ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 59 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku |
|
2016/C 153/01 |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2016/C 153/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7980 — Sumitomo/Cosan/Biomassa) ( 1 ) |
|
2016/C 153/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7817 — OBI/bauMax Standort Steyr) ( 1 ) |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2016/C 153/04 |
||
2016/C 153/05 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2016/C 153/06 |
||
2016/C 153/07 |
||
2016/C 153/08 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8002 — Apollo Management/Açoreana Seguros) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
2016/C 153/09 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7949 — Norwegian/Shiphold/OSM Aviation) ( 1 ) |
|
2016/C 153/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8001 — Pillarstone/Sirti) — Il-każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2016/C 153/11 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku
29.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU
tal-24 ta’ Marzu 2016
li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom
(BERS/2016/3)
(2016/C 153/01)
IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 u l-Artikoli 16 sa 18 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 458(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BERS/2011/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Jannar 2011 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (3), u b’mod partikolari l-Artikoli 15(3)(e) u l-Artikoli 18 sa 20 tagħha,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata l-effettività u l-konsistenza tal-politika makroprudenzjali, huwa meħtieġ li dawk li jfasslu l-politika makroprudenzjali jqisu kif meħtieġ l-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali adottati minn Stati Membri individwali u, meta dan ikun iġġustifikat, jadottaw miżuri tal-politika makroprudenzjali xierqa biex jadattawhom. |
(2) |
Il-qafas dwar reċiprokazzjoni volontarja għal miżuri tal-politika makroprudenzjali stipulat fir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (4) għandu jiżgura li l-miżuri ta’ politika makroprudenzjali kollha bbażati fuq skopertura attivati fi Stat Membru wieħed huma rreċiprokati fl-Istati Membri l-oħrajn. |
(3) |
Fid-dawl ta’ żviluppi leġiżlattivi reċenti fil-Belġju fir-rigward tal-implimentazzjoni taż-żieda tal-piż tar-riskju b’5 punti perċentwali applikata taħt l-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal skoperturi għal selfiet b’ipoteki Belġjani ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw l-approċċ ibbażat fuq klassifikazzjonijiet interni (IRB), il-Bord Ġenerali tal-Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku ddeċieda li jinkludi l-miżura Belġjana fil-lista ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali li huma rrakkomandati li jkunu rreċiprokati taħt ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
TAQSIMA 1
EMENDI
Ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 hija emendata skont kif ġej:
1. |
It-Taqsima 1, subrakkomandazzjoni C(1) hija ssostitwita b’dan li ġej:
|
2. |
Qed jiżdied it-test li jidher fl-Anness bħala anness għar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-24 ta’ Marzu 2016.
Il-President tal-BERS
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.
(2) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(4) Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-15 ta’ Diċembru 2015 dwar il-valutazzjoni ta’ effetti transkonfinali ta’ miżuri ta’ politika makroprudenzjali (ĠU C 97, 12.3.2016, p. 9).
ANNESS
“ANNESS
Il-Belġju
Żieda tal-piż tar-riskju b’5 punti perċentwali applikata taħt l-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal skoperturi għal selfiet b’ipoteki Belġjani ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw l-approċċ ibbażat fuq klassifikazzjonijiet interni (istituzzjonijiet ta’ kreditu IRB)
I. Deskrizzjoni tal-miżura
1. |
Il-miżura Belġjana tikkostitwixxi żieda tal-piżijiet tar-riskju b’ ħames punti perċentwali applikata minn istituzzjonijiet ta’ kreditu IRB għall-valur tal-iskopertura ta’ selfiet b’ipoteki Belġjani. Speċifikament, l-ippeżar tar-riskju, ikkalkulat skont l-Artikolu 154(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għal skoperturi bl-imnut iggarantiti bi proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Belġju huwa miżjud b’5 punti perċentwali. Pereżempju, l-ippeżar tar-riskju ta’ 10 fil-mija applikat minn istituzzjonijiet tal-kreditu IRB għal selfiet b’ipoteki Belġjani huwa miżjud għal 15 fil-mija. |
II. Reċiprokazzjoni
2. |
Skont l-Artikolu 458(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet relevanti huma rrakkomandati li jirreċiprokaw il-miżura Belġjana għall-valur tal-iskopertura ta’ selfiet b’ipoteki Belġjani maħruġa minn friegħi awtorizzati domestikament, li jinsabu fil-Belġju, ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu IRB stabbiliti fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, tapplika l-iskadenza speċifikata fis-subrakkomandazzjoni C(3). |
3. |
Fejn ma jkun hemm ebda istituzzjoni ta’ kreditu IRB li tinsab fi Stati Membri oħrajn bi friegħi stabbiliti fil-Belġju li jkollhom skoperturi materjali għas-suq tal-ipoteki Belġjan, l-awtoritajiet relevanti jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikolu 458(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Meta tkun ġiet adottata deċiżjoni ġdida taħt l-Artikolu 458(9) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 biex jiġi estiż il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżura Belġjana, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet relevanti jirrevedu s-sitwazzjoni u, jekk jitqies li huwa meħtieġ, li jirreċiprokaw il-miżura Belġjana. |
4. |
Huwa rrakkomandat ukoll li l-awtoritajiet relevanti jirreċiprokaw il-miżura Belġjana għall-valur ta’ skopertura ta’ selfiet b’ipoteki Belġjani pprovduti direttament minn naħa għall-oħra tal-fruntieri minn istituzzjonijiet ta’ kreditu IRB stabbiliti fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom. Skont is-subrakkomandazzjoni C(2) huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet relevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, il-miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li jkollha l-effett l-aktar ekwivalenti għar-reċiprokazzjoni msemmija hawn fuq, inkluż l-adozzjoni ta’ miżuri u setgħat superviżorji stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 2, Taqsima IV tad-Direttiva 2013/36/UE. Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet relevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti fi żmien sitt xhur. |
5. |
Fejn ma jkun hemm ebda istituzzjoni ta’ kreditu IRB li tinsab fi Stati Membri oħrajn bi skoperturi transkonfinali materjali diretti għas-suq tal-ipoteki Belġjan, l-awtoritajiet relevanti jistgħu jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx. Meta tkun ġiet adottata deċiżjoni ġdida taħt l-Artikolu 458(9) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 biex jiġi estiż il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżura Belġjana, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet relevanti jirrevedu s-sitwazzjoni u, jekk jitqies li huwa meħtieġ, li jirreċiprokaw il-miżura Belġjana.” |
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
29.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/4 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.7980 — Sumitomo/Cosan/Biomassa)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 153/02)
Fl-20 ta' April 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M7980. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
29.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/4 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.7817 — OBI/bauMax Standort Steyr)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 153/03)
Fit-2 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7817. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
