ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 212

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
14 ta' Ġunju 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 212/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8013 — Pitpoint/Primagaz/Pitpoint.LNG JV) ( 1 )

1

2016/C 212/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7941 — Saint-Gobain Glass France/Corning/JV) ( 1 )

1

2016/C 212/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8063 — Caixabank/Banco BPI) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2016/C 212/04

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2016 li taħtar membru u membru supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali għas-Slovakkja

3

2016/C 212/05

Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2016 dwar l-iżvilupp tal-litteriżmu fil-media u l-ħsieb kritiku permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ

5

2016/C 212/06

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-Europeana għall-aċċess diġitali, il-viżibbiltà u l-użu tal-wirt kulturali Ewropew

9

2016/C 212/07

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar it-tisħiħ tal-integrità, it-trasparenza u l-governanza tajba f’avvenimenti sportivi ewlenin

14

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 212/08

Rata tal-kambju tal-euro

18


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 212/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7815 — Groupe Bouygues/ADP/Meridiam/Ravinala Airports) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

19


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

14.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8013 — Pitpoint/Primagaz/Pitpoint.LNG JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 212/01)

Fis-7 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Olandiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8013. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


14.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7941 — Saint-Gobain Glass France/Corning/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 212/02)

Fis-17 ta’ Mejju 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M7941. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


14.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8063 — Caixabank/Banco BPI)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 212/03)

Fit-8 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8063. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

14.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-9 ta’ Ġunju 2016

li taħtar membru u membru supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali għas-Slovakkja

(2016/C 212/04)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-listi ta’ kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tat-13 ta’ Ottubru 2015 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali għall-perijodu mill-20 ta’ Ottubru 2015 sad-19 ta’ Ottubru 2020.

(2)

Il-gvern tas-Slovakkja ppreżenta nomini oħra għal żewġ karigi li għandhom jimtlew.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura membru u membru supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali għall-perijodu mill-20 ta’ Ottubru 2015 sad-19 ta’ Ottubru 2020:

I.   RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM

Pajjiż

Membru

Supplenti

Slovakkja

Is-Sinjura Miriam ŠPÁNIKOVÁ

Is-Sur Peter MOLNÁR

Artikolu 2

Il-Kunsill ser jaħtar f’data aktar tard il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx nominati.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta’ Ġunju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

G.A. VAN DER STEUR


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali (ĠU C 341, 16.10.2015, p. 4).


14.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/5


KONKLUŻJONIJIET TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Mejju 2016

dwar l-iżvilupp tal-litteriżmu fil-media u l-ħsieb kritiku permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ

(2016/C 212/05)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

FILWAQT LI JFAKKAR:

L-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jiddikjara li l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi;

B’KONT MEĦUD TA’:

Id-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi, adottata fis-17 ta’ Marzu 2015 (1), li tenfasizza l-importanza tat-“tisħiħ tal-kapaċità tat-tfal u ż-żgħażagħ li jaħsbu b’mod kritiku u jiġġudikaw sabiex, partikolarment fil-kuntest tal-internet u l-media soċjali, ikunu kapaċi jagħrfu r-realtajiet, jiddistingwu fatt minn opinjoni, jagħrfu l-propaganda u jieqfu għal kull tip ta’ indottrinazzjoni u diskors ta’ mibegħda”;

Ir-Rapport Konġunt ET2020 tal-15 ta’ Diċembru 2015 (2), li jindika s-segwitu għad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi bħala prijorità ewlenija fiċ-ċiklu ta’ ħidma l-ġdid (2015-2020) permezz ta’ “analiżi konġunta, tagħlim bejn il-pari, laqgħat, tixrid ta’ prattiki tajbin u miżuri konkreti bbażati fuq finanzjament”;

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill tal-24 ta’ Frar 2016 dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp u l-inklużività soċjoekonomiċi fl-UE permezz tal-edukazzjoni (3), li fiha l-impenn biex “jissaħħu l-litteriżmu diġitali u tal-media taż-żgħażagħ kif ukoll l-abbiltà tagħhom li jaħsbu b’mod kritiku, flimkien mal-ħiliet soċjali u l-kompetenzi ta’ ċittadinanza tagħhom”;

U FID-DAWL TA’:

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (4), li tidentifika bħala kompetenzi ewlenin li ċ-ċittadini kollha għandhom jiksbu: “kompetenza diġitali”, li tirrikjedi “attitudni kritika u ta’ riflessjoni lejn it-tagħrif disponibbli u użu responsabbli tal-media interattiva”; “kompetenzi soċjali u ċiviċi” li jinkludu il-kapaċità “li wieħed jifhem fehmiet differenti u r-rieda li jirrispetta il-valuri tal-oħrajn”; u “għarfien u espressjoni kulturali” li jinkludu “sens ta’ identità” bħala “l-bażi għal attitudni miftuħa lejn id-diversità u r-rispett għaliha”;

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2012 dwar strateġija Ewropea għal internet Aħjar għat-Tfal (5), li jissottolinjaw li “s-settur tal-edukazzjoni kif ukoll il-ġenituri għandhom rwol importanti xi jwettqu biex jgħinu lit-tfal jisfruttaw l-opportunitajiet offruti mill-internet b’mod kreattiv u ta’ benefiċċju, kif ukoll li jidentifikaw u jittrattaw ir-riskji li jiltaqgħu magħhom fuq l-internet u li l-għalliema u l-ġenituri nfushom jeħtieġu l-appoġġ u t-taħriġ mhux biss biex ilaħħqu mal-bidliet rapidi u imprevedibbli fil-ħajja virtwali tat-tfal, iżda wkoll mat-teknoloġiji l-ġodda li qed jevolvu l-ħin kollu”;

Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Jannar 2014 dwar il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni għat-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti (6), li tenfasizza partikolarment il-“kooperazzjoni iktar mill-qrib mas-soċjetà ċivili u s-settur privat biex jiġu indirizzati l-isfidi ffaċċjati onlajn u jsir aktar biex iż-żgħażagħ jiġu mħeġġa jaħsbu b’mod kritiku dwar il-messaġġi estremisti” fost l-azzjonijiet ewlenin li għandhom jittieħdu għall-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni;

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Novembru 2014 dwar il-Politika Awdjoviżiva Ewropea fl-Era Diġitali (7), li jistiednu lill-Kummissjoni u l-Istati Membri “jippromwovu prattiki tajba u riċerka dwar l-inklużjoni tal-litteriżmu medjatiku fl-edukazzjoni u t-taħriġ formali, kif ukoll f’tagħlim mhux formali u informali”;

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar ir-rwol tas-settur taż-żgħażagħ f’approċċ integrat u transsettorjali għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni vjolenti taż-żgħażagħ, li jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jappoġġaw liż-żgħażagħ fil-“ġlieda kontra l-influwenzi estremisti fuq l-internet u l-media soċjali fl-iżvilupp ta’ ħsieb kritiku u l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi rilevanti biex jifhmu s-sorsi u l-aġendi differenti wara l-informazzjoni li tingħata, inklużi l-propaganda u d-diskors ta’ mibegħda” (8);

JIKKUNSIDRA LI:

L-internet — u l-media soċjali b’mod partikolari — joffru opportunitajiet mingħajr preċedent u kważi bla limitu f’termini ta’ kondiviżjoni ta’ għarfien u ta’ ideat. Bl-għoti ta’ aċċess immedjat għal ammonti vasti ta’ informazzjoni, kif ukoll aċċess għal firxa wiesgħa ta’ sorsi, huma jistgħu jkollhom impatt sinifikanti fuq l-opinjonijiet, l-attitudnijiet u l-perċezzjonijiet. Joffru wkoll lil kulħadd pjattaforma biex joħolqu, jikkondividu u jippubblikaw kontenut huma stess, u b’hekk jgħinu biex jiġi żviluppat it-talent, titrawwem il-kreattività u tiġi promossal-innovazzjoni.

Id-dinja tal-lum hija kkaratterizzata minn aċċess faċli u kontinwu għall-internet, fejn in-nies, speċjalment iż-żgħażagħ, qed iqattgħu dejjem aktar ħin fuq l-internet (9). L-importanza tal-komunitajiet virtwali u l-kuntatti — b’mod partikolari permezz tal-media soċjali u s-servizzi ta’ Instant Messaging — qiegħda tikber.

F’DAN L-ISFOND, JINNOTA WKOLL LI:

Il-litteriżmu fil-media — jiġifieri, il-kapaċitajiet tekniċi, konjittivi, soċjali, ċiviċi u kreattivi kollha li jippermettulna aċċess għal u li jkollna fehim kritiku tal-forom kemm tradizzjonali kif ukoll dawk ġodda ta’ media (10) u li ninteraġixxu magħhom — huwa ta’ importanza dejjem akbar. Dan għandu rabta mill-qrib mal-impenn attiv fil-ħajja demokratika, iċ-ċittadinanza u l-kapaċità li wieħed jiġġudika b’mod kritiku u indipendenti kif ukoll li jirrifletti fuq azzjonitu, u b’hekk ikun jista’ jtejjeb ir-reżiljenza taż-żgħażagħ għall-messaġġi estremisti u diżinformazzjoni.

Il-kompetenza diġitali, li tinkludi l-użu kunfidenti, kreattiv u kritiku tal-ICT, hija komponent kruċjali tal-litteriżmu fil-media. Livell baxx ta’ kompetenza diġitali jista’ jħalli persuna fi żvantaġġ, mhux biss fis-suq tax-xogħol fejn kważi l-impjiegi kollha jeħtieġu xi livell ta’ kompetenza diġitali, iżda wkoll fis-soċjetà inġenerali. Bħala tali, hemm rabta ċara bejn it-tisħiħ tal-kompetenza diġitali u l-isforzi biex jinħolqu soċjetajiet aktar inklużivi u koeżivi.

Il-litteriżmu fil-media — marbut mal-litteriżmu u ħiliet ta’ komunikazzjoni inġenerali — jinvolvi wkoll kompetenzi ewlenin oħrajn, b’mod partikolari l-kompetenzi soċjali u ċiviċi li għandhom rabta ċara mal-ħsieb kritiku, jiżguraw li n-nies jgħożżu d-diversità u jirrispettaw il-fehmiet u l-valuri tal-oħrajn, iżda wkoll l-għarfien u l-espressjoni kulturali li huma mirfuda mill-kapaċità li wieħed jirrelata l-mod li bih jesprimi l-fehmiet tiegħu ma’ dak tal-oħrajn, inklużi dawk bi sfondi kulturali differenti.

JIRRIKONOXXI LI:

Filwaqt li l-kompetenza diġitali qed issir dejjem aktar indispensabbli, għadd allarmanti ta’ nies għadhom neqsin minn livell bażiku ta’ kompetenza diġitali (11), li jpoġġihom f’riskju ta’ qgħad u ta’ esklużjoni soċjali. Dan jista’ jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ “distakk diġitali”, li jista’ jwassal għal inugwaljanzi soċjali u ekonomiċi u li joħloq sfida ċara għas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ tagħna.

Minbarra l-benefiċċji u l-opportunitajiet li jistgħu jġibu magħhom, l-internet u l-media soċjali huma wkoll ta’ theddida u periklu potenzjali, b’mod partikolari billi jagħmlu disponibbli kontenut fuq l-internet li ma jkunx adatt jew saħansitra ta’ ħsara għat-tfal u ż-żgħażagħ, inkluż diskors ta’ mibegħda u kontenut li jimminimizza l-gravità tal-vjolenza. Fenomeni mhux mixtieqa oħra jinkludu l-grooming fuq l-internet u l-bullying fuq l-internet, li jistgħu jaffettwaw b’mod sinifikanti l-benesseri u l-iżvilupp tat-tfal, kif ukoll ikollhom impatt negattiv fuq il-prestazzjoni edukattiva tagħhom.

L-attakki terroristiċi reċenti fl-Ewropa u inċidenti oħra ta’ estremiżmu vjolenti qajmu tħassib partikolari dwar il-possibbiltajiet uniċi li l-internet u l-media soċjali jipprovdu għal gruppi estremisti ta’ kull tip biex ixerrdu l-mibegħda u l-messaġġi li jinċitaw il-vjolenza b’mod liberu u biex iqanqlu interess fost iż-żgħażagħ diżinteressati. Ir-radikalizzazzjoni tat-tip li twassal għall-vjolenza sikwit ikollha dimensjoni transnazzjonali, fejn in-netwerks ta’ estremisti jikkomunikaw maż-żgħażagħ vulnerabbli, irrispettivament mill-fruntieri. Filwaqt li mhuwiex probabbli li ż-żieda fil-kisbiet edukattivi twaqqaf il-forom kollha ta’ estremiżmu vjolenti, l-edukazzjoni u t-taħriġ jistgħu u għandhom jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni.

JAQBEL LI:

Bħala parti mill-missjoni ġenerali tagħhom biex iħejju liż-żgħażagħ għas-soċjetà u s-suq tax-xogħol, kif ukoll biex jagħtuhom appoġġ biex jiksbu sodisfazzjon personali, l-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom rwol importanti biex jgħinu liż-żgħażagħ isiru litterati fil-media u ċittadini responsabbli tal-ġejjieni.

Element ewlieni tal-missjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ hu li jitnisslu fiż-żgħażagħ valuri fundamentali bħal dawk li jinsabu fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u biex huma jiżviluppaw u jżommu mentalità miftuħa u inkwiżittiva, filwaqt li jkunu kapaċi jaħsbu b’mod indipendenti u kritiku, ikollhom ġudizzju sod billi jużaw għarfien ibbażat fuq il-fatti u jirreżistu u jikkumbattu l-messaġġi estremisti, l-indottrinazzjoni u d-diżinformazzjoni.

Biex jibqgħu rilevanti, huwa kruċjali li l-persunal tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livelli kollha jlaħħaq ma’ dawn l-iżviluppi rapidi u jagħti l-kompetenzi lil min qed jitgħallem — l-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet — u l-valuri meħtieġa għall-aċċess, l-interpretazzjoni, il-produzzjoni u l-użu tal-informazzjoni u kontenut ieħor tal-media, b’mod partikolari fil-kuntest tal-internet u l-media soċjali, b’mod sigur u responsabbli.

Approċċi komprensivi tal-“iskola kollha” li jinvolvu l-komunità kollha tal-iskola kif ukoll partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn jistgħu jkunu ta’ importanza kbira, minħabba li sikwit wieħed jitgħallem juża l-internet u l-midja soċjali b’mod responsabbli barra mill-klassi f’ambjenti mhux formali u informali.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI, B’KONSIDERAZZJONI DEBITA GĦAS-SUSSIDJARJETÀ, BIEX:

1.

Jinkoraġġixxu li tingħata attenzjoni suffiċjenti għall-iżvilupp tal-litteriżmu tal-media u l-ħsieb kritiku fl-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livelli kollha, inkluż permezz tal-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza u l-media.

2.

Jaraw li jiżdiedu l-livelli ta’ kompetenza diġitali fost il-persuni ta’ kull età li qed jitgħallmu, f’perspettiva ta’ tagħlim tul il-ħajja, bħala prekondizzjoni importanti għat-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom li jipparteċipaw b’mod attiv fil-ħajja demokratika tas-soċjetajiet moderni tagħna kif ukoll għat-titjib tal-impjegabbiltà tagħhom.

3.

Jikkunsidraw li jużaw, flimkien mal-oqfsa u l-għodod nazzjonali, il-Qafas Ewropew ta’ Kompetenza Diġitali għaċ-Ċittadini, il-Qafas ta’ Kompetenzi għal Kultura Demokratika tal-Kunsill tal-Ewropa u l-Qafas ta’ Valutazzjoni tal-Litteriżmu tal-Media u l-Informazzjoni Globali tal-Unesco.

4.

Jinkoraġġixxu ambjenti ta’ tagħlim soċjalment siguri, kemm online kif ukoll offline, fejn jistgħu jiġu diskussi kwistjonijiet kontroversjali b’mod miftuħ u tiġi mħarsal-libertà tal-espressjoni, u jagħtu s-setgħa lill-għalliema biex jibdew u jimmoderaw tali diskussjonijiet.

5.

Jappoġġaw lill-għalliema u l-mexxejja tal-iskejjel fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-iżvilupp, permezz ta’ taħriġ inizjali u żvilupp professjonali kontinwu, tal-kompetenza diġitali tagħhom stess kif ukoll tal-ħiliet pedagoġiċi meħtieġa fl-użu tat-teknoloġiji ġodda u ta’ riżorsi edukattivi miftuħa fit-tagħlim tagħhom, u biex jindirizzaw il-kwistjonijiet tal-litteriżmu fil-media u l-ħsieb kritiku b’mod effettiv ma’ persuni ta’ kull età u sfond li lesti jitgħallmu.

6.

Jimpenjaw ruħhom mal-ġenituri u partijiet ikkonċernati oħrajn fis-soċjetà inġenerali, bil-ħsieb li jitnaqqas id-distakk diġitali bejn il-ġenerazzjonijiet u li titrawwem kultura kondiviża ta’ djalogu u fehim reċiproku.

7.

Isaħħu d-djalogu, il-kooperazzjoni u s-sħubiji bejn is-settur tal-edukazzjoni u t-taħriġ u s-settur tal-media — inklużi l-ġurnalisti — kif ukoll il-partijiet ikkonċernati l-oħrajn kollha, inklużi s-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, peress li l-iżvilupp effettiv tal-litteriżmu fil-media u l-ħsieb kritiku jitlob approċċ multidixxiplinari u jfakkru fir-rwol importanti li jista’ jkollu t-tagħlim mhux formali u informali f’dan ir-rigward.

8.

Jinkoraġġixxu modi innovattivi, kreattivi u parteċipattivi ta’ żvilupp tal-litteriżmu fil-media u tal-ħsieb kritiku fl-edukazzjoni u t-taħriġ, pereżempju billi ssir riċerka u billi jiġi esplorat il-potenzjal li l-kultura u l-arti, l-approċċi interkulturali u l-produzzjoni tal-media fl-iskejjel jistgħu joffru, bħala mezz ta’ tisħiħ tal-ftuħ lejn kulturi oħrajn u ċittadinanza attiva.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI, FIL-KOMPETENZI RISPETTIVI TAGĦHOM, BIEX:

1.

Fil-kuntest tal-qafas strateġiku ET2020, ikomplu jippromwovu t-tagħlim bejn il-pari, inkluż permezz tal-ġbir u l-tixrid ta’ prassi tajba fil-qasam tal-litteriżmu fil-media u l-ħsieb kritiku, u joqogħdu attenti b’mod speċjali biex jikkomunikaw b’mod effettiv ma’ persuni li qed jitgħallmu li huma żvantaġġati u dawk fir-riskju li jiġu emarġinati.

2.

Jiżguraw koerenza politika fil-livell tal-UE fil-qasam tal-litteriżmu fil-media, biex il-ħidma esperta li qed issir fid-diversi oqsma rilevanti ta’ politika, bħall-edukazzjoni, il-politika taż-żgħażagħ, il-kultura u dik awdjoviżiva, kif ukoll fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, tkun komplementari, waqt li jittieħed kont tal-ispeċifiċitajiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

3.

Jappoġġaw l-isforzi biex l-għalliema jingħataw il-ħiliet u l-għodod meħtieġa biex jittrattaw il-kwistjonijiet tal-litteriżmu fil-media u l-ħsieb kritiku b’mod effettiv ma’ persuni ta’ kull età u sfond li qed jitgħallmu, fost l-oħrajn billi jintuża l-Portal tal-Edukazzjoni Skolastika (School Education Gateway) u permezz tal-promozzjoni tat-tagħlim bejn il-pari permezz tal-pjattaforma ta’ Ġemellaġġ elettroniku.

4.

Ikomplu jikkooperaw ma’, u jieħdu kont tal-ħidma li saret minn, fora multilaterali oħrajn, bħall-Kunsill tal-Ewropa (12), l-Unesco u l-OECD, peress li l-isfidi jaqsmu l-fruntieri u jaffettwaw pajjiżi kemm fl-Unjoni Ewropa kif ukoll barra minnha.

5.

Jinkoraġġixxu l-użu tal-opportunitajiet ta’ finanzjament offruti mill-fondi u l-programmi rilevanti kollha tal-UE — partikolarment Erasmus+, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, Orizzont 2020, Ewropa Kreattiva u L-Ewropa għaċ-Ċittadini — biex jiġu appoġġati dawn l-isforzi.


(1)  Dikjarazzjoni dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni, Pariġi, 17 ta’ Marzu 2015.

(2)  ĠU C 417, 15.12.2015, p. 25.

(3)  ĠU C 105, 19.3.2016, p. 1.

(4)  ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.

(5)  ĠU C 393, 19.12.2012, p. 11.

(6)  Dok. 5451/14.

(7)  ĠU C 433, 3.12.2014, p. 2.

(8)  Dok. 9640/16.

(9)  Aktar minn nofs l-Ewropej jużaw in-netwerks soċjali; il-biċċa l-kbira tal-utenti huma żgħażagħ. 84 % tal-Ewropej taħt it-30 sena jużaw il-media soċjali u għal dawk iżgħar, din il-perċentwali toqrob il-100 %.

(10)  Dawn il-kapaċitajiet jippermettulna neżerċitaw il-ħsieb kritiku, waqt li nipparteċipaw fl-aspetti ekonomiċi, soċjali u kulturali tas-soċjetà u jkollna rwol attiv fil-proċess demokratiku. Il-kunċett ikopri media differenti: ix-xandir, filmati, ir-radju, l-istampa, permezz ta’ mezzi differenti: tradizzjonali, l-internet, il-media soċjali u taqdi l-bżonnijiet tal-etajiet kollha.

(11)  Fl-UE, 40 % taċ-ċittadini m’għandhomx ħiliet diġitali jew għandhom livell baxx, filwaqt li huwa stmat li 90 % tal-impjiegi jeħtieġu tal-inqas livell ta’ ħiliet diġitali fl-UE. B’hekk, l-akkwist ta’ dawk il-ħiliet qed rapidament isir prekondizzjoni biex il-ħaddiema jsiru u jibqgħu impjegabbli.

(12)  B’mod partikolari fil-kuntest tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal 2016-2021, kif adottata fit-2 ta’ Marzu 2016 mill-Kumitat tal-Ministri, li tindirizza l-kwistjoni tal-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal fl-ambjent diġitali.


14.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/9


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-Europeana għall-aċċess diġitali, il-viżibbiltà u l-użu tal-wirt kulturali Ewropew

(2016/C 212/06)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

FILWAQT LI JFAKKAR LI:

1.

id-diġitalizzazzjoni u l-aċċess fuq l-Internet għall-wirt kulturali u l-konservazzjoni fit-tul tiegħu huma essenzjali biex jagħtu l-aċċess lil kulħadd għall-kultura u l-għarfien, biex jippromwovu r-rikkezza u d-diversità tal-wirt kulturali Ewropew u jingħata kontribut għall-kisba tas-suq uniku diġitali permezz tal-offerta dejjem akbar ta’ prodotti u servizzi ġodda u innovattivi (1);

2.

l-Europeana li tnediet fl-2008 bħala punt ta’ aċċess multilingwi komuni fuq l-Internet għal materjal kulturali diġitali (2) u li minn dakinhar tikkollega kollezzjonijiet diġitali ta’ wirt kulturali mill-Istati Membri, saret proġett kulturali Ewropew komuni biex jiġi aċċessat u jintwera l-wirt kulturali Ewropew;

3.

l-iżvilupp ulterjuri tal-Europeana u l-politiki nazzjonali għall-wirt kulturali diġitali kien appoġġat mill-Kunsill (3), il-Kummissjoni (4) u l-Parlament Ewropew (5);

4.

l-użu mill-ġdid ta’ wirt diġitali kien promoss permezz tal-inklużjoni, taħt ċerti kundizzjonijiet, ta’ istituzzjonijiet fil-qasam tal-wirt kulturali fl-ambitu tad-Direttiva dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (6) u bl-adozzjoni tad-Direttiva dwar ċerti użi permessi ta’ xogħlijiet orfni (7);

JIEĦU NOTA TA’

5.

l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tivvaluta l-opzjonijiet u tikkunsidra inizjattivi leġislattivi sabiex isir aktar faċli li xogħlijiet mhux kummerċjali jiġu diġitalizzati u jsiru disponibbli fuq l-Internet, inkluż fl-UE kollha, bħala parti mill-inizjattiva mħabbra tagħha dwar il-modernizzazzjoni tad-drittijiet tal-awtur (8);

JINNOTA LI

6.

fis-sura attwali tagħha, l-Europeana hija pjattaforma tal-Internet li tippermetti l-aċċess multilingwi għal wirt kulturali diġitali miżmum minn istituzzjonijiet fil-qasam tal-wirt kulturali separati, kif ukoll id-distribuzzjoni tiegħu. Hija wkoll pjattaforma b’diversi aspetti (9) li għandha l-għan li toħloq valur għall-utenti aħħarin, l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet fil-qasam tal-wirt kulturali, ir-riċerka u l-użu mill-ġdid kreattiv.

Għaldaqstant, bħalissal-Europeana:

titħaddem minn konsorzju li l-Fondazzjoni Europeana (10) hija l-koordinatur ċentrali tiegħu u l-benefiċjarju ewlieni tal-finanzjament mill-UE,

hija appoġġata mill-UE mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (11) (CEF) bħala infrastruttura ta’ servizz diġitali (DSI) għall-“aċċess għal riżorsi diġitali tal-wirt Ewropew”,

hija appoġġata mill-Istati Membri li jikkondividu kontenut, metadata u għarfien espert permezz tal-istituzzjonijiet fil-qasam tal-wirt kulturali tagħhom u jagħtu kontribuzzjonijiet finanzjarji volontarji lill-Fondazzjoni Europeana,

hija appoġġata mill-Assoċjazzjoni tan-Netwerk tal-Europeana li tiġbor flimkien il-professjonisti fil-qasam tal-wirt kulturali, tal-kreattività u t-teknoloġija li jappoġġaw l-attivitajiet ta’ kuljum tal-Europeana u jagħtu parir dwar l-istrateġija tagħha;

JAQBEL LI

7.

l-isforzi individwali u kollettivi tal-istituzzjonijiet fil-qasam tal-wirt kulturali, tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni wasslu għal progress fit-triq lejn id-diġitalizzazzjoni u l-aċċessibbiltà fuq l-Internet u konservazzjoni diġitali (fit-tul) tal-wirt kulturali (12);

8.

il-konservazzjoni diġitali tal-wirt kulturali dinji, li jinsab f’kollezzjonijiet Ewropej, hija importanti partikolarment fid-dawl tal-qerda ta’ u t-theddid għal wirt kulturali f’żoni ta’ kunflitt;

9.

il-koordinazzjoni tal-isforzi permezz tal-Europeana għall-aċċessibbiltà fuq l-Internet tal-wirt kulturali għenet biex:

ġie stimulat it-tisħiħ tal-kapaċitajiet permezz tal-ħolqien ta’ netwerk ta’ esperti u istituzzjonijiet fil-qasam tal-wirt kulturali, li jippromwovi l-iżvilupp, l-aċċettazzjoni u l-użu ta’ mudelli, standards u oqfsa għall-kondiviżjoni ta’ kontenut u metadata,

l-istituzzjonijiet fil-qasam tal-wirt kulturali kkondividew il-kollezzjonijiet tagħhom fost setturi differenti u lil hinn mill-fruntieri nazzjonali permezz ta’ pjattaforma tal-Internet b’diversi aspetti, li sal-lum tagħti aċċess għal ’il fuq minn 50 miljun oġġett minn madwar 3 700 istituzzjoni,

tħeġġet id-disponibbiltà ta’ data ta’ kwalità għolja lesta biex terġa’ tintuża (13), li ttejjeb id-disponibbiltà tal-wirt kulturali fuq pjattaformi miftuħa u l-media soċjali u tippromwovi l-użu mill-ġdid tagħha f’setturi oħra.

10.

il-konnessjoni tal-kollezzjonijiet ta’ wirt diġitali permezz tal-Europeana tikkontribwixxi wkoll għall-objettivi li ġejjin fil-livell tal-UE:

l-għoti ta’ aċċess lil firxa kbira ta’ udjenzi għar-rikkezza u d-diversità tal-kulturi Ewropej, kif ukoll għall-wirt kulturali dinji,

il-faċilitazzjoni tar-riċerka fl-oqsma tal-kultura u tal-istorja multidimensjonali tal-Ewropa, u tal-għarfien tagħna,

il-faċilitazzjoni tal-użu mill-ġdid ta’ servizz transfruntiera ġodda u innovattivi fuq l-Internet, u b’hekk l-għoti ta’ kontribut lis-suq uniku diġitali;

JISSOTTOLINJA LI

11.

l-użu mill-ġdid u l-kondiviżjoni tal-kontenut u l-aċċess għalih għandu jitwettaq f’konformità sħiħa mad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati;

JIRRIKONOXXI LI JIFDAL L-ISFIDI LI ĠEJJIN:

12.

ċerti aspetti teknoloġiċi tal-pjattaforma tal-Internet tal-Europeana, bħall-interoperabbiltà semantika (14), għandhom jiġu mtejba, sabiex l-istituzzjonijiet fil-qasam tal-wirt kulturali jkunu jistgħu jingħaqdu, u jikkondividu u jaġġornaw il-kontenut u l-metadata tagħhom b’mod flessibbli, faċli u sostenibbli;

13.

bħala wieħed mill-punti ta’ aċċess għall-wirt kulturali, il-punt ta’ aċċess multilingwi tal-Europeana għandu jsir aktar orjentat lejn l-utent, b’mod partikolari billi titjieb il-kwalità tal-kontenut u l-faċilità biex jinstab u billi jiġu żviluppati aktar il-funzjonalitajiet ta’ tiftix semantiku u multilingwi f’konformità mal-aħjar prassi disponibbli;

14.

biex l-utenti aħħarin jintlaħqu u jiġu involuti b’mod aħjar, hemm bżonn li l-kontenut kondiviż permezz tal-Europeana jiġi ppreżentat b’modi attraenti u diversi, b’mod partikolari billi jiġu involuti l-istituzzjonijiet tal-wirt kulturali u partijiet terzi bħala punti ta’ dħul multiplu u ta’ disseminazzjoni, pereżempju permezz ta’ proġetti kulturali trans-Ewropej bħall-proġetti dwar l-Ewwel Gwerra Dinjija (1914-1918) u l-waqgħa tal-Purtiera tal-Ħadid u avvenimenti rivoluzzjonarji oħrajn tal-1989;

15.

hemm bżonn li l-governanza tal-Europeana ssir iktar inklużiva, u tinvolvi lill-gvernijiet tal-Istati Membri, in-netwerk usa’ ta’ aggregaturi u istituzzjonijiet ta’ wirt kulturali fl-istabbiliment ta’ prijoritajiet strateġiċi u l-iżvilupp ta’ proġetti kulturali, orjentati lejn l-utent abbażi tal-finanzjament disponibbli; fejn xieraq, il-fehmiet ta’ personalitajiet kulturali ewlenin jistgħu jiġu kkunsidrati;

16.

teżisti ħtieġa kontinwa ta’ kondiviżjoni u aġġornament tal-għarfien u l-identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet komuni fin-netwerk tal-professjonisti fil-qasam tal-wirt kulturali, inkluż l-Assoċjazzjoni tan-Netwerk tal-Europeana;

17.

Il-mudell attwali ta’ finanzjament pubbliku (abbażi ta’ għotjiet) ma jipprovdix bażi stabbli biżżejjed biex isostni l-investiment tal-Europeana sal-lum u tiġi salvagwardjata l-kwalità, id-disponibbiltà u l-affidabbiltà futura tagħha għar-raġunijiet li ġejjin:

il-Fondazzjoni Europeana ġiet stabbilita bħala organizzazzjoni mingħajr riżorsi proprji u fil-futur prevedibbli ma hemmx prospett ta’ dħul sinifikanti mis-servizzi Europeana,

skont il-mudell tal-UE ta’ għotjiet, dejjem hemm spejjeż mhux eliġibbli li jridu jkunu koperti minn sorsi oħra, bħall-kontribuzzjonijiet volontarji diretti mill-Istati Membri, li ilhom jonqsu sa mill-2014 u huma ta’ natura volatili;

U GĦALHEKK

18.

il-valur tal-innovazzjoni kulturali u diġitali tal-Europeana għandu jissaħħaħ billi l-pjattaforma tas-servizzi ewlenin tiġi kkonċepita mill-ġdida taħt is-CEF, b’iffukar fuq:

l-appoġġ għan-netwerks professjonali bħall-Assoċjazzjoni tan-Netwerk tal-Europeana,

il-ksib ta’ avvanz teknoloġiku,

li tiġi sostnuta pjattaforma b’diversi aspetti għall-kondiviżjoni u l-użu (mill-ġdid) ta’ metadata u kontenut, u

li jiġi pprovdut punt ta’ aċċess multilingwi ġenerali għall-kontenut kulturali.

Għandu jissaħħaħ ukoll permezz tar-realizzazzjoni ta’ proġetti kulturali u mmirati lejn l-utent li jibnu fuq l-infrastruttura tal-Europeana, u li għandhom ikunu kofinanzjati skont is-CEF bħala servizzi ġeneriċi bl-involviment ta’ istituzzjonijiet tal-wirt kulturali u partijiet oħra pubbliċi u privati;

JISTIEDEN LILL-OPERATUR TAL-EUROPEANA:

19.

jagħmel passi sinfikanti lejn l-indirizzar tal-isfidi li ġejjin kif identifikati f’dawn il-konklużjonijiet;

20.

jittratta kwistjonijiet pendenti f’organizzazzjonijiet sieħba eżistenti jew tħassib ta’ organizzazzjonijiet sieħba potenzjali b’mod partikolari f’pajjiżi u żoni fejn il-proġett għadu mhux magħruf biżżejjed;

21.

jesplora possibbiltajiet għal kooperazzjoni ma’ inizjattivi Ewropej relatati, inkluż fil-qasam tar-riċerka;

22.

jinvolvi mill-qrib l-Istati Membri fit-tfassil tal-politika u t-teħid ta’ deċiżjonijiet. Għall-Fondazzjoni Europeana, dan jista’ jiġi organizzat b’mod partikolari permezz ta’ parteċipazzjoni fil-Bord ta’ Tmexxija tal-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE, l-Istat Membru li kellu l-Presidenza preċedenti u l-Istat Membru li jkollu f’idejh il-Presidenza li tkun tmiss;

23.

ikollu iktar kuntatti sistematiċi ma’ Stati Membri, itejjeb u jipprovdi aċċess permanenti għal statistika għall-utent speċifika għall-pajjiż u l-istituzzjoni u jtejjeb ir-responsabbiltà fuq ir-riżultati tal-proġetti u l-infiq;

24.

ikompli jesplora possibbiltajiet ta’ dħul tiegħu stess;

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI:

25.

sa Ottubru 2017, tippreżenta lill-Kunsill evalwazzjoni indipendenti tal-Europeana u tagħti orjentazzjonijiet ċari għall-iżvilupp fi żmien medju u fit-tul tal-Europeana billi tivvaluta alternattivi fil-livell tal-UE għall-ambitu, finanzjament sostenibbli u governanza tal-Europeana fil-ġejjieni, inkluża l-possibbiltà li Europeana tinbidel jew tiġi integrata f’entità legali Ewropea, filwaqt li titqies in-natura doppja tal-Europeana bħala proġett ta’ innovazzjoni kemm kulturali kif ukoll diġitali;

26.

sa Ottubru 2017, tbiddel il-metodu ta’ finanzjament għad-DSI tal-Europeana skont is-CEF għal taħlita ta’ akkwisti u għotjiet. Skont dan il-mudell, l-akkwisti mill-UE ser ikunu jkopru bis-sħiħ il-pjattaforma tas-servizzi ewlenin biex jiġu żgurati l-istabbiltà u l-interoperabbiltà, filwaqt li l-għotjiet mill-UE (sa 75 % tal-ispejjeż eliġibbli) ser ikunu disponibbli għal proġetti relatati mmirati lejn l-utent (jiġifieri servizzi ġeneriċi skont is-CEF) li l-Istati Membri jistgħu jikkofinanzjaw fuq bażi volontarja, jew direttament u/inkella permezz ta’ organizzazzjonijiet nazzjonali parteċipanti;

27.

tistabbilixxi kondizzjonijiet fil-proċedura ta’ akkwist għall-pjattaforma tas-servizzi ewlenin, li jirrikjedu li l-operatur jissalvagwardja il-karattru tiegħu ta’ infrastruttura pubblika u komunità għall-innovazzjoni kulturali u diġitali, b’mod partikolari billi:

ikun possibbli l-involviment kontinwu tal-Istati Membri u istituzzjonijiet fil-qasam tal-wirt kulturali fl-iżvilupp tal-pjattaforma tal-Europeana tas-servizzi ewlenin,

jiġu rispettati l-istituzzjonijiet kulturali nazzjonali bħala d-detenturi tad-dritt tal-metadata u l-kontenuti;

28.

tiżgura li s-servizzi ġeneriċi tal-Europeana li jirċievu għotjiet jiġu mibnija fuq il-pjattaforma tas-servizzi ewlenin u jkunu konnessi magħha;

29.

sa Diċembru 2016:

iġġedded u tirrevedi l-mandat tal-Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri dwar id-diġitalizzazzjoni u l-konservazzjoni diġitali (MSEG) sal-2020,

issaħħaħ ir-rwol tiegħu li jirrevedi u jiddiskuti politiki għal wirt kulturali diġitali kif ukoll li joffri gwida dwar il-programmi ta’ ħidma annwali tal-Europeana,

tinvolvi mill-qrib l-MSEG fid-definizzjoni tal-objettivi ġenerali, il-prijoritajiet għal azzjonijiet u l-livell previst ta’ finanzjament li jkunu proposti għall-pjattaforma tal-Europeana tas-servizzi ewlenin u s-servizzi ġeneriċi fil-programmi ta’ ħidma annwali tas-CEF, li huma ppreżentati lill-Kumitat tas-CEF għal opinjoni;

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI BIEX, F’KONFORMITÀ MAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ:

30.

ikomplu jippromwovu d-diġitalizzazzjoni tal-kollezzjonijiet ta’wirt kulturali, kif ukoll l-aċċess u l-użu mill-ġdid l-aktar wiesa’ possibbli tal-wirt kulturali diġitali;

31.

jistabbilixxu jew isostnu strateġiji u mekkaniżmi operattivi bħal aggregaturi nazzjonali u reġjonali, u jħeġġu l-aċċessibbiltà fuq l-Internet għall-kontenut ta’ wirt kulturali ta’ kwalità għolja u metadata minn kollezzjonijiet nazzjonali u reġjonali;

32.

iħeġġu lil istituzzjonijiet tal-wirt kulturali biex jissieħbu mal-Europeana u jappoġġawha kemm bil-qsim ta’ kontenut u metadata, permezz ta’ parteċipazzjoni fl-Assoċjazzjoni tan-netwerk tal-Europeana, kif ukoll permezz ta’ sforzi ta’ promozzjoni u disseminazzjoni, bl-użu ta’ proġetti finanzjati minn għotjiet tal-UE;

33.

jimpenjaw ruħhom fi ħdan l-MSEG bħala forum biex jiġu diskussi l-politiki dwar il-wirt kulturali diġitali kif ukoll l-istrateġija u l-finanzjament tal-Europeana, u jimmiraw li jiżguraw koordinazzjoni bejn id-delegati għall-MSEG, il-Kumitat tas-CEF u l-korp ta’ tħejjija tal-Kunsill fil-qasam tal-kultura;

34.

jikkunsidraw li jappoġġaw l-attivitajiet tal-Europeana permezz ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji volontarji lill-Fondazzjoni Europeana, filwaqt li jitqies li tali kontribuzzjonijiet huma neċessarji, sakemm l-iskema ġdida bbażata fuq l-akkwist tiġi stabbilita u jikkunsidraw suċċessivament kofinanzjament volontarju tal-proġetti tal-Europeana finanzjati minn għotjiet tal-UE;

JISTIEDEN LILL-OPERATUR TAL-EUROPEANA, LILL-KUMMISSJONI U LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:

35.

jippromwovu l-valur tal-Europeana bħala proġett kulturali Ewropew li jservi l-interess pubbliku u bħala netwerk professjonali fost il-partijiet interessati kollha, billi jiġu involuti wkoll is-setturi tar-riċerka u l-innovazzjoni, l-edukazzjoni, it-turiżmu u s-setturi kreattivi.


(1)  Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2012 dwar id-diġitalizzazzjoni u l-aċċessibbiltà fuq l-Internet ta’ materjal kulturali u l-konservazzjoni diġitali (ĠU C 169, 15.6.2012, p. 5).

(2)  Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2008 dwar il-bibljoteka diġitali Ewropea EUROPEANA (ĠU C 319, 13.12.2008, p. 18).

(3)  Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2012 dwar id-diġitalizzazzjoni u l-aċċessibbiltà fuq l-Internet ta’ materjal kulturali u l-konservazzjoni diġitali (ĠU C 169, 15.6.2012, p. 5), Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2014 dwar il-wirt kulturali bħala riżorsa strateġika għal Ewropa sostenibbli (ĠU C 183, 14.6.2014, p. 36) u Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-governanza partiċipatorja tal-patrimonju kulturali (ĠU C 463, 23.12.2014, p. 1).

(4)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ottubru 2011 dwar id-diġitizzazzjoni u l-aċċessibbiltà fuq l-Internet ta’ materjal kulturali u l-konservazzjoni diġitali (ĠU L 283, 29.10.2011, p. 39).

(5)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar “Europeana – il-passi li jmiss” 2009/2158(INI).

(6)  Direttiva 2013/37/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 175, 27.6.2013, p. 1).

(7)  Direttiva 2012/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ċerti użi permessi ta’ xogħlijiet orfni (ĠU L 299, 27.10.2012, p. 5).

(8)  Kif iddikjarat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2015“Għal qafas aktar modern u Ewropew dwar id-drittijiet tal-awtur” (15264/15).

(9)  Pjattaforma b’diversi aspetti hija waħda mill-mudelli prevalenti tal-ekonomija tal-Internet. Pjattaformi b’diversi aspetti joħolqu l-valur billi jiffaċilitaw l-interazzjoni bejn żewġ jew aktar gruppi distinti iżda indipendenti. B’hekk il-pjattaforma hija ta’ valur għal grupp wieħed ta’ utenti biss jekk il-gruppi l-oħra tal-utenti jkunu preżenti wkoll. (Ibbażata fuq http://divergence.academy/business-models/what-is-a-multi-sided-platform/)

(10)  Il-Fondazzjoni Europeana hija fondazzjoni privata stabbilita taħt il-liġi Netherlandiża.

(11)  Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129), flimkien mar-Regolament (UE) Nru 283/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar linji gwida għal networks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14).

(12)  Huwa stmat li 10 % tal-wirt kulturali (madwar 300 miljun oġġett) fl-Istati Membri issa ġie diġitalizzat, li bejn wieħed u ieħor terz minn dan huwa disponibbli fuq l-Internet.

http://www.enumerate.eu/fileadmin/ENUMERATE/documents/ENUMERATE-Digitisation-Survey-2014.pdf

(13)  Data ta’ kwalità għolja lesta biex terġa’ tintuża tfisser immaġni f’riżoluzzjoni għolja; formati li jinqraw minn magna, miftuħin u interoperabbli; deskrizzjonijiet fil-fond u metadata, adatti għat-tfittxija awtomatika; informazzjoni dwar ġeolokazzjoni u d-drittijiet tal-awtur.

