ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 59 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
III Atti preparatorji |
|
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
|
2016/C 252/01 CON/2016/26 |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2016/C 252/02 |
||
2016/C 252/03 |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2016/C 252/04 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8115 — Partners Group/Foncia Holding u s-sussidjarji tagħha) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
2016/C 252/05 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7984 — Bridgestone/Pneuhage/JV) ( 1 ) |
|
2016/C 252/06 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8020 — Sherwin-Williams/Valspar) ( 1 ) |
|
Rettifika |
|
2016/C 252/07 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
III Atti preparatorji
Il-Bank Ċentrali Ewropew
12.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/1 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-20 ta’ April 2016
dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 sabiex tiġi stabbilita Skema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti
(CON/2016/26)
(2016/C 252/01)
Introduzzjoni u bażi legali
Fl-20 ta’ Jannar 2016 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 sabiex tiġi stabbilita Skema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti (1) (iktar ’il quddiem ir-“regolament propost”). Fl-1 ta’ Frar 2016, il-BĊE rċieva talba mingħand il-Parlament Ewropew għal opinjoni dwar ir-regolament propost.
Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) billi r-regolament propost fih dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kontribuzzjoni tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali għat-tmexxija bla xkiel tal-politika dwar l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 127(5) TFUE, u l-kompiti tal-BĊE dwar politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, kif imsemmi fl-Artikolu 127(6) TFUE. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
1. Osservazzjonijiet ġenerali
1.1. |
Skema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti (EDIS) hija t-tielet pilastru neċessarju sabiex tiġi kkompletata l-Unjoni Bankarja, wara l-istabbiliment tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) u l-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (MUR). Billi r-responsabbiltà u l-kontroll għandhom jiġi allinjati, li tiġi stabbilita xibka ta’ sigurtà komuni għad-depożitanti fil-livell Ewropew hija l-konsegwenza loġika sabiex tiġi elevata għal-livell Ewropew ir-responsabbiltà għas-superviżjoni u r-riżoluzzjoni bankarja. Bl-MSU u l-MUR kompletament operattivi, l-awtoritajiet nazzjonali fil-biċċa l-kbira m’għadx għandhom kontroll fuq l-elementi ewlenin li jiddeterminaw jekk skema ta’ garanzija tad-depożiti nazzjonali (SGD) għandhiex tagħmel ħlasijiet lil depożitanti assigurati jew tikkontribwixxi għal finanzjament ta’ riżoluzzjoni. Għalhekk, ir-responsabbiltà sabiex jiġi żgurat li hemm mezzi finanzjarji suffiċjenti biex tisseddaq l-kunfidenza tad-depożitanti kollha u għalhekk tiġi ssalvagwardata l-istabbiltà finanzjarja għandha tiġi assunta fl-istess livell u tiġi elevata għall-EDIS. Ir-regolament propost isegwi r-rakkomandazzjonijiet mir-Rapport tal-Ħames Presidenti (2), li appella għat-tnedija tal-EDIS. Kif ġie indikat fir-rapport, sistema bankarja tista’ tkun verament uniformi biss jekk il-livell ta’ kunfidenza fis-sigurtà tad-depożiti bankarji tkun għolja bl-istess mod fl-Istati Membri kollha. L-EDIS iġġib ukoll benefiċċji li jirriżultaw mir-riskju tad-diversifikazzjoni u tkun iktar tista’ tiflaħ għal xokkijiet, billi r-riskji jinfirxu iktar fil-wisa’ fuq grupp ta’ istituzzjonijiet finanzjarji, u avvenimenti ta’ ħlas individwali jkunu inqas probabbli li jegħlbu l-kapaċità tas-sistema. |
1.2. |
Il-BĊE jikkondividi bi sħiħ il-fehma tal-Kummissjoni li sistema unika ta’ protezzjoni ta’ depożitu hija t-tielet pilastru neċessarju tal-Unjoni Bankarja u li hija meħtieġa sabiex issaħħaħ iktar il-protezzjoni tad-depożitanti u sseddaq l-istabbilità finanzjarja, biex b’hekk tikkontribwixxi għat-tisħiħ dejjem ikbar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (EMU) (3). |
1.3. |
Il-BĊE jilqa’ wkoll il-fatt li r-regolament propost jistabbilixxi proċess gradwali ta’ żieda tal-assigurazzjoni reċiproka tal-SGD parteċipanti sabiex finalment tintlaħaq sistema uniformi ta’ assigurazzjoni ta’ depożitu li tillimita r-rabta bejn bank u s-sovran domestiku tiegħu. |
1.4. |
Kumplessivament, il-BĊE jilqa’ l-fatt li r-regolament propost jiffissa pjan direzzjonali u skeda ta’ żmien ċari b’passi tranżitorji ddefiniti b’mod ċar u limitati lejn EDIS żviluppata għal kollox. L-istadji tar-riassigurazzjoni u tal-koassigurazzjoni għandhom għalhekk jitqiesu bħala tranżizzjonijiet lejn assigurazzjoni sħiħa, li hija skedata li tibda fl-2024. Dan l-approċċ fi stadji jieħu inkunsiderazzjoni l-bżonn li jsir iktar progress f’oqsma oħrajn tal-Unjoni Bankarja u l-EMU inġenerali. Barra minn hekk, dan l-approċċ għandu l-għan li jiżgura li hemm biżżejjed żmien sabiex jiġu akkumulati kontribuzzjonijiet ex-ante ġewwa l-Unjoni Bankarja qabel il-bidu tal-istadju tal-assigurazzjoni sħiħa. Fl-aħħar nett, se jiġi żgurat trattament ugwali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati mal-SGD parteċipanti billi jittieħdu inkunsiderazzjoni riskji speċifiċi għall-istituzzjonijiet dwar l-istituzzjonijiet ta’ kreditu l-oħrajn kollha fl-Unjoni Bankarja meta jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet rispettivi tagħhom. Sabiex tisseddaq iktar il-kredibbiltà tal-EDIS u sabiex tinqata’ effettivament ir-rabta bank/sovran fil-livell nazzjonali, mekkaniżmu ta’ sostenn pubbliku komuni fiskalment newtrali għall-EDIS għandu jiġi stabbilit mhux iktar tard mill-bidu tal-istadju ta’ assigurazzjoni sħiħa. |
1.5. |
Madankollu, Unjoni Bankarja li taħdem tajjeb teħtieġ iktar passi lil hinn mit-twaqqif tal-EIDS. Għal dan l-iskop il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lejn it-tlestija tal-Unjoni Bankarja” (4) tipprovdi numru ta’ miżuri biex jitnaqqsu iktar r-riskji fis-settur bankarju u sabiex ikun hemm kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd. F’dan il-kuntest, il-BĊE jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni sħiħa u f’waqtha tad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) bħala prekundizzjoni neċessarja għall-EDIS u għalhekk jitlob lill-Istati Membri kkonċernati jikkonformaw ma’ dan l-obbligu kemm jista’ jkun malajr (6). Il-BĊE jilqa’ u jappoġġa bi sħiħ kull miżura oħra ta’ tnaqqis ta’ riskju li ssemmi l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni. Hemm bżonn li jsir progress fuq dawn il-miżuri oħrajn b’mod parallel mat-twaqqif tal-EDIS, mhux biss sabiex jiġu assigurati kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd, iżda wkoll sabiex tiġi promossa wkoll l-integrazzjoni finanzjarja. Madankollu, soluzzjoni li tagħmel tranżizzjoni minn fażi waħda tal-EDIS għall-oħra li tiddependi fuq il-progress fir-rigward tat-tnaqqis tar-riskju tista’ tikkawża dewmien. Jekk tali introduzzjoni kundizzjonali gradwali tal-EIDS tiġi appoġġata, kull stadju ewlieni dwar it-tnaqqis tar-riskju għandu jkun ddefinit b’mod preċiż ex ante, verifikabbli oġġettivament, jista’ jintlaħaq realistikament u legalment marbut mat-tranżizzjonijiet bejn il-fażijiet fil-proposta tal-EDIS. Sabiex jiġi żgurat li l-EIDS ma tiġix posposta indefinittivament, il-lista tal-istadji ewlenin għandha tinkludi l-iktar elementi importanti li huma meħtieġa għal tisħiħ ulterjuri tal-Unjoni Bankarja. Il-lista għandha primarjament tkun limitata għal kwistjonijiet b’rabta materjali ċara mal-EIDS u m’għandhiex tirriferi għal diskussjonijiet li jkunu għaddejjin li dwarhom l-iskeda taż-żmien ma tkunx ċara. |
1.6. |
Fl-aħħar nett, il-BĊE jikkunsidra li jista’ jkun hemm bżonn ta’ valutazzjoni tal-impatt fuq l-iktar elementi importanti tal-proposta fid-dawl tar-regolament propost u l-interazzjoni tiegħu mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, partikolarment id-Direttiva 2014/49/UE u d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), u r-rwol tal-Bord Uniku tar-Riżoluzzjoni (iktar ’il quddiem il-“Bord”), kif ipparagunat mar-rwol kurrenti tal-korpi deċiżjonali responsabbli għall-SGD nazzjonali. |
2. Osservazzjonijiet speċifiċi
2.1. Għan tar-regolament propost
Il-BĊE jilqa’ l-fatt li r-regolament propost għandu l-għan li jkun konsistenti mad-Direttiva 2014/49/UE billi jikkumplimenta l-prinċipji u r-regoli tiegħu (8). Il-funzjoni ewlenija ta’ SGD taħt id-Direttiva 2014/49/UE “hija li tipproteġi d-depożitanti mill-konsegwenzi tal-insolvenza ta’ istituzzjoni ta’ kreditu” (9). Ir-regolament propost jirregola r-relazzjoni bejn l-EDIS u l-Fond ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti (DIF) u l-SGD, fejn l-iskemi nazzjonali jibqgħu responsabbli għal kollox għall-kumpens tad-depożitanti. F’dan l-isfond il-BĊE jikkunsidra li huwa meħtieġ li jiġi ċċarat espressament, fit-test tar-regolament propost, li l-EDIS għandha wkoll l-għan li jiġi żgurat l-ogħla livell possibbli ta’ protezzjoni tad-depożitanti ġewwa l-Istati Membri tal-Unjoni Bankarja.
