena jew it-trattament jibda tard wisq, il-pazjenti b'mard infettiv serju jsofru kumplikazzjonijiet gravi li f'xi każijiet jistgħu jkunu fatali;

44.

Jinnota bi tħassib serju l-għadd kbir ta' annimali infettati b'batterji li huma reżistenti għall-antibijotiċi, u r-riskju tat-trasferiment ta' dawn il-batterji minn laħam infettat għall-konsumaturi;

45.

Jinnota bi tħassib kbir ir-rabta bejn l-użu veterinarju tal-antimikrobiċi u l-iżvilupp ta' reżistenza għall-antimikrobiċi fil-bdiewa, u r-riskju li din ir-reżistenza tinfirex mit-trattament fl-isptar;

46.

Jilqa' l-inizjattivi u l-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri, il-professjonisti tas-saħħa tal-annimali u s-sidien tal-annimali mmirati lejn l-użu responsabbli tal-antimikrobiċi fl-annimali u lejn it-tnaqqis tal-użu antimikrobiku fit-trobbija tal-annimali;

47.

Iqis li r-riċerka għal mediċini antimikrobiċi ġodda hija ta' importanza kbira u jistieden lill-Kummissjoni tuża l-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS) biex tistimula r-riċerka billi pereżempju tappoġġja strutturi eżistenti bħall-Inizjattivi dwar Mediċini Innovattivi (IMI);

48.

Jitlob li tingħata aktar attenzjoni lill-iżvilupp ta' aġenti antimikrobiċi ġodda b'miri ġodda u li jitħeġġeġ l-użu ta' antibijotiċi batterjostatiċi li ma joqtlux il-patoġeni, iżda sempliċement jillimitaw il-proliferazzjoni tagħhom, u b'hekk titnaqqas il-probabbiltà li jsiru reżistenti;

49.

Jilqa' u jinkoraġġixxi aktar riċerka għal mediċini antimikrobiċi ġenwinament ġodda, b'mod partikolari antibijotiċi b'attività kontra batterji reżistenti għal ħafna mediċini Gram-negattivi prevalenti u kontra mard li hu partikolarment suxxettibbli għar-reżistenza għall-antimikrobiċi bħalma huma l-K. pneumoniae, l-Acinetobacter, l-E. coli, l-HIV, l-iStaphylococcus aureus, it-tuberkulożi u l-malarja; jinsisti, madankollu, li hu tal-ogħla importanza li l-ewwel nett jiġi żgurat l-użu responsabbli u sensibbli tal-antimikrobiċi; jilqa' u jinkoraġġixxi iżjed riċerka għal metodi alternattivi maħsuba biex jiġġieldu l-HAIs mingħajr ma jużaw antibijotiċi u biex jiġġieldu l-MDR-TB;

50.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaċċeleraw l-attivitajiet tar-riċerka u l-iżvilupp biex jipprovdu għodod ġodda fil-ġlieda kontra l-infezzjonijiet batteriċi li huma dejjem iżjed prevalenti fl-Ewropa;

51.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-inċentivi għall-kooperazzjoni tas-settur pubbliku u privat biex jissaħħu mill-ġdid ir-R&Ż fl-iżvilupp tal-antibijotiċi;

52.

Jistieden lill-Istati Membri jintensifikaw il-livell ta' kooperazzjoni fil-qasam tas-sikurezza tal-pazjent u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi, sabiex jillimitaw u jnaqqsu l-firxa tal-mikroorganiżmi reżistenti minn Stat Membru għall-ieħor;

53.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jużaw skemi ta' “rotot adattivi” u għodod regolatorji oħrajn għal aċċess iżjed bikri tal-pazjent għal antibatteriċi innovattivi li jittrattaw l-infezzjonijiet reżistenti;

54.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu użu mill-programm “rotta adattiva” tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini u jużaw l-għodod regolatorji kollha għad-dispożizzjoni tagħhom biex il-pazjenti jkollhom aċċess aktar rapidu għat-trattamenti antibatterjali innovattivi;

55.

Jenfasizza l-bżonn li l-pazjenti jkunu fiċ-ċentru ta' kwalunkwe politika dwar is-saħħa u jinkoraġġixxi l-litteriżmu fis-saħħa u l-involviment tal-pazjenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar it-trattament;

56.

Jikkunsidra li huwa ta' importanza kbira li l-Kummissjoni tiżgura l-kontinwazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar ir-Reżistenza Antimikrobika wara l-2016, li jenfasizza kif jistgħu jingħelbu l-isfidi xjentifiċi, regolatorji u ekonomiċi assoċjati mar-reżistenza għall-antimikrobiċi, filwaqt li jinkludi l-prevenzjoni minn u l-kontroll ta' infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa;

Rakkomandazzjonijiet dwar l-użu tal-antibijotiċi fil-mediċina tal-bniedem

57.

Ifakkar li l-awtomedikazzjoni bl-antibijotiċi għandha tkun ipprojbita b'mod strett u jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi infurzata l-politika ta' “bil-preskrizzjoni biss” għall-antibatteriċi mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri;

58.

Jistieden lill-Istati Membri jieħdu l-azzjonijiet adatti biex jiżguraw l-użu responsabbli u sensibbli tal-mediċina tal-bniedem fl-aġenti antimikrobiċi kollha u b'mod partikolari tal-antibijotiċi kkunsidrati bħala trattament tal-aħħar linja tal-infezzjonijiet batterjali fl-isptarijiet, filwaqt li jżommu f'moħħhom li l-użu mhux xieraq tal-antibijotiċi għal skopijiet preventivi (inkluż fl-isptarijiet) huwa wieħed mill-fatturi ewlenin li jikkontribwixxu għall-ħolqien tar-reżistenza għall-antibijotiċi;

59.

Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu l-aċċess għal mediċini ta' kwalità għolja kif ukoll aderenza għal ċrieki ta' trattament sħiħ għall-pazjenti kollha, b'appoġġ speċifiku għal dawk l-iżjed vulnerabbli, bħala mod kif jiġi prevenut l-iżvilupp tar-reżistenza;

60.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jwettqu wkoll riċerka dwar l-antibijotiċi “minsija” biex iwessgħu d-diversità tal-farmaċewtiċi minn fejn tista' ssir l-għażla;

61.

Jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi ruħha fil-ħidma tad-WHO biex tiżviluppa mudell ekonomiku ġdid ħalli tieħu inkunsiderazzjoni t-tħassib u l-ħtiġijiet tas-saħħa pubblika;

62.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jibdew proċess ta' riflessjoni biex jiżviluppaw mudell ekonomiku ġdid, li jneħħi r-rabta bejn il-volum tal-bejgħ mill-kumpens imħallas għal antibijotiku ġdid, pereżempju permezz ta' ħlas fiss wieħed jew serje ta' ħlasijiet fissi lill-kumpanija, li jkunu jirriflettu l-valur soċjetali ta' antibjotiku ġdid u jippermettu redditu suffiċjenti fuq l-investiment għall-kumpanija, filwaqt li x-xerrej jikseb id-dritt li juża l-prodott u jkollu kontroll sħiħ fuq il-volumi;

63.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw jew jiżviluppaw il-miżuri li ġejjin:

(a)

ifakkru lit-tobba fl-importanza kruċjali li jiżguraw li l-preskrizzjoni tal-antibijotiċi għat-trattament hija xierqa u responsabbli;

(b)

jiżguraw li, kull fejn hu possibbli, dijanjożi xierqa mikrobijoloġika titwettaq b'mod sistematiku qabel jiġu preskritti l-antibijotiċi, pereżempju billi jintużaw għodod ġodda tad-dijanjożi li jistgħu jippermettu dijanjożi rapida fil-punt tal-kura, u/jew antibijogrammi, speċjalment fil-każ ta' mard li għandu tendenza ta' rikaduta, kif ukoll li ssir ħidma biex jitneħħew l-ostakli li jipprevjenu dijanjożi mikrobijoloġika xierqa, speċjalment fis-settur ambulanti;

(c)

jirregolaw il-preskrizzjoni tal-antibijotiċi għal trattament u b'mod partikolari jimplimentaw strettament il-liġijiet li jipprojbixxu l-provvista tal-antibijotiċi għall-trattamenti mingħajr preskrizzjoni, sabiex jiġi żgurat użu xieraq tal-mediċini, filwaqt li jiġi speċifikat l-objettiv terapewtiku u l-għażla ta' terapija tal-mediċini xierqa;

(d)

jimplimentaw b'mod strett prattiki responsabbli ta' kummerċjalizzazzjoni billi jevitaw il-kunflitti ta' interess bejn il-produtturi u t-tobba;

(e)

jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' mudelli ta' dħul ġodda fejn ir-redditi ekonomiċi għall-kumpaniji ma jibqgħux marbuta mal-volumi preskritti tal-antibijotiċi, filwaqt li jinkoraġġixxu l-innovazzjoni farmaċewtika u l-ibbilanċjar tagħha mas-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa;

(f)

jirregolaw il-bejgħ u d-distribuzzjoni tal-antibijotiċi biex il-pazjenti jkunu jistgħu jiksbu l-kwantità speċifika ta' antibijotiċi biss kif preskritt mit-tobba tagħhom, għaliex f'xi Stati Membri għadhom jeżistu regoli li jawtorizzaw il-bejgħ ta' antibijotiċi f'daqsijiet tal-pakketti akbar minn dawk intiżi għal trattament speċifiku;

(g)

jiżguraw livelli akbar ta' aderenza u konformità tal-pazjent mat-trattamenti antibijotiċi u trattamenti xierqa oħra kif preskritti mill-professjonisti mediċi, u jiżviluppaw strateġiji maħsuba biex iżidu l-fehim tal-pazjent dwar l-importanza tal-użu responsabbli tat-trattamenti antibijotiċi u r-riskji ta' żieda fir-reżistenza għall-antimikrobiċi;

(h)

jimmonitorjaw reżistenza għall-antibijotiċi u l-użu ta' antibijotiċi fi sptarijiet u jiżguraw li meta l-antibijotiċi jintużaw fl-isptarijiet jintużaw biss skont l-indikazzjonijiet korretti, bid-doża korretta u għall-iqsar durata possibbli kif rakkomandat minn linji gwida bbażati fuq l-evidenza;

(i)

jintensifikaw il-kontroll tal-infezzjonijiet, b'mod partikolari minn perspettiva transkonfinali, u speċjalment billi jimmonitorjaw bir-reqqa l-ġarr potenzjali ta' batterji reżistenti għal ħafna mediċini, permezz ta' skrinjar xieraq tal-pazjenti trasferiti minn pajjiż/reġjun/sptar magħrufa għall-prevalenza għolja tagħhom ta' batterji reżistenti għal ħafna mediċini, u jiżolaw pazjenti infettati fi kmamar individwali jew billi jimplimentaw “kura ta' koorti”;

(j)

jiżviluppaw strateġija ma' ħafna partijiet interessati dwar l-MDR-TB biex jinkludu l-aspetti ewlenin bħall-prevenzjoni, is-sensibilizzazzjoni, id-dijanjożi, it-trattament xieraq, u l-aderenza u l-konformità mal-medikazzjoni preskritta;

(k)

itejbu l-istandards tas-sikurezza, speċjalment għal dawk l-apparati mediċi reżistenti għall-isterilizzazzjoni (bħal pereżempju l-endoskopji) u jimpenjaw ruħhom f'monitoraġġ bir-reqqa biex jiżguraw li l-apparati mediċi oriġinarjament iddisinjati u ttikkettati bil-markar CE jintużaw darba biss, jekk ikunu riġenerati, jirrispettaw l-istandards kollha tas-sikurezza biex iħarsu s-saħħa tal-konsumaturi;

(l)

jagħtu bidu għal kampanji ta' sensibilizzazzjoni li jimmiraw lejn udjenza wiesgħa, inklużi korsijiet ta' edukazzjoni dwar is-saħħa fl-iskejjel dwar l-użu razzjonali tal-antibijotiċi u r-riskji marbuta maż-żieda fir-reżistenza tal-antibijotiċi u dwar l-importanza li jiġu żviluppati prattiki tajba tal-iġjene personali; dawn il-kampanji għandhom jimmiraw lejn iż-żgħar u l-anzjani, kif ukoll lejn il-ġenituri u l-persuni li jieħdu ħsiebhom, u għandhom jiġu segwiti b'valutazzjonijiet tal-eżitu, filwaqt li jittieħed kont tal-opportunitajiet offruti minn sistemi tas-saħħa elettronika f'dan ir-rigward;

(m)

iżidu l-finanzjament pubbliku u joħolqu pożizzjonijiet akkademiċi ġodda biex jiffukaw fuq l-esplorazzjoni u l-validazzjoni ta' approċċi ġodda għat-trattament tal-infezzjonijiet batteriċi;

(n)

iżidu, b'mod partikolari, l-inċentivi għar-riċerka u l-iżvilupp ta' antimikrobiċi ġodda;

(o)

jistiednu lill-ECDC iwettaq missjonijiet fuq il-post biex jagħti assistenza xjentifika u teknika u taħriġ dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi lill-Istati Membri kif previst fl-Artikolu 9 tar-Regolament tal-ECDC (Regolament (KE) Nru 851/2004); iħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma għamlux dan, u b'mod speċjali lil dawk li diġà għandhom reżistenza għall-antimikrobiċi għolja jew li qed tiżdied b'mod allarmanti, biex jistiednu lill-ECDC iwettaq missjonijiet bħal dawn;

(p)

jagħmlu r-rekords tal-isptarijiet u ta' faċilitajiet oħra tal-kura tas-saħħa fir-rigward tal-HAIs disponibbli għall-pubbliku, sabiex il-pazjenti jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati;

64.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrifletti fuq il-konsegwenzi ta' żieda fil-mobilità prevista fid-Direttiva 2011/24/UE fir-rigward tar-reżistenza għall-antimikrobiċi msaħħa li tista' tirriżulta minn pazjenti li jivvjaġġaw madwar l-Ewropa għat-trattament;

Rakkomandazzjonijiet dwar l-użu tal-antibijotiċi fil-mediċina veterinarja b'mod ġenerali u b'mod partikolari fit-trobbija tal-annimali

65.

Jesprimi tħassib li r-rapport konġunt mill-EFSA u l-ECDC dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi juri li l-batterji li l-iżjed spiss jikkawżaw infezzjonijiet li jinġarru mill-ikel bħas-Salmonella u l-Campylobacter urew reżistenza sinifikanti għall-antimikrobiċi komuni;

66.

Jerġa' jtenni t-talba li esprima fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Ottubru 2011 dwar it-theddida għas-saħħa pubblika tar-reżistenza għall-antimikrobiċi (7) għall-eliminazzjoni b'mod gradwali tal-użu profilattiku tal-antibijotiċi fit-trobbija tal-bhejjem, billi jisħaq fuq il-fatt li s-settur taż-żooteknika u tat-tkabbir tal-ħut b'mod intensiv għandhom jikkonċentraw fuq il-prevenzjoni tal-mard permezz ta' iġjene, alloġġi u trobbija tal-bhejjem tajbin, kif ukoll miżuri rigorużi ta' bijosigurtà, aktar milli jirrikorru għall-użu profilattiku tal-antibijotiċi;

67.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jintroduċu jew jiżviluppaw il-miżuri li ġejjin:

(a)

jippromwovu u jrawmu l-użu responsabbli u sensibbli tal-mediċina veterinarja, inkluż l-għalf medikat, tal-aġenti antimikrobiċi kollha, billi jippermettu l-użu tagħhom biss għall-trattamenti wara d-dijanjożi veterinarja, b'kunsiderazzjoni addizzjonali speċifika għall-antibijotiċi li qegħdin fil-lista tad-WHO tal-antimikrobiċi importanti b'mod kritiku għall-mediċina tal-bniedem;

(b)

jintroduċu għodod legali biex jirrestrinġu l-użu ta' antibijotiċi fl-annimali jekk jiġi identifikat riskju sinifikanti għas-saħħa pubblika;

(c)

jimplimentaw kontrolli aktar stretti biex jillimitaw l-użu tal-antibijotiċi fil-mediċina veterinarja; wieħed mill-modi biex jinkiseb dan ikun billi jiġi ristrett id-dritt tal-preskrizzjoni ta' antibijotiċi lil veterinarji kwalifikati professjonalment u billi jiġu separati d-drittijiet tal-veterinarji fir-rigward ta' kemm jippreskrivu kif ukoll ibigħu l-antibijotiċi ħalli jiġu eliminati l-inċentivi ekonomiċi kollha;

(d)

iniedu kampanji ta' sensibilizzazzjoni dwar l-użu responsabbli ta' antimikrobiċi għall-annimali, inklużi l-annimali domestiċi;

(e)

inaqqsu l-bżonn għall-antibijotiċi billi jtejbu s-saħħa tal-annimali permezz ta' miżuri ta' bijosigurtà, prevenzjoni tal-mard u prattiki ta' ġestjoni tajba, u jistabbilixxu metodoloġiji u prijoritajiet b'saħħithom u iżjed ċari fil-ġlieda kontra l-iżvilupp ta' reżistenza għall-antimikrobiċi;

(f)

jiżguraw li t-trobbija tal-bhejjem u l-akkwakultura jiffukaw fuq il-prevenzjoni tal-mard permezz ta' iġjene, alloġġi u trobbija tal-annimali tajbin, kif ukoll miżuri stretti ta' bijosigurtà, aktar milli jirrikorru għall-użu profilattiku tal-antibijotiċi; huwa magħruf li proċeduri iżjed b'saħħithom għall-ġestjoni tal-irziezet u t-trobbija tal-annimali jistgħu jinkisbu permezz ta' reviżjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-densità massima fit-trobbija tal-bhejjem, peress li d-daqsijiet attwali tal-merħliet spiss jipprevjenu trattament individwali jew fi gruppi żgħar ta' annimali, u dan qed iservi ta' inċentiv għall-użu profilattiku tal-antimikrobiċi;

(g)

jillimtaw l-użu tal-antibijotiċi fit-tkabbir intensiv tal-bhejjem u jinkoraġġixxu mudelli organiċi jew estensivi ta' tkabbir tal-bhejjem;

(h)

inaqqsu l-użu tal-antibijotiċi fl-annimali billi jeliminaw progressivament l-użu tagħhom għal skopijiet profilattiċi fejn l-antibijotiċi jkunu amministratti lill-annimali bħala prevenzjoni tal-mard, u jnaqqsu l-ħtieġa għall-metaflassi, jiġifieri l-medikazzjoni tal-massa tal-annimali għall-fejqan ta' kampjuni morda mill-irziezet sabiex jipprevjenu l-infezzjonijiet fl-annimali b'saħħithom;

(i)

jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji jew pjanijiet ta' azzjoni fil-livell nazzjonali għall-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR) li jkunu jinkludu, fost l-oħrajn:

(i)

l-implimentazzjoni ta' linji gwida nazzjonali dwar it-trattament antimikrobiku tal-annimali biex jiżguraw l-użu responsabbli tal-antimikrobiċi bbażat fuq l-evidenza speċifika u l-kundizzjonijiet fl-Istati Membri rispettivi;

(ii)

l-implimentazzjoni ta' politiki preventivi dwar is-saħħa tal-annimali mmirati lejn titjib fl-istatus tas-saħħa tal-annimali u lejn tnaqqis fil-bżonn tal-użu tal-antimikrobiċi fit-trobbija tal-annimali;

(iii)

id-definizzjoni tar-responsabbiltajiet tal-veterinarji f'termini tal-ġestjoni tas-saħħa tal-annimali u tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-użu tal-antimikrobiċi;

(iv)

l-implimentazzjoni tat-taħriġ kontinwu għall-professjonisti tas-saħħa tal-annimali u s-sidien tal-annimali;

(j)

jikkonfermaw il-projbizzjoni tal-użu tal-antibijotiċi bħala promoturi tat-tkabbir tal-bhejjem;

68.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jirregolaw l-kunflitti ta' interess u l-inċentivi finanzjarji kollha li jinvolvu kemm lill-veterinarji li jbigħu u kemm dawk li jippreskrivu antibijotiċi;

69.

Jistieden lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tfassal lista ta' antibijotiċi użati fl-annimali li fihom kien identifikat riskju sinifikanti għas-saħħa pubblika;

70.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-EMA jieħdu jew jiżviluppaw il-miżuri li ġejjin:

a)

jirrinfurzaw il-valutazzjoni tar-riskju eżistenti ta' sustanzi antimikrobiċi veterinarji ġodda billi jidentifikaw ir-riskji potenzjali ewlenin għas-saħħa pubblika fi stadju bikri ħafna tal-awtorizzazzjoni;

b)

jimmonitorjaw l-iżvilupp tar-reżistenza f'batterji speċifiċi skont il-pjanijiet maqbula bejn ir-regolaturi u l-kumpaniji meta sustanza antimikrobika ġdida tiġi approvata l-ewwel darba fil-mediċina veterinarja;

c)

jimmonitorjaw it-tibdil fl-użu tal-antimikrobiċi fl-annimali bħala parti mill-proġett tas-Sorveljanza Ewropea tal-Konsum tal-Antimikrobiċi għal Użu Veterinarju (ESVAC) (immexxi mill-EMA) biex ikejlu l-impatt tal-azzjonijiet implimentati;

71.

Jistieden lill-koleġiżlatur biex, meta jinnegozja l-proposta għal regolament dwar prodotti mediċinali veterinarji (2014/0257(COD)), isegwi kors ta' azzjoni li jkun f'konformità mal-prinċipju ta' Saħħa Waħda, u b'mod aktar partikolari:

jadotta dispożizzjonijiet li jipprojbixxu l-użu mhux skont it-tikketta f'annimali ta' antimikrobiċi awtorizzati biss fil-mediċina tal-bniedem;

jappoġġja r-reġistrazzjoni obbligatorja tal-kwantitajiet tal-antimikrobiċi kollha użati fit-trobbija tal-bhejjem, biex jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u jsiru pubbliċi minnhom fuq bażi annwali;

jiżgura li l-istandards tal-kwalità, is-sikurezza u l-effikaċja tal-prodotti mediċinali veterinarji ma jitbaxxewx bil-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar tali prodotti u biex dawn l-istandards għolja jiġu ggarantiti tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-prodotti mediċinali veterinarji;

joħloq bażi ta' data tal-UE b'informazzjoni dwar meta, fejn, kif u fuq liema annimali ġew użati l-antimikrobiċi;

jipprojbixxi l-bejgħ online tal-antimikrobiċi;

72.

Jistieden lill-koleġiżlatur biex, meta jkun qed jinnegozja l-proposta għal regolament dwar il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf medikat u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/167/KEE (2014/0255(COD)), jiżgura li tipprovdi dispożizzjonijiet maħsuba biex jillimitaw b'mod sostanzjali l-użu tal-għalf medikat li fih l-antimikrobiċi għall-annimali li jipproduċu l-ikel u b'mod partikolari jipprojbixxu strettament l-użu preventiv tal-antimikrobiċi inklużi fl-għalf medikat;

73.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-ECDC iwettqu riċerka dwar il-ħsara potenzjali diretta jew indiretta li tinħoloq mill-użu tal-antimikrobiċi fl-annimali domestiċi, u jiżviluppaw miżuri ta' mitigazzjoni biex inaqqsu r-riskju ta' trażmissjoni potenzjali tar-reżistenza għall-antimikrobiċi mill-annimali domestiċi għall-bnedmin;

74.

Jindika li xi Stati Membri tal-UE diġà kisbu suċċess fl-eliminazzjoni gradwali tal-użu profilattiku fil-livell tal-irziezet; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tressaq leġiżlazzjoni biex telimina b'mod gradwali l-użu profilattiku tal-antibijotiċi;

Approċċi kollaborattivi fi ħdan l-Unjoni Ewropea

75.

Jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw biex jiddefinixxu l-istandards minimi tas-sikurezza tal-pazjent u l-indikaturi għas-sikurezza u l-kwalità tal-kura fil-livell tal-UE, f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti;

76.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom aktar fi djalogu mal-partijiet interessati kollha u jiżviluppaw strateġija tal-UE kkoordinata, komprensiva u sostenibbli għas-sikurezza tal-pazjent, kif ukoll jipproponu soluzzjonijiet konkreti biex jiġu implimentati fil-livell tal-UE, nazzjonali, reġjonali, lokali u/jew tal-kura primarja;

77.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jibdew proċess ta' riflessjoni flimkien mad-WHO biex jiżviluppaw mudell ekonomiku ġdid, li jneħħi r-rabtiet bejn il-volum tal-bejgħ tal-antibijotiċi u l-kumpens imħallas għal antibijotiku ġdid, filwaqt li jiżguraw redditu ġust fuq l-investiment għall-kumpaniji, filwaqt li jissalvagwardaw is-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa nazzjonali;

78.

Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-industrija farmaċewtika jtejbu s-sħubijiet tal-UE bejn id-dinja akkademika u l-industrija farmaċewtika, bħal fl-eżempju tal-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi (IMI);

79.

Jinkoraġġixxi lill-kumpaniji farmaċewtiċi, il-gvernijiet u d-dinja akkademika jikkontribwixxu bl-aqwa assi tagħhom (infrastruttura, komposti, ideat u riżorsi finanzjarji) għal riċerka fundamentali pijuniera u proġetti konġunti prekompetittivi; jemmen li l-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi (IMI) għandha tingħata l-flessibbiltà biex tesplora sejbiet ġodda li ħerġin minn dawn il-proġetti;

80.

Jistaqsi lill-Kummissjoni tikkunsidra qafas leġiżlattiv biex tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' drogi ġodda antibijotiċi, pereżempju fil-forma ta' strument li jirregola l-antibijotiċi għall-użu mill-bniedem simili għal dak propost diġà għall-antibijotiċi għall-użu mill-annimali;

81.

Jinkoraġġixxi iżjed segwitu tal-kollaborazzjonijiet privati-pubbliċi, bħall-programmi tal-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi (IMI) “New Drugs for Bad Bugs”, COMBACTE, TRANSLOCATION, Drive AB jew ENABLE, biex tiġi sfruttata l-qawwa tal-kollaborazzjoni;

82.

Jilqa' l-Inizjattiva tal-Programm Konġunt dwar ir-Reżistenza Antimikrobika, li tippermetti lill-Istati Membri jaqblu dwar il-ħtieġa ta' riċerka b'tali mod li tiġi evitata d-duplikazzjoni u jitlob żieda fil-finanzjament għall-iżvilupp ta' mediċini ġodda bħala alternattivi għall-antibijotiċi, biex jiġġieldu r-reżistenza għall-antimikrobiċi;

83.

Jinkoraġġixxi lill-UE tissieħeb fil-fond tal-innovazzjoni globali li kien ġie propost mill-“Analiżi tar-Reżistenza għall-Antibijotiċi” mmexxi fir-Renju Unit, bil-għan li tappoġġja x-xjenza fundamentali (“blue sky science”);

84.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw għodod ta' dijanjożi li jiġu applikati faċilment biex jiżguraw id-disponibbiltà ta' dijanjożi xierqa qabel ma l-antibijotiku jiġi preskritt jew amministrat, speċjalment fis-settur ambulanti;

85.

Iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea tippromwovi u tieħu sehem f'kull inizjattiva globali maħsuba biex issaħħaħ il-mezzi għall-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antibijotiċi, u tippromwovi r-riċerka f'dan il-qasam;

86.

Jistieden lill-Kummissjoni tħejji, f'kollaborazzjoni mal-Istati Membri, rakkomandazzjonijiet dwar l-istandards tas-sikurezza tal-ikel li għandhom japplikaw fir-rigward tal-preżenza ta' patoġeni (multi)reżistenti u/jew determinanti speċifikati tar-reżistenza;

87.

Jenfasizza li r-reżistenza għall-antimikrobiċi saret problema serja li jeħtieġ tiġi indirizzata b'mod urġenti; jistieden lill-Kummissjoni tqis li tipproponi leġiżlazzjoni dwar l-użu prudenti tal-antibijotiċi jekk ikun sar progress żgħir jew xejn fl-Istati Membri fi żmien ħames snin minn wara l-pubblikazzjoni ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

o

o o

88.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Istati Membri.


(1)  ĠU C 184 E, 8.7.2010, p. 395.

(2)  ĠU C 151, 3.7.2009, p. 1.

(3)  Testi Adottati, P7_TA(2012)0483.

(4)  Testi Adottati, P7_TA(2013)0435.

(5)  “Tackling antibiotic resistance from a food safety perspective in Europe” (“Nindirizzaw ir-reżistenza għall-antibijotiċi mill-perspettivca tas-sikurezza tal-ikel fl-Ewropa”), WHO Europe, 2011.

(6)  “Antibiotic use in livestock: Time to act” (“L-użu tal-antibijotiċi fl-annimali: Wasal iż-żmien li naġixxu”) (dokument ta' pożizzjoni), BEUC (Uffiċċju Ewropew tal-Għaqdiet tal-Konsumaturi)

(7)  ĠU C 131 E, 8.5.2013, p. 116.


27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/27


P8_TA(2015)0198

Opportunitajiet ta' tkabbir ekoloġiku għall-SMEs

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2015 dwar opportunitajiet ta' tkabbir ekoloġiku għall-SMEs (2014/2209(INI))

(2016/C 353/03)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2013 dwar it-titjib tal-aċċess għall-finanzi għall-SMEs (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2014 dwar ir-riindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa biex jiġu promossi l-kompetittività u s-sostenibbiltà (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Novembru 2014 dwar ir-reviżjoni tal-linji gwida tal-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni u r-rwol tat-test tal-SMEs (3),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu 'Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir', 'Att dwar in-Negozji ż-Żgħar' għall-Ewropa, (COM(2008)0394),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu 'Reviżjoni tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar' għall-Ewropa (COM(2011)0078),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu 'Opportunitajiet għall-Effiċjenza fir-Riżorsi fis-Settur tal-Bini' (COM(2014)0445),

wara li kkunsidra l-Istħarriġ tal-Ewrobarometru dwar l-SMEs, l-effiċjenza fir-riżorsi u s-swieq ekoloġiċi (Flash Eurobarometer 381), u l-Istħarriġ tal-Ewrobarometru dwar ir-rwol ta' appoġġ pubbliku għall-kummerċjalizzazzjoni tal-innovazzjonijiet (Flash Eurobarometer 394),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (adottata matul il-109 sessjoni plenarja tat-3-4 ta' Diċembru 2014) dwar il-Pakkett dwar il-Politika Industrijali,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu 'Pjan ta' Azzjoni Ekoloġiku għall-SMEs' (COM(2014)0440),

wara li kkunsidra l-Manifest u r-Rakkomandazzjonijiet Politiċi dwar il-Pjattaforma Ewropea għall-Użu Effiċjenti tar-Riżorsi – Marzu 2014,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu 'Tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari: Programm ta' skart żero għall-Ewropa' (COM(2014)0398),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu 'L-innovazzjoni għal Futur Sostenibbli – Il-Pjan ta' Azzjoni għall-Ekoinnovazzjoni (Eco-AP)' (COM(2011)0899),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0135/2015),

A.

billi l-SMEs jirrappreżentaw aktar minn 98 % tan-negozji Ewropej u jipprovdu aktar minn 67 % tal-impjieg totali fl-Unjoni u 58 % ta' valur miżjud gross; billi huma s-sinsla tal-ekonomija tal-Unjoni Ewropea u l-ixpruni ewlenin tat-tkabbir ekonomiku Ewropew fit-tul u ta' opportunitajiet ta' ħolqien ta' impjiegi sostenibbli fi ħdan it-28 Stat Membru; billi l-impjiegi fis-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali fis-snin 2007-2011 żdiedu b'20 % minkejja l-kriżi u huma opportunità għall-SMEs li dejjem jiġġeneraw aktar attività ekonomika u impjiegi, anke f'żoni milquta mid-depopolazzjoni u t-tixjiħ; billi għalhekk huma jaqdu rwol importanti fl-ekosistema industrijali flimkien ma' kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja u kumpaniji multinazzjonali; billi disgħa minn għaxar SMEs huma negozji żgħar li jimpjegaw 10 persuni jew inqas u dawn il-mikrointrapriżi jammontaw għal 53 % tal-impjiegi kollha fl-Ewropa;

B.

billi fil-preżent, is-suq globali għal prodotti u servizzi ambjentali huwa stmat għal EUR 1 000 biljun kull sena, u huwa previst li dan l-ammont ser jirdoppja jew saħansitra jittriplika sal-2020, u b'hekk jinħolqu opportunitajiet kbar għall-SMEs tal-Ewropa u t-tkabbir ekonomiku b'mod ġenerali fl-UE; billi l-Unjoni Ewropea hija mexxej globali kemm fl-importazzjoni kif ukoll fl-esportazzjoni ta' prodotti ambjentali; billi s-servizzi huma konnessi indissolubilment ma' dawn il-prodotti, iżda għad hemm ostakli nontariffarji għall-fornituri ta' servizzi ambjentali;

C.

billi l-Unjoni Ewropea impenjat ruħha li tirriindustrijalizza lill-Ewropa billi tinvesti u tappoġġa l-prinċipji tas-sostenibilità, tal-kompetittività u tal-innovazzjoni, sabiex tikseb sehem ta' mill-inqas 20 % fil-produzzjoni industrijali bħala parti mill-PDG tal-Istati Membri tal-UE sal-2020; billi l-Kunsill Ewropew impenja ruħu sabiex inaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra domestiċi b'mill-inqas 40 %, li jżid is-sehem ta' enerġija rinnovabbli mill-inqas sa 27 % u l-effiċjenza enerġetika b'mill-inqas 27 % sal-2030, bil-għan li jżid din il-mira sa 30 %; billi l-SMEs għandhom jaqdu r-rwol tagħhom sabiex jintlaħqu dawn il-miri, peress li 93 % (4) minnhom diġà qed jieħdu miżuri biex isiru aktar effiċjenti fl-użu tar-riżorsi; billi skont il-Kummissjoni, livell aħjar ta' ekodisinn, prevenzjoni tal-iskart, riċiklaġġ u riutilizzazzjoni jista' jipprovdi tfaddil nett għal negozji tal-UE, li huma stmati li jirrappreżentaw sa EUR 600 biljun, jew 8 % tal-fatturat annwali, filwaqt li jnaqqas ukoll l-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra bi 2 sa 4 %;

D.

billi li l-SMEs jiġu permessi jbiddlu l-isfidi ambjentali f'opportunitajiet ekonomiċi filwaqt li jaġixxu b'mod sostenibbli huwa wieħed mill-prinċipji tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, iżda billi ma sar l-ebda progress sinifikanti fil-politika u l-SMEs ta' spiss jaffaċċjaw politiki inkonsistenti meta jibdew in-negozju u jimplimentaw l-istandards ambjentali;

E.

billi kemm is-suq kif ukoll il-leġiżlazzjoni se jiffavorixxu r-rispett tal-istandards ambjentali li dejjem qed jiżdiedu mill-SMEs; billi l-UE u l-Istati Membri għandhom inaqqsu kemm jista' jkun il-piż amministrattiv f'regolamenti ġodda u eżistenti, u għandhom jagħmlu ħilithom biex jevitaw li joħolqu spejjeż addizzjonali għall-impriżi sabiex ikunu konformi ma' tali regolamenti; billi ġew proposti inizjattivi ġodda sabiex jitnaqqsu l-piżijiet regolatorji fuq l-SMEs u fuq setturi oħra u għandhom jiġu implementati mill-Kummissjoni u l-Istati Membri;

F.

billi 90 % tal-intrapriżi tal-UE huma mikrointrapriżi; billi minkejja sforzi reċenti, l-SMEs u l-mikrointrapriżi baqa' jkollhom diffikultajiet fl-aċċess għall-ħiliet, l-informazzjoni u l-finanzi, u għal għażla diversifikata biżżejjed ta' strumenti ta' ekwità u ta' dejn meħtieġa tul il-perkors tat-tkabbir ta' kumpanija, u billi l-programmi tal-UE xorta ma jikkontribwixxux b'mod sinifikanti għall-innovazzjoni; billi l-proċeduri ta' applikazzjoni għall-finanzjament tal-UE għall-SMEs għadhom wisq burokratiċi u għalhekk projbittivi għal ħafna mill-SMEs;

G.

billi għandu jitqies l-potenzjal tal-baġit tal-UE, bħala baġit ibbażat fuq l-investiment, biex jiġi faċilitat l-aċċess tal-SMEs Ewropej għall-finanzjament permezz ta' inqas burokrazija u permezz ta' għodod finanzjarji dedikati u ż-żieda fil-finanzjament tal-uffiċċji ta' intrapriżi lokali; billi għandu jiġi msaħħaħ l-iżvilupp ta' proċeduri li huma faċli biex jintużaw għal diversi forom ta' appoġġ;

H.

billi l-kumpaniji ż-żgħar jibbenefikaw proporzjonalment iktar minn entitajiet kbar minn azzjonijiet biex tittejjeb l-effiċjenza fir-riżorsi u għandhom jirċievu aktar attenzjoni mill-politika; billi l-potenzjal ta' benefiċċju gross li l-effiċjenza fir-riżorsi tittejjeb huwa 10-17 % tal-fatturat, skont is-settur operattiv;

I.

billi t-teknoloġija diġitali hija kemm mezz importanti għall-SMEs biex jiksbu l-benefiċċji mistennija minn użu ottimali tar-riżorsi, kif ukoll settur konvenjenti għall-bidu u l-iżvilupp ta' SMEs ġodda;

J.

billi l-attenzjoni taqa' primarjament fuq SMEs ta' teknoloġija għolja li direttament iwasslu għal innovazzjonijiet ekoloġiċi, iżda hemm bżonn ta' appoġġ għal kumpaniji oħra fil-konformità tagħhom mar-regolamenti ambjentali, li jimplimentaw miżuri ta' innovazzjoni u jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom; billi l-ekoinnovazzjoni tista' tkun idea għal kumpanija ġdida, iżda wkoll miżura li ttejjeb negozji eżistenti fil-qafas tal-ekonomija ekoloġika;

K.

billi għalkemm m'hemm ebda definizzjoni maqbula internazzjonalment ta' tkabbir ekoloġiku, hemm kunsens li huwa taħlita ta' tkabbir ekonomiku u ta' sostenibbiltà ambjentali; billi t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ huwa sfida ewlenija għall-SMEs, li għandu jirċievi attenzjoni partikolari, speċjalment fir-rigward tal-innovazzjoni u l-effiċjenza fir-riżorsi; billi aċċess inadegwatgħal kapital ta' riskju, partikolarment fl-istadji tal-bidu, għadu waħda mill-aktar restrizzjonijiet sinifikanti għall-ħolqien u l-iżvilupp tad-ditti orjentati lejn it-tkabbir;

L.

billi minħabba li l-mikrointrapriżi jiġġeneraw eluf ta' impjiegi u xi 53 % tal-impjiegi madwar l-Ewropa, u bħala tali jeħtieġu qafas differenti biex jaħdmu fih, huwa meħtieġ b'mod urġenti użu konsistenti tad-definizzjoni ta' mikrointrapriżi; billi l-mikrointrapriżi jiffaċċjaw diversi diffikultajiet kbar, bħalma huma l-ostakli fir-regoli ta' akkwist, piż regolatorju żejjed u l-aċċess għall-finanzi;

Kwistjonijiet ġenerali

1.

Jappoġġja l-kunċett ta' tkabbir ekoloġiku u ekonomija ċirkolari u jinnota li l-opportunitajiet li jirriżultaw minnu huma relatati ma' diversi oqsma ta' importanza sinifikanti bħal sorsi ta' enerġija rinnovabbli, u b'mod partikolari l-isfruttament ekonomikament vijabbli ta' enerġija mir-riħ, mix-xemx u mill-ilma u l-enerġija ġeotermali, l-effiċjenza fl-enerġija u fir-riżorsi, il-ġestjoni tal-iskart, it-tnaqqis ta' emissjonijiet, l-elettrifikazzjoni u l-kunċett 'minn nieqa sa nieqa'; jindika l-potenzjal ekonomiku u tal-impjiegi konsiderevoli li dawn l-oqsma għandhom għal setturi differenti; jinnota li t-tkabbir ekoloġiku għandu jkun parti minn strateġija iktar wiesgħa għall-promozzjoni tal-ħolqien tax-xogħol u t-tkabbir ekonomiku fost l-SMEs;

2.

Jenfasizza li t-tkabbir ekoloġiku għandu jitqiegħed f'perspettiva wiesgħa, u għandu jinkludi l-isforzi magħmula matul il-katina ta' valur kollha u tal-ekosistema intraprenditorjali kollha, inklużi l-isforzi minn atturi industrijali ta' manifattura biex jitnaqqas l-impatt ekoloġiku tal-prodotti tagħhom, proċessi ta' produzzjoni, prattiki tan-negozju u servizzi; ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet tal-Pjattaforma Ewropea għall-Użu Effiċjenti tar-Riżorsi li jenfassizzaw li l-effiċjenza fir-riżorsi teħtieġ qafas regolatorju dinamiku li jagħti sinjali adegwati lill-produtturi u lill-konsumaturi sabiex tittejjeb il-prestazzjoni tal-prodotti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi qafas ta' politika komprensiv, inklużi objettivi konkreti ta' politika u integrazzjoni aħjar u s-simplifikazzjoni ta' għodod ta' politika eżistenti biex jiġu żgurati opportunitajiet u l-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-ekonomija ekoloġika u ċirkulari;

3.

Jenfasizza l-fatt li l-ekonomija globali se jkollha tipprovdi għal popolazzjoni li kull ma jmur qiegħda dejjem tikber – 9 biljun persuna sal-2050 – u li r-riżorsi naturali tagħna huma limitati u għalhekk għandhom jintużaw b'mod sostenibbli u effiċjenti ħafna; jindika soluzzjonijiet innovattivi, ekoloġiċi u sostenibbli ġodda għal dawn l-isfidi, bħal prodotti ġodda, proċessi ta' produzzjoni, prattiki u servizzi tan-negozju, pereżempju permezz tal-integrazzjoni ta' teknoloġiji diġitali innovattivi, u qafas legali ġdid ta' appoġġ;

4.

Ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li l-SMEs madwar l-Ewropa huma eteroġenji ħafna, minn negozji tradizzjonali ħafna mmexxija mill-familja, għal intrapriżi li jikbru b'rata mgħaġġla, ditti ta' teknoloġija avvanzata, mikrointrapriżi, intrapriżi soċjali u negozji li jkunu għadhom kemm jiftħu, u li l-approċċi biex jiġu assistiti għandhom ikunu daqstant diversi;

5.

Jemmen li jeħtieġ li l-UE tbiddel b'mod drastiku l-kultura intraprenditorjali tagħha sabiex tikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku billi aktar nies jibdew in-negozji tagħhom stess u billi jfittxu aktar opportunitajiet għan-negozju, b'mod partikolari fit-tkabbir ekoloġiku, u billi jiġi aċċettat il-falliment u t-teħid ta' riskji; jenfasizza l-importanza li din il-kwistjoni titqiegħed fiċ-ċentru tat-tfassil tal-politika; jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu għal tranżizzjoni aktar faċli wara l-falliment kummerċjali, fil-qafas legali rilevanti tagħhom, biex in-nies ikunu jistgħu jiftħu negozju malajr wara l-falliment ta' impriża preċedenti, speċjalment f'setturi ġodda u innovattivi; jistieden lill-Kummissjoni ttaffi l-biża' ta' falliment permezz ta' kampanji ta' għarfien u edukazzjoni;

6.

Jenfasizza l-valur miżjud tal-baġit tal-UE sabiex jgħin lill-SMEs, il-mikrointrapriżi, l-intrapriżi soċjali u l-kooperattivi jiksbu aċċess għall-finanzjament u s-swieq internazzjonali, b'mod partikolari permezz tal-programm COSME u taħt Orizzont 2020 u l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE); jenfasizza l-ħtieġa ta' interpretazzjoni ċara u uniformi madwar l-UE kollha mir-regolaturi nazzjonali u regoli miftuħa tal-akkwist pubbliku;

7.

Jinnota li ħafna SMEs Ewropej illum il-ġurnata jikkompetu internazzjonalment fuq soluzzjonijiet li jinkludu kemm prodotti kif ukoll l-hekk imsejħa 'servizzi ekoloġiċi', bħall-kostruzzjoni, l-installazzjoni, it-tiswija u l-ġestjoni; jinnota li dawn is-servizzi huma ċentrali għall-iżvilupp, il-bejgħ u l-esportazzjoni tal-prodotti ekoloġiċi; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi s-servizzi ekoloġiċi fin-negozjati kontinwi dwar il-Ftehim dwar il-Prodotti Ekoloġiċi, kif ukoll fi ftehimiet kummerċjali bilaterali bħat-TTIP, sabiex jitnaqqsu l-ostakli għall-SMEs Ewropej u l-fornituri tas-servizzi li jixtiequ joperaw internazzjonalment;

8.

Jenfasizza l-importanza ta' governanza tajba, ta' ġudikatura indipendenti, trasparenza u l-istat tad-dritt fl-UE għall-ħolqien ta' klima favur in-negozju u suq b'kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-SMEs;

Finanzjament ta' inizjattivi ekoloġiċi

9.

Jirrimarka li fiċ-ċirkostanzi attwali fejn l-aċċess insuffiċjenti għal sorsi adegwati ta' kapital ta' riskju, partikolarment fl-istadji tal-bidu, għadu waħda mill-aktar restrizzjonijiet sinifikanti għall-ħolqien u l-iżvilupp tad-ditti orjentati lejn it-tkabbir, il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni dwar it-titjib tal-aċċess għall-finanzi għall-SMEs jenfasizza ħafna l-kapital ta' riskju bħala mezz possibbli ta' finanzjament tat-tkabbir; jenfasizza, madankollu, li dan it-tip ta' finanzjament huwa adegwat biss għal numru żgħir ta' SMEs u li s-self bankarju għadu sors importanti ta' finanzjament, u li għandhom jiġu żviluppati alternattivi mis-settur privat; jinnota f'dan il-kuntest l-importanza tal-promozzjoni ta' forom alternattivi ta' self għall-SMEs, bħalma huma l-unjonijiet tal-kreditu; jindika l-opportunitajiet ta' finanzjament potenzjali li għandhom jiġu esplorati permezz tal-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi;

10.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinċentivaw lill-investituri barranin billi jneħħu l-ostakli lingwistiċi; jinnota li l-aċċettazzjoni tal-applikazzjonijiet u l-provvista tad-data bl-Ingliż, flimkien mal-lingwa/i uffiċjali ta' Stat Membru, huma pass lejn dak l-għan;

11.

Jenfasizza li m'hemmx mezz ta' finanzjament wieħed tajjeb għal kulħadd, u jistieden lill-Kummissjoni tqis l-interessi tal-SMEs fil-programmi, strumenti u inizjattivi kollha eżistenti u possibbli, speċjalment għal mudelli ġodda ta' negozju fl-ekonomija ekoloġika, li jvarjaw minn ekwità (bħal investituri privati (business angels), finanzjament kollettiv u faċilitajiet ta' kummerċ multilaterali), kważi ekwità (bħal finanzjament intermedju) u strumenti ta' dejn (bħal bonds ta' kumpaniji ta' ammonti żgħar (small-ticket company bonds), faċilitajiet ta' garanzija u pjattaformi), u sħubiji bejn il-banek u l-operaturi oħra involuti fil-finanzjament tal-SMEs (il-professjonisti tal-kontabilità, l-assoċjazzjonijiet tan-negozju jew tal-SMEs jew kmamar tal-kummerċ), sabiex tappoġġa n-negozji fil-fażijiet tagħhom tal-bidu, tat-tkabbir, kif ukoll fil-fażijiet ta' trasferiment, filwaqt li jitqies id-daqs, il-qligħ u l-ħtiġijiet ta' finanzjament tagħhom; jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jiżguraw li jkun hemm inċentivi adegwati u biex jipprovdu inċentivi fiskali għal dawn il-mudelli ta' finanzjament; jenfasizza l-importanza tar-rieżami ta' strumenti ta' appoġġ eżistenti tal-SMEs biex jinkludu aktar opportunitajiet ta' tkabbir ekoloġiku;

12.

Jenfasizza l-bżonn li jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-komplementarjetà bejn strumenti finanzjarji fil-baġit tal-UE, b'mod partikolari taħt il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE), il-Programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) u l-Programm LIFE;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jissorveljaw ir-riżultati miksuba effettivament mill-SMEs li kellhom aċċess għall-miżuri ta' finanzjament għall-innovazzjoni ekoloġika, sabiex tiġi valutata l-effiċjenza tal-miżuri stess; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, jekk ir-riżultati ma jkunux sodisfaċenti, twettaq l-emendi xierqa fi żmien qasir sabiex ittejjeb l-effiċjenza tagħhom;

14.

Jinnota li minħabba n-natura teknika ħafna ta' bosta pjanijiet ta' investiment ekoloġiku huwa essenzjali li tiġi enfasizzata l-importanza ta' mudelli standardizzati tar-riskju u ta' ritorn u tal-iżvilupp ta' mudelli ġodda għal sfidi u setturi ġodda;

15.

Ifakkar li l-SMEs huma mistennija li jkollhom rwol importanti fl-ekonomija ċirkolari, billi jipprovdu servizzi sostenibbli, iżda li jirrikjedu ħafna ħaddiema, bħat-tiswija, ir-rikondizzjonament u r-riċiklaġġ; jinnota li l-Kummissjoni, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (l-OECD), il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), il-Parlament u l-Grupp tal-Euro jappoġġaw b'mod wiesa' il-prinċipju ta' trasferiment tat-taxxa minn fuq ix-xogħol għal fuq l-użu ta' riżorsi naturali u konsum; jitlob li l-Kummissjoni tivvaluta l-impatt ta' trasferiment tat-taxxa minn fuq ix-xogħol għal fuq l-użu tar-riżorsi naturali;

16.

Jenfasizza li l-intraprendituri, l-SMEs, l-assoċjazzjonijiet tan-negozju u l-organizzazzjonijiet ta' appoġġ għandhom ikunu aktar familjari mal-possibbiltajiet ta' finanzjament għal teknoloġiji aktar effettivi, jew biex jingħataw kuntratti għal servizzi bħal servizzi ta' konsulenza, kowċing u taħriġ dwar l-Ekodisinn, ġestjoni tar-riżorsi u l-intraprenditorija ekoloġika u d-disponibbiltà ta' teknoloġiji ekoloġiċi, prodotti u servizzi li jistgħu jkunu ta' benefiċċju għall-attività ekonomika tagħhom; jistieden lill-Istati Membri biex itejbu l-provvista ta' servizzi għall-SMEs f'dawk l-oqsma u jenfasizza wkoll il-ħtieġa għal sorsi ta' informazzjoni sempliċi u aċċessibbli u bażijiet ta' data għal dawn il-prodotti u servizzi; ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li din l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata b'mod li jikkorrispondi l-aħjar mal-loġika u l-metodi ta' ħidma ta' SMEs;

17.

Jinnota li l-programmi tal-UE ma jikkontribwixxux b'mod sinifikanti għall-ekoinnovazzjoni u l-ekonomija ċirkolari u li l-Kummissjoni, għalhekk, teħtieġ li tikkonċentra finanzjament aħjar mill-programm COSME u Orizzont 2020 lejn l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet ekoinnovattivi minn u għal SMEs u għall-appoġġ ta' finanzjament għat-titjib tat-tfassil tal-prodott u l-proċessi ta' prestazzjoni, li tibni fuq esperjenzi ta' suċċess f'dan l-aħħar QFP; iqis, b'mod partikolari, li l-Istrument tal-SMEs taħt Orizzont 2020 jeħtieġ jiġi implimentat bis-sħiħ;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-BEI biex jiżguraw li fil-fażi tal-implimentazzjoni tal-'Pjan ta' investiment għall-Ewropa', l-SMEs, inklużi dawk innovattivi u ekoloġiċi, ikunu l-benefiċjarji ewlenin tal-appoġġ previst skont din il-proposta; jinsisti li kriterji ċari, inkluż il-valur miżjud Ewropew, għandhom jiġu żviluppati sabiex tinkiseb din il-mira u li għandha tissaħħaħ il-provvista ta' servizzi konsultattivi għall-effiċjenza tar-riżorsi u l-ekoinnovazzjoni għall-SMEs; jitlob lill-BEI u l-Kummissjoni sabiex jiżguraw li l-kategoriji kollha elenkati fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 'dwar it-tifsira ta' mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar u medji' (C(2003)1422) jibbenefikaw b'mod suffiċjenti; jiġbed l-attenzjoni lejn l-importanza ta' Orizzont 2020 u COSME għall-appoġġ tal-SMEs, u l-ħtieġa għall-implimentazzjoni sħiħa tal-istrument tal-SMEs taħt Orizzont 2020;

19.

Iqis li, sabiex tiġi żgurata l-komplementarjetà tal-iskemi finanzjarji għall-SMEs, huwa essenzjali li jiġu kkoordinati l-miżuri meħuda fl-ambitu tal-Politika ta' Koeżjoni u programmi oħra, bħall-programm Orizzont 2020, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak reġjonali; jisħaq fuq l-importanza ta' leġiżlazzjoni mfassla b'tali mod li tippermetti lill-SMEs jibqgħu kompetittivi;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsibu soluzzjoni rapida u dejjiema biex l-ammont enormi ta' pagamenti arretrati marbuta mal-politika reġjonali u ma' dak li jikkonċerna t-trattament ta' assistenza tal-FSIE fil-perjodu ta' finanzjament preċedenti, sabiex jiġi żgurat li l-SMEs bħala sħab fil-proġett ma jiġux skoraġġati milli jipparteċipaw fi programmi u proġetti ta' appoġġ minħabba li l-ħlas idum ma jsir;

Ġestjoni tal-għarfien

21.

Jenfasizza l-importanza ta' sforzi attivi għal kollaborazzjoni bejn is-setturi, tul ktajjen ta' valur kif ukoll żoni ġeografiċi, li toffri l-potenzjal li tqanqal l-innovazzjoni u opportunitajiet ġodda ta' tkabbir permezz ta' ispirazzjoni reċiproka ta' ideat u ta' kunċetti innovattivi; jilqa' b'sodisfazzjon l-azzjoni tal-programm Orizzont 2020 'Cluster facilitated projects for new industrial value chains', sabiex jiġi sfruttat aħjar il-potenzjal tal-innovazzjoni tal-SMEs, inklużi s-soluzzjonijiet ekoinnovattivi u ta' effiċjenza fl-użu tar-riżorsi li joffru;

22.

Jilqa' l-istabbiliment ta' Ċentru Ewropew tal-Eċċellenza fl-Effiċjenza fir-Riżorsi li jagħti pariri u jgħin lill-SMEs li jixtiequ jtejbu l-prestazzjoni tal-effiċjenza fir-riżorsi tagħhom; jenfasizza l-bżonn li dan iċ-ċentru jiġi stabbilit bħala netwerk b'saħħtu ta' sħab fir-reġjuni tal-UE u li jinbena fuq esperjenzi ppruvati fl-Istati Membri; jemmen li dan għandu jiggwida lill-SMEs lejn programmi Ewropej, nazzjonali u reġjonali f'dan il-kamp ta' azzjoni, u jipprovdi aċċess għal kompetenza, netwerks u infrastrutturi;

23.

Jenfasizza l-importanza tat-trasferimenti tal-għarfien u l-qsim tal-għarfien bejn diversi partijiet ikkonċernati, inklużi dawk transkonfinali, permezz ta' netwerks informali, speċjalment għall-SMEs u l-mikrointrapriżi, biex titqajjem kuxjenza dwar tekniki innovattivi eżistenti u ġodda, l-aħjar prattiki, il-modi biex jinkiseb finanzjament xieraq, l-iskemi possibbli ta' appoġġ tal-gvern u l-oqfsa leġiżlattivi rilevanti li jinvolvu l-inqas piż amministrattiv u jfakkar li l-punti ta' kuntatt nazzjonali eżistenti għall-programmi ta' finanzjament tal-UE u n-Netwerk Enterprise Europe (NEE) għandhom ikunu kompletament involuti fl-appoġġ tal-SMEs u jinfurmaw, iħarrġu u jappoġġjaw b'mod proattiv lill-SMEs sabiex jidentifikaw possibbiltajiet ta' finanzjament fuq livell tal-UE, nazzjonali jew reġjonali; jappoġġja l-organizzazzjoni ta' Kampanja Ewropea dwar l-Effiċjenza fir-Riżorsi sabiex tinforma l-SMEs dwar il-benefiċċji u l-opportunitajiet offruti mill-effiċjenza fir-riżorsi u kif jistgħu jinħolqu sinerġiji industrijali dwar ir-riċiklaġġ; jistieden lill-Kummissjoni u l-EEN jikkoperaw fuq l-effiċjenza fir-riżorsi mal-assoċjazzjonijiet industrijali, it-trejdjunjins, l-SMEs, l-NGOs, u d-dinja akkademika, kif ukoll inizjattivi reġjonali; jilqa' f'dan ir-rigward, l-attenzjoni tal-Kummissjoni fuq simbjożi u raggruppamenti u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tressaq inizjattivi konkreti sabiex jiġu ffaċilitati l-kooperazzjoni transsettorjali u l-ġestjoni tar-riżorsi;

24.

Iħeġġeġ lill-federazzjonijiet settorjali jkollhom rwol aktar prominenti fl-għoti ta' informazzjoni adegwata u pariri fuq teknoloġiji ekoloġiċi, fuq il-possibbiltajiet ta' finanzjament u l-proċeduri rilevanti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ipattu għan-nuqqasijiet fl-appoġġ u, b'kooperazzjoni mal-federazzjonijiet u l-kumpaniji tas-settur, biex ikomplu jinvestigaw liema opportunitajiet jeżistu u jiġu aċċellerati soluzzjonijiet sostenibbli, u jinvestu f'teknoloġiji li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, fl-effiċjenza fir-riżorsi u l-ekonomija tar-riċiklaġġ; jinnota d-diskrepanza li qed tikber bejn il-bżonnijiet tal-SMEs u l-ħiliet tal-impjegati; jinnota li 26 % ta' dawk li jimpjegaw fl-Ewropa qed jiffaċċjaw diffikultajiet biex isibu impjegati li għandhom il-ħiliet it-tajba;

Riċerka, żvilupp u innovazzjoni, u ħiliet

25.

Jenfasizza l-ħtieġa ta' iktar effettività fl-iżvilupp ta' R&Ż bażiċi, li l-SMEs jiġu totalment involuti f'dan il-proċess u biex tiġi appoġġjata b'mod attiv aktar trasformazzjoni tar-riżultati tar-R&Ż bażiċi fi żviluppi teknoloġiċi ulterjuri; jenfasizza l-importanza tar-riindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa minħabba l-importanza tal-industrija tal-manifattura għal R&Ż&I u b'hekk il-futur tal-vantaġġ kompetittiv tal-UE; jemmen li sistemi mhux teknoloġiċi, organizzattivi, u l-innovazzjoni tas-settur pubbliku għandhom jingħataw attenzjoni suffiċjenti, flimkien ma' soluzzjonijiet xprunati mit-teknoloġija;

26.

Jenfasizza l-importanza tal-kummerċjalizzazzjoni u l-valorizzazzjoni minn kumpaniji Ewropej tal-eżitu tar-R&Ż; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipprevedu qafas regolatorju iktar stabbli u skemi finanzjarji adegwati sabiex tkun possibbli l-inizjattiva ekonomika u l-intraprenditorija u biex jiġi llimitat iż-żmien ta' kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, servizzi u prattiki ta' negozju ġodda, b'mod partikolari fl-ekonomija ekoloġika;

27.

Jenfasizza l-potenzjal għall-innovazzjoni u t-tkabbir ekoloġiku, li jinsab f'infrastruttura spazjali Ewropea ġdida; jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-użu ta' data maħruġa minn dawn l-infrastrutturi mill-SMEs billi jattendu ċentri ta' żvilupp u inkubaturi għall-intrapriżi; jistieden lill-Kummissjoni biex tippermetti li l-SMEs jibbenefikaw minn skema favorevoli fir-rigward tal-aċċess għad-data maħruġa minn dawn l-infrastrutturi fil-fażijiet ta' riċerka, żvilupp u kummerċjalizzazzjoni;

28.

Jinnota li skont l-Innobarometer ta' Mejju 2014 huma biss 9 % tal-kumpaniji kollha li jgħidu li gawdew minn appoġġ finanzjarju pubbliku għal attivitajiet ta' R&Ż&I minn Jannar 2011; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati proċeduri faċli għall-utent għad-diversi forom ta' appoġġ;

29.

Jinnota l-vantaġġi mogħtija mill-privattiva unitarja Ewropea għall-SMEs. b'mod partikolari fil-qasam tat-teknoloġiji ekoloġiċi; jistieden lill-Istati Membri biex jingħaqdu mal-privattiva unitarja Ewropea; jistieden lill-Istati Membri biex jipproċedu b'ħeffa għar-ratifika tal-ftehim dwar ġurisdizzjoni unifikata ta' privattiva meħtieġa għall-applikazzjoni tal-privattiva unitarja Ewropea; jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi proċedura simplifikata fir-rigward tal-SMEs biex jinbdew prosekuzzjonijiet kontra l-falsifikazzjoni fir-rigward ta' ġurisdizzjoni unifikata tal-privattiva;

30.

Jitlob qafas politiku mtejjeb għall-ekonomija ċirkolari inkluża l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' regolamentazzjoni, standards u kodiċi ta' kondotta intelliġenti li jimmiraw biex jinternalizzaw l-esternalitajiet, l-indirizzar ta' prodotti li jużaw ħafna riżorsi, il-ħolqien ta' kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, l-ippremjar ta' dawk li jkunu minn ta' quddiem u l-aċċelerazzjoni tat-tranżizzjoni lejn effiċjenza fir-riżorsi u ekonomija sostenibbli;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi, bħala parti mill-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari, l-estensjoni tal-istrument tal-ekodisinn sabiex tiġi inkluża d-dimensjoni tal-effiċjenza fir-riżorsi; jemmen li l-ekodisinn għandu jindirizza d-durabilità, ir-riparabilità u r-riċiklabilità tal-prodotti, inklużi standards għall-ħajja minima garantita u ż-żarmar;

32.

Iħeġġeġ l-estensjoni ta' skemi ta' sostenn innovattivi, bħal kupuni ta' innovazzjoni ekoloġika, li jistgħu jippromwovu l-introduzzjoni fis-suq ta' teknoloġiji sostenibbli u soluzzjonijiet li jieħdu ħsieb l-ambjent u reżiljenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-klima; iqis, fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal appoġġ, li jeħtieġ li r-regoli jkunu sempliċi u ċari u li m'għandhomx jikkostitwixxu piż amministrattiv; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsibu soluzzjonijiet innovattivi ta' finanzjament għall-SMEs u li jipprovdu strumenti ta' finanzjament aċċessibbli għalkollox; ifakkar li t-tkabbir sostenibbli u l-kapaċità ta' innovazzjoni tal-SMEs Ewropej huwa wieħed mill-vantaġġi kompetittivi ewlenin li l-UE għandha fis-swieq globalizzati;

(De)regolamentazzjoni bħala xprun għat-tkabbir

33.

Jistieden lill-Istati Membri biex jevitaw li joħolqu ostakoli għas-suq intern minħabba regolamentazzjoni żejda, jirrevedu r-reġimi regolatorji attwali tagħhom, ineħħu kwalunkwe regolament superfluwu jew mhux effettiv li jikkostitwixxi ostaklu għas-suq, u biex tiġi żgurata traspożizzjoni konsistenti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li t-Test tal-SMEs ikun applikat totalment fil-valutazzjonijiet tal-impatt kollha; jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid l-isforzi tagħha fl-indirizzar tar-regolamentazzjoni żejda ma' Stati Membri individwali; jenfasizza l-ħtieġa ta' interpretazzjoni ċara u uniformi madwar l-UE minn regolaturi nazzjonali u regoli miftuħa tal-akkwist pubbliku, inkluż l-akkwist ekoloġiku u l-akkwist elettroniku, li attwalment jirrappreżenta ostaklu sostanzjali għall-SMEs li jixtiequ jsiru internazzjonali u fl-istess ħin opportunità kbira biex l-Istati Membri jkunu minn ta' quddiem biex jadattaw ruħhom, inkluż f'prodotti u soluzzjonijiet li huma effiċjenti fir-riżorsi u l-enerġija;

34.

Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirtira proposti leġiżlattivi li m'għadhomx jintużaw jew li huma ta' piż żejjed; jistenna li l-Kummissjoni tressaq proposta aktar ambizzjuża dwar il-leġiżlazzjoni tal-iskart, kif imħabbar mill-Viċi President Timmermans fis-sessjoni plenarja tal-Parlament ta' Diċembru 2014; jistieden lill-Kummissjoni biex tibqa' lura milli tressaq proposti leġiżlattivi li jwasslu għal piż amministrattiv bla bżonn għan-negozji u għall-SMEs u li kontinwament tirrieżamina leġiżlazzjoni eżistenti bil-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv attwali, li ttejjeb il-kwalità u l-effettività tal-leġiżlazzjoni u li tadattaha għal mudelli kummerċjali ġodda; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa għal azzjonijiet ambizzjużi, l-implimentazzjoni xierqa u f'waqtha tal-leġiżlazzjoni eżistenti u l-involviment bikri tal-partijiet interessati mill-industriji u SMEs rilevanti, inkluż fil-valutazzjoni tal-impatt, sabiex jintlaħqu l-miri ambjentali tal-UE;

35.

Ifakkar fl-importanza ta' leġiżlazzjoni li hija teknoloġikament newtrali u favur l-innovazzjoni, li tippermetti li teknoloġiji ġodda differenti jiġu ttestjati u vvalutati mis-suq; jilqa' l-iżvilupp ta' skema tal-Verifika tat-Teknoloġija Ambjentali (ETV) bħala għodda ġdida li tgħin lil teknoloġiji ambjentali innovattivi jilħqu s-suq; jistieden lill-Istati Membri jużaw adegwatament strumenti bbażati fuq is-suq fl-iskemi ta' appoġġ pubbliku tagħhom u biex joqogħdu lura milli jużaw sussidji ħżiena għall-ambjent li joħolqu distorsjoni fis-suq; ifakkar li l-intervent pubbliku għandu jintuża sabiex jiġu indirizzati nuqqasijiet tas-suq, bħal pereżempju non-pricing ta' esternalitajiet; jistieden lill-Kummissjoni tfassal linji gwida komuni għal skemi nazzjonali ta' appoġġ pubbliku għal proġetti ta' investiment ekoloġiku sabiex jinħoloq sett ta' miżuri aktar uniformi;

36.

Jinnota li l-industriji u t-teknoloġiji ta' tfixkil ta' sikwit jindikaw nuqqasijiet fil-leġiżlazzjoni eżistenti; jenfasizza l-ħtieġa għal monitoraġġ u l-aġġornament kontinwu tal-leġiżlazzjoni u l-implementazzjoni tagħha, sabiex teknoloġiji sostenibbli jew ekoinnovattivi u teknoloġiji ġodda ma jiffaċċjawx barrieri;

Miżuri mixxellanji ta' appoġġ

37.

Jemmen li l-iżvilupp ta' ħiliet intraprenditorjali kif ukoll programmi ta' tagħlim dwar kif is-suq, l-ekonomija u s-sistema finanzjarja joperaw, jiffunzjonaw u jinteraġixxu, flimkien ma' għarfien ambjentali, u kif it-teknoloġiji l-ġodda jistgħu jagħtu spinta effettiva, innovattiva u opportunitajiet ekoloġiċi, għandhom jiġu inklużi fis-sistemi ta' edukazzjoni bażiċi u ogħla, u jiġu promossi wkoll permezz ta' attivitajiet extrakurrikulari u t-tagħlim tul il-ħajja; jemmen li pjan ta' negozju mħejji tajjeb huwa l-ewwel pass lejn aċċess aħjar għall-finanzi u l-vijabilità; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkludu mingħajr dewmien l-edukazzjoni intraprenditorjali, finanzjarja, ekonomika u ambjentali fil-programmi edukattivi tagħhom; jappoġġa, f'dan ir-rigward, il-programm “Erasmus għall-Imprendituri Żgħażagħ”, imfassal sabiex jippromwovi kultura intraprenditorjali u jiżviluppa s-suq uniku u l-kompetittività;

38.

Jenfasizza li anke l-mikrointrapriżi u n-negozji li għadhom jibdew għandhom ukoll jingħataw għajnuna u gwida dwar kif jimxu lejn tkabbir ekoloġiku sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li dawn in-negozji jkunu adegwatament koperti minn inizjattivi ġodda ffukati fuq opportunitajiet ta' tkabbir ekoloġiku għall-SMEs;

39.

Jinnota li l-programm Erasmus+ jagħmilha possibbli għal studenti u żgħażagħ li jiżviluppaw il-ħiliet intraprenditorjali permezz ta', fost l-oħrajn, il-finanzjament ta' apprendistati, jappoġġa il-programm 'Erasmus għall-Imprendituri Żgħażagħ', imfassal sabiex jippromwovi kultura intraprenditorjali u jiżviluppa s-suq uniku u l-kompetittività;

40.

Jinnota l-importanza li jiġu indirizzati t-tendenzi insostenibbli tal-konsum u li jippromwovu bidla fl-imġiba tal-konsumaturi; jenfasizza l-ħtieġa għal edukazzjoni adegwata tal-konsumatur u l-ħtieġa biex jiġu inkoraġġuti inċentivi għal konsum aktar sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-miżuri orjentati lejn id-domanda bħall-użu tal-akkwist pubbliku sabiex jitjieb l-użu ta' riżorsi u prodotti u soluzzjonijiet effiċjenti fl-enerġija; jenfasizza l-valur tal-inklużjoni tal-użu tar-riżorsi fl-informazzjoni dwar il-prodott u l-ekotikketti sabiex tingħata s-setgħa lill-konsumaturi;

41.

Jenfasizza l-importanza li jkunu ffaċilitati negozji li jkunu għadhom kemm jiftħu u spin-offs permezz ta' kollaborazzjoni mal-universitajiet, l-istabbilimenti ta' tagħlim professjonali u istituti ta' riċerka teknoloġika;

42.

Jenfasizza l-importanza tal-esportazzjonijiet għall-ħolqien ta' impjiegi u tkabbir fl-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni tħaffef ftehimiet kummerċjali pendenti mas-sħab tagħna sabiex jiġi faċilitat l-aċċess tal-SMEs Ewropej għal swieq ġodda;

43.

Jemmen li l-intraprenditorija femminili hija assi li s'issa ma ġietx meqjusa b'mod suffiċjenti għat-tkabbir u l-kompetittività tal-UE, li għandu jiġi mrawwem u msaħħaħ u li l-ostakli kollha, b'mod partikolari d-diskriminazzjoni fil-pagi, li jiffaċċaw in-nisa, inkluż fl-ekonomija ekoloġika, għandhom jitneħħew sabiex in-nisa u l-irġiel jibbenefikaw b'mod ugwali; jemmen li ġabra regolari ta' statistika armonizzata, inkluż dwar l-impatt ta' leġiżlazzjoni speċifika għall-ġeneru u li data dwar ix-xogħol diżaggregata skont is-sess, jiffaċilitaw aktar tfassil ta' politika bbażata fuq l-evidenza u l-monitoraġġ u timla lakuna fl-għarfien fid-diskors ekoloġiku;

44.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tistudja u tidentifika s-setturi tal-industrija Ewropea u żoni ġeografiċi fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-ħolqien ta' raggruppamenti u ċentri ġodda u tappoġġja l-iżvilupp tagħhom;

45.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari, u jirrispondu għall-opportunitajiet u l-isfidi ppreżentati minn żoni rurali f'dak li għandu x'jaqsam mal-SMEs, it-tkabbir ekoloġiku u l-ekoinnovazzjoni;

46.

Jistieden lill-Istati Membri (fil-livell ta' dawk li jfasslu l-politika u l-awtoritajiet maniġerjali nazzjonali, reġjonali u lokali) biex jippromovu kontinwament it-tkabbir sostenibbli, skont l-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti bil-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati ewlenin, li tiffavorixxi r-raggruppament, is-sinerġiji u n-netwerks fil-kuntest tal-attivitajiet tal-ekonomija ekoloġika; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta rendikont lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni ta' strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti fil-livell nazzjonali u/jew reġjonali, fejn xieraq, u b'mod speċjali fir-rigward tad-diversi tendenzi ta' 'azzjonijiet downstream' użati fil-livell tal-UE u fl-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jipprovdu tagħrif dwar il-miżuri prattiċi li ttieħdu għall-iżvilupp tal-kompetenzi għal SMEs ekoinnovattivi permezz tal-interkonnessjoni ta' ċentri ta' innovazzjoni reġjonali u n-netwerks ewlenin ta' sostenn;

47.

Jistieden lill-Kummissjoni biex, fl-ambitu tal-politika reġjonali, tfassal programmi speċifiċi li jħaddnu l-elementi tat-tkabbir ekoloġiku kollha relevanti għall-SMEs; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-potenzjal tal-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ jintuża bis-sħiħ fil-kuntest tat-tkabbir ekoloġiku tal-SMEs; jistieden lill-Kummissjoni tħejji miżuri li joħolqu rabta bejn l-istituzzjonijiet edukattivi ma' programmi Ewropej u miżuri għas-sostenn tal-ekonomija ekoloġika; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jużaw il-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tagħhom biex jipprovdu pariri lil ħaddiema tal-SMEs u jqajmu l-kuxjenza tagħhom bil-għan li jtejbu l-għarfien u l-ħiliet tagħhom; jitlob li jkun hemm sostenn għal taħriġ li jkun iffukat fuq iż-żgħażagħ u l-gruppi l-aktar żvantaġġati;

o

o o

48.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2013)0036.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2014)0032.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2014)0069.

