ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 118

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
4 ta' April 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2016/C 118/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2016/C 118/02

Kawża C-396/15 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Lulju 2015 minn Shoe Branding Europe BVBA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-21 ta’ Mejju 2015 fil-Kawża T-145/14 – adidas AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

2

2016/C 118/03

Kawża C-652/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichts Darmstadt (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Diċembru 2015 – FurkanTekdemir et vs Kreis Bergstraße

2

2016/C 118/04

Kawża C-655/15 P: Appell ippreżentat fis-7 ta Diċembru 2015 minn Panrico S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-7 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża T-534/13, Panrico vs EUIPO

3

2016/C 118/05

Kawża C-662/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Diċembru 2015 – Lohmann & Rauscher International GmbH & Co. KG vs BIOS Naturprodukte GmbH

4

2016/C 118/06

Kawża C-680/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Diċembru 2015 – Asklepios Kliniken Langen-Seligenstadt GmbH vs Ivan Felja

5

2016/C 118/07

Kawża C-681/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Diċembru 2015 – Asklepios Dienstleistungsgesellschaft mbH vs Vittoria Graf

6

2016/C 118/08

Kawża C-685/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich (l-Awstrija) fit-18 ta’ Diċembru 2015 – Online Games Handels GmbH u Frank Breuer et vs Landespolizeidirektion Oberösterreich

7

2016/C 118/09

Kawża C-689/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Diċembru 2015 – W. F. Gözze Frottierweberei GmbH u Wolfgang Gözze vs Verein Bremer Baumwollbörse

8

2016/C 118/10

Kawża C-2/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Stuttgart (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Jannar 2016 – Proċeduri kriminali kontra J. S. R.

8

2016/C 118/11

Kawża C-7/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 11 de Vigo (Spanja) fis-6 ta’ Jannar 2016 – Banco Popular Español S.A. u PL Salvador, S.A.R.L. vs Maria Rita Giraldez Villar u Modesto Martínez Baz

9

2016/C 118/12

Kawża C-20/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Jannar 2016 – Wolfram Bechtel u Marie-Laure Bechtel vs Finanzamt Offenburg

10

2016/C 118/13

Kawża C-21/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fil-15 ta’ Jannar 2016 – Euro Tyre BV vs Autoridade Tributária e Aduaneira

11

2016/C 118/14

Kawża C-22/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul București (ir-Rumanija) fil-15 ta’ Jannar 2016 – Fondul Proprietatea SA vs SC Hidroelectrica SA

11

2016/C 118/15

Kawża C-42/16: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2016 – Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

12

2016/C 118/16

Kawża C-58/16: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

13

2016/C 118/17

Kawża C-66/16 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2016 mill-Comunidad Autónoma del País Vasco u minn Itelazpi, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-26 ta’ Novembru 2015 fil-Kawża T-462/13, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni

14

2016/C 118/18

Kawża C-67/16 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2016 mill-Comunidad Autónoma de Cataluña u miċ-Centre de Telecomunicacions i Tecnologies de la Informació de la Generalitat de Catalunya (CTTI) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-26 ta’ Novembru 2015 fil-Kawża T-465/13, Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni

15

2016/C 118/19

Kawża C-68/16 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2016 minn Navarra de Servicios y Tecnologías, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-26 ta’ Novembru 2015 fil-Kawża T-487/13, Navarra de Servicios y Tecnologías vs Il-Kummissjoni

16

2016/C 118/20

Kawża C-69/16 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2016 minn Cellnex Telecom S.A. u minn Retevisión I, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-26 ta’ Novembru 2015 fil-Kawża T-541/13, Abertis Telecom S.A. u Retevisión I vs Il-Kummissjoni

17

2016/C 118/21

Kawża C-70/16 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2016 mill-Comunidad Autónoma de Galicia u minn Redes de Telecomunicación Galegas Retegal, S.A. (Retegal) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-26 ta’ Novembru 2015 fil-Kawżi magħquda T-463/13 u T-464/13, Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il-Kummissjoni

19

2016/C 118/22

Kawża C-81/16 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2016 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-26 ta’ Novembru 2015 fil-Kawża T-461/13, Spanja vs Il-Kummissjoni

21

 

Il-Qorti Ġenerali

2016/C 118/23

Kawżi magħquda T-546/13, T-108/14 u T-109/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2016 – Šumelj et vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni — Tħassir qabel l-adeżjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-ħolqien tal-professjoni ta’ uffiċjal pubbliku ta’ eżekuzzjoni — Dannu subit mill-persuni li ġew preċedentement maħtura uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ miżuri maħsuba sabiex jiġu osservati l-obbligi tal-adeżjoni — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Artikolu 36 tal-att ta’ adeżjoni)

23

2016/C 118/24

Kawża T-210/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2016 – Mederer vs UASI – Cadbury Netherlands International Holdings (Gummi Bear-Rings) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Komunità Ewropea — Trade mark figurattiva Gummi Bear-Rings — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti GUMMY — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

23

2016/C 118/25

Kawża T-240/14 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2016 – Bodson et vs BEI (Appell — Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Natura kuntrattwali tar-relazzjoni ta’ xogħol — Riforma tas-sistema ta’ remunerazzjonijiet u tal-progress tas-salarji tal-BEI — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żnaturament — Żbalji ta’ liġi)

24

2016/C 118/26

Kawża T-241/14 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2016 – Bodson et vs BEI (Appell — Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Natura kuntrattwali tar-relazzjoni ta’ xogħol — Remunerazzjoni — Riforma tas-sistema ta’ primjums tal-BEI — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żnaturament — Żbalji ta’ liġi)

25

2016/C 118/27

Kawża T-402/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Frar 2016 – FCC Aqualia vs UASI – Sociedad General de Aguas de Barcelona (AQUALOGY) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva AQUALOGY — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti AQUALIA u trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti aqualia — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

25

2016/C 118/28

Kawża T-411/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Frar 2016 – Coca-Cola vs UASI (Forma ta’ flixkun immewweġ mingħajr skanalaturi) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali — Forma ta’ flixkun immewweġ mingħajr skanalaturi — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009]

26

2016/C 118/29

Kawża T-507/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2016 – Vidmar et vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni — Tħassir qabel l-adeżjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-ħolqien tal-professjoni ta’ uffiċjal pubbliku ta’ eżekuzzjoni — Dannu subit mill-persuni li ġew preċedentement maħtura uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ miżuri maħsuba sabiex jiġu osservati l-obbligi tal-adeżjoni — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Artikolu 36 tal-att ta’ adeżjoni)

27

2016/C 118/30

Kawża T-543/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2016 – provima Warenhandels GmbH vs UASI Renfro (HOT SOX) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea — Trade mark verbali HOT SOX — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Assenza ta’ karattru deskrittiv — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

27

2016/C 118/31

Kawżi Magħquda T-589/14 u T-772/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Frar 2016 – Musso vs Il-Parlament (Skema pekunjarja tal-membri tal-Parlament — Pensjoni tal-irtirar — Obbligu tal-membri tal-Parlament Franċiżi li jsostnu d-drittijiet tagħhom għall-pensjoni fi ħdan l-iskemi nazzjonali — Regoli ta’ kontra l-kumulazzjoni — Miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-membri tal-Parlament — Deċiżjoni adottata wara l-proċedura ta’ ilment — Nota ta’ debitu — Deċiżjoni ta’ sospensjoni tal-ħlas tal-pensjoni — Prinċipju ta’ kontradittorju — Terminu raġjonevoli — Obbligu ta’ motivazzjoni)

28

2016/C 118/32

Kawża T-692/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Frar 2016 – Puma vs UASI – Sinda Poland (Rappreżentazzjoni ta’ annimal) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva li tirrappreżenta annimal — Trade marks internazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw puma — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

29

2016/C 118/33

Kawża T-761/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta Frar 2016 – Consolidated Artists vs UASI – Body Cosmetics International (MANGO) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva MANGO — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 207/2009]

30

2016/C 118/34

Kawża T-816/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Frar 2016 – Tayto Group vs UASI – MIP Metro (REAL HAND COOKED) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva REAL HAND COOKED — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti real QUALITY — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Użu ħażin ta’ poter — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikoli 64, 75, 76 u 83 tar-Regolament Nru 207/2009]

30

2016/C 118/35

Kawża T-279/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2016 – Ezz et vs Il-Kunsill (Rikors għal annullament — Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu — Miżuri meħuda kontra persuni responsabbli għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u kontra persuni u entitajiet assoċjati — Iffriżar ta’ fondi — Inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista tal-persuni kkonċernati — Bażi legali — Nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji għall-inklużjoni — Żball ta’ liġi — Żball ta’ fatt — Dritt għall-proprjetà — Ħsara għar-reputazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Obbligu ta’ motivazzjoni — Aġġustament tat-talbiet u tal-motivi — Lis alibi pendens — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

31

2016/C 118/36

Kawża T-639/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2016 – DEI vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Ilmenti — Deċiżjonijiet ta’ ċaħda — Evalwazzjoni preliminari tal-Kummissjoni — Deċiżjoni finali — Tħassir tal-att ikkontestat — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

32

2016/C 118/37

Kawża T-34/16: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2016 – Ir-Repubblika tal-Litwanja vs Il-Kummissjoni

32

2016/C 118/38

Kawża T-38/16: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2016 – EEB vs Il-Kummissjoni

34

2016/C 118/39

Kawża T-41/16: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2016 – Cyprus Turkish Chamber of Industry et vs Il-Kummissjoni

34

2016/C 118/40

Kawża T-57/16: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2016 – Chanel vs EUIPO – Li Jing Zhou u Golden Rose 999 (Rappreżentazzjoni ta’ ornament)

35

2016/C 118/41

Kawża T-62/16: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2016 – Pumavs vs EUIPO – Doosan Infracore (PUMA)

36

2016/C 118/42

Kawża T-71/16 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2016 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-18 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża F-82/12, De Nicola vs BEI

37

2016/C 118/43

Kawża T-72/16: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2016 – BBY Solutions vs EUIPO – Worldwide Sales Corporation España (BEST BUY mobile)

37

2016/C 118/44

Kawża T-73/16 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2016 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fit-18 ta’ Diċembru 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-37/12, De Nicola vs BEI

38

2016/C 118/45

Kawża T-75/16 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2016 minn Carlo De Nicola mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-18 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża F-128/11, De Nicola vs BEI

39

2016/C 118/46

Kawża T-76/16: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2016 – Ikos vs EUIPO (AEGYPTISCHE ERDE)

40

2016/C 118/47

Kawża T-78/16: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2016 – Satour vs Il-Parlament

40

2016/C 118/48

Kawża T-79/16: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2016 – Vereniging Gelijkberechtiging Grondbezitters et vs Il-Kummissjoni

41

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2016/C 118/49

Kawża F-33/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-24 ta’ Frar 2016 – Labiri vs CESE

43


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2016/C 118/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 111, 29.3.2016

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 106, 21.3.2016

ĠU C 98, 14.3.2016

ĠU C 90, 7.3.2016

ĠU C 78, 29.2.2016

ĠU C 68, 22.2.2016

ĠU C 59, 15.2.2016

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/2


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Lulju 2015 minn Shoe Branding Europe BVBA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-21 ta’ Mejju 2015 fil-Kawża T-145/14 – adidas AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

(Kawża C-396/15 P)

(2016/C 118/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Shoe Branding Europe BVBA (rappreżentant: J. Løje, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: adidas AG, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Permezz ta’ digriet tas-17 ta’ Frar 2016, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) iddikjarat l-appell inammissibbli.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichts Darmstadt (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Diċembru 2015 – FurkanTekdemir et vs Kreis Bergstraße

(Kawża C-652/15)

(2016/C 118/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichts Darmstadt.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FurkanTekdemir et

Konvenuta: Kreis Bergstraße

Domandi preliminari

1)

L-għan ta’ ġestjoni effikaċi tal-flussi migratorji jikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li hija ta’ natura li tirrifjuta lil ċittadin Tork, imwieled fit-territorju Federali, l-eżenzjoni mill-obbligu li jkollu permess ta’ residenza li jista’ jitlob bis-saħħa tal-klawżola ta’ standstill tal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta assoċjazzjoni KEE-Turkija tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-assoċjazzjoni?

2)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi pożittivament għal din id-domanda, liema huma r-rekwiżiti kwalitattivi li għandhom jintalbu fir-rigward ta’ “raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali” fid-dawl tal-għan ta’ ġestjoni effikaċi tal-flussi migratorji?