2.2. Ambitu tal-EDIS
Il-BĊE jilqa’ wkoll il-fatt li r-regolament propost għandu japplika għall-SGD kollha li huma rrikonoxxuti uffiċjalment fl-Istati Membri parteċipanti fl-Unjoni Bankarja taħt id-Direttiva 2014/49/UE (10), jiġifieri SGD statutorji, SGD kuntrattwali u skemi ta’ protezzjoni istituzzjonali kif ukoll l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha affiljati ma’ dawk l-iskemi. Madankollu, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha b’aċċess għar-riżorsi EDIS għandhom ikunu rregolati u ssorveljati fuq il-bażi tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (11) u tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). Dan jikkonforma għal kollox mar-rakkomandazzjoni tar-Rapport tal-Ħames Presidenti li l-ambitu tal-EDIS għandu jikkoinċidi ma’ dak tal-MSU u li d-drittijiet ibbażati fuq ir-riskju għandhom jitħallsu mill-banek parteċipanti kollha fl-Istati Membri. Fil-fatt, huwa biss bi skema ta’ protezzjoni ta’ depożitu uniformi inklużiva għal kollox li se jintlaħaq livell ugwali ta’ kunfidenza tad-depożitanti ġewwa l-Unjoni Bankarja, biex b’hekk tiġi pprevenuta l-frammentazzjoni tas-suq u d-distorsjoni kompetittiva.
2.3. Governanza tal-EDIS
Il-BĊE jilqa’ l-fatt li l-EDIS se tiġi amministrata mill-Bord. Huwa importanti li l-EDIS tiġi amministrata minn korp indipendenti tal-Unjoni li huwa ssalvagwardat minn influwenza politika u se jiżgura aċċess għad-DIF taħt kundizzjonijiet ugwali għall-SGD kollha. Il-Bord jista’ jistenna li jkun hemm benefiċċju mill-effetti tas-sinerġija billi jiġu amministrati b’mod simultanju l-fondi ta’ assigurazzjoni ta’ riżoluzzjoni u ta’ depożitu, partikolarment billi joqgħod fuq il-kompetenza teknika li akkumula fl-eżerċitar tal-kompiti ta’ riżoluzzjoni meta jamministra l-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF). Jista’ jkun hemm żidiet fl-effiċjenza billi l-amministrazzjoni u l-investiment taż-żewġ fondi jeħtieġu konoxxenzi u kompetenzi tekniċi simili. Madankollu, it-twettiq ta’ dawn il-kompiti ġodda b’mod effettiv jista’ jeħtieġ l-allokazzjoni ta’ riżorsi addizzjonali lill-Bord (ara l-paragrafu 2.9). Ir-riżorsi kemm għall-SRF u d-DIF għandhom jiġu indikati b’mod ċar għall-iskopijiet rispettivi tagħhom, u biex jiġi evitat speċifikament ir-riskju li r-riżorsi għall-protezzjoni tad-depożitu jistgħu jiġu konfużi u potenzjalment “ikkunsmati” għal finijiet ta’ riżoluzzjoni.
Il-BĊE jilqa’ l-arranġamenti proposti fejn il-BĊE huwa intitolat li jaħtar rappreżentant permanenti li jista’ jipparteċipa fil-laqgħat tas-sessjonijiet kollha tal-Bord, inklużi s-sessjonijiet plenarji kollha tal-EDIS u s-sessjoni plenarja konġunta.
Fl-aħħar nett, il-BĊE jilqa’ l-fatt li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali biss jew awtoritajiet maħtura jkunu membri tal-korpi deċiżjonali tal-EDIS. L-ebda entità privata li tamministra SGD nazzjonali ma tkun involuta direttament fis-sessjoni plenarja tal-EDIS. Il-BĊE jilqa’ din ir-restrizzjoni u jfakkar li skont id-definizzjoni pprovduta fl-Artikolu 2(1)(18) tad-Direttiva 2014/49/UE, awtoritajiet maħtura (pubbliċi) biss jitħallew jipparteċipaw fil-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni. Fil-fatt, billi entitajiet privati li jamministraw SGD jappartjenu għal assoċjazzjonijiet bankarji f’ċerti Stati Membri, meta jingħataw aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali dwar banek li huma l-kompetituri tagħhom, dan jista’ jqanqal kwistjonijiet serji ta’ kunfidenzjalità kummerċjali.
2.4. Imminimizzar ta’ spejjeż għal-likwidazzjoni u l-kontroll fuq l-użu tal-EDIS
Meta wieħed iħares lejn il-proċedura ta’ likwidazzjoni, fejn id-Direttiva 2014/59/UE tgħid espressament li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jipprovaw jimminimizzaw l-ispejjeż ta’ riżoluzzjoni u jevitaw il-qerda tal-valur, l-awtoritajiet inkarigati mil-likwidazzjoni għandu jkollhom ukoll l-għan ġenerali li jimminimizzaw l-ispejjeż tal-likwidazzjoni, biex b’hekk jiżguraw it-telf għad-depożiti koperti, u għaldaqstant, l-SGD jiġu mminimizzati. Sabiex jilħqu dan l-għan, l-awtoritajiet inkarigati mil-likwidazzjoni għandhom jitħallew jieħdu l-ktieb tad-depożiti kopert flimkien ma’ ċerti assi oħrajn tal-istituzzjoni ta’ kreditu li qed tfalli u jittrasferuhom lil xerrej tas-settur privat. Dan ix-xiri u tip ta’ assunzjoni ta’ tranżazzjoni jistgħu, f’ħafna każijiet, ikunu inqas għoljin għal SGD milli jsir ħlas tad-depożiti ggarantiti fil-likwidazzjoni. Bl-istess mod, hemm bżonn li jiġi kkjarifikat, fit-test tar-regolament propost, jekk ir-riżorsi finanzjarji tal-EIDS jistgħux jintużaw għall-implimentazzjoni tal-miżuri alternattivi pprovduti bħalissa fl-Artikolu 11(6) tad-Direttiva 2014/49/UE. Billi l-mod kif isir il-proċess ta’ likwidazzjoni se jkun fundamentali għas-salvagwardja tal-fondi tal-SGD u għalhekk ta’ dawk ukoll tal-EDIS, huwa importanti li l-Bord ikollu l-possibbiltà li jeżerċita ċertu kontroll fuq il-proċess tal-likwidazzjoni nazzjonali. Għalhekk, bħar-Regolament (UE) Nru 806/2014, li jipprovdi għall-Bord li jieħu f’idejh ir-riżoluzzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni jekk il-fondi SRF għandhom jintużaw, il-Bord għandu jkun jista’ jipparteċipa fil-proċedura tal-likwidazzjoni jekk x’aktarx li jkun hemm bżonn ta’ riżorsi tal-EDIS. Dan jiżgura li l-kontroll fuq il-proċedura tal-likwidazzjoni tkun allinjata direttament mar-responsabbiltà ġejja mill-protezzjoni tad-depożitu.
2.5. Kontribuzzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju
Il-BĊE jappoġġa bi sħiħ il-fatt li r-regolament propost jintroduċi metodoloġija ġewwa l-Unjoni Bankarja għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju mill-istadju ta’ koassigurazzjoni u li jinnomina lill-Bord biex jiffissal-livell ta’ kontribuzzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu relatat mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu oħrajn li qed jipparteċipaw. Dan huwa kruċjali sabiex jiġi żgurat li l-kontribuzzjonijiet jiġu allokati b’mod ġust u li l-EDIS tkun ffinanzjata b’mod robust. Il-grad ta’ riskju jiġi ddeterminat skont metodoloġija bbażata fuq il-kriterji (13) previsti fl-Artikolu 74c propost. Determinazzjoni bħal dik trid tieħu inkunsiderazzjoni r-riskju speċifiku għall-istituzzjoni relatat mal- istituzzjonijiet oħrajn kollha fl-Unjoni Bankjarja. Meta jiġu pparagunati dawn ir-riskji ġewwa l-Unjoni Bankarja u jsir l-aġġustament tal-kontribuzzjonijiet rispettivi fuq din il-bażi dan jgħin sabiex jitwaqqfu l-inċentivi ġusti għad-deċiżjonijiet tan-negozju u jillimita r-riskji ta’ abbuż (free-riding) u perikoli morali. Dan huwa importanti sabiex jittaffa t-tħassib li ċerti setturi bankarji jistgħu jkunu potenzjalment “issussidjati” minn setturi bankarji oħrajn.
