ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 223

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
21 ta' Ġunju 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 223/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8003 — INEOS/INOVYN) ( 1 )

1

2016/C 223/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8066 — Randstad/Obiettivo Lavoro) ( 1 )

1

2016/C 223/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8071 — Goldman Sachs/Continental Bakeries) ( 1 )

2

2016/C 223/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8052 — Segro/PSPIB/SELP/Torino DC1) ( 1 )

2


 

III   Atti preparatorji

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2016/C 223/05 CON/2016/27

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta’ April 2016 dwar proposta għal regolament li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq u r-Regolament (UE) Nru 909/2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli fir-rigward ta’ ċerti dati, u proposta għal direttiva li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta’ ċerti dati (CON/2016/27)

3


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2016/C 223/06

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2016 li ġġedded il-mandat tas-supplenti għall-President tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti

5

2016/C 223/07

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2016 li ġġedded il-mandat tal-President tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti

6

2016/C 223/08

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’Ġunju 2016 li taħtar seba’ membri tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel

7

2016/C 223/09

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau

8

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 223/10

Rata tal-kambju tal-euro

9


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Parlament Ewropew

2016/C 223/11

Sejħa għall-proposti (IX-2017/01) — Għotjiet lill-partiti politiċi f’livell Ewropew

10

2016/C 223/12

Sejħa għal proposti IX-2017/02 Għotjiet ta’ għajnuna finanzjarja għall-fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew

14


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8003 — INEOS/INOVYN)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 223/01)

Fit-8 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8003. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


21.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8066 — Randstad/Obiettivo Lavoro)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 223/02)

Fil-15 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M8066. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


21.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8071 — Goldman Sachs/Continental Bakeries)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 223/03)

Fl-14 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8071. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


21.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8052 — Segro/PSPIB/SELP/Torino DC1)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 223/04)

Fil-15 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M8052. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


III Atti preparatorji

Il-Bank Ċentrali Ewropew

21.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/3


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-29 ta’ April 2016

dwar proposta għal regolament li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq u r-Regolament (UE) Nru 909/2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli fir-rigward ta’ ċerti dati, u proposta għal direttiva li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta’ ċerti dati

(CON/2016/27)

(2016/C 223/05)

Introduzzjoni u bażi legali

Fil-25 ta’ Frar 2016, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva żewġ talbiet mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, segwiti minn żewġ talbiet mill-Parlament Ewropew irċevuti fit-18 ta’ Marzu 2016, għal opinjoni dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji, ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq u r-Regolament (UE) Nru 909/2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli fir-rigward ta’ ċerti dati (1) (iktar ’il quddiem ir-“regolament propost”) u proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta’ ċerti dati (2) (iktar ’il quddiem id-“direttiva proposta”).

Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, billi r-regolament propost u d-direttiva proposta fihom dispożizzjonijiet li jeffettwaw il-kompitu tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali li jikkontribwixxi għat-tmexxija bla xkiel tal-politika segwita mill-awtoritajiet kompetenti dwar l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 127(5) tat-Trattat. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet

Il-memoranda spjegattivi kemm tar-regolament kif ukoll tad-direttiva fihom talba sabiex tiġi ddifferita id-data ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) b’sena. Id-differiment tad-data ta’ applikazzjoni se jagħti lill-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll lill-parteċipanti fis-suq, ammont raġonevoli ta’ żmien biex jintroduċu l-infrastruttura teknika meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom. Il-BĊE jirrikonoxxi li d-differiment ta’ din id-data mhux se jkollu impatt fuq l-iskeda ta’ żmien għall-adozzjoni ta’ miżuri tal-“Livell 2” taħt ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 u d-Direttiva 2014/65/UE.

Għal raġunijiet ta’ konsistenza, il-BĊE jipproponi li d-data ta’ skadenza tiġi ddiferita sabiex l-Istati Membri jittrasponu d-Direttiva 2014/65/UE, kif ukoll jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq fir-rigward tat-traspożizzjoni tagħhom, b’sena, flimkien mas-sena estensjoni tal-iskadenza ta’ applikazzjoni.

Il-BĊE m’għandux iktar kummenti dwar ir-regolament propost u d-direttiva proposta.

Fejn il-BĊE jirrakkomanda li d-direttiva proposta tiġi emendata, qed tiġi prevista proposta ta’ abbozzar speċifika f’dokument ta’ ħidma tekniku separat flimkien ma’ test spjegattiv għal dan il-għan. Id-dokument ta’ ħidma tekniku huwa disponibbli bl-Ingliż fis-sit elettroniku tal-BĊE.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ April 2016.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  COM(2016) 57 finali.

(2)  COM(2016) 56 finali.

(3)  Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(4)  Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

21.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Ġunju 2016

li ġġedded il-mandat tas-supplenti għall-President tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti

(2016/C 223/06)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 47(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tat-12 ta’ Lulju 2011 (2), il-Kunsill ħatar lis-Sinjura Sari Kaarina HAUKKA bħala supplenti għall-President tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (l-“Uffiċċju”).

(2)

Il-mandat tas-Sinjura Sari Kaarina HAUKKA għandu jiskadi fl-14 ta’ Ottubru 2016.

