ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 257

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
15 ta' Lulju 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 257/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8085 — AEA/Scan Global Logistics) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 257/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2016/C 257/03

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2016 li tistabbilixxi l-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar is-Sistemi ta’ Informazzjoni u l-Interoperabilità

3

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2016/C 257/04

Rapport Speċjali Nru 17/2016 — L-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jagħmlu aktar biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-akkwist pubbliku tagħhom

7

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2016/C 257/05

Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' adegwatezza tat-Tarka tal-Privatezza tal-UE u l-Istati Uniti

8

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2016/C 257/06

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

12

2016/C 257/07

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

12


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 257/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7973 — Gerdau/Sumitomo/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

13

2016/C 257/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8081 — Triton/Voith Industrial Services) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

14

2016/C 257/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8095 — Ferrari Financial Services/FCA Bank/FFS JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

15

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 257/11

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

16


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

15.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8085 — AEA/Scan Global Logistics)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 257/01)

Fit-8 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8085. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

15.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-14 ta’ Lulju 2016

(2016/C 257/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1157

JPY

Yen Ġappuniż

117,88

DKK

Krona Daniża

7,4378

GBP

Lira Sterlina

0,83311

SEK

Krona Żvediża

9,4413

CHF

Frank Żvizzeru

1,0900

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,3247

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,049

HUF

Forint Ungeriż

313,64

PLN

Zloty Pollakk

4,4115

RON

Leu Rumen

4,4903

TRY

Lira Turka

3,2223

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4588

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4422

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,6538

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5474

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4978

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 262,25

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,8563

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,4577

HRK

Kuna Kroata

7,5116

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 562,12

MYR

Ringgit Malażjan

4,3816

PHP

Peso Filippin

52,436

RUB

Rouble Russu

70,4687

THB

Baht Tajlandiż

39,115

BRL

Real Brażiljan

3,6041

MXN

Peso Messikan

20,3522

INR

Rupi Indjan

74,5940


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


15.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Ġunju 2016

li tistabbilixxi l-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar is-Sistemi ta’ Informazzjoni u l-Interoperabilità

(2016/C 257/03)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bil-ħsieb li ttejjeb strutturalment l-arkitettura tal-ġestjoni tad-dejta tal-Unjoni għall-kontroll tal-fruntieri u s-sigurtà, b’mod partikolari billi tindirizza n-nuqqasijiet u l-lakuni fl-għarfien tas-sistemi ta’ informazzjoni fil-livell tal-Unjoni, f’konformità mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu “Sistemi ta’ Informazzjoni Aktar Intelliġenti u b’Saħħithom għall-Fruntieri u s-Sigurtà” (1), il-Kummissjoni teħtieġ li titlob l-għarfien espert tal-esperti ta’ livell għoli f’korp konsultattiv.

(2)

Għaldaqstant jeħtieġ li jitwaqqaf grupp ta’ esperti ta’ livell għoli fil-qasam tas-Sistemi ta’ Informazzjoni u l-Interoperabilità, u jiġu definiti l-kompiti u l-istruttura tiegħu.

(3)

Dan il-grupp għandu jgħin fl-iżvilupp ta’ strateġija konġunta sabiex il-ġestjoni tad-dejta fl-Unjoni ssir aktar effettiva u effiċjenti, f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta, biex tipproteġi l-fruntieri esterni tagħha u ssaħħaħ is-sigurtà interna. Il-grupp għandu jkollu perspettiva wiesgħa u komprensiva dwar il-ġestjoni tal-fruntieri u l-infurzar tal-liġi, b’kont meħud tar-rwoli, r-responsabbiltajiet u s-sistemi tal-awtoritajiet doganali rilevanti.

(4)

Il-grupp għandu jkun iffurmat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, mill-awtoritajiet kompetenti tal-membri assoċjati taż-żona Schengen li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea, mill- Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA), mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex), mill- Aġenzija tal-Unjoni Ewropa għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO), l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) u l-Koordinatur tal-UE għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu (CTC).

(5)

Għandhom jiġu stabbiliti r-regoli dwar l-iżvelar tal-informazzjoni mill-membri tal-grupp.

(6)

Id-dejta personali għandha tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(7)

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2017. Fi żmien propizju, il-Kummissjoni se tikkunsidra kemm hu xieraq li tingħata estensjoni.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Suġġett

Il-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar Sistemi ta’ Informazzjoni u Interoperabbiltà (“il-Grupp”), huwa b’dan stabbilit.

Artikolu 2

Kompiti

Il-kompiti tal-grupp huma:

(a)

li jagħti pariri u jgħin lill-Kummissjoni biex tintlaħaq l-interoperabilità u l-interkonnessjoni ta’ sistemi ta’ informazzjoni u ġestjoni tad-dejta għall-ġestjoni tal-fruntieri u s-sigurtà;

(b)

biex jiżviluppa viżjoni strateġika ġenerali dwar l-interoperabilità u l-interkonnessjoni tas-sistemi ta’ informazzjoni u għal ġestjoni tad-dejta aktar effettiva u effiċjenti għall-fruntieri u s-sigurtà fl-Unjoni, inklużi l-proposti ta’ azzjonijiet ta’ segwitu konkreti għall-Kummissjoni għal żmien qasir, medju u fit-tul biex tipproteġi l-fruntieri esterni tagħha u ttejjeb is-sigurtà interna permezz ta’ qsim aħjar ta’ informazzjoni;

(c)

biex joħloq kooperazzjoni u koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-interoperabilità u l-interkonnessjoni ta’ sistemi ta’ informazzjoni u ġestjoni tad-dejta għall-ġestjoni tal-fruntieri u s-sigurtà fl-Unjoni.

Artikolu 3

Sħubija

(1)   Il-grupp għandu jkun iffurmat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, mill-awtoritajiet kompetenti tal-membri assoċjati taż-żona Schengen li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea, mill-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA), mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex), mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropa għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO), l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) u l-Koordinatur tal-UE għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu (CTC).

(2)   Il-membri tal-grupp jinnominaw lir-rappreżentanti ta’ livell għoli. Kull rappreżentant ta’ livell għoli jista’ jkun akkumpanjat minn espert wieħed fi skambju ta’ informazzjoni sabiex ikun hemm livell għoli ta’ kompetenza teknika.

Artikolu 4

President

Il-grupp għandu jkun ippresedut mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u Affarijiet Interni tal-Kummissjoni.

Artikolu 5

Ħidma

(1)   Il-grupp għandu jaġixxi fuq it-talba tal-President tiegħu skont ir-regoli orizzontali tal-Kummissjoni dwar il-gruppi ta’ esperti (“ir-regoli orizzontali”) (3).

(2)   Il-laqgħat tal-grupp għandhom, fil-prinċipju, jinżammu fi Brussell.

(3)   Id-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u Affarijiet Interni tal-Kummissjoni (iktar ‘il quddiem “DĠ Home”) għandu jipprovdi servizzi segretarjali. Uffiċjali minn direttorati oħra tal-Kummissjoni b’interess fil-proċedimenti jistgħu jattendu l-laqgħat tal-grupp u tas-sottogruppi tiegħu.

(4)   Bi ftehim ma’ DĠ Home, il-grupp jista’, b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, jiddeċiedi li jiftaħ il-laqgħat tiegħu għall-pubbliku.