29.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/5 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-28 ta’ April 2016
(2016/C 153/04)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1358 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
122,84 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4432 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,77838 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,1763 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0974 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,2460 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
27,045 |
HUF |
Forint Ungeriż |
310,70 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3880 |
RON |
Leu Rumen |
4,4723 |
TRY |
Lira Turka |
3,1963 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4906 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4262 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,8111 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6287 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5273 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 295,54 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,3328 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,3562 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,4800 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 977,23 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,4251 |
PHP |
Peso Filippin |
53,309 |
RUB |
Rouble Russu |
73,5195 |
THB |
Baht Tajlandiż |
39,804 |
BRL |
Real Brażiljan |
3,9907 |
MXN |
Peso Messikan |
19,6713 |
INR |
Rupi Indjan |
75,5310 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
29.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/6 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2016/C 153/05)
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikulari li tintuża biss id-denominazzjoni ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż emittenti : Ir-Repubblika ta’ San Marino
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : L-400 anniversarju tal-mewt ta’ William Shakespeare
Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri l-wiċċ tal-poeta. Fuq in-naħa tal-lemin u f’nofs ċirku, id-dati “1616-2016” u l-isem tal-pajjiż emittenti “San Marino”; ’l isfel fuq il-lemin, l-inizjali tal-artist “MB”. Fuq ix-xellug u f’nofs ċirku, l-iskrizzjoni “William Shakespeare”; ’l isfel fuq ix-xellug, il-marka tal-atelier “R”;
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-tnax-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu :
Data tal-ħruġ : Settembru 2016
(1) Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
29.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/7 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni ppublikata skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ AT.39745 — Is-Suq tal-Informazzjoni tas-CDS — ISDA
(2016/C 153/06)
1. Daħla
(1) |
Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1), f’każijiet fejn il-Kummissjoni tkun beħsiebha tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li jinġieb fi tmiemu xi ksur u l-partijiet ikkonċernati joffru li jimpenjaw ruħhom li jindirizzaw it-tħassib li tkun qaltilhom bih il-Kummissjoni fil-valutazzjoni preliminari tagħha, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li torbot lill-impriżi b’dawk l-impenji. Deċiżjoni bħal din tista’ tiġi adottata għal perjodu speċifiku u fiha għandu jiġi konkluż li ma hemmx aktar raġunijiet għal azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 27(4) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni għandha tippubblika sommarju konċiż tal-każ u l-kontenut prinċipali tal-impenji. Il-partijiet interessati jistgħu jibagħtu l-kummenti tagħhom sal-limitu taż-żmien għal dan stabbilit mill-Kummissjoni. Deċiżjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 ma ssib l-ebda ksur. |
2. Sommarju tal-Każ
(2) |
Fl-1 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (DO) skont it-tifsira tal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 (2) li kienet tikkonċerna ksur allegat tal-Artikolu 101 tat-Trattat u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE min-naħa tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Swaps u tad-Derivattivi (l-ISDA) b’rabta mad-derivattivi ta’ kreditu. DO tistabbilixxi valutazzjoni preliminari tal-kompetizzjoni u tista’ sservi bħala bażi għall-impenji fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. |
(3) |
Fid-DO tagħha, il-Kummissjoni assumiet li jista’ jkun hemm migrazzjoni ta’ darba biss f’direzzjoni waħda mis-suq ta’ negozjar tad-derivattivi ta’ kreditu barra l-Borża lejn is-suq potenzjali l-ġdid ta’ negozjar tad-derivattivi ta’ kreditu fil-borża, minħabba li s-swaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu (is-CDS) jew il-futuri ta’ kreditu nnegozjati fil-borża jkunu sostituti raġonevoli għas-CDS likwidi u standardizzati nnegozjati barra l-Borża. CDS hija simili għal polza tal-assigurazzjoni fuq id-dejn korporattiv jew sovran (jiġifieri hija simili għal bond jew selfa) fejn ix-xerrej tas-CDS iħallas primjum kull tliet xhur u l-bejjiegħ tas-CDS iwiegħed li jkopri t-telf fuq id-dejn f’każ li d-debitur jispiċċa inadempjenti. Filwaqt li, fin-negozjar barra l-Borża, il-banek tal-investiment hemm bżonnhom bħala intermedjarji bilaterali bejn ix-xerrejja u l-bejjiegħa (imsejħin “l-aġenti tas-CDS”), huma għandhom rwol importanti bħala fornituri tal-likwidità fil-fażi tal-bidu tan-negozjar fil-borża u wara ma jibqgħux aktar l-intermedjarji f’ambjent tan-negozjar anonimu u fejn kulħadd jinnegozja ma’ kulħadd. |
(4) |
L-ISDA hija assoċjazzjoni tal-kummerċ li tirrappreżenta lill-industrija tad-derivattivi finanzjarji. L-ISDA għandha sħubija wiesgħa li tinkludi b’mod partikulari wkoll lill-aġenti tas-CDS. Fl-2003 l-ISDA żviluppat definizzjonijiet tad-derivattivi tal-kreditu li jservu bħala d-dokumenti standard għad-derivattivi tal-kreditu nnegozjati barra l-Borża. Id-definizzjonijiet tad-derivattivi tal-kreditu jinkorporaw ukoll metodoloġija biex jissolvew il-kuntratti tas-CDS wara event ta’ kreditu permezz tal-irkant ta’ event ta’ kreditu li jipprovdi lill-partijiet li jkunu ffirmaw kuntratt tad-derivattivi tal-kreditu bi prezz għall-valur residwu ta’ bond sottostanti inadempjenti. Dan il-prezz jissejjaħ ukoll il-“prezz finali” jew il-prezz finali tal-ISDA. L-ISDA għandha d-drittijiet ta’ proprjetà fuq il-prezz finali u b’mod partikulari d-dritt li tilliċenzja l-użu tal-prezz finali biex jiġu solvuti l-kuntratti tad-derivattivi tal-kreditu nnegozjati fil-borża. |
(5) |
Skont id-DO, f’Marzu 2007 id-Deutsche Boerse (l-Eurex) nediet prodott ta’ futuri ta’ kreditu nnegozjat fil-borża u s-CMDX, li hija impriża konġunta bejn il-fond ħeġġ Citadel u ċ-Chicago Mercantile Exchange, kien beħsiebha tniedi prodott ta’ futuri ta’ kreditu nnegozjat fil-borża fi tmiem l-2008. Skont id-DO, dawn iż-żewġ entitajiet it-tnejn talbu għal liċenzji biex jirreferu għall-prezz finali tal-ISDA fid-derivattivi tal-kreditu tagħhom innegozjati fil-borża sabiex ikunu jistgħu jipprezzaw il-futuri tal-kreditu tagħhom wara li jkun hemm event ta’ kreditu. Skont id-DO, l-ISDA ċaħdet it-talba tal-Eurex u t-talba tas-CMDX għal liċenzja għall-prezz finali (fl-2007 u fl-2008 rispettivament). Id-DO kienet tal-fehma preliminari wkoll li, fl-2007, il-Bord tad-Diretturi tal-ISDA adotta riżoluzzjoni li teskludi l-ħruġ tal-liċenzji għall-prezz finali għall-finijiet tan-negozjar fil-borża. Skont id-DO, din ir-riżoluzzjoni ġiet implimentata fi Ftehim dwar l-użu fuq is-sit web www.creditfixings.com. It-test tal-Ftehim dwar l-użu ma nbidilx minn dak iż-żmien ‘l hawn, u għadu fis-seħħ sal-lum. |
(6) |
Id-DO qajmet it-tħassib preliminari marbut mal-kompetizzjoni li l-aġir tal-ISDA seta’ ma ħalliex lill-parteċipanti potenzjali jniedu b’suċċess pjattaforma għan-negozjar tad-derivattivi ta’ kreditu fil-borża fejn kulħadd jinnegozja ma’ kulħadd. L-ISDA tikkontesta l-fatt li l-prezz finali huwa indispensabbli biex jissolvew id-derivattivi tal-kreditu nnegozjati fil-borża u ressqet għadd ta’ punti ta’ tħassib dwar l-integrità tal-irkant tal-event ta’ kreditu jekk il-prezz aħħari jiġi lliċenzjat għal finijiet tan-negozjar fil-borża. Tħassib ewlieni tal-ISDA għandu x’jaqsam mal-kapaċità tal-offerenti li, waqt irkant tal-event ta’ kreditu, jimmanipulaw ir-riżultati tal-irkant sabiex jibbenefikaw minn kuntratti miftuħin innegozjati f’borża barra l-irkant. |