(3)

Fl-4 ta’ Mejju 2016, wara li kisbet l-opinjoni favorevoli tal-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju, il-Kummissjoni pproponiet li l-mandat tas-Sinjura Sari Kaarina HAUKKA jiġġedded,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sinjura Sari Kaarina HAUKKA bħala supplenti għall-President tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti huwa b’dan imġedded għal perijodu ta’ ħames snin b’effett mill-15 ta’ Ottubru 2016.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju huwa mogħti s-setgħa li jipprovdi għall-arranġamenti kollha meħtieġa biex jiġi implimentat l-Artikolu 1.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta’ Ġunju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

L. F. ASSCHER


(1)  ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2011 li taħtar is-supplenti għall-President tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Komunità tal-Varjetajiet ta’ Pjanti (ĠU C 209, 15.7.2011, p. 17).


21.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Ġunju 2016

li ġġedded il-mandat tal-President tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti

(2016/C 223/07)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tat-12 ta’ Lulju 2011 (2), il-Kunsill ħatar lis-Sur Martin EKVAD bħala President tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (l-“Uffiċċju”).

(2)

Il-mandat tas-Sur Martin EKVAD għandu jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2016.

(3)

Fl-4 ta’ Mejju 2016, wara li kisbet l-opinjoni favorevoli tal-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju, il-Kummissjoni pproponiet li l-mandat tas-Sur Martin EKVAD jiġġedded,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Martin EKVAD bħala President tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti huwa b’dan imġedded għal perijodu ta’ ħames snin b’effett mill-1 ta’ Settembru 2016.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju huwa mogħti s-setgħa li jipprovdi għall-arranġamenti kollha meħtieġa biex jiġi implimentat l-Artikolu 1.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta’ Ġunju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

L. F. ASSCHER


(1)  ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2011 li taħtar il-President tal-Uffiċċju tal-Komunità tal-Varjetajiet ta’ Pjanti (ĠU C 209, 15.7.2011, p. 18).


21.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/7


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’Ġunju 2016

li taħtar seba’ membri tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel

(2016/C 223/08)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa essenzjali li jiġu żgurati l-indipendenza, il-kwalità xjentifika għolja, it-trasparenza u l-effiċjenza tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA). Il-kooperazzjoni tal-EFSA mal-Istati Membri hija wkoll indispensabbli.

(2)

Il-mandat għal seba’ membri tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-EFSA se jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2016.

(3)

Il-lista ta’ kandidati ppreżentata mill-Kummissjoni ġiet eżaminata bil-għan li jinħatru seba’ membri ġodda tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-EFSA abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni u fid-dawl tal-fehmiet espressi mill-Parlament Ewropew. L-għan huwa li jiġu żgurati l-ogħla standard ta’ kompetenza, firxa wiesgħa ta’ għarfien espert rilevanti, pereżempju fil-ġestjoni u fl-amministrazzjoni pubblika, u d-distribuzzjoni ġeografika l-aktar wiesgħa possibbli fi ħdan l-Unjoni.

(4)

L-Artiklu 25 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jirrikjedi li erba’ membri tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-EFSA jkollhom esperjenza f’organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil konsumaturi u interessi oħrajn fil-katina alimentari. Mis-seba’ membri li l-mandat tagħhom jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2016, wieħed minnhom għandu tali esperjenza. Jeħtieġ għalhekk li dan il-membru jiġi sostitwit minn membru li jkollu l-istess esperjenza,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni li ġejjin b’dan jinħatru membri tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2016 sat-30 ta’ Ġunju 2020:

Aivars BĒRZIŅŠ

Zita ČEPONYTĖ (*)

Didier HOUSSIN

Jaana HUSU-KALLIO

Giuseppe RUOCCO

Andrej SIMONČIČ

Michael WINTER.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta’ Ġunju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

L. F. ASSCHER


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(*)  Bl-esperjenza f’organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil konsumaturi.


21.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/8


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau

(2016/C 223/09)

L-informazzjoni segwenti qiegħda tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 (2) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta’ persuni indikati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddeċieda li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 għandhom ikomplu japplikaw għal dawk il-persuni.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi elenkati fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, sat-30 ta’ April 2017, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

DG C 1C

Rue de la Loi 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni 2012/285/PESK u l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) Nru 377/2012.


(1)  ĠU L 142, 1.6.2012, p. 36.

(2)  ĠU L 119, 4.5.2012, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

21.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/9


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-20 ta’ Ġunju 2016

(2016/C 223/10)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1332

JPY

Yen Ġappuniż

118,57

DKK

Krona Daniża

7,4359

GBP

Lira Sterlina

0,77375

SEK

Krona Żvediża

9,3338

CHF

Frank Żvizzeru

1,0884

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,3575

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,063

HUF

Forint Ungeriż

312,92

PLN

Zloty Pollakk

4,3925

RON

Leu Rumen

4,5393

TRY

Lira Turka

3,2821

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5188

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4520

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,7936

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5936

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5225

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 312,29

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,7941

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,4562

HRK

Kuna Kroata

7,5180

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 024,25

MYR

Ringgit Malażjan

4,5942

PHP

Peso Filippin

52,434

RUB

Rouble Russu

72,4231

THB

Baht Tajlandiż

39,877

BRL

Real Brażiljan

3,8286

MXN

Peso Messikan

21,0894

INR

Rupi Indjan

76,3280


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Parlament Ewropew

21.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/10


Sejħa għall-proposti (IX-2017/01) — “Għotjiet lill-partiti politiċi f’livell Ewropew”

(2016/C 223/11)

Skont l-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-partiti politiċi f’livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda politika taċ-ċittadini tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 224 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu, permezz ta’ regolamenti, ir-regolamenti li jiggwidaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew imsemmija fl-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u partikolarment ir-regoli li jirrigwardaw il-finanzjament tagħhom.