(5)   Il-minuti dwar id-diskussjoni ta’ kull punt fuq l-aġenda u l-opinjonijiet mogħtija mill-grupp għandhom ikunu siewja u sħaħ. Il-minuti għandhom jitħejjew mis-segretarjat taħt ir-responsabbilità tal-President.

(6)   Il-grupp għandu jadotta l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet jew ir-rapporti tiegħu b’kunsens. F’każ ta’ vot, ir-riżultat tal-vot għandu jkun deċiż b’maġġoranza sempliċi tal-membri. Il-membri li jkunu vvutaw kontra għandhom id-dritt li jkollhom dokument li jiġbor fil-qosor ir-raġunijiet għall-pożizzjoni tagħhom mehmuż mal-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet jew ir-rapporti.

Artikolu 6

Sottogruppi

(1)   Id-DĠ HOME jista’ jistabbilixxi sottogruppi biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi abbażi ta’ termini ta’ referenza definiti mill-Kummissjoni. Is-sottogruppi għandhom joperaw f’konformità mar-regoli orizzontali u jirrapportaw lura lill-grupp. Dawn għandhom jiġu xolti malli jinlaħaq l-għan tal-mandat tagħhom.

(2)   Il-membri tal-grupp jinnominaw lir-rappreżentanti ta’ kull sottogrupp.

Artikolu 7

L-esperti mistiedna

Il-President tal-grupp jista’ jistieden esperti b’kompetenza speċifika dwar suġġett fuq l-aġenda biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-grupp jew tas-sottogrupp fuq bażi ad hoc.

Artikolu 8

Osservaturi

(1)   Individwi, organizzazzjonijiet u korpi pubbliċi jistgħu jingħataw status ta’ osservatur, f’konformità mar-regoli orizzontali, bi stedina diretta tal-President.

(2)   L-organizzazzjonijiet/entitajiet pubbliċi maħtura bħala osservaturi għandhom jinnominaw lir-rappreżentanti tagħhom.

(3)   L-osservaturi u r-rappreżentanti tagħhom jistgħu jkunu awtorizzati mill-President biex jieħdu sehem fid-diskussjonijiet tal-grupp u jipprovdu għarfien espert. Madankollu, ma jkollhomx id-dritt tal-vot u m’għandhomx jieħdu sehem fit-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet jew pariri tal-grupp.

Artikolu 9

Regoli ta’ proċedura

Fuq proposta minn u bi qbil ma’ DĠ HOME, il-grupp għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, abbażi tar-regoli standard ta’ proċedura għall-gruppi ta’ esperti, f’konformità mar-regoli orizzontali.

Artikolu 10

Is-segretezza professjonali u l-immaniġġjar ta’ informazzjoni klassifikata

Il-membri tal-grupp u r-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll l-esperti u l-osservaturi mistiedna, għandhom jikkonformaw mal-obbligi tas-segretezza professjonali stabbiliti fit-Trattati u r-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll mar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà fir-rigward tal-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata tal-UE, stabbiliti fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 (4) u 2015/444 (5). F’każ li dawn l-obbligi ma jiġux irrispettati, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri xierqa kollha.

Artikolu 11

Trasparenza

(1)   Il-grupp u s-sottogruppi tiegħu għandhom jiġu rreġistrati fir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni u entitajiet simili oħrajn (“ir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti”).

(2)   F’dak li għandu x’jaqsam ma’ kompożizzjoni, l-isem tal-membri, inklużi l-awtoritajiet tal-Istati Membri, kif ukoll tal-osservaturi għandhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru tal-gruppi tal-esperti.

(3)   Id-dokumenti rilevanti kollha (bħalma huma l-aġendi, il-minuti u s-sottomissjonijiet tal-parteċipanti) għandhom ikunu disponibbli fir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti jew inkella permezz ta’ ħolqa mir-Reġistru għal sit web apposta, fejn ikun jista’ jinsab dan it-tagħrif. L-aċċess għal siti web speċifiċi ma għandux ikun soġġett għar-reġistrazzjoni tal-utent jew xi restrizzjoni oħra. B’mod partikolari, l-aġenda u d-dokumenti ta’ sfond rilevanti oħra għandhom jiġu ppubblikati fi żmien xieraq qabel il-laqgħa, segwiti minn pubblikazzjoni f’waqtha tal-minuti. L-eċċezzjonijiet għall-pubblikazzjoni għandhom jiġu previsti biss meta d-divulgazzjoni ta’ dokument iddgħajjef il-protezzjoni ta’ interess pubbliku jew privat kif iddefinit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

Artikolu 12

Spejjeż tal-laqgħat

(1)   Dawk li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-grupp u tas-sottogruppi ma għandhomx jitħallsu għas-servizzi li jagħtu.

(2)   L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza tal-parteċipanti fl-attivitajiet tal-grupp u tas-sottogruppi għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni. Ir-rimborż għandu jsir f’konformità mar-regoli applikati mill-Kummissjoni u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati lis-servizzi tal-Kummissjoni skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.

Artikolu 13

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2017.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Dimitris AVRAMOPOULOS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ April 2016 dwar Sistemi ta’ Informazzjoni Aktar Intelliġenti u b’Saħħithom għall-Fruntieri u s-Sigurtà — COM(2016) 205.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p 1).

(3)  C(2016) 3301.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).


Il-Qorti tal-Awdituri

15.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/7


Rapport Speċjali Nru 17/2016

“L-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jagħmlu aktar biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-akkwist pubbliku tagħhom”

(2016/C 257/04)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 17/2016 “L-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jagħmlu aktar biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-akkwist pubbliku tagħhom” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu jew mill-EU Bookshop: https://bookshop.europa.eu


Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

15.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/8


Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' adegwatezza tat-Tarka tal-Privatezza tal-UE u l-Istati Uniti

It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-KEPD www.edps.europa.eu

(2016/C 257/05)

Il-flussi tad-data huma globali. L-UE hija marbuta bit-Trattati u bil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li jipproteġu lill-individwi kollha fl-UE. L-UE hija obbligata tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiżgura li d-drittijiet għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali jiġu rrispettati tul l-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar, inkluż trasferimenti.

Sa mir-rivelazzjonijiet tal-attivitajiet ta' sorveljanza fl-2013, l-UE u s-sieħeb strateġiku tagħha, l-Istati Uniti, bdew ifittxu li jiddefinixxu sett ġdid ta' standards, abbażi ta' sistema ta' awtoċertifikazzjoni, għat-trasferiment għal skopijiet kummerċjali lejn l-Istati Uniti ta' data personali mibgħuta mill-UE. Bħall-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data fl-UE, il-KEPD jirrikonoxxi l-valur, fl-era ta' flussi ta' data globali, istantanji u mhux prevedibbli, ta' qafas legali sostenibbli għal trasferimenti kummerċjali ta' data bejn l-UE u l-Istati Uniti, li jirrappreżentaw l-ikbar sħubija kummerċjali fid-dinja. Madankollu, dan il-qafas jeħtieġ jirrifletti bis-sħiħ il-valuri kondiviżi bbażati fuq id-drittijiet demokratiċi u individwali, li huma espressi min-naħa tal-Istati Uniti fit-Trattat ta' Lisbona u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u min-naħa tal-Istati Uniti bil-kostituzzjoni tal-Istati Uniti.