Kwistjoni importanti li għandha tiġi kkunsidrata huwa jekk u sa fejn l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju għad-determinazzjoni tal-livell ta’ kontribuzzjonijiet għandu jirrifletti wkoll il-probabbiltà li tiġi attivata l-assigurazzjoni ta’ depożitu għal istituzzjoni ta’ kreditu, u speċjalment il-probabbiltà li għandha titpoġġa f’likwidazzjoni u mhux riżoluzzjoni.
Barra minn dan, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, ir-regolament propost għandu bżonn jindirizza kif se jintużaw il-kontribuzzjonijiet, li f’ċerti Stati Membri jinġabru ’l fuq mil-livell tar-rekwiżit minimu ta’ 0,8 % ta’ depożiti koperti.
2.6. Ir-rwol tal-BĊE fid-determinazzjoni tal-ammont totali ta’ kontribuzzjonijiet ex ante għal kull SGD parteċipanti
Il-BĊE jilqa’ l-fatt li r-regolament propost jipprevedi li kull sena, għal kemm idum il-perijodu tar-riassigurazzjoni u tal-koassigurazzjoni, il-Bord se jikkonsulta lill-BĊE u lill-awtorità nazzjonali kompetenti qabel id-determinazzjoni għal kull SGD tal-ammont totali ta’ kontribuzzjonijiet ex ante li jista’ jitlob minn istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati mal-SGD rispettivi. Dawn il-kontribuzzjonijiet regolari jirriflettu l-kompetenza tas-superviżuri fir-rigward tal-valutazzjoni tal-possibbiltà ta’ riskju ta’ istituzzjonijiet u jippermettu lill-BĊE u lill-awtoritjiet kompetenti nazzjonali biex jiżguraw li l-proċedura għall-kalkolu u l-ġbir tal-kontribuzzjonijiet ma timminax s-sodizza tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkontribwixxu.
2.7. Użu ta’ riżorsi
Il-BĊE jilqa’ l-fatt li r-regolament propost jeħtieġ l-użu ta’ riżorsi, mhux biss għal ħlasijiet, imma anki jekk hemm riżoluzzjoni li sseħħ fi kwalunkwe wieħed mit-tliet stadji tal-EDIS. Dan huwa importanti sabiex tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni, li għal ħafna banek li qed ifallu jew x’aktarx ifallu jista’ jkun ta’ interess pubbliku u għalhekk is-soluzzjoni ppreferuta minflok l-insolvenza. Dan jikkonforma wkoll mad-Direttiva 2014/49/UE u r-Regolament (UE) Nru 806/2014, li teħtieġ li l-SGD tkun responsabbli sal-livell tad-depożiti koperti, iżda d-depożitanti għandhom jibqgħu jkollhom aċċess għad-depożiti tagħhom u l-parteċipazzjoni fil-finanzjament tar-riżoluzzjoni m’għandhiex taqbeż it-telf li l-SGD jkunu ġarrbu fil-każ ta’ insolvenza.
Madankollu, ir-regolament propost jeħtieġ li jindirizza espressament jekk il-bilanċi ta’ depożiti ’l fuq minn EUR 100 000 li huma temporanjament protetti minn 3 sa 12-il xahar skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat kif permess mill-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/49/UE, għandhomx ikunu koperti mill-EDIS.
2.8. Dmir tal-EDIS lejn l-SGD fl-istadji tal-assigurazzjoni kemm parzjali kif ukoll sħaħ
It-twaqqif tal-EDIS se jiffaċilita l-aċċess għal riżorsi finanzjarji addizzjonali mill-SGD, għall-ewwel permezz ta’ riassigurazzjoni u koassigurazzjoni, u r-riżorsi se jinbnew gradwalment fid-DIF għal dan l-iskop. Sa mhux iktar tard mill-2024, il-kontribuzzjonijiet kollha miġbura mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati mal-SGD għandhom jiġu inkanalati direttament fid-DIF fl-EDIS. Madankollu, skont id-Direttiva 2014/49/UE l-iskemi nazzjonali, pjuttost milli l-EDIS jew id-DIF, jibqgħu responsabbli għal kollox fir-rigward tat-talbiet għal kumpens tad-depożitanti. Għaldaqstant, fl-istadju tal-assigurazzjoni sħiħa, ir-regolament propost għandu jistipula b’mod ċar obbligu legali għall-EDIS jew id-DIF sabiex jiġu ssodisfatti l-bżonnijiet ta’ riżorsi kollha relatati mat-talbiet tad-depożitanti wara avveniment innotifikat minn SGD nazzjonali skont l-Artikolu 41h(2). Il-BĊE jifhem li dan l-obbligu għall-EDIS huwa maħsub mill-Artikolu 41h(1), li jgħid li “l-iSGD parteċipanti għandha tkun assigurata bis-sħiħ mill-EDIS”. Madankollu, obbligu legali ċar ikollu bżonn kjarifika fl-Artikolu 41 m(2) sabiex jiġi assigurat li l-ħlas pro rata previst fil-każ ta’ avvenimenti ta’ ħlas simultanji multipli jirrigwarda biss id-distribuzzjoni tal-mezzi finanzjarji disponibbli immedjatament, jiġifieri l-EDIS mhijiex meħlusa milll-obbligu tagħha fir-rigward tal-SGD biex tkopri l-ispejjeż kollha tal-SGD, wara l-ġbir tal-kontribuzzjonijiet ex post u/jew rikors għal mezzi ta’ finanzjament alternattivi. Iktar importanti, l-istess obbligu legali, għalkemm limitat għas-sehem speċifiku li huwa koassigurat, għandu japplika wkoll għall-obbligi tal-EDIS lejn l-SGD matul il-fażi tal-koassigurazzjoni. Dan jikkonferma wkoll il-bżonn għal mekkaniżmu ta’ sostenn pubbliku fiskalment newtrali għall-EDIS. Fl-aħħar nett, iż-żmien għall-Bord biex jieħu deċiżjoni fuq il-mezzi finanzjarji disponibbli bis-saħħa tal-Artikolu 41 m(2) għandu jitnaqqas, billi l-SGD huma mistennija li jikkumpensaw depożitanti fi żmien sebat ijiem (14).
2.9. Skwalifika mill-kopertura mill-EDIS
L-Artikolu 41i jistabbilixxi proċedura għall-iskwalifika SGD mill-kopertura EDIS. Taħt din il-proċedura l-Kummissjoni, li taġixxi fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Bord jew ta’ Stat Membru parteċipanti, tista’ tiddeċiedi li: (a) SGD naqset milli tikkonforma mal-obbligi skont ir-regolament propost jew mal-Artikoli 4, 6, 7 jew 10 tad-Direttiva 2014/49/UE; jew (b) SGD, l-awtorità amministrattiva rilevanti fit-tifsira tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/49/UE jew kull awtorità rilevanti oħra tal-Istat Membru, fir-rigward ta’ talba partikolari għall-kopertura mill-EDIS, aġixxiet b’mod li jmur kontra l-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera kif preskritt fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE).
Il-BĊE jilqa’ l-fatt li r-regolament propost jipprovdi salvagwardji mmirati biex jiġi żgurat li l-SGD kollha jikkonformaw mal-obbligi rispettivi tagħhom taħt qafas ġdid skont l-implimentazzjoni nazzjonali tad-Direttiva 2014/49/UE. Dan huwa importanti sabiex jiġi evitat kull riskju ta’ abbuż u biex jittaffa l-periklu morali. Madankollu, minħabba l-qawwa ta’ din is-sanzjoni u l-konsegwenzi eventwali għad-depożitanti, l-iskwalifika ta’ SGD nazzjonali għandha tiġi kkunsidrata biss meta tkun proporzjonata mal-ksur imwettaq u impost wara l-SGD inkwistjoni tkun naqset milli tikkonforma mal-azzjonijiet ta’ eżekuzzjoni provviżorja fi skadenzi stabbiliti minn qabel taħt il-proċeduri li jiġu stabbiliti skont ir-regolament propost. Ksur li jattiva skwalifika għandu jiġi stabbilit b’mod iktar preċiż sabiex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali. Sanzjonijiet oħrajn, inklużi ħlasijiet ta’ penali, għandhom jiġu kkunsidrati għal ksur iżgħar. Barra minn hekk, meta tiġi deċiża skwalifika, hemm bżonn li jkun hemm stabbilit mekkaniżmu xieraq sabiex jiġi żgurat li l-mira ewlenija li tiżgura l-protezzjoni adegwata tad-depożiti ggarantiti kollha tkun rrispettata fi kwalunwe żmien. Dan huwa importanti b’mod partikolari mill-istadju tal-assigurazzjoni sħiħa, meta l-kontribuzzjonijiet kollha miġbura mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu parteċipanti jiġu ttrasferiti direttament ġewwa l-EDIS, sabiex jiġi żgurat li d-depożitanti ma jmorrux agħar f’termini ta’ protezzjoni ta’ depożiti mqabbla ma’ xi tkun is-sitwazzjoni jekk l-SGD tagħhom ma kinitx parti mill-EDIS u l-kontribuzzjonijiet kollha kienu akkumulati fil-livell nazzjonali.