(7) |
Id-DO sejħet b’mod preliminari l-allegati ċaħdiet tal-ISDA li toħroġ il-liċenzji bħala deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi li rrestrinġew il-kompetizzjoni potenzjali fis-sens tal-Artikolu 101 tat-Trattat u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. |
3. Il-Kontenut Prinċipali tal-Impenji Offruti
(8) |
L-ISDA ma taqbilx mal-konklużjonijiet preliminari stabbiliti fid-DO. Madankollu, l-ISDA offriet impenji marbutin mal-aġir u mal-organizzazzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (minn hawn ‘il quddiem imsejħin “l-impenji”) biex tindirizza t-tħassib preliminari tal-Kummissjoni marbut mal-kompetizzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħruġ tal-liċenzji għall-prezz finali tagħha. L-elementi ewlenin tal-impenji huma deskritti hawn taħt. |
(a) Impenji marbutin mal-aġir
(9) |
L-ISDA timpenja ruħha li tagħti liċenzji lil kull applikant biex juża l-prezz finali għall-finijiet tan-negozjar fil-borża b’termini u kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji (FRAND) fil-perjodu ta’ negozjati ta’ 120 ġurnata (b’estensjoni possibbli miftehma ta’ 30 ġurnata). |
(10) |
L-ISDA tinħeles mill-obbligi tagħha skont l-Impenji tagħha u, b’mod partikulari, tista’ tressaq pretensjoni kontra kull applikant għal rimedju b’mandat ta’ inibizzjoni quddiem kull tribunal jew qorti għall-ksur tad-drittijiet tal-ISDA fil-prezz finali, mingħajr ma tkun qed tikser l-impenji tagħha hija u tagħmel dan, jekk:
|
(11) |
Skont il-paragrafu 17 tal-impenji, l-ISDA tista’ ttemm ukoll liċenzja f’ċerti kundizzjonijiet stretti meta turi li l-parteċipanti f’irkant ikunu mmanipulaw irkant tal-event ta’ kreditu minħabba karatteristiċi speċifiċi ta’ derivattiv tal-kreditu nnegozjat fil-borża li jkun ingħata liċenzja mill-ISDA. L-ISDA tqis li din is-salvagwardja hija meħtieġa sabiex titħares l-integrità tal-irkant jekk miżuri oħrajn li jfixklu inqas jonqsu milli jtaffu t-tħassib dwar il-manipulazzjoni tal-irkant. |
(12) |
L-ISDA tista’ titlob ukoll liċ-ċentri tan-negozjar illiċenzjati jikkooperaw bona fide mal-amministratur tal-irkant billi jipprovdulu ċerta informazzjoni aggregata u anonima bħal dik dwar l-interess miftuħ nett tal-futuri ta’ kreditu lliċenzjati. Barra minn hekk, l-ISDA tista’ tfittex li ċ-ċentri tan-negozjar illiċenzjati jikkooperaw bona fide magħha sabiex itejbu r-regoli tal-irkant tal-event ta’ kreditu speċifikament biex inaqqsu r-riskju ta’ manipulazzjonijiet tal-irkant b’referenza għad-derivattivi tal-kreditu nnegozjati fil-borża. |
(13) |
L-impenji jipprevedu żewġ tipi ta’ mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim. |
(14) |
Jekk jinqala’ tilwim dwar it-termini kummerċjali tal-ftehim dwar il-liċenzja, jiġifieri dwar it-termini “FRAND”, l-ISDA timpenja ruħha li taċċetta li jkun hemm arbitraġġ minn avukat anzjan indipendenti magħżul mill-applikant. Jekk ma tittieħed l-ebda deċiżjoni tal-arbitraġġ fi żmien ċertu perjodu taż-żmien, l-ISDA u l-applikant iressqu l-każ quddiem il-qorti. |
(15) |
Jekk jinqala’ tilwim dwar tħassib ta’ manipulazzjoni konkreta tal-irkant u l-ISDA jkun beħsiebha ttemm liċenzja, espert tekniku li jaġixxi bħala trustee inkarigat mill-monitoraġġ se jisma’ dak li għandhom xi jgħidu l-ISDA, iċ-ċentru tan-negozjar illiċenzjat u l-amministraturi tal-irkant. Abbażi tal-proposti tal-partijiet kollha u tal-esperjenza tiegħu, it-trustee għandu jiddeċiedi jekk ikunx hemm bżonn li tiġi approvata t-talba tal-ISDA li tintemm il-liċenzja jew jekk jeżistux mezzi inqas problematiċi oħrajn biex titħares l-integrità tal-irkant tal-event ta’ kreditu, fosthom bidliet fir-regoli tal-irkant u/jew fid-disinn tad-derivattiv tal-kreditu nnegozjat fil-borża. Il-fiduċjarju inkarigat mill-monitoraġġ jinħatar mid-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea abbażi ta’ tliet proposti tal-ISDA. Kull kandidat irid ikollu esperjenza professjonali fit-tmexxija tal-irkantijiet fiċ-ċentri tan-negozjar. |
(16) |
Id-deċiżjonijiet tat-trustee inkarigat mill-monitoraġġ huma finali għall-Partijiet, iżda mhumiex ta’ preġudizzju għall-Kummissjoni Ewropea. |
(17) |
Fl-aħħar nett, l-ISDA timpenja ruħha wkoll li tagħti struzzjonijiet lill-amministraturi tas-sit web www.creditfixings.com biex ineħħu kull restrizzjoni li żżomm il-prezz finali milli jintuża għall-finijiet tan-negozjar fil-borża. |
(b) Impenji marbutin mal-organizzazzjoni
(18) |
L-ISDA timpenja ruħha li timmodifika l-proċeduri tagħha għat-talbiet għall-ħruġ ta’ liċenzji dwar il-prezz finali biex dawn ikunu jeskludu lill-aġenti tas-CDS mid-deċiżjonijiet tal-ISDA dwar il-ħruġ tal-liċenzji. L-awtorità biex jingħataw il-liċenzji tal-prezz finali mhix se tibqa’ f’idejn il-bord tad-diretturi tal-ISDA jew f’idejn sottokumitat tiegħu, li fihom jista’ jkun hemm bħala membri l-aġenti tas-CDS, iżda se tkun f’idejn l-Uffiċjal kap eżekuttiv tal-ISDA. Filwaqt li l-ISDA tista’ tkompli tikkonsulta mal-membri tagħha fuq kwistjonijiet purament tekniċi biex tiżviluppa l-metodoloġija tal-irkant tal-event ta’ kreditu, it-tali konsultazzjoni la għandu jkollha x’taqsam direttament u lanqas ma għandu jkolha x’taqsam indirettament mal-merti tat-talbiet individwali għall-ħruġ tal-liċenzji. Meta t-talbiet individwali għall-ħruġ tal-liċenzji jkunu jirrikjedu bidliet fil-proċess tal-irkant jew fl-organizzazzjoni tiegħu, l-ISDA tista’ titlob il-parir tekniku ta’ esperti indipendenti. |
(19) |
L-ISDA timpenja ruħha li timplimenta dawn l-impenji għal perjodu ta’ għaxar snin b’effett mid-data tan-notifika tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-impenji. Kull sena, it-trustee inkarigat mill-monitoraġġ għandu jippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-impenji. |
(20) |
L-impenji huma ppubblikati fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/competition/index_en.html. |
4. Stedina għall-Kummenti
(21) |
Wara li jsir l-ittestjar tas-suq, il-Kummissjoni beħsiebha tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 li fiha tiddikjara li l-impenji mniżżlin fil-qosor hawn fuq u ppubblikati fuq l-Internet fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni huma vinkolanti. |
(22) |
Skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-impenji proposti. Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn xahar wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-partijiet terzi interessati huma mistiedna jibagħtu wkoll verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tagħhom, li fiha kull informazzjoni li jiddikjaraw li hija sigriet kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra għandha titħassar u tinbidel kif xieraq b’sommarju mhux kunfidenzjali u bil-kliem “sigrieti kummerċjali” jew “informazzjoni kunfidenzjali”. F’ċirkustanzi eċċezzjonali, il-partijiet terzi jistgħu jibagħtu wkoll il-kummenti tagħhom fuq bażi anonima u meta jsir dan jistgħu jipprovdu verżjoni mhux kunfidenzjali li tħalli barra l-identità tal-kumpanija. |
(23) |
Preferibbilment, l-osservazzjonijiet u l-kummenti għandhom ikunu motivati u għandhom jippreżentaw il-fatti rilevanti. Jekk tidentifika problema fi kwalunkwe parti tal-impenji proposti, il-Kummissjoni tistiednek ukoll tissuġġerixxi soluzzjoni possibbli għaliha. |
(24) |
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni, bin-numru ta’ referenza AT.39745 CDS Information Market, jew bil-posta elettronika (COMP-GREFFE-ANTITRUST@ec.europa.eu) jew inkella bil-posta fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 101 u 102 TFUE rispettivament. Iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet huma essenzjalment identiċi. Għall-finijiet ta’ din in-notifika, ir-referenzi għall-Artikoli 101 u 102 TFUE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE fejn dan ikun japplika.
(2) ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18.