L-abbozz tat-Tarka tal-Privatezza jista' jkun pass fid-direzzjoni t-tajba, iżda kif inhu fformulat bħalissa, fl-opinjoni tagħna ma jinkludix b'mod adegwat is-salvagwardji x-xierqa kollha biex jipproteġu d-drittijiet tal-UE tal-individwu għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data anke fir-rigward ta' rimedju ġudizzjarju. Hemm bżonn ta' titjib sinifikanti jekk il-Kummissjoni Ewropea tkun tixtieq tadotta deċiżjoni ta' adegwatezza. B'mod partikolari, l-UE għandha tikseb garanziji addizzjonali fir-rigward tan-neċessità u l-proporzjonalità, minflok tilleġittimizza aċċess ta' rutina għad-data ttrasferita mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti fuq il-bażi tal-kriterji li għandhom bażi legali fil-pajjiż riċevitur, iżda mhux daqstant fl-UE, kif affermat bit-Trattati, deċiżjonijiet tal-UE u t-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri.

Barra minn hekk, f'era ta' iperkonnettività kbira u netwerks mifruxin, l-awtoregolazzjoni minn organizzazzjonijiet privati, kif ukoll rappreżentanza u l-impenji mill-uffiċjali pubbliċi, jista' jkollhom rwol fuq perjodu ta' żmien qasir, filwaqt li fit-tul dawn ma jkunux biżżejjed biex jissalvagwardjaw id-drittijiet u l-interessi tal-individwi u jissodisfaw kompletament il-ħtiġijiet ta' dinja diġitali globalizzata fejn ħafna pajjiżi issa huma mgħammra b'regoli tal-protezzjoni tad-data.

Għalhekk, tkun milqugħa wkoll soluzzjoni fit-tul fid-djalogu Transatlantiku, biex tippromulga wkoll f'liġi federali vinkolanti għall-inqas il-prinċipji ewlenin tad-drittijiet biex ikunu identifikati b'mod ċar u konċiż, kif inhu l-każ ma' pajjiżi oħrajn mhux tal-UE li ġew “evalwati strettament” bħala li jiżguraw livell adegwat ta' protezzjoni; dak li l-QtĠ-UE, fis-sentenza Schrems tagħha, fissret bħala li jfisser “essenzjalment ekwivalenti” għall-istandards applikabbli skont il-liġi tal-UE u li skont il-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29, ifisser li fih “is-sustanza tal-prinċipji fundamentali” ta' protezzjoni tad-data.

Nieħdu nota pożittiva tat-trasparenza miżjuda murija mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti dwar l-użu tal-eċċezzjoni għall-prinċipji tat-Tarka tal-Privatezza għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, tas-sigurtà nazzjonali u l-interess pubbliku.

Madankollu, filwaqt li d-Deċiżjoni dwar il-Port Salv tal-2000 indirizzat l-aċċess b'mod formali għas-sigurtà nazzjonali bħala eċċezzjoni, l-attenzjoni iddedikata fl-abbozz ta' deċiżjoni dwar it-Tarka tal-Privatezza għall-aċċess, il-filtrazzjoni u l-analiżi mill-infurzar tal-liġi u l-intelliġenza tad-data personali ttrasferita għal skopijiet kummerċjali tindika li jista' jkun li l-eċċezzjoni saret ir-regola. B'mod partikolari, mill-abbozz tad-deċiżjoni u l-annessi tiegħu, il-KEPD jinnota li minkejja t-tendenzi riċenti għall-mixja minn sorveljanza indiskriminata fuq bażi ġenerali, għal approċċi iktar immirati u magħżula, l-iskala ta' intelliġenza ta' sinjali u l-volum ta' data ttrasferita mill-UE, soġġetta għal ġbir potenzjali u l-użu ladarba tkun trasferita u b'mod partikolari meta tkun fi tranżitu, xorta jistgħu jkunu għoljin u għalhekk miftuħin għall-mistoqsijiet.

Għalkemm dawn il-prattiki jistgħu wkoll jirrelataw mal-intelliġenza f'pajjiżi oħrajn u filwaqt li nilqgħu t-trasparenza tal-awtoritajiet tal-Istati Uniti dwar din ir-realtà l-ġdida, dan l-abbozz ta' deċiżjoni jista' jilleġittimizza din ir-rutina. Għalhekk, aħna ninkoraġġixxu lill-Kummissjoni Ewropea biex tagħti sinjal iktar b'saħħtu: minħabba l-obbligi li jaqgħu fuq l-UE skont it-Trattat ta' Lisbona, l-aċċess u l-użu mill-awtoritajiet pubbliċi tad-data ttrasferita għal skopijiet kummerċjali, inkluż meta tkun fi tranżitu, jistgħu jsiru biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali u meta jkun indispensabbli għal skopijiet ta' interess pubbliku speċifikati.

Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet għat-trasferimenti għal skopijiet kummerċjali, il-kontrolluri m'għandhomx ikunu mistennija li jibdlu l-mudelli ta' konformità kontinwament. U madankollu, l-abbozz ta' deċiżjoni ġie affermat fuq il-qafas legali eżistenti tal-UE, li sejjer jiġi ssostitwit bir-Regolament (UE) 2016/679 (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) f'Mejju 2018, inqas minn sena wara l-implimentazzjoni sħiħa mill-kontrolluri tat-Tarka tal-Privatezza. Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) joħloq u jinforza l-obbligi fuq il-kontrollaturi li jestendu lil hinn mid-disa' prinċipji żviluppati fit-Tarka tal-Privatezza. Irrispettivament minn kwalunkwe bidla finali fl-abbozz, nirrakkomandaw lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tivvaluta b'mod komprensiv il-perspettivi futuri mill-ewwel rapport tagħha, sabiex tidentifika fil-ħin passi rilevanti għal soluzzjonijiet aktar fit-tul li jissostitwixxu t-Tarka tal-Privatezza, jekk ikun hemm, b'oqfsa legali iktar robusti u stabbli biex tingħata spinta lir-relazzjonijiet Transatlantiċi.

Il-KEPD għalhekk joħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar it-Tarka tal-Privatezza.

I.   Introduzzjoni

Fis-6 ta' Ottubru 2015, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem: QtĠ-UE) invalidat (1) id-Deċiżjoni dwar l-adegwatezza tal-Port Salv (2). Il-Kummissjoni Ewropea laħqet ftehim politiku mal-Istati Uniti fit-2 ta' Frar 2016 dwar qafas ġdid għat-trasferimenti tad-data personali bl-isem “it-Tarka tal-Privatezza ta’ bejn l-UE u l-Istati Uniti” (minn hawn 'il quddiem: it-Tarka tal-Privatezza). Fid-29 ta' Frar, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat abbozz ta' deċiżjoni dwar l-adegwatezza ta' dan il-qafas il-ġdid (minn hawn 'il quddiem: l-abbozz ta' deċiżjoni) (3) u s-seba' annessi tiegħu, inkluż il-prinċipji tat-Tarka tal-Privatezza u impennji u rappreżentazzjonijiet bil-miktub mingħand l-uffiċjali u l-awtoritajiet tal-Istati Uniti. Il-KEPD irċieva l-abbozz ta' deċiżjoni għall-konsultazzjoni fit-18 ta' Marzu din is-sena.