F’dan il-kuntest, jistgħu jiġu kkunsidrati diversi soluzzjonijiet. Pereżempju, il-kontribuzzjonijiet tal-SGD skwalifikata jistgħu jinżammu fid-DIF u d-depożiti miżmuma fid-data meta l-SGD tiġi skwalifikata jistgħu jkomplu jkunu koperti mill-EDIS, billi jiġi żgurat li d-depożitanti jkollhom kreditu legali dirett kontra l-EDIS. Alternattivament, ir-regolament propost jista’ jipprovdi għal metodoloġija u proċedura fejn ir-riżorsi miġbura minn istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati mal-SGD skwalifikata jiġu rimborsati lil dik l-SGD meta tkun skwalifikata. Fi kwalunkwe xenarju minn dawn, l-ammonti li għandhom jiġu rifużi jew ikunu disponibbli sabiex jiġu ssodisfatti l-krediti diretti għandhom jiġu limitati sabiex ikunu konsistenti mal-għan tal-klawżola ta’ skwalifika. Ir-regolament propost għandu jipprovdi gwida ċara dwar il-proċedura ta’ rimbors, inklużi l-iskeda ta’ żmien u l-metodoloġija għaċ-ċirkolazzjoni tal-ammonti li għandhom jiġi rimborsati. Din il-metodoloġija, pereżempju, tista’ tibni fuq il-metodoloġija applikata għar-ripatrijazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet lil SGD taħt ir-regolament propost fil-każ ta’ terminazzjoni tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn il-BĊE u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri taż-żona tal-euro fil-qafas tal-MSU (15). Bl-istess mod, l-awtorità rilevanti għandha — jekk l-opzjoni tar-rimbors ma tintgħażilx — tkun intitolata biex titlob riżorsi mid-DIF sabiex jingħata kontribut għal azzjoni ta’ riżoluzzjoni, skont id-Direttiva 2014/59/UE (16), meta tkun ittieħdet deċiżjoni li tistabbilixxi li istituzzjoni ta’ kreditu qed tfalli jew x’aktarx tfalli.
Il-premessi (17) tar-regolament propost jimplikaw li l-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera, kif preskritt fl-Artikolu 4(3) tat-TUE, jestendi għall-entitajiet, il-korpi u l-awtoritajiet kollha rilevanti involuti fl-applikazzjoni tar-regolament propost. Madankollu, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, ta’ min jgħid espressament fl-Artikolu 41i li dan il-prinċipju japplika wkoll għall-Kummissjoni u l-Bord. Barra minn hekk, ir-Regolament propost għandu jiġi abbozzat b’tali mod li jindika meta l-kundizzjonijiet li taħthom jopera dan il-prinċipju jitqiesu li ma jkunux ġew irrispettati, sabiex jiġu żgurati salvagwardji adegwati, il-prevedibbiltà tal-konsegwenzi u sabiex jiġu evitati riskji li mhumiex neċessarji għall-istabbiltà finanzjarja.
Fl-aħħar nett, l-Artikolu 41i jibbenefika wkoll mill-introduzzjoni ta’ proċedura u skeda ta’ żmien li għandhom jiġu segwiti meta jkunu qed jittieħdu d-deċiżjonijiet ta’ skwalifika. F’dan ir-rigward, il-proċedura taħt l-Artikolu 258 TFUE (18) tista’ sservi ta’ ispirazzjoni. Barra minn dan, tista’ tkun meħtieġa kjarifika dwar ir-relazzjoni bejn il-proċedura ta’ skwalifika pprovduta fl-Artikolu 41i u l-proċedura ta’ ksur skont l-Artikolu 258 TFUE. F’dan ir-rigward, huwa nnotat li l-iskwalifika ta’ SGD mingħajr ripatrijazzjoni tal-kontribuzzjonijiet pprovduti mill-istituzzjonijiet affiljati ma’ din l-SGD tammonta għal ksur awtomatiku tal-Artikolu 10(2) (19) tad-Direttiva 2014/49/UE mill-SGD kkonċernata. Dan huwa għaliex skont l-Artikolu 74c(4) propost, il-kontribuzzjonijiet li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati ma’ SGD partikolari jħallsu fi ħdan l-EDIS jgħoddu għal-livell minimu fil-mira li l-SGD parteċipanti għandha tilħaq skont id-Direttiva 2014/49/UE. Barra minn hekk, mhumiex l-SGD innifishom li għandhom jikkonformaw ma’ ċerti rekwiżiti li jinsabu fl-Artikoli 4, 6 7 u 10 tad-Direttiva 2014/49/UE, imma pjuttost l-Istati Membri jew entitajiet oħra, pereżempju istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati.
2.10. Irkupru tar-riżorsi tad-DIF
Il-proċeduri għad-DIF għall-irkupru tar-riżorsi pprovduti lil SGD fil-każ ta’ avveniment ta’ ħlas huma primarjament marbuta mal-progress mal-isforzi ta’ ġbir fi proċeduri ta’ insolvenza nazzjonali. It-tul ta’ dawn il-proċeduri jvarja b’mod sinifikanti bejn l-Istati Membri, u kultant jieħu pjuttost fit-tul. Huwa konsiljabbli li jkun hemm iktar preċiżjoni fl-Artikolu 41q sabiex il-Bord ikun jista’ jeżerċita ċerti drittijiet fir-rigward tal-proċeduri ta’ insolvenza nazzjonali, biex b’hekk jiġi żgurat li tiġi rrikonoxxuta l-pożizzjoni legali tal-Bord mill-qrati. L-eżerċizzju effettiv ta’ dawk id-drittijiet jistgħu jeħtieġu wkoll l-allokazzjoni ta’ riżorsi sinjifikanti għall-Bord għat-twettiq ta’ dan il-kompitu.
2.11. Arranġament ta’ mekkaniżmi ta’ sostenn
Ir-regolament propost ma jipprovdix għal mekkaniżmu ta’ sostenn Ewropew fiskalment newtrali għall-EDIS fil-każ ta’ avveniment wieħed ta’ ħlas jew ta’ diversi ħlasijiet li jaqbżu r-riżorsi finanzjarji disponbbli tal-EDIS, u kontribuzzjonijiet ex post jew finanzjament alternattiv ma jkunux jistgħu jintużaw malajr biżżejjed sabiex jiġi żgurat ħlas fil-ħin tad-depożitant jew l-involviment fil-ħin tal-EDIS f’każ ta’ riżoluzzjoni. Dan jimplika li kwalunkwe obbligu ta’ ħlas fir-rigward tad-depożitanti li jaqbeż ir-riżorsi pprovduti mill-EDIS fil-prinċipju jmur lura għand l-SGD rilevanti bis-saħħa tal-Artikolu 10(9) tad-Direttiva 2014/49/UE, li jeħtieġ li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-SGD jkollhom fis-seħħ finanzjament alternattiv adegwat sabiex ikunu jistgħu jiksbu finanjament għal żmien qasir biex jissodisfaw il-krediti kontra dawk l-SGD. Għaldaqstant, l-effiċjenza tas-sistema sħiħa, fl-aħħar mill-aħħar tistrieħ fuq il-kredibbiltà ta’ mekkaniżmi ta’ sostenn nazzjonali.