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/3


Appell ippreżentat fis-7 ta Diċembru 2015 minn Panrico S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-7 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża T-534/13, Panrico vs EUIPO

(Kawża C-655/15 P)

(2016/C 118/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Panrico S.A. (rappreżentant: D. Pellisé Urquiza, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u HDN Development Corp.

Talbiet

tannulla fit-totalità tagħha s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2015 mogħtija fil-Kawża T-534/13

tilqa t-talbiet magħmula quddiem il-Qorti Ġenerali intiżi għal revoka jew għal annullament tad-deċiżjoni tar-Reba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Lulju 2013 fil-Każ R 623/2011-4

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-kawża

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka l-aggravji li ġejjin, ibbażati fuq ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja, kif ukoll fuq ksur tal-ġurisprudenza li interpretat dawn id-dispożizzjonijiet.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi, imwettaq mill-Qorti Ġenerali meta identifikat l-element dominanti tas-sinjali kunfliġġenti u meta qabblet dawn is-sinjali, mingħajr ma qieset minn qabel la l-kuntest tas-suq rilevanti u lanqas il-perspettiva tal-pubbliku rilevanti fuq il-karattru ftit jew wisq distintiv tas-sinjali kunfliġġenti u/jew tal-elementi li jikkomponuhom.

Sabiex ix-xebħ li jeżisti bejn is-sinjali mqabbla jiġi analizzat korrettament – fi kliem ieħor, skont il-loġika u d-dritt – din l-analiżi għandha l-ewwel titqiegħed fil-kuntest tas-suq rilevanti, sabiex tiġi adottata l-perspettiva tal-konsumatur medju fit-territorju rilevanti konkret. Kif indikat fl-appell, fis-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali mhux biss talli ma adottatx perspettiva li tirriżulta mill-kuntestwalizzazzjoni iżda talli ma ħaditx debitament inkunsiderazzjoni l-elementi li ġejjin: i) il-karattru distintiv estremament għoli marbut mal-element DONUT (jew DOUGHNUTS fil-vrjanti fonetika) fitt-territorju rilevanti [u ii) in-natura dominanti li, fit-territorju rilevanti], il-konsumatur medju għandu inevitabbilment jagħti lill-element DOUGHNUTS (jew DONUTS) meta jarah integrat fi trade mark kumplessa, bħat-trade mark “Krispy Kreme DOUGHNUTS”.

It-tieni aggravju, marbut mal-ewwel wieħed, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni reali tan-notorjetà (jekk mhux saħansitra tar-reputazzjoni) tat-trade marks preċedenti ta’ PANRICO, S.A.

Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ma tiħux inkunsiderazzjoni l-importanza sħiħa tan-notorjetà u tar-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti meta tevalwa l-probabbiltà ta’ konfużjoni. Din iċ-ċirkustanza hija partikolarment rilevanti sa fejn mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-probabbiltà ta’ konfużjoni tkun ogħla iktar ma jkun kbir il-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda t-trade marks li għandhom reputazzjoni.

It-tielet aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali meta injorat, fis-sentenza appellata, il-kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza fir-rigward l-iżvilupp tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, inkluża l-probabbiltà ta’ assoċjazzjoni.

B’mod partikolari:

Evalwazzjoni żbaljata tax-xebh tas-sinjali kunfliġġenti, għaliex (i) l-element DOUGHNUTS ma tqiesx bħala li għandu karattru distintiv fil-globalità tat-trade mark “Krispy Kreme DOUGHNUTS”; u (ii) ix-xebh li jeżisti bejn l-element “DOUGHNUTS” u t-trade marks preċedenti DONUT u/jew DONUTS kien is-suġġett ta’ evalwazzjoni żbaljata.

Evalwazzjoni żbaljata tas-similarità jew tax-xebh bejn il-prodotti u s-servizzi tat-trade marks kunfliġġenti.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali meta ma kkonstatatx l-eżistenza ta’ sfruttament indebitu tal-karattru distintiv tat-trade marks preċedenti DONUT u DONUTS u dannu ċar ikkawżat lill-dawn it-trade marks.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Diċembru 2015 – Lohmann & Rauscher International GmbH & Co. KG vs BIOS Naturprodukte GmbH

(Kawża C-662/15)

(2016/C 118/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lohmann & Rauscher International GmbH & Co. KG.

Konvenuta: BIOS Naturprodukte GmbH.

Domanda preliminari

L-Artikolu 1(2)(f), l-Artikolu 11, il-punt 13 tal-Anness I, u l-aħħar inċiż tal-punt 3 tal-Anness VII tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE, tat-14 ta’ Ġunju 1993, dwar mezzi mediċi (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li proċedura ġdida tal-istima tal-konformità hija neċessarja sabiex jitqassam mezz mediku tal-klassi I, li kien suġġett għal proċedura tal-istima tal-konformità u li kien debitament ingħata l-marka CE mill-fabbrikant, meta t-tagħrif dwar in-numru farmakoloġiku ċentrali (Pharmazentralnummer) fuq il-pakkett estern tal-mezz mediku kien ġie mgħotti bit-twaħħil ta’ tikketta li fiha data dwar l-importatur u n-numru farmakoloġiku ċentrali assenjat lilu, bit-tagħrif l-ieħor jibqa’ viżibbli?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 12, p. 82.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Diċembru 2015 – Asklepios Kliniken Langen-Seligenstadt GmbH vs Ivan Felja

(Kawża C-680/15)

(2016/C 118/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asklepios Kliniken Langen-Seligenstadt GmbH

Konvenut: Ivan Felja

Domandi preliminari

I.

1)

L-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001 (1), jipprekludi dispożizzjoni legali nazzjonali li tipprevedi li, fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriża jew ta’ negozju, il-kundizzjonijiet tax-xogħol miftiehma, skont il-prinċipju ta’ awtonomija tal-volontà f’kuntratt ta’ xogħol individwali, bejn iċ-ċedent u l-ħaddiem huma ttrasferiti mingħajr ebda bidla liċ-ċessjonarju bħallikieku dan tal-aħħar kien ftiehem huwa stess mal-ħaddiem f’kuntratt individwali, meta d-dritt nazzjonali jipprevedi, favur iċ-ċessjonarju, possibbiltajiet ta’ adattament kemm kunsenswali kif ukoll unilaterali?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, b’mod ġenerali jew għal grupp ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol speċifiċi miftiehma fil-kuntratt ta’ xogħol individwali bejn iċ-ċedent u l-ħaddiem:

Mill-applikazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/23/KE jirriżulta li ċerti kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ xogħol, miftiehma skont il-prinċipju ta’ awtonomija tal-volontà bejn iċ-ċedent u l-ħaddiem, għandhom jiġu esklużi mit-trasferiment liċ-ċessjonarju mwettaq mingħajr ebda bidla u għandhom jiġu adattati sempliċiment minħabba t-trasferiment ta’ impriża jew ta’ negozju?

3)

Jekk, skont ir-risposti tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-ewwel u għat-tieni domanda, ma hemmx trasferiment mingħajr ebda bidla ta’ klawżola ta’ riferiment miftiehma f’kuntratt ta’ xogħol individwali, li abbażi tagħha ċerti regoli ta’ ftehim kollettiv huma inkorporati b’mod dinamiku fil-kuntratt ta’ xogħol skont il-prinċipju ta’ awtonomija tal-volontà:

a)

dan japplika wkoll fil-każ fejn la ċ-ċedent u lanqas iċ-ċessjonarju ma huma partijiet direttament jew indirettament fi ftehim kollettiv, jiġifieri jekk id-dispożizzjonijiet tal-ftehim kollettiv ma jkunux fi kwalsiasi każ ġew applikati, qabel it-trasferiment ta’ impriża jew ta’ negozju, għar-relazzjoni ta’ xogħol maċ-ċedent fl-assenza ta’ klawżola ta’ riferiment stipulata fil-kuntratt ta’ xogħol skont il-prinċipju ta’ awtonomija tal-volontà?

b)

fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda:

dan japplika wkoll jekk iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju huma impriżi tal-istess grupp?

II.

L-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprekludi dispożizzjoni legali nazzjonali, li timplementa d-Direttivi 77/187/CEE (2) jew 2001/23/CE, li tipprevedi li, fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriża jew ta’ negozju, iċ-ċessjonarju huma marbut ukoll bil-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ xogħol miftiehma f’kuntratt individwali bejn iċ-ċedent u l-ħaddiem skont il-prinċipju ta’ awtonomija tal-volontà qabel it-trasferiment ta’ negozju, bħallikieku ċ-ċessjonarju kien ftiehem dwarhom huwa stess, meta dawn il-kundizzjonijiet jinkorporaw b’mod dinamiku fil-kuntratt ta’ xogħol dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ ftehim kollettiv mhux applikabbli b’mod ieħor għar-relazzjoni ta’ xogħol, sa fejn id-dritt nazzjonali jipprevedi possibbiltajiet ta’ adattament kemm kunsenswali kif ukoll unilaterali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98)

(2)  Direttiva tal-Kunsill 77/187/KEE, tal-14 ta’ Frar 1977, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU L 61, p. 26).


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Diċembru 2015 – Asklepios Dienstleistungsgesellschaft mbH vs Vittoria Graf

(Kawża C-681/15)

(2016/C 118/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asklepios Dienstleistungsgesellschaft mbH.

Konvenuta: Vittoria Graf

Domandi preliminari

I.

1)

L-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001 (1), jipprekludi dispożizzjoni legali nazzjonali li tipprevedi li, fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriża jew ta’ negozju, il-kundizzjonijiet tax-xogħol miftiehma, skont il-prinċipju ta’ awtonomija tal-volontà f’kuntratt ta’ xogħol individwali, bejn iċ-ċedent u l-ħaddiem huma ttrasferiti mingħajr ebda bidla liċ-ċessjonarju bħallikieku dan tal-aħħar kien ftiehem huwa stess mal-ħaddiem f’kuntratt individwali, meta d-dritt nazzjonali jipprevedi, favur iċ-ċessjonarju, possibbiltajiet ta’ adattament kemm kunsenswali kif ukoll unilaterali?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, b’mod ġenerali jew għal grupp ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol speċifiċi miftiehma fil-kuntratt ta’ xogħol individwali bejn iċ-ċedent u l-ħaddiem:

Mill-applikazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/23/KE jirriżulta li ċerti kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ xogħol, miftiehma skont il-prinċipju ta’ awtonomija tal-volontà bejn iċ-ċedent u l-ħaddiem, għandhom jiġu esklużi mit-trasferiment liċ-ċessjonarju mwettaq mingħajr ebda bidla u għandhom jiġu adattati sempliċiment minħabba t-trasferiment ta’ impriża jew ta’ negozju?

3)

Jekk, skont ir-risposti tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-ewwel u għat-tieni domanda, ma hemmx trasferiment mingħajr ebda bidla ta’ klawżola ta’ riferiment miftiehma f’kuntratt ta’ xogħol individwali, li abbażi tagħha ċerti regoli ta’ ftehim kollettiv huma inkorporati b’mod dinamiku fil-kuntratt ta’ xogħol skont il-prinċipju ta’ awtonomija tal-volontà:

a)

dan japplika wkoll fil-każ fejn la ċ-ċedent u lanqas iċ-ċessjonarju ma huma partijiet direttament jew indirettament fi ftehim kollettiv, jiġifieri jekk id-dispożizzjonijiet tal-ftehim kollettiv ma jkunux fi kwalsiasi każ ġew applikati, qabel it-trasferiment ta’ impriża jew ta’ negozju, għar-relazzjoni ta’ xogħol maċ-ċedent fl-assenza ta’ klawżola ta’ riferiment stipulata fil-kuntratt ta’ xogħol skont il-prinċipju ta’ awtonomija tal-volontà?

b)

fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda:

dan japplika wkoll jekk iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju huma impriżi tal-istess grupp?

II.

L-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprekludi dispożizzjoni legali nazzjonali, li timplementa d-Direttivi 77/187/CEE (2) jew 2001/23/CE, li tipprevedi li, fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriża jew ta’ negozju, iċ-ċessjonarju huma marbut ukoll bil-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ xogħol miftiehma f’kuntratt individwali bejn iċ-ċedent u l-ħaddiem skont il-prinċipju ta’ awtonomija tal-volontà qabel it-trasferiment ta’ negozju, bħallikieku ċ-ċessjonarju kien ftiehem dwarhom huwa stess, meta dawn il-kundizzjonijiet jinkorporaw b’mod dinamiku fil-kuntratt ta’ xogħol dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ ftehim kollettiv mhux applikabbli b’mod ieħor għar-relazzjoni ta’ xogħol, sa fejn id-dritt nazzjonali jipprevedi possibbiltajiet ta’ adattament kemm kunsenswali kif ukoll unilaterali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98)

(2)  Direttiva tal-Kunsill 77/187/KEE, tal-14 ta’ Frar 1977, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU L 61, p. 26).