F’dan il-kuntest, il-Parlament qed iniedi sejħa għall-proposti bil-għan li jinħarġu għotjiet lill-partiti politiċi fil-livell Ewropew.

1.   L-att bażiku

Ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 (minn hawn ‘il quddiem “ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003”) dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom. (1)

Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Marzu 2004 li tistipula l-proċeduri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 (minn hawn ‘il quddiem “Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004”). (2)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (minn hawn ‘il quddiem “ir-Regolament Finanzjarju”). (3)

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (minn hawn ’il quddiem “Regoli ta’ Applikazzjoni”). (4)

2.   L-objettiv

Skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004, “Il-Parlament Ewropew għandu jippubblika kull sena, qabel it-tmiem tal-ewwel sitt xhur qabel is-sena li għaliha tkun qed tingħata l-għotja, sejħa għall-proposti biex jingħataw għotjiet li jiffinanzjaw lill-partiti u l-fundazzjonijiet”.

Din is-sejħa għall-proposti tikkonċerna applikazzjonijiet għall-għotjiet għas-sena finanzjarja 2017 li tkopri l-perjodu ta’ attività mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2017. L-objettiv tal-għotja huwa li tirfed il-programm ta’ ħidma annwali tal-benefiċjarju.

3.   Ammissibbiltà

L-applikazzjonijiet ma jkunux ammissibbli sakemm ma jitressqux bil-miktub fil-formola ta’ applikazzjoni għall-għotja kif tidher fl-Anness 1 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004 u sakemm ma jintbagħtux lill-President tal-Parlament Ewropew sad-data tal-għeluq. L-applikazzjonijiet li jitqiesu mhux kompluti jistgħu jiġu rrifjutati.

4.   Kriterji u dokumenti ġustifikattivi

4.1.   Kriteriji tal-eliġibbiltà

Biex ikun eliġibbli għal għotja, partit politiku fil-livell Ewropew jeħtieġlu jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003, jiġifieri:

(a)

irid ikollu personalità ġuridika fl-Istat Membru li fih għandu s-sede tiegħu;

(b)

irid ikun rappreżentat, f’tal-anqas kwart tal-Istati Membri, minn Membri tal-Parlament Ewropew jew fil-Parlamenti nazzjonali jew Parlamenti reġjonali jew fl-assemblej reġjonali, jew irid ikun irċieva, f’tal-anqas kwart tal-Istati Membri, tal-anqas tlieta fil-mija tal-voti espressi f’kull wieħed minn dawk l-Istati Membri fl-elezzjonijiet l-aktar reċenti tal-Parlament Ewropew;

(c)

għandu josserva, partikolarment fil-programm tiegħu u fl-attivitajiet tiegħu, il-prinċipji li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-prinċipji tal-libertà, id-demokrazija, ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u r-regola tal-liġi;

(d)

għandu jkun ipparteċipa f’elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, jew esprima l-intenzjoni li jagħmel hekk.

Fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003, Membru tal-Parlament Ewropew jista’ jkun membru ta’ partit politiku wieħed biss f’livell Ewropew (l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) 2004/2003).

Fid-dawl ta’ dan, il-partiti politiċi qed jiġu infurmati li mis-sena finanzjarja 2013 il-Parlament Ewropew ser jibda japplika d-dispożizzjoni tal-Artikolu 3(1)(b) b’tali mod li Membru tal-Parlament Ewropew jista’ jkun biss membru tal-partit politiku fil-livell Ewropew li l-partit politiku nazzjonali tiegħu jkun membru fih.

Barra minn hekk, is-sħubija doppja f’żewġ partiti politiċi Ewropej mhijiex possibbli għall-finijiet tas-sodisfazzjon tal-kriterju tal-Artikolu 3, paragrafu 1(b) tar-Regolament (KE) 2004/2003.

4.2.   Kriterji ta’ esklużjoni

L-applikanti għandhom jiċċertifikaw ukoll li huma ma jkunux jinsabu f’xi waħda miċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikoli 106(1) u 107 tar-Regolament Finanzjarju.

4.3.   Kriterji għall-għażla

L-applikanti għandhom jipprovdu evidenza li għandhom il-vijabilità legali u finanzjarja meħtieġa sabiex iwettqu l-programm ta’ attivitajiet stipulat fl-applikazzjoni għall-finanzjament u li għandhom il-kapaċità teknika u tal-immaniġġjar meħtieġa sabiex iwettqu b’suċċess il-programm ta’ attivitajiet li għalih huma jkunu qed japplikaw għall-konċessjoni.

4.4.   Kriterji għall-għoti

Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003, l-approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja 2017 se jitqassmu kif ġej fost il-partiti politiċi f’livell Ewropew li l-applikazzjonijiet tagħhom għall-finanzjament ġew approvati skont il-kriterji ta’ eliġibiltà, u l-kriterji tal-esklużjoni u tal-għażla:

(a)

15 % se jitqassmu f’ishma ndaqs;

(b)

85 % se jitqassmu fost dawk il-partiti li għandhom membri eletti fil-Parlament Ewropew, proporzjonalment mal-għadd ta’ membri eletti.