Il-BĊE huwa tal-fehma li mekkaniżmu ta’ sostenn komuni pubbliku fiskalment newtrali għall-EDIS l-iktar tard fl-istadju ta’ assigurazzjoni sħiħa huwa meħtieġ sabiex jiġi żgurat livell għoli uniformi ta’ kunfidenza fil-protezzjoni ta’ depożiti taħt kull ċirkustanza u sabiex tiddgħajjef effettivament ir-rabta tal-bank/sovran fil-livell nazzjonali. Fl-aħħar mill-aħħar, id-dipendenza fuq mekkaniżmi ta’ sostenn jegħleb l-iskop tar-regolament propost li jirrinforza l-Unjoni Bankarja billi jitnaqqsu r-rabtiet tal-bank/sovran fl-Istati Membri individwali (20). It-twaqqif tal-EDIS isaħħaħ b’mod sinjifikanti l-Unjoni Bankarja billi jiġi offrut livell konsiderevolment iktar għoli ta’ protezzjoni kontra xokkijiet lokali kbar minħabba li l-SGD jkollhom aċċess għar-riżorsi miġburin tal-EDIS. Madankollu, fin-nuqqas ta’ mekkaniżmu ta’ sostenn komuni, l-EDIS ma jkunx jista’ jelimina fattur li jista’ jkollu impatt negattiv fuq il-kunfidenza tad-depożitanti bħala riżultat ta’ dubji dwar il-kredibbiltà ta’ mekkaniżmi ta’ sostenn purament nazzjonali. Għalhekk, mekkaniżmu ta’ sostenn pubbliku komuni fiskalment newtrali huwa element importanti biex tiġi żgurata l-kredibbiltà tal-EDIS u għandha tiġi mqassma skont il-mutwalizzazzoni progressiva tal-protezzjoni tad-depożiti. Mekkaniżmu ta’ sostenn komuni solidu mhux biss jagħti riassigurazzjonijiet lil depożitanti fl-Istati Membri b’pożizzjoni fiskali inqas favorevoli, imma jwassal għal EDIS globalment iktar b’saħħtu. Kull mekkaniżmu ta’ sostenn bħal dan għad-DIF għandu jirrispetta l-prinċipju tan-newtralità fiskali, sabiex jiġi żgurat li kull fond pubbliku jiġi rkuprat mis-settur finanzjarju permezz ta’ kontribuzzjonijiet ex post. L-użu tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà jidher li jista’ jkun opzjoni possibbli għat-twaqqif ta’ mekkaniżmu ta’ sostenn pubbliku komuni fiskalment newtali.
2.12. Aċċess awtomatiku għall-Istati Membri li jingħaqdu fl-MSU
Il-premessa 14 tar-regolament propost jidher li jipprevedi aċċess awtomatiku għall-EDIS mill-SGD kollha rrikonoxxuti uffiċjalment fi Stat Membru li jingħaqad fl-MSU. Filwaqt li għandu jkun hemm definittivament obbligu sabiex il-pilastri kollha tal-Unjoni Bankarja jingħaqdu simultanjament, miżuri tranżitorji għandhom ikunu fis-seħħ sabiex tiġi żgurata l-introduzzjoni gradwali bla xkiel ta’ kwalunkwe SGD li jingħaqdu f’data iktar tard. Dan jiżgura li kull sħubija tali ma ttaqqalx indebitament l-arranġamenti fiskali tal-EDIS. Pereżempju, jekk Stat Membru jingħaqad matul l-istadju aħħari tal-koassigurazzjoni jew matul l-istadju ta’ assigurazzjoni sħiħa, jista’ jkun iġġustifikat li jiġi pprovdut trasferiment ta’ fondi akkumulati mill-SGD mill-mument tad-dħul fis-seħħ tar-regolament propost (jew parti predefinita ta’ dawk il-fondi) skont il-linja ta’ finanzjament prevista fl-Artikolu 41j mill-SGD lill-EDIS.
2.13. Skambju ta’ informazzjoni
Ir-regolament propost jirrikonoxxi l-importanza tal-iskambju effiċjenti ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet involuti sabiex jiġi żgurat l-funzjonament bla xkiel tal-EDIS, jiġifieri, il-Bord, l-awtoritjajiet maħtura, l-awtoritjaiet kompetenti, inklużi l-BĊE, u l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni billi titħeġġeġ il-konklużjoni, meta jkun meħtieġ ta’ memoranda ta’ ftehim (21). Fid-dawl tal-importanza ta’ din il-kwistjoni, u sabiex jiġu evitati ostakli potenzjali għal dan l-iskambju ta’ informazzjoni, jidher li huwa neċessarju li jiġi emendat l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 sabiex jiġu espressament inklużi l-SGD u l-awtoritajiet maħtura fost il-korpi u l-awtoritajiet li huma intitolati li jiskambjaw l-informazzjoni u jikkonkludu memoranda ta’ ftehim skont dak l-Artikolu. Dan jista’ jintlaħaq billi tiddaħħal dispożizzjoni ġdida fir-regolament propost.
2.14. Osservazzjonijiet tekniċi u proposti ta’ abbozzar
Meta l-BĊE jirrakkomanda li r-regolament propost jiġi emendat, qed jiġu previsti proposti speċifiċi tal-abbozzar f’dokument ta’ ħidma tekniku separat flimkien ma’ test spjegattiv għal dan il-għan. Dan jinkludi wkoll il-kliem propost mill-BĊE għal emenda tad-Direttiva 2014/49/UE. Id-dokument ta’ ħidma tekniku huwa disponibbli bl-Ingliż fis-sit elettroniku tal-BĊE.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-20 ta’ April 2016.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) COM(2015) 586 finali.
(2) Ir-rapport tal-Ħames Presidenti tat-22 ta’ Ġunju 2015“Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Europa” li jinsab fis-sit elettroniku tal-Kummissjoni f’www.ec.europa.eu
(3) Ara r-Rapport dwar Integrazzjoni Finanzjarja fl-Ewropa 2016 tal-BĊE, “Rapport tal-Ħames Presidenti” tat-22 ta’ Ġunju 2015 dwar “Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Europa”, li jinsab fis-sit elettroniku tal-Kummissjoni f’www.ec.europa.eu; il-lekċer Marjolin mogħti minn Mario Dragi, President tal-BĊE, fil-konferenza European Money and Finance Forum (SUERF) organizzata mid-Deutsche Bundesbank, Frankfurt, l-4 ta’ Frar 2016 u d-diskors ta’ Mario Dragi, President tal-BĊE, fil-Forum dwar is-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE, tal-4 ta’ Novembru 2015, Frankfurt, it-tnejn jinsabu fis-sit elettroniku tal-BĊE f’www.ec.europa.eu
(4) COM(2015) 587 finali.
(5) Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149).
(6) Stati Membri taż-żona tal-euro fejn it-traspożizzjoni kienet għadha pendenti kienu mistennija li jlestu dan il-kompitu sal-aħħar tal-ewwel trimestru tal-2016.
(7) Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
(8) Ara l-premessa 15 tar-regolament propost.
(9) Ara l-premessa 14 tad-Direttiva 2014/49/UE.
(10) Ara l-Artikolu 1(3) tar-regolament propost li jemenda l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1), ara wkoll l-Artikolu 1(2)(a), (b) u (c) l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/UE.
(11) Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(12) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(13) Dawn huma: (a) il-livell tal-kapaċità ta’ assorbiment ta’ telf tal-istituzzjoni; (b) l-abbiltà tal-istituzzjoni li tissodisfa l-obbligi tagħha għal żmien qasir u fit-tul; (c) l-istabbiltà u l-varjetà tas-sorsi ta’ finanzjament tal-istituzzjoni u l-assi likwidi ħafna tagħha mingħajr piżijiet; (d) il-kwalità tal-assi tal-istituzzjoni; (e) il-mudell tan-negozju u l-ġestjoni tal-istituzzjoni; (f) il-livell ta’ kemm hemm piżijiet fuq l-assi tal-istituzzjoni.
(14) Bla ħsara għal dispożizzjonijiet tranżitorji, li, madankollu, jiskadu fil-bidu tal-istadju ta’ assigurazzjoni sħiħa.
(15) Ara l-Artikolu 1(5) tar-regolament propost li jemenda, fost l-oħrajn, l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014.
(16) L-Artikolu 109 tad-Direttiva 2014/59/UE.
(17) Ara b’mod partikolari l-premessa 40 tar-regolament propost.
(18) L-Artikolu 258 tat-Trattat jistabbilixxi proċedura li l-Kummissjoni għandha ssegwi jekk tikkunsidra li Stat Membru naqas milli jissodisfa obbligu taħt it-Trattati: għandha tagħti opinjoni kkunsidrata dwar il-kwistjoni wara li tagħti lill-Istat Membru kkonċernat l-opportunità li jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu. Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jikkonformax mal-opinjoni fil-perijodu stabbilit mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’ tressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
(19) L-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2014/49/UE jgħid li l-mezzi finanzjarji disponibbli ta’ SGD għandhom jilħqu livell fil-mira ta’ mill-inqas 0.8 % tal-ammont tad-depożiti koperti tal-membri tagħha sat-3 ta’ Lulju 2024.
(20) Ara l-premessa 17 tar-regolament propost.