(4)  http://ec.europa.eu/public_opinion/flash/fl_381_en.pdf


L-Erbgħa 20 ta’ Mejju 2015

27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/35


P8_TA(2015)0205

Deċiżjoni li ma' jiġix oppost att iddelegat: eżenzjoni għall-applikazzjonijiet tal-illuminazzjoni ġenerali u tal-illuminazzjoni tal-iskrins li fihom il-kadmju

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar id-direttiva delegata tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2015 li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjoni għall-applikazzjonijiet tal-illuminazzjoni ġenerali u tal-illuminazzjoni tal-iskrins li fihom il-kadmju (C(2015)00383 – 2015/2542(DEA))

(2016/C 353/04)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-direttiva delegata tal-Kummissjoni (C(2015)00383),

wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku, u b'mod partikolari l-Artikoli 4, 5(1)(a) u 22 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/65/UE dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (“RoHS”) jillimita, inter alia, l-użu tal-kadmju f'tagħmir elettriku u elettroniku (ara l-lista fl-Anness II tad-Direttiva dwar ir-RoHS);

B.

billi l-Anness III tad-Direttiva dwar ir-RoHS jipprevedi eżenzjonijiet mir-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1);

C.

billi l-punt 39 tal-Anness III jelenka deroga għall-“Kadmju fl-LEDs II-VI tal-konverżjoni tal-ilwien (< 10 μg Cd/mm2 ta' medda li tarmi d-dawl) għall-użu f'sistemi ta' stat solidu għall-illuminazzjoni jew turija” b'data ta' skadenza fl-1 ta' Lulju 2014;

D.

billi l-Artikolu 5 jipprevedi l-adattament għall-progress xjentifiku u tekniku tal-Anness III għall-inklużjoni u t-tħassir ta' eżenzjonijiet;

E.

billi l-Kummissjoni indikat li rċeviet, f'Diċembru 2012, applikazzjoni għat-tiġdid tal-eżenzjoni 39 u, f'Mejju 2013, applikazzjoni relatata għal eżenzjoni aktar stretta u aktar speċifika għall-kadmju fil-punti kwantiċi fl-iskrins;

F.

billi, skont l-Artikolu 5(1)a, l-eżenzjonijiet għandhom jiġu inklużi fl-Anness III, sakemm tali inklużjoni ma ddgħajjifx il-protezzjoni ambjentali u tas-saħħa mogħtija bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u meta tiġi ssodisfata xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin: it-tneħħija jew is-sostituzzjoni tagħhom permezz ta' bidliet fid-disinn jew materjali u komponenti li ma jeħtieġu l-ebda materjal jew sustanza elenkati fl-Anness II hija xjentifikament jew teknikament imprattikabbli; l-affidabbiltà tas-sostituti mhijiex żgurata; jew l-impatti negattivi totali ambjentali, għas-saħħa u għas-sikurezza tal-konsumatur ikkawżati mis-sostituzzjoni x'aktarx li huma akbar mill-benefiċċji totali ambjentali, għas-saħħa u għas-sikurezza tal-konsumatur tagħhom;

G.

billi d-direttiva delegata tal-Kummissjoni testendi l-eżenzjoni 39 sat-30 ta' Ġunju 2017, li ssir l-eżenzjoni 39(a), u tintroduċi eżenzjoni 39(b) ġdida aktar speċifika dwar “Il-kadmju fil-punti kwantiċi ta' nanokristalli semikondutturi b'bażi ta' kadmju għal bidla fil-frekwenza tad-dawl li jgħaddi minnhom għall-użu f'applikazzjonijiet tal-illuminazzjoni tal-iskrins (< 0,2 μg Cd/mm2 ta' medda ta' illuminazzjoni tal-iskrins)”, b'data ta' skadenza tat-30 ta' Ġunju 2018;

H.

billi l-estensjoni tal-eżenzjoni 39 u l-eżenzjoni 39(b) ġdida it-tnejn jikkonċernaw il-punti kwantiċi bil-kadmju, minkejja li referenza speċifika għall-punti kwantiċi tingħata biss fl-eżenzjoni 39(b);

I.

billi l-estensjoni tal-eżenzjoni 39 tikkonċerna żewġ applikazzjonijiet differenti tal-punti kwantiċi bil-kadmju: waħda tikkonċerna l-użu fi stat solidu għall-illuminazzjoni (minn hawn 'il quddiem magħrufa bħala “tidwil”), l-oħra li tikkonċerna s-sistemi tal-iskrins;

J.

billi l-eżenzjoni 39(b) ġdida tikkonċerna biss l-iskrins;

K.

billi l-Kummissjoni tiddikjara b'mod espliċitu li l-LEDs bil-punti kwantiċi (bil-kadmju u bla kadmju) għat-tidwil għadhom mhumiex disponibbli, u tammetti li l-impatt ambjentali pożittiv tagħhom għalhekk ma setax jintwera; billi, madankollu, il-Kummissjoni estendiet l-eżenzjoni ġenerika għal applikazzjonijiet tat-tidwil ibbażati fuq il-punti kwantiċi bil-kadmju sat-30 ta' Ġunju 2017 biex l-industrija tad-dwal tkun tista' tapplika għal eżenzjoni speċifika billi tali applikazzjonijiet diġà jkunu fil-fażi ta' qabel il-produzzjoni;

L.

billi l-konsulenti indipendenti li vvalutaw l-applikazzjonijiet f'isem il-Kummissjoni kkonkludew li l-informazzjoni mogħtija ma ppermettietx konklużjoni li eżenzjoni għat-tidwil tkun ġustifikata fil-preżent, u għalhekk irrakkomandaw b'mod espliċitu li l-eżenzjoni ma tingħatax (2);

M.

billi l-informazzjoni informali ċċirkolata mill-Kummissjoni fit-12 ta' Mejju 2015 ma tbiddilx is-sitwazzjoni, peress li ma tingħata ebda prova tad-disponibbiltà ta' dawn il-prodotti fis-suq Ewropew u ma tingħata ebda valutazzjoni tal-proprjetajiet tagħhom mqabbla mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 5(1)(a);

N.

billi fin-nuqqas tad-disponibbiltà ta' prodotti tat-tidwil rilevanti, l-applikant ma setax jipprova li xi waħda mill-kundizzjonijiet tal-Artikolu 5(1)(a) ġiet issodisfata għall-użu tal-punti kwantiċi bil-kadmju fit-tidwil; billi għalhekk mhuwiex ġustifikat li tingħata estensjoni tal-eżenzjoni għat-tidwil;

O.

billi tali eżenzjoni tista' tkun rilevanti fil-futur, iżda tista' tingħata biss abbażi ta' valutazzjoni xierqa, li għadha ma saritx;

P.

billi, fid-Direttiva Delegata tagħha, il-Kummissjoni tat ukoll eżenzjoni speċifika ġdida għall-punti kwantiċi bil-kadmju fl-iskrins għaliex qalet li dawn diġà kienu qed jintużaw fl-iskrins, li dan ikollu impatt kumplessiv pożittiv minħabba l-konsum baxx tagħhom ta' enerġija, u li l-punti kwantiċi bla kadmju għadhom ma kinux teknikament disponibbli;

Q.

billi l-konsulenti indipendenti li vvalutaw l-applikazzjonijiet f'isem il-Kummissjoni rrakkomandaw f'April 2014 li tingħata eżenzjoni speċifika għall-punti kwantiċi bil-kadmju fl-iskrins għal perjodu iqsar minn dak li saret applikazzjoni għalih (sat-30 ta' Ġunju 2017, i.e. sena inqas mill-perjodu adottat mill-Kummissjoni), fid-dawl tal-fehim li l-applikazzjonijiet li jirriżultaw fit-tnaqqis tal-kwantitajiet ta' kadmju kif ukoll tas-sostituti bla kadmju huma fl-aħħar stadji tar-riċerka; billi, fi kliem ieħor, ir-rakkomandazzjoni kienet ibbażata fuq in-nuqqas ta' punti kwantiċi bla kadmju fl-iskrins f'dak iż-żmien;

R.

billi, madankollu, kien hemm żviluppi importanti tas-suq minn dak iż-żmien; billi fl-2015 wieħed mill-manifatturi ewlenin tat-televixins fid-dinja qiegħed linja sħiħa ta' mudelli ġodda ta' televixins fis-suq tal-Unjoni bbażati fuq il-punti kwantiċi bla kadmju, li huma disponibbli fil-ħwienet bl-imnut ewlenin f'diversi Stati Membri (fosthom il-Ġermanja, ir-Renju Unit u l-Belġju);

S.

billi, min-naħa l-oħra, jidher li m'għad hemm ebda televixin bil-punti kwantiċi bil-kadmju fis-suq tal-Unjoni, u billi huwa diffiċli li wieħed isib bejjiegħ bl-imnut li jkollu notebook wieħed li l-iskrin tiegħu huwa bbażat fuq it-teknoloġija tal-punti kwantiċi bil-kadmju;

T.

billi huwa mistenni li l-proprjetajiet ta' ffrankar tal-enerġija tal-punti kwantiċi bla kadmju huma simili għal dawk tal-punti kwantiċi bil-kadmju; billi, skont l-informazzjoni fuq l-ekotikketti, meta wieħed iqabbel televixins tal-istess daqs, skrin ta' televixin bil-punti kwantiċi bla kadmju jikkonsma anqas enerġija meta mqabbel ma' mudell ibbażat fuq il-punti kwantiċi bil-kadmju; billi skont informazzjoni mill-industrija, l-ittestjar tal-prestazzjoni tal-kuluri mqabbla mal-istandard rilevanti wera li hija ugwali, jekk mhux superjuri, għall-iskrins ibbażati fuq il-punti kwantiċi bla kadmju;

U.

billi l-ġustifikazzjoni ewlenija mill-Kummissjoni għall-għoti tal-eżenzjoni speċifika l-ġdida hija li “l-punti kwantiċi bla kadmju għad mhumiex teknikament disponibbli”;

V.

billi din il-ġustifikazzjoni hija inkorretta b'mod ċar, billi mhux talli l-punti kwantiċi bla kadmju huma teknikament disponibbli, iżda talli linja sħiħa ta' televixins ibbażati fuq din it-teknoloġija saret disponibbli b'mod wiesa' fis-suq tal-Unjoni, u qed jinbiegħu mingħand bejjiegħa bl-imnut ewlenin u magħrufin sew;

W.

billi l-informazzjoni informali ċċirkolata mill-Kummissjoni fit-12 ta' Mejju 2015 ma tbiddilx dik is-sitwazzjoni; billi l-eżempji elenkati mill-Kummissjoni għal prodotti bi skrins bil-punti kwantiċi bil-kadmju jew huma attwalment mhux disponibbli (TCL 55’’ TV), jew huma disponibbli biss fl-Istati Uniti (ASUS Notebook, Sony TVs), jew jikkonċernaw biss prodotti li għandhom jiġu varati (Konka, Philips, AOC);

X.

billi kemm l-estensjoni tal-eżenzjoni 39 attwali kif ukoll l-introduzzjoni ta' eżenzjoni 39(b) ġdida jonqsu milli jissodisfaw xi waħda mill-kundizzjonijiet tal-Artikolu 5(1)(a) u għalhekk mhumiex ġustifikati; billi perjodi ta' skadenza relattivament qosra ma jistgħux jiġġustifikaw nonkonformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 5(1)(a);

Y.

billi, skont l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva dwar ir-RoHS, l-eżenzjoni 39 eżistenti għandha tibqa' valida sa ma l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tat-tiġdid;

Z.

billi skont l-Artikolu 5(6) tad-Direttiva dwar ir-RoHS, f'każ li applikazzjoni għal tiġdid ta' eżenzjoni tiġi rrifjutata jew f'każ li tiġi rrevokata, il-perjodu ta' eżenzjoni għandu jiskadi mhux qabel 12-il xahar u mhux aktar tard minn 18-il xahar wara d-data tad-deċiżjoni;

AA.

billi rifjut tad-Direttiva Delegata għalhekk ma jipprojbixxix l-punti kwantiċi bil-kadmju, iżda jwassal biss għal valutazzjoni ġdida; billi għalhekk m'hemm l-ebda distorsjoni fis-suq, billi l-eżenzjoni attwali tibqa' valida sakemm tiġi rrevokata, filwaqt li perjodu ta' konċessjoni addizzjonali jingħata suċċessivament;

AB.

billi kien hemm żviluppi ġodda importanti fir-rigward tad-disponibbiltà kummerċjali ta' prodotti bbażati fuq teknoloġija ta' punti kwantiċi bla kadmju li jeħtieġu valutazzjoni ġdida;

1.

Joġġezzjona għad-direttiva delegata tal-Kummissjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u jinnotifikaha li d-direttiva delegata ma tistax tidħol fis-seħħ.

3.

Iqis li d-direttiva delegata tal-Kummissjoni tonqos milli tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva 2011/65/UE, għaż-żewġ eżenzjonijiet iddaħħal fil-punti 39(a) u 39(b) tal-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE;

4.

Iqis b'mod partikolari li l-ġustifikazzjoni mogħtija għall-eżenzjoni fil-punt 39(b) hija bbażata fuq sitwazzjoni antikwata fir-rigward tal-prattikabbiltà tas-sostituzzjoni tal-kadmju fil-punti kwantiċi; għalhekk jitlob li ssir rivalutazzjoni rapida tal-eżenzjoni eżistenti fil-punt 39 tal-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE mqabbla mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 5(1)(a) tagħha bl-għan li tiġi rrevokata;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni tressaq att delegat ġdid li jqis il-pożizzjoni tal-Parlament;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.

(2)  Öko-Institut, Fraunhofer, Eunomia (2014): Assistance to the Commission on technological socio-economic and cost-benefit assessment related to exemptions from the substance restrictions in electrical and electronic equipment (p. 89) – http://rohs.exemptions.oeko.info/fileadmin/user_upload/RoHS_IX/20140422_RoHS2_Evaluation_Ex_Requests_2013-1-5_final.pdf


27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/38


P8_TA(2015)0206

Deċiżjoni li ma' jiġix oppost att iddelegat: liċenzja għall-importazzjonijiet tal-etanol ta' oriġini agrikola

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 376/2008 fir-rigward tal-obbligu li titressaq liċenzja għall-importazzjonijiet tal-etanol ta' oriġini agrikola u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2336/2003 li jintroduċi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 670/2003 li jippreskrivi miżuri speċifiċi rigward is-suq fl-etil-alkol [etanol] ta' oriġini agrikola (C(2015)00861 – 2015/2580(DEA))

(2016/C 353/05)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2015)00861),

wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 177(1)(a), 223(2) u 227(5) tiegħu,

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi s-segwitu tad-data relatata mal-etanol ta' oriġini agrikola jiżgura kemm it-trasparenza kif ukoll l-għarfien rigward l-evoluzzjoni tas-suq, li għadu instabbli u li qed jiffaċċja kompetizzjoni qawwija, b'mod partikolari minħabba l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi;

B.

billi tali informazzjoni hija wkoll utli għall-aħħar fejn jidħlu negozjati għal ftehimiet internazzjonali u investigazzjonijiet antidumping;

C.

billi l-Eurostat ma jipprovdix tali informazzjoni preċiża, u dan ifisser li m'hemm l-ebda mod alternattiv kif l-operaturi, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jkunu konxji għalkollox dwar is-sitwazzjoni tas-suq;

1.

Joġġezzjona għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u jinnotifikaha li r-Regolament delegat ma jistax jidħol fis-seħħ;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/39


P8_TA(2015)0207

Liv tal-maternità

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-liv tal-maternità (2015/2655(RSP))

(2016/C 353/06)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 8 u 294 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (1) (id-Direttiva dwar il-Leave tal-Maternità),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva dwar il-Leave tal-Maternità (COM(2008)0637),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Ottubru 2010 bi ħsieb l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva dwar il-Leave tal-Maternità (2),

wara li kkunsidra id-dikjarazzjonijiet ripetuti tal-Parlament dwar dan is-suġġett, inkluża r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2015 dwar il-progress fl-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2013 (3),

wara li kkunsidra l-Ftehim interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet (4) kif ukoll dak li għandu joħroġ dalwaqt dwar l-istess suġġett,

wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-leave tal-maternità (O-000049/2015 – B8-0119/2015 u O-000050/2015 – B8-0120/2015),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tal-14 ta' April 2015 dwar, inter alia, id-dritt tal-Kummissjoni li tirtira proposta (Kawża C-409/13),

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-prinċipju ta’ trattament ugwali tan-nisa u tal-irġiel jimplika li ma jrid ikun hemm l-ebda diskriminazzjoni, diretta jew indiretta, inkluż abbażi tal-maternità, tal-paternità u tal-fatt li dak li jkun jerfa’ responsabbiltajiet familjari;

B.

billi l-istrateġija Ewropa 2020 għal ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklussiva tfisser miri ambizzjużi, bħal rata ta’ impjieg ta’ 75 % u tnaqqis tal-għadd ta’ persuni milquta jew mhedda mill-faqar u mill-esklużjoni soċjali b'tal-anqas 20 miljun sal-2020;

C.

billi hemm aktar nisa milli hemm irġiel li jbatu l-faqar u l-esklużjoni, speċjalment nisa ta' età akbar, li l-livell medju tal-pensjoni tagħhom huwa 39 % anqas min dak tal-irġiel, u ommijiet li jrabbu t-tfal waħedhom; billi x-xogħol part time u b'kuntratti għal żmien fiss jew temporanji huma aktar komuni fost in-nisa milli fost l-irġiel, u billi l-faqar tan-nisa huwa dovut, fil-parti l-kbira, għall-prekarjetà tal-impjiegi tagħhom;

D.

billi r-rata tat-twelid li qed tonqos fl-UE saret aktar gravi minħabba l-kriżi, peress li l-qgħad, iċ-ċirkostanzi prekarji, u l-inċertezza dwar il-futur u l-ekonomija qed ikollhom l-effett li l-koppji, u b’mod partikolari n-nisa żgħażagħ, qed jipposponu li jkollhom it-tfal, u b’hekk ikomplu jsaħħu t-tendenza, fl-UE kollha kemm hi, lejn it-tixjiħ tal-popolazzjoni;

E.

billi n-nisa fil-ġimgħa jqattgħu it-tripplu tal-ħin li jqattgħu l-irġiel fuq ħidma fid-dar (fost oħrajn f'li jieħdu ħsieb it-tfal, ix-xjuħ u l-persuni b'diżabilità, kif ukoll jagħmlu l-faċendi tad-dar); billi r-rata tal-qgħad tan-nisa tiġi stmata f'livell anqas minn dak reali tagħha, minħabba l-fatt li bosta nisa mhumiex irreġistrati bħala qiegħda, partikolarment dawk li jiddedikaw ruħhom eskulssivament biex jagħmlu l-faċendi tad-dar u jieħdu ħsieb it-tfal;

F.

billi, biex tintlaħaq l-ugwaljanza bejn is-sessi, huwa essenzjali li n-nisa u l-irġiel jaqsmu bejniethom ir-responsabbiltajiet għall-familja u d-dar; billi kwart tal-Istati Membri ma joffru l-ebda leave tal-paternità;

G.

billi l-Kunsill għadu ma rrispondiex uffiċjalment għall-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-proposta għal direttiva li temenda d-Direttiva dwar il-Leave tal-Maternità;

1.

Jiddeplora l-imblokk tan-negozjati fil-Kunsill rigward id-Direttiva dwar il-Leave tal-Maternità; iħeġġeġ lill-Istati Membri jissuktaw in-negozjati;

2.

Jiddeplora l-instabbiltà interistituzzjonali li tirriżulta mill-fatt li l-Kunsill naqas milli jaġixxi, peress li l-Parlament ikkonkluda l-ewwel qari tiegħu, mentri d-diskussjonijiet fil-Kunsill twaqqfu, biex b’hekk il-proċedura leġiżlattiva kollha sfat kompromessa;

3.

Itenni li lest itemm l-imblokk, u jitlob li l-Kummissjoni taqdi r-rwol tagħha ta’ 'intermedjarju onest' u taħdem b’mod kostruttiv mal-koleġiżlaturi bil-għan li tirrikonċilja l-pożizzjonijiet tal-Parlament u tal-Kunsill, filwaqt li tqis kif jixraq il-bilanċ bejn l-istituzzjonijiet u r-rwol mogħti lilha mit-Trattat;

4.

Jiddeplora l-fatt li r-reviżjoni proposta tad-direttiva tista' tiġi rtirata mill-Kummissjoni Ewropea bħala parti mill-eżerċizzju “REFIT”, u, jekk fl-aħħar mill-aħħar dan iseħħ, jitlob inizjattiva leġiżlattiva intiża biex tirrevedi d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE bħala alternattiva immedjata, li tibda taħt il-Presidenza Lussemburgiża tal-Kunsill, sabiex ittejjeb is-saħħa u s-sigurtà ta’ ħaddiema nisa tqal jew li jkunu welldu reċentement, jew li jkunu qed ireddgħu, u b’hekk tindirizza sfidi demografiċi filwaqt li wkoll tnaqqas l-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa;

5.

Jieħu nota li d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tal-14 ta' April 2015 dwar id-dritt tal-Kummissjoni li tirtira proposta (Kawża C-409/13), li terġa' tafferma l-kundizzjonijiet speċifiċi li l-Kummissjoni jeħtiġilha tissodisfa, inter alia dik li taqdi l-obbligu tagħha li tiddikjara r-raġunijiet għall-irtirar lill-Parlament u lill-Kunsill u li tirrispeta l-prinċipji tal-għoti tal-kompetenzi, tal-bilanċ istituzzjonali u tal-kooperazzjoni leali, kif stabbiliti fit-TUE;

6.

Itenni li lest ifassal abbozz ta’ direttiva separata li tistabbilixxi leave tal-paternità mħallas ta' tal-anqas għaxart ijiem tax-xogħol, u li tinkoraġġixxi miżuri, leġiżlattivi jew ta' xort’ oħra, li jippermettu lill-irġiel, u lill-missirijiet b'mod partikolari, jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jilħqu bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

7.

Jistenna l-valutazzjoni finali tad-Direttiva 2010/18/UE dwar il-leave tal-ġenituri u, fid-dawl tal-istudji interim disponibbli, jitlob reviżjoni ta’ dik id-direttiva għaliex mhijiex tilħaq il-mira tagħha li tirrikonċilja l-ħajja privata u dik tax-xogħol bil-għan li jintlaħaq bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għaż-żewġ ġenituri, u b’mod speċjali għan-nisa, li jintlaqtu mid-diverġenzi bejn is-sessi rigward il-pagi, il-pensjonijiet u l-faqar;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 348, 28.11.1992, p. 1.

(2)  ĠU C 70 E, 8.3.2012, p. 163.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2015)0050.

(4)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.


27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/41


P8_TA(2015)0208

Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-Lista ta' Kwistjonijiet adottata mill-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità b'rabta mar-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea (2015/2684(RSP))

(2016/C 353/07)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (is-CRPD) tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dħul fis-seħħ tagħha fl-UE fil-21 ta' Jannar 2011 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (1),

wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Kondotta bejn il-Kunsill, l-Istati Membri u l-Kummissjoni li jistabbilixxi arranġamenti interni għall-implimentazzjoni mill-Unjoni Ewropea kif ukoll ir-rappreżentanza tagħha relatata mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (2),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali kif ukoll il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali,

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titlu 'Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD) mill-Unjoni Ewropea' (SWD(2014)0182),

wara li kkunsidra l-Lista ta' Kwistjonijiet adottati mill-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità b'rabta mar-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea (3),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2010 bit-titlu 'Strateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020: Impenn mill-Ġdid għal Ewropa Mingħajr Ostakoli' (COM(2010)0636),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-mobilità u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020 (4),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Ombudsman Ewropew għall-2013,

wara li kkunsidra tal-Artikoli 2, 9, 10, 19 u 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 15, 21, 23 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, bħala ċittadini sħaħ, il-persuni b'diżabilità għandhom drittijiet ugwali u huma intitolati għal dinjità indiskutibbli, trattament ugwali, għajxien indipendenti u parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà;

B.

billi huwa stmat li 80 miljun ruħ fl-Unjoni Ewropea għandhom diżabilità;

C.

billi evidenza mill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tal-UE b'mod konsistenti turi li persuni b'diżabilità jħabbtu wiċċhom ma' diskriminazzjoni u ostakoli għall-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom fuq bażi ugwali ma' persuni oħra;

D.

billi l-persuni b'diżabilità jsawru wieħed mill-aktar gruppi vulnerabbli fis-soċjetà tagħna u billi l-integrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol tirrappreżenta waħda mill-akbar sfidi għall-politika soċjali u għall-politika tas-suq tal-impjiegi;

E.

billi l-inklużjoni sħiħa u l-parteċipazzjoni ugwali ta' persuni b'diżabilità jistgħu jintlaħqu biss billi jittieħed approċċ għad-diżabilità bbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem fil-livelli kollha tat-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki tal-UE, inkluż interistituzzjonalment, u billi l-Kummissjoni Ewropea dan għandha tqisu sewwa fi proposti futuri;

F.

billi skont l-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali, 21 mit-28 Stat Membru għadhom jimponu restrizzjonijiet fuq l-eżerċizzju sħiħ tal-kapaċità ġuridika;

G.

billi d-direttiva tal-UE kontra d-diskriminazzjoni ġiet proposta mill-Kummissjoni Ewropea fl-2008, iżda minkejja dan għadha mblukkata fil-Kunsill;

H.

billi l-prinċipji tas-CRPD jmorru ferm lil hinn mid-diskriminazzjoni u juru t-triq lejn it-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem min-naħa ta' kull persuna b'diżabilità f'soċjetà inklussiva, filwaqt li għandhom ukoll il-mira li jipprovdu l-protezzjoni u l-assistenza meħtieġa biex il-familji jkkunu jistgħu jikkontribwixxu għat-tgawdija sħiħa u ugwali tad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità;

I.

billi l-Unjoni Ewropea formalment irratifikat is-CRPD, li ffirmawh ukoll it-28 Stat Membru kollha tal-UE u rratifikawh 25 minnhom;

J.

billi kull sena l-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament jirċievi petizzjonijiet marbuta mad-diskriminazzjoni minħabba raġunijiet ta' diżabilità fl-aċċess għall-impjiegi, għall-impjieg indipendenti, għas-servizzi pubbliċi u għall-edukazzjoni;

K.

billi l-persuni b'diżabilità mhumiex grupp omoġenju, u billi l-politiki u l-azzjonijiet ippjanati f'isimhom għandhom iqisu dak in-nuqqas ta' omoġeneità, kif ukoll il-fatt li xi gruppi, bħalma huma n-nisa u tfal b'diżabilità u individwi li jeħtieġu sostenn aktar qawwi, iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet addizzjonali u ma' bosta forom ta' diskriminazzjoni;

L.

billi l-Parlament jeħtieġlu jqis il-fatt li d-dispożizzjonijiet tas-CRPD huma standards minimi li lill-istituzzjonijiet Ewropej jippermettulhom imorru lil hinn minnhom sabiex jipproteġu persuni b'diżabilità u jiġġieldu d-diskriminazzjoni;

M.

billi l-aċċess għax-xogħol, marbut ma' nuqqas ta' diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol, huwa element fundamentali għal ħajja awtodeterminata u indipendenti; billi, minkejja l-programmi, inizjattivi u strateġiji eżistenti kollha fil-livell ta' UE, ir-rata ta' impjieg għal persuni bejn l-20 u 64 hija ogħla minn 70 %, mentri r-rata ta' impjieg ta' persuni b'diżabilità hija taħt il-50 %; billi r-rata ta' impjieg għal nisa bla diżabilità hija 65 %, imqabbla ma' 44 % għal nisa b'diżabilità;

N.

billi l-impjieg imħallas huwa essenzjali sabiex persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jgħixu ħajja indipendenti, u billi l-Istati Membri għandhom għalhekk jagħmlu ħilithom biex il-persuni b'diżabilità jkollhom aċċess usa' għall-impjiegi, b'tali mod li dawn ikunu jistgħu jikkontribwixxu għas-soċjetà li jgħixu fiha, u bħala prekondizzjoni għandhom jipprovdu edukazzjoni inklussiva lit-tfal kollha b'diżabilità, inklużi tfal b'diffikultajiet biex jitgħallmu, ħalli jkollhom bażi edukattiva tajba mill-primarja 'l quddiem ħalli b'hekk ikunu jistgħu jsegwu kurrikulu li jkun jgħodd għall-abilitajiet ta' tagħlim tagħhom, u b'hekk ikollhom l-opportunità li jiżviluppaw karriera jew jiksbu impjieg tajjeb li jippermettilhom jgħixu ħajja indipendenti aktar 'il quddiem;

O.

billi l-kunċett ta' diżabilità huwa kunċett li qed jevolvi, li jirriżulta mill-interazzjoni bejn persuni li għandhom xi defiċjenza u ostakoli attitudinali u ambjentali li jfixklu l-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom fis-soċjetà fuq bażi ugwali mal-oħrajn u bl-istess dinjità;

P.

billi, fuq il-bażi tal-Artikolu 7 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR), matul il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni kollha tal-programmi ffinanzjati mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej trid titqies, b'mod partikolari, l-aċċessibilità għal persuni b'diżabilità, u billi l-istess kwistjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati fil-preparazzjoni u l-implimentazzjoni ta' fondi tal-UE oħra;

Q.

billi, f'xi Stati Membri, id-domanda għas-servizzi soċjali qiegħda tikber minħabba tibdiliet demografiċi u soċjetali, b'rati ogħla ta' qgħad, faqar u esklużjoni soċjali, inkluż nuqqas ta' servizzi ta' kwalità għal persuni b'diżabilità, fatt li qed iħalli effetti negattivi fuq il-kapaċità ta' dawn tal-aħħar biex jgħixu ħajja indipendenti, inklussiva u msejsa fuq bażi ta' ugwaljanza mal-oħrajn;

R.

billi l-legiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabilità għandha tiġi implimentata u infurzata aħjar biex il-persuni b'diżabilità kollha madwar l-UE jkollhom aktar aċċessibilità;

S.

billi l-Parlament jifforma parti mill-Qafas tal-UE li jippromwovi, jipproteġi u jissorvelja s-CRPD, bi qbil mal-Artikolu 33(2) tas-CRPD;

T.

billi bosta organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ssottomettew informazzjoni lill-Kumitat tas-CRPD bi rbit mal-Lista' ta' Kwistjonijiet;

U.

billi l-Kummissjoni, bħala l-punt fokali skont l-Artikolu 33(1) tas-CRPD, inħatret biex tirrispondi għal-Lista ta' Kwistjonijiet adottata mill-Kumitat tas-CRPD;

V.

billi l-Parlament huwa l-uniku korp tal-Unjoni Ewropea li huwa elett direttament u li jirrappreżenta liċ-ċittadini Ewropej, u għalhekk jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji ta' Pariġi, kif stipulat fl-Artikolu 33 tas-CRPD;

1.

Jassigura lill-Kumitat tas-CRPD li l-Parlament Ewropew sejjer iwieġeb għall-mistoqsijiet li huma indirizzati għalih direttament, filwaqt li wkoll sejjer iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis fehmiet il-Parlament hija u tfassal tweġibietha lill-Kumitat;

2.

Iqis li huwa deplorevoli li l-Kodiċi ta' Kondotta ġie adottat mill-Kummissjoni u l-Kunsill mingħajr l-involviment tal-Parlament, bir-riżultat li l-Parlament għandu kompetenzi limitati rigward il-monitoraġġ tas-CRPD;

3.

Jitlob li l-Kummissjoni tikkonsulta formalment dwar it-tweġiba għal-Lista ta' Kwistjonijiet mal-istituzzjonijiet u l-aġenziji kkonċernati kollha, inklużi l-Parlament, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman, u l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tal-UE;

4.

Jitlob li l-Kummissjoni tistieden lill-Qafas tal-UE jipparteċipa formalment fid-Djalogu Kostruttiv;

5.

Jenfasizza l-fatt li l-proposta għal direttiva kontra d-diskriminazzjoni madwar l-UE kollha kemm hi hija intiża biex tipproteġi lill-persuni b'diżabilità mid-diskriminazzjoni rigward ħarsien soċjali, kura tas-saħħa u (ri)abilitazzjoni, edukazzjoni u aċċess għal/provvista ta' beni u servizzi, pereżempju d-djar, it-trasport u l-assigurazzjoni; jiddeplora n-nuqqas ta' progress fi ħdan il-Kunsill rigward din il-proposta, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jaħdmu favur l-adozzjoni ta' pożizzjoni komuni mingħajr aktar dewmien;

6.

Jirrimarka li n-nuqqas ta' data u statistika diżaggregata b'rabta ma' gruppi ta' diżabilità speċifiċi huwa ostakolu għat-tfassil ta' politiki adegwati; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tiġbor u xxerred data statistika dwar id-diżabilità, diżaggregata skont l-età u s-sess, b'tali mod li jkun jista' jsir monitoraġġ tas-sitwazzjoni ta' persuni b'diżabilità madwar l-UE kollha f'oqsma rilevanti tal-ħajja ta' kuljum, u mhux biss fil-qasam tal-impjiegi;

7.

Jinnota li bosta organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ssottomettew informazzjoni lill-Kumitat tas-CRPD għal-Lista' ta' Kwistjonijiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għalhekk, tiżviluppa ulterjorment djalogu strutturat u tikkonsulta u tikkoopera ma' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil persuni b'diżabilità bħala parti mill-proċess ta' rieżami, inkluż fit-tfassil ta' risposta lill-Kumitat tas-CRPD dwar il-Lista ta' Kwistjonijiet tiegħu, u fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki tal-UE f'dan il-qasam;

8.

Jistieden lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma rratifikawx is-CRPD jagħmlu dan bla dewmien;

9.

Jitlob li l-Kummissjoni tippreżenta proposta ambizzjuża għal Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità, bl-involviment sħiħ ta' persuni b'diżabilità tul iċ-ċiklu leġiżlattiv u jisħaq fuq il-ħtieġa li din il-proposta tinkludi firxa sħiħa ta' oqsma ta' politika, fir-rigward tal-aċċessibilità ta' oġġetti u servizzi għaċ-Ċittadini Ewropej kollha, it-trawwim ta' għajxien indipendenti u l-inklużjoni sħiħa ta' persuni b'diżabilità, u l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' monitoraġġ u infurzar kontinwu, effikaċi u indipendenti;

10.

Jistieden lill-Istati Membnri jittrasponu fid-dritt nazzjonali l-obbligi derivati mill-Artikolu 12 tas-CRPD, bl-aktar mod speċifiku biex iħaffu kwalunkwe restrizzjoni fuq id-dritt tagħhom li jivvutaw u li jiġu eletti;

11.

Iħeġġeġ lill-Kunsill jaċċelera ħidmitu fuq il-proposta għal direttiva dwar l-aċċessibilità ta' siti tal-internet ta' korpi tas-settur pubbliku, bil-għan li tintlaħaq pożizzjoni komuni u jsir aktar progress lejn l-adozzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni, biex b'hekk titkattar l-aċċessibbilta ta' dokumenti, vidjos u sitit tal-internet u jkunu offruti formati u mezzi ta' komunikazzjoni alternattivi;

12.

Jirrakkomanda li fondi tal-UE jintużaw għall-promozzjoni tal-aċċessibilità u l-aċċessibilità elettronika għal persuni b'diżabilità u tat-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal dik ibbażata fil-komunità, għall-iżvilupp ta' servizzi soċjali u tas-saħħa ta' kwalità, għal investiment fit-tisħiħ tal-kapaċità għal organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil persuni b'diżabilità;

13.

Jieħu nota tar-risposti u l-azzjonijiet tiegħu rigward il-Lista ta' Kwistjonijiet imqajma bi rbit mar-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea bħala parti mir-rieżami tas-CRPD:

a.

Waqqaf grupp ta' ħidma għall-koordinament bejn il-kumitati kompost minn membri minn kull kumitat rilevanti, liema grupp organizza azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni miftuħa għall-persunal u għall-MPE, fosthom korsijiet tal-lingwa tas-sinjali bħala parti mit-taħriġ professjonali;

b.

Enfasizza l-ħtieġa ta' aċċessibilità rigward servizzi universali u n-numru ta' emerġenza 112 fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2011 (6) kif ukoll fid-dikjarazzjoni tas-17 ta' Novembru 2011 (7), tiegħu, li kienet punt importanti fl-iżvilupp tas-sistema e-Call inkorporata fil-vetturi;

c.

L-għadd ta' MPE b'diżabilità żdied b'mod sinifikanti bħala riżultat tal-elezzjonijiet tal-2014;

d.

Jimpenja ruħu li jaħdem b'mod attiv mal-atturi rilevanti sabiex isib soluzzjoni prammatika għall-adeżjoni mat-Trattat ta' Marrakech;

e.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE tittejjeb sabiex jiġi żgurat li l-persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jivvjaġġaw indipendentament bl-użu ta' kull tip ta' trasport, inkluż dak pubbliku;

f.

Jitlob li l-Kummissjoni tagħti l-ispjega mitluba dwar kif, f'leġiżlazzjoni attwali u futura, tista' tiżgura li persuni b'diżabilità jkollhom garanzija ta' opportunitajiet ugwali, drittijiet fundamentali, aċċess ugwali għas-servizzi u għas-suq tal-impjieg, u l-istess drittijiet u obbligi fl-aċċess għas-sigurtà soċjali bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru li fih huma koperti, bi qbil mal-prinċipju ta' trattament ugwali u nuqqas ta' diskriminazzjoni, b'tali mod li l-persuni b'diżabilità kollha jkunu jistgħu jgawdu d-dritt ta' moviment ħieles li għandu kull ċittadin tal-UE;

g.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw li l-aċċess għall-ġustizzja rigward il-leġiżlazzjoni tal-UE jkun f'konformità sħiħa mas-CRPD, sabiex id-drittijiet fundamentali jkunu aċċessibbli għal kulħadd;

14.

Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' kooperazzjoni politika aħjar fi ħdan il-Qafas tal-UE, inklużi r-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa sabiex ikun żgurat li jista' jwettaq il-kompiti tiegħu kif deskritti fid-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija, u jħeġġeġ lill-atturi fil-Qafas tal-UE sabiex jallokaw ir-riżorsi mitluba għat-twettiq ta' dan il-kompitu;

15.

Jilqa' l-inizjattiva tal-MPE li jitolbu li l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet fuq bażi regolari jfasslu rapport konġunt b'risposta għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tas-CRPD;

16.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35.

(2)  ĠU C 340, 15.12.2010, p. 11.

(3)  CRPD/C/EU/Q/1.

(4)  ĠU C 131 E, 8.5.2013, p. 9.

(5)  ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.

(6)  ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 1.

(7)  ĠU C 153 E, 31.5.2013, p. 165.


27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/46


P8_TA(2015)0209

Tifqigħa ta' Xylella fastidiosa li tolqot is-siġar taż-żebbuġ

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar it-tifqigħa tal-Xylella fastidiosa, marda li qed tolqot is-siġar taż-żebbuġ (2015/2652(RSP))

(2016/C 353/08)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti u l-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1),

wara li kkunsidra l-opinjonijiet xjentifiċi tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) dwar ir-riskju li Xylella fastidiosa tirrappreżenta għas-saħħa tal-pjanti fit-territorju tal-UE, flimkien ma' identifikazzjoni u evalwazzjoni tal-opzjonijiet ta' tnaqqis tar-riskju, ippubblikati fis-26 ta' Novembru 2013 u fis-6 ta' Jannar 2015,

wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2014, it-23 ta' Lulju 2014 u t-28 ta' April 2015 fir-rigward ta' miżuri li jimpedixxu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Xylella fastidiosa fl-Unjoni,

wara li kkunsidra r-rapporti mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju ta’ verifiki mwettqa fi Frar u f'Novembru 2014,

wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar it-tifqigħa tal-Xylella fastidiosa, marda li qed tolqot is-siġar taż-żebbuġ (O-000038/2015 – B8-0117/2015),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/128/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (2),

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi Xylella fastidiosa hija theddida immedjata u perikoluża immens għall-produzzjoni fin-Nofsinhar tal-Ewropa ta' ċerti għelejjel, inklużi s-siġar taż-żebbuġ, tal-lewż u tal-ħawħ, kif ukoll pjanti ornamentali; u billi skont it-tip ta' batterju hi theddida potenzjali għad-dwieli, is-siġar taċ-ċitru u għelejjel oħra, u billi din tista' twassal għal telf devastanti u mingħajr preċedent, b'konsegwenzi ekonomiċi, ambjentali u soċjali drammatiċi; billi r-razza tal-Xylella fastidiosa li qed tinfetta s-siġar taż-żebbuġ fir-reġjun tal-Pulja hi differenti mill-iżolati li qed jikkawżaw mard fid-dwieli jew fiċ-ċitru f’partijiet oħra tad-dinja;

B.

billi l-batterju diġà qed jikkawża ħsara serja fl-imsaġar taż-żebbuġ fir-reġun tal-Pulja fin-Nofsinhar tal-Italja, u potenzjalment qed jhedded għelejjel u reġjuni oħrajn;

C.

billi l-produzzjoni taż-żebbuġ hija waħda mill-aktar setturi agrikoli importanti tar-reġjun tal-Pulja, u tirrappreżenta 11,6 % (jew EUR 522 miljun) tal-valur totali tal-produzzjoni agrikola fir-reġjun u 30 % tal-valur tal-produzzjoni Taljana taż-żebbuġ fl-2013;

D.

billi l-preżenza tal-Xylella fastidiosa qed tikkawża ħsara ekonomika serja ħafna, mhux biss għall-produtturi taż-żebbuġ iżda wkoll għall-katina ta' produzzjoni sħiħa, inklużi impriżi li jipproduċu ż-żejt kemm kooperattivi u kif ukoll privati, kif ukoll għal attivitajiet marbuta mat-turiżmu u mat-tqegħid fis-suq;

E.

billi l-ewwel aħbar ta' tifqigħa tal-Xylella fastidiosa ngħatat mill-awtoritajiet Taljani fil-21 ta' Ottubru 2013, u minn dak iż-żmien għadd allarmanti ta' siġar ġew infettati;

F.

billi l-ispezzjonijiet imwettqa fl-Italja fi Frar u f'Novembru 2014 mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (FVO) tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari jikkonfermaw li s-sitwazzjoni marret għall-agħar b'mod drammatiku u li wieħed ma jistax jeskludi li l-batterju jkompli jinxtered;

G.

billi bħalissa m'hemm disponibbli l-ebda trattament għall-kura tal-pjanti morda, u l-pjanti milquta għandhom it-tendenza li jibqgħu infettati tul ħajjithom jew imutu malajr;

H.

billi għadd kbir ta' pjanti differenti, inklużi pjanti slavaġ asintomatiċi, jistgħu jġorru l-marda fl-Unjoni Ewropea;

I.

billi l-EFSA enfasizzat li, minħabba d-diffikultà biex jitwaqaf it-tixrid tal-Xylella fastidiosa ladarba tintlaqat żona ta' produzzjoni, għandha tingħata prijorità lil azzjonijiet ta' prevenzjoni ffokati fuq l-importazzjonijiet u fuq il-kontroll tat-tifqigħa tal-marda flimkien ma' tisħiħ tal-kondiviżjoni tar-riċerka;

1.

Jinnota li d-deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni li ttieħdu qabel April 2015 mill-Kummissjoni ffokaw l-aktar fuq azzjonijiet interni biex tiġi miġġielda t-tifqigħa u ma inkludewx miżuri b'saħħithom biex jimpedixxu li l-marda tidħol fl-Unjoni Ewropea minn pajjiżi terzi;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tieħu miżuri mmirati kontra l-Xylella fastidiosa biex timpedixxi l-importazzjoni ta' aktar materjal infettat fl-UE; jilqa' d-deċiżjoni meħuda f'April 2015 mill-Kummissjoni li twaqqaf l-importazzjoni ta' pjanti Coffea infettati mill-Costa Rica u l-Honduras, u jilqa' wkoll ir-restrizzjonijiet adottati fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' pjanti li joriġinaw minn żoni milquta f'pajjiżi terzi oħrajn; jitlob l-applikazzjoni, jekk meħtieġa, ta' miżuri aktar b'saħħithom, inkluża l-awtorizzazzjoni ta' importazzjonijiet biss minn siti ta' produzzjoni ħielsa mill-mard;

3.

Jiddispjaċih għall-fatt li, spiss, il-Kummissjoni ma tirreaġixxix malajr biżżejjed biex tevita d-dħul fl-UE ta' mard tal-pjanti minn pajjiżi terzi; iħeġġeġ, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tivverifika s-sors tal-infezzjoni u twettaq rieżami tas-sistema uffiċjali tal-UE għall-kontroll fitosanitarju bil-għan li tħares u tissalvagwardja t-territorju tagħna;

4.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, speċjalment minħabba l-fatt li dalwaqt jidħol is-sajf, biex tieħu miżuri aktar effettivi bil-għan li tevita t-tixrid tal-Xylella fastidiosa fl-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari billi tiffoka fuq l-aktar għelejjel fir-riskju, filwaqt li ma tittraskurax għelejjel oħra li wkoll jistgħu jintlaqtu b'mod serju mill-marda, u jenfasizza l-importanza tad-dispożizzjonijiet tal-Artiklu 9 tad-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-2005 f'dan ir-rigward;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkompensaw lill-produtturi għall-miżuri ta' qerda u t-telf tad-dħul – li jinvolvi telfiet mhux biss f'dik li hi produzzjoni agrikola, iżda wkoll f'dawk li huma attivitajiet relatati mal-wirt kulturali, l-istorja u t-turiżmu;

6.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet rilevanti biex jagħmlu użu mill-fondi u l-istrumenti kollha possibbli biex jgħinu fl-irkupru ekonomiku taż-żoni milquta; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika inċentivi għall-produtturi li jimplimentaw miżuri preventivi;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li jkunu disponibbli biżżejjed riżorsi finanzjarji u umani għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji rilevanti, inkluż appoġġ finanzjarju sabiex il-bdiewa jkunu jistgħu japplikaw prattiki agrikoli xierqa għall-ġestjoni tal-Xylella fastidiosa u l-insetti li jġorru l-batterji tagħha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi sforzi ta' riċerka intensifikata mingħajr dewmien, fosthom billi jiżdied in-netwerking internazzjonali u billi tagħmel il-fondi disponibbli għall-istituti ta' riċerka, bil-għan li jiżdied l-għarfien xjentifiku dwar Xylella fastidiosa u li tkun identifikata n-natura tar-rabta bejn il-patoġenu, is-sintomi u l-iżvilupp tal-marda;

8.

Jenfasizza l-ħtieġa li jsiru kampanji ta’ tagħrif f’żoni potenzjalment affettwati tal-UE sabiex jissensibilizzaw lil dawk involuti mhux biss fis-settur agrikolu imma wkoll fis-settur tal-ortikultura, inkluż il-bejjiegħa bl-imnut ta’ pjanti ornamentali, ġardinara professjonali u l-klijenti tagħhom;

9.

Iqis li, speċjalment fid-dawl tal-fatt li dalwaqt jidħol is-sajf, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwissu lill-vjaġġaturi dwar ir-riskji tal-introduzzjoni ta' pjanti infettati minn pajjiżi milquta mill-Xylella fastidiosa fl-UE;

10.

Jappella għal aktar mezzi disponibbli biex tiġi żgurata d-detezzjoni ta' organiżmi li jagħmlu l-ħsara fil-punti ta' dħul fl-UE; iħeġġeġ, barra minn hekk, lill-Istati Membri jżidu l-għadd ta' spezzjonijiet regolari bil-għan li jimpedixxu t-tixrid tal-Xylella fastidiosa 'l barra miż-żoni demarkati;

11.

Jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi bażi tad-data miftuħa, flimkien ma' lista ta' istituzzjonijiet u awtoritajiet kompetenti fil-livell tal-UE u fil-livell tal-Istati Membri, għall-iskambju ta' informazzjoni u esperjenza, inklużi l-aħjar prattiki, kif ukoll għat-twissija rapida lill-awtoritajiet kompetenti u t-teħid ta' miżuri neċessarji;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni biex, b'mod trasparenti, tfassal abbozz ta' linji gwida komprensivi għall-implimentazzjoni ta' miżuri preventivi u ta' kontroll tal-mard, flimkien ma' indikazzjonijiet ċari tal-kamp ta' applikazzjoni u t-tul ta' żmien tagħhom, abbażi tal-esperjenza eżistenti u l-aħjar prattiki, li jistgħu jintużaw bħala għodda min-naħa tal-awtoritajiet u s-servizzi kompetenti fl-Istati Membri;

13.

Jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament kull sena, jew fi kwalunkwe mument jekk is-sitwazzjoni tevolvi, dwar it-theddida lill-produtturi tal-UE mill-Xylella fastidiosa u ta' organiżmi oħra li huma ta' periklu għall-produzzjoni agrikola;

14.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71.


Il-Ħamis 21 ta’ Mejju 2015

27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/49


P8_TA(2015)0210

Iż-Żimbabwe, il-każ tad-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Itai Dzamara

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2015 dwar iż-Żimbabwe, il-każ tad-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Itai Dzamara (2015/2710(RSP))

(2016/C 353/09)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar iż-Żimbabwe, partikolarment dik ta 7 ta' Frar 2013 (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet lokali tal-UE dwar il-ħtif ta’ Itai Dzamare tal-11 ta' Marzu 2015 u tad-9 ta' April 2015,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, f’isem l-UE, tad-19 ta' Frar 2014 dwar ir-reviżjoni tar-relazzjonijiet bejn l-UE u ż-Żimbabwe,

wara li kkunsidra d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2014/98/PESK tas-17 ta' Frar 2014 (2) u 2015/277/PESK tad-19 ta' Frar 2015 (3) li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar il-miżuri restrittivi imposti kontra ż-Żimbabwe,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-kelliem għall-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) tat-18 ta' Jannar 2013 dwar l-attakki reċenti fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem qabel l-elezzjonijiet,

wara li kkunsidra l-Ftehim Politiku Globali (GPA) iffirmat fl-2008 mit-tliet partiti politiċi ewlenin, jiġifieri ZANU PF, MDC-T u MDC,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta' Lulju 2012 dwar iż-Żimbabwe u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/124/PESK tas-27 ta' Frar 2012 (4) dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe,

wara li kkunsidra l-Karta Afrikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli tas-27 ta' Ġunju 1981, li ż-Żimbabwe rratifikaha,

wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni taż-Żimbabwe,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Cotonou,

wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi, skont rapporti, fid-9 ta' Marzu 2015, Itai Dzamara, attivist prominenti tad-drittijiet tal-bniedem fiż-Żimbabwe, mexxej tal-moviment Occupy Africa Unity Square u dissident fil-konfront tal-President Mugabe, safa maħtuf minn ħamest irġiel armati u mhux identifikati fis-subborgi ta' Harare; billi sal-lum għad mhuwiex magħruf fejn jinsab u hemm tħassib serju dwar is-sikurezza tiegħu u dwar il-protezzjoni ta' drittijietu;

B.

billi, fix-xhur qabel il-ħtif tiegħu, is-Sur Dzamara kien mexxa għadd ta' protesti paċifiċi kontra s-sitwazzjoni politika u ekonomika taż-Żimbabwe, li sejra għall-agħar; billi jumejn qabel, is-Sur Dzamara indirizza dimostrazzjoni politika organizzata mill-partit tal-oppożizzjoni Movement for Democratic Change – Tsvangirai (MDC-T), meta ħeġġeġ li jsiru protesti tal-massa kontra d-deterjorament tar-ripressjoni u tal-qagħda ekonomika fil-pajjiż, u talab ir-riżenja tal-President Mugabe flimkien ma' riformi fis-sistema elettorali;

C.

billi, sal-lum, il-gvern baqa' sieket dwar l-għejbien tas-Sur Dzamara, fatt li ta lok għal suspetti fl-opinjoni pubblika dwar responsabbiltà possibbli tal-Istat; billi l-partit fil-gvern, ZANU-PF, jiċħad l-għejbien furzat tiegħu u qed jiddenunzja l-ġrajja bħala att finta min-naħa tal-partiti tal-oppożizzjoni;

D.

billi deċiżjoni tal-Qorti Superjuri tat-13 ta' Marzu 2015 ordnat lill-awtoritajiet taż-Żimbabwe jorganizzaw tfittxija għas-Sur Dzamara u jirrappurtaw lill-Qorti kull ġimagħtejn dwar il-progress li jkun sar sa ma jiġi ddtereminat fejn jinsab; billi sal-lum din id-deċiżjoni tal-Qorti Suprema ġiet injorata minn dawk l-awtoritajiet li għandhom ir-responsabbilta li jieħdu azzjoni fuqha, u billi l-awtoritajiet statali għadhom ma ottemperawx ruħhom ma' din id-deċiżjoni;

E.

billi s-Sur Dzamara kien safa attakkat bosta drabi minn sostenituri tal-partit fil-gvern, ZANU-PF, u minn uffiċjali tal-pulizija lebsin l-uniformi; billi f'Novembru 2014, madwar 20 pulizija lebsin l-uniformi mmanettjaw lis-Sur Dzamara u sawtuh sa ma ntilef minn sensih, filwaqt li attakkaw ukoll lill-avukat tiegħu, Kennedy Masiye;

F.

billi 11-il ruħ ġew detenuti f’Harare fis-27 ta' April 2015 wara li kienu ħadu sehem f’purċissjoni b’appoġġ għal Itai Dzamara li kien għeb; billi l-attivisti ġew arrestati u nżammu għal sitt sigħat;

G.

billi, wara l-għejbien tiegħu, martu Sheffra Dzamara rrikorriet lill-Qorti Suprema f'Harare biex iġġiegħel lill-pulizija u lis-Central Intelligence Organisation (CIO) jagħmlu tiftix għal żewġha; billi, tul is-smigħ, il-pulizija u s-CIO ċaħdu li kellhom kwalunkwe għarfien dwar fejn kien jinsab Dzamara; billi Sheffra Dzamara rrappurtat fil-bidu ta' April li rġiel mhux identifikati kienu qed iżommuha taħt sorveljanza kostanti u li kienet tħoss li ħajjitha mhedda;

H.

billi s-sitwazzjoni attwali fiż-Żimbabwe f’dak li għandu x’jaqsam mad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija qed tmur għall-agħar, u billi l-ħin kollu jsiru rapporti dwar fastidju u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti u membri tas-soċjetà ċivili fiż-Żimbabwe;

I.

billi l-pulizija spiss jabbużaw mil-liġijiet eżistenti, bħalma huma l-Att dwar l-Ordni Pubbliku u s-Sigurtà Pubblika (POSA) u l-Att dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tal-Privatezza (AIPPA), biex jipprojbixxu laqgħat u assemblej pubbliċi legali;

J.

billi l-libertajiet ta' għaqda, ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni huma komponenti essenzjali ta’ kwalunkwe demokrazija;

K.

billi, fi Frar 2015, l-UE ssuktat l-għajnuna tagħha liż-Żimbabwe, fil-forma ta' Programm Nazzjonali Indikattiv ta' EUR 243 miljun intiż biex jgħin liż-Żimbabwe jsir pajjiż aktar demokratiku u prosperu, filwaqt li l-Kunsill Ewropew iddeċieda li jżomm uħud mis-sanzjonijiet li kien impona fuq iż-Żimbabwe; billi biss il-President Robert Mugabe, martu u kumpanija tad-difiża waħda għadhom soġġetti għall-friża tal-beni u l-projbizzjoni tal-ivvjaġġar; billi għadu japplika wkoll embargo tal-UE fuq l-armi;

L.

billi, fis-16 ta' Marzu 2013, ġiet adottata b'referendum Kostituzzjoni ġdida, bil-għan iddikjarat li tnaddaf il-politika, iżda billi fil-prattika l-progress huwa kajman u s-sitwazzjoni tad-drittijijet tal-bniedem għadha vulnerabbli;

1.

Jikkundanna bil-qawwa l-għejbien furzat tad-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Itai Dzamara u jitlob li jinħeles minnufih u bla kundizzjonijiet;

2.

Iħeġġeġ lill-gvern taż-Żimbabwe jieħu kull miżura meħtieġa biex isib lis-Sur Dzamara u jtella' lil dawk kollha responsabbli quddiem il-ġustizzja; jistieden lill-gvern jottempera ruħu bis-sħiħ mad-deċiżjoni tal-Qorti Superjuri li tordnalu jfittex għas-Sur Dzamara;

3.

Jistieden lill-awtoritajiet taż-Żimbabwe jiżguraw is-sikurezza u s-sigurtà ta’ martu u tal-familja, il-kollegi u s-sostenituri tiegħu;

4.

Huwa mħasseb profondament dwar rapporti minn organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem rigward żieda ta' vjolenza u fastidju kontra l-oppożizzjoni politika, kif ukoll rigward każijiet gravi ta' restrizzjoni u intimidazzjoni li qed iħabbtu wiċċhom magħhom id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, li spiss jissawtu mill-pulizija u jiġu arrestati fuq kapi ta' akkuża foloz; jiddispjaċih li, mill-aħħar elezzjonijiet 'il hawn u mill-adozzjoni tal-Kostituzzjoni l-ġdida fl-2013, ftit li xejn sar progress rigward l-istat tad-dritt, u b'mod partikolari lejn riforma tal-ambjent tad-drittijiet tal-bniedem;

5.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet taż-Żimbabwe jinvestigaw allegazzjonijiet ta’ użu eċċessiv tal-forza u abbużi oħra tad-drittijiet tal-bniedem mill-pulizija u minn uffiċjali tal-Istat, u li jżommuhom responsabbli;

6.

Ifakkar fir-responsabbiltà komprensiva tal-gvern taż-Żimbabwe li jiżgura s-sikurezza taċ-ċittadini kollha tiegħu; jistieden lill-awtoritajiet taż-Żimbabwe jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, tal-Karta Afrikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli u tal-istrumenti reġjonali tad-drittijiet tal-bniedem irratifikati miż-Żimbabwe;

7.

Ifakkar li, skont il-Ftehim Politiku Globali (GPA), iż-Żimbabwe impenja ruħu li jiżgura li kemm il-leġiżlazzjoni kif ukoll il-proċeduri u l-prattiki tiegħu jkunu konformi mal-prinċipji u l-liġijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-libertajiet ta’ għaqda, ta’ assoċjazzjoni u ta’ espressjoni;

8.

Jirrikonoxxi l-istabbiliment tal-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem taż-Żimbabwe, iżda huwa preokkupat li ma ngħatat l-ebda kapaċità sinifikanti li biha taġixxi b’mod indipendenti u tilħaq l-objettivi tagħha rigward il-kwistjonijiet urġenti dwar id-drittijiet tal-bniedem li l-pajjiż qed iħabbat wiċċu magħhom;

9.

Jitlob, għaldaqstant, azzjoni koordinata mill-komunità internazzjonali, b'mod partikolari mill-Komunità għall-Iżvilupp tal-Afrika tan-Nofsinhar (Southern African Development Community, SADC); iqis li din l-organizzazzjoni reġjonali għandha rwol importanti bħala garanti tal-GPA, filwaqt li jinsisti, inter alia, fuq l-implimentazzjoni tal-ftehim u b'mod partikolari tal-Artikolu 13 tiegħu, biex jiġi żgurat li l-azzjonijiet tal-pulizija u tal-forzi tas-sigurtà l-oħra ma jkunux partiġjani;

10.

Iħeġġeġ lill-Gvern taż-Żimbabwe u lill-President Mugabe jottemperaw ruħhom mal-obbligi internazzjonali tagħhom u mad-dispożizzjonijiet tat-trattati internazzjonali li ġew iffirmati miż-Żimbabwe u li jiggarantixxu r-rispett tal-istat tad-dritt u t-twettiq tad-drittijiet ċivili u politiċi;

11.

Jitlob li l-UE tintensifika d-djalogu politiku tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem fuq il-bażi tal-Artikolu 8 tal-Ftehim ta’ Cotonou, u b’mod partikolari li tħeġġeġ lill-Gvern jirrevoka jew jemenda b’mod xieraq l-Att dwar l-Ordni Pubbliku u s-Sigurtà Pubblika u l-Att dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tal-Privatezza, b'mod li jintemm l-abbuż tagħhom;

12.

Jiddeplora n-nuqqas ta’ klawsola qawwija u infurzabbli dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (EPA) interim konkluż ma’ erba’ Stati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar (ESA), inkluż iż-Żimbabwe;

13.

Jieħu nota tat-tneħħija ta’ sanzjonijiet deċiża mill-UE, u jappoġġja l-miżuri mmirati li għadhom fis-seħħ kontra l-President u martu, kif ukoll l-embargo fuq l-armi, li huma risposta għas-sitwazzjoni politika u tad-drittijiet tal-bniedem fiż-Żimbabwe;

14.

Jemmen li l-promozzjoni tad-demokrazija u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt huma essenzjali biex iż-Żimbabwe jsir pajjiż ħieles u prosperu;

15.

Jitlob li d-Delegazzjoni tal-UE f'Harare tkompli toffri l-assistenza tagħha liż-Żimbabwe bil-għan li ttejjeb is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jinsisti li l-UE jeħtiġilha tiżgura li l-finanzjament għall-iżvilupp fiż-Żimbabwe jindirizza b'mod effikaċi l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni, partikolarment permezz ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u li r-riformi politiċi u ekonomiċi li tiffinanzja jiġu implimentati;

16.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-SEAE, lill-Gvern u lill-Parlament taż-Żimbabwe, lill-Gvernijiet tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika, lill-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana, lill-Parlament Pan-Afrikan, lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE u lis-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2013)0059.

(2)  ĠU L 50, 20.2.2014, p. 20.

(3)  ĠU L 47, 20.2.2015, p. 20.

(4)  ĠU L 54, 28.2.2012, p. 20.


27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/52


P8_TA(2015)0211

Il-qagħda ta’ rifuġjati Rohingya, inklużi l-oqbra tal-massa fit-Tajlandja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2015 dwar il-qagħda ta’ rifuġjati Rohingya, inklużi l-oqbra tal-massa fit-Tajlandja (2015/2711(RSP))

(2016/C 353/10)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Myanmar/Burma u r-Rohingya, b'mod partikolari dawk tal-20 ta' April 2012 (1), it-13 ta' Settembru 2012 (2), it-22 ta' Novembru 2012 (3) u t-13 ta' Ġunju 2013 (4), u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2013 dwar l-introduzzjoni mill-ġdid tal-aċċess tal-Mjanmar/Burma għall-preferenzi fit-tariffi ġeneralizzati (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2009 dwar is-sitwazzjoni tar-rifuġjati mill-Burma fit-Tajlandja (6),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Aġenzija għar-Rifuġjati tan-NU (UNHCR) tas-6 ta' Mejju 2015 dwar l-oqbra tal-massa Rohingya fit-Tajlandja,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta' Diċembru 1948,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) tal-1966,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati u l-Protokoll tal-1967 tagħha,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja, partikolarment il-paragrafi 13, 15, 16 u 18 tagħha,

wara li kkunsidra l-appell tal-UNHCR tal-15 ta' Mejju 2015 lill-gvernijiet reġjonali biex iwettqu operazzjonijiet ta' tfittxija u salvataġġ, li fih hija wissiet dwar “diżastru umanitarju potenzjali”,

wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi fi kriżi dejjem ikbar madwar ir-reġjun kollu, huwa stmat li eluf ta' Rohingya u rifuġjati oħra għadhom bil-Baħar Andaman u fil-Fliegu ta' Malacca, xi wħud abbandunati mit-traffikanti tagħhom bi ftit li xejn ilma u ikel, u qed jintefgħu lura l-baħar meta d-dgħajjes tagħhom jidħlu fl-ilmijiet territorjali;

B.

billi fl-1 u l-4 ta' Mejju 2015, il-pulizija militari skopriet il-kadavri ta' mill-inqas 30 Musulman etniku Rohingya f'kamp ta' traffikar tal-bnedmin issuspettat fid-distrett ta' Sadao tal-Provinċja ta' Songkhla, qrib il-fruntiera bejn it-Tajlandja u l-Mależja; billi kamp ieħor b'mill-inqas 5 oqbra oħrajn instab xi ftit jiem wara;

C.

billi r-Rohingya għadhom qed ibatu minn persekuzzjoni u diskriminazzjoni, u għadhom qed jiġu deprivati b'mod arbitrarju miċ-ċittadinanza tagħhom tal-Myanmar/Burma, u għalhekk jinsabu mingħajr stat; billi fl-1 ta’ April 2015, il-Gvern tal-Myanmar/Burma rtira l-karti tal-identità temporanji tagħhom, u b'hekk iċċaħħdu mid-drittijiet tal-vot; billi l-impunità għadha għaddejja f'każijiet ta' delitti u atroċitajiet kontrihom;

D.

billi r-Rohingya telqu mill-Myanmar/Burma f’numri kbar minħabba li tfaqqigħ ta’ vjolenza fl-2012 ħalla l-viċinati meqruda u mijiet ta’ nies mejta; billi ħafna minn dawk li ħarbu waqgħu f’idejn gruppi tat-traffikar li joperaw fi ħdan il-Bajja ta’ Bengal;

E.

billi skont ir-rapport perjodiku tal-UNHCR tat-8 ta' Mejju 2015, madwar 25 000 ruħ Rohingya u mill-Bangladexx telgħu fuq dgħajjes ta' traffikanti bejn Jannar u Mejju 2015; billi dan jammonta għal kważi d-doppju tal-persuni li għamlu dan tul l-istess perjodu fl-2014;

F.

billi bosta eluf ta’ Rohingya ħarbu bil-baħar biex jeħilsu mill-persekuzzjoni, u billi mijiet tilfu ħajjithom f’dgħajjes li għerqu jew minħabba li ġew mitfugħa lura fil-baħar;

G.

billi mir-repressjoni, it-traffikanti tal-bnedmin bdew jieħdu rotot tal-baħar; billi hemm għadd dejjem jikber ta' każijiet ta' migranti li jitħallew fil-baħar mit-traffikanti tagħhom;

H.

billi eluf ta' persuni Rohingya u migranti oħra għadhom qed jiġu ttraffikati minn ġot-Tajlandja u minn pajjiżi oħra tar-reġjun mit-traffikanti tal-bnedmin, f'xi każijiet bl-inklużjoni ta' awtoritajiet lokali korrotti Tajlandiżi, u jiġu miżmuma f'kundizzjonijiet inumani f'kampijiet fil-ġungla fin-Nofsinhar tat-Tajlandja, fejn jiġu ttorturati, imġewħa u msawta sal-mewt biex jinkiseb ħlas għalihom mill-familji tagħhom, jew jinbiegħu fi skjavitù;

I.

billi l-UNHCR talbet rispons konġunt wara s-sejba tal-oqbra tal-massa ta' Rohingya fit-Tajlandja, u ħeġġet lill-pajjiżi fir-reġjun biex isaħħu l-kooperazzjoni kontra t-traffikar u l-miżuri tagħhom kontra t-traffikar filwaqt li jiżguraw il-protezzjoni tal-vittmi;

J.

billi l-kwistjoni tar-Rohingya ma ġietx diskussa matul is-26 Samit reċenti tal-ASEAN, li sar mis-26 sat-28 ta' April 2015 fil-Mależja;

K.

billi mill-2010 sal-2015, id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili (ECHO) ipprovda madwar EUR 57,3 miljun f'għajnuna umanitarja lill-persuni vulnerabbli fl-Istat ta' Rakhine; billi fl-2015, l-ECHO qed jiffinanzja proġetti madwar l-Istat ta’ Rakhine biex jindirizzaw uħud mill-aktar bżonnijiet urġenti fost ir-Rohingya fil-bliet żgħar fit-Tramuntana, inklużi l-ikel u n-nutrizzjoni, servizzi tas-saħħa bażiċi kif ukoll il-provvista ta’ oġġetti domestiċi bażiċi oħra, u l-appoġġ tal-popolazzjoni spostata mill-2012;

L.

billi l-ECHO alloka EUR 325 000 lill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) sa mill-2013 biex din tipprovdi ikel, oġġetti tad-dar bażiċi, kura tas-saħħa u protezzjoni lil madwar 3 000 Rohingya irġiel, nisa u tfal miżmuma fit-Tajlandja;

1.

Jesprimi tħassib serju dwar is-sitwazzjoni tar-rifuġjati Rohingya u l-kriżi umanitarja li qed isseħħ bħalissa fl-ibħra u fl-ilmijiet territorjali bejn il-Myanmar, il-Bangladexx, it-Tajlandja u l-Indoneżja, u jinsab ixxukkjat bis-sejbiet wara l-eżumazzjonijiet reċenti ta’ għexieren ta’ kadavri minn oqbra tal-massa qrib il-kampijiet tat-traffikar tal-bniedem fin-Nofsinhar tat-Tajlandja; jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-familjari tal-vittmi;

2.

Jistieden lill-awtoritajiet Tajlandiżi jwettqu investigazzjonijiet kriminali immedjati, sħaħ u kredibbli ta’ oqbra tal-massa tal-Musulmani Rohingya, u jekk ikun meħtieġ b'assistenza tan-NU, jiżguraw li dawk responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja;

3.

Jilqa' r-rikonoxximent min-naħa tal-Gvern Tajlandiż tal-problema tat-traffikar tal-bnedmin fit-Tajlandja u fir-reġjun, u tal-kompliċità ta' ċerti awtoritajiet korrotti fit-traffikar tal-bnedmin; jistieden lill-Gvern tat-Tajlandja u l-uffiċjali tiegħu jtemmu kull kompliċità ma’ klikek kriminali tat-traffikar tal-persuni Rohingya u migranti oħra fit-Tajlandja;

4.

Jistieden lill-pajjiżi kollha fir-reġjun biex isaħħu l-kooperazzjoni kontra t-traffikar u dwar miżuri kontra t-traffikar filwaqt li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-vittmi; jenfasizza r-rwol importanti li jista’ jkollha f’dan ir-rigward l-ASEAN; iħeġġeġ lill-gvernijiet ta' stati fir-reġjun biex jieħdu sehem fil-laqgħa reġjonali li jmiss dwar is-sitwazzjoni b'rabta mal-migranti, li se ssir fit-Tajlandja fid-29 ta' Mejju 2015 f'Bangkok; jilqa' t-tfassil tal-Konvenzjoni tal-ASEAN kontra t-Traffikar tal-Bnedmin, Speċjalment tan-Nisa u t-Tfal (ACTIP), li għandha tiġi appoġġata mill-mexxejja tal-ASEAN matul l-2015;

5.

Jistieden lill-pajjiżi kollha fir-reġjun jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Istatus tar-Rifuġjati u jipprovdu lil persuni Rohingya li qed ifittxu asil mill-inqas bi protezzjoni temporanja, filwaqt li jappoġġaw lill-Gvern Burmiż fit-tiftix ta’ soluzzjonijiet ekwitabbli u fit-tul għall-kawżi sottostanti;

6.

Jitlob ukoll lill-Gvern tal-Myanmar/Burma jibdel il-politiki tiegħu u jadotta l-miżuri kollha meħtieġa biex tintemm il-persekuzzjoni u d-diskriminazzjoni tal-minoranza Rohingya; itenni t-talbiet tiegħu għal emenda jew revoka tal-Liġi taċ-Ċittadinanza tal-1982 biex ikun żgurat li r-Rohingya jkollhom aċċess indaqs għaċ-ċittadinanza tal-Myanmar/Burma;

7.

Jilqa' d-dikjarazzjoni li waslet tard ħafna tat-18 ta' Mejju 2015 mill-kelliem tal-partit tal-oppożizzjoni ta' Aung San Suu Kyi, il-Liga Nazzjonali għad-Demokrazija (NLD), fejn intqal li l-Gvern tal-Myanmar/Burma għandu jagħti ċittadinanza lill-minoranza Rohingya;

8.

Iħeġġeġ lill-mexxejja tal-Indoneżja, tal-Mależja u tat-Tajlandja jqiegħdu bħala prijorità ewlenija tagħhom is-salvataġġ ta' migranti u rifuġjati abbandunati f'dgħajjes fil-Bajja ta' Bengal u fil-Baħar Andaman, u jilqa' d-dikjarazzjoni tal-Mależja u l-Indoneżja tal-20 ta' Mejju 2015 li se jagħtu rifuġju temporanju lill-migranti li jinsabu fl-ibħra;

9.

Jilqa' l-għajnuna pprovduta mill-Unjoin Ewropea u minn organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-UNHCR lir-Rohingya fil-Myanmar/Burma u fit-Tajlandja, u l-għajnuna umanitarja tal-UE lill-persuni spustati internament fl-Istat ta' Arakan/Rakhine, lil Rohingya mingħajr dokumenti u lil popolazzjonijiet ospitanti vulnerabbli fil-Bangladexx, u lil migranti Rohingya u mill-Bangladexx li bħalissa huma miżmuma f'ċentri ta' detenzjoni tal-migranti (irġiel) jew ċentri ta' welfare soċjali (nisa u tfal) fit-Tajlandja;

10.

Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jindirizza din il-kwistjoni fl-ogħla livell politiku possibbli fil-kuntatti tiegħu mal-Myanmar/Burma u ma’ pajjiżi oħra membri tal-ASEAN;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u l-Parlament tal-Myanmar/Burma, lill-Gvern u l-Parlament tat-Tajlandja, lis-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN), lill-Kummissjoni Intergovernattiva dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-ASEAN, lir-Rappreżentant Speċjali tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Myanmar, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Refuġjati, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta’ stati oħra fir-reġjun.


(1)  ĠU C 258 E, 7.9.2013, p. 79.

(2)  ĠU C 353 E, 3.12.2013, p. 145.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2012)0464.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2013)0286.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2013)0228.

(6)  ĠU C 67 E, 18.3.2010, p. 144.