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich (l-Awstrija) fit-18 ta’ Diċembru 2015 – Online Games Handels GmbH u Frank Breuer et vs Landespolizeidirektion Oberösterreich

(Kawża C-685/15)

(2016/C 118/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Oberösterreich

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Online Games Handels GmbH, Frank Breuer, Nicole Enter, Astrid Walden

Awtorità konvenuta: Landespolizeidirektion Oberösterreich

Domanda preliminari

L-Artikolu 56 TFUE u l-Artikoli 49 et seq TFUE, fid-dawl tal-Artikolu 6 tal-KEDB moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fid-dawl tal-oġġettività u tal-imparzjalità li l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem teħtieġ minn qorti (ara, b’mod partikolari, il-punt 54 tas-sentenza tagħha tat-18 ta’ Mejju 2010 fil-Kawża 64962/01), dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi li l-provi li għandhom jiġu prodotti fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali amministrattivi sabiex tiġi ġġustifikata s-sistema ta’ kważi-monpolju tas-suq nazzjonali tal-logħob tal-ażżard protetta mid-dritt kriminali, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ara, b’mod partikolari, s-sentenza tagħha tat-30 ta’ April 2014, C-390/12 (1)) għandhom, l-ewwel nett, jiġu ddikjarati u delimitati b’mod totalment indipendenti kif ukoll jiġu sussegwentement investigati u evalwati b’mod awtonomu, mhux mill-awtorità ta’ prosekuzzjoni, jew korp ieħor tal-Istat inkarigat mill-prosekuzzjoni, fil-funzjoni tagħhom bħala rappreżentant tal-akkuża, iżda bil-kontra mill-qorti mitluba tagħti deċiżjoni dwar il-legalità tal-miżura tad-dritt kriminali li kontra tagħha r-rikors huwa ppreżentat, fuq inizjattiva tagħha stess u indipendentement mill-aġir tal-partijiet fil-proċedura, u li taġixxi bħala l-istess persuna/fl-eżerċizzju tal-istess funzjoni?


(1)  ECLI:EU:C:2014:281 – “Pfleger”.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Diċembru 2015 – W. F. Gözze Frottierweberei GmbH u Wolfgang Gözze vs Verein Bremer Baumwollbörse

(Kawża C-689/15)

(2016/C 118/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgerichts Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: W. F. Gözze Frottierweberei GmbH, Wolfgang Gözze

Konvenuta: Verein Bremer Baumwollbörse

Domandi preliminari

1)

L-użu, bħala tikketta ta’ kwalità, ta’ trade mark individwali jista’ jitqies li huwa użu bħala trade mark fis-sens tal-Artikoli 9(1) u 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (1) fir-rigward tal-prodotti li għalihom tintuża din it-tikketta?

2)

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: għandha, konformement mad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikoli 52(1)(a) u 7(1)(g) jew ma’ applikazzjoni mutatis mutandis tal-Artikolu 73(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja, tiġi ddikjarata r-revoka ta’ tali trade mark meta l-proprjetarju tat-trade mark ma jiżgurax, permezz ta’ kontrolli ta’ kwalità regolari fost il-persuni liċenzjati minnu, il-konformità mal-aspettattivi fir-rigward tal-kwalità li l-pubbliku jassoċja ma’ dan is-sinjal?


(1)  ĠU L 78, p. 1


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Stuttgart (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Jannar 2016 – Proċeduri kriminali kontra J. S. R.

(Kawża C-2/16)

(2016/C 118/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Stuttgart

Parti fil-kawża prinċipali

J. S. R.

Domanda preliminari

L-inklużjoni tal-Liberation Tigers of Tamil Eelam (iktar ’il quddiem il-“LTTE”) fil-lista skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001, tas-27 ta’ Diċembru 2001 (1), dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, għall-perijodu mit-23 ta’ Lulju 2007 sal-11 ta’ Mejju 2019, b’mod partikolari abbażi tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill

tad-29 ta’ Mejju 2006 (2006/379/KE) (2),

tat-28 ta’ Ġunju 2007 (2007/445/KE) (3),

tal-20 ta’ Diċembru 2007 (2007/868/KE) (4),

tal-15 ta’ Lulju 2008 (2008/583/KE) (5) u

tas-26 ta’ Jannar 2009 (2009/62/KE) (6)

hija invalida?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 207.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/379/KE, tad-29 ta’ Mejju 2006, li timplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni 2005/930/KE (ĠU L 294M, 25.10.2006, p. 169).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/445/KE, tat-28 ta’ Ġunju 2007, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE (ĠU L 169, p. 58).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/868/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2007, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2007/445/KE (ĠU L 340, p. 100).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/583/KE, tal-15 ta’ Lulju 2008, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2007/868/KE (ĠU L 188, p. 21).

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/62/KE, tas-26 ta’ Jannar 2009, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-ħsieb li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/583/KE (ĠU L 23, p. 25).


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 11 de Vigo (Spanja) fis-6 ta’ Jannar 2016 – Banco Popular Español S.A. u PL Salvador, S.A.R.L. vs Maria Rita Giraldez Villar u Modesto Martínez Baz

(Kawża C-7/16)

(2016/C 118/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no 11 de Vigo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Banco Popular Español S.A. u PL Salvador, S.A.R.L.

Konvenuti: Maria Rita Giraldez Villar u Modesto Martínez Baz

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), meqjusa flimkien mal-Artikoli 38 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi interpretazzjoni ġudizzjarja ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva ta’ Stat Membru, bħall-Artikolu 1535 tal-Kodiċi Ċivili Spanjol, li tillimita l-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu għall-proċedura fil-mertu sal-għoti tas-sentenza, u tipprekludi l-applikazzjoni tiegħu fi proċedura ta’ eżekuzzjoni wara l-għoti tas-sentenza jew wara li jiskadi t-terminu għall-kontestazzjoni tat-talba mingħajr ma’ kien hemm kontestazzjoni, filwaqt li fil-frattemp, il-kreditu tal-kreditur għandu ma tħallasx kollu?

2)

Ir-regoli tal-Unjoni Ewropea ċċitati fil-ewwel domanda jipprekludu regola nazzjonali, bħall-Artikolu 1535 tal-Kodiċi Ċivili Spanjol, li tawtorizza ċ-ċessjoni lil terz ta’ dejn litiġjuż eżistenti bejn impriża u konsumatur, mingħajr ma jkun obbligatorju, minn naħa, li tintbagħat lill-konsumatur notifika awtentika taċ-ċessjoni, tat-titolu jew tar-raġuni taċ-ċessjoni, u min-naħa l-oħra, li jiġi indikat (fi kwalunkwe każ) il-prezz eżatt, ikkonfermat b’dokumenti, li tħallas għax-xiri tal-kreditu, billi jiġi speċifikat l-iskont jew it-tnaqqis mogħti?

3)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mogħtija fid-9 ta’ Marzu 1978, fil-Kawża [106/77] Simmenthal (3), għandha tinftiehem fis-sens li sabiex jintlaħaq l-għan tad-direttiva ċċitata fl-ewwel domanda, fid-dawl tal-Artikoli 38 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-qorti nazzjonali ma għandhiex tapplika r-regoli ta’ dritt intern bħall-Artikolu 1535 tal-Kodiċi Ċivili Spanjol, li jipprojbixxu li jiġi eżerċitat id-dritt ta’ fidi ta’ kreditu litiġjuż fil-kuntest tal-istess proċedura bħal dik li fiha l-kreditu ċedut ġie eżegwit, billi jimponu fuq il-konsumatur l-oneru li jibda kontra d-detentur il-ġdid tal-kreditu ċedut proċedura ġdida fil-mertu f’terminu ta’ dekadenza ta’ 9 ijiem wara n-notifika taċ-ċessjoni, billi jsostni l-ispejjeż li jirriżultaw (avukat, mandatarju, spejjeż legali, determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni meta ċ-ċessjonarju ma jkunx iddomiċiljat fi Spanja …) sabiex jeżerċita d-dritt ta’ fidi?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288

(2)  ĠU 2000, C 364, p. 1.

(3)  EU:C:1978:49


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Jannar 2016 – Wolfram Bechtel u Marie-Laure Bechtel vs Finanzamt Offenburg

(Kawża C-20/16)

(2016/C 118/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wolfram Bechtel u Marie-Laure Bechtel

Konvenuta: Finanzamt Offenburg.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 39 KE (attwalment l-Artikolu 45 TFUE) jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt Ġermaniż li tipprevedi li l-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni għax-xjuħija u tal-assigurazzjoni għall-mard Franċiżi mħallsa minn impjegat li jirrisjedi fil-Ġermanja u li jaħdem mal-amministrazzjoni tal-Istat Franċiż ma jnaqqsux il-bażi tat-taxxa fuq id-dħul – kuntrarjament għal kontribuzzjonijiet komparabbli mħallsa lis-sigurtà soċjali Ġermaniża minn impjegat li jaħdem fil-Ġermanja – jekk, b’applikazzjoni tal-Ftehim ta’ ħelsien mit-taxxa doppja bejn il-Ġermanja u Franza, l-impjegat ma għandux jiġi ntaxxat fil-Ġermanja u li tiżdied ir-rata tat-taxxa applikabbli għal-dħul ieħor?

2)

L-ewwel domanda wkoll ikollha risposta pożittiva jekk, fil-kuntest tat-tassazzjoni tas-salarju mill-Istat Franċiż, il-kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni inkwistjoni

a)

kienu ġew imnaqqsa fiskalment – b’mod preċiż jew fiss – jew

b)

setgħu ċertament jiġu mnaqqsa fiskalment – b’mod preċiż jew fiss – imma peress li l-ebda talba ma ġiet ippreżentata, huma ma ttieħdux inkunsiderazzjoni?


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fil-15 ta’ Jannar 2016 – Euro Tyre BV vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-21/16)

(2016/C 118/13)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Euro Tyre BV

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 131 u 138(1) tad-Direttiva 2006/112 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru tirrifjuta li tagħti eżenzjoni tal-VAT fir-rigward ta’ provvista intra-Komunitarja ta’ oġġetti, lil bejjiegħ residenti f’dan l-Istat Membru, minħabba li jirriżulta li x-xerrej, residenti fi Stat Membru ieħor ma huwiex irreġistrat fil-VIES (2), u lanqas ma jaqa’ taħt sistema ta’ tassazzjoni tal-akkwiżizzjonijiet intra-Komunitarji ta’ oġġetti, minkejja li jkollu, fil-mument tat-tranżazzjoni, numru ta’ identifikazzjoni validu, għal skopijiet ta’ VAT, f’dan l-Istat Membru l-ieħor, liema numru jkun intuża fil-fatturi tat-tranżazzjonijiet, meta r-rekwiżiti materjali ta’ provvista intra-Komunitarja jkunu vverifikati b’mod kumulattiv, jiġifieri, meta d-dritt li persuna tiddisponi mill-oġġett bħala proprjetarju jkun ġie ttrasferit mix-xerrej u l-fornitur juri li dan l-oġġett intbagħat jew ġie ttrasportat lejn Stat Membru ieħor u li, f’din l-ispedizzjoni jew dan it-trasport, l-istess oġġett ikun ħareġ fiżikament mit-territorju tal-Istat Membru ta’ provvista minn xerrej taxxabbli jew persuna ġuridika li tkun qed taġixxi bħala tali fi Stat Membru li ma huwiex dak li minnu ħarġu l-oġġetti?

2)

Il-prinċipju ta’ proporzjonalità jipprekludi interpretazzjoni tal-Artikolu 138(1) tad-Direttiva 2006/112 fis-sens li l-eżenzjoni tiġi rrifjutata f’sitwazzjoni li fiha bejjiegħ residenti fi Stat Membru, kien jaf li x-xerrej, residenti fi Stat Membru ieħor, minkejja li għandu numru ta’ identifikazzjoni validu, għal skopijiet ta’ VAT, f’dan l-Istat Membru l-ieħor, ma kienx irreġistrat fil-VIES u lanqas ma kien jaqa’ taħt sistema ta’ tassazzjoni tal-akkwiżizzjonijiet intra-Komunitarji ta’ oġġetti, iżda kellu l-aspettattiva li kien se jiġi rreġistrat bħala operatur intra-Komunitarju b’mod retroattiv?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).