(21) Ara l-proposta 39 tar-regolament propost.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
12.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/8 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-11 ta’ Lulju 2016
(2016/C 252/02)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1049 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
113,23 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4372 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,85097 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,4760 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0867 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,4061 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
27,037 |
HUF |
Forint Ungeriż |
313,07 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,4210 |
RON |
Leu Rumen |
4,4938 |
TRY |
Lira Turka |
3,2027 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4617 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4437 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,5731 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5250 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4910 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 268,78 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,9573 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,3926 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,4765 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 476,95 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,4110 |
PHP |
Peso Filippin |
52,309 |
RUB |
Rouble Russu |
70,9862 |
THB |
Baht Tajlandiż |
38,817 |
BRL |
Real Brażiljan |
3,6651 |
MXN |
Peso Messikan |
20,3780 |
INR |
Rupi Indjan |
74,1865 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
12.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-6 ta’ Lulju 2016
dwar il-liċenzjar bħala sors miftuħ tas-softwer tal-Ġestjoni tad-Dejta dwar is-Sajd Integrat tad-DĠ Affarijiet Marittimi u Sajd
(2016/C 252/03)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Settembru 2001 (PV1536) li tikkonferixxi s-setgħa fuq id-Diretturi Ġenerali u fuq il-Kapijiet tas-Servizzi li jiddeċiedu dwar il-ħtieġa li tiġi rreġistrata applikazzjoni għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jirriżultaw mill-attivitajiet jew mill-programmi li jkunu responsabbli minnhom, dwar l-għotja ta’ liċenzji marbuta ma’ din, dwar l-akkwist, it-trasferiment jew iċ-ċediment jew l-abbandun tad-drittijiet, u tagħti s-setgħa tal-eżekuzzjoni amministrattiva marbuta ma’ dan lid-Diretturi Ġenerali,
Billi:
(1) |
Id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (id-DĠ Affarijiet Marittimi u Sajd) żviluppa bosta sistemi ta’ informazzjoni li jappartjenu għall-pakkett tas-softwer tal-Ġestjoni tad-Dejta dwar is-Sajd Integrat (IFDM) ibbażat fuq l-istandard FLUX taċ-Ċentru tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iffaċilitar tal-Kummerċ u għan-Negozju Elettroniku (UN/CEFACT), għat-tpartit elettroniku tad-dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd; |
(2) |
Is-suite tal-IFDM attwali (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ is-softwer) fih is-sistemi ta’ informazzjoni li ġejjin: Il-FLUX Transportation Layer għat-tpartit tal-messaġġi elettroniċi skont l-istandard tal-UN/CEFACT, l-għodda tas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti tal-Unjoni (Union Vessel Monitoring System - VMS) għall-monitoraġġ tal-pożizzjonijiet tal-bastimenti, u li għaliha d-DĠ Affarijiet Marittimi u Sajd żviluppa tliet moduli (Spazjali, tar-rappurtar, u USM) u l-VMS ERS Viewer, li jżid il-funzjonalità tal-viżwalizzazzjoni tal-ġurnali ta’ abbord elettroniċi mal-VMS tal-Unjoni fil-format UN/CEFACT; |
(3) |
Il-liċenzjar tas-softwer bħala sors miftuħ jista’ jkun ta’ benefiċċju għall-armonizzazzjoni dinjija tat-tpartit tad-dejta dwar is-sajd u jippermetti li jiġu ffrankati l-ispejjeż. Għaldaqstant, id-distribuzzjoni tal-għodod tas-softwer għandha ssir disponibbli għall-Istati Membri, għal pajjiżi terzi, għall-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Monitoraġġ tas-Sajd, u għall-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti; |
(4) |
Fir-rwol tiegħu tad-DĠ responsabbli mill-iżvilupp u l-manutenzjoni tas-softwer, li fl-istess ħin huwa s-servizz fdat għall-eżekuzzjoni amministrattiva tad-deċiżjonijiet fil-qasam tal-Proprjetà Intellettwali, id-DĠ Affarijiet Marittimi u Sajd huwa tal-fehma li l-liċenzjar b’sors miftuħ tas-softwer huwa xieraq u opportun; |
(5) |
Biex is-softwer jiġi ddistribwit, biex l-użu tiegħu jiġi promoss, u biex tiġi evitata l-approprjazzjoni esklussiva tiegħu, is-softwer se jinħareġ b’liċenzja b’sors miftuħ, |
IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Jistgħu jiġu applikati termini ta’ liċenzjar b’sors miftuħ għad-distribuzzjoni tas-sofwer biex dan ikun jista’ jintuża, jiġi replikat, żviluppat u ddistribwit iżjed.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni se tapplika għal kull ħarġa jew verżjoni ġdida ta’ dan is-softwer fil-futur.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2016.
Għall-Kummissjoni
João AGUIAR MACHADO
Direttur Ġenerali
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
12.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8115 — Partners Group/Foncia Holding u s-sussidjarji tagħha)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 252/04)
1. |
Fl-4 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Partners Group AG u l-affiljati tagħha permezz ta’ ċerti fondi ta’ investiment li jappartjenu lil Partners Group (flimkien “Partners Group”, l-Isvizzera), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża Foncia Holding SAS kollha kemm hi u s-sussidjarji tagħha (flimkien mas-sussidjarji tagħha “Foncia”, Franza) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Partners Group: kumpanija ta’ ġestjoni maniġerjali ta’ swieq privati, — Foncia: forniment ta’ servizzi relatati ma’ proprjetà immobbli. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8115 — Partners Group/Foncia Holding u s-sussidjarji tagħha, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
12.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/11 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7984 — Bridgestone/Pneuhage/JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 252/05)
1. |
Fl-4 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Bridgestone Deutschland GmbH (“BS Deutschland”, il-Ġermanja), li tappartjeni lil Bridgestone Corporation (il-Ġappun) u Pneuhage Management GmbH & Co. KG (“Pneuhage”, il-Ġermanja) jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Pneuhage Partners Group GmbH & Co KG (“PGG”, il-Ġermanja), permezz tax-xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibgħatulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7984 — Bridgestone/Pneuhage/JV, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
12.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/12 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8020 — Sherwin-Williams/Valspar)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 252/06)
1. |
Fil-5 ta’ Lulju 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Sherwin Williams Company (“Sherwin-Williams”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Valspar Corporation (“Valspar”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Sherwin-Williams: timmanifattura u tbigħ żebgħa u koperturi. Hija attiva prinċipalment fl-Amerika ta’ Fuq, fl-Amerika Ċentrali u fl-Amerika ta’ Isfel. Fiż-ŻEE, Sherwin-Williams tbigħ primarjament koperturi industrijali għall-injam u applikazzjonijiet ta’ protezzjoni. Hija tbigħ ukoll koperturi dekorattiv iżda kważi esklużivament fir-Renju Unit, il-Polonja u l-Irlanda, — għal Valspar: timmanifattura u tbigħ żebgħa u koperturi, b’enfasi ġeografika fuq fl-Amerika ta’ Fuq, l-Ewropa, l-Asja u l-Awstralja/New Zealand. Fiż-ŻEE, Valspar tbigħ primarjament koperturi industrijali għall-ippakkjar, ir-refinish tal-karozzi, kojl u applikazzjonijiet oħra tal-metall. Hija tbigħ ukoll koperturi dekorattiv, kważi esklussivament fir-Renju Unit. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8020 — Sherwin-Williams/Valspar, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
Rettifika
12.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/13 |
Rettifika ta’ Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 408 tad-9 ta’ Diċembru 2015 )
(2016/C 252/07)
It-test tan-numru tal-pubblikazzjoni 2015/C 408/09 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MINURI
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill (2)
‘ABENSBERGER SPARGEL’/‘ABENSBERGER QUALITÄTSSPARGEL’
Nru tal-UE: DE-PGI-0105-01322 – 20.3.2015
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
Isem |
: |
Erzeugergemeinschaft Abensberger Qualitätsspargel e.V. |
|||
Indirizz |
: |
|
|||
Numru tat-telefown |
: |
+49 94431281 |
|||
Numru tal-faks |
: |
+49 94431282 |
|||
Indirizz tal-posta elettronika |
: |
info@neumeyer-martin.de |
Interess leġittimu:
Il-grupp applikant huwa għaqda tal-produtturi tal-prodott ikkonċernat. Kien dan l-istess grupp li bagħat l-applikazzjkoni oriġinali għall-protezzjoni tal-prodott u għalhekk dan għandu interess leġittimu f’din l-applikazzjoni għal emenda.
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Il-Ġermanja
3. Intestatura tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda
— |
☐ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
— |
☐ |
Prova tal-oriġini |
— |
☐ |
Metodu tal-produzzjoni |
— |
☐ |
Rabta maż-żona ġeografika |
— |
☒ |
Tikkettar |
— |
☐ |
Affarijiet oħra [speċifika] |
4. Tip ta’ emenda/i
— |
☐ |
Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għandha titqies bħala emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li ma teħtieġ l-ebda emenda tad-dokument uniku ppubblikat. |
— |
☒ |
Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għandha titqies bħala emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li teħtieġ emenda tad-dokument uniku ppubblikat. |
— |
☐ |
Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għandha titqies bħala emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha ma jkun ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti). |
— |
☐ |
Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ STG irreġistrata li għandha titqies bħala emenda minuri skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
5. Emenda/i
Ir-regoli dwar it-tikkettar mogħtija fl-ispeċifikazzjoni oriġinali tal-prodott, (jiġifieri fil-punt 3.7 tad-Dokument Uniku)
(h) Tikkettar
Wara reġistrazzjoni: ‘Abensberger Spargel IĠP’ jew ‘Abensberger Qualitätsspargel IĠP’. L-ispraġ bil-klassifikazzjoni ta’ ‘Abensberger Qualitätsspargel’, irid jiġi mmarkat ukoll bil-logo li ġej meta jinbiegħ.
għandhom jitħassru.
