ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 59 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
2016/C 314/01 |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2016/C 314/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2016 – DK Recycling und Roheisen GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-540/14 P) (1)
((Appell - Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Artikolu 10a - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Regoli tranżitorji dwar l-allokazzjoni armonizzata ta’ kwoti ta’ emissjonijiet mingħajr ħlas mis-sena 2013 - Deċiżjoni 2011/278/UE - Miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni ppreżentati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja - Ċaħda tar-reġistrazzjoni ta’ ċerti installazzjonijiet fuq il-listi ta’ installazzjonijiet li jirċievu kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas - Dispożizzjoni dwar il-każijiet li jqajmu “diffikultajiet eċċessivi” - Kompetenzi ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni))
(2016/C 314/02)
Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: DK Recycling und Roheisen GmbH (rappreżentanti: S. Altenschmidt u P.-A. Schütter, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White, C. Hermes u K. Herrmann, aġenti)
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
DK Recycling und Roheinsen GmbH hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea. |
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2016 – Il Kummissjoni Ewropea vs Ir Repubblika Portugiża
(Kawża C-557/14) (1)
((“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/271/KEE - Trattament tal-ilma urban mormi - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 260(2) TFUE - Sanzjonijiet pekunjarji - Somma f’daqqa u pagamenti ta’ penalità”))
(2016/C 314/03)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braga da Cruz u E. Manhaeve, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, J. Brito e Silva u J. Reis Silva, aġenti)
Dispożittiv
1) |
Billi ma ħaditx il-miżuri kollha għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tas-7 ta’ Mejju 2009, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (C-530/07, EU:C:2009:292), ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE. |
2) |
Fil-każ li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonstatat fil-punt 1 jippersisti fil-jum li fih tingħata din is-sentenza, ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 8 000 għal kull jum ta’ dewmien fl-implementazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza tas-7 ta’ Mejju 2009, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (C-530/07, EU:C:2009:292), mid-data li fiha tingħata din is-sentenza, u sal-eżekuzzjoni sħiħa tas-sentenza tas-7 ta’ Mejju 2009, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (C-530/07, EU:C:2009:292). |
3) |
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, is-somma f’daqqa ta’ EUR 3 000 000. |
4) |
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż. |
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – ir-Repubblika Ċeka) – Odvolací finanční ředitelství vs Český rozhlas
(Kawża C-11/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Taxxa fuq il-valur miżjud - Artikolu 2(1) - Provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas - Kunċett - Xandir pubbliku - Finanzjament permezz ta’ tariffa legali obbligatorja))
(2016/C 314/04)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Odvolací finanční ředitelství
Konvenut: Český rozhlas
Dispożittiv
L-Artikolu 2(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li attività ta’ xandir pubbliku, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, iffinanzjata minn tariffa legali obbligatorja mħallsa mill-persuni proprjetarji jew li jżommu riċevitur tar-radju u eżerċitata minn kumpannija tax-xandir maħluqa mil-liġi ma tikkostitwixxix provvista ta’ servizzi “magħmula bi ħlas” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u għalhekk ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van Koophandel te Gent – il-Belġju) – New Valmar BVBA vs Global Pharmacies Partner Health Srl
(Kawża C-15/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-merkanzija - Projbizzjoni ta’ miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-esportazzjoni - Artikolu 35 TFUE - Kumpannija stabbilita fir-reġjun tal-lingwa Olandiża tar-Renju tal-Belġju - Leġiżlazzjoni li timponi r-redazzjoni tal-fatturi bil-lingwa Olandiża taħt piena ta’ nullità assoluta - Kuntratt ta’ konċessjoni ta’ natura transkonfinali - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni - Assenza ta’ proporzjonalità))
(2016/C 314/05)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiz
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van Koophandel te Gent
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: New Valmar BVBA
Konvenuta: Global Pharmacies Partner Health Srl
Dispożittiv
L-Artikolu 35 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ entità federali ta’ Stat Membru, bħall-Komunità ta’ Vlaanderen tar-Renju tal-Belġju, li timponi fuq kull impriża li jkollha s-sede tal-operat tagħha fit-territorju ta’ din l-entità, l-obbligu li tirrediġi l-informazzjoni kollha msemmija fil-fatturi relatati ma’ tranżazzjonijiet transkonfinali bil-lingwa uffiċjali tal-imsemmija entità biss, taħt piena ta’ nullità ta’ dawn il-fatturi, liema nullità għandha titqajjem ex officio mill-qorti.
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2016 – Nissan Jidosha KK vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-207/15 P) (1)
((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva li tinkludi l-element “CVTC” - Talbiet għat-tiġdid imressqa għal parti mill-prodotti jew mis-servizzi li għalihom it-trade mark hija rreġistrata - Terminu addizzjonali - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 47 - Prinċipju ta’ ċertezza legali))
(2016/C 314/06)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Nissan Jidosha KK (rappreżentanti: B. Brandreth, barrister u D. Cañadas Arcas, abogada)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Hanf u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Dispożittiv
1) |
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Marzu 2015, Nissan Jidosha vs UASI (CVTC) (T-572/12, mhux ippubblikata fil-Ġabra), hija annullata. |
2) |
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 2469/2011-1), dwar talba għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva CVTC hija annullata. |
3) |
L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat, minbarra għall-ispejjeż rispettivi tiegħu, għal dawk sostnuti minn Nissan Jidosha KK, kemm fir-rigward tal-proċedura fl-ewwel istanza fil-Kawża T-572/12 kif ukoll f’dik tal-appell. |
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Steef Mennens vs Emirates Direktion für Deutschland
(Kawża C-255/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 2(f) u Artikolu 10(2) - Rimbors parzjali tal-prezz tal-biljett fil-każ li l-passiġġier fuq titjira jitqiegħed fi klassi inferjuri - Kunċetti ta’ “biljett” u ta’ “prezz tal-biljett” - Kalkolu tar-rimbors dovut lill-passiġġier))
(2016/C 314/07)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Steef Mennens
Konvenuta: Emirates Direktion für Deutschland
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 10(2) flimkien mal-Artikolu 2(f) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ li passiġġier fuq titjira jitqiegħed fi klassi inferjuri, il-prezz li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat ir-rimbors dovut lill-passiġġier ikkonċernat huwa l-prezz tat-titjira li fuqha huwa tqiegħed fi klassi inferjuri, sakemm tali prezz ma huwiex indikat fuq il-biljett li jistabbilixxi d-dritt tiegħu għat-trasport fuq din it-titjira, f’liema każ il-bażi għar-rimbors għandha tkun il-parti tal-prezz tal-biljett li tikkorrispondi għall-kwozjent li jirriżulta mid-distanza tat-titjira kkonċernata u d-distanza totali li l-passiġġier huwa intitolat jivvjaġġa. |
2) |
L-Artikolu 10(2) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prezz tal-biljett li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat ir-rimbors dovut lil passiġġier, fil-każ ta’ tnaqqis fil-klassi fuq titjira, jikkorrispondi unikament għall-prezz tat-titjira nnifisha, bl-esklużjoni tat-taxxi u tal-miżati indikati fuq dan il-biljett, bil-kundizzjoni li la l-eżiġibbiltà u lanqas l-ammont tagħhom ma jiddependu mill-klassi li għaliha l-imsemmi biljett ikun inxtara. |
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Gemeente Woerden vs Staatsecretaris van Financiën
(Kawża C-267/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud - Taxxa tal-input - Tnaqqis))
(2016/C 314/08)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gemeente Woerden
Konvenut: Staatsecretaris van Financiën
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandha tiġi interpretata fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, fejn il-persuna taxxabbli kkummissjonat il-kostruzzjoni ta’ binja u biegħetha bi prezz inqas mill-ispejjeż tal-kostruzzjoni ta’ din tal-aħħar, l-imsemmija persuna taxxabbli għandha d-dritt għal tnaqqis tat-totalità tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa għall-kostruzzjoni ta’ din il-binja u mhux biss għal tnaqqis parzjali ta’ din it-taxxa, bi proporzjon tal-partijiet tal-imsemmija binja li x-xerrej tagħha jalloka għal attivitajiet ekonomiċi. Il-fatt li dan ix-xerrej jittrasferixxi l-użu ta’ parti minn din il-binja mingħajr ħlas lil terz ma għandha l-ebda effett f’dan ir-rigward.
