ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 335

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
12 ta' Settembru 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2016/C 335/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2016/C 335/02

Kawża C-648/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Politika tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ilma — Direttiva 2000/60/KE — Monitoraġġ tal-istat ekoloġiku u tal-istat kimiku għall-ilmijiet tal-wiċċ — Pjanijiet ta’ mmaniġġar ta’ baċin tax-xmara)

2

2016/C 335/03

Kawża C-200/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu – ir-Rumanija) – Silvia Georgiana Câmpean vs Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Mediaș, li saret Serviciul Fiscal Municipal Mediaș, Administrația Fondului pentru Mediu (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi l-modalitajiet ta’ rimbors bl-interessi tat-taxxi miġbura indebitament — Eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji li jirrigwardaw tali drittijiet għal rimbors ibbażati fuq l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni — Rimbors permezz ta’ pagament akkont fuq ħames snin — Rimbors suġġett għall-kundizzjoni tal-eżistenza ta’ fondi miġbura minn taxxa — Assenza ta’ possibbiltà ta’ eżekuzzjoni forzata)

3

2016/C 335/04

Kawża C-288/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Timiș – ir-Rumanija) – Silvia Cup vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice (AJFP) Timiș – Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice (DGRFP) Timișoara (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi l-modalitajiet ta’ rimbors bl-interessi tat-taxxi miġbura indebitament — Eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji li jirrigwardaw tali drittijiet għal rimbors ibbażati fuq l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni — Rimbors permezz ta’ pagament akkont fuq ħames snin — Rimbors suġġett għall-kundizzjoni tal-eżistenza ta’ fondi miġbura minn taxxa — Assenza ta’ possibbiltà ta’ eżekuzzjoni forzata)

4

2016/C 335/05

Kawża C-406/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie – il-Polonja) – Wrocław – Miasto na prawach powiatu vs Minister Infrastruktury i Rozwoju (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2004/18/KE — Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Regolarità tal-obbligu impost fuq l-offerenti li jwettqu perċentwali tal-kuntratt mingħajr ma jirrikorru għas-subappalt — Regolament (KE) Nru 1083/2006 — Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni — Obbligu għall-Istati Membri li jagħmlu korrezzjoni finanzjarja fid-dawl tal-irregolaritajiet misjuba — Kunċett ta’ irregolarità — Neċessità ta’ korrezzjoni finanzjarja fil-każ ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi)

5

2016/C 335/06

Kawżi Magħquda C-458/14 u C-67/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia, Tribunale Amministrativo Regionale per la Sardegna – l-Italja) – Promoimpresa srl (C-458/14) vs Consorzio dei comuni della Sponda Bresciana del Lago di Garda e del Lago di Idro, Regione Lombardia u Mario Melis et (C-67/15) vs Comune di Loiri Porto San Paolo, Provincia di Olbia Tempio (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi u libertà ta’ stabbiliment — Artikolu 49 TFUE — Direttiva 2006/123/KE — Artikolu 12 — Konċessjonijiet ta’ beni pubbliċi fis-settur marittimu, tal-għadajjar u tax-xmajjar li għandhom importanza ekonomika — Estensjoni awtomatika — Assenza ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti)

6

2016/C 335/07

Kawża C-476/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Citroën Commerce GmbH vs Zentralvereinigung des Kraffahrzeuggewerbes zur Aufrechterhaltung lauteren Wettbewerbs eV (ZLW) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttivi 98/6/KE u 2005/29/KE — Protezzjoni tal-konsumaturi — Reklamar b’indikazzjoni tal-prezz — Kunċetti ta’ oferta u ta’ prezz inklużi t-taxxi — Obbligu li jiġu inklużi fil-prezz tal-bejgħ tal-vettura bil-mutur l-ispejjeż supplimentari obbligatorji marbuta mat-trasferiment ta’ din il-vettura

6

2016/C 335/08

Kawża C-486/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hanseatisches Oberlandesgericht Hamburg – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra Piotr Kossowski (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen — Artikoli 54 u 55(1)(a) — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 50 — Prinċipju ta’ ne bis in idem — Ammissibbiltà ta’ proċeduri kriminali kontra imputat fi Stat Membru wara l-għeluq tal-proċedura kriminali mibdija kontrih fi Stat Membru ieħor mill-uffiċċju tal-prosekutur mingħajr investigazzjoni fid-dettall — Asssenza ta’ evalwazzjoni fil-mertu tal-każ)

7

2016/C 335/09

Kawża C-567/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Paris – Franza) – Genentech Inc. vs Hoechst GmbH, Sanofi-Aventis Deutschland GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kompetizzjoni — Artikolu 101 TFUE — Ftehim ta’ liċenzja mhux esklużiva — Privattiva — Assenza ta’ vjolazzjoni — Obbligu ta’ ħlas ta’ tariffa)

8

2016/C 335/10

Kawża C-614/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra Atanas Ognyanov (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 267 TFUE — Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kontenut ta’ talba għal deċiżjoni preliminari — Regola nazzjonali li tipprevedi l-astensjoni tal-qorti nazzjonali talli tkun esprimiet opinjoni provviżorja fit-talba għal deċiżjoni preliminari meta kkonstatat il-kuntest fattwali u ġuridiku — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 u Artikolu 48(1))

8

2016/C 335/11

Kawża C-6/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Belġju) – TNS Dimarso NV vs Vlaams Gewest [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Direttiva 2004/18/KE — Artikolu 53(2) — Kriterji ta’ għoti — Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament — Metodu ta’ evalwazzjoni — Regoli ta’ evalwazzjoni — Obbligu tal-awtorità kontraenti li tippreċiża fis-sejħa għal offerti l-piż tal-kriterji ta’ għoti — Portata tal-obbligu]

9

2016/C 335/12

Kawża C-18/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall) – Brisal – Auto Estradas do Litoral SA, KBC Finance Ireland vs Fazenda Pública Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 56 TFUE — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Restrizzjonijiet — Leġiżlazzjoni fiskali — Tassazzjoni tal-interessi miġbura — Differenza fit-trattament bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji residenti u l-istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti

10

2016/C 335/13

Kawża C-19/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht München I – il-Ġermanja) – Verband Sozialer Wettbewerb eV vs Innova Vital GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Regolament (KE) Nru 1924/2006 — Indikazzjonijiet nutrittivi u ta’ saħħa li jirrigwardaw il-prodotti tal-ikel — Artikolu 1(2) — Kamp ta’ applikazzjoni — Ikel intiż li jitwassal bħala tali lill-konsumatur finali — Indikazzjonijiet magħmula f’komunikazzjoni kummerċjali indirizzata esklużivament lil professjonisti tas-saħħa)

10

2016/C 335/14

Kawża C-46/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Central Administrativo Sul – il-Portugall) – Ambisig – Ambiente e Sistemas de Informação Geográfica SA vs AICP – Associação de Industriais do Concelho de Pombal (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/18/KE — It-tieni inċiż tal-Artikolu 48(2)(a)(ii) — Kapaċitajiet tekniċi tal-operaturi ekonomiċi — Effett dirett — Mezzi ta’ prova — Relazzjoni ta’ ġerarkija bejn iċ-ċertifikazzjoni tax-xerrej privat u d-dikjarazzjoni unilaterali tal-offerent — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Projbizzjoni li jiġu introdotti emendi sostanzjali għall-mezzi ta’ prova previsti)

11

2016/C 335/15

Kawża C-70/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – Emmanuel Lebek vs Janusz Domino (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 34(2) — Konvenut li ma jidhirx għall-proċeduri — Rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi — Motivi tar-rifjut — Assenza ta’ notifika fi żmien xieraq tal-att promotur lill-konvenut kontumaċi — Kunċett ta’ proċedimenti biex jiddisputa s-sentenza — Talba intiża għall-eżenzjoni mid-dekadenza — Regolament (KE) Nru 1393/2007 — Artikolu 19(4) — Notifika tal-atti ġudizzjarji u extraġudizzjarji — Terminu li fih it-talba intiża għall-eżenzjoni mid-dekadenza hija ammissibbli)

12

2016/C 335/16

Kawża C-97/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Hoge Raad der Nederlanden – In-Netherlands) – Sprengen/Pakweg Douane BV vs Staatssecretaris van Financiën (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa doganali komuni — Nomenklatura Magħquda — Intestaturi 8471 u 8521 — Noti ta’ spjegazzjoni — Ftehim dwar il-kummerċ tal-prodotti tat-teknoloġija tal-informatika — Screenplays)

13

2016/C 335/17

Kawża C-111/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upravno sodišče Republike Slovenije – Is-Slovenja) – Občina Gorje vs Ir-Repubblika tas-Slovenja (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika Agrikola Komuni — Regolament (KE) Nru 1698/2005 — Regolament (KE) Nru 65/2011 — Finanzjament mill-FAEŻR — Għajnuna għall-iżvilupp rurali — Regoli dwar l-eliġibbiltà ta’ operazzjonijiet u ta’ nfiq — Rekwiżit ratione temporis — Esklużjoni kompleta — Tnaqqis tal-għajnuna)

13

2016/C 335/18

Kawża C-115/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit) – Secretary of State for the Home Department vs NA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 20 u 21 TFUE — Direttiva 2004/38/KE — Punt (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(2) — Regolament (KEE) Nru 1612/68 — Artikolu 12 — Dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni — Żwieġ bejn ċittadin tal-Unjoni u ċittadin ta’ pajjiż terz — Atti ta’ vjolenza konjugali — Divorzju wara t-tluq taċ-ċittadin tal-Unjoni — Żamma tad-dritt ta’ residenza taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li għandu l-kustodja ta’ wliedhom, li huma ċittadini tal-Unjoni)

14

2016/C 335/19

Kawża C-123/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Max-Heinz Feilen vs Finanzamt Fulda (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Moviment liberu tal-kapital — Taxxa fuq is-suċċessjoni — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi tnaqqis tat-taxxa tas-suċċessjoni applikabbli għas-suċċessjoni li tinkludi patrimonju li kien diġà s-suġġett ta’ trasferiment causa mortis li ta lok għall-ġbir ta’ tali taxxa f’dan l-Istat Membru — Restrizzjoni — Ġustifikazzjoni — Koerenza tas-sistema fiskali)

15

2016/C 335/20

Kawża C-134/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sächsisches Oberverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Lidl GmbH & Co. KG vs Freistaat Sachsen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 543/2008 — Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Standards għall-kummerċjalizzazzjoni — Laħam frisk tat-tjur ippakkjat minn qabel — Obbligu li jiġi indikat il-prezz totali u l-prezz skont l-unità tal-piż fuq l-ippakkjar minn qabel jew fuq tikketta mwaħħla ma’ dan tal-aħħar — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 16 — Libertà li tiġi eżerċitata attività ekonomika — Proporzjonalità — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(2) TFUE — Nondiskriminazzjoni)

16

2016/C 335/21

Kawża C-176/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Liège – il-Belġju) – Guy Riskin, Geneviève Timmermans vs État belge (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-kapital — Artikoli 63 u 65 TFUE — Artikolu 4 TUE — Tassazzjoni diretta — Intaxxar tad-dividendi — Ftehim bilaterali dwar ħelsien minn taxxa doppja — Stat terz — Kamp ta’ applikazzjoni)

16

2016/C 335/22

Kawża C-178/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Wrocławia-Śródmieścia – il-Polonja) – Alicja Sobczyszyn vs Szkoła Podstawowa u Rzeplinie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Direttiva 2003/88/KE — Dritt għal-leave annwali mħallas — Għalliema — Leave ta’ konvalexxenza — Leave annwali li jikkoinċidi ma’ leave ta’ konvalexxenza — Dritt li l-leave annwali jittieħed fi żmien ieħor)

17

2016/C 335/23

Kawża C-187/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Joachim Pöpperl vs Land Nordrhein-Westfalen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 45 TFUE — Moviment liberu tal-ħaddiema — Uffiċjal ta’ Stat Membru li telaq mis-servizz pubbliku sabiex jeżerċita impjieg fi Stat Membru ieħor — Leġiżlazzjoni nazzjonali li f’dan il-każ tipprevedi t-telf tad-drittijiet għall-pensjoni tax-xjuħija miksuba fis-servizz pubbliku u s-sħubija retroattiva fl-iskema ġenerali ta’ assigurazzjoni għax-xjuħija)

18

2016/C 335/24

Kawża C-196/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Paris – Franza) – Granarolo SpA vs Ambrosi Emmi France SA [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Punti 1 u 3 tal-Artikolu 5 — Qorti li għandha ġurisdizzjoni — Kunċetti ta’ materja kuntrattwali u ta’ materja delittwali — Terminazzjoni f’daqqa ta’ relazzjonijiet kummerċjali stabbiliti għal żmien twil — Azzjoni għad-danni — Kunċetti ta’ bejgħ ta’ merkanzija u ta’ provvista ta’ servizzi]

18

2016/C 335/25

Kawża C-205/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Judecătoria Sibiu – ir-Rumanija) – Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Brașov (DGRFP) vs Vasile Toma, Biroul Executorului Judecătoresc Horațiu-Vasile Cruduleci (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47 — Dritt ta’ aċċess għal qorti — Prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività — Proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li tordna r-rimbors ta’ taxxa mħallsa bi ksur tad-dritt tal-Unjoni — Eżenzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi minn ċerti spejjeż tal-qorti — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

19

2016/C 335/26

Kawża C-210/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016 – Il-Repubblika tal-Polonja vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — FAEGG u FAEŻR — Spejjeż esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni — Regolamenti (KE) Nru 1257/1999 u Nru 1698/2005 — Rtirar antiċipat tal-bdiewa — Waqfien definittiv ta’ kwalunkwe attività agrikola kummerċjali)

20

2016/C 335/27

Kawża C-222/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Pécsi Törvényszék – l-Ungerija) – Hőszig Kft. vs Alstom Power Thermal Services (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 23 — Klawżola mdaħħla f’kundizzjonijiet ġenerali — Kunsens tal-partijiet għall-imsemmija kundizzjonijiet — Validità u preċiżjoni ta’ tali klawżola)

20

2016/C 335/28

Kawża C-230/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – Brite Strike Technologies Inc. vs Brite Strike Technologies SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 22(4) — Ġurisdizzjoni għat-tilwim fil-qasam ta’ proprjetà intellettwali — Artikolu 71 — Konvenzjonijiet konklużi mill-Istati Membri f’oqsma partikolari — Konvenzjoni Benelux fil-qasam ta’ proprjetà intellettwali — Ġurisdizzjoni għat-tilwim dwar it-trade marks u disinni Benelux — Artikolu 350 TFUE)

21

2016/C 335/29

Kawża C-270/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 – Ir-Renju tal-Belġju vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani għall-finanzjament ta’ testijiet ta’ screening għall-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli tal-annimali tal-ifrat — Vantaġġ selettiv — Deċiżjoni li tiddikjara din l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern)

22

2016/C 335/30

Kawża C-271/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 – Sea Handling SpA, fi stralċ vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Dritt ta’ aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Interpretazzjoni żbaljata — Obbligu ta’ motivazzjoni — Dokumenti relatati ma’ proċedimenti ta’ stħarriġ ta’ għajnuna mill-Istat — Protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni ta’ investigazzjoni u ta’ awditu — Preżunzjoni ġenerali ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti kollha tal-fajl amministrattiv — Portata tal-preżunzjoni ta’ kunfidenzjalità — Talba ta’ aċċess għall-ilment li wassal għall-proċedimenti ta’ investigazzjoni — Rifjut ta’ aċċess — Interess pubbliku superjuri)

22

2016/C 335/31

Kawża C-335/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Maria Cristina Elisabetta Ornano vs Ministero della Giustizia, Direzione Generale dei Magistrati del Ministero [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Artikolu 119 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 141 KE) — Direttiva 75/117/KEE — Ugwaljanza tar-remunerazzjonijiet bejn ħaddiema irġiel u nisa — Artikolu 1 — Direttiva 92/85/KEE — Miżuri intiżi sabiex itejbu s-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol ta’ ħaddiema tqal, ħaddiema li welldu reċentement jew ħaddiema li qed ireddgħu — Il-punt (2)(b) tal-Artikolu 11 u l-punt (3) tal-Artikolu 11 — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi kumpens għall-ispejjeż sostnuti mill-membri tal-ġudikatura ordinarja matul l-eżerċizzju tal-attività professjonali tagħhom — Assenza ta’ dritt għal dan il-kumpens ta’ membru tal-ġudikatura ordinarja fil-każ ta’ leave tal-maternità obbligatorju meħud qabel l-1 ta’ Jannar 2005]

23

2016/C 335/32

Kawża C-416/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – Selena România Srl vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice (DGRFP) București (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika kummerċjali — Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Artikolu 13 — Evitar — Regolament ta’ implementazzjoni (UE) Nru 791/2011 — Drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina — Dazji antidumping — Regolament ta’ implementazzjoni (UE) Nru 437/2012 — Kunsinna mit-Tajwan — Ftuħ ta’ investigazzjoni — Regolament ta’ implementazzjoni (UE) Nru 21/2013 — Estensjoni tad – dazju antidumping — Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis — Prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Irkupru a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni)

24

2016/C 335/33

Kawża C-447/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský soud v Ostravě – ir-Repubblika Ċeka) – Ivo Muladi vs Krajský úřad Moravskoslezského kraj (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport — Direttiva 2003/59/KE — Obbligu ta’ kwalifika inizjali — Artikolu 4 — Drittijiet miksuba — Detenturi ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa qabel id-dati previsti fl-Artikolu 4 — Eżenzjoni mill-obbligu ta’ kwalifika inizjali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi rekwiżit supplimentari ta’ taħriġ perijodiku minn qabel ta’ tul ta’ 35 siegħa sabiex tibbenefika minn din l-eżenzjoni)

25

2016/C 335/34

Kawża C-464/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Wiener Neustadt – l-Awstrija) – Admiral Casinos & Entertainment AG vs Balmatic Handelsgesellschaft mbH et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 56 TFUE — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprojbixxi, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali, l-operazzjoni ta’ magni tal-logħob b’rebħ limitat (kleines Glücksspiel) fin-nuqqas ta’ permess maħruġ mill-awtorità kompetenti — Restrizzjoni — Ġustifikazzjoni — Proporzjonalità — Evalwazzjoni tal-proporzjonalità abbażi kemm tal-għan tal-leġiżlazzjoni fil-mument tal-adozzjoni tagħha kif ukoll tal-effetti tagħha waqt l-implementazzjoni tagħha — Effetti kkonstatati empirikament b’ċertezza)

25

2016/C 335/35

Kawża C-494/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší soud České republiky – Ir-Repubblika Ċeka) – Tommy Hilfiger Licensing LLC et vs Delta Center a.s. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Direttiva 2004/48/KE — Rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali — Kunċett ta’ intermedjarju li s-servizzi tiegħu kienu użati sabiex jinkiser dritt tal-proprjetà intellettwali — Kerrej ta’ swali fejn jinżamm suq li jissulloka l-punti ta’ bejgħ — Possibbiltà li tingħata ordni fir-rigward ta’ dan il-kerrej — Artikolu 11)

26

2016/C 335/36

Kawża C-85/16 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2016 minn Kenzo Tsujimoto mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-2 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-414/13, Kenzo Tsujimoto vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

27

2016/C 335/37

Kawża C-86/16 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2016 minn Kenzo Tsujimoto mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-2 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża T-522/13, Kenzo Tsujimoto vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

28

2016/C 335/38

Kawża C-88/16 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2016 minn European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE mis-sentenza mogħtija fit-2 ta’ Diċembru 2015 mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’Awla) fil-Kawża T-553/13, European Dynamics Luxembourg and Evropaïki Dynamiki vs Fusion for Energy

30

2016/C 335/39

Kawża C-218/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Gorzowie Wielkopolskim (il-Polonja) fid-19 ta’ April 2016 – Aleksandra Kubicka

30

2016/C 335/40

Kawża C-277/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fis-17 ta’ Mejju 2016 – Polkomtel Sp. z o.o. vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

30

2016/C 335/41

Kawża C-278/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Aachen (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Mejju 2016 – Frank Sleutjes

31

2016/C 335/42

Kawża C-307/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-30 ta’ Mejju 2016 – Stanisław Pieńkowski vs Dyrektor Izby Skarbowej w Lublinie

32

2016/C 335/43

Kawża C-308/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-30 ta’ Mejju 2016 – Kozuba Premium Selection sp. z o.o., stabbilita f’Varsavja vs Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie

32

2016/C 335/44

Kawża C-309/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (l-Awstrija) fil-31 ta’ Mejju 2016 – Corbin Opportunity Fund Lp et

33

2016/C 335/45

Kawża C-330/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fl-10 ta’ Ġunju 2016 – Piotr Zarski vs Andrzej Stadnicki

33

2016/C 335/46

Kawża C-346/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Kehl (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Ġunju 2016 – proċeduri kriminali kontra C

34

2016/C 335/47

Kawża C-349/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nederlandstalige Rechtbank van eerste aanleg Brussel (il-Belġju) fl-24 ta’ Ġunju 2016 – T.KUP SAS vs Belgische Staat

35

2016/C 335/48

Kawża C-355/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-28 ta’ Ġunju 2016 – Christian Picart vs Ministre des finances et des comptes publics

36

2016/C 335/49

Kawża C-356/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fis-27 ta’ Ġunju 2016 – Proċeduri kriminali kontra Wamo SPRL u Luc Cecile Jozef Van Mol

36

2016/C 335/50

Kawża C-357/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fit-28 ta’ Ġunju 2016 – UAB Gelvora vs Valstybinė vartotojų teisių apsaugos tarnyba

37

2016/C 335/51

Kawża C-358/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative (il-Lussemburgu) fl-24 ta’ Ġunju 2016 – UBS (Luxembourg) SA, Alain Hondequin, Holzem, et

38

2016/C 335/52

Kawża C-359/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (il-Belġju) fl-24 ta’ Ġunju 2016 – Ömer Altun et, Absa NV et vs Openbaar Ministerie

38

2016/C 335/53

Kawża C-365/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Franza) fl-4 ta’ Lulju 2016 – Association française des entreprises privées (AFEP) et vs Ministre des finances et des comptes publics

39

2016/C 335/54

Kawża C-367/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fil-5 ta’ Lulju 2016 – Openbaar Ministerie vs Dawid Piotrowski

40

2016/C 335/55

Kawża C-381/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-11 ta’ Lulju 2016 – Salvador Benjumea Bravo de Laguna vs Esteban Torras Ferrazzuolo

41

2016/C 335/56

Kawża C-385/16 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2016 minn Sharif University of Technology mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-28 ta’ April 2016 fil-Kawża T-52/15, Sharif University of Technology vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

41

2016/C 335/57

Kawża C-396/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fil-15 ta’ Lulju 2016 – T-2, družba za ustvarjanje, razvoj in trženje elektronskih komunikacij in opreme, d.o.o. (attwalment fi stralċ) vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

42

 

Il-Qorti Ġenerali

2016/C 335/58

Kawża T-347/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2016 – Yanukovych vs Il-Kunsill (Rikors għal annullament — Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi — Lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent — Adattament tat-talbiet — Mewt tar-rikorrent — Inammissibbiltà — Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni fil-lista — Rikors manifestament fondat)

44

2016/C 335/59

Kawża T-380/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2016 – Pshonka vs Il-Kunsill (Rikors għal annullament — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar tal-fondi — Lista tal-persuni, entitajiet u korpi li japplika għalihom l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi — Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent — Terminu tar-rikors — Ammissibbiltà — Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni fil-lista — Rikors manifestament fondat)

45

2016/C 335/60

Kawża T-770/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2016 – L-Italja vs Il-Kummissjoni [FEŻR — Regolament (KE) Nru 1083/2006 — Programm ta’ Kooperazzjoni Transkonfinali Italja – Malta – 2007-2013 — Nuqqas ta’ osservanza tat-termini — Diżimpenn awtomatiku — Proporzjonalità — Prinċipju ta’ kooperazzjoni — Prinċipju ta’ partenarjat — Forza maġġuri — Obbligu ta’ motivazzjoni — Rikors manifestament infondat fid-dritt]

46

2016/C 335/61

Kawża T-368/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2016 – Alcimos Consulting vs BĊE (Rikors għal annullament — Rikors għad-danni — Deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE — Assistenza ta’ likwidità f’emerġenza lill-banek Griegi — Limitu massimu — Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà — Ksur tar-rekwiziti proċedurali)

46

2016/C 335/62

Kawża T-677/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2016 – Panzeri vs Il-Parlament u L-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament — Allowance ta’ assistenza parlamentari — Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament — Sostituzzjoni tal-att ikkontestat fil-mori tal-kawża — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Att preparatorju — Inammissibbiltà)

47

2016/C 335/63

Kawża T-729/15 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2016 – MSD Animal Health Innovation u Intervet International vs EMA (Miżuri provviżorji — Aċċess għal dokumenti — Rogolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti miżmuma mill-EMA dwar informazzjoni mressqa minn impriża fil-kuntest tat-talba tagħha għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali — Deċiżjoni li terz jingħata l-aċċess għad-dokumenti — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Urġenza — Fumus boni juris — Ibbilanċjar tal-interessi)

48

2016/C 335/64

Kawża T-382/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Lulju 2016 – Asna vs EUIPO — Wings Software (ASNA WINGS)

48

2016/C 335/65

Kawża T-389/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2016 – AIA vs EUIPO – Casa Montorsi (MONTORSI F. & F.)

49

2016/C 335/66

Kawża T-398/16: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2016 – Starbucks vs EUIPO – Nersesyan (COFFEE ROCKS)

50

2016/C 335/67

Kawża T-402/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2016 – Berliner Stadtwerke vs EUIPO (berlinGas)

51

2016/C 335/68

Kawża T-403/16: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2016 – Stada Arzneimittel vs EUIPO – Vivatech (Immunostad)

51

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2016/C 335/69

Kawża F-29/16: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2016 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

53

2016/C 335/70

Kawża F-36/16: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

54

2016/C 335/71

Kawża F-37/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2016 – ZZ vs BEI

54


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2016/C 335/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 326, 5.9.2016

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 314, 29.8.2016

ĠU C 305, 22.8.2016

ĠU C 296, 16.8.2016

ĠU C 287, 8.8.2016

ĠU C 279, 1.8.2016

ĠU C 270, 25.7.2016

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-648/13) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Politika tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ilma - Direttiva 2000/60/KE - Monitoraġġ tal-istat ekoloġiku u tal-istat kimiku għall-ilmijiet tal-wiċċ - Pjanijiet ta’ mmaniġġar ta’ baċin tax-xmara))

(2016/C 335/02)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u E. Manhaeve, aġenti)

Konvenuti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, K. Majcher u M. Drwięcki, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma ttrasponietx totalment jew korrettament l-Artikolu 2, punti 19, 20, 26 u 27, l-Artikolu 8(1), l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 11(5) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, kif emendata mid-Direttiva 2008/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2008, kif ukoll il-punti 1.3,1.3.4, 1.3.5, 1.4 u 2.4.1 tal-Anness V tal-imsemmija direttiva u l-Parti A, punti 7.2 sa 7.10, tal-Anness VII tal-istess direttiva, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq obbligi li hija kienet responsabbli għalihom skont dawn id-dispożizzjonijiet u skont l-Artikolu 24 ta’ din l-istess direttiva.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 45, 15.2.2014.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu – ir-Rumanija) – Silvia Georgiana Câmpean vs Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Mediaș, li saret Serviciul Fiscal Municipal Mediaș, Administrația Fondului pentru Mediu

(Kawża C-200/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi l-modalitajiet ta’ rimbors bl-interessi tat-taxxi miġbura indebitament - Eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji li jirrigwardaw tali drittijiet għal rimbors ibbażati fuq l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni - Rimbors permezz ta’ pagament akkont fuq ħames snin - Rimbors suġġett għall-kundizzjoni tal-eżistenza ta’ fondi miġbura minn taxxa - Assenza ta’ possibbiltà ta’ eżekuzzjoni forzata))

(2016/C 335/03)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Sibiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Silvia Georgiana Câmpean

Konvenuti: Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Mediaș, li saret Serviciul Fiscal Municipal Mediaș, Administrația Fondului pentru Mediu

Dispożittiv

Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jadotta dispożizzjonijiet li jissuġġettaw ir-rimbors ta’ taxxa, li tkun ġiet iddikjarata kontra d-dritt tal-Unjoni minn sentenza tal-Qorti tal-Ġustizja jew li l-inkompatibbiltà tagħha ma’ dan id-dritt tirriżulta minn tali sentenza, għal kundizzjonijiet li jikkonċernaw speċifikament din it-taxxa u li huma inqas favorevoli minn dawk li jiġu applikati, fl-assenza tagħhom, għal tali rimbors, fejn l-osservanza ta’ dan il-prinċipju għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinivju f’dan il-każ.

Il prinċipju ta’ ekwivalenza għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jipprevedi modalitajiet proċedurali inqas favorevoli għat-talbiet ta’ rimbors ta’ taxxa bbażati fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni minn dawk applikabbli għal azzjonijiet simili bbażati fuq ksur tad-dritt nazzjonali. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq il-verifiki neċessarji sabiex tiġi ggarantita l-osservanza ta’ dan il-prinċipju f’dak li jikkonċerna l-leġiżlazzjoni applikabbli għat-tilwima pendenti quddiemha.

Il prinċipju ta’ effettività għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sistema ta’ rimbors bl-interessi tat-taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni li l-ammont tagħhom ġie kkonstatat minn deċiżjonijiet ġudizzjarji eżekuttivi, bħas-sistema inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi pagament akkont fuq ħames snin tar-rimbors ta’ dawn it-taxxi u li tikkundizzjona l-eżekuzzjoni ta’ tali deċiżjonijiet fuq id-disponibbiltà tal-fondi miġbura minn taxxa oħra, mingħajr ma l-parti fil-kawża jkollha l-possibbiltà li ġġiegħel lill-awtoritajiet pubbliċi li jwettqu l-obbligi tagħhom jekk huma ma jagħmlux dan volontarjament. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk leġiżlazzjoni, bħal dik li hija applikabbli fil-kawża prinċipali fl-assenza ta’ tali sistema ta’ rimbors, tissodisfax ir-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ effettività.


(1)  ĠU C 235, 27.7.2014.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Timiș – ir-Rumanija) – Silvia Cup vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice (AJFP) Timiș – Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice (DGRFP) Timișoara

(Kawża C-288/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi l-modalitajiet ta’ rimbors bl-interessi tat-taxxi miġbura indebitament - Eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji li jirrigwardaw tali drittijiet għal rimbors ibbażati fuq l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni - Rimbors permezz ta’ pagament akkont fuq ħames snin - Rimbors suġġett għall-kundizzjoni tal-eżistenza ta’ fondi miġbura minn taxxa - Assenza ta’ possibbiltà ta’ eżekuzzjoni forzata))

(2016/C 335/04)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Timiș

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Silvia Ciup

Konvenuta: Administrația Județeană a Finanțelor Publice (AJFP) Timiș – Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice (DGRFP) Timișoara

Dispożittiv

1)

Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jadotta dispożizzjonijiet li jissuġġettaw ir-rimbors ta’ taxxa, li tkun ġiet iddikjarata kontra d-dritt tal-Unjoni minn sentenza tal-Qorti tal-Ġustizja jew li l-inkompatibbiltà tagħha ma’ dan id-dritt tirriżulta minn tali sentenza, għal kundizzjonijiet li jikkonċernaw speċifikament din it-taxxa u li huma inqas favorevoli minn dawk li jiġu applikati, fl-assenza tagħhom, għal tali rimbors, fejn l-osservanza ta’ dan il-prinċipju għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinivju f’dan il-każ.

2)

Il-prinċipju ta’ ekwivalenza għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jipprevedi modalitajiet proċedurali inqas favorevoli għat-talbiet ta’ rimbors ta’ taxxa bbażati fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni minn dawk applikabbli għal azzjonijiet simili bbażati fuq ksur tad-dritt nazzjonali. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq il-verifiki neċessarji sabiex tiġi ggarantita l-osservanza ta’ dan il-prinċipju f’dak li jikkonċerna l-leġiżlazzjoni applikabbli għat-tilwima pendenti quddiemha.

3)

Il-prinċipju ta’ effettività għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sistema ta’ rimbors bl-interessi tat-taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni li l-ammont tagħhom ġie kkonstatat minn deċiżjonijiet ġudizzjarji eżekuttivi, bħas-sistema inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi pagament akkont fuq ħames snin tar-rimbors ta’ dawn it-taxxi u li tikkundizzjona l-eżekuzzjoni ta’ tali deċiżjonijiet fuq id-disponibbiltà tal-fondi miġbura minn taxxa oħra, mingħajr ma l-parti fil-kawża jkollha l-possibbiltà li ġġiegħel lill-awtoritajiet pubbliċi li jwettqu l-obbligi tagħhom jekk huma ma jagħmlux dan volontarjament.


(1)  ĠU C 303, 08.09.2014.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie – il-Polonja) – Wrocław – Miasto na prawach powiatu vs Minister Infrastruktury i Rozwoju

(Kawża C-406/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2004/18/KE - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Regolarità tal-obbligu impost fuq l-offerenti li jwettqu perċentwali tal-kuntratt mingħajr ma jirrikorru għas-subappalt - Regolament (KE) Nru 1083/2006 - Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni - Obbligu għall-Istati Membri li jagħmlu korrezzjoni finanzjarja fid-dawl tal-irregolaritajiet misjuba - Kunċett ta’ “irregolarità” - Neċessità ta’ korrezzjoni finanzjarja fil-każ ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi))

(2016/C 335/05)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wrocław – Miasto na prawach powiatu

Konvenuta: Minister Infrastruktury i Rozwoju

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva 2004/18/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2083/2005, tad-19 ta’ Diċembru 2005, għandha tiġi interpretata fis-sens li awtorità kontraenti ma hijiex awtorizzata teżiġi, permezz ta’ klawżola fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ kuntratt pubbliku għal xogħlijiet, li l-offerent rebbieħ ta’ dan il-kuntratt għandu jeżegwixxi mir-riżorsi tiegħu stess perċentwali partikolari tax-xogħlijiet li jikkostitwixxu s-suġġett tal-istess kuntratt.

2)

L-Artikolu 98 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, tal-11 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999, moqri flimkien mal-Artikolu 2(7) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li awtorità kontraenti tkun imponiet, fl-ambitu ta’ kuntratt pubbliku għal xogħlijiet relatati ma’ proġett li jibbenefika minn għajnuna finanzjarja tal-Unjoni, li l-offerent rebbieħ jeżegwixxi mir-riżorsi tiegħu stess tal-inqas 25 % ta’ dawn ix-xogħlijiet, bi ksur tad-Direttiva 2004/18, jikkostitwixxi “irregolarità” fis-sens tal-imsemmi Artikolu 2(7), li tiġġustifika n-neċessità li tiġi applikata korrezzjoni finanzjarja skont l-imsemmi Artikolu 98, sa fejn il-possibbiltà li dan in-nuqqas kellu effett fuq il-baġit tal-fond ikkonċernat ma tistax tiġi eskluża. L-ammont ta’ din il-korrezzjoni għandu jiġi ddeterminat billi jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi konkreti kollha li huma rilevanti fid-dawl tal-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 98(2) ta’ dan ir-regolament, jiġifieri n-natura tal-irregolarità kkonstatata, il-gravità tagħha u t-telf finanzjarju li jirriżulta minnha għall-fond ikkonċernat.


(1)  ĠU C 431, 1.12.2014.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia, Tribunale Amministrativo Regionale per la Sardegna – l-Italja) – Promoimpresa srl (C-458/14) vs Consorzio dei comuni della Sponda Bresciana del Lago di Garda e del Lago di Idro, Regione Lombardia u Mario Melis et (C-67/15) vs Comune di Loiri Porto San Paolo, Provincia di Olbia Tempio

(Kawżi Magħquda C-458/14 u C-67/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi u libertà ta’ stabbiliment - Artikolu 49 TFUE - Direttiva 2006/123/KE - Artikolu 12 - Konċessjonijiet ta’ beni pubbliċi fis-settur marittimu, tal-għadajjar u tax-xmajjar li għandhom importanza ekonomika - Estensjoni awtomatika - Assenza ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti))

(2016/C 335/06)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia, Tribunale Amministrativo Regionale per la Sardegna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Promoimpresa srl (C-458/14), u Mario Melis et (C-67/15)

Konvenuti: Consorzio dei comuni della Sponda Bresciana del Lago di Garda e del Lago di Idro, Regione Lombardia (C-458/14), Comune di Loiri Porto San Paolo, Provincia di Olbia Tempio (C-67/15)

Fil-preżenza ta’: Alessandro Piredda et

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti l-estensjoni awtomatika ta’ awtorizzazzjonijiet fis-seħħ ta’ proprjetà pubblika fis-settur marittimu u tal-għadajjar u intiżi għall-eżerċizzju ta’ attivitajiet turistiċi u rikreattivi, fl-assenza ta’ kull proċedura ta’ għażla bejn il-kandidati potenzjali.

2)

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti estensjoni awtomatika ta’ konċessjonijiet fis-seħħ ta’ proprjetà pubblika u intiżi għall-eżerċizzju ta’ attivitajiet turistiċi u rikreattivi, sa fejn dawn il-konċessjonijiet ikunu ta’ interess transkonfinali ċert.


(1)  ĠU C 448, 15.12.2014

ĠU C 146. 4.5.2015


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Citroën Commerce GmbH vs Zentralvereinigung des Kraffahrzeuggewerbes zur Aufrechterhaltung lauteren Wettbewerbs eV (ZLW)

(Kawża C-476/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttivi 98/6/KE u 2005/29/KE - Protezzjoni tal-konsumaturi - Reklamar b’indikazzjoni tal-prezz - Kunċetti ta’ “oferta” u ta’ “prezz inklużi t-taxxi” - Obbligu li jiġu inklużi fil-prezz tal-bejgħ tal-vettura bil-mutur l-ispejjeż supplimentari obbligatorji marbuta mat-trasferiment ta’ din il-vettura)

(2016/C 335/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Citroën Commerce GmbH

Konvenuta: Zentralvereinigung des Kraffahrzeuggewerbes zur Aufrechterhaltung lauteren Wettbewerbs eV (ZLW)

Dispożittiv

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lill-konsumaturi, moqri flimkien mal-Artikolu 1 u l-Artikolu 2(a) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ispejjeż għat-trasferiment ta’ vettura mill-manifattur lill-bejjiegħ, li huma dovuti mill-konsumatur, għandhom jiġu inklużi fil-prezz tal-bejgħ ta’ din il-vettura bil-mutur muri f’reklamar magħmul minn negozjant meta, fid-dawl tal-karatteristiċi kollha ta’ dan ir-reklamar, huwa jirreferi, fl-għajnejn tal-konsumatur, għal offerta li tirrigwarda l-istess vettura. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dawn l-elementi kollha humiex issodisfatti.


(1)  ĠU C 462, 22.12.2014.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hanseatisches Oberlandesgericht Hamburg – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra Piotr Kossowski

(Kawża C-486/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen - Artikoli 54 u 55(1)(a) - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 50 - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Ammissibbiltà ta’ proċeduri kriminali kontra imputat fi Stat Membru wara l-għeluq tal-proċedura kriminali mibdija kontrih fi Stat Membru ieħor mill-uffiċċju tal-prosekutur mingħajr investigazzjoni fid-dettall - Asssenza ta’ evalwazzjoni fil-mertu tal-każ))

(2016/C 335/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Hanseatisches Oberlandesgericht Hamburg

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Piotr Kossowski

fil-preżenza ta’: Generalstaatsanwaltschaft Hamburg

Dispożittiv

Il-prinċipju ta’ ne bis in idem elenkat fl-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, tal-14 ta’ Ġunju 1985, bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata f’Schengen (il-Lussemburgu) fid-19 ta’ Ġunju 1990, moqri fid-dawl tal-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li deċiżjoni tal-uffiċċju tal-prosekutur li ttemm proċeduri kriminali u li tagħlaq, b’mod definittiv suġġett għall-ftuħ mill-ġdid jew għall-annullament tagħha, il-proċedura ta’ investigazzjoni mmexxija kontra persuna, mingħajr ma kienu imposti pieni, ma tistax tiġi kklassifikata bħala deċiżjoni definittiva, fis-sens ta’ dawn l-artikoli, meta mill-motivazzjoni ta’ din id-deċiżjoni jirriżulta li l-imsemmija proċedura tkun ingħalqet mingħajr ma tkun saret investigazzjoni fid-dettall, bin-nuqqas li jinstemgħu l-vittma u xhud eventwali jikkostitwixxi indizju tal-assenza ta’ tali investigazzjoni.


(1)  ĠU C 16, 19.1.2015.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Paris – Franza) – Genentech Inc. vs Hoechst GmbH, Sanofi-Aventis Deutschland GmbH

(Kawża C-567/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Artikolu 101 TFUE - Ftehim ta’ liċenzja mhux esklużiva - Privattiva - Assenza ta’ vjolazzjoni - Obbligu ta’ ħlas ta’ tariffa))

(2016/C 335/09)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Genentech Inc.

Konvenuti: Hoechst GmbH, Sanofi-Aventis Deutschland GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 101 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li, skont ftehim ta’ liċenzja bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tkun imposta fuq il-persuna liċenzjata li tħallas tariffa għall-użu ta’ teknoloġija bi privattiva matul il-perijodu kollu tal-perijodu effettiv ta’ dan il-ftehim, f’każ ta’ annullament jew ta’ nuqqas ta’ vjolazzjoni tal-privattiva taħt liċenzja, peress li l-persuna liċenzjata setgħet liberament tirrevoka l-imsemmi ftehim permezz ta’ avviż raġonevoli.


(1)  ĠU C 73, 2.3.2015.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra Atanas Ognyanov

(Kawża C-614/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 267 TFUE - Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kontenut ta’ talba għal deċiżjoni preliminari - Regola nazzjonali li tipprevedi l-astensjoni tal-qorti nazzjonali talli tkun esprimiet opinjoni provviżorja fit-talba għal deċiżjoni preliminari meta kkonstatat il-kuntest fattwali u ġuridiku - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 u Artikolu 48(1)))

(2016/C 335/10)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski gradski sad

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Atanas Ognyanov

fil-preżenza ta’: Sofiyska gradska prokuratura

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 267 TFUE u 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, moqrija fid-dawl tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 u tal-Artikolu 48(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regola nazzjonali interpretata b’mod li tobbliga lill-qorti tar-rinviju tastjeni mill-kawża pendenti għar-raġuni li, fit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, hija tkun esponiet il-kuntest fattwali u ġuridiku ta’ din il-kawża.

2)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 267 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li la jeżiġi u lanqas jipprojbixxi li, wara li tingħata s-sentenza fi proċedura għal deċiżjoni preliminari, il-qorti tar-rinviju tisma’ lill-partijiet mill-ġdid u tadotta miżuri istruttorji ġodda li jistgħu jwassluha sabiex temenda l-konstatazzjonijiet fattwali u ġuridiċi li hija tkun għamlet fil-kuntest tat-talba għal deċiżjoni preliminari, bil-kundizzjoni li dik il-qorti tagħti effett sħiħ lill-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

3)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li qorti tar-rinviju tapplika regola nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li titqies li tmur kontra dan id-dritt.


(1)  ĠU C 96, 23.3.2015.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Belġju) – TNS Dimarso NV vs Vlaams Gewest

(Kawża C-6/15) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 53(2) - Kriterji ta’ għoti - Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament - Metodu ta’ evalwazzjoni - Regoli ta’ evalwazzjoni - Obbligu tal-awtorità kontraenti li tippreċiża fis-sejħa għal offerti l-piż tal-kriterji ta’ għoti - Portata tal-obbligu])

(2016/C 335/11)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TNS Dimarso NV

Konvenut: Vlaams Gewest

Dispożittiv

L-Artikolu 53(2) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta minnu, għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-każ ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi li għandu jingħata skont il-kriterju tal-offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament mill-perspettiva tal-awtorità kontraenti, din tal-aħħar ma hijiex meħtieġa li tgħarraf lill-offerenti potenzjali, fl-avviż tal-kuntratt jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt relatati mal-kuntratt inkwistjoni, il-metodu ta’ evalwazzjoni applikat mill-awtorità kontraenti sabiex tevalwa u tikklassifika konkretament l-offerti. Min-naħa l-oħra, dan il-metodu ma għandux l-effett li jbiddel il-kriterji ta’ għoti u l-piż relattiv tagħhom.


(1)  ĠU C 118, 13.4.2015.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall) – Brisal – Auto Estradas do Litoral SA, KBC Finance Ireland vs Fazenda Pública

(Kawża C-18/15) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Restrizzjonijiet - Leġiżlazzjoni fiskali - Tassazzjoni tal-interessi miġbura - Differenza fit-trattament bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji residenti u l-istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti)

(2016/C 335/12)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Brisal – Auto Estradas do Litoral SA, KBC Finance Ireland

Konvenuta: Fazenda Pública

Dispożittiv

L-Artikolu 49 KE ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li skont din proċedura ta’ tnaqqis f’ras il-għajn tat-taxxa tiġi applikata għar-remunerazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti tal-Istat Membru li fih jiġu pprovduti s-servizzi, filwaqt li r-remunerazzjoni mħallsa lill-istituzzjonijiet finanzjarji residenti ta’ dan l-Istat Membru ma hijiex suġġetta għal tali taxxa, bil-kundizzjoni li l-applikazzjoni lill-istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti tat-taxxa f’ras il-għajn tkun iġġustifikata minn raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan imfittex.

L-Artikolu 49 KE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li, bħala regola ġenerali, tintaxxa l-istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti fuq id-dħul ta’ interessi miksub ġewwa l-Istat Membru kkonċernat mingħajr ma tagħtihom il-possibbiltà li jnaqqsu l-ispejjeż professjonali direttament marbuta mal-attività inkwistjoni, filwaqt li tali possibbiltà hija rikonoxxuta lill-istituzzjonijiet finanzjarji residenti.

Hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa, abbażi tad-dritt nazzjonali tagħha, liema huma l-ispejjeż professjonali li jistgħu jitqiesu li huma direttament marbuta mal-attività inkwistjoni.


(1)  ĠU C 118, 13.4.2015.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht München I – il-Ġermanja) – Verband Sozialer Wettbewerb eV vs Innova Vital GmbH

(Kawża C-19/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Indikazzjonijiet nutrittivi u ta’ saħħa li jirrigwardaw il-prodotti tal-ikel - Artikolu 1(2) - Kamp ta’ applikazzjoni - Ikel intiż li jitwassal bħala tali lill-konsumatur finali - Indikazzjonijiet magħmula f’komunikazzjoni kummerċjali indirizzata esklużivament lil professjonisti tas-saħħa))

(2016/C 335/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht München I

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Verband Sozialer Wettbewerb eV

Konvenuta: Innova Vital GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1047/2012, tat-8 ta’ Novembru 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-indikazzjonijiet nutrittivi jew ta’ saħħa magħmula f’komunikazzjoni kummerċjali u li jirrigwardaw il-prodotti tal-ikel li għandhom jitwasslu bħala tali lil konsumatur finali, meta din il-komunikazzjoni ma tkunx indirizzata lill-konsumatur finali, iżda esklużivament lil professjonisti tas-saħħa, jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 127, 20.04.2015.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Central Administrativo Sul – il-Portugall) – Ambisig – Ambiente e Sistemas de Informação Geográfica SA vs AICP – Associação de Industriais do Concelho de Pombal

(Kawża C-46/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/18/KE - It-tieni inċiż tal-Artikolu 48(2)(a)(ii) - Kapaċitajiet tekniċi tal-operaturi ekonomiċi - Effett dirett - Mezzi ta’ prova - Relazzjoni ta’ ġerarkija bejn iċ-ċertifikazzjoni tax-xerrej privat u d-dikjarazzjoni unilaterali tal-offerent - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Projbizzjoni li jiġu introdotti emendi sostanzjali għall-mezzi ta’ prova previsti))

(2016/C 335/14)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Central Administrativo Sul

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ambisig – Ambiente e Sistemas de Informação Geográfica SA

Konvenuta: AICP – Associação de Industriais do Concelho de Pombal

fil-preżenza ta’: Índice – ICT & Management Lda

Dispożittiv

1)

It-tieni inċiż tal-Artikolu 48(2)(a)(ii) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex jagħti lill-individwi, fl-assenza ta’ traspożizzjoni fid-dritt intern, drittijiet li dawn jistgħu jinvokaw quddiem il-qrati nazzjonali fil-konfront ta’ awtorità kontraenti, sa fejn din tkun entità pubblika jew tkun ġiet inkarigata, permezz ta’ att tal-awtorità pubblika, twettaq, taħt il-kontroll ta’ din tal-aħħar, servizz ta’ interess pubbliku u għal dan il-għan ikollha setgħat eżorbitanti b’relazzjoni mar-regoli applikabbli fir-relazzjonijiet bejn l-individwi.

2)

It-tieni inċiż tal-Artikolu 48(2)(a)(ii) tad-Direttiva 2004/18 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ regoli, stabbiliti minn awtorità kontraenti, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma jippermettux lil operatur ekonomiku jagħti prova tal-kapaċitajiet tekniċi tiegħu permezz ta’ dikjarazzjoni unilaterali, ħlief jekk dan jagħti l-prova tal-impossibbiltà jew tad-diffikultà serja li jikseb ċertifikazzjoni tax-xerrej privat.

3)

It-tieni inċiż tal-Artikolu 48(2)(a)(ii) tad-Direttiva 2004/18 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi l-applikazzjoni ta’ regoli, stabbiliti minn awtorità kontraenti, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, taħt piena ta’ esklużjoni tal-kandidatura tal-offerent, jimponu li ċ-ċertifikazzjoni tax-xerrej privat ikollha firma awtentikata minn nutar, avukat jew entità oħra kompetenti.


(1)  ĠU C 146, 4.5.2015.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – Emmanuel Lebek vs Janusz Domino

(Kawża C-70/15) (1)

((Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 34(2) - Konvenut li ma jidhirx għall-proċeduri - Rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi - Motivi tar-rifjut - Assenza ta’ notifika fi żmien xieraq tal-att promotur lill-konvenut kontumaċi - Kunċett ta’ “proċedimenti biex jiddisputa s-sentenza” - Talba intiża għall-eżenzjoni mid-dekadenza - Regolament (KE) Nru 1393/2007 - Artikolu 19(4) - Notifika tal-atti ġudizzjarji u extraġudizzjarji - Terminu li fih it-talba intiża għall-eżenzjoni mid-dekadenza hija ammissibbli))

(2016/C 335/15)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Emmanuel Lebek

Konvenuta: Janusz Domino

Dispożittiv

1)

Il-kunċett ta’ “proċedimenti biex jiddisputa s-sentenza”, li jinsab fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jinkludi wkoll it-talba intiża għall-eżenzjoni mid-dekadenza, meta t-terminu sabiex jiġi ppreżentat appell ordinarju jkun skada.

2)

L-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000, kif irrettifikat, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jeskludi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali dwar is-sistema ta’ talbiet intiżi għall-eżenzjoni mid-dekadenza, meta t-terminu ta’ ammissibbiltà għall-preżentazzjoni ta’ tali talbiet, kif speċifikat fil-komunikazzjoni ta’ Stat Membru li għaliha tirreferi l-imsemmija dispożizzjoni, ikun skada.


(1)  ĠU C 171, 26.05.2015


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Hoge Raad der Nederlanden – In-Netherlands) – Sprengen/Pakweg Douane BV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-97/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Nomenklatura Magħquda - Intestaturi 8471 u 8521 - Noti ta’ spjegazzjoni - Ftehim dwar il-kummerċ tal-prodotti tat-teknoloġija tal-informatika - “Screenplays”))

(2016/C 335/16)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sprengen/Pakweg Douane BV

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Dispożittiv

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana, fil-verżjonijiet tagħha li suċċessivament jirriżultaw mir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006, u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007, tal-20 ta’ Settembru 2007, għandha tiġi interpretata fis-sens li apparati, bħall-iscreenplays inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandhom il-funzjoni minn naħa, ta’ ħażna ta’ fajls tal-multimedja, u min-naħa l-oħra, ta’ riproduzzjoni tagħhom fuq televiżjoni jew fuq monitor tal-vidjo, jaqgħu taħt l-intestatura 8521 ta’ din in-nomenklatura.


(1)  ĠU C 171, 26.05.2015.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upravno sodišče Republike Slovenije – Is-Slovenja) – Občina Gorje vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-111/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika Agrikola Komuni - Regolament (KE) Nru 1698/2005 - Regolament (KE) Nru 65/2011 - Finanzjament mill-FAEŻR - Għajnuna għall-iżvilupp rurali - Regoli dwar l-eliġibbiltà ta’ operazzjonijiet u ta’ nfiq - Rekwiżit ratione temporis - Esklużjoni kompleta - Tnaqqis tal-għajnuna))

(2016/C 335/17)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Upravno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Občina Gorje

Konvenuta: Republika Slovenija

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 71 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-20 ta’ Settembru 2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont liema huwa eliġibbli għall-parteċipazzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali fil-kofinanzjament ta’ operazzjoni ta’ żvilupp rurali magħżula mill-awtorità ta’ ġestjoni tal-programm ta’ żvilupp rurali kkonċernat jew taħt ir-responsabbiltà ta’ din, biss l-infiq sostnut wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ għoti ta’ tali għajnuna.

2)

L-Artikolu 71(3) tar-Regolament Nru 1698/2005, moqri flimkien mal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011, tas-27 ta’ Jannar 2011, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi ċ-ċaħda fl-intier tagħha tat-talba għal pagament marbuta ma’ operazzjoni magħżula għal kofinanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, meta ċertu nfiq imwettaq għal din l-operazzjoni jkun ġie sostnut qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ għoti ta’ tali għajnuna, sakemm il-benefiċjarju tal-għajnuna ma jkunx għamel intenzjonalment dikjarazzjoni falza fit-talba tiegħu għal pagament.


(1)  ĠU C 245, 27.7.2015.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) – ir-Renju Unit) – Secretary of State for the Home Department vs NA

(Kawża C-115/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 20 u 21 TFUE - Direttiva 2004/38/KE - Punt (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(2) - Regolament (KEE) Nru 1612/68 - Artikolu 12 - Dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni - Żwieġ bejn ċittadin tal-Unjoni u ċittadin ta’ pajjiż terz - Atti ta’ vjolenza konjugali - Divorzju wara t-tluq taċ-ċittadin tal-Unjoni - Żamma tad-dritt ta’ residenza taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li għandu l-kustodja ta’ wliedhom, li huma ċittadini tal-Unjoni))

(2016/C 335/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Secretary of State for the Home Department

Konvenuta: NA

Fil-preżenza ta’: Aire Centre

Dispożittiv

1)

Il-punt ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad 29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin ta’ Stat terz, li huwa ddivorzjat minn ċittadin tal-Unjoni li tiegħu kien vittma ta’ atti ta’ vjolenza domestika matul iż-żwieġ, ma jistax jibbenefika miż-żamma tad-dritt ta’ residenza tiegħu fl-Istat Membru ospitanti, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, meta qabel il-bidu tal-proċeduri ġudizzjarji ta’ divorzju l-konjuġi ċittadin tal-Unjoni jkun telaq minn dan l-Istat Membru.

2)

L-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li wild u l-ġenitur li huwa ċittadin ta’ Stat terz u li għandu l-kustodja esklużiva tiegħu jibbenefikaw minn dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-ġenitur l-ieħor huwa ċittadin tal-Unjoni u ħadem f’dan l-Istat Membru, iżda ma baqax jirrisjedi hemmhekk qabel ma l-wild beda l-edukazzjoni tiegħu f’dan l-Istat Membru.

3)

L-Artikolu 20 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li la jagħti dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti lil ċittadin tal-Unjoni li huwa minuri, li huwa residenti minn twelidu f’dan l-Istat Membru li ma huwiex ċittadin tiegħu, u lanqas lill-ġenitur, ċittadin ta’ Stat terz, li għandu l-kustodja esklużiva tal-imsemmi minuri, meta dawn jibbenefikaw minn dritt ta’ residenza f’dan l-Istat Membru taħt dispożizzjoni tad-dritt idderivat tal-Unjoni.

4)

L-Artikolu 21 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jagħti lill-imsemmi ċittadin tal-Unjoni li huwa minuri dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti, sakemm jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2004/38, liema fatt hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika. Jekk dan ikun il-każ, din l-istess dispożizzjoni tippermetti lill-ġenitur li għandu effettivament il-kustodja ta’ dan iċ-ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi miegħu fl-Istat Membru ospitanti.


(1)  ĠU C 171, 26.5.2015.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Max-Heinz Feilen vs Finanzamt Fulda

(Kawża C-123/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Moviment liberu tal-kapital - Taxxa fuq is-suċċessjoni - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi tnaqqis tat-taxxa tas-suċċessjoni applikabbli għas-suċċessjoni li tinkludi patrimonju li kien diġà s-suġġett ta’ trasferiment causa mortis li ta lok għall-ġbir ta’ tali taxxa f’dan l-Istat Membru - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni - Koerenza tas-sistema fiskali))

(2016/C 335/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Max-Heinz Feilen

Konvenut: Finanzamt Fulda

Dispożittiv

L-Artikolu 63(1) u l-Artikolu 65 TFUE ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi, fil-każ ta’ suċċessjoni favur persuni li jappartjenu għal klassi partikolari ta’ tassazzjoni, tnaqqis tat-taxxa tas-suċċessjoni meta s-suċċessjoni tinkludi patrimonju li, matul l-għaxar snin qabel din is-suċċessjoni, kien diġà s-suġġett ta’ trasferiment causa mortis, bil-kundizzjoni li dan tal-aħħar ikun ta lok għall-ġbir ta’ taxxa tas-suċċessjoni f’dan l-Istat Membru.


(1)  ĠU C 213, 29.6.2015.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sächsisches Oberverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Lidl GmbH & Co. KG vs Freistaat Sachsen

(Kawża C-134/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 543/2008 - Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Standards għall-kummerċjalizzazzjoni - Laħam frisk tat-tjur ippakkjat minn qabel - Obbligu li jiġi indikat il-prezz totali u l-prezz skont l-unità tal-piż fuq l-ippakkjar minn qabel jew fuq tikketta mwaħħla ma’ dan tal-aħħar - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 16 - Libertà li tiġi eżerċitata attività ekonomika - Proporzjonalità - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(2) TFUE - Nondiskriminazzjoni))

(2016/C 335/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Sächsisches Oberverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lidl GmbH & Co. KG

Konvenut: Freistaat Sachsen

Dispożittiv

1)

L-eżami tal-ewwel domanda preliminari ma wera ebda fattur li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 5(4)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008, tas-16 ta’ Ġunju 2008, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jirrigwarda l-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur, fid-dawl tal-libertà li tiġi eżerċitata attività ekonomika, kif stabbilita mill-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2)

L-eżami tat-tieni domanda preliminari ma żvela l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikolu 5(4)(b) tar-Regolament Nru 543/2008 fid-dawl tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(2) TFUE.


(1)  ĠU C 205, 22.06.2015.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Liège – il-Belġju) – Guy Riskin, Geneviève Timmermans vs État belge

(Kawża C-176/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 63 u 65 TFUE - Artikolu 4 TUE - Tassazzjoni diretta - Intaxxar tad-dividendi - Ftehim bilaterali dwar ħelsien minn taxxa doppja - Stat terz - Kamp ta’ applikazzjoni))

(2016/C 335/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Guy Riskin, Geneviève Timmermans

Konvenut: État belge

Dispożittiv

L-Artikoli 63 u 65 TFUE, moqrija flimkien mal-Artikolu 4 TUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li Stat Membru, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jestendix il-benefiċċju ta’ trattament vantaġġjuż mogħti lil azzjonist residenti, li jirriżulta minn ftehim fiskali bilaterali dwar ħelsien minn taxxa doppja konkluż bejn dan l-Istat Membru u Stat terz, li permezz tiegħu t-taxxa mnaqqsa f’ras il-għajn fl-Istat terz tiġi imputata inkundizzjonalment fuq it-taxxa dovuta fl-imsemmi Stat Membru ta’ residenza tal-azzjonist, lil azzjonist residenti li jirċievi dividendi li joriġinaw minn Stat Membru li miegħu dan l-istess Stat Membru ta’ residenza jkun ikkonkluda ftehim fiskali bilaterali dwar ħelsien minn taxxa doppja li jissuġġetta l-għoti ta’ tali imputazzjoni għall-osservanza ta’ kundizzjonijiet addizzjonali previsti fid-dritt nazzjonali.


(1)  ĠU C 221, 06.07.2015


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy dla Wrocławia-Śródmieścia – il-Polonja) – Alicja Sobczyszyn vs Szkoła Podstawowa u Rzeplinie

(Kawża C-178/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Direttiva 2003/88/KE - Dritt għal-leave annwali mħallas - Għalliema - Leave ta’ konvalexxenza - Leave annwali li jikkoinċidi ma’ leave ta’ konvalexxenza - Dritt li l-leave annwali jittieħed fi żmien ieħor))

(2016/C 335/22)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Wrocławia-Śródmieścia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Alicja Sobczyszyn

Konvenuti: Szkoła Podstawowa u Rzeplinie

Dispożittiv

L-Artikolu 7(1), tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni jew prassi nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti li ħaddiem li jinsab fuq leave ta’ konvalexxenza, mogħti skont id-dritt nazzjonali, matul il-perijodu ta’ leave annwali stabbilit fil-kalendarju tal-leave tal-istabbiliment fejn huwa impjegat, jista’ jiġi mċaħħad id-dritt li, wara t-tmiem tal-leave tiegħu ta’ konvalexxenza, jibbenefika mil-leave annwali mħallas tiegħu fi żmien ieħor, sakemm l-għan tad-dritt għal-leave ta’ konvalexxenza huwa differenti mill-għan tad-dritt għal-leave annwali, liema fatt għandu jiġi evalwat mill-qorti nazzjonali.


(1)  ĠU C 245, 27.7.2015.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Joachim Pöpperl vs Land Nordrhein-Westfalen

(Kawża C-187/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 45 TFUE - Moviment liberu tal-ħaddiema - Uffiċjal ta’ Stat Membru li telaq mis-servizz pubbliku sabiex jeżerċita impjieg fi Stat Membru ieħor - Leġiżlazzjoni nazzjonali li f’dan il-każ tipprevedi t-telf tad-drittijiet għall-pensjoni tax-xjuħija miksuba fis-servizz pubbliku u s-sħubija retroattiva fl-iskema ġenerali ta’ assigurazzjoni għax-xjuħija))

(2016/C 335/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Joachim Pöpperl

Konvenut: Land Nordrhein-Westfalen

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha persuna li għandha l-istatus ta’ uffiċjal fi Stat Membru li titlaq mill-funzjonijiet tagħha b’mod volontarju sabiex teżerċita impjieg fi Stat Membru ieħor titlef id-drittijiet tagħha għal pensjoni tax-xjuħija taħt l-iskema ta’ pensjoni tax-xjuħija tal-uffiċjali u tiġi msieħba b’mod retroattiv fl-iskema ġenerali ta’ assigurazzjoni għax-xjuħija, li tagħti dritt għal pensjoni tax-xjuħija inferjuri għal dik li kieku tirriżulta minn dawk id-drittijiet.

2)

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li hija l-qorti nazzjonali li għandha tiżgura l-effett sħiħ ta’ dan l-artikolu u li tagħti lill-ħaddiema, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, drittijiet għal pensjoni tax-xjuħija komparabbli ma’ dawk tal-uffiċjali li jżommu d-drittijiet għal pensjoni tax-xjuħija li, minkejja bdil fil-persuna li timpjega pubblika, jikkorrispondu għas-snin ta’ servizz li dawn wettqu, billi tinterpreta d-dritt intern konformement mal-imsemmi artikolu jew, jekk tali interpretazzjoni ma tkunx possibbli, billi ma tapplikax kull dispożizzjoni kuntrarja tad-dritt intern bl-għan li tapplika l-istess skema bħal dik applikabbli għall-imsemmija uffiċjali.


(1)  ĠU C 245, 27.7.2015.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Paris – Franza) – Granarolo SpA vs Ambrosi Emmi France SA

(Kawża C-196/15) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Punti 1 u 3 tal-Artikolu 5 - Qorti li għandha ġurisdizzjoni - Kunċetti ta’ “materja kuntrattwali” u ta’ “materja delittwali” - Terminazzjoni f’daqqa ta’ relazzjonijiet kummerċjali stabbiliti għal żmien twil - Azzjoni għad-danni - Kunċetti ta’ “bejgħ ta’ merkanzija” u ta’ “provvista ta’ servizzi”])

(2016/C 335/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Granarolo SpA

Konvenuta: Ambrosi Emmi France SA

Dispożittiv

1)

Il-punt 3 tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni għad-danni bbażata fuq terminazzjoni f’daqqa ta’ relazzjonijiet kummerċjali stabbiliti għal żmien twil, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma taqax taħt materja delittwali jew kważi delittwali fis-sens ta’ dan ir-regolament jekk kien hemm, bejn il-partijiet, relazzjoni kuntrattwali taċita, punt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. L-istabbiliment tal-eżistenza ta’ tali relazzjoni kuntrattwali taċita għandu jkun ibbażat fuq sensiela ta’ elementi konkordanti, li jistgħu jinkludu b’mod partikolari l-eżistenza ta’ relazzjonijiet kummerċjali stabbiliti għal żmien twil, il-bona fide bejn il-partijiet, in-natura regolari tat-tranżazzjonijiet u l-iżvilupp tagħhom fiż-żmien f’termini ta’ kwantità u ta’ valur, l-eventwali ftehimiet dwar il-prezzijiet iffatturati u/jew dwar it-tnaqqis mogħti, kif ukoll il-korrispondenza skambjata.

2)

Il-punt 1(b) tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li relazzjonijiet kummerċjali stabbiliti għal żmien twil, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandhom jiġu kklassifikati bħala “kuntratt ta’ bejgħ ta’ merkanzija” jekk l-obbligu karatteristiku tal-kuntratt inkwistjoni jkun il-kunsinna ta’ oġġett jew bħala “kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi” jekk dan l-obbligu jkun prestazzjoni ta’ servizzi, punt dan li għandu jiġi ddeterminat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 213, 29.6.2015.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Judecătoria Sibiu – ir-Rumanija) – Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Brașov (DGRFP) vs Vasile Toma, Biroul Executorului Judecătoresc Horațiu-Vasile Cruduleci

(Kawża C-205/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt ta’ aċċess għal qorti - Prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività - Proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li tordna r-rimbors ta’ taxxa mħallsa bi ksur tad-dritt tal-Unjoni - Eżenzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi minn ċerti spejjeż tal-qorti - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))

(2016/C 335/25)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Sibiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Brașov (DGRFP)

Konvenuti: Vasile Toma, Biroul Executorului Judecătoresc Horațiu-Vasile Cruduleci

Dispożittiv

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teżenta lill-persuni ġuridiċi tad-dritt pubbliku mill-ħlas tat-taxxi tal-boll ġudizzjarji meta jippreżentaw oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni forzata ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li tirrigwarda r-rimbors tat-taxxi mħallsa bi ksur tad-dritt tal-Unjoni u jeżentaw lil dawn mill-obbligu li jiddepożitaw garanzija mal-introduzzjoni tat-talba għas-sospensjoni ta' tali proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata, filwaqt li t-talbiet ippreżentati minn persuni fiżiċi u ġuridiċi tad-dritt privat fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri jibqgħu, fil-prinċipju, suġġetti għal tali spejjeż ġudizzjarji.


(1)  ĠU C 245, 27.07.2015.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016 – Il-Repubblika tal-Polonja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-210/15 P) (1)

((Appell - FAEGG u FAEŻR - Spejjeż esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni - Regolamenti (KE) Nru 1257/1999 u Nru 1698/2005 - Rtirar antiċipat tal-bdiewa - Waqfien definittiv ta’ kwalunkwe attività agrikola kummerċjali))

(2016/C 335/26)

Lingwa tal-proċedura: il-Pollakk

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Szmytkowska u D. Triantafyllou, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C ##, ##.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Pécsi Törvényszék – l-Ungerija) – Hőszig Kft. vs Alstom Power Thermal Services

(Kawża C-222/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 23 - Klawżola mdaħħla f’kundizzjonijiet ġenerali - Kunsens tal-partijiet għall-imsemmija kundizzjonijiet - Validità u preċiżjoni ta’ tali klawżola))

(2016/C 335/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Pécsi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hőszig Kft.

Konvenuta: Alstom Power Thermal Services

Dispożittiv

L-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, minn naħa, hija stipulata fil-kundizzjonijiet ġenerali ta’ provvista tal-imprenditur, imsemmija fl-istrumenti li fihom ġew stipulati l-kuntratti bejn dawn il-partijiet u trażmessi meta dawn ġew konklużi, u li, min-naħa l-oħra, tagħżel bħala qrati li għandhom ġurisdizzjoni dawk ta’ belt ta’ Stat Membru, tissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-dispożizzjoni dwar il-kunsens tal-partijiet u l-preċiżjoni tal-kontenut tal-imsemmija klawżola.


(1)  ĠU C 245, 27.7.2015.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/21


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – Brite Strike Technologies Inc. vs Brite Strike Technologies SA

(Kawża C-230/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 22(4) - Ġurisdizzjoni għat-tilwim fil-qasam ta’ proprjetà intellettwali - Artikolu 71 - Konvenzjonijiet konklużi mill-Istati Membri f’oqsma partikolari - Konvenzjoni Benelux fil-qasam ta’ proprjetà intellettwali - Ġurisdizzjoni għat-tilwim dwar it-trade marks u disinni Benelux - Artikolu 350 TFUE))

(2016/C 335/28)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Brite Strike Technologies Inc.

Konvenuta: Brite Strike Technologies SA

Dispożittiv

L-Artikolu 71 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, moqri fid-dawl tal-Artikolu 350 TFUE, ma jipprekludix li r-regola ta’ ġurisdizzjoni għat-tilwim dwar it-trade marks u disinni Benelux, stabbilita fl-Artikolu 4.6 tal-Konvenzjoni Benelux dwar il-proprjetà intellettwali (trade marks u disinni), tal-25 ta’ Frar 2005, iffirmata f’Den Haag mir-Renju tal-Belġju, mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu u mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, tiġi applikata għal dan it-tilwim.


(1)  ĠU C 254, 3.8.2015.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/22


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 – Ir-Renju tal-Belġju vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-270/15 P) (1)

((Appell - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani għall-finanzjament ta’ testijiet ta’ screening għall-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli tal-annimali tal-ifrat - Vantaġġ selettiv - Deċiżjoni li tiddikjara din l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern))

(2016/C 335/29)

Lingwa tal-proċedura: l-Olandiż

Partijiet

Appellant: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet u J.-C. Halleux, aġenti, assistiti minn L. Van den Hende, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Noë u H. van Vliet, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 254, 3.8.2015.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/22


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 – Sea Handling SpA, fi stralċ vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-271/15 P) (1)

((Appell - Dritt ta’ aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) - Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti - Interpretazzjoni żbaljata - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dokumenti relatati ma’ proċedimenti ta’ stħarriġ ta’ għajnuna mill-Istat - Protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni ta’ investigazzjoni u ta’ awditu - Preżunzjoni ġenerali ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti kollha tal-fajl amministrattiv - Portata tal-preżunzjoni ta’ kunfidenzjalità - Talba ta’ aċċess għall-ilment li wassal għall-proċedimenti ta’ investigazzjoni - Rifjut ta’ aċċess - Interess pubbliku superjuri))

(2016/C 335/30)

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Sea Handling SpA, fi stralċ (rappreżentanti: B. Nascimbene u M. Merola, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart, D. Grespan u D. Nardi, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Sea Handling SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 311, 21.09.2015


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/23


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Maria Cristina Elisabetta Ornano vs Ministero della Giustizia, Direzione Generale dei Magistrati del Ministero

(Kawża C-335/15) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Artikolu 119 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 141 KE) - Direttiva 75/117/KEE - Ugwaljanza tar-remunerazzjonijiet bejn ħaddiema irġiel u nisa - Artikolu 1 - Direttiva 92/85/KEE - Miżuri intiżi sabiex itejbu s-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol ta’ ħaddiema tqal, ħaddiema li welldu reċentement jew ħaddiema li qed ireddgħu - Il-punt (2)(b) tal-Artikolu 11 u l-punt (3) tal-Artikolu 11 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi kumpens għall-ispejjeż sostnuti mill-membri tal-ġudikatura ordinarja matul l-eżerċizzju tal-attività professjonali tagħhom - Assenza ta’ dritt għal dan il-kumpens ta’ membru tal-ġudikatura ordinarja fil-każ ta’ leave tal-maternità obbligatorju meħud qabel l-1 ta’ Jannar 2005])

(2016/C 335/31)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Maria Cristina Elisabetta Ornano

Konvenuti: Ministero della Giustizia, Direzione Generale dei Magistrati del Ministero

Dispożittiv

L-Artikolu 119 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 141 KE), l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/117/KEE, tal-10 ta’ Frar 1975, dwar l-approssimazzjoni tal-ligijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ndaqs għall-irġiel u għan-nisa, il-punt (2)(b) tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE), kif ukoll il-punt (3) tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/85/KEE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ fejn l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ippreveda għaż-żamma tal-elementi kollha tar-remunerazzjoni li l-membru tal-ġudikatura ordinarja kellu dritt għalihom qabel il-leave tal-maternità tiegħu, ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tgħid li, fil-każ ta’ perijodu ta’ leave tal-maternità obbligatorju preċedenti għall-1 ta’ Jannar 2005, membru tal-ġudikatura ordinarja huwa eskluż mill-benefiċċju ta’ kumpens għall-ispejjeż li l-membri tal-ġudikatura ordinarja jsostnu fl-eżerċizzju tal-attività professjonali tagħhom, sakemm din il-ħaddiema tkun ibbenefikat matul dan il-perijodu minn dħul ta’ ammont li jkun għall-inqas ekwivalenti għal dak tal-allowance prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tas-sigurtà soċjali li hija kienet tirċievi fil-każ li tieqaf temporanjament mill-attività tagħha minħabba raġunijiet ta’ saħħa, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 294, 7.9.2015.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/24


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bucureşti – ir-Rumanija) – Selena România Srl vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice (DGRFP) București

(Kawża C-416/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika kummerċjali - Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Artikolu 13 - Evitar - Regolament ta’ implementazzjoni (UE) Nru 791/2011 - Drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina - Dazji antidumping - Regolament ta’ implementazzjoni (UE) Nru 437/2012 - Kunsinna mit-Tajwan - Ftuħ ta’ investigazzjoni - Regolament ta’ implementazzjoni (UE) Nru 21/2013 - Estensjoni tad – dazju antidumping - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis - Prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Irkupru a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni))

(2016/C 335/32)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Selena România Srl

Konvenuta: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice (DGRFP) București

Dispożittiv

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 21/2013, tal-10 ta’ Jannar 2013, li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 dwar ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ kkunsinjati mit-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan u t-Tajlandja kif ukoll jekk le, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dazju antidumping definittiv estiż minn din id-dispożizzjoni ma huwiex applikabbli retroattivament għal prodotti kkunsinnati mit-Tajwan, irrilaxxati għal ċirkulazzjoni libera fl-Unjoni wara d-data ta’ dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011, tat-3 ta’ Awwissu 2011, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, iżda qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 437/2012, tat-23 ta’ Mejju 2012, li jniedi investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ evażjoni ta’ miżuri tal-anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill […] Nru 791/2011 […], u li jissoġġetta dawn l-importazzjonijiet għar-reġistrazzjoni. Madankollu, id-dazju antidumping stabbilit bl-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 791/2011 huwa applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ tali prodotti, jekk jiġi stabbilit li, għalkemm ikkunsinnati mit-Tajwan u ddikjarati bħala li joriġinaw minn dan il-pajjiż, dawn il-prodotti fil-verità joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.


(1)  ĠU C 346, 19.10.2015.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/25


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský soud v Ostravě – ir-Repubblika Ċeka) – Ivo Muladi vs Krajský úřad Moravskoslezského kraj

(Kawża C-447/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport - Direttiva 2003/59/KE - Obbligu ta’ kwalifika inizjali - Artikolu 4 - Drittijiet miksuba - Detenturi ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa qabel id-dati previsti fl-Artikolu 4 - Eżenzjoni mill-obbligu ta’ kwalifika inizjali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi rekwiżit supplimentari ta’ taħriġ perijodiku minn qabel ta’ tul ta’ 35 siegħa sabiex tibbenefika minn din l-eżenzjoni))

(2016/C 335/33)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Krajský soud v Ostravě

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ivo Muladi

Konvenut: Krajský úřad Moravskoslezského kraj

Dispożittiv

L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Lulju 2003, dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta’ prodotti jew passiggieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha rekwiżit ta’ taħriġ perijodiku minn qabel ta’ tul ta’ 35 siegħa huwa meħtieġ mill-benefiċjarji tal-eżenzjoni mill-obbligu ta’ kwalifika inizjali tas-sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq użati għat-trasport tal-merkanzija jew tal-persuni, previst f’dan l-artikolu, sabiex jeżerċitaw l-attività tas-sewqan inkwistjoni.


(1)  ĠU C 389, 23.11.2015.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/25


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Wiener Neustadt – l-Awstrija) – Admiral Casinos & Entertainment AG vs Balmatic Handelsgesellschaft mbH et

(Kawża C-464/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprojbixxi, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali, l-operazzjoni ta’ magni tal-logħob b’rebħ limitat (kleines Glücksspiel) fin-nuqqas ta’ permess maħruġ mill-awtorità kompetenti - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni - Proporzjonalità - Evalwazzjoni tal-proporzjonalità abbażi kemm tal-għan tal-leġiżlazzjoni fil-mument tal-adozzjoni tagħha kif ukoll tal-effetti tagħha waqt l-implementazzjoni tagħha - Effetti kkonstatati empirikament b’ċertezza))

(2016/C 335/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Wiener Neustadt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Admiral Casinos & Entertainment AG

Konvenuti: Balmatic Handelsgesellschaft mbH, Robert Schnitzer, Suayip Polat KG, Ülkü Polat, Attila Juhas, Milazim Rexha

Dispożittiv

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, matul l-istħarriġ tal-proporzjonalità ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali restrittiva fil-qasam tal-logħob tal-ażżard, il-qorti ma għandhiex tibbaża ruħha biss fuq l-għan ta’ din il-leġiżlazzjoni, kif jidher fil-mument tal-adozzjoni tagħha, iżda wkoll fuq l-effetti tal-imsemmija leġiżlazzjoni, evalwati sussegwentement għall-adozzjoni tagħha.


(1)  ĠU C 398, 30.11.2015


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/26


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší soud České republiky – Ir-Repubblika Ċeka) – Tommy Hilfiger Licensing LLC et vs Delta Center a.s.

(Kawża C-494/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Direttiva 2004/48/KE - Rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali - Kunċett ta’ “intermedjarju li s-servizzi tiegħu kienu użati sabiex jinkiser dritt tal-proprjetà intellettwali” - Kerrej ta’ swali fejn jinżamm suq li jissulloka l-punti ta’ bejgħ - Possibbiltà li tingħata ordni fir-rigward ta’ dan il-kerrej - Artikolu 11))

(2016/C 335/35)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud České republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tommy Hilfiger Licensing LLC, Urban Trends Trading BV, Rado Uhren AG, Facton kft, Lacoste SA, Burberry Limited

Konvenuta: Delta Center a.s.

Dispożittiv

1)

It-tielet sentenza tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għandha tiġi interpretata fis-sens li jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “intermedjarj[u] li s-servizzi [tiegħu] kienu użati minn parti terzi biex issir il-kontravvenzjoni [jinkiser] tad-dritt tal-proprjetà intellettwali”, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, il-kerrej ta’ swali fejn jinżamm suq li jissulloka l-punti ta’ bejgħ differenti li jinsabu f’dawn is-swali lil negozjanti, li wħud minnhom jużaw l-ispazju tagħhom sabiex ibigħu merkanzija ffalsifikata ta’ prodotti tad-ditta.

2)

It-tielet sentenza tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2004/48 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kundizzjonijiet li għalihom hija suġġetta l-ordni, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, mogħtija lil intermedjarju li jipprovdi servizz ta’ kiri ta’ punti ta’ bejgħ fi swali fejn jinżamm suq, huma identiċi għal dawk, relattivi għall-ordnijiet li jistgħu jingħataw lill-intermedjarji f’suq online, stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tat-12 ta’ Lulju 2011, L’Oréal et, (C-324/09, EU:C:2011:474).


(1)  ĠU C 414, 14.12.2015.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/27


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2016 minn Kenzo Tsujimoto mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-2 ta’ Diċembru 2016 fil-Kawża T-414/13, Kenzo Tsujimoto vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-85/16 P)

(2016/C 335/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Kenzo Tsujimoto (rappreżentat minn: A. Wenninger-Lenz, M. Ring, W. von der Osten-Sacken, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Kenzo

Talbiet

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-2 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża T-414/13;

tiddeċiedi definittivament il-kawża;

tikkundanna lill-Uffiċċju u Kenzo S.A. għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Ksur tal-Aritkolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009

Iż-żewġ oppożizzjonijiet magħmula minn Kenzo S.A. huma bbażati fuq l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (1). Fiż-żewġ kawżi, il-Bord tal-Appell ħa inkunsiderazzjoni, insostenn tal-allegazzjonijiet dwar ir-reputazzjoni tat-trade mark, provi li l-parti li qed topponi kienet ipproduċiet quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni sabiex jiġi stabbilit l-użu ġenwin tat-trade mark. Huwa paċifiku li d-dokumenti inkwistjoni ġew prodotti wara l-iskadenza tat-terminu mogħti, sabiex jintwerew l-eżistenza, il-validità u l-portata tal-protezzjoni tad-dritt preċedenti, skont ir-Regola 19(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni (2). Skont ir-Regola 19(1) u (2) u r-Regola 20(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni, l-oppożizzjoni bbażata fuq l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 hija miċħuda jekk il-parti li qed topponi ma tipproduċix il-prova tar-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti qabel l-iskadenza tat-terminu mogħti mill-Uffiċċju. Madankollu, il-Qorti Ġenerali tikkonkludi li l-Bord tal-Appell kellu setgħa diskrezzjonali sabiex jiddeċiedi jekk kienx hemm lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-provi inkwistjonji insostenn tar-reputazzjoni tat-trade mark, li l-Bord tal-Appell kien ikkonstatat u eżerċita s-setgħa diskrezzjonali tiegħu u ġġustifika b’mod ġust id-deċiżjoni tiegħu li jieħu inkunsiderazzjoni dawn il-provi. L-appellant iqis li, bil-kontra, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta rrikonoxxiet is-setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell u applikat b’mod żbaljat ir-Regola 19(1) u (2) u r-Regola 20(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni.

L-appellant jaf li, skont il-partijiet l-oħra fil-proċedura, il-kwistjoni tat-teħid inkunsiderazzjoni, sabiex tiġi sostnuta r-reputazzjoni, ta’ dokumenti prodotti insostenn tal-użu ġenwin, ma huwiex irregolat mir-Regola 20(1) iżda mit-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni, li tikkostitwixxi regola tal-proċedura partikolari quddiem il-Bord tal-Appell.

Anki jekk jiġi ammess li s-setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell għandha tiġi interpretata skont it-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni, il-Bord tal-Appell eżerċitaha b’mod mhux xieraq u l-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 76(2) billi ddeċidiet li l-kunsiderazzjonijiet tal-Bord tal-Appell dwar ir-rabta indissoċċjabbli bejn il-provi tal-użu u l-provi tar-reputazzjoni kienu jikkostitwixxu eżerċizzju xieraq tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu. Fil-fatt, il-Bord tal-Appell lanqas biss ma ddetermina l-portata tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu, jiġifieri jekk din is-setgħa setgħetx, f’dan il-każ, tiġi eżerċitata b’mod strett. Kieku l-Bord tal-Appell għamel użu xieraq tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu, huwa kien jirrikonoxxi li, skont is-sentenza tat-3 ta’ Ottubru 2013, Rintisch vs UASI (C-120/12 P, EU:C:2013:638), is-setgħa diskrezzjonali tiegħu kellha tiġi eżerċitata b’mod strett. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-uniku mod kif kien jeżerċita b’mod xieraq din is-setgħa diskrezzjonali kien ikun billi ma jiħux inkunsiderazzjoni d-dokumenti prodotti insostenn tar-reputazzjoni tat-trade mark. Il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-Bord tal-Appell la ddetermina l-portata tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu u lanqas ma eżerċita l-imsemmija setgħa f’dan il-limitu u, billi għamel dan, huwa kiser l-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009.

2.

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009

L-appellant isostni li l-Qorti Ġenerali ma pparagunatx it-trade marks KENZO u KENZO ESTATE fit-totalità tagħhom u kisret, għaldaqstant, l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009. Barra minn hekk, l-appellant isostni li l-Qorti Ġenerali laqgħat l-allegazzjonijiet dwar ir-reputazzjoni tat-trade mark fuq il-bażi ta’ dokumenti li, fil-kuntest ta’ applikazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni u ta’ eżerċizzju xieraq tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu, il-Bord tal-Appell ma kellux jieħu inkunsiderazzjoni. L-appellant isostni, barra minn hekk, li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx l-evalwazzjoni globali li kienet mitluba sabiex jiġi konkluż li t-trade mark kontenzjuża setgħet tiġi assoċjata mat-trade mark preċedenti u tieħu vantaġġ inġust mir-reputazzjoni tagħha. Fl-aħħar nett, l-appellant isostni li l-Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali kienu żbaljati meta kkonkludew li huwa ma kienx stabbilixxa l-eżistenza ta’ “użu mingħajr dritt” fis-sens tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189).


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/28


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2016 minn Kenzo Tsujimoto mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-2 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża T-522/13, Kenzo Tsujimoto vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-86/16 P)

(2016/C 335/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Kenzo Tsujimoto (rappreżentati minn: A. Wenninger-Lenz, M. Ring, W. von der Osten-Sacken, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Kenzo

Talbiet

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-2 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża T-522/13;

tiddeċiedi definittivament il-kawża;

tikkundanna lill-Uffiċċju u Kenzo S.A. għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Ksur tal-Aritkolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009

Iż-żewġ oppożizzjonijiet magħmula minn Kenzo S.A. huma bbażati fuq l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (1). Fiż-żewġ kawżi, il-Bord tal-Appell ħa inkunsiderazzjoni, insostenn tal-allegazzjonijiet dwar ir-reputazzjoni tat-trade mark, provi li l-parti li qed topponi kienet ipproduċiet quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni sabiex jiġi stabbilit l-użu ġenwin tat-trade mark. Huwa paċifiku li d-dokumenti inkwistjoni ġew prodotti wara l-iskadenza tat-terminu mogħti, sabiex jintwerew l-eżistenza, il-validità u l-portata tal-protezzjoni tad-dritt preċedenti, skont ir-Regola 19(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni (2). Skont ir-Regola 19(1) u (2) u r-Regola 20(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni, l-oppożizzjoni bbażata fuq l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 hija miċħuda jekk il-parti li qed topponi ma tipproduċix il-prova tar-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti qabel l-iskadenza tat-terminu mogħti mill-Uffiċċju. Madankollu, il-Qorti Ġenerali tikkonkludi li l-Bord tal-Appell kellu setgħa diskrezzjonali sabiex jiddeċiedi jekk kienx hemm lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-provi inkwistjonji insostenn tar-reputazzjoni tat-trade mark, li l-Bord tal-Appell kien ikkonstatat u eżerċita s-setgħa diskrezzjonali tiegħu u ġġustifika b’mod ġust id-deċiżjoni tiegħu li jieħu inkunsiderazzjoni dawn il-provi. L-appellant iqis li, bil-kontra, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta rrikonoxxiet is-setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell u applikat b’mod żbaljat ir-Regola 19(1) u (2) u r-Regola 20(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni.

L-appellant jaf li, skont il-partijiet l-oħra fil-proċedura, il-kwistjoni tat-teħid inkunsiderazzjoni, sabiex tiġi sostnuta r-reputazzjoni, ta’ dokumenti prodotti insostenn tal-użu ġenwin, ma huwiex irregolat mir-Regola 20(1) iżda mit-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni, li tikkostitwixxi regola tal-proċedura partikolari quddiem il-Bord tal-Appell.

Anki jekk jiġi ammess li s-setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell għandha tiġi interpretata skont it-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni, il-Bord tal-Appell eżerċitaha b’mod mhux xieraq u l-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 76(2) billi ddeċidiet li l-kunsiderazzjonijiet tal-Bord tal-Appell dwar ir-rabta indissoċċjabbli bejn il-provi tal-użu u l-provi tar-reputazzjoni kienu jikkostitwixxu eżerċizzju xieraq tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu. Fil-fatt, il-Bord tal-Appell lanqas biss ma ddetermina l-portata tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu, jiġifieri jekk din is-setgħa setgħetx, f’dan il-każ, tiġi eżerċitata b’mod strett. Kieku l-Bord tal-Appell għamel użu xieraq tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu, huwa kien jirrikonoxxi li, skont is-sentenza tat-3 ta’ Ottubru 2013, Rintisch vs UASI (C-120/12 P, EU:C:2013:638), is-setgħa diskrezzjonali tiegħu kellha tiġi eżerċitata b’mod strett. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-uniku mod kif kien jeżerċita b’mod xieraq din is-setgħa diskrezzjonali kien ikun billi ma jiħux inkunsiderazzjoni d-dokumenti prodotti insostenn tar-reputazzjoni tat-trade mark. Il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-Bord tal-Appell la ddetermina l-portata tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu u lanqas ma eżerċita l-imsemmija setgħa f’dan il-limitu u, billi għamel dan, huwa kiser l-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009.

2.

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009

L-appellant isostni li l-Qorti Ġenerali ma pparagunatx it-trade marks KENZO u KENZO ESTATE fit-totalità tagħhom u kisret, għaldaqstant, l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009. Barra minn hekk, l-appellant isostni li l-Qorti Ġenerali laqgħat l-allegazzjonijiet dwar ir-reputazzjoni tat-trade mark fuq il-bażi ta’ dokumenti li, fil-kuntest ta’ applikazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni u ta’ eżerċizzju xieraq tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu, il-Bord tal-Appell ma kellux jieħu inkunsiderazzjoni. L-appellant isostni, barra minn hekk, li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx l-evalwazzjoni globali li kienet mitluba sabiex jiġi konkluż li t-trade mark kontenzjuża setgħet tiġi assoċjata mat-trade mark preċedenti u tieħu vantaġġ inġust mir-reputazzjoni tagħha. Fl-aħħar nett, l-appellant isostni li l-Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali kienu żbaljati meta kkonkludew li huwa ma kienx stabbilixxa l-eżistenza ta’ “użu mingħajr dritt” fis-sens tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189).


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/30


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2016 minn European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE mis-sentenza mogħtija fit-2 ta’ Diċembru 2015 mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’Awla) fil-Kawża T-553/13, European Dynamics Luxembourg and Evropaïki Dynamiki vs Fusion for Energy

(Kawża C-88/16 P)

(2016/C 335/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentant: M. Sfyri, C.-N. Dede, D. Papadopoulou, dikigoroi)

Partijiet oħra fil-proċedura: European Joint Undertaking for ITER and the Development of Fusion Energy (Fusion for Energy)

Permezz ta’ digriet tas-7 ta’ Lulju 2016, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) iddeċidiet li l-appell huwa inammissibbli.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Gorzowie Wielkopolskim (il-Polonja) fid-19 ta’ April 2016 – Aleksandra Kubicka

(Kawża C-218/16)

(2016/C 335/39)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Gorzowie Wielkopolskim

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Aleksandra Kubicka

Domanda preliminari

L-Artikoli 1(2)(k) u (l) jew 31 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Lulju 2012, dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni [omissis], għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jippermettu r-rifjut tar-rikonoxximent tal-effetti reali ta’ legat “b’invokazzjoni” (legatum per vindicationem) previst mil-liġi tas-suċċessjoni, meta dan il-legat jirrigwarda d-dritt għall-proprjetà ta’ immobbli li jinsab fi Stat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu ma tirrikonoxxix l-istabbiliment tal-legat b’effett reali dirett?


(1)  ĠU L 201, p. 107.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fis-17 ta’ Mejju 2016 – Polkomtel Sp. z o.o. vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

(Kawża C-277/16)

(2016/C 335/40)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Polkomtel Sp. z o.o.

Konvenut: Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 13 flimkien mal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (1), fil-verżjoni orġinali tagħhom, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ li operatur li għandu saħħa sinjifikattiva fis-suq jiġi obbligat jorjenta l-prezzijiet tiegħu skont l-ispejjeż tiegħu, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’, sabiex tippromwovi l-effiċjenza ekonomika u l-kompetizzjoni sostenibbli, tistabbilixxi prezz tas-servizz suġġett għal tali obbligu li jkun inqas mill-ispejjeż sostnuti mill-operatur għall-provvista tagħhom, liema spejjeż ikunu ġew ivverifikati mill-awtorità regolatorja nazzjonali u kkunsidrati bħala li għandhom rabta kawżali ma’ dan is-servizz?

2.

L-Artikolu 13(3) flimkien mal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess), fil-verżjoni orġinali tagħhom, moqrija flimkien mal-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tobbliga lill-operatur li għandu jorjenta l-prezzijiet tiegħu skont l-ispejjeż tiegħu li kull sena jistabbilixxi l-prezz fuq il-bażi tad-data l-iktar attwali dwar l-ispejjeż u jikkomunika, għal verifika, il-prezz hekk iffissat lill-awtorità regolatorja nazzjonali, flimkien ma’ ġustifikazzjoni għal dawn l-ispejjeż, qabel ma jibda japplika dan il-prezz fis-suq?

3.

L-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess), fil-verżjoni orġinali tiegħu, moqri flimkien mal-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-operatur li għandu jorjenta l-prezzijiet tiegħu skont l-ispejjeż tiegħu jista’ jiġi obbligat mill-awtorità regolatorja nazzjonali li jadatta l-prezz tiegħu biss meta dan l-operatur l-ewwel jiffissa b’mod indipendenti l-ammont tal-prezz u mbagħad jibda japplikah, jew ukoll meta dan japplika prezz li l-ammont tiegħu jkun ġie ffissat preċedentement mill-awtorità regolatorja nazzjonali, iżda li jirriżulta mill-ġustifikazzjoni tal-ispejjeż għall-perijodu ta’ referenza sussegwenti li l-prezz stabbilit preċedentement mill-awtorità regolatorja nazzjonali huwa ogħla mil-livell tal-ispejjeż imġarrba mill-operatur?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 323.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Aachen (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Mejju 2016 – Frank Sleutjes

(Kawża C-278/16)

(2016/C 335/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Aachen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Frank Sleutjes

Il-parti l-oħra fil-proċedura: Staatsanwaltschaft Aachen

Domanda preliminari

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2010/64/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ottubru 2010, dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (CELEX Nru: 32010L0064) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “sentenza” (“Urteil”) li jidher fl-Artikolu 37(3) tal-kodiċi tal-proċeduri kriminali Ġermaniż (Strafprozessordnung) jinkludi wkoll id-digrieti kriminali (“Strafbefehle”) fis-sens tal-Artikoli 407 et seq tal-kodiċi tal-proċeduri kriminali Ġermaniż?


(1)  ĠU 2010 L 280, p. 1.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-30 ta’ Mejju 2016 – Stanisław Pieńkowski vs Dyrektor Izby Skarbowej w Lublinie

(Kawża C-307/16)

(2016/C 335/42)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Stanisław Pieńkowski

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Lublinie (Direttur tal-Kamra tal-Finanzi ta’ Lublin)

Domanda preliminari

L-Artikolu 146(1)(b), l-Artikolu 147 kif ukoll l-Artikolu 131 u l-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali li jeskludu l-applikazzjoni tal-eżenzjoni fil-każ ta’ persuna taxxabbli li ma tissodisfax il-kundizzjoni li teżiġi li din tkun laħqet limitu minimu ta’ dħul mill-bejgħ matul is-sena fiskali preċedenti, u li lanqas ma tkun ikkonkludiet kuntratt ma’ operatur intitolat biex iwettaq ir-rimborsi tal-VAT lill-vjaġġaturi?


(1)  ĠU L 347, p. 1


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-30 ta’ Mejju 2016 – Kozuba Premium Selection sp. z o.o., stabbilita f’Varsavja vs Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie

(Kawża C-308/16)

(2016/C 335/43)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kozuba Premium Selection sp. z o.o., stabbilita f’Varsavja

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie

Domanda preliminari

L-Artikolu 135(1)(j) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali [punt 10 tal-Artikolu 43(1) tal-Ustawa o podatku od towarów i usług (liġi dwar it-taxxa fuq il-prodotti u s-servizzi) tal-11 ta’ Marzu 2004 [Dz. U. Nru 54, intestatura 535, kif emendata; iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar il-VAT”)] li taħtha l-provvista ta’ binjiet, kostruzzjonijiet jew partijiet minnhom huma eżentati mill-VAT, ħlief fil-każ fejn:

(a)

il-provvista ssir fil-kuntest tal-ewwel okkupazzjoni jew qabel l-ewwel okkupazzjoni,

(b)

il-perijodu bejn l-ewwel okkupazzjoni u l-provvista tal-binja, kostruzzjoni jew partijiet minnhom kien ta’ inqas minn sentejn,

sa fejn l-Artikolu 2(14) tal-Liġi dwar il-VAT jiddefinixxi l-ewwel okkupazzjoni bħala rilaxx għal użu tal-binjiet, kostruzzjonijiet jew partijiet minnhom, b’eżekuzzjoni ta’ attivitajiet taxxabbli, lill-ewwel konsumatur jew utent, wara:

(a)

li jkunu ttellgħu jew

(b)

li jkun sar titjib, jekk in-nefqa magħmula għat-titjib, kif iddefinit fir-regolamenti dwar it-taxxa fuq id-dħul, kien jikkostitwixxi mill-inqas 30 % tal-valur inizzjali?


(1)  ĠU L 347, p. 1


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/33


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (l-Awstrija) fil-31 ta’ Mejju 2016 – Corbin Opportunity Fund Lp et

(Kawża C-309/16)

(2016/C 335/44)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Corbin Opportunity Fund Lp, Corbin Capital Partners, Redwood Drawdown Master Fund Lp, Redwood Opportunity Master Fund Ltd, Redwood Capital Management LLC, Pontus Holdings Ltd, RMF Financial Holdings Sàrl

Konvenuta: FMA Österreichische Finanzmarktaufsichtsbehörde

Domandi preliminari

1.

Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Mejju 2014, li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2(1)(2) tagħha, hija applikabbli, ratione temporisratione materiae, għall-każ ta’ kumpannija bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, suġġetta għal proċedura ta’ riżoluzzjoni li tkun diġà nbdiet qabel l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva, permezz ta’ mekkaniżmi previsti mid-dritt nazzjonali, u li tkompli, wara l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni, abbażi tar-regoli nazzjonali li jittrasponu l-imsemmija direttiva?

2.

Id-Direttiva 2014/59/UE tagħti lill-kredituri ta’ tali kumpannija suġġetta għal proċedura ta’ riżoluzzjoni, li jkunu ressqu quddiem l-awtorità ta’ riżoluzzjoni talba għall-“eżami u l-projbizzjoni” ta’ ċerti ftehimiet previsti jew diġà konklużi mill-kumpannija suġġetta għal proċedura ta’ riżoluzzjoni (pereżempju tranżazzjoni ġudizzjarja) ma’ kredituri oħra, drittijiet li l-protezzjoni tagħhom tagħtihom locus standi fuq il-livell amministrattiv u fuq dak ġudizzjarju?


(1)  ĠU L 173, p. 190.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/33


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fl-10 ta’ Ġunju 2016 – Piotr Zarski vs Andrzej Stadnicki

(Kawża C-330/16)

(2016/C 335/45)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Warszawie (qorti reġjonali ta’ Varsavja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Piotr Zarski

Konvenut: Andrzej Stadnicki

Domandi preliminari

1)

Il-lokazzjoni ta’ bini hija servizz fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 2 u fis-sens tal-Artikolu 3 (kif ukoll tal-premessi 2, 3, 7, 11, 18 u 23) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 2011, dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali (1)?

2)

Fil-każ ta’ risposta fil-pożittiv għall-ewwel domanda, waqt il-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ lokazzjoni għal żmien indeterminat, it-tranżazzjoni kummerċjali tkun il-kuntratt jew tkun it-“tranżazzjoni” iżolata, distinta, li hija kkostitwita minn kull ħlas tal-kirja bħala korrispettiv għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ bini u ta’ utilitajiet fis-sens tal-Artikolu 1(1), tal-punt 1 tal-Artikolu 2, u tal-Artikolu 3, tal-Artikolu 6 u tal-Artikolu 8 (kif ukoll tal-premessi 1, 3, 4, 8, 9, 26, 35) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill?

3)

Jekk ir-risposta għat-tieni domanda tkun li t-tranżazzjoni kummerċjali hija kull ħlas tal-kirja bħala korrispettiv għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ bini u ta’ utilitajiet, l-Artikolu 1(1), il-punt 1 tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 12(4) (kif ukoll il-premessa 3) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill […] għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jeskludu l-applikazzjoni tad-Direttiva għall-kuntratti ta’ lokazzjoni konklużi qabel is-16 ta’ Marzu 2013 meta l-ħlas tardiv tal-kirjiet individwali jseħħ wara dik id-data?


(1)  ĠU 2011, L 48, p. 1.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Kehl (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Ġunju 2016 – proċeduri kriminali kontra C

(Kawża C-346/16)

(2016/C 335/46)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Kehl

Partijiet fil-kawża prinċipali

C

Parti oħra: Staatsanwaltschaft Offenburg

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 67(2) TFUE kif ukoll l-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (1) (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), jew dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-awtoritajiet tal-pulizija tal-Istat Membru kkonċernat is-setgħa ta’ tfittixija, f’firxa territorjali b’massimu ta’ 30 kilometru mill-fruntiera ta’ dan l-Istat Membru mal-Istati li aderixxew mal-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 (Konvenzjoni li timplementa l-ftehim ta’ Schengen), ta’ oġġett, irrispettivament mill-imġiba tal-persuna li tkun qiegħda ġġorr dan l-oġġett u minn ċirkustanzi speċifiċi, bl-għan li timpedixxi jew twaqqaf dħul illegali fit-territorju tal-istess Stat Membru jew li timpedixxi ċerti atti kriminali kontra s-sigurtà jew il-protezzjoni tal-fruntiera jew li huma mwettqa inkonnessjoni mal-qsim tal-fruntiera, fl-assenza ta’ introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta’ kontrolli fuq il-fruntiera interna kkonċernata skont l-Artikolu 23 et seq tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

2.

L-Artikolu 67(2) TFUE kif ukoll l-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament Nru 562/2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), jew dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali li tippremetti lil qorti kriminali f’dan l-Istat Membru tuża provi li jippreġudikaw lill-akkużat, minkejja li tali provi jkunu nkisbu bħala riżultat ta’ miżura tal-Istat li tikser id-dritt tal-Unjoni Ewropea?


(1)  ĠU L 105, p. 1.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/35


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nederlandstalige Rechtbank van eerste aanleg Brussel (il-Belġju) fl-24 ta’ Ġunju 2016 – T.KUP SAS vs Belgische Staat

(Kawża C-349/16)

(2016/C 335/47)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Nederlandstalige Rechtbank van eerste aanleg Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: T.KUP SAS

Konvenut: Belgische Staat

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tal-ksur tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku antidumping (1), ir-Regolament Nru 1294/2009 (2) huwa invalidu fir-rigward ta’ importatur bħal dak inkwistjoni meta, minkejja l-fatt li kien jaqbel li jiġi eżaminat numru maniġġabbli ta’ wieħed u għoxrin importatur, fl-eżami mill-ġdid tagħha l-Kummissjoni użat sistema ta’ teħid ta’ kampjuni, liema sistema barra minn hekk kienet tirrigwarda biss tmien importaturi?

2)

Fid-dawl tal-ksur tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku antidumping, ir-Regolament Nru 1294/2009 huwa invalidu fir-rigward ta’ importatur bħal dak inkwistjoni sa fejn, fl-eżami mill-ġdid tagħha, il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni b’mod suffiċjenti l-provi ppreżentati billi fit-teħid ta’ kampjuni hija inkludiet ħames importaturi kbar fil-konfront ta’ tliet importaturi żgħar biss u billi ħadet prinċiplament inkunsiderazzjoni, barra minn hekk, data ppreżentata minn dawk il-ħames importaturi kbar?

3)

Fid-dawl tal-ksur tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku antidumping jew tal-Artikolu 11(2), (5) u (9) ta’ dan l-istess regolament, ir-Regolament Nru 1294/2009 huwa invalidu fir-rigward ta’ importatur bħal dak inkwistjoni, meta fl-eżami mill-ġdid tagħha l-Kummissjoni kellha elementi insuffiċjenti sabiex tiddetermina li għad hemm importazzjoni suġġetta għal dumping u li minnha jirriżulta dannu?

4)

Fid-dawl tal-ksur tal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku antidumping, ir-Regolament Nru 1294/2009 huwa invalidu fir-rigward ta’ importatur, bħal dak inkwistjoni, meta fl-eżami mill-ġdid tagħha l-Kummissjoni teħtieġ li jkun hemm elementi speċjali li jindikaw li l-estensjoni tikkostitwixxi oneru sproporzjonat għal importatur?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 1294/2009 tal-Kunsill, tat-22 ta’ Diċembru 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċertu tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Makaw SAR, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Makaw SAR sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU 2009, L 352, p. 1)


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/36


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-28 ta’ Ġunju 2016 – Christian Picart vs Ministre des finances et des comptes publics

(Kawża C-355/16)

(2016/C 335/48)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Christian Picart

Konvenut: Ministre des finances et des comptes publics

Domandi preliminari

1)

Id-dritt għall-istabbiliment bħala persuna li taħdem għal rasha, hekk kif inhu ddefinit mill-Artikoli 1 u 4 tal-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 1999 u mill-Artikolu 12 tal-Anness I tiegħu, jista’ jitqies li huwa ekwivalenti għal-libertà ta’ stabbiliment ggarantita lill-persuni li għandhom attività bħala persuni li jaħdmu għal rashom mill-Artikolu 43 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li sar l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea?

2)

F’din l-ipoteżi, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-istipulazzjonijiet tal-Artikolu 16 tal-Ftehim, hemm lok li l-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza C-470/04 tas-7 ta’ Settembru 2006, li ngħatat wara li sar dan il-ftehim, tiġi applikata fil-każ ta’ ċittadin ta’ Stat Membru li ttrasferixxa d-domiċilju tiegħu fl-Isvizzera li sempliċement iżomm l-ishma li għandu f’kumpanniji li jaqgħu taħt id-dritt ta’ dan l-Istat Membru, li jagħtuh influwenza definittiva fuq id-deċiżjonijiet ta’ dawn il-kumpanniji u jippermettulu jiddetermina l-attivitajiet tagħhom, mingħajr ma jsostni li għandu l-intenzjoni li jeżerċita fl-Isvizzera attività bħala persuna li taħdem għal rasha li hija differenti minn dik li huwa jeżerċita fl-Istat Membru li kien ċittadin tiegħu u li tikkonsisti fil-ġestjoni ta’ dawn l-ishma?

3)

Fl-ipoteżi li dan id-dritt ma huwiex ekwivalenti għal-libertà ta’ stabbiliment, dan għandu jiġi interpretat bl-istess mod kif għamlet il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għal-libertà ta’ stabbiliment fis-sentenza tagħha C-470/04 tas-7 ta’ Settembru 2006?


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/36


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fis-27 ta’ Ġunju 2016 – Proċeduri kriminali kontra Wamo SPRL u Luc Cecile Jozef Van Mol

(Kawża C-356/16)

(2016/C 335/49)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Wamo SPRL, Luc Cecile Jozef Van Mol

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2005/29/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi liġi nazzjonali li tipprojbixxi lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika milli xxerred ir-reklamar dwar atti ta’ kirurġija estetika jew ta’ mediċina estetika mhux kirurġika, kif jipprevedi l-Artikolu 20/1 tal-liġi tat-23 ta’ Mejju 2013 li tirregola l-kwalifiki rikjesti sabiex jitwettqu interventi ta’ mediċina estetika mhux kirurġika u ta’ kirurġija estetika u li tirregola r-reklamar u l-informazzjoni dwar dawn l-interventi (M.B. tat-2 ta’ Lulju 2013), li ddaħħal bil-ligi tal-10 [ta’ April] 2014 li tirrigwarda diversi dispożizzjonijiet fil-qasam tas-saħħa (M.B. tat-30 ta’ April 2014)?


(1)  Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU 2005, L 149, p. 22).


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/37


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fit-28 ta’ Ġunju 2016 – UAB “Gelvora” vs Valstybinė vartotojų teisių apsaugos tarnyba

(Kawża C-357/16)

(2016/C 335/50)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UAB “Gelvora”

Konvenuta: Valstybinė vartotojų teisių apsaugos tarnyba

Domandi preliminari

1)

Ir-relazzjoni ġuridika bejn kumpannija li xtrat kreditu permezz ta’ kuntratt ta’ trasferiment ta’ kreditu u d-debitur, persuna fiżika, li d-dejn tiegħu joriġina minn kuntratt ta’ kreditu għall-konsum, meta l-imsemmija kumpannija timplementa miżuri ta’ rkupru, taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, il-kunċett ta’ “prodott”, previst fl-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2005/29, jinkludi l-miżuri ta’ rkupru tal-kreditu, mixtri permezz ta’ kuntratt ta’ trasferiment ta’ kreditu, mingħand id-debitur, persuna fiżika, li d-dejn tiegħu joriġina minn kuntratt ta’ kreditu għall-konsum konkluż mal-kreditur inizjali?

3)

Ir-relazzjoni ġuridika bejn kumpannija li xtrat kreditu permezz ta’ kuntratt ta’ trasferiment ta’ kreditu u d-debitur, persuna fiżika, li d-dejn tiegħu joriġina minn kuntratt ta’ kreditu għall-konsum u li diġà ġie kkundannat iħallas dan id-dejn permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li kisbet l-awtorità ta’ res judicata u li ngħaddiet lill-marixxall għall-eżekuzzjoni, meta l-imsemmija kumpannija timplementa miżuri ta’ rkupru paralleli, taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29?

4)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għat-tielet domanda, il-kunċett ta’ “prodott”, previst fl-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2005/29, jinkludi l-miżuri ta’ rkupru tal-kreditu, mixtri permezz ta’ kuntratt ta’ trasferiment ta’ kreditu, mingħand id-debitur, persuna fiżika, li d-dejn tiegħu joriġina minn kuntratt ta’ kreditu għall-konsum konkluż mal-kreditur inizjali u li għall-ħlas tiegħu dan id-debitur kien diġà ġie kkundannat permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li kisbet l-awtorità ta’ res judicata u li ngħaddiet lill-marixxall għall-eżekuzzjoni?


(1)  ĠU 2005, L 149, p. 22.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/38


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative (il-Lussemburgu) fl-24 ta’ Ġunju 2016 – UBS (Luxembourg) SA, Alain Hondequin, Holzem, et

(Kawża C-358/16)

(2016/C 335/51)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UBS (Luxembourg) SA, Alain Hondequin, Holzem, et

Domandi preliminari

1)

Fl-isfond, b’mod partikolari, tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta) li jissanċixxi l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, l-eċċezzjoni ta’ “każijiet koperti bil-liġijiet kriminali” msemmija kemm fil-parti finali tal-Artikolu 54(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill93/22/KEE (1), kif ukoll fil-parti inizjali tal-Artikolu 54(3) tal-istess direttiva, tkopri wkoll ipoteżi li taqa’, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, taħt sanzjoni amministrattiva, iżda li mill-perspettiva tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB) hija meqjusa li tifforma parti mid-dritt kriminali, bħalma hija s-sanzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, imposta mir-regolatur nazzjonali, awtorità sorveljanti nazzjonali, u li tikkonsisti f’li membru ta’ Kamra tal-Avukati nazzjonali jiġi ordnat jiqaf milli jeżerċità, fi ħdan entità ssorveljata mill-imsemmi regolatur, il-funzjoni ta’ amministratur jew funzjoni oħra suġġetta għal approvazzjoni filwaqt li tordnalu jirreżenja mill-funzjonijiet relatati kollha tiegħu fl-iqsar żmien possibbli?

2)

Fil-każ li s-sanzjoni amministrattiva msemmija iktar ’il fuq, meqjusa bħala tali fil-livell tad-dritt nazzjonali, taqa’ taħt proċedura amministrattiva, sa fejn huwa l-obbligu li jiġi mħares is-sigriet professjonali li awtorità sorveljanti nazzjonali tista’ tinvoka abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 54 tad-Direttiva 2004/39/KE, iċċitata iktar ’il fuq, suġġett għall-eżistenza ta’ smiegħ xieraq li jinkludi rimedju effettiv bħal dawk li jirriżultaw mill-Artikolu 47 tal-Karta, eżaminati fid-dawl tar-rekwiżiti li jirriżultaw b’mod parallel mill-Artikoli 6 u 13 tal-KEDB fil-qasam ta’ smiegħ xieraq u ta’ effettività tar-rimedju, li flimkien jikkostitwixxu l-garanziji previsti fl-Artikoli 48 tal-Karta, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess sħiħ tal-persuna li kontriha ġiet imposta s-sanzjoni amministrattiva għall-fajl tal-awtur ta’ dik is-sanzjoni li fl-istess ħin huwa l-awtorità sorveljanti nazzjonali inkarigata mid-difiża tal-interessi u tad-drittijiet ċivili tal-persuna ssanzjonata?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 263


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/38


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (il-Belġju) fl-24 ta’ Ġunju 2016 – Ömer Altun et, Absa NV et vs Openbaar Ministerie

(Kawża C-359/16)

(2016/C 335/52)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ömer Altun, Abubekir Altun, Sedrettin Maksutogullari, Yunus Altun, Absa NV, M. Sedat BVBA, Alnur BVBA

Konvenuta: Openbaar Ministerie

Domanda preliminari

Qorti minbarra dik tal-Istat Membru li jakkredita jew li jibgħat tista’ tannulla jew ma tiħux inkunsiderazzjoni Ċertifikat E 101 maħruġ skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 (1), tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni tiegħu applikabbli qabel ma tħassar bl-Artikolu 96(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali, jekk il-fatti ppreżentati għall-evalwazzjoni tagħha jippermettu li jiġi kkonstatat li l-imsemmi ċertifikat inkiseb jew ġie invokat b’mod frawdolenti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 83

(2)  Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 284, p. 1)


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/39


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Franza) fl-4 ta’ Lulju 2016 – Association française des entreprises privées (AFEP) et vs Ministre des finances et des comptes publics

(Kawża C-365/16)

(2016/C 335/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Association française des entreprises privées (AFEP), Axa, Compagnie générale des établissements Michelin, Danone, ENGIE, li kienet GDF Suez, Eutelsat Communications, LVMH Moët Hennessy-Louis Vuitton SA, Orange SA, Sanofi SA, Suez Environnement Company, Technip, Total SA, Vivendi, Eurazeo, Safran, Scor SE, Unibail-Rodamco SE, Zodiac Aerospace

Konvenut: Ministre des finances et des comptes publics

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE, tat-30 ta’ Novembru 2011 (1), u b’mod partikolari l-paragrafu (1)(a) tiegħu, jipprekludi taxxa bħal dik prevista fl-Artikolu 235b ZCA tal-kodiċi ġenerali tat-taxxa (Code général des impôts), li tinġabar fl-okkażjoni tat-tqassim tal-profitti minn kumpannija suġġetta għat-taxxa fuq il-kumpanniji fi Franza u li l-bażi tagħha hija kkostitwita mill-ammonti mqassma?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, taxxa bħal dik prevista fl-Artikolu 235b ZCA tal-kodiċi ġenerali tat-taxxa, għandha tiġi kkunsidrata bħala “taxxa f’ras il-għajn” li huma eżenti minnha l-profitti imqassma minn sussidjarja abbażi tal-Artikolu 5 tad-Direttiva?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE, tat-30 ta’ Novembru 2011, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal- kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU L 345, p. 8).


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/40


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fil-5 ta’ Lulju 2016 – Openbaar Ministerie vs Dawid Piotrowski

(Kawża C-367/16)

(2016/C 335/54)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Openbaar Ministerie

Konvenut: Dawid Piotrowski

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew (1) għandu jiġi interpretat biss fis-sens li tista’ tiġi awtorizzata l-konsenja ta’ persuni kkunsidrati li laħqu l-età maġġuri taħt il-liġi tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jew id-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq tippermetti wkoll lill-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jawtorizza l-konsenja ta’ minuri li, fuq il-bażi tar-regoli nazzjonali, jistgħu jinżammu kriminalment responsabbli minn età speċifika (u kemm jekk ċerti kundizzjonijiet ġew osservati jew le)?

2)

Fil-każ li l-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni Qafas ma jipprojbixxix il-konsenja ta’ minuri, din id-dispożizzjoni għandha għaldaqstant tiġi interpretata:

a)

fis-sens li l-eżistenza fid-dritt nazzjonali, ta’ possibbiltà (teoretika) li tissanzjona kriminalment il-minuri minn età speċifika hija kriterju suffiċjenti sabiex tiġi awtorizzata l-konsenja (fi kliem ieħor, hija biżżejjed evalwazzjoni in abstracto abbażi tal-kriterju tal-età li minnha persuna tista’ tinżamm kriminalment responsabbli, mingħajr ma jkun hemm bżonn li jittieħdu inkunsiderazzjoni kundizzjonijiet supplimentari oħra possibbli)? jew

b)

fis-sens li la l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku stabbilit fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni Qafas u lanqas l-Artikolu 3(3) ta’ din id-deċiżjoni qafas ma jipprekludi lill-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni milli jagħmel evalwazzjoni in concreto, fuq il-bażi ta’ każ b’każ, li taf tirrikjedi li fir-rigward tal-persuna rikjesta għall-konsenja, l-osservanza tal-istess kundizzjonijiet ta’ responsabbiltà kriminali bħal dawk applikabbli għaċ-ċittadini tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-età tagħhom fil-mument tal-fatti u n-natura tar-reat kkontestat, kif ukoll interventi ġudizzjarji preċedenti fl-Istat Membru emittenti li wasslu għal miżura ta’ natura edukattiva, anki jekk dawn il-kundizzjonijiet ma jeżistux fl-Istat Membru emittenti?

3)

Għaldaqstant, jekk l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jista’ jagħmel evalwazzjoni in concreto, ma jaqbilx, sabiex tiġi evitata l-impunità, li ssir distinzjoni bejn konsenja għall-finijiet tat-tmexxija tal-proċeduri kriminali u konsenja għall-eżekuzzjoni ta’ piena?


(1)  Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Volum 6, p. 34).


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/41


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-11 ta’ Lulju 2016 – Salvador Benjumea Bravo de Laguna vs Esteban Torras Ferrazzuolo

(Kawża C-381/16)

(2016/C 335/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Salvador Benjumea Bravo de Laguna

Konvenut: Esteban Torras Ferrazzuolo

Domanda preliminari

It-talba għal trade mark Komunitarja għal raġunijiet differenti minn dawk imsemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (1), hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni u speċifikament mal-imsemmi regolament, u b’mod partikolari, hija konformi mad-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2(2) tal-Ley de Marcas (liġi tat-trade marks) Spanjola, Ley 17/2001, tas-7 ta’ Diċembru 2001 (BOE Nru 294, 8 ta’ Diċembru 2001)?


(1)  ĠU 2009, L 78, p. 1


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/41


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2016 minn Sharif University of Technology mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-28 ta’ April 2016 fil-Kawża T-52/15, Sharif University of Technology vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-385/16 P)

(2016/C 335/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Sharif University of Technology (rappreżentat minn: M. Happold, Barrister)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ April 2016 fil-Kawża T-52/15 Sharif University of Technology vs il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

tilqa’ t-talbiet tal-appellant li huwa ressaq quddiem il-Qorti Ġenerali: u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż sostnuti mill-Appellanti taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, li tannulla l-atti inkwistjoni (l-Annessi għad-Deċiżjoni Kunsill 2014/776/PESK (1) u għal Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1202/2014 (2), u tal-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (3) u l-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (4) (kif emendat, rispettivament, bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2014/776/PESK u l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1202/2014)) sa fejn jindikaw lill-appellanti bħala entità suġġetta għal miżuri restrittivi taħt l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, sabiex jingħatalha kumpens għad-danni sostnuti lir-reputazzjoni tagħha minħabba tal-atti tal-Kunsill u tikkundanna lill-Kunisll li jbati l-ispejjeż sostnuti minnu fl-ewwel istanza u fl-appell.

l-appellanti tinvoka dawn iż-żewġ aggravji insostenn tat-talba tagħha li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali kienet ivvizzjata minn żball ta’ liġi, u li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tannullaha u tiddeċiedi l-kawża hija stess:

L-ewwel nett, li l-Qorti Ġenerali, b’mod żbaljat, naqset milli tiddeċiedi li l-Kunsill naqas milli joserva rekwiżit proċedurali sostanzjali u/jew wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta adotta d-deċiżjoni li jinkludi fil-lista lil Sharif University of Technology peress li naqas milli jwettaq l-eżerċizzju deċiżjonali li kellu l-obbligu li jwettaq.

It-tieni nett, li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat il-kriterju legali ta’ “appoġġ” lill-Gvern tal-Iran fl-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (kif emendata) u l-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 (kif emendat) li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill sabiex jiġġustifika l-inklużjoni tal-appellanti bħala suġġetta ta’ miżuri restrittivi bir-riżultat li kkonkludiet b’mod żbaljat li l-provi prodotti mill-Kunsill kienu jikkorroboraw l-inklużjoni tal-appellanti fil-lista.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/776/PESK tas-7 ta’ Novembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran ĠU L 325, p. 19

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1202/2014 tas-7 ta’ Novembru 2014 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran ĠU L 325, p. 3

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK ĠU L 195, p. 39

(4)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010, ĠU L 88, p. 1


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/42


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fil-15 ta’ Lulju 2016 – T-2, družba za ustvarjanje, razvoj in trženje elektronskih komunikacij in opreme, d.o.o. (attwalment fi stralċ) vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-396/16)

(2016/C 335/57)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: T-2, družba za ustvarjanje, razvoj in trženje elektronskih komunikacij in opreme, d.o.o. (attwalment fi stralċ)

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Domandi preliminari

1)

It-tnaqqis tal-obbligi abbażi tal-omologazzjoni, b’digriet li sar res judicata, tal-arranġament ġuridiku msemmi fil-proċedura prinċipali għandu jitqies li huwa tibdil fil-fatturi użati għad-determinazzjoni tal-ammont tal-input VAT li għandu jitnaqqas, fis-sens tal-Artikolu 185(1) tad-Direttiva tal-VAT (1) jew inkella bħala sitwazzjoni differenti, fejn it-tnaqqis huwa ogħla jew inqas minn dak li kienet intitolata għalih il-persuna taxxabbli, fis-sens tal-Artikolu 184 tad-Direttiva tal-VAT?

2)

It-tnaqqis tal-obbligi abbażi tal-omologazzjoni, b’digriet li sar res judicata, tal-arranġament ġuridiku msemmi fil-proċedura prinċipali għandu jitqies li huwa nuqqas ta’ ħlas parzjali, fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 185(2) tad-Direttiva tal-VAT?

3)

Fid-dawl tar-rekwiżiti ta’ ċarezza u ta’ ċertezza tas-sitwazzjonijiet ġuridiċi imposti mil-leġiżlatur tal-Unjoni u mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 186 tad-Direttiva tal-VAT, sabiex Stat Membru jeżiġi aġġustament tat-tnaqqis fil-każ ta’ nuqqas totali jew parzjali ta’ ħlas, kif jippermetti t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 185(2) tad-direttiva, għandu dan l-Istat Membru jipprevedi speċifikament, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, il-każijiet ta’ nuqqas ta’ ħlas jew saħansitra jinkludi fiha l-arranġament ġuridiku omologat li sar res judicata (jekk dan jaqa’ taħt il-kunċett ta’ nuqqas ta’ ħlas)?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


Il-Qorti Ġenerali

12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2016 – Yanukovych vs Il-Kunsill

(Kawża T-347/14) (1)

((“Rikors għal annullament - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent - Adattament tat-talbiet - Mewt tar-rikorrent - Inammissibbiltà - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni fil-lista - Rikors manifestament fondat”))

(2016/C 335/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Olga Stanislavivna Yanukovych, bħala eredi ta’ Viktor Viktorovych Yanukovych (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentant: T. Beazley, QC)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment E. Finnegan u J.-P. Hix, sussegwentement J. P. Hix u P. Mahnič Bruni, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bartelt u D. Gauci, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 66, p. 26, rettifika ĠU L 350, p. 15), kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/216/PESK, tal-14 ta’ April 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU 2014, L 111, p. 91), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 66, p. 1), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 381/2014, tal-14 ta’ April 2014, li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014 (ĠU 2014, L 111, p. 33), u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/143, tad-29 ta’ Jannar 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU 2015, L 24, p. 16), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/138, tad-29 ta’ Jannar 2015, li jemenda r-Regolament Nru 208/2014 (ĠU 2015, L 24, p. 1), kif ukoll tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364, tal-5 ta’ Marzu 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU 2015, L 62, p. 25), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357, tal-5 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014 (ĠU 2015, L 62, p. 1), sa fejn dawn jikkonċernaw lil V. Viktorovych Yanukovych.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, huma annullati, fil-verżjonijiet inizjali tagħhom, sa fejn dawn jikkonċernaw lil Viktor Viktorovych Yanukovych.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk esposti minn Olga Stanislavivna Yanukovych, fil-kwalità ta’ eredi ta’ Viktor Viktorovych Yanukovych, f’dak li jikkonċerna t-talba għal annullament imressqa fir-rikors.

4)

Olga Stanislavivna Yanukovych, fil-kwalità ta’ eredi ta’ Viktor Viktorovych Yanukovych, hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk esposti mill-Kunsill, f’dak li jikkonċerna t-talba għal annullament imressqa fin-nota ta’ adattament.

5)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 253, 4.8.2014.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2016 – Pshonka vs Il-Kunsill

(Kawża T-380/14) (1)

((“Rikors għal annullament - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar tal-fondi - Lista tal-persuni, entitajiet u korpi li japplika għalihom l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent - Terminu tar-rikors - Ammissibbiltà - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni fil-lista - Rikors manifestament fondat”))

(2016/C 335/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Artem Viktorovych Pshonka (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: C. Constantina u J. M. Reymond, avukati)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u A. Vitro, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bartelt u D. Gauci, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 66, p. 26), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 66, p. 1), sa fejn isemmu lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, huma annullati sa fejn isemmu lil Artem Viktorovych Pshonka.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn A. V. Pshonka.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 261, 11.8.2014.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/46


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2016 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-770/14) (1)

([“FEŻR - Regolament (KE) Nru 1083/2006 - Programm ta’ Kooperazzjoni Transkonfinali ‘Italja – Malta – 2007-2013’ - Nuqqas ta’ osservanza tat-termini - Diżimpenn awtomatiku - Proporzjonalità - Prinċipju ta’ kooperazzjoni - Prinċipju ta’ partenarjat - Forza maġġuri - Obbligu ta’ motivazzjoni - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])

(2016/C 335/60)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri u P. Gentili, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann u D. Recchia, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tan-nota Ares (2014) 2975571 tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Settembru 2014, li permezz tagħha l-Kummissjoni informat lir-Repubblika Taljana bid-diżimpenn awtomatiku, fil-31 ta’ Diċembru 2013, ta’ parti mir-riżorsi relatati mal-obbligi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) imsemmija fil-Programm ta’ Kooperazzjoni Transkonfinali “Italja-Malta 2007-2013”, u min-naħa l-oħra, li l-Qorti Ġenerali tiddikjara bħala eliġibbli għall-finanzjament l-ispejjeż tal-proġetti ImaGenX, Simit u PIM Energethica.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 26, 26.1.2015.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/46


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2016 – Alcimos Consulting vs BĊE

(Kawża T-368/15) (1)

((“Rikors għal annullament - Rikors għad-danni - Deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE - Assistenza ta’ likwidità f’emerġenza lill-banek Griegi - Limitu massimu - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà - Ksur tar-rekwiziti proċedurali”))

(2016/C 335/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alcimos Consulting SMPC (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: F. Rodolaki, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: K. Laurinavičius u M. Szablewska, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, tat-28 ta’ Ġunju 2015, li permezz tagħha ġiet deċiża ż-żamma tal-limitu massimu tal-assistenza ta’ likwidita ta’ emerġenza lill-banek Griegi fil-livell deċiż fis-26 ta’ Ġunju 2015 u tas-6 ta’ Lulju 2015 li permezz tagħha ġiet deċiża l-istess żamma kif ukoll l-aġġustament tat-tnaqqis applikat fuq il-garanziji aċċettati mill-Bank tal-Greċja f’dak ir-rigward, u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sostniet bħala riżultat tal-imsemmija deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Alcimos Consulting SMPC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 302, 14.9.2015.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/47


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2016 – Panzeri vs Il-Parlament u L-Kummissjoni

(Kawża T-677/15) (1)

((“Rikors għal annullament - Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament - Allowance ta’ assistenza parlamentari - Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament - Sostituzzjoni tal-att ikkontestat fil-mori tal-kawża - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Att preparatorju - Inammissibbiltà”))

(2016/C 335/62)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Pier Antonio Panzeri (Calusco d’Adda, l-Italja)(rappreżentant: C. Cerami, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u G. Corstens, aġenti) u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u D. Nardi, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tal-ittra tad-Direttur tad-Direttorat B “Drittijiet Finanzjarji u Soċjali tal-Membri” tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Settembru 2015, dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrent ta’ somma ta’ EUR 83 764,34 u li tikkomunika n-nota ta’ debitu tat-18 ta’ Settembru 2015 relatata magħha u, min-naħa l-oħra, tal-ittra tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tas-27 ta’ Lulju 2012, li tinforma lir-rikorrent bil-konklużjonijiet ta’ investigazzjoni rigward l-użu tal-allowances parlamentari tiegħu.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors sa fejn huwa intiż kontra l-ittra tad- Direttur tad-Direttorat B “Drittijiet Finanzjarji u Soċjali tal-Membri” tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Settembru 2015 u kontra n-nota ta’ debitu Nru 2015-1320 tat-18 ta’ Settembru 2015.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

3)

Pier Antonio Panzeri huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Il-Parlament għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 27, 25.1.2016.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/48


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2016 – MSD Animal Health Innovation u Intervet International vs EMA

(Kawża T-729/15 R)

((“Miżuri provviżorji - Aċċess għal dokumenti - Rogolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti miżmuma mill-EMA dwar informazzjoni mressqa minn impriża fil-kuntest tat-talba tagħha għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali - Deċiżjoni li terz jingħata l-aċċess għad-dokumenti - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Urġenza - Fumus boni juris - Ibbilanċjar tal-interessi”))

(2016/C 335/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MSD Animal Health Innovation GmbH (Schwabenheim, il-Ġermanja), u Intervet international BV (Boxmeer, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. Bogaert, avukat, B. Kelly u H. Billson, solicitors, J. Stratford, QC, u C. Thomas, barrister)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (rappreżentanti: T. Jabłoński, N. Rampal Olmedo, A. Spina, A. Rusanov u S. Marino, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, essenzjalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni EMA/785809/2015 tal-EMA, tal-25 ta’ Novembru 2015, li tagħti lil terz, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), l-aċċess għal ċerti dokumenti li jinkludu informazzjoni mressqa fil-kuntest ta’ talba għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali veterinarju Bravecto.

Dispożittiv

1)

L-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni EMA/785809/2015 tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), tal-25 ta’ Novembru 2015, li tagħti lil terz, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, l-aċċess għar-rapporti tat-testijiet tossikoloġiċi C 45151/test tat-tossiċità tal-ġilda ta’ 28 jum (applikazzjoni semioklużiva għal 6 sigħat) fuq firien Wistar, C 45162/test tat-tossiċità orali (force-feeding) ta’ 28 jum fuq firien Wistar u C 88913/test tat-tossiċità tal-ġilda ta’ 28 jum (applikazzjoni semioklużiva għal 6 sigħat) fuq firien Wistar, hija sospiża.

2)

L-EMA hija ordnata ma turix ir-rapporti msemmija fil-punt 1.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/48


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Lulju 2016 – Asna vs EUIPO — Wings Software (ASNA WINGS)

(Kawża T-382/16)

(2016/C 335/64)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Asna, Inc. (San Antonio, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Devaureix u J. C. Erdozain López, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wings Software BVBA (Heist-Op-den-Berg, il-Belgju)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “ASNA WINGS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 388 352

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ April 2016 fil-Każ R 436/2015-5

Talbiet

tilqa’ r-rikors, flimkien mad-dokumenti annessi u l-kopji korrispondenti;

tilqa’ l-amministrazzjoni tal-provi li ġew prodotti;

tannulla u tħalli mingħajr effett id-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Żball fir-rigward tal-prova ta’ użu prodotta mill-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell.

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/49


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2016 – AIA vs EUIPO – Casa Montorsi (MONTORSI F. & F.)

(Kawża T-389/16)

(2016/C 335/65)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Agricola italiana alimentare SpA (AIA) (San Martino Buon Albergo, l-Italja) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)

Konvenuta: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Casa Montorsi Srl (Vignola, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MONTORSI F. & F.” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 681 663

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ nullità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-28 ta’ April 2016, fil-Każ R 1573/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 53(3) tar-Regolament Nru 207/2009.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/50


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2016 – Starbucks vs EUIPO – Nersesyan (COFFEE ROCKS)

(Kawża T-398/16)

(2016/C 335/66)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Starbucks Corp. (Seattle, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: I. Fowler, Solicitor u J. Schmitt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hasmik Nersesyan (Borgloon, il-Belġju)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “COFFEE ROCKS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 881 943

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Mejju 2016 fil-Każ R 559/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-EUIPO fl-24 ta’ Mejju 2016 fil-Każ R 559/2015-4; u

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż jew – fil-każ li l-parti l-oħra tintervjeni – li jiġu sostnuti konġuntament mill-konvenut u mill-intervenjenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/51


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2016 – Berliner Stadtwerke vs EUIPO (berlinGas)

(Kawża T-402/16)

(2016/C 335/67)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Berliner Stadtwerke GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Spieker, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontezjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali “berlinGas”– Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 067 714

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Mejju 2016 fil-Każ R 291/2016-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009 moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/51


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2016 – Stada Arzneimittel vs EUIPO – Vivatech (Immunostad)

(Kawża T-403/16)

(2016/C 335/68)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Stada Arzneimittel AG (Bad Vilbel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kaase u J. Plate, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vivatech (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “Immunostad” – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 552 225

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ April 2016 fil-Każ R 863/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/53


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2016 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-29/16)

(2016/C 335/69)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: C. Cortese, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni ta’ żamma mill-pensjoni, adottata mill-Kummisjoni skont l-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal ta’ EUR 22 368,13 li għandhom jinqatgħu mill-pensjoni tas-superstiti mogħtija lir-rikorrent kif ukoll mill-pensjoni tal-orfni mogħtja lit-tliet uliedu.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju ta’ amministrazzjoni u ta’ likwidazzjoni tad-drittijiet individwali (PMO.4), tas-17 ta’ Awwissu 2015, li għandha bħala għan l-irkupru ta’ somom imħallsa indebitament fir-rigward tal-pensjonijiet tas-superstiti u tal-orfni, b’rabta mad-drittijiet ta’ ZZ u taż-żewġ uliedu bniet minuri u, sa fejn neċessarju, id-deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda tal-ilment.

jannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju ta’ amministrazzjoni u ta’ likwidazzjoni tad-drittijiet individwali (PMO.4), tas-17 ta’ Awwissu 2015, li għandha bħala għan l-irkupru ta’ somom imħallsa indebitament fir-rigward tal-pensjonijiet tas-superstiti u tal-orfni, b’rabta mad-drittijiet ta’ X, u, sa fejn neċessarju, id-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-ilment.

jikkundanna lill-Kummmissjoni għall-kumpens tad-dannu morali u materjali sostnut mir-rikorrenti minħabba l-ksur tad-dritt tagħhom għal amministrazzjoni tajba kif ukoll tad-dmir ta’ premura tal-amministrazzjoni fir-rigward tagħhom, li jammonta għal, rispettivament:

id-differenza bejn ir-remunerazzjoni riċevuta minn ZZ bħala membru tal-persunal tamporanju tal-EFSA fil-grad AD 9 u r-remunerazzjoni li huwa jkun jirċievi bħala uffiċjal tal-Kummissjoni fil-grad AD12, għal perijodu ta’ sena;

l-ammont tal-irkupru mitlub mingħand ir-rikorrenti fid-deċiżjoni kkontestata, miżjud bid-differenza ta’ bejn l-ammont tal-pensjonijiet stabbilit fl-avviż ta’ modifika Nru 2 u l-ammont stabbilit fl-avviż ta’ modifika Nru 3, sa mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-avviż Nru 3, sal-mument ta’ fejn il-familja tkun f’pożizzjoni li terġa’ tidħol fil-post ta’ residenza preċedenti tagħha, terminu li jista’ b’mod ġust jiġi stmat għal sena sa mir-riżoluzzjoni ta’ din il-kawża.

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/54


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-36/16)

(2016/C 335/70)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: N. de Montigny u J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss fil-grad AST7 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2015.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Novembru 2015 li tippubblika l-lista ta’ uffiċjali promossi abbażi tal-proċedura ta’ promozzjoni 2015 sa fejn din ma tinkludix isem ir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


12.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 335/54


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2016 – ZZ vs BEI

(Kawża F-37/16)

(2016/C 335/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: B. Maréchal, avukat)

Konvenuta: Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni, adottata fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni tad-Dinjità fuq ix-Xogħol inkonnessjoni ma’ allegazzjonijiet ta’ fastidji sesswali, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti kif ukoll it-talba tagħha ta’ riżariment tad-danni morali kif ukoll tal-ispejjeż mediċi sostnuti minnha.

Talbiet

Tannulla d-deċiżjoni tas-16 ta’ Ottubru 2015, adottata fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni tad-Dinjità fuq ix-Xogħol tal-20 ta’ Mejju 2015 mibdija mir-rikorrenti kontra is-superviżur tagħha, kif investigat mill-bord tal-investigazzjonjiet u tannulla r-rapport tal-bord tal-investigazzjonjiet tal-14 ta’ Settembru 2015 marbut mat-talba tad-Dinjità fuq ix-Xogħol mressqa mir-rikorrenti, li ċaħad l-ilment tagħha u li kien jinkludi rakkomandazzjonijiet inadegwati, fosthom l-iċċensurar tar-rapport;

Tordna r-riżarċiment tal-ispejjeż mediċi naxxenti mid-dannu subit mir-rikorrenti fl-ammont ta’ (i) EUR 977 sal-lum (incluż il-VAT) u (ii) fl-ammont provviżorju ta’ EUR 5 850 għal spejjeż mediċi futuri;

Tordna r-riżarċiment tad-danni morali subiti mir-rikorrenti fl-ammont ta’ EUR 20 000;

Tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.