27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/55


P8_TA(2015)0212

Is-Sważiland, il-każ tal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem Thulani Maseko u Bheki Makhubu

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2015 dwar is-Sważiland, il-każ tal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem Thulani Maseko u Bheki Makhubu (2015/2712(RSP))

(2016/C 353/11)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

wara li kkunsidra l-Karta Afrikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli,

wara li kkunsidra l-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali tas-Sważiland tas-sena 2000 (emendat),

wara li kkunsidra l-Programm għall-Pajjiż għal Xogħol Diċenti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) għas-Sważiland,

wara li kkunsidra l-Eżami Perjodiku Universali (EPU) tas-Sważiland qabel il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, li sar fl-4 ta' Ottubru 2011,

wara li kkunsidra s-Sistema ta' Preferenzi Ġeneralizzati (SPĠ) tal-UE, kif approvata mill-Parlament fil-31 ta' Ottubru 2012,

wara li kkunsidra l-istqarrija tal-UE li saret waqt il-103 sessjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar ix-Xogħol f'Ġinevra fis-6 ta' Ġunju 2014,

wara li kkunsidra l-istqarrija li saret mill-Kelliem tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà fit-30 ta' Lulju 2014 dwar is-sentenza mogħtija lill-editur tal-magażin The Nation Bheki Makhubu u lill-avukat tad-drittijiet tal-bniedem Thulani Maseko,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 286 tal-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli (ACHPR) dwar il-libertà tal-espressjoni fir-Renju tas-Sważiland,

wara li kkunsidra l-Istqarrija Lokali tal-UE tal-1 ta' April 2014 dwar l-arrest reċenti u d-detenzjoni li qed tissokta tal-editur tal-magażin The Nation Bheki Makhubu u tal-avukat tad-drittijiet tal-bniedem Thulani Maseko,

wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa tat-28 ta' Marzu 2014 tar-Rapporteur Speċjali tal-ACHPR għal-Libertà tal-Espressjoni u l-Aċċess għall-Informazzjoni fl-Afrika dwar l-arrest tas-Sur Thulani Rudolf Maseko u tas-Sur Bheki Makhubu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi s-Sważiland huwa monarkija assoluta taħt ir-Re Mswati III, li istitwixxa stat ta' emerġenza fl-1973 li għadu fis-seħħ 41 sena wara, li jeżerċita awtorità assoluta fuq il-kabinett, il-parlament u l-ġudikatura, u li taħt il-ħakma tiegħu kien hemm deterjorament sinifikanti fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u fl-istandards tal-għajxien u żieda fil-faqar kroniku, filwaqt li naqas ir-rispett tal-istat tad-dritt, kif evidenzjat b'mod partikolari mill-fatt li l-partiti politiċi ġew iddikjarati illegali; billi l-ksur tad-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema sar sistematiku u billi, matul l-għaxar snin li għaddew, il-Gvern tas-Sważiland kiser id-drittijiet tat-trade unions u tal-bniedem u naqas milli jirrispetta interventi mill-ILO dwar l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni 87 tagħha;

B.

billi Thulani Maseko, avukat li jaħdem għall-Kungress tat-Trade Unions tas-Sważiland, kien arrestat fis-17 ta' Marzu 2014 wara li kiteb artiklu li kkritika n-nuqqas ta' indipendenza tas-sistema ġudizzjarja fis-Sważiland; billi, fid-19 ta' Marzu 2015, wara l-pubblikazzjoni ta' ittra mill-ħabs li ddenunzjat il-kundizzjonijiet ta' detenzjoni tiegħu, tressaq quddiem kumitat tad-dixxiplina fil-ħabs mingħajr il-preżenza ta' avukat u mbagħad intbagħat bil-forza f'reklużjoni; billi, għalkemm appella kontra din id-deċiżjoni, għadha ma tħabbritx data għas-smigħ tiegħu quddiem il-Qorti Għolja;

C.

billi Bheki Makhubu, kittieb u editur kap ta' The Nation, meqjusa bħala l-unika gazzetta indipendenti tal-pajjiż, kien arrestat fuq akkużi li “skandalizza lill-ġudikatura” u għal “disprezz tal-qorti” wara l-pubblikazzjoni tal-artiklu li kkritika s-sistema ġudizzjarja;

D.

billi, fis-17 ta' Lulju 2014, Thulani Maseko u Bheki Makhubu nstabu ħatja ta' disprezz tal-qorti mill-Qorti Għolja tas-Sważiland u ngħataw sentenza ta' sentejn ħabs, deċiżjoni li jidher li hija sproporzjonata meta mqabbla mas-sentenza normali – 30 jum ħabs bl-għażla li titħallas multa – imposta f'każijiet simili; billi l-imħallef li kien qed jippresiedi l-proċess, Mpendulo Simelane, kien issemma f'wieħed mill-artikli ppubblikati mill-gazzetta tas-Sur Maseko, u billi dan jirrappreżenta kunflitt ċar ta' interess u ostaklu għal proċess ġust;

E.

billi l-fastidju ġudizzjarju tal-persuni li jikkritikaw fis-Sważiland mhuwiex limitat għall-każ tas-Sur Maseko u tas-Sur Makhubu, iżda huwa parti minn xejra inkwetanti ta' trażżin tal-libertà tal-espressjoni fil-pajjiż, fejn 32 liġi jqiegħdu restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-espressjoni u fuq l-aċċess għall-informazzjoni u l-partiti politiċi ġew ipprojbiti sa mill-1973;

F.

billi minbarra li jużaw akkużi ta' disprezz tal-qorti kontra min jikkritikahom, l-awtoritajiet tas-Sważiland qed jużaw attivament l-Att tal-2008 dwar is-Soppressjoni tat-Terroriżmu (STA) u l-Att tal-1938 dwar Attivitajiet ta' Sedizzjoni u Sovversivi (Att dwar l-SSA) biex jintimidaw l-attivisti u jirrestrinġu l-eżerċizzju tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni, tal-assoċjazzjoni u tal-għaqda paċifika, u billi l-awtoritajiet bdew ukoll proċedimenti skont l-Att dwar l-SSA kontra s-Sur Maseko f'Settembru 2014, fuq akkuża ta' sedizzjoni li diġà tressqet kontrih fl-2009; billi organizzazzjonijiet internazzjonali ikkundannaw id-dispożizzjonijiet tal-STA bħala inkompatibbli mal-obbligi tas-Sważiland rigward id-drittijiet tal-bniedem għal numru ta' raġunijiet;

G.

billi f'April 2014 seba' persuni kienu arrestati u akkużati b'atti ta' terroriżmu sempliċement talli libsu flokkijiet politiċi; billi, meta indirizza l-parlament fis-7 ta' Awwissu 2014, il-Prim Ministru tas-Sważiland, Barnabas Sibusiso Dlamini, qal li żewġ kapijiet ta' unions li attendew is-Summit Afrikan f'Washington DC għandhom jitgħallqu talli kkritikaw il-gvern u li l-unions rikonoxxuti biss għandhom jitħallew jiċċelebraw Jum il-Ħaddiem;

H.

billi, fit-8 ta' Ottubru 2014, Winnie Magagula, il-Ministru tax-Xogħol u s-Sigurtà Soċjali tas-Sważiland, issospendiet il-federazzjonijiet kollha b'effett immedjat u xoljiet il-Kungress tat-Trade Unions tas-Sważiland (TUCOSWA) u t-Trade Unions Amalgamati tas-Sważiland (ATUSWA), il-Federazzjoni ta' Impjegaturi tas-Sważiland u l-Kamra tal-Kummerċ (FSE&CC) u għadd ta' korpi statutorji oħra, u billi l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni Nru 87 tal-ILO dwar il-libertà tal-assoċjazzjoni, irratifikata mill-Gvern tas-Sważiland, jirrikonoxxi d-dritt tal-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema li jissieħbu ma' federazzjonijiet u konfederazzjonijiet tal-għażla tagħhom;

I.

billi l-Gvern tas-Sważiland injora għalkollox ir-rakkomandazzjonijiet u t-talbiet ripetuti mill-moviment internazzjonali tat-trade unions biex jirrispetta d-drittijiet iggarantiti skont il-konvenzjonijiet internazzjonali rratifikati mis-Sważiland, b'mod partikolari l-Konvenzjoni Nru 8 tal-ILO, u minflok issospenda għalkollox id-dritt tal-ħaddiema li jassoċjaw u li jwettqu attivitajiet tat-trade unions liberament;

J.

billi, wara missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni fis-Sważiland organizzata mill-Konfederazzjoni Internazzjonali tat-Trade Unions mill-14 sas-16 ta' Mejju 2015 biex tivvaluta l-progress tal-libertà tal-assoċjazzjoni u biex iżżur l-attivisti politiċi u tad-drittijiet tal-bniedem, it-TUCOSWA finalment reġa' ġie rreġistrat; billi, minkejja dan, l-awtoritajiet ma taw ebda garanzija li ma kinux se jindaħlu fit-tmexxija u l-organizzazzjoni tat-trade unions, u fil-fatt il-pulizija tfaċċat waqt il-laqgħat tat-trade unions;

K.

billi, fil-15 ta' Lulju 2014, l-UE kkonkludiet negozjati dwar Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (FSE) mal-Grupp SADC EPA (inkluż is-Sważiland), li għandha titressaq quddiem il-Parlament Ewropew fit-tieni sitt xhur tal-2015 għal approvazzjoni possibbli;

L.

billi f'Novembru 2014 is-Sważiland tilef il-ftehim ta' kummerċ preferenzjali tiegħu mal-Istati Uniti skont l-Att Afrikan dwar it-Tkabbir u l-Opportunitajiet (AGOA) wara li l-gvern naqas milli jwettaq miżuri ta' riforma, li kien impenja ruħa għalihom minn jeddu fl-2013, inkluż l-indirizzar ta' restrizzjonijiet fuq il-libertajiet tal-assoċjazzjoni, tal-għaqda u tal-espressjoni, bħall-inkarċerazzjoni tas-Sur Maseko u tas-Sur Makhubu, u l-emenda tal-Att dwar is-Soppressjoni tat-Terroriżmu, l-Att dwar l-Ordni Pubbliku u l-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali;

M.

billi taħt il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) l-UE allokat EUR 62 miljun fir-rigward tal-Programm Indikattiv Nazzjonali għall-perjodu 2014-2020, bil-prijoritajiet jinkludu l-promozzjoni tal-governanza tajba, it-trasparenza, ir-responsabbiltà, l-indipendenza ġudizzjarja, l-istat tad-dritt u t-tisħiħ tas-sigurtà;

1.

Jitlob ir-rilaxx immedjat u inkondizzjonat tas-Sur Maseko u s-Sur Makhubu, billi l-inkarċerazzjoni tagħhom hija relatata direttament mal-eżerċizzju leġittimu tad-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni u tal-opinjoni; jitlob ukoll ir-rilaxx immedjat u inkondizzjonat tal-priġunieri tal-kuxjenza u tal-priġunieri politiċi kollha, inklużi Mario Masuku, President tal-Moviment Popolari Demokratiku Magħqud, u Maxwell Dlamini, Segretarju Ġenerali tal-Kungress taż-Żgħażagħ tas-Sważiland; jikkundanna l-kundizzjonijiet ħorox ta' detenzjoni taż-żewġ priġunieri u jistieden lill-awtoritajiet tas-Sważiland jiggarantixxu l-integrità fiżika u psikoloġika tagħhom fiċ-ċirkustanzi kollha;

2.

Ifakkar fl-impenji li ttieħdu mis-Sważiland skont il-Ftehim ta' Cotonou biex jirrispetta d-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu l-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni; jesprimi l-preokkupazzjoni kbira tiegħu dwar it-tnawwir tad-demokrazija u tad-drittijiet bażiċi fis-Sważiland u dwar il-mod dejjem aktar brutali li bih il-gvern qed jirreaġixxi għal min jikkritikah;

3.

Jinnota li s-sentenza mogħtija lis-Sur Maseko u lis-Sur Makhubu hija ferm aktar severa minn sentenzi oħra f'każijiet simili, u jqis li dan huwa tentattiv ċar li jsikket lill-attivisti u jservu ta' deterrent għal oħrajn, kif iddikjarat mill-imħallef responsabbli; jeżiġi li l-Gvern tas-Sważiland itemm minnufih l-intimidazzjoni mill-awtoritajiet kontra l-ġurnalisti, l-avukati, l-imħallfin indipendenti, l-uffiċjali tat-trade unions u l-membri parlamentari, li ġew mhedda bi vjolenza, arrest, prosekuzzjoni jew forom oħra ta' pressjoni b'konsegwenza tal-appoġġ tagħhom għad-drittijiet tal-bniedem, ir-rispett tal-istat tad-dritt jew ir-riformi politiċi;

4.

Jistieden lill-Gvern tas-Sważiland jibda djalogu ġenwin mal-unions dwar riformi leġiżlattivi li jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet tal-ħaddiema, bi qbil mal-obbligi internazzjonali;

5.

Jistieden lill-awtoritajiet tas-Sważiland jieħdu miżuri konkreti biex jirrispettaw u jippromwovu l-libertà tal-espressjoni, jiggarantixxu d-demokrazija u l-pluraliżmu, u jistabbilixxu qafas leġiżlattiv li jippermetti r-reġistrazzjoni, l-operat u l-parteċipazzjoni sħiħa tal-partiti politiċi, bi qbil mal-obbligi internazzjonali u reġjonali rigward id-drittijiet tal-bniedem u l-Kostituzzjoni tas-Sważiland, b'mod partikolari l-Artikolu 24 tagħha;

6.

Jenfasizza li l-indipendenza tal-ġudikatura hija prinċipju demokratiku fundamentali, li jrid jiġi rispettat;

7.

Iqis l-inkarċerazzjoni ta' attivisti politiċi u l-projbizzjoni tat-trade unions bħala ksur ċar tal-impenji meħuda mis-Sważiland skont il-Ftehim ta' Cotonou li jirrispetta d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll skont il-kapitolu dwar l-iżvilupp sostenibbli tal-Ftefim ta' Sħubija Ekonomika tal-SADC, li l-appoġġ għalihom tal-Parlament Ewropew se jiddependi fuq ir-rispett tal-impenji meħuda, inkluż l-impenn li jirrispetta l-konvenzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari l-istandards ewlenin tal-ILO bħall-Konvenzjonijiet Nri 87 u 98;

8.

Ifakkar li l-UE tiggarantixxi Sistema ta' Preferenzi Ġeneralizzati għas-Sważiland sabiex tipprovdi inċentivi kummerċjali bl-għan li jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet ewlenin tal-bniedem u tax-xogħol u tal-governanza tajba; iqis li l-projbizzjoni tat-trade unions u l-inkarċerazzjoni tal-opponenti politiċi jmorru kontra dawn l-għanijiet;

9.

Jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tonora l-obbligu tagħha li timmonitorja l-aderenza tas-Sważiland għall-konvenzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem, ix-xogħol u l-ambjent skont is-SPĠ, u tiftaħ investigazzjoni biex tiddetermina kienx hemm ksur serju u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem protetti taħt is-SPĠ;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, lill-Gvern tas-Sważiland, lill-Gvernijiet u lill-Istati Membri tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika, lill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, lill-Unjoni Afrikana u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.


27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/59


P8_TA(2015)0213

L-implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (abbażi tar-Rapport Annwali tal-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni) (2014/2220(INI))

(2016/C 353/12)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) (abbażi tar-Rapport Annwali tal-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ/VP) lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (12094/2014), b’mod partikolari l-partijiet dwar il-Politika Ewropea ta’ Sigurtà u Difiża (PESD),

wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3 u t-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u b'mod partikolari l-Artikoli 21, 24 u 36 tiegħu,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19-20 ta’ Diċembru 2013,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Konferenza Interparlamentari għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni u l-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni tal-4 ta’ April 2014 u s-7 ta’ Novembru 2014,

wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà, Ewropa sikura f'dinja aħjar, adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2003, u r-rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha, Nipprovdu s-Sigurtà f’Dinja li qed Tinbidel, approvat mill-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta' Diċembru 2008,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Politika ta’ Sigurtà u ta' Difiża Komuni tal-25 ta’ Novembru 2013 u tat-18 ta’ Novembru 2014,

wara li kkunsidra r-rapport ta’ progress tas-7 ta’ Lulju 2014 mir-RGħ/VP u l-Kap tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża dwar l-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2013,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tar-RGħ/VP u l-Kummissjoni, L-approċċ komprensiv tal-UE rigward il-konflitti u l-kriżijiet esterni, u l-konklużjonijiet relatati tal-Kunsill tat-12 ta’ Mejju 2014,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta dwar l-istrateġija ta’ Ċibersigurtà tal-Unjoni Ewropea: Ċiberspazju Miftuħ, Sikur u Sigur u l-konklużjonijiet relatati tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2013, kif ukoll il-Qafas ta' Politika tal-UE dwar iċ-Ċiberdifiża adottat fit-18 ta’ Novembru 2014,

wara li kkunsidra l-Istrateġija dwar is-sigurtà marittima tal-UE tal-24 ta’ Ġunju 2014 u l-Pjan ta' Azzjoni għall-Istrateġija dwar is-Sigurtà Marittima tal-UE ta’ Diċembru 2014,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2014 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni mill-Unjoni tal-klawżola ta' solidarjetà,

wara li kkunsidra l-Qafas ta’ Politika għall-Kooperazzjoni Sistematika u fit-Tul fil-Qasam tad-Difiża adottat fit-18 ta' Novembru 2014,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Lulju 2013“Lejn settur tad-difiża u tas-sigurtà aktar kompetittiv u effiċjenti” (COM(2013)0542) u tal-pjan direzzjonali ta' implimentazzjoni tal-24 ta’ Ġunju 2014 (COM(2014)0387),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-Politika ta’ Sigurtà u ta' Difiża Komuni, b’mod partikolari dawk tal-21 ta’ Novembru 2013 dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Sigurtà u ta' Difiża Komuni (3) u dwar il-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (4) u tat-12 ta’ Settembru 2013 dwar id-dimensjoni marittima tal-politika ta’ sigurtà u ta' difiża komuni (5) u dwar l-istrutturi militari tal-UE: is-sitwazzjoni attwali u l-prospetti futuri (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2012, Ċibersigurtà u Difiża (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approċċ komprensiv tal-UE u l-implikazzjonijiet tiegħu għall-koerenza tal-azzjoni esterna tal-UE (8),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni tat-13 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rieżami 2013 tal-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE (9) u l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-Rieżami tas-SEAE tal-2013 tas-17 ta’ December 2013 (10),

wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,

wara li kkunsidra l-Artikolu 132(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0054/2015),

Il-kuntest ġenerali tas-sigurtà

1.

Iqis li l-ambjent ta’ sigurtà tal-UE u tal-Viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar tagħha huwa dejjem aktar instabbli u volatili minħabba l-għadd kbir ta’ sfidi għas-sigurtà fit-tul u emerġenti ġodda; iqis li l-kunflitt fil-Lvant tal-Ukraina, il-kunflitti fis-Sirja u l-Iraq, bl-iżvilupp tal-organizzazzjoni terroristika ISIS, il-kriżi Libjana u t-theddida terroristika fl-Afrika (b’mod partikolari fis-Saħel, il-Libja u l-Qarn tal-Afrika) huma theddida diretta għas-sigurtà tal-Unjoni; iqis ukoll li l-orjentament Amerikan ġdid fir-rigward tal-Asja-Paċifiku u l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq il-baġits u l-kapaċitajiet ta' difiża tal-Istati Membri lkoll jenfasizzaw il-ħtieġa li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jerfgħu responsabbiltà ikbar għas-sigurtà u d-difiża tagħhom stess; jinsisti li l-UE se tkun kapaċi tirrispondi b’mod effettiv għall-isfidi l-ġodda għas-sigurtà msemmija hawn fuq biss jekk l-istrutturi u l-Istati Membri tagħha jaħdmu flimkien fi sforz komuni u verament koordinat fil-kuntest tal-PESK/PSDK;

2.

Iqis li l-livell attwali ta’ instabilità fil-fruntieri tal-UE u fil-viċinat immedjat tagħha kien bla prċedent minn tmiem is-snin disgħin 'l hawn, meta ġew stabbiliti l-PESD/PSDK; jinsab imħasseb dwar kemm l-Unjoni se tkun kapaċi jkollha rwol deċiżiv biex tiffaċċja kull waħda minn dawn it-theddidiet u li spiss qed ikollha tibbaża fuq l-inizjattivi ta’ Stat Membru wieħed jew aktar jew fuq alleanzi ad hoc fejn ir-rwol tagħha jkun biss marġinali jew ta’ riżerva;

3.

Iqis li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom, bħala kwistjoni ta’ urġenza kbira, jadattaw għall-isfidi l-ġodda għas-sigurtà, b’mod partikolari billi jagħmlu użu effettiv ta’ għodod eżistenti tal-PSDK, inkluż billi jorbtuhom aħjar mal-istrumenti tal-affarijiet barranin tal-UE, l-għajnuna umanitarja, u l-politika tal-iżvilupp, jikkoordinaw l-azzjonijiet nazzjonali u jiġbru flimkien ir-riżorsi aktar mill-qrib u, fejn xieraq, billi jintroduċu b’mod prammatiku u flessibbli arranġamenti ġodda biex tiġi espressa s-solidarjetà Ewropea; jenfasizza li l-konfini bejn is-sigurtà esterna u interna qed isiru dejjem aktar imċajpra; jappella għalhekk għal aktar koerenza bejn l-istrumenti esterni u interni, u għal aktar kooperazzjoni u koordinazzjoni fost l-Istati Membri, speċjalment fl-oqsma tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, iċ-ċiberdifiża u l-migrazzjoni, taħt it-tmexxija tal-VP/RGħ;

4.

Jenfasizza li s-saħħa tal-Unjoni u r-rilevanza jinsabu fil-kapaċità tagħha li timmobilizza r-riżorsi u tinkludi simultanjament firxa wiesgħa ta’ strumenti diplomatiċi, ta’ sigurtà, ta’ difiża, ekonomiċi, kummerċjali, tal-iżvilupp u umanitarji, u dan b’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti; jinsisti fuq il-fatt li l-istrumenti militari u ċivili tal-PSDK jagħmlu parti integrali minn dan l-approċċ komprensiv;

Mill-Kunsill ta’ Diċembru 2013 sa Ġunju 2015: il-PSDK hija verament prijorità?

5.

Jilqa’ l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Diċembru 2013 li jirrikonoxxu l-ħtieġa li tiżdied l-effikaċja, il-viżibbiltà u l-impatt tal-PSDK, jissaħħaħ l-iżvilupp tal-kapaċitajiet u titqawwa l-industrija Ewropea tad-difiża;

6.

Iqis ta’ dispjaċir, speċjalment fir-rigward taż-żieda fl-instabilitajiet esterni, il-fatt li l-injezzjoni ta’ stimolu politiku fl-2013 ma wasslitx għal kooperazzjoni msaħħa u l-implimentazzjoni sostanzjali u rapida ta’ miżuri prattiċi, proporzjonati mal-livelli ddikjarati ta’ ambizzjoni; iqis li fil-preżent l-Unjoni bilkemm għandha r-riżorsi meħtieġa, operazzjonalment, industrijalment jew f’termini ta’ kapaċitajiet, sabiex tikkontribwixxi b’mod deċiżiv lejn il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kriżijiet internazzjonali, u sabiex tafferma l-awtonomija strateġika tagħha stess u l-interessi strateġiċi, f’konformità mal-valuri u n-normi minquxa fl-Artikolu 21 tat-Trattat ta’ Lisbona; jistieden lill-Istati Membri jkomplu b'miżuri konkreti bħala kwistjoni ta’ urġenza;

7.

Jilqa’ l-ħatra tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, Federica Mogherini; ifaħħar l-ewwel dikjarazzjonijiet tagħha u d-deċiżjoni tagħha li tippresiedi l-laqgħat tal-Kunsill Affarijiet Barranin u Difiża, deċiżjoni li turi l-interess tagħha fil-PSDK; jittama li l-pożizzjonijiet li ħadet iwasslu sabiex tingħata spinta lill-iżvilupp tal-PSDK; jistieden lill-VP/RGħ twettaq rwol ewlieni fil-ħidma lejn l-implimentazzjoni ulterjuri tal-PSDK u l-akkomunament u l-kondiviżjoni ta’ kapaċitajiet ta’ difiża Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni tkompli bil-ħidma tat-task force tad-difiża fil-livell tal-Kummissarji, taħt it-tmexxija tal-VP/RGħ, sabiex tiggarantixxi gwida politika u superviżjoni;

8.

Jistenna li sa ma tasal il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2015, li għal darb'oħra se tiffoka fuq il-kwistjonijiet tad-difiża, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE se jkunu fil-qagħda li jadottaw miżuri speċifiċi konformi mal-impenji li ttieħdu f’Diċembru 2013; jinsab sodisfatt bil-konferma mill-kapijiet tal-istat li l-Kunsill tad-Difiża ser isir fil-25-26 ta’ Ġunju 2015, u jistedinhom jevalwaw b’mod kritiku l-profil baxx ta’ implimentazzjoni u jżidu l-pressjoni fuq il-burokraziji tad-difiża biex jimplimentaw id-deċiżjonijiet li ttieħdu fl-ogħla livell politiku f’Diċembru 2013; jenfasizza li l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2015 għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri li ma kkooperawx jinvestu f'aktar riżorsi għad-difiża, u li din għandha tiffoka l-isforzi tagħha anke f'dawk l-oqsma ta' ġestjoni ta’ kriżijiet li fihom l-UE tista’ verament iżżid fil-valur;

9.

Iqis li fil-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Ewropew dwar id-difiża għandhom jittieħdu deċiżjonijiet li se jwasslu għal titjib fil-kapaċità tal-Unjoni u l-Istati Membri f’dak li jirrigwarda difiża territorjali, b’kumplimentarjetà totali man-NATO, u f’dak li jirrigwarda l-kapaċità li jirreaġixxu għal sfidi ta’ sigurtà interna, u jiġu żviluppati l-kapaċitajiet utilizzabbli neċessarji sabiex jiżguraw kontribut sinifikanti min-naħa tal-UE għall-ġestjoni tal-kriżijiet, tissaħħaħ l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u l-Bażi Industrijali u tad-Difiża Ewropea u tinbeda l-elaborazzjoni ta’ kunċett komprensiv ta’ sigurtà li se jintegra d-dimensjonijiet interni u esterni tas-sigurtà;

Missjonijiet u operazzjonijiet tal-PSDK

10.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-aħħar operazzjonijiet ċivili u militari taħt il-PSDK komplew jiġu ppersegwitati minn nuqqasijiet strutturali, li issa ilhom evidenti għal diversi snin, jiġifieri l-ineffiċjenza fir-rigward ta’ reazzjonijiet immedjati għal azzjonijiet ċivili u militari, proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet twal u xejn flessibbli, il-ħtieġa għal solidarjetà akbar fost l-Istati Membri f’missjonijiet ta’ finanzjament, mandati ta’ missjonijiet li mhumiex adattati għall-ambjent operazzjonali, restrizzjonijiet baġitarji, il-problema ta’ “ġenerazzjoni tal-forza”, u l-inerzja loġistika u finanzjarja;

11.

Iqis li l-kwistjoni tal-finanzjament tal-missjonijiet u tal-operazzjonijiet tal-PSDK hija kruċjali jekk wieħed jixtieq jiżgura l-futur ta’ din il-politika; jiddispjaċih li d-diskussjoni mnedija fil-laqgħa tal-Kunsill ta’ Diċembru 2013 dwar dan is-suġġett s’issa għadha ma wasslitx għal proposti speċifiċi; jappella sabiex il-mekkaniżmu Athena jintuża b’mod sistematiku għall-finanzjament tal-ispejjeż operazzjonali u tal-applikazzjoni tal-missjonijiet tal-PSDK, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu tal-gruppi tattiċi tal-UE, l-infrastruttura tal-akkomodazzjoni għall-forzi, l-ispejjeż relatati mal-istabbiliment ta’ punti tad-dħul għat-truppi fiż-żoni tal-operazzjonijiet u stokkijiet ta’ sigurtà ta’ ikel u fjuwil fejn meħtieġ; jitlob barra minn hekk li l-istess mekkaniżmu jintuża biex jamministra l-finanzjament riċevut minn Stati Membri fuq bażi bilaterali, u minn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, sabiex huma jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-finanzjament ta’ operazzjoni partikolari u, f’każijiet debitament ġustifikati, jappoġġjaw il-parteċipazzjoni minn pajjiżi terzi f’operazzjonijiet u missjonijiet tal-UE ta’ rispons għall-kriżijiet;

12.

Iħeġġeġ biex isiru iktar sforzi biex jitħaffef l-għoti tal-finanzjament għal missjonijiet ċivili u biex ikunu ssemplifikati l-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-implimentazzjoni; huwa tal-fehma, f’dan ir-rigward, li l-Kummissjoni għandha tintroduċi, permezz ta’ atti delegati u skont l-Artikolu 210 tar-Regolament Finanzjarju, regoli speċifiċi tal-akkwist għal miżuri ta’ ġestjoni tal-kriżijiet taħt il-PSDK sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvolġiment rapidu u flessibbli tal-operazzjonijiet;

13.

Jitlob l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ prefinanzjament biex jgħin lill-Istati Membri li jixtiequ jipparteċipaw f’missjoni tal-PSDK ikopru l-ispejjeż għal dan, biex b’hekk isir aktar faċli għalihom jiddeċiedu jekk inidux missjoni;

14.

Jenfasizza li l-kontribut tal-UE għas-sigurtà internazzjonali, il-ġestjoni tal-kriżijiet, u ż-żamma tal-paċi, permezz tal-operazzjonijiet u l-missjonijiet ċivili u militari tal-UE, huwa komponent importanti tal-approċċ komprensiv tal-Unjoni; jinnota li ħafna mill-missjonijiet ċivili u militari mnedija mill-UE mill-2009 'l hawn kienu mmirati sabiex isaħħu l-profil tar-reazzjoni tal-Unjoni għall-kriżijiet minflok biex jieħdu miżuri strateġiċi abbażi ta' analiżi u ppjanar bir-reqqa; jemmen li dawn il-missjonijiet, u li hawn ta' min jenfasizza u jfaħħar il-professjonaliżmu u d-dedikazzjoni tal-persunal f'dan il-qasam, għandhom iservu ta' għodod ta' politika ġenwini u effettivi li jintużaw b’mod responsabbli u li jiffurmaw parti minn strateġija ġenerali ta’ azzjoni, speċjalment fil-viċinat tal-UE; jappoġġja r-rieżami li għaddej tal-istrutturi għall-ġestjoni tal-kriżijiet fi ħdan is-SEAE; jistieden lill-VP/RGħ tagħmel l-istrutturi eżistenti aktar effiċjenti sabiex ikunu jistgħu jirrispondu b'mod aktar rapidu u xieraq għall-kriżijiet emerġenti, fost l-oħrajn billi tnaqqas l-għadd ta' strutturi paralleli;

15.

Iqis li aspett importanti ta’ missjonijiet ta’ suċċess huwa li jkun hemm membri tal-persunal adegwati u kwalifikati f’termini ta’ taħriġ, ħiliet u tmexxija;

16.

Jistaqsi, pereżempju, dwar ir-rilevanza li tiġi applikata u miżmuma missjoni fuq il-fruntieri tal-Libja (EUBAM Libya), f’ambjent istituzzjonali u ta' sigurtà li qatt ma ppermettielha taqdi l-objettivi bażiċi identifikati; jitlob li ssir valutazzjoni mill-ġdid tal-ħtiġijiet fir-rigward tal-Libja, fid-dawl tal-iżviluppi reċenti inkwetanti, sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ta’ sigurtà b'mod adegwat, inkluż b’rabta mal-isforzi li għaddejjin kontra t-terroriżmu f’Mali u r-reġjun tas-Saħel;

17.

Iqis li għandha titwettaq evalwazzjoni tal-effiċjenza tas-17-il missjoni li għaddejja tal-UE barra minn xtutha;

18.

Jiddispjaċih ukoll, fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Istrixxa ta’ Gaża, li d-diskussjonijiet tal-Kunsill dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri fil-Punt ta' Qsim f’Rafah (EUBAM Rafah) s'issa għadhom ma tawx il-frott; jitlob ir-riattivazzjoni tal-missjoni, kif ukoll rieżami tal-mandat, il-persunal u r-riżorsi tagħha sabiex ikun jista’ jkollha rwol fil-monitoraġġ tal-fruntieri bejn l-Istrixxa ta' Gaża u l-Eġittu u l-Iżrael;

19.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn komprensiv tal-UE fil-Qarn tal-Afrika, inkluż permezz tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK EUTM Somalia, EUNAVFOR Atalanta u EUCAP Nestor; jinnota, f’dan ir-rigward, li l-attività ta’ EUCAP NESTOR isseħħ f’ambjent operattiv u istituzzjonalment kumpless, bil-preżenza ta’ għadd ta’ atturi internazzjonali, inkluża l-UE; jistieden lill-Kunsill u lis-SEAE, f’dan ir-rigward, jirrazzjonalizzaw l-objettivi tal-missjoni;

20.

Jittama li ż-żewġ missjonijiet ċivili mnedija din is-sena – il-missjoni tal-Kunsill għar-riforma tas-settur tas-sigurtà ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) u l-missjoni biex jiġu appoġġjati l-forzi tas-sigurtà interna f’Mali (EUCAP Sahel Mali) jissodisfaw b'mod effettiv il-mandati tagħhom u jiffukaw fuq objettivi identifikati b’mod ċar, li jistgħu jitkejlu u fuq perjodu twil;

21.

Jinnota li ilha teżisti faċilità ta' ħżin minn Ġunju 2013 'l hawn li tippermetti l-applikazzjoni rapida tar-riżorsi meħtieġa għall-missjonijiet ċivili tal-PSDK; jemmen li din il-faċilità għandha tintuża b’mod effettiv u għandha tkun għas-servizz tal-kapijiet tal-missjoni kkonċernati biex tissodisfa l-ħtiġijiet identifikati minnhom, flok ma tkun topera abbażi tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni; jitlob li jitħejjew rapporti ta’ attività annwali għal din il-faċilità ta' ħżin, sabiex ikun jista' jiġi vvalutat tajjeb il-valur miżjud li din toffri biex titħaffef l-applikazzjoni ta’ missjonijiet ċivili;

22.

Jilqa’ r-riċerka li qed titwettaq bil-ħsieb li jitwaqqaf ċentru ta’ servizzi kondiviżi biex jinġabru r-riżorsi għal missjonijiet ċivili tal-PSDK u tiġi prevista l-applikazzjoni aktar effiċjenti tal-missjonijiet; jitlob l-istabbiliment ta’ ċentru ta’ servizzi kondiviżi; jemmen li l-aktar soluzzjoni effikaċi tkun li jkun hemm struttura istituzzjonali waħda fi ħdan is-SEAE li tiċċentralizza u tirrazzjonalizza s-servizzi għall-missjonijiet ċivili (riżorsi umani, tal-IT, il-loġistika, eċċ.) li bħalissa huma mferrxa fil-missjonijiet individwali;

23.

Jinnota li l-operazzjonijiet militari tal-PSDK qed ikunu dejjem iktar missjonijiet iffukati fuq it-taħriġ tal-forzi armati (EUTM Mali u l-EUTM Somalia); ifaħħar id-deċiżjoni li jitwettqu operazzjonijiet bħal dawn iżda jinsisti li l-mandat ta’ kull missjoni għandu jiġi adattat għaċ-ċirkostanzi ta’ kull sitwazzjoni individwali; iqis li l-unitajiet li jiffurmaw għandhom ikunu totalment operattivi, jiġifieri, b’kapaċità offensiva; jiddispjaċih li llum rarament jiġu previsti missjonijiet b’mandat eżekuttiv; iqis li, minħabba t-theddidiet persistenti fil-viċinat tal-UE, l-Unjoni ma tistax tippermetti li tiffoka esklużivament fuq strumenti mmirati lejn iż-żmien ta’ wara l-kriżi jew biex jappoġġjaw xenarju ta’ ħruġ minn kriżi, iżda pjuttost għandha tkun kapaċi tintervjeni fl-ispettru kollu tal-ġestjoni ta’ kriżijiet, f’konformità mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti;

24.

Jinsab diżappuntat minħabba l-problemi persistenti ta’ ġenerazzjoni tal-forza ffaċċjati fit-tnedija tal-missjonijiet militari; jinnota li, ħlief għall-EUTM Mali, li tinvolvi l-kontribut effettiv ta’ 23 Stat Membru, l-operazzjonijiet militari kollha li għaddejjin tal-UE ma jinvolvux aktar minn sitt Stati Membri; iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkontribwixxu iktar forzi għall-operazzjonijiet, meta jkunu disponibbli l-kapaċitajiet nazzjonali meħtieġa; jisħaq fuq il-bżonn li jkun hemm approċċ komuni u kooperattiv fl-indirizzar tal-problemi ta’ ġenerazzjoni tal-forzi; jilqa’ l-kontribuzzjonijiet li saru minn pajjiżi terzi li jirriflettu l-vitalità ta’ sħubijiet li jinħolqu taħt il-PSDK; jistieden lill-Istati Membri juru rieda akbar fir-rigward tal-operazzjonijiet militari tal-UE u jikkontribwixxu b’mod xieraq għar-riżorsi u l-kapaċitajiet li għandhom f’idejhom għal tali involviment;

25.

Iqis, minħabba l-fatt li l-missjonijiet tal-Unjoni, kemm dawk ċivili (EUCAP) u kemm dawk militari (EUTM), qed jiffukaw fuq it-taħriġ, li għandha tiġi introdotta politika strutturali orjentata sabiex tali missjonijiet ikunu akkumpanjati fuq perjodu ta' żmien twil minn mandati u objettivi effiċjenti, adegwati f’termini ta’ kif għandhom ikunu ttrattati s-sitwazzjonijiet li jħabbtu wiċċhom magħhom, u dan permezz tal-għoti ta’ għajnuna finanzjarja u materjali; jemmen li din il-politika l-ġdida li se tkun parti mill-isforzi ta' kooperazzjoni u żvilupp tal-Unjoni, se tippermetti li titkompla l-ħidma li għaddejja fil-qasam tal-inizjattivi ''Train and Equip'' u ''E2I'', immirati biex isaħħu l-kapaċità fit-tul tal-pajjiżi terzi (tagħmir, armi, infrastruttura u pagi) sabiex il-forzi armati tagħhom ikunu kompletament operazzjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, tesplora sorsi innovattivi ta’ finanzjament;

26.

Jilqa’ l-intenzjoni mfissra mill-Kunsill ta’ Novembru 2013 li titjieb il-modularità u l-flessibilità tal-gruppi tattiċi tal-UE sabiex dawn jiġu skjerati għal kompiti tal-ġestjoni tal-kriżi ta' kull tip; jinnota madankollu, li l-unika progress li sar sa issa f'dan ir-rigward kien il-pass ferm limitat propost li t-trasport strateġiku tal-gruppi tattiċi tal-UE lejn iż-żoni tal-operazzjonijiet ikun kopert mill-mekkaniżmu Athena; jirrikonoxxi li n-nuqqas ta’ attitudni kostruttiva fost l-Istati Membri serviet bħala xkiel politiku u operattiv għall-iskjerament ta' gruppi tattiċi;

27.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-messaġġ pożittiv maħruġ mill-aħħar laqgħa informali tal-Kunsill dwar id-difiża b'rabta mal-esplorazzjoni tal-potenzjal tal-Artikolu 44 TUE; jiddispjaċih madankollu, li n-nuqqas ta' qbil dwar is-suġġett għadu ma ppermettiex li jsir progress dwar kif għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 44; jemmen li l-implimentazzjoni tal-Artikolu 44 għandha tippermetti lill-Unjoni ttejjeb b’mod kunsiderevoli l-flessibbiltà u l-veloċità ta' azzjonijietha u għaldaqstant l-abbiltà tagħha li tittratta t-theddid li hemm madwarha; iħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li mhumiex interessati jipparteċipaw jew li m’għandhomx il-mezzi biex jipparteċipaw f'operazzjonijiet tal-PSDK, jaġixxu b’mod kostruttiv billi jippermettu lill-oħrajn jieħdu azzjoni jekk ikunu jixtiequ;

28.

Jitlob barra minn hekk lill-VP/RGħ tesplora l-potenzjal ta’ artikoli rilevanti oħrajn fit-Trattat ta’ Lisbona, b’mod partikolari dawk li għandhom x’jaqsmu mal-fond ta’ tnedija (l-Artikolu 41 TUE), il-kooperazzjoni msaħħa permanenti (l-Artikolu 46 TUE), il-klawsola ta’ solidarjetà (l- Artikolu 222 TFUE) u l-klawsola ta’ difiża reċiproka (l-Artikolu 42 TUE);

29.

Jitlob li tiġi kkunsidrata serjament il-possibbiltà tal-użu, b'arranġamenti li jiżguraw il-modularità neċessarja, ta' strutturi ta' kwartieri ġenerali multilaterali li huma stabbiliti u li taw prova tal-effikaċja tagħhom fil-qasam, bħall-Eurocorps ta' Strasburgu;

30.

Jesprimi s-sorpriża tiegħu li għad m’hemm l-ebda strateġija komuni tal-UE biex tindirizza sfidi ġodda għas-sigurtà tal-UE; jilqa’ l-intenzjoni tal-Kunsill u l-impenn min-naħa tal-VP/RGħ biex jinbeda proċess ta’ riflessjoni strateġika dwar l-isfidi u l-opportunitajiet għall-politika estera u ta’ sigurtà; ifakkar li dan il-proċess huwa mmirat sabiex jiżviluppa l-istrateġija Ewropea l-ġdida ta’ sigurtà komuni biex jiddetermina x-xenarji ġeostrateġiċi ġodda, it-theddid u l-isfidi globali li tfaċċaw, u li jiddefinixxi l-azzjonijiet li l-UE tista’ tieħu b’rispons għalihom, partikolarment fil-qafas tal-PESK u tal-PSDK; jistieden barra minn hekk lill-VP/RGħ tagħti bidu għal proċess wiesa’ biex tiżviluppa white paper aktar ambizzjuża dwar is-sigurtà u d-difiża Ewropea sabiex tissemplifika l-ambizzjonijiet strateġiċi tal-UE u l-proċessi ta’ żvilupp tal-kapaċitajiet; jistenna l-komunikazzjoni li jmiss mill-VP/RGħ maħsuba biex tivvaluta l-impatt tal-bidliet fuq l-ambjent globali u tidentifika l-isfidi li jirriżultaw u l-opportunitajiet għall-UE;

31.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-adozzjoni fit-18 ta’ Novembru 2014 ta’ Qafas ta’ Politika tal-UE dwar iċ-Ċiberdifiża, li jistabbilixxi ħames prijoritajiet għaċ-ċiberdifiża fil-kuntest tal-PSDK u jiċċara r-rwol ta’ atturi differenti; jilqa’ b’sodisfazzjon l-għan tal-qafas li jappoġġja l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ ċiberdifiża nazzjonali u jsaħħaħ il-protezzjoni tan-netwerks ta’ komunikazzjoni użati għal strumenti tal-PSDK; jenfasizza l-importanza li jinkiseb livell komuni ta’ ċibersigurtà fost l-Istati Membri sabiex isir progress adegwat fir-rigward tal-kooperazzjoni fiċ-ċiberdifiża, u biex jissaħħu l-kapaċitajiet tagħna fir-rigward ta’ attakki ċibernetiċi u ċ-ċiberterroriżmu, u jittama li dan il-pjan ta’ azzjoni se jimmarka l-bidu ta’ bidla lejn integrazzjoni aktar sistematika taċ-ċiberdifiża fl-istrateġiji ta’ sigurtà nazzjonali tal-Istati Membri, u għarfien tal-importanza ta’ kwistjonijiet ta’ ċiberdifiża fost l-istituzzjonijiet tal-UE; jitlob barra minn hekk strateġija koerenti Ewropea biex tiġi żgurata infrastruttura (diġitali) kritika kontra l-attakki ċibernetiċi, filwaqt li jiġu protetti u promossi d-drittijiet u l-libertajiet diġitali taċ-ċittadini; ifakkar fil-ħtieġa għal aktar ċarezza u qafas ġuridiku xieraq, minħabba d-diffikultà li jiġu attribwiti l-attakki ċibernetiċi, u l-ħtieġa għal rispons proporzjonat u meħtieġ fil-kuntesti kollha;

32.

Jindika t-theddid imminenti fil-qasam ċibernetiku u jenfasizza l-ħtieġa li l-UE tkun reżiljenti u pronta sabiex tirrispondi għal kriżijiet ċibernetiċi, anke fil-kuntest tal-PSDK, u b’hekk jinkoraġġixxi lill-Istati Membri kollha biex b’mod sinifikanti jintensifikaw mingħajr dewmien l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ ċiberdifiża tagħhom; jenfasizza li hemm bżonn ta’ investiment fir-rigward ta’ kapital uman b’ħiliet speċjalizzati u r-riċerka u l-innovazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa għal sinerġiji u komplementarjetajiet fl-oqsma ċivili u militari u taċ-ċibersigurtà u d-difiża fl-UE; jenfasizza l-importanza li tissaħħaħ il-kooperazzjoni man-NATO fiċ-ċiberdifiża;

33.

Jinsisti dwar l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-UE u istituzzjonijiet internazzjonali oħra, b’mod partikolari man-NU, in-NATO, l-Unjoni Afrikana u l-OSKE; jilqa’ d-dikjarazzjoni tas-summit tan-NATO f’Wales f’Settembru 2014, li matulu ttenna l-appoġġ għall-iżvilupp tal-PSDK; jitlob li jittieħdu passi biex jissaħħu ż-żewġ organizzazzjonijiet;

Kapaċitajiet

34.

Iqis li l-baġits ta’ difiża nazzjonali tnaqqsu minħabba l-effetti tal-kriżi ekonomika u finanzjarja tal-2008 u li t-tnaqqis seħħ mingħajr koordinazzjoni bejn l-Istati Membri, u b’hekk ipperikola l-awtonomija strateġika tal-Unjoni u l-kapaċità tal-Istati Membri tagħha li jilħqu l-ħtiġijiet tal-kapaċità tal-forzi armati tagħhom, b’konsegwenzi detrimentali għar-responsabbiltajiet tal-Unjoni u l-potenzjal tagħha bħala fornitur tas-sigurtà globali; jenfasizza l-importanza ta’ ppjanar bil-quddiem dwar l-investiment strateġiku fix-xiri u r-rinnovazzjoni ta’ tagħmir fost l-Istati Membri;

35.

Jemmen bis-sħiħ li l-UE għandha interess vitali f’ambjent marittimu sikur, miftuħ u nadif li jippermetti l-passaġġ liberu ta’ oġġetti u persuni, u użu paċifiku, ġuridiku, ġust u sostenibbli tal-ġid tal-oċeani; jemmen li l-qafas istituzzjonali tal-UE, kemm ċivili u kemm militari, għandu għaldaqstant jiġi żviluppat aktar għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tas-Sigurtà Marittima; jinnota li l-biċċa l-kbira tal-assi strateġiċi, l-infrastruttura kritika u l-kapaċitajiet huma taħt il-kontroll tal-Istati Membri u li r-rieda tagħhom li jsaħħu l-kooperazzjoni hija ta’ importanza kbira għas-sigurtà Ewropea;

36.

Jilqa’ l-adozzjoni mill-Kunsill fit-18 ta’ Novembru 2014 ta’ qafas politiku għall-kooperazzjoni sistematika u fit-tul fil-qasam tad-difiża, li jibbaża fuq il-konverġenza tal-proċessi tal-ippjanar tal-kapaċità u l-iskambju tal-informazzjoni; jindika għal dan l-għan, li l-Istati Membri għandhom ikomplu jimplimentaw il-kodiċi ta’ kondotta tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) dwar l-akkomunament u l-kondiviżjoni ta’ tagħmir, sabiex jantiċipaw b’mod aktar effettiv il-lakuni futuri fil-kapaċità u tiġi sistematizzata l-kooperazzjoni dwar l-iżvilupp tal-kapaċitajiet; jistieden lill-VP/RGħ tagħti prova tal-miżuri speċifiċi li ser jittieħdu biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża; jistieden lill-Istati Membri fir-rigward taż-żieda mhux koordinata fil-kooperazzjoni bilaterali u multilaterali, jimpenjaw ruħhom f’kooperazzjoni ta’ struttura permanenti (PESCO) bħala mezz għal koordinazzjoni aħjar u biex jużaw il-finanzjament tal-UE għal kooperazzjoni fi żmien ta’ paċi; jistieden lill-VP/RGħ tipprovdi pjanijiet realistiċi għat-tnedija b’suċċess ta' PESCO;

37.

Jilqa’ l-adozzjoni mill-Kunsill f’Novembru 2014 tal-pjan tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet (CDP) tal-EDA, li jiddetermina s-16-il prijorità tal-iżvilupp tal-kapaċità; jilqa’ wkoll il-ħidma tal-EDA permezz tal-bażi ta' data kollaborattiva (Codaba) li tidentifika l-ambitu ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, biex b'hekk titwitta t-triq għal forom differenti ta’ kooperazzjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkunsidraw dawn l-għodod fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet militari tagħhom; jitlob li tiġi evitata strettament id-duplikazzjoni ta’ inizjattivi li diġà għaddejjin band’oħra u li tingħata iktar attenzjoni lill-identifikazzjoni ta’ modi li bihom jista’ jiżdied valur reali;

38.

Jinsab sorpriż li fil-livell tal-UE għadhom ma jeżistux skemi ta’ inċentivi tat-taxxa għall-kooperazzjoni u l-akkomunament; jinnota s-sejħa tal-Kunsill f’Diċembru 2013 li jiġu studjati arranġamenti bħal dawn u jiddispjaċih li wara sena, id-diskussjonijiet ma wasslu għall-ebda miżura konkreta f’dan il-qasam; jinnota li l-gvern Belġjan diġà jagħti eżenzjonijiet tal-VAT b’mod ad hoc, f’fażijiet preparatorji ta’ ċerti proġetti tal-EDA (bħal pereżempju għall-komunikazzjonijiet satellitari); jemmen li tali eżenzjonijiet għandhom jiġu applikati b’mod sistematiku u estiżi għall-infrastruttura u programmi speċifiċi relatati mal-kapaċità, imnebbħa mill-mekkaniżmu eżistenti tan-NATO jew il-mekkaniżmu eżistenti tal-UE għal infrastruttura ta’ riċerka ċivili; jappella għall-iżvilupp ta’ kwalunkwe inċentiv ieħor li jista' jħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn il-partijiet interessati Ewropej;

39.

Jilqa’ l-eżistenża ta' mudelli ta’ kooperazzjoni bħall-Kmand Ewropew għat-Trasport bl-Ajru (EATC) u japprova l-fatt li din is-sistema qed tkompli tespandi biex tinkludi Stati Membri ġodda; jiddispjaċih li għalkemm dan il-mudell ilu jeżisti għal ħafna snin, għadu ma ġiex adattat għal tipi oħra ta’ kapaċitajiet ta’ difiża; jappella sabiex il-mudell tal-EATC jiġi applikat f’oqsma oħra ta’ appoġġ operazzjonali biex jiġu solvuti n-nuqqasijiet serji fil-kapaċità;

40.

Jinnota li ftit sar progress fil-proġetti ta’ akkomunament u qsim; jilqa’ l-progress li sar fil-qasam tar-riforniment tal-karburant fl-arja, bl-akkwist ta’ flotta ta’ ajruplani MRTT; jiddispjaċih li sal-lum numru limitat ħafna ta’ Stati Membri biss ipparteċipaw f’dan il-proġett u jistieden lil dawk l-Istati Membri li m'għandhomx kapaċitajiet f’dan il-qasam jinvolvu ruħhom; huwa tal-fehma li l-Istati Membri għandhom isegwu l-akkomunament u l-kondiviżjoni ta’ proġetti, filwaqt li jiffukaw fuq is-16-il qasam ta’ kapaċità li identifikaw mal-EDA u l-Persunal Militari tal-Unjoni Ewropea (EUMS) permezz tal-PSDK;

41.

Jinnota l-intenzjoni tal-Kunsill li jiżviluppa proġetti ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-UE inklużi, fost l-oħrajn, sistemi ta’ inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod (RPAS) u l-komunikazzjonijiet satellitari governattivi; jinnota li jinħtieġ qafas regolatorju għall-integrazzjoni inizjali sal-2016 tal-RPAS fis-sistema tat-traffiku tal-ajru tal-Ewropa, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti ċivili u militari, kif ukoll il-bżonn ta’ konformità mad-dritt internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tispjega l-mod kif il-fondi ta' Orizzont 2020 għar-riċerka ċivili-militari jistgħu jintużaw għall-introduzzjoni tal-RPAS fl-ispazju tal-ajru Ewropew;

42.

Jilqa’ l-progress li sar fis-servizzi satellitari fl-UE (Galileo, Copernicus, EGNOS); jemmen li dawn is-servizzi spazjali, b’mod partikolari Copernicus, għandhom jiġu operazzjonalizzati biex jintlaħqu l-bżonnijiet li jkollhom il-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK għal immaġnijiet bis-satellita b’riżoluzzjoni għolja; jilqa’ t-tnedija tal-proġett Ariane 6; jiddispjaċih li, għal raġunijiet tekniċi u kummerċjali, l-Unjoni għadha tixtri lanċaturi Russi, minkejja l-għan tagħha li tikseb ċertu livell ta’ awtonomija strateġika, u jenfasizza għalhekk il-ħtieġa li jsir progress fuq l-iżvilupp ta’ teknoloġiji li għandhom użu kemm ċivili u kemm militari u li se jissalvagwardjaw l-indipendenza tagħna;

43.

Jitlob lill-Unjoni tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jilħqu l-miri tal-kapaċità tan-NATO, li jirrikjedu livell minimu ta’ nfiq għad-difiża ta’ 2 % tal-PDG u sehem minimu ta’ 20 % tal-baġit tad-difiża għal ħtiġijiet ewlenin ta’ tagħmir, inkluż għar-riċerka u l-iżvilupp;

L-industrija tad-difiża

44.

Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li għandha l-għan ittejjeb l-aċċess tal-SMEs għas-swieq tad-difiża, li huma speċifiċi ħafna fil-preżent għal raġunijiet varji, fosthom: li d-domanda hija kważi esklużivament għax-xiri pubbliku, in-numru limitat ta’ kumpaniji fis-suq, il-perjodu sinifikanti ta’ żvilupp tal-prodotti u taż-żamma fis-servizz tagħhom u n-natura strateġika ta’ ċerti teknoloġiji;

45.

Jieħu nota tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Lulju 2013, “Lejn settur Ewropew tad-difiża u tas-sigurtà aktar kompetittiv u effiċjenti”, kif ukoll il-pjan direzzjonali ta’ Ġunju 2014 dwar l-implimentazzjoni tagħha u l-proposti ppreżentati minnha, b’mod partikolari dwar l-implimentazzjoni mtejba tad-direttivi 2009/81/KE u 2009/43/KE dwar is-suq intern, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet sovrani tal-Istati Membri stabbiliti fil-qafas tal-Artikolu 346 TFUE;

46.

Jemmen li l-miżuri kollha inkwistjoni jiddependu fuq id-definizzjoni komuni minn qabel tal-ambitu tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea, sabiex ikunu jistgħu jimmiraw il-kumpaniji benefiċjarji potenzjali jew l-attivitajiet strateġiċi, b'kont meħud tad-differenzi fil-kapaċitajiet bejn l-industriji tad-difiża tal-Istati Membri; huwa tal-fehma li din id-definizzjoni tista’ tkun ibbażata b’mod partikolari fuq għadd ta’ kriterji, bħalma huma l-iżvilupp fi ħdan l-UE tat-tagħmir u t-teknoloġija, il-kontroll tal-proprjetà min-naħa tal-kumpaniji u d-drittijiet ta’ użu tat-tagħmir u t-teknoloġija li jiżviluppaw, u l-assigurazzjoni f’każ ta’ sjieda barranija li proprjetarji barranin ma jkollhomx drittijiet eċċessivi tal-vot, li jistgħu jipperikolaw il-kontroll tal-kumpaniji fuq l-attivitajiet tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu definiti r-riżorsi ta’ difiża kritiċi tal-UE (jiġifieri kapaċitajiet industrijali ewlenin u teknoloġiji kritiċi);

47.

Ifakkar li bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-politiki tal-UE dwar l-industrija, l-ispazju u r-riċerka jestendu għall-ambitu tad-difiża; jinnota li l-programmi tal-Unjoni f’oqsma oħra bħas-sigurtà interna u fil-fruntieri, il-ġestjoni tad-diżastri u l-iżvilupp joffru prospett sinifikanti li jsir żvilupp konġunt tal-kapaċitajiet li huma rilevanti għal dawk il-politiki u għat-twettiq tal-missjonijiet tal-PSDK; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi proċeduri permanenti għall-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni, is-SEAE, l-EDA u l-Istati Membri fl-oqsma tas-suq komuni, l-industrija, l-ispazju, ir-riċerka u l-iżvilupp; jistieden lill-Kummissjoni toħloq rabta permanenti bejn korpi u aġenziji tal-UE fl-oqsma tas-sigurtà interna (Frontex, Europol, ENISA) u sigurtà esterna u tad-difiża (l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, is-SEAE);

48.

Jinnota l-proposti tal-Kummissjoni għal implimentazzjoni aħjar tad-direttivi 2009/81/KE (l-akkwist fil-qasam tad-difiża u s-sigurtà) u 2009/43/KE (trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fi ħdan is-suq intern); iqis li jinħtieġ li jiġi determinat ukoll x'jgħodd bħala tagħmir u teknoloġija ta’ valur strateġiku għoli u li la huwa kopert mid-Direttiva 2009/81/KE (tagħmir għal interessi essenzjali ta’ sigurtà) u lanqas mid-Direttiva 2004/18/KE (tagħmir li l-użu tiegħu huwa relatat, iżda mhux speċifiku għall-qasam tad-difiża); jemmen li l-kumpaniji tal-UE li joperaw f’dan is-settur jeħtieġu arranġamenti ġuridiċi u finanzjarji speċifiċi li jippermettulhom ikunu kompetittivi, u b’hekk jissalvagwardjaw l-awtonomija strateġika tal-UE;

49.

Jinnota l-intenzjoni tal-Kunsill li jimplimenta arranġamenti Ewropej għas-sigurtà tal-provvista, li skonthom l-Istati Membri jassistu lil xulxin b'mod reċiproku u jindirizzaw malajr il-ħtiġijiet li jkollhom fil-qasam tad-difiża; qed jistenna l-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni li jistabbilixxi l-għażliet rilevanti tal-implimentazzjoni għal dawn l-arranġamenti u l-green paper li mistennija tiġi ppubblikata fuq il-kontroll ta' investimenti barranin f’kumpaniji tad-difiża strateġiċi; jilqa’ l-adozzjoni ta’ arranġament qafas imsaħħaħ tal-EDA għas-sigurtà tal-provvista bejn l-Istati Membri bħala mekkaniżmu volontarju importanti u legalment mhux vinkolanti għall-Istati Membri biex isaħħu l-appoġġ reċiproku u l-għajnuna fis-sigurtà tal-provvista; jistieden lill-EDA u lill-Kummissjoni jiżviluppaw b’mod konġunt mezzi u inizjattivi addizzjonali li jippromwovu l-provvista tas-sigurtà fl-UE kollha u jappoġġjaw lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-arranġament qafas il-ġdid;

50.

Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika u timmobilizza b'mod ċar il-mezzi u l-istrumenti finanzjarji tal-UE li għandhom l-għan jassistu t-twaqqif ta’ Suq għall-Industrija ta’ Difiża Komuni Ewropea;

51.

Jilqa’ l-adozzjoni tal-bidliet fil-listi tal-kontroll tal-esportazzjoni tar-reġim Wassenaar għal dak li jirrigwarda t-teknoloġiji ta' sorveljanza u intrużjoni li għadhom kif ġew implimentati wkoll fil-livell tal-UE; jenfasizza madankollu, li jeħtieġ isir aktar sabiex jiġu evitati l-produzzjoni u l-esportazzjoni bla kontroll ta’ teknoloġiji li jistgħu jintużaw biex jattakkaw l-infrastruttura kritika tal-UE u jiksru d-drittijiet tal-bniedem; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tressaq malajr kemm jista’ jkun proposta għar-reviżjoni tar-regolament dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju;

52.

Jemmen li l-ebda gvern ma jista’ jniedi waħdu programmi ta’ riċerka u teknoloġija (R&T) fuq skala ġenwinament kbira; ifakkar fid-dikjarazzjoni tal-Kunsill ta’ Diċembru 2008 dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-impenn mill-Istati Membri biex tintlaħaq il-mira kollettiva ta’ 2 % tan-nefqa tagħna għad-difiża fuq il-finanzjament tar-riċerka; jistieden lill-VP/RGħ u l-kap tal-EDA jipprovdu data dwar is-sitwazzjoni attwali f’dan ir-rigward; jilqa’ għalhekk il-proposti tal-Kummissjoni dwar l-iżvilupp ta’ sinerġiji bejn ir-riċerka ċivili u ta’ difiża; jenfasizza b'rabta ma' dan, il-fatt li l-programm ta' riċerka dwar is-sigurtà Orizzont 2020 joffri possibilitajiet kunsiderevoli għall-iżvilupp ta’ kapaċitajiet f’dan ir-rigward; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw il-missjoni ta' riċerka li tipprovdi assistenza għall-politiki esterni tal-Unjoni, inkluż l-iżvilupp teknoloġiku fil-qasam tat-teknoloġiji ta’ użu doppju, sabiex titjieb l-interoperabbiltà bejn il-protezzjoni ċivili u l-forzi militari, kif iddikjarat fil-programm speċifiku li jistabbilixxi Orizzont 2020; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkludu attivitajiet ta’ riċerka korrispondenti fil-programmi ta’ ħidma annwali; jilqa’ wkoll it-tnedija tal-''azzjonijiet preparatorji'' u jittama li fil-qasam tal-PSDK il-pass li jmiss se jkun il-finanzjament, fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, ta’ suġġett ta’ riċerka rilevanti; jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni ta’ proġett pilota dwar ir-riċerka fil-qasam tal-PSDK, li għandu jsir b’mod konġunt bejn il-Kummissjoni u l-EDA, kif propost mill-Parlament fil-baġit tal-2015 fir-rigward tal-aġenzija li timplimenta l-objettivi tal-Unjoni u l-baġit tal-Unjoni; jiddispjaċih f’dan ir-rigward, li l-Kummissjoni ma pprovdietx lill-Parlament b’valutazzjoni tal-potenzjal tal-Artikolu 185 TFUE, kif mitlub fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-21 ta’ Novembru 2013 dwar il-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea;

53.

Jappella fl-istess waqt li jkun hemm l-ogħla viġilanza possibbli, kemm jekk fir-rigward ta' kwistjonijiet ta’ governanza u drittijiet tal-proprjetà intellettwali u kemm b'rabta mal-kofinanzjament u regoli ta’ parteċipazzjoni għal azzjoni ta' tħejjija għad-difiża; jistieden lill-Istati Membri jinvolvu ruħhom bis-sħiħ fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, biex jevitaw eċċessi burokratiċi u jkun żgurat li l-programmi inklużi jilħqu l-bżonnijiet strateġiċi tal-PSDK u tal-Istati Membri;

54.

Ifakkar fin-natura ferm sensittiva u strateġika tar-riċerka favur id-difiża, kemm għall-kompetittività industrijali u kemm għall-awtonomija strateġika tal-UE, u jitlob l-adozzjoni ta’ politika xierqa għall-proprjetà intellettwali b’rabta mas-sigurtà u d-difiża sabiex jiġu protetti r-riżultati tar-riċerka; jistenna l-proposti mill-Kummissjoni, kif ukoll mill-industriji tad-difiża, dwar dan il-punt;

55.

Jinnota l-proposti tal-Kummissjoni biex tippromwovi l-introduzzjoni ta’ standards u proċeduri ta’ ċertifikazzjoni komuni għat-tagħmir tad-difiża; jistenna l-pjan direzzjonali tal-EDA u tal-Kummissjoni għall-iżvilupp ta’ standards industrijali fil-qasam tad-difiża, kif ukoll l-għażliet tal-EDA u l-EASA biex itejbu r-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikazzjoni militari fl-UE; iqis li hu ta’ dispjaċir li l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni qed isibuha bi tqila jagħtu siġilli ta’ standardizzazzjoni għal prodotti tad-difiża;

o

o o

56.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO, lill-President tal-Assemblea Parlamentari tan-NATO, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-President fil-Kariga tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), lill-President tal-Assemblea Parlamentari tal-OSKE, lill-President tal-Assemblea tal-Unjoni Afrikana u lis-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja.


(1)  ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2013)0513.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2013)0514.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2013)0380.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2013)0381.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2012)0457.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2014)0286.

(9)  Testi adottati, P7_TA(2013)0278.

(10)  http://eeas.europa.eu/library/publications/2013/3/2013_eeas_review_mt.pdf


27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/68


P8_TA(2015)0214

Finanzjament tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2015 dwar il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (2014/2258(INI))

(2016/C 353/13)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikoli 21, 24, 41, 42, 43, 44, 45 u 46 tiegħu,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (1),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u l-modifiki sussegwenti tiegħu,

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 18/2012 bit-titolu “L-Assistenza tal-Unjoni Ewropea lill-Kosovo relatata mal-istat tad-dritt”,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2013,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Politika ta’ Sigurtà u ta' Difiża Komuni tal-25 ta’ Novembru 2013 u tat-18 ta’ Novembru 2014,

wara li kkunsidra r-rapport dwar il-progress tas-7 ta’ Lulju 2014 mill-Viċi President/Rappreżentant Għoli (VP/RGħ) u l-Kap tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża dwar l-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2013,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta mill-VP/RGħ u l-Kummissjoni bit-titolu “L-approċċ komprensiv tal-UE rigward il-konflitti u l-kriżijiet esterni”, u l-konklużjonijiet relatati tal-Kunsill tat-12 ta’ Mejju 2014,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-2014 u r-rapport finanzjarju tal-2013 tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approċċ komprensiv tal-UE u l-implikazzjonijiet tiegħu għall-koerenza tal-azzjoni esterna tal-UE (4),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza adottati mill-Kunsill Ewropew f'Ħelsinki fil-11 ta' Diċembru 1999 (Objettiv Primarju 2003) u l-Objettiv Primarju 2010, approvat mill-Kunsill fis-17 ta' Mejju 2004,

wara li kkunsidra l-Objettiv Primarju Ċivili 2010 approvat mill-Konferenza Ministerjali dwar it-Titjib tal-Kapaċitajiet Ċivili, li ħa nota tagħha l-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni tad-19 ta’ Novembru 2007,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0136/2015),

A.

billi l-ambjent ta' sigurtà dejjem iktar diffiċli fi ħdan l-Unjoni u lil hinn minnha, ikkaratterizzat minn riskji ġodda u theddid li l-ebda Stat Membru ma jista' jlaħħaq magħhom waħdu, jirrikjedi tisħiħ tal-PSDK sabiex isir strument iktar effikaċi ta' politika u garanzija reali tas-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE u l-promozzjoni tal-interessi u l-valuri Ewropej; billi l-Unjoni għanda tinforza s-sigurtà fil-fruntieri esterni tagħha;

B.

billi tnaqqis baġitarju fin-nefqa fuq id-difiża u duplikazzjonijiet eżistenti jeħtieġu reviżjoni tal-finanzjament tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK bl-użu ta’ allokazzjonijiet baġitarji aħjar u aktar kosteffiċjenti filwaqt li jiġi żgurat skrutinju demokratiku xieraq fil-livell istituzzjonali tal-UE tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet kollha, kemm jekk ċivili kif ukoll jekk militari;

C.

billi l-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2013 iddeċieda li jeżamina l-aspetti finanzjarji tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-UE, inkluż ir-reviżjoni tal-mekkaniżmu Athena, sabiex jiġi żgurat li l-proċeduri u r-regoli jkunu jippermettu lill-Unjoni tkun aktar rapida, aktar flessibbli u effiċjenti fil-mobilizzazzjoni tal-missjonijiet ċivili tal-UE, kif ukoll l-operazzjonijiet militari tagħha;

D.

billi, skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona, ir-Rappreżentant Għoli tal-UE huwa wkoll il-Viċi President tal-Kummissjoni, il-Kap tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u anke l-President tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea; billi, skont l-Artikolu 45 tat-TUE, l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża “għandha twettaq il-missjonijiet tagħha flimkien mal-Kummissjoni meta jkun meħtieġ”;

1.

Jinnota li l-UE u l-Istati Membri tagħha huma finanzjaturi kbar tal-bosta operazzjonijiet ta’ paċi u ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet fid-dinja kollha u li missjonijiet u operazzjonijiet ċivili u militari tal-PSDK jirrappreżentaw sehem żgħir ħafna mill-finanzjament totali; jirrikonoxxi l-importanza tal-interventi tal-PSDK għall-kisba tal-paċi, filwaqt li jħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw pożizzjoni iktar ċara lejn il-prevenzjoni tal-kunflitt, ir-rikostruzzjoni ta' wara l-kunflitti u ż-żamma tal-paċi sostenibbli f'żoni fejn hemm il-kunflitti; huwa konvint li l-UE ma tistax tippermetti lilha nnifisha li tiffoka esklussivament fuq strumenti għal kuntest ta’ wara kriżi jew għal appoġġ ta’ ħruġ minn kriżi;

2.

Jistieden lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri biex jisiltu l-potenzjal sħiħ tat-Trattat ta’ Lisbona, u b’mod speċjali tal-Artikolu 44 tiegħu dwar l-implimentazzjoni ta' kompitu tal-PSDK minn grupp ta' Stati Membri u l-Artikolu 46 dwar kooperazzjoni strutturata permanenti, fir-rigward ta’ użu aktar rapidu u flessibbli tal-missjonijiet u operazzjonijiet tal-PSDK;

3.

Jinnota bi tħassib li minkejja baġit annwali għad-difiża ta’ xi EUR 190 biljun b’kollox, l-Istati Membri għadhom ma jistgħux jissodisfaw l-Objettivi Primarji ta’ Ħelsinki tal-1999; ifakkar fl-objettivi primarji ċivili ambizzjużi stabbiliti mill-UE; jitlob biex l-UE tissaħħaħ bħala attur reali fid-difiża fil-kuntest tan-NATO, u jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ duttrina li toperazzjonalizza l-kompiti elenkati fl-Artikolu 43 TUE (il-“kompiti ta’ Petersberg” estiżi); iħeġġeġ bil-qawwa li jkun hemm koordinazzjoni u kooperazzjoni iżjed mill-qrib fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża fil-kuntest tan-NATO bejn l-Istati Membri u fil-livell tal-UE, b’mod partikolari l-akkomunament u l-kondiviżjoni ta’ riżorsi, kapaċitajiet u assi; jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq b’urġenza analiżi dwar l-isfidi u l-bżonnijiet fir-rigward tas-sigurtà u d-difiża;

4.

Jinnota li l-livell ta’ finanzjament għal missjonijiet ċivili tal-PSDK taħt il-kapitolu tal-PESK tal-baġit tal-UE naqas f’dawn l-aħħar snin u huwa mistenni li jibqa’ stabbli bħala parti mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020; jiddispjaċih li missjonijiet ċivili ġew affettwati minn nuqqas ġeneralizzat ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament, li jobbligaw lill-Kummissjoni li tipposponi l-ħlas ta’ EUR 22 miljun għall-2015 bħala miżura ta’ mitigazzjoni; jilqa’ madankollu l-fatt li madwar EUR 16-il miljun ġew identifikati bħala ffrankar possibbli, li jippermetti li aktar missjonijiet jiġu ffinanzjati jekk tinqala’ l-ħtieġa fil-futur qrib;

Inizjattivi li jżidu l-kosteffikaċja

5.

Jilqa’ l-miżuri konkreti u soluzzjonijiet prammatiċi introdotti reċentement mill-Kummissjoni fi ħdan il-qafas eżistenti ta’ regoli finanzjarji sabiex jitqassru l-proċeduri finanzjarji fir-rigward tal-missjonijiet ċivili tal-PSDK; jiddeplora, madankollu, id-dewmien sinifikanti fl-akkwist ta’ tagħmir u servizzi essenzjali għall-missjonijiet tal-PSDK taħt il-PESK, parzjalment minħabba l-proċess ta’ adozzjoni ta’ deċiżjonijiet mill-Kunsill li spiss mar bil-mod, iżda wkoll ċertu nuqqas ta’ approċċ konsolidat dwar l-applikazzjoni tar-regoli finanzjarji għall-missjonijiet tal-PSDK, u l-konsegwenza negattiva riżultanti għall-funzjonament tal-missjonijiet u l-persunal, u potenzjalment għas-sikurezza tal-missjonijiet;

6.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttaffi dawn in-nuqqasijiet, billi tipprepara mudell speċifiku għar-regoli finanzjarji għall-missjonijiet ċivili tal-PSDK u billi tadatta linji gwida eżistenti għall-ħtiġijiet tagħhom, sabiex tiffaċilita t-tmexxija ta’ missjonijiet rapidi, flessibbli u iktar effiċjenti, filwaqt li tiggarantixxi ġestjoni finanzjarja tajba tar-riżorsi tal-UE u protezzjoni adegwata tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; huwa tal-fehma li l-baġit għandu jiġi delegat lill-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili, bl-istess mod li kien sar għal Kapijiet ta’ Delegazzjonijiet tal-UE;

7.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippreżentaw stima annwali tal-ammont totali tan-nefqa ddedikata għall-politiki tas-sigurtà u tad-difiża, li tinkludi b’mod partikolari preżentazzjoni trasparenti tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku, sabiex ikun hemm ġestjoni aktar effettiva tal-baġit allokat għal dan il-qasam fil-futur;

8.

Iħeġġeġ bil-qawwa l-istabbiliment ta’ Ċentru għal Servizzi Kondiviżi (SSC), flimkien ma’ sistema ta’ ġestjoni ta’ riżorsi integrati (IRMS), bħala mod li bih tiżdied il-ħeffa tal-iskjerament, u l-kosteffiċjenza, ta’ missjonijiet ċivili; jiddeplora l-fatt li, s'issa, din l-inizjattiva rriżultat fi blokk; jinnota li attwalment qed tiġi kkunsidrata missjoni ta’ appoġġ, iżda jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jieħdu passi ulterjuri lejn it-twaqqif ta’ SSC ġenwina;

9.

Jemmen li r-restrizzjonijiet kroniċi tas-SEAE/Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija tal-baġit amministrattiv għandhom jiġu mtaffija, billi l-baġit annwali allokat għadu żgħir wisq biex jaqdi kull kompitu ta' ppjanar, twettiq u appoġġ, notevolment fi żmien meta jiġu varati missjonijiet oħra kważi fl-istess ħin;

10.

Huwa tal-fehma li l-Maħżen tal-PSDK permanenti, li bħalissa qed iservi biss għal missjonijiet ċivili ġodda tal-PSDK, għandu jittejjeb mill-iktar fis billi jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu biex jinkludi missjonijiet eżistenti u billi tittejjeb id-disponiibilità ta’ tagħmir maħżun, u ż-żieda wkoll fid-diversità tat-tagħmir maħżun; jipproponi li l-Maħżen tal-PSDK ikun immaniġġjat mill-SSC futur;

11.