29.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/10 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni ppubblikata skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ AT.39745 — Is-suq tal-informazzjoni tas-CDS — Markit
(2016/C 153/07)
1. Daħla
(1) |
Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1), f’każijiet fejn il-Kummissjoni tkun beħsiebha tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li jinġieb fi tmiemu xi ksur u l-partijiet ikkonċernati joffru li jimpenjaw ruħhom li jindirizzaw it-tħassib li tkun qaltilhom bih il-Kummissjoni fil-valutazzjoni preliminari tagħha, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li torbot lill-impriżi b’dawk l-impenji. Deċiżjoni bħal din tista’ tiġi adottata għal perjodu speċifiku u fiha għandu jiġi konkluż li ma hemmx aktar raġunijiet għal azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 27(4) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni għandha tippubblika sommarju konċiż tal-każ u l-kontenut prinċipali tal-impenji. Il-partijiet interessati jistgħu jressqu l-kummenti tagħhom sal-limitu taż-żmien għal dan stabbilit mill-Kummissjoni. Deċiżjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 ma ssib l-ebda ksur. |
2. Sommarju tal-Każ
(2) |
Fl-1 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “DO”) skont it-tifsira tal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 (2) li kienet tikkonċerna ksur allegat tal-Artikolu 101 tat-Trattat u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE min-naħa tal-kumpanija Markit li jaffettwa s-suq tad-derivattivi ta’ kreditu mhux iffinanzjati nnegozjati barra l-Borża u s-suq potenzjali tad-derivattivi ta’ kreditu mhux iffinanzjati nnegozjati fil-borża. DO tista’ sservi bħala valutazzjoni preliminari għall-finijiet tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. |
(3) |
Skont id-DO, jista’ jkun hemm migrazzjoni ta’ darba biss f’direzzjoni waħda mis-suq ta’ negozjar tad-derivattivi ta’ kreditu barra l-Borża lejn is-suq potenzjali ta’ negozjar tad-derivattivi ta’ kreditu fil-borża, minħabba li s-swaps ta’ inadempjenza ta’ kreditu (minn hawn ‘il quddiem imsejħin “is-CDS”) jew il-futuri ta’ kreditu nnegozjati fil-borża jkunu sostituti raġonevoli għas-CDS likwidi u standardizzati nnegozjati barra l-Borża. Filwaqt li, fin-negozjar barra l-Borża, il-banek tal-investiment hemm bżonnhom bħala intermedjarji bilaterali bejn ix-xerrejja u l-bejjiegħa, huma għandhom rwol importanti bħala fornituri tal-likwidità fil-fażi tal-bidu tan-negozjar fil-borża u wara ma jibqgħux aktar l-intermedjarji f’ambjent tan-negozjar anonimu u fejn kulħadd jinnegozja ma’ kulħadd. |
(4) |
Il-kumpanija Markit hija kumpanija li toffri informazzjoni u servizzi finanzjarji, li tiġbor id-dejta dwar id-derivattivi ta’ kreditu u klassijiet tal-assi oħrajn u tagħtihom valur monetarju. Fl-2008, il-kumpanija Markit kellha d-drittijiet kollha għall-indiċijiet iTraxx u CDX (minn hawn ‘il quddiem imsejħin “l-indiċijiet”) - drittijiet li kienet akkwistat is-sena ta’ qabel mingħand ċerti aġenti tas-CDS. L-aġenti komplew ikollhom rwol importanti fil-kumitati konsultattivi tal-kumpanija Markit dwar l-indiċijiet, fosthom billi taw pariri lil din il-kumpanija dwar il-ħruġ tal-liċenzji għall-indiċijiet għal tipi ta’ prodotti ġodda. Skont id-DO, fl-2008, il-fond ħeġġ Citadel u ċ-Chicago Mercantile Exchange riedu jniedu n-negozjar tas-CDS fil-borża permezz ta’ impriża konġunta (is-CMDX). Huma kellmu lill-kumpanija Markit sabiex toħorġilhom liċenzja għall-indiċijiet iTraxx u CDX biex iniedu pjattaforma li tippermetti lill-utenti jinnegozjaw is-CDS kemm barra l-Borża kif ukoll, biż-żmien, f’ambjent fejn kulħadd jinnegozja ma’ kulħadd (fosthom permezz ta’ bażi tad-dejta ċċentralizzata ta’ ordnijiet tal-limitu, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “is-CLOB”). Il-kumpanija Markit allegatament irrifjutat li toħroġ liċenzja għall-indiċijiet iTraxx u CDX għal finijiet oħrajn minbarra dawk ta’ negozjar u kklerjar barra l-Borża f’sistema ta’ talba għal kwotazzjoni. Skont id-DO, il-kumpanija Markit eskludiet biċ-ċar in-negozjar permezz tas-CLOB mill-ambitu tal-liċenzja tagħha, u eskludiet in-negozjar kollu f’ambjent fejn kulħadd jinnegozja ma’ kulħadd. |
(5) |
Id-DO qajmet tħassib preliminari marbut mal-kompetizzjoni li dan l-aġir seta’ ma ħalliex lill-fond ħeġġ Citadel u liċ-Chicago Mercantile Exchange milli jniedu b’suċċess pjattaforma għan-negozjar tad-derivattivi ta’ kreditu fil-borża. Skont id-DO, il-kumpanija Markit iddeċidiet li ma tagħtix liċenzja għall-indiċijiet għall-finijiet tan-negozjar fil-borża wara li kkonsultat mal-aġenti tas-CDS fit-tliet kumitati konsultattivi tagħha dwar l-indiċijiet. |
(6) |
Skont id-DO, l-allegat rifjut tal-kumpanija Markit kien jikkostitwixxi deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi li rrestrinġiet il-kompetizzjoni potenzjali fis-sens tal-Artikolu 101 tat-Trattat u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. |
3. Il-kontenut prinċipali tal-impenji offruti
(7) |
Il-kumpanija Markit ma taqbilx mal-konklużjonijiet preliminari tad-DO. Madankollu, hija offriet impenji marbutin mal-aġir u mal-organizzazzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 biex tindirizza t-tħassib preliminari tal-Kummissjoni marbut mal-kompetizzjoni. L-elementi ewlenin tal-impenji huma deskritti hawn taħt. |
(a) Impenji marbutin mal-aġir
(8) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-ħruġ tal-liċenzji, il-kumpanija Markit timpenja ruħha li taġixxi u li toħroġ il-liċenzji b’mod ġust, raġonevoli u mhux diskriminatorju (FRAND) bi tweġiba għat-talbiet għal-liċenzji biex jinħolqu u/jew jiġu nnegozjati prodotti finanzjarji nnegozjati fil-borża (inklużi swaps, futuri u prodotti tal-opzjonijiet) abbażi ta’ indiċi iTraxx jew CDX jew ta’ prodott suċċessur. Sal-punt li liċenzja eżistenti li ħarġet il-kumpanija Markit ikun għadha teskludi l-użu ta’ indiċi għan-negozjar fil-borża, il-kumpanija Markit timpenja ruħha li temenda t-tali liċenzja jew li toffri waħda ġdida b’termini u kundizzjonijiet FRAND. Il-kumpanija Markit tista’ ma taċċettax talba għal liċenzja għal Indiċi b’termini u kundizzjonijiet FRAND:
|
(9) |
Meta liċenzja eżistenti jkun fiha perjodu ta’ esklussività, l-impenji għandhom jibdew japplikaw biss wara li jiskadi l-perjodu obbligatorju ta’ esklussività, safejn dawk l-impenji u dawk it-termini tal-esklussività ma jkunux kompatibbli. Ma jistgħux jingħataw perjodi ġodda ta’ esklussività. L-impenn li timxi b’termini u kundizzjonijiet FRAND ma jfissirx li l-kumpanija Markit ma tistax tagħti termini preferenzjali jew vantaġġużi għal perjodu inizjali ta’ mhux aktar minn sentejn jekk ikun hemm bżonn ta’ investimenti materjali bil-quddiem għall-ħolqien u għall-iżvilupp ta’ prodott ġdid ibbażat fuq indiċi u jekk il-parteċipanti li jixxiebhu jiġu ttrattati bl-istess mod. |
(10) |
Il-kumpanija Markit se tfittex li tiftiehem ma’ parti rikjedenti fi żmien tliet xhur minn meta ssir talba għal liċenzja skont termini u kundizzjonijiet FRAND, iżda t-tali perjodu ta’ negozjar jista’ jittawwal għal sitt xhur f’ċerti ċirkustanzi. Ladarba jidħol fis-seħħ l-Artikolu 37(1) tar-Regolament dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (MIFIR) (3), it-tali perjodu ta’ negozjar ma jistax jaqbeż it-tul ta’ żmien previst f’dak ir-Regolament, li bħalissa huwa ta’ tliet xhur. Jekk il-partijiet ma jkunux jistgħu jiftehmu dwar it-termini u l-kundizzjonijiet sa tmiem il-perjodu ta’ negozjar, il-parti rikjedenti tista’ titlob lill-kumpanija Markit bil-miktub biex il-kwistjoni tintbagħat għand parti terza indipendenti għall-arbitraġġ sabiex din tiddeċiedi dwar il-proċedura u l-metodu adattati biex jiġu stabbiliti t-termini u l-kundizzjonijiet FRAND. |
(11) |
It-tilwim dwar l-istabbiliment tat-termini FRAND, jew dak li jinqala’ minħabba li jiġi rrifjutat il-ħruġ ta’ liċenzja abbażi tal-affarijiet meqjusin fil-paragrafu (8)(a) u (b) t’hawn fuq, se jitressaq għall-arbitraġġ quddiem bord tal-arbitraġġ magħmul minn tliet arbitri li d-deċiżjoni tagħhom tkun vinkolanti. L-arbitraġġ se jkun irregolat mil-liġijiet tal-Ingilterra u ta’ Wales u se jkun suġġett għar-regoli tal-Qorti tal-Arbitraġġ Internazzjonali ta’ Londra. Jekk l-arbitri ma jeħdux deċiżjoni fi żmien disa’ xhur, il-parti rikjedenti tista’ tressaq il-każ quddiem il-qrati tal-Ingilterra u ta’ Wales. |
(b) Impenji marbutin mal-organizzazzjoni
(12) |
Il-kumpanija Markit timpenja ruħha li żżid l-għadd ta’ membri fiż-żewġ kumitati konsultattivi li għadhom jeżistu dwar l-indiċijiet tas-CDS (l-IMC u s-CDX) (minn hawn ‘il quddiem imsejħin “il-kumitati”), li se jkunu jinkludu firxa ta’ parteċipanti rilevanti tas-suq minbarra l-aġenti tas-CDS. Il-kumitati se jkollhom tal-inqas 25 membru, fosthom sa erba’ persuni li jkunu ġeneraturi tas-suq jew fl-indiċi jew fis-suq sottostanti li ma jkunux aġenti kbar, tal-inqas sitt kumpaniji jew maniġers tal-assi oħrajn min-naħa tax-xiri li ma jkunux aġenti, u tal-inqas ħames pjattaformi tan-negozjar, boroż, kmamar tal-ikklerjar jew parteċipanti tas-suq interessati bl-istess mod. Il-membri se jkunu membri għal sentejn (perjodu li jista’ jittawwal), is-sħubija se ddur minn parteċipant għall-ieħor, u tal-inqas nofs il-membri inizjali f’kull kategorija għandhom jinbidlu wara l-ewwel sena. |