Il-KEPD esprima l-pożizzjoni tiegħu dwar it-trasferimenti ta' data personali bejn l-UE u l-Istati Uniti f'numru ta' okkażjonijiet (4) u kkontribwixxa għall-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 (minn hawn 'il quddiem: GĦ29) Opinjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni bħala membru ta' dan il-grupp (5). Il-GĦ29 qajjem tħassib serju u talab lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tidentifika soluzzjonijiet biex tindirizzahom. Il-membri tal-GĦ29 jistennew li jingħataw il-kjarifiki kollha meħtieġa fl-Opinjoni (6). Fis-16 ta' Marzu, 27 organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ indirizzaw il-kritiċiżmu tagħhom f'ittra indirizzata lill-awtoritajiet tal-UE u tal-Istati Uniti (7).Fis-26 ta' Mejju, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar il-flussi tad-data Transatlantiċi (8), li tistieden lill-Kummissjoni tinnegozja iktar titjib fl-arranġament tat-Tarka tal-Privatezza mal-Amministrazzjoni tal-Istati Uniti fid-dawl tan-nuqqasijiet attwali tagħha (9).

Bħala l-konsulent indipendenti għal-leġiżlaturi tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-KEPD issa qed joħroġ rakkomandazzjonijiet għall-partijiet involuti fil-proċess, b'mod partikolari l-Kummissjoni. Dan il-parir huwa maħsub biex ikun kemm ibbażat fuq prinċipju kif ukoll pragmatiku, bil-għan li jgħin b'mod proattiv lill-UE biex tilħaq l-objettivi tagħha b'miżuri adegwati. Jikkumplimenta u jenfasizza xi rakkomandazzjonijiet, iżda mhux kollha, fl-Opinjoni tal-GĦ29.

L-abbozz tad-deċiżjoni juri għadd ta' titjib meta mqabbla mad-Deċiżjoni dwar il-Port Salv, b'mod partikolari fir-rigward tal-prinċipji għall-ipproċessar tad-data għal skopijiet kummerċjali. Fir-rigward tal-aċċess mill-awtoritajiet pubbliċi għad-data trasferita skont it-Tarka tal-Privatezza, aħna nilqgħu wkoll l-involviment għall-ewwel darba tad-Dipartiment tal-Ġustizzja, id-Dipartiment tal-Istat u l-Uffiċċju tad-Direttur tal-Intelliġenza Nazzjonali fin-negozjati. Madankollu, il-progress imqabbel mad-Deċiżjoni dwar il-Port Salv mhuwiex biżżejjed fih innifsu. Il-punt ta' referenza korrett mhuwiex deċiżjoni li ġiet invalidata qabel, minħabba li d-deċiżjoni tal-adegwatezza għandha tiġi bbażata fuq il-qafas legali tal-UE attwali (b'mod partikolari, id-Direttiva nfisha, l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tal-UE tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif interpretati mill-QtĠ-UE). L-Artikolu 45 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-data tal-UE (minn hawn 'il quddiem: il-GDPR) (10) se jipprovdi rekwiżiti ġodda għat-trasferimenti tad-data fuq il-bażi ta' deċiżjoni ta' adegwatezza.

Is-sena l-oħra, il-QtĠ-UE affermat li l-limitu għall-valutazzjoni tal-adegwatezza huwa “ekwivalenza essenzjali” u talbet valutazzjoni stretta fil-konfront ta' dan l-istandard għoli (11). L-adegwatezza ma teħtieġx li tadotta qafas li huwa identiku għal dak eżistenti fl-UE, iżda meta tiġi kkunsidrata b'mod kumplessiv, it-Tarka tal-Privatezza u l-ordni legali tal-Istati Uniti għandhom ikopru l-elementi prinċipali kollha tal-qafas tal-protezzjoni tad-data tal-UE. Dan jeħtieġ kemm valutazzjoni globali tal-ordni legali kif ukoll l-eżaminazzjoni tal-elementi l-aktar importanti tal-qafas tal-protezzjoni tad-data tal-UE (12). Aħna nassumu li l-valutazzjoni għandha titwettaq f'termini globali għalkemm għandha tiġi rispettata l-essenza ta' dawn l-elementi. Barra minn hekk, minħabba t-Trattat u l-Karta, għandhom jiġu kkunsidrati elementi speċifiċi bħal sorveljanza indipendenti u rimedju.

F'dan ir-rigward, il-KEPD huwa konxju li ħafna organizzazzjonijiet fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku qed jistennew ir-riżultat minn din id-deċiżjoni ta' adegwatezza. Madankollu, il-konsegwenzi ta' invalidazzjoni ġdida mill-QtĠ-UE f'termini ta' inċertezza legali għas-suġġetti tad-data u l-piż, b'mod partikolari għall-SMEs, jistgħu jkunu kbar. Barra minn hekk, jekk l-abbozz ta' deċiżjoni jiġi adottat u sussegwentament invalidat mill-QtĠ-UE, kwalunkwe arranġament ġdid ta' adegwatezza għandu jiġi nnegozjat skont il-GDPR. Għalhekk aħna nirrakkomandaw approċċ orjentat lejn il-futur, fid-dawl tad-data imminenti tal-applikazzjoni sħiħa tal-GDPR sentejn minn issa.

L-abbozz ta' deċiżjoni huwa essenzjali għar-relazzjonijiet ta' bejn l-UE u l-Istati Uniti, f'mument fejn huma wkoll soġġetti għan-negozjati dwar il-kummerċ u l-investiment. Barra minn hekk, ħafna mill-elementi kkunsidrati fl-Opinjoni tagħna huma rilevanti b'mod indirett kemm għat-Tarka tal-Privatezza kif ukoll għal għodod oħra ta' trasferiment, bħar-Regoli Korporattivi Vinkolanti (minn hawn 'il quddiem: BCRs) u Klawżoli Kuntrattwali Standard (minn hawn 'il quddiem: SCCs). Għandu wkoll rilevanza globali, peress li ħafna pajjiżi terzi se jkunu qed isegwuh mill-qrib fil-konfront tal-isfond tal-adozzjoni tal-qafas il-ġdid tal-protezzjoni tad-data.

Għaldaqstant, nilqgħu soluzzjoni ġenerali għat-trasferimenti ta' bejn l-UE u l-Istati Uniti, sakemm din tkun komprensiva u solida biżżejjed. Dan jeħtieġ titjib robust sabiex jiġi żgurat ir-rispett sostenibbli fit-tul għad-drittijiet fundamentali u għal-libertajiet tagħna. Fejn din tiġi adottata, wara l-ewwel valutazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea, id-deċiżjoni għandha tiġi riveduta fil-ħin biex jiġu identifikati l-passi rilevanti għal soluzzjonijiet iktar fit-tul biex jissostitwixxu Tarka tal-Privatezza b'qafas legali iktar b'saħħtu u stabbli biex tingħata spinta lir-relazzjonijiet Transatlantiċi.

Il-KEPD jinnota wkoll mill-abbozz tad-deċiżjoni u l-annessi tiegħu li, minkejja t-tendenzi riċenti għall-mixja minn sorveljanza indiskriminata fuq bażi ġenerali, għal approċċi iktar immirati u magħżula, l-iskala ta' intelliġenza ta' sinjali u l-volum trasferit ta' data mill-UE, soġġetta għal ġbir potenzjal ladarba tkun trasferita u b'mod partikolari meta tkun fi tranżitu, probabbilment xorta tista' tkun għolja u għalhekk miftuħa għal mistoqsijiet.