(2)  VAT Information Exchange System.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul București (ir-Rumanija) fil-15 ta’ Jannar 2016 – Fondul Proprietatea SA vs SC Hidroelectrica SA

(Kawża C-22/16)

(2016/C 118/14)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fondul Proprietatea SA

Konvenuta: SC Hidroelectrica SA

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 107 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-parteċipazzjoni ta’ kumpannija Rumena b’kapital pubbliku fil-kapital ta’ kumpannija mħallta (Rumena-Torka) hija ekwivalenti għal għajnuna mill-Istat suġġetta għall-obbligu ta’ notifika previst fl-Artikolu 108(3) TFUE?

Din il-parteċipazzjoni tikkostitwixxi finanzjament pubbliku ta’ natura selettiva li jista’ jaffetwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni?

2)

Jista’ jiġi kkunsidrat li din il-parteċipazzjoni ta’ kumpannija b’kapital pubbliku li tipproduċi l-elettriku tikser il-prinċipju ta’ separazzjoni tas-sistemi ta’ trażmissjoni u tal-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, stabbilit bl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/72/KE dwar ir-regoli adottati għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (1)?


(1)  Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, p. 55).


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/12


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2016 – Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

(Kawża C-42/16)

(2016/C 118/15)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux u I. Koskinen)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja

Talbiet

tikkonstata li, billi ħarġet duplikati ta’ liċenzji tas-sewqan li l-perijodu ta’ validità amministrattiva tagħhom jiskadi fit-18 ta’ Jannar 2033, ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 1 u taħt l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2006/126/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan, u li, billi ma aderixxietx man-netwerk tal-liċenzji tas-sewqan tal-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 7(5)(d) ta’ din l-istess direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Finlandja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Wieħed mill-għanijiet prinċipali tad-Direttiva 2006/126/KE huwa li ssaħħaħ il-livell ta’ sigurtà tal-liċenzji tas-sewqan. It-termini previsti f’din id-direttiva jikkontribwixxu għat-twettiq ta’ dan l-għan u għall-użu tal-metodi l-iktar riċenti sabiex tiġi evitata l-falsifikazzjoni tal-liċenzji tas-sewqan u sabiex l-għanijiet fil-qasam tas-sigurtà fit-toroq imfittxija mid-direttiva jintlaħqu. Skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2006/123/KE, il-liċenzja tas-sewqan nazzjonali għandha tiġi introdotta bbażata fuq il-mudell Komunitarju li jinsab fl-Anness I. L-Artikolu 7(1) tad-direttiva jiddefinixxi r-rekwiżiti applikabbli għal-liċenzji tas-sewqan u l-Artikolu 7(2) jistabbilixxi l-perijodu ta’ validità amministrattiva tal-liċenzji maħruġa mid-19 ta’ Jannar 2013. Fil-Finlandja, il-perijodu ta’ validità amministrattiva tad-duplikati tal-liċenzji maħruġa wara d-19 ta’ Jannar 2013 jista’ jkun itwal minn dak awtorizzat mill-Artikolu 7(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2006/126/KE.

Skont l-Artikolu 7(5)(d) tad-Direttiva 2006/126/KE, l-Istati Membri għandu jużaw in-netwerk tal-liċenzji tas-sewqan tal-Unjoni Ewropea minn meta dan isir operattiv. Dan in-netwerk tal-liċenzja tas-sewqan tal-Unjoni Ewropea (RESPER) inħoloq u sar operattiv fid-19 ta’ Jannar 2013. Peress li l-Finlandja ma aderixxietx man-netwerk tal-liċenzji tas-sewqan tal-Unjoni Ewropea (RESPER), huwa impossibbli għaliha li tivverifika fin-netwerk jekk il-kriterji ta’ għoti ta’ liċenzja humiex issodisfatti. L-Istati Membri l-oħra ma jistgħux jivverifikaw, b’kollaborazzjoni mal-Finlandja, l-osservanza tal-kriterji ta’ għoti ta’ liċenzja, u lanqas ma jistgħu jiskambjaw data mal-Finlandja. Għaldaqstant, għadu impossibbli li jsir skambju tad-data mal-Finlandja permezz tan-netwerk Ewropew kif jipprevedi l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2006/126/KE.


(1)  ĠU L 403, p. 18.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/13


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-58/16)

(2016/C 118/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u L. Nicolae, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, billi naqset milli tiggarantixxi, fir-rigward tal-portijiet kollha tal-Land Nordrhein Westfalen, li jiġu ddefiniti l-konfini tal-port u li jiġu approvati l-valutazzjonijiet ta’ sigurtà tal-port, kif ukoll uffiċjal ta’ sigurtà, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2(3), 6, 7 u 9 tad-Direttiva 2005/65/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet;

tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Taħt l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2005/65/KE, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu, għal kull port li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, li titwettaq valutazzjoni ta’ sigurtà u li din tiġi approvata mill-Istat Membru kkonċernat. Din il-valutazzjoni ta’ sigurtà, skont l-Anness I tad-direttiva, għandha tinkludi l-individwazzjoni taż-żoni kollha rilevanti għas-sigurtà tal-port, b’mod partikolari l-konfini tal-port.

Skont l-Artikolu 2(3), l-Istati Membri għandhom jindividwaw il-konfini ta’ kull port, huma u jieħdu debitament inkunsiderazzjoni l-informazzjoni li tinsab fil-valutazzjoni tas-sigurtà tal-port. Il-paragrafu 4 jirrigwarda l-każ li fih il-konfini ta’ impjant portwali fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 (2) jinkludu l-port kollu.

Mill-ispezzjoni mwettqa fl-2013 ħareġ li ma twettqux il-valutazzjonijiet ta’ sigurtà almenu għal 11 mill-portijiet tal-Land Nordrhein Westfalen suġġetti għad-Direttiva 2005/65/KE. Mill-iskambji suċċessivi ta‘ korrispondenza jirriżulta li din is-sitwazzjoni baqgħet ma nbidlitx.

Għal almenu l-istess numru ta’ portijiet imsemmija hawn fuq, lanqas ma ġew iddefiniti l-konfini relattivi, peress li din id-definizzjoni tibbaża ruħha min-naħa tagħha fuq il-valutazzjoni ta’ sigurtà, kif indikat hawn fuq.

Konsegwentwmwnt, huwa paċifiku li l-Ġermanja ma applikatx korrettament l-Artikoli 2(3) u 6 tad-Direttiva 2005/65/KE.

Skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2005/65/KE, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu, għal kull port li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva, li jitfassal pjan ta’ sigurtà u li dan tal-aħħar jiġi approvat mill-Istat Membru kkonċernat.

L-awtoritajiet Ġermaniżi, fl-ittra tagħhom tal-21 ta’ Awwissu 2013, irrikonoxxew il-fatt li għal 11-il port li jinsab fil-Land Nordrhein Westfalen suġġett għad-direttiva, ma tfassal l-ebda pjan ta’ sigurtà. Mill-iskambji ta’ korrispondenza suċċessiva jirriżulta li din is-sitwazzjoni ma nbidlitx.

Konsegwentement, huwa paċifiku li l-Ġermanja ma applikatx korrettament l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2005/65/KE.

Fuq il-bażi tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2005/65/KE, għal kull port ikkontemplat minn din tal-aħħar, għandu jiġi approvat uffiċjal tas-sigurtà tal-port.

L-awtoritajiet Ġermaniżi, fl-ittra tagħhom tal-21 ta’ Awwissu 2013, irrikonoxxew il-fatt li, fir-rigward ta’ diversi portijiet li jinsabu fil-Land Nordrhein Westfalen li huma suġġetti għad-direttiva, l-ebda wieħed minn dawn l-uffiċjali ma ġie approvat. Mill-iskambji ta’ korrispondenza suċċessiva jirriżulta li din is-sitwazzjoni ma nbidlitx.

Għaldaqstant, huwa paċifiku li l-Ġermanja ma applikatx korrettament l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2005/65/KE.


(1)  GU L 310, p. 28.

(2)  GU L 129, p. 6.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/14


Appell ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2016 mill-Comunidad Autónoma del País Vasco u minn Itelazpi, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-26 ta’ Novembru 2015 fil-Kawża T-462/13, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-66/16 P)

(2016/C 118/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi, S.A. (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra u A. Lamadrid de Pablo, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea u SES Astra

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015,

tiddeċiedi definittivament dwar ir-rikors għall-annullament u tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2013 (1),

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Is-sentenza appellata kkonfermat deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat fir-rigward ta’ diversi miżuri adottati mill-awtoritajiet pubbliċi Spanjoli sabiex jiżguraw li s-sinjal tat-televiżjoni diġitali terrestri (TDT) jasal fiż-żoni remoti tat-territorji, fejn tgħix biss 2,5 % tal-popolazzjoni. F’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li, mill-perspettiva materjali, is-suq ma joffrix dan is-servizz fl-assenza ta’ intervent mill-awtoritajiet pubbliċi. Minkejja dan, hija ċaħdet li dan huwa servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ) u qalet li, minn perspettiva formali, dan is-servizz ma kienx “kjarament” iddefinit u mogħti mill-awtoritajiet pubbliċi. Hija qalet ukoll li, fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet pubbliċi ma kinux kompetenti sabiex jagħżlu teknoloġija speċifika fl-organizzazzjoni tas-SIEĠ.

L-ewwel u l-uniku aggravju: żbalji ta' liġi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 14, 106(2) u 107(1) TFUE u tal-Protokoll Nru 26 dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali u tal-Protokoll Nru 29 dwar is-sistema tax-xandir pubbliku fl-Istati Membri.

L-appell jenfasizza b’mod partikolari li l-Qorti Ġenerali wettqet l-iżbalji li ġejjin fis-sentenza appellata:

hija kjarament kisret il-limitu ta’ “żball manifest” fil-kuntest tal-eżami tad-diversi atti tal-awtoritajiet pubbliċi li jiddefinixxu u jagħtu s-SIEĠ,

hija indebitament illimitat is-“setgħa diskrezzjonali wiesgħa” tal-Istati Membri applikabbli kemm għad-definizzjoni kif ukoll għall-“organizzazzjoni” tas-SIEĠ u li għalhekk tinkludi l-għażla tal-modi ta’ provvista tas-SIEĠ u l-għażla ta’ teknoloġija speċifika, irrispettivament minn jekk dawn l-għażliet jinsabux fl-att ta’ definizzjoni jew f’att separat,

hija interpretat b’mod żbaljat id-dritt Spanjol applikabbli,

ma rrikonoxxietx li d-“definizzjoni” tas-SIEĠ u l-“għoti” tas-SIEĠ lil impriża waħda jew iktar jistgħu jsiru f’atti separati,

ma rrikonoxxietx li “d-“definizzjoni” tas-SIEĠ u l-“għoti” tas-SIEĠ ma jirrikjedux l-użu ta’ formula jew ta’ espressjoni konkreta iżda analiżi materjali u funzjonali,

hija ċaħdet l-applikabbiltà tal-Protokoll Nru 29 tat-TFUE u tat-TUE dwar is-sistema tax-xandir pubbliku fl-Istati Membri.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 (C 23/10 (ex NN 36/10, ex CP 163/09)) implimentata mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati ('il barra minn Castilla-La Mancha) (ĠU L 217, p. 52).


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/15


Appell ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2016 mill-Comunidad Autónoma de Cataluña u miċ-Centre de Telecomunicacions i Tecnologies de la Informació de la Generalitat de Catalunya (CTTI) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-26 ta’ Novembru 2015 fil-Kawża T-465/13, Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-67/16 P)

(2016/C 118/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Comunidad Autónoma de Cataluña u Centre de Telecomunicacions i Tecnologies de la Informació de la Generalitat de Catalunya (CTTI) (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra u A. Lamadrid de Pablo, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea u SES Astra

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015,

tiddeċiedi definittivament dwar ir-rikors għall-annullament u tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2013 (1),

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Is-sentenza appellata kkonfermat deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat fir-rigward ta’ diversi miżuri adottati mill-awtoritajiet pubbliċi Spanjoli sabiex jiżguraw li s-sinjal tat-televiżjoni diġitali terrestri (TDT) jasal fiż-żoni remoti tat-territorji, fejn tgħix biss 2,5 % tal-popolazzjoni. F’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li, mill-perspettiva materjali, is-suq ma joffrix dan is-servizz fl-assenza ta’ intervent mill-awtoritajiet pubbliċi. Minkejja dan, hija ċaħdet li dan huwa servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ) u qalet li, minn perspettiva formali, dan is-servizz ma kienx “kjarament” iddefinit u mogħti mill-awtoritajiet pubbliċi. Hija qalet ukoll li, fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet pubbliċi ma kinux kompetenti sabiex jagħżlu teknoloġija speċifika fl-organizzazzjoni tas-SIEĠ.