4.5.   L-obbligu tan-notifika

L-applikanti li jingħataw għotja huma obbligati li jinnotifikaw dwar kull bidla fir-rigward tad-dokumenti mressqa jew kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-applikazzjoni fi żmien ġimgħatejn minn tali bidla. Fin-nuqqas ta’ tali notifika, l-uffiċjal awtorizzanti jista’ jieħu d-deċiżjoni abbażi tal-informazzjoni disponibbli, minkejja kull informazzjoni li tista’ tingħata fi stadju aktar avvanzat.

L-oneru tal-provi huwa f’idejn l-applikanti u l-benefiċċjari, li jridu jippruvaw li jkunu se jkomplu jissodisfaw il-kriterji meħtieġa.

4.6.   Dokumenti ta’ appoġġ

Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kriterji ta’ hawn fuq, l-applikanti għandhom jipprovdu d-dokumenti ta’ appoġġ li ġejjin:

(a)

L-ittra ta’ tifsir oriġinali b’indikazzjoni tal-ammont ta’ konċessjoni mitlub;

(b)

Il-formola ta’ applikazzjoni kif tidher fl-Anness 1 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004, mimlija u ffirmata kif meħtieġ (inkluża d-dikjarazzjoni solenni bil-miktub);

(c)

L-istatuti tal-partit politiku (5);

(d)

Ċertifikat uffiċjali tar-reġistrazzjoni (6);

(e)

Evidenza riċenti tal-eżistenza ta’ partit politiku;

(f)

Lista tad-diretturi/membri tal-Bord Maniġerjali (l-ismijiet u l-kunjomijiet, it-titli jew il-karigi fi ħdan il-partit li qed japplika) (7);

(g)

Dokumenti li jiċċertifikaw li l-applikant jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003;

(h)

Dokumenti li jiċċertifikaw li l-applikant jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 (8)  (9);

(i)

Il-programm politiku tal-partit politiku (10);

(j)

Dikjarazzjoni finanzjarja komprensiva għas-sena 2015 iċċertifikata mill-korp ta’ awditjar estern (11)  (12);

(k)

Deskrizzjoni tal-programm annwali ta’ ħidma

(l)

Baġit proviżorju għall-operat matul il-perijodu kkonċernat (mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2017) li jindika n-nefqa eliġibbli għall-finanzjament mill-baġit Komunitarju.

(m)

Lista sħiħa tal-membri

5.   Il-finanzjament mill-baġit tal-UE

L-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 402 tal-baġit tal-Parlament “Kontribuzzjonijiet lill-Partiti Politiċi Ewropej” huma stmati li jammontaw għal total ta’ EUR 31 905 000. Dawn huma soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità baġitarja.

L-ammont massimu li l-Parlament Ewropew iħallas lill-benefiċjarji m’għandux jaqbeż il-85 % tal-ispejjeż eliġibbli marbuta mal-operat tal-partiti politiċi f’livell Ewropew. Il-partit politiku kkonċernat għandu r-responsabilità li jipprovdi evidenza.

Il-finanzjament jieħu l-għamla ta’ konċessjoni għall-operat kif jiddisponi r-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni. L-arranġamenti għall-ħlas tal-konċessjonijiet u l-obbligi li jirregolaw l-użu tagħhom se jiġu stipulati f’deċiżjoni ta’ għoti ta’ konċessjoni - kampjun ta’ dan il-ftehim jinsab fl-Anness 2a tad-Deċiżjoni tal-Bureau.tad-29 ta’ Marzu 2004.

6.   Il-proċedura u d-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet

6.1.   Data tal-għeluq u t-tressiq tal-applikazzjonijiet

Id-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet hija t-30 ta’ Settembru 2016. L-applikazzjonijiet imressqa wara dik id-data ma jiġux ikkunsidrati.

L-applikazzjonijiet għandhom:

(a)

jitressqu fuq il-formola tal-applikazzjoni għall-konċessjoni (l-Anness 1 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004);

(b)

jiġu ffirmati, b’mod obbligatorju, mill-applikant jew minn rappreżentant debitament awtorizzat tiegħu;

(c)

jintbagħtu f’envelop magħluq ġo ieħor. Iż-żewġ envelops għandhom ikunu magħluqa. Barra l-indirizz tad-dipartiment reċipjent kif mogħti fuq is-sejħa għall-proposti, fuq l-envelop ta’ ġewwa għandu jitniżżel dan li ġej:

“CALL FOR PROPOSALS 2017 GRANTS TO POLITICAL PARTIES AT EUROPEAN LEVEL

NOT TO BE OPENED BY THE MAIL SERVICE OR BY ANY UNAUTHORISED PERSON”

Jekk jintużaw envelops li jeħlu minnhom infushom, dawn għandhom jiġu ssiġillati bit-tejp li jwaħħal u min qed jibgħat għandu jiffirma tul dan it-tejp. Il-firma ta’ min qed jibgħat għandha tinkludi mhux biss il-firma bil-miktub tiegħu, iżda wkoll it-timbru tal-organizzazzjoni tiegħu;

Fuq l-envelop ta’ barra għandu jkun jidher l-indirizz ta’ min qed jibgħat u jkun indirizzat lil:

EUROPEAN PARLIAMENT

Mail Service

KAD 00D008

2929 Luxembourg

LUXEMBOURG

L-envelop ta’ ġewwa għandu jkun indirizzat lil:

President of the European Parliament

Attn. Mr Didier Kléthi, Director-General of Finance

SCH 05B031

2929 Luxembourg

LUXEMBOURG

(d)

jintbagħat mhux iktar tard mid-data tal-għeluq stipulata fis-sejħa għall-proposti, jew bil-posta rreġistrata, kif muri bit-timbru tal-posta, jew, jekk bis-servizz tal-kurjer, skont id-data fuq l-irċevuta tad-depożitu.