L-Għaqda tal-produtturi tal-ispraġ ta’ kwalità tat-tip ‘Abensberger’ (l-‘Erzeugergemeinschaft Abensberger Qualitätsspargel e.V.’) għandha d-drittijiet marbutin ma’ dan il-logo, li s’issa kellu bilfors jitpoġġa fuq it-tikketta. Madankollu, skont l-opinjoni legali tal-Uffiċċju Ġermaniż tal-marki kummerċjali u tal-privattivi, dawn ir-regoli tat-tikkettar ma jippermettux li tiġi rreġistrata marka kummerċjali kollettiva korrispondenti.
Minħabba li, ladarba l-prodott ikun immarkat bl-indikazzjoni ġeografika protetta ta’ ‘Abensberger Spargel’ jew ‘Abensberger Qualitätsspargel’, il-konsumaturi jkunu jafu biżżejjed dwar l-oriġini tal-ispraġ u dwar il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti tal-kwalità, m’hemmx bżonn li jintuża wkoll dan il-logo għal dan il-għan. Għalhekk, l-għaqda tal-produtturi għandha interess leġittimu li l-logo jintuża biss mill-membri tagħha, li kienu jużawh qabel, u li l-ispeċifikazzjoni tal-prodott jew id-Dokument Uniku ma jibqgħux jobbligaw lill-produtturi kollha (inklużi dawk li mhumiex membri tagħha) jużaw il-logo fit-tikkettar tal-ispraġ tat-tip ‘Abensberger Spargel’ jew ‘Abensberger Qualitätsspargel’.
L-emenda proposta għandha tiġi kklassifikata bħala emenda minuri skont l-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
Ir-rekwiżiti tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) li huma rilevanti f’dan il-każ, jiġifieri dawk mogħtija fil-punti (a) sa (d) ta’ dan is-subparagrafu, huma ssodisfati u l-emenda ma twassalx għal żieda fir-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ fil-prodott (il-punt (e) tat-tielet subparagrafu), mentri kieku tħallew ir-regoli tat-tikkettar ta’ qabel fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott jew fid-Dokument Uniku, kienu jinħolqu, jew setgħu jinħolqu, ostakli għall-kummerċ għall-produtturi li mhumiex membri tal-għaqda.
6. Speċifikazzjoni aġġornata tal-prodott (għad-DOP u l-IĠP biss)
https://register.dpma.de/DPMAregister/geo/detail.pdfdownload/41017
DOKUMENT UNIKU
‘ABENSBERGER SPARGEL’/‘ABENSBERGER QUALITÄTSSPARGEL’
Nru tal-UE: DE-PGI-0105-01322 – 20.3.2015
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Ismijiet
‘Abensberger Spargel’/‘Abensberger Qualitätsspargel’
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Il-Ġermanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
L-ispraġ (Asparagus officinalis) jifforma parti mill-familja tal-Asparagaceae. Iz-zkuk tal-ispraġ li jistgħu jittieklu huma r-rimjiet tal-arbuxelli perenni li jitpoġġew fis-suq imqaxxra jew bil-qoxra b’kollox. L-ispraġ tat-tip ‘Abensberger Spargel’ jitkabbar skont ir-regoli ta’ prattiki agrikoli tajbin.
L-ispraġ tat-tip ‘Abensberger Spargel’ ċar ta’ lewn li jvarja minn abjad għal vjola ma jistax ikun itwal minn 22 ċm, filwaqt li dak ta’ lewn aħdar ma jistax ikun itwal minn 27 ċm.
Bl-eċċezzjoni ta’ dak li jinbiegħ direttament mill-produttur lill-konsumatur, l-ispraġ tat-tip ‘Abensberger Spargel’ jiġi ppreparat skont l-Istandard FFV04 tal-UNECE (l-ispraġ). Madankollu, dan l-istandard japplika wkoll għall-ispraġ abjad u vjola li jkollu dijametru minimu li ma jaqbiżx il-5 mm. Barra minn hekk, ir-rimjiet maqsuma tal-ispraġ jistgħu jiġu kkummerċjalizzati wkoll taħt il-kategorija tal-‘ispraġ maqsum’.
It-togħma tal-ispraġ tat-tip ‘Abensberger Spargel’ tingħaraf mir-riħa partikulari qawwija ta’ ħwawar tiegħu tal-ispraġ. Il-qtugħ tal-ispraġ darba jew darbtejn kuljum, flimkien mat-trattament xieraq u b’attenzjoni tiegħu wara li jinqata’, jiżguraw li l-ispraġ tat-tip ‘Abensberger Spargel’ jasal frisk għand il-konsumaturi, ikun xi jkun il-mod ta’ kif jinbiegħ.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-produzzjoni tal-ispraġ tat-tip ‘Abensberger Spargel’, minn meta jinżara’ sa ma jinqata’, għandha ssir fiż-żona ġeografika ddefinita.
Prattikament, l-ispraġ li jikber fiż-żona tat-tkabbir ta’ ‘Abensberg’ huwa l-ispraġ abjad ikkultivat. L-ispraġ abjad jitkabbar f’kanali kbar taħt l-art. Minħabba n-nuqqas tad-dawl tax-xemx, ir-rimjiet li jikbru ‘l fuq fil-kanali ma jirnexxilhomx jiħdaru u b’hekk jiġu prodotti rimjiet bojod jew bojod fl-aħmar bi rjus li jvarjaw minn bojod għal vjola, li normalment ikunu twal 22 ċm.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.
L-ispraġ li jkun għadu kemm inqata’ għandu l-ewwel jitnaddaf ftit bl-ilma eżatt wara li jinqata’ u mbagħad jitnaddaf sewwa bl-ilma tal-vit.
Sabiex l-ispraġ jibqa’ ta’ kwalità tajba, wara li jinqata’ u jitnaddaf għandu jitkessaħ malajr kemm jista’ jkun. Il-frażi ‘jitkessaħ malajr kemm jista’ jkun’ tfisser li l-ispraġ jitkessaħ b’ilma kiesaħ silġ kemm jista’ jkun malajr wara li jinqata’ sakemm ikollu temperatura ta’ 1 sa 2 °C, sabiex jibqa’ frisk, tari u jżomm il-lewn qisu avorju tiegħu. Dan it-tkessiħ jgħin ukoll sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun il-batterji u l-fungi fl-ispraġ, li jnaqqsulu l-kwalità tiegħu.
Imbagħad iz-zkuk jinqatgħu bit-tul meħtieġ u jingħażlu b’mod espert. Ir-rimjiet jinqatgħu sewwa fit-tarf ta’ isfel, b’mod perpendikulari mal-assi. B’hekk jitnaqqas l-ammont ta’ superfiċje li tkun inqatgħet u allura jonqos it-telf tal-ilma u titnaqqas il-possibbiltà li jidħlu l-batterji fil-prodott. Jekk ir-rimja tkun moħwija jew tkun qisha l-injam fit-tarf nett, għandha titqassar b’mod espert għal inqas minn 22 ċm, jew 27 ċm fil-każ tal-ispraġ aħdar, sabiex tiġi żgurata l-kwalità għolja tal-prodott.
Dawn ir-rimjiet imbagħad għandhom jinħażnu f’temperatura ta’ 1 sa 2 °C f’post umduż ħafna (b’umdità ta’ 99 %), imma mhux ġol-ilma. Il-produttur ma għandux iwaqqaf din il-katina ta’ kesħa. Il-postijiet fejn isir l-ippakkjar, it-tkessiħ u kwalunkwe bejgħ għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-iġjene.
Il-proċessi msemmija hawn fuq, li jmorru ferm lil hinn mir-rekwiżiti minimi legali, jikkontribwixxu għal-livell għoli ta’ iġjene u ta’ kwalità tal-prodott.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
—
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika tkopri, b’mod partikulari, dak li jissejjaħ is-‘Sandgürtel’ (iċ-ċintorin tar-ramel) li jinsab bejn Siegenburg, Neustadt an der Donau, Abensberg u Langquaid, u tinsab esklużivament fid-distrett rurali ta’ Kelheim.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Speċifiċità taż-żona ġeografika
Deskrizzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi tal-ordni tal-Karmelitani minn Maximilian Georg Kroiss tiddikjara li probabbli l-ispraġ ilu jitkabbar fir-reġjun ta’ Abensberg sa mill-1730. L-istess sors jiżvela wkoll li l-istoriku Angrüner sejjer żball meta jgħid li l-ispraġ beda jitkabbar f’Abensberg madwar l-1900. Kroiss jenfasizza wkoll il-fatt li Abensberg, anke llum, hija famuża ħafna għall-ispeċjalità tal-ispraġ tagħha.