L-ewwel u l-uniku aggravju: żbalji ta’ liġi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 14, 106(2) u 107(1) TFUE u tal-Protokoll Nru 26 dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali u tal-Protokoll Nru 29 dwar is-sistema tax-xandir pubbliku fl-Istati Membri.

L-appell jenfasizza b’mod partikolari li l-Qorti Ġenerali wettqet l-iżbalji li ġejjin fis-sentenza appellata:

hija kjarament kisret il-limitu ta’ “żball manifest” fil-kuntest tal-eżami tad-diversi atti tal-awtoritajiet pubbliċi li jiddefinixxu u jagħtu s-SIEĠ,

hija indebitament illimitat is-“setgħa diskrezzjonali wiesgħa” tal-Istati Membri applikabbli kemm għad-definizzjoni kif ukoll għall-“organizzazzjoni” tas-SIEĠ u li għalhekk tinkludi l-għażla tal-modi ta’ provvista tas-SIEĠ u l-għażla ta’ teknoloġija speċifika, irrispettivament minn jekk dawn l-għażliet jinsabux fl-att ta’ definizzjoni jew f’att separat,

hija interpretat b’mod żbaljat id-dritt Spanjol applikabbli,

ma rrikonoxxietx li d-“definizzjoni” tas-SIEĠ u l-“għoti” tas-SIEĠ lil impriża waħda jew iktar jistgħu jsiru f’atti separati,

ma rrikonoxxietx li d-“definizzjoni” tas-SIEĠ u l-“għoti” tas-SIEĠ ma jirrikjedux l-użu ta’ formula jew ta’ espressjoni konkreta iżda analiżi materjali u funzjonali,

hija ċaħdet l-applikabbiltà tal-Protokoll Nru 29 tat-TFUE u tat-TUE dwar is-sistema tax-xandir pubbliku fl-Istati Membri.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 (C23/10 (ex NN 36/10, ex CP 163/09)) implimentata mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati ('il barra minn Castilla-La Mancha) (ĠU L 217, p. 52).


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/16


Appell ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2016 minn Navarra de Servicios y Tecnologías, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-26 ta’ Novembru 2015 fil-Kawża T-487/13, Navarra de Servicios y Tecnologías vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-68/16 P)

(2016/C 118/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Navarra de Servicios y Tecnologías, S.A. (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra u A. Lamadrid de Pablo, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea u SES Astra

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015,

tiddeċiedi definittivament dwar ir-rikors għall-annullament u tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2013 (1),

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Is-sentenza appellata kkonfermat deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat fir-rigward ta’ diversi miżuri adottati mill-awtoritajiet pubbliċi Spanjoli sabiex jiżguraw li s-sinjal tat-televiżjoni diġitali terrestri (TDT) jasal fiż-żoni remoti tat-territorji, fejn tgħix biss 2,5 % tal-popolazzjoni. F’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li, mill-perspettiva materjali, is-suq ma joffrix dan is-servizz fl-assenza ta’ intervent mill-awtoritajiet pubbliċi. Minkejja dan, hija ċaħdet li dan huwa servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ) u qalet li, minn perspettiva formali, dan is-servizz ma kienx “kjarament” iddefinit u mogħti mill-awtoritajiet pubbliċi. Hija qalet ukoll li, fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet pubbliċi ma kinux kompetenti sabiex jagħżlu teknoloġija speċifika fl-organizzazzjoni tas-SIEĠ.

L-ewwel u l-uniku aggravju: żbalji ta’ liġi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 14, 106(2) u 107(1) TFUE u tal-Protokoll Nru 26 dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali u tal-Protokoll Nru 29 dwar is-sistema tax-xandir pubbliku fl-Istati Membri.

L-appell jenfasizza b’mod partikolari li l-Qorti Ġenerali wettqet l-iżbalji li ġejjin fis-sentenza appellata:

hija kjarament kisret il-limitu ta’ “żball manifest” fil-kuntest tal-eżami tad-diversi atti tal-awtoritajiet pubbliċi li jiddefinixxu u jagħtu s-SIEĠ,

hija indebitament illimitat is-“setgħa diskrezzjonali wiesgħa” tal-Istati Membri applikabbli kemm għad-definizzjoni kif ukoll għall-“organizzazzjoni” tas-SIEĠ u li għalhekk tinkludi l-għażla tal-modi ta’ provvista tas-SIEĠ u l-għażla ta’ teknoloġija speċifika, irrispettivament minn jekk dawn l-għażliet jinsabux fl-att ta’ definizzjoni jew f’att separat,

hija interpretat b’mod żbaljat id-dritt Spanjol applikabbli,

ma rrikonoxxietx li d-“definizzjoni” tas-SIEĠ u l-“għoti” tas-SIEĠ lil impriża waħda jew iktar jistgħu jsiru f’atti separati,

ma rrikonoxxietx li d-“definizzjoni” tas-SIEĠ u l-“għoti” tas-SIEĠ ma jirrikjedux l-użu ta’ formula jew ta’ espressjoni konkreta iżda analiżi materjali u funzjonali,

hija ċaħdet l-applikabbiltà tal-Protokoll Nru 29 tat-TFUE u tat-TUE dwar is-sistema tax-xandir pubbliku fl-Istati Membri.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 (C23/10 (ex NN 36/10, ex CP 163/09)) implimentata mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati ('il barra minn Castilla-La Mancha) (ĠU L 217, p. 52).


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/17


Appell ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2016 minn Cellnex Telecom S.A. u minn Retevisión I, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-26 ta’ Novembru 2015 fil-Kawża T-541/13, Abertis Telecom S.A. u Retevisión I vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-69/16 P)

(2016/C 118/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Cellnex Telecom S.A., li kienet Abertis Telecom S.A. u Retevisión I, S.A. (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra u A. Lamadrid de Pablo, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea u SES Astra

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015,

tiddeċiedi definittivament dwar ir-rikors għall-annullament u tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2013 (1),

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Is-sentenza appellata kkonfermat deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat fir-rigward ta’ diversi miżuri adottati mill-awtoritajiet pubbliċi Spanjoli sabiex jiżguraw li s-sinjal tat-televiżjoni diġitali terrestri (TDT) jasal fiż-żoni remoti tat-territorji, fejn tgħix biss 2,5 % tal-popolazzjoni. F’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li, mill-perspettiva materjali, is-suq ma joffrix dan is-servizz fl-assenza ta’ intervent mill-awtoritajiet pubbliċi. Minkejja dan, hija ċaħdet li dan huwa servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ) u qalet li, minn perspettiva formali, dan is-servizz ma kienx “kjarament” iddefinit u mogħti mill-awtoritajiet pubbliċi. Hija qalet ukoll li, fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet pubbliċi ma kinux kompetenti sabiex jagħżlu teknoloġija speċifika fl-organizzazzjoni tas-SIEĠ.

L-ewwel u l-uniku aggravju: żbalji ta’ liġi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 14, 106(2) u 107(1) TFUE u tal-Protokoll Nru 26 dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali u tal-Protokoll Nru 29 dwar is-sistema tax-xandir pubbliku fl-Istati Membri.

L-appell jenfasizza b’mod partikolari li l-Qorti Ġenerali wettqet l-iżbalji li ġejjin fis-sentenza appellata:

hija kjarament kisret il-limitu ta’ “żball manifest” fil-kuntest tal-eżami tad-diversi atti tal-awtoritajiet pubbliċi li jiddefinixxu u jagħtu s-SIEĠ,

hija indebitament illimitat is-“setgħa diskrezzjonali wiesgħa” tal-Istati Membri applikabbli kemm għad-definizzjoni kif ukoll għall-“organizzazzjoni” tas-SIEĠ u li għalhekk tinkludi l-għażla tal-modi ta’ provvista tas-SIEĠ u l-għażla ta’ teknoloġija speċifika, irrispettivament minn jekk dawn l-għażliet jinsabux fl-att ta’ definizzjoni jew f’att separat,

hija interpretat b’mod żbaljat id-dritt Spanjol applikabbli,

ma rrikonoxxietx li d-“definizzjoni” tas-SIEĠ u l-“għoti” tas-SIEĠ lil impriża waħda jew iktar jistgħu jsiru f’atti separati,

ma rrikonoxxietx li d-“definizzjoni” tas-SIEĠ u l-“għoti” tas-SIEĠ ma jirrikjedux l-użu ta’ formula jew ta’ espressjoni konkreta iżda analiżi materjali u funzjonali,

hija ċaħdet l-applikabbiltà tal-Protokoll Nru 29 tat-TFUE u tat-TUE dwar is-sistema tax-xandir pubbliku fl-Istati Membri.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 (C23/10 (ex NN 36/10, ex CP 163/09)) implimentata mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati ('il barra minn Castilla-La Mancha) (ĠU L 217, p. 52).


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/19


Appell ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2016 mill-Comunidad Autónoma de Galicia u minn Redes de Telecomunicación Galegas Retegal, S.A. (Retegal) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-26 ta’ Novembru 2015 fil-Kawżi magħquda T-463/13 u T-464/13, Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-70/16 P)

(2016/C 118/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Comunidad Autónoma de Galicia u Redes de Telecomunicación Galegas Retegal, S.A. (Retegal) (rappreżentanti: F. J. García Martínez u B. Pérez Conde, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea u SES Astra

Talbiet

tiddikjara ammissibbli u fondati l-aggravji invokati,

tannulla s-sentenza tas-26 ta’ Novembru 2015, Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il-Kummissjoni, T-463/13 u T-464/13,

tiddeċiedi definittivament dwar ir-rikors għal annullament u tilqa’ t-talbiet tar-rikorrenti fl-ewwel istanza fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA.28599 [C23/2010 (ex NN36/2010, ex CP 163/2009)] mogħtija mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali televiżiv terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (minbarra Castilla-La Mancha) (1),

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju: żball ta’ liġi dwar l-assenza ta’ konsistenza tad-dispożittiv tas-sentenza appellata fir-rigward tal-konstatazzjoni ta’ żbalji li d-deċiżjoni kontenzjuża hija vvizzjata bihom, li huma kkritikati fir-raba’ aggravju u jikkonsistu f’li Retegal ġiet espressament ikklassifikata bħala benefiċjarja diretta ta’ għajnuna mill-Istat illegali u f’li kkwantifikat l-ammont li għandu jiġi rkuprat

Permezz ta’ dan l-aggravju, l-appellanti jenfasizzaw l-iżball evidenti mwettaq fis-sentenza appellata li, minn naħa, ma kkonstatatx, fid-dispożittiv, l-iżbalji li jinsabu fid-deċiżjoni kontenzjuża (premessi 193 u 194 tad-deċiżjoni) u kkritikati fir-rikors, dwar is-sitwazzjoni speċifika ta’ Galicia u, min-naħa l-oħra, espressament ikklassifikat lil Retegal bħala benefiċjarja diretta ta’ għajnuna mill-Istat illegali u kkwantifikat l-ammont li għandu jiġi rkuprat. Għalkemm is-sentenza appellata (punt 153) tannulla n-natura ġurudikament vinkolanti ta’ din il-klassifikazzjoni żbaljata ta’ Retegal bħala benefiċjarja diretta tal-għajnuna mill-Istat (punt 193) u tal-klassifikazzjoni żbaljata tal-ammont (punt 194) li l-irkupru tiegħu huwa obbligatorju (dispożittiv) skont id-deċiżjoni kontenzjuża, dak li l-appellanti jsostnu, il-Qorti Ġenerali ma tirriproduċix din il-konstatazzjoni espliċita fid-dispożittiv, anki jekk ir-rikors ippreżentat kien talab l-annullament ta’ dawn il-konstatazzjonijiet żbaljati li jinsabu fid-deċiżjoni kontenzjuża, li ġew korrettement u effettivament iddikjarati ġuridikament mhux vinkolanti. Għal raġunijiet ta’ koerenza interna bejn il-kunsiderazzjonijiet ta’ dritt u d-dispożittiv, għandu jintlaqa’ parzjalment l-appell, għal raġunijiet loġiċi ta’ ċertezza legali (sabiex jiġu evitati konflitti ulterjuri dwar l-interpretazzjoni tal-portata tad-deċiżjoni kontenzjuża waqt il-fażi ta’ rkupru, bħal f’dan il-każ).