Jenfasizza l-ħtieġa għal persunal adegwat tal-missjonijiet f’konformità mad-diversi impenji magħmula mill-Istati Membri f’dan ir-rigward (pereżempju l-Objettiv Primarju Ċivili 2010, jew il-Pjan ta' Żvilupp tal-Kapaċità Ċivili); jiddeplora, madankollu, id-diffikultajiet biex jirreklutaw – u jżommu – numru suffiċjenti ta’ persunal kwalifikat għal missjonijiet tal-PSDK; iħeġġeġ l-użu mifrux ta’ skjerament rapidu ta’ Timijiet ta’ Rispons Ċivili (CRTs), li jżidu l-kapaċità ta’ reazzjoni rapida tal-UE, jiffaċilitaw il-ħolqien rapidu ta’ missjonijiet u jikkontribwixxu għall-effettività ta’ rispons tagħha ta’ ġestjoni tal-kriżijiet;

12.

Jiddispjaċih dwar l-opaċità u l-ispejjeż għoljin li huma prevalenti fil-proċess tal-għażla tal-kumpaniji privati magħżula biex jiżguraw is-sigurtà tal-persunal tal-missjonijiet ċivili tal-PSDK; jitlob it-twaqqif ta’ kuntratt qafas tas-sigurtà speċifiku għall-missjonijiet ċivili tal-PSDK sabiex jitbaxxew in-nollijiet mitluba mill-kumpaniji tas-sigurtà privati u biex dak il-proċess tal-għażla jkun aktar trasparenti; jemmen li l-kumpaniji Ewropej għandhom jiġu prijoritizzati f’dan il-kuntest;

Koerenza u komplementarjetà

13.

Iqis li l-PSDK hija parti mid-dimensjoni esterna usa’ tal-PESK u tal-azzjoni esterna tal-UE kollha kemm hi kif ukoll bħala parti mid-dimensjoni interna tal-politiki tas-suq komuni, tal-industrija, tal-ispazju, tar-riċerka u tal-iżvilupp; jemmen bil-qawwa li l-koerenza u l-komplementarjetà għandhom jiġu żgurati bejn id-diversi strumenti biex jinkisbu ekonomiji ta’ skala u jiġi mmassimizzat l-impatt tal-infiq tal-UE; jinsab konvint li l-UE għandha aktar għodod u potenzjal ta’ effett ta’ lieva minn kwalunkwe istituzzjoni sopranazzjonali oħra, minħabba li l-politika tagħha ta’ sigurtà u difiża tista’ tissaħħaħ b’approċċ komprensiv b’tipi oħra ta’ strumenti u mekkaniżmi finanzjarji tal-UE; jemmen, għalhekk, li r-riżorsi tal-PESK għandhom jintużaw b’mod aktar intelliġenti, l-aktar permezz ta’ koordinazzjoni msaħħa bejn l-istrumenti tal-PSDK u d-diversi programmi ta’ finanzjament mill-UE ġestiti mill-Kummissjoni;

14.

Jitlob għal sinerġiji militari-ċivili aqwa fejn xieraq u b’mod partikolari biex jiġu kkunsidrati fil-bidu tal-proċessi tal-ippjanar, speċjalment fl-oqsma tal-bini, is-servizzi mediċi, il-loġistika, it-trasport u s-sigurtà ta’ missjonijiet, filwaqt li jiġu rispettati l-ktajjen ta’ tmexxija differenti u n-natura, l-objettivi u l-modi ta' funzjonament differenti ta’ missjonijiet ċivili u militari;

15.

Jenfasizza t-tfaddil potenzjali li jirriżulta mit-trawwim ta’ sinerġiji fil-livell tal-UE fil-qasam militari, inklużi t-trasport, it-taħriġ u l-għajnuna medika; jenfasizza r-rwol tal-Aġenzija għad-Difiża Ewropea fil-missjoni tagħha biex trawwem l-interoperabilità u s-sinerġiji fit-tagħmir tad-difiża u l-kapaċità tal-iskjerament fost l-Istati Membri tal-UE, iżda jiddeplora bil-qawwa li, filwaqt li titmexxa mill-VP/RGħ, għadha taħt l-awtorità tal-Kunsill u hija kompletament iffinanzjata barra mill-baġit tal-Unjoni Ewropea, u b’hekk taħrab mill-iskrutinju demokratiku Ewropew;

16.

Jilqa’ b’sodisfazzjon ir-reviżjoni ta’ Proċeduri tal-Ġestjoni ta’ Kriżijiet (CMP) maqbula fl-2013, peress li wasslu għal titjib fl-ippjanar u t-tnedija ta’ missjonijiet tal-PSDK; jenfasizza, madankollu, li jeħtieġ li jsir aktar biex jingħelbu s-“silos” persistenti li jisseparaw partijiet differenti tal-makkinarju tal-politika barranija tal-UE;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni twaqqaf proċeduri finanzjarji permanenti għall-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni, is-SEAE, l-EDA, l-ESA u l-Istati Membri fl-oqsma tal-PSDK u s-suq komuni, l-industrija, l-ispazju, ir-riċerka u l-iżvilupp tal-politiki; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jistabbilixxu regoli finanzjarji permanenti biex ikun hemm rabta bejn l-atturi tal-UE mill-oqsma tas-sigurtà interna (eż. Frontex, l-Europol, l-ENISA) mad-difiża esterna (eż. EDA, SEAE);

18.

Jilqa’ l-implimentazzjoni ta’ proġett pilota dwar ir-riċerka tal-PSDK imwettaq b’mod konġunt mill-Kummissjoni u l-EDA kif propost mill-Parlament fil-baġit tal-2015 bil-għan li l-Aġenzija timplimenta l-objettivi tal-Unjoni u l-baġit tal-Unjoni; jiddispjaċih f’dan il-kuntest li l-Kummissjoni ma pprovdiet lill-Parlament l-ebda valutazzjoni tal-potenzjal tal-Artikolu 185 tat-TFUE kif mitlub fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Novembru 2013 dwar il-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (5);

19.

Jilqa’ l-Pjan Direzzjonali ta ’ Implimentazzjoni għall-Komunikazzjoni dwar id-Difiża Ewropea u s-Settur tas-Sigurtà tal-Kummissjoni adottat fl-24 ta’ Ġunju 2014; jistieden lill-Kummissjoni f’dan ir-rigward biex tispjega f’valutazzjoni tal-partijiet interessati b’liema mod il-benefiċjarji potenzjali kif ukoll l-amministrazzjonijiet nazzjonali u reġjonali huma lesti li jużaw il-miżuri deskritti tal-FSIE, il-FEŻR, l-FSE jew l-Interreg V; jiddispjaċih, f’dan ir-rigward li l-proposti tal-Kummissjoni jistgħu jiġu tard wisq biex jinfluwenzaw l-allokazzjoni tar-riżorsi kontinwa tal-amministrazzjonijiet nazzjonali u reġjonali u biex jiġu kanalizzati mill-ġdid fondi tal-UE li jservu Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea aktar b’saħħitha (EDTIB);

20.

Jilqa’ l-inizjattiva “Ħarreġ & tgħammar” li tiżgura t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tas-sħab, bħala parti mit-tranżizzjoni jew strateġija ta’ ħruġ, billi tiffaċilita l-finanzjament ta’ forom varji ta’ ħardwer u tagħmir mhux letali għall-forzi tas-sigurtà u tad-difiża ta’ pajjiżi terzi u jappoġġja approċċ konġunt mill-SEAE u l-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni; jappoġġja l-ħolqien ta’ ċelloli tal-proġett, li fih jistgħu jikkontribwixxu l-Istati Membri jew pajjiżi terzi li jgħin biex jiġi żgurat kunsinna ta’ malajr u ta’ xiri tal-ħtiġijiet tas-sigurtà għall-pajjiżi ospitanti billi jiġi pprovdut appoġġ għall-proġetti u huwa tal-fehma li dawn għandhom jintużaw b’mod sistematiku;

21.

Jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni aħjar tad-Direttiva 2009/81/KE (dwar l-akkwist pubbliku) u tad-Direttiva 2009/43/KE (dwar trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fis-suq domestiku); jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-fatt li l-kumpaniji Ewropej li joperaw fil-qasam tad-difiża għandu jkollhom arranġamenti legali u finanzjarji speċifiċi sabiex ikunu kompetittivi kif ukoll biex jappoġġaw l-isforzi nazzjonali tal-konsolidazzjoni tal-kapaċitajiet tad-difiża;

Finanzjament tal-operazzjonijiet militari

22.

Jirrikonoxxi li l-operazzjonijiet militari huma ffinanzjati mill-Istati Membri barra mill-baġit tal-UE u li l-ispejjeż komuni tagħhom huma koperti permezz tal-mekkaniżmu ATHENA; jenfasizza li ATHENA huwa kruċjali għall-użu malajr ta’ dawk l-operazzjonijiet u huwa strument ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri, li jħeġġiġhom, b’mod speċjali dawk li m’għandhomx riżorsi finanzjarji u operattivi, biex jikkontribwixxu għal operazzjonijiet tal-PSDK; jiddispjaċih, madankollu, li l-proporzjon tal-ispejjeż komuni għadu baxx ħafna (bejn wieħed u ieħor 10-15 % tal-ispejjeż kollha) u li l-proporzjon għoli tal-ispejjeż u r-responsabbiltajiet li jinġarru minn nazzjon fl-operazzjonijiet militari jmur kontra l-prinċipji ta’ solidarjetà u ta’ qsim tal-piżijiet, li jiskoraġġixxi ulterjorment lill-Istati Membri milli jieħdu parti attiva fl-operazzjonijiet tal-PSDK; jinsab imħasseb li din is-sitwazzjoni, b’mod speċjali fil-kuntest tan-nuqqas tar-rieda tal-Istati Membri li jipparteċipaw fil-ġenerazzjoni tal-forzi tal-operazzjonijiet, ixxekkel l-iskjerament rapidu tal-operazzjonijiet tal-PSDK u tipperikola l-effiċjenza globali tagħhom; jemmen li l-finanzjament fit-tul ta’ missjonijiet militari għandu jkun żgurat;

23.

Jiddeplora f'dan il-kuntest li r-reviżjoni tal-mekkaniżmu Athena, li kellha sseħħ sa tmiem l-2014, ipproduċiet biss riżultati limitati, bħall-organizzazzjoni ta' forma ta' prefinanzjament ta' ċerti spejjeż biex jitħaffef l-użu; jiddispjaċih li l-Kunsill ma laħaqx ftehim dwar l-inklużjoni ta' finanzjament għall-ispiża tal-użu strateġiku ta' gruppi tattiċi tal-UE fil-lista ta' spejjeż komuni mħallsa sistematikament minn Athena, u minflok ġiet adottata biss deċiżjoni rinnovabbli għal perjodu ta' sentejn; jitlob lill-Kunsill Ewropew għad-Difiża li jmiss biex iqis espansjoni ulterjuri tal-ispejjeż komuni eliġibbli taħt Athena, bħall-finanzjament awtomatiku tan-nefqa fuq l-użu operattiv u tal-missjonijiet tal-PSDK (infrastruttura għas-soġġorn tal-forzi, spejjeż b'rabta mat-twaqqif ta' punti ta' dħul għal truppi f'postijiet ta' operazzjoni u stokkijiet ta' sigurtà tal-ikel u l-fjuwil meta jkun meħtieġ);

24.

Jappoġġja inizjattivi li jesploraw il-possibilità li jiġu attirati u li jkunu amministrati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji minn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali fi ħdan Athena; jappoġġja wkoll l-għażla ta’ “finanzjament konġunt”, fejn numru iżgħar ta’ pajjiżi parteċipanti jista’ jiffinanzja xi kostijiet operattivi tal-missjonijiet, bil-kundizzjoni li l-kontribuzzjonijiet tagħhom huma amministrati minn Athena u jissupplimentaw iktar milli jissostitwixxu l-ispejjeż komuni;

25.

Ifakkar li t-Trattat ta’ Lisbona jipprovdi lill-UE b’dispożizzjonijiet ġodda tal-PSDK li għadhom mhux qed jiġu sfruttati; iħeġġeġ lill-Kunsill biex jagħmel użu mill-Artikolu 44 TUE, li jippermetti lil grupp ta’ dawk l-Istati Membri li jixtiequ jingħaqdu biex jimxi ’l quddiem bl-implimentazzjoni ta’ missjoni li taqa’ taħt il-PSDK; iqis li hemm ħtieġa urġenti għal proċess iktar mgħaġġel ta' teħid ta' deċiżjonijiet; huwa tal-fehma li l-mekkaniżmi ta' finanzjament ad hoc għal operazzjoni militari għandhom ikopru iktar mill-ispejjeż komuni tradizzjonali minn Athena;

26.

Jistieden lill-Kunsill biex jibda, matul din is-sena, it-twaqqif tal-fond ta’ tnedija (previst mill-Artikolu 41(3) TUE) għal finanzjament urġenti tal-ewwel fażijiet ta' operazzjonijiet militari, li jistgħu jservu wkoll bħala għodda b’saħħitha għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet; jistieden lill-Kunsill biex iressaq proposta dwar kif f’sitwazzjoni ta’ kriżi tista’ tiġi mwettqa b’mod rapidu l-konsultazzjoni tal-Parlament; jinnota li, filwaqt li l-missjonijiet ċivili jibbenefikaw minn baġit dedikat għal miżuri preparatorji, l-użu u l-effiċjenza tal-missjonijiet militari jibqa’ strutturalment imxekkel sakemm din il-possibbiltà ma tintużax; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Istati Membri biex jieħdu sehem fil-kooperazzjoni strutturata permanenti prevista fl-Artikolu 46 TUE, li għandha wkoll tikseb konsiderevolment aktar malajr it-titjib urġentement meħtieġ tal-kapaċità ta’ reazzjoni rapida tal-UE; jiddispjaċih f’dan ir-rigward għan-nuqqas ta’ sustanza fil-Qafas ta’ Politika għall-Kooperazzjoni fid-Difiża Sistematika u fit-Tul tal-Kunsill adottat fit-18 ta’ Novembru 2014 minħabba li dan id-dokument jiddeskrivi biss prassi attwali; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq il-proposta meħtieġa sabiex jiġi ċċarat kif il-baġit tal-UE jista’ jiffaċilita t-twaqqif ta’ kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) u l-ħidma tal-kooperazzjoni militari fi żminijiet ta’ paċi fi ħdan il-qafas ta’ PESCO;

27.

Jinsab sorpriż li s’issa m’hemm l-ebda inċentiv fiskali fil-livell Ewropew fir-rigward tal-kooperazzjoni u l-akkomunament; jieħu nota tas-sejħa mill-Kunsill ta’ Diċembru 2013 biex arranġamenti bħal dawn jiġu esplorati, u jiddispjaċih li, wara sena, id-diskussjonijiet għadhom ma pproduċew l-ebda miżura tanġibbli f’dan ir-rigward; jinnota li l-Gvern Belġjan diġà jagħti eżenzjonijiet tal-VAT, fuq bażi ad hoc, għall-fażijiet preparatorji ta’ ċerti proġetti tal-EDA, eż. għall-komunikazzjonijiet bis-satellita; jemmen li tali eżenzjonijiet għandhom jiġu applikati b’mod naturali u għandhom jiġu estiżi għall-infrastruttura u għall-programmi speċifiċi relatati mal-kapaċitàjiet, billi jittieħed bħala mudell il-mekkaniżmu eżistenti fi ħdan in-NATO jew il-mekkaniżmu eżistenti tal-UE għall-infrastrutturi tar-riċerka ċivili; jitlob għall-iżvilupp ta’ kwalunkwe inċentiv ieħor li jista’ jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni fil-kapaċità bejn l-Ewropej;

Trasparenza u responsaibilità

28.

Jenfasizza li t-trasparenza u r-responsaibilità huma rekwiżiti essenzjali mhux biss għal skrutinju demokratiku iżda wkoll għall-funzjonament adegwat, u l-kredibilità, tal-missjonijiet imwettqa taħt il-bandiera tal-UE; itenni l-importanza mogħtija mill-Parlament lill-eżerċitar ta' sorveljanza tal-mod li bih id-diversi missjonijiet u operazzjonijiet PSDK jiġu bbaġitjati; jilqa’ b’sodisfazzjon il-mekkaniżmi ta’ rappurtar previsti mill-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013, bħar-rapporti ta’ kull tliet xhur dwar il-baġit tal-PESK u l-laqgħat ta’ konsultazzjoni konġunta dwar il-PESK; jilqa’ l-impenn magħmul mill-VP/RGħ biex jagħti nifs ġdid fil-laqgħat imsemmija l-aħħar u biex jintroduċi grad xieraq ta’ flessibilità fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom sabiex il-Parlament jinżamm infurmat bis-sħiħ dwar il-missjonijiet militari u dwar il-ħidma u l-aġenda tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà; isostni li kwalunkwe titjib fil-flessibilità u l-effiċjenza tal-finanzjament u fit-twettiq tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet ma jistax jikkomprometti l-iżviluppi pożittivi miksuba fir-rigward tat-trasparenza u r-responsabilità fl-interventi tal-PSDK; jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel interpretazzjoni estensiva tal-Artikolu 49(1)(g) tar-Regolament Finanzjarju, sabiex tipproponi linji speċifiċi għal kull missjoni ċivili tal-PSDK taħt il-kapitlu dwar il-PESK u sabiex tinkludi bilfors fir-rapport annwali ta’ attività skema dettaljata dwar kull missjoni individwali abbażi tal-parteċipanti tagħha u l-ispejjeż imġarrba;

29.

Jistenna b’interess inizjattivi li jġibu ċarezza u konsistenza fir-rigward tal-iffinanzjar u r-regoli operattivi li japplikaw għal missjonijiet ċivili; jilqa’ b’sodisfazzjon, fid-dawl tad-diskussjoni li għaddejja dwar il-flessibilità fir-regoli finanzjarji, l-impenn tal-Kummissjoni li tħejji mudell speċifiku għall-missjonijiet kollha ta’ PSDK, u li tadatta l-linji gwida eżistenti għall-ħtiġijiet tagħhom;

Tisrif tal-kliem f’għemil

30.

Iħeġġeġ lill-VP/RGħ biex ikun minn ta’ quddiem fir-rigward tal-PSDK u biex ikollu rwol ta’ tmexxija biex jitkissru s-silos billi jiżgura koordinazzjoni bejn il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-SEAE, u billi jiggarantixxi l-koerenza fi ħdan l-aħħar żewġ korpi; jissuġġerixxi li r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE jistgħu jiġu fdati b’mandat li jtejbu d-djalogu u l-kooperazzjoni bejn id-diversi atturi tal-UE fuq il-post, sabiex tiżdied il-koerenza tal-azzjoni tal-UE u jiġu trasformati diversi sorsi ta’ finanzjament minn sfida f’vantaġġ;

31.

Huwa tal-fehma li l-Kunsill Ewropew għad-Difiża li jmiss m’għandhux jitlef l-opportunità li jżomm diskussjoni profonda u jipproduċi proposti konkreti dwar ir-riforma tal-arranġamenti finanzjarji għal missjonijiet u operazzjonijiet tal-PSDK, sabiex dawn ikunu iktar effiċjenti u ta' suċċess; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex iwettqu l-impenji meħuda fil-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2013; iqis li huwa xieraq li fil-Kunsill Ewropew li jmiss dwar id-difiża, jiġu adottati miżuri konkreti biex jissaħħu l-kapaċitajiet tad-difiża tal-Unjoni b’komplementarjetà man-NATO, biex tiġi appoġġata u kkonsolidata l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u jingħata sostenn lil bażi industrijali u teknoloġika komuni;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġa l-isforzi magħmula mill-Istati Membri fid-dawl tal-implimentazzjoni operazzjonali tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew fir-rigward tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tad-difiża, filwaqt li jiġu kkunsidrati r-restrizzjonijiet baġitarji li qed jiffaċċjaw ċerti Stati Membri;

o

o o

33.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-VP/RGħ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO u lill-Assemblea Parlamentari tan-NATO.


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2014)0286.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2013)0514.


27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/74


P8_TA(2015)0215

L-impatt tal-iżviluppi fis-swieq Ewropej tad-difiża dwar is-Sigurtà u l-kapaċitajiet ta’ difiża fl-Ewropa

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2015 dwar l-impatt tal-iżviluppi fis-swieq Ewropej tad-difiża dwar is-Sigurtà u l-kapaċitajiet ta’ difiża fl-Ewropa (2015/2037(INI))

(2016/C 353/14)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Europea (TUE),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19-20 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar il-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Lulju 2013 bit-titolu “Lejn settur tad-difiża u tas-sigurtà aktar kompetittiv u effiċjenti” (COM(2013)0542), u l-Pjan Direzzjonali ta’ Implimentazzjoni relatat tal-24 ta’ Ġunju 2014 (COM(2014)0387),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (2),

wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll tal-esportazzjoni ta’ teknoloġija u tagħmir militari,

wara li kkunsidra l-Qafas ta’ Politika għal Kooperazzjoni Sistematika u fit-Tul fil-Qasam tad-Difiża, adottat mill-Kunsill fit-18 ta’ Novembru 2014,

wara li kkunsidra l-Arranġament Qafas dwar is-Sigurtà tal-Provvista bejn Stati Membri li jissottoskrivu, adottat mill-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) f’Novembru 2013, u l-Kodiċi ta’ Kondotta dwar il-Prijoritizzazzjoni assoċjat, adottat mill-Bord ta’ Tmexxija tal-EDA f’Mejju 2014,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-21 ta’ Novembru 2013 dwar bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea (3) u tal-14 ta’ Diċembru 2011 dwar l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq is-settur tad-difiża fl-Istati Membri tal-UE (4),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0159/2015),

A.

billi leġiżlazzjoni ġdida dwar is-suq Ewropew tad-difiża ġiet introdotta taħt il-Pakkett tad-Difiża tal-2009 u t-28 Stat Membru kollha ttrasponew ir-regoli l-ġodda fl-ordni ġuridiku nazzjonali tagħhom; billi l-qofol ta’ din il-leġiżlazzjoni l-ġdida huwa l-introduzzjoni ta’ qafas regolatorju bbażat fuq it-trasparenza, in-nondiskriminazzjoni u l-kompetizzjoni, li jindirizza l-ispeċifiċitajiet tas-settur tad-difiża;

B.

billi l-Istati Membri qablu dwar il-ħtieġa li jiżviluppaw suq Ewropew tat-tagħmir u s-servizzi tad-difiża; billi l-Kunsill Ewropew saħansitra talab għat-twaqqif ta’ reġim tas-sigurtà tal-provvista fl-UE kollha; billi kapaċitajiet xierqa u l-provvista ta’ tagħmir kif ukoll l-awtonomija strateġika tal-UE huma ta’ importanza kruċjali għas-sigurtà tal-Unjoni u dik tal-viċinat tagħha;

C.

billi s-suċċess tal-missjonijiet ta’ żamma tal-paċi u ta’ sigurtà taħt il-PSDK jiddependi fil-biċċa l-kbira tiegħu fuq il-ħila tagħhom li jirreaġixxu minnufih u b’mod immedjat, u aspett ewlieni, għaldaqstant, hija l-ħtieġa li jinkiseb suq ġenwin tad-difiża Ewropea biex jelimina d-duplikazzjoni u jnaqqas il-burokrazija żejda;

D.

billi n-nuqqas ta’ konsolidazzjoni, kosteffiċjenza u trasparenza fis-swieq Ewropej tad-difiża jfisser li d-dipendenzi esterni fis-settur Ewropew tad-difiża jistgħu jiżdiedu ulterjorment fi żmien ta’ theddid dirett u multiplu mingħajr preċedent għas-sigurtà Ewropea minn tmiem il-Gwerra Bierda ‘l hawn;

E.

billi investimenti fir-riċerka u t-teknoloġija fis-setturi tad-difiża tal-Istati Membri kollha, kif ukoll investimenti komuni fir-riċerka u t-teknoloġija fis-settur tad-difiża skont il-qafas ta’ kooperazzjoni Ewropea, naqsu b’rata allarmanti matul l-aħħar snin;

Żviluppi fis-swieq tad-difiża jqiegħdu l-awtonomija Ewropea fil-periklu

1.

Jibqa’ mħasseb serjament dwar it-tnaqqis mifrux u fil-biċċa l-kbira mhux koordinat fil-baġit tad-difiża fil-maġġoranza tal-Istati Membri; jenfasizza li t-tnaqqis tal-baġits għad-difiża qed idgħajjef il-potenzjal tad-difiża tal-Istati Membri u tal-UE, u qed iħalli dubju dwar il-livelli ta’ tħejjija għall-iżgurar tas-sigurtà nazzjonali u Ewropea; huwa tal-fehma li dan it-tnaqqis mhux koordinat, flimkien ma’ problemi strutturali u prattiki inġusti u mhux trasparenti, iqiegħed lill-Unjoni fil-periklu billi ċċedi assi u ħiliet strateġiċi u billi titlef l-opportunitajiet li l-koordinazzjoni tal-politiki għad-difiża u l-ippuljar u l-kondiviżjoni tal-assi għad-difiża jistgħu joħolqu fir-rigward tat-twettiq tal-prosperità u l-paċi tal-UE, f’konformità mal-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, is-sigurtà tal-provvista tagħha u d-difiża taċ-ċittadini u l-interessi tagħha;

2.

Jinsab serjament imħasseb dwar l-intensifikazzjoni tal-konflitti armati, kriżijiet ta’ intensità baxxa, gwerra ibrida u gwerra miġġielda f’isem ħaddieħor, falliment tal-istat, instabilità u ksur mifrux tad-drittijiet tal-bniedem fil-viċinat immedjat tal-UE u t-theddida tat-terroriżmu fi ħdan l-UE u 'l barra minnha; jemmen li t-theddid attwali għas-sigurtà huwa komuni għall-UE kollha kemm hi u għandu jiġi indirizzat b’mod unit u koordinat, bl-ippuljar u l-kondiviżjoni tar-riżorsi ċivili u militari; jemmen bis-sħiħ, f’dan ir-rigward, li huwa importanti ħafna li ma jinħlewx riżorsi u li huwa essenzjali li jsir użu aħjar tal-flus tal-kontribwenti kif ukoll li jsir progress fl-istabbiliment ta’ suq Ewropew għat-tagħmir tad-difiża u fl-iżvilupp ta’ Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB), b’ħila li jinħolqu sinerġiji permezz ta’ koordinazzjoni transkonfinali miżjuda u l-forniment tal-ħiliet meħtieġa għall-PSDK; jemmen ukoll li dan se jkun kruċjali biex tiżdied l-effiċjenza u l-kosteffettività tal-azzjoni Ewropea fi ħdan il-qafas tal-operazzjonijiet tan-NATO biex jiżgura s-sigurtà u l-istabilità fl-Ewropa u l-viċinat tagħha;

3.

Huwa mħasseb, għaldaqstant, dwar l-implimentazzjoni bil-mod u inkonsistenti mill-Istati Membri tad-direttivi tal-Pakkett tad-Difiża tal-2009 u jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri speċifiċi biex tiżgura li d-direttivi jkunu implimentati korrettament, permezz ta’ monitoraġġ tat-traspożizzjonijiet nazzjonali, bl-għan li jkunu evitati distorsjonijiet tas-suq; jirrikonoxxi li l-introduzzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida hija proċess twil, iżda jwissi li l-applikazzjoni żbaljata u mifruxa tissogra li toħloq standards ta’ prattika ħżiena, u b’hekk tipperikola l-kisba tal-objettivi stabbiliti fid-direttivi u, għaldaqstant, tikkomprometti l-istabbiliment ta’ suq Ewropew għat-tagħmir tad-difiża u ddgħajjef l-iżvilupp ta’ EDTIB; jissottolinja li l-Pakkett tad-Difiża għandu wkoll jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ inċentivi għall-kooperazzjoni tad-difiża fl-Ewropa u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-EDA biex jikkooperaw mill-qrib f’dan ir-rigward; ifakkar b’dispjaċir li l-akkwist konġunt fis-settur tad-difiża staġna, u matul dawn l-aħħar snin anki naqas;

4.

Iwissi dwar ir-riskji ta’ dipendenzi esterni fis-settur Ewropew tad-difiża fi żmien fejn l-ambjent tas-sigurtà huwa dejjem aktar kumpless u impenjattiv; iwissi, b’mod partikolari, dwar it-tlaqqigħ tal-baġits tad-difiża mhux koordinati tal-Istati Membri, mal-frammentazzjoni persistenti tas-suq minkejja regoli ġodda tas-suq intern, id-dipendenza dejjem akbar tal-industrija tad-difiża fuq l-esportazzjonijiet barra l-UE u ż-żieda tal-investiment barrani fis-settur Ewropew tad-difiża f’xi pajjiżi, li jista’ jwassal għal nuqqas ta’ trasparenza u għaċ-ċessjoni tal-kontroll ta’ industriji, assi u teknoloġiji tad-difiża nazzjonali u Ewropea;

5.

Iqis li attenzjoni speċjali għandha tingħata lill-impatt ta’ ċerti proġetti fuq l-awtonomija u l-indipendenza tal-UE, bħall-kooperazzjoni mar-Russja f’oqsma sensittivi bħal illanċjar ta’ satelliti permezz ta’ rokits tat-tip Soyuz u trasport bl-ajru strateġiku; jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jwettqu rieżami ta’ prijorità tal-industriji militari/ta’ difiża tagħhom u li jipprovdu inċentivi għall-iżvilupp tagħhom safejn permissibbli skont id-dritt tal-UE;

6.

Jenfasizza li strateġija ta’ difiża Ewropea industrijali ferm kompetittiva, moderna u integrata, hija essenzjali biex tiżgura l-ħiliet ta’ difiża tal-Ewropa u biex ikollha impatt pożittiv indirett fuq setturi ekonomiċi relatati oħrajn; jindika li kooperazzjoni msaħħa ta’ riżorsi ekonomiċi u ta’ kapital uman hija essenzjali sabiex isir progress f’riċerka b’użu doppju li tnaqqas id-dipendenza esterna tagħna u tiggarantixxi l-provvisti u l-materja prima tagħna għall-industrija, speċjalment dawk ta’ natura kritika;

7.

Jinnota li waqt li l-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2013 naqas milli jipprovdi reazzjoni xierqa għal din is-sitwazzjoni, madankollu huwa ddeskriva għadd ta’ linji ta’ azzjoni għat-titjib tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni u impenja ruħu li jeżamina mill-ġdid il-progress f’Ġunju 2015; jiddispjaċih li minkejja d-deterjorament ulterjuri tal-ambjent tas-sigurtà kemm internament kif ukoll lejn il-Lvant u n-Nofsinhar tal-UE li qed jikkomprometti is-sigurtà tagħha, ma sar l-ebda progress reali fl-indirizzar tal-isfidi u t-theddid attwali tas-sigurtà;

8.

Iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew ifassal it-tagħlimiet meħtieġa u jieħu miżuri konkreti biex tingħeleb il-frammentazzjoni tas-suq tad-difiża Ewropew; jistieden lill-Kunsill Ewropew jipprovdi linji ta’ gwida speċifiċi għall-politiki tad-difiża u għas-suq tad-difiża Ewropew, waqt li jqis l-ispeċifiċitajiet tas-settur tad-difiża, sabiex tiżdied it-trasparenza u l-kompetittività, u tiġi garantita d-disponibilità tal-ħiliet tad-difiża meħtieġa biex jiżguraw is-sigurtà Ewropea u jissodisfaw l-objettivi tal-PSDK;

Tnaqqis tad-domanda Ewropea minħabba t-tnaqqis fil-baġit: il-ħtieġa għal aktar kooperazzjoni

9.

Jemmen li s-snin ta’ baġits nazzjonali tad-difiża mhux koordinati fl-Ewropa iridu jiġu paċuti b’żieda fil-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri, inkluż permezz tal-artikolazzjoni ta’ politiki dwar il-baġit għad-difiża u l-koordinazzjoni ta’ għażliet strateġiċi li jikkonċernaw l-akkwist ta’ tagħmir militari u b’użu duwali, f’konformità mal-istandards tal-akkwist pubbliku trasparenti; jenfasizza l-ħtieġa ta’ ppjanar bil-quddiem dwar l-investiment strateġiku fix-xiri u r-rinnovazzjoni ta’ tagħmir fost l-Istati Membri; itenni s-sejħa tiegħu għall-konsolidazzjoni tad-domanda madwar l-UE biex tiġi promossa u appoġġjata EDTIB kompetittiva u indipendenti; jenfasizza li l-iżvilupp ta’ EDTIB effiċjenti u trasparenti huwa element ewlieni għall-ħila tal-Ewropa li tipproteġi liċ-ċittadini, l-interessi u l-valuri tagħha, f’konformità mal-objettivi tat-Trattat u biex tissodisfa r-responsabilitajiet tagħha bħala dik li tipprovdi s-sigurtà; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija industrijali li tiddefinixxi l-ħiliet ewlenin li fuqhom l-EDTIB tista’ tinbena;

10.

Ifakkar li t-28 Stat Membru tal-UE għadhom it-tieni fid-dinja kemm fl-infiq għad-difiża kif ukoll fl-esportazzjoni tal-armi; jemmen li dan il-fatt juri li l-Istati Membri tal-UE u l-Unjoni għad għandhom rwol ewlieni fil-bejgħ tal-armi fuq livell dinji u fl-akkwist pubbliku fil-qasam tad-difiża; iqis nefqa totali annwali għad-difiża ta' EUR 190 biljun bħala ammont enormi tal-flus tal-kontribwenti; ifakkar ukoll li studji reċenti numerużi wrew li l-problema ewlenija tinsab fil-fatt li f'ħafna mit-28 Stat Membru tal-UE, il-baġits għad-difiża qed jintefqu b'mod ineffiċjenti ħafna, li jwassal għal dewmien fit-tul, spejjeż ogħla u f'ħafna każijiet f'sitwazzjoni fejn ħelikopters, ajruplani ġett tal-ġlied u teknoloġiji oħra ma jkunux operattivi minkejja li jkunu ġodda fjamanti; jenfasizza l-ħtieġa ta’ ristrutturazzjoni profonda tar-relazzjonijiet bejn l-amministrazzjonijiet tad-difiża nazzjonali u l-industriji tad-difiża u li jiġu introdotti kriterji kwalitattivi stretti għat-twettiq ta’ proġetti ta’ akkwist pubbliku;

11.

Huwa tal-fehma li l-limitazzjonijiet baġitarji attwali fl-Istati Membri tal-UE għandhom jirrapreżentaw opportunità għal kooperazzjoni akbar u aħjar fil-qasam tal-akkwist ta’ apparat għad-difiża, sabiex jiżguraw valur aħjar għall-flus tal-kontribwenti u jiżguraw ħiliet militari xierqa madwar l-UE u sistema ta’ provvista ta’ sigurtà sostenibbli; iqis li l-Istati Membri għandhom għażla bejn li jikkooperaw b’mod effettiv biex jindirizzaw l-isfidi komuni jew li jitilfu ħiliet strateġiċi u ma jħarsux iċ-ċittadini u l-interessi nazzjonali u Ewropej;

12.

Ifakkar fil-ħtieġa għal konverġenza akbar bejn il-proċessi tal-ippjanar tad-difiża nazzjonali u jilqa’, f’dan il-kuntest, l-adozzjoni mill-Kunsill ta’ Qafas ta’ Politika għall-Kooperazzjoni Sistematika u fit-Tul fil-Qasam tad-Difiża; jiddispjaċih, madankollu, għan-natura mhux vinkolanti tiegħu u l-fatt li ma introduċiex proċess ċar u strutturat; jissottolinja li dan id-dokument għandu jintlaqa’ mill-Kunsill Ewropew sabiex isir xprun ewlieni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jitolbu l-appoġġ tal-EDA fir-rieżami tad-difiża nazzjonali tagħhom u biex jikkondividu l-informazzjoni dwar il-pjanijiet u l-prijoritajiet ta’ investiment nazzjonali fi ħdan il-Kumitat Militari tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jniedu kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) bħala mezz għal koordinazzjoni aħjar u għall-użu ta’ finanzjament tal-UE għall-kooperazzjoni fi żmien ta’ paċi; jistieden lill-Viċi-President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP-RGħ) tressaq pjanijiet realistiċi għat-tnedija tal-PESCO;

13.

Jitlob li kooperazzjoni kif ukoll inizjattivi ta’ ppuljar u kondiviżjoni jingħataw prijorità u li jinħolqu inċentivi għal dan il-għan; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tressaq 'il quddiem proposta li tiċċara kif inċentivi fiskali li ma jikkawżawx distorsjoni tas-suq ikunu jistgħu jaqdu dawn l-objettivi; jinnota d-deċiżjoni tal-Belġju li tikkonċedi eżenzjoni mill-VAT lill-proġetti ad hoc tal-EDA u jqis li din l-eżenzjoni għandha tkun applikata b’mod ġenerali għall-attivitajiet kollaborattivi kollha tal-EDA; jilqa’ l-ħidma tal-EDA dwar mekkaniżmu ta’ akkwist pubbliku ppuljat u jistenna li jkun fih miżuri biex jinċentiva l-akkwist kooperattiv u l-appoġġ għal tagħmir ta’ difiża;

14.

Ifakkar li taħt l-Orizzont 2020, il-COSME u l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, l-industriji tad-difiża, u b’mod partikolari l-SMEs, jistgħu japplikaw għal finanzjament tal-UE għal proġetti b’użu duwali u proġetti oħrajn; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jgħinu lill-kumpaniji, b’mod partikolari lill-SMEs, jaħtfu b’mod xieraq l-opportunitajiet ta’ finanzjament Ewropew għal proġetti relatati mad-difiża;

15.

Jindika li, dan l-aħħar, l-UE kellha titqabad dejjem aktar ma’ theddid u sfidi fiċ-ċiberspazju li jinvolvu theddida serja għas-sigurtà tal-Istati Membri individwali u għall-UE kollha kemm hi; jemmen li tali theddid għandu jiġi valutat kif jixraq, u li għandha tittieħed azzjoni fil-livell tal-UE bl-għan li tipprovdi miżuri tekniċi u miżuri oħra ta’ sigurtà fl-Istati Membri;

16.

Jistieden lill-Kunsill Ewropew jindirizza fil-laqgħa tiegħu ta’ Ġunju 2015 il-ħtieġa ta’ simplifikazzjoni tal-akkwist pubbliku u tal-proċess ta’ għotja tal-kuntratti marbuta maċ-ċibersigurtà, u jiżgura koordinazzjoni akbar bejn l-Istati Membri sabiex l-Unjoni tingħata l-ħila li tindirizza fil-pront theddid bħat-terroriżmu ċibernetiku u l-attakki ċibernetiċi;

17.

Itenni t-talba tiegħu lill-VP/RGħ u lill-Kunsill sabiex ifasslu pożizzjoni komuni tal-UE dwar l-użu ta’ drones armati, li tagħti importanza kbira lir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali u tindirizza kwistjonijiet bħall-qafas legali, il-proporzjonalità, ir-responsabilità, il-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili u t-trasparenza;

Dipendenzi esterni dejjem akbar: il-ħtieġa ta’ strateġija komuni

18.

Iwissi li l-kumpaniji tad-difiża Ewropej qegħdin dejjem aktar jikkumpensaw għat-tnaqqis fid-dħul tagħhom fl-Ewropa permezz ta’ esportazzjonijiet barra mill-UE; jesprimi tħassib dwar l-iżvantaġġi potenzjali ta’ dan l-approċċ, bħat-trasferiment ta’ teknoloġiji sensittivi u tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali lill-kompetituri futuri tagħhom u li l-produzzjoni tinġarr 'il barra mill-UE, li għaldaqstant jipperikolaw is-sigurtà tal-provvista tal-Ewropa; jemmen li l-esponiment tal-UE għar-riskju li l-EDTIB tkun dipendenti fuq konsumaturi f’setgħat terzi b’interessi strateġiċi differenti jikkostitwixxi żball strateġiku serju;

19.

Ifakkar li l-Pożizzjoni Komuni tal-UE dwar l-Esportazzjoni tal-Armi tiddefinixxi fehim komuni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari għall-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll nazzjonali tal-esportazzjoni; jemmen li applikazzjoni aktar koerenti tat-tmien kriterji tagħha hija meħtieġa sabiex ikun żgurat mhux biss li l-objettivi ġenerali ta’ politika barranija u ta’ sigurtà jkollhom prijorità fuq il-gwadann ekonomiku fuq terminu qasir, imma wkoll li l-industriji Ewropej ikollhom kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni;

20.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkonformaw mal-prinċipji tal-Pożizzjoni Komuni u jirrapportaw b’mod sħiħ, fil-kuntest tar-rapporti ta’ kull sena, dwar l-istat tal-esportazzjonijiet tat-tagħmir tad-difiża tagħhom lejn pajjiżi terzi; jistieden lill-Kunsill u lill-VP/RGħ biex jikkunsidraw modi kif titjieb il-konformità mal-obbligu ta’ rapportar u tiżdied it-trasparenza u l-iskrutinju pubbliku tal-qafas għall-kontroll tal-esportazzjonijiet; ifakkar li l-konformità mal-Pożizzjoni Komuni hija fundamentali għat-twettiq tal-prinċipji u l-valuri tal-UE, b’mod partikolari fl-oqsma tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali kif ukoll ir-responsabilitajiet tagħha fis-sigurtà lokali, reġjonali u globali;

21.

Jinnota l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rieżami tal-politika ta’ kontroll tal-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu duwali, u jenfasizza, f’dan il-kuntest, il-ħtieġa li jiġu żgurati modalitajiet ta’ kontroll li ma jtellfux il-fluss liberu ta’ prodotti u ta’ teknoloġija fi ħdan is-suq intern u l-ħtieġa tal-prevenzjoni ta’ interpretazzjonijiet diverġenti tar-regoli tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq b’mod urġenti proposta leġiżlattiva ġdida biex taġġorna r-reġim ta’ kontroll tal-esportazzjoni b’użu duwali bil-għan li tittejjeb il-koerenza, l-effiċjenza, it-trasparenza u r-rikonoxximent tal-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem tiegħu filwaqt li tiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni; jenfasizza li din il-proposta trid tqis in-natura mutabbli tal-isfidi tas-sigurtà u r-rapidità tal-iżviluppi teknoloġiċi, b’mod speċjali fejn għandu x’jaqsam ma’ softwer u tagħmir ta’ sorveljanza u intrużjoni u n-negozju f’vulnerabilitajiet tas-softwer;

22.

Jinnota li, filwaqt li l-importanza dejjem akbar ta’ teknoloġiji b’użu duwali toffri benefiċċji f’termini ta’ sinerġiji bejn is-settur tad-difiża u l-produzzjoni kummerċjali, din tagħmilha wkoll dipendenti fuq il-ktajjen tal-provvista ċivili, li ħafna drabi jibbażaw il-produzzjoni tagħhom barra mill-Ewropa; jitlob informazzjoni mill-Kummissjoni u l-EDA dwar ir-riskji possibbli ta’ internazzjonalizzazzjoni dejjem akbar u l-effetti possibbli li bidliet fis-sjieda fis-settur tad-difiża jista’ jkollhom fuq is-sigurtà tal-provvista u wkoll ir-riskji akbar għas-sigurtà Ewropea u nazzjonali, inkluż għall-infrastruttura diġitali tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tgħarraf lill-Parlament fi żmien xieraq dwar l-istatus tal-Green Paper dwar il-kontroll tad-difiża u tal-assi tas-sigurtà sensittivi u industrijali li kienet ħabbret għall-aħħar tal-2014, u jitlob informazzjoni dwar l-eżitu tal-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati mħabbra;

23.

Jilqa’ l-ħidma tal-EDA u tal-Kummissjoni dwar ir-reġim tas-Sigurtà tal-Provvista fl-UE kollha (SoS), skont il-mandat tal-Kunsill Ewropew, u jistenna bi ħġaru l-pjan direzzjonali li jinkludi passi speċifiċi li għandu jiġi preżentat għall-approvazzjoni tal-kapijiet tal-istat u tal-gvern f’Ġunju 2015; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-EDA jispjegaw fid-dettall safejn il-proposta tal-Parlament dwar “reġim komprensiv u ambizzjuż dwar is-sigurtà tal-provvista fl-UE kollha (…), abbażi ta’ sistema ta’ garanziji reċiproċi u analiżi tar-riskji u tal-ħtiġijiet, u possibbilment bl-użu tal-bażi ġuridika ta’ kooperazzjoni strutturata permanenti” (5) ġiet inkluża fix-xogħol preparatorju; jemmen li l-metodoloġiji tal-imgħoddi użati mill-Kummissjoni, bħall-immappjar u l-monitoraġġ, ma kinux suffiċjenti; jenfasizza l-ħtieġa ta’ ffukar fuq approċċi ġodda lejn kif tiġi żgurata ċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ tagħmir militari għall-forzi armati tat-28 Stat Membru;

24.

Iqis l-assigurazzjonijiet reċiproċi tal-SoS bejn l-Istati Membri bħala element fundamentali fil-bini ta’ suq Ewropew tad-difiża integrat; jilqa’ l-arranġament ta’ qafas aġġornat tal-EDA dwar l-SoS bħala strument li jsaħħaħ il-fiduċja reċiproka u s-solidarjetà, iżda jiddispjaċih li ma joħloq ebda obbligi ġuridiċi; huwa tal-fehma li r-reġim SoS madwar l-UE kollha jeħtieġ li jkun ibbażat fuq l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti, u b’mod partikolari fuq l-implimentazzjoni sħiħa tad-direttiva dwar it-trasferimenti fi ħdan l-UE sabiex jitneħħew l-ostakli għall-moviment tal-prodotti tad-difiża fl-UE;

L-użu tar-regoli tas-suq intern sal-potenzjal massimu tagħhom

25.

Jenfasizza li l-Pakkett tad-Difiża mniedi mill-Kummissjoni għandu l-għan li jappoġġja l-kompetittività tas-settur Ewropew tad-difiża u li wieħed mill-objettivi tiegħu hu li jillimita l-problemi li jirriżultaw mill-frammentazzjoni tas-suq Ewropew tad-difiża, minn ċerti attitudnijiet protezzjonisti fl-għoti ta’ kuntratti tad-difiża u min-nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn ir-reġimi ta’ kontroll differenti tal-Istati Membri dwar it-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża;

26.

Jenfasizza li suq uniku tad-difiża jiżgura trasparenza sħiħa u jipprevjeni sforz doppju, li jirriżulta f’distorsjoni tas-suq; jindika li s-suċċess tal-missjonijiet ta’ paċi u sigurtà tal-PSDK jiddependi fil-biċċa l-kbira mill-kapaċitajiet ta’ reazzjoni rapida u li integrazzjoni akbar hija ta’ importanza fundamentali fl-integrazzjoni tal-proċessi u t-tnaqqis tal-ispejjeż;

27.

Jindika li t-tlestija ta’ suq Ewropew tad-difiża teħtieġ bażi industrijali ferm kompetittiva mmexxija mill-innovazzjoni u t-teknoloġija li tista’ tiġġenera sinerġiji permezz ta’ kooperazzjoni transkonfinali aktar mill-qrib, u li l-avvanzi fir-riċerka b’użu duwali huma ta’ importanza fundamentali fil-garanzija tal-indipendenza tagħna u fl-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista, b’mod partikolari ta’ prodotti kruċjali;

28.

Jindika li, biex jissaħħu l-innovazzjoni teknoloġika u d-difiża Ewropej u jkun hemm iffrankar sostanzjali, jeħtieġ li l-Ewropa tibni ekonomiji ta’ skala u jkollha suq komuni tal-UE għall-akkwist pubbliku fil-qasam tad-difiża, ukoll bil-ħsieb li titrawwem industrija Ewropea tad-difiża moderna, integrata u kompetittiva; jenfasizza li r-regoli tas-suq intern għandhom jintużaw sal-potenzjal sħiħ tagħhom biex jiġġieldu l-frammentazzjoni kontinwa tas-settur Ewropew tad-difiża u tas-sigurtà, li jwassal għad-duplikazzjoni tal-programmi ta’ tagħmir tad-difiża u nuqqas ta’ trasparenza rigward ir-relazzjonijiet bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali tad-difiża u l-industrija tad-difiża, permezz ta’ aktar kooperazzjoni transkonfinali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jneħħu r-regoli nazzjonali li ma jikkonformawx mad-Direttivi 2009/43/KE u 2009/81/KE u li qegħdin jostakolaw is-suq intern għall-akkwist fil-qasam tad-difiża, u biex jimplimentaw u jinfurzaw b’mod korrett id-Direttiva 2009/81/KE dwar l-akkwist fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà ta’ natura sensittiva u d-Direttiva 2009/43/KE dwar it-trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża; jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi speċifiċi biex tiżgura li d-Direttivi jiġu applikati b’mod xieraq u tivverifika u timmonitorja l-proċeduri ta’ traspożizzjoni nazzjonali sabiex tiżgura li ma jirriżultawx f’distorsjoni tas-suq;

29.

Jistieden lill-Kummissjoni, bil-ħsieb li jsir l-aqwa użu possibbli tar-riżorsi, tħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu akkwisti konġunti permezz ta’ korpi ta’ akkwist ċentrali bħall-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, kif previst fid-Direttiva 2009/81/KE;

30.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha għall-kisba ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-swieq Ewropej tad-difiża għall-ġlieda kontra l-prattiki protezzjonisti mill-Istati Membri permezz tal-promozzjoni tal-kooperazzjoni transkonfinali u aċċess aħjar għall-ktajjen tal-provvista tal-industrija tad-difiża u t-teħid ta’ passi biex tintemm is-sitwazzjoni fejn xi Stati Membri jaġixxu biss bħala fornituri u oħrajn jaġixxu biss bħala xerrejja għat-teknoloġija tad-difiża; jemmen, f’dan ir-rigward, li l-użu tal-esklużjonijiet f’konformità mad-Direttiva 2009/81/KE irid ikun ġustifikat kif xieraq; jistieden lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament dwar l-effetti tas-seba’ settijiet ta’ Noti ta’ Gwida (dwar, rispettivament, Kamp ta’ Applikazzjoni, Esklużjonijiet, R&Ż, Sigurtà tal-Provvista, Sigurtà tal-Informazzjoni, Sottokuntrattar, Tpaċijiet) li diġà ġew ippubblikati u jinnota li l-Kummissjoni qed tippjana li toħroġ tnejn oħra fl-2015; jemmen li dawn in-noti jikkostitwixxu l-opportunità perfetta biex il-Kummissjoni tistabbilixxi djalogu mal-Istati Membri dwar suġġetti li qatt ma ġew indirizzati b’mod strutturat u miftuħ, u jitlob informazzjoni dwar l-eżitu ta’ tali djalogu mal-Istati Membri;

31.

Jinnota li, fil-formulazzjoni attwali tiegħu u fil-prattika, l-Artikolu 346 tat-TFUE xorta joffri lill-Istati Membri ammont kbir ta’ marġini ta’ diskrezzjoni f’dak li jirrigwardja r-rikors għall-applikazzjoni tiegħu u b’hekk jidderogaw milli japplikaw il-liġijiet tal-UE dwar l-akkwist pubbliku fil-qasam tad-difiża f’kuntratti tad-difiża; jistieden, għaldaqstant, lill-Istati Membri biex b’mod effettiv u korrett japplikaw l-Artikolu 346 tat-TFUE b’mod li jkun konsistenti mar-rekwiżiti stabbiliti fir-regoli tal-UE, fid-Direttivi tas-Suq Intern u fir-regoli tal-akkwist pubbliku fil-qasam tad-difiża; ifakkar li, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-miżuri taħt l-Artikolu 346 għandhom ikunu limitati għal każijiet ta’ eċċezzjoni u definiti b’mod ċar, u ma għandhomx jinqabżu l-limiti ta’ tali każijiet; iwissi li l-użu skorrett ta’ derogi mir-regoli tas-Suq Uniku jdgħajjef b’mod attiv il-kompetizzjoni tal-UE, jillimita t-trasparenza, jiffaċilita l-korruzzjoni u b’hekk jagħmel ħsara lill-istabbiliment ta’ suq tad-difiża tal-UE, u huwa ta’ ħsara għal EDTIB li tiffunzjona u għall-iżvilupp ta’ kapaċitajiet militari kredibbli;

32.

Jinnota li, fit-terminu twil, l-eliminazzjoni gradwali sħiħa tat-tpaċijiet se tikkontribwixxi għal funzjonament aħjar tas-suq intern fis-settur Ewropew tad-difiża; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni, tkompli tissorvelja li l-Istati Membri jeliminaw b’mod gradwali t-tpaċijiet mhux ġustifikati kif meħtieġ abbażi tal-Artikolu 346 tat-Trattat; iqis dan bħala indispensabbli biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel u t-trasparenza tas-suq intern fis-settur Ewropew tad-difiża u kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-fornituri kollha, b’mod partikolari l-SMEs;

33.

Ifakkar li l-ftehimiet qafas, is-sottokuntrattar u t-tqassim f’lottijiet għandhom ikunu mezz kif ktajjen ta’ provvista stabbiliti jinfetħu għall-benefiċċju tal-SMEs; jirrimarka, madankollu, li l-prinċipji ta’ trasparenza fil-katina tas-sottokuntrattar u ta’ responsabilità konġunta għandhom jiġu garantiti; jistieden lill-Istati Membri, lill-EDA u lill-Kummissjoni jaħdmu flimkien, kif ukoll ma’ kuntratturi prinċipali, sabiex ikun żgurat li l-SMEs ikunu kompletament familjari mad-diversi stadji fil-katina tal-valur, peress li dan se jgħinhom jikkonsolidaw u jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għall-akkwist pubbliku fil-qasam tad-difiża u biex jiġġieldu l-iżvilupp ġeografikament żbilanċjat tal-bażi teknoloġika u tad-difiża Ewropea;

34.

Jinnota li l-adozzjoni, min-naħa tal-industrija, tal-istrumenti ewlenin tad-Direttiva dwar it-Trasferiment tad-Difiża, b’mod speċifiku l-liċenzji ġenerali u ċ-ċertifikazzjoni ta’ kumpaniji tad-difiża, għadha limitata ħafna, u li hemm lakuni fil-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri biex jiżguraw miżuri ta’ kontroll xierqa għall-prevenzjoni ta’ ksur tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-liċenzji ta’ trasferiment; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-użu effettiv ta’ dawn l-istrumenti fil-prattika u għaldaqstant jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tistabbilixxi grupp ta’ ħidma mal-Istati Membri dwar l-armonizzazzjoni tad-Direttiva tat-Trasferimenti Intra-UE;

35.

Jirrikonoxxi l-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni tal-2014 intitolat “Lejn settur tad-difiża u tas-sigurtà aktar kompetittiv u effiċjenti” u l-impenn meħud mill-Kummissjoni f’dan id-dokument sabiex tinvestiga kif l-impatt negattiv tat-tpaċijiet meħtieġa minn pajjiżi terzi jistgħu jittaffew u dwar l-impatt tat-tpaċijiet fuq is-suq intern u l-industrija Ewropea; jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni f’waqtha tal-pjan direzzjonali u tat-teħid ta’ miżuri addizzjonali kif meħtieġ; jappoġġja bis-sħiħ l-isforzi tal-Kummissjoni biex tipprovdi gwida prattika għall-SMEs li jużaw il-fondi Ewropej fi proġetti b’użu duwali;

36.

Ifakkar li l-Istati Membri, b’mod urġenti, jeħtieġ li jtejbu t-trasparenza tal-prattiki relatati mal-akkwist pubbliku fis-settur tad-difiża fil-konfront tal-Kummissjoni u l-aġenziji tal-UE; jissottolinja li l-proċeduri speċifiċi ta’ akkwist pubbliku bħall-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni preċedenti ta’ avviż ta’ kuntratt għandhom ikunu limitati għal każijiet eċċezzjonali u ġustifikati biss minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali marbuta mad-difiża u s-sigurtà, b’konformità mad-Direttiva 2009/81/KE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura monitoraġġ xieraq biex tippermetti rappurtar komprensiv, fir-rigward taż-żewġ direttivi, lill-Parlament u lill-Kunsill fl-2016, kif skedat;

37.

Ifakkar fl-importanza ta’ kontrolli regolari fuq it-tagħmir tad-difiża u s-sigurtà mill-awtoritajiet superviżorji rilevanti, inkluż kontrolli fuq kontabilità xierqa;

38.

Jissottolinja li l-kooperazzjoni bejn sħab strateġiċi hija essenzjali għas-sigurtà tal-provvista Ewropea u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-akkwist pubbliku fil-qasam tad-difiża meta jinnegozjaw ftehimiet ta’ kummerċ internazzjonali;

Rieżami tal-pakkett dwar l-akkwist pubbliku fil-qasam tad-difiża

39.

Jistieden lill-Kummissjoni biex, fir-rapporti ta’ implimentazzjoni tagħha lill-Parlament u lill-Kunsill dwar id-Direttivi 2009/81/KE u 2009/43/KE fl-2016, tevalwa bir-reqqa jekk u safejn id-dispożizzjonijiet tagħhom ġew infurzati b’mod korrett u jekk l-objettivi tagħhom intlaħqux, u biex toħroġ bi proposti leġiżlattivi skont il-ħtieġa jekk is-sejbiet tar-rapport jippuntaw lejn din id-direzzjoni;

40.

Jenfasizza li għandhom jiġu introdotti obbligi speċjali ta’ rappurtar ulterjuri għall-Istati Membri, flimkien ma’ provvediment għal salvagwardji xierqa tal-kunfidenzjalità;

41.

Ifakkar li l-iskop tal-modernizzazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku tal-UE, kif stabbiliti fid-Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE, adottati fl-2014, huwa l-iżgurar tat-trasparenza fil-katina tas-sottokuntrattar u l-konformità mad-dritt ambjentali, soċjali u tax-xogħol; jirrimarka li d-direttivi l-ġodda joffru opportunitajiet għal proċeduri aktar simplifikati, bħall-użu tal-akkwist pubbliku elettroniku, l-aggregazzjoni tad-domanda u l-użu tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, li jistgħu jitfasslu skont l-ispeċifiċitajiet tas-settur tad-difiża u s-sigurtà;

42.

Jitlob, bil-ħsieb li tinbena industrija Ewropea innovattiva u kompetittiva u li jsir l-aħjar użu possibbli mill-baġits tas-sigurtà u tad-difiża, li l-proċedura l-ġdida ta’ “sħubija għall-innovazzjoni” tiġi introdotta fl-akkwist pubbliku fil-qasam tad-difiża, biex tippermetti lill-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu din il-proċedura għall-iżvilupp u l-akkwisti sussegwenti ta’ prodotti ġodda u innovattivi, servizzi jew xogħlijiet, biex tipprovdi l-inċentivi meħtieġa tas-suq u tappoġġja l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet innovattivi mingħajr esklużjoni mis-suq;

43.

Jenfasizza li l-iżgurar tal-protezzjoni massima u s-sigurtà tal-popolazzjoni ċivili għandu jitqies waqt il-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għat-tagħmir tad-difiża u s-sigurtà;

o

o o

44.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Assemblea Parlamentari tan-NATO u lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO.


(1)  ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2013)0514.

(4)  ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 9.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2013)0514.


OPINJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

L-Erbgħa 27 ta’ Mejju 2015

27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/82


P8_TA(2015)0216

L-iskema għall-għajnuna għall-provvista ta' frott u ħaxix, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi (Deċiżjoni dwar il-ftuħ ta' negozjati interistituzzjonali)

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Mejju 2015 dwar il-ftuħ, u l-mandat, ta' negozjati interistituzzjonali dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-iskema għall-għajnuna għall-provvista ta' frott u ħaxix, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi (COM(2014)0032 – C8-0025/2014 – 2014/0014(COD))

(2016/C 353/15)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 73(2) u l-Artikolu 74 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

jiddeċiedi li jiftaħ negozjati interistituzzjonali fuq il-bażi tal-mandat li ġej:

MANDAT

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

L-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tal-iskemi attwali, flimkien mal-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet esterni u l-analiżi sussegwenti tal-għażliet politiċi differenti, jindikaw il-konklużjoni li r-raġunament li wassal għall-istabbiliment taż-żewġ skemi għall-iskejjel għadu rilevanti . Għalhekk , fil-kuntest attwali ta’ konsum dejjem jonqos ta’ frott u ħaxix inkluż il-banana u l-prodotti tal-ħalib, li iggrava, fost affarijiet oħra, mix-xejra moderna għal konsum ta’ ikel ipproċessat ħafna li, barra minn hekk, ta’ spiss ikollu livell għoli ta’ zokkor, melħ u xaħam miżjud, l-għajnuna tal-Unjoni li tiffinanzja l-provvista lit-tfal fl-istabbilimenti edukattivi ta’ prodotti agrikoli magħżula għandha tibqa’ teżisti .

(2)

L-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tal-iskemi attwali, flimkien mal-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet esterni u l-analiżi sussegwenti tal-għażliet politiċi differenti u d-diffikultajiet soċjali li jħabbtu wiċċhom magħhom l-Istati Membri , jindikaw il-konklużjoni li t-tkomplija u t-tisħiħ taż-żewġ skemi għall-iskejjel huma ta' importanza assoluta. Fil-kuntest attwali ta’ konsum dejjem jonqos ta’ frott u ħaxix frisk, inklużi l-banana u l-prodotti tal-ħalib, speċjalment fost it-tfal, u fil-kuntest taż-żieda fil-każijiet ta' obeżità fit-tfal bħala konsegwenza tal-konsum ta’ ikel ipproċessat ħafna li, barra minn hekk, ta’ spiss ikollu livell għoli ta’ zokkor, melħ, xaħam miżjud u/jew addittivi , l-għajnuna tal-Unjoni li tiffinanzja l-provvista lit-tfal fl-istabbilimenti edukattivi ta’ prodotti agrikoli magħżula għandha tagħmel aktar biex tippromwovi drawwiet alimentari tajbin għas-saħħa u l-konsum ta' prodotti lokali .

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 6 tal-Kumitat AGRI. Dan il-kompromess jenfasizza l-importanza tal-iskemi għall-iskejjel, kif ukoll ir-raġunijiet għaliex għandhom jitkomplew u jissaħħu. Barra minn hekk, wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tivvaluta mill-ġdid il-proposta, huwa importanti li l-Parlament jadotta pożizzjoni soda favur it-tkomplija tal-iskemi.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

L-analiżi ta’ għażliet politiċi differenti tindika li approċċ unifikat taħt qafas finanzjarju u legali komuni huwa aktar xieraq u effettiv fl-ilħuq tal-objettivi speċifiċi li l-Politika Agrikola Komuni qiegħda timmira li tikseb permezz tal-iskemi għall-iskejjel. Dan jippermetti lill-Istati Membri sabiex iżidu kemm jistgħu l-impatt tad-distribuzzjoni b’baġit kostanti u jżidu l-effiċjenza tal-ġestjoni. Madankollu, sabiex jitqiesu d-differenzi bejn il-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u l-prodotti tal-ħalib u l-ktajjen tal-provvista tagħhom, ċerti elementi għandhom jibqgħu separati, bħall-pakketti baġitarji rispettivi. Fid-dawl tal-esperjenza bl-iskemi attwali, il-parteċipazzjoni fl-iskema għandha tibqa’ fuq bażi volontarja għall-Istati Membri. Filwaqt li jitqiesu s-sitwazzjonijiet ta’ konsum differenti madwar l-Istati Membri, għandha tingħata l-possibbiltà lill-Istati Membri parteċipanti biex jagħżlu jekk iridux iqassmu l-prodotti kollha jew wieħed minnhom eliġibbli għall-provvista lit-tfal fl-istabbilimenti edukattivi.

(3)

L-analiżi ta’ għażliet politiċi differenti tindika li approċċ unifikat taħt qafas finanzjarju u legali komuni huwa aktar xieraq u effettiv fl-ilħuq tal-objettivi speċifiċi li l-Politika Agrikola Komuni qiegħda timmira li tikseb permezz tal-iskemi għall-iskejjel. Dan jippermetti lill-Istati Membri sabiex iżidu kemm jistgħu l-impatt tad-distribuzzjoni b’baġit kostanti u jżidu l-effiċjenza tal-ġestjoni. Madankollu, sabiex jitqiesu d-differenzi bejn il-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u l-prodotti tal-ħalib u l-ktajjen tal-provvista tagħhom, ċerti elementi għandhom jibqgħu separati, bħall-pakketti baġitarji rispettivi. Fid-dawl tal-esperjenza bl-iskemi attwali, il-parteċipazzjoni fl-iskema għandha tibqa’ fuq bażi volontarja għall-Istati Membri. Filwaqt li jitqiesu s-sitwazzjonijiet ta’ konsum differenti madwar l-Istati Membri, għandha tingħata l-possibbiltà lill-Istati Membri parteċipanti biex jagħżlu , bi qbil mar-reġjuni interessati, jekk iridux iqassmu l-prodotti kollha jew wieħed minnhom eliġibbli għall-provvista lit-tfal fl-istabbilimenti edukattivi. L-Istati Membri jistgħu wkoll jikkunsidraw li jintroduċu miżuri mmirati sabiex jindirizzaw il-konsum tal-ħalib fost l-adolexxenti, li kulma jmur qiegħed jonqos.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Ġiet identifikata xejra ta’ konsum dejjem jonqos b’mod partikolari ta’ frott u ħaxix frisk, inklużi l-banana u l-ħalib tax-xorb. Għalhekk, xieraq li d-distribuzzjoni skont l-iskemi għall-iskejjel tiġi ffokata fuq dawn il-prodotti. Min-naħa tagħha, din tgħin biex jonqos il-piż organizzattiv għall-iskejjel , iżżid l-impatt tad-distribuzzjoni b’baġit limitat u tkun konformi mal-prattika attwali, peress li dawn il-prodotti huma distribwiti l-iktar spiss.

(4)

Ġiet identifikata xejra ta’ konsum dejjem jonqos b’mod partikolari ta’ frott u ħaxix frisk, inklużi l-banana u l-ħalib tax-xorb. Għalhekk, xieraq li d-distribuzzjoni skont l-iskemi għall-iskejjel tiġi ffokata primarjament fuq dawn il-prodotti bħala prijorità . Min-naħa tagħha, din tgħin biex jonqos il-piż organizzattiv għall-iskejjel u żżid l-impatt tad-distribuzzjoni b’baġit limitat u tkun konformi mal-prattika attwali, peress li dawn il-prodotti huma distribwiti l-iktar spiss. Madankollu, sabiex isegwu r-rakkomandazzjonijiet nutrizzjonali fir-rigward tal-assorbiment tal-kalċju, u fid-dawl taż-żieda fil-problemi assoċjati mal-intolleranza tal-lattosju fil-ħalib, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddistribwixxu prodotti oħrajn tal-ħalib, bħall-jogurt u l-ġobon, li għandhom effetti pożittivi mhux ikkontestati fuq is-saħħa tat-tfal. Barra minn hekk, għandhom isiru sforzi biex tiġi żgurata d-distribuzzjoni ta' prodotti lokali u reġjonali.

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 1 – parti 3 tal-Kumitat AGRI.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Hemm bżonn miżuri edukattivi li jappoġġjaw id-distribuzzjoni, sabiex l-iskema tkun effettiva fl-ilħuq tal-objettivi fuq żmien qasir u twil tagħha li żżid il-konsum ta’ prodotti agrikoli magħżula u ssawwar dieti aktar bnini. Fid-dawl tal-importanza tagħhom, dawn il-miżuri għandhom jappoġġjaw kemm il-frott kif ukoll il-ħaxix inkluż id-distribuzzjoni tal-banana u l-ħalib. Għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna mill-Unjoni. Bħala miżuri ta’ appoġġ , dawn jirrappreżentaw għodda essenzjali biex jerġgħu jqarrbu lit-tfal lejn l-agrikoltura u l-prodotti differenti tagħha u biex jilħqu l-objettivi li qiegħda ssegwi l-iskema, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jinkludu firxa usa’ ta’ prodotti agrikoli fil-miżuri tematiċi tagħhom. Madankollu, sabiex jiġu promossi drawwiet ta’ dieta bnina, l-awtoritajiet nazzjonali tas-saħħa għandhom ikunu involuti f’dan il-proċess u japprovaw il-lista ta’ dawn il-prodotti, kif ukoll iż-żewġ gruppi ta’ prodotti eliġibbli għad-distribuzzjoni, u jiddeċiedu dwar l-aspetti nutrizzjonali tagħhom.

(5)

Hemm bżonn miżuri edukattivi ta' akkumpanjament li jappoġġjaw id-distribuzzjoni, sabiex l-iskema tkun effettiva fl-ilħuq tal-objettivi fuq żmien qasir u twil tagħha li żżid il-konsum ta’ prodotti agrikoli magħżula u ssawwar dieti aktar bnini. Fid-dawl tal-importanza tagħhom, dawn il-miżuri għandhom jappoġġjaw id-distribuzzjoni tal-frott kif ukoll tal-ħaxix, inkluża d-distribuzzjoni tal-banana u l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib . Għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna mill-Unjoni. Bħala miżuri edukattivi ta' akkumpanjament, dawn jirrappreżentaw għodda essenzjali biex jerġgħu jqarrbu lit-tfal lejn l-agrikoltura u l- varjetà ta' prodotti agrikoli tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk prodotti fir-reġjun tagħhom, pereżempju bl-għajnuna tal-esperti fin-nutrizzjoni u l-bdiewa, u biex jilħqu l-objettivi li qiegħda ssegwi l-iskema, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jinkludu firxa usa’ ta’ prodotti agrikoli fil-miżuri tematiċi tagħhom , bħall-frott u l-ħaxix ipproċessat mingħajr zokkor, melħ, xaħam jew sweeteners miżjuda, u speċjalitajiet lokali, reġjonali jew nazzjonali oħrajn, bħall-għasel, żebbuġ tal-mejda, żejt taż-żebbuġa u frott imnixxef. Madankollu, sabiex jiġu promossi drawwiet ta’ dieta bnina, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli min-nutrizzjoni u/jew is-saħħa għandhom ikunu involuti f’dan il-proċess u  għandhom japprovaw il-lista ta’ dawn il-prodotti, kif ukoll iż-żewġ gruppi ta’ prodotti eliġibbli għad-distribuzzjoni, u  għandhom jiddeċiedu dwar l-aspetti nutrizzjonali tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 2 – parti 5 tal-Kumitat AGRI.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Sabiex tiġi żgurata ġestjoni baġitarja tajba, għandu jkun previst limitu fiss tal-għajnuna mill-Unjoni lejn id-distribuzzjoni tal-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u l-ħalib, li jappoġġja l-miżuri edukattivi u l-ispejjeż relatati. Dan il-limitu għandu jirrifletti s-sitwazzjoni attwali. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba u bil-għan li tiġi ssimplifikata l-ġestjoni, il-mudelli ta’ finanzjament għandhom jiġu approssimati u bbażati fuq approċċ uniku fir-rigward tal-livell ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni. Għalhekk, xieraq li jiġi limitat il-livell ta’ għajnuna mill-Unjoni lejn il-prezz tal-prodotti permezz ta’ għajnuna massima tal-Unjoni għal kull porzjon għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u l-ħalib u jiġi abolit il-prinċipju ta’ kofinanzjament obbligatorju għall-frott u l-ħaxix inkluża l-banana. Minħabba l-volatilità tal-prezz tal-prodotti inkwistjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tal-miżuri li jfasslu l-livell ta’ għajnuna mill-Unjoni fir-rigward tal-prezz ta’ porzjon mill-prodotti u li tistabbilixxi d-definizzjoni ta’ porzjon .

(6)

Sabiex tiġi żgurata ġestjoni baġitarja tajba, għandu jkun previst limitu fiss tal-għajnuna mill-Unjoni lejn id-distribuzzjoni tal-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u l-ħalib, li jappoġġja l-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament u l-ispejjeż relatati. Dan il-limitu għandu jirrifletti s-sitwazzjoni attwali. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba u bil-għan li tiġi ssimplifikata l-ġestjoni, il-mudelli ta’ finanzjament għandhom jiġu approssimati u bbażati fuq approċċ uniku fir-rigward tal-livell ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni. Għalhekk, xieraq li jiġi limitat il-livell ta’ għajnuna mill-Unjoni lejn il-prezz tal-prodotti permezz ta’ ammont massimu ta' għajnuna tal-Unjoni għal kull tifel u tifla u għal kull operazzjoni ta' distribuzzjoni kemm għall-frott kif ukoll għall-ħaxix, inklużi l-banana u l-ħalib u jiġi abolit il-prinċipju ta’ kofinanzjament obbligatorju għall-frott u l-ħaxix inkluża l-banana. Minħabba l-volatilità tal-prezz tal-prodotti inkwistjoni, f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tal-miżuri li jfasslu l-livell massimu ta’ għajnuna mill-Unjoni.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti u mmirat tal-fondi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tal-miżuri li jistabbilixxu l-allokazzjonijiet indikattivi tal-għajnuna mill-Unjoni lil kull Stat Membru u l-metodi għar-riallokazzjoni tal-għajnuna bejn l-Istati Membri fuq il-bażi tat-talbiet għall-għajnuna rċevuti. L-allokazzjonijiet indikattivi għandhom jiġu stabbiliti b’mod separat għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u l-ħalib b’konformità mal-approċċ volontarju għad-distribuzzjoni. L-iskema ta’ allokazzjoni għall-frott u l-ħaxix inkluża l-banana għandha tirrifletti l-allokazzjonijiet attwali mill-Istati Membri, fuq il-bażi tal-kriterji oġġettivi tan-numru ta’ tfal fil-grupp ta’ età ta’ bejn sitta sa għaxar snin bħala sehem mill-popolazzjoni, filwaqt li jitqies ukoll l-istat ta’ żvilupp tar-reġjuni kkonċernati. Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu l-iskala tal-programmi attwali tagħhom u bil-għan li jitħeġġu oħrajn sabiex jieħdu sehem fid-distribuzzjoni tal-ħalib, xieraq li tintuża t-taħlita ta’ żewġ skemi għall-allokazzjoni tal-fondi għall-ħalib, jiġifieri l-użu storiku tal-fondi mill-Istati Membri taħt l-Iskema tal-Ħalib għall-Iskejjel u l-kriterji oġġettivi tan-numru ta’ tfal fil-grupp ta’ età ta’ bejn sitta sa għaxar snin bħala sehem mill-popolazzjoni użata għall-frott u l-ħaxix inkluża l-banana. Sabiex jinstab is-sehem it-tajjeb għal dawn iż-żewġ skemi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli addizzjonali li jikkonċernaw il-bilanċ bejn iż-żewġ kriterji. Barra minn hekk, minħabba l-bidliet rikorrenti fis-sitwazzjoni demografika jew tal-iżvilupp tar-reġjuni fl-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tal-valutazzjoni kull tliet snin dwar jekk l-allokazzjonijiet tal-Istati Membri, fuq il-bażi ta’ dawn il-kriterji, għadhomx aġġornati.