Iż-żona ta’ madwar Abensberg, li tissejjaħ is-‘Sandgürtel’ u li tinsab bejn Siegenburg, Neustadt an der Donau, Abensberg u Langquaid, hija adattata ħafna għat-tkabbir tal-ispraġ minħabba l-kundizzjonijiet eċċellenti tal-ħamrija u tal-klima. Pereżempju, it-temperatura medja annwali ta’ 9,8 °C u l-ammont medju annwali ta’ xita ta’ 703 mm ta’ din iż-żona tat-tkabbir jippreżentaw kundizzjonijiet klimatiċi tajbin għat-tkabbir tal-ispraġ. Skont l-atlas bid-dejta ġeografika tas-sistema tal-informazzjoni dwar il-ħamrija tal-Bavarja, il-ħamrija hija prinċipalment imrammla. Fl-istess ħin, ġeneralment il-ħamrija f’din iż-żona fiha iktar minerali u fiha ftit iktar ħama minn dik ta’ żoni oħrajn magħrufin sew għat-tkabbir tal-ispraġ fil-Ġermanja. Huwa minħabba f’hekk li l-ispraġ tat-tip ‘Abensberger Spargel’ għandu t-togħma partikulari qawwija u ta’ ħwawar tiegħu.
L-ispraġ tat-tip ‘Abensberger Spargel’ jitkabbar biss b’mod partikulari fit-tipi ta’ ħamrija li ġejjin:
— |
fil-ħamrija mrammla; |
— |
fil-ħamrija mrammla bi ftit lom; |
— |
fil-ħamrija mrammla bil-lom; |
— |
fil-ħamrija mrammla b’ħafna lom. |
Sabiex jiġu żgurati l-karatteristiċi speċjali tal-ispraġ tat-tip ‘Abensberger Spargel’ rigward it-togħma u l-freskezza li ġejjin mill-ħamrija, l-ispraġ tat-tip ‘Abensberger Spargel’ jitkabbar u jiġi pproċessat skont il-kriterji msemmija.
F’żona kkultivata ta’ 210 ettari hemm 70 produttur ta’ din l-ispeċjalità. Ir-reġjun ta’ Abensberg huwa wieħed miż-żoni ewlenin tat-tkabbir tal-ispraġ fil-Bavarja. Barra minn hekk, il-bdiewa lokali dejjem jiżviluppaw u jtejbu t-tekniki tagħhom tal-produzzjoni.
Speċifiċità tal-prodott
Il-kwalità tal-ispraġ tat-tip ‘Abensberger Spargel’ ġejja mill-kundizzjonijiet tal-klima deskritti hawn fuq u mit-tipi ta’ ħamrija li jinsabu fiż-żona ġeografika identifikata.
L-ispraġ tat-tip ‘Abensberger Spargel’ għandu fama tajba mal-konsumaturi u min jifhem fih jikkunsidrah bħala prodott speċjali ta’ togħma tajba. Dan l-ispraġ huwa speċjalità tradizzjonali tal-Bavarja u jissemma wkoll fil-bażi tad-dejta tal-Internet tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali miżmuma mill-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Forestrija tal-Bavarja (http://www.food-from-bavaria.de).
Flimkien mal-isem ‘Abensberger Spargel’, minn għaxar snin ilu ‘l hawn, dan il-prodott qed jiġi kkummerċjalizzat ukoll bil-marka kollettiva rreġistrata ‘Abensberger Qualitäts-Spargel’. Ir-regoli biex tingħata din il-marka kollettiva jispeċifikaw li l-prodott irid ikun ta’ kwalità għolja ħafna.
Din il-kwalità għolja tal-prodott tfisser li l-konsumaturi huma lesti jħallsu ħafna għalih. Fil-fatt, il-prezz tal-ispraġ tat-tip ‘Abensberger Spargel’ huwa saħansitra ogħla minn dak tal-ispraġ famuż tat-tip ‘Schrobenhausener Spargel’.
Il-fama tal-ispraġ tat-tip ‘Abensberger Spargel’ tidher ukoll mill-fatt li hemm ktieb tat-tisjir miktub speċifikament dwaru. Barra minn hekk, kull sena tintgħażel ir-reġina tal-ispraġ tat-tip ‘Abensberger Spargel’ biex tirrappreżenta din l-ispeċjalità tal-ħaxix minn dan ir-reġjun. Fl-2007 ġie ċċelebrat il-75 anniversarju tat-tkabbir tal-ispraġ f’Abensberg.
L-Għaqda tal-produtturi tal-ispraġ ta’ kwalità tat-tip ‘Abensberger’ (l-‘Erzeugergemeinschaft Abensberger Qualitätsspargel e.V.’) tirrakkomanda l-varjetajiet li jilħqu b’mod speċjali r-rekwiżiti tal-agronomija (it-testijiet fl-għelieqi) u tat-togħma, ibbażati fuq testijiet tas-sensi marbutin mal-ispeċifikazzjoni.
Hija tniżżel dawn il-varjetajiet fil-paġna prinċipali tas-sit tal-Internet tagħha http://www.qualitaetsspargel.de/ u taġġorna dan it-tagħrif kull sena.
Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DOP) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP)
Il-kwalitajiet speċifiċi tal-ispraġ tat-tip ‘Abensberger Spargel’ ġejjin mhux biss mill-klima u mit-tipi speċjali ta’ ħamrija li hemm f’dan ir-reġjun, iżda wkoll mit-tradizzjoni twila tat-tkabbir tal-ispraġ fiż-żona tat-tkabbir ta’ Abensberg kif ukoll mill-għarfien espert tal-bdiewa li ilhom ikabbruh għal ġenerazzjonijiet sħaħ. Il-ħamrija ħafifa u mrammla li, fl-istess ħin, hija iktar rikka fil-minerali u fiha ftit iktar ħama minn dik ta’ żoni oħra tat-tkabbir, kif ukoll il-qtugħ ta’ kuljum tiegħu, ifissru li l-ispraġ tat-tip ‘Abensberger Spargel’ għandu rimjiet iktar tarjin b’togħma iktar qawwija u ta’ ħwawar mill-ispraġ imkabbar bnadi oħra.
Il-fama:
Permezz tar-regoli stretti tal-Għaqda tal-produtturi tal-ispraġ ta’ kwalità tat-tip ‘Abensberger’ dwar kif għandu jitkabbar u jiġi pproċessat l-ispraġ (http://www.qualitaetsspargel.de/index.php/erzeuger/qualitaetsordnung), li wħud minnhom imorru ferm lil hinn mill-istandards minimi legali, issa ilu deċennji sħaħ jitpoġġa fis-suq biss l-ispraġ tat-tip ‘Abensberger Spargel’ li jkun tal-aqwa kwalità. Dan wassal għall-fama u għar-reputazzjoni tajba ferm li dan il-prodott igawdi minnhom min-naħa tal-konsumaturi. Din il-fama tidher ukoll fid-dejta uffiċjali dwar il-prezz. Fil-fatt, l-ispraġ tat-tip ‘Abensberger Spargel’ jista’ jġib prezz ogħla fis-suq mill-ispraġ li jkun ġej minn żoni oħrajn.
Illum il-ġurnata, is-settur tal-ispraġ sar wieħed mill-fatturi ekonomiċi ewlenin tar-reġjun ta’ Abensberg u jkopri żona ta’ madwar 210 ettaru.
Il-bdiewa li jkabbruh li joqogħdu f’dan ir-reġjun ilhom iktar minn 70 sena jgħaddu l-għarfien tagħhom dwar it-tkabbir tal-ispraġ u l-esperjenza tagħhom f’dan il-qasam lill-ġenerazzjonijiet ta’ wara. Dan l-għarfien u din l-esperjenza jiżguraw li l-ispraġ ikun tal-aqwa kwalità, u b’hekk li jitqiegħed b’suċċess fis-suq.
L-istaġun tal-ispraġ huwa magħruf fir-reġjun bħala ‘l-ħames staġun’ u jattira diversi nies li jmorru hemm għal ħarġa ta’ ġurnata kif ukoll diversi turisti, li jkunu ġejjin minn postijiet fil-qrib iżda wkoll mill-bogħod. F’dak iż-żmien tas-sena, kemm fil-kċejjen tad-djar privati kif ukoll f’dawk tar-ristoranti, l-ingredjent ewlieni li jintuża jkun l-ispraġ. Kemm in-nies tal-lokal kif ukoll l-għadd kbir ta’ viżitaturi minn barra li jżuru Abensberg fl-istaġun tal-ispraġ ikunu impressjonati b’riċetti dejjem iktar kreattivi. Fi żmien l-ispraġ, is-swieq ta’ kull ġimgħa u s-swieq tal-ispraġ jaqilgħu l-iktar flus mill-bejgħ tal-prodotti tal-ispraġ.
Ta’ kull sena, sa mill-1996 ‘l hawn, tingħażel reġina tal-ispraġ ta’ Abensberg. Din ir-reġina tiġi intervistata minn ħafna ġurnali u mill-istazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni, u twassal l-isem tajjeb tal-ispraġ tat-tip ‘Abensberger Spargel’ ferm lil hinn mir-reġjun innifsu.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni
(It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
https://register.dpma.de/DPMAregister/geo/detail.pdfdownload/41017”
(1) ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.
(2) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.