It-tieni aggravju: żball ta’ liġi dwar il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, ibbażat fuq il-fatt li s-sentenza appellata qieset li l-kundizzjonijiet rikjesti sabiex l-attività inkwistjoni tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat kienu ssodisfatti

Permezz ta’ dan l-aggravju, l-appellanti jitolbu l-annullament tas-sentenza peress li fiha żball ta’ liġi li jikkonsisti f’li l-Qorti Ġenerali għamlet stħarriġ li ma jissodisfax il-kriterji stabbiliti fil-ġurisprudenza sabiex jiġi vverifikat jekk il-kundizzjonijiet kollha imposti sabiex l-intervent inkwistjoni tal-awtoritajiet pubbliċi ta’ Galicia jkun jista’ jiġi kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE kinux issodisfatti. Għalkemm il-Kummissjoni rrikonoxxiet matul il-proċeduri li hija ma kellhiex informazzjoni suffiċjenti, kredibbli u komprensiva dwar is-sitwazzjoni partikolari ta’ Galicia, u b’dan il-mod ikkonfermat l-iżball ta’ evalwazzjoni kkritikat mill-appellanti fir-rikors, fis-sentenza appellata b’mod żbaljat ġie deċiż li l-aġir inkwistjoni ta’ Galicia ma huwiex relatat mal-eżerċizzju ta’ prerogattivi ta’ setgħa pubblika (intervent pubbliku meħtieġ fil-każ ta’ konstatazzjoni ta’ nuqqas tas-suq fiż-Żona II sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jistgħu jkomplu jirċievu s-sinjal tat-televiżjoni wara li ma tibqax tintuża t-televiżjoni analoġika) iżda għandu natura ekonomika. Il-Qorti Ġenerali tasal għal din il-konklużjoni peress li naqset li tistħarreġ l-eżattezza materjali tal-fatti invokati mill-Kummissjoni, b’mod partikolari l-fatt li n-netwerk diġitali tal-amministrazzjonijiet komunali ma setax, u għadu sal-llum ma jistax, jintuża b’mod kummerċjali. Il-Qorti Ġenerali wettqet ukoll żball meta kkonfermat il-preżunzjoni tal-Kummissjoni li kien ikun possibbli li “tipprovdi servizzi oħra” distinti mis-“servizz ta’ sostenn ta’ TNT” permezz tal-infrastruttura ta’ sostenn li tappartjeni lill-amministrazzjoni komunali, u dan minkejja l-fatt li tali preżunzjoni ta’ użu kummerċjali hija materjalment u ġuridikament impossibbli.

Kieku sar stħarriġ sħiħ tal-elementi konkreti tat-tilwima, skont ir-rekwiżiti imposti mill-ġurisprudenza ċċitata, il-Qorti Ġenerali ma kinitx tasal għal tali konstatazzjoni peress li l-infrastruttura diġitali wara l-intervent inkwistjoni tal-awtoritajiet pubbliċi ta’ Galicia ma setgħetx tkun użata kummerċjalment, minħabba l-karatteristiċi tekniċi tagħha (sempliċi arblu u dar żgħira), il-livell tat-tagħmir (tagħmir TNT biss) u s-sistema legali applikabbli (regola nazzjonali li tippermetti biss lill-awtoritajiet lokali li jipprovdu s-servizz ta’ trażmissjoni tas-sinjal ta’ televiżjoni diġitali mingħajr kumpens finanzjarju), b’tali mod li kien impossibbli li jitqies li l-miżura taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE.

It-tielet aggravju: żball ta’ liġi li jikkonsisti fil-ksur tal-obbligu li tingħata motivazzjoni għas-sentenzi (Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali) u tal-Artikolu 107(1) TFUE minħabba li s-sentenza appellata evalwat b’mod żbaljat in-natura selettiva tal-għajnuna

Permezz ta’ dan l-aggravju, l-appellanti jenfasizzaw il-fatt li s-sentenza appellata (punt 85), fir-rigward tan-natura selettiva attribwita lill-miżura inkwistjoni, hija vvizzjata bl-istess nuqqas ta’ motivazzjoni u bi żball ta’ evalwazzjoni bħall-miżura kontenzjuża (premessa 113) sa fejn, mingħajr ma analizzat in-nuqqas u l-iżball ikkritikati fl-appell jew wieġbet għalihom, il-Qorti Ġenerali sempliċement ikkonfermat, mingħajr ma esprimiet b’mod ċar u mhux ekwivoku ir-raġunament tagħha, il-pożizzjoni tal-Kummissjoni fuq dan il-punt, u b’dan il-mod mhux biss talli ma osservatx id-dmir li tagħti motivi għas-sentenzi iżda talli ħalliet barra l-analiżi tal-paragunabbiltà neċessarja sabiex tevalwa jekk din l-għajnuna għandhiex jew le natura selettiva. Li kieku l-Qorti Ġenerali wettqet din l-analiżi obbligatorja, hija kienet tikkonstata li l-qagħda tal-amministrazzjonijiet komunali taż-Żona II fil-Galicia u dik ta’ “impriżi li jużaw teknoloġiji oħra” bħall-intervenjenti, ma huma bl-ebda mod paragunabbli, kemm mill-perspettiva fattwali jew minn dik ġuridika, peress li dawn l-“impriżi” l-oħra ma kinux jipprovdu (skont ir-rekwiżiti previsti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali: “mingħajr korrispettiv ekonomiku”) is-servizz ta’ trażmissjoni tas-sinjal ta’ televiżjoni diġitali liċ-ċittadini li jgħixu fiż-żona II fil-Galicia, u la kienu obbligati li jagħmlu dan, u lanqas ma kellhom l-intenzjoni.

Ir-raba’ aggravju: żball ta’ liġi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 14 u 106(2) TFUE, tal-Protokoll 26 tat-TFUE dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali u tal-ġurisprudenza relatata.

Dan l-aggravju huwa maqsum fi tliet partijiet, li jenfasizzaw il-ksur tal-Artikoli 14 u 106(2) TFUE, tal-Protokoll 26 tat-TFUE dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali u tal-ġurisprudenza relatata, sa fejn il-Qorti Ġenerali, fis-sentenza appellata, interpretat b’mod żbaljat id-dispożizzjonijiet tat-Trattat relatati mas-SIEĠ. L-ewwel parti hija bbażata fuq il-fatt li s-sentenza appellata kisret is-setgħa diskrezzjonali li l-Istati Membri għandhom li jiddefinixxu SIEĠ, billi tat interpretazzjoni, f’dan il-każ, li twassal li din is-setgħa diskrezzjonali tiġi injorata u żvojtjata mill-kotenut tagħha. L-att uffiċjali li jawtorizza l-intervent tal-awtoritajiet pubbliċi inkwistjoni kien jinkludi definizzjoni ċara u preċiża tal-missjoni ta’ servizz pubbliku u kien jissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti mill-ġurisprudenza sabiex jitqies li din kienet definizzjoni ta’ SIEĠ validament magħmula. It-tieni parti tenfasizza l-fatt li s-sentenza appellata ma evalwatx l-eżistenza ta’ żball manifest fid-definizzjoni tas-servizz pubbliku u ma kkonstatatx li d-definizzjoni mogħtija mill-awtoritajiet pubbliċi kienet manifestament żbaljata, minkejja li l-Qorti Ġenerali ikkonstatat li din kienet b’mod ċar attività li tista’ tiġi kklassifikata bħala SIEĠ fuq il-pjan materjali. Permezz tat-tielet parti, l-appellanti jinvokaw żbalji ta’ liġi mwettqa mill-Qorti Ġenerali meta interpretat b’mod żbaljat ir-regoli nazzjonali li wassluha sabiex tqis li ma kienx hemm definizzjoni ċara u preċiża tas-SIEĠ skont ir-rekwiżiti tas-sentenza Altmark (2).


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 [(C23/2010) (ex NN 36/2010, ex CP 163/2009)] implimentata mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati ('il barra minn Castilla-La Mancha) (ĠU 2014 L 217, p. 52).

(2)  Sentenza tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg, C-280/00, EU:C:2003:415.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/21


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2016 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-26 ta’ Novembru 2015 fil-Kawża T-461/13, Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-81/16 P)

(2016/C 118/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: A. Rubio González, aġent)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummisjoni Ewropea

Talbiet

tilqa’ l-appell u tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 fil-Kawża T-461/13, Spanja vs Il-Kummissjoni,

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE (1), tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 (C 23/10 (ex NN 36/10, ex CP 163/09)) implimentata mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati ('il barra minn Castilla-La Mancha)

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Żball ta’ liġi dwar il-kontroll tal-Istati Membri dwar id-definizzjoni u l-implementazzjoni ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali. Fir-rigward tal-ewwel rekwiżit stabbilit fis-sentenza Altmark (2), il-Qorti Ġenerali rrifjutat li tivverifika jekk il-Kummissjoni kinitx eżaminat, jew le, l-elementi kollha rilevanti sabiex tevalwa d-definizzjoni ta’ servizz pubbliku. Bl-istess mod, il-Qorti Ġenerali naqset li tivverifika jekk il-Kummissjoni kinitx eżaminat, jew le, l-elementi kollha rilevanti għall-evalwazzjoni tal-osservanza tar-raba’ rekwiżit stabbilit fis-sentenza Altmark. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali kisret il-marġni ta’ diskrezzjonali li l-Istat Membru għandu fl-organizzazzjoni tas-servizz pubbliku tiegħu.

Żball ta’ liġi dwar l-istħarriġ ġudizzjarju tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat. Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali astjeniet ruħha milli tistħarreġ l-eżattezza tal-fatti li fuqhom il-Kummissjoni bbażat l-analiżi tagħha. Għalhekk, is-sentenza injorat l-istħarriġ tal-affidabbiltà, tal-koerenza u tar-rilevanza tad-data użata mill-Kummissjoni. Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali ma stħarrġitx il-validità tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 217, p. 52.

(2)  Sentenza Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg, C-280/00, EU:C:2003:415.


Il-Qorti Ġenerali

4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2016 – Šumelj et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-546/13, T-108/14 u T-109/14) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni - Tħassir qabel l-adeżjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-ħolqien tal-professjoni ta’ uffiċjal pubbliku ta’ eżekuzzjoni - Dannu subit mill-persuni li ġew preċedentement maħtura uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ miżuri maħsuba sabiex jiġu osservati l-obbligi tal-adeżjoni - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Artikolu 36 tal-att ta’ adeżjoni”))

(2016/C 118/23)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Partijiet

Rikorrenti: Ante Šumelj (Zagreb, il-Kroazja), Dubravka Bašljan (Zagreb), Đurđica Crnčević (Sv. Ivan Zeline, il-Kroazja), Miroslav Lovreković (Križevaci, il-Kroazja) (Kawża T-546/13); Drago Burazer (Zagreb), Nikolina Nežić (Zagreb), Blaženka Bošnjak (Sv. Ivan Zeline), Bosiljka Grbašić (Križevaci, il-Kroazja), Tea Tončić (Pula, il-Kroazja), Milica Bjelić (Dubrovnik, il-Kroazja), Marijana Kruhoberec (Varaždin, il-Kroazja), (Kawża T-108/14); Davor Škugor (Sisak, il-Kroazja), Ivan Gerometa (Vrsar, il-Kroazja), Kristina Samardžić (Split, il-Kroazja), Sandra Cindrić (Karlovac, il-Kroazja), Sunčica Gložinić (Varaždin), Tomislav Polić (Kaštel Novi, il-Kroazja), u Vlatka Pižeta (Varaždin) (Kawża T-109/14) (rappreżentant: M. Krmek, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Ćutuk u G. Wils kif ukoll, fil-Kawżi T-546/13 u T-108/14, S. Ječmenica, aġenti)

Suġġett

Rikors għad danni maħsub sabiex jiġi riżarċit id-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-aġir illegali tal-Kummissjoni waqt is-segwitu tagħha tal-osservanza tal-impenji tal-adeżjoni mir-Repubblika tal-Kroazja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Ante Šumelj u r-rikorrenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 367, 14.12.2013.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2016 – Mederer vs UASI – Cadbury Netherlands International Holdings (Gummi Bear-Rings)

(Kawża T-210/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Komunità Ewropea - Trade mark figurattiva Gummi Bear-Rings - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti GUMMY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 118/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mederer GmbH (Fürth, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Sachs u O. Ruhl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: V. Melgar u H. Kunz, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cadbury Netherlands International Holdings BV (Breda, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Padial Martínez, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 225/2013-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Cadbury Netherlands International Holdings BV u Mederer GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mederer GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 245, 28.7.2014.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2016 – Bodson et vs BEI

(Kawża T-240/14 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Natura kuntrattwali tar-relazzjoni ta’ xogħol - Riforma tas-sistema ta’ remunerazzjonijiet u tal-progress tas-salarji tal-BEI - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żnaturament - Żbalji ta’ liġi”))