(7)

Sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti u mmirat tal-fondi tal-Unjoni, f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tal-miżuri li jistabbilixxu l-allokazzjonijiet indikattivi tal-għajnuna mill-Unjoni lil kull Stat Membru u l-metodi għar-riallokazzjoni tal-għajnuna bejn l-Istati Membri fuq il-bażi tat-talbiet għall-għajnuna rċevuti. L-allokazzjonijiet indikattivi għandhom jiġu stabbiliti b’mod separat għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u l-ħalib b’konformità mal-approċċ volontarju għad-distribuzzjoni. L-iskema ta’ allokazzjoni għall-frott u l-ħaxix inkluża l-banana għandha tirrifletti l-allokazzjonijiet attwali mill-Istati Membri, fuq il-bażi tal-kriterji oġġettivi tan-numru ta’ tfal fil-grupp ta’ età ta’ bejn sitta sa għaxar snin bħala sehem mill-popolazzjoni, filwaqt li jitqies ukoll l-istat ta’ żvilupp tar-reġjuni kkonċernati. Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu l-iskala tal-programmi attwali tagħhom u bil-għan li jitħeġġu oħrajn sabiex jieħdu sehem fid-distribuzzjoni tal-ħalib, xieraq li tintuża t-taħlita ta' erba' skemi għall-allokazzjoni tal-fondi għall-ħalib, jiġifieri l-użu storiku tal-fondi mill-Istati Membri taħt l-Iskema tal-Ħalib għall-Iskejjel , ħlief fil-każ tal-Kroazja, li għaliha għandu jiġi determinat ammont fiss abbażi ta' dan ir-Regolament, il-kriterji oġġettivi tan-numru ta’ tfal fil-grupp ta’ età ta’ bejn sitta sa għaxar snin bħala sehem mill-popolazzjoni użat għall-frott u l-ħaxix inkluża l-banana , il-livell ta' żvilupp tar-reġjuni fi ħdan Stat Membru u l-istabbiliment ta' livell minimu ta' nfiq tal-għajnuna tal-Unjoni għal kull tifel u tifla u għal kull sena. Sabiex jinstab is-sehem it-tajjeb għal dawn iż-żewġ skemi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli addizzjonali li jikkonċernaw il-bilanċ bejn l-erba' kriterji. Barra minn hekk, minħabba l-bidliet rikorrenti fis-sitwazzjoni demografika jew tal-iżvilupp tar-reġjuni fl-Istati Membri, f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tal-valutazzjoni kull tliet snin dwar jekk l-allokazzjonijiet tal-Istati Membri, fuq il-bażi ta’ dawn il-kriterji, għadhomx aġġornati. Żieda ta' 5 % għandha tiġi applikata biex l-għajnuna tal-Unjoni fl-implimentazzjoni ta' din l-iskema fir-reġjuni ultraperiferiċi, fid-dawl tad-diversifikazzjoni agrikola limitata tagħhom u l-impossibilità frekwenti li jinsabu ċerti prodotti fir-reġjun ikkonċernat, li tinvolvi spejjeż ogħla tat-trasport u tal-ħżin.

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 4 – parti 3 tal-Kumitat AGRI.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Sabiex l-Istati Membri b’daqs demografiku limitat ikunu jistgħu jimplimentaw skema kosteffikaċi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tal-istabbiliment tal-ammont minimu tal-għajnuna mill-Unjoni li l-Istati Membri għandhom dritt jirċievu għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u l-ħalib.

(8)

Sabiex l-Istati Membri b’daqs demografiku limitat ikunu jistgħu jimplimentaw skema kosteffikaċi, f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tal-istabbiliment tal-ammont minimu tal-għajnuna mill-Unjoni li l-Istati Membri għandhom dritt jirċievu għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana , il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib .

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni u ġestjoni tal-baġit tajba, l-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fid-distribuzzjoni tal-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u/jew il-ħalib għandhom japplikaw kull sena għall-għajnuna mill-Unjoni. Bil-għan li jiġu ssimplifikati l-proċeduri u l-ġestjoni, din l-applikazzjoni għandha ssir fuq il-bażi ta’ talbiet għal għajnuna separati. Wara t-talbiet tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-allokazzjonijiet definittivi għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u l-ħalib fl-approprjazzjonijiet disponibbli fil-baġit u wara li tqis trasferimenti limitati bejn l-allokazzjonijiet tagħhom, li jħeġġu l-prijoritizzazzjoni tad-distribuzzjoni fuq il-bażi tal-ħtiġijiet nutrizzjonali. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tal-miżuri li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet u l-limiti li jikkonċernaw dawn it-trasferimenti.

(9)

Fl-interessi ta’ amministrazzjoni u ġestjoni tal-baġit tajba, l-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fid-distribuzzjoni tal-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u/jew il-ħalib għandhom japplikaw kull sena għall-għajnuna mill-Unjoni. Bil-għan li jiġu ssimplifikati l-proċeduri u l-ġestjoni, dawn l-applikazzjonijiet għandhom isiru fuq il-bażi ta’ talbiet għal għajnuna separati. Wara li tirċievi t-talbiet tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-allokazzjonijiet definittivi għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u/jew il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fl-approprjazzjonijiet disponibbli fil-baġit u wara li tqis trasferimenti limitati bejn l-allokazzjonijiet tagħhom, li jħeġġu l-prijoritizzazzjoni tad-distribuzzjoni fuq il-bażi tal-ħtiġijiet nutrizzjonali. F'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tal-miżuri li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet u l-limiti li jikkonċernaw dawk it-trasferimenti.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

Sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri amministrattivi u organizzattivi għall-iskejjel li ħadu sehem fiż-żewġ programmi, f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti, fir-rigward tal-introduzzjoni ta'proċeduri uniċi għal applikazzjonijiet tal-iskejjel għall-parteċipazzjoni u l-monitoraġġ.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li titnaqqas il-burokrazija li tiskoraġġixxi l-iskejjel milli jipparteċipaw, speċjalment sabiex l-iskejjel li jixtiequ jipparteċipaw fiż-żewġ programmi m'għandhomx ikunu obbligati li jimlew żewġ settijiet separati ta' formoli jew ikunu soġġetti għal varjetà ta' proċeduri ta' monitoraġġ.

Emendi 10 u 57

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

L-istrateġija nazzjonali għandha titqies bħala l-kundizzjoni għall-parteċipazzjoni tal-Istat Membru fl-iskema u bħala dokument strateġiku pluriennali li jistabbilixxi l-objettivi li għandhom jintlaħqu mill-Istati Membri u l-prijoritajiet tagħhom . L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jaġġornawhom b’mod regolari, b’mod partikolari fid-dawl tal-evalwazzjonijiet u l-valutazzjoni mill-ġdid tal-prijoritajiet jew il-miri.

(10)

L-istrateġija nazzjonali għandha titqies bħala l-kundizzjoni għall-parteċipazzjoni ta' Stat Membru fl-iskema. L-Istati Membri li jixtiequ jipparteċipaw għandhom jintalbu jippreżentaw dokument strateġiku li jkopri perjodu ta' sitt snin, filwaqt li jikkwantifikaw il-problema eżistenti u jistabbilixxu l-objettivi li għandhom jintlaħqu minnhom, metodoloġiji skont il-problema ppreżentata u l-prijoritajiet rispettivi. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jaġġornawhom b’mod regolari, b’mod partikolari fid-dawl tal-evalwazzjonijiet u l-valutazzjoni mill-ġdid tal-prijoritajiet jew il-miri u s-suċċess tal-programmi tagħhom . Meta l-Istati Membri jaġġornaw l-istrateġija nazzjonali tagħhom, għandhom jinħtieġu jikkonsultaw formalment mal-partijiet interessati tal-Istat Membru tagħhom.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)

Sabiex tiżdied il-viżibilità tal-iskema fost dawk li jibbenefikaw minnha fl-Unjoni kollha, din għandha tingħata identità waħda u logo tal-Unjoni, għall-użu obbligatorju fuq posters relatati mal-parteċipazzjoni tal-iskejjel u f'materjal ta' informazzjoni disponibbli lill-istudenti taħt il-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament. Għaldaqstant, f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati bil-għan li jiġu stabbiliti l-kriterji speċifiċi fir-rigward tal-preżentazzjoni, il-kompożizzjoni, id-daqs u d-dehra tal-identità komuni u tal-logo tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Emenda konformi mal-kompromess nru 5 tal-Kumitat AGRI.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

Sabiex jiġi żgurat li l-prezz tal-prodott mogħti lit-tfal taħt l-iskema jirrifletti b’mod sħiħ l-ammont tal-għajnuna pprovduta u li l-prodotti sussidjati ma jiżvijawx mill-użu maħsub tagħhom, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tal-istabbiliment tal-monitoraġġ tal-prezzijiet fl-iskema.

(12)

Sabiex jiġi żgurat li l-prezz tal-prodott mogħti lit-tfal taħt l-iskema jirrifletti b’mod sħiħ l-ammont tal-għajnuna pprovduta u li l-prodotti sussidjati ma jiżvijawx mill-użu maħsub tagħhom, f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tal-istabbiliment tal-monitoraġġ tal-prezzijiet fl-iskema. Dawn l-atti m'għandhomx jiskoraġġixxu lill-Istati Membri milli jakkwistaw prodotti lokali.

Ġustifikazzjoni

Emenda konformi mal-kompromess nru 5 tal-Kumitat AGRI.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)

Sabiex tiġi vverifikata l-effikaċja tal-programmi fl-Istati Membri, għandu jiġi pprovdut finanzjament għal inizjattivi li jimmonitorjaw u jevalwaw ir-riżultati miksuba, b'attenzjoni partikolari għall-bidliet fil-konsum li jokkorru f'perjodu ta' żmien medju.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)

Dan ir-Regolament m'għandux jinterferixxi mat-tqassim tal-kompetenzi reġjonali jew lokali fi ħdan l-Istati Membri, inkluża l-awtonomija reġjonali u lokali.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għajnuna għall-provvista tal-frott u l-ħaxix, il-banana u l-ħalib , miżuri edukattivi ta’ sostenn u spejjeż relatati

Għajnuna għall-provvista tal-frott u l-ħaxix, il-banana , il-ħalib , u ċerti prodotti tal-ħalib, miżuri ta' akkumpanjament u spejjeż relatati

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 1 – parti 1 tal-Kumitat AGRI.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

għall-provvista tal-ikel u l-ħaxix, il-banana, u l-ħalib ;

(a)

għall-provvista tal-ikel u l-ħaxix, inklużi l-banana, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib kif imsemmi fil-paragrafu 2 ;

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 1 – parti 1 tal-Kumitat AGRI. Dan il-kompromess jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li l-Istati Membri xorta għandhom jitħallew iqassmu prodotti friski. Il-formulazzjoni “frott u ħaxix” tkopri prodotti friski u mkessħa, porzjonijiet lesti biex jittieklu (bħal karrotti mqaxxra/maqtugħa u kkonfezzjonati f'basktijiet żgħar) u, barra minn hekk, lill-iskejjel tippermettilhom li jagħsru l-prodotti biex jagħmlu l-meraq ta' frott frisk. L-Istati Membri għandhom ir-responsabilità li jiddeċiedu u jinkludu fl-istrateġija tagħhom liema prodotti friski għandhom jitqassmu (u kif).

Emenda 17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

għall-miżuri edukattivi ta’ sostenn ; u

(b)

għall-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament ; u

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 2 – parti 1 tal-Kumitat AGRI. Is-sostituzzjoni ta' “sostenn” b' “akkumpanjament” għandha l-għan li tikkjarifika li l-miżuri edukattivi appoġġjati mill-UE taħt l-iskemi għall-iskejjel mhumiex responsabilità tal-għalliema tal-iskola iżda ta' kelliema esterni, bħan-nutrizzjonisti, il-bdiewa, eċċ.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

biex jiġu koperti ċerti spejjeż relatati marbuta mal-loġistika u d-distribuzzjoni, it-tagħmir, il-pubbliċità , il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

(c)

biex jiġu koperti l-ispejjeż relatati marbuta mal-loġistika u d-distribuzzjoni, it-tagħmir, il-komunikazzjoni u l-pubbliċità , il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u attivitajiet oħra marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-iskema .

Emenda 19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fl-iskema ta’ għajnuna stabbilita fil-paragrafu 1 (“l-iskema għall-iskejjel”) jistgħu jqassmu l-frott jew il-ħaxix inklużi l-banana jew il-ħalib li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0401, jew it-tnejn li huma .

2.   L-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fl-iskema ta’ għajnuna stabbilita fil-paragrafu 1 (“l-iskema għall-iskejjel”) jistgħu jqassmu:

 

(a)

frott jew il-ħaxix inklużi l-banana u/jew

 

(b)

il-ħalib , u prodotti tal-ħalib tal-kategoriji li ġejjin (“prodotti tal-ħalib”):

 

 

(i)

il-ħalib u l-krema li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0401;

 

 

(ii)

ix-xorrox tal-butir, il-baqta, il-jogurt, il-kefir u tipi oħra ta' ħalib u krema ffermentati jew aċidifikati li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0403, minbarra dawk li fihom ħwawar jew materjali mhux lattiċi miżjuda li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0403 10 51 sa 99 u NM 0403 90 71 sa 99;

 

 

(iii)

il-ġobon u l-baqta li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0406;

 

 

(iv)

il-ħalib mingħajr lattosju li jikkonsisti minn ħalib naturali b'kompożizzjoni li ġiet modifikata fir-rigward tal-kontenut ta' lattosju tagħha u li ma fihx materjal ieħor mhux lattiku li jaqa' taħt il-kodiċi NM 0404 90.

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 1 – parti 2 tal-Kumitat AGRI. L-iskop ta' dawn l-iskemi huwa li jħeġġu l-konsum ta' prodotti agrikoli u jistabbilixxu drawwiet alimentari tajbin għas-saħħa. Barra minn hekk, għandna argumenti konkreti li jiġġustifikaw li l-konsum tal-ħalib tax-xorb qed jonqos; il-ġobon u l-jogurt naturali huma t-tieni l-aħjar alternattiva minħabba intolleranzi għal-lattosju.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Bħala kundizzjoni għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-iskema għall-iskejjel, l-Istati Membri għandhom ifasslu, qabel il-parteċipazzjoni tagħhom fl-iskema għall-iskejjel, u mbagħad kull 6 snin, fil-livell nazzjonali jew reġjonali, strateġija għall-implimentazzjoni tal-iskema. L-istrateġija tista’ tiġi emendata minn Stat Membru, b’mod partikolari fid-dawl tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni. L-istrateġija tal-inqas għandha tidentifika l-ħtiġijiet li għandhom jiġu ssodisfati, il-klassifikazzjoni tal-ħtiġijiet f’termini ta’ prijoritajiet, il-popolazzjoni fil-mira, ir-riżultati mistennija u l-miri kwantifikati li għandhom jinkisbu fir-rigward tas-sitwazzjoni inizjali, u  jistabbilixxu l-istrumenti u l-azzjonijiet l-aktar xierqa biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

3.   Bħala kundizzjoni għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-iskema għall-iskejjel, l-Istati Membri għandhom ifasslu, qabel il-parteċipazzjoni tagħhom fl-iskema għall-iskejjel, u mbagħad kull 6 snin, fil-livell nazzjonali jew reġjonali, strateġija għall-implimentazzjoni tal-iskema. L-istrateġija tista’ tiġi emendata minn Stat Membru jew minn awtorità reġjonali, b’mod partikolari fid-dawl tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni u tar-riżultati miksuba, u b'hekk isir użu tajjeb tal-fondi tal-Unjoni. L-istrateġija għandha , bħala minimu, tidentifika l-ħtiġijiet li għandhom jiġu ssodisfati, il-klassifikazzjoni tal-ħtiġijiet f’termini ta’ prijoritajiet, il-popolazzjoni fil-mira, ir-riżultati mistennija u l-miri kwantifikati li għandhom jinkisbu fir-rigward tas-sitwazzjoni inizjali, u  għandha tistabbilixxi l-istrumenti u l-azzjonijiet l-aktar xierqa biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tagħti aktar possibilità lill-awtoritajiet sottonazzjonali biex jikkontrollaw l-iskema skont id-distribuzzjoni kostituzzjonali tal-kompetenzi fi ħdan l-Istati Membri. Din l-emenda tirrifletti wkoll l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-Istati Membri, sabiex jagħmlu l-iskema għall-iskejjel effettiva, għandhom jipprovdu wkoll għall-miżuri edukattivi ta’ sostenn , li jistgħu jinkludu miżuri u attivitajiet immirati sabiex iqarrbu lit-tfal lejn l-agrikoltura u firxa usa’ ta’ prodotti agrikoli, l-edukazzjoni dwar kwistjonijiet relatati, bħal drawwiet ta’ dieta bnina, il-ġlieda kontra l-ħela ta’ ikel, il-ktajjen alimentari lokali jew il-biedja organika.

4.   L-Istati Membri, sabiex jagħmlu l-iskema għall-iskejjel effettiva, għandhom jipprovdu wkoll għall-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament , li jistgħu jinkludu miżuri u attivitajiet immirati sabiex iqarrbu lit-tfal lejn l-agrikoltura , bħaż-żjarat sal-irziezet, u d-distribuzzjoni ta' firxa usa' ta' prodotti agrikoli, bħal frott u ħaxix ipproċessat u speċjalitajiet lokali, reġjonali jew nazzjonali oħrajn, bħall-għasel, iż-żebbuġ u ż-żejt taż-żebbuġa, u l-frott imnixxef. Dan jikkontribwixxi għall-edukazzjoni dwar kwistjonijiet relatati, bħal drawwiet ta' dieta bnina, il-ġlieda kontra l-ħela ta' ikel, il-ktajjen alimentari lokali, il-biedja organika u l-produzzjoni sostenibbli .

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 2 – parti 2 tal-Kumitat AGRI. Fid-dawl tal-fatt li l-miżuri edukattivi jippermettu d-distribuzzjoni okkażjonali ta' prodotti oħra, il-kompromess hawnhekk jinkludi emendi relatati ma' speċjalitajiet lokali, reġjonali u nazzjonali bħall-għasel, iż-żebbuġ, iż-żejt taż-żebbuġa u l-frott imnixxef.

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Meta jfasslu l-istrateġiji tagħhom, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta’ prodotti agrikoli, minbarra l-frott u l-ħaxix, il-banana u l-ħalib, li jistgħu xi kultant jiġu inklużi mal-miżuri edukattivi ta’ sostenn .

5.   Meta jfasslu l-istrateġiji tagħhom, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta' prodotti agrikoli, minbarra l-frott u l-ħaxix, il-banana u l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib , li jistgħu xi kultant jiġu inklużi għat-tqassim taħt il-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament . Fir-rigward tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati, m'għandhomx ikunu permessi prodotti li fihom iz-zokkor miżjud, ix-xaħam miżjud, il-melħ miżjud, sustanzi miżjuda li jagħtu l-ħlewwa u/jew sustanzi artifiċjali li jsaħħu t-togħma (kodiċijiet ta' addittivi tal-ikel artifiċjali E620-E650).

Ġustifikazzjoni

Jekk l-addittivi tal-ikel innumerati E620-E650 jiġu kkunsmati fi kwantitajiet sinifikanti dawn ikollhom effetti dannużi fuq is-saħħa tal-konsumaturi. Peress li l-programm huwa maħsub għall-promozzjoni ta' ikel tajjeb għas-saħħa, jekk jippermetti l-użu ta' addittivi b'effetti dubbjużi fuq is-saħħa dan ikun qed imur kontra l-għanijiet tiegħu.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-prodotti li għandhom jiġu inkorporati fid-distribuzzjoni jew li għandhom jiġu inklużi fil-miżuri edukattivi ta’ sostenn fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi li jistgħu jinkludu kunsiderazzjonijiet tas-saħħa u ambjentali, l-istaġjonalità, il-varjetà, jew id-disponibbiltà ta’ prodotti lokali, u jagħtu prijorità sa fejn huwa prattikabbli għall-prodotti li joriġinaw fl-Unjoni, b’mod partikolari għax-xiri lokali, il-prodotti organiċi, il-ktajjen tal-provvista qosra jew il-benefiċċji ambjentali.

6.   L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-prodotti li għandhom jiġu inkorporati fid-distribuzzjoni jew li għandhom jiġu inklużi fil-miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi li għandhom jinkludu kunsiderazzjonijiet tas-saħħa u ambjentali u etiċi , l-istaġjonalità, il-varjetà, jew id-disponibbiltà ta’ prodotti lokali, u jagħtu prijorità sa fejn huwa prattikabbli għall-prodotti li joriġinaw fl-Unjoni, b’mod partikolari għall-produzzjoni u x-xiri lokali jew reġjonali , il-prodotti organiċi jew il-benefiċċji ambjentali u prodotti ta' kwalità kif individwati fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 . Fil-każ tal-banana, il-prodotti ta' kummerċ ġust minn pajjiżi terzi jistgħu jingħataw prijorità biss meta ma jkunux disponibbli prodotti ekwivalenti li joriġinaw mill-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 3 tal-Kumitat AGRI.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   Sabiex jippromwovu drawwiet ta’ dieta bnina, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tas-saħħa kompetenti tagħhom japprovaw il-lista tal-prodotti forniti taħt l-iskema tal-iskejjel u jiddeċiedu dwar l-aspetti nutrizzjonali tagħhom

7.   Sabiex jippromwovu drawwiet ta’ dieta bnina, anki fost it-tfal li huma intolleranti għal-lattosju, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet responsabbli għan-nutrizzjoni u/jew is-saħħa jaqblu fuq il-lista tal-prodotti forniti taħt l-iskema tal-iskejjel u jiddeċiedu dwar l-aspetti nutrizzjonali tagħhom.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23a – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-għajnuna mill-iskema għall-iskejjel allokata għad-distribuzzjoni tal-prodotti, il-miżuri edukattivi ta’ sostenn u l-ispejjeż relatati msemmija fl-Artikolu 23(1), u mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 4, ma għandhiex taqbeż:

1.   L-għajnuna mill-iskema għall-iskejjel allokata għad-distribuzzjoni tal-prodotti, il-miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament u l-ispejjeż relatati msemmija fl-Artikolu 23(1), u mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu , ma għandhiex taqbeż:

Ġustifikazzjoni

Emenda konformi mal-Emenda ta' Kompromess nru 2 tal-Kumitat AGRI.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23a – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

għall-ħalib: EUR  80  miljun għal kull sena skolastika.

(b)

għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib : EUR  100  miljun għal kull sena skolastika.

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 4 – parti 4 tal-Kumitat AGRI. Hija prevista żieda ta' EUR 20 miljun għall-pakkett destinat għall-ħalib sabiex tippermetti l-introduzzjoni ta' nfiq minimu għal kull tifel u tifla kull sena għall-Istati Membri kollha u sabiex tiżgura li l-ebda Stat Membru ma jitlef bħala konsegwenza tal-introduzzjoni tal-kriterji l-ġodda.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 1a – subparagrafu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jistabbilixxi l-livell ta’ għajnuna mill-Unjoni li tista’ titħallas għall-prezz tal-porzjon ta’ frott u ħaxix inklużi l-banana u l-ħalib distribwiti u li jistabbilixxi d-definizzjoni ta’ porzjon. Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 227 li jistabbilixxi ammont minimu u ammont massimu għall-finanzjament ta’ miżuri edukattivi ta’ sostenn mill-allokazzjonijiet definittivi annwali tal-Istati Membri.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Is-setgħat tmexxew għall-Artikolu 24(1a) għall-finijiet ta' koerenza.

Emenda 28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23a – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana: il-kriterji oġġettivi bbażati fuq:

(a)

għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana: kriterji oġġettivi bbażati fuq:

 

(i)

in-numru ta’ tfal bejn sitta sa għaxar snin bħala proporzjon mill-popolazzjoni ,

 

(i)

in-numru ta’ tfal bejn sitta u għaxar snin bħala proporzjon tal-popolazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat ,

 

(ii)

il-grad ta’ żvilupp tar-reġjuni fi ħdan Stat Membru sabiex tiġi żgurata għajnuna akbar lir-reġjuni li għadhom lura skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) ta’ dan ir-Regolament, ir-reġjuni l-aktar imbiegħda elenkati fl-Artikolu 349 tat-Trattat jew/u l-gżejjer minuri tal-Eġew skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013, u

 

(ii)

il-grad ta’ żvilupp tar-reġjuni fi ħdan Stat Membru sabiex tiġi żgurata l-provvista ta' għajnuna akbar lir-reġjuni li għadhom lura skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) ta’ dan ir-Regolament, lir-reġjuni ultraperiferiċi elenkati fl-Artikolu 349 tat-TFUE u/jew lill-gżejjer minuri tal-Eġew skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013, u

 

 

(iii)

żieda addizzjonali ta' 5 % tal-għajnuna tal-Unjoni, biex tiġi applikata għar-reġjuni ultraperiferiċi, b'żieda ulterjuri ta' 5 % jekk dawk ir-reġjuni jimportaw prodotti minn reġjuni ultraperiferiċi oħrajn li huma qrib; u

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 4 – parti 1 tal-Kumitat AGRI. Il-kriterji oġġettivi bbażati fuq in-numru ta' tfal li għandhom bejn sitta u għaxar snin bħala proporzjon tal-popolazzjoni u l-grad ta' żvilupp tar-reġjuni fi ħdan Stat Membru għandhom jinżammu b'tali mod li tinħoloq sistema ġusta li tikkorrispondi għall-ħtiġijiet tal-Istati Membri.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23a – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

għall-ħalib: l-użu storiku tal-fondi taħt l-iskemi preċedenti għall-provvista tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib lit-tfal u l-kriterji oġġettivi fuq il-bażi tal-proporzjon tagħhom ta’ tfal ta’ bejn sitta sa għaxar snin.

(b)

għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, kombinazzjoni tal-kriterji li ġejjin, li għandhom jiġu applikati tul perjodu tranżitorju ta’ sitt snin li jibda mit-tħaddim tal-programm il-ġdid :

 

 

(i)

in-numru ta' tfal li għandhom bejn sitta u għaxar snin bħala proporzjon tal-popolazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat;

 

 

(ii)

il-grad ta' żvilupp tar-reġjuni fi ħdan Stat Membru sabiex tiġi żgurata l-provvista ta' għajnuna akbar lir-reġjuni li għadhom lura skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) ta' dan ir-Regolament, lir-reġjuni ultraperiferiċi elenkati fl-Artikolu 349 tat-TFUE u/jew lill-gżejjer minuri tal-Eġew skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013,

 

 

(iii)

l-użu storiku tal-fondi taħt l-iskemi preċedenti għall-provvista tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib lit-tfal, ħlief għall-Kroazja, li għaliha għandha tiġi introdotta sistema ta' ħlas b'rata fissa; bil-għan li tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta tal-fondi bejn l-Istati Membri, dan il-kriterju għandu jiġi bbilanċjat bl-introduzzjoni ta' ammont annwali minimu ta' għajnuna mill-Unjoni għal kull tifel u tifla fil-grupp ta' età msemmi fil-punt (i) u għandu jkun definit abbażi tal-użu medju tal-fondi għal kull tifel u tifla għal kull Stat Membru;

 

 

(iv)

żieda addizzjonali ta' 5 % tal-għajnuna tal-Unjoni, biex tiġi applikata għar-reġjuni ultraperiferiċi, b'żieda ulterjuri ta' 5 % jekk dawk ir-reġjuni jimportaw prodotti minn reġjuni ultraperiferiċi oħrajn li huma qrib;

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 4 – parti 2 tal-Kumitat AGRI. Fid-dawl tal-emendi mressqa, b'mod partikolari dawk li jħassru l-kriterji storiċi għall-ħalib, l-objettiv ta' dan il-kompromess hu li jistabbilixxi sistema ta' allokazzjoni aktar ġusta mingħajr ma jippenalizza l-Istati Membri li s'issa użaw b'mod effiċjenti l-iskema tal-ħalib għall-iskejjel u rċevew ammonti akbar ta' għajnuna. Dan il-kompromess huwa bbażat fuq kalkoli li pproduċa DĠ AGRI fuq talba tar-rapporteur.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23a – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li jintemm il-perjodu tranżitorju msemmi fil-punt (b), il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib għandhom ikunu soġġetti għall-kriterji stabbiliti fil-punti (i) u (ii) tal-punt (a).

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 4 – parti 2 tal-Kumitat AGRI.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23a – paragrafu 2– subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta tal-inqas kull tliet snin jekk l-allokazzjonijiet indikattivi għall-frott u l-ħaxix inkluż il-banana u għall-ħalib jibqgħux konsistenti mial-kriterji oġġettivi msemmija f’dan il-paragrafu.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta tal-inqas kull tliet snin jekk l-allokazzjonijiet indikattivi għall-frott u l-ħaxix inkluż il-banana, u għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib jibqgħux konsistenti mal-kriterji oġġettivi msemmija f'dan il-paragrafu.

Ġustifikazzjoni

Emenda konformi mal-Emenda ta' Kompromess nru 1 tal-Kumitat AGRI.

Emenda 32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23a – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li minimu ta' 10 % u massimu ta' 20 % tal-finanzjament allokat lilhom kull sena taħt l-iskema għall-iskejjel jiġi allokat għall-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament.

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 2 – parti 4 tal-Kumitat AGRI. Fid-dawl tal-importanza fundamentali tal-miżuri edukattivi taħt l-iskema l-ġdida, u l-emendi mressqa, il-kompromess jistabbilixxi minimu ta' 10 % u massimu ta' 20 % għall-finanzjament ta' miżuri edukattivi.

Emenda 33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23a – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Mingħajr ma jaqbżu l-limitu globali ta’ EUR  230  miljun, li jirriżulta mill-ammonti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jittrasferixxu sa 15 % tal-allokazzjonijiet indikattivi tagħhom għall-frott u l-ħaxix inkluż il-banana jew għall-ħalib lis-settur l-ieħor taħt il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu speċifikati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 227.

4.   Mingħajr ma jaqbżu l-limitu globali ta’ EUR  250  miljun, li jirriżulta mill-ammonti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jittrasferixxu sa 10 % tal-allokazzjonijiet indikattivi tagħhom għall-frott u l-ħaxix inkluż il-banana jew għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib lis-settur l-ieħor , u dan it-trasferiment jista' jiżdied għal 20 % fil-każ ta' reġjuni ultraperiferiċi, taħt il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu speċifikati mill-Kummissjoni permezz ta' atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 227.

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 4 – parti 5 tal-Kumitat AGRI. Hija prevista żieda ta' EUR 20 miljun għall-pakkett destinat għall-ħalib sabiex tippermetti l-introduzzjoni ta' nfiq minimu għal kull tifel u tifla kull sena għall-Istati Membri kollha u sabiex tiżgura li l-ebda Stat Membru ma jitlef bħala konsegwenza tal-introduzzjoni tal-kriterji l-ġodda. F'dak li għandu x'jaqsam mat-trasferimenti baġitarji, il-kompromess jikkostitwixxi triq tan-nofs bejn l-emendi mressqa dwar din il-kwistjoni.

Emenda 34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23a – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.     L-għajnuna tal-Unjoni mogħtija f'konformità mal-paragrafu 1 m'għandhiex tintuża biex tissostitwixxi l-finanzjament għal xi skema nazzjonali eżistenti għall-provvista tal-frott jew il-ħalib għall-iskejjel li tipprovdi frott u ħaxix, frott u ħaxix ipproċessat, banana, ħalib jew prodotti tal-ħalib jew skemi oħrajn ta' distribuzzjoni għall-iskejjel li jinkludu prodotti bħal dawn. L-għajnuna tal-Unjoni għandha tingħata biex tissupplimenta l-finanzjament nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

L-introduzzjoni mill-ġdid tal-Artikolu 23, paragrafu 6 mill-OKS: Il-fondi tal-UE għandhom ikunu ġenwinament addizzjonali għall-finanzjament nazzjonali, bil-għan li jiġi evitat effett deadweight.

Emenda 35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23a – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.     L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, b'mod konsistenti mal-istrateġiji rispettivi tagħhom, li ma jagħtux l-għajnuna mitluba fejn l-ammont ta' għajnuna mitlub huwa inferjuri għall-ammont minimu stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat.

Emenda 36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23a – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   L-Unjoni tista’ tiffinanzja wkoll, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, miżuri ta’ informazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni relatati mal-iskema għall-iskejjel, inkluża sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwarha , u miżuri ta’ netwerking relatati.

7.   L-Unjoni tista’ tiffinanzja wkoll, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, miżuri ta’ informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità, monitoraġġ u evalwazzjoni relatati mal-iskema għall-iskejjel, inkluża sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar l-objettivi tagħha, speċjalment immirata lejn il-ġenituri u l-persuni li jħarrġu , u miżuri ta’ netwerking relatati u attivitajiet oħrajn marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-iskema għall-iskejjel .

Emenda 37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23a – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.   L-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskema għall-iskejjel għandhom jippubbliċizzaw, fil-postijiet fejn jitqassam l-ikel, l-involviment tagħhom fl-iskema u l-fatt li din hija ssussidjata mill-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-valur miżjud u l-viżibbiltà tal-iskema għall-iskejjel tal-Unjoni fir-rigward tal-provvista ta’ ikliet oħra fl-istabbilimenti edukattivi.

8.   L-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskema għall-iskejjel għandhom jippubbliċizzaw, fil-postijiet fejn jitqassam l-ikel, l-involviment tagħhom fl-iskema u l-fatt li din hija ssussidjata mill-Unjoni , permezz ta' posters imwaħħla fid-daħliet tal-iskejjel. L-Istati Membri jistgħu, barra minn hekk, jużaw kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni adegwat bħal siti elettroniċi ddedikati, materjal grafiku informattiv, u kampanji ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni. Fuq il-materjal informattiv ta' akkumpanjament, għandhom jintużaw element distintiv komuni u logo tal-Unjoni . L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-valur miżjud u l-viżibbiltà tal-iskema għall-iskejjel tal-Unjoni fir-rigward tal-provvista ta’ ikliet oħra fl-istabbilimenti edukattivi.

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 5 – parti 1 tal-Kumitat AGRI. L-Istati Membri li jiddistribwixxu l-għajnuna tal-UE għandhom jużaw il-posters fid-dħul tal-iskejjel biex jiżguraw viżibilità aħjar tal-azzjonijiet tal-UE kif previst fir-regolamenti ta' implimentazzjoni eżistenti għall-iskemi. Fid-dawl tal-valur miżjud tal-UE tal-iskema, huwa importanti li tissaħħaħ il-viżibilità tagħha u l-għarfien tal-pubbliku dwarha, speċjalment fi żmien meta qed tiżdied id-diżillużjoni fil-konfront tal-Ewropa.

Emenda 38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

it-tfassil tal-istrateġiji nazzjonali jew reġjonali u l-miżuri edukattivi ta’ sostenn .

(c)

it-tfassil tal-istrateġiji nazzjonali jew reġjonali u l-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament .

Ġustifikazzjoni

Emenda konformi mal-Emenda ta' Kompromess nru 2 tal-Kumitat AGRI.

Emenda 39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 24 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti u mmirat tal-fondi Ewropej , il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jikkonċernaw:

2.   Sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti u mmirat tal-fondi tal-Unjoni , tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta ta' dawn il-fondi bejn l-Istati Membri u jiġi limitat il-piż amministrattiv għall-iskejjel li qed jipparteċipaw fl-iskema u għall-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jikkonċernaw:

Emenda 40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)

il-limitu massimu ta' għajnuna mill-Unjoni li jista' jintuża għal kull tifel u tifla u għal kull operazzjoni ta' distribuzzjoni, bħala kontribut għall-kost tal-frott u l-ħaxix, inklużi l-banana, u tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib distribwiti;

Ġustifikazzjoni

Is-setgħat delegati tmexxew mill-Artikolu 23a(1) għall-finijiet ta' koerenza tat-test. Biex tiġi żgurata ġestjoni soda tal-fondi għall-iskema, ikun aħjar li jiġi stabbilit ammont massimu ta' għajnuna għal kull operazzjoni ta' distribuzzjoni pjuttost milli għal kull porzjon, li se jkun kemxejn diffiċli biex jiġi sorveljat — ara l-emenda għall-Premessa 6.

Emenda 41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)

l-allokazzjoni indikattiva tal-għajnuna bejn l-Istati Membri għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u l-ħalib u fejn ikun xieraq ir-reviżjoni tagħha wara l-valutazzjoni msemmija fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 23a(2), l-ammonti minimi tal-Unjoni għal kull Stat Membru, il-metodu għar-riallokazzjoni tal-allokazzjoni tal-għajnuna bejn l-Istati Membri fuq il-bażi tal-applikazzjonijiet riċevuti, u r-regoli addizzjonali li jikkonċernaw il-mod kif il-kriterji msemmija fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 23a(2) għandhom jitqiesu għall-allokazzjoni tal-fondi,

a)

l-allokazzjoni indikattiva tal-għajnuna bejn l-Istati Membri għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, l-ammont minimu ta' għajnuna tal-Unjoni li ta' kull sena tiġi ddedikata għal kull tifel u tifla kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 23a(2), l-ammonti minimi tal-Unjoni għal kull Stat Membru, il-metodu għar-riallokazzjoni tal-allokazzjoni tal-għajnuna bejn l-Istati Membri fuq il-bażi tal-applikazzjonijiet riċevuti, u r-regoli addizzjonali li jikkonċernaw il-mod kif il-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23a(2) għandhom jitqiesu għall-allokazzjoni tal-fondi,

Emenda 42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 24 – paragrafu 2 – pun b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-kundizzjonijiet li jikkonċernaw it-trasferimenti bejn l-allokazzjonijiet għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u  l-ħalib ;

(b)

il-kundizzjonijiet li jikkonċernaw it-trasferimenti bejn l-allokazzjonijiet għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana, il-ħalib l-prodotti tal-ħalib ;

Ġustifikazzjoni

Emenda konformi mal-Emenda ta' Kompromess nru 1 tal-Kumitat AGRI.

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

l-ispejjeż u/jew il-miżuri li huma eliġibbli għall-għajnuna mill-Unjoni u l-possibbiltà li jiġu stabbiliti ammonti minimi u massimi għal spejjeż speċifiċi;

(c)

l-ispejjeż u/jew il-miżuri li huma eliġibbli għall-għajnuna mill-Unjoni u l-possibbiltà li jiġu stabbiliti ammonti massimi għal spejjeż speċifiċi;

Emenda 44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

l-introduzzjoni ta' proċeduri uniċi ta' applikazzjoni għall-istabbilimenti edukattivi li jixtiequ jipparteċipaw, kif ukoll ta' proċeduri uniċi ta' kontroll;

Ġustifikazzjoni

Minbarra l-kriterji tekniċi stabbiliti fl-att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 25(c), ikun utli li għal kull att delegat jiġu stabbiliti proċeduri uniċi ta' applikazzjoni għall-istabbilimenti edukattivi li jixtiequ jipparteċipaw, kif ukoll ta' proċeduri uniċi ta' kontroll, sabiex jittaffa l-piż amministrattiv li jikkostitwixxi xkiel għall-parteċipanti potenzjali, b'mod partikolari għall-iskejjel li jixtiequ jipparteċipaw fiż-żewġ skemi.

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 24 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Sabiex jiġi promoss l-għarfien tal-iskema għall-iskejjel, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jitolbu lill-Istati Membri bi skema għall-iskejjel sabiex jippubbliċizzaw ir-rwol tas-sussidjar tal-għajnuna mill-Unjoni .

3.   Sabiex jiġi promoss u jiżdied l-għarfien tal-iskema għall-iskejjel u tiżdied il-viżibilità tal-għajnuna tal-Unjoni , il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jitolbu lill-Istati Membri bi skema għall-iskejjel sabiex jippubbliċizzaw b'mod ċar il-fatt li qed jirċievu sostenn mill-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-iskema, f'dak li għandu x'jaqsam ma':

 

(a)

il-kriterji speċifiċi marbuta mal-użu tal-posters u appoġġ informattiv ieħor;

 

(b)

l-istabbiliment ta' kriterji speċifiċi rigward il-preżentazzjoni, il-kompożizzjoni, id-daqs u d-dehra tal-element distintiv komuni u l-logo tal-Unjoni .

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 5 – parti 2 tal-Kumitat AGRI. Setgħat delegati konformi mal-emenda għall-Artikolu 23a(8).

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 25 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u/jew il-ħalib bejn l-Istati Membri parteċipanti fil-limiti stabbilti fl-Artikolu 23a(1), wara li jitqiesu t-trasferimenti msemmija fl-Artikolu 23a(4);

(a)

l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u/jew il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib bejn l-Istati Membri parteċipanti fil-limiti stabbilti fl-Artikolu 23a(1), wara li jitqiesu t-trasferimenti msemmija fl-Artikolu 23a(4);

Ġustifikazzjoni

Emenda konformi mal-Emenda ta' Kompromess nru 1 tal-Kumitat AGRI.

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 25 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)

il-metodi biex jiġu trattati n-nuqqasijiet li jokkorru tul il-proċess ta' implimentazzjoni, bil-għan li jiġu evitati l-ostakli kkawżati mill-burokrazija eċċessivament tqila;

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 217 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu, flimkien mal-għajnuna mill-Unjoni għall-Artikolu  23, jagħmlu pagamenti nazzjonali għall-provvista tal-prodotti lit-tfal fl-istabbilimenti edukattivi jew għall-ispejjeż relatati msemmija fl-Artikolu 23(1) (c) .

L-Istati Membri jistgħu, minbarra li jirċievu u japplikaw l-għajnuna tal-Unjoni prevista mill-Artikolu  23, jagħmlu pagamenti nazzjonali jew reġjonali sabiex jipprovdu l-prodotti lit-tfal , flimkiem ma' miżuri edukattivi ta' akkumpanjament, fl-istabbilimenti edukattivi jew biex ilaħħqu mal-ispejjeż relatati msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu  23(1).


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 19 ta’ Mejju 2015

27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/106


P8_TA(2015)0191

Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Viktor Uspaskich

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2015 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Viktor Uspaskich (2014/2203(IMM))

(2016/C 353/16)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Viktor Uspaskich, mibgħuta fl-1 ta’ Ottubru 2014 mill-Prosekutur Ġenerali tal-Litwanja u li tħabbret fis-seduta plenarja fit-12 ta’ Novembru 2014,

wara li sema' lil Viktor Uspaskich skont l-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, tad-19 ta' Marzu 2010, tas-6 ta' Settembru 2011 u tas-17 ta' Jannar 2013 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja,

wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), u l-Artikoli 6(1), u (9) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0149/2015),

A.

billi l-Prosekutur Ġenerali tal-Litwanja talab it-tneħħija tal-immunità parlamentari ta’ Viktor Uspaskich, Membru tal-Parlament Ewropew, b'rabta ma’ investigazzjoni ta’ qabel il-proċess fir-rigward ta' allegazzjoni ta’ reat kriminali;

B.

billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament ta’ dak l-Istat;

C.

billi l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja u l-Artikolu 22(3), tal-Istatut tas-Seimas jiddikjaraw li proċedimenti kriminali ma jistgħux jitnedu kontra Membru tas-Seimas, u li hi jew hu ma jistgħux jiġu arrestati jew soġġetti għal kwalunkwe restrizzjoni oħra tal-libertà personali mingħajr il-kunsens tas-Seimas, ħlief f’każijiet ta’ flagrante delicto;

D.

billi Viktor Uspaskich hu akkużat li wettaq ir-reat ta’ disprezz tal-qorti skont l- Artikolu 232 tal-Kodiċi Kriminali tar-Repubblika tal-Litwanja;

E.

billi ma hemm l-ebda evidenza ta’ fumus persecutionis, jiġifieri suspett b’bażi soda li l-proċedimenti legali jkunu tnedew bil-għan li ssir ħsara politika lill-Membru;

1.

Iddeċieda li jneħħi l-immunità ta’ Viktor Uspaskich;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex minnufih jgħaddi din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-Prosekutur Ġenerali tal-Litwanja u lil Viktor Uspaskich.


(1)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 1986, Marra vs De Gregorio u Clemente, C 200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C 163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 et T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.


27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/108


P8_TA(2015)0192

Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jérôme Lavrilleux

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2015 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jérôme Lavrilleux (2015/2014(IMM))

(2016/C 353/17)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jérôme Lavrilleux, ppreżentata fit-23 ta' Diċembru 2014 mill-Ministru tal-Ġustizzja Franċiż fuq talba tal-Kap Prosekutur fil-Qorti tal-Appell ta' Pariġi, u mħabbra fis-seduta plenarja fil-15 ta' Jannar 2015,

wara li sema' lil Jérôme Lavrilleux skont l-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, tad-19 ta' Marzu 2010, tas-6 ta' Settembru 2011 u tas-17 ta' Jannar 2013 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Franċiża,

wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2) u 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0152/2015),

A.

billi l-Kap Prosekutur tal-Qorti tal-Appell ta' Pariġi talab it-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Jérôme Lavrilleux, Membru tal-Parlament Ewropew, b'konnessjoni ma' investigazzjoni ġudizzjarja pendenti dwar akkużi ta' falsifikazzjoni, użu ta' dokumenti ffalsifikati, ksur ta' fiduċja, tentattiv ta' frodi u kompliċità f'dawn ir-reati u l-ħabi tagħhom, finanzjament illegali ta' kampanja elettorali u ħabi ta' dak ir-reat u kompliċità fih; u billi l-imħallfin Franċiżi jixtiequ, f'dan il-kuntest, jieħdu miżura li ċċaħħad jew li tirrestrinġi l-libertà kontra Jérôme Lavrilleux;

B.

billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jgħid li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lid-deputati tal-Parlament ta' pajjiżhom;

C.

billi l-Artikolu 26, paragrafi 2 u 3, tal-Kostituzzjoni Franċiża jipprevedi li l-ebda Membru tal-Parlament ma għandu jiġi arrestat għal reat serju jew offiża maġġuri oħra, u lanqas m'għandu jkun soġġett għal xi miżura oħra li ċċaħħad jew li tirrestrinġi l-libertà, mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Bureau tal-Kamra li tagħha huwa membru; li din l-awtorizzazzjoni mhijiex meħtieġa fil-każ ta' reat serju jew offiża maġġuri oħra mwettqa in flagrante delicto jew meta l-kundanna tkun saret definittiva; u li l-Assemblea tista' titlob is-sospensjoni ta' detenzjoni, ta' miżuri oħra li jċaħħdu jew li jirrestrinġu l-libertà jew ta' proċedimenti kontra wieħed mill-Membri tiegħu;

D.

billi Jérôme Lavrilleux huwa suspettat li ħa sehem f'sistema ta' fatturi foloz għall-infiq f'kampanja elettorali;

E.

billi t-tneħħija tal-immunità ta’ Jérôme Lavrilleux għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura;

F.

billi l-akkużi allegati mhumiex marbuta mal-kariga ta' Jérôme Lavrilleux bħala Membru tal-Parlament Ewropew u jirriżultaw mill-kariga preċedenti tiegħu bħala viċi direttur tal-kampanja elettorali fl-aħħar elezzjoni presidenzjali fi Franza;

G.

billi l-prosekuzzjoni ma tikkonċernax opinjonijiet espressi jew voti mitfugħa minn Jérôme Lavrilleux bħala Membru tal-Parlament Ewropew fit-twettiq ta' dmirijietu fit-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

H.

billi l-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta' fumus persecutionis, jiġifieri, presunzjoni serja u preċiża biżżejjed li l-proċedimenti nfetħu bl-intenzjoni li ssir ħsara politika lill-Membru;

1.

Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Jérôme Lavrilleux;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex minnufih jgħaddi din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Franċiża u lil Jérôme Lavrilleux.


(1)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 1986, Marra vs De Gregorio u Clemente, C 200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C 163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 et T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.


27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/110


P8_TA(2015)0193

Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Janusz Korwin-Mikke

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2015 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Janusz Korwin-Mikke (2015/2049(IMM))

(2016/C 353/18)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Janusz Korwin-Mikke, mibgħuta fid-29 ta’ Diċembru 2014 mill-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja f’konnessjoni ma’ proċeduri kriminali mressqa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Distrettwali fil-Varsavja (Każ Nru V Ds 223/14), u mħabbra fis-seduta plenarja tat-28 ta’ Jannar 2015,

wara li sema' lil Janusz Korwin-Mikke skont l-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(2) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja u l-Artikoli 7b(1) u 7c(1) tal-Att tal-Polonja, tad-9 ta’ Mejju 1996, dwar l-eżerċizzju tal-mandat ta’ Membru jew Senatur,

wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2) u 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0150/2015),

A.

billi l-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja ressaq talba mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Distrettwali fil-Varsavja għall-awtorizzazzjoni biex jinfetħu proċeduri kriminali kontra Membru tal-Parlament Ewropew, Janusz Korwin-Mikke, fir-rigward ta’ reat skont l-Artikolu 222(1) tal-Kodiċi Kriminali Pollakka; billi, b’mod partikolari, il-proċedimenti jkunu jikkonċernaw l-allegat ksur tal-integrità fiżika ta’ uffiċjal pubbliku;

B.

billi, skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew m’għandhomx ikunu soġġetti għall-ebda forma ta’ investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta’ opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom;

C.

billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, mill-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament ta' pajjiżhom;

D.

billi, skont l-Artikolu 105(2) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja, deputat m’għandux ikun soġġett għal responsabbiltà kriminali mingħajr il-kunsens tas-Sejm;

E.

billi huwa f’idejn il-Parlament biss li jiddeċiedi jekk l-immunità għandhiex tiġi rinunzjata jew le f’każ partikolari; billi l-Parlament jista’ raġonevolment iqis il-pożizzjoni tal-Membru sabiex jilħaq id-deċiżjoni tiegħu dwar jekk hemmx lok jew le li jirrinunzja l-immunità tiegħu jew tagħha (2);

F.

billi, kif ġie wkoll ikkonfermat waqt is-seduta ta’ smigħ tiegħu, reat allegat ma għandux parti diretta jew rabta ovvja mal-prestazzjoni tas-Sur Korwin-Mikke tad-dmirijiet tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew, u lanqas ma jikkostitwixxi opinjoni espressa jew vot mitfugħ fil-qadi ta’ dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

G.

billi f'dan il-każ il-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta’ fumus persecutionis, jiġifieri suspett serju u preċiż biżżejjed li l-każ tressaq bl-intenzjoni li ssir ħsara politika lill-Membru kkonċernat;

1.

Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta’ Janusz Korwin-Mikke;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu immedjatament lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Polonja u lil Janusz Korwin-Mikke.


(1)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 1986, Marra vs De Gregorio u Clemente, C 200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C 163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 et T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.

(2)  Kawża T-345/05 Mote vs Il-Parlament (ċitata iktar ’il fuq), paragrafu 28.


27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/112


P8_TA(2015)0194

Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Theodoros Zagorakis (II)

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2015 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Theodoros Zagorakis (II) (2015/2071(IMM))

(2016/C 353/19)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Theodoros Zagorakis, li ntbagħtet fl-10 ta' Marzu 2015 mis-Sostitut tal-Prosekutur Pubbliku fil-Qorti Suprema tal-Greċja b'rabta mal-proċediment Nru ΑΒΜ Δ2011/5382, Β2012/564, pendenti quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza ta' Thessaloniki u mħabbra fil-plenarja fil-25 ta' Marzu 2015,

wara li kkunsidra l-fatt li s-Sur Zagorakis irrinunzja għad-dritt li jinstema' f'konformità mal-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986, tal-15 u tal-21 ta' Ottubru 2008, tad-19 ta' Marzu 2010, tas-6 ta' Settembru 2011 u tas-17 ta' Jannar 2013 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika,

wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1), u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0151/2015),

A.

billi s-Sostitut tal-Prosekutur Pubbliku fil-Qorti Suprema tal-Greċja talab it-tneħħija tal-immunità ta' Theodoros Zagorakis, Membru tal-Parlament Ewropew, b'rabta ma' azzjoni legali possibbli fir-rigward ta' reat allegat;

B.

billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament ta' dak l-istat;

C.

billi l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika jipprevedi li, tul il-leġiżlatura parlamentari, il-membri tal-parlament ma jistgħux jitressqu quddiem il-qorti, jiġu arrestati, impriġunati jew detenuti b'xi mod ieħor mingħajr il-permess minn qabel tal-parlament;

D.

billi s-Sur Zagorakis huwa akkużat li huwa responsabbli għal irregolaritajiet finanzjarji bejn l-2007 u l-2012 fil-klabb tal-futbol PAOK, li dak iż-żmien kien president tiegħu;

E.

billi huwa evidenti li r-reat allegat m'għandu l-ebda rabta mal-kariga tas-Sur Zagorakis bħala Membru tal-Parlament Ewropew, iżda pjuttost huwa marbut mal-pożizzjoni tiegħu bħala president tal-klabb tal-futbol PAOK;

F.

billi l-prosekuzzjoni ma tikkonċernax l-opinjonijiet espressi jew il-voti mogħtija fil-qadi tad-dmirijiet bħala Membru tal-Parlament Ewropew għall-iskopijiet tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

G.

billi m'hemm l-ebda raġuni għal suspett li l-intenzjoni wara dawn il-proċedimenti kriminali hija biex issir ħsara lill-attività politika tal-Membru (fumus persecutionis), minħabba l-fatt li l-prosekuzzjoni nbdiet għadd ta' snin qabel ma l-Membru beda l-kariga tiegħu;

1.

Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Theodoros Zagorakis;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni, flimkien mar-rapport tal-kumitat responsabbli, lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku fil-Qorti Suprema tal-Greċja u lil Theodoros Zagorakis.


(1)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 1986, Marra vs De Gregorio u Clemente, C 200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C 163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 et T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.


III Atti preparatorji

IL-PARLAMENT EWROPEW

It-Tlieta 19 ta’ Mejju 2015

27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/114


P8_TA(2015)0189

Miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta' salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera (kodifikazzjoni) (COM(2014)0305 – C8-0009/2014 – 2014/0158(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

(2016/C 353/20)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0305),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0009/2014),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 – Metodu ta' ħidma aċċelerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0145/2015),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


P8_TC1-COD(2014)0158

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' Mejju 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2015 dwar il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera (kodifikazzjoni)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/1145.)


27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/115


P8_TA(2015)0190

Konvenzjoni Ewropea fuq il-protezzjoni legali tas-servizzi b'aċċess kondizzjonali u ta' aċċess kondizzjonali ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2015 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-protezzjoni legali tas-servizzi bbażati fuq, jew li jikkonsistu minn, aċċess kondizzjonali (07597/1/2014 – C8-0286/2014 – 2010/0361(NLE))

(Approvazzjoni)

(2016/C 353/21)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07597/1/2014),

wara li kkunsidra d-Direttiva 98/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 1998 dwar il-protezzjoni legali ta’ servizzi bbażati fuq, jew li jikkonsistu minn, aċċess kundizzjonali (1).

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea fuq il-protezzjoni legali tas-servizzi b'aċċess kondizzjonali u ta’ aċċess kondizzjonali tal-24 ta' Jannar 2001 (2),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/243/UE tal-14 ta' April 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-protezzjoni legali tas-servizzi bbażati fuq, jew li jikkonsistu minn, aċċess kondizzjonali (3),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0286/2014),

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-22 ta' Ottubru 2013 (4),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0071/2015),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Kunsill tal-Ewropa.


(1)  ĠU L 320, 28.11.1998, p. 54.

(2)  ĠU L 336, 20.12.2011, p. 2.

(3)  ĠU L 128, 30.4.2014, p. 61.

(4)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Ottubru 2013, Il-Kummissjoni vs il-Kunsill, C-137/12, ECLI:EU:C:2013:675.


27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/116


P8_TA(2015)0195

L-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fid-19 ta' Mejju 2015 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji (COM(2013)0641 – C7-0301/2013 – 2013/0314(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 353/22)

[Emenda Nru 1]

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW (*)

għall-proposta tal-Kummissjoni

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)

L-ipprezzar ta’ bosta strumenti u kuntratti finanzjarji jiddependi fuq il-preċiżjoni u l-integrità tal-parametri referenzjarji. Każijiet serji ta’ manipulazzjoni ta’ parametri referenzjarji tar-rati tal-imgħax bħal-LIBOR u l-EURIBOR, kif ukoll il-parametri referenzjarji tal-kambju, li jikkawżaw telf konsiderevoli għall-konsumaturi u l-investituri u jkomplu jtellfu l-fiduċja taċ-ċittadini fis-settur finanzjarju, kif ukoll allegazzjonijiet li parametri referenzjarji tal-enerġija, iż-żejt u l-kambju ġew immanipulati, juru li l-parametri referenzjarji jistgħu jkunu soġġetti għal kunflitti ta’ interess u għandhom reġimi ta' governanza diskrezzjonali u dgħajfa li huma vulnerabbli għall-manipulazzjoni. Nuqqasijiet fi, jew dubji dwar il-preċiżjoni u l-integrità tal-indiċi użati bħala parametri referenzjarji jistgħu jheddu l-fiduċja fis-suq, jikkawżaw telf għall-konsumaturi u l-investituri u joħolqu distorsjoni tal-ekonomija reali. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu żgurati l-preċiżjoni, ir-robustezza u l-integrità tal-parametri referenzjarji u l-proċess tal-istipular tal-parametri referenzjarji.

(2)

Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (4) fiha ċerti rekwiżiti fir-rigward tal-kredibbiltà tal-parametri referenzjarji użati għall-ipprezzar ta' strument finanzjarju elenkat. Id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ (5) fiha ċerti rekwiżiti dwar il-parametri referenzjarji użati mill-emittenti. Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (6) fiha ċerti rekwiżiti dwar l-użu tal-parametri referenzjarji mill-fondi ta' investiment UCITS. Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (7) fih ċerti dispożizzjonijiet li jipprojbixxu l-manipulazzjoni tal-parametri referenzjarji li jintużaw għal prodotti tal-enerġija fil-livell ta' operatur. Madankollu dawn l-atti leġiżlattivi jkopru biss ċerti aspetti ta’ ċerti parametri referenzjarji u ma jindirizzawx il-vulnerabbiltajiet kollha fil-proċess tal-produzzjoni tal-parametri referenzjarji kollha.

(3)

Il-parametri referenzjarji huma ta' importanza vitali għall-ipprezzar tat-tranżazzjonijiet transfruntieri u għalhekk jiffaċilitaw il-ofunzjonament effettiv tas-suq intern f’varjetà wiesgħa ta’ strumenti u servizzi finanzjarji. Ħafna parametri referenzjarji li jintużaw bħala rati ta' referenza f’kuntratti finanzjarji, parikolarment ipoteki, jiġu prodotti fi Stat Membru wieħed iżda użati minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u konsumaturi fi Stati Membri oħra. Barra minn hekk, dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ta' spiss jiħħeġġaw ir-riskji tagħhom jew jiksbu l-fondi biex jagħtu dawn il-kuntratti finanzjarji fis-suq interbankarju transfruntier. Żewġ Stati Membri biss adottaw leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-parametri referenzjarji, iżda l-oqfsa ġuridiċi rispettivi tagħhom dwar il-parametri referenzjarji diġà qed juru diverġenzi dwar aspetti bħall-kamp ta' applikazzjoni. Barra minn hekk, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) ▌qablet dwar prinċipji għall-parametri referenzjarji fl-2013 u, billi dawk il-prinċipji jipprovdu ċerta flessibbiltà fil-kamp ta’ applikazzjoni preċiż u l-mezzi tal-implimentazzjoni tagħhom▌, l-Istati Membri x’aktarx li jadottaw leġiżlazzjoni fuq livell nazzjonali li timplimenta dawn il-prinċipji b’mod diverġenti.

(3a)

L-użu ta’ parametri referenzjarji finanzjarji mhuwiex limitat għall-ħruġ u l-ħolqien ta’ strumenti u kuntratti finanzjarji. L-industrija finanzjarja tiddependi wkoll fuq parametri referenzjarji għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ta’ fond ta’ investiment bl-għan ta’ traċċar lura, determinazzjoni tal-allokazzjoni tal-assi ta’ portafoll, jew komputazzjoni tat-tariffi tal-prestazzjoni. L-istabbiliment u r-rieżami tal-piżijiet li se jiġu assenjati lil diversi indiċi fi ħdan kombinazzjoni ta' indiċi bl-għan li jiġu determinati l-ħlas jew il-valur ta’ strument finanzjarju jew kuntratt finanzjarju, jew il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fond ta investiment, jammontaw ukoll għal użu, minħabba li attività bħal din ma tinvolvi l-ebda diskrezzjoni għall-kuntrarju tal-attività tal-forniment ta’ parametri referenzjarji. Iż-żamma ta’ strumenti finanzjarji li jirreferenzjaw parametru referenzjarju partikolari ma għandhiex titqies bħala użu tal-parametru referenzjarju.

(4)

Dawn l-approċċi diverġenti jirriżultaw fil-frammentazzjoni tas-suq intern billi l-amministraturi u l-utenti tal-parametri referenzjarji jkunu suġġetti għal regoli differenti fi Stati Membri differenti. B’hekk, il-parametri referenzjarji prodotti fi Stat Membru wieħed ikunu jistgħu jinżammu milli jintużaw fi Stati Membri oħra. Fin-nuqqas ta’ qafas armonizzat biex tiġi żgurata l-preċiżjoni u l-integrità tal-parametri referenzjarji użati fl-istrumenti finanzjarji u l-kuntratti finanzjarji fl-Unjoni, huwa probabbli li d-differenzi fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri se joħolqu ostakoli għall-funzjonament mingħajr intoppi tas-suq intern għall-forniment tal-parametri referenzjarji.

(5)

Ir-regoli tal-protezzjoni tal-konsumaturi tal-UE ma jkoprux il-kwistjoni partikolari tal-adegwatezza tal-parametri referenzjarji fil-kuntratti finanzjarji. B'riżultat tal-ilmenti u l-litigazzjoni tal-konsumaturi b'rabta mal-użu ta' parametri referenzjarji mhux adegwati f'diversi Stati Membri, huwa probabbli li jiġu adottati miżuri diverġenti fil-livell nazzjonali, minħabba t-tħassib leġittimu dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, u dan jista’ jirriżulta fil-frammentazzjoni tas-suq intern minħabba l-kundizzjonijiet diverġenti tal-kompetizzjoni marbuta ma' livelli differenti ta' protezzjoni tal-konsumatur.

(6)

Għalhekk biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u jittejbu l-kundizzjonijiet tal-funzjonament tiegħu, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mas-swieq finanzjarji, u biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur u għall-investituri, huwa għalhekk xieraq li jiġi stipulat qafas regolatorju għall-parametri referenzjarji fil-livell tal-Unjoni.

(7)

Huwa xieraq u meħtieġ li dawk ir-regoli jieħdu l-forma leġiżlattiva ta’ Regolament sabiex jiġi żgurat li dispożizzjonijiet li jimponu direttament obbligi fuq il-persuni involuti fil-produzzjoni, il-kontribuzzjoni u l-użu ta’ parametri referenzjarji jiġu applikati b’mod uniformi fl-Unjoni kollha. Billi qafas ġuridiku għall-forniment tal-parametri referenzjarji bilfors jinvolvi miżuri li jispeċifikaw rekwiżiti preċiżi dwar l-aspetti differenti inerenti fil-forniment tal-parametri referenzjarji, anki diverġenzi żgħar fl-approċċ lejn wieħed minn dawn l-aspetti jistgħu jwasslu għal tfixkil sinifikanti fil-forniment transfruntier tal-parametri referenzjarji. Għalhekk l-użu ta’ Regolament, li huwa applikabbli direttament mingħajr il-ħtieġa ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, inaqqas il-possibilità li jittieħdu miżuri diverġenti fil-livell nazzjonali, u jiżgura approċċ konsistenti, ċertezza ġuridika akbar u jimpedixxi li jinħoloq tfixkil sinifikanti fil-forniment transfruntier tal-parametri referenzjarji.

(8)

Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkun wiesa’ kemm meħtieġ biex jinħoloq qafas regolatorju preventiv. Il-produzzjoni ta’parametri referenzjarji tinvolvi diskrezzjoni fid-determinizzjoni tagħhom u hija soġġetta, b'mod inerenti għal ċerti tipi ta’ kunflitti ta’ interess, li jimplikaw l-eżistenza ta’ opportunitajiet u inċentivi għall-manipulazzjoni ta' dawk il-parametri referenzjarji. Dawn il-fatturi ta’ riskju huma komuni għall-parametri referenzjarji kollha, u kollha kemm huma għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti xierqa ta’ governanza u ta’ kontroll. Il-grad tar-riskju, madankollu, ivarja, u l-approċċ adottat f’kull każ għandu għaldaqstant ikun imfassal għaċ-ċirkostanzi partikolari. Minħabba li l-vulnerabbiltà u l-importanza ta' parametru referenzjarju tvarja maż-żmien, ir-restrizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni b’referenza għal indiċi li attwalment huma importanti jew vulnerabbli ma tindirizzax ir-riskji li kwalunkwe parametru referenzjarju jista' joħloq fil-ġejjieni. B’mod partikolari, il-parametri referenzjarji li attwalment mhumiex użati ħafna jistgħu jibdew jintużaw tant fil-futur, b'mod li fir-rigward tagħhom, anki manipulazzjoni żgħira jkun jista' jkollha impatt sinifikanti.

(9)

Id-determinazzjoni kritika tal-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tkun jekk il-valur tal-output ta’ parametru referenzjarju jiddeterminax il-valur ta’ strument finanzjarju jew kuntratt finanzjarju▌. Għalhekk il-kamp ta' applikazzjoni ma għandux jiddipendi fuq in-natura tad-dejta tal-input. Għalhekk għandhom jiġu inklużi l-parametri referenzjarji kalkulati minn dejta tal-input ekonomika, bħal prezzijiet tal-ishma kif ukoll minn numru jew valuri mhux ekonomiċi bħal parametri tat-temp. Il-qafas għandu jkopri dawk il-parametri referenzjarji soġġetti għal dawn ir-riskji, iżda għandu jirrikonoxxi wkoll l-eżistenza ta' l-għadd kbir ta' parametri referenzjarji pprovduti madwar id-dinja u l-impatti differenti li għandhom fuq l-istabbiltà finanzjarja u l-ekonomija reali . Dan ir-Regolament għandu wkoll jipprovdi għal rispons proporzjonat għar-riskji li joħolqu parametri referenzjarji differenti. Dan ir-Regolament għandu għaldaqstant ikopri l-parametri referenzjarji kollha li jintużaw għall-ipprezzar ta' strumenti finanzjarji elenkati jew negozjati f'ċentri regolati. Ir-referenzi kollha għal jiem f’dan ir-Regolament għandhom ifissru jiem kalendarji.

(10)

Għadd kbir ta’ konsumaturi huma partijiet f'kuntratti finanzjarji, b’mod partikolari ftehimiet ta’ kreditu lill-konsumatur garantit b'ipoteki, li jagħmlu referenza għal parametri referenzjarji li huma soġġetti għall-istess riskji. Dan ir-Regolament għandu għaldaqstant ikopri l-indiċi jew ir-rati ta’ referenza msemmija f’id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(11)

Indiċi jew kombinazzjoni ta’ indiċi eżistenti li fihom ma tiġi inkluża l-ebda dejta tal-input u li jintużaw biex titkejjel il-prestazzjoni ta’ fond jew ta’ prodott finanzjarju għandhom jitqiesu bħala użu ta’ parametru referenzjarju.

(12)

L-amministraturi tal-parametri referenzjarji kollha huma potenzjalment suġġetti għall-kunflitti ta’ interess, jeżerċitaw diskrezzjoni u jista’ jkollhom governanza u sistemi ta’ kontroll inadegwati fis-seħħ. Barra minn hekk, billi l-amministraturi jikkontrollaw il-proċess tal-parametru referenzjarju, ir-rekwiżit li l-amministraturi jiġu awtorizzati, irreġistrati u ssirilhom superviżjoni jew jiġu rreġistrati huwa l-aktar mod effettiv biex tiġi żgurata l-integrità tal-parametri referenzjarji.

(13)

Il-kontributuri huma suġġetti għal kunflitti ta’ interess potenzjali, jeżerċitaw diskrezzjoni u għalhekk jisgħtu jkunu sors ta’ manipulazzjoni. Il-kontribuzzjoni għal parametru referenzjarju hija attività volontarja. Jekk kwalunkwe inizjattiva teħtieġ lill-kontributuri jinbdlu b’mod sinifikanti l-mudelli kummerċjali tagħhom, huma jistgħu ma jibqgħux jikkontribwixxu. Madankollu, fil-każ tal-entitajiet li diġà huma soġġetti għal regolamentazzjoni u superviżjoni, ir-rekwiżit ta' governanza u sistemi ta’ kontroll tajbin mhux mistenni jwassal għal spejjeż sostanzjali jew għal piż amministrattiv sproporzjonat. Għalhekk dan ir-Regolament jimponi ċertu obbligu fuq il-kontributuri taħt superviżjoni.

(14)

Amministratur huwa l-persuna fiżika jew ġuridika li jkollha kontroll volontarju fuq il-forniment ta’ parametru referenzjarju, b’mod partikolari li tamministra l-parametru referenzjarju, tiġbor u tanalizza d-dejta tal-input, tiddetermina l-parametru referenzjarju u ▌tippubblika direttament il-parametru referenzjarju jew testernalizza l-pubblikazzjoni tiegħu lil parti terza . Madankollu, meta persuna sempliċiment tippubblika jew tirreferi għal xi parametru referenzjarju bħala parti mill-attivitajiet ġurnalistiċi tagħha iżda ma jkollhiex kontroll fuq il-forniment ta’ dak il-parametru referenzjarju, dik il-persuna ma għandhiex tkun suġġetta għar-rekwiżiti imposti fuq l-amministraturi minn dan ir-Regolament.

(15)

Indiċi jiġi kkalkulat bl-użu ta’ formula jew xi metodoloġija oħra fuq il-bażi ta’ valuri sottostanti. Teżisti diskrezzjoni fil-kostruzzjoni ta’ din il-formula, fit-twettiq tal-kalkolu jew fid-determinazzjoni tad-dejta tal-input. Din id-diskrezzjoni toħloq riskju ta’ manipulazzjoni u għalhekk il-parametri referenzjarji kollha li jikkondividu din il-karatteristika għandhom ikunu koperti minn dan ir-Regolament. Madankollu meta jintuża prezz jew valur wieħed bħala referenza għal strument finanzjarju, pereżempju meta l-prezz ta' titolu wieħed ikun il-prezz ta’ referenza għal opzjoni, ma jkun hemm l-ebda kalkolu, dejta tal-input jew diskrezzjoni. Għalhekk il-prezzijiet ta' referenza bi prezz uniku jew valur uniku ma għandhomx jitqiesu bħala parametri referenzjarji għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Il-prezzijiet ta’ referenza jew prezzijiet tas-saldu prodotti minn Kontropartijiet Ċentrali (CCPs) ma għandhomx jitqiesu bħala parametri referenzjarji għax jintużaw biex jiġu ddeterminati saldu, marġni u mmaniġġar tar-riskju u għalhekk ma jiddeterminawx l-ammont pagabbli skont strument finanzjarju jew il-valur ta’ strument finanzjarju.

(16)

L-indipendenza tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-banek ċentrali nazzjonali tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali fit-twettiq tas-setgħat tagħhom, il-kompiti u d-dmirijiet mogħtija lilhom mit-Trattati, kif ukoll l-indipendenza tal-banek ċentrali nazzjonali, inerenti fl-istrutturi kostituzzjonali tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz ikkonċernat, għandha tiġi rispettata b’mod sħiħ fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament

(17)

▌Sabiex tkun żgurata l-integrità tal-parametri referenzjarji, l-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom ikunu meħtieġa jimplimentaw arranġamenti ta’ governanza adegwati biex jikkontrollaw dawn il-kunflitti ta’ interess u biex jissalvagwardjaw il-fiduċja fl-integrità tal-parametri referenzjarji. Anki meta jkunu mmaniġġati b’mod effettiv, il-biċċa l-kbira tal-amministraturi jkunu soġġetti għal xi kunflitt ta’ interess u jista’ jkun li jkollhom jiġġudikaw u jieħdu deċiżjonijiet li jaffettwaw grupp diversifikat ta’ partijiet interessati. Huwa għalhekk importanti li l-amminsitraturi jkollhom funzjoni indipendenti li tissorvelja l-implimentazzjoni u l-effettività tal-arranġamenti ta’ governanza li jipprovdu sorveljanza effettiva.

(18)

Il-manipulazzjoni jew in-nuqqas tal-kredibbiltà tal-parametri referenzjarji tista’ tikkawża ħsara lill-investituri u lill-konsumaturi. Għalhekk dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għaż-żamma tar-rekords mill-amministraturi u l-kontributuri kif ukoll jipprovdi trasparenza dwar l-għan tal-parametru referenzjarju u d-dejta tal-input li tiffaċilita b'mod iktar effiċjenti u ġust ir-riżoluzzjoni ta’ kwalunkwe pretensjoni potenzjali skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.

(19)

L-awditjar u l-infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament jeħtieġu analiżi u evidenza ex post . Dan ir-Regolament għandu għalhekk jistabbilixxi qafas għaż-żamma tar-rekords adegwata minn amministraturi tal-parametri referenzjarji b’rabta mal-kalkolu tal-parametru referenzjarju għal perjodu suffiċjenti ta’ żmien. Ir-realtà li parametru referenzjarju jipprova jkejjel u l-ambjent li titkejjel fih x’aktarx li jinbidlu matul iż-żmien. Għalhekk huwa meħtieġ li l-proċess u l-metodoloġija tal-forniment tal-parametri referenzjarji jiġu awditjati jew analizzati fuq bażi perjodika biex jiġu identifikati n-nuqqasijiet u t-titjib possibbli. Ħafna partijiet interessati jistgħu jiġu affettwati minħabba nuqqasijiet fil-forniment ta' parametru referenzjarju u jistgħu jgħinu biex dawn in-nuqqasijiet jiġu jidentifikati. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ proċedura tal-ilmenti indipendenti minn amministraturi biex ▌il-partijiet interessati jkunu jistgħu jinnotifikaw lill-amministratur tal-parametru referenzjarju bl-ilmenti u  jiżguraw li l-amministratur tal-parametru referenzjarju jevalwa oġġettivament il-meriti ta’ kull ilment.