6.2.   Proċedura indikattiva u kalendarju

Il-proċedura u l-kalendarju li ġejjin se japplikaw għall-għoti ta’ konċessjonijiet lill-partiti politiċi f’livell Ewropew:

(a)

Tressiq tal-applikazzjonijiet lill-Parlament Ewropew (mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2016);

(b)

Kunsiderazzjoni u għażla mid-dipartimenti rilevanti tal-Parlament Ewropew; dawk l-applikazzjonijiet li jitqiesu ammissibbli biss se jiġu eżaminati abbażi tal-kriterji tal-eliġibbiltà, tal-esklużjoni u tal-għażla stipulati fis-sejħa għall-proposti;

(c)

Adozzjoni tad-deċiżjoni tal-għoti tal-konċessjoni mill-Bureau tal-Parlament Ewropew (bi prinċipju mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2017, kif stipulat fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004);

(d)

Notifika tad-deċiżjonijiet tal-għoti;

(e)

Ħlas bil-quddiem ta’ 80 % (fi żmien 15-il ġurnata mid-deċiżjoni tal-għoti tal-konċessjoni).

6.3.   Iktar informazzjoni

It-testi li ġejjin huma disponibbli fis-sit tal-Internet tal-Parlament Ewropew fl-indirizz li ġej:

http://www.europarl.europa.eu/tenders/invitations.htm:

(a)

Ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003;

(b)

Id-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004;

(c)

Il-formola tal-applikazzjoni għall-konċessjoni (Anness 1 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004).

Kwalunkwe mistoqsija relatata ma’ din is-sejħa għall-proposti li għandha l-għan li tagħti konċessjonijiet għandha tintbagħat bil-posta elettronika, u għandha tiġi kkwotata r-referenza tal-pubblikazzjoni, fl-indirizz li ġej: fin.part.fond.pol@europarl.europa.eu.

6.4.   L-ipproċessar tad-dejta personali

F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), id-dejta personali inkluża fl-applikazzjoni għall-finanzjament u l-annessi tagħha ser tiġi proċessata skont il-prinċipji tal-imparzjalità, il-legalità u l-proporzjonalità għall-finijiet espliċiti u leġittimi ta’ dan il-proġett. Għall-finijiet tal-ipproċessar tal-applikazzjoni u sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, id-dejta personali tista’ tiġi pproċessata mis-servizzi u l-korpi kompetenti tal-Parlament Ewropew u tiġi trasferita lis-servizzi ta’ awditu interni, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-Bord għall-Irregolaritajiet Finanzjarji jew lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

L-ismijiet tal-membri u tar-rappreżentanti tal-partiti politiċi Ewropej li jintbagħtu mal-applikazzjoni għall-finanzjament sabiex ikun sodisfat il-kriterju ta’ rappreżentanza tal-Artikolu 3(b) tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003, jistgħu jiġu ppubblikati mill-Parlament Ewropew u jiġu żvelati lill-pubbliku bl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew (14). Il-partiti politiċi huma mistiedna biex, mal-applikazzjoni tagħhom, jehmżu dikjarazzjoni ffirmata mill-membri jew mir-rappreżentanti kkonċernati tal-partit, li fiha jindikaw li huma jkunu ġew infurmati dwar l-iżvelar tal-ismijiet lill-pubbliku, u li jaqblu miegħu.

Kwalunkwe individwu kkonċernat jista’ jikkuntattja lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edps@edps.europa.eu) sabiex jappella.


(1)  ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1.

(2)  ĠU C 155, 12.6.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.

(5)  Jew dikjarazzjoni fuq l-unur li ma kienx hemm tibdil fid-dokumenti li diġà ġew preżentati.

(6)  Jew dikjarazzjoni fuq l-unur li ma kienx hemm tibdil fid-dokumenti li diġà ġew preżentati.

(7)  Jew dikjarazzjoni fuq l-unur li ma kienx hemm tibdil fid-dokumenti li diġà ġew preżentati.

(8)  Jew dikjarazzjoni fuq l-unur li ma kienx hemm tibdil fid-dokumenti li diġà ġew preżentati.

(9)  Inklużi il-listi tal-persuni msemmija fl-Artikoli 3(1)(b), l-ewwel subparagrafu, u 10(1)(b).

(10)  Jew dikjarazzjoni fuq l-unur li ma kienx hemm tibdil fid-dokumenti li diġà ġew preżentati.

(11)  Jew dikjarazzjoni fuq l-unur li ma kienx hemm tibdil fid-dokumenti li diġà ġew preżentati.

(12)  Sakemm il-partit politiku f’livell Ewropew ma jkunx ġie stabbilit matul is-sena kurrenti.