(2016/C 118/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Jean-Pierre Bodson (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Dalila Bundy (Cosnes-et-Romain, Franza), Didier Dulieu (Roussy-le-Village, Franza), Marie-Christel Heger (Nospelt, il-Lussemburgu), Evangelos Kourgias (Senningerberg, il-Lussemburgu), Manuel Sutil (Lussemburgu), Patrick Vanhoudt (Gonderange, il-Lussemburgu) u Henry von Blumenthal (Bergem, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: C. Gómez de la Cruz, T. Gilliams u G. Nuvoli, aġenti, assistiti minn P.-E. Partsch, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Frar 2014, Bodson et vs BEI (F-73/12, ĠabraSP, EU:F:2014:16), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

J-P. Bodson u l-appellanti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 223, 14.7.2014.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2016 – Bodson et vs BEI

(Kawża T-241/14 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Natura kuntrattwali tar-relazzjoni ta’ xogħol - Remunerazzjoni - Riforma tas-sistema ta’ primjums tal-BEI - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żnaturament - Żbalji ta’ liġi”))

(2016/C 118/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Jean-Pierre Bodson (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Dalila Bundy (Cosnes-et-Romain, Franza), Didier Dulieu (Roussy-le-Village, Franza), Marie-Christel Heger (Nospelt, il-Lussemburgu), Evangelos Kourgias (Senningerberg, il-Lussemburgu), Manuel Sutil (Lussemburgu), Patrick Vanhoudt (Gonderange, il-Lussemburgu) u Henry von Blumenthal (Bergem, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: C. Gómez de la Cruz, T. Gilliams u G. Nuvoli, aġenti, assistiti minn P.-E. Partsch, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Frar 2014, Bodson et vs BEI (F-83/12, ĠabraSP, EU:F:2014:15), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

J-P. Bodson u l-appellanti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 223, 14.7.2014.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Frar 2016 – FCC Aqualia vs UASI – Sociedad General de Aguas de Barcelona (AQUALOGY)

(Kawża T-402/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva AQUALOGY - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti AQUALIA u trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti aqualia - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2016/C 118/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: FCC Aqualia, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. de Oliveira Vaz Miranda de Sousa, N. González Alberto Rodríguez u C. Sueiras Villalobos, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: V. Melgar u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sociedad General de Aguas de Barcelona, SA (Barcelona, Spanja) rappreżentani: J. Grau Mora, C. Viola Zendrera u A. Torrente Tomás, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1209/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sociedad General de Aguas de Barcelona, SA u FCC Aqualia, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FCC Aqualia, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 261, 11.8.2014.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Frar 2016 – Coca-Cola vs UASI (Forma ta’ flixkun immewweġ mingħajr skanalaturi)

(Kawża T-411/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ flixkun immewweġ mingħajr skanalaturi - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2016/C 118/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Coca-Cola Company (Atlanta, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Stone, A. Dykes, solicitors, u S. Malynicz, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Geroulakos u A. Folliard Monguiral, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Marzu 2014 (Każ R 540/2013-2), dwar proċedura ta’ reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjanali li jikkonsisti mill-forma ta’ flixkun immewweġ bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

The Coca-Cola Company hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 25.8.2014.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2016 – Vidmar et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-507/14) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni - Tħassir qabel l-adeżjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-ħolqien tal-professjoni ta’ uffiċjal pubbliku ta’ eżekuzzjoni - Dannu subit mill-persuni li ġew preċedentement maħtura uffiċjali pubbliċi ta’ eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ miżuri maħsuba sabiex jiġu osservati l-obbligi tal-adeżjoni - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Artikolu 36 tal-att ta’ adeżjoni”))

(2016/C 118/29)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Partijiet

Rikorrenti: Vedran Vidmar (Zagreb, il-Kroazja) u l-21 rikorrent l-ieħor li isimhom huwa inkluż fl-anness tas-sentenza (rappreżentant: D. Graf, avukat), u Darko Graf (Zagreb) (rappreżentanti: D Graf, sussegwentement minn L. Duvnjak, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Ječmenica u G. Wils, aġenti)

Suġġett

Rikors għad danni maħsub sabiex jiġi riżarċit id-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-aġir illegali tal-Kummissjoni waqt is-segwitu tagħha tal-osservanza tal-impenji tal-adeżjoni mir-Repubblika tal-Kroazja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huma miċħud.

2)

Vedran Vidmar u Darko Graf kif ukoll u r-rikorrenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2016 – provima Warenhandels GmbH vs UASI Renfro (HOT SOX)

(Kawża T-543/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark verbali HOT SOX - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 118/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: provima Warenhandels GmbH (Bielefeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Prange u J.P. Croll, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Rajh, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Renfro Corp. (Mount Airy, l-Istati Uniti tal-Amerika) (rappreżentanti: C. Schenk, M. Best, U. Pfleghar u S. Schäffner, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Mejju 2014 (Każ R 1859/2013-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn provima Warenhandels GmbH u Renfro Corp.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

provima Warenhandels GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 339, 29.9.2014.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Frar 2016 – Musso vs Il-Parlament

(Kawżi Magħquda T-589/14 u T-772/14) (1)

((“Skema pekunjarja tal-membri tal-Parlament - Pensjoni tal-irtirar - Obbligu tal-membri tal-Parlament Franċiżi li jsostnu d-drittijiet tagħhom għall-pensjoni fi ħdan l-iskemi nazzjonali - Regoli ta’ kontra l-kumulazzjoni - Miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-membri tal-Parlament - Deċiżjoni adottata wara l-proċedura ta’ ilment - Nota ta’ debitu - Deċiżjoni ta’ sospensjoni tal-ħlas tal-pensjoni - Prinċipju ta’ kontradittorju - Terminu raġjonevoli - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2016/C 118/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: François Musso (Ajaccio, Franza) (rappreżentanti: A. Gross u L. Stachnik, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: G. Corstens u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-uffiċċju tal-Parlament tas-26 ta’ Ġunju 2014 dwar il-konferma tad-deċiżjoni tas-segretarju ġenerali tal-Parlament tas-17 ta’ Ottubru 2011 li permezz tagħha ġie stabbilit l-ammont mensili tad-drittijiet tal-pensjoni, b’kunsiderazzjoni tal-ammonti miġbura minn żewġ fondi tal-pensjoni Franċiżi, u ġie deċiż li kien hemm lok li jiġi rkuprat l-ammont ta’ EUR 127 065,19 u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-22 ta’ Settembru 2014.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

François Musso għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk tal-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 351, 6.10.2014.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Frar 2016 – Puma vs UASI – Sinda Poland (Rappreżentazzjoni ta’ annimal)

(Kawża T-692/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva li tirrappreżenta annimal - Trade marks internazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw puma - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 118/32)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sinda Poland Corporation Sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Siciarek, J. Rasiewicz u J. Mrozowski, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Lulju 2014 (Każ R 2214/2013-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Puma SE u Sinda Poland Corporation sp. z o.o.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-14 ta’ Lulju 2014 (Każ R 2214/2013-5) hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, nofs dawk ta’ Puma SE, inklużi l-ispejjeż indispensabbli esposti minn Puma għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.

3)

Sinda Poland Corporation sp. z o.o. hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, nofs dawk ta’ Puma, inklużi l-ispejjeż indispensabbli esposti minn Puma għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.


(1)  ĠU C 409, 17.11.2014.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta Frar 2016 – Consolidated Artists vs UASI – Body Cosmetics International (MANGO)

(Kawża T-761/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva MANGO - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2016/C 118/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Consolidated Artists BV (Amstelveen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: B. Corne, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Pétrequin u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Body Cosmetics International GmbH (Willich, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Müller-Mergenthaler, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI fit-8 ta’ Settembru 2014 (Każ R 2337/2013-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Body Cosmetics International GmbH u Consolidated Artists BV.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Consolidated Artists BV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 7, 12.1.2015.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Frar 2016 – Tayto Group vs UASI – MIP Metro (REAL HAND COOKED)

(Kawża T-816/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva REAL HAND COOKED - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti real QUALITY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Użu ħażin ta’ poter - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikoli 64, 75, 76 u 83 tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2016/C 118/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tayto Group Ltd (Corby, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 842/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG u Tayto Group Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tayto Group Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 56, 16.02.2015.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2016 – Ezz et vs Il-Kunsill

(Kawża T-279/13) (1)

((“Rikors għal annullament - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu - Miżuri meħuda kontra persuni responsabbli għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u kontra persuni u entitajiet assoċjati - Iffriżar ta’ fondi - Inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista tal-persuni kkonċernati - Bażi legali - Nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji għall-inklużjoni - Żball ta’ liġi - Żball ta’ fatt - Dritt għall-proprjetà - Ħsara għar-reputazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Obbligu ta’ motivazzjoni - Aġġustament tat-talbiet u tal-motivi - Lis alibi pendens - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”))

(2016/C 118/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ahmed Abdelaziz Ezz (Giza, l-Eġittu), Abla Mohammed Fawzi Ali Ahmed Salama (il-Kajr, l-Eġittu), Khadiga Ahmed Ahmed Kamel Yassin (Giza), u Shahinaz Abdel Azizabdel Wahab Al Naggar (Giza) (rappreżentanti: J. Binns, solicitor, J. Lewis, QC, B. Kennelly, J. Pobjoy, barristers, S. Rowe u J.-F. Bellis, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Gurov u M. Bishop, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK, tal-21 ta’ Marzu 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 76, p. 63), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/144/PESK, tal-21 ta’ Marzu 2013(ĠU L 82, p. 54), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011 “imġedded permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill innotifikata lir-rikorrenti b’ittra tat-22 ta’ Marzu 2013”, tal-21 ta’ Marzu 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 76, p. 4), sa fejn dawn l-atti japplikaw għar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ahmed Abdelaziz Ezz, Abla Mohammed Fawzi Ali Ahmed Salama, Khadiga Ahmed Ahmed Kamel Yassin u Shahinaz Abdel Azizabdel Wahab Al Naggar huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 207, 20.7.2013.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2016 – DEI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-639/14) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Ilmenti - Deċiżjonijiet ta’ ċaħda - Evalwazzjoni preliminari tal-Kummissjoni - Deċiżjoni finali - Tħassir tal-att ikkontestat - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2016/C 118/36)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: E. Bourtzalas, D. Waelbroeck, A. Oikonomou, C. Synodinos u E. Salaka, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u É. Gippini Fournier, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni COMP/E3/ON/AB/ark *2014/61460, tat-12 ta’ Ġunju 2014, li fiha l-Kummissjoni ċaħdet ilmenti mir-rikorrenti fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent ta’ Alouminion tis Ellados AE.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 395, 10.11.2014.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/32


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2016 – Ir-Repubblika tal-Litwanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-34/16)

(2016/C 118/37)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas, R. Krasuckaitė u T. Orlickas, li qed jaġixxu bħala aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2098, tat-13 ta’ Novembru 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (notifikata bid-dokument C(2015) 7716) sa fejn din id-deċiżjoni tipprevedi li tiġi applikata għal-Litwanja korrezzjoni finanzjarja ta’ EUR 1 113 589,65;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, applikat flimkien mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn, meta ddeċidiet li tapplika korrezzjoni b’rata fissa ta’ 5 %, il-Kummissjoni:

naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li d-dannu speċifiku u preċiż ikkawżat lill-Unjoni Ewropea ġie stabbilit minħabba l-ewwel u r-raba’ każijiet ta’ ksur ikkonstatati mill-Kummissjoni; għalhekk, fir-rigward ta’ dawn il-każijiet ta’ ksur, il-Kummissjoni messha stabbilixxiet biss korrezzjoni finanzjarja ta’ darba u ma messhiex ħadet inkunsiderazzjoni iktar dawn il-każijiet ta’ ksur flimkien ma’ każijiet ta’ ksur oħra meta fittxet li tistabbilixxi jekk kienx hemm riskju sinjifikattiv ta’ telf finanzjarju għall-Fond;

iddifferenzjat indebitament bejn każijiet ta’ ksur li kienu marbuta direttament u b’hekk ħolqot artifiċjalment allegat riskju sinjifikattiv għall-Fond;

iddeterminat b’mod żbaljat u ħadet inkunsiderazzjoni b’mod żbaljat, meta evalwat il-każijiet l-oħra ta’ ksur ikkonstatati minnha, il-portata tad-diskrepanza, in-natura tal-każijiet ta’ ksur u d-dannu finanzjarju kkawżat lill-Unjoni Ewropea;

applikat b’mod mhux xieraq korrezzjoni finanzjarja eċċessiva ta’ 5 % għall-2011 għaliex, meta jittieħdu inkunsiderazzjoni n-natura tal-każijiet ta’ ksur ikkonstatati mill-Kummissjoni u ċirkustanzi oħra, ir-riskju ta’ telf li jirriżulta minn dawn il-fatturi għall-Fond ma kienx sinjifikattiv;