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Harju Maakohus – l-Estonja) – Irina Nikolajeva vs Multi Protect OÜ
(Kawża C-280/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikoli 9(3) u 102(1) - Obbligu ta’ qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea li tadotta digriet li jipprekludi lil terz milli jissokta bl-atti ta’ vjolazzjoni - Assenza ta’ talba intiża għall-kisba ta’ tali digriet - Kunċett ta’ “raġunijiet speċjali” sabiex tali projbizzjoni ma tiġix ippronunzjata - Kunċett ta’ “kumpens raġonevoli” għal fatti li seħħew wara l-pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea u qabel il-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni ta’ tali trade mark))
(2016/C 314/09)
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Harju Maakohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Irina Nikolajeva
Konvenuta: Multi Protect OÜ
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 102(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, skont ċerti prinċipji tad-dritt nazzjonali fil-qasam tal-proċedura, qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea milli tastjeni li tagħti ordni li jipprojbixxi terz milli jwettaq atti ta’ vjolazzjoni, minħabba li, quddiem din il-qorti, il-proprjetarju tat-trade mark ikkonċernata ma jkunx ressaq talba f’dan is-sens. |
2) |
It-tieni sentenza tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament Nru 207/2009 għandha tiġi interpretata fis-sens li din tipprekludi li proprjetarju ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea jkun jista’ jitlob kumpens għal fatti ta’ terz li jseħħu qabel il-pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark. Fir-rigward ta’ atti ta’ terz imwettqa matul il-perijodu ta’ wara l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkonċernata, iżda qabel il-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni tagħha, il-kunċett ta’ “kumpens raġonevoli”, li jidher f’din id-dispożizzjoni, ifisser il-ħlas lura tal-vantaġġi li jkunu fil-fatt ittieħdu minn terzi mill-użu ta’ din it-trade mark matul dan il-perijodu. Mill-banda l-oħra, dan il-kunċett ta’ “kumpens raġonevoli” jeskludi l-kumpens tad-dannu iktar estiż possibbilment sostnut mill-proprjetarju tal-imsemmija trade mark inkluż, jekk ikun il-każ, id-dannu morali. |
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Thomas Philipps GmbH & Co. KG vs Grüne Welle Vertriebs GmbH
(Kawża C-419/15) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Disinni Komunitarji - Regolament (KE) Nru 6/2002 - Artikoli 32 u 33 - Liċenzja - Reġistru ta’ disinni Komunitarji - Dritt tal-persuna liċenzjata li tressaq azzjoni għal vjolazzjoni minkejja n-nuqqas ta’ iskrizzjoni tal-liċenzja fir-reġistru - Dritt tal-persuna liċenzjata li tressaq azzjoni għal vjolazzjoni bil-għan li tikseb kumpens għad-dannu mġarrab minnha])
(2016/C 314/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Thomas Philipps GmbH & Co. KG
Konvenuta: Grüne Welle Vertriebs GmbH
Dispożittiv
1) |
L-ewwel sentenza tal-Artikolu 33(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-persuna liċenzjata tista’ tressaq azzjoni għal vjolazzjoni ta’ disinn Komunitarju rreġistrat li jkun is-suġġett tal-liċenzja minkejja li dan tal-aħħar ma jkunx irreġistrat fir-reġistru ta’ disinni Komunitarji. |
2) |
L-Artikolu 32(3) tar-Regolament Nru 6/2002 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuna liċenzjata tista’, fil-kuntest ta’ azzjoni għal vjolazzjoni ta’ disinn Komunitarju mibdija minnha konformement ma’ din id-dispożizzjoni, tagħmel talba għal kumpens għad-dannu mġarrab minnha. |
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/8 |
Appell ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2015 minn L’Oréal SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-23 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-426/13, L’Oreal vs EUIPO
(Kawża C-611/15 P)
(2016/C 314/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: L’Oréal SA (rappreżentanti: H. Granado Carpenter u L. Polo Carreño, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, S.L.
Permezz ta’ digriet tas-16 ta’ Ġunju 2016, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lil L’Oréal SA għall-ispejjeż tagħha.
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/8 |
Appell ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2015 minn Gat Microencapsulation GmbH (li kienet Gat Microencapsulation AG) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-30 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-720/13 – Gat Microencapsulation vs EUIPO
(Kawża C-639/15)
(2016/C 314/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Gat Microencapsulation GmbH (li kienet Gat Microencapsulation AG) (rappreżentanti: S. Soler Lerma, aġent, M. C. March Cabrelles, avukata)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Permezz ta’ digriet tas-26 ta’ Mejju 2016, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) iddikjarat l-appell inammissibbli.
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/8 |
Talba għaldeċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fis-17 ta’ Mejju 2016 – Comune di Balzola et vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni
(Kawża C-275/16)
(2016/C 314/13)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Comune di Balzola, Comune di Borgo San Martino, Comune di Camino, Comune di Cereseto, Comune di Cerrina, Comune di Frassineto Po, Comune di Gabiano, Comune di Limone Piemonte, Comune di Mombello Monferrato, Comune di Morano Sul Po, Comune di Odalengo Piccolo, Comune di Pietraporzio, Comune di Piovà Massaia, Comune di Pontestura, Comune di Ponzano, Comune di Sala Monferrato, Comune di Serralunga di Crea, Comune di Solonghello, Comune di Villamiroglio, Comune di Montemagno, Comune di Scurzolengo, Comune di Alfiano Natta, Comune di Moncalvo, Comune di Cerro Tanaro, Comune di Tonco, Comune di Castagnole Monferrato, Comune di Casorzo, Comune di Calliano, Comune di Robella, Comune di Grana, Comune di Rocchetta Tanaro, Comune di Odalengo Grande, Comune di Coniolo, Comune di Ozzano Monferrato, Comune di Demonte, Comune di Entracque, Comune di Sambuco, Comune di Roccasparvera, Comune di Argentera, Comune di Gaiola, Comune di Valdieri, Anci Piemonte
Konvenuta: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni
Domanda preliminari
Fid-dawl ta’ interpretazzjoni korretta tad-Direttiva 1997/67/KE (1), l-Artikolu 3(7) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 261 tal-1999 u l-Artikolu 1(276) tal-Liġi Nru 194 tal-2014 huma kompatibbli mal-imsemmija direttiva fil-kuntest li ġej:
a) |
id-Direttiva 97/67/KE, kif emendata u kkompletata, dwar ir-regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib tal-kwalità tas-servizz, tistabbilixxi l-obbligu għall-Istati Membri li jiżguraw il-provvista ta’ servizz postali universali u, f’dan il-kuntest, teħtieġ li l-ġbir tal-posta u t-tqassim tagħha lid-domiċilju tad destinatarju tiġi ggarantita “mhux anqas minn ħamest ijiem ta’ xogħol fil-ġimgħa”; |
b) |
l-imsemmija direttiva tawtorizza derogi eventwali, maħruġa mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, li jistgħu jiġu ġġustifikati biss f’“ċirkostanzi jew kondizzjonijiet ġeografiċi meqjusa bħala eċċezzjonali”; |
c) |
il-leġiżlazzjoni Taljana (l-Artikolu 3(7) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 261 tal-1999 u l-Artikolu 1(276) tal-Liġi Nru 190 tat-23 ta’ Diċembru 2014, magħrufa bħala l-liġi tal-istabbiltà 2015”) timponi, għall-kuntrarju, fuq l-awtorità nazzjonali regolatorja, li tagħti d-deroga msemmija iktar 'il fuq, f’limiti ta’ żmien speċifiċi, kull meta l-maniġer tas-servizz jitlob dan, abbażi tal-“preżenza ta’ ċirkustanzi partikolari ta’ natura infrastrutturali jew ġeografika b’densità ta’ popolazzjoni ta’ inqas minn 200 abitant għal kull kilometru kwadru”; anki jekk dawn ma jkunux ċirkustanzi eċċezzjonali u jkunu jikkonċernaw lil parti sinjifikattiva tal-popolazzjoni nazzjonali (sa kwart minnha, u b’hekk – peress li tirrigwarda żoni b’densità ta’ popolazzjoni baxxa – proporzjon ferm ikbar mit-territorju nazzjonali)? |
(1) Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 71).