(13)  ĠU L 8 tat-12.1.2001, p. 1.

(14)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 43).


21.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/14


Sejħa għal proposti IX-2017/02 “Għotjiet ta’ għajnuna finanzjarja għall-fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew”

(2016/C 223/12)

Skont l-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-partiti politiċi fil-livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni tas-sensibilizzazzjoni politika Ewropea u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 224 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu, permezz ta’ regolamenti, ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi fil-livell Ewropew imsemmija fl-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u partikolarment ir-regoli dwar il-finanzjament tagħhom.

Ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 kif rivedut fl-2007 jagħraf ir-rwol tal-fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew li, bħala organizzazzjonijiet affiljati mal-partiti politiċi fil-livell Ewropew, “jistgħu permezz tal-attivitajiet tagħhom jgħinu u jsaħħu l-għanijiet tal-partiti politiċi f’livell Ewropew b’mod speċjali billi jikkontribwixxu għad-dibattitu dwar kwistjonijiet ta’ politika pubblika Ewropea u dwar l-integrazzjoni Ewropea, anke billi jaġixxu bħala katalisti għall-ideat, għall-analiżi u għal għażliet politiċi ġodda”. Ir-Regolament jipprevedi, b’mod partikolari, għotja annwali ta’ għajnuna finanzjarja għall-operat mill-Parlament Ewropew lill-fondazzjonijiet politiċi li japplikaw u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament.

F’dan il-kuntest, il-Parlament qed iniedi sejħa għal proposti għall-għotja ta’ għajnuna finanzjarja lill-fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew.

1.   L-Att ta’ bażi

Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 (minn hawn ‘il quddiem “ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003”) dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi fil-livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (1).

Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Marzu 2004 li tistipula l-proċeduri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 (minn hawn ‘il quddiem “id-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004”) (2).

Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012 tal-25 ta’ Ottubru 2012 rigward ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (minn hawn ‘il quddiem “ir-Regolament Finanzjarju”) (3).

Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (minn hawn ‘il quddiem “Regoli ta’ Applikazzjoni”) (4).

2.   L-Objettiv

Skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Bureau, “Il-Parlament Ewropew jippubblika kull sena, qabel it-tmiem tal-ewwel sitt xhur qabel is-sena li għaliha tkun qed tingħata l-għotja, sejħa għall-proposti biex jingħataw għotjiet li jiffinanzjaw lill-partiti u lill-fondazzjonijiet”.

Din is-sejħa għal proposti tikkonċerna l-applikazzjonijiet għall-għotja ta’ għajnuna finanzjarja għas-sena finanzjarja 2017, li tkopri l-perjodu ta’ attività mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2017. L-objettiv tal-għajnuna finanzjarja hu li tappoġġa l-programm ta’ ħidma annwali tal-benefiċjarju.

3.   Ammissibbiltà:

L-applikazzjonijiet ma jkunux ammissibbli sakemm ma jitressqux bil-miktub fil-formola tal-applikazzjoni għall-għotja ta’ għajnuna finazjarja li tinsab fl-Anness 1 tad-Deċiżjoni tal-Bureau msemmija hawn fuq tad-29 ta’ Marzu 2004 u jintbagħtu lill-President tal-Parlament Ewropew sad-data tal-għeluq. L-applikazzjonijiet li jitqiesu mhux kompluti jistgħu jiġu rrifjutati.

4.   Il-Kriterji u d-dokumenti ġustifikattivi

4.1.   Il-kriteriji tal-eliġibbiltà

Sabiex tkun eliġibbli għal għajnuna finanzjarja, fondazzjoni politika fil-livell Ewropew għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003, jiġifieri:

(a)

għandha tkun affiljata ma’ wieħed mill-partiti politiċi fil-livell Ewropew irrikonoxxut skont dan ir-Regolament, kif iċċertifikat minn dak il-partit;

(b)

għandu jkollha personalità ġuridika fl-Istat Membru fejn jinstab l-indirizz irreġistrat tagħha; din il-personalità ġuridika għandha tkun separata minn dik tal-partit politiku fil-livell Ewropew li miegħu l-fondazzjoni tkun affiljata;

(c)

għandha tosserva, b’mod partikolari fil-programm tagħha u fl-attivitajiet tagħha, il-prinċipji li fuqhom l-Unjoni Ewropea hija stabbilita, jiġifieri l-prinċipji tal-libertà, tad-demokrazija, tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali, u tal-istat tad-dritt;

(d)

ma għandhiex tippromwovi għanijiet ta’ profitt;

(e)

il-korp ta’ tmexxija tagħha għandu jkollu kompożizzjoni ġeografikament ibbilanċjata.

Barra minn hekk, għandha tissodisfa wkoll il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003: “Fi ħdan il-qafas ta’ dan ir-Regolament, kull partit politiku u fondazzjoni f’livell Ewropew għandhom ir-responsabbiltà li jfissru l-modalitajiet speċifiċi għar-relazzjoni ta’ bejniethom, skont il-liġi nazzjonali, inkluż grad adegwat ta’ separazzjoni bejn l-amministrazzjoni ta’ kuljum u kif ukoll l-istrutturi regolatorji tal-fondazzjoni politika f’livell Ewropew, minn naħa waħda, u l-partit politiku f’livell Ewropew li miegħu dik tal-ewwel tkun affiljata, min-naħa l-oħra.”