(13) |
Barra minn hekk, il-kumpanija Markit timpenja ruħha li temenda t-termini ta’ referenza tal-kumitati sabiex tillimita d-diskussjonijiet għal kwistjonijiet tekniċi, operattivi u amministrattivi. Il-kumpanija Markit se tipprojbixxi d-diskussjonijiet dwar id-deċiżjonijiet dwar il-ħruġ tal-liċenzji jew dwar it-termini, l-aspetti kummerċjali jew il-proposti dwar il-ġenerazzjoni tad-dħul marbutin mal-indiċijiet CDX u iTraxx, dwar il-merti tal-prodotti finanzjarji nnegozjati fil-borża ġodda proposti li jirreferu għat-tali indiċijiet, jew dwar il-merti ta’ kull borża ġdida jew pjattaforma simili maħsuba għan-negozjar ta’ prodotti li jirreferu għat-tali indiċijiet (minn hawn ‘il quddiem imsejħin “il-kwistjonijiet esklużi”). Avukat tal-kumpanija Markit se jattendi u jirreġistra l-laqgħat u l-konferenzi bit-telefown kollha, u se jieħu l-minuti tagħhom bil-miktub. Il-kumpanija Markit se żżomm dawn il-minuti u dawn ir-reġistrazzjonijiet, kif ukoll id-dokumenti kollha li jiġu ppreżentati lill-membri għad-diskussjoni waqt dawn il-laqgħat u l-konferenzi, għal perjodu ta’ ħames snin. |
(14) |
Il-kumpanija Markit se taħtar trustee inkarigat mill-monitoraġġ wara li l-Kummissjoni tagħti l-approvazzjoni tagħha. Ta’ kull sena, it-trustee se jibgħat rapport lill-Kummissjoni dwar il-konformità tal-kumpanija Markit mal-impenji proposti. B’mod partikulari, it-trustee inkarigat mill-monitoraġġ se jivverifika li l-aġenti ma jinfluwenzawx b’mod mhux dovut id-deċiżjonijiet tal-kumpanija Markit dwar il-ħruġ tal-liċenzji fil-kumitati u li fihom ma tiġi diskussal-ebda kwistjoni li hija eskluża. |
(15) |
F’dak li għandu x’jaqsam mad-disponibbiltà tal-prezz finali b’termini FRAND fil-ġejjieni għal kull entità legali rikjedenti, il-kumpanija Markit se tneħħi mis-sit web www.creditfixings.com il-klawżoli li jeskludu l-użu tal-prezz finali għan-negozjar fil-borża u mhux se titlob liċenzja għall-prezz finali jew titlob royalties f’każijiet fejn l-ISDA tkun ħarġet liċenzja. |
(16) |
Il-kumpanija Markit timpenja ruħha li timplimenta dawn l-impenji għall-perjodu taż-żmien li matulu tibqa’ s-sid tal-indiċijiet u għal kemm iddum tikkontrollahom, jew għal perjodu ta’ għaxar snin, skont liema minnhom ikun l-ewwel, b’effett mid-data tan-notifika tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003. |
(17) |
L-impenji huma ppubblikati fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/competition/index_en.html. |
4. Stedina għall-kummenti
(18) |
Wara li jsir l-ittestjar tas-suq, il-Kummissjoni beħsiebha tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 li fiha tiddikjara li l-impenji mniżżlin fil-qosor hawn fuq u ppubblikati fuq l-Internet fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni huma vinkolanti. |
(19) |
Skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-impenji proposti. Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn xahar wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-partijiet terzi interessati huma mistiedna jibagħtu wkoll verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tagħhom, li fiha kull informazzjoni li jiddikjaraw li hija sigriet kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra għandha titħassar u tinbidel kif xieraq b’sommarju mhux kunfidenzjali u bil-kliem “sigrieti kummerċjali” jew “informazzjoni kunfidenzjali”. F’ċirkustanzi eċċezzjonali, il-partijiet terzi jistgħu jibagħtu wkoll il-kummenti tagħhom fuq bażi anonima u meta jsir dan jistgħu jipprovdu verżjoni mhux kunfidenzjali li tħalli barra l-identità tal-kumpanija. |
(20) |
Preferibbilment, l-osservazzjonijiet u l-kummenti għandhom ikunu motivati u għandhom jippreżentaw il-fatti rilevanti. Jekk tidentifika problema fi kwalunkwe parti tal-impenji proposti, il-Kummissjoni tistiednek ukoll tissuġġerixxi soluzzjoni possibbli għaliha. |
(21) |
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni, bin-numru ta’ referenza AT.39745 CDS Information Market, jew bil-posta elettronika (COMP-GREFFE-ANTITRUST@ec.europa.eu) jew inkella bil-posta fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE rispettivament. Iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet huma essenzjalment identiċi. Għall-finijiet ta’ din in-notifika, ir-referenzi għall-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE fejn dan ikun applikabbli.
(2) ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).
29.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/13 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8002 — Apollo Management/Açoreana Seguros)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 153/08)
1. |
Fil-21 ta’ April 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha fondi ta’ investiment ġestiti mill-affiljati ta’ Apollo Management LP (“Apollo”, tal-Istati Uniti tal-Amerika) permezz tal-veikolu bi skop speċjali Calm Eagle Holdings Sàrl (“Calm Eagle”, il-Lussemburgu), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku Açoreana Seguros SA (“Açoreana”, il-Portugall) permezz tax-xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Apollo: fondi ta’ investiment involuti f’bosta negozji madwar id-dinja, bħalma huma l-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja, in-negozji tal-kimiċi, tal-kruċjieri, tal-loġistika, tal-karta, u tal-metalli; — Açoreana: prodotti u servizzi tal-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja fil-Portugall. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8002 — Apollo Management/Açoreana Segurosu, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
29.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/14 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7949 — Norwegian/Shiphold/OSM Aviation)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 153/09)
1. |
Fil-21 ta’ April 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Norwegian Air Resources Holding Ltd (“NARH”, l-Irlanda), ikkontrollata minn Norwegian Air Shuttle ASA (“Norwegian”, in-Norveġja), u OSM Aviation Group Ltd (“OSM Aviation Holding”, Ċipru), ikkontrollata minn Shiphold Ltd (“Shiphold”, Ċipru), jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża OSM Aviation Ltd kollha kemm hi (“OSM Aviation”, Ċipru), permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal NARH: kumpanija tar-riżorsi li tipprovdi servizzi tal-ekwipaġġ u ta’ ġestjoni tal-ekwipaġġ lil Norwegian, li hija attiva fis-suq tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bl-ajru; — għal OSM Aviation Holding: kumpanija azzjonarja kkontrollata minn Shiphold, li hija attiva fis-suq tat-trasport marittimu u s-sjieda ta’ bastimenti; — għal OSM Aviation: kumpanija attiva fil-ġestjoni tal-ekwipaġġ, li tipprovdi firxa sħiħa ta’ servizzi inklużi l-impjiegi u l-ġestjoni kemm tal-piloti u kemm tal-ekwipaġġ tal-kabina ta’ linji tal-ajru differenti. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7949 — Norwegian/Shiphold/OSM Aviation, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
29.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/15 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8001 — Pillarstone/Sirti)
Il-każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 153/10)
1. |
It-22 ta’ April 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Pillarstone Italy SpA (“Pillarstone”, l-Italja) fond tal-investiment ikkontrollat indirettament minn KKR & Co LP (“KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerka), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tal-impriża Sirti SpA. kollha kemm hi (“Sirti”, l-Italja), permezz tax-xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Pillarstone: Pillarstone huwa fond ikkontrollat indirettament minn KKR. Pillarstone ġie stabbilit bħala strument ta’ investiment li jipprovdi lill-kumpaniji b’kapital ġdid, — għal KKR: KKR hija kumpanija ta’ investiment dinjija li tamministra investimenti f’diversi klassijiet ta’ assi, inklużi l-ekwità privata, l-enerġija, l-infrastruttura, il-proprjetà immobbli, l-istrateġiji ta’ kreditu u fondi tal-hedging, — għal Sirti: Sirti hija kumpanija bil-kwartieri ġenerali tagħha fl-Italja attiva fil-forniment ta’ servizzi ta’ inġinerija ċivili. Sirti tiffoka fuq id-disinn, l-inġinerija, l-implimentazzjoni, iż-żamma u l-ġestjoni ta’ netwerks u sistema tat-telekomunikazzjonijiet, l-enerġija, il-ferroviji, it-trasport u l-industriji tax-xandir tat-TV. Barra minn hekk, Sirti hija attiva fl-industrija tas-servizzi tal-IT u tipprovdi servizzi tal-IT fis-setturi tat-telekomunikazzjonijiet, tal-gvern kif ukoll fis-settur tal-utilitajiet. Sirti hija prinċipalment attiva fl-Italja, iżda għandha wkoll xi attivitajiet f’pajjiżi Ewropej oħra fosthom l-Iżvezja. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8001 — Pillarstone/Sirti, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
29.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/16 |
Applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(2016/C 153/11)
Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).
APPLIKAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MINURI
Applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)
“PROSCIUTTO DI NORCIA”
Nru tal-UE: IT-PGI-0217-01363 — 8.9.2015
DOP ( ) IĠP ( X ) STG ( )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
Consorzio di Tutela dell’IGP Prosciutto di Norcia |
Via Solferino No 26 |
06046 Norcia |
ITALIA |
Email: info@prosciuttodinorcia.com |
Il-Consorzio di Tutela dell’IGP Prosciutto di Norcia (il-Konsorzju għall-ħarsien tal-IĠP Prosciutto di Norcia) għandu l-jedd li jressaq applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 13(1) tad-Digriet Nru 12511 tal-14 ta’ Ottubru 2013 tal-Ministeru tal-Politika tal-Agrikoltura, tal-Ikel u tal-Forestrija.
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
L-Italja
3. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda
— |
☐ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
— |
☐ |
Prova tal-oriġini |
— |
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
— |
☐ |
Rabta |
— |
☐ |
Tikkettar |
— |
☒ |
Oħrajn [Aġġornamenti ġuridiċi, Korp ta’ spezzjoni, imballaġġ] |
4. Tip(i) ta’ emenda
— |
☐ |
Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew ta’ IĠP irreġistrata li trid titqies bħala emenda minuri skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li ma teħtieġ l-ebda emenda fid-dokument uniku ppubblikat. |
— |
☒ |
Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew ta’ IĠP irreġistrata li trid titqies bħala emenda minuri skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li teħtieġ emenda fid-dokument uniku ppubblikat. |
— |
☐ |
Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew ta’ IĠP irreġistrata li trid titqies bħala emenda minuri skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha ma jkunx ġie ppubblikat dokument uniku (jew dokument ekwivalenti). |
— |
☐ |
Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ STG irreġistrata li titqies bħala minuri skont ir-raba’ sottoparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
5. Emenda/emendi
Metodu ta’ produzzjoni
L-Artikolu 3 “Materja prima” tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott huwa emendat kif ġej:
— |
Is-sentenza “(c) ħnieżer imnissla minn ifħla ta’ razez oħra jew minn ifħla ta’ razez imħallta, diment li jkunu mnissla minn skemi ta’ selezzjoni jew ta’ inkroċjar tar-razez b’għanijiet li ma jkunux inkompatibbli ma’ dawk tal-Ktieb tal-Merħla Taljan għal …” tinbidel b’dan li ġej:
Din l-emenda għandha l-għan li tiċċara s-sentenza “Ma hemmx limitu ġeografiku għall-oriġini tal-ħnieżer” li hemm eżatt wara l-punt (c) tal-paragrafu li jmiss tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Barra minn hekk, l-emenda proposta tirrispetta l-prinċipju ta’ ekonomija tas-suq miftuħ u tal-kompetizzjoni ħielsa, filwaqt li timplimenta u tapplika għalkollox l-Artikoli 101 u 119 kif ukoll il-kumplament tat-Trattat UE. Din l-emenda trid titqies bħala waħda “minuri” peress li ma żżidx restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-materja prima tal-prodott, filwaqt li tissodisfa r-rekwiżiti ġenerali tal-punti (a) sa (e) tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
— |
Is-sentenza “Flimkien mal-metodi tat-trobbija, l-għalf jgħin biex jiġi żgurat li jinkiseb ħanżir ta’ piż tqil, permezz ta’ żidiet moderati fl-għalf ta’ kuljum.” tinbidel b’dan li ġej: “Flimkien mal-metodi tat-trobbija, l-għalf jgħin biex jiġi żgurat li jinkiseb ħanżir ta’ piż tqil.” |
— |
Is-sentenza “Skont din l-ispeċifikazzjoni, il-metodi tat-trobbija li jintużaw, it-tip ta’ għalf li huwa permess, il-kwantitajiet ta’ għalf u kif l-għalf jingħata huma maħsuba biex jinkisbu ħnieżer tradizzjonali ta’ piż tqil. Biż-żmien, dan l-għan jinkiseb permezz ta’ żidiet moderati fl-għalf ta’ kuljum u permezz ta’ għoti tal-għalf li jkun konformi mar-regolamentazzjoni ġenerali li tkun fis-seħħ.” tinbidel b’dan li ġej: “Skont din l-ispeċifikazzjoni, il-metodi tat-trobbija li jintużaw, it-tip ta’ għalf li huwa permess, il-kwantitajiet ta’ għalf u kif l-għalf jingħata huma maħsuba biex jinkisbu ħnieżer tradizzjonali ta’ piż tqil. Biż-żmien, dan l-għan jinkiseb permezz ta’ għoti tal-għalf li jkun konformi mar-regolamentazzjoni ġenerali li tkun fis-seħħ.” Din l-emenda qiegħda ssir peress li l-aġġettiv “moderat” mhuwiex speċifikat u jaf iwassal għal interpretazzjonijiet varji. Il-ħnieżer ta’ piż tqil jiġu prodotti b’metodi ta’ għoti tal-għalf u b’metodi tas-simna li jridu jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli għall-kategoriji tal-piż tal-ħnieżer fil-fażi tat-trobbija li huma deskritti fl-Artikolu 3 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, b’mod partikolari fit-Tabelli 1, 2 u 3 dwar it-“tip ta’ għalf li huwa permess”, il-“kontenut ta’ materja niexfa” totali u miċ-ċereali, kif ukoll ma’ speċifikazzjonijiet oħra dwar restrizzjonijiet fuq l-użu konġunt tax-xorrox u tax-xorrox tal-butir, l-użu konġunt tal-patata diżidratata u tal-manjoka, u l-kontenut tan-nitroġenu assoċjat mal-qmuħ imnixxfa tad-distillaturi; dan juri li jekk jiġu rrispettati l-ispeċifikazzjoni tal-prodott u r-regolamentazzjoni applikabbli, bis-saħħa ta’ formulazzjonijiet differenti tal-għalf jistgħu jinkisbu diversi rati ta’ żieda fil-piż ta’ kuljum, u din il-varjabbiltà ma tippermettix li jkun hemm definizzjoni ċara ta’ “żieda moderata fl-għalf ta’ kuljum”. |
— |
Is-sentenza “Il-ħnieżer jintbagħtu għall-qatla bejn tmiem id-disa’ xahar u tmiem il-ħmistax-il xahar mit-twelid.” tinbidel b’dan li ġej: Is-sentenza “Il-ħnieżer jintbagħtu għall-qatla bejn 215-il jum u 450 jum mit-twelid.” Din l-emenda qiegħda ssir peress li l-formulazzjonijiet għall-għoti tal-għalf tal-ħnieżer u l-metodi tat-trobbija/tar-razzjonar, minkejja li jirrispettaw ir-rekwiżiti speċifiċi għall-ħnieżer ta’ piż tqil skont l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-“IGP Prosciutto di Norcia”, imxew 'il quddiem ħafna filwaqt li, bl-istess kundizzjonijiet ġenetiċi, żiedu ferm iż-żidiet medji fil-piż ta’ kuljum tal-ħnieżer tas-simna mingħajr ma ġiet affettwata l-kwalità tal-laħam fil-qatla/fl-ipproċessar. Bħala riżultat ta’ dan, spiss il-ħnieżer ikollhom il-piż minimu stabbilit mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott ferm qabel l-età ta’ disa’ xhur (diġà ta’ bejn seba’ xhur u seba’ xhur u nofs) u saħansitra jaqbżu l-piż massimu stabbilit mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott ferm qabel l-età ta’ 15-il xahar. Dan qassar iż-żmien li fih il-ħnieżer jistgħu jintbagħtu għall-qatla, filwaqt li naqqas il-provvista ta’ materja prima, u b’hekk is-suq tal-laħam tal-majjal sar inqas stabbli u dawk li jrabbu l-ħnieżer jaqilgħu penali jekk il-piż tal-ħnieżer ma jirrispettax ir-rekwiżiti tal-piż jew tal-età. Għalhekk, il-proposta biex l-età minima tal-ħnieżer li jintbagħtu għall-qatla titnaqqas għal 215-il jum mit-twelid, tagħti iżjed żmien lil dawk li jrabbu l-ħnieżer u lil dawk li joqtluhom, anke f’każijiet li fihom iż-żidiet medji fil-piż ta’ kuljum ikunu ogħla, mingħajr ma din tippenalizza lil dawk li jrabbu l-ħnieżer u li jagħmlu ħilithom biex jimxu skont il-progressi fil-metodi tat-trobbija fir-rigward tar-razzjonar tal-għalf għall-ħnieżer tas-simna mingħajr ma jaffettwaw il-kwalità tal-laħam, kif imsemmi hawn fuq. |