(20)

Il-forniment ta’ parametri referenzjarji ta’ spiss jinvolvi l-esternalizzazzjoni ta’ funzjonijiet importanti bħall-kalkolu tal-parametru referenzjarju, il-ġbir tad-dejta tal-input u t-tqassim tal-parametru referenzjarju. Sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-arranġamenti tal-governanza, huwa meħtieġ li jkun żgurat li kull tali esternalizzazzjoni ma tneħħi l-ebda obbligu u responsabbiltà minn fuq l-amministratur tal-parametru referenzjarju, u ssir b’tali mod li ma tinterferixxi la mal-ħila tal-amministraturi li jindirizzaw dawn l-obbligi jew ir-responsabbiltajiet, u lanqas mal-ħila tal-awtorità kompetenti li tagħmel superviżjoni tagħhom.

(21)

L-amministratur tal-parametru referenzjarju huwa r-riċevitur ċentrali tad-dejta tal-input u jista' jevalwa l-integrità u l-preċiżjoni ta’ din id-dejta tal-input fuq bażi konsistenti.▌

(22)

L-impjegati tal-amministratur jistgħu jidentifikaw ksur possibbli ta’ dan ir-Regolament jew vulnerabbiltajiet potenzjali li jistgħu jwasslu għal manipulazzjoni jew tentattiv ta' manipulazzjoni. Dan ir-Regolament għandu jdaħħal fis-seħħ qafas biex l-impjegati jkunu jistgħu jiġbdu l-attenzjoni b’mod kunfidenzjali tal-amministraturi dwar ksur possibbli ta’ dan ir-Regolament.

(23)

Kwalunkwe diskrezzjoni li tista’ tiġi eżerċitata fil-forniment tad-dejta tal-input toħloq opportunità li jiġi jimmanipulat il-parametru referenzjarju. Meta d-dejta tal-input tkun dejta bbażata fuq it-tranżazzjonijiet, hemm inqas diskrezzjoni u għalhekk l-opportunità li d-dejta tiġi mmanipulata tonqos. Għalhekk, bħala regola ġenerali u meta possibbli, l-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom jużaw dejta tal-input ta' tranżazzjonijiet reali iżda jistgħu jużaw dejta oħra f'dawk il-każijiet meta d-dejta tat-tranżazzjonijiet ma tkunx suffiċjenti biex tiżgura l-integrità u l-preċiżjoni tal-parametri referenzjarji.

(24)

Il-preċiżjoni u l-kredibbiltà ta’ parametru referenzjarju fil-kejl tar-realtà ekonomika li huwa maħsub li jsegwi jiddependi fuq il-metodoloġija u d-dejta tal-input użati. Huwa għalhekk neċessarju li tiġi adottata metodoloġija trasparenti li tiżgura l-kredibbiltà u l-preċiżjoni tal-parametru referenzjarju.

(25)

Jista’ jkun meħtieġ li tinbidel il-metodoloġija biex tiġi żgurata l-preċiżjoni kontinwa tal-parametru referenzjarju, iżda kwalunkwe bidla fil-metodoloġija jkollha impatt fuq il-partijiet interessati u l-utenti tal-parametru referenzjarju. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu speċifikati l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti meta tinbidel il-metodoloġija ta' parametru referenzjarju, inkluża l-ħtieġa għal konsultazzjoni, sabiex l-utenti u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-azzjonijiet neċessarji fid-dawl ta’ dawn il-bidliet jew jinnotifikaw lill-amministratur jekk ikollhom tħassib dwar dawn il-bidliet.

(26)

L-integrità u l-preċiżjoni tal-parametri referenzjarji jiddependu fuq l-integrità u l-preċiżjoni tad-dejta tal-input provduta mill-kontributuri. Huwa essenzjali li l-obbligi tal-kontributuri fir-rigward ta’ tali dejta tal-input ikunu speċifikati b’mod ċar, ikunu kredibbli u jkunu konsistenti mal-kontrolli u l-metodoloġija tal-amministratur tal-parametru referenzjarju. ▌Għalhekk , fejn xieraq u possibbli, u b’kollaborazzjoni mal-kontributuri tiegħu, l-amministratur tal-parametru referenzjarju għandu jipproduċi kodiċi ta’ kondotta li jispeċifika dawn ir-rekwiżiti u  r-responsabbiltajiet tal-kontributuri rigward il-forniment tad-dejta tal-input .

(27)

Ħafna parametri referenzjarji jiġu ddeterminati bl-applikazzjoni ta’ formola kkalkulata permezz tad-dejta tal-input li tiġi pprovduta minn ċentri regolati, arranġamenti ta’ pubblikazzjoni jew mekkaniżmi ta’ rapportar approvati, skambji tal-enerġija jew irkantijiet tal-kwoti tal-emissjonijiet. F’dawk il-każijiet, ir-regolamentazzjoni s-superviżjoni eżistenti jiżguraw l-integrità u t-trasparenza tad-dejta tal-input u jipprovdu għar-rekwiżiti tal-governanza u l-proċeduri għan-notifika tal-ksur. Għalhekk , sakemm id-dejta tal-input sottostanti tkun inkisbet minn ċentri soġġetti għal rekwiżiti ta’ trasparenza wara l-kummerċ, inkluż suq ta’ pajjiż terz meqjus li jkun ekwivalenti għal suq regolat fl-Unjoni, dawn il-parametri referenzjarji m'għandhomx ikunu soġġetti għal ċerti obbligi f'dan ir-Regolament, sabiex tiġi evitata regolamentazzjoni doppja u minħabba li s-superviżjoni tiżgura l-integrità tad-dejta tal-input użata.

(28)

Il-kontributuri jistgħu jkunu soġġetti għal kunflitt ta’ interess u jistgħu jeżerċitaw diskrezzjoni fid-determinazzjoni tad-dejta tal-input. Għalhekk huwa meħtieġ li l-kontributuri , fejn possibbli u xieraq, isiru soġġetti għal arranġamenti ta’ governanza sabiex ikun żgurat li dawn il-kunflitti jkunu mmaniġġati u li d-dejta tal-input tkun preċiża, tikkonforma mar-rekwiżiti tal-amministratur u tista’ tiġi vvalidata.

(29)

Tipi differenti ta’ parametri referenzjarji u setturi differenti ta' parametri referenzjarji għandhom karatteristiċi, vulnerabbiltajiet u r-riskji differenti. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu speċifikati aktar fil-fond għal setturi u tipi partikolari ta' parametri referenzjarji. Il-parametri referenzjarji tal-komoditajiet jintużaw ħafna u għandhom karatteristiċi speċifiċi għas-settur u għalhekk huwa meħtieġ li jiġi speċifikat kif dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw għal dawn il-parametri referenzjarji f’dan ir-Regolament. Barra minn hekk, għandu jiġi previst ċertu livell ta’ flessibbiltà f’dan ir-Regolament sabiex jiġi permess aġġornament f’waqtu tar-rekwiżiti differenzjati li japplikaw għal setturi tal-parametri referenzjarji differenti fid-dawl tal-żviluppi internazzjonali kontinwi, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħidma tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO).

(29a)

Sabiex parametru referenzjarju jitqies ta’ importanza kritika skont dan ir-Regolament, għandu jitqies bħala wieħed ta’ natura sistemika jew jintuża b’mod sistemiku u jkun vulnerabbli għal manipulazzjoni, sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità regolatorja.

(30)

Il-falliment ta’ ċerti parametri referenzjarji ta' importanza kritika jista’ jkollu impatt sinifikanti fuq l-istabbiltà finanzjarja, l-ordni fis-suq jew tal-investituri u huwa għalhekk meħtieġ li jiġu applikati rekwiżiti addizzjonali biex jiżguraw l-integrità u r-robustezza ta’ dawk il-parametri referenzjarji ta' importanza kritika. Dawk l-effetti potenzjalment distabbilizzanti tal-parametri referenzjarji ta’ importanza kritika jistgħu jinħassu fi Stat Membru wieħed jew f'aktar minn wieħed. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u l-ESMA se jiddefinixxu liema parametri referenzjarji jridu jiġu kklassifikati bħala ta' importanza kritika.

(30a)

Minħabba l-importanza strateġika tal-parametri referenzjarji ta’ importanza kritika għall-funzjonament tajjeb tas-Suq intern, l-ESMA għandu jkollha s-setgħa li tadotta deċiżjonijiet li huma direttament applikabbli għall-amministratur u fejn applikabbli, għall-kontributuri tal-parametru referenzjarju, meta l-awtorità kompetenti nazzjonali ma tkunx applikat dan ir-Regolament jew tkun kisret il-liġi tal-Unjoni u skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar- Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (9).

(31)

Il-kontributuri li ma jibqgħux jikkontribwixxu jistgħu jheddu l-kredibbiltà tal-parametri referenzjarji ta’ importanza kritika , peress li l-kapaċità ta’ dawk il-parametri referenzjarji biex ikejlu r-realtà ekonomika jew tas-suq sottostanti tista’ tiġi mfixxkla .▌ Huwa għalhekk meħtieġ li tkun inkluża setgħa għall-awtorità kompetenti rilevanti li titlob kontribuzzjonijiet obbligatorji minn entitajiet taħt superviżjoni għall-parametri referenzjarji ta’ importanza kritika sabiex tinżamm il-kredibilità tal-parametru referenzjarju inkwistjoni . Il-kontribuzzjoni obbligatorja tad-dejta tal-input mhijiex intenzjonata li timponi obbligu fuq entitajiet taħt superviżjoni biex jidħlu jew jikkommettu ruħhom biex jidħlu fi tranżazzjonijiet.

(31a)

Ladarba parametru referenzjarju jiġi kklassifikat bħala ta’ importanza kritika, l-amministratur tiegħu jista’ jieħu vantaġġ minn pożizzjoni ta’ monopolju fuq l-utenti ta’ dak il-parametru. F’dak l-isfond, il-kulleġġ tal-awtoritajiet kompetenti ta’ dak il-parametru referenzjarju ta’ importanza kritika se jkun meħtieġ jissorvelja l-prezz tal-bejgħ u l-ispejjeż tal-amministratur, sabiex jevita li jkun hemm abbuż tas-suq.

(32)

Sabiex l-utenti tal-parametri referenzjarji jkunu jistgħu jagħmlu għażliet adegwati dwar il-parametri referenzjarji u jifhmu r-riskji tagħhom, huma għandhom bżonn ikunu jafu x’ikejjel il-parametru referenzjarju u x’inhuma l-vulnerabbiltajiet tiegħu. Għalhekk l-amministratur tal-parametru referenzjarju għandu jippubblika rapport li jispeċifika dawn l-elementi▌. L-amministratur għandu, fuq talba, jagħmel id-dejta tal-input disponibbli għall-awtorità kompetenti rilevanti fil-kuntest ta’ investigazzjoni.

(34)

Dan ir-Regolament għandu jqis il-Prinċipji tal-parametri referenzjarji maħruġa mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) (“il-Prinċipji tal-Parametri Referenzjarji Finanzjarji tal-IOSCO ”) fis-17 ta’ Lulju 2013 kif ukoll il-Prinċipji għall-Aġenziji ta’ Rappurtar tal-Prezzijiet taż-Żejt maħruġa mill-IOSCO fil-5 ta’ Ottubru 2012 (“il-Prinċipji tal-IOSCO għall-PRA”) li jservu bħala standard globali għar-rekwiżiti regolatorji għall-parametri referenzjarji .

(34a)

Is-swieq tal-komoditajiet fiżiċi jippreżentaw karatteristiċi uniċi li għandhom jitqiesu sabiex jiġi evitat li tiddgħajjef l-integrità tal-parametri referenzjarji tal-komoditajiet u li jintlaqtu b’mod negattiv it-trasparenza tas-suq tal-komoditajiet, is-sigurtà tal-provvista Ewropea, il-kompetittività u l-interessi tal-konsumaturi. Għaldaqstant, ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament mhumiex xierqa biex jiġu applikati għall-parametri referenzjarji tal-komoditajiet. Il-prinċipji żviluppati għal parametri referenzjarji tal-komoditajiet mill-IOSCO b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija u l-Forum Internazzjonali tal-Enerġija, fost l-oħrajn, huma mfassla speċifikament biex japplikaw għall-parametri referenzjarji tal-komoditajiet kollha u għalhekk dan ir-Regolament jipprovdi li ċerti rekwiżiti mhux se japplikaw għall-parametri referenzjarji tal-komoditajiet.

(34b)

Dan ir-Regolament jintroduċi wkoll reġim ta’ rikonoxximent li jippermetti li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji li jinsabu f’pajjiż terz jipprovdu l-parametri referenzjarji tagħhom fl-Unjoni bil-kundizzjoni li jikkonformaw kompletament mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament jew mad-dispożizzjonijiet fil-prinċipji tal-IOSCO rilevanti.

(34c)

Dan ir-Regolament jintroduċi reġim ta’ approvazzjoni li jippermetti li l-amministraturi li jinsabu fl-Unjoni u li huma awtorizzati jew irreġistrati skont id-dispożizzjonijiet tiegħu japprovaw parametri referenzjarji pprovduti f'pajjiżi terzi, taħt ċerti kundizzjonijiet. Dan ir-reġim ta’ approvazzjoni għandu jiġi introdott għall-amministraturi tal-pajjiżi terzi li huma affiljati jew jaħdmu mill-qrib ma’ amministraturi li jinsabu fl-Unjoni. Amministratur li approva parametri referenzjarji pprovduti f’pajjiż terz għandu jkun responsabbli għal dawn il-parametri referenzjarji approvati u jiżgura li jissodisfaw il-kundizzjonijiet rilevanti msemmija f’dan ir-Regolament jew li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-prinċipji tal-IOSCO rilevanti.

(35)

L-amministratur ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika għandu jiġi awtorizzat u superviżat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun jinsab dak l-amministratur. Amministratur li jipprovdi biss parametri referenzjarji determinati mill-applikazzjoni ta’ formula permezz tad-dejta tal-input kkontribwita għal kollox jew direttament minn ċentri regolati, arranġamenti ta’ pubblikazzjoni jew mekkaniżmi ta’ rapportar approvati, irkanti ta’ skambji tal-enerġija jew ta’ kwoti ta’ emissjonijiet u/jew amministratur li jipprovdi biss parametri referenzjarji li mhumiex ta’ importanza kritika, għandu jiġi rreġistrat u sorveljat mill-awtorità kompetenti. Ir-reġistrazzjoni ta’ amministratur mhijiex intenzjonata li taffettwa s-superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti. L-ESMA għandha żżomm reġistru tal-amministraturi fil-livell tal-Unjoni.

(36)

F’xi ċirkostanzi persuna tista’ tforni indiċi iżda ma tkunx konxja li dan l-indiċi qed jintuża bħala referenza għal strument finanzjarju. Dan huwa partikolarment il-każ meta l-utenti u amministratur tal-parametru referenzjarju jkunu jinsabu fi Stati Membri differenti. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiżdied il-livell ta’ trasparenza fir-rigward ta’ liema parametru referenzjarju qed jintuża . Dan jista’ jinkiseb billi jittejjeb il-kontenut tal-prospetti jew dokumenti ta’ informazzjoni ewlenin meħtieġa skont il-liġi tal-Unjoni u l-kontenut tan-notifiki u l-lista ta’ strumenti finanzjarji meħtieġa bir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (10).

(37)

Sett ta’ għodod u setgħat u riżorsi effettivi għall-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru u  għall-ESMA jiggarantixxi l-effettività tas-superviżjoni. Dan ir-Regolament għalhekk b’mod partikolari jipprevedi sett minimu ta’ setgħat superviżorji u investigattivi li għandhom jingħataw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri b'konformità mal-liġi nazzjonali u lill-ESMA . Meta jeżerċitaw is-setgħat tagħhom skont dan ir-Regolament l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA għandhom jaġixxu b’mod oġġettiv u imparzjali u jibqgħu awtonomi fit-teħid tad-deċiżjoni tagħhom.

(38)

Għall-finijiet tal-kxif ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA jkollhom aċċess, skont il-liġi nazzjonali, għas-siti ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi sabiex jikkonfiskaw dokumenti. L-aċċess għal dawn is-siti huwa meħtieġ meta jkun hemm suspett raġonevoli li jeżistu dokumenti u dejta oħra relatata mas-suġġett ta’ spezzjoni jew investigazzjoni u jistgħu jkunu rilevanti biex jippruvaw ksur ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-aċċess għal tali bini huwa meħtieġ meta: il-persuna li għaliha tkun diġà saret talba għal informazzjoni tonqos milli tikkonforma magħha; jew meta hemm raġunijiet ġustifikabbli biex wieħed jemmen li, kieku kellha ssir talba, ma tiġix milqugħa, jew id-dokumenti jew l-informazzjoni li t-talba għal informazzjoni tkun marbuta magħhom jitneħħew, jiġu mmanipulati jew jinqerdu. Jekk tkun meħtieġa awtorizzazzjoni minn qabel minn awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru konċernat, b'konformità mal-liġi nazzjonali, tali setgħa ta' aċċess għal siti għandha tintuża wara li tkun kisbet awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel.

(39)

Reġistrazzjonijiet eżistenti ta’ konverżazzjonijiet telefoniċi u rekords tat-traffiku tad-dejta mingħand entitajiet taħt superviżjoni jistgħu jikkostitwixxu evidenza kruċjali, u kultant anki l-unika evidenza biex tiġi identifikata u provata l-eżistenza ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-konformità mar-rekwiżiti tal-governanza u l-kontroll. Tali rekords u r-reġistrazzjonijiet jistgħu jgħinu biex tiġi vverifikata l-identità tal-persuna responsabbli għas-sottomissjoni, dawk responsabbli għall-approvazzjoni tagħha, u jekk hemmx separazzjoni organizzazzjonali tal-impjegati. Għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jitolbu r-reġistrazzjonijiet eżistenti ta' konverżazzjonijiet telefoniċi, komunikazzjonijiet elettroniċi u rekords tat-traffiku tad-dejta li jkollha entità taħt superviżjoni, fejn ikun hemm suspett raġonevoli li dawn ir-rekords jew reġistrazzjonijiet b’rabta mas-suġġett tal-ispezzjoni jew l-investigazzjoni jistgħu jkunu relevanti biex jevidenzjaw ksur ta’ dan ir-Regolament.

(40)

Xi dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi f’pajjiżi terzi li jistgħu jużaw parametri referenzjarji jew ikunu kontributuri għal parametri referenzjarji jew jistgħu ikunu involuti b’xi mod ieħor fil-proċess ta' parametru referenzjarju. L-awtoritajiet kompetenti għandhom għalhekk jidħlu f'arranġamenti ma’ awtoritajiet superviżorji f’pajjiżi terzi. L-ESMA għandha tikkoordina l-iżvilupp ta’ dawn l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni rċevuta minn pajjiżi terzi bejn l-awtoritajiet kompetenti.

(41)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”) , b’mod partikolari d-dritt tar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, il-protezzjoni tad-dejta personali, id-dritt tal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, il-libertà li wieħed ikollu negozju, id-dritt għal proprjetà, id-dritt għal protezzjoni tal-konsumatur, id-dritt għal rimedju effettiv, id-dritt għal difiża. Għaldaqstant , dan ir-Regolament għandu jkun interpretat u applikat bi qbil ma’ dawk id-drittijiet u prinċipji. B’mod partikolari, meta dan ir-Regolament jirreferi għal regoli li jirregolaw il-libertà tal-espressjoni f’midja oħra u r-regoli jew il-kodiċijiet li jirregolaw il-professjonijiet tal-ġurnalisti, għandhom jiġu kkunsidrati dawk il-libertajiet kif inhuma garantiti fl-Unjoni u fl-Istati Membri u kif inhuma rikonoxxuti skont l-Artikolu 11 tal-Karta u skont dispożizzjonijiet rilevanti oħrajn. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-istampa, midja oħra u l-ġurnalisti meta dawn sempliċement jippubblikaw jew jirreferu għal xi parametru referenzjarju bħala parti mill-attivitajiet ġurnalistiċi tagħhom mingħajr ebda kontroll fuq il-forniment ta’ dak il-parametru referenzjarju.

(42)

Id-drittijiet tad-difiża tal-persuni konċernati jiġu rrispettati bis-sħiħ. B’mod partikolari, persuni soġġetti għal proċedimenti jingħataw aċċess għas-sejbiet li fuqhom l-awtoritajiet kompetenti jkunu bbażaw id-deċiżjoni u jingħataw id-dritt li jinstemgħu.

(43)

Trasparenza fir-rigward tal-parametri referenzjarji hija neċessarja għal raġunijiet ta’ stabbiltà tas-suq finanzjarju u protezzjoni tal-investituri. Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ informazzjoni minn awtoritajiet kompetenti għandhom isiru skont ir-regoli tat-trasferiment tad-dejta personali stipulati fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (11). Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-ESMA għandha ssir skont ir-regoli tat-trasferiment tad-dejta personali stipulati fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-dejta (12).

(44)

Filwaqt li jitqiesu l-prinċipji stipulati fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tar-reġimi ta’ sanzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji u atti legali tal-Unjoni adottati bħala segwitu għal dik il-Komunikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali u miżuri amministrattivi applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li jiġu implimentati. Dawk il-penali u l-miżuri amministrattivi għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(45)

Għalhekk, għandu jkun previst sett ta’ miżuri, sanzjonijiet u multi amministrattivi sabiex jiġi żgurat approċċ komuni fl-Istati Membri u sabiex jiġi mtejjeb l-effett deterrenti tagħhom. Is-sanzjonijiet applikati f’każijiet speċifiċi għandhom jiġu determinati filwaqt li jitqiesu fejn xieraq fatturi bħall-preżenza jew in-nuqqas ta’ intenzjoni, il-ħlas lura ta’ kwalunkwe benefiċċju finanzjarju identifikat, il-gravità u t-tul taż-żmien tal-ksur, kwalunkwe fattur li jaggrava jew jimmitiga, il-ħtieġa li l-multi jkollhom effett deterrenti u, fejn xieraq, jinkludu tnaqqis għall-kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti.▌

(46)

Sabiex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet li jieħdu l-awtoritajiet kompetenti jkollhom effett ta’ deterrent fuq il-pubbliku inġenerali, huma normalment għandhom jiġu ppubblikati. Il-pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijiet hija wkoll għodda importanti għall-awtoritajiet kompetenti biex jinfurmaw lill-parteċipanti tas-suq liema mġiba titqies li tikkostitwixxi ksur ta’ dan ir-Regolament u biex tiġi promossa mġiba tajba usa’ fost il-parteċipanti tas-suq. Jekk tali pubblikazzjoni tirriskja li tikkawża ħsara sproporzjonata lil persuni involuti, tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew ta' investigazzjoni fis-seħħ, l-awtorità kompetenti għandha tippubblika s-sanzjonijiet u l-miżuri fuq bażi anonima jew iddewwem il-pubblikazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom l-għażla li ma jippubblikawx sanzjonijiet fejn pubblikazzjoni anonima jew imdewma titqies insuffiċjenti biex tiżgura li ma tiġix ipperikolata l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji. Bl-istess mod, l-awtoritajiet kompetenti mhumiex meħtieġa jippubblikaw miżuri meqjusa ta’ natura minuri meta l-pubblikazzjoni tkun sproporzjonata.

(47)

Parametri referenzjarji ta' importanza kritika jistgħu jinvolvu kontributuri, amministraturi u l-utenti f’aktar minn Stat Membru wieħed. Għalhekk, il-waqfien tal-forniment ta' tali parametru referenzjarju jew kwalunkwe avveniment li jista' jhedded b'mod sinifikanti l-intgerità tiegħu jista' jkollu impatt f’aktar minn Stat Membru wieħed, li jfisser li s-superviżjoni ta’ tali parametru referenzjarju mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun jinsab biss, mhux se tkun effiċjenti u effiċjenti f’termini ta' indirizzar tar-riskji li joħloq parametru referenzjarju ta' importanza kritika. Sabiex ikun żgurat l-iskambju effettiv ta’ informazzjoni superviżorja bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-koordinazzjoni tal-attivitajiet tagħhom u l-miżuri superviżorji, għandhom jiġu ffurmati kulleġġi tal-awtoritajiet kompetenti mmexxija mill-ESMA . L-attivitajiet tal-kulleġġi għandhom jikkontribwixxu għall-applikazzjoni armonizzata tar-regoli f’dan ir-Regolament u għall-konverġenza tal-prattiki ta’ superviżjoni. Il-medjazzjoni legalment vinkolanti tal-ESMA hija element ewlieni biex jinkisbu l-koordinazzjoni, il-konsistenza superviżorja u l-konverġenza tal-prattiki superviżorji. Il-parametri referenzjarji jistgħu jirreferenzjaw strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji b'duratura twila. F’ċerti każijiet il-forniment ta' dawn il-parametri referenzjarji jista' ma jkunx għadu permess ladarba dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ għaliex ikollhom karatteristiċi li ma jistgħux jiġu aġġustati biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, il-projbizzjoni li jitkompla l-forniment ta’ dawn il-parametri referenzjarji tista’ tirriżulta wkoll fit-terminazzjoni jew it-tfixkil tal-istrumenti finanzjarji jew il-kuntratti finanzjarji u għalhekk tagħmel ħsara lill-investituri. Għalhekk huwa neċessarju li ssir dispożizzjoni li tippermetti l-issoktar tal-forniment ta’ dawn il-parametri referenzjarji tul perjodu tranżizzjonali.

(47a)

Fil-każijiet fejn dan ir-Regolament jaqbad jew potenzjalment jaqbad entitajiet taħt superviżjoni u swieq koperti bir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (13) (REMIT), l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għandha tiġi kkonsultata bis-sħiħ mill-ESMA sabiex tuża l-kompetenza tal-ACER fis-swieq tal-enerġija u biex timmitiga kwalunkwe regolamentazzjoni doppja.

(47b)

Meta parametru referenzjarju eżistenti ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament iżda jekk jinbidel il-parametru referenzjarju biex jinġieb f'konformità ma’ dan ir-Regolament dan iwassal għal avveniment ta’ force majeure jew għall-ksur tat-termini ta’ kuntratt finanzjarju jew strument finanzjarju, l-awtorità kompetenti rilevanti tista’ tippermetti li jkompli jintuża l-parametru referenzjarju sakemm ikun possibbli li dan l-parametru referenzjarju ma jibqax jintuża jew jiġi sostitwit b'parametru referenzjarju ieħor sabiex jiġi evitat li jkun hemm effetti negattivi fuq il-konsumaturi kkawżati minn waqfien disorganizzat u f’daqqa tal-parametru referenzjarju.

(48)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u jiġu speċifikati aktar l-elementi tekniċi tal-proposta, għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti b’konformità mal-Artikolu 290 TFUE▌. Meta jiġu proposti dawk l-atti, għandhom jiġu kkunsidrati l-istandards internazzjonali prevalenti għall-amministrazzjoni, il-kontribuzzjoni u l-użu ta’ parametri referenzjarji, b’mod speċjali r-riżultati tal-ħidma tal-IOSCO. Il-proporzjonalità, b’mod speċjali fil-każ ta’ parametri referenzjarji mhux ta’ importanza kritika u ta’ parametri referenzjarji tal-komoditajiet, trid tiġi rrispettata.

(49)

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ESMA li jikkonċernaw rekwiżiti ta’ governanza u ta’ kontroll u jistabbilixxu l-kontenut minimu tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi, fost l-oħrajn, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(50)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward ta' ċerti aspetti tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk l-aspetti jikkonċernaw l-aċċertazzjoni tal-ekwivalenza tal-qafas ġuridiku li huma soġġetti għalih il-fornituri ta’ parametri referenzjarji minn pajjiżi terzi, kif ukoll tal-fatt li parametru referenzjarju għandu natura kritika. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 (14) li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.

(51)

Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni żviluppati mill-ESMA li jistabbilixxu l-proċeduri u l-forom tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Billi l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġi stabbilit reġim konsistenti u effettiv biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet li jippreżentaw il-parametri referenzjarji, ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri, billi l-impatt kumplessiv tal-problemi relatati mal-parametri referenzjarji jista’ jkun ipperċepit b’mod sħiħ biss f’kuntest tal-Unjoni u għalhekk jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU 1

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jintroduċi qafas komuni biex tiġi żgurta l-preċiżjoni u l-integrità tal-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji fl-Unjoni. Ir-Regolament b’hekk jikkontribwixxi għal funzjonament xieraq tas-suq intern filwaqt li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u l-investitur.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-forniment ta’ parametri referenzjarji, il-kontribuzzjoni ta’ dejta tal-input għal parametru referenzjarju u l-użu ta' parametru referenzjarju fl-Unjoni.

2.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-forniment tal-parametri referenzjarji minn :

(a)

▌banek ċentrali , meta jeżerċitaw is-setgħat jew iwettqu l-kompiti u d-dmirijiet mogħtija lilhom mit-Trattati u mill-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u tal-BĊE, jew li l-indipendenza tagħhom hija inerenti l-istrutturi kostituzzjonali tal-Istat Membru jew pajjiż terz ikkonċernat;

(aa)

awtoritajiet pubbliċi, meta jipprovdu jew ikollhom kontroll fuq il-forniment ta’ parametri referenzjarji għal finijiet ta’ politika pubblika, inklużi miżuri ta’ impjieg, attività ekonomika, u inflazzjoni;

(ab)

kontropartijiet ċentrali;

(ac)

amministraturi meta jipprovdu prezzijiet ta' referenza bi prezz uniku jew valur uniku;

(ad)

l-istampa, midja oħra u l-ġurnalisti meta dawn sempliċement jippubblikaw jew jirreferu għal xi parametru referenzjarju bħala parti mill-attivitajiet ġurnalistiċi tagħhom mingħajr ebda kontroll fuq il-forniment ta’ dak il-parametru referenzjarju;

(ae)

unjonijiet tal-kreditu skont it-tifsira tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (15).

2a.     L-Artikoli 5(1), (2a), (3b), (3c) u (3d), l-Artikoli 5a u 5b, l-Artikolu 5d(b) sa (g), l-Artikolu 7(1)(aa), (b), (ba), (bb), (bc) u (c), l-Artikolu 7a(2a), (3a) u (3b), l-Artikolu 7a, l-Artikolu 8(1) u (2), l-Artikolu 9(1) u (2), l-Artikolu 11 u l-Artikolu 17(1) ma għandhomx japplikaw għall-amministraturi fir-rigward tal-parametri referenzjarji mhux ta’ importanza kritika tagħhom.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“indiċi” tfisser kwalunkwe ċifra:

(a)

li tiġi ppubblikata jew titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;

(b)

li tiġi ddeterminata regolarment, totalment jew parzjalment, bl-applikazzjoni ta’ formula jew kwalunkwe metodu ieħor ta’ kalkolu, jew permezz ta' valutazzjoni; u

(c)

meta din id-determinazzjoni ssir fuq il-bażi tal-valur ta’ assi sottostanti wieħed jew aktar, jew ta’ prezzijiet, inklużi stimi ta’ prezzijiet, rati tal-imgħax reali jew stmati, jew valuri jew stħarriġ oħra;

(1a)

“fornitur ta’ indiċi” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li jkollha kontroll fuq il-forniment ta’ indiċi;

(2)

“parametru referenzjarju” tfisser kwalunkwe indiċi li b’referenza għalih jiġi ddeterminat l-ammont pagabbli skont strument finanzjarju jew kuntratt finanzjarju jew il-valur ta’ strument finanzjarju▌;

(2a)

“familja ta’ parametri referenzjarji” tfisser grupp ta’ parametri referenzjarji forniti mill-istess amministraturu u determinati minn dejta tal-input ta' natura simili, li jipprovdi miżuri speċifiċi tal-istess realtà ekonomika jew tas-suq jew jew ta' realtà ekonomika jew tas-suq simili;

(3)

“forniment ta’ parametru referenzjarju” tfisser:

(a)

l-amministrazzjoni tal-arranġamenti għad-determinazzjoni ta' parametru referenzjarju; ▌

(b)

il-ġbir, l-analiżi jew l-ipproċessar tad-dejta tal-input għall-iskop tad-determinazzjoni ta’ parametru referenzjarju; u

(c)

id-determinazzjoni ta' parametru referenzjarju permezz tal-applikazzjoni ta’ formula jew metodu ieħor ta’ kalkolu jew b’valutazzjoni tad-dejta tal-input fornuta għal dan l-għan;

(4)

“amministratur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li jkollha kontroll fuq il-forniment ta’ parametru referenzjarju;

(5)

użu ta’ parametru referenzjarju” tfisser:

(a)

il-ħruġ ta’ strument finanzjarju li jirreferenzja indiċi jew kombinazzjoni ta’ indiċi;

(b)

id-determinazzjoni tal-ammont pagabbli skont strument finanzjarju jew kuntratt finanzjarju billi jiġi referenzjat indiċi jew kombinazzjoni ta’ indiċi;

(c)

li tkun parti f’kuntratt finanzjarju li jirreferenzja indiċi jew kombinazzjoni ta’ indiċi ;

(d)

id-determinazzjoni tal-prestazzjoni ta’ fond ta’ investiment permezz ta’ indiċi jew kombinazzjoni ta’ indiċi bl-għan tat-traċċar tar-ritorn ta’ tali indiċi jew kombinazzjoni ta’ indiċi, tad-definizzjoni tal-allokazzjoni tal-assi ta’ portafoll jew tal-komputazzjoni tat-tariffi tal-prestazzjoni;

(6)

“kontribuzzjoni ta' dejta tal-input” tfisser il-forniment ta' kwalunkwe dejta tal-input mhux disponibbli pubblikament lill-amministratur, jew lil persuna oħra għall-finijiet li tgħaddi għand amministratur, li hija meħtieġa f’konnessjoni mad-determinazzjoni ta’ dak il-parametru referenzjarju, u li hija fornuta għal dak l-għan;

(7)

“kontributur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tikkontribwixxi dejta tal-input li ma tkunx dejta regolata .

(8)

“kontributur taħt superviżjoni” tfisser entità taħt superviżjoni li tikkontribwixxi dejta tal-input lill-amministratur li jinsab fl-Unjoni;

(9)

“sottomententi” tfisser persuna fiżika impjegata mill-kontributur għall-iskop li tikkontribwixxi dejta tal-input;

(9a)

“assessur” tfisser impjegat ta’ amministratur ta’ parametru referenzjarju tal-komoditajiet, jew kwalunkwe persuna fiżika jew parti terza oħra, li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-amministratur jew taħt il-kontroll tiegħu, li tkun responsabbli għall-applikazzjoni ta’ metodoloġija jew ġudizzju għal dejta tal-input jew informazzjoni oħra sabiex tintlaħaq valutazzjoni konklużiva dwar il-prezz ta’ ċerta komodità;

(10)

“dejta tal-input” tfisser id-dejta dwar il-valur ta’ assi sottostanti wieħed jew aktar, jew il-prezzijiet, inklużi stimi tal-prezzijiet jew valuri oħra użati mill-amministratur biex jiddetermina l-parametru referenzjarju;

(11)

“dejta regolata” tfisser:

(i)

dejta tal-input li tiġi kkontribwita għalkollox minn:

(a)

ċentru tan-negozjar kif definit fil-punt ( 24 ) tal-Artikolu  4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE iżda biss b’referenza għal dejta li tikkonċerna strumenti finanzjarji;

(b)

arranġament approvat ta’ pubblikazzjoni kif definit fil-punt ( 52 ) tal-paragrafu  4(1) tad-Direttiva  2014/65/UE jew fornitur ta’ tejp konsolidat kif definit fil-punt (53) tal-Artikolu  4(1) tad-Direttiva  2014/65/UE, skont ir-rekwiżiti obbligatorji tat-trasparenza wara n-negozjar, iżda b’referenza biss għad-dejta tat-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw l-istrumenti finanzjarji nnegozjati f'ċentru tan-negozjar ;

(c)

mekkaniżmu ta’ rapportar approvat kif definit fil-punt  (54) tal-Artikolu  4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, iżda b’referenza biss għad-dejta tat-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw l-istrumenti finanzjarji nnegozjati f'ċentru tan-negozjar u li tista’ tiġi żvelata skont ir-rekwiżiti obbligatorji ta’ trasparenza ta’ wara n-negozjar;

(d)

skambju elettriku kif imsemmi fil-punt (j) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (16);

(e)

skambju ta' gass naturali kif imsemmi fil-punt (j) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 41 tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (17);

(f)

pjattaforma tal-irkant imsemmija fl-Artikolu 26 jew ▌30 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 (18);

(g)

dejta pprovduta skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 u elaborata fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014  (19) ; jew

(h)

ċentru ta’ negozjar, pjattaforma, skambju, arranġament ta’ pubblikazzjoni jew mekkaniżmu ta’ rapportar ta’ pajjiż terz ekwivalenti għal dawk speċifikati fil-punti (a) sa (g) jew kwalunkwe entità oħra bħall-aggregatur ta’ dejta tranżazzjonali jew kolletturi ta’ dejta tranżazzjonali li l-kontribuzzjoni tagħhom ta’ dejta tal-input diġà tkun soġġetta għal superviżjoni xierqa; u

(ii)

valuri tal-assi netti tal-unitajiet ta’ impriżi ta' investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE  (20).

(12)

“dejta tat-tranżazzjoni” tfisser il-prezzijiet, ir-rati, l-indiċi jew il-valuri osservabbli li jirrappreżentaw tranżazzjonijiet bejn kontropartijiet mhux affiljati f’suq attiv soġġett għal forzi kompetittivi tal-provviżjoni u d-domanda;

(13)

“strument finanzjarju” tfisser kwalunkwe strument elenkat fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva  2014/65/UE li għalih tkun saret talba għal ammissjoni għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar , kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, jew li jiġi nnegozjat f’ċentru tan-negozjar kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE ;

(14)

“entità taħt superviżjoni” tfisser dan li ġej :

(a)

istituzzjonijiet tal-kreditu kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2013/36/UE;

(b)

ditti tal-investiment kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE ;

(c)

impriżi tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (21);

(d)

impriżi tar-riassigurazzjoni kif definit fil-punt ( 4 ) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;

(e)

UCITS kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE (22);

(f)

maniġers ta' fondi ta’ investiment alternattiv (AIFMs) kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23);

(g)

kontropartijiet ċentrali jew CCPs, kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24);

(h)

repożitorji tat-tranżazzjonijiet kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(i)

amministraturi ;

(15)

“kuntratt finanzjarju” tfisser:

(a)

kwalunkwe ftehim ta’ kreditu kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25);

(b)

kwalunkwe ftehim ta’ kreditu kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu  4 tad-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (26);

(16)

“fond ta’ investiment” tfisser AIFs kif definit fil-punt (a) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/61/UE, jew UCITS li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/65/KE;

(17)

“korp maniġerjali” tfisser il-korp governattiv, inklużi l-funzjonijiet superviżorji u maniġerjali, li jkollu l-awtorità finali tat-teħid tad-deċiżjonijiet u li jkollu s-setgħa jistabbilixxi l-istrateġija, l-objettivi u d-direzzjoni kumplessiva tal-entità.

(18)

“konsumatur” tfisser persuna fiżika li, f'kuntratti finanzjarji koperti b'dan ir-Regolament, tkun qed taġixxi għal finijiet li huma lil hinn mis-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha;

(19)

“parametru referenzjarju ta' rata tal-imgħax interbankarja” tfisser parametru referenzjarju fejn l-assi sottostanti għall-finijiet tal-punt (1)(c) ta' dan l-Artikolu hija r-rata li biha l-banek jistgħu jsellfu jew jissellfu mingħand banek oħra;

(19a)

“parametru referenzjarju tar-rata tal-kambju” tfisser parametru referenzjarju li l-valur tiegħu jiġi determinat f’relazzjoni mal-prezz, espress f’munita waħda, ta’ munita waħda jew basket ta’ muniti;

(20)

“parametru referenzjarju ta’ komodità” tfisser parametru referenzjarju fejn l-assi sottostanti għall-finijiet tal-punt (1)(c) ta’ dan l-Artikolu huwa komodità skont it-tifsira tal-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 (27) , bl-esklużjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet kif imsemmi fil-punt (11) tat-Taqsima C tal-Anness I  tad-Direttiva 2014/65/UE ;

(20a)

“riskju ta’ bażi” tfisser r-riskju relatat mal-eżattezza tad-deskrizzjoni b’parametru referenzjarju tar-realtà ekonomika jew tas-suq sottostanti li l-parametru referenzjarju biħsiebu jkejjel;

(21)

“parametru referenzjarju ta’ importanza kritika” tfisser

(a)

parametru referenzjarju li mhuwiex ibbażat fuq dejta regolata, li l-valur ta’ referenza tiegħu ikun iktar minn EUR 500 biljun kif definit fl-Artikolu 13(1) ; jew

(b)

parametru referenzjarju, li l-waqfien tiegħu jkollu impatt negattiv sinifikanti fuq l-istabbiltà finanzjarja, il-funzjonament ordnat tas-swieq u fuq l-ekonomija reali fi Stat Membru wieħed jew aktar;

parametru referenzjarju ta’ importanza kritika jkun ta' natura “nazzjonali” meta l-effetti negattivi tiegħu jekk ma jibqax jiġi fornit jew jekk jiġi fornit permezz ta' sett ta' kontributuri jew ta' dejta mhux rappreżentattiv ikunu limitati għal Stat Membru wieħed. F’każ bħal dan, tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 13(2a) sa (2d). Parametru referenzjarju ta’ importanza kritika jkun ta' natura “Ewropea” meta l-effetti negattivi tiegħu jekk ma jibqax jiġi fornit jew jekk jiġi fornit permezz ta' sett ta' kontributuri jew ta' dejta mhux rappreżentattiv ma jkunux limitati għal Stat Membru wieħed. F’każ bħal dan, tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 13(2e), (2f) u (2 g).

(21a)

“parametru referenzjarju ta’ importanza mhux kritika” tfisser parametru referenzjarju li ma jissodisfax il-kriterji għal parametru referenzjarju ta’ importanza kritika kif provdut fl-Artikolu 13;

(22)

“jinsab” f’rabta ma’ persuna ġuridika tfisser l-Istat Membru jew il-pajjiż terz fejn jinsab l-uffiċċju reġistrat ta’ dik il-persuna jew indirizz uffiċjali ieħor, filwaqt li f’rabta ma’ persuna fiżika, l-Istat Membru jew il-pajjiż terz fejn dik il-persuna hija residenti għal finijiet ta' taxxa;

( 22a)

“awtorità pubblika” tfisser:

(a)

kwalunkwe gvern jew amministrazzjoni pubblika;

(b)

kwalunkwe entità jew persuna li twettaq funzjonijiet amministrattivi pubbliċi skont il-liġi nazzjonali jew li jkollha responsabbiltajiet jew funzjonijiet pubbliċi jew tipprovdi servizzi pubbliċi, inklużi miżuri rigwardl-inflazzjoni, ix-xogħol jew l-attivitajiet ekonomiċi, taħt il-kontroll ta’ kwalunkwe awtorità tal-gvern jew pubblika.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, b’konformità mal-Artikolu 37 sabiex tispeċifika aktar l-elementi tekniċi tad-definizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, b’mod partikolari li jispeċifikaw x'jikkostitwixxi tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku għall-finijiet tad-definizzjoni ta’ indiċi, u biex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq. F'dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li “ppubblikati” jew “disponibbli għall-pubbliku” tinftiehem bħala “disponibbli għall-pubbliku usa' ta' utenti jew utenti potenzjali”.

Meta jkun applikabbli, il-Kummissjoni għandha tqis żviluppi tas-suq jew teknoloġiji u l-konverġenza internazzjonali tal-prattika superviżorja fir-rigward tal-parametri referenzjarji.

2a.     Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi lista ta’ awtoritajiet pubbliċi fl-Unjoni kif imsemmi fil-punt (22a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u sabiex tirrevedi dik il-lista. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 38(2).

Artikolu 4

Esklużjoni tal-fornituri tal-indiċi li ma jkunux konxji mill-użu ta' parametru referenzjarju fornut minnhom ▌

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal fornitur tal-indiċi fir-rigward ta’ indiċi fornut minnu meta dak il-fornitur tal-indiċi ma jkunx konxju u ma setax b’mod raġonevoli jkun konxju li dak l-indiċi qed jintuża għall-finijiet imsemmija fil-punt (2) tal-Artikolu 3(1).

TITOLU II

INTEGRITÀ U KREDIBBILTÀ TAL-PARAMETRU REFERENZJARJU

Kapitolu 1

Governanza u Kontroll tal-Amministraturi

Artikolu 5

Rekwiżiti ta' governanza u ta’ kunflitt ta’ interess

1.   ▌L-amministratur għandu jkollu arranġamenti ta’ governanza robusti, li jinkludu struttura organizzazzjonali ċara definita tajjeb, trasparenti u rwoli u responsabbiltajiet konsistenti għall-persuni kollha involuti fil-forniment ta’ parametru referenzjarju.

L-amministratur għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jidentifika u jipprevjeni jew jimmaniġġa kunflitti ta’ interessi bejnu, inklużi l-maniġers jew l-impjegati tiegħu jew kwalunkwe persuna fiżika jew parti terza oħra li s-servizzi tagħha huma mqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu jew taħt il-kontroll tiegħu, u l-kontributuri jew l-utenti u biex jiżgura li, fejn ikunu meħtieġa kwalunkwe diskrezzjoni jew ġudizzju fil-proċess tal-parametru referenzjarju, din tiġi eżerċitata b’mod indipendenti u ġust .

2a.     Il-forniment ta’ parametru referenzjarju għandu jkun separata b’mod operazzjonali minn kwalunkwe parti tan-negozju tal-amministratur li tista’ toħloq kunflitt ta’ interess reali jew potenzjali. Meta jinħolqu kunflitti ta’ interessi fl-amministratur minħabba l-istruttura tas-sjieda tiegħu, il-kontroll tal-interessi jew l-attivitajiet oħra mwettqa minn kwalunkwe entità li l-amministratur huwa proprjetà jew taħt il-kontroll tagħha jew li hija proprjetà jew ikkontrollata mill-amministratur jew kwalunkwe wieħed mill-affiljati tiegħu, l-amministratur għandu jistabbilixxi funzjoni ta’ sorveljanza indipendenti li għandha tinkludi rappreżenta bbilanċjata ta’ firxa ta’ partijiet ikkonċernati, fejn l-dawn il-partijiet ikkonċernati kif ukoll l-abbonati u kontributuri jkunu magħrufa. Jekk dawn il-kunflitti ma jkunux jistgħu jiġu mmaniġġati b’mod adegwat, l-amministratur għandu jew jwaqqaf kwalunkwe attività jew relazzjoni li toħloq dawk il-kunflitti jew għandu jieqaf milli jipproduċi l-parametru referenzjarju.

3a.     Amministratur għandu jippubblika jew jiżvela l-kunflitti ta’ interess eżistenti jew potenzjali kollha lill-utenti tal-parametru referenzjarju u l-awtorità kompetenti rilevanti u, fejn rilevanti, lill-kontributuri, inklużi kunflitti ta’ interess li jinħolqu mis-sjieda jew il-kontroll tal-amministratur.

3b.     Amministratur għandu jistabbilixxi u jopera politiki u proċeduri adegwati, kif ukoll arranġamenti organizzazzjonali effettivi, għall-identifikazzjoni, l-iżvelar, il-ġestjoni, il-mitigazzjoni u l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess sabiex jiġu protetti l-integrità u l-indipendenza tad-determinazzjonijiet tal-parametru referenzjarju. Dawn il-politiki u proċeduri għandhom jiġu rieżaminati u aġġornati regolarment. Il-politiki u l-proċeduri għandhom iqisu u jindirizzaw il-kunflitti ta’ interess, il-grad ta’ diskrezzjoni eżerċitata fil-proċess tal-parametru referenzjarju u r-riskji li joħloq il-parametru referenzjarju, u għandhom:

(a)

jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kkontribwita lill-amministratur jew prodotta minnu, soġġett għall-obbligi tal-iżvelar u tat-trasparenza skont dan ir-Regolament; u

(b)

jimmitigaw b’mod speċifiku kunflitti minħabba s-sjieda jew il-kontroll tal-amministratur, jew minħabba interessi oħra fil-grupp tiegħu jew bħala riżultat ta’ persuni oħra li jistgħu jeżerċitaw influwenza jew kontroll fuq l-amministratur fir-rigward tal-istabbiliment tal-parametru referenzjarju.

3c.     L-amministratur għandu jiżgura li l-impjegati u kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tiegħu jew taħt il-kontroll tiegħu u li huma involuti direttament fil-provvista ta’ parametru referenzjarju:

(a)

ikollhom il-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa għad-dmirijiet assenjati lilhom u jkunu soġġetti għal maniġment u superviżjoni effettivi;

(b)

ma jkunux soġġetti għal influwenza jew kunflitti ta’ interess mhux dovuti u li l-kumpens u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta’ dawk il-persuni ma joħolqux kunflitti ta’ interess jew b’mod ieħor jaffettwaw l-integrità tal-proċess tal-parametru referenzjarju;

(c)

ma jkollhom l-ebda interess jew konnessjoni kummerċjali li jikkompromettu l-funzjonijiet tal-amministratur;

(d)

ikunu pprojbiti milli jikkontribwixxu għal determinazzjoni ta’ parametru referenzjarju permezz ta’ involviment f’offerti ta’ prezz jew offerti ta’ akkwist u tranżazzjonijiet fuq bażi personali jew f’isem parteċipanti fis-suq; u

(e)

huma soġġetti għal proċeduri effettivi għall-kontroll tal-iskambju ta’ informazzjoni ma’ impjegati oħra, u ma jkunux involuti f’attivitajiet li jistgħu joħolqu riskju ta’ kunflitt ta’ interess.

3d.     L-amministratur għandu jistabbilixxi proċeduri ta’ kontroll speċifiċi sabiex jiġu żgurati l-integrità u l-affidabbiltà tal-impjegat jew tal-persuna li tiddetermina l-parametru referenzjarju, li jista’ jinkludi l-approvazzjoni interna mill-maniġment qabel it-tixrid tal-parametru referenzjarju jew sostituzzjoni xierqa, pereżempju fil-każ ta’ parametru referenzjarju aġġornat dakinhar stess jew abbażi ta’ ħin reali.

3e.     Kwalunkwe bidla mhux materjali ta’ parametru referenzjarju fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet koperti b’dan l-Artikolu ma għandhiex titqies bħala ksur ta’ kwalunkwe kuntratt finanzjarju jew strument finanzjarju li jirreferenzja dak il-parametru referenzjarju. Fil-każ ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika, l-awtorità kompetenti rilevanti għandu jkollha s-setgħa li tqis bidla bħala waħda materjali.

Artikolu 5a

Rekwiżiti relatati mal-funzjoni ta’ sorveljanza

1.     L-amministratur għandu jistabbilixxi u jżomm funzjoni ta’ sorveljanza permanenti u effettiva sabiex jiżgura s-sorveljanza tal-aspetti kollha tal-forniment tal-parametri referenzjarju tiegħu.

2.     Amministratur għandu jiżviluppa u jżomm proċeduri robusti dwar il-funzjoni ta’ sorveljanza tiegħu, li għandhom jkunu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

Il-karatteristiċi ewlenin tal-proċeduri għandhom jinkludu:

(a)

it-termini ta’ referenza tal-funzjoni ta’ sorveljanza;

(b)

il-kriterji għall-għażla tal-membri tal-funzjoni ta’ sorveljanza;

(c)

id-dettalji fil-qosor tas-sħubija ta’ kwalunkwe bord jew kumitat inkarigat bil-funzjoni ta’sorveljanza, flimkien ma’ kwalunkwe dikjarazzjoni ta’ kunflitti ta’ interess u proċessi għal elezzjoni, nomina jew tneħħija u sostituzzjoni ta’ membru tal-kumitat;

3.     Il-funzjoni ta’ sorveljanza għandha topera indipendentement u għandha tinkludi r-responsabbiltajiet li ġejjin, li għandhom jiġu aġġustati skont il-komplessità, l-użu u l-vulnerabbiltà tal-parametru referenzjarju:

(a)

rieżami tal-inqas kull sena tad-definizzjoni u l-metodoloġija tal-parametru referenzjarju;

(b)

sorveljanza ta’ kwalunkwe bidla fil-metodoloġija tal-parametru referenzjarju u awtorizzazzjoni tal-amministratur sabiex jikkonsulta dwar dan it-tibdil;

(c)

sorveljanza tal-qafas ta’ kontroll tal-amministratur, il-maniġment u l-operat tal-parametru referenzjarju, u, meta parametru referenzjarju jagħmel użu minn kontributuri, il-kodiċi ta’ kondotta msemmi fl-Artikolu 9(1);

(d)

rieżami u approvazzjoni tal-proċeduri għall-waqfien tal-parametru referenzjarju, inkluża kwalunkwe konsultazzjoni dwar il-waqfien;

(e)

sorveljanza ta' kwalunkwe parti terza involuta fil-forniment tal-parametru referenzjarju, inklużi l-aġenti tal-kalkolu jew tat-tixrid;

(f)

valutazzjoni tal-awditi jew ir-rieżamijiet interni u esterni, u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ rimedju enfasizzati fir-riżultati ta' dawk l-awditi;

(g)

meta l-parametru referenzjarju jagħmel użu mill-kontributuri, il-monitoraġġ tad-dejta tal-input u tal-kontributuri u tal-azzjonijiet tal-amministratur fil-kontestazzjoni jew il-validazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tad-dejta tal-input;

(h)

meta l-parametru referenzjarju jagħmel użu minn kontributuri, it-teħid ta’ miżuri effettivi fir-rigward ta’ kwalunkwe ksur tal-kodiċi ta’ kondotta; u

(i)

meta l-parametru referenzjarju jagħmel użu minn kontributuri, ir-rapportar lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta’ kwalunkwe mġiba ħażina minn kontributuri jew amministraturi li l-funzjoni ta’ sorveljanza ssir konxja minnha, u kwalunkwe dejta tal-input potenzjalment anomala jew suspettuża.

4.     Il-funzjoni ta’ sorveljanza għandha titwettaq minn kumitat separat jew permezz ta' arranġament xieraq ieħor ta' governanza.

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw il-karatteristiċi li l-funzjoni ta’ sorveljanza għandu jkollha f’termini ta’ kompożizzjoni kif ukoll ta’ pożizzjonament fi ħdan l-istruttura organizzattiva tal-amministratur, sabiex jiġu żgurati l-integrità tal-funzjoni u n-nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess.

L-ESMA għandha tagħmel distinzjoni għat-tipi differenti ta’ parametri referenzjarji u setturi kif stabbiliti f’dan ir-Regolament u għandha tieħu f’kunsiderazzjoni d-differenzi fis-sjieda u l-istruttura ta’ kontroll tal-amministraturi, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-forniment tal-parametru referenzjarju, u r-riskju u l-impatt tal-parametru referenzjarju, anke fid-dawl tal-konverġenza internazzjonali tal-prattika ta' superviżjoni fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ governanza tal-parametri referenzjarji.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [XXX].

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.     Il-funzjoni ta’ sorveljanza tista’ teżerċita sorveljanza fuq aktar minn parametru referenzjarju wieħed fornut minn amministratur sakemm xorta waħda tikkonforma mar-rekwiżiti l-oħra tat-Titoli I u IV.

6.     Kwalunkwe bidla mhux materjali ta’ parametru referenzjarju fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet koperti b’dan l-Artikolu ma għandhiex titqies bħala ksur ta’ kwalunkwe kuntratt finanzjarju jew strument finanzjarju li jirreferenzja dak il-parametru referenzjarju. Fil-każ ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika, l-awtorità kompetenti rilevanti għandu jkollha s-setgħa li tqis bidla bħala waħda materjali.

Artikolu 5b

Rekwiżiti relatati mal-qafas ta’ kontroll

1.     L-amministratur għandu jkollu qafas ta’ kontroll li jiżgura li l-parametru referenzjarju jiġi fornut u ppubblikat jew isir disponibbli skont dan ir-Regolament.

2.     Il-qafas ta’ kontroll għandu jkun proporzjonat mal-livell ta’ kunflitti ta’ interess identifikati, il-grad ta’ diskrezzjoni fil-forniment tal-parametru referenzjarju u n-natura tad-dejta tal-input tal-parametru referenzjarju u għandu jinkludi:

(a)

l-immaniġġar tar-riskju operattiv;

(b)

il-proċeduri ta’ kontinġenza u ta' rkupru li jkunu fis-seħħ fil-każ ta’ tfixkil fil-forniment tal-parametru referenzjarju.

3.     Meta d-dejta tal-input ma tkunx dejta ta' tranżazzjoni, l-amministratur għandu:

(a)

jistabbilixxi miżuri biex jiżgura, sal-punt possibbli, li l-kontributuri jikkonformaw mal-kodiċi ta’ kondotta msemmi fl-Artikolu 9(1) u l-istandards applikabbli għad-dejta tal-input;

(b)

jistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ tad-dejta tal-input, inkluż il-monitoraġġ tad-dejta tal-input qabel il-pubblikazzjoni tal-parametru referenzjarju u l-validazzjoni tad-dejta tal-input wara l-pubblikazzjoni sabiex jiġu identifikati l-iżbalji u l-anomaliji.

4.     Il-qafas ta’ kontroll għandu jkun dokumentat, rieżaminat u aġġornat kif xieraq u għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti rilevanti, u fuq talba, għad-dispożizzjoni tal-utenti.

5.     Kwalunkwe bidla mhux materjali ta’ parametru referenzjarju fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet koperti b’dan l-Artikolu ma għandhiex titqies bħala ksur ta’ kwalunkwe kuntratt finanzjarju jew strument finanzjarju li jirreferenzja dak il-parametru referenzjarju. Fil-każ ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika, l-awtorità kompetenti rilevanti għandu jkollha s-setgħa li tqis bidla bħala waħda materjali.

Artikolu 5c

Rekwiżiti relatati mal-Qafas ta’ Responsabbiltà

1.     L-amministratur għandu jkollu qafas ta’ responsabbiltà li jkopri ż-żamma tar-rekords, l-awditjar u r-rieżami, u l-proċess tal-ilmenti li jipprovdi evidenza ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

2.     L-amministratur għandu jaħtar funzjoni interna jew esterna indipendenti, bil-kapaċità meħtieġa biex tirrieżamina u tirrapporta dwar il-konformità tal-amministratur mal-metodoloġija tal-parametru referenzjarju u ma’ dan ir-Regolament.

3.     Għal parametri referenzjarju mhux ta’ importanza kritika, l-amministratur għandu jippubblika u jżomm dikjarazzjoni ta’ konformità li fiha l-amministratur għandu jirrapporta dwar il-konformità tiegħu ma’ dan ir-Regolament. Id-dikjarazzjoni tal-konformità mill-inqas għandha tkopri r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 5(1), (2a), (3b), (3c) u (3d), l-Artikoli 5a u 5b, l-Artikolu 5d(b) sa (g), l-Artikolu 7(1)(aa), (b), (ba), (bb), (bc) u (c), l-Artikolu 7a(2a), (3a) u (3b), l-Artikolu 7a, l-Artikolu 8(1) u (2), l-Artikolu 9(1) u (2), l-Artikolu 11 u l-Artikolu 17(1).

Meta l-amministratur ma jikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 5(1), (2a), (3b), (3c) u (3d), l-Artikoli 5a u 5b, l-Artikolu 5d(b) sa (g), l-Artikolu 7(1)(aa), (b), (ba), (bb), (bc) u (c), l-Artikolu 7a(2a), (3a) u (3b), l-Artikolu 7a, l-Artikolu 8(1) u (2), l-Artikolu 9(1) u (2), l-Artikolu 11 u l-Artikolu 17(1), id-dikjarazzjoni tal-konformità għandha tiddikjara b'mod ċar għalfejn huwa xieraq li dak l-amministratur ma jikkonformax ma' dawk id-dispożizzjonijiet.

4.     L-amministratur ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza mhux kritika għandu jaħtar awditur estern indipendenti biex jirrieżamina, u jirrapporta dwar, il-preċiżjoni tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-amministratur. Tali awditu għandu jseħħ tal-inqas kull sentejn u kull meta jseħħu bidliet materjali għall-parametru referenzjarju.

5.     l-amministratur għandu jipprovdi l-awditi skont il-paragrafu 4 lill-awtorità kompetenti rilevanti. L-amministratur għandu jipprovdi jew jippubblika d-dettalji tal-awditi skont il-paragrafu 4 għal kwalunkwe utent ta’ parametru referenzjarju fuq talba. Fuq it-talba tal-awtorità kompetenti rilevanti, jew kwalunkwe utent tal-parametru referenzjarju, l-amministratur għandu jipprovdi jew jippubblika d-dettalji tar-rieżamijiet imsemmija fil-paragrafu 4.

6.     L-awtorità kompetenti rilevanti tista’ titlob informazzjoni addizzjonali mingħand l-amministratur fir-rigward tal-parametri referenzjarji mhux ta’ importanza kritika tagħhom b’konformità mal-Artikolu 30 u/jew toħroġ rakkomandazzjoni lill-amministratur dwar il-konformità tal-amministratur mad-dispożizzjonijiet koperti bid-dikjarazzjoni tal-konformità sakemm l-awtorità kompetenti tkun kompletament sodisfatta. l-awtorità kompetenti tista’ tippubblika r-rakkomandazzjoni fuq il-websajt tagħha.

Artikolu 5d

Rekwiżiti relatati maż-żamma tar-rekords

1.     L-amministratur għandu jżomm rekords ta’:

(a)

id-dejta tal-input kollha;

(b)

kwalunkwe eżerċizzju ta’ ġudizzju jew diskrezzjoni mill-amministratur u, meta jkun applikabbli, mill-assessuri, fid-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju;

(c)

rekords tan-nuqqas ta’ kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe dejta tal-input, b’mod partikolari meta tkun ikkonformat mar-rekwiżiti tal-metodoloġija tal-parametru referenzjarju, u r-raġunament għal tali nuqqas ta’ kunsiderazzjoni;

(d)

bidliet oħra fil-metodoloġiji u l-proċeduri standard jew devjazzjonijiet minnhom, inklużi dawk magħmula matul perjodi ta’ stress u tfixkil fis-suq;

(e)

l-identitajiet tas-sottomittenti u tal-persuni fiżiċi impjegati mill-amministraturi għad-determinazzjoni tal-parametri referenzjarji;

(f)

id-dokumenti kollha relatati ma’ kwalunkwe lment; u

(g)

ir-rekords ta’ komunikazzjonijiet rilevanti bejn kwalunkwe persuna impjegata mill-amministratur u l-kontributuri jew is-sottomittenti fir-rigward tal-parametru referenzjarju.

2.     Meta l-parametru referenzjarju jkun ibbażat fuq kontribuzzjonijiet minn kontributuri, il-kontributur għandu jżomm ukoll rekords ta’ kwalunkwe komunikazzjoni rilevanti, inkluż ma’ kontributuri oħra.

3.     L-amministratur għandu jżomm ir-rekords stipulati fil-paragrafu 1 għal tal-anqas ħames snin f’tali forma li jkun possibbli li jiġu replikati u mifhuma kompletament il-kalkoli tal-parametru referenzjarju u jkun jista’ jsir awditu jew evalwazzjoni tad-dejta tal-input, kalkoli, ġudizzji u diskrezzjoni. Ir-rekords tal-konverżazzjonijiet telefoniċi jew tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom jiġu provduti lill-persuni involuti fil-konverżazzjoni jew komunikazzjoni fuq talba u għandhom jinżammu għal perjodu ta’ tliet snin.

Artikolu 5e

Trattament tal-ilmenti

L-amministratur għandu jkollu fis-seħħ u jippubblika proċeduri bil-miktub biex jirċievi, jinvestiga u jżomm rekords dwar l-ilmenti li jsiru dwar il-proċess tal-kalkolu tal-amministratur. Tali mekkaniżmi ta’ lment għandhom jiżguraw li:

(a)

l-amministratur għandu jkollu fis-seħħ mekkaniżmu deskritt fid-dettall f'politika għat-trattament tal-ilmenti bil-miktub, li permezz tiegħu l-abbonati jkunu jistgħu jressqu lmenti dwar jekk il-kalkolu ta’ parametru referenzjarju speċifiku huwiex rappreżentattiv tal-valur tas-suq, tibdil propost fil-kalkolu ta’ parametru referenzjarju, applikazzjonijiet ta’ metodoloġija fir-rigward ta’ kalkolu ta’ parametru referenzjarju speċifiku u deċiżjonijiet editorjali oħra fir-rigward tal-proċessi ta’ kalkolu ta’ parametru referenzjarju;

(b)

hemm skeda tal-proċess u tal-miri għall-immaniġġar tal-ilmenti;

(c)

ilmenti formali li jsiru kontra amministratur u l-persunal tiegħu jiġu investigati minn dak l-amministratur fil-waqt u b’mod ġust;

(d)

l-inkjesta titwettaq indipendentement minn kwalunkwe persunal li jista' jkun involut fis-suġġett tal-ilment;

(e)

amministratur għandu jimmira li jlesti l-investigazzjoni tiegħu minnufih.

Artikolu 5f

Standards tekniċi regolatorji dwar ir-rekwiżiti ta’ governanza u ta’ kontroll

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tkompli tispeċifika u tikkalibra r-rekwiżiti ta’ governanza u ta’ kontroll skont l-Artikoli 5(2), 5(3a-3d), 5a(2), 5a(3), 5b(2), 5b(3), 5c(2), 5c(1) sa (3). L-ESMA għandha tqis dan li ġej:

(a)

l-iżviluppi fil-parametri referenzjarji u s-swieq finanzjarji fid-dawl tal-konverġenza internazzjonali tal-prattika superviżorja fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ governanza tal-parametri referenzjarji;

(b)

karatteristiċi speċifiċi ta’ tipi differenti ta’ parametri referenzjarji u amministraturi inklużi karatteristiċi settorjali u t-tipi ta’ dejta tal-input użati;

(c)

distinzjoni bejn parametri referenzjarji ta’ importanza kritika u dawk ta’ importanza mhux kritika;

(d)

jekk ir-rekwiżiti humiex diġà koperti parzjalment jew totalment b'rekwiżiti regolatorji rilevanti oħrajn, b'mod partikolari fir-rigward ta' parametri regerenzjarji bbażati fuq dejta regolata, u b'mod partikolari iżda mhux biss fir-rigward tar-rekwiżiti skont id-Direttiva 2014/65/UE jew ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (28) , sabiex jiġi żgurat li ma jirriżultaw l-ebda duplikazzjoni ta' rekwiżiti jew piż bla bżonn għall-amministraturi.

L-ESMA għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa […].

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 6

Esternalizzazzjoni

1.   L-amministarturi ma għandhomx jesternalizzaw funzjonijiet fil-forniment ta’ parametru referenzjarju b’tali mod li materjalment jiġi mfixkel il-kontroll tal-amministratur fuq il-forniment tal-parametru referenzjarju jew il-kapaċità tal-awtorità kompetenti rilevanti li tagħmel superviżjoni tal-parametru referenzjarju.

3.   Meta l-amministratur jesternalizza funzjonijiet jew kwalunkwe servizz u attività rilevanti fil-forniment ta’ parametru referenzjarju lil kwalunkwe fornitur ta’ servizz, huwa għandu jibqa’ kompletament responsabbli għat-twettiq tal-obbligi tiegħu kollha skont dan ir-Regolament.

3a.     Meta sseħħ l-esternalizzazzjoni, l-amministratur għandu jiżgura li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fornitur tas-servizz għandu jkollu l-ħila, il-kapaċità, u kwalunkwe awtorizzazzjoni meħtieġa bil-liġi, biex iwettaq il-funzjonijiet, is-servizzi jew l-attivitajiet esternalizzati b’mod kredibbli u professjonali;

(b)

l-amministratur għandu jagħmel disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-identità u l-kompiti tal-fornitur tas-servizz li jipparteċipa fil-proċess tad-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju;

(c)

l-amministratur għandu jieħu azzjoni xierqa jekk ikun jidher li l-fornitur tas-servizz jista’ ma jkunx qiegħed iwettaq il-funzjonijiet b’mod effettiv u b’konformità ma’ liġijiet applikabbli u rekwiżiti regolatorji;

(d)

l-amministratur għandu jżomm l-għarfien espert meħtieġ biex iwettaq effikaċement superviżjoni tal-funzjonijiet esternalizzati u jimmaniġġa r-riskji assoċjati mal-esternalizzazzjoni;

(e)

il-fornitur tas-servizz għandu jiżvela lill-amministratur kwalunkwe żvilupp li jista’ jkollu impatt materjali fuq il-kapaċità tiegħu li jwettaq il-funzjonijiet esternalizzati b’mod effettiv u b’konformità mal-liġijiet applikabbli u r-rekwiżiti regolatorji;

(f)

il-fornitur tas-servizz għandu jikkoopera mal-awtorità kompetenti rilevanti b’rabta mal-attivitajiet esternalizzati, u l-amministratur u l-awtorità kompetenti rilevanti għandu jkollhom aċċess effettiv għad-dejta relatata mal-attivitajiet esternalizzati, kif ukoll għas-siti tan-negozju tal-fornitur tas-servizz, u l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tkun tista’ teżerċita dawk id-drittijiet ta’ aċċess;

(g)

l-amministratur għandu jkun jista' jtemm l-arranġamenti meta meħtieġ.

(h)

l-amministratur għandu jieħu passi raġonevoli, inklużi pjanijiet ta’ kontinġenza, biex jevita riskju operazzjonali eċċessiv marbut mal-parteċipazzjoni tal-fornitur tas-servizz fil-proċess ta’ determinazzjoni tal-parametru referenzjarju.

Kapitolu 2

Dejta tal-input u metodoloġija u rappurtar tal-ksur

Artikolu 7

Dejta tal-input ▌

1.   Il-forniment ta’ parametru referenzjarju għandu jkun regolat bir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tad-dejta tal-input tiegħu :

(a)

Id-dejta tal-input għandha tkun dejta ta' tranżazzjoni jew, meta jkun aktar xieraq, dejta mhux ibbażati fuq transżazzjonijiet, inklużi kwoti impenjati u stimi li jistgħu jiġu vverifikati, sakemm din tirrappreżenta b’mod preċiż u affidabbli r-realtà tas-suq jew ekonomika li l-parametru referenzjarju huwa maħsub biex ikejjel▐.

(aa)

Id-dejta tal-input imsemmija fil-punt (a) għandha tkun verifikabbli.

(b)

L-amministratur għandu jikseb id-dejta tal-input minn panil jew kampjun kredibbli u rappreżentattiv ta’ kontributuri sabiex jiżgura li l-parametru referenzjarju li jirriżulta jkun kredibbli u rappreżentattiv tar-realtà tas-suq jew ekonomika li l-parametru referenzjarju huwa maħsub biex ikejjel▐.

(ba)

L-amministratur għandu juża biss dejta tal-input minn kontributuri li jikkonformaw mal-kodiċi ta’ kondotta msemmi fl-Artikolu 9.

(bb)

L-amministratur għandu jżomm lista ta’ persuni li jistgħu jikkontribwixxu dejta tal-input lill-amministratur inklużi proċeduri biex tiġi evalwata l-identità ta’ kontributur u ta' kwalunkwe sottomittent.

(bc)

L-amministratur għandu jiżgura li l-kontributuri jipprovdu d-dejta tal-input rilevanti kollha; u

(c)

Meta d-dejta tal-input ta’ parametru referenzjarju ma tkunx dejta tat-tranżazzjonijiet u l-kontributur ikun parti f’aktar minn 50 % tal-valur tat-tranżazzjonijiet fis-suq li dak il-parametru referenzjarju huwa intenzjonat li jkejjel, l-amministratur għandu jivverifika li d-dejta tal-input tirrappreżenta suq soġġett għal forzi kompetittivi tal-provvista u d-domanda. Meta l-amministratur isib li d-dejta tal-input ma tirrappreżentax suq soġġett għall-forzi kompetittivi tal-provvista u d-domanda, huwa jgħandu jibdel id-dejta tal-input, il-kontributuri jew il-metodoloġija biex jiżgura li d-dejta tal-input tirrappreżenta suq li huwa soġġett għall-forzi kompetittivi tal-provvista u d-domanda, jew ma jibqax iforni dak il-parametru referenzjarju ▌.

2a.     L-amministratur għandu jiżgura li l-kontrolli rigward id-dejta tal-input jinkludu:

(a)

kriterji li jiddefinixxu min jista’ jikkontribwixxi dejta tal-input lill-amministratur u proċess għall-għażla tal-kontributuri;

(b)

proċess għall-evalwazzjoni tad-dejta tal-input tal-kontributur u biex il-kontributur ikun jista’ jitwaqqaf milli jipprovdi aktar dejta tal-input jew japplika sanzjonijiet oħra għal nuqqas ta’ konformità kontra l-kontributur, fejn xieraq; u

(c)

proċess għall-validazzjoni tad-dejta tal-input inkluż permezz ta’ indikaturi jew dejta oħra, sabiex tiġi żgurata l-integrità u l-preċiżjoni tagħha. Meta parametru referenzjarju jissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 14a, dan ir-rekwiżit għandu japplika biss meta l-konformità tkun possibbli fil-limiti ta’ dak li huwa raġonevoli.

3a.     Meta d-dejta tal-input ta’ parametru referenzjarju tkun ikkontribwita minn funzjoni ta’ uffiċċju tan-negozjar, jiġifieri kwalunkwe dipartiment, diviżjoni, grupp, jew persunal ta’ kontributuri jew kwalunkwe wieħed mill-affiljati tiegħu li jwettaq kwalunkwe attività ta’ pprezzar, negozju, bejgħ, kummerċjalizzazzjoni, reklamar, solleċitazzjoni, strutturar, jew attivitajiet ta’ senserija, l-amministratur għandu:

(a)

jikseb dejta minn sorsi oħra li tikkorrobora dik id-dejta tal-input;

(b)

jiżgura li l-kontributuri għandhom proċeduri ta’ sorveljanza u verifika interni adegwati li jippermettu:

(i)

il-validazzjoni tad-dejta tal-input ikkontribwita, inklużi proċeduri għal reviżjonijiet multipli minn persunal anzjan sabiex jiġu kkontrollati l-inputs u l-proċeduri ta’ approvazzjoni mill-maniġment għas-sottomissjoni tal-inputs;

(ii)

is-separazzjoni fiżika tal-impjegati fil-funzjoni ta’ uffiċċju tan-negozjar u linji ta’ rapportar;

(iii)

kunsiderazzjoni sħiħa ta’ miżuri ta’ ġestjoni ta’ kunflitti sabiex jiġu identifikati, żvelati, immaniġġati, mitigati u evitati inċentivi eżistenti jew potenzjali biex jiġu manipulati jew inkella influwenzati inputs tad-dejta, inkluż permezz tal-politiki ta’ remunerazzjoni u kunflitti ta’ interess bejn il-kontribuzzjoni ta’ attivitajiet tad-dejta tal-input u kwalunkwe negozju ieħor tal-kontributur, l-affiljati tiegħu, jew il-klijenti rispettivi tiegħu.

Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw għal parametri referenzjarji li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14a biss meta l-konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet tkun ija possibbli b’mod raġonevoli.

3b.     Kwalunkwe bidla mhux materjali ta’ parametru referenzjarju fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet koperti b’dan l-Artikolu ma għandhiex titqies bħala ksur ta’ kwalunkwe kuntratt finanzjarju jew strument finanzjarju li jirreferenzja dak il-parametru referenzjarju. Fil-każ ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika, l-awtorità kompetenti rilevanti għandu jkollha s-setgħa li tqis bidla bħala waħda materjali.

3c.     L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar il-proċeduri ta’ sorveljanza u verifika interni ta’ kontributur li l-amministratur jista’ jfittex, b’konformità mal-paragrafi 2a u 3a, sabiex jiżgura l-integrità u l-preċiżjoni tad-dejta tal-input.

L-ESMA għandha tqis il-prinċipju ta’ proporzjonalità fir-rigward ta’ parametri referenzjarji mhux ta' importanza kritika u tal-komoditajiet; l-ispeċifiċità ta’ tipi differenti ta’ parametri referenzjarji b’mod partikolari dawk il-parametri referenzjarji bbażati fuq kontribuzzjonijiet minn entitajiet li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl- Artikolu 14a; in-natura tad-dejta tal-input, jekk ir-rekwiżiti diġà huma parzjalment jew totalment koperti minn rekwiżiti regolatorji rilevanti oħra, b’mod partikolari iżda mhux biss għar-rekwiżiti skont id-Direttiva 2014/65/UE jew ir-Regolament (UE) Nru 600/2014, sabiex jiġi żgurat li ma jirriżultaw l-ebda dupplikazzjoni ta’ rekwiżiti jew piżijiet mhux meħtieġa għal amministraturi, kif ukoll il-konverġenza internazzjonali tal-prattika superviżorja fir-rigward tal-parametri referenzjarji.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [XXX].

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 7a

Metodoloġija

1.     L-amministratur għandu juża metodoloġija għad-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju li:

(a)

tkun robust u kredibbli;

(b)

jkollha regoli ċari li jidentifikaw kif u meta tista’ tiġi eżerċitata d-diskrezzjoni fid-determinazzjoni ta’ dak il-parametru referenzjarju;

(c)

tkun rigoruża, kontinwa u kapaċi għal validazzjoni, inkluż il-back-testing;

(d)

tkun reżiljenti u tiżgura li l-parametru referenzjarju jista’ jiġi kkalkolat fl-aktar sett wiesa’ ta’ ċirkostanzi possibbli;

(e)

tkun traċċabbli u verifikabbli.

2.     Meta jiżviluppa l-metodoloġija tal-parametru referenzjarju, l-amministratur tal-parametru referenzjarju għandu:

(a)

iqis il-fatturi inklużi d-daqs u l-likwidità normali tas-suq, it-trasparenza tan-negozjar u l-pożizzjonijiet tal-parteċipanti tas-suq, il-konċentrazzjoni tas-suq, id-dinamika tas-suq, u l-adegwatezza ta’ kwalunkwe kampjun li jirrappreżenta r-realtà tas-suq jew ekonomika li l-parametru referenzjarju huwa intenzjonat li jkejjel;

(b)

jiddetermina x’jikkostitwixxi suq attiv għall-finijiet ta’ dak il-parametru referenzjarju; u

(c)

jistabbilixxu l-prijorità mogħtija lil tipi differenti ta’ dejta tal-input.

3.     L-amministratur għandu jkollu fis-seħħ arranġamenti ppubblikati b’mod ċar li jidentifikaw iċ-ċirkostanzi li fihom il-kwantità jew il-kwalità tad-dejta tal-input jaqgħu taħt l-istandards meħtieġa għall-metodoloġija sabiex il-parametru referenzjarju jiġi determinat b’mod preċiż u kredibbli, u li jiddeskrivu jekk u kif il-parametru referenzjarju se jiġi kkalkolat f’dawn iċ-ċirkostanzi.

4.     Kwalunkwe bidla mhux materjali ta’ parametru referenzjarju fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet koperti b’dan l-Artikolu ma għandhiex titqies bħala ksur ta’ kwalunkwe kuntratt finanzjarju jew strument finanzjarju li jirreferenzja dak il-parametru referenzjarju. Fil-każ ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika, l-awtorità kompetenti rilevanti għandu jkollha s-setgħa li tqis bidla bħala waħda materjali.

Artikolu 7b

Trasparenza tal-metodoloġija

1.     L-amministratur għandu jiżviluppa, jopera u jamministra d-dejta u l-metodoloġija tal-parametru referenzjarju b’mod trasparenti.

L-amministratur għandu jippubblika, b’mezzi li jiżguraw aċċess ġust u faċli:

(i)

il-metodoloġija użata għal kull parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji; u

(ii)

il-proċedura għall-konsultazzjoni dwar, u r-raġunament wara, kull bidla materjali proposta fil-metodoloġija tagħha u r-raġunament għal tali bidla, inkluża definizzjoni ta’ x’jikkostitwixxi bidla materjali u meta tkun se tinnotifika lill-utenti bi kwalunkwe bidla.

2.     Meta parametru referenzjarju jissodisfa l-kriterji stipulati fl- Artikolu 14a, l-amministratur ta’ dak il-parametru referenzjarju għandu jiddeskrivi u jippubblika ma’ kull kalkolu, sal-punt raġonevoli mingħajr ma jikkomprometti l-pubblikazzjoni dovuta tal-parametru referenzjarju:

(a)

spjegazzjoni konċiża, biżżejjed biex tiffaċilita l-fehim tal-abbonat jew tal-awtorità kompetenti tal-parametru referenzjarju kif ġie żviluppat il-kalkolu, fosthom, bħala minimu, id-daqs u l-likwidità tas-suq fiżiku li qed jiġi vvalutat (bħall-għadd u l-volum tat-tranżazzjonijiet sottomessi), il-firxa u l-volum medju u l-firxa u l-medja tal-prezz, u l-perċentwali indikattivi ta’ kull tip ta’ dejta tas-suq li tqies fil-kalkolu; termini li jirreferu għall-metodoloġija tal-ipprezzar għandhom jiġu inklużi bħal “ibbażati fuq it-tranżazzjonijiet”, “ibbażati fuq il-firxa” jew “interpolati/estrapolati”; u

(b)

spjegazzjoni qasira tal-grad, u l-bażi sottostanti, ta' kwalunkwe eżerċizzju ta' ġudizzju inkluża kwalunkwe deċiżjoni biex tiġi eskluża dejta tal-input li mill-bqija kkonformat mar-rekwiżiti tal-metodoloġija rilevanti għal dak il-kalkolu; il-prezzijiet ibbażati fuq il-firxiet jew l-interpolazzjoni, l-estrapolazzjoni, jew l-ippeżar ta' offerti ta’ prezz jew offerti ta' akkwist ogħla minn tranżazzjonijiet konklużi fi kwalunkwe kalkolu.

3.     Meta tali pubblikazzjoni ma tkunx kompatibbli mal-liġi dwar il-proprjetà intellettwali applikabbli, il-metodoloġija għandha ssir disponibbli lill-awtorità kompetenti rilevanti.

4.     Meta ssir bidla materjali fil-metodoloġija ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika, l-amministratur għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti bil-bidla. L-awtoritá kompetenti għandu jkollha 30 jum biex tapprova l-bidla.

Artikolu 7c

Standards tekniċi regolatorji dwar id-dejta tal-input u l-metodoloġija

L-ESMA għandha tiżviluppa standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kontrolli fir-rigward tad-dejta tal-input, iċ-ċirkostanzi li skonthom dejta ta' tranżazzjoni tista’ ma tkunx suffiċjenti u kif dan jista’ jintwera lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti u r-rekwiżiti għall-iżvilupp ta’ metodoloġiji, filwaqt illi ssir distinzjoni għat-tipi differenti ta’ parametri referenzjarji u setturi kif stabbilit f’dan ir-Regolament. L-ESMA għandha tqis dan li ġej:

(a)

l-iżviluppi fil-parametri referenzjarji u s-swieq finanzjarji fid-dawl tal-konverġenza internazzjonali tal-prattika superviżorja fir-rigward tal-parametri referenzjarji;

(b)

il-karatteristiċi speċifiċi ta' parametri referenzjarji u tipi ta' parametri referenzjarji differenti;

(c)

il-prinċipju tal-proporzjonalità fir-rigward tal-parametri referenzjarji mhux ta’ importanza kritika;

(d)

il-vulnerabbiltà tal-parametri referenzjarji għall-manipulazzjoni fid-dawl tal-metodoloġiji u d-dejta tal-input użati;

(e)

li għandu jkun disponibbli għall-utenti dettall suffiċjenti biex ikunu jistgħu jifhmu kif parametru referenzjarju huwa pprovdut sabiex jivvalutaw ir-rilevanza u l-adegwatezza tiegħu bħala referenza.

(f)

jekk ir-rekwiżiti humiex diġà koperti parzjalment jew totalment b'rekwiżiti regolatorji rilevanti oħrajn, b'mod partikolari fir-rigward ta' parametri regerenzjarji bbażati fuq dejta regolata, u b'mod partikolari iżda mhux biss fir-rigward tar-rekwiżiti skont id-Direttiva 2014/65/UE jew ir-Regolament (UE) Nru 600/2014, sabiex jiġi żgurat li ma jirriżultaw l-ebda duplikazzjoni ta' rekwiżiti jew piż bla bżonn għall-amministraturi.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa […].

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 8

Rappurtar ta' ksur

1.   L-amministratur għandu jkollu fis-seħħ proċeduri għall-maniġers u l-impjegati tiegħu u kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tiegħu jew taħt il-kontroll tiegħu, biex jirrapportaw internament il-ksur ta’ dan ir-Regolament u ta' liġijiet applikabbli rilevanti oħrajn .

2.   L-amministratur għandhu jkollu proċeduri fis-seħħ proċeduri biex jirrapporta ksur ta’ dan ir-Regolament u ta' liġijiet applikabbli rilevanti oħrajn lill-awtoritajiet xierqa .

Kapitolu 3

Kodiċi ta' kondotta u rekwiżiti għall-kontributuri

Artikolu 9

Kodiċi ta' kondotta

1.    Meta parametru referenzjarju jkun ibbażat fuq dejta tal-input mill-kontributuri, l-amministratur għandu jfassal, fejn ikun possibbli b'kollaborazzjoni mal-kontributuri, kodiċi ta’ kondotta għal kull parametru referenzjarju li jispeċifika r-responsabbiltajiet tal-kontributuri fir-rigward tal-kontribuzzjoni tad-dejta tal-input u għandu jiżgura li s-sottomittenti jikkonfermaw il-konformità tagħhom mal-kodiċi ta’ kondotta u jikkonfermaw mill-ġdid il-konformitá fil-każ ta’ kwalunkwe tibdil li ssirlu .

2.   Il-kodiċi ta’ kondotta għandu jinkludi tal-anqas l-elementi li ġejjin:

( a)

deskrizzjoni ċara tad-dejta tal-input li trid tiġi pprovduta u r-rekwiżiti meħtieġa biex jiġi żgurat li d-dejta tal-input tiġi pprovduta skont l-Artikoli 7 u 8;

(b)

politiki biex jiġi żgurat li l-kontributuri jipprovdu d-dejta tal-input rilevanti kollha; u

(c)

is-sistemi u l-kontrolli li l-kontributur hu meħtieġ jistabbilixxi, inklużi:

(i)

proċeduri għas-sottomissjoni tad-dejta tal-input, inklużi r-rekwiżiti biex il-kontributur jispeċifika jekk id-dejta tal-input hijiex dejta tat-tranżazzjoni u jekk id-dejta tal-input tikkonformax mar-rekwiżiti tal-amministratur;

(ii)

politiki dwar l-użu tad-diskrezzjoni fil-forniment tad-dejta tal-input;

(iii)

kwalunkwe rekwiżit għall-validazzjoni tad-dejta tal-input qabel ma tiġi provduta lill-amministratur;

(iv)

politiki taż-żamma ta' rekords;

(v)

rekwiżiti ta’ rappurtar ta' dejta tal-input suspettuża;

(vi)

rekwiżiti tal-immaniġġar tal-kunflitti

2a.     L-amministratur għandu jiżviluppa kodiċi ta’ kondotta unika għal kull familja ta’ parametri referenzjarji li jipprovdi.

2b.     Fi żmien 20 ġurnata mid-data tal-applikazzjoni tad-deċiżjoni li jiġi inkluż parametru referenzjarju ta’ importanza kritika fil-lista msemmija fl-Artikolu 13(1), l-amministratur ta’ dak il-parametru referenzjarju ta’ importanza kritika għandu jinnotifika l-kodiċi ta’ kondotta lill-awtorità kompetenti rilevanti. L-awtorità kompetenti rilevanti għandha tivverifika fi żmien 30 ġurnata jekk il-kontenut tal-kodiċi ta’ kondotta jikkonformax ma’ dan ir-Regolament.

3.    L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar l-elementi tal-kodiċi ta' kondotta msemmi fil-paragrafu 2 għal tipi differenti ta' parametri referenzjarji u biex jitqiesu l-iżviluppi fil-parametri referenzjarji u s-swieq finanzjarji.

L-ESMA, filwaqt li tiżviluppa dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, għandha tqis il-prinċipju tal-proporzjonalitá fir-rigward tal-karatteristiċi differenti tal-parametri referenzjarji u tal-kontributuri, b’mod partikolari f’termini ta’ differenzi fid-dejta tal-input u l-metodoloġiji, ir-riskji li d-dejta tal-input tiġi mmanipulata, u l-konverġenza internazzjonali tal-prattiki superviżorji fir-rigward tal-parametri referenzjarji. L-ESMA għandha tikkonsulta mal-ACER, fir-rigward tal-applikabilità tal-kodiċijiet ta’ kondotta b’mod partikolari fir-rigward ta’ parametri referenzjarji rilevanti.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [XXX].

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel paragrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/20100.

Artikolu 11

Rekwiżiti għal kontributuri taħt superviżjoni

1.   Ir-rekwiżiti ta’ governanza u ta’ kontroll stabbiliti fil-paragrafi 2a u 2b għandhom japplikaw għal kontributur taħt superviżjoni li jikkontribwixxi d-dejta tal-input lil parametru referenzjarju ta’ importanza kritika.

2.   Kontributur taħt superviżjoni għandu jkollu fis-seħħ sistemi u kontrolli effettivi sabiex jiżgura l-integrità u l-kredibbiltà tal-kontribuzzjonijiet kollha tad-dejta tal-input lill-amministratur, inklużi:

(a)

kontrolli li jirrigwardaw min jista’ jissottometti dejta tal-input lil amministratur inkluż, fejn proporzjonat, proċess ta’ ffirmar minn persuna fiżika superjuri għas-sottomittenti;

(b)

taħriġ xieraq għas-sottomittenti, li jkopri tal-anqas dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru 596/2014;

(c)

miżuri tal-immaniġġar tal-kunflitt, inkluża separazzjoni organizzazzjonali tal-impjegati fejn xieraq u kunsiderazzjoni ta’ kif jitneħħew inċentivi li jimmanipulaw kwalunkwe parametru referenzjarju maħluq mill-politiki ta’ remunerazzjoni;

(d)

iż-żamma tar-rekkords tal-komunikazzjonijiet fir-rigward tal-forniment tad-dejta tal-input għal perjodu xieraq ta’ żmien;

(e)

iż-żamma tar-rekords tal-esponimenti ta’ kummerċjanti individwali u postijiet ta' kummerċ għal strumenti li jirreferenzjaw parametru referenzjarju sabiex jiġu faċilitati l-awditi, l-investigazzjonijiet u għall-finijiet tal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess;

(f)

iż-żamma tar-rekords ta' awditi interni u esterni.

2a.     Meta d-dejta tal-input ma tkunx dejta tat-tranżazzjonijiet jew kwoti impenjati, il-kontributuri taħt superviżjoni għandhom, flimkien mas-sistemi u l-kontrolli msemmija fil-paragrafu 2, jistabbilixxu politiki li jiggwidaw kwalunkwe ġudizzju jew eżerċizzju tad-diskrezzjoni u jżommu rekords tar-raġunament wara kwalunkwe ġudizzju jew diskrezzjoni bħal din, fejn proporzjonat, filwaqt illi titqies in-natura tal-parametru referenzjarju u d-dejta tal-input.

3.   Il-kontributur taħt superviżjoni għandu jikkoopera bis-sħiħ mal-amministratur u l-awtorità kompetenti rilevanti fl-awditjar u s-superviżjoni tal-forniment ta' parametru referenzjarju , inkluż għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 5c(3), u jpoġġi għad-dispożizzjoni l-informazzjoni u r-rekords miżmuma skont il-paragrafi 2 u 2a .

4.    L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jkomplu jispeċifikaw ir-rekwiżiti li jikkonċernaw is-sistemi u l-kontrolli stabbiliti fil-paragrafi 2, 2a u 3 għal tipi differenti ta’ parametri referenzjarji.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [XXX].

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

TITOLU III

REKWIŻITI GĦAL PARAMETRI REFERENZJARJI TA' IMPORTANZA KRITIKA

Kapitolu 1

Dejta regolata

Artikolu 12a

Dejta regolata

Meta parametri referenzjati jiġu determinati bl-applikazzjoni ta’ formula għad-dejta stipulata fil-punt 11(i) jew il-punt 11(ii) tal-Artikolu 3(1), l-Artikoli 7(1)(b), 7(1)(ba), 7(1)(c), 7(2a), 7(3a), 8(1), 8(2), 9, 11 u 13a m’għandhomx japplikaw għall-forniment u l-kontribuzzjoni ta’ tali parametri referenzjarji. L-Artikolu 5d(1)(a) m’għandux japplika għall-forniment ta’ tali parametri referenzjarji b’referenza għad-dejta tal-input li hija kkontribwita għal kollox kif speċifikat fl-Artikolu 3(1). Dawn ir-rekwiżiti m’għandhomx japplikaw ukoll għall-finijiet tal-Artikolu 5c(3).

Kapitolu 2

Parametri referenzjarji ta’ importanza kritika

Artikolu 13

Parametri referenzjarji ta’ importanza kritika

1.    Parametru referenzjarju li mhux ibbażat fuq dejta regolata għandu jitqies li jkun parametru referenzjarju ta’ importanza kritika fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

il-parametru referenzjarju jintuża bħala referenza għal strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji li għandhom valur medju ta’ mil-anqas EUR 500 000 000 000, kif imkejjel fuq perjodu ta’ żmien xieraq;

(b)

il-parametru referenzjarju huwa rikonoxxut bħala ta’ importanza kritika skont il-proċedura stipulata fil-paragrafi 2a, 2c u 2e-2 g.

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex:

tispeċifika kif il-valur tas-suq ta’ strumenti finanzjarji huwa kkalkulat;

tispeċifika kif il-valur gross nozzjonali ta’ derivattivi huwa kkalkulat;

tispeċifika t-tul ta’ żmien li jrid jintuża biex jitkejjel kif xieraq il-valur tal-parametru referenzjarju;

terġa' teżamina l-livell limitu ta’ EUR 5 000 000 000 000, tal-anqas kull [tliet] snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [XXX].

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2a.     Awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tqis parametru referenzjarju amministrat fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħha bħala ta’ importanza kritika meta jkollu valur nozzjonali medju li jammonta għal inqas mill-ammont stabbilit fil-punt (1) tal-ewwel subparagrafu jekk tikkunsidra li l-waqfien ta’ dak il-parametru referenzjarju jkollu impatt negattiv sinifikanti fuq l-integrità tas-swieq, l-istabbiltà finanzjarja, il-konsumaturi, l-ekonomija reali, jew il-finanzjament ta’ unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħha. F’każ bħal dan, għandha tinnotifika lill-ESMA bid-deċiżjoni tagħha fi żmien ħamest ijiem.

2b.     Fi żmien għaxart ijiem wara l-irċevuta tan-notifika prevista fil-paragrafu 2a ta' dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tippubblika n-notifika fuq il-websajt tagħha u taġġorna r-reġistru msemmi fl-Artikolu 25a.

2c.     Meta awtorità kompetenti nazzjonali tikkunsidra li deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 2a minn awtorità kompetenti oħra fl-Unjoni jkollha impatt negattiv sinifikanti fuq l-istabbiltà finanzjarja tas-suq, l-ekonomija reali, jew kontributuri taħt superviżjoni għall-parametru referenzjarju rilevanti fil-ġurisdizzjoni tagħha, hi għandha toħroġ talba lil dik l-awtorità kompetenti nazzjonali biex terġa’ tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha. L-awtorità kompetenti li ħadet id-deċiżjoni skont il-paragrafu 2a għandha tinforma lill-awtorità kompetenti li tkun ressqet it-talba bit-tweġiba tagħha fi żmien 30 jum minn meta tirċievi t-talba.

2d.     Fin-nuqqas ta’ ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-awtorità kompetenti li tkun ressqet it-talba tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-ESMA. Fi żmien 60 jum minn meta tirċievi talba ta’ riferiment bħal din, l-ESMA għandha taġixxi b’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2e.     Meta awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew l-ESMA tikkunsidra li parametru referenzjarju amministrat fi Stat Membru ieħor b’valur nozzjonali medju li jammonta għal inqas mill-ammont stabbilit fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu madankollu jitqies bħala ta’ importanza kritika, minħabba li l-waqfien ta’ dak il-parametru referenzjarju jkollu impatt ħażin sinifikanti fuq l-integrità tas-swieq, l-istabbiltà finanzjarja, il-konsumaturi, l-ekonomija reali, jew il-finanzjament ta’ unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet fi ħdan il-ġurisdizzjonijiet tagħha, għandha toħroġ talba lill-awtorità kompetenti nazzjonali tal-amministratur tal-parametru referenzjarju rilevanti biex jikkategorizza l-parametru referenzjarju bħala ta’ importanza kritika. L-awtorità kompetenti tal-amministratur tal-parametru referenzjarju rilevanti għandha tinforma lill-awtorità kompetenti li tkun ressqet it-talba bit-tweġiba tagħha fi żmien 30 jum minn meta tirċievi t-talba.

2f.     Wara l-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2e, u fin-nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-awtorità kompetenti li tkun ressqet it-talba tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-ESMA. Għandha tittrażmetti valutazzjoni dokumentata tal-impatt tal-waqfien tal-parametru referenzjarju fil-ġurisdizzjoni tagħha, li għandha tinkludi tal-anqas dan li ġej:

(a)

il-varjetà tal-użu f’termini ta’ parteċipanti fis-suq, kif ukoll fis-swieq tal-bejgħ bl-imnut;

(b)

id-disponibbiltà ta’ sostitut fattibbli mmexxi mis-suq għall-parametru referenzjarju;

(c)

il-valur ta’ strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji li jirreferenzjaw il-parametru referenzjarju fi ħdan l-Istat Membru u r-rilevanza tiegħu f’termini tal-prodott nazzjonali gross tal-Istat Membru;

(d)

il-konċentrazzjoni fl-użu u, fejn applikabbli, tal-kontribut lill-parametru referenzjarju fost l-Istati Membri;

(e)

kwalunkwe indikatur ieħor li jivvaluta l-impatt potenzjali tad-diskontinwità jew in-nuqqas ta’ kredibbiltà tal-parametru referenzjarju fuq l-integrità tas-swieq, l-istabbiltà finanzjarja, jew il-finanzjament tal-unitajiet domestiċi u l-korporazzjonijiet tal-Istat Membru.

Meta l-ESMA tkun l-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba, hija għandha teżamina mill-ġdid t-talba tagħha u toħroġ opinjoni vinkolanti.

2 g.     Fi żmien [10] ġimgħat minn meta tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 2d, u wara konsultazzjoni mal-BERS u awtoritajiet kompetenti nazzjonali rilevanti oħra, l-ESMA għandha toħroġ opinjoni vinkolanti dwar il-kritikalità tal-parametru referenzjarju. L-ESMA għandha tittrażmetti l-opinjoni tagħha lill-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-amministratur, flimkien mar-riżultati tal-konsultazzjonijiet. L-ESMA għandha tibbaża l-opinjoni tagħha fuq il-kriterji elenkati fil-paragrafu 2f u kriterji rilevanti oħra.

2h.     Ladarba parametru referenzjarju jiġi definit bħala ta’ importanza kritika, il-kulleġġ tal-awtoritajiet kompetenti għandu jiġi ffurmat skont l-Artikolu 34.

F’dan ir-rigward, il-kulleġġ tal-awtoritajiet kompetenti għandu jitlob l-informazzjoni meħtieġa sabiex jagħti l-awtorizzazzjoni li tippermetti li jiġi fornut dan il-parametru referenzjarju skont il-kundizzjonijiet addizzjonali li jeżiġi dan ir-Regolament minħabba n-natura ta’ importanza kritika tiegħu, hekk kif provdut fl-Artikolu 23.

2i.

Il-kulleġġ tal-awtoritajiet kompetenti għandu jirrevedi, mill-inqas kull sentejn, il-parametri referenzjarji li preċedentement kienu ġew ikklassifikati bħala ta' importanza kritika.

2j.

L-Istati Membri jistgħu, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jimponu rekwiżiti addizzjonali fuq kwalunkwe amministratur ta' parametru referenzjarju fir-rigward tal-kwistjonijiet koperti b'dan l-Artikolu.

Artikolu 13a

Amministrazzjoni obbligatorja ta' parametru referenzjarju ta’ importanza kritika

1.     Jekk amministratur ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika jkollu l-ħsieb li jieqaf milli jipproduċi l-parametru referenzjarju tiegħu, huwa għandu:

(a)

jinnotifika immedjatament lill-awtorità kompetenti tiegħu; u

(b)

fi żmien erba’ ġimgħat minn din in-notifika jippreżenta valutazzjoni ta’ kif il-parametru referenzjarju għandu jiġi mgħoddi lil amministratur ġdid; jew

(c)

fi żmien erba’ ġimgħat minn din in-notifika jippreżenta valutazzjoni ta’ kif il-parametru referenzjarju għandu jieqaf milli jiġi prodott, billi jikkunsidra l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(1).

Waqt dak il-perjodu ta’ żmien, l-amministratur m’għandux iwaqqaf il-produzzjoni tal-parametru referenzjarju.

2.     Mal-wasla tal-valutazzjoni tal-amministratur imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha, fi żmien 4 ġimgħat:

(a)

tgħarraf lill-ESMA; u

(b)

tagħmel il-valutazzjoni tagħha stess ta’ kif il-parametru referenzjarju għandu jiġi mgħoddi lil amministratur ġdid jew jieqaf milli jiġi prodott, billi tiġi kkunsidrata l-proċedura tal-amministratur għall-waqfien tal-parametru referenzjarju tiegħu stabbilit skont l-Artikolu 17(1).

Waqt dak il-perjodu ta’ żmien, l-amministratur m’għandux iwaqqaf il-produzzjoni tal-parametru referenzjarju.

3.     Wara t-tlestija tal-valutazzjoni skont il-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandu jkollha s-setgħa li tobbliga lill-amministratur ikompli jippubblika l-parametru referenzjarju sa dak iż-żmien:

(a)

il-forniment tal-parametru referenzjarju jkun ġie ttrasferit lil amministratur ġdid; jew

(b)

il-parametru referenzjarju jkun jista’ jitwaqqaf b’mod ordnat; jew

(c)

il-parametru referenzjarju ma jkunx għadu ta’ importanza kritika.

L-awtorità kompetenti tista’ tobbliga lill-amministratur ikompli jippubblika l-parametru referenzjarju għal perjodu limitat ta’ żmien li ma jaqbiżx is-sitt xhur, li l-awtorità kompetenti tista’ testendi, meta jkun meħtieġ, għal mhux aktar minn sitt xhur oħra.

Artikolu 13b

Mitigazzjoni tas-setgħa tas-suq tal-amministraturi tal-parametri referenzjarji ta’ importanza kritika

1.     L-amministratur, meta jikkontrolla l-forniment tal-parametru referenzjarju ta’ importanza kritika, għandu jikkunsidra b’mod xieraq il-prinċipji tal-integrità tas-suq u l-kontinwità tal-parametru referenzjarju inkluża l-ħtieġa ta' ċertezza legali għal kuntratti li jirreferu għall-parametru referenzjarju.

2.     Meta jipprovdi parametru referenzjarju ta’ importanza kritika għall-użu f’kuntratt finanzjarju jew strument finanzjarju, l-amministratur għandu jiżgura li l-liċenzji ta’, u l-informazzjoni dwar, il-parametru referenzjarju jiġu pprovduti lill-utenti kollha fuq bażi ġusta, raġonevoli u nondiskriminatorja, kif deskritt fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

Artikolu 14

Kontribuzzjoni obbligatorja għal parametru referenzjarju ta’ importanza kritika

1.    L-amministratur ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika wieħed jew aktar abbażi ta’ sottomissjonijiet minn kontributuri li fil-maġġoranza tagħhom huma entitajiet taħt superviżjoni għandu kull sentejn jissottometti lill-awtorità kompetenti tiegħu valutazzjoni tal-kapaċità ta’ kull parametru referenzjarju ta’ importanza kritika li jipprovdi biex ikejjel ir-realtà sottostanti tas-suq jew ekonomika.

2.    Jekk kontributur ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika taħt superviżjoni wieħed jew aktar ikunu biħsiebhom jieqfu jikkontribwixxu dejta tal-input għal dak il-parametru referenzjarju ta’ importanza kritika, huma għandhom jinnotifikaw minnufih bil-miktub lill-amministratur tal-parametru referenzjarju ta’ importanza kritika u lill-awtorità kompetenti rilevanti. Fi żmien 14-il jum mill-wasla ta’ tali notifika, l-amministratur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti u jipprovdi valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-waqfien fuq il-kapaċità tal-parametru referenzjarju li jkejjel ir-realtà sottostanti tas-suq jew ekonomika. L-amministratur għandu jgħarraf ukoll lill-kontributuri għall-parametru referenzjarju taħt superviżjoni li jifdal bl-avviż biex iwaqqfu l-kontribuzzjonijiet u jfittxu jiddeterminaw jekk oħrajn għandhomx il-ħsieb jieqfu milli jikkontribwixxu.

L-awtorità kompetenti għandha tinforma minnufih lill-kulleġġ ta’ awtoritajiet kompetenti u għandha tlesti l-evalwazzjoni tagħha tal-implikazzjonijiet tal-waqfien f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. L-awtorità kompetenti għandu jkollha s-setgħa li tirrikjedi li l-kontributuri li jkunu għamlu n-notifika bl-intenzjoni li jieqfu jikkontribwixxu d-dejta tal-input għal parametru referenzjarju ta' omportanza kritika jkomplu jikkontribwixxu din id-dejta tal-input sakemm l-awtorità kompetenti tkun lestiet il-valutazzjoni tagħha.

3.    Fil-każ li l-awtorità kompetenti tikkunsidra li r-rappreżentanza ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika jkun qed jitqiegħed f’riskju, hi għandu jkollha s-setgħa li:

(a)

tirrikjedi li entitajiet taħt superviżjoni skont il-paragrafu 4, inklużi entitajiet li mhumiex diġà kontributuri għall-parametru referenzjarju ta’ importanza kritika, jikkontribwixxu d-dejta tal-input lill-amministratur skont il-metodoloġija, il-kodiċi ta’ kondotta jew regoli oħra. Tali rekwiżit għandu jkun fis-seħħ għal perjodu tranżitorju xieraq skont it-tul medju ta’ kuntratt li jirreferenzja l-parametru referenzjarju rilevanti, iżda mhux aktar minn 12-il xahar mid-data meta tkun ittieħdet id-deċiżjoni inizjali biex il-kontribuzzjoni ssir obbligatorja;

(b)

wara reviżjoni kif stabbiliti fil-paragrafu 5b tal-perjodu tranżitorju msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, li testendi l-perjodu ta’ kontribuzzjoni obbligatorja b’perjodu ta’ żmien li ma jaqbiżx it-12-il xahar;

(c)

tiddetermina ż-żmien sa meta għandha tiġi kkontribwita d-dejta tal-input, mingħajr ma tobbliga lill-entitajiet taħt superviżjoni li jinnegozjaw jew jikkommettu ruħhom għan-negozju;

(d)

titlob li l-amministratur jagħmel bidliet fil-kodiċi tal-kondotta, il-metodoloġija jew regoli oħra tal-parametru referenzjarju ta’ importanza kritika biex tiżdied ir-rappreżentanza u r-robustezza tal-parametru referenzjarju, wara diskussjoni mal-amministratur;

(e)

titlob li l-amministratur jipprovdi u jagħmel disponibbli għall-utenti tal-parametru referenzjarju r-rapport bil-miktub dwar miżuri li l-amministratur ikollu l-ħsieb li jadotta, biex iżid ir-rappreżentanza u r-robustezza tal-parametru referenzjarju.

4.    L-entitajiet taħt superviżjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 għandhom jiġu determinati mill-awtorità kompetenti tal-amministratur , bl-għajnuna tal-awtorità kompetenti tal-entitajiet taħt superviżjoni, abbażi tad-daqs tal-parteċipazzjoni tal-entità taħt superviżjoni fis-suq li dak l-parametru referenzjarju jkun maħsub li jkejjel, kif ukoll il-kompetenza u l-kapaċità tal-kontributur li jforni dejta tal-input tal-kwalità meħtieġa. Għandha tiġi kkunsidrata kif xieraq l-eżistenza ta’ parametri referenzjarji alternattivi xierqa li taħthom jistgħu jiġu ttrasferiti l-kuntratti finanzjarji u l-istrumenti finanzjarji li jirreferenzjaw il-parametru referenzjarju ta’ importanza kritika.

5.    Meta parametru referenzjarju jitqies ta’ importanza kritika skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2a sa 2d tal-Artikolu 13, l-awtorità kompetenti tal-amministratur għandu jkollha s-setgħa li tirrikjedi l-kontribut tad-dejta tal-input b’konformità mal-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu minn kontributuri taħt superviżjoni li jinstabu fl-Istat Membru tagħha biss.

5a.     L-awtorità kompetenti ta’ entità taħt superviżjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tgħin lill-awtorità kompetenti tal-amministratur fl-infurzar tal-miżuri skont il-paragrafu 3.

5b     . Sa tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tal-amministratur b’koperazzjoni mal-kulleġġ ta’ awtoritajiet kompetenti għandha tirrevedi l-kontinwità tal-ħtieġa tal-miżuri stipulati fil-punt (a) tal-paragrafu 3 u tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha f’rapport bil-miktub. L-awtorità kompetenti tal-amministratur għandha tirrevoka l-miżuri jekk hi jidhrilha:

(a)

li l-parametru referenzjarju jista’ jibqa’ ladarba l-kontributuri li obbligati jikkontribwixxu dejta tal-input ikunu waqfu milli jikkontribwixxu;

(b)

li l-kontributuri x’aktarx ikomplu jikkontribwixxu dejta tal-input għal mill-inqas sena jekk is-setgħa tiġi revokata;

(c)

wara konsultazzjoni mal-kontributuri u l-utenti, li parametru referenzjarju sostitut aċċettabbli huwa disponibbli u l-utenti tal-parametru referenzjarju ta’ importanza kritika jkunu jistgħu jaqilbu għal dak is-sostitut bi spejjeż aċċettabbli; Tali bidla ma għandhiex titqies li tikkostitwixxi ksur ta’ kuntratt eżistenti; jew

(d)

li l-ebda kontributur alternattiv xieraq ma jkun jista’ jiġi identifikat u l-waqfien tal-kontribuzzjonijiet min-naħa tal-entitajiet rilevanti taħt superviżjoni jista’ jdgħajjef il-parametru referenzjarju b’mod suffiċjenti biex ikun meħtieġ l-istralċ tal-parametru referenzjarju.

Fil-każ tal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, l-entitajiet taħt superviżjoni li beħsiebhom jieqfu jikkontribwixxu għandhom jagħmlu dan fl-istess data li għandha tiġi determinata mill-awtorità kompetenti tal-amministratur, u li ma taqbiżx il-perjodi stabbiliti fil-punt (b) tal-paragrafu 3.

5c.     Fil-każ li parametru referenzjarju ta’ importanza kritika ikun irid jiġi stralċjat, kull kontributur għall-parametru referenzjarju ta’ importanza kritika taħt superviżjoni għandu jkompli jikkontribwixxi dejta tal-input għal perjodu ta’ żmien xieraq determinat mill-awtorità kompetenti, iżda li ma jaqbiżx il-perjodi stabbiliti fil-punt (b) tal-paragrafu 3. Kwalunkwe tibdil jew qlib għal parametru referenzjarju ieħor m’għandux jitqies li jikkostitwixxi ksur ta’ kuntratt eżistenti.

5d.     L-amministratur għandu, malli jkun prattikament possibbli, jinnotifika lill-awtorità kompetenti rilevanti fil-każ li kontributur jikser ir-rekwiżiti tal-paragrafu 2.

Artikolu 14a

Parametri referenzjarji tal-komoditajiet ibbażati fuq kontribuzzjonijiet minn entitajiet mhux taħt superviżjoni

Meta parametru referenzjarju tal-komoditajiet ikun ibbażat fuq sottomissjonijiet minn kontributuri li l-maġġoranza tagħhom ma jkunux entitajiet taħt superviżjoni li l-kummerċ ewlieni tagħhom ikun il-forniment ta’ servizzi ta’ investiment fit-tifsira tad-Direttiva 2014/65/UE jew attivitajiet bankarji skont id-Direttiva 2013/36/UE, l-Artikoli 5a, 5b, 5c(1), 5c(2), 5d(2), 7(1)(ba), 7(1)(bc) u 9 ma għandhomx japplikaw.

TITOLU IV

TRANSPARENZA U PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR

Artikolu 15

Dikjarazzjoni ta’ parametru referenzjarju

1.    Fi żmien ġimagħtejn mill-inklużjoni fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 25a, amministratur għandu jippubblika dikjarazzjoni ta’ parametru referenzjarju għal kull parametru referenzjarju jew, fejn applikabbli, għal kull familja ta’ parametri referenzjarji prodotti u ppubblikati sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni, jew sabiex jiġu approvati skont l-Artikolu 21b, jew rikonoxxuti skont l-Artikolu 21a. L-amministratur għandu jaġġorna d-dikjarazzjoni tal-parametru referenzjarju għal kull parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji mill-inqas kull sentejn. Id-dikjarazzjoni għandha :

(a)

b’mod ċar u bla ambigwità tiddefenixxi s-suq jew r-realtà ekonomika mkejla mill-parametru referenzjarju u f’liema ċirkostanzi dan il-kejl jista’ jsir mhux kredibbli;

(c)

▌b’mod ċar u mhux ambigwu tidentifika dawk l-elementi tal-parametru referenzjarju fejn tista’ tiġi eżerċitata diskrezzjoni u l-kriterji applikabbli għall-eżerċizzju ta' din id-diskrezzjoni▌;

(d)

tipprovdi notifika tal-possibbiltà li fatturi, inklużi fatturi esterni lil hinn mill-kontroll tal-amministratur, jistgħu jirrikjedu bidliet fil-parametru referenzjarju, jew il-waqfien tiegħu; u

(e)

tagħti parir li kwalunkwe kuntratt finanzjarju jew strument finanzjarju ieħor li huwa referenzajt mal-parametru referenzjarju għandu jkun kapaċi jiflaħ, jew inkella jindirizza l-possibbiltà ta’ bidliet fil-parametru referenzjarju, jew il-waqfien tiegħu.

2.    Id-dikjarazzjoni tal-parametru referenzjarju għandha tinkludi tal-anqas:

(a)

id-definizzjonijiet tat-termini ewlenin kollha marbuta mal-parametru referenzjarju;

(b)

ir-raġunament wara l-adozzjoni tal-metodoloġija tal-parametru referenzjarju u l-proċeduri għar-rieżami u l-approvazzjoni tal-metodoloġija;

(c)

il-kriterji u l-proċeduri użati għad-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju, inkluża deskrizzjoni tad-dejta tal-input, il-prijorità mogħtija għal tipi differenti ta’ dejta tal-input, dejta minima meħtieġa għad-determinazzjoni ta’ parametru referenzjarju, l-użu ta’ kwalunkwe mudell jew metodu ta’ estrapolazzjoni u kwalunkwe proċedura għall-ibbilanċjar mill-ġdid tal-komponenti tal-indiċi tal-parametru referenzjarju;

(d)

il-kontrolli u r-regoli li jirregolaw kwalunkwe eżerċizzju ta’ diskrezzjoni jew ġudizzju mill-amministratur jew minn kwalunkwe kontributur, biex tiġi żgurata l-konsistenza fl-użu ta’ tali diskrezzjoni jew ġudizzju;

(e)

il-proċeduri li jirregolaw id-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju f’perjodu ta’ stress, jew perjodi fejn is-sorsi tad-dejta tat-tranżazzjonijiet tista’ tkun insuffiċjenti, mhux preċiża jew mhux kredibbli u l-limitazzjonijiet potenzjali tal-parametru referenzjarju f’dawn il-perjodi;

(f)

il-proċeduri biex jiġu indirizzati żbalji fid-dejta tal-input, jew id-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju, inkluż meta tkun meħtieġa determinazzjoni mill-ġdid tal-parametru referenzjarju; u

(g)

l-identifikazzjoni ta’ limitazzjonijiet potenzjali ta’ parametru referenzjarju, inkluż l-operat tiegħu fi swieq illikwidi jew frammentati u l-konċentrazzjoni possibbli ta’ inputs.

Artikolu 17

Waqfien ta' parametru referenzjarju

1.   L-amministratur għandu jippubblika , flimkien mad-dikjarazzjoni tal-parametru referenzjarju msemmija fl-Artikolu 15, proċedura dwar x’azzjonijiet għandu jieħu l-amministratur f’każ ta’ bidliet jew waqfien ta’ parametru referenzjarju jew ir-rikonoxximent ta’ parametru referenzjarju skont l-Artikolu 21a jew l-approvazzjoni skont l-Artikolu 21b . Il-proċedura għandha tiġi integrata wkoll fil-kodiċi ta’ kondotta msemmi fl-Artikolu 9(1). Il-proċedura tista’ tiġi abbozzata, fejn applikabbli, għal familji ta’ parametri referenzjarji u għandha tiġi aġġornata u ppubblikata kull meta sseħħ bidla materjali.

2.   Entitajiet taħt superviżjoni li jużaw parametru referenzjarju għandhom jipproduċu u jżommu pjanijiet robusti bil-miktub li jistipulaw l-azzjonijiet li jieħdu f’każ li parametru referenzjarju jinbidel materjalment jew ma jibqax jiġi prodott. Fejn fattibbli u xieraq, tali pjanijiet għandhom jinnominaw parametru referenzjarju alternattiv wieħed jew diversi li jista’ jiġi referenzjat, li jindika għaliex tali parametri referenzjarji jkunu alternattivi xierqa. L-entitajiet taħt superviżjoni għandhom jipprovdu lill-awtorità kompetenti rilevanti b’dawn il-pjanijiet fuq talba u fejn possibbli jirriflettuhom fir-relazzjoni kuntrattwali mal-klijenti .

Artikolu 17a

Adegwatezza ta’ parametru referenzjarju

l-amministratur għandu jiżgura l-preċiżjoni tal-parametru referenzjarju fir-rigward tad-deskrizzjoni tar-realtà tas-suq jew ekonomika li l-parametru referenzjarju biħsiebu jkejjel skont ir-rekwiżiti relatati mad-dikjarazzjoni ta’ parametru referenzjarju stipulati fl-Artikolu 15.

L-ESMA għandha tippubblika linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament li jistabbilixxu d-definizzjoni ta’ adegwatezza f’termini ta’ livelli aċċettabbli ta’ riskju ta’ bażi.

Sa Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport li janalizza l-prattiki eżistenti fir-rigward tal-ġestjoni tar-riskju ta’ bażi f’kuntratti finanzjarji, fir-rigward tal-użu ta’ parametri referenzjarji bħal pereżempju rata tal-imgħax interbankarja u parametru referenzjarju tal-kambju, u tivvaluta jekk it-twettiq tad-dispożizzjonijiet tal-kondotta tan-negozju stabbiliti fid-Direttiva 2008/48/KE u d-Direttiva 2014/17/UE hux biżżejjed biex jittaffew riskju ta' bażi assoċjat ma’ parametri referenzjarji użati f’kuntratti finanzjarji.

TITOLU V

UŻU TA' PARAMETRI REFERENZJARJI FORNUTI MINN AMMINISTRATURI AWTORIZZATI JEW IRREĠSITRATI JEW MINN AMMINISTRATURI MINN PAJJIŻI TERZI

Artikolu 19

Użu ta' parametru referenzjarju

1.    Entità taħt superviżjoni tista' tuża parametru referenzjarju jew kombinazzjoni ta' parametri referenzjarji fl-Unjoni bħala referenza fi strument finanzjarju jew f'kuntratt finanzjarju jekk jiġu forniti minn amministratur awtorizzat jew irreġistrat skont l-Artikolu 23 jew 23a, rispettivament, jew minn amministratur li jinsab f’pajjiż terz skont l-Artikolu 20, 21a jew 21b .

2.     Meta l-oġġett ta’ prospett li jrid jiġi ppubblikat skont id-Direttiva 2003/71/KE jew id-Direttiva 2009/65/KE ikun titoli trasferibbli jew investiment ieħor li jirreferenzja parametru referenzjarju, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob ammissjoni għal kummerċ f’suq regolat għandhom jiżguraw li l-prospett jinkludi wkoll informazzjoni ċara u prominenti li tiddikjara jekk parametru referenzjarju ġiex irreġistrat jew huwiex fornut minn amministratur irreġistrat fir-reġistru pubbliku msemmi fl-Artikolu 25a ta’ dan ir-Regolament.

3.     L-ESMA għandha tirtira, jew iġġib f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-paragrafi 49 sa 62 tal-Linji gwida għal awtoritajiet kompetenti tal-ESMA u kumpaniji ta’ ġestjoni ta’ UCITS, Linji gwida dwar ETFs u kwistjonijiet oħra ta’ UCITS  (29).

Artikolu 20

Ekwivalenza

1.   Parametri referenzjarji fornuti minn amministratur li jinsab f’pajjiż terz jistgħu jintużaw minn entitajiet taħt superviżjoni fl-Unjoni sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin , sakemm ma jkunx japplika l-Artikolu 21a jew l-Artikolu 21b :

(a)

il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni ta’ ekwivalenza skont il-paragrafu 2 jew 2a ;

(b)

l-amministratur ikun awtorizzat jew reġistrat f'dak il-pajjiż terz u jkun soġġett għal superviżjoni fih;

(c)

l-amministratur ikun innotifika lill-ESMA dwar il-kunsens tiegħu li l-parametri referenzjarji attwali jew prospettivi tiegħu jistgħu jintużaw mill-entitajiet taħt superviżjoni fl-Unjoni▌;

(d)

l-amministratur ikun irreġistrat kif dovut skont l-Artikolu  25a ; u

(e)

l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu huma operattivi;

2.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni li tgħid li l-qafas ġuridiku u l-prattika superviżorja ta’ pajjiż terz jiżguraw li:

(a)

amministraturi awtorizzati jew reġistrati f’dak il-pajjiż terz ikunu konformi ma’ rekwiżiti vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, b’mod partikolari meta jitqies jekk il-qafas ġuridiku u l-prattika superviżorja ta’ pajjiż terz jiżgurawx il-konformità mal-prinċipji IOSCO dwar il-parametri referenzjarji finanzjarji ppubblikati fis-17 ta’ Lulju 2013 kif ukoll il-Prinċipji IOSCO għall-Aġenziji tar-Rapportar tal-Prezzijiet taz-Żejt ippubblikati fil-5 ta’ Ottubru 2012 ; u

(b)

rekwiżiti vinkolanti huma soġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa f’dak il-pajjiż terz.

(ba)

jeżisti skambju effettiv ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet tat-taxxa barranin;

m'hemmx nuqqas ta’ trasparenza fid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, ġudizzjarji jew amministrattivi;

hemm rekwiżit għal preżenza lokali sostantiva;

il-pajjiż terz ma jaġixxix bħala ċentru finanzjarju offshore;

il-pajjiż terz ma jipprovdix miżuri tat-taxxa li jinvolvu nuqqas ta’ taxxi jew taxxi nominali jew li ma jingħatawx vantaġġi anke mingħajr ebda attività ekonomika reali u preżenza ekonomika sostanzjali fil-pajjiż terz li joffri dawn il-vantaġġi tax-taxxa;

il-pajjiż terz mhuwiex elenkat bħala Pajjiż u Territorju Nonkooperattiv mill-FATF;

il-pajjiż terz jikkonforma bis-sħiħ mal-istandards stabbiliti fl-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni Mudell Fiskali tal-OECD dwar id-Dħul u l-Kapital u jiżgura skambju effettiv ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ taxxa, inklużi ftehimiet multilaterali dwar it-taxxa.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 38(2).

2a.     Alternattivament, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni li tiddikjara li regoli jew rekwiżiti speċifiċi f’pajjiż terz fir-rigward ta’ amministraturi individwali u speċifiċi jew parametri referenzjarji individwali u speċifiċi jew familji ta’ parametri referenzjarji huma ekwivalenti għal dawk ta’ dan ir-Regolament u li dawk l-amministraturi individwali u speċifiċi jew parametri referenzjarji individwali u speċifiċi jew familji ta’ parametri referenzjarji jistgħu għalhekk jintużaw minn entitajiet taħt superviżjoni fl-Unjoni.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 38(2).

3.   L-ESMA għandha tistabbilixxi arranġamenti ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi li l-oqfsa ġuridiċi u  l-prattiki superviżorji tagħhom ikunu ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti skont il-paragrafu 2 jew 2a . Dawn l-arranġamenti jispeċifikaw tal-inqas:

(a)

il-mekkaniżmi għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi konċernati, fosthom l-aċċess għall-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-amministratur awtorizzat f'dak il-pajjiż terz li tintalab mill-ESMA;

(b)

il-mekkaniżmu għal notifika fil-pront lill-ESMA meta awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz tqis li amministratur awtorizzat f'dak il-pajjiż terz u li tkun qiegħda twettaq superviżjoni tiegħu jkun qed jikser il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tiegħu jew leġiżlazzjoni domestiċi oħra;

(c)

il-proċeduri li jikkonċernaw il-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji▌.

4.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina l-kontenut minimu tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 biex tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA ikunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat superviżorji kollha tagħhom skont dan ir-Regolament:

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [XXX].

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 21

Irtirar ta' reġistrazzjoni ta' amministraturi ta' pajjiżi terzi

2.   L-ESMA għandha tirtira r-reġistrazzjoni ta’ amministratur imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 20(1) meta l-ESMA jkollha raġunijiet tajba, abbażi ta’ evidenza dokumentata, li l-amministratur :

(a)

▌qed jaġixxi b’mod li huwa ta’ preġudizzju b’mod ċar għall-interessi tal-utenti tal-parametri referenzjarji tiegħu jew il-funzjonament ordnat tas-swieq; jew

(b)

▌kiser b’mod serju l-leġiżlazzjoni domestika jew dispożizzjonijiet oħra applikabbli għalih fil-pajjiż terz u li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni b’konformità mal-Artikolu 20(2) jew (2a) .

3.   L-ESMA għandha tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 2 biss jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

L-ESMA tkun irreferiet il-kwistjoni lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz u dik l-awtorità kompetenti ma tkunx ħadet il-miżuri xierqa meħtieġa biex tipproteġi lill-investituri u l-funzjonament tajjeb tas-swieq fl-Unjoni jew tkun naqset milli turi li l-amministratur konċernata kkonforma mar-rekwiżiti applikabbli għalih fil-pajjiż terz;

(b)

L-ESMA tkun infurmat lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz bl-intenzjoni tagħha li tirtira r-reġistrazzjoni tal-amministratur, tal-anqas 30 jum qabel l-irtirar.

4.   L-ESMA għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra dwar kwalunkwe miżura adottata skont il-paragrafu 2 mingħajr dewmien u tippubblika d-deċiżjoni tagħha fis-sit elettroniku tagħha.

Artikolu 21a

Rikonoxximent ta’ amministratur f’pajjiż terz

1.     Sa dak il-mument li tiġi adottata deċiżjoni ta’ ekwivalenza b'konformità mal-Artikolu 20(2), parametri referenzjarji fornuti minn amministratur li jinsab f’pajjiż terz jistgħu jintużaw minn entitajiet taħt superviżjoni fl-Unjoni sakemm l-amministratur jikseb rikonoxximent minn qabel mill-ESMA b’konformità ma’ dan l-Artikolu.

2.     Amministratur li jinsab f’pajjiż terz u li għandu l-intenzjoni li jikseb rikonoxximent minn qabel kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jikkonforma mar-rekwiżiti kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament iżda għandu jkun eżentat mill-Artikoli 11, 13a u 14. Meta amministratur ikun jista’ juri li parametru referenzjarju li jforni huwa bbażat fuq dejta regolata jew huwa parametru referenzjarju ta’ komoditajiet li mhuwiex ibbażat fuq sottomissjonijiet minn kontributuri li mhumiex fil-maġġoranza tagħhom entitajiet taħt superviżjoni meta n-negozju ewlieni tal-grupp ikun il-forniment ta' servizzi ta' investiment fis-sens tad-Direttiva 2014/65/UE jew attivitajiet bankarji skont id-Direttiva 2013/36/UE, l-eżenzjonijiet għal tali parametri referenzjarji, kif previst fl-Artikoli 12a u 14a rispettivament, għandhom japplikaw għall-amministratur.

3.     Amministratur li jinsab f’pajjiż terz li jkollu l-ħsieb li jikseb rikonoxximent minn qabel kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu wkoll ikun jista' jagħmel dan billi jikkonforma b’mod sħiħ mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Prinċipji IOSCO għall-parametri referenzjarji finanzjarji, jew meta l-amministratur jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 14a(1), il-Prinċipji tal-IOSCO għall-aġenziji tar-rappurtar tal-prezzijiet taż-żejt. Tali konformità għandha tiġi riveduta u ċċertifikati minn awditur estern indipendenti mill-inqas kull sentejn, u kull meta ssir bidla materjali fil-parametru referenzjarju, u r-rapporti ta’ verifika għandhom jintbagħtu lill-ESMA u, fuq talba, jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utenti.

4.     Amministratur li jinsab f’pajjiż terz u li għandu l-intenzjoni li jikseb rikonoxximent minn qabel kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollu rappreżentant stabbilit fl-Unjoni. Ir-rappreżentant għandu jkun persuna fiżika li għandha d-domiċilju tagħha fl-Unjoni jew persuna ġuridika bl-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-Unjoni. Ir-rappreżentant għandu jinħatar espressament mill-amministratur li jinsab f’pajjiż terz sabiex jaġixxi f’ismu fir-rigward tal-komunikazzjoni kollha mal-awtoritajiet inklużi l-ESMA u awtoritajiet kompetenti rilevanti u kwalunkwe persuna rilevanti oħra fl-Unjoni fir-rigward tal-obbligi tal-amministratur skont dan ir-Regolament.

5.     Amministratur li jinsab f’pajjiż terz u li għandu l-intenzjoni li jikseb rikonoxximent minn qabel kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu japplika għal rikonoxximent mal-ESMA. L-amministratur applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha, kif stipulat fl-Artikolu 23 jew 23a, meħtieġa biex jissodisfa lill-ESMA li jkun stabbilixxa, fil-mument tar-rikonoxximent, l-arranġamenti kollha meħtieġa biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 u 2a u għandu jindika l-lista tal-parametri referenzjarji attwali jew prospettivi tiegħu li jistgħu jintużaw fl-Unjoni u, meta l-amministratur ikun taħt superviżjoni ta' awtorità ta' pajjiż terz, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tiegħu fil-pajjiż terz.

Fi żmien [90] jum minn meta tirċievi l-applikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA, wara konsultazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti rilevanti, għandha tivverifika li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 jew 2a, 3 u 4 huma sodisfatti. L-ESMA tista’ tiddelega dan il-kompitu lil awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti.

Jekk l-ESMA tikkunsidra li dan mhuwiex il-każ, għandha tirrifjuta t-talba ta’ rikonoxximent u tispjega r-raġunijiet għar-rifjut.

Mingħajr preġudizzju għat-tielet subparagrafu, m’għandu jingħata l-ebda rikonoxximent ħlief jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

meta amministratur li jinsab f’pajjiż terz ikun sorveljat minn awtorità ta’ pajjiż terz, ikun hemm arranġament adatt ta’ kooperazzjoni bejn l-awtorità kompetenti rilevanti, jew l-ESMA u l-awtorità tal-pajjiż terz tal-amministratur sabiex jiġi żgurat tal-anqas skambju effettiv ta’ informazzjoni;

(ii)

l-eżerċizzju effettiv mill-awtorità kompetenti jew l-ESMA tal-funzjonijiet superviżorji tagħha taħt dan ir-Regolament mhuwiex prekluż mil-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-pajjiż terz fejn jinsab l-amministratur.

6.     Meta amministratur li jinsab f’pajjiż terz ikollu l-ħsieb li jikseb rikonoxximent minn qabel permezz ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament kif stabbilit fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u meta l-amministratur iqis li parametru referenzjarju li huwa jforni jista’ jkun intitolat għal eżenzjonijiet fl-Artikolu 12a u 14a, huwa għandu, mingħajr dewmien bla bżonn, jinnotifika lill-ESMA b’dan. Għandu jipprovdi evidenza dokumentata biex jappoġġa d-dikjarazzjoni tiegħu.

7.     Meta amministratur li jinsab f’pajjiż terz jikkunsidra li l-waqfien tal-parametru referenzjarju li jipprovdi, jkollu impatt negattiv sinifikanti fuq l-integrità tas-swieq, l-istabbiltà finanzjarja, il-konsumaturi, l-ekonomija reali, jew il-finanzjament ta’ unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet fi Stat Membru wieħed jew aktar, jista’ japplika mal-ESMA għal eżenzjoni minn rekwiżit applikabbli wieħed jew aktar ta’ dan ir-Regolament jew tal-prinċipji rilevanti tal-IOSCO, għal perjodu speċifiku u limitat ta’ żmien, li ma jaqbiżx it-12-il xahar. Għandu jipprovdi evidenza dokumentata biex jappoġġa l-applikazzjoni tiegħu.

L-ESMA għandha tikkunsidra l-applikazzjoni fi żmien 30 jum u tinforma lill-amministratur tal-pajjiż terz jekk huwiex eżentat minn rekwiżit wieħed jew aktar kif speċifikat fl-applikazzjoni tiegħu u t-tul taż-żmien tal-eżenzjoni.

L-ESMA tista’ testendi l-perjodu ta’ eżenzjoni mal-iskadenza tiegħu sa 12-il xahar ieħor fejn ikun hemm raġuni tajba biex tagħmel dan.

8.     L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tkompli tispeċifika il-proċess ta’ rikonoxximent, il-forma u l-kontenut tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, il-preżentazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa fil-paragrafu 5 u kwalunkwe delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fir-rigward ta’ dawk il-paragrafi.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa […].

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 21b

Approvazzjoni

1.     Amministratur li jinsab fl-Unjoni u li jkun awtorizzat skont l-Artikolu 23 jew reġistrat skont l-Artikolu 23a jista' japplika mal-awtorità kompetenti tiegħu għall-approvazzjoni ta' parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji pprovduti f'pajjiż terz għall-użu tagħhom fl-Unjoni, sakemm jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-amministratur li qed japprova ikun ivverifika u jista’ juri lill-awtorità kompetenti tiegħu li l-forniment tal-parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji li jridu jiġu approvati jissodisfaw ir-rekwiżiti li:

(i)

mill-inqas huma stretti daqs ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament;

(ii)

jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipji tal-IOSCO għal Parametri Referenzjarji Finanzjarji kif rivedut u ċċertifikati minn awditur estern indipendenti mill-inqas kull sentejn jew meta jkun sseħħ bidla materjali fil-parametru referenzjarju; jew

(iii)

jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipji IOSCO għall-Aġenziji tar-Rappurtar tal-Prezzijiet taż-Żejt, kif riveduti u ċċertifikati minn awditur estern indipendenti mill-inqas kull sentejn jew meta sseħħ bidla materjali fil-parametru referenzjarju, meta l-parametru referenzjarju li għandu jiġi approvat jissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 14a(1);

(b)

l-amministratur li qed japprova għandu l-kompetenza meħtieġa biex jimmonitorja l-attivitajiet tal-forniment tal-parametru referenzjarju f'pajjiż terz b'mod effettiv u biex jimmaniġġa r-riskji assoċjati;

2.     L-amministratur applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jissodisfa lill-awtorità kompetenti li, fiż-żmien tal-applikazzjoni, il-kundizzjonijiet kollha msemmija fil-paragrafu 1 ġew issodisfati, inklużi r-rapporti ta’ verifika meħtieġa skont il-punti (ii) u (iii) ta' dak il-paragrafu 1.

3.     Fi żmien 90 jum minn meta tasal l-applikazzjoni, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha teżamina l-applikazzjoni għal approvazzjoni u tadotta deċiżjoni li tapprova jew tirrifjutaha. L-awtorità kompetenti rilevanti għandha tinnotifika lill-ESMA bi kwalunkwe parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji li jkunu ġew approvati għal approvazzjoni u bl-amministratur li jkun qed japprova.

4.     Il-parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji approvati għandhom jitqiesu bħala parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji pprovduti mill-amministratur li qed japprova.

5.     L-amministratur li jkun approva parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji pprovduti f'pajjiż terz għandu jibqa' responsabbli biex jiżgura li l-parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji approvati jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

6.     Meta l-awtorità kompetenti tal-amministratur li qed japprova jkollha raġunijiet tajba biex tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti taħt il-paragrafu 1 m'għadhomx jiġu ssodisfati, għandu jkollha s-setgħa li tirtira l-approvazzjoni tagħha tal-approvazzjoni u għandha tinforma lill-ESMA. L-Artikolu 17 għandu japplika fil-każ tal-waqfien tal-approvazzjoni.

TITOLU VI

AWTORIZZAZZJONI U SUPERVIŻJONI TAL-AMMINISTRATURI

Kapitolu 1

Awtorizzazzjoni

Artikolu 23

Proċedura ta' awtorizzazzjoni għal parametru referenzjarju ta' importanza kritika

1.    Persuna fiżika jew ġuridika li tinsab fl-Unjoni li għandha l-ħsieb li taġixxi bħala amministratur ta’ mill-inqas parametru referenzjarju ta’ importanza kritika wieħed għandha tapplika ml-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 29 għall-Istat Membru fejn tkun tinsab dik il-persuna .

2.   L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1 għandha ssir▌fi żmien 30 jum ▌minn kwalunkwe ftehim li tagħmel entità taħt superviżjoni biex tuża indiċi fornut minn dak l-amministratur bħala parametru referenzjarju għal strument finanzjarju jew kuntratt finanzjarju ▌.

2a.     Ladarba parametru referenzjarju jiġi definit bħala ta’ importanza kritika, kemm jekk ikun ta’ natura “nazzjonali” jew “Ewropea”, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tkun responsabbli mill-forniment ta' dak il-parametru referenzjarju b'konformità mal-istatus ġuridiku ġdid tiegħu, wara li jkun ġie vverifikat li r-rekwiżiti kollha jkunu ġew issodisfati.

3.   Amministratur applikant jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jissodisfa lill-awtorità kompetenti li jkun stabbilixxa, meta tingħata l-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni, l-arranġamenti meħtieġa kollha sabiex jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Għandu jipprovdi wkoll id-dejta meħtieġa biex jiġi kkalkolat il-valur imsemmi fl-Artikolu 13(1) jew stima tiegħu, fejn disponibbli, għal kull parametru referenzjarju.

4.   Fi żmien 20 jum mill-wasla tal-applikazzjoni, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni hijiex kompluta u għandha tinnotifika lill-applikant kif mistħoqq. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, allura l-applikant jissottometti l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-awtorità kompetenti rilevanti.

5.   ▌L-awtorità kompetenti rilevanti għandha teżamina l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni u tadotta deċiżjoni biex tawtorizza jew tirrifjutaha fi żmien 60 jum mill-wasla ta’ applikazzjoni kompluta .

Fi żmien ħamest ijiem ▌wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni jekk tawtorizzax jew tirrifjutax l-awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-amministratur applikant konċernat . Meta l-awtorità kompetenti tirrifjuta li tawtorizza lill-amministratur applikant, hija tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

5a.     Jekk l-awtorità kompetenti rilevanti tiddeċiedi li tirrifjuta li tagħti awtorizzazzjoni għall-forniment ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika li kien diġà qed jiġi fornut mingħajr dak l-istatus, l-awtorità kompetenti rilevanti tista’ toħroġ awtorizzazzjoni provviżorja għal perjodu ta’ żmien ta’ mhux aktar minn sitt xhur, li matulu l-parametru referenzjarju jista’ jkompli jiġi fornut abbażi tal-mudell preċedenti sakemm jiġu ssodisfati r-rekwiżiti rilevanti għall-awtorizzazzjoni tiegħu bħala parametru referenzjarju ta’ importanza kritika.

L-awtorità kompetenti rilevanti tista’ testendi l-permess għal perjodu addizzjonali ta’ mhux aktar minn sitt xhur.

5b.     Jekk amministratur u/jew il-kontributuri jonqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżiti biex ikomplu jipprovdu parametru referenzjarju definit bħala ta' importanza kritika sal-aħħar ta’ dak il-perjodu, il-forniment tal-parametru referenzjarju għandu jintemm b’konformità mal-Artikolu 17.

6.   L-awtorità kompetenti tinnotifika lill-ESMA dwar kwalunkwe deċiżjoni li tawtorizza amministratur applikant ▌fi żmien għaxart ijiem .

7.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 37 li jikkonċerna miżuri li jkomplu jispeċifikaw l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni u fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità u l-ispejjeż tal-applikanti u l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 23a

Proċess ta' reġostrazzjoni għal parametru referenzjarju mhux ta' importanza kritika

1.     Persuna fiżika jew ġuridika li tinsab fl-Unjoni li jkollha l-ħsieb li taġixxi esklussivament bħala amministratur ta’ parametri referenzjarji mhux ta’ importanza kritika għandha tapplika għal reġistrazzjoni mal-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 29 fl-Istat Membru li fih tinsab din il-persuna

2.     Amministratur reġistrat għandu jikkonforma f’kull ħin mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidla materjali fihom.

3.     Applikazzjoni skont il-paragrafu 1 għandha ssir fi żmien 30 jum minn kwalunkwe ftehim li tagħmel l-entità taħt superviżjoni biex tuża indiċi fornut minn dik il-persuna bħala referenza għal strument finanzjarju jew kuntratt finanzjarju jew biex titkejjel il-prestazzjoni ta’ fond ta’ investiment.

4.     L-amministratur applikant għandu jipprovdi:

(a)

dokumentazzjoni biex l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li qed jintlaħqu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5(3a), 5c, 6, fejn applikabbli), 7b u 15; u

(b)

il-valur ta’ referenza totali, jew stima tiegħu, fejn disponibbli, ta’ kull parametru referenzjarju.

5.     Fi żmien 15-il jum mill-wasla tal-applikazzjoni, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni hijiex kompluta u għandha tinnotifika lill-applikant kif mistħoqq. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-applikant għandu jissottometti l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa mill-awtorità kompetenti rilevanti.

6.     L-awtorità kompetenti rilevanti għandha tirreġistra l-applikant fi żmien 15-il jum mill-wasla ta’ applikazzjoni kompluta għal reġistrazzjoni.

7.     Meta l-awtorità kompetenti rilevanti temmen li parametru referenzjarju għandu jiġi kategorizzat bħala ta’ importanza kritika skont l-Artikolu 13(1), għandha tinnotifika lill-ESMA u lill-amministratur fi żmien 30 jum mill-wasla tal-applikazzjoni kompluta.

8.     Meta l-awtorità kompetenti ta’ reġistrazzjoni temmen li parametru referenzjarju għandu jiġi kategorizzat bħala ta’ importanza kritika skont l-Artikolu 13(2a) jew 13(2c), għandha tinnotifika lill-ESMA u lill-amministratur fi żmien 30 jum mill-wasla tal-applikazzjoni kompluta, u tissottometti lill-ESMA l-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 13(2a) jew 13(2c).

9.     Fejn parametru referenzjarju ta’ amministratur irreġistrat jiġi kategorizzat bħala ta’ importanza kritika, l-amministratur għandu japplika għal awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 23 fi żmien 90 jum wara l-wasla tan-notifika stabbilita fl-Artikolu 13(2b) jew l-opinjoni stabbilita fl-Artikolu 13(2 g).

Artikolu 24

Irtirar jew sospensjoni ta' awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni

1.   L-awtorità kompetenti għandha tirtira jew tissospendi l-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni ta’ amministratur jekk l-amministratur:

(a)

b’mod espliċitu jirrinunzja għall-awtorizzazzjoni jew ma jkun forna l-ebda parametri referenzjarji matul it-12-il xahar ta’ qabel;

(b)

kiseb l-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni billi għamel dikjarazzjonijiet foloz jew bi kwalunkwe mezz irregolari ieħor;

(c)

ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġie awtorizzat jew irreġistrat skonthom; or

(d)

kiser serjament jew repetutament id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-ESMA dwar id-deċiżjoni tagħha fi żmien sebat ijiem ▌.

2a.     Wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni biex tiġi sospiża l-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni ta’ amministratur, u meta l-waqfien tal-parametru referenzjarju jirriżulta f’avveniment ta’ force majeure, jew iwaqqa' jew inkella jikser it-termini ta’ kwalunkwe kuntratt finanzjarju jew strument finanzjarju li jirreferenzja dak il-parametru referenzjarju, il-forniment tal-parametru referenzjarju jista’ jiġi permess mill-awtorità kompetenti rilevanti tal-Istat Membru fejn jinsab l-amministratur sakemm tiġi rtirata d-deċiżjoni tas-sospensjoni. Matul tali perjodu ta’ żmien, l-użu ta’ dan il-parametru referenzjarju minn entitajiet taħt superviżjoni għandu jiġi permess biss għal strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji li diġà rreferenzjaw il-parametru. L-ebda kuntratt finanzjarju jew strument finanzjarju ma għandu jirreferenzja l-parametru referenzjarju.

2b.     Wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni biex tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni ta’ amministratur, għandu japplika l-Artikolu 17(2).

Kapitolu 2

Notifika ta’ parametri referenzjarji

Artikolu 25a

Reġistrazzjoni tal-amministraturi u użu inizjali ta’ parametru referenzjarju

1.     L-ESMA għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru pubbliku li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-identitajiet tal-amministraturi awtorizzati jew irreġistrati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 23 u 23a, kif ukoll l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tagħhom;

(b)

l-identitajiet tal-amministraturi li jkunu nnotifikaw lill-ESMA bil-kunsens tagħhom imsemmi fl-Artikolu 20(1)(c) u l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz responsabbli għas-superviżjoni tagħhom;

(c)

l-identitajiet tal-amministraturi li jkunu akkwistaw ir-rikonoxximent skont l-Artikolu 21a u l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz responsabbli għas-superviżjoni tagħhom;

(d)

il-parametri referenzjarji li huma approvati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21b u l-identitajiet tal-amministraturi li qed japprovaw.

2.     Qabel ma jintuża indiċi minn entità taħt superviżjoni bħala parametru referenzjarju fl-Unjoni, l-entità għandha tivverifika li l-fornitur tal-indiċi rilevanti huwa msemmi fil-websajt tal-ESMA bħala amministratur awtorizzat, reġistrat jew rikonoxxut skont dan ir-Regolament.

Kapitolu 3

Kooperazzjoni superviżorja

Artikolu 26

Delega ta’ kompiti bejn l-awtoritajiet kompetenti

1.   Skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 awtorità kompetenti tista' tiddelega l-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor bil-kunsens bil-miktub minn qabel tagħha . L-awtoritajiet kompetenti jinnotifikaw lill-ESMA dwar kwalunkwe proposta ta' delega 60 jum qabel ma tali delega tidħol fis-seħħ

2.   L-awtorità kompetenti tista’ tiddelega l-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament lill-ESMA soġġett għall-qbil tal-ESMA.▌

3.   L-ESMA għandha tinnotifika lill-Istati Membri dwar proposta ta’ delega fi żmien sebat ijiem. L-ESMA għandha tippubblika d-dettalji ta’ kwalunkwe delega fi żmien sebat ijiem ▌min-notifika.

Artikolu 26a

Ksur tal-dritt tal-Unjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali

1.     Fejn awtorità kompetenti nazzjonali ma tkunx applikat dan ir-Regolament jew tkun applikatu b’mod li jidher li jkun fi ksur tad-dritt tal-Unjoni, l-ESMA tista’ tuża s-setgħat tagħha skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, b’konformità mal-proċeduri stipulati f’dak l-Artikolu u tista’, għall-finijiet tal-Artikolu 17(6) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, tadotta deċiżjonijiet individwali indirizzati lejn l-amministraturi tal-parametri referenzjarji taħt superviżjoni ta' dik l-awtorità kompetenti nazzjonali, u lejn il-kontributuri għal parametru referenzjarju taħt superviżjoni minn dik l-awtorità kompetenti nazzjonali meta dawk il-kontributuri jkunu entitajiet taħt superviżjoni.

2.     Meta l-parametru referenzjarju rilevanti jkun parametru referenzjarju ta’ importanza kritika, l-ESMA għandha tiżgura koperazzjoni mal-kulleġġ ta’ awtoritajiet kompetenti b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 34.