Għalkemm dawn il-prattiki jistgħu wkoll jirrelataw mal-intelliġenza f'pajjiżi oħra u filwaqt li nilqgħu t-trasparenza tal-awtoritajiet tal-Istati Uniti dwar din ir-realtà l-ġdida, dan l-abbozz ta' deċiżjoni jista' jiġi interpretat bħala li jilleġittimizza din ir-rutina. Il-kwistjoni teħtieġ skrutinju demokratiku pubbliku serju. Għalhekk, aħna ninkoraġġixxu lill-Kummissjoni Ewropea biex tagħti sinjal iktar b'saħħtu: minħabba l-obbligi li jaqgħu fuq l-UE skont it-Trattat ta' Lisbona, l-aċċess u l-użu mill-awtoritajiet pubbliċi tad-data trasferita għal skopijiet kummerċjali, inkluż meta tkun fi tranżitu, jistgħu jsiru biss bħala eċċezzjoni u meta jkun indispensabbli għal skopijiet ta' interess pubbliku speċifikati.

Barra minn hekk, ninnutaw li rappreżentazzjonijiet essenzjali rilevanti għall-ħajjiet privati ta' individwi fl-UE jidhru li huma elaborati biss f'dettalji importanti f'ittri interni lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti (pereżempju, dikjarazzjonijiet li jikkonċernaw attivitajiet tal-intelliġenza tas-sinjali mill-kejbils Transatlantiċi, jekk ikun hemm) (13). Għalkemm ma niddubitawx l-awtorità tal-awturi distinti tagħhom u nifhmu li ladarba jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali u r-Reġistru Federali, dawn ir-rappreżentazzjonijiet jiġu kkunsidrati bħala “garanziji bil-miktub” li fuq il-bażi tagħhom issir il-valutazzjoni tal-UE, fuq bażi ġenerali ninnutaw li l-importanza ta' xi wħud minnhom tixraqilhom valur legali ogħla.

Minbarra l-bidla leġiżlattiva u l-ftehimiet internazzjonali (14), jistgħu jiġu esplorati soluzzjonijiet prattiċi addizzjonali. L-Opinjoni tagħna timmira li tipprovdi pariri pragmatiċi f'dan ir-rigward.

IV.   Konklużjoni

Il-KEPD jilqa' l-isforzi murija mill-partijiet biex isibu soluzzjoni għat-trasferimenti tad-data personali mill-UE għall-Istati Uniti għal skopijiet kummerċjali f'sistema ta' awtoċertifikazzjoni. Madankollu, hemm bżonn ta' titjib robust sabiex jinkiseb qafas solidu u stabbli fit-tul.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Mejju 2016.

Giovanni BUTTARELLI

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  Kawża C-362/14, Maximillian Schrems vs il-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data, 6 ta' Ottubru 2015 (minn hawn 'il quddiem: “Schrems”).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/520/KE tas-26 ta' Lulju 2000 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-adegwatezza tal-protezzjoni pprovduta mill-prinċipji ta’ privatezza ta’ port salv u li tirrigwarda mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss maħruġa mid-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti (notifikata permezz ta’ dokument numru C(2000) 2441), (ĠU L 215, 25.8.2000, p. 7).

(3)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-XXX skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-adegwatezza tal-protezzjoni pprovduta mit-Tarka tal-Privatezza ta’ bejn l-UE u l-Istati Uniti, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice/data-protection/files/privacy-shield-adequacy-decision_en.pdf

(4)  Ara l-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar “Nerġgħu nibnu l-fiduċja fil-Flussi tad-data ta' bejn l-UE u l-Istati Uniti” u dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar “il-Funzjonament tal-Port Salv mill-Perspettiva taċ-Ċittadini tal-UE u l-Kumpaniji Stabbiliti fl-UE”, 20 ta' Frar 2014 u t-trattazzjoni tal-KEPD fis-smigħ tal-QtĠ-UE fil-kawża Schrems, disponibbli fuq: https://secure.edps.europa.eu/EDPSWEB/webdav/site/mySite/shared/Documents/Consultation/Court/2015/15-03-24_EDPS_Pleading_Schrems_vs_Data_Commissioner_EN.pdf)

(5)  Il-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 fl-Opinjoni 1/2016 dwar id-deċiżjoni ta' adegwatezza tat-Tarka tal-Privatezza ta’ bejn l-UE u l-Istati Uniti, (GĦ 238), disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/jus.tice/data-protection/article-29/documentation/opinion-recommendation/files/2016/wp238_en.pdf

(6)  Ara wkoll id-diskors ewlieni mill-Kummissarju tal-Informazzjoni tar-Renju Unit Christopher Graham fil-Konferenza Intensiva Ewropea tal-Protezzjoni tad-data tal-IAPP tal-2016 f'Londra. (Vidjow) diskors disponibbli fuq: https://iapp.org/news/video/iapp-europe-data-protection-intensive-2016-christopher-graham-keynote/

(7)  Ittra lill-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 u lil istituzzjonijiet oħrajn, iffirmata minn Access Now u minn 26 NGO oħra.

(8)  Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Mejju 2016 dwar il-flussi tad-data Transatlantiċi (2016/2727(RSP)).

(9)  Idem, para. 14.

(10)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(11)  Schrems, para. 71, 73, 74 u 96.

(12)  Dan l-approċċ diġà kien ikkunsidrat f'waħda mill-karti bikrin tal-GĦ29 dwar is-suġġett tat-trasferimenti tad-data (GĦ12: “Working document on transfers of personal data to third countries: Applying Articles 25 and 26 of the EU data protection directive” (Dokument ta' ħidma dwar it-trasferimenti ta' data personali lejn pajjiżi terzi: L-applikazzjoni tal-Artikoli 25 u 26 tad-Direttiva tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data), 24 ta' Lulju 1998).

(13)  Ara pereżempju, il-kjarifiki fl-Anness VI.1. a), li PPD28 japplika għad data miġbura mill-kejbils Transatlantiċi mill-Komunità tal-Intelliġenza tal-Istati Uniti.

(14)  Fis-seduta ta' smigħ tal-QtĠ-UE fil-kawża Schrems, il-KEPD iddikkjara li “L-unika soluzzjoni effettiva hija n-negozjar ta' ftehim internazzjonali li jagħti protezzjoni adegwata kontra sorveljanza indiskriminata, inkluż obbligi dwar sorveljanza, trasparenza, rimedju u drittijiet tal-protezzjoni tad-data”, it-trattazzjoni tal-KEPD fis-seduta ta' smigħ tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Marzu 2015 fil-Kawża C-362/14 (Schrems vs il-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data).


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

15.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/12


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2016/C 257/06)

B’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ġie deċiż li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella li ġejja:

Data u ħin tal-għeluq

9.6.2016

Tul ta’ żmien

9.6.2016 sal-31.12.2016

Stat Membru

Il-Latvja

Stokk jew grupp ta’ stokkijiet

RED/N1G14P u RED/*5-14P

Speċi

Redfish (Sebastes spp.)

Żona

L-ilmijiet ta' Greenland taż-żona NAFO 1F u l-ilmijiet ta' Greenland taż-żoni V u XIV kif ukoll l-ilmijiet internazzjonali taż-Żona ta' Konservazzjoni tar-Redfish

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta' referenza

13/TQ72


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1


15.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/12


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2016/C 257/07)

F’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ġie deċiż li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella li ġejja:

Data u ħin tal-għeluq

11.6.2016

Tul ta’ żmien

11.6.2016 sal-31.12.2016

Stat Membru

Il-Ġermanja

Stokk jew grupp ta’ stokkijiet

RED/N1G14P u RED/*5-14P

Speċi

Redfish (Sebastes spp.)

Żona

L-ilmijiet ta’ Greenland taż-żona NAFO 1F u l-ilmijiet ta’ Greenland taż-żoni V u XIV kif ukoll l-ilmijiet internazzjonali taż-Żona ta’ Konservazzjoni tar-Redfish

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

14/TQ72


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

15.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/13


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7973 — Gerdau/Sumitomo/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 257/08)

1.

Fis-7 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Gerdau SA (“Gerdau”, il-Brażil) u Sumitomo Corporation (“Sumitomo”, il-Ġappun) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (“JV” (joint venture), il-Brażil), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Gerdau: il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-azzar, permezz tal-fabbriki tagħha li jinsabu f’14-il pajjiż differenti fl-Ameriki, fl-Asja u fl-Ewropa.

—   għal Sumitomo: il-kummerċ ta’ prodotti tal-metall, it-trasport u l-kostruzzjoni ta’ sistemi, l-ambjent u l-infrastruttura, il-kimiċi u l-elettronika, il-midja, in-netwerks u oġġetti relatati mal-istil ta’ ħajja, riżorsi minerali u l-enerġija.

—   għall-JV: il-manifattura u l-bejgħ ta’ rombli maħduma u fonduti għall-irrumblar u prodotti tal-azzar maħdum bħalma huma x-xaft prinċipali u ċ-ċrieki għall-berings l-aktar għat-turbini tar-riħ, il-produzzjoni taz-zokkor tal-kannamieli, il-minjieri, is-siment, il-ġeneraturi elettriċi jew tal-fwar, negozji taż-żjejt u tal-gass.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7973 — Gerdau/Sumitomo/JV, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


15.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/14


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8081 — Triton/Voith Industrial Services)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 257/09)

1.

Fis-7 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Triton Fund IV (“Triton”, ir-Renju Unit) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tan-negozju ta’ Voith Industrial Services (“VISer”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Triton: ditta privata tal-investimenti tal-ekwità ddedikata għal investiment f’negozji bbażati fl-Ewropa f’varjetà ta’ setturi tan-negozju,

—   VISer: attiva fis-suq għall-provvista ta’ servizzi tekniċi fis-settur tal-Karozzi, fis-settur tas-Servizzi tal-Inġinerija u fis-setturi tal-Energy-Petro-Kimiċi. Is-servizzi jinkludu l-ġestjoni ta’ faċilitajiet tekniċi, il-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ fabbriki, l-inġinerija tal-manifattura, id-disinn tal-komponenti u l-manifattura.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+ 32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8081 — Triton/Voith Industrial Services, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


15.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/15


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8095 — Ferrari Financial Services/FCA Bank/FFS JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 257/10)

1.

Fit-8 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha FCA Bank, bażikament ikkontrollat minn Fiat Chrysler Automobiles Italy (“FCA”, l-Italja) u Crédit Agricole Consumer Finance (“CA”, Franza), jakkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Ferrari Financial Services AG (“FFS JV”, il-Ġermanja) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   FCA Bank: attiv fil-finanzjament tal-vetturi fi 17-il Stat Membru tal-UE,

—   FFS JV: attiva fil-finanzjament ta’ karozzi tal-Ferrari għal klijenti privati u korporattivi fil-Ġermanja, ir-Renju Unit u l-Isvizzera.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8095 — Ferrari Financial Services/FCA Bank/FFS JV, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

15.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/16


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2016/C 257/11)

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

“VALE OF EVESHAM ASPARAGUS”

Nru tal-UE: PGI-GB-02108 — 21.1.2016

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Isem

“Vale of Evesham Asparagus”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Ir-Renju Unit

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

“Vale of Evesham Asparagus” huwa l-isem mogħti lill-ispraġ aħdar li jitkabbar fiż-żona ġeografika ddefinita. “Vale of Esham Asparagus” huwa prodott biss bejn ix-xhur ta’ April u Lulju.

Il-kulur tal-“Vale of Esham Asparagus” jista’ jvarja minn aħdar ċar għal aħdar skur, bil-ponta vjola skont ir-rata ta’ tkabbir u t-temperaturi billejl.

Il-forma tista’ tvarja b’modi sottili ħafna skont il-varjetà. Forom tipiċi huma zkuk irqaq twal ta’ dijametru minn 8 mm f’nofs il-lanza sa 24 mm. It-tul massimu għall-ħsad huwa ta’ 22 cm. L-ispraġ nej għandu togħma tixbaħ dik ta’ piżelli friski u huwa fraġli u jqarmeċ. L-ispraġ imsajjar jieħu t-togħma sħiħa ta’ qaqoċċ bnin u b’togħma ta’ ġewż, u għandu aroma ħafifa ta’ ħaxix u piżelli friski li tista’ tvarja skont it-temperatura li jkun hemm waqt il-ħsad.

Il-“Vale of Evesham Asparagus” jinbiegħ f’forma ta’ mazz marbut flimkien, f’pakkett issiġillat jew f’geżwira tal-plastik għas-supermarkets u sfuż f’forma ta’ mazzi għall-ħwienet ta’ prodotti agrikoli. Il-prodott irid jissodisfa l-ispeċifikazzjoni ta’ kwalità ta’ Evesham Asparagus li ġejja hawn taħt:

Dimensjonijiet

Il-prodott jiġi kklassifikat f’mazzi mirqumin bl-idejn b’mod indaqs b’tul ta’ bejn 15 u 22 cm. Il-varjazzjoni tad-dijametri tal-ispraġ ġol-mazz għandha tkun ta’ 4 mm kif ġej: 4-8, 8-12, 12-16, 16-20, 20-24 mm, imkejla min-nofs tal-lanza.

Attributi ta’ Kwalità

Iz-zkuk tal-ispraġ għandhom ikunu nodfa, friski u sħaħ, mingħajr ebda sinjal ta’ ħsara, pesti ħajjin jew mard progressiv.

Il-kurvatura għandha tkun minima u l-prodotti orjentati fil-prodott finali biex jippreżentaw dehra uniformi. Fejn hemm kurvatura tat-tarf nett ta’ aktar minn 70 grad, dan l-ispraġ m’għandux jintuża. Dan jgħodd ukoll għal spraġ b’kurvatura fin-nofs tat-tul tiegħu. Il-ponot tal-ispraġ għandu jkollhom spiga żgħira u magħluqa.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-għalla għandha titkabbar fiż-żona tal-Vale of Evesham kif definit fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-“Vale of Evesham Asparagus” jinbiegħ bħala prodott ikklassifikat skont id-dijametru u t-tul.

Imbagħad il-prodott jiġi ppakkjat f’forma ta’ mazz marbut flimkien, f’pakkett issiġillat jew f’geżwira tal-plastik għas-supermarkets, u sfuż f’forma ta’ mazzi għall-ħwienet ta’ prodotti agrikoli.

Il-prodott għandu jiġi marbut fi gruppi b’varjazzjoni ta’ dijametru ta’ 4 mm u għandu jissodisfa l-ispeċifikazzjoni ta’ kwalità ta’ Evesham Asparagus.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Il-logo tal-“IĠP” għandu jidher fuq it-tikkettar kollu fl-istess kamp viżiv tal-isem protett.

Il-logo tal-IĠP għandu jkun fil-“format” korrett u b’dijametru ta’ mhux inqas minn 15 mm

L-imballaġġ u l-materjal kollu tal-post tal-bejgħ għandhom ikollhom fuqhom in-numru ta’ ċertifikazzjoni tal-produttur kif maħruġ mill-korp ta’ spezzjoni.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona hija ddefinita miż-żoni distrettwali ta’ Malvern Hills, Wychavon u l-konfini tad-distrett amministrattiv ta’ Stratford upon Avon.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

It-togħma u s-sawra tal-“Vale of Evesham Asparagus” jiġu l-aktar mill-kundizzjonijiet tat-tkabbir u l-ambjent tal-ħamrija tal-Vale of Evesham, kif ukoll l-għarfien u l-esperjenza ta’ kif l-aħjar jitkabbar il-prodott. Il-Vale of Evesham għandu storja twila ta’ tkabbir tal-ispraġ, u hemm ħafna tradizzjoni madwar il-prodott. Il-Vale of Evesham igawdi minn reputazzjoni li jipproduċi spraġ tal-ogħla kwalità.

Il-mikroklima tal-Vale of Evesham u t-tipi ta’ ħamrija prevalenti huma fatturi kruċjali fl-iżgurar tal-kwalità tal-prodott. L-ispraġ imkabbar fiż-żona ġeografika huwa ddefinit mill-għelieqi uniċi ta’ ħamrija ramlija u fonda li jiġu mill-ġebel ramli sottostanti ta’ Devon fil-baċiri tax-xmajjar Severn (Worcestershire) u Avon (Worcestershire u Warwickshire). Il-ħamrija ramlija hija skulata sew mill-ilma u tisħon malajr fit-temperaturi tar-rebbiegħa.

It-togħma tal-“Vale of Evesham Asparagus” hija magħmula minn metaboliti primarji prodotti direttament permezz tal-fotosinteżi, pereżempju zokkrijiet; u metaboliti sekondarji, prodotti mill-pjanta bħala rispons għall-kundizzjonijiet ambjentali u ħafna drabi bħala reazzjoni għall-istress veġetali. Il-mikroklima u l-ambjent tal-ħamrija li fihom jitkabbar ir-rimja tal-pjanta huma għalhekk ta’ importanza kritika fl-iżvilupp tat-togħma tal-prodott.

Il-Vale of Evesham jipprovdi klima moderata bi sjuf sħan u nixfin li jiffavorixxu l-fotosinteżi matul il-perjodu li l-pjanta tnebbet u li jippermettu n-nebbieta tibqa’ ħadra sal-bidu tal-ħarifa; din il-felċa tardiva tippermetti li jkun hemm żmien twil għall-formazzjoni ta’ blanzuni u twassal għall-firxa tad-daqsijiet taz-zkuk tal-ispraġ li hija karatteristika tal-“Vale of Evesham Asparagus” kif ukoll għal livell għoli ta’ karboidrati lill-ixniexel li jwassal għal togħma ħelwa bħal dik tal-piżelli lill-għalla tas-sena ta’ wara. Il-livell medju ta’ xita fir-reġjun huwa ta’ 700 mm li huwa mifrux sew matul is-sena u li jelimina l-ħtieġa għat-tisqija matul il-perjodu li l-pjanta tnebbet (bejn Lulju u Ottubru). It-temperaturi fis-sajf ivarjaw minn 15 sa 30 °C. Fir-rebbiegħa t-temperatura tal-ħamrija tiżdied gradwalment li bil-mod toħroġ ir-rimja tal-pjanta mir-raqda u tipproduċi bidu bikri tal-istaġun f’April. It-temperaturi matul l-istaġun ivarjaw fuq medda wiesgħa u din il-varjanza fit-temperatura tingħaqad mal-karatteristiċi tal-ħamrija biex tipprovdi grad ta’ stress ħafif li jżid it-togħma klassika tal-“Vale of Evesham Asparagus”.

Il-ħamrija ramlija tal-għelieqi tal-“Vale of Evesham Asparagus” tipprovdi fond ta’ ħamrija biżżejjed biex ir-rimja tal-pjanta jistabbilixxu xniexel fondi li bihom jinħażnu z-zokkrijiet prodotti matul is-sajf. Dan iżid is-saħħa tar-rimja tal-pjanta u jagħti ħlewwa addizzjonali lill-għalla. Dawn jisħnu sew fir-rebbiegħa, li jippermetti li jkun hemm staġun bikri. Il-frazzjoni tar-ramel fil-ħamrija tisħon bi profil termali ddefinit b’mod ċar u dan jibdel ir-rata ta’ tkabbir tal-ispraġ hekk kif jiżviluppa. Dan kollu jikkontribwixxi għall-produzzjoni ta’ metaboliti sekondarji (inkluż il-bilanċ tal-antoċjani) li jagħtu t-togħma tipika lill-ispraġ mill-Vale of Evesham.

In-natura reattiva tal-ħamrija tfisser li t-temperaturi tal-ħamrija jirreaġixxu malajr għat-tibdil fit-temperaturi ta’ binhar u ta’ billejl u jipprovdu stress ħafif ieħor lir-rimja tal-pjanta fir-rebbiegħa li jgħin fl-iżvilupp tat-togħma u jippromwovi l-karattru distintiv tal-Vale of Evesham. In-nuqqas ta’ frazzjoni tat-tafal sinifikanti jfisser li l-ħamrija tipprovdi inqas reżistenza mekkanika liz-zkuk tal-ispraġ u tippermetti l-moviment relattivament ħieles tal-ispraġ ħiereġ mill-ħamrija. Dan jagħti dijametru relattivament indaqs u konsistenza delikata u soda lill-ispraġ.

Il-kombinament uniku tal-ħamrija u l-mikroklima jipproduċi spraġ li jikber b’rata mgħaġġla, u t-togħma u l-konsistenza li huma karatteristiċi tal-ispraġ tal-Vale of Evesham. L-għelieqi jinnewbu, iżda ġeneralment ma jistgħux jiġu miżrugħa mill-ġdid bl-ispraġ għal madwar 30 sena minħabba l-pressjoni tal-mard li takkumula fil-ħamrija. L-aqwa għelieqi tal-ispraġ huma ħielsa mill-ġebel minħabba li dan jippermetti t-tkabbir tal-ispraġ bla xkiel waqt li jikbru mill-ħamrija u joħorġu mill-wiċċ tal-art. Dan huwa importanti peress li jekk ikun hemm wisq ġebel, dan ifixkel il-kwalità tal-ispraġ. L-għażla tas-sit hija kritika ħafna u, għal dawn ir-raġunijiet, mhux kull għalqa tkun tajba għall-produzzjoni tal-ispraġ. Huwa importanti wkoll li dawk li jkabbru l-ispraġ iqisu l-ambjent u jagħżlu biss dawk l-għelieqi li għandhom l-aspett korrett li ma jinkoraġġix l-erożjoni tal-ħamrija fin-nixxigħat. L-għelieqi għandhom ikunu ġeneralment ftit immejla, għall-aħjar aspett. Għalhekk, mhuwiex b’kumbinazzjoni li l-għelieqi tal-ispraġ jinsabu f’dawn iż-żoni tal-baċini tax-xmara li huma l-aktar adattati għall-produzzjoni tal-ispraġ.