— |
Is-sentenza “Il-karkassi li jinkisbu wara l-qatla jridu jiġu kklassifikati ta’ piż tqil skont ir-Regolament (KEE) Nru 3220/84, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/468/KE tat-8 ta’ Ġunju 2001 u d-Digriet Ministerjali tal-11 ta’ Lulju 2002 u bħala medja jridu jidħlu fil-kategoriji ċentrali tas-sistema uffiċjali tal-valutazzjoni tal-kontenut tal-laħam.” tinbidel b’dan li ġej: “Il-karkassi li jinkisbu wara l-qatla jridu jiġu kklassifikati ta’ piż tqil skont ir-regolamentazzjoni fis-seħħ u bħala medja jridu jidħlu fil-kategoriji ‘E’, ‘U’, ‘R’, u ‘O’ tas-sistema uffiċjali tal-valutazzjoni tal-kontenut tal-laħam.” Din l-emenda qiegħda ssir kemm minħabba l-evoluzzjoni fil-qafas regolatorju applikabbli kif ukoll minħabba raġunijiet tekniċi marbuta mal-metodi ta’ produzzjoni. Mil-lat regolatorju, l-emenda twassal biex l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tkun konformi mar-regoli fis-seħħ attwalment, peress li kemm ir-Regolament (KEE) Nru 3220/84 u kemm id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/468/KE ġew imħassra. Mil-lat tekniku, li l-kontenut tal-laħam tal-kategorija “E” tal-karkassi tal-ħnieżer ta’ piż tqil jitħalla għall-koxox li jridu jintużaw fil-produzzjoni tal-“Prosciutto di Norcia”, minkejja li jiġu inklużi l-karkassi b’persentaġġ tal-piż li jkun kontenut dgħif tal-laħam, imkejjel fil-livell tal-lonża, li jkun ogħla mill-kategorija “U”, ifisser li jiġu inklużi wkoll il-koxox li jkunu adattati għall-ipproċessar tal-“Prosciutto di Norcia”, ladarba jkollhom kontenut tax-xaħam reali li huwa tipiku tal-kategorija “U”. |
— |
Is-sentenza “Fil-proċess tat-tmelliħ jintuża klorur tas-sodju tal-baħar ta’ ħxuna medja u kemxejn bżar.” titħassar: Dan it-tħassir sar bl-għan li l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tkun tista’ tinqara aħjar, ladarba r-referenza għall-proċess tat-tmelliħ, għall-klorur tas-sodju tal-baħar li huwa l-istess bħall-“melħ tal-baħar” u għad-deskrizzjoni tal-fażijiet rilevanti tirrigwarda l-“metodu ta’ produzzjoni” li jiġi deskritt wara fl-Artikolu 4 tal-ispeċifikazzjoni tal-“Prosciutto di Norcia”, filwaqt li r-referenza għall-użu tal-bżar hija deskritta mhux biss fl-Artikolu 4 iżda wkoll fil-fażijiet previsti fl-Artikolu 5 “Staġunar”. |
L-Artikolu 4 “Metodu ta’ produzzjoni” tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott huwa emendat kif ġej:
— |
Is-sentenza: “Imbagħad, l-ipproċessar tal-koxox jissokta bit-tmelliħ li jsir f’żewġ waqtiet billi jintuża l-melħ tal-baħar ta’ ħxuna medja”. tinbidel b’dan li ġej: “Imbagħad, l-ipproċessar tal-koxox jissokta bit-tmelliħ li jsir f’żewġ fażijiet billi jintuża l-melħ tal-baħar”. Din l-emenda, flimkien mat-tħassir tar-referenza għall-ħxuna tal-melħ deskritta b’mod ġenerali bħala “ta’ ħxuna medja”, qiegħda ssir peress li nbidel il-metodu tat-tmelliħ tal-impjanti moderni tat-tmelliħ, u issa jikkalibraw il-melħ huma stess skont il-karatteristiċi differenti tal-materja prima, tat-temperatura u tal-umdità relattiva. |
— |
Wara s-sentenza “L-ewwel il-koxox jitħejjew permezz tat-tagħsir tal-vażi tad-demm u wara jingħorku bil-melħ umdu u bil-melħ niexef”. tiddaħħal is-sentenza li ġejja: “Fil-fażi tat-tmelliħ, jiġi miżjud kemxejn bżar jekk is-sonża li tintuża fil-‘kisi’ kif imsemmi fl-Artikolu 5 ma jkunx fiha bżar” Din iż-żieda tirrifletti l-emenda ta’ qabel tal-Artikolu 3 u hija koerenti mal-ispeċifikazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi fl-Artikolu 6, li jiddeskrivu r-riħa tal-prodott ta’ kwalità protetta maħsuba għall-konsum bħala waħda “tipika” u “kemxejn imħawra”. Din il-karatteristika tal-aħħar ġejja wkoll mill-użu tas-sonża li jaf ikun fiha l-bżar, skont l-ispeċifikazzjoni tal-Artikolu 5 “Staġunar”. |
Oħrajn
L-Artikolu 7 “Kontrolli” tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott huwa emendat kif ġej:
— |
Is-sentenza: “Il-konformità tal-prodott ma’ din l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tiġi kkontrollata skont l-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, mill-entità li twettaq il-kontrolli msejħa ‘3 A Parco Tecnologico Agroalimentare dell’Umbria soc. cons. a r. l.’ li għandha s-sede tagħha f’Todi (PG), Fraz. Pantalla, tel. + 39 07589571, faks +39 0758957257, email: certificazione@parco3a.org.” tinbidel b’dan li ġej: “Il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tiġi vverifikata skont dak li ġie stabbilit fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. L-entità li twettaq il-kontrolli u li hija responsabbli għall-verifika tal-konformità tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott hija ‘3 A Parco Tecnologico Agroalimentare dell’Umbria soc. cons. a r. l.’ li għandha s-sede tagħha f’Todi (PG), Fraz. Pantalla, tel. + 39 0758957201, faks +39 0758957257, email: certificazione@parco3a.org.” Din l-emenda tirrappreżenta b’mod esklużiv it-traspożizzjoni tal-aġġornament regolatorju u tan-numru tat-telefon tal-entità li twettaq il-kontrolli. |
L-Artikolu 8 “Isem u preżentazzjoni” tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott huwa emendat kif ġej:
— |
Wara s-sentenza: “Il-marka tikkonsisti minn logo bil-kliem ‘Prosciutto di Norcia’ mikwija fuq il-laħam.” jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “Il-‘Prosciutto di Norcia’ jista’ jitqiegħed fis-suq għall-konsum anke dissussat, imqatta’ f’porzjonijiet ta’ għamla u ta’ piż differenti, jew inkella mfettet. Dawn it-tipoloġiji tal-prodott iridu jitqiegħdu fis-suq ippakkjati f’kontenituri jew f’kisi adattati għall-ikel, li jridu jiġu ssiġillati u ttikkettati kif suppost. Fit-tħejjija tal-perżut dissussat sħiħ jew tal-biċċiet, il-marka mikwija fuq il-laħam trid tkun viżibbli dejjem.” Ġie meqjus li jkun xieraq li fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott jiddaħħal il-paragrafu ta’ hawn fuq sabiex ikun hemm iżjed ċarezza dwar it-tipi ta’ prodotti għall-bejgħ u sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet differenti tas-suq fir-rigward tal-ippakkjar tal-prodott. |
DOKUMENT UNIKU
“PROSCIUTTO DI NORCIA”
Nru tal-UE: IT-PGI-0217-01363 — 8.9.2015
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Isem
“Prosciutto di Norcia”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Kategorija 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1
Il-“Prosciutto di Norcia” IĠP huwa perżut nej staġunat u meta jitqiegħed fis-suq għall-konsum ikollu l-għamla karatteristika ta’ “lanġasa”, b’piż ta’ mhux inqas minn 8,5 kg, u d-dehra tiegħu meta jinqata’ tkun kumpatta u b’lewn li jvarja minn roża għal aħmar. Dan il-perżut huwa kkaratterizzat minn riħa tipika kemxejn imħawra, u b’togħma qawwija iżda mhux mielħa.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Il-“Prosciutto di Norcia” jinkiseb mill-koxox tal-ħnieżer tar-razez tradizzjonali Taljani Large White u Landrace, hekk kif imtejba mill-ktieb tal-merħla Taljan, jew minn ħnieżer imnissla minn ifħla tal-istess razez; minn ħnieżer imnissla minn ifħla tar-razza Taljana Duroc, hekk kif imtejba mill-ktieb tal-merħla Taljan. Barra minn hekk jistgħu jintużaw il-ħnieżer imnissla minn ifħla ta’ razez oħra jew minn ifħla ta’ razez imħallta maħsuba għall-produzzjoni ta’ ħnieżer ta’ piż tqil. Ma hemm l-ebda limitazzjoni ġeografika għall-oriġini tal-ħnieżer.