Artikolu 27

Divulgazzjoni ta' informazzjoni minn Stat Membru ieħor

1.   L-awtorità kompetenti tista’ tiddivulga informazzjoni riċevuta minn awtorità kompetenti oħra biss jekk:

(a)

tkun kisbet il-qbil bil-miktub ta’ dik l-awtorità kompetenti u l-informazzjoni tiġi ddivulgata biss għall-finijiet li tkun qablet magħhom dik l-awtorità kompetenti; or

(b)

▌tali divulgazzjoni tkun meħtieġa għal proċedimenti legali.

Artikolu 28

Kooperazzjoni dwar investigazzjonijiet

1.   L-awtorità kompetenti rilevanti tista’ titlob l-assistenza ta' awtorità kompetenti oħra fir-rigward ta' spezzjonijiet fil-post jew investigazzjonijiet. L-awtorità kompetenti li tirċievi t-talba għandhs tikkoopera sa fejn hu possibbli u xieraq.

2.   L-awtorità kompetenti li tkun qed tagħmel it-talba msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinforma lill-ESMA b’dan. Fil-każ ta’ investigazzjoni jew spezzjoni b’effett transfruntier, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-ESMA sabiex tikkoordina l-ispezzjoni fil-post jew l-investigazzjoni.

3.   Meta awtorità kompetenti tirċievi talba mingħand awtorità kompetenti oħra biex twettaq spezzjoni fil-post jew investigazzjoni, tista’:

(a)

twettaq l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fil-post hija stess;

(b)

tippermetti lill-awtorità kompetenti li bagħtet it-talba tipparteċipa fl-ispezzjoni fil-post jew l-investigazzjoni;

(c)

taħtar awdituri jew esperti biex jappoġġaw jew iwettqu spezzjoni jew investigazzjoni fuq il-post;

Kapitolu 4

Rwol tal-Awtoritajiet Kompetenti

Artikolu 29

Awtoritajiet kompetenti

1.   Għall-amministraturi u l-kontributuri taħt superviżjoni, kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità kompetenti rilevanti responsabbli għat-twettiq tal-kompiti li jirriżultaw minn dan ir-Regolament u jinforma lill-Kummissjoni u lill-ESMA bihom.

2.   Meta Stat Membru jaħtar iżjed minn awtorità kompetenti waħda, huwa għandu jiddetermina b’mod ċar ir-rwoli rispettivi u jaħtar awtorità waħda biex tkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni mal-Kummissjoni, l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra tal-Istati Membri.

3.   l-ESMA għandha tippubblika fil-websajt tagħha lista tal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u skont il-punt (a) tal- Artikolu 25a(1) .

Artikolu 30

Setgħat ta’ awtoritajiet kompetenti

1.   Sabiex jaqdu dmirijiethom skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom, b’konformità mal-liġi nazzjonali, mill-inqas is-setgħat superviżorji u investigatorji li ġejjin:

(a)

li jkollhom aċċess għal kwalunkwe dokument rilevanti u dejta oħra fi kwalunkwe forma u li jirċievu jew jieħdu kopja tagħhom;

(b)

li jitolbu jew jeżiġu informazzjoni mingħand kwalunkwe persuna involuta fil-forniment ta’ parametru referenzjarju jew kontribuzzjoni għalih, inkluż kwalunkwe fornitur ta’ servizz skont l-Artikolu 6(3a), kif ukoll is-superjuri tagħhom, u jekk meħtieġ, isejħu u jistaqsu lil kwalunkwe persuna bħal din bl-għan li jiksbu informazzjoni;

(c)

fir-rigward ta' parametri referenzjarji ta’ komoditajiet , jitolbu informazzjoni mingħand kontributuri dwar is-swieq spot skont , fejn applikabbli, formati standardizzati u rapporti dwar it-tranżazzjonijiet, u jkollhom aċċess dirett għas-sistemi tan-negozjanti;

(d)

iwettqu spezzjonijiet fil-post jew investigazzjonijiet, f’siti ħlief fir-residenzi privati ta’ persuni fiżiċi

(e)

jidħlu f'siti tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi sabiex jikkonfiskaw dokumenti u dejta oħra fi kwalunkwe forma, fejn ikun hemm suspett raġonevoli li dokumenti u dejta oħra marbuta mas-suġġett tal-ispezzjoni jew l-investigazzjoni jistgħu jkunu rilevanti biex jiġi evidenzjat ksur ta’ dan ir-Regolament. Meta tkun meħtieġa awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru konċernat, skont il-liġi nazzjonali, tali setgħa tintuża biss wara li tkun inkisbet awtorizzazzjoni minn qabel;

(f)

jitolbu reġistrazzjonijiet eżistenti ta’ konverżazzjonijiet telefoniċi, komunikazzjonijiet elettroniċi jew rekords tat-traffiku tad-dejta ieħor miżmuma minn entitajiet taħt superviżjoni;

(g)

jitolbu l-iffriżar jew is-sekwestru ta' assi jew iż-żewġ affarijiet;

(i)

jeħtieġu waqfien temporanju ta’ kwalunkwe prattika li l-awtorità kompetenti tqis li tmur kontra dan ir-Regolament;

(j)

jimponu projbizzjoni temporanja fuq l-eżerċizzju ta’ attività professjonali;

(k)

jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li l-pubbliku jkun infurmat korrettament dwar il-forniment ta’ parametru referenzjarju, fosthom billi jeżiġu li l-persuna li tkun ippubblikat jew qassmet il-parametru referenzjarju tippubblika dikjarazzjoni korrettiva dwar kontribuzzjonijiet jew ċifri passati tal-parametru referenzjarju;

(ka)

jirrevedu u jirrikjedu modifiki tad-dikjarazzjoni tal-konformità.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw il-funzjonijiet u s-setgħat tagħhom, imsemmija fil-paragrafu 1, u s-setgħat tagħhom li jimponu s-sanzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 31, b’konformità mal-oqfsa legali nazzjonali tagħhom, fi kwalunkwe minn dawn il-modi li ġejjin:

(a)

direttament;

(b)

f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra jew intrapriżi tas-suq;

(c)

fir-responsabbiltà tagħhom b’delega lil dawn l-awtoritajiet jew l-intrapriżi tas-suq;

(d)

permezz ta’ applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

Għall-eżerċitar ta’ dawk is-setgħat, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom fis-seħħ salvagwardji adegwati u effettivi fir-rigward tad-dritt għal difiża u d-drittijiet fundamentali.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat superviżorji u investigatorji li jkunu jeħtieġu biex iwettqu dmirijiethom.

4.   Persuna ma għandhiex titqies li qed tikser xi restrizzjoni fuq id-divulgazzjoni ta' informazzjoni imposta minn kuntratt jew minn kwalunkwe dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva meta tpoġġi għad-dispożizzjoni informazzjoni skont il-paragrafu 2.

Artikolu 31

Miżuri u sanzjonijiet amministrattivi

1.   Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 34, l-Istati Membri għandhom, b’konformità mal-liġi nazzjonali, jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa jieħdu miżuri amministrattivi xierqa u jimponu l-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi mill-anqas għal:

(a)

il-ksur tal-Artikoli 5, 5a, 5b, 5c, 5d, 6, 7, 7a, 7b, 8, 9, ▌11, 14, 15, 17, ▌19, ▌23 and 23a ta’ dan ir-Regolament fejn ikunu japplikaw; u

(b)

nuqqas ta’ kooperazzjoni jew konformità f’investigazzjoni jew ma' spezzjoni jew talba koperta mill-Artikolu 30.

2.    Fil-każ ta’ ksur imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom, b’konformità mal-liġi nazzjonali, jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti s-setgħa li japplikaw tal-anqas dawn il-miżuri u sanzjonijiet amministrattivi li ġejjin:

(a)

ordni li teħtieġ lill-amministratur jew l-entità taħt superviżjoni responsabbli mill-ksur sabiex twaqqaf il-ksur u sabiex ma tirrepetix dik l-imġiba;

(b)

l-eliminazzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat bis-saħħa tal-ksur, meta dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(c)

twissija pubblika li tindika l-amministratur jew l-entità taħt superviżjoni responsabbli u n-natura tal-ksur;

(d)

irtirar jew sospensjoni tal-awtorizzazzjoni ta’ amministratur ;

(e)

projbizzjoni temporanja li tipprojbixxi kwalunkwe persuna fiżika, li tinżamm responsabbli għal tali ksur, milli teżerċita funzjonijiet ta’ mmaniġġar ma' amministraturi jew kontributuri;

(f)

l-impożizzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi pekunarji massimi sa mill-anqas ħames darbiet l-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat bis-saħħa tal-ksur, meta dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati; or

(1)

fir-rigward ta’ persuna fiżika s-sanzjonijiet amministrattivi pekunarji massimi ta' mill-anqas:

(i)

għall-ksur tal-Artikoli  5 , 5a, 5b, 5c, 5d, 6, 7 , 7a, 7b, 8, 9, ▌11, 12a(2), 14, 15, ▌17, 18, 19▌ u 23, EUR 500 000 jew fl-Istati Membri fejn l-Euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament; jew

(ii)

għall-ksur tal-punt  (b)  tal-Artikolu  7(1) jew tal-Artikolu 7(4) , EUR 100 000 jew fl-Istati Membri fejn l-Euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament;

(2)

fir-rigward ta’ persuna ġuridika s-sanzjonijiet amministrattivi pekunarji massimi ta' mill-anqas:

(i)

għall-ksur tal-Artikoli  5 , 5a, 5b, 5c, 5d, 6, 7 , 7a, 7b, 8, 9, ▌11, 14, 15, ▌17, 18, 19▌ and 23, l-ogħla minn EUR 1 000 000 jew 10 % tal-fatturat annwali totali tagħha skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp tal-maniġment; Meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja ta’ impriża prinċipali li trid tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew tat-tip korrispondenti ta’ dħul skont id-Direttiva 86/635/KEE għall-banek u d-Direttiva 91/674/KEE għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali aħħarija, jew jekk il-persuna tkun assoċjazzjoni, 10 % tal-fatturat aggregat tal-membri tagħha; jew

(ii)

għall-ksur tal-punti (b) u (c)  tal-Artikolu 7(1) , l-ogħla minn EUR 250 000 jew 2 % tal-fatturat annwali totali tagħha skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp tal-maniġment; meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja ta’ impriża prinċipali li trid tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali rilevanti jkun il-fatturat annwali totali jew tat-tip korrispondenti ta’ dħul skont id-Direttiva 86/635/KEE għall-banek u d-Direttiva 91/674/KEE għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali aħħarija, jew jekk il-persuna tkun assoċjazzjoni, 10 % tal-fatturat aggregat tal-membri tagħha.

3.   Sa [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli fir-rigward tal-paragrafi 1 u 2 lill-Kummissjoni u lill-ESMA.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal sanzjonijiet amministrattivi għal ksur li huwa soġġett għal sanzjonijiet kriminali skont il-liġi nazzjonali tagħhom. F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jikkommunikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA d-dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali rilevanti flimkien man-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA minnufih dwar kwalunkwe emenda sussegwenti fihom.

4.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu setgħat ta’ sanzjonar oħra lill-awtoritajiet kompetenti skont il-liġi nazzjonali minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u jistgħu jipprevedu livelli ogħla ta' sanzjonijiet minn dawk stabbiliti f’dak il-paragrafu.

Artikolu 32

Eżerċizzju tas-setgħat ta’ superviżjoni u sanzjonar u obbligu ta’ kooperazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiddeterminaw it-tip, il-livell u l-proporzjonalità ta’ sanzjonijiet amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inklużi fejn xieraq:

(a)

is-serjetà u d-dewmien tal-ksur;

(aa)

il-kritikalità tal-parametru referenzjarju għall-istabbiltà finanzjarja u l-ekonomija reali;

(b)

il-grad tar-responsabbiltà tal-persuna responsabbli;

(c)

▌il-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew id-dħul annwali tal-persuna fiżika responsabbli;

(d)

il-livell tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat mill-persuna responsabbli, sa fejn dawn jistgħu jiġu ddeterminati;

(e)

il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna responsabbli mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-eliminazzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;

(f)

ksur preċedenti mill-persuna konċernata;

(g)

miżuri meħuda, wara l-ksur, minn persuna responsabbli sabiex tiġi evitata r-ripetizzjoni tal-ksur.

2.   Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom ta’ sanzjonar skont iċ-ċirkustanzi definiti fl-Artikolu 31 l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li s-setgħat superviżorji u investigattivi u s-sanzjonijiet amministrattivi jipproduċu r-riżultati mixtieqa minn dan ir-Regolament. Huma jikkoordinaw ukoll l-azzjoni tagħhom sabiex jevitaw il-possibbiltà tad-duplikazzjoni u t-trikkib meta japplikaw is-setgħat superviżorji u investigattivi u sanzjonijiet amministrattivi u multi f’każijiet transfruntieri..

2a.     Meta l-Istati Membru jkunu għażlu, skont l-Artikolu 31, li jistabbilixxi sanzjonijiet kriminali għal ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija f’dak l-Artikolu, għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ il-miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat kollha meħtieġa biex jikkomunikaw mal-awtoritajiet ġudizzjarji fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom biex jirċievu informazzjoni speċifika relatata mal-investigazzjonijiet jew proċedimenti kriminali mibdija għal ksur possibbli ta’ dan ir-Regolament u jipprovdu l-istess lill-awtoritajiet kompetenti oħra u lill-ESMA biex jissodisfaw l-obbligu tagħhom li jikkooperaw ma’ xulxin u l-ESMA għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

2b.     L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu għajnuna lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra. B’mod partikolari, għandhom jiskambjaw informazzjoni u jikkooperaw fi kwalunkwe investigazzjoni jew attività ta’ superviżjoni. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkooperaw ukoll mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor fir-rigward tal-iffaċilitar tal-irkupru tal-multi.

Artikolu 33

Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet

1.   Deċiżjoni li timponi sanzjoni jew miżura amministrattiva għal ksur ta' dan ir-Regolament għandha tiġi ppubblika mill-awtoritajiet kompetenti fis-sit elettroniku uffiċjali tagħhom immedjatament wara li l-persuna li tkun ingħatat is-sanzjoni tiġi infurmata b'dik id-deċiżjoni. Il-pubblikazzjoni għandha tinkludi tal-inqas informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli. Dan l-obbligu ma japplikax għal deċiżjonijiet li jimponu miżuri li huma ta’ natura investigattiva.

2.   Meta l-pubblikazzjoni tal-identità tal-persuni ġuridiċi jew dejta personali ta’ persuni fiżiċi titqies mill-awtorità kompetenti li tkun sproporzjonata wara valutazzjoni individwali mwettqa fuq il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ din id-dejta, jew meta l-pubblikazzjoni thedded l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni fis-seħħ, l-awtoritajiet kompetenti jew:

(a)

jittardjaw il-pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li timponi sanzjoni jew miżura sal-mument meta jispiċċaw ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ pubblikazzjoni;

(b)

jippubblikaw id-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura fuq bażi anonima b’mod li huwa konformi mal-liġi nazzjonali, jekk din il-pubblikazzjoni anonima tiżgura protezzjoni effettiva tad-dejta personali konċernata; Fil-każ ta’ deċiżjoni li sanzjoni jew miżura tiġi ppubblikata fuq bażi anonima, il-pubblikazzjoni tad-dejta rilevanti tista’ tiġi posposta għal perjodu raġonevoli ta’ żmien jekk ikun previst li f’dak il-perjodu r-raġunijiet għal pubblikazzjoni anonima jispiċċaw;

(c)

ma jippubblikawx id-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura f’każ li l-għażliet stipulati f’(a) u (b) hawn fuq jitqiesu insuffiċjenti biex jiżguraw:

(i)

li ma tiġix mhedda l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji; or

(ii)

il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ miżuri jitqiesu ta’ natura minuri.

3.   Meta d-deċiżjoni li timponi piena jew miżura tkun soġġetta għal appell quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji jew awtoritajiet rilevanti oħrajn, l-awtoritajiet kompetenti xorta għandhom jippubblikaw, immedjatament, fuq is-sit elettroniku uffiċjali tagħhom din l-informazzjoni u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar ir-riżultat ta' tali appell. Barra minn hekk, għandha tiġi ppubblikata wkoll kwalunkwe deċiżjoni li tannulla deċiżjoni preċedenti biex tiġi imposta sanzjoni jew miżura.

4.   L-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni, b'konformità ma’ dan l-Artikolu, tibqa’ fuq is-sit elettroniku uffiċjali tagħhom għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin wara l-pubblikazzjoni tagħha. Dejta personali li tkun tinsab fil-pubblikazzjoni tinżamm fuq il-websajt uffiċjali tal-awtorità kompetenti għall-perjodu li hu meħtieġ skont ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta biss.

4a.     L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-ESMA kull sena b’informazzjoni aggregata li tirrigwarda s-sanzjonijiet u l-miżuri kollha imposti skont l-Artikolu 31. Dak l-obbligu ma japplikax għal miżuri ta’ natura investigattiva. L-ESMA għandha tippubblika dik l-informazzjoni f’rapport annwali.

Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, b’konformità mal-Artikolu 31, li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għal ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija f’dak l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ESMA kull sena b’dejta anonimizzata u aggregata li tirrigwarda l-investigazzjonijiet kriminali kollha li jitwettqu u s-sanzjonijiet kriminali imposti. L-ESMA għandha tippubblika d-dejta dwar is-sanzjonijiet kriminali imposti f’rapport annwali.

Artikolu 34

Kulleġġ tal-awtoritajiet kompetenti

1.   Fi żmien 30 ijiem mill-inklużjoni ta’ parametru referenzjarju fil-lista ta’ parametri referenzjarji ta’ importanza kritika skont l-Artikolu 25a, bl-eċċezzjoni ta’ parametri referenzjarji ta’ importanza kritika li huma ta’ natura nazzjonali kif stipulat fil-punt 21 tal-Artikolu 3(1), l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tistabbilixxi kulleġġ ta’ awtoritajiet kompetenti.

2.   Il-Kulleġġ għandu jkun magħmul mill-awtorità kompetenti tal-amministratur, l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti tal-kontributuri ewlenin .

3.   L-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra għandu jkollhom id-dritt li jkunu membri tal-kulleġġ meta, li kieku dak il-parametru referenzjarju that ▌kellu ma jibqax jiġi fornut, ikun hemm impatt negattiv sinifikanti fuq l-istabbiltà finanzjarja, jew tal-funzjonament ordnat tas-swieq, jew fuq il-konsumaturi, jew l-ekonomija reali ta' dawk l-Istati Membri.

Meta awtorità kompetenti jkollha l-intenzjoni li ssir membru ta’ kulleġġ skont l-ewwel subparagrafu, hija għandha tressaq talba lill-awtorità kompetenti tal-amministratur li jkun fiha evidenza li r-rekwiżiti ta’ dik id-dispożizzjoni huma ssodisfati. L-awtorità kompetenti rilevanti tal-amministratur tikkunsidra t-talba u tinnotifika lill-awtorità li tkun ressqet it-talba fi żmien 30 jum minn meta tasal it-talba jekk hija tikkunsidrax li dawk ir-rekwiżiti ġew issodisfati. Meta tqis li dawk ir-rekwiżiti ma ġewx issodisfati, l-awtorità li tkun ressqet it-talba tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-ESMA skont il-paragrafu 10.

4.   L-ESMA għandha tikkontribwixxi għall-promozzjoni u l-monitoraġġ tal-funzjonament effiċjenti, effettiv u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri msemmija f’dan l-Artikolu skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Għal dak l-għan, l-ESMA għandha tipparteċipa kif xieraq u titqies bħala awtorità kompetenti għal dak l-għan.

5.    L-ESMA għandha tippresjedi l-laqgħat tal-kulleġġ, tikkoordina l-azzjonijiet tal-kulleġġ u tiżgura skambju effiċjenti ta’ informazzjoni bejn il-membri tal-kulleġġ.

6.   L-awtorità kompetenti tal-amministratur tistabbilixxi arranġamenti bil-miktub fil-qafas tal-kulleġġ fir-rigward tas-suġġetti li ġejjin:

(a)

l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti;

(b)

il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti;

(c)

il-każijiet li fihom l-awtoritajiet kompetenti jridu jikkonsultaw lil xulxin;

(d)

l-assistenza li għandha tingħata skont l-Artikolu  14(5a) fl-infurzar tal-miżuri msemmija fl-Artikolu  14(3) .

Meta l-amministratur iforni aktar minn parametru referenzjarju wieħed, l-ESMA tista’ tistabbilixxi kulleġġ wieħed fir-rigward tal-parametri referenzjarji kollha fornuti minn dak l-amministratur.

7.   Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil dwar l-arranġamenti skont il-paragrafu 6, kwalunkwe membru tal-kulleġġ, minbarra l-ESMA, jista’ jirreferi l-kwistjoni lill-ESMA. L-awtorità kompetenti tal-amministratur għandha tqis kif dovut kwalunkwe parir mogħti mill-ESMA rigward l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni bil-miktub qabel ma taqbel dwar it-test finali tagħhom. L-arranġamenti ta’ koordinazzjoni bil-miktub għandhom ikunu stipulati f’dokument uniku li jkun fih ir-raġunijiet sħaħ għal kwalunkwe tbegħid sinifikattiv mill-parir tal-ESMA. L-awtorità kompetenti tal-amministratur għandha tittrażmetti l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni bil-miktub lill-membri tal-kulleġġ u lill-ESMA.

8.   Qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura msemmija fl-Artikolu  24 u , fejn applikabbli l-Artikoli 14 u 23, l-awtorità kompetenti tal-amministratur għandha tikkonsulta lill-membri tal-kulleġġ. Il-membri tal-kulleġġ għandhom jagħmlu dak kollu li huwa raġonevolment fis-setgħa tagħhom biex jilħqu ftehim fi ħdan il-perjodu ta’ żmien speċifikat fl-arranġamenti bil-miktub imsemmija fil-paragrafu 6 . Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ medjazzjoni biex jassisti biex jinstabu perspettivi komuni fost l-awtoritajiet kompetenti fil-każ ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ qbil.

9.    Fin-nuqqas ta’ qbil bejn il-membri tal-kulleġġ, l-awtoritajiet kompetenti minbarra l-ESMA jistgħu jirreferu lill-ESMA kwalunkwe sitwazzjoni minn dawn li ġejjin:

(a)

meta l-awtorità kompetenti ma tkunx ikkomunikat informazzjoni essenzjali;

(b)

meta, wara talba li ssir skont il-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tal-amministratur tkun innotifikat lill-awtorità li tkun ressqet it-talba li r-rekwiżiti ta’ dak il-paragrafu ma ġewx issodisfatti jew meta ma tkunx aġixxiet fi żmien raġonevoli fir-rigward tat-tali talba;

(c)

meta l-awtoritajiet kompetenti ma jirnexxilhomx jiftiehmu dwar il-kwistjonijiet stipulati fil-paragrafu 6;

(d)

▌meta jkun hemm nuqqas ta’ qbil mal-miżura meħuda skont l-Artikoli ▌23 u 24▌.

Meta, 20 jum wara r-riferiment lill-ESMA provdut fl-ewwel subparagrafu, l-kwistjoni ma tkunx solvuta, l-awtorità kompetenti tal-amministatur għandha tieħu d-deċiżjoni finali u tipprovdi spjegazzjoni dettaljata bil-miktub tad-deċiżjoni tagħha lill-awtoritajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu u lill-ESMA.

Meta l-ESMA tikkunsidra li l-awtorità kompetenti tal-amministratur tkun ħadet kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 8 li tista’ ma tkunx f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, hi għandha taġixxi b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

9a.     Kwlaunkwe awtorità kompetenti fi ħdan kulleġġ li ma taqbilx dwar kwalunkwe miżura meħuda skont l-Artikolu 13a jew 14 tista' tirreferi l-kwistjoni lill-ESMA. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 TFUE, l-ESMA tista’ taġixxi b’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

9b.     Kwalunkwe miżura meħuda skont l-Artikolu 13a jew 14 għandha tibqa' fis-seħħ tal-inqas sakemm ikun hemm qbil mill-kulleġġ, skont il-paragrafi 8 u 9a.

Artikolu 35

Kooperazzjoni mal-ESMA

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-ESMA għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ESMA, mingħajr dewmien, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq d-dmirijietha, skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2a.     Fit-twettiq tar-rwol tagħha fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011, l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), u superviżuri rilevanti oħrjan, għandha tikkoopera mal-ESMA għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandha tiġi kkonsultata fl-abbozzar tal-istandards tekniċi regolatorji u l-atti delegati kollha, u mingħajr dewmien, għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha neċessarja biex tissodisfa l-obbligi tagħha.

3.   L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-proċeduri u l-forom għall-iskambju ta’ informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2.

L-ESMA għandha tissottometti lill-Kummissjoni l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel sottoparagrafu sa [XXXX].

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 36

Sigriet professjonali

1.   Kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li tasal, tiġi skambjata jew trażmessa skont dan ir-Regolament għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet tas-sigriet professjonali stabbiliti fil-paragrafu 2.

2.   L-obbligu tas-sigriet professjonali japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtorità kompetenti jew għal kwalunkwe awtorità jew impriża tas-suq jew persuna fiżika jew ġuridika li l-awtorità kompetenti tkun iddelegat xi setgħat għandhom, inklużi l-awdituri u l-esperti kuntratti mill-awtorità kompetenti.

3.   L-informazzjoni koperta b’segretezza professjonali ma tistax tiġi żvelata lill-ebda persuna jew awtorità oħra ħlief permezz tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi.

4.   L-informazzjoni kollha skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament li tikkonċerna l-operat jew il-kundizzjonijiet operattivi u kwistjonijiet ekonomiċi jew personali oħra titqies kunfidenzjali u tkun soġġetta għar-rekwiżiti tas-sigriet professjonali, ħlief fejn l-awtorità kompetenti tiddikjara, meta ssir il-komunikazzjoni, li din l-informazzjoni tista’ tiġi ddivulgata jew li din id-divulgazzjoni hija meħtieġa fi proċedimenti legali.

TITOLU VII

ATTI DELEGATI U TA' IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 37

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati tkun mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(2) ▌u 23(7) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 3(2) ▌and 23(7) tista' tkun irrevokata fi kwalunke ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha issir effettiva fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. M'għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 3(2) ▌u 23(7) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jesprimu oġġezzjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż b’xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 38

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Ewropew tat-Titoli. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tiegħu.

TITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

Artikolu 39

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   Amministratur li jforni parametru referenzjarju fi [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] għandu japplika għal awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni skont l-Artikolu 23 jew 23a fi żmien [ 12-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni].

1a.     L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom janalizzaw liema wieħed mill-parametri referenzjarji rreġistrati se jiġi kkunsidrat bħala “ta’ importanza kritika”. Dawk il-parametri referenzjarji għandhom jiġu awtorizzati skont id-dispożizzjonijeit tal-Artikolu 23.

2.    Persuna fiżika jew ġuridika li ssottomettiet applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni skont il-paragrafu 1 tista’ tibqa’ tipproduċi parametru referenzjarju eżistenti li jista’ jintuża minn entitajiet taħt superviżjoni sakemm u sa meta din l-awtorizzazzjoni ma tiġix irrifjutata.

3.   Jekk parametru referenzjarju eżistenti ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, iżda t-tibdil f’dak il-parametru referenzjarju biex jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament iwassal għal avveniment ta' force majeure, iwaqqa' jew inkella jikser it-termini ta’ kwalunkwe kuntratt finanzjarju jew strument finanzjarju li jirreferenzja dak il-parametru referenzjarju , l-użu ulterjuri tal-parametru referenzjarju f’kuntratti finanzjarju u strumenti finanzjarji eżistenti jista' jiġi permess mill-awtorità kompetenti rilevanti tal-Istat Membru fejn tkun tinsab il-persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi l-parametru referenzjarju sa tali żmien meta l-awtorità kompetenti tikkunsidra li jkun possibbli li l-parametru referenzjarju ma jibqax jintuża jew jiġi sostitwit b'parametru referenzjarju ieħor bla ma jkun hemm effetti negattivi fuq kwalunkwe parti għall-kuntratt .

3a.     L-istrumenti finanzjarji jew il-kuntratt finanzjarji ġodda ma għandhomx jirreferenzjaw parametru referenzjarju eżistenti li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament wara [id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

3b.     B’deroga mill-paragrafu 3a, strumenti finanzjarji ġodda jistgħu jirreferenzjaw parametru referenzjarju eżistenti li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għal perjodu ta’ sena wara [id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], sakemm dak l-istrument finanzjarju jkun meħtieġ għal skopijiet ta’ hedging sabiex jiġi ġestit ir-riskju ta’ xi strument finanzjarju li jirreferenzja dak il-parametru referenzjarju.

4.    Sakemm il-Kummissjoni ma tkunx adottat deċiżjoni ta’ ekwivalenza kif imsemmi fl-Artikolu 20(2) jew (2a), l-entitajiet taħt superviżjoni fl-Unjoni għandhom jużaw biss parametru referenzjarju provdut minn amministratur li jinsab f’pajjiż terz, meta jkun jintuża bħala referenza fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji eżistenti, fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew meta jkun intuża fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji ġodda għal tliet snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament .

Artikolu 39a

Skadenza għall-aġġornament tal-prospetti u d-dokumenti ta’ informazzjoni ewlenin

L-Artikolu 19(2) huwa mingħajr preġudizzju għall-prospetti eżistenti approvati skont id-Direttiva 2003/71/KE qabel [id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Għal prospetti approvati qabel [id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] skont id-Direttiva 2009/65/KE, id-dokumenti sottostanti għandhom jiġu aġġornati mal-ewwel opportunità jew fi kwalunkwe każ sa …*[[tnax]-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Artikolu 40

Eżami

1.    Sal-1 ta’  Jannar  2018, il-Kummissjoni għandha teżamina u  tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan ir-Regolament u partikolarment:

(a)

il-funzjonament u l-effikaċja tar-reġim tal-parametri referenzjarji ta' importanza kritika u l-parteċipazzjoni obbligatorja skont l-Artikoli 13 u 14 u d-definizzjoni ta’ parametru referenzjarju ta' importanza kritika fl-Artikolu 3; u

(b)

l-effettività tar-reġim superviżorju fit-Titolu VI u tal-kulleġġi skont l-Artikolu 34, u l-adegwatezza tas-superviżjoni ta’ ċerti parametri referenzjarji minn korp tal-Unjoni.

1a.     Il-Kummissjoni għandha teżamina l-evoluzzjoni tal-prinċipji internazzjonali, b'mod partikolari dawk applikabbli għal parametri referenzjarji tal-komoditajiet PRA, kif ukoll l-evoluzzjoni ta’ oqfsa legali u prattiki superviżorji f’pajjiżi terzi dwar il-forniment ta’ parametri referenzjarji, u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa …* [erba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u kull erba' snin minn hemm ’il quddiem. Dawk ir-rapporti għandhom ikunu akkumpanjati bi proposta leġiżlattiva, jekk ikun xieraq.

Artikolu 41

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika minn 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-atti delegati adottati mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament .

Madankollu, l-Artikolu 13(1) u l-Artikoli 14 u 34 għandhom japplikaw minn … [6 xhur wara d-dħul fis-seħħ].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 61(2), it-tieni subparagrafu (A8-0131/2015).

(*)  Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(2)  ĠU C 177, 11.6.2014, p. 42.

(3)  ĠU C 113, 15.4.2014, p. 1.

(4)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.

(6)  ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.

(7)  ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1.

(8)  Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar il-ftehimiet ta’ kreditu għall-konsumaturi marbuta ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34).

(9)   Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(10)  Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).

(11)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(12)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(13)  Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1).

(14)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(15)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(16)   Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE ( ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).

(17)   Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE ( ĠU L 9, 14.8.2009, p. 112).

(18)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta’ rkantar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil-Komunità, (ĠU L 302, 18.11.2010, p. 1).

(19)   Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014 tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar ir-rappurtar tad-dejta li jimplimenta l-Artikoli 8(2) u 8(6) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija ( ĠU L 363, 18.12.2014, p. 121).

(20)   Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) ( ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(21)   Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) ( ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(22)  ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.

(23)   Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 ( ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(24)   Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ( ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(25)   Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66) .

(26)   Id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34).

(27)   Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 tal-10 ta’ Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta’ investiment li jżommu r-reġistri, ir-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar, u t-termini ddefiniti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva ( ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1).

(28)   Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 ( ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(29)  01.08.2014, ESMA/2014/937.


L-Erbgħa 20 ta’ Mejju 2015

27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/168


P8_TA(2015)0199

Deċiżjoni li ma' jiġix oppost att iddelegat: appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tas-27 ta' April 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (C(2015)02802 – 2015/2673(DEA))

(2016/C 353/23)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2015)02802),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-3 ta' Frar 2015, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tas-6 ta' Mejju 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 58(7) u l-Artikolu 83(5) tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba inċiżi tal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura li skada fid-19 ta' Mejju 2015,

A.

billi l-Artikolu 19(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 jipprevedi reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali fil-każ tal-adozzjoni wara l-1 ta' Jannar 2014 ta' programmi taħt ġestjoni kondiviża, għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali fost l-oħrajn, sabiex l-allokazzjonijiet li ma jintużawx fl-2014 jiġu trasferiti għal snin sussegwenti, lil hinn mil-limiti massimi tan-nefqa korrispondenti;

B.

billi l-programmi tal-iżvilupp rurali tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, ir-Rumanija u l-Isvezja u ċerti programmi reġjonali tal-Belġju, il-Ġermanja, Franza u r-Renju Unit ma kinux lesti għall-adozzjoni sa tmiem l-2014;

C.

billi r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 ġie rivedut kif meħtieġ mir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2015/623 li jittrasferixxi, għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, l-allokazzjonijiet mhux użati korrispondenti tal-2014 fil-limiti massimi tan-nefqa tal-2015 u l-2016;

D.

billi l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, li jistabbilixxi t-tqassim tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali għall-perjodu 2014-2020, għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ;

E.

billi ir-regolament delegat huwa essenzjali għal adozzjoni bla xkiel u f'waqtha ta' programmi tal-iżvilupp rurali, u billi huwa xieraq li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

1.

Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-regolament delegat;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.


27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/169


P8_TA(2015)0200

Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni mal-Afrika t'Isfel (Protokoll sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja) ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Afrika t'Isfel, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (07657/2015 – C8-0103/2015 – 2014/0236(NLE))

(Approvazzjoni)

(2016/C 353/24)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07657/2015),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll Addizzjoni għall-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni, bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Afrika t'Isfel, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (13175/2014),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 217 u l-Artikolu 218(6), it-tieni paragrafu, punt (a) (v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0103/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0146/2015),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Afrika t'Isfel.


27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/170


P8_TA(2015)0201

Il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-għanijiet ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-għanijiet ta' ħasil tal-flus jew ta' finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (05933/4/2015 – C8-0109/2015 – 2013/0025(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(2016/C 353/25)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05933/4/2015 – C8-0109/2015),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta' Mejju 2013 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2013 (2),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0045),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kif ukoll tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0153/2015),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 166, 12.6.2013, p. 2.

(2)  ĠU C 271, 19.9.2013, p. 31.

(3)  Testi adottati tal-11.3.2014, P7_TA(2014)0191.


27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/171


P8_TA(2015)0202

L-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferiment ta' fondi u li tħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (05932/2/2015 – C8-0108/2015 – 2013/0024(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(2016/C 353/26)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05932/2/2015 – C8-0108/2015),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta' Mejju 2013 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2013 (2),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0044),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0154/2015),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 166, 12.6.2013, p. 2.

(2)  ĠU C 271, 19.9.2013, p. 31.

(3)  Testi adottati tal-11.3.2014, P7_TA(2014)0190.


27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/172


P8_TA(2015)0203

Proċedimenti ta' falliment ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċedimenti ta' insolvenza (riformulazzjoni) (16636/5/2014 – C8-0090/2015 – 2012/0360(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(2016/C 353/27)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (16636/5/2014 – C8-0090/2015),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Mejju 2013 (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0744),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8–0155/2015),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 271, 19.9.2013, p. 55.

(2)  Testi adottati tal-5.2.2014, P7_TA(2014)0093.


27.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 353/173


P8_TA(2015)0204

Sistema tal-Unjoni għall-awtoċertifikazzjoni ta' importaturi ta' ċerti minerali jew metalli li joriġinaw f’żoni affettwati minn kunflitti u f’żoni ta’ riskju għoli ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-20 ta' Mejju 2015 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni għall-awtoċertifikazzjoni tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista ta' importaturi responsabbli ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli (COM(2014)0111 – C7-0092/2014 – 2014/0059(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 353/28)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Riżorsi minerali naturali f'żoni affettwati minn kunflitti jew f'żoni ta' riskju għoli — għalkemm għandhom potenzjal għoli għall-iżvilupp jistgħu jkunu kawża ta' tilwim fejn id-dħul tagħhom jalimenta t-tifqigħa jew il-kontinwazzjoni ta' kunflitt vjolenti, u  jdgħajjfu l-isforzi nazzjonali lejn l-iżvilupp, il-governanza tajba u l-istat tad-dritt. F'dawn l-oqsma , il-ksur tar-rabta ta' bejn il-kunflitt u l-isfruttament illegali tal-minerali huwa kruċjali għall-paċi u l-istabbiltà.

(1)

Riżorsi minerali naturali f'żoni affettwati minn kunflitti jew f'żoni ta' riskju għoli — għalkemm għandhom potenzjal għoli għall-iżvilupp jistgħu jkunu kawża ta' tilwim fejn id-dħul tagħhom jalimenta t-tifqigħa jew il-kontinwazzjoni ta' kunflitt vjolenti, u  jdgħajfu l-isforzi lejn l-iżvilupp, il-governanza tajba u l-istat tad-dritt. F'dawn iż-żoni , il-ksur tar-rabta ta' bejn il-kunflitt u l-isfruttament illegali tal-minerali huwa element kruċjali sabiex jiġu garantiti l-paċi, l-iżvilupp u l-istabbiltà.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 1 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

L-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem huma komuni fi ħdan l-industrija estrattiva u jistgħu jinkludu tħaddim tat-tfal, vjolenza sesswali, għajbien sfurzat, ir-risistemazzjoni sfurzata u l-qerda ta' siti sinifikanti fuq livell ritwali jew kulturali.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Il-kwistjoni tikkonċerna r-reġjuni għonja fir-riżorsi fejn l-isfida ppreżentata mix-xewqa li jitnaqqas il-finanzjament ta' gruppi armati u l-forzi tas-sigurtà ġiet indirizzata minn gvernijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali flimkien mal-operaturi kummerċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

(2)

Il-kwistjoni tikkonċerna żoni għonja fir-riżorsi fejn l-isfida ppreżentata mix-xewqa li jiġi evitat il-finanzjament ta' gruppi armati u l-forzi tas-sigurtà ġiet indirizzata minn gvernijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali flimkien mal-operaturi kummerċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili , inklużi l-organizzazzjonijiet tan-nisa li huma fuq quddiem sabiex jiġbdu l-attenzjoni dwar il-kundizzjonijet ta' sfruttament imposti minn dawn il-gruppi, kif ukoll dwar l-istupru u l-vjolenza użati biex jiġu kkontrollati popolazzjonijiet lokali.

 

(Din l-emenda li tirriżulta fil-bdil tal-kelma “reġjuni” għal “żoni” tapplika matul it-test kollu).

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

Dan ir-Regolament huwa wieħed mill-mezzi biex jiġi eliminat il-finanzjament lill-gruppi armati permezz tal-kontroll fuq il-kummerċ fil-minerali minn reġjuni ta' kunflitt; dan ma jbiddilx il-fatt li l-azzjonijiet tal-politika barranija u tal-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea għandhom jiffukaw fuq il-ġlieda kontra l-korruzzjoni lokali u l-fatt li l-fruntieri huma porużi, u fuq il-forniment ta' taħriġ lill-popolazzjonijiet lokali u lir-rappreżentati tagħhom sabiex jinxteħet dawl fuq l-abbużi.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Fis- 7  ta' Ottubru 2010, il-Parlament Ewropew adotta Riżoluzzjoni li titlob lill-Unjoni sabiex tagħmel leġiżlazzjoni fuq il-mudell tal-liġi tal-'minerali ta' kunflitt' tal-Istati Uniti aliasit-Taqsima 1502 tad-Dodd-Frank Wall Street Reform and Consumer Protection Act; U l-Kummissjoni ħabbret fil-Komunikazzjonijiet tagħha tal- 2011 2012il-ħsieb tagħha biex tesplora modi kif tista' tittejjeb it-trasparenza fil-katina tal-provvista kollha, inklużi aspetti ta' diliġenza dovuta. F'din il-komunikazzjoni tal-aħħar u b'konformità mal-impenn li għamlet fil-Kunsill Ministerjali tal-OECD ta' Mejju 2011, il-Kummissjoni ppromwoviet aktar appoġġ għal u l-użu tal-Linji Gwida tal-OECD għal Intrapriżi Multinazzjonali, u tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta – anki barra s-sħubija tal-OECD.

(7)

Fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tas- 7  ta' Ottubru 2010, tat-8 ta' Marzu 2011, tal-5 ta' Lulju 2011 u tas-26 ta' Frar 2014 , il-Parlament Ewropew talab lill-Unjoni sabiex tagħmel leġiżlazzjoni fuq il-mudell tal-liġi tal-'minerali ta' kunflitt' tal-Istati Uniti magħrufa bħala t-Taqsima  1502 tad-Dodd-Frank Wall Street Reform and Consumer Protection Act; u l-Kummissjoni ħabbret fil-Komunikazzjonijiet tagħha tal-2011 2012 il-ħsieb tagħha biex tesplora modi kif tista' tittejjeb it-trasparenza fil-katina tal-provvista kollha, inklużi aspetti ta' diliġenza dovuta. F'din il-komunikazzjoni tal-aħħar u b'konformità mal-impenn li għamlet fil-Kunsill Ministerjali tal-OECD ta' Mejju 2011, il-Kummissjoni ppromwoviet aktar appoġġ għal u l-użu tal-Linji Gwida tal-OECD għal Intrapriżi Multinazzjonali, u tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta – anki barra s-sħubija tal-OECD.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Ċittadini tal-Unjoni u l-atturi tas-soċjetà ċivili qajmu l-kuxjenza fir-rigward ta' kumpaniji li joperaw fil-ġurisdizzjoni tal-Unjoni talli ma jitqisux responsabbli għall-konnessjoni potenzjali tagħhom mal-estrazzjoni illegali u l-kummerċ ta' minerali minn reġjuni ta' kunflitt. Il-konsegwenza ta' dan hija li dawn il-minerali, potenzjalment preżenti fi prodotti tal-konsumatur, jgħaqqdu l-konsumaturi mal-kunflitti barra l-Unjoni. Għal dan l-għan, iċ-ċittadini talbu notevolment permezz ta' petizzjonijiet, li l-leġiżlazzjoni tiġi proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u jżommu lill-kumpaniji responsabbli skont il-linji gwida kif stabbilit min-NU u l-OECD.

(8)

Ċittadini tal-Unjoni u l-atturi tas-soċjetà ċivili qajmu l-kuxjenza fir-rigward ta' kumpaniji li joperaw fil-ġurisdizzjoni tal-Unjoni talli ma jitqisux responsabbli għall-konnessjoni potenzjali tagħhom mal-estrazzjoni illegali u l-kummerċ ta' minerali minn reġjuni ta' kunflitt. Il-konsegwenza ta' dan hija li dawn il-minerali, potenzjalment preżenti fi prodotti tal-konsumatur, jgħaqqdu l-konsumaturi mal-kunflitti barra l-Unjoni. B'hekk, il-konsumaturi huma mgħaqqda indirettament ma' kunflitti li għandhom impatti severi fuq id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari d-drittijiet tan-nisa, peress li l-gruppi armati ħafna drabi jużaw l-istupru tal-massa bħala strateġija maħsuba sabiex jintimidaw u jikkontrollaw lill-popolazzjonijiet lokali sabiex jipproteġu l-interessi tagħhom. Għal dan l-għan, iċ-ċittadini talbu notevolment permezz ta' petizzjonijiet, li l-leġiżlazzjoni tiġi proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u jżommu lill-kumpaniji responsabbli skont il-linji gwida kif stabbilit min-NU u l-OECD.

Emendi 71, 91 u 112

Proposta għal regolament

Premessa 9 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

Ir-Regolament jirrifletti l-ħtieġa ta' diliġenza dovuta tul il-katina tal-provvista kollha mis-sit ta' provenjenza sal-prodott finali, billi l-kumpaniji kollha li jqiegħdu għall-ewwel darba fis-suq Ewropew ir-riżorsi koperti — inklużi prodotti li jkun fihom dawk ir-riżorsi — ikunu obbligati jwettqu d-diliġenza dovuta fuq il-katina tal-provvista tagħhom u jirrapportaw pubblikament dwarha. Bi qbil man-natura tad-diliġenza dovuta, l-obbligi individwali tad-diliġenza dovuta li huma previsti f'dan ir-Regolament għandhom jirriflettu n-natura progressiva u flessibbli tal-proċessi ta' diliġenza dovuta, u l-ħtieġa ta' obbligi li jkunu mfassla apposta għaċ-ċirkustanzi individwali tal-intrapriżi. L-obbligi għandhom ikunu mfassla skont id-daqs, is-saħħa u l-pożizzjoni ta' kumpanija fil-katina tal-provvista tagħha.

Emenda 57

Proposta għal regolament

Premessa 11 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)

Id-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1bis) tirrikjedi li l-kumpaniji b'aktar minn 500 impjegat jiżvelaw informazzjoni dwar għadd ta' politiki inklużi dawk dwar id-drittijiet tal-bniedem, dawk kontra l-korruzzjoni u dawk dwar id-diliġenza dovuta fil-katina ta' provvista. Dik id-Direttiva tipprevedi li l-Kummissjoni għandha tiżviluppa linji gwida b'mod li tiffaċilita l-iżvelar ta' din l-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li f'dawk il-linji gwida tinkludi indikaturi tal-prestazzjoni fir-rigward tal-akkwist ta' minerali u metalli bi provenjenza responsabbli.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 11 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b)

Ħafna mis-sistemi eżistenti tad-diligenza dovuta fil-katina tal-provvista jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament. Diġà jeżistu skemi tal-industrija bil-għan li jiksru r-rabta bejn il-kunflitt u l-provenjenza tal-landa, tantalu, tungstenu u deheb. Dawn l-iskemi jużaw awditi mwettqa minn partijiet terzi indipendenti biex jiċċertifikaw biss lil dawk il-funderiji u r-raffineriji li jkollhom fis-seħħ sistemi li jiżguraw li l-metalli u l-minerali li jakkwistaw għall-proċessi ta' produzzjoni tagħhom ikollhom provenjenza responsabbli. Dan l-iskemi tal-industrija jistgħu jiġu rikonoxxuti fis-sistema tal-Unjoni. Madankollu, il-kriterji u l-proċeduri għar-rikonoxximent ta' dawn l-iskemi bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jeħtieġ li jiġu ċċarati biex jippermettu r-rispett għal standards għolja u jiġi evitat l-awditjar doppju.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

Il-kumpaniji tal-Unjoni esprimew l-interess tagħhom permezz ta' konsultazzjoni pubblika fil-provenjenza responsabbli ta' minerali u rrappurtaw dwar skemi attwali tal-industrija, imfassla biex ikomplu l-għanijiet tar-responsabbiltà soċjali korporattiva tagħhom, it-talbiet tal-klijenti, jew is-sigurtà tal-provvisti tagħhom. Madankollu, il-kumpaniji tal-Unjoni rrappurtaw ukoll ħafna diffikultajiet biex jeżerċitaw id-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista minħabba l-katini tal-provvista globali twal u kumplessi li jinvolvu għadd għoli ta' operaturi li spiss m'humiex konxji biżżejjed jew m'humiex ikkonċernati etikament. L-ispiża tal-provenjenza responsabbli u tal-impatt potenzjali tagħha fuq il-kompetittività l-aktar fuq l-SMEs għandha tiġi sorveljata mill-Kummissjoni.

(12)

Il-kumpaniji tal-Unjoni esprimew l-interess tagħhom permezz ta' konsultazzjoni pubblika biex jakkwistaw minerali bi provenjenza responsabbli u rrappurtaw dwar skemi attwali tal-industrija, imfassla biex ikomplu l-għanijiet tar-responsabbiltà soċjali korporattiva tagħhom, it-talbiet tal-klijenti, jew is-sigurtà tal-provvisti tagħhom. Madankollu, il-kumpaniji tal-Unjoni rrappurtaw ukoll ħafna diffikultajiet u sfidi prattiċi biex jeżerċitaw id-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista minħabba katini tal-provvista globali twal u kumplessi li jinvolvu għadd kbir ta' operaturi li spiss mhumiex konxji biżżejjed jew m'humiex ikkonċernati etikament. L-ispiża biex jiġu akkwistati minerali bi provenjenza responsabbli , ta' awditjar minn partijiet terzi, tal-konsegwenzi amministrattivi u tal-impatt potenzjali tagħhom fuq il-kompetittività l-aktar fuq l-SMEs għandha tiġi sorveljata mill-qrib u rappurtata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lil mikrointrapriżi, intrapriżi żgħar u ta' daqs medju b'assistenza teknika u finanzjarja u għandha tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni sabiex timplimenta dan ir-Regolament. L-SMEs stabbiliti fl-Unjoni li jimportaw minerali u metalli u li jistabbilixxu sistemi ta' diligenza dovuta għandhom jirċievu għajnuna finanzjarja permezz tal-programm tal-Kummissjoni COSME.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 12 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)

Kumpaniji stabbiliti fl-Unjoni li joperaw downstream fil-katina tal-provvista li jistabbilixxu volantarjament sistema biex jakkwistaw minerali u metali bi provenjenza responsabbli għandhom ikunu ċertifikati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri permezz ta' tikketta. Il-Kummissjoni għandha tistrieħ fuq il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta sabiex tistabbilixxi l-kriterji għall-għoti ta' ċertifikazzjoni u, għal dak il-għan, tista' tikkonsulta lis-Segretarjat tal-OECD. Il-kundizzjonijiet għall-għoti taċ-“Ċertifikazzjoni Ewropea ta' responsabbiltà” għandhom ikunu strinġenti daqs dawk meħtieġa mis-sistema ta' ċertifikazzjoni tal-OECD. Kumpaniji li jibbenefikaw miċ-“Ċertifikazzjoni Ewropew ta' responsabbiltà” huma mħeġġa juru dan il-fatt fuq is-sit web tagħhom u jinkluduh fl-informazzjoni li jfornu lill-konsumaturi Ewropej.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Il-funderiji u r-raffineriji huma kwistjoni importanti fil-katini tal-provvista globali tal-minerali peress li jinsabu tipikament fl-aħħar stadju li fih tista' tiġi assigurata b'mod effettiv id-diliġenza dovuta bil-ġbir, id-divulgar u l-verifika tal-informazzjoni dwar l-oriġini tal-minerali u tal-katina ta' kustodja. Wara dan l-istadju ta' trasformazzjoni huwa ta' spiss ikkunsidrat li mhux fattibbli biex jiġu traċċati l-oriġini tal-minerali. Lista tal-Unjoni ta' funderiji u raffineriji responsabbli tista' għalhekk tipprovdi trasparenza u ċertezza għal kumpaniji downstream fir-rigward tal-prattiki ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista.

(13)

Il-funderiji u r-raffineriji huma punt importanti fil-katini tal-provvista globali tal-minerali peress li jinsabu tipikament fl-aħħar stadju li fih tista' tiġi assigurata b'mod effettiv id-diliġenza dovuta bil-ġbir, id-divulgar u l-verifika tal-informazzjoni dwar l-oriġini tal-minerali u tal-katina ta' kustodja. Wara dan l-istadju ta' trasformazzjoni huwa ta' spiss ikkunsidrat li mhux fattibbli li jiġu traċċati l-oriġini tal-minerali. Dan japplika wkoll għall-metalli riċiklati, li jkunu għaddew minn fażijiet saħansitra aktar avvanzati fil-proċess tat-trasformazzjoni. Lista tal-Unjoni ta' funderiji u raffineriji responsabbli tista' għalhekk tipprovdi trasparenza u ċertezza għal kumpaniji downstream fir-rigward tal-prattiki ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista. Skont il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta, impriżi upstream bħal funderiji u raffineriji għandhom jgħaddu minn awditu minn partijiet terzi indipendenti dwar il-prattiki ta' diligenza dovuta tal-katina tal-provvista tagħhom, bil-għan li jiddaħħlu fil-lista ta' funderiji u raffineriji responsabbli.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 13 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)

Funderiji u raffineriji li jipproċessaw u jimportaw minerali u konċentrati tagħhom għandhom l-obbligu li japplikaw is-sistema tal-Unjoni tad-diligenza dovuta fil-katina tal-provvista.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 13 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b)

Il-minerali u l-metalli kollha fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jintużaw f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fih. Huwa essenzjali li l-importaturi jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 15 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)

Sabiex tiġi garantita l-implimentazzjoni effiċjenti ta' dan ir-Regolament, għandu jiġi previst perjodu tranżitorju ta' sentejn biex jippermetti lill-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi sistema ta' awditjar minn partijiet terzi u lill-importaturi responsabbli biex isiru familjari mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 15 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15b)

Il-Kummissjoni għandha regolarment teżamina mill-ġdid l-assistenza finanzjarja u l-impenji politiċi tagħha fir-rigward ta' żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli fejn il-landa, it-tantalu, it-tungstenu u d-deheb huma estratti, speċjalment fir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar, sabiex tiżgura l-koerenza fil-politika, u tinċentiva u ssaħħaħ ir-rispett għal governanza tajba, l-istat tad-dritt u fuq kollox estrazzjoni etika.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-effetti tal-iskema. Mhux aktar minn tliet snin wara li jkun daħal fis-seħħ , u kull sitt snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrevedi t-tħaddim l-effettività ta' dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-promozzjoni ta' provenjenza responsabbli ta' minerali fl-ambitu tagħha f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli. Ir-rapporti jistgħu jkunu akkumpanjati, jekk meħtieġ, minn proposti leġiżlattivi adegwati, li jistgħu jinkludu miżuri obbligatorji,

(16)

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effetti tal-iskema. Sentejn wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid it-tħaddim l-effikaċja ta' dan ir-Regolament u l-aħħar impatt tal-iskema fil-post fir-rigward tal-promozzjoni ta' prattiki biex jiġu akkwistati minerali bi provenjenza responsabbli fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli u tirraporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapporti jistgħu jkunu akkumpanjati, jekk meħtieġ, minn proposti leġiżlattivi adegwati, li jistgħu jinkludu aktar miżuri obbligatorji,

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 16 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)

Fil-Komunikazzjoni Konġunta tagħhom tal-5 ta' Marzu 2014, il-Kummissjoni u l-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà impenjaw ruħhom għall-implimentazzjoni ta' miżuri ta' akkumpanjament li jwasslu għal approċċ integrat tal-UE dwar il-prattiki biex tiġi akkwistata materja prima bi provenjenza responsabbli flimkien ma' dan ir-Regolament, bil-għan li mhux biss jintlaħaq livell għoli ta' parteċipazzjoni minn kumpaniji fis-sistema tal-Unjoni prevista f'dan ir-Regolament iżda wkoll li jiġi żgurat li jittieħed approċċ globali, koerenti u komprensiv għall-promozzjoni ta' prattiki biex tinstab materja prima bi provenjenza responsabbli minn żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli.

Emenda 60

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema tal-Unjoni għall-awtoċertifikazzjoni tad-diliġenza dovuta għall-katina ta’ provvista sabiex irażżan l-opportunitajiet għall-gruppi armati u l-forzi tas-sigurtà (12) għal kummerċ fil-landa, tantalu u tungstenu, minerali tagħhom, u deheb. Huwa mfassal biex jipprovdi trasparenza u ċertezza fejn jidħlu l-prattiki tal-provvista ta’ importaturi, funderiji u raffineriji bi provenjenza f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta’ riskju għoli.

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema tal-Unjoni għaċ-ċertifikazzjoni tad-diliġenza dovuta għall-katina ta’ provvista sabiex irażżan l-opportunitajiet għall-gruppi armati u l-forzi tas-sigurtà (12) għal kummerċ fil-landa, tantalu u tungstenu, minerali tagħhom, u deheb. Huwa mfassal biex jipprovdi trasparenza u ċertezza fejn jidħlu l-prattiki tal-provvista ta’ importaturi, funderiji u raffineriji bi provenjenza f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta’ riskju għoli.

Emenda 154

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista ta' importaturi tal-Unjoni li jagħżlu li jkunu awtodikjarati bħala importaturi responsabbli ta' minerali jew metalli li fihom jew li jikkonsistu minn landa, tungstenu, tantalu u deheb, kif stipulat fl-Anness I .

2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista tal-importaturi kollha tal-Unjoni li l-provvisti tagħhom tal-minerali u l-metalli li jaqgħu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, skont il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta . Din il-gwida hija intiża biex tiżgura t-trasparenza u t-traċċabbiltà fir-rigward tal-prattiki ta' provvista tal-importaturi meta jieħdu provvisti minn żoni affettwati minn kunflitti jew f'żoni ta' riskju għoli, sabiex jiġu mminimizzati jew prevenuti kunflitti vjolenti u abbużi mid-drittijiet tal-bniedem billi jitnaqqsu l-opportunitajiet għal gruppi armati u forzi tas-sigurtà, kif definiti fl-Anness II tal-Gwida tal-OECD dwar id-diliġenza dovuta, biex jinnegozjaw f'dawk il-minerali u l-metalli.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Metalli li huma raġonevolment preżunti li huma riċiklati huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emendi 76, 97, 117 u 135

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.     Sabiex jipprevjeni distorsjonijiet mhux intenzjonati fis-suq, dan ir-Regolament għandu jiddistingwi bejn ir-rwol tal-impriżi li jinsabu upstream tal-katina tal-provvista u dawk li jinsabu downstream. L-eżerċizzju tad-diliġenza dovuta jeħtieġ ikun imfassal speċifikament għall-attivitajiet tal-impriża konċernata, id-daqs tagħha u l-pożizzjoni tagħha fil-katina tal-provvista.

Emendi 77, 98, 118 u 136

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c.     Il-Kummissjoni, b'ħidma bl-iskemi tal-industrija u skont il-Gwida tal-OECD tista' tipprovdi linji gwida ulterjuri dwar l-obbligi li għandhom jissodisfaw l-impriżi, skont il-pożizzjoni tagħhom fil-katina tal-provvista, sabiex tiżgura li s-sistema tinvolvi proċedura flessibbli li tqis il-pożizzjoni tal-SMEs.

Emenda 155

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2d.     Skont dan ir-Regolament u f'konformità mal-Gwida dwar id-Diliġenza Dovuta tal-OECD, l-impriżi downstream għandhom jieħdu kull miżura raġonevoli biex jidentifikaw u jittrattaw ir-riskji fil-katina ta' provvista tagħhom tal-minerali u l-metalli koperti b'dan ir-Regolament. F'dan il-kuntest, huma għandhom l-obbligu li jipprovdu informazzjoni dwar il-prattiki ta' diliġenza dovuta li huma jużaw għal katina ta' provvista responsabbli.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt b a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

“metalli riċiklati” tfisser prodotti riġenerati, li kienu intenzjonati għall-utent finali jew li ġa għaddew minn konsumatur, jew fdal ta' metalli pproċessati maħluq waqt il-fabbrikazzjoni ta' prodott. 'metalli riċiklati' tinkludi materjali żejda, skaduti, difettużi, u ruttam tal-metall li jkun fihom metalli raffinati jew ipproċessati li jkunu jistgħu jiġu riċiklati fil-produzzjoni ta' landa, tantalu, tungstenu, u/jew deheb; minerali ipproċessati parzjalment, mhux ipproċessati jew li jkunu prodott sekondarju minn metall ieħor mhux maħdum mhumiex metalli riċiklati;

Emenda 24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

“żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli” tfisser żoni fi stat ta' kunflitt armat, żoni fraġli wara l-kunflitt kif ukoll żoni b'governanza u sigurtà dgħajfa jew ineżistenti, bħalma huma stati falluti, u l-ksur mifrux u sistematiku tal-liġi internazzjonali, inkluż abbużi mid-drittijiet tal-bniedem ;

(e)

“żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli” tfisser żoni fi stat ta' kunflitt armat, bi preżenza ta' vjolenza mifruxa, kollass tal-infrastruttura ċivili, żoni fraġli wara l-kunflitt kif ukoll żoni b'governanza u sigurtà dgħajfa jew ineżistenti, bħalma huma stati falluti, ikkaratterizzati minn ksur mifrux u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem, kif stabbilit skont id-dritt internazzjonali;

Emenda 25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

“importatur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li tiddikjara l- minerali jew il- metalli fl-ambitu ta' dan ir-Regolament għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont it-tifsira tal-Artikolu 79 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92;  (13)

(g)

“importatur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tagħmel dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera ta' minerali u metalli fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-regolament f'ismu stess jew f'isem il-persuna li għan-nom tagħha ssir id-dikjarazzjoni ; rappreżentant li jagħmel id-dikjarazzjoni filwaqt li jaġixxi f'isem u għan-nom ta' persuna oħra jew rappreżentant li jaġixxi f'ismu u għan-nom ta' persuna oħra huma wkoll meqjusa bħala importaturi għall-fini ta' dan ir-Regolament;

Emenda 100

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

“importatur responsabbli” tfisser kull importatur li jagħżel li jkun awtoċertifikat skont ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament;

imħassar

Emenda 138

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

“awtoċertifikazzjoni” tfisser l-att ta' dikjarazzjoni tal-osservanza għall-obbligi dwar sistemi ta’ ġestjoni, il-ġestjoni tar-riskju u l-verifika u d-divulgar ta' partijiet terzi kif stabbilit f’dan ir-Regolament;

imħassar

 

(Din l-emenda tapplika matul it-test kollu)

Emenda 29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt q a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(qa)

“skema tal-industrija” tfisser tgħaqqid ta' proċeduri, għodod u mekkaniżmi għall-eżerċizzju voluntarju tad-diliġenza dovuta fil-katina tal-provvista, żviluppati u sorveljati minn assoċjazzjonijiet rilevanti tal-industrija, inkluż valutazzjoni tal-konformità ta' partijiet terzi;

Emenda 30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt q b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(qb)

“gruppi armati u forzi tas-sigurtà” tfisser il-gruppi msemmija fl-Anness II tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta;;

Emenda 31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

jadotta u jikkomunika b'mod ċar lill-fornituri u lill-pubbliku l-katina tal-provvista tiegħu għall-minerali u metalli li potenzjalment joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u żoni b'riskju għoli;

(a)

jadotta u jikkomunika b'mod ċar u sistematiku lill-fornituri u lill-pubbliku l-katina tal-provvista tiegħu għall-minerali u metalli li potenzjalment joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u żoni b'riskju għoli;

Emendi 85, 126 u 145

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fejn kwalunkwe impriża tista' tikkonkludi b'mod raġonevoli li r-riżorsi huma ġejjin biss minn sorsi riċiklati jew ta' skart, hija għandha, b'rigward xieraq għall-kunfidenzjalità tan-negozju u tħassib kompetittiv ieħor:

 

(a)

tiddivulga publikament id-determinazzjoni tagħha; u

 

(b)

tiddeskrivi f'dettal raġonevoli l-miżuri tad-diliġenza dovuta li hija eżerċitat biex wasslet għal dik id-determinazzjoni.

Emenda 67

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Importaturi responsabbli ċertifikati ta' metalli mdewba jew raffinati jkunu eżentati mit-twettiq ta' verifiki indipendenti min-naħa ta' partijiet terzi skont l-Artikolu 3(1a) ta' dan ir-Regolament jekk jissottomettu evidenza sostantiva li l-funderiji u r-raffineriji kollha fil-katina tal-provvista tagħhom huma konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Emenda 40

Proposta għal regolament

Artikolu 7 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Lista ta' importaturi responsabbli

 

1.     Abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Istati Membri fir-rapporti tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 15, il-Kummissjoni tadotta u tagħmel disponibbli pubblikament, deċiżjoni li fiha telenka l-ismijiet u l-indirizzi ta' importaturi ta' minerali u metalli responsabbli fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

 

2.     Il-Kummissjoni tadotta l-lista skont il-mudell stabbilit fl-Anness Ia u l-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 13(2).

 

3.     Il-Kummissjoni taġġorna u tippubblika, anki fuq l-internet, l-informazzjoni inkluża fil-lista b'mod puntwali. Il-Kummissjoni tneħħi mil-lista l-ismijiet tal-importaturi li, f'każ ta' azzjoni ta' rimedju inadegwata mill-importaturi responsabbli, ma jkunux għadhom rikonoxxuti bħala importaturi responsabbli mill-Istati Membri skont l- Artikolu 14(3).

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 7 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7b

 

Obbligi ta' diliġenza dovuta applikabbli għall-funderiji u raffineriji

 

1.     Funderiji u raffineriji stabbiliti fl-Unjoni li jipproċessaw u jimportaw minerali u konċentrati tagħhom għandhom l-obbligu li japplikaw is-sistema tal-Unjoni tad-diliġenza dovuta fil-katina tal-provvista jew sistema ta' diliġenza dovuta rikonoxxuta bħala ekwivalenti mill-Kummissjoni.

 

2.     L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jiżguraw l-applikazzjoni korretta tas-sistema Ewropea tad-diliġenza dovuta mill-funderiji u raffineriji. Jekk ikun hemm nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi, l-awtoritajiet jinnotifikaw il-fatt lill-funderija jew raffinerija, u jitolbuha tieħu miżuri korrettivi sabiex tkun konformi mas-sistema Ewropea tad-diliġenza dovuta. F'każ ta' nuqqas persistenti ta' konformità, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jimponu penali għall-ksur ta' dan ir-Regolament. Dawn il-penali jieqfu meta l-funderija jew ir-raffinerija tottempora mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Emenda 44

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fir-rapporti tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 15, il-Kummissjoni tadotta u tagħmel disponibbli pubblikament deċiżjoni li fiha telenka l-ismijiet u l-indirizzi ta' funderiji u raffineriji responsabbli ta' minerali fl-ambitu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament .

1.   Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fir-rapporti tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 15, il-Kummissjoni tadotta u tagħmel disponibbli pubblikament deċiżjoni li fiha telenka l-ismijiet u l-indirizzi ta' funderiji u raffineriji responsabbli.

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni tidentifika fil-lista msemmija fil-paragrafu 1 dawk il-funderiji u raffineriji responsabbli li qed jissorsjaw għall-anqas b'mod parzjali minn żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli.

2.   Il-Kummissjoni tidentifika fil-lista msemmija fil-paragrafu 1 dawk il-funderiji u raffineriji responsabbli li jakkwistaw il-metalli u l-minerali li jużaw fil-proċessi ta' produzzjoni tagħhom għall-anqas b'mod parzjali minn żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli. Din il-lista titfassal billi tieħu inkunsiderazzjoni skemi ekwivalenti tal-industrija, governattivi, jew oħrajn ta' diliġenza dovuta li jkopru l-minerali u l-metalli fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-Kummissjoni tadotta l-lista skont il-mudell fl-Anness II u l-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 13(2). Is-segretarjat tal-OECD jiġi kkonsultat.

3.   Il-Kummissjoni tadotta l-lista billi tuża l-mudell fl-Anness II u  skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 13(2). Is-segretarjat tal-OECD jiġi kkonsultat.

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-Kummissjoni taġġorna l-informazzjoni inkluża fil-lista fil-ħin. Il-Kummissjoni tneħħi mil-lista l-ismijiet tal-funderiji u r-raffineriji li ma għadhomx rikonoxxuti bħala importaturi responsabbli mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14(3), jew l-ismijiet tal-funderiji u r-raffineriji fil-katina ta' provvista tal-importaturi responsabbli li mhumiex rikonoxxuti aktar .

4.   Il-Kummissjoni taġġorna u tippubblika, anki fuq l-internet, l-informazzjoni inkluża fil-lista fil-ħin. Il-Kummissjoni tneħħi mil-lista l-ismijiet tal-funderiji u r-raffineriji li ma jkunux għadhom rikonoxxuti bħala importaturi responsabbli mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14(3), jew l-ismijiet tal-funderiji u r-raffineriji fil-katina tal-provvista tal-importaturi responsabbli li ma jkunux għadhom rikonoxxuti.

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni tiddeċiedi li tippubblika, inkluż fuq l-Internet , lista tal-awtoritajiet kompetenti skont il-mudell fl-Anness III u l-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 13 . Il-Kummissjoni taġġorna l-lista regolarment.

2.   Il-Kummissjoni tiddeċiedi li tippubblika, inkluż fuq l-internet , lista tal-awtoritajiet kompetenti billi tuża l-mudell fl-Anness III u  skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 13(2) . Il-Kummissjoni taġġorna l-lista regolarment.

Emenda 151

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jwettqu kontrolli ex post xierqa sabiex jiżguraw jekk l-importaturi responsabbli awtoċertifikati ta’ minerali u metalli fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament jikkonformawx mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 4, 5, 6 u 7.

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jwettqu kontrolli ex post xierqa sabiex jiżguraw jekk l-importaturi responsabbli ta’ minerali u metalli fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament jikkonformawx mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 4, 5, 6 u 7.

Emenda 49

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 jitwettqu b'approċċ ibbażat fuq ir-riskju. Barra minn hekk, jistgħu jitwettqu kontrolli wkoll meta awtorità kompetenti jkollha f'idejha tagħrif rilevanti, inkluż fuq il-bażi ta' tħassib sostanzjali minn partijiet terzi, dwar il-konformità ta' operatur responsabbli ma' dan ir-Regolament.

2.   Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 jitwettqu b'approċċ ibbażat fuq ir-riskju. Barra minn hekk, jitwettqu kontrolli wkoll meta awtorità kompetenti jkollha f'idejha tagħrif rilevanti, inkluż fuq il-bażi ta' tħassib sostanzjali minn partijiet terzi, dwar il-konformità ta' operatur responsabbli ma' dan ir-Regolament.

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 12 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Sabiex tinħoloq ċarezza u ċertezza għal konsistenza bejn l-operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari l-SMEs, il-Kummissjoni, b'konsultazzjoni mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-OECD, tipprepara linji gwida mhux vinkolanti f'forma ta' manwal għall-kumpaniji, fejn tispjega l-aħjar mod kif jiġu applikati l-kriterji għal dawk l-oqsma li jaqaw fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan il-manwal ikun ibbażat fuq id-definizzjoni ta' żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli skont l-Artikolu 2(e) ta' dan ir-Regolament u jieħu inkunsiderazzjoni l-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta f'dan il-qasam.

Emenda 52

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-mexxej tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew meta titlob dan maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat.

imħassar

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)     Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 15 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

Miżuri ta' akkumpanjament

1.     Il-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva, kif xieraq, fi ħdan il-perjodu tranżitorju li tistabbilixxi miżuri ta' akkumpanjament sabiex tissaħħaħ l-effikaċja ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titlu “Il-Provenjenza Responsabbli ta' minerali li joriġinaw f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli. Lejn Approċċ integrat tal-UE” (JOIN (2014)0008).

Miżuri ta' akkumpanjament li jiżguraw approċċ integrat tal-UE għad-dmir li, għall-proċessi ta' produzzjoni, jiġu akkwistati metalli u minerali bi provenjenza responsabbli jipprevedu:

(a)

appoġġ lill-intrapriżi li jkollhom prattiki biex il-metalli u l-minerali li jakkwistaw għall-proċessi ta' produzzjoni tagħhom ikollhom provenjenza responsabbli fil-forma ta' inċentivi, assistenza teknika u gwida għall-intrapriżi, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u l-pożizzjoni tagħhom fil-katina tal-provvista, sabiex tkun iffaċilitata l-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;

(b)

djalogi ta' politika li għaddejjin ma' pajjiżi terzi u partijiet interessati oħra, inkluża l-possibbiltà ta' armonizzazzjoni ma' sistemi ta' ċertifikazzjoni nazzjonali u reġjonali u kooperazzjoni ma' inizjattivi pubbliċi privati;

(c)

kooperazzjoni għall-iżvilupp kontinwa u mmirata ma' pajjiżi terzi, b'mod partikolari għajnuna għall-kummerċjalizzazzjoni ta' minerali mhux ta' kunflitt u għajnuna sabiex l-intrapriżi lokali jitqiegħdu f'pożizzjoni aħjar biex jottemporaw ruħhom ma' dan ir-Regolament;

(d)

kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri għat-tnedija ta' inizjattivi komplementari fil-qasam ta' tagħrif għall-konsumatur, l-investitur u l-klijent u aktar inċentivi għal imġiba responsabbli tal-kumpaniji u għal klawsoli ta' prestazzjoni f'kuntratti ta' akkwist iffirmati mill-awtoritajiet nazzjonali skont it-termini tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) .

2.     Il-Kummissjoni tippreżenta rapport annwali dwar il-prestazzjoni tal-miżuri ta' akkumpanjament implimentati skont il-paragrafu 1 u dwar l-impatt u l-effikaċja tagħhom.

Emenda 56

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dan ir-Regolament japplika minn …  (*)

Emenda 59

Proposta għal regolament

Anness II – Kolonna C a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kolonna Ca: Tip ta' mineral


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 61(2), it-tieni subparagrafu (A8-0141/2015).

(1bis)   Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 1).

(12)  “Gruppi armati u  l-forzi tas-sigurtà” kif definiti fl-Anness II tal-OECD Due Diligence Guidance for Responsible Supply Chains of Minerals from Conflict-Affected and High-Risk Areas: It-tieni edizzjoni Pubblikazzjoni tal-OECD (OECD (2013), http://dx.doi.org/10.1787/9789264185050-en.

(12)  “Gruppi armati u  forzi tas-sigurtà” kif definiti fl-Anness II tal-OECD Due Diligence Guidance for Responsible Supply Chains of Minerals from Conflict-Affected and High-Risk Areas: It-tieni edizzjoni Pubblikazzjoni tal-OECD (OECD (2013), http://dx.doi.org/10.1787/9789264185050-en.

(13)   Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).

(1a)   Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE(ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(*)   Sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament