ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 175

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
17 ta' Mejju 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2016/C 175/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

Il-Qorti Ġenerali

2016/C 175/02

Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2016/C 175/03

Kawża C-40/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Jannar 2016 – Irene Uhden vs KLM Royal Dutch Airlines NV

5

2016/C 175/04

Kawża C-56/16 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2016 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinji) (UASI) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-18 ta’ Novembru 2015 fil-Kawża T-659/14, Instituto dos Vinhos do Douro e do Porto, IP vs UASI

5

2016/C 175/05

Kawża C-65/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-8 ta’ Frar 2016 – Istanbul Lojistik Ltd vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság

6

2016/C 175/06

Kawża C-89/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (Ir-Repubblika Slovakka) fil-15 ta’ Frar 2016 – Radosław Szoja vs Sociálna poisťovna

7

2016/C 175/07

Kawża C-91/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 60 de Madrid (Spanja) fil-15 ta’ Frar 2016 – Caixabank S.A. vs Héctor Benlliure Santiago

8

2016/C 175/08

Kawża C-100/16 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2016 minn Ellinikos Chrysos AE Metalleion kai Viomichanias Chrysou mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-9 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawżi magħquda T-233/11 u T-262/11, Il-Greċja u Ellinikos Chrysos vs Il-Kummissjoni

8

2016/C 175/09

Kawża C-101/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (Ir-Rumanija) fid-19 ta’ Frar 2016 – SC Paper Consult SRL vs Direcția Regională a Finanțelor Publice Cluj Napoca, Administrația Județeană a Finanțelor Publice Bistrița Năsăud

9

2016/C 175/10

Kawża C-110/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-23 ta’ Frar 2016 – Lg Costruzioni Srl vs Area – Azienda Regionale per l’Edilizia Abitativa – Distretto di Carbonia, Area – Azienda Regionale per l’Edilizia Abitativa

10

2016/C 175/11

Kawża C-112/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-24 ta’ Frar 2016 – Persidera SpA vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Ministero dello Sviluppo Economico delle Infrastrutture e dei Trasporti

10

2016/C 175/12

Kawża C-120/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 60 de Madrid (Spanja) fid-29 ta’ Frar 2016 – Abanca Corporación Bancaria S.A. vs Juan José González Rey et

11

2016/C 175/13

Kawża C-132/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fl-1 ta’ Marzu 2016 – Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika – Sofia vs Iberdrola Inmobiliaria Real Estate Investments EOOD

12

2016/C 175/14

Kawża C-148/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Iżvezja) fl-14 ta’ Marzu 2016 – Riksåklagaren vs Zenon Robert Akarsar

12

2016/C 175/15

Kawża C-161/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Attunda tingsrätt (l-Isvezja) fil-21 ta’ Marzu 2016 – Airhelp Limited vs Thomas Cook Airlines Scandinavia A/S

13

2016/C 175/16

Kawża C-180/16 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2016 minn Toshiba Corporation mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid-19 ta’ Jannar 2016 fil-Kawża T-404/12: Toshiba Corporation vs Il-Kummissjoni Ewropea

14

2016/C 175/17

Kawża C-185/16 SA: Talba għal awtorizzazzjoni ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ qbid imressqa fid-29 ta’ Marzu 2016 – Yukos Universal Ltd vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment

15

 

Il-Qorti Ġenerali

2016/C 175/18

Kawża T-713/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Marzu 2016 – Pharm-a-care Laboratories vs UASI – Pharmavite (VITAMELTS) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

16

2016/C 175/19

Kawża T-732/15 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Frar 2016 – ICA Laboratories et vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Ambjent — Protezzjoni tal-konsumaturi — Regolament li jistabbilixxi l-livelli massimi ta’ residwi għall-gważatina — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

16

2016/C 175/20

Kawża T-105/16: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2016 – Philip Morris Brands vs EUIPO – Explosal (Superior Quality Cigarettes FILTER CIGARETTES Raquel)

17

2016/C 175/21

Kawża T-106/16: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2016 – zero vs EUIPO – Hemming (ZIRO)

18

2016/C 175/22

Kawża T-107/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2016 – Airhole Facemasks vs EUIPO – sindustrysurf (AIRHOLE FACE MASKS YOU IDIOT)

18

2016/C 175/23

Kawża T-108/16: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2016 – Naviera Armas vs Il-Kummissjoni

19

2016/C 175/24

Kawża T-110/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2016 – Savant Systems vs EUIPO – Savant Group (SAVANT)

20

2016/C 175/25

Kawża T-111/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2016 – Prada vs EUIPO – The Rich Prada International (THE RICH PRADA)

21

2016/C 175/26

Kawża T-113/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2016 – Arctic Cat vs EUIPO – Slazengers (Rappreżentazzjoni ta’ pantera)

22

2016/C 175/27

Kawża T-116/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2016 – Port autonome du Centre et de l’Ouest et vs Il-Kummissjoni

23

2016/C 175/28

Kawża T-120/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2016 – Tulliallan Burlington vs EUIPO – Burlington Fashion (Burlington)

24

2016/C 175/29

Kawża T-121/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2016 – Tulliallan Burlington vs EUIPO – Burlington Fashion (BURLINGTON THE ORIGINAL)

25

2016/C 175/30

Kawża T-122/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2016 – Tulliallan Burlington vs EUIPO – Burlington Fashion (Burlington)

26

2016/C 175/31

Kawża T-123/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2016 – Tulliallan Burlington vs EUIPO – Burlington Fashion (BURLINGTON)

27

2016/C 175/32

Kawża T-125/16: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2016 – León Van Parys vs Il-Kummissjoni

28

2016/C 175/33

Kawża T-128/16: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2016 – SureID vs EUIPO (SUREID)

29

2016/C 175/34

Kawża T-129/16: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2016 – Claranet Europe vs EUIPO – Claro (claranet)

30

2016/C 175/35

Kawża T-133/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2016 – Caisse régionale de crédit agricole mutuel Alpes Provence vs BĊE

30

2016/C 175/36

Kawża T-134/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2016 – Caisse régionale de crédit agricole mutuel Nord Midi-Pyrénées vs BĊE

31

2016/C 175/37

Kawża T-135/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2016 – Caisse régionale de crédit agricole mutuel Charente-Maritime Deux-Sèvres vs BĊE

32

2016/C 175/38

Kawża T-136/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2016 – Caisse régionale de crédit agricole mutuel Brie Picardie vs BĊE

32

2016/C 175/39

Kawża T-139/16: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2016 – SDSR vs EUIPO – Berghaus (BERG OUTDOOR)

33

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2016/C 175/40

Kawża F-44/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ April 2016 – Spadafora vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni — Avviż ta’ pożizzjoni vakanti — Proċedura ta’ selezzjoni — Bord ta’ preselezzjoni — Intervista mal-bord ta’ preselezzjoni — Nuqqas ta’ iskrizzjoni fil-lista preliminari (short-list) ta’ kandidati proposti sabiex issirilhom intervista finali mal-Awtorità tal-Ħatra — Regolarità tal-proċedura ta’ selezzjoni — Prijorità lir-reklutaġġ ta’ kandidat li jkollu n-nazzjonalità ta’ Stat Membru partikolari — Aġir tal-president tal-bord ta’ preselezzjoni — Diskriminazzjoni lingwistika — Talba għad-danni — Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura)

34


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2016/C 175/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 165, 10.5.2016

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 156, 2.5.2016

ĠU C 145, 25.4.2016

ĠU C 136, 18.4.2016

ĠU C 118, 4.4.2016

ĠU C 111, 29.3.2016

ĠU C 106, 21.3.2016

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti Ġenerali

17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/2


Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli

(2016/C 175/02)

Fit-13 ta’ April 2016, il-Konferenza Plenarja tal-Qorti Ġenerali ddeċidiet, wara d-dħul fil-kariga tal-Imħallfin C. Iliopoulos, L. Calvo-Sotelo Ibáñez-Martín, D. Spielmann, V. Valančius, Z. Csehi, N. Półtorak u A. Marcoulli, fuq proposta tal-President ippreżentata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regoli tal-Proċedura, li temenda d-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli tat-23 ta’ Ottubru 2013 (1), kif emendata l-aħħar bid-deċiżjoni tat-8 ta’ Ottubru 2015 (2), għall-perijodu mill-14 ta’ April 2016 sal-31 ta’ Awwissu 2016 u li tassenja l-Imħallfin lill-Awli kif ġej:

L-Ewwel Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

H. Kanninen, Viċi President, I. Pelikánová, E. Buttigieg, S. Gervasoni u L. Calvo-Sotelo Ibáñez-Martín, Imħallfin.

L-Ewwel Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

H. Kanninen, Viċi President

a)

I. Pelikánová u E. Buttigieg, Imħallfin;

b)

I. Pelikánová u L. Calvo-Sotelo Ibáñez-Martín, Imħallfin;

ċ)

E. Buttigieg u L. Calvo-Sotelo Ibáñez-Martín, Imħallfin.

It-Tieni Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

M. E. Martins Ribeiro, President tal-Awla, E. Bieliūnas, S. Gervasoni, L. Madise u Z. Csehi, Imħallfin.

It-Tieni Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

M. E. Martins Ribeiro, President tal-Awla

a)

S. Gervasoni u L. Madise, Imħallfin;

b)

S. Gervasoni u Z. Csehi, Imħallfin;

ċ)

L. Madise u Z. Csehi, Imħallfin.

It-Tielet Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

S. Papasavvas, President tal-Awla, I. Labucka, E. Bieliūnas, I. S. Forrester u C. Iliopoulos, Imħallfin.

It-Tielet Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

S. Papasavvas, President tal-Awla

a)

E. Bieliūnas u I. S. Forrester, Imħallfin;

b)

E. Bieliūnas u C. Iliopoulos, Imħallfin;

ċ)

I. S. Forrester u C. Iliopoulos, Imħallfin.

Ir-Raba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

M. Prek, President tal-Awla, I. Labucka, J. Schwarcz, V. Tomljenović u V. Kreuschitz, Imħallfin.

Ir-Raba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

M. Prek, President tal-Awla, I. Labucka u V. Kreuschitz, Imħallfin.

Il-Ħames Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

A. Dittrich, President tal-Awla, F. Dehousse, J. Schwarcz, V. Tomljenović u A. M. Collins, Imħallfin.

Il-Ħames Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

A. Dittrich, President tal-Awla, J. Schwarcz u V. Tomljenović, Imħallfin.

It-Sitt Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

S. Frimodt Nielsen, President tal-Awla, F. Dehousse, I. Wiszniewska-Białecka, A. M. Collins u V. Valančius, Imħallfin.

It-Sitt Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

S. Frimodt Nielsen, President tal-Awla

a)

F. Dehousse u A. M. Collins, Imħallfin;

b)

F. Dehousse u V. Valančius, Imħallfin;

ċ)

A. M. Collins u V. Valančius, Imħallfin.

Is-Seba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

M. van der Woude, President tal-Awla, I. Wiszniewska-Białecka, M. Kancheva, I. Ulloa Rubio u A. Marcoulli, Imħallfin.

Is-Seba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

M. van der Woude, President tal-Awla

a)

I. Wiszniewska-Białecka u I. Ulloa Rubio, Imħallfin;

b)

I. Wiszniewska-Białecka u A. Marcoulli, Imħallfin;

ċ)

I. Ulloa Rubio u A. Marcoulli, Imħallfin.

It-Tmien Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

D. Gratsias, President tal-Awla, O. Czúcz, M. Kancheva, K. Wetter u N. Półtorak, Imħallfin.

It-Tmien Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

D. Gratsias, President tal-Awla

a)

M. Kancheva u K. Wetter, Imħallfin;

b)

M. Kancheva u N. Półtorak, Imħallfin;

ċ)

K. Wetter u N. Półtorak, Imħallfin.

Id-Disa’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

G. Berardis, President tal-Awla, O. Czúcz, I. Pelikánová, A. Popescu u D. Spielmann, Imħallfin.

Id-Disa’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

G. Berardis, President tal-Awla

a)

O. Czúcz u A. Popescu, Imħallfin;

b)

O. Czúcz u D. Spielmann, Imħallfin;

ċ)

A. Popescu u D. Spielmann, Imħallfin.

L-Awli Estiżi komposti minn ħames Imħallfin huma komposti:

f’dak li jirrigwarda l-Ewwel, it-Tieni, it-Tielet, is-Sitt, is-Seba’ u t-Tmien Awli komposti minn tliet Imħallfin li lilhom ġew assenjati erba’ Mħallfin, biż-żieda mal-kulleġġ ġudikanti ristrett li ġie inizjalment adit bil-kawża, tar-raba’ Mħallef li jifforma l-Awla u tal-ħames Imħallef mill-Awla ta’ wara skont l-ordni numeriku (ħlief għall-President tal-Awla), stabbilit skont l-ordni previst fl-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura;

f’dak li jirrigwarda d-Disa’ Awla komposta minn tliet Imħallfin li lilha ġew assenjati erba’ Mħallfin, biż-żieda mal-kulleġġ ġudikanti ristrett li ġie inizjalment adit bil-kawża, tar-raba’ Mħallef li jifforma l-Awla u tal-ħames Imħallef mill-Ewwel Awla (ħlief għall-President tal-Awla), skont l-ordni previst fl-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura;

f’dak li jirrigwarda r-Raba’ Awla, biż-żieda ta’ żewġ Imħallfin tal-Ħames Awla (ħlief għall-President tal-Awla);

f’dak li jirrigwarda l-Ħames Awla, biż-żieda ta’ żewġ Imħallfin tas-Sitt Awla (ħlief għall-President tal-Awla), skont l-ordni previst fl-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura.

L-Awli komposti minn tliet Imħallfin li lilhom ġew assenjati erba’ Mħallfin huma komposti minn tliet sotto-kulleġġi ġudikanti.


(1)  ĠU C 344, 23.11.2013, p. 2

(2)  ĠU C 354, 26.10.2015, p. 2


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Jannar 2016 – Irene Uhden vs KLM Royal Dutch Airlines NV

(Kawża C-40/16)

(2016/C 175/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Irene Uhden

Konvenuta: KLM Royal Dutch Airlines NV

Domanda preliminari

It-tieni sentenza tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kunċett ta’ “distanza” jkopri biss id-distanza diretta bejn il-post tat-tluq u l-aħħar destinazzjoni, u dan, indipendentement mid-distanza tat-titjira effettivament koperta f’każ speċifiku?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/5


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2016 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinji) (UASI) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-18 ta’ Novembru 2015 fil-Kawża T-659/14, Instituto dos Vinhos do Douro e do Porto, IP vs UASI

(Kawża C-56/16 P)

(2016/C 175/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinji) (UASI) (rappreżentanti: O. Mondéjar Ortuño u E. Zaera Cuadrado, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Instituto dos Vinhos do Douro e do Porto, IP, Bruichladdich Distillery Co.Ltd

Talbiet

tilqa’ l-appell kollu kemm hu;

tannulla s-sentenza appellata;

tikkundanna lir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), moqri flimkien mal-Artikolu 8(4), u l-Artikolu 53(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 meta qieset li l-protezzjoni mogħtija mir-Regolament (KE) Nru 491/2009 (2) lil denominazzjonijiet ta’ oriġini rreġistrati tista’ tiġi ssupplimentata permezz tad-Decreto-Lei Nru 173/2009 u tad-Decreto-Lei Nru 212/2004 u tal-kodiċi tal-proprjetà intellettwali Portugiż.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 491/2009, tal-25 ta’ Mejju 2009, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 154, p. 1).


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-8 ta’ Frar 2016 – Istanbul Lojistik Ltd vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság

(Kawża C-65/16)

(2016/C 175/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Istanbul Lojistik Ltd

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni [KE]-Turkija Nru 1/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li taxxa bħal dik irregolata mil-liġi Ungeriża dwar it-taxxa fuq iċ-ċirkolazzjoni ta’ vetturi bil-mutur, li, konformement ma’ din il-liġi, hija dovuta fir-rigward tal-vetturi ta’ trasport ta’ merkanzija irreġistrati fit-Turkija operati minn trasportatur Tork u użati għat-trasport ta’ merkanzija, għall-fatt li dawn il-vetturi li l-post tat-tluq tagħhom tkun it-Turkija jaqsmu l-fruntiera Ungeriża u jgħaddu mill-Ungerija bħala Stat Membru ta’ tranżitu sabiex jaslu fi Stat Membru ieħor, tikkostitwixxi taxxa li għandha effett ekwivalenti għal dazju doganali u għaldaqstant, ma hijiex konformi mal-Artikolu 4 ta’ din id-deċiżjoni?

2)

a)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda preliminari, l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni [KE]-Turkija Nru 1/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li taxxa bħal dik irregolata mil-liġi Ungeriża dwar it-taxxa fuq iċ-ċirkolazzjoni ta’ vetturi bil-mutur, li, konformement ma’ din il-liġi, hija dovuta fir-rigward tal-vetturi ta’ trasport ta’ merkanzija irreġistrati fit-Turkija operati minn trasportatur Tork u użati għat-trasport ta’ merkanzija, għall-fatt li dawn il-vetturi li l-post tat-tluq tagħhom tkun it-Turkija jaqsmu l-fruntiera Ungeriża u jgħaddu mill-Ungerija bħala Stat Membru ta’ tranżitu sabiex jaslu fi Stat Membru ieħor, tikkostitwixxi miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva u għaldaqstant, ma hijiex konformi mal-Artikolu 5 ta’ din id-deċiżjoni?

b)

L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni [KE] Turkija Nru 1/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa possibbli li tiġi applikata, billi jiġu invokati raġunijiet ta’ sigurtà tat-triq u ta’ applikazzjoni tal-liġijiet, taxxa bħal dik irregolata mil-liġi Ungeriża dwar it-taxxa fuq iċ-ċirkolazzjoni ta’ vetturi bil-mutur, li, konformement ma’ din il-liġi, hija dovuta minn vettura ta’ trasport ta’ merkanzija b’numru ta’ reġistrazzjoni Tork operata minn trasportatur Tork u użata għat-trasport ta’ merkanzija, għall-fatt li din il-vettura li l-post tat-tluq tagħha tkun it-Turkija taqsam lejn il-fruntiera Ungeriża sabiex tgħaddi mill-Ungerija bħala Stat Membru ta’ tranżitu u tasal fi Stat Membru ieħor?

3)

L-Artikolu 3(2) TFUE u l-Artikolu 1(2) u (3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu, abbażi ta’ ftehim bilaterali fil-qasam tat-trasport konkluż mat-Turkija, lill-Istat Membru ta’ tranżitu milli japplika taxxa bħal dik irregolata mil-liġi Ungeriża dwar it-taxxa fuq iċ-ċirkolazzjoni ta’ vetturi bil-mutur, li, konformement ma’ din il-liġi, hija dovuta fir-rigward tal-vetturi ta’ trasport ta’ merkanzija irreġistrati fit-Turkija operati minn trasportatur Tork u użati għat-trasport ta’ merkanzija, għall-fatt li dawn il-vetturi li l-post tat-tluq tagħhom tkun it-Turkija jaqsmu l-fruntiera Ungeriża u jgħaddu mill-Ungerija bħala Stat Membru ta’ tranżitu sabiex jaslu fi Stat Membru ieħor?

4)

L-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-[KEE] u t-Turkija […] għandu jiġi interpretat fis-sens li taxxa bħal dik irregolata mil-liġi Ungeriża dwar it-taxxa fuq iċ-ċirkolazzjoni ta’ vetturi bil-mutur, li, konformement ma’ din il-liġi, hija dovuta fir-rigward tal-vetturi ta’ trasport ta’ merkanzija irreġistrati fit-Turkija operati minn trasportatur Tork u użati għat-trasport ta’ merkanzija, għall-fatt li dawn il-vetturi li l-post tat-tluq tagħhom tkun it-Turkija jaqsmu l-fruntiera Ungeriża u jgħaddu mill-Ungerija bħala Stat Membru ta’ tranżitu sabiex jaslu fi Stat Membru ieħor, tikkostitwixxi diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità u għaldaqstant, ma hijiex konformi mal-Artikolu 9 ta’ dan il-ftehim?


(1)  Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, […] dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, p. 72).


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (Ir-Repubblika Slovakka) fil-15 ta’ Frar 2016 – Radosław Szoja vs Sociálna poisťovna

(Kawża C-89/16)

(2016/C 175/06)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Radosław Szoja

Konvenuta: Sociálna poisťovna

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, moqri flimkien mad-dritt għal benefiċċji ta’ sigurtà soċjali u għal vantaġġi soċjali stabbilit fl-Artikolu 34(1) u (2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jista’ jiġi interpretat, fiċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami, mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-preċiżazzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali, mingħajr il-possibbiltà li konsegwentement tiġi applikata l-proċedura prevista fl-Artikolu 16 tal-imsemmi regolament [ta’ implementazzjoni] b’mod li l-ħin tax-xogħol qasir u l-livell baxx ta’ remunerazzjoni tal-impjegat ma jkollhomx effett fuq l-għażla tad-dritt nazzjonali applikabbli fil-każ ta’ kumulu ta’ attività mħallsa ma’ attività mhux imħallsa, jiġifieri li l-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Implementazzjoni ma japplikax għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament Bażiku?

2)

Jekk tingħata risposta fin-negattiv għad-domanda 1, fil-każ ta’ kunflitt ta’ applikazzjoni bejn żewġ regolamenti, regolament bażiku u regolament ta’ implementazzjoni, jiġifieri r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali, il-qorti nazzjonali tista’ tevalwa d-dispożizzjonijiet tagħhom skont is-saħħa leġiżlattiva tagħhom, jiġifieri skont il-pożizzjoni tagħhom fil-ġerarkija tad-dritt tal-Unjoni?

3)

Jista’ jiġi kkunsidrat li l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Bażiku mwettqa mill-kummissjoni amministrattiva fis-sens tal-Artikolu 72 tar-Regolament Bażiku hija interpretazzjoni vinkolanti ta’ istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea li minnha l-ġurisprudenza tal-qrati nazzjonali ma tistax tiddevja, li fl-istess ħin tipprekludi li titressaq talba għal deċiżjoni preliminari, jew din l-interpretazzjoni hija sempliċement waħda mill-interpretazzjonijiet ammissibbli tad-dritt tal-Unjoni, li l-qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni bħala wieħed mill-elementi tad-deċiżjoni tagħha?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5 p. 72.

(2)  ĠU 2009, L 284, p. 1.


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 60 de Madrid (Spanja) fil-15 ta’ Frar 2016 – Caixabank S.A. vs Héctor Benlliure Santiago

(Kawża C-91/16)

(2016/C 175/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no 60 de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Caixabank S.A.

Konvenut: Héctor Benlliure Santiago

Domanda preliminari

L-użu tar-rata ta’ interessi remuneratorji miftemha fil-każ fejn ikunu applikabbli l-interessi moratorji huwa konformi mad-Direttiva 93/13 (1) jew, bil-kontra, dan jippreżupponi bidla fil-kuntratt li ma hijiex permessa mill-ġurisprudenza Komunitarja?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288)


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/8


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2016 minn Ellinikos Chrysos AE Metalleion kai Viomichanias Chrysou mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-9 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawżi magħquda T-233/11 u T-262/11, Il-Greċja u Ellinikos Chrysos vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-100/16 P)

(2016/C 175/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ellinikos Chrysos AE Metalleion kai Viomichanias Chrysou (rappreżentanti: V. Christianos, I. Soufleros, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Ellenika, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tad-9 ta’ Diċembru 2015, fil-Kawżi magħquda T-233/11 u T-262/11 u tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Is-sentenza appellata ddeċidiet li l-kundizzjonijiet kollha tal-Artikolu 107(1) TFUE kienu ssodisfatti fir-rigward ta’ żewġ miżuri ta’ għajnuna mill-Istat; l-ewwel miżura ta’ għajnuna mill-Istat tikkonċerna l-bejgħ tal-minjieri ta’ Cassandra lill-appellanti bi prezz li huwa inqas mill-valur tagħhom fis-suq. It-tieni miżura tikkonċerna l-eżenzjoni mit-taxxa, fir-rigward tal-valur tal-art tal-minjieri.

2.

L-appellanti tinvoka tliet aggravji, tnejn fir-rigward tal-ewwel miżura ta’ għajnuna mill-Istat u wieħed fir-rigward tat-tieni miżura ta’ għajnuna mill-Istat. B’mod iktar speċifiku:

Fir-rigward tal-ewwel miżura ta’ għajnuna mill-Istat: l-appellanti ssostni li l-evalwazzjoni fis-sentenza appellata fir-rigward tal-eżistenza ta’ vantaġġ hija vvizzjata minn żbalji ta’ liġi, flimkien ma’ difett ta’ motivazzjoni u irregolarità proċedurali fir-rigward tal-valur tal-minjieri.

Fir-rigward tal-ewwel miżura ta’ għajnuna mill-Istat: l-appellanti ssostni li l-evalwazzjoni fis-sentenza appellata fir-rigward tal-eżistenza ta’ vantaġġ hija vvizzjata minn żbalji ta’ liġi, flimkien ma’ difett ta’ motivazzjoni, fir-rigward tal-valur tal-art.

Fir-rigward tat-tieni miżura ta’ għajnuna mill-Istat: l-appellanti ssostni li l-evalwazzjoni fis-sentenza appellata fir-rigward tal-eżistenza ta’ vantaġġ hija vvizzjata minn żball ta’ liġi.


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (Ir-Rumanija) fid-19 ta’ Frar 2016 – SC Paper Consult SRL vs Direcția Regională a Finanțelor Publice Cluj Napoca, Administrația Județeană a Finanțelor Publice Bistrița Năsăud

(Kawża C-101/16)

(2016/C 175/09)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Paper Consult SRL

Konvenuti: Direcția Regională a Finanțelor Publice Cluj Napoca u Administrația Județeană a Finanțelor Publice Bistrița Năsăud

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2006/112/KE (1) tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifjuta d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) lil persuna taxxabbli minħabba l-fatt li l-fornitur preċedenti, li ħareġ il-fattura li fuqha jinsabu indikati separatament l-ispiża u l-VAT, ġie ddikjarata inattiv mill-amministrazzjoni fiskali?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, id-Direttiva 2006/112/KE tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li huwa biżżejjed li tiġi ppubblikata l-lista tal-persuni taxxabbli ddikjarati inattivi fis-sede tal-aġenzija nazzjonali ta’ amministrazzjoni fiskali kif ukoll fuq il-paġna internet tal-imsemmija aġenzija, fis-sezzjoni “Informazzjoni pubblika – informazzjoni relatata mal-aġenti ekonomiċi”, sabiex ikun jista’ jiġi rrifjutat id-dritt għat-tnaqqis tal-VAT fiċ-ċirkustanzi tal-ewwel domanda?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-23 ta’ Frar 2016 – Lg Costruzioni Srl vs Area – Azienda Regionale per l’Edilizia Abitativa – Distretto di Carbonia, Area – Azienda Regionale per l’Edilizia Abitativa

(Kawża C-110/16)

(2016/C 175/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Lg Costruzioni Srl

Appellati: Area – Azienda Regionale per l’Edilizia Abitativa – Distretto di Carbonia, Area – Azienda Regionale per l’Edilizia Abitativa

Domanda preliminari

Dispożizzjoni bħal dik tal-Artikolu 53(3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163, tas-16 ta’ April 2006, li tawtorizza l-parteċipazzjoni ta’ impriża b’disinjatur ta’ proġett “indikat”, li skont il-ġurisprudenza nazzjonali ma jistax jinvoka l-kwalitajiet ta’ terz, peress li ma huwiex offerenti, hija kompatibbli mal-Artikolu 48 tad-Direttiva KE Nru 18, tal-31 ta’ Marzu 2004?


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-24 ta’ Frar 2016 – Persidera SpA vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Ministero dello Sviluppo Economico delle Infrastrutture e dei Trasporti

(Kawża C-112/16)

(2016/C 175/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Persidera SpA

Konvenuti: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Ministero dello Sviluppo Economico delle Infrastrutture e dei Trasporti

Domandi preliminari

1)

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod iktar preċiż, l-Artikoli 56, 101, 102 u 106 TFUE, l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE (1) (Direttiva Kwadru), l-Artikoli 3, 5 u 7 tad-Direttiva 2002/20/KE (2) (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), u l-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva 2002/77/KE (3) (Direttiva Kompetizzjoni), kif ukoll il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza, ta’ libertà tal-kompetizzjoni, ta’ proporzjonalità, ta’ effettività u ta’ pluraliżmu tal-informazzjoni, jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li, għad-determinazzjoni tal-għadd ta’ netwerks diġitali attribwiti lill-operaturi waqt il-konverżjoni ta’ netwerks analogi, teżiġi t-teħid inkunsiderazzjoni kemm in-netwerks analogi ġestiti għal kollox legalment kif ukoll in-netwerks analogi, ġestiti fil-passat bi ksur tal-limiti fil-qasam ta’ konċentrazzjoni stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali li diġà tkun ġiet ikkritikata mill-Qorti tal-Ġustizzja u l-Kummissjoni, jew, fi kwalunkwe każ, mingħajr awtorizzazzjoni?

2)

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod iktar preċiż, l-Artikoli 56, 101, 102 u 106 TFUE, l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru), l-Artikoli 3, 5 u 7 tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), u l-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva 2002/77/KE (Direttiva Kompetizzjoni), kif ukoll il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza, ta’ libertà tal-kompetizzjoni, ta’ proporzjonalità, ta’ effettività u ta’ pluraliżmu tal-informazzjoni, jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li, għad-determinazzjoni tal-għadd ta’ netwerks diġitali attribwiti lill-operaturi waqt il-konverżjoni ta’ netwerks analogi, tieħu inkunsiderazzjoni n-netwerks analogi kollha ġestiti sa dakinhar, anki dawk ġestiti bi ksur tal-limiti fil-qasam ta’ konċentrazzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali li diġà ġiet ikkritikata mill-Qorti tal-Ġustizzja u mill-Kummissjoni jew, fi kwalunkwe każ, mingħajr awtorizzazzjoni, u li fil-fatt twassal sabiex jiġi applikat tnaqqis fin-numru ta’ netwerks diġitali attribwiti lil operatur ta’ diversi netwerks, meta mqabbla ma’ dawk ġestiti fis-sistema analoga, proporzjonalment ikbar, minn dik imposta fuq il-kompetituri?


(1)  Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349)

(2)  Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337)

(3)  Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE, tas-16 ta’ Settembru 2002, dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 178)


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 60 de Madrid (Spanja) fid-29 ta’ Frar 2016 – Abanca Corporación Bancaria S.A. vs Juan José González Rey et

(Kawża C-120/16)

(2016/C 175/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no 60 de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Abanca Corporación Bancaria S.A.

Konvenuti: Juan José González Rey, María Consuelo González Rey u Francisco Rodríguez Alonso

Domanda preliminari

L-użu tar-rata miftiehma għall-interessi remuneratorji f’każ li fih japplikaw l-interessi moratorji huwa konformi mad-Direttiva 93/13 (1) jew, għall-kuntrarju, dan jikkostitwixxi integrazzjoni tal-kuntratt mhux permessa mill-ġurisprudenza Komunitarja?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kap. 15, Vol. 2, p. 288).


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fl-1 ta’ Marzu 2016 – Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia vs “Iberdrola Inmobiliaria Real Estate Investments” EOOD

(Kawża C-132/16)

(2016/C 175/13)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

Konvenuta:“Iberdrola Inmobiliariya Real Estate Investments” EOOD

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 26(1)(b), l-Artikolu 168(a) u l-Artikolu 176 [tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)] jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħall-punt 2 tal-Artikolu 70(1) taz-Zakon za danak varhu dobavenata stoynost (Liġi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud), li tillimita d-dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi ta’ kostruzzjoni jew ta’ xogħlijiet ta’ titjib ta’ proprjetà immobbli li hija proprjetà ta’ terz, li jintużaw kemm mid-destinatarju tal-provvista u kemm mit-terz, għas-sempliċi raġuni li t-terz jikseb mingħajr ħlas l-eżitu ta’ dawn is-servizzi, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li s-servizzi ser jintużaw fil-kuntest tal-attività ekonomika tad-destinatarju, li huwa persuna taxxabbli?

2)

L-Artikolu 26(1)(b), l-Artikolu 168(a) u l-Artikolu 176 [tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud] jipprekludu prassi fiskali li tikkonsisti fir-rifjut li jiġi rrikonoxxut id-dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi f’sitwazzjoni fejn l-ispejjeż li jikkorrispondu ma’ dawn is-servizzi jiġu kkontabbilizzati fl-ispejjeż ġenerali tal-persuna taxxabbli għar-raġuni li dawn l-ispejjeż kienu sostnuti għall-kostruzzjoni jew għal xogħlijiet ta’ titjib ta’ proprjetà immobbli li hija proprjetà ta’ terz, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li din il-proprjetà immobbli ser tintuża wkoll mid-destinatarju tal-provvista tas-servizzi ta’ kostruzzjoni fil-kuntest tal-attività ekonomika tiegħu?


(1)  ĠU L 347, p. 1.


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Iżvezja) fl-14 ta’ Marzu 2016 – Riksåklagaren vs Zenon Robert Akarsar

(Kawża C-148/16)

(2016/C 175/14)

Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Riksåklagaren

Konvenut: Zenon Robert Akarsar

Domanda preliminari

1)

Id-domanda tikkonċerna l-interpretazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru [Deċiżjoni Qafas] tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (2002/584/JHA (1)).

Stat Membru jista’ jirrifjuta li jeżegwixxi mandat ta’ arrest Ewropew, li jikkonċerna l-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja li ngħatat bħala sentenza unika għal numru ta’ reati, meta wieħed minn dawn ir-reati ma jikkostitwixxix reat taħt id-dritt tal-Istat Membru li jeżegwixxi u l-Istat Membru tal-ħruġ ma jistax jordna li s-sentenza tiġi diviża?

Ir-reat inkwistjoni ma jikkostitwixxix reat tali kopert mill-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas li fir-rigward tiegħu r-rekwiżit ta’ kriminalità doppja ma jistax jiġi applikat.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34.


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Attunda tingsrätt (l-Isvezja) fil-21 ta’ Marzu 2016 – Airhelp Limited vs Thomas Cook Airlines Scandinavia A/S

(Kawża C-161/16)

(2016/C 175/15)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Attunda tingsrätt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Airhelp Limited

Konvenuti: Thomas Cook Airlines Scandinavia A/S

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2(g) u l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament Nru 261/2004 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex jibbenefika minn kumpens, passiġġier għandu jkollu post riżervat (jiġifieri d-dritt li jkollu l-post proprju tiegħu fl-ajruplan) jew inkella huwa biżżejjed li l-passiġġier ikun irċieva konfermazzjoni tal-prenotazzjoni tiegħu għat-titjira (jiġifieri d-dritt li jivjaġġa fl-ajruplan)?

2)

Biljett bi prezz imnaqqas għal wild li ma għandux il-post propju tiegħu matul il-vjaġġ fl-ajruplan, iżda li jivvjaġġa akkompanjati minn passiġġier ieħor, għandu jitqies li huwa għad-dispożizzjoni direttament jew indirettment għall-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 261/2004?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/14


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2016 minn Toshiba Corporation mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid-19 ta’ Jannar 2016 fil-Kawża T-404/12: Toshiba Corporation vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-180/16 P)

(2016/C 175/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Toshiba Corporation (rappreżentanti: J. F. MacLennan, Solicitor, A. Schulz, avukat, S. Sakellariou, Δικηγόρος, J. Jourdan, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-404/12, u

i)

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-każ COMP/39.966 – Switchgear Iżolati bil-Gass, adozzjoni mill-ġdid; jew

ii)

tnaqqas il-multa imposta fuq Toshiba, skont l-Artikolu 261 TFUE; jew

iii)

tirrinvija l-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi konformement mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-punti ta’ liġi li fuqhom hija tat deċiżjoni; u f’kull każ

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa bbażat fuq tliet aggravji:

a)

L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li d-drittijiet tad-difiża ta’ Toshiba ma nkisrux mill-Kummissjoni Ewropea; b’mod partikolari sa fejn il-Kummissjoni ma indirizzatx dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet lil Toshiba qabel ma adottat id-deċiżjoni ta’ adozzjoni mill-ġdid fl-2012;

b)

It-tieni aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-metodoloġija applikata mill-Kummissjoni Ewropea sabiex tikkalkola l-multa ta’ Toshiba ma kisritx il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament; b’mod partikolari sa fejn il-Kummissjoni użat l-ammont inizjali kkalkolat għall-impriża komuni TM T&D bħala bażi għall-kalkolu tal-multa ta’ Toshiba, u mhux dħul mill-bejgħ rilevanti għal Toshiba, kuntrarjament għal dak li għamlet il-Kummissjoni għad-destinatarji Ewropej tad-deċiżjoni adottata fl-2007; u

c)

It-tielet aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-Kummissjoni Ewropea, billi ma naqsitx il-multa ta’ Toshiba sabiex tirrifletti l-parteċipazzjoni relattiva tagħha għal dan il-ksur, ma kisritx il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament; b’mod partikolari sa fejn il-Kummissjoni ma qisitx li l-parteċipazzjoni iktar limitata ta’ Toshiba għall-aġir kollużorju, meta mqabbla ma’ dik tad-destinatarji Ewropej tad-deċiżjoni adottata fl-2007, kienet tiġġustifika li tiġi riflessa fl-ammont tal-multa.


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/15


Talba għal awtorizzazzjoni ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ qbid imressqa fid-29 ta’ Marzu 2016 – Yukos Universal Ltd vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment

(Kawża C-185/16 SA)

(2016/C 175/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Yukos Universal Ltd (rappreżentant: H. Boularbah, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet

tordna lill-Bank Ewropew tal-Investiment jiddikjara l-kawżi, l-ammonti u l-modalitajiet tal-krediti li l-Federazzjoni Russa għandha kontrih;

tawtorizza lill-Yukos Universal Ltd teżegwixxi mandat ta’ qbid kawtelatorju għal assi ta’ terzi miżmuma mill-Bank Ewropew tal-Investiment fir-rigward ta’ dawn il-krediti, u minn tal-inqas fuq is-sommom kollha dovuti, jew li ser ikunu dovuti, mill-Bank Ewropew tal-Investiment lill-Federazzjoni Russa fil-kwalità tiegħu ta’ emittur ta’ bonds sottoskritti mill-Federazzjoni Russa, u dan inkluż fuq l-interessi ġġenerati minn dawn il-bonds u r-rimbors tagħhom, skont il-modalitajiet stipulati fil-kuntratt(i) ta’ emmissjoni jew fil-prospett(i) inkwistjoni, u dan sal-ammont, f’kapital prinċipali u f’interessi, bla ħsara għal rivalorizzazzjoni fil-mori tal-kawża, ta’ EUR 1 690 886 892,20(l-ammont ta’ kreditu li Yukos Universal Ltd għandha fil-konfront tal-Federazzjoni Russa);

f’kull każ, tikkundanna lill-Bank Ewropew tal-Investiment għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.


Il-Qorti Ġenerali

17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/16


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Marzu 2016 – Pharm-a-care Laboratories vs UASI – Pharmavite (VITAMELTS)

(Kawża T-713/15) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2016/C 175/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pharm-a-care Laboratories Pty. Ltd (Sydney, l-Awstralja) (rappreżentant: I. A. De Freitas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Pharmavite LLC (California, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Settembru 2015 (Każ R 2649/2014-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Pharmavite LLC u Pharma-a-care Laboratories Pty. Ltd.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Pharm-a-care Laboratories Pty. Ltd hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll dawk esposti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 38, 1.2.2016.


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/16


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Frar 2016 – ICA Laboratories et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-732/15 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ambjent - Protezzjoni tal-konsumaturi - Regolament li jistabbilixxi l-livelli massimi ta’ residwi għall-gważatina - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2016/C 175/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ICA Laboratories Close Corp. (Century City, l-Afrika t’Isfel); ICA International Chemicals (Proprietary) Ltd (Century City); u ICA Developments (Proprietary) Ltd (Century City) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, R. Crespi, avukati, u P. Sellar, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: X. Lewis u P. Ondrůšek, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1910, tal-21 ta’ Ottubru 2015, li jemenda l-Annessi III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-gważatina f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 280, p. 2).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/17


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2016 – Philip Morris Brands vs EUIPO – Explosal (Superior Quality Cigarettes FILTER CIGARETTES Raquel)

(Kawża T-105/16)

(2016/C 175/20)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Philip Morris Brands Sàrl (Neuchâtel, l-Isvizzera) (rappreżentant: L. Alonso Domingo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Explosal Ltd (Larnaca, Ċipru)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni figurattiva ta’ kulur abjad u iswed li tinkludi l-element verbali “Superior Quality Cigarettes FILTER CIGARETTES Raquel” – trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 008 084

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 2775/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, jew ċaħdet l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10008084 għall-prodotti kollha [li saret applikazzjoni għalihom] jew, sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Bord tal-Appell sabiex issir reviżjoni iktar iddettaljata tal-projbizzjonijiet imposti fl-Artikolu 8(1)(b) u fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 fid-dawl tal-provi prodotti dwar ir-reputazzjoni u l-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra sabiex ibatu l-ispejjeż tagħhom u dawk tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/18


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2016 – zero vs EUIPO – Hemming (ZIRO)

(Kawża T-106/16)

(2016/C 175/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: zero Holding GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Nentwig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Oliver Hemming (Cadbury, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata: trade mark tal-Unjoni figurattiva li tinkludi l-element verbali “ZIRO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Nru 12 264 958

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 71/2015-4

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 u;

Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/18


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2016 – Airhole Facemasks vs EUIPO – sindustrysurf (AIRHOLE FACE MASKS YOU IDIOT)

(Kawża T-107/16)

(2016/C 175/22)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Airhole Facemasks, Inc. (Vancouver, British Columbia, il-Kanada) (rappreżentanti: A. Michaels, Barrister u S. Barker, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: sindustrysurf, SL (Trapagaran, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea bl-iswed u bl-abjad li tinkludi l-elementi verbali “AIRHOLE FACE MASKS YOU IDIOT” – trade mark tal-Unjoni Ewropea Nruo9 215 427

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 2547/2014-4

Talbiet tar-rikorrenti

tirriforma d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea nulla fl-intier tagħha jew, alternattivament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna sindustrysurf, SL għall-ispejjeż esposti mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ dan ir-rikors u tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell u għall-ispejjeż marbuta mal-proċedura quddiem id-Diviżjoni ta’ Kanċellazzjoni.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 53(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/19


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2016 – Naviera Armas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-108/16)

(2016/C 175/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Naviera Armas, SA (Las Palmas de Gran Canaria, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra u Á. Givaja Sanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-8 ta’ Diċembru 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.36628 (2015/NN-2) (ĠU C 25, p 2.), li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat favur il-kumpannija tat-tbaħħir Fred Olsen SA, sa fejn tikkonċerna l-miżuri adottati mir-Renju ta’ Spanja fil-port ta’ Las Nieves;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tagħha u għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat id-dritt esklużiv li għandha Fred Olsen li topera mill-port ta’ Las Nieves (Canarias, Spanja), l-eżenzjoni totali jew parzjali tagħha mill-ħlas ta’ taxxi tal-port, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-użu tal-port li, sa fejn jeskludu l-bastimenti konvenzjonali, jinvolvu wkoll vantaġġ mhux iġġustifikat għall-imsemmija kumpannija.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq il-fatt li hija kienet ipprovdiet motivazzjoni suffiċjenti sabiex il-Kummissjoni jkollha dubji fondati dwar l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat favur Fred Olsen u sabiex tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali.

Insostenn ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni:

li t-tul tal-eżami preliminari mwettaq mill-Kummissjoni, li nbeda wara ilment imressaq minn Naviera Armas fis-26 ta’ April 2013 u dam sal-adozzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża, juri fih innfisu l-kumplessità tal-kawża, li rrikjediet il-ftuħ ta’ proċedura formali;

li d-deċiżjoni kontenzjuża hija vvizzjata minn ċerti żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tal-fatti, bħal pereżempju l-allegazzjoni li ebda impriża ma talbet sabiex topera fil-port ta’ Las Nieves bil-laneċ veloċi qabel l-2013, li Fred Olsen kienet l-unika impriża interessata li tuża l-port fis-snin 1990, jew li kienu biss il-laneċ veloċi li setgħu joperaw fl-imsemmi port;

li Fred Olsen ila tuża esklużivament il-port ta’ Las Nieves mill-1991, u dan jagħtiha vantaġġ kompetittiv, mogħtija b’mod diskrezzjonali mill-awtoritajiet Spanjoli;

li Fred Olsen ibbenefikat għal iktar minn għoxrin sena minn eżenzjoni totali ta’ ċerti taxxi tal-port.


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/20


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2016 – Savant Systems vs EUIPO – Savant Group (SAVANT)

(Kawża T-110/16)

(2016/C 175/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Savant Systems LLC (Osterville, Massachusetts, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: O. Nilgen, A. Kockläuner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Savant Group Ltd (Burton in Kendal, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SAVANT” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 32 318

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-18 ta’ Jannar 2016, fil-Każ R 33/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn inżammet il-protezzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 32 318 kkontestata fir-rigward ta’ “softwer tal-kompjuter” fil-klassi 9 u għas-servizzi kollha fil-klassijiet 41 u 42;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) b’rabta mal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 207/2009 sa fejn il-Bord tal-Appell iddeċieda b’mod żbaljat li l-proprjetarju kien ipprova użu ġenwin tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea kkontestata għall-prodotti u għas-servizzi kif irreġistrati, b’mod partikolari “softwer tal-kompjuter” u s-servizzi relatati fil-klassijiet 41 u 42;

Ksur, mill-Bord tal-Appell, tal-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward tar-raġunijiet għalfejn ma ħax inkunsiderazzjoni r-rapport dwar l-“investigazzjoni tal-użu”.


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/21


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2016 – Prada vs EUIPO – The Rich Prada International (THE RICH PRADA)

(Kawża T-111/16)

(2016/C 175/25)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Prada SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Jacobacci, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The Rich Prada International PT (Surabaya, l-Indoneżja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “THE RICH PRADA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 228 948

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Jannar 2016 fil-Każijiet Magħquda R 3076/2014-2 u R 3186/2014-2

Talbiet

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata, u għalhekk tilqa’ l-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 2 012 477 fl-intier tagħhom;

sussidjarjament, tikkonferma d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell fl-intier tagħha;

taqleb id-deċiżjoni li Prada SA għandha tbati l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, fl-ammont ta’ EUR 550, u tordna lil The Rich Prada International PT tħallas dawk l-ispejjeż;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/22


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2016 – Arctic Cat vs EUIPO – Slazengers (Rappreżentazzjoni ta’ pantera)

(Kawża T-113/16)

(2016/C 175/26)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Arctic Cat, Inc. (Thief River Falls, Minnesota, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Hartmann u S. Fröhlich, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea għall-Proprjetà Intellettwali (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Slazengers Ltd (Burnham, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ pantera) reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Nru 941 684

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 2953/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata safejn ġie miċħud ir-rikors u safejn ġie kkonfermat ir-rifjut parzjali ta’ protezzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 941 684 fir-rigward tal-Unjoni Ewropea għall-prodotti invokati fil-klassi 25 (ħwejjeġ speċifiċi għall-vetturi sportivi bil-mutur, inklużi l-ħwejjeġ ta’ protezzjoni għal użu estern, hoods u maskli);

tawtorizza l-protezzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 941 684 fir-rigward tal-Unjoni Ewropea b’mod partikolari għall-prodotti invokati fil-klassi 25 (ħwejjeġ speċifiċi għall-vetturi sportivi bil-mutur, inklużi l-ħwejjeġ ta’ protezzjoni għal użu estern, hoods u maskli);

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedura;

tikkundanna lil Slazengers Ltd għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/23


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2016 – Port autonome du Centre et de l’Ouest et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-116/16)

(2016/C 175/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Port autonome du Centre et de l’Ouest SCRL (La Louvière, il-Belġju), Port autonome de Namur (Namur, il-Belġju), Port autonome de Charleroi (Charleroi, il-Belġju), Port autonome de Liège (Liège, il-Belġju), Région wallonne (Jambes, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Vanden Eynde, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli fir-rigward ta’ kull wieħed mir-rikorrenti u konsegwentement tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni bir-referenza SA.38393(2015/E) – tassazzjoni tal-portijiet fil-Belġju;

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tqis bħala għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern il-fatt li l-attivitajiet ekonomiċi tal-portijiet Belġjani, u b’mod partikolari l-portijiet tal-Wallonie, ma humiex suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw għaxar motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat, b’mod ġenerali, fuq il-fatt li d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni la huma sostnuti mill-fatti u lanqas iġġustifikati fid-dritt.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma ġġustifikatx il-bidla apparenti tagħha fil-ġurisprudenza meta mqabbla mad-deċiżjoni tagħha tal-20 ta’ Ottubru 2004 (N520/2003).

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-attivitajiet tal-portijiet huma ssussidjati sa fejn huma ma humiex profittabbli mod ieħor fil-kuntest ekonomiku Belġjan; barra minn hekk, il-fatt li tariffi stabbiliti unilateralment, li ma jkoprux l-investimenti mwettqa, ma huwiex biżżejjed sabiex jiġu kklassifikati bħala attivitajiet ekonomiċi.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-dikjarazzjoni li s-sistema ta’ referenza Belġjana hija t-taxxa fuq il-kumpanniji ma hijiex iġġustifikata fid-dritt.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-dikjarazzjoni li t-taxxa ta’ persuni ġuridiċi, li l-portijiet huma suġġetti għaliha, tikkostitwixxi vantaġġ peress li l-attivitajiet sussidjarji ekonomiċi eventwali tagħhom ma humiex intaxxati, ma hijiex ipprovata. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma identifikatx liema attivitajiet għandhom, fl-opinjoni tagħha, jiġu intaxxati, u lanqas dawk li jikkostitwixxu servizzi ta’ interess ġenerali.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-fatt li ċ-ċirkustanzi konkreti għandhom jawtorizzaw l-applikazzjoni tat-taxxa tal-persuni ġuridiċi, billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-ħsieb wara s-sistema legali Belġjana li tiddistingwi t-trattament fiskali ta’ servizzi ta’ interess ġenerali u tal-attivitajiet kummerċjali.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kienet naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni prerogattivi tal-Istati Membri fil-qasam ta’:

definizzjoni ta’ attivitajiet mhux ekonomiċi;

definizzjoni tat-tassazzjoni diretta;

obbligu li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-servizzi ta’ interess ġenerali neċessarji għall-koeżjoni soċjali u ekonomika;

organizzazzjoni diskrezzjonali ta’ servizzi ta’ interess ġenerali.

8.

It-tmien motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-attivitajiet essenzjali tal-portijiet interni tal-Wallonie huma servizzi ta’ interess ġenerali li ma humiex irregolati, konformement mal-leġiżlazzjoni Ewropea, bir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Artikolu 107 TFUE.

9.

Id-disa’ motiv, invokat sussidjarjament, ibbażat fuq il-fatt li jekk l-attivitajiet essenzjali tal-portijiet interni tal-Wallonie jaqgħu taħt servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, huma rregolati bir-regoli tal-Artikoli 93 u 106(2) TFUE u r-regoli tal-kompetizzjoni ma japplikawx għalihom.

10.

L-għaxar motiv, invokat sussidjarjament, ibbażat fuq il-fatt li l-kriterji Ewropej għad-definizzjoni ta’ għajnuna mill-Istat ma humiex issodisfatti.


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/24


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2016 – Tulliallan Burlington vs EUIPO – Burlington Fashion (Burlington)

(Kawża T-120/16)

(2016/C 175/28)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tulliallan Burlington Ltd (St Helier, Jersey) (rappreżentant: A. Norris, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Burlington Fashion GmbH (Schmallenberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “Burlington” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 017 273 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 94/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-trade mark ikkontestata fir-rigward tal-prodotti kkontestati kollha;

tordna l-ħlas tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti marbuta ma’ dan l-appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 8(5), 8(4) u 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/25


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2016 – Tulliallan Burlington vs EUIPO – Burlington Fashion (BURLINGTON THE ORIGINAL)

(Kawża T-121/16)

(2016/C 175/29)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tulliallan Burlington Ltd (St Helier, Jersey) (rappreżentant: A. Norris, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Burlington Fashion GmbH (Schmallenberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “BURLINGTON THE ORIGINAL” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 007 952 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 2501/2013-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-trade mark ikkontestata fir-rigward tal-prodotti kkontestati kollha;

tordna l-ħlas tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti marbuta ma’ dan l-appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 8(5), 8(4) u 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/26


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2016 – Tulliallan Burlington vs EUIPO – Burlington Fashion (Burlington)

(Kawża T-122/16)

(2016/C 175/30)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tulliallan Burlington Ltd (St Helier, Jersey) (rappreżentant: A. Norris, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Burlington Fashion GmbH (Schmallenberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “Burlington” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 982 021 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 2409/2013-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-trade mark ikkontestata fir-rigward tal-prodotti kkontestati kollha;

tordna l-ħlas tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti marbuta ma’ dan l-appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 8(5), 8(4) u 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/27


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2016 – Tulliallan Burlington vs EUIPO – Burlington Fashion (BURLINGTON)

(Kawża T-123/16)

(2016/C 175/31)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tulliallan Burlington Ltd (St Helier, Jersey) (rappreżentant: A. Norris, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Burlington Fashion GmbH (Schmallenberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark verbali “Burlington” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 982 020 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 1635/2013-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-trade mark ikkontestata fir-rigward tal-prodotti kkontestati kollha;

tordna l-ħlas tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti marbuta ma’ dan l-appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 8(5), 8(4) u 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/28


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2016 – León Van Parys vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-125/16)

(2016/C 175/32)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Firma León Van Parys NV (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Vlaemminck, B. Van Vooren u R. Verbeke, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 95 finali, tal-20 ta’ Jannar 2016 fil-fajl REC 07/07(REV) li tikkonstata li huwa ġġusitifikat li tipproċedi għat-teħid inkunsiderazzjoni a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni u li l-maħfra tad-dazji hija ġġustifikata fir-rigward ta’ debitur u parzjalment iġġustifikata fil-każ partikolari ta’ debitur ieħor, iżda li ma hijiex iġġustifikata fir-rigward ta’ dan id-debitur partikolari għal parti oħra, u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 2858, tas-6 ta’ Mejju 2010;

tiddikjara li l-Artikolu 909 tar-Regolament Nru 2454/93 (1) ta l-effett sħiħ tiegħu fir-rigward tar-rikorrenti preżenti insegwitu għas-sentenza tad-19 ta’ Marzu 2013, T-324/10, li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat favur ir-rikorrenti (preżenti u ta’ dak iż-żmien) l-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni C(2010) 2858 oriġinali b’tali mod li konformement mal-Artikolu 909 tar-Regolament Nru 2454/93, ir-rikorrenti preżenti tibbenefika mill-maħfra sħiħa tad-dejn doganali kif ukoll tal-interessi jew tal-ispejjeż li huma direttament jew indirettament relatati miegħu;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 907 u 909 tar-Regolament Nru 2454/93 u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

Ir-rikorrenti ssostni li l-effetti legali tas-sentenza tad-19 ta’ Marzu 2013, Firma Van Parys vs Il-Kummissjoni (T-324/10, EU:T:2013:136) favur ir-rikorrenti huma suffiċjenti fihom infushom. L-ebda deċiżjoni ġdida tal-Kummissjoni ma hija għalhekk neċessarja sabiex titneħħa l-illegalità kkonstatata mill-Qorti Ġenerali u r-rikorrenti għandha tibbenefika mill-applikazzjoni tal-Artikolu 909 tar-Regolament Nru 2454/93.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 907 tar-Regolament Nru 2454/93 u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-rikorrenti tikkunsidra li l-Kummissjoni abbużat mis-setgħa tagħha li titlob informazzjoni addizzjonali mogħtija lilha bl-Artikolu 907 tar-Regolament Nru 2454/93 bil-għan li tiġi evitata l-applikazzjoni tal-Artikolu 909 ta’ dan l-istess regolament. Ir-rikorrenti tinvoka b’mod partikolari l-fatt li l-Kummissjoni diġà kellha l-informazzjoni mitluba.

3.

It-tielet motiv, invokat b’mod sussidjarju, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba peress li s-sentenza tad-19 ta’ Marzu 2013, Firma Van Parys vs Il-Kummissjoni (T-324/10, EU:T:2013:136) għandha tkun eżegwita f’terminu raġonevoli li ma għandux jaqbeż it-terminu inizjali ta’ disa’ xhur previst mill-Artikolu 907 tar-Regolament Nru 2454/93.

4.

Ir-raba’ motiv, invokat b’mod iktar sussidjarju, ibbażat fuq abbuż ta’ poter peress li l-Kummissjoni twettaq stħarriġ ġdid komplet u għalhekk tasal għal konklużjoni li tmur kontra l-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali fis-sentenza tad-19 ta’ Marzu 2013, Firma Van Parys vs Il-Kummissjoni (T-324/10, EU:T:2013:136).

5.

Il-ħames motiv, invokat b’mod iktar sussidjarju, ibbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-qafas regolatorju dwar l-organizzazzjoni tas-suq tal-banana u ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza.

Fil-fehma tar-rikorrenti, il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ trasferiment tal-użu mir-rikorrenti, bil-ħsieb li tikseb id-dritt li tuża ċ-ċertifikati ta’ importazzjoni, tikkostitwixxi possibbiltà legali fi ħdan il-qafas tar-Regolament Nru 2362/98 (2) u l-prattiki kummerċjali normalment irrikonoxxuti mid-WTO.

Dan ma jistax jiġi kkunsidrat bħala negliġenza min-naħa ta’ importatur meta dan ma jkunx il-każ fil-konfront tal-aġent tad-dwana jew ta’ importatur ieħor li uża ċertifikati mhux trasferibbli.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2362/98, tat-28 ta’ Ottubru 1993, li jistabbilixxi metodi għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 f’dak li jikkonċerna s-sistema ta’ importazzjoni ta’ banana fil-Komunità (ĠU L 293, p. 32).


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/29


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2016 – SureID vs EUIPO (SUREID)

(Kawża T-128/16)

(2016/C 175/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SureID, Inc. (Hillsboro, Oregon, l-Istati Uniti) (rappreżentant: B. Brandreth, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SUREID” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 698 675

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 1478/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/30


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2016 – Claranet Europe vs EUIPO – Claro (claranet)

(Kawża T-129/16)

(2016/C 175/34)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Claranet Europe Ltd (St Helier, Jersey) (rappreżentanti: G. Crown u D. Farnsworth, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Claro SA (São Paulo, il-Brażil)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata: trade mark Komunitarja verbali bl-aħmar “claranet” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 265 113

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 803/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO (u jekk ikun il-każ, lill-kull intervenjent) għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/30


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2016 – Caisse régionale de crédit agricole mutuel Alpes Provence vs BĊE

(Kawża T-133/16)

(2016/C 175/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Caisse régionale de crédit agricole mutuel Alpes Provence (Aix-en-Provence, Franza) (rappreżentant: H. Savoie, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tad-29 ta’ Jannar 2016 (ECB/SSM/2016 – 969500TJ5KRTCJQWXH05/98), adottata skont l-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew u skont l-Artikoli L. 511-13, L. 511-52, L. 511-58, L. 612-23-1 u R. 612-29-3 tal-kodiċi monetarju u finanzjarju Franċiż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija illegali, sa fejn tikser id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (iktar ’il quddiem id-“Direttiva CRD IV”), u dawk tal-Artikolu L. 511-13 tal-kodiċi monetarju u finanzjarju Franċiż (iktar ’il quddiem is-“CMF”).

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija illegali, sa fejn tikser id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu L. 511-52 tas-CMF.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija illegali, sa fejn il-BĊE jikser l-Artikolu L. 511-13 tas-CMF u l-Artikoli 13 u 88 tad-Direttiva CRD IV.

4.

Ir-raba’ motiv, invokat sussidjarjament, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija wkoll illegali, sa fejn il-BĊE jikser l-Artikolu L. 511-58 tas-CMF.


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/31


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2016 – Caisse régionale de crédit agricole mutuel Nord Midi-Pyrénées vs BĊE

(Kawża T-134/16)

(2016/C 175/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Caisse régionale de crédit agricole mutuel Nord Midi-Pyrénées (Albi, Franza) (rappreżentant: H. Savoie, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tad-29 ta’ Jannar 2016 (ECB/SSM/2016 – 969500TJ5KRTCJQWXH05/100), adottata skont l-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew u skont l-Artikoli L. 511-13, L. 511-52, L. 511-58, L. 612-23-1 u R. 612-29-3 tal-kodiċi monetarju u finanzjarju Franċiż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-133/16, Caisse régionale de crédit agricole mutuel Alpes Provence vs BĊE.


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/32


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2016 – Caisse régionale de crédit agricole mutuel Charente-Maritime Deux-Sèvres vs BĊE

(Kawża T-135/16)

(2016/C 175/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Caisse régionale de crédit agricole mutuel Charente-Maritime Deux-Sèvres (Saintes, Franza) (rappreżentant: H. Savoie, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tad-29 ta’ Jannar 2016 (ECB/SSM/2016 – 969500TJ5KRTCJQWXH05/101), adottata skont l-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew u skont l-Artikoli L. 511-13, L. 511-52, L. 511-58, L. 612-23-1 u R. 612-29-3 tal-kodiċi monetarju u finanzjarju Franċiż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-133/16, Caisse régionale de crédit agricole mutuel Alpes Provence vs BĊE.


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/32


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2016 – Caisse régionale de crédit agricole mutuel Brie Picardie vs BĊE

(Kawża T-136/16)

(2016/C 175/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Caisse régionale de crédit agricole mutuel Brie Picardie (Amiens, Franza) (rappreżentant: H. Savoie, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tad-29 ta’ Jannar 2016 (ECB/SSM/2016 – 969500TJ5KRTCJQWXH05/99), adottata skont l-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew u skont l-Artikoli L. 511-13, L. 511-52, L. 511-58, L. 612-23-1 u R. 612-29-3 tal-kodiċi monetarju u finanzjarju Franċiż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-133/16, Caisse régionale de crédit agricole mutuel Alpes Provence vs BĊE.


17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/33


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2016 – SDSR vs EUIPO – Berghaus (BERG OUTDOOR)

(Kawża T-139/16)

(2016/C 175/39)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sports Division SR, SA (SDSR) (Matosinhos, il-Portugall) (rappreżentanti: A. Sebastião u J. Pimenta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Berghaus Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “BERG OUTDOOR” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 116 936 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Jannar 2016 fil-Każ R 153/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-EUIPO jawtorizza r-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 116 936 kollha kemm hi;

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/34


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ April 2016 – Spadafora vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-44/15) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Proċedura ta’ selezzjoni - Bord ta’ preselezzjoni - Intervista mal-bord ta’ preselezzjoni - Nuqqas ta’ iskrizzjoni fil-lista preliminari (short-list) ta’ kandidati proposti sabiex issirilhom intervista finali mal-Awtorità tal-Ħatra - Regolarità tal-proċedura ta’ selezzjoni - Prijorità lir-reklutaġġ ta’ kandidat li jkollu n-nazzjonalità ta’ Stat Membru partikolari - Aġir tal-president tal-bord ta’ preselezzjoni - Diskriminazzjoni lingwistika - Talba għad-danni - Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura))

(2016/C 175/40)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Sergio Spadafora (Woluwe-Saint-Lambert, il-Belġju) (rappreżentant: G. Belotti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li fil-pożizzjoni ta’ kap tad-diviżjoni C4 (“Legal Advice”) tinħatar persuna oħra u mhux ir-rikorrent, li kien ilu jaġixxi bħala kap ta’ din id-diviżjoni sa minn meta telaq il-kap ta’ diviżjoni preċedenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u bħala parzjalment manifestament infondat.

2)

Sergio Spadafora għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 221, 6.7.2015, p. 27.