Madankollu, huma esklużi l-ħnieżer b’karatteristiċi antitetiċi, b’referenza partikolari għas-sindromu tal-istress tal-ħnieżer (PSS); kif ukoll it-tipi ġenetiċi u l-annimali li jiġu meqjusa mhux konformi mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-annimali ta’ razza pura fosthom il-Landrace Belġjana, il-Hampshire, il-Piétrain, id-Duroc u l-iSpotted Poland.
L-għalf li jintuża jrid ikun konformi mal-istandards kummerċjali. Flimkien mal-metodi tat-trobbija, l-għalf jgħin biex jiġi żgurat li jinkiseb ħanżir ta’ piż tqil li jkun jiżen 160 kg, b’marġni ta’ bejn wieħed u ieħor 10 %.
Sabiex jingħalfu l-ħnieżer li jkollhom piż ħaj ta’ bejn 30 sa 80 kg, jintuża l-għalf indikat fit-Tabelli 1 u 2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, filwaqt li jiġi żgurat li l-materja niexfa miċ-ċereali ma tkunx inqas minn 45 % tat-total. Sabiex jingħalfu l-ħnieżer ta’ piż ħaj ta’ iktar minn 80 kg, jintuża esklużivament l-għalf indikat fit-Tabella 2, filwaqt li jiġi żgurat li l-materja niexfa miċ-ċereali ma tkunx inqas minn 55 % tat-total.
L-użu konġunt tax-xorrox u x-xorrox tal-butir ma jridx jaqbeż il-15-il litru għal kull ħanżir kuljum.
Il-kontenut ta’ nitroġenu assoċjat mal-qmuħ imnixxfa tad-distillaturi jrid ikun inqas minn 2 %.
L-użu konġunt tal-patata diżidratata u tal-manjoka ma jridx jaqbeż il-15 % tal-materja niexfa fil-porzjon tal-għalf. Il-parametri kollha msemmija hawn fuq jaċċettaw tolleranzi ta’ mhux iżjed minn 10 %.
Il-karatteristiċi tal-kompożizzjoni tal-porzjon tal-għalf li jingħata jridu jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-annimali fil-fażijiet differenti taċ-ċiklu tat-trobbija fir-rigward tal-għanijiet ta’ din l-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Fil-porzjon tal-għalf jistgħu jiġu miżjuda supplimenti tal-minerali u tal-vitamini skont il-limiti definiti fil-leġiżlazzjoni ġenerali fis-seħħ.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jseħħu fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-fażijiet tal-produzzjoni u tal-istaġunar tal-“Prosciutto di Norcia” jridu jseħħu fiż-żona tal-produzzjoni kif stabbilit fil-punt 4.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li għalih jirreferi l-isem irreġistrat
Il-“Prosciutto di Norcia” jista’ jitqiegħed fis-suq għall-konsum dissussat, imqatta’ f’porzjonijiet ta’ għamla u ta’ piż differenti, jew inkella mfettet. Dawn it-tipoloġiji tal-prodott iridu jitqiegħdu fis-suq ippakkjati f’kontenituri jew f’kisi adattati għall-ikel, li jridu jiġu ssiġillati u ttikkettati kif suppost. Fit-tħejjija tal-perżut dissussat sħiħ jew tal-biċċiet, il-marka mikwija fuq il-laħam trid tkun viżibbli dejjem.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih jirreferi l-isem irreġistrat
Il-“Prosciutto di Norcia” jitqiegħed fis-suq għall-konsum b’marka speċjali fuqu li tidentifika l-prodott. Il-marka tikkonsisti minn logo bil-kliem “Prosciutto di Norcia” mikwija fuq il-laħam. L-isem tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Prosciutto di Norcia” jrid ikun b’ittri ċari li ma jistgħux jitħassru u li jingħarfu sew minn kull kitba oħra li tidher fuq it-tikketta, u jrid ikun segwit minnufih mill-kliem “Indicazione geografica protetta” u/jew mill-akronimu “IGP” li jrid jiġi tradott bil-lingwa tal-pajjiż li fih il-prodott jitqiegħed fis-suq. Dawn l-indikazzjonijiet ikunu flimkien mal-logo tad-denominazzjoni. Ma tista’ tiżdied l-ebda deskrizzjoni li ma tkunx espressament prevista.
Madankollu, jistgħu jintużaw indikazzjonijiet li jagħmlu referenza għal ismijiet jew għal ismijiet ta’ kumpaniji jew inkella għal marki privati diment li dawn ma jkollhomx tifsira ta’ tifħir jew tifsira li tista’ tqarraq bix-xerrej, kif ukoll isem l-azjendi tat-trobbija tal-ħnieżer li minnhom jinkiseb il-prodott.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika li fiha jiġi prodott il-“Prosciutto di Norcia” tinkludi l-komuni ta’ Norcia, Preci, Cascia, Monteleone Spoleto u Poggiodomo, fit-territorji li qegħdin f’altitudni ta’ iżjed minn 500 m mil-livell tal-baħar.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika indikata fil-punt 4 hija kkaratterizzata minn żoni muntanjużi għoljin fejn ma tasalx l-arja umda mill-baħar, u minn preżenza ta’ formazzjonijiet tal-franka li jippermettu l-iskular tal-ilma tax-xita. Dawn il-karatteristiċi, flimkien mal-għarfien u mal-ispeċjalizzazzjoni tan-nies tal-post li nkisbet biż-żmien fil-qasam tat-trobbija tal-ħnieżer u tal-ipproċessar tal-qatgħat tal-laħam tal-majjal, ippermettew li f’din iż-żona ġeografika jinħoloq ambjent naturali u uman mill-aqwa għall-produzzjoni ta’ perżut ta’ kwalità.
Il-“Prosciutto di Norcia” ikollu dehra kumpatta meta jinqata’, b’lewn li jvarja minn roża għal aħmar, b’riħa tipika kemxejn imħawra u b’togħma qawwija iżda mhux mielħa.
Il-kwalità speċifika tal-“Prosciutto di Norcia” hija marbuta mill-qrib mhux biss mal-kundizzjonijiet ambjentali iżda wkoll mal-fatturi umani li jikkaratterizzaw l-ipproċessar tiegħu. L-ambjent naturali taż-żona huwa favorevoli b’mod partikolari għall-proċessi tal-maturazzjoni u tal-istaġunar minħabba l-karatteristiċi klimatiċi u n-natura tal-artijiet li ġew deskritti hawn fuq. Barra minn hekk, l-arti tal-konservazzjoni tal-laħam tal-majjal fl-inħawi ta’ Norcia, kienet diġà famuża fi żmien ir-Rumani. Fil-fatt, minħabba l-faqar tal-biedja fil-muntanji u minħabba li l-istaġun tal-ksieħ kien jobbligahom jieqfu mix-xogħol, in-nies tal-post kienu speċjalizzati f’attivitajiet marbuta mat-trobbija tal-bhejjem. Dawn l-attivitajiet baqgħu għaddejjin tul żmien ir-Repubblika u żmien l-Imperu Ruman, kif ukoll fi żmien l-Istat tal-Knisja li sfrutta kemm setal-kampanja tar-reġjun tal-Lazio. Għalhekk, dawk li kienu jrabbu l-ħnieżer kienu midħla tal-anatomija u tal-qatla tal-ħnieżer, kif ukoll tal-ipproċessar u tal-konservazzjoni tal-qatgħat tal-laħam tal-majjal permezz ta’ għarfien tipiku li baqa’ jitħaddan saż-żminijiet tal-lum peress li dawn il-qatgħat kienu jinbiegħu, jitmellħu u jistaġunaw fl-inħawi tal-madwar.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
It-test ikkonsolidat tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jista’ jiġi kkonsultat fuq dan is-sit web: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335
Jew
inkella jista’ jiġi kkonsultat billi żżur direttament il-paġna ewlenija tas-sit tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, tal-Ikel u tal-Forestrija (is-sit web: www.politicheagricole.it), tagħfas fuq “Prodotti DOP IGP” (fuq in-naħa ta’ fuq, fuq il-lemin tal-iskrin), imbagħad tagħfas fuq “Prodotti DOP, IGP e STG” (fil-ġenb, fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar nett tagħfas fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.
(1) ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.
(2) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.