(14)  L-operabbiltà semantika tiżgura li l-programmi jkunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni, jgħaqqduha ma’ riżorsi oħra ta’ informazzjoni u sussegwentement jipproċessawha b’mod sinifikanti (Qafas Ewropew ta’ Interoperabbiltà għal servizzi elettroniċi tal-Gvern pan-Ewropej: http://ec.europa.eu/idabc/servlets/Docd552.pdf?id=19529).

Fil-każ ta’ Europeana, din tista’ tikkonsisti fl-iżvilupp ta’ għodod u teknoloġiji biex tittejjeb l-inġestjoni u l-interpretazzjoni awtomatika tal-metadata pprovduta mill-istituzzjonijiet kulturali, pereżempju, bl-immappjar tal-ismijiet tal-artisti sabiex artist magħruf taħt diversi ismijiet ikun rikonoxxut bħala l-istess persuna.


14.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/14


Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar it-tisħiħ tal-integrità, it-trasparenza u l-governanza tajba f’avvenimenti sportivi ewlenin

(2016/C 212/07)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦIN FIL-KUNSILL,

FILWAQT LI JIEĦDU NOTA TA’:

1.

Ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2014, dwar il-Pjan ta’ Ħidma tal-Unjoni Ewropea għall-Isport (2014–2017) li waħda mit-tliet prijoritajiet ewlenin tiegħu hija l-integrità fl-isport;

2.

Il-prinċipji ta’ governanza tajba fl-isport ipprovduti mill-Grupp ta’ Esperti dwar il-Governanza Tajba fl-2013 u l-prinċipji ta’ gwida relatati mad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tax-xogħol, b’mod partikolari fil-kuntest tal-proċedura ta’ aġġudikazzjoni għal avvenimenti sportivi ewlenin, ipprovduti minn dan il-grupp ta’ esperti f’Jannar 2016 (1);

3.

Ir-rakkomandazzjonijiet fir-rigward ta’ avvenimenti sportivi ewlenin, b’mod partikolari dwar l-aspetti ta’ wirt b’enfasi fuq is-sostenibbiltà soċjali, ekonomika u ambjentali, maħruġa mill-Grupp ta’ Esperti dwar id-Dimensjoni Ekonomika tal-Isport f’Jannar tal-2016 (2);

4.

Inizjattivi globali (3) inklużi l-inizjattivi tal-moviment internazzjonali tal-isport bħall-Aġenda Olimpika 2020 adottata mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali matul il-127 sessjoni tiegħu li saret fit-12 ta’ Diċembru 2014, li tinkorpora rakkomandazzjonijiet iddedikati b’mod partikolari għal kwistjonijiet ta’ integrità u li jagħmlu l-iżvilupp sostenibbli parti integrali ta’ avvenimenti sportivi ewlenin inkluż il-Logħob Olimpiku (4);

WAQT LI JENFASIZZAW LI:

5.

Avvenimenti sportivi ewlenin (5) huma opportunitajiet attraenti għaċ-ċelebrazzjoni tal-prestazzjoni, tal-valuri u tal-benefiċċji tal-isport f’kuntest nazzjonali u internazzjonali. Avvenimenti sportivi ewlenin jistgħu jkunu pjattaforma pożittiva għall-isport billi jattiraw attenzjoni kbira fost l-isportivi, il-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku ġenerali bil-potenzjal li jispiraw adulti u tfal biex jipparteċipaw fl-isport;

6.

Avvenimenti sportivi ewlenin jista’ jkollhom rwol importanti fl-iżvilupp tar-reġjun jew tal-belt u jiksbu ħafna f’termini ta’ impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali, jekk dan ikun ippjanat sew mill-aktar stadju bikri possibbli. Il-wirt u s-sostenibbiltà ta’ avvenimenti sportivi ewlenin jistgħu jkunu sinifikanti kemm għal-leġittimità ta’ avvenimenti sportivi ewlenin kif ukoll għall-appoġġ għalihom;

7.

Fil-kuntest ta’ avvenimenti sportivi ewlenin, jiġu mqajma kwistjonijiet rilevanti ta’ integrità u governanza bħat-teħid ta’ deċiżjonijiet demokratiku u trasparenti, ir-responsabbiltà, l-iżvilupp sostenibbli u l-wirt pożittiv, id-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tat-tfal u d-drittijiet tal-ħaddiema u l-ugwaljanza bejn is-sessi kif ukoll il-prevenzjoni tal-forom kollha ta’ diskriminazzjoni u ta’ theddid għall-integrità tal-isport, bħad-doping, it-tbagħbis tal-logħob u l-vjolenza;

8.

Billi l-avvenimenti sportivi ewlenin jiġbdu ħafna attenzjoni u hemm involuti interessi finanzjarji u ekonomiċi kbar, dawn ikunu vulnerabbli għal proċessi li jistgħu jippreġudikaw l-integrità tal-isport – u b’hekk avvenimenti sportivi ewlenin ma jkunux biss pjattaforma, iżda prova notevoli għall-integrità, it-trasparenza u l-governanza tajba, inklużi s-sostenibbiltà u l-wirt;

KONXJI DWAR:

9.

L-isfidi li jiffaċċaw l-organizzazzjonijiet sportivi, l-awtoritajiet pubbliċi fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali, il-mezzi tal-informazzjoni, kumpaniji u sħab oħra biex id-dispożizzjonijiet u l-faċilitajiet isiru sostenibbli u jagħmlu arranġamenti xierqa għal avveniment sportiv ewlieni fil-fażijiet kollha tiegħu (fattibilità, kandidatura, tħejjija, organizzazzjoni, evalwazzjoni, wirt);

10.

Trasparenza limitata, f’ċerti każijiet, fil-proċeduri u l-proċessi ta’ teħid tad-deċiżjonijiet matul il-fażijiet kollha ta’ avvenimenti sportivi ewlenin kemm min-naħa tal-aġġudikaturi kif ukoll min-naħa tal-entitajiet tal-kandidatura; u l-implimentazzjoni limitata tal-prinċipji ta’ governanza tajba fost il-federazzjonijiet sportivi internazzjonali;

11.

Ir-rekwiżiti finanzjarji, tekniċi, politiċi u leġislattivi u l-ispejjeż assoċjati (6) għal avvenimenti sportivi ewlenin kif ukoll kandidaturi dejjem aktar kompetittivi, u possibbilment “kandidaturi eċċessivi” li jwasslu għal eskalazzjoni korrispondenti fl-ispejjeż involuti biex wieħed jospita dawn l-avvenimenti, u b’hekk pajjiżi u bliet iżgħar tal-UE jiġu esklużi milli jikkandidaw ruħhom għal tali avvenimenti u jospitawhom;

12.

L-irtirar ta’ għadd ta’ bliet u pajjiżi kandidati mill-organizzazzjoni ta’ avvenimenti sportivi ewlenin fl-UE, is-sehem dejjem iżgħar ta’ avvenimenti sportivi ewlenin li jsiru fl-UE u t-tnaqqis fil-livell ta’ appoġġ miċ-ċittadini Ewropej biex jospitaw dawn l-avvenimenti sportivi (7);

13.

L-interess dejjem akbar tal-pajjiżi tal-UE u l-federazzjonijiet sportivi biex jospitaw b’mod konġunt avvenimenti sportivi ewlenin f’għadd ta’ pajjiżi, reġjuni u bliet;

WAQT LI JISSOTTOLINJAW:

14.

Ir-rwol tal-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, reġjonali u lokali involuti f’avvenimenti sportivi ewlenin, pereżempju fil-finanzjament, l-infrastruttura, il-protezzjoni ambjentali, is-sikurezza u s-sigurtà, kif ukoll l-ippjanar, u l-iżgurar tas-sostenibbiltà u tal-wirt ta’ avvenimenti sportivi ewlenin;

15.

L-organizzazzjonijiet sportivi huma mistennija jimmaniġġjaw l-isports tagħhom f’konformità mal-prinċipji bażiċi u rikonoxxuti ta’ governanza tajba, bħat-trasparenza, proċessi demokratiċi, kontrolli u bilanċi u solidarjetà, fid-dawl tal-organizzazzjoni awtoregolata tal-isport;

16.

L-importanza ta’ djalogu u kooperazzjoni msaħħa u kontinwi bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-organizzazzjonijiet sportivi, bl-appoġġ ta’ djalogu xieraq bejn l-UE u l-moviment internazzjonali tal-isport, li jwassal għall-kondiviżjoni tal-valuri tal-integrità, it-trasparenza u l-governanza tajba u l-iżvilupp sostenibbli kif ukoll għal ftehimiet u arranġamenti konġunti li jieħdu kont tar-responsabbiltajiet u l-interessi ta’ xulxin;

GĦALDAQSTANT JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI,

B’KONT MEĦUD TAL-PRINĊIPJU TA’ SUSSIDJARJETÀ:

17.

Jippromwovu u jimplimentaw l-integrità, it-trasparenza u l-governanza tajba f’avvenimenti sportivi ewlenin, matul il-fażijiet kollha tal-avveniment (fattibilità, kandidatura, tħejjija, organizzazzjoni, evalwazzjoni, wirt), inkluż il-perijodu wara l-għeluq tal-avveniment, li jindirizzaw is-sħab kollha fl-avveniment, b’inizjattivi bħal li:

a)

Jiġi garantit l-użu ta’ proċeduri trasparenti u demokratiċi matul il-fażijiet kollha ta’ avvenimenti sportivi ewlenin u jesiġu li s-sħab l-oħra kollha jagħmlu hekk ukoll, b’attenzjoni speċjali għall-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku u l-involviment tiegħu u għar-rapportar, l-awditjar, l-evalwazzjoni u r-responsabbiltà; u jwettqu analiżi affidabbli tal-ispejjeż u l-benefiċċji qabel id-deċiżjoni dwar il-kandidatura;

b)

Jintużaw kriterji trasparenti u rilevanti għall-appoġġ pubbliku għall-organizzazzjonijiet involuti, billi tintalab, pereżempju, l-implimentazzjoni ta’ prinċipji bażiċi ta’ governanza tajba, u t-trasparenza u d-demokrazija tal-proċeduri li jagħmlu użu minnhom dawn l-organizzazzjonijiet;

c)

Il-partijiet interessati kollha involuti bħala sħab f’avveniment sportiv ewlieni jintalbu jikkonformaw ma’ standards internazzjonali rikonoxxuti u jipparteċipaw f’inizjattivi bħalma huwa l-Patt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Prinċipji ta’ Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, ISO 26000 u 20121;

d)

Jintużaw prinċipji trasparenti u rilevanti bħala bażi biex jingħata appoġġ pubbliku lil avvenimenti sportivi ewlenin fir-rigward ta’ kwistjonijiet speċifiċi ta’ integrità bħad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tat-tfal u d-drittijiet tal-ħaddiema u l-ugwaljanza bejn is-sessi kif ukoll il-prevenzjoni tal-forom kollha ta’ diskriminazzjoni u ta’ theddid għall-integrità tal-isport, bħad-doping, it-tbagħbis tal-logħob u l-vjolenza;

18.

Jiżguraw wirt fit-tul u pożittiv ta’ avvenimenti sportivi ewlenin bħala parti minn governanza tajba, kif ukoll is-sostenibbiltà soċjali, ekonomika u ambjentali fil-kuntest tal-iżvilupp urban u reġjonali fi Stati Membri tal-UE;

JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI EWROPEA, FIL-KOMPETENZI RISPETTIVI TAGĦHOM, BIEX:

19.

Jinkorporaw l-integrità, it-trasparenza, il-governanza tajba, is-sostenibbiltà u l-wirt ta’ avvenimenti sportivi ewlenin f’ħidma futura dwar l-isport fil-livell tal-UE, inklużi l-faċilitazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni u diskussjonijiet dwar suġġetti rilevanti b’rabta ma’ avvenimenti sportivi ewlenin;

20.

Jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ kriterji u proċeduri relatati mal-integrità, it-trasparenza u l-governanza tajba, inklużi s-sostenibbiltà u l-wirt, ta’ avvenimenti sportivi ewlenin, fejn xieraq, abbażi ta’ linji gwida u rakkomandazzjonijiet eżistenti u f’konformità ma’ standards u dikjarazzjonijiet internazzjonali rikonoxxuti, li jistgħu jintużaw bħala punti ta’ riferiment mill-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali għall-appoġġ pubbliku għal avvenimenti sportivi ewlenin;

21.

Jidentifikaw u jiżviluppaw mudelli għal kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat u l-iskambju ta’ prattiki tajbin rigward din il-kooperazzjoni, li jistgħu jintużaw mill-Istati Membri u mill-awtoritajiet lokali meta jidħlu fi ftehimiet ta’ sħubija għall-organizzazzjoni ta’ avvenimenti sportivi ewlenin b’attenzjoni speċifika għal avvenimenti sportivi li jsiru f’diversi pajjiżi, reġjuni u bliet;

JISTIEDNU LILL-KUMMISSJONI EWROPEA BIEX:

22.

Tniedi studju dwar l-ospitar ta’ avvenimenti sportivi ewlenin f’diversi pajjiżi u reġjuni fi ħdan l-UE, b’kont meħud tal-possibbiltà ta’ ostakli amministrattivi u leġislattivi fil-livell nazzjonali u dak Ewropew u l-impatti mistennija ta’ tali avvenimenti;

23.

Tappoġġa proġetti transnazzjonali u, fejn rilevanti, riċerka indipendenti dwar l-integrità, it-trasparenza u l-governanza tajba ta’ avvenimenti sportivi ewlenin inkużi aspetti ta’ sostenibbiltà u wirt, fil-qafas ta’ programmi ta’ finanzjament tal-UE bħal Erasmus+ u Orizzont 2020;

24.

Tħeġġeġ il-kondiviżjoni u l-pubblikazzjoni ta’ prattiki tajbin u esperjenzi ta’ tagħlim u tiffaċilita t-trasferiment tal-għarfien bejn l-Istati Membri tal-UE u l-moviment tal-isport dwar l-integrità, it-trasparenza u l-governanza tajba ta’ avvenimenti sportivi ewlenin, inklużi l-aspetti ta’ sostenibbiltà u wirt kif ukoll tappoġġa u tħeġġeġ l-identifikazzjoni u, jekk meħtieġ, l-iżvilupp ta’ metodi u għodod, inkluż:

a.

analiżi affidabbli tal-ispejjeż u l-benefiċċji;

b.

kejl tal-appoġġ mill-popolazzjoni;

c.

kejl tal-impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali u l-wirt ta’ avvenimenti sportivi ewlenin;

d.

awditjar estern u indipendenti ta’ avvenimenti sportivi ewlenin;

25.

Tiżviluppa sistema ta’ monitoraġġ ħafif, bħal bord ta’ twegħid jew permezz tal-użu tal-Patt Globali tan-NU, biex jitkejjel il-progress lejn l-integrità, it-trasparenza u l-governanza tajba għal organizzazzjonijiet ospitanti ta’ avvenimenti sportivi ewlenin fl-Istati Membri tal-UE;

JISTIEDNU L-MOVIMENT INTERNAZZJONALI TAL-ISPORT, FILWAQT LI JITTIEĦED KONT TAL-AWTONOMIJA TAL-ISPORT, JIKKUNSIDRA LI:

26.

Jkompli jorganizza avvenimenti sportivi ewlenin aċċessibbli u attraenti li huma pjattaforma għall-valuri pożittivi tal-isport u r-rwol tal-isport fis-soċjetà u l-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali;

27.

Jinkoraġġixxi l-implimentazzjoni ta’ prinċipji bażiċi ta’ governanza tajba li jwasslu għal trasparenza, proċessi demokratiċi, kontrolli u bilanċi u solidarjetà fir-rigward tal-organizzazzjoni ta’ avvenimenti sportivi ewlenin u li jikkonforma ma’ standards internazzjonali rikonoxxuti u jipparteċipa f’inizjattivi bħall-Patt Globali tan-NU, il-Prinċipji ta’ Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u ISO 26000 u 20121;

28.

Jippromwovi, jimplimenta u jissorvelja l-integrità, it-trasparenza u l-governanza tajba f’avvenimenti sportivi ewlenin, matul il-fażijiet kollha tal-avveniment inklużi l-fattibilità, il-kandidatura, it-tħejjija, l-organizzazzjoni, l-evalwazzjoni u l-wirt, u jindirizza l-partijiet ikkonċernati kollha involuti bħala sħab fl-avveniment;

29.

Juża proċeduri trasparenti u demokratiċi matul il-fażijiet kollha ta’ avvenimenti sportivi kbar u jesiġi li s-sħab kollha jagħmlu dan, b’attenzjoni speċjali għall-infurmar u l-involviment tal-organizzazzjonijiet sportivi nazzjonali, reġjonali u lokali, il-pubbliku ġenerali u għar-rapportar indipendenti, l-awditjar, l-evalwazzjoni u r-responsabbiltà;

30.

Jiżviluppa u jippubblika katalogu ta’ rekwiżiti realistiċi fil-fażi ta’ kandidatura ta’ avvenimenti sportivi ewlenin inklużi proċeduri tal-għażla trasparenti u kriterji tal-għażla rilevanti għall-aġġudikazzjoni ta’ avvenimenti sportivi ewlenin fir-rigward ta’ kwistjonijiet speċifiċi ta’ integrità bħad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tat-tfal u d-drittijiet tal-ħaddiema u l-ugwaljanza bejn is-sessi kif ukoll il-prevenzjoni tal-forom kollha ta’ diskriminazzjoni, u ta’ theddid għall-integrità tal-isport, bħad-doping, it-tbagħbis tal-logħob u l-vjolenza;

31.

Jippromwovi b’mod attiv is-sostenibbiltà soċjali, ekonomika u ambjentali u wirt pożittiv u fit-tul ta’ avvenimenti sportivi ewlenin bħala parti mill-governanza tajba, fir-rekwiżiti tal-kuntratt bejn l-organizzazzjoni ospitanti u s-sorveljanza tal-avveniment (8);

JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI, LILL-KUMMISSJONI EWROPEA U LILL-MOVIMENT SPORTIV INTERNAZZJONALI, FIL-KOMPETENZI RISPETTIVI TAGĦHOM, BIEX:

32.

Jissoktaw u jintensifikaw id-djalogu bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea u l-moviment tal-isport dwar l-integrità, it-trasparenza u l-governanza tajba inklużi s-sostenibbiltà u l-wirt ta’ avvenimenti sportivi ewlenin;

33.

Jaqblu fuq aġenda kondiviża, billi jibdew fl-ewwel istanza mill-Moviment Olimpiku u l-organizzazzjonijiet internazzjonali tal-futbol responsabbli, u bl-għan li jespandu għal federazzjonijiet sportivi internazzjoni oħra, sabiex tittejjeb l-integrità, il-governanza tajba u t-trasparenza fil-fażijiet kollha ta’ avvenimenti sportivi ewlenin, u jindirizzaw il-partijiet ikkonċernati kollha involuti fis-sħubija meħtieġa biex jiġu organizzati dawn l-avvenimenti, biex b’hekk jattivaw il-potenzjal pożittiv u s-sostenibbiltà u l-wirt ta’ avvenimenti ewlenin u terġa’ tinkiseb il-fiduċja taċ-ċittadini tal-UE;

34.

Iwettqu azzjonijiet komuni bħal:

a)

l-iżvilupp ta’ mudelli ta’ gwida għall-kooperazzjoni pubblika-privata li għandhom jintużaw fl-organizzazzjoni ta’ avvenimenti sportivi ewlenin fil-livell nazzjonali;

b)

l-iżvilupp ta’ kodiċi ta’ kondotta għall-partijiet pubbliċi u privati involuti f’organizzazzjonijiet ospitanti ta’ avvenimenti sportivi ewlenin, fejn xieraq;

c)

l-iskambju ta’ informazzjoni u jiddiskutu suġġetti dwar avvenimenti sportivi ewlenin futuri bħas-sostenibbiltà u l-wirt, kriterji relatati mal-integrità u l-governanza tajba, talbiet speċifiċi ta’ assoċjazzjonijiet u spejjeż assoċjati, ostakli amministrattivi u leġislattivi possibbli fil-livell Ewropew u ambjent sikur u sigur għall-avvenimenti;

d)

l-użu ta’ mudelli eżistenti u, fejn xieraq, jiġu żviluppati mudelli ġodda ta’ avvenimenti sportivi ewlenin konġunti f’diversi pajjiżi;

e)

l-inkoraġġiment ta’ organizzaturi ta’ avvenimenti biex iwettqu stħarriġ dwar l-impatt soċjali, ekonomiku u ambjentali tal-avveniment fuq il-pajjiż, reġjun jew belt ospitanti wara l-għeluq tal-avveniment;

35.

Jorganizzaw djalogu regolari f’livell għoli fil-qafas tad-djalogu strutturat tal-UE dwar l-isport (9), b’rappreżentanti governattivi, rappreżentanti tal-moviment Olimpiku Ewropew u dak internazzjonali u federazzjonijiet sportivi Ewropej u internazzjonali involuti f’avvenimenti sportivi ewlenin, u esperti indipendenti, fejn xieraq. Abbażi ta’ aġenda u azzjonijiet kondiviżi, kif imsemmija fil-paragrafu 34, is-suġġetti dwar avvenimenti sportivi ewlenin, fejn il-gvernijiet u l-organizzazzjonijiet sportivi jikkondividu responsabbiltajiet, u jiskambjaw informazzjoni, jistgħu jiġu diskussi.


(1)  Dok. 14183/13 u l-Grupp ta’ Esperti dwar il-Governanza Tajba (XG GG) - Prinċipji ta’ Gwida relatati mad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tax-xogħol, b’mod partikolari fil-kuntest tal-proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ avvenimenti sportivi ewlenin, dokument finali 13 ta’ Jannar 2016.

(2)  Il-Grupp ta’ Esperti dwar id-Dimensjoni Ekonomika tal-Isport (XG ECO) - Rakkomandazzjonijiet dwar avvenimenti sportivi ewlenin, b’mod partikolari dwar l-aspetti ta’ wirt b’enfasi fuq is-sostenibbiltà soċjali, ekonomika u ambjentali. (Ir-Rapport tal-XG ECO).

(3)  Pereżempju, id-Dikjarazzjoni ta’ Berlin adottata mill-Ħames Konferenza Internazzjonali ta’ Ministri u Uffiċjali Għoljin responsabbli għall-Edukazzjoni Fiżika u l-Isport (MINEPS V) 28-30 ta’ Mejju 2013.

(4)  Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (2014): Olympic Agenda 2020, 20 + 20 recommendations.

(5)  Il-Grupp ta’ Esperti tal-UE dwar id-Dimensjoni Ekonomika tal-Isport jiddefinixxi “avveniment sportiv ewlieni” bħala avveniment organizzat minn pajjiż, reġjun jew belt ospitanti jew diversi minnhom u fejn jipparteċipaw delegazzjonijiet internazzjonali differenti bl-għan li jipprattikaw sport wieħed jew aktar. Tali avvenimenti ta’ spiss huma kkaratterizzati minn sfidi ewlenin u loġistiċi. Avvenimenti sportivi ewlenin għandhom profil medjatiku internazzjonali għoli, jilqgħu’ bosta eluf ta’ nies, fosthom sostenituri, ġurnalisti, gruppi tekniċi u uffiċjali, u ta’ spiss huma organizzati fuq diversi ġranet konsekuttivi.

(6)  Pereżempju, spejjeż operattivi u infrastrutturali, relatati mal-avveniment, it-trasport u l-akkomodazzjoni, spejjeż ta’ sikurezza u ta’ sigurtà.

(7)  Hover, P. et al. (2016): Integrity and sport events, position paper. Utrecht: Mulier Instituut (Marzu 2016).

(8)  Ir-rapport tal-XG ECO, partikolarment ir-rakkomandazzjonijiet 1 sa 7 u 21.

(9)  ĠU C 322, 27.11.2010.


Il-Kummissjoni Ewropea

14.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/18


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-13 ta’ Ġunju 2016

(2016/C 212/08)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1268

JPY

Yen Ġappuniż

119,51

DKK

Krona Daniża

7,4356

GBP

Lira Sterlina

0,79515

SEK

Krona Żvediża

9,3265

CHF

Frank Żvizzeru

1,0888

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,3265

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,035

HUF

Forint Ungeriż

312,37

PLN

Zloty Pollakk

4,3884

RON

Leu Rumen

4,5178

TRY

Lira Turka

3,2939

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5228

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4390

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,7470

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5949

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5272

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 322,63

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

17,1000

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,4212

HRK

Kuna Kroata

7,5305

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 011,14

MYR

Ringgit Malażjan

4,6108

PHP

Peso Filippin

52,002

RUB

Rouble Russu

74,0264

THB

Baht Tajlandiż

39,669

BRL

Real Brażiljan

3,8760

MXN

Peso Messikan

21,0672

INR

Rupi Indjan

75,6125


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

14.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/19


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7815 — Groupe Bouygues/ADP/Meridiam/Ravinala Airports)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 212/09)

1.

Fit-8 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-grupp Bouygues (Franza), l-impriżi Aéroports de Paris (“ADP”, Franza) u Meridiam SAS (“Meridiam”, Franza) jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-kumpanija Ravinala Airports (il-Madagascar) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Bouygues: grupp industrijali diversifikat, attiv fl-oqsma tal-kostruzzjoni, it-telekomunikazzjonijiet u l-midja,

—   ADP: ippjanar, tħaddim u żvilupp ta’ għadd ta’ ajruporti fir-reġjun ta’ Pariġi, b’mod partikulari fl-ajruporti ta’ Paris-Charles de Gaulle u Paris-Orly,

—   Meridiam: investiment fi proġetti tal-infrastruttura,

—   Ravinala Airports: finanzjament, tfassil, żvilupp, tħaddim, manutenzjoni u servizzi ta’ żewġ ajruporti fil-Madagascar (Ivato (Antananarivo) u Nosy Be).

3.

Wara eżami preliminari u mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali tagħha dwar dan il-punt, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7815 — Groupe Bouygues/ADP/Meridiam/Ravinala Airports, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24 tad-29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.