Sabiex jinkisbu l-aħjar riżultati, dak li jkabbar l-ispraġ, bl-użu tal-esperjenza fl-għelieqi, jeħtieġ dejjem li joqgħod attent meta jiddeċiedi rigward meta jippulverizza u jiddeidra n-nebbieta tas-sena ta’ qabel u meta għandu jlesti l-art għall-istaġun tal-ħsad li jmiss. Huwa importanti li l-ħamrija tkun niexfa biżżejjed sabiex tiflaħ il-piż tat-trattur biex it-tirsis tal-għeruq ikun minimizzat. Ħamrija niedja li tintuża bħala art tal-ispraġ tissaffi tajjeb mill-ilma u ssir kompatta malajr ħafna bix-xita sussegwenti u meta tintrifes waqt il-ħsad. Dak li jkabbar l-ispraġ jeħtieġ ukoll li jifhem ir-riskju tal-esponiment għar-riħ għal ċerti varjetajiet li n-nebbieta tagħhom ma għandhiex is-saħħa li tibqa’ wieqfa għall-perjodu fotosintetiku ta’ wara l-ħsad. Varjetajiet b’kontenut baxx ta’ Linjin m’għandhomx jitħawlu f’postijiet b’ħafna riħ peress li dawn jaqgħu matul il-perjodu ta’ tkabbir tan-nebbieta tal-pjanta u ma jipproduċux biżżejjed karboidrat fl-għeruq biex iżommu l-produzzjoni ekonomika fis-sena ta’ wara.

Fil-bidu ta’ kull staġun ta’ tkabbir il-ħassada kollha jiġu mħarrġa fil-ħila tal-qtugħ tal-ispraġ. Tintuża sikkina qasira bis-snien, l-ewwel biex jitkejjel l-għoli korrett taz-zokk tal-ispraġ, u t-tieni sabiex, b’azzjoni ta’ daqqa lura u oħra “l quddiem iz-zokk ikun jista” jinqata’ eżatt taħt il-livell tal-ħamrija mingħajr ma jaqa’ fil-ħamrija. L-ispraġ imbagħad jitqiegħed f’tilari fl-għalqa, bil-ponot iħarsu lejn xulxin, biex jiġi evitat li l-ħamrija tidħol fit-tarf li tittiekel tal-ħaxixa.

Matul l-istaġun, dak li jkabbar l-ispraġ għandu juża l-ħila tiegħu sabiex jiddetermina meta għandu jsir il-ħsad ta’ kull għalqa. Matul il-perjodi friski fejn it-temperaturi tal-ħamrija jkunu qrib ta’ 10 gradi ċentigradi, il-produzzjoni timxi bil-mod u l-ħassada jridu jintbagħtu fl-għelieqi kull jumejn sabiex jaqtgħu t-tul korrett għall-produzzjoni tal-ispraġ. Madankollu, jekk it-temperaturi tal-ħamrija jiżdiedu għal aktar minn 14-il grad ċentigrad, l-isparġ jikber f’daqqa” u dawk li jkabbru l-ispraġ ikollhom jaħsdu l-għelieqi mill-aktar fis possibbli, xi drabi darbtejn kuljum jekk ikun meħtieġ.

Il-Vale of Evesham huwa magħruf għall-produzzjoni tiegħu ta’ din il-ħaxixa lussuża — l-ispraġ jew “Gras” kif inhu magħruf lokalment. Evesham hija l-unika ċentru ta’ belt fir-Renju Unit b’għalqa tal-ispraġ fil-konfini tagħha, u tant hija importanti l-għalla għall-istorja ekonomika u kulturali tal-Vale of Evesham, li ġie żviluppat avveniment ewlieni li jiċċelebra din il-ħaxixa maestuża li jattira eluf ta’ viżitaturi minn madwar id-dinja. Il-festival jiġi organizzat fir-reġjun biex jippromwovi din l-għalla u kumpanija ta’ interess komunitarju, li l-applikanti kollha huma membri tagħha, bl-uniku għan li jippromwovu l-ispraġ fl-inħawi. F’St George’s Day jitnieda l-Festival tal-Ispraġ b’Ġirja tal-Ispraġ tul il-wied.

F’Bretforton, il-Fleece Inn, li għandha 650 sena, torganizza Irkant tal-Ispraġ kull sena li ilu jiġi organizzat għal mill-inqas 35 sena. L-aħjar zkuk tal-ispraġ lokali jew “buds of gras” jiġu marbutin sew bi strixxi ta’ njam taż-żafżafa f’mazzi tradizzjonali u rkantati jew jittellgħu b’lotterija b’risq il-Bretforton Silver Band. L-aktar li qatt ġie mħallas għal għanqud kien GBP 750, mir-Round of Gras pub f’Badsey, li jiddikjara li huwa l-uniku pub imsemmi għal għanqud tal-ispraġ. Diversi avvenimenti oħra li huma relatati mal-ispraġ iseħħu fil-wied bejn it-23 ta’ April u l-21 ta’ Ġunju ta’ kull sena, li huwa l-perjodu tal-ħsad, u dawn l-avvenimenti joffru l-opportunità biex wieħed itiegħem, jixtri, isajjar u jitgħallem dwar wieħed mill-ispeċjalitajiet l-aktar imfittxin tan-nazzjon.

L-ispraġ li jikber fil-Vale of Evesham jikkostitwixxi tradizzjoni li għandha storja antika li tmur lura għall-1768 meta Arthur Young, is-Segretarju tal-Bord tal-Agrikultura, żar din il-belt. Fil-ktieb tiegħu A Six Months Tour of the North of England, ippubblikat fl-1771, jgħidilna li l-ispraġ kien jinġarr minn Evesham lejn Bath u Bristol biex jinbiegħ. Ittra minn kittieb minn Evesham lill-gazzetta The Morning Chronicle, fit-30 ta’ Awwissu 1782, ukoll issemmi li l-ispraġ kien qiegħed jiġi mibgħut mill-belt lejn Bath u Bristol.

W Pitt, fil-General View of the Agriculture of the County of Worcester (1813) tiegħu, jirrakkonta li ra bosta meded tal-ispraġ fl-għelieqi. (F’dan il-kuntest, “medda” tirreferi għal medda kbira ta’ wita.) Fl-1830, ir-Royal Horticultural Society tat medalja lil Anthony New għall-kampjuni fini tal-ispraġ tiegħu li ġew esibiti f’wirjiet tal-Vale of Evesham Society f’din is-sena u fis-sena ta’ qabel. (Ara Gaut: A History of Worcs Agriculture, paġna 294).

Bit-tkabbir mgħaġġel tal-industrija tal-ġardinaġġ kummerċjali matul l-aħħar kwart tas-seklu 19, l-erja ta’ fejn jitkabbar l-ispraġ fil-Vale of Evesham żdiedet ukoll. “The L.B.G. Story” (Littleton & Badsey Growers Ltd), ta’ CA Binyon tirrakkonta l-assoċjazzjoni storika tal-Vale of Evesham mal-produzzjoni tal-ispraġ. Mill-1925 sal-1981 il-Vale of Evesham Asparagus Growers Association kienet teżisti biex tippromwovi l-produzzjoni tal-ispraġ fl-inħawi.

Hemm ukoll evidenza aneddottali u fotografika disponibbli li tappoġġa l-istorja tal-produzzjoni tal-ispraġ f’dawn l-inħawi disponibbli mill-Badsey Society (www.badsey.org.uk).

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://www.gov.uk/government/publications/protected-food-name-vale-of-evesham-asparagus-pgi


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.