4.2.   Il-kriterji tal-esklużjoni

L-applikanti għandhom jiċċertifikaw ukoll li huma ma jinsabux f’xi waħda miċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikoli 106(1) u 107 tar-Regolament Finanzjarju.

4.3.   Il-kriterji tal-għażla

L-applikanti għandhom jipprovdu evidenza li għandhom il-vijabbiltà legali u finanzjarja meħtieġa sabiex iwettqu l-programm ta’ ħidma stipulat fl-applikazzjoni għall-finanzjament u li għandhom il-kapaċità teknika u l-ħiliet ta’ mmaniġġjar meħtieġa sabiex iwettqu b’suċċess il-programm ta’ ħidma li fir-rigward tiegħu jkunu qegħdin japplikaw għal għajnuna finanzjarja.

4.4.   Il-kriterji tal-għotja ta’ għajnuna finanzjarja

Skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003, l-approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja 2017 se jitqassmu kif ġej bejn il-fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew li kisbu deċiżjoni pożittiva dwar l-applikazzjoni tagħhom għall-finanzjament skont il-kriterji tal-eliġibbiltà, tal-esklużjoni u tal-għażla:

(a)

15 % se jitqassmu f’ishma ndaqs;

(b)

85 % se jitqassmu fost dawk li huma affiljati ma’ partiti politiċi fil-livell Ewropew li għandhom membri eletti fil-Parlament Ewropew, proporzjonalment man-numru ta’ membri eletti.

4.5.   L-obbligu tan-notifika

L-applikanti li jingħataw għotja huma obbligati li jinnotifikaw kwalunkwe bidla fir-rigward tad-dokumenti mressqa jew fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-applikazzjoni fi żmien ġimgħatejn minn tali bidla. Fin-nuqqas ta’ tali notifika, l-uffiċjal awtorizzanti jista’ jieħu d-deċiżjoni abbażi tal-informazzjoni disponibbli, irrispettivament minn kwalunkwe informazzjoni li tista’ tingħata fi stadju iktar avvanzat.

L-oneru tal-provi jinkombi fuq l-applikanti u l-benefiċċjari, li jridu jippruvaw li jkunu għadhom jissodisfaw il-kriterji meħtieġa.

4.6.   Id-dokumenti ġustifikattivi

Għall-fini tal-valutazzjoni tal-kriterji ta’ hawn fuq, l-applikanti għandhom jipprovdu d-dokumenti ġustifikattivi li ġejjin:

(a)

ittra ta’ akkumpanjament oriġinali b’indikazzjoni tal-ammont ta’ għajnuna finanzjarja mitlub;

(b)

il-formola ta’ applikazzjoni li tinsab fl-Anness 1 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004, debitament ikkompletata u ffirmata (inkluża d-dikjarazzjoni solenni bil-miktub);

(c)

l-istatuti tal-fondazzjoni politika (5);

(d)

ċertifikat ta’ reġistrazzjoni uffiċjali (6);

(e)

evidenza riċenti tal-eżistenza tal-fondazzjoni politika;

(f)

lista tad-diretturi/tal-membri tal-Bord ta’ Amminstrazzjoni (isem u kunjom, ċittadinanza, titoli jew funzjonijiet fi ħdan il-fondazzjoni politika);

(g)

il-programm politiku tal-fondazzjoni politika (7);

(h)

dikjarazzjoni finanzjarja komprensiva għas-sena 2015 iċċertifikata mill-korp ta’ awditjar estern (8);

(i)

baġit operattiv proviżorju għall-perjodu kkonċernat (mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2017) li jindika n-nefqa eliġibbli għall-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni;

(j)

deskrizzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali;

(k)

dokumenti li jiċċertifikaw li l-fondazzjoni politika tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003;

(l)

lista sħiħa tal-membri.

5.   Finanzjament mill-Baġit tal-UE

Il-finanzjament għas-sena finanzjarja 2017 skont l-Artikolu 403 tal-baġit tal-Parlament, “Kontribuzzjonijiet lill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej” huwa stmat li jammonta għal total ta’ EUR 19 000 000. Dan hu soġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità baġitarja.

L-ammont massimu li jitħallas lill-benefiċjarju mill-Parlament Ewropew m’għandux jaqbeż il-85 % tal-kosti eliġibbli marbuta mal-operat tal-fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew. L-oneru tal-provi jinkombi fuq il-fondazzjoni politika kkonċernata.

Il-finanzjament għandu jieħu l-għamla ta’ għajnuna finanzjarja għall-operat, kif previst mir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ applikazzjoni. L-arranġamenti għall-ħlas tal-għajnuna finanzjarja u l-obbligi li jirregolaw l-użu tagħha jiġu stipulati f’deċiżjoni ta’ għotja ta’ għajnuna finanzjarja - li kampjun tagħha jinsab fl-Anness 2b tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004.

6.   Il-proċedura u d-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet

6.1.   Id-data tal-għeluq u l-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet

Id-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet hija t-30 ta’ Settembru 2016. L-applikazzjonijiet imressqa wara dik id-data mhux se jiġu kkunsidrati.