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (l-Awstrija) fl-20 ta’ Mejju 2016 – RMF Financial Holdings Sàrl vs Heta Asset Resolution AG
(Kawża C-282/16)
(2016/C 314/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Handelsgericht Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: RMF Financial Holdings Sàrl
Konvenuta: Heta Asset Resolution AG
Domandi preliminari
1) |
Il-punti 2 u 23 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE (1) li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment flimkien mal-punt 1 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment, li jipprovdi li “istituzzjoni ta’ kreditu” hija impriża li l-attività tagħha hija li tirċievi mingħand il-pubbliku depożiti jew fondi oħra ripagabbli u li tagħti krediti f’isimha stess (= istituzzjoni CRR), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE jinkludi wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu entità ta’ stralċ (kumpannija ta’ stralċ) li ma għadx għandha awtorizzazzjoni bankarja sabiex twettaq tranżazzjonijiet bankarji, fi kliem ieħor, li għandha awtorizzazzjoni legali li teżerċità attività (bankarja) għall-iskop biss li tillikwida l-portafoll tagħha? |
2) |
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv, l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/24/KE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (fil-verżjoni tal-Artikolu 117(1) tad-Direttiva 2014/59/UE) għandu jiġi interpretat, fid-dawl tal-Artikolu 17(1) tal-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali wkoll, fis-sens li miżura ta’ deprezzament adottata minn awtorità amministrattiva nazzjonali tipproduċi l-effett sħiħ tagħha, mingħajr ebda formalità oħra, fir-rigward ta’ persuni stabbilti fi Stati Membri oħra (minkejja r-risposta fin-negattiv mogħtija għall-ewwel domanda)? |
3) |
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv, il-moviment liberu tal-kapital stabbilit mid-dritt tal-Unjoni fl-Artikolu 63(1) TFUE, jipprekludi dispożizzjoni legali nazzjonali li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE għal entità ta’ stralċ (kumpannija ta’ stralċ) li ma għadx għandha awtorizzazzjoni bankarja sabiex twettaq tranżazzjonijiet bankarji, fi kliem ieħor, li għandha awtorizzazzjoni legali li teżerċità attività (bankarja) għall-iskop biss li tillikwida l-portafoll tagħha? |
4) |
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv, id-dritt tal-Unjoni, fid-dawl tal-prinċipju ta’ “effet utile” u tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-miżura ta’ deprezzament adottata minn awtorità amministrattiva nazzjonali għandha wkoll tiġi rrikonoxxuta fi Stat Membru ieħor meta r-regoli li jirriżultaw mid-Direttiva 2014/59/UE japplikaw ukoll, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, għal istituzzjoni li, mad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2014/59/UE, tat-2 ta’ Lulju 2014, kienet għadha istituzzjoni ta’ kreditu fis-sens tal-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (istituzzjoni CRR), iżda li madankollu tilfet dan l-istatus qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali tad-Direttiva 2014/59/UE stabbilit għall-31 ta’ Diċembru 2014? |
5) |
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, il-kunċett ta’ “obbligazzjoni ggarantita” li jinsab fil-punt 67 tal-Artikolu 2(1) u fl-Artikolu 44(2)(b) tad-Direttiva 2014/59/UE li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment, għandu jiġi interpretat, fid-dawl b’mod partikolari tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2014/59/UE, fis-sens li jkopri wkoll l-obbligazzjonijiet li għalihom kollettività territorjali rregolata mid-dritt pubbliku (fil-każ ineżami, il-Land Awstrijak ta’ Kärnten) tkun garanti? |
6) |
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, l-Artikolu 43(2)(b) u l-Artikolu 59(3)(b) u (4) tad-Direttiva 2014/59/UE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha miżura li tikkorrispondi mal-istrument ta’ rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 43 tad-Direttiva 2014/59/UE tiġi implementata fil-każ li ma jkunx għad hemm prospett realistiku li l-vijabbiltà tal-istituzzjoni tista’ tiġi restawrata u wkoll meta ebda servizz ta’ importanza sistematika ma jiġi ttrasferit lil istituzzjoni tranżitorja u ebda parti mill-intrapriża tal-istituzzjoni ma tkun tista’ tinbiegħ, iżda meta l-iskop ewlieni ta’ din l-istituzzjoni ikun l-amministrazzjoni tal-assi, drittijiet u obbligazzjonijiet bil-għan ta’ twettiq ordnat, attiv u ottimu ta’ dawn l-assi, drittijiet u obbligazzjonijiet individwali (likwidazzjoni tal-portafoll)? F’tali każ, il-likwidazzjoni ta’ din l-entità ta’ stralċ (kumpannija ta’ stralċ) għandha preferenzjalment tiġi implementata fi proċedura ta’ insolvenza ordnata, skont il-prinċipji tad-Direttiva 2014/59/UE? |
(1) Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Mejju 2014, li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, p. 190)
(2) Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, p. 1)
(3) Direttiva 2001/4 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ April 2001, fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 125, p. 15)
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fil-25 ta’ Mejju 2016 – Colegiul Medicilor Veterinari din România vs Autoritatea Națională Sanitară Veterinară și pentru Siguranța Alimentelor
(Kawża C-297/16)
(2016/C 314/15)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Bucureşti
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Colegiul Medicilor Veterinari din România
Konvenuta: Autoritatea Națională Sanitară Veterinară și pentru Siguranța Alimentelor
Intervenjenti: Asociaţia Naţională a Distribuitorilor de Produse de Uz Veterinar din România
Domandi preliminari
1) |
Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-veterinarji esklużività fil-kummerċ bl-ingrossa u fl-użu ta’ prodotti bijoloġiċi, ta’ prodotti kontra l-parassiti għal użu speċjali u ta’ mediċini għal użu veterinarju? |
2) |
Jekk tali esklużività titqies li hija konformi mad-dritt tal-Unjoni, dan tal-aħħar jipprekludi li din l-esklużività tirrigwarda wkoll l-istabbilimenti li jeżerċitaw il-kummerċ inkwistjoni, fis-sens ta’ rekwiżit li l-istabbiliment ikun fil-maġġoranza jew esklużivament proprjetà ta’ veterinarji jew numru ta’ veterinarji? |
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (Ir-Rumanija) fil-25 ta’ Mejju 2016 – Teodor Ispas, Anduța Ispas vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Cluj
(Kawża C-298/16)
(2016/C 314/16)
Lingwa tal-kawża: Ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Cluj (qorti tal-appell ta’ Cluj)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Teodor Ispas, Anduța Ispas
Konvenut: Direcția Generală a Finanțelor Publice Cluj
Domanda preliminari
Prattika amministrattiva li tikkonsisti fit-teħid ta’ deċiżjoni li timponi obbligi fuq individwu mingħajr ma tippermettilu aċċess għall-informazzjoni u għad-dokumenti kollha meħuda inkunsiderazzjoni mill-awtorità pubblika fl-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, peress li din l-informazzjoni u dawn id-dokumenti jinsabu fil-fajl amministrattiv, mhux miftuħ għall-pubbliku, stabbilit mill-awtorità pubblika, hija konformi mal-prinċipju tar-rispett tad-drittijiet ta’ difiża?