L-applikazzjonijiet għandhom:

(a)

isiru permezz tal-formola ta’ applikazzjoni għal għotja ta’ għajnuna finanzjarja (Anness 1 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004);

(b)

jiġu ffirmati, mingħajr ma l-applikant jonqos milli jagħmel dan, minnu stess jew minn rappreżentant debitament awtorizzat;

(c)

jintbagħtu f’envelop magħluq ġo ieħor; iż-żewġ envelops għandhom ikunu ssiġillati; flimkien mal-indirizz tad-dipartiment destinatarju kif jidher fis-sejħa għal proposti, l-envelop ta’ ġewwa jrid jindika dan li ġej:

“CALL FOR PROPOSALS – 2017 GRANTS TO POLITICAL FOUNDATIONS AT EUROPEAN LEVEL

NOT TO BE OPENED BY THE MAIL SERVICE OR BY ANY UNAUTHORISED PERSON”

Jekk jintużaw envelops li jeħlu minnhom infushom, dawn għandhom jingħalqu bit-tejp u fuqu għandu jkun hemm il-firma ta’ min ikun qed jibgħat. Il-firma ta’ min qed jibgħat għandha tinkludi mhux biss il-firma bil-miktub tiegħu, iżda wkoll it-timbru tal-organizzazzjoni tiegħu;

Fuq l-envelop ta’ barra għandu jkun jidher l-indirizz ta’ min qed jibgħat u dan l-envelop għandu jkun indirizzat lil:

EUROPEAN PARLIAMENT

Mail Service

KAD 00D008

2929 Luxembourg

LUXEMBOURG

L-indirizz fuq l-envelop ta’ ġewwa għandu jkun dan:

President of the European Parliament

Attn. Mr Didier Kléthi, Director-General of Finance

SCH 05B031

2929 Luxembourg

LUXEMBOURG

(d)

jitressqu mhux iktar tard mid-data tal-għeluq stipulata fis-sejħa għal proposti jew bil-posta rreġistrata, kif muri bit-timbru tal-posta jew bis-servizz tal-kurjer skont id-data fuq l-irċevuta tad-depożitu.

6.2.   Il-proċedura u l-iskeda indikattivi

Il-proċedura u l-iskeda li ġejjin se japplikaw għall-għotjiet ta’ għajnuna finanzjarja lill-fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew:

(a)

Il-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet lill-Parlament Ewropew (mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2016);

(b)

Eżami u għażla mid-dipartimenti rilevanti tal-Parlament Ewropew; l-applikazzjonijiet li jitqiesu ammissibbli biss se jiġu eżaminati abbażi tal-kriterji tal-eliġibbiltà, tal-esklużjoni u tal-għażla stipulati fis-sejħa għal proposti;

(c)

L-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-għotja ta’ għajnuna finanzjarja mill-Bureau tal-Parlament (fil-prinċipju mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2017, kif stipulat fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004) u n-notifika tal-applikanti;

(d)

Notifika ta’ deċiżjonijiet ta’ għotja ta’ għajnuna finanzjarja;

(e)

Ħlas bil-quddiem ta’ 80 % (fi żmien 15-il ġurnata mid-deċiżjoni tal-għotja tal-għajnuna finanzjarja).

6.3.   Informazzjoni addizzjonali

It-testi li ġejjin huma disponibbli fis-sit tal-Internet tal-Parlament Ewropew fl-indirizz li ġej:

http://www.europarl.europa.eu/tenders/invitations.htm:

(a)

Ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003;

(b)

Id-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004;

(c)

Il-formola ta’ applikazzjoni għall-għotja ta’ għajnuna finanzjarja (Anness 1 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004).

Kwalunkwe mistoqsija relatata ma’ din is-sejħa għal proposti b’rabta mal-għotjiet ta’ għajnuna finanzjarja għandha tintbagħat bil-posta elettronika, filwaqt li tiġi kkwotata r-referenza tal-pubblikazzjoni, fl-indirizz li ġej: fin.part.fond.pol@europarl.europa.eu.

6.4.   L-ipproċessar ta’ data personali

B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), id-data personali inkluża fl-applikazzjoni għall-finanzjament u l-annessi tagħha se tiġi proċessata skont il-prinċipji ta’ korrettezza, legalità u proporzjonalità għall-finijiet espliċiti u leġittimi ta’ din l-azzjoni. Għall-finijiet tal-ipproċessar tal-applikazzjoni u sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, id-data personali tista’ tiġi pproċessata mis-servizzi u l-korpi kompetenti tal-Parlament Ewropew, u tintbagħat lis-servizzi ta’ awditjar interni, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-Bord għall-Irregolaritajiet Finanzjarji jew lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

Kwalunkwe individwu kkonċernat jista’ jikkuntattja lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edps@edps.europa.eu) sabiex jappella.


(1)  ĠU L 297 tal-15.11.2003, p. 1.

(2)  ĠU C 155 tat-12.6.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.

(5)  Jew dikjarazzjoni fuq l-unur li ma kienx hemm tibdil fid-dokumenti li diġà ġew ippreżentati.

(6)  Jew dikjarazzjoni fuq l-unur li ma kienx hemm tibdil fid-dokumenti li diġà ġew ippreżentati.

(7)  Jew dikjarazzjoni fuq l-unur li ma kienx hemm tibdil fid-dokumenti li diġà ġew ippreżentati.

(8)  Sakemm l-applikant ma jkunx ġie stabbilit matul is-sena kurrenti.

(9)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.