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fil-31 ta’ Mejju 2016 – Proċeduri kriminali kontra Peter Dzivev
(Kawża C-310/16)
(2016/C 314/17)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Spetsializiran nakazatelen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Peter Dzivev
Domandi preliminari
1) |
Id-dispożizzjonijiet segwenti:
jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-provi miġbura permezz ta’ “tekniki investigattivi speċjali”, jiġifieri permezz tas-smigħ ta’ konverżazzjonijiet telefoniċi ta’ persuni sussegwentement akkużati b’reat fiskali fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu esklużi bħala provi minħabba l-fatt li dan is-smigħ kien ġie awtorizzat minn awtorità ġudizzjarja li ma kellhiex kompetenza, fid-dawl tal-elementi segwenti:
|
2) |
Id-deċiżjoni preliminari Ognyanov (C-614/14) tapplika għall-kawża ineżami? |
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (id-Danimarka) fis-6 ta’ Lulju 2016 – Assens Havn vs Navigators Management (UK) Limited
(Kawża C-368/16)
(2016/C 314/18)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Højesteret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Assens Havn
Konvenuta: Navigators Management (UK) Limited
Domanda preliminari
L-Artikolu 13(5), meqjus flimkien mal-Artikolu 14(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna leża li għandha d-dritt, skont il-liġi nazzjonali, li taġixxi direttament kontra l-kumpannija ta’ assigurazzjoni tal-awtur tad-dannu hija, skont l-Artikolu 13(5), meqjus flimkien mal-Artikolu 14(2)(a) tal-imsemmi regolament, marbuta bi klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni konkluża b’mod regolari mill-assiguratur u d-detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/13 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2016 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża C-377/16)
(2016/C 314/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: J. García-Valdecasas Dorrego, aġent)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
— |
tannulla s-Sejħa għal espressjoni ta’ interess – Aġenti kuntrattwali – Grupp ta’ funzjoni I – Xufiera (Irġiel/Nisa) – EP/CAST/S/16/2016 (1). |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
1. |
L-ewwel motiv: ksur tal-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament 1/58 (2) u tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (3) u tal-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal peress li qed jiġu limitati l-lingwi għall-komunikazzjoni bejn l-EPSO u l-kandidat li tista’ biss issir bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż, kif inkluż fil-formola tal-applikazzjoni. |
2. |
It-tieni motiv: ksur tal-Artikolu 82 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra li jinsab fir-Regolamenti tal-Persunal peress li qed jiġi meħtieġ għarfien sodisfaċjenti ta’ tieni lingwa uffiċjali tal-Unjoni mingħajr ma jkun neċessarju għat-twettiq tal-funzjonijiet li huma msejħa sabiex jipprovdu l-kandidati magħżula. |
3. |
It-tielet motiv: ksur tal-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament Nru 1/58, tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 1d(1) u (6) tar-Regolamenti tal-Persunal, u tal-Artikolu 82 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra, peress li qed tiġi indebitament limitata l-għażla tat-tieni lingwa biss għal tliet lingwi, li huma l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż, bl-esklużjoni tal-lingwi uffiċjali kollha l-oħra tal-Unjoni Ewropea. |
4. |
Ir-raba’ motiv: l-għażla tal-Ingliż, tal-Franċiż u tal-Ġermaniż, bħala t-tieni lingwa fis-sejħa, tikkostitwixxi għażla arbitrarja li twassal għal diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa li hija pprojbita mill-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1/58, mill-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Artikolu 1d(1) u (6) tar-Regolamenti tal-Persunal. |
(2) Regolament tal-Kunsill Nru 1, tal-15 ta’ April 1958, li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 3), emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 (ĠU L 158, p. 1).
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/14 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Ġermanja
(Kawża C-380/16)
(2016/C 314/20)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Owsiany-Hornung u M. Wasmeier, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Ġermanja
Talbiet
— |
tikkonstata, fid-dawl tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 73 kif ukoll taħt l-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, peress li hija teskludi mill-iskema speċjali tal-aġenti tal-ivvjaġġar is-servizzi tal-ivvjaġġar ipprovduti lill-persuni taxxabbli li jużaw dawn is-servizzi għall-ħtiġijiet tal-impriża tagħhom u peress li hija tawtorizza lill-aġenti tal-ivvjaġġar, sa fejn din l-iskema speċjali tapplika għalihom, jistabbilixxu rata fissa ta’ taxxa għal kategoriji ta’ provvisti ta’ servizzi u għal kull perijodu taxxabbli; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti ssostni li l-iskema prevista fil-Ġermanja għall-kalkolu tat-taxxa fuq il-valur miżjud marbuta mas-servizzi tal-ivvjaġġar ma hijix konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1). Din id-direttiva tipprevedi, fl-Artikoli 306 sa 310, skema speċjali li tassimila għal provvista ta’ servizzi unika d-diversi servizzi li aġenzija tal-ivvjaġġar tipprovdi lil klijent għall-vjaġġ tiegħu. Hija tqis li l-leġiżlazzjoni Ġermaniża tiddevja minn dan b’mod inaċċettabbli.
L-ewwel nett, hija tindika li ma huwiex aċċettabbli li jiġu esklużi mill-benefiċċju tal-iskema speċjali persuni taxxabbli li jużaw servizzi għall-ħtiġijiet tal-impriża tagħhom. Hija żżid li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkonstatat fis-sentenza tagħha tas-26 ta’ Settembru 2013, Il-Kummissjoni vs Spanja, C-189/11 (2), li l-iskema speċjali għandha tiġi applikata mhux biss għas-servizzi pprovduti lil konsumaturi finali privati, iżda wkoll għas-servizzi pprovduti lil imprendituri taxxabbli. Mill-perspettiva tagħha, l-Istati Membri ma għandhomx il-fakultà li jirrestrinġu din l-iskema speċjali għas-servizzi pprovduti lil konsumaturi finali privati.
It-tieni nett, hija ssostni li l-metodu ta’ kalkolu previst fil-leġiżlazzjoni Ġermaniża fil-qasam tal-VAT ma huwiex konformi mad-Direttiva 2006/112. Konformement mal-Artikoli 73 u 306 sa 310 ta’ din id-direttiva, il-bażi taxxabbli għandha tiġi stabbilita separatament għal kull vjaġġ. B’mod kuntrarju, il-leġiżlazzjoni Ġermaniża tawtorizza kalkolu b’rata fissa tal-marġni ta’ profitt għal “kategoriji ta’ servizzi” jew għall-vjaġġi kollha ta’ perijodu speċifiku. Fil-fehma tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat ukoll fis-sentenza ċċitata li tali impożizzjoni b’rata fissa ma hijiex konformi mas-sistema komuni tal-VAT.
(2) EU:C:2013:587.
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/15 |
Appell ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2016 minn European Union Copper Task Force mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-27 ta’ April 2016 fil-Kawża T-310/15, European Union Copper Task Force vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-384/16 P)
(2016/C 314/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: European Union Copper Task Force (rappreżentanti: C. Fernández Vicién, I. Moreno-Tapia Rivas, C. Vila Gisbert, abogadas)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-digriet tat-Tielet Awla tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tas-27 ta’ April 2016, fil-Kawża C-310/15, European Union Copper Task Force vs Il-Kummissjoni Ewropea. |
— |
tiddikjara l-ammissibbiltà tar-rikors għal annullament ippreżentat mill-European Copper Task Force kontra r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408. |
— |
tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għal deċiżjoni. |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż ta’ din il-kawża. |
Aggravji u argumenti prinċipali
1. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/408 (1) huwa att regolatorju li jinvolvi miżuri ta’ implementazzjoni fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. |
2. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li ċ-ċaħda tar-rikors tal-EUCuTF ma kinitx ser tippreġudika d-dritt tagħha u tal-membri tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. |
3. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li l-EUCuTF u l-membri tagħha ma kinux affettwati individwalment mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/408. |
(1) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408, tal-11 ta’ Marzu 2015, dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta’ kandidati għas-sostituzzjoni. ĠU L 67,p. 18
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/16 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-388/16)
(2016/C 314/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Nicolae u S. Pardo Quintillán, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta Spanja
Talbiet
— |
tikkonstata li, meta naqas milli jadotta l-miżuri sabiex jeżegwixxi s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-11 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża C-576/13 (1), Il-Kummissjoni vs Ir-Renju ta’ Spanja, dwar in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi li għandu r-Renju ta’ Spanja taħt l-Artikolu 49 TFUE, ir-Renju ta’ Spanja naqas mill-obbligi li għandu taħt l-Artikolu 260 TFUE; |
— |
tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja jħallas lill-Kummissjoni pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 134 107,2 għal kull jum ta’ dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-576/13, mill-jum tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża sal-jum tal-eżekuzzjoni totali ta’ din is-sentenza; |
— |
tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja jħallas lill-Kummissjoni somma f’daqqa ta’ ammont ikkalkolat billi jiġi mmultiplikat l-ammont ta’ kuljum ta’ EUR 27 522 bin-numru ta’ jiem tal-persistenza tal-ksur, mid-data li fiha ngħatat is-sentenza mogħtija fil-Kawża C-576/13 sa, |
— |
d-data li fiha r-Renju ta’ Spanja jadotta l-miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-576/13, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li din l-adozzjoni seħħet qabel l-għoti tas-sentenza f’din il-kawża; |
— |
meta tingħata s-sentenza f’din il-kawża, fil-każ li s-sentenza mogħtija fil-Kawża C-576/13 ma tkunx ġiet eżegwita kompletament qabel din id-data. |
— |
tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-Renju ta’ Spanja ma adottax il-miżuri neċessarji sabiex jeżegwixxi s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża C-576/13, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju ta’ Spanja.
(1) EU:C:2014:2430
Il-Qorti Ġenerali
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/17 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2016 – Parker Hannifin Manufacturing u Parker-Hannifin vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-146/09 RENV) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-manek marittimi - Ftehimiet ta’ iffissar tal-prezzijiet, tqassim tas-suq u skambji ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Prinċipju ta’ kontinwità ekonomika - Prinċipju ta’ responsabbiltà personali - Multi - Ċirkustanzi aggravanti - Rwol ta’ tmexxija - Limitu massimu ta’ 10 % - Ġurisdizzjoni sħiħa”))
(2016/C 314/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Parker Hannifin Manufacturing Srl, li qabel kienet Parker ITR Srl (Corsico, l-Italja), u Parker-Hannifin Corp. (Mayfield Heights, Ohio, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: B. Amory, F. Marchini Camia u É. Barbier de La Serre, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka, S. Noë u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 428 finali, tat-28 ta’ Jannar 2009, dwar proċediment skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39406 – Manek Marittimi), sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża li tannulla jew tnaqqas b’mod sostanzjali l-ammont tal-multa li kienet ġiet imposta fuqhom bid-deċiżjoni msemmija.
Dispożittiv
1) |
Il-punt (e) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C (2009) 428 finali, tat-28 ta’ Jannar 2009, dwar proċediment skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39406 – Manek Marittimi), huwa annullat sa fejn żieda ta’ 30 % ġiet applikata lill-ammont tal-multa li kellha titħallas in solidum minn Parker Hannifin Corp., minħabba fiċ-ċirkustanza aggravanti li ġejja mir-rwol ta’ kap ta’ ITR SpA bejn il-11 ta’ Ġunju 1999 u t-30 ta’ Settembru 2001 u sa fejn il-Kummissjoni Ewropea ma kkalkolatx, abbażi biss tal-valur tal-bejgħ ta’ Parker ITR Srl, il-limitu ta’ 10 % tal-valur tal-bejgħ previst mill-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 [KE] u 82 [KE], għal dak li jirrigwarda l-parti tal-multa li minħabba fiha Parker ITR inżammet responsabbli esklużivament għall-perijodu ta’ qabel l-1 ta’ Jannar 2002. |
2) |
L-ammont tal-multa imposta fuq Parker Hannifin Manufacturing Srl, li qabel kienet Parker ITR, huwa stabbilit għal EUR 19 945 728, ammont li kienet responsabbli għalih in solidum Parker-Hannifin sal-ammont ta’ EUR 6 400 000. |
3) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
4) |
Parker Hannifin Manufacturing, Parker-Hannifin u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/18 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2016 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-143/12) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Qasam postali - Finanzjament tal-ispiża addizzjonali ta’ salarji u tal-ispiża ta’ natura soċjali li tirrigwarda parti mill-persunal ta’ Deutsche Post permezz ta’ sussidji u tal-allokazzjoni ta’ dħul mir-remunerazzjoni tas-servizzi b’tariffi rregolati - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ vantaġġ - Sentenza ‘Combus’ - Turija tal-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku u selettiv - Assenza”)
(2016/C 314/24)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment minn T. Henze u K. Petersen, sussegwentement minn T. Henze u K. Stranz, aġenti, assistiti minn U. Soltész, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan, T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikoli 1 u 4 sa 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/636/UE, tal-25 ta’ Jannar 2012, dwar il-miżura C 36/07 (ex NN 25/07) implimentata mill-Ġermanja għal Deutsche Post AG (ĠU 2012, L 289, p. 1),
Dispożittiv
1) |
L-Artikoli 1 u 4 sa 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/636/UE, tal-25 ta’ Jannar 2012, dwar il-miżura C 36/07 (ex NN 25/07) implimentata mill-Ġermanja għal Deutsche Post AG huma annullati. |
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/18 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2016 – Alesa vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-99/14) (1)
([“Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ assistenza teknika lill-awtoritajiet Ċiniżi għall-ħtiġijiet tal-proġett ‘Urbanizzazzjoni fit-tul - Konnessjoni bejn il-villaġġi ekoloġiċi tal-Ewropa u taċ-Ċina (EC-LINK)’ - Proċedura nnegozzjata - Artikolu 266(1) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1268/2012 - Trasparenza - Ugwaljanza fit-trattament - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”])
(2016/C 314/25)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Alesa Srl (Chieti, l-Italja) (rappreżentant: N. Giampaolo, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u A. Aresu, aġenti)
Suġġett
Fl-ewwel, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u maħsuba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, ippubblikata fil-suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2013/S 234-405244), li tagħti l-kuntratt pubbliku DCI-ASIE/2013/329-453, marbut mal-provvista ta’ servizzi ta’ assistenza teknika lill-proġett “Urbanizzazzjoni fit-tul – Konnessjoni bejn il-villaġġi ekoloġiċi tal-Ewropa u taċ-Ċina (EC-LINK)”, lil offerenti oħra u mhux lir-rikorrenti, fit-tieni lok, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u maħsuba sabiex jinkiseb kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti u, fit-tielet lok, talba bbażata fuq l-Artikolu 277 TFUE u intiza sabiex il-Qorti Ġenerali tevalwa “il-legalità jew l-illegalità kif ukoll l-applikabbiltà jew in-nuqqas ta’ applikabbiltà” tal-Artikolu 266 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012, tad-29 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, p. 1), u tal-punt 2.4.13 tal-gwida prattika tal-proċeduri kuntrattwali fil-kuntest tal-azzjonijiet esterni tal-Unjoni Ewoprea.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Alesa Srl hija kkundannata għall-ispejjeż. |
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/19 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Lulju 2016 – Argus Security Projects vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-266/14) (1)
((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Provvista ta’ servizzi ta’ sigurtà fil-kuntest tal-missjoni ta’ assistenza tal-Unjoni għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-Libja - Ċaħda ta’ offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2016/C 314/26)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Argus Security Projects Ltd (Limassol, Ċipru) (rappreżentanti: T. Bontinck u E. van Nuffel d’Heynsbroeck, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u D. Gauci, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament tad-deċiżjoni tal-missjoni ta’ assistenza tal-Unjoni Ewropea għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) li ma taċċettax l-offerta sottomessa mir-rikorrenti, għall-għoti bi proċedura kompetittiva nnegozjata, tal-kuntratt dwar is-servizzi ta’ sigurtà fil-kuntest tal-EUBAM Libya għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-Libja (kuntratt EUBAM-13-020) u li tagħti l-kuntratt lil Garda World Ltd.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-missjoni ta’ assistenza tal-Unjoni Ewropea (EUBAM Libya) li ma taċċettax l-offerta sottomessa minn Argus Security Projects Ltd għall-għoti, bi proċedura kompetittiva nnegozjata, tal-kuntratt dwar is-servizzi ta’ sigurtà fil-kuntest tal-EUBAM Libua għal ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-Libja (kuntratt EUBAM-13-020) u li tagħti l-kuntratt lil Garda World Ltd hija annullata. |
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kundannata għall-ispejjeż. |
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/20 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2016 – Alpha Calcit vs Materis Paints Italia (CALCITE)
(Kawża T-742/14) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CALCILITE - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea Calcilit - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Pubbliku rilevanti - Pubbliku komuni għall-prodotti inkwistjoni”])
(2016/C 314/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Alpha Calcit Füllstoffgesellschaft mbh (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Hauck, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Materis Paints Italia SpA (Novate Milanese, l-Italja) (rappreżentanti: P. L. Roncaglia, F. Rossi u N. Parrotta, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-4 ta’ Settembru 2014 (Każ R 753/2013-4) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Alpha Calcit Füllstoffgesellschaft u Materis Paints Italia
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tal-4 ta’ Settembru 2014 (Każ R 753/2013-4), hija annullata fir-rigward tal-prodotti “żebgħa, verniċ, żmalt; preservanti kontra s-sadid u kontra d-deterjorazzjoni tal-injam; koloranti; murdenti” koperti mit-trade mark ikkontestata. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Alpha Calcit Füllstoffgesellschaft mbh, l-EUIPO u Materis Paints Italia SpA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/20 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2016 – Il-Kummissjoni vs Hristov
(Kawża T-26/15 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Ħatra - Proċedura ta’ selezzjoni u ta’ ħatra tad-direttur eżekuttiv ta’ aġenzija regolatorja - EMA - Preselezzjoni minn kumitat ta’ preselezzjoni - Ħatra mill-Bord Amministrattiv tal-EMA - Kompożizzjoni tal-kumitat ta’ preselezzjoni - Kumulu tal-funzjonijiet ta’ membru tal-kumitat ta’ preselezzjoni u ta’ membru tal-Bord Amministrattiv tal-EMA - Imparzjalità”))
(2016/C 314/28)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall, N. Nikolova u S. Petrova, sussegwentement N. Nikolova u S. Petrova, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Emil Hristov (Sofia, il-Bulgarija) (rappreżentanti: M. Ekimdzhiev, K. Boncheva u G. Chernicherska, avukati) (rikorrent fl-ewwel istanza); u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (rappreżentanti: inizjalement J. Currall, N. Nikolova u S. Petrova, sussegwentement N. Nikolova u S. Petrova, aġenti) (konvenuta fl-ewwel istanza)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Novembru 2013, Hristov vs Il-Kummissjoni u L-EMA (F-2/12, EU:F:2014:245), intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1) |
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Novembru 2014, Hristov vs Il-Kummissjoni u L-EMA (F-2/12), hija parzjalment annullata, sa fejn tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-20 ta’ April 2011, li permezz tagħha pproponiet lill-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) lista ta’ erba’ kandidati rrakkomandati mill-kumitat ta’ preselezzjoni u kkonfermati mill-kumitat konsultattiv dwar il-ħatriet. |
2) |
Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex dan jiddeċiedi dwar it-talbiet għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ April 2011 li permezz tagħha pproponiet lill-Bord Amministrattiv tal-EMA lista ta’ erba’ kandidati rrakkomandati mill-kumitat ta’ preselezzjoni u kkonfermati mill-kumitat konsultattiv dwar il-ħatriet, fir-rigward tal-ilmenti u tal-motivi invokati minn Emil Hristov li dwarhom it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma ħax deċiżjoni. |
3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/21 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2016 – EMA vs Hristov
(Kawża T-27/15) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Ħatra - Proċedura ta’ selezzjoni u ta’ ħatra tad-direttur eżekuttiv ta’ aġenzija regolatorja - EMA - Preselezzjoni minn kumitat ta’ preselezzjoni - Ħatra mill-Bord Amministrattiv tal-EMA - Kompożizzjoni tal-kumitat ta’ preselezzjoni - Kumulu tal-funzjonijiet ta’ membru tal-kumitat ta’ preselezzjoni u ta’ membru tal-Bord Amministrattiv tal-EMA - Imparzjalità”))
(2016/C 314/29)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Partijiet
Rikorrenti: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall, N. Nikolova u S. Petrova, sussegwentement minn N. Nikolova u S. Petrova, aġenti)
Il-partijiet l-oħra fil-proċedura: Emil Hristov (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentanti: M. Ekimdzhiev, K. Boncheva u G. Chernicherska, avukati) (rikorrenti fl-ewwel istanza); u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall, N. Nikolova u S. Petrova, sussegwentement minn N. Nikolova u S. Petrova, aġenti) (konvenuta fl-ewwel istanza)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Novembru 2014, Hristov vs Il-Kummissjoni u EMA (F-2/12, EU:F:2014:245), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza. et tendant à l’annulation partielle de cet arrêt
Dispożittiv
1) |
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Novembru 2014, Hristov vs Il-Kummissjoni u EMA (F-2/12), hija parzjalment annullata, sa fejn annullat id-deċiżjoni tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) tas-6 ta’ Ottubru 2011, li taħtar id-direttur eżekuttiv tal-EMA. |
2) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Novembru 2014, Hristov vs Il-Kummissjoni u EMA (F 2/12) sa fejn annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-20 ta’ April 2011, li kienet tipprovdi li din tal-aħħar kienet tipproponi lill-Bord Amministrattiv tal-EMA lista ta’ erba’ kandidati rrakkomandati mill-kumitat ta’ preselezzjoni u kkonfermati mill-kumitat konsultattiv dwar il-ħatriet. |
3) |
Il-kawża hija rrinvjata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex jagħti deċiżjoni dwar it-talbiet għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord Amministrattiv tal-EMA tas-6 ta’ Ottubru 2011, li taħtar lid-direttur eżekuttiv tal-EMA, fir-rigward tal-ilmenti u motivi invokati minn Emil Hristov u li dwarhom it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma tax deċiżjoni. |
4) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/22 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2016 – Monster Energy vs EUIPO – Mad Catz Interactive (MAD CATZ)
(Kawża T-429/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MAD CATZ - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 314/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mad Catz Interactive, Inc. (San Diego, California, l-Istati Uniti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-21 ta’ Mejju 2015 (Każ R 2176/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Monster Energy Company u Mad Catz Interactive.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Monster Energy Company hija kkundannata għall-ispejjeż. |
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/23 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2016 – Volkswagen vs EUIPO (ConnectedWork)
(Kawża T-491/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ConnectedWork - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u l-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni”])
(2016/C 314/31)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Sander, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u A. Schifko, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 160/2015-5), li tikkonċerna applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ConnectedWork bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Volkswagen AG hija kundannata għall-ispejjeż. |
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/23 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2016 – Monster Energy vs EUIPO – Mad Catz Interactive (Rappreżentazzjon ta’ kwadru iswed b’erba’ strixxi bojod)
(Kawża T-567/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta kwadru iswed b’erba’ strixxi bojod - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti li tirrappreżenta tliet dwiefer ippożizzjonati vertikalment - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 314/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Mad Catz Interactive (San Diego, California, l-Istati Uniti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Lulju 2015 (Każ R 2368/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Monster Energy Company u Mad Catz Interactive.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Monster Energy Company hija kkundannata għall-ispejjeż. |
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/24 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2016 – ICA Laboratories et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-732/15 R II)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ambjent - Protezzjoni tal-konsumaturi - Regolament li jistabbilixxi l-livelli massimi ta’ residwi għall-gważatina - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Talba ġdida - Assenza ta’ fatti ġodda - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2016/C 314/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ICA Laboratories Close Corp. (Century City, ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel); ICA International Chemicals (Proprietary) Ltd (Century City); u ICA Developments (Proprietary) Ltd (Century City) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, R. Crespi u P. Sellar, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: X. Lewis u P. Ondrůšek, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 160 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1910, tal-21 ta’ Ottubru 2015, li jemenda l-Annessi III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-gważatina f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU 2015, L 280, p. 2).
Dispożittiv
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/24 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2016 – Jindal Saw u Jindal Saw Italia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-300/16)
(2016/C 314/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Jindal Saw Ltd (New Delhi, l-Indja) u Jindal Saw Italia SpA (Trieste, l-Italja) (rappreżentanti: R. Antonini u E. Monard, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/387, tas-17 ta’ Marzu 2016, li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta’ ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja, sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrenti; u |
— |
tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li billi ddeterminat il-prezzijiet tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni kisret l-Artikoli 2(8), 2(9), 3(2), 3(3), 3(6) u 9(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li permezz tad-determinazzjonijiet tagħha dwar l-effetti fuq il-prezzijiet, l-eżistenza ta’ dannu u r-rabta ta’ kawżalità, il-Kummissjoni kisret l-Artikoli 3(2), 3(3), 3(5), 3(6), 3(7), 3(8), 4(1), 5(4) u 9(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 20(4) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009 minħabba l-assenza ta’ komunikazzjoni tal-fatti u tal-kunsiderazzjonijiet essenzjali u tal-għoti ta’ terminu suffiċjenti sabiex jiġu ppreżentati osservazzjonijiet. |
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/25 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2016 – Jindal Saw u Jindal Saw Italia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-301/16)
(2016/C 314/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Jindal Saw Ltd (New Delhi, l-Indja) u Jindal Saw Italia SpA (Trieste, l-Italja) (rappreżentanti: R. Antonini u E. Monard, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/387 tas-17 ta’ Marzu 2016 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta' ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja, sa fejn dan japplika għar-rikorrenti; u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv li jgħid li l-Kummissjoni, bid-determinazzjoni tal-prezzijiet għall-esportazzjoni, kisret l-Artikolu 2(8) u (9), l-Artikolu 3(2), (3) u (6), u l-Artikolu 9(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea. |
2. |
It-tieni motiv li jgħid li l-Kummissjoni, bid-determinazzjoni tagħha fir-rigward tal-effetti fuq il-prezzijiet, tal-eżistenza ta’ dannu u ta’ rabta kawżali, kisret l-Artikolu 3(2), (3), (5), (6), (7) u (8), l-Artikolu 4(1), l-Artikolu 5(4) u l-Artikolu 9(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 20(4) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009 minħabba n-nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-fatti u tal-kunsiderazzjonijiet essenzjali u ta’ għoti ta’ terminu suffiċjenti għall-preżentata tal-osservazzjonijiet. |
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/26 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2016 – České dráhy vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-325/16)
(2016/C 314/36)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: České dráhy, a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: K. Muzikář and J. Kindl, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2016) 2417 finali tat-18 ta’ April 2016 (Każ AT.40156 – Falcon); |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tal-kumpannija České dráhy |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata dwar spezzjoni li tikkonċerna l-parteċipazzjoni ta’ prattika antikompetittiva, jew l-ispezzjoni nnifisha, tikkostitwixxi interferenza arbitrarja u sproporzjonata fl-isfera privata tar-rikorrenti.
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti rigward il-livell tal-motivazzjoni tagħha u d-deskrizzjoni tas-suġġett u tal-għan tal-ispezzjoni.
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li ma teżisti ebda evidenza, anki ċirkustanzjali, li ssostni l-prattika antikompetittiva tar-rikorrenti li tiġġustifika l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u t-twettiq tal-ispezzjoni, u l-evidenza miġbura fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni teskludi, bil-kontra, tali suspett. |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma kellhiex is-setgħa tadotta d-deċiżjoni kkontestata u tipproċedi għall-ispezzjoni peress li l-allegata prattika antikompetittiva tar-rikorrenti ma tistax, fi kwalunkwe każ, taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u li r-rikorrenti ma tistax, f’dan il-każ, ikollha pożizzjoni dominanti fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu. |
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u t-twettiq tal-ispezzjoni iktar minn erba’ snin wara l-ftuħ tal-proċedimenti quddiem l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni ma humiex konformi mal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. |
6. |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni, permezz tad-deċiżjoni kkontestata u tal-approċċ relatat magħha, ippreġudikat id-drittijiet tar-rikorrenti ggarantiti mill-Artikolu 7 tal-Karta (jew l-Artikolu 8 tal-KEDB) kif ukoll mill-Artikolu 48 tal-Karta (jew l-Artikolu 6 tal-KEDB). |
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/27 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2016 – Bristol-Myers Squibb Pharma vs Il-Kummissjoni u EMA
(Kawża T-329/16)
(2016/C 314/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bristol-Myers Squibb Pharma EEIG (Uxbridge, ir-Renju Unit) (rappreżentati minn: P. Bogaert u B. Van Vooren, avukati, u B. Kelly, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tikkonstata li r-rikors huwa ammissibbli u fondat; |
— |
tannulla l-atti kkontestati, u |
— |
tikkundnna lill-Kummissjoni u lill-EMA għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament ta’ att tal-Kummissjoni Ewropea li tħassar l-“elotuzumab” mir-reġistru Komunitarju tal-prodotti mediċinali orfni għal użu mill-bniedem u/jew att eventwali tal-Kummissjoni jew tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini li jiddetermina li l-“elotuzumab” ma jissodisfax iktar il-kriterji ta’ deżinjazzjoni tal-prodotti mediċinali ofrni waqt l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali “Empliciti”.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur, mill-atti kkontestati, tal-Artikolu 5(12)(b) tar-Regolament Nru 141/2000 (1) dwar il-prodotti mediċinali orfni u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità:
|
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur, mill-atti kkontestati, tal-Artikolu 5(12) tar-Regolament Nru 141/2000 b’rabta mal-Artikolu 5(8) tar-Regolament Nru 141/2000 safejn ma ġietx adottata deċiżjoni formali tal-Kummissjoni. |
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1999, dwar il-prodotti mediċinali orfni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 21).
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/27 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2016 – Ville de Paris vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-339/16)
(2016/C 314/38)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ville de Paris (Pariġi, Franza) (rappreżentant: J. Assous, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannnulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/646, tal-20 ta’ April 2016, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6); |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas ta’ EUR 1 simbolika bħala kumpens għad-dannu kkawżat lill-Ville de Paris minħabba l-adozzjoni ta’ dan ir-regolament; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nullità tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/646, tal-20 ta’ April 2016, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (ĠU 2016, L 109, p. 1; iktar ’il quddiem, ir-“regolament ikkontestat”) minħabba inkompetenza dovuta għall-użu mhux xieraq mill-Kummissjoni Ewropea tal-proċedura regolatorja bi skrutinju. Il-Kummissjoni għandha titqies li hija inkompetenti ratione materiae u li kisret il-forom proċedurali sostanzjali fl-adozzjoni tar-regolament ikkontestat. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq in-nullità tar-regolament ikkontestat minħabba l-ksur tar-regoli primarji, tad-dritt derivat fil-qasam ambjentali, kif ukoll tar-regoli sussidjarji tad-dritt tal-Unjoni Ewropea fid-dawl tan-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipji ġenerali tad-dritt ambjentali Ewropew, kif ukoll tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u tal-aspettattivi leġittimi. |
Fir-rigward tal-parti tar-rikors li tirrigwarda l-kumpens, ir-rikorrenti ssostni li ċ-ċirkustanzi għall-istabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni huma sodisfatti, sa fejn, fl-ewwel lok, ir-regolament ikkontestat jinkludi irregolaritajiet kemm proċedurali kif ukoll sostanzjali, fit-tieni lok, ir-regolament ikkontestat ħoloq dannu reali u ċert fuq ir-rikorrenti u, fit-tielet lok, ir-rabta kawżali diretta bejn l-aġir tal-Kummissjoni u d-dannu allegat ma hijiex ikkontestata.
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/28 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2016 – Blackmore vs EUIPO – Paice (DEEP PURPLE)
(Kawża T-344/16)
(2016/C 314/39)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Richard Hugh Blackmore (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Edwards-Stuart, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ian Paice (Londra, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “DEEP PURPLE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 772 721
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 736/2015-5
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tilqa’ l-appell |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent fil-kuntest ta’ dan l-appell. |
Motivi invokati
— |
Il-Bord tal-Appell żbalja meta ammetta l-prova prodotta fil-5 ta’ Novembru 2014; |
— |
Il-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li kien hemm prova suffiċjenti ta’ xi valur ta’ twillija fuq il-bażi tal-prova li ġiet prodotta fil-ħin; |
— |
Il-Bord tal-Appell żbalja meta qies li l-prova kienet suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit li l-parti li qed topponi kellha dritt għal sehem f’xi valur ta’ twillija; |
— |
Il-Bord tal-Appell żbalja meta aċċetta l-konklużjonijiet tas-sentenza R880; |
— |
Il-Bord tal-Appell żbalja meta ammetta l-prova prodotta fit-13 ta’ April 2015; |
— |
Il-Bord tal-Appell żbalja meta rrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark għal firxa ikbar ta’ prodotti u ta’ servizzi milli kien iġġustifikat permezz ta’ dik il-prova. Il-Bord tal-Appell żbalja fl-applikazzjoni tad-dritt li jirrigwarda l-abbuż tad-denominazzjoni billi kkonkluda li kien hemm rappreżentazzjoni qarrieqa fir-rigward ta’ dawn il-prodotti u/jew ta’ xi valur ta’ twillija tal-parti li qed topponi għal dawn il-prodotti. |
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/29 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2016 – Blackmore vs EUIPO – Paice (DEEP PURPLE)
(Kawża T-345/16)
(2016/C 314/40)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Richard Hugh Blackmore (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Edwards-Stuart, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ian Paice (Londra, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “DEEP PURPLE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 772 721
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 880/2015-5
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tilqa’ l-appell |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent fil-kuntest ta’ dan l-appell. |
Motivi invokati
— |
Il-Bord tal-Appell żbalja meta ammetta l-prova prodotta fil-5 ta’ Novembru 2014; |
— |
Il-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li kien hemm prova suffiċjenti ta’ xi valur ta’ twillija fuq il-bażi tal-prova li ġiet prodotta fil-ħin; |
— |
Il-Bord tal-Appell żbalja meta qies li l-prova kienet suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit li l-parti li qed topponi kellha dritt għal sehem f’xi valur ta’ twillija. |
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/30 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2016 – Ville de Bruxelles vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-352/16)
(2016/C 314/41)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ville de Bruxelles (il-Belġju) (rappreżentanti: M. Uyttendaele u S. Kaisergruber, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara r-rikors tagħha ammissibbli u fondat; |
konsegwentement:
— |
tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/646, tal-20 ta’ April 2016, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6); |
— |
tikundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 37 u 53 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-premessi 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ġunju 2007, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU 2007, L 171, p. 1), tal-Anness I ta’ dan ir-regolament, kif ukoll fuq l-eċċess u l-użu ħażin ta’ poter li wettqet il-Kummissjoni Ewropea. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 5bis(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 124), tal-premessa 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE, tas-17 ta’ Lulju 2006, li temenda d-Deċiżjoni 1999/468/KE li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (ĠU 2006, L 76M, p. 100), tal-premessa 25 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, tal-Artikolu 5(3) ta’ dan l-aħħar regolament, kif ukoll fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tadotta r-regolament ikkontestat u fuq l-eċċess ta’ poter imwettqa minnha. |
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/31 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2016 – European Social Enterprise Law Association vs EUIPO (EUROPEAN SOCIAL ENTERPRISE LAW ASSOCIATION)
(Kawża T-353/16)
(2016/C 314/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Social Enterprise Law Association (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: L. Fletcher, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontezjuża kkonċernata: reġistrazzjoni trade mark verbali tal-Unjoni “EUROPEAN SOCIAL ENTERPRISE LAW ASSOCIATION” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 062 129
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ April 2016 fil-Każ R 2208/2015-4
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009. |
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/31 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2016 – TBWA\London vs EUIPO (MEDIA ARTS LAB)
(Kawża T-361/16)
(2016/C 314/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: TBWA/London Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: D. Farnsworth, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “MEDIA ARTS LAB” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 238 308
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-19 ta’ April 2016, fil-Każ R 958/2015-2
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ikkonfermat il-konklużjoni tal-eżaminatur li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni kienet deskrittiva u ma kellhiex karattru distintiv għal dawk il-prodotti u s-servizzi li għalihom ġie deċiż li kienet deskrittiva u li ma kellhiex karattru distintiv; |
— |
tawtorizza l-pubblikazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea li hija s-suġġett tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 238 308; u |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
L-Uffiċċju ma ħax inkunsiderazzjoni kif xieraq is-servizzi li għalihom ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni; |
— |
L-Uffiċċju ma eżaminax debitament it-trade mark li għaliha ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni fl-intier tagħha, iżda huwa qasam it-trade mark f’żewġ partijiet filwaqt li uża d-definizzjonijiet ta’ MEDIA ARTS u MEDIA LAB u kkonstata li dawn il-partijiet huma deskrittivi. Huwa ma indirizzax l-effett tat-trade mark fl-intier tagħha; |
— |
L-Uffiċċju naqas milli jaċċetta li t-trade mark hija ħafna iktar impenetrabbli mid-deċiżjoni PIPELINE, li fuqha huwa jibbaża ruħu; |
— |
Minkejja l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament (u bi ksur tiegħu), l-Uffiċċju ma segwiex il-prassi preċedenti tiegħu li jaċċetta trade marks li jinkludu l-kelma MEDIA għal reklamar flimkien ma’ postijiet oħra “mhux abitwali”. |
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/32 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2016 – Tillotts Pharma vs EUIPO – Ferring (XENASA)
(Kawża T-362/16)
(2016/C 314/44)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Tillotts Pharma AG (Rheinfelden, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ferring BV (Hoofddorp, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “XENASA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 920 055
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ April 2016 fil-Każ R 3264/2014-4
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/33 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2016 – Luciad vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-369/16)
(2016/C 314/45)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Luciad (Louvain, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Arts, P. Smet u I. Panis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tiddikjara ammissibbli u fondat ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Jannar 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat għall-eżenzjoni mill-profitti żejda SA.37667 (2015/C) (ex 20151NN) implementata mill-Belġju; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Jannar 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat għall-eżenzjoni mill-profitti żejda SA.37667 (2015/C) (ex 20151NN) implementata mill-Belġju; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball manifest u l-ksur tal-Artikolu 1(d) tar-Regolament Nru 2015/1589 (1) u l-Artikolu 107(1) TFUE.
|
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 296 TFUE, sa fejn il-Kummissjoni ma kinitx immotivat id-deċiżjoni tagħha b’mod suffiċjenti, u l-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn fis-sens ma hemm l-ebda miżura li toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni.
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 296 TFUE, sa fejn il-Kummissjoni ma mmotivatx id-deċiżjoni tagħha b’mod suffiċjenti, u l-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn is-sistema ikkontestata ma taffettwawx il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE sa fejn l-iskema kkontestata ma tipprovdi ebda vantaġġ selettiv.
|
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589, tat-13 ta’ Lulju 2015, li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 248, p. 24.9.2015, p. 9).
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/34 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2016 – Bammer vs EUIPO – mydays (Männerspielplatz)
(Kawża T-372/16)
(2016/C 314/46)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Alexander Bammer (Sindelfingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Riegger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: mydays GmbH (München, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Männerspielplatz” – Trade mark tal-Unjoni Nru 8 534 364
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ April 2016 fil-Każ R 1796/2016-1
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri inklużi l-ispejjeż sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motivi invokati
— |
Fid-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tal-Appell ma ħax inkunsiderazzjoni l-mument meta ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni f’Settembru 2009; |
— |
Il-Bord tal-Appell ma ħax inkunsiderazzjoni b’mod suffiċjenti u adatt id-deċiżjonijiet tal-qrati ta’ Stuttgart bħala valur indikattiv estensiv; |
— |
Fir-rigward tal-motivazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qrati ta’ Stuttgart; il-Bord tal-Appell ma evalwax b’mod suffiċjenti d-dokumenti tal-2009; |
— |
Fil-kuntest tal-argumentazzjoni tiegħu, il-Bord tal-Appell ma ħax inkunsiderazzjoni l-fatt li t-trade mark ikkontestata għandha sinjifikat li ma kellhiex fl-2009, peress li l-isem tagħha ma kienx jirreferi għall-prodotti u servizzi rreġistrati; |
— |
Għaldaqstant, l-imsemmija trade mark hija distintiva u ma għandhiex kontenut deskrittiv fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi rreġistrati. |
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/35 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta Ġunju 2016 – British Telecommunications vs Il-Kumissjoni
(Kawża T-456/12) (1)
(2016/C 314/47)
Lingwa tal-kawża: l-ingliż
Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/35 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2016 – Virgin Media vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-460/12) (1)
(2016/C 314/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
29.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/35 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2016 – Golparvar vs Il-Kunsill
(Kawża T-176/15) (1)
(2016/C 314/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.