applikat b’mod mhux xieraq korrezzjoni finanzjarja ta’ 5 % għall-2012 għaliex l-applikazzjoni tagħha hija prevista biss f’każijiet fejn jirriżulta li jkun hemm riskju sinjifikattiv ta’ telf għall-Fond, minkejja li l-verifiki mwettqa mir-Repubblika tal-Litwanja u l-informazzjoni pprovduta stabbilixxew li n-numru, il-portata u n-natura tad-diskrepanzi stabbiliti għall-2012 u r-riskju li rriżulta għall-Fond huma sinjifikattivament iktar baxxi meta mqabbla mad-diskrepanzi stabbiliti fl-2011; għaldaqstant, seta’ nħoloq biss riskju finanzjarju żgħir għall-Fond.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 41 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid, sa fejn il-Kummissjoni ma adottatx il-pożizzjoni li verifiki fuq il-post ta’ annimali ovini u bovini setgħu jseħħu f’mumenti differenti, bir-riżultat li dak il-ksur partikolari ma huwiex daqshekk sinjifikattiv daqskemm tindika l-Kummissjoni.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq allegat ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 296 TFUE, sa fejn, meta ddeċidiet li tapplika korrezzjoni b’rata fissa ta’ 5 %, il-Kummissjoni:

naqset milli tipprovdi motivazzjoni adegwata għal, u milli tissostanzja, il-każijiet ta’ ksur jew in-natura ta’ tali każijiet ta’ ksur u r-riskju li rriżulta għall-Fond;

ma pprovdietx raġunijiet għalfejn id-diskrepanzi stabbiliti fl-2011 u fl-2012 għall-finijiet li tiġi applikata l-korrezzjoni finanzjarja ta’ 5 % ġew evalwati flimkien minkejja li n-numru u n-natura tagħhom kienu kunsiderevolment differenti kull sena, u, fi kwalunkwe każ, ma pprovdiet ebda raġuni konvinċenti għalfejn għandha tiġi imposta korrezzjoni b’rata fissa uniformi ta’ 5 % għad-diskrepanzi stabbiliti fl-2012 u għal dawk stabbiliti fl-2011.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/34


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2016 – EEB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-38/16)

(2016/C 118/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Environmental Bureau (EEB) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: B. Kloostra, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2015 bir-referenza Ares (2015) 5212500 li tikkonferma d-deċiżjoni tagħha tal-14 ta’ Settembru 2015 bir-referenza Ares (2015) 3790389 fejn il-Kummissjoni ħadet deċiżjoni supplimentari fuq talba għal informazzjoni tat-3 ta’ Frar 2015, ippreżentata minn EEB; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegat żball manifest rigward id-determinazzjoni tas-suġġett tar-rikors inizjali u, konsegwentement, il-ksur tal-obbligu tal-Kummissjoni sabiex teżamina l-imsemmi rikors b’mod komplet u l-ksur tal-Artikoli 6(2), 7 u 8 tar-Regolament 1049/2001.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur allegat tad-dmir li jingħataw raġunijiet.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/34


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2016 – Cyprus Turkish Chamber of Industry et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-41/16)

(2016/C 118/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cyprus Turkish Chamber of Industry (Nikosija, Ċipru), Animal Breeders Association (Nikosija), Milk and Oil Products Production and Marketing Cooperative Ltd. (Nikosija), Süt Urünleri İmalatçulari Birliği Milk Processors Association (Nikosija) u Fatma Garanti (Güzelyurt, Ċipru) (rappreżentanti: B. O’Connor, Solicitor, S. Gubel u E. Bertolotto, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2015)5171539 tat-18 ta’ Novembru 2015 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares(2016)220922 tal-15 ta’ Jannar 2016 fir-rigward tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni relatati mal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ “ΧΑΛΛΟΥΜΙ” (HALLOUMI)/“HELLIM” (ΠΟΠ) (CY-PDO-0005-01243);

tiddikjara l-illegalità tal-Artikoli 49, 50, 51 u 52 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u l-inapplikabbiltà ta’ dawn l-artikoli fil-każ inkwistjoni, sa fejn dawn ma jipprevedux sistema li tiżgura r-rispett tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjonijiet ikkontestati tal-Kummissjoni huma illegali sa fejn dawn jeskludu lir-rikorrenti mill-proċedura għar-reġistrazzjoni ta’ Halloumi/Hellim bħala denominazzjoni ta’ oriġini protetta fl-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjonijiet ikkontestati tal-Kummissjoni huma illegali sa fejn dawn jiksru l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Artikoli 49, 50, 51 u 52 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (1) huma illegali u għandhom jiġu ddikjarati inapplikabbli sa fejn dawn ma jipprevedux sistema li tiżgura r-rispett tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti.


(1)  Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, p. 1).


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/35


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2016 – Chanel vs EUIPO – Li Jing Zhou u Golden Rose 999 (Rappreżentazzjoni ta’ ornament)

(Kawża T-57/16)

(2016/C 118/40)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Chanel SAS (Neuilly-sur-Seine, Franza) (rappreżentant: C. Sueiras Villalobos, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Li Jing Zhou (Fuenlabrada, Spanja) u Golden Rose 999 Srl (Ruma, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn ikkontestat: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn ikkontestat ikkonċernat: disinn Komunitarju rappreżentazzjoni ta’ ornament – Disinn Komunitarju Nru 1 689 027-0001

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-18 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 2346/2014-3

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara l-invalidità tad-disinn ikkontestat;

tikkundanna lill-EUIPO u lil kull parti li tista tintervjeni f’dawn il-proċedimenti insostenn tad-deċiżjoni kkontestata għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament Nru 6/2002.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/36


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2016 – Pumavs vs EUIPO – Doosan Infracore (PUMA)

(Kawża T-62/16)

(2016/C 118/41)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Doosan Infracore Co. Ltd (Incheon, il-Korea t’Isfel)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “PUMA” – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 11 376 209

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-4 ta’ Diċembru 2015, fil-Każ R 1052/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Doosan Infracore Co. Ltd. għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/37


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2016 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-18 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża F-82/12, De Nicola vs BEI

(Kawża T-71/16 P)

(2016/C 118/42)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Ferabecoli, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ dan l-appell u, permezz ta’ riforma parzjali tas-sentenza appellata, tannulla l-paragrafi 2 u 3 tad-dispożittiv kif ukoll il-punti 68 sa 75 tas-sentenza stess;

konsegwentement, tikkundanna lill-BEI għall-kumpens għad-danni subiti minn C. De Nicola, kif mitlub fir-rikors promotur jew, sussidjarjament, tirrinvijja l-kawża quddiem Awla oħra tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, diversament presedut, bil-għan li mill-ġdid tingħata deċiżjoni fuq il-punti annullati.

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliu (Imħallef uniku), tat-18 ta’ Diċembru 2015, De Nicola vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment (F-82/12).

L-aggravji u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-55/16 P, De Nicola vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment.

L-appellant jargumenta, b’mod partikolari, li t-talba għad-danni fil-Kawża F-82/12 tqieset b’mod żbaljat bħala ekwivalenti għat-talba għad-danni fil-Kawża F-55/08 u li ġiet ikkonstatata b’mod żbaljat l-eżistenza ta’ res judicata fir-rigward ta’ uħud mit-talb għal kumpens għad-danni.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/37


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2016 – BBY Solutions vs EUIPO – Worldwide Sales Corporation España (BEST BUY mobile)

(Kawża T-72/16)

(2016/C 118/43)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BBY Solutions, Inc. (Minneapolis, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Poulter, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Worldwide Sales Corporation España, SL (Sant Vicenç dels Horts, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “BEST BUY mobile” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 7 213 424

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Diċembru 2015 fil-Każ R 53/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tas-6 ta’ Novembru 2014 fl-Oppożizzjoni Nru B 1485 137;

taċċetta r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 007213424;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Il-Bord tal-Appel kiser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 billi evalwa b’mod żbaljat l-elementi dominanti u distintivi tat-trade marks;

Il-Bord tal-Appel kiser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 billi evalwa b’mod żbaljat l-impressjoni ġenerali mogħtija mit-trade marks;

Il-Bord tal-Appel kiser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 billi evalwa b’mod żbaljat l-identità tas-servizzi koperti mit-trade marks; u

Il-Bord tal-Appel kiser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 billi kkonkluda b’mod żbaljat li kienet teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark preċedenti tal-parti li qed topponi u dik tar-rikorrenti.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/38


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2016 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fit-18 ta’ Diċembru 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-37/12, De Nicola vs BEI

(Kawża T-73/16 P)

(2016/C 118/44)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Ferabecoli, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet

L-appellant jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ dan l-appell u, permezz ta’ bidla parzjali tas-sentenza appellata, tannulla l-punt 2 tad-dispożittiv kif ukoll il-punti 59-61, 63-69 u 71 tas-sentenza stess;

konsegwentement, tikkonstata l-fastidju implementat mill-BEI għad-dannu ta’ C. De Nicola, u tikkundanna lill-BEI għall-kumpens għad-dannu sostnut minn C. De Nicola jew, sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem awla oħra tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex, b’kulleġġ ġudikanti ġdid, tagħti deċiżjoni mill-ġdid dwar il-punti annullati. Dan wara t-twettiq tal-perizja medika mitluba;

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa ppreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef Uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015, De Nicola vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment (F-37/12).

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-70/16 P, De Nicola vs BEI.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/39


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2016 minn Carlo De Nicola mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-18 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża F-128/11, De Nicola vs BEI

(Kawża T-75/16 P)

(2016/C 118/45)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Ferabecoli, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet tal-appellant

tilqa’ dan l-appell u, billi tirriforma kompletament id-digriet appellat, tannulla l-punti 1 u 2 tad-dispożittiv u l-punti 1, 7 sa 25, 51 sa 52, 63 sa 76, 80, 84, 87 sa 88, 97 sa 98 u 101 sa 115 tad-digriet innifsu;

konsegwentement, tannulla l-atti kollha kkontestati u tikkundanna lill-BEI sabiex tikkumpensa lil Dr De Nicola għad-danni mġarrba, kif mitlub fit-talba għal rikors li beda l-proċedimenti jew, sussidjarjament, tirrinvija l-każ quddiem awla oħra tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, sabiex, b’formazzjoni differenti, tieħu deċiżjoni mill-ġdid dwar l-punti annullati;

tikkundanna lill-Bank Ewropew tal-Investiment sabiex ibati l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa ppreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015 De Nicola vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment (F-128/11).

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-55/16 P, De Nicola vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment.

L-appellant jenfasizza b’mod partikolari l-ammissibbiltà tat-talba għall-annullament tal-messaġġi tal-4 ta’ Lulju u tat-12 ta’ Awwissu 2011 kif ukoll tat-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-6 ta’ Settembru 2011, li tiċħad it-talba li tinbeda proċedura għal konċiljazzjoni.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/40


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2016 – Ikos vs EUIPO (AEGYPTISCHE ERDE)

(Kawża T-76/16)

(2016/C 118/46)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ikos GmbH (Lörrach, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Masberg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “AEGYPTISCHE ERDE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 027 239

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2015 fil-Każ R 1257/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tirreġistra t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/40


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2016 – Satour vs Il-Parlament

(Kawża T-78/16)

(2016/C 118/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sartour (Beveren, il-Belġju) (rappreżentant: M. Cherchi, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat.

Konsegwentement:

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament, li tinsab fl-ittra tat-18 ta’ Diċembru 2015, li biha dan informa lir-rikorrenti biċ-ċaħda tal-offerta li din kienet ippreżentat fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti Nru 06B40/2015/M073, għall-konċessjoni ta’ ikel mediterranju fil-bini Altiero Spinelli okkupat mill-Parlament Ewropew fi Brussell;

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament, li d-data tagħha ma hijiex magħrufa, li tagħti l-konċessjoni ta’ ikel mediterranju fil-bini Altiero Spinelli;

f’kull każ, tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju li jirregola l-kriterji ta’ għażla kwalitattiva tal-limiti minimi li għandhom jiġu pprovduti mill-fornituri fuq il-livell tad-dħul mill-bejgħ tagħhom, tal-prinċipju ta’ tqegħid f’kompetizzjoni u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza tal-kandidati.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ motivazzjoni tal-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ ugwaljanza u tal-ftuh tal-kuntratti pubbliċi, fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq it-trattament ugwali tal-kandidati u fuq l-osservanza tal-kompetizzjoni ħielsa bejn il-kandidati.


4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/41


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2016 – Vereniging Gelijkberechtiging Grondbezitters et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-79/16)

(2016/C 118/48)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Vereniging Gelijkberechtiging Grondbezitters (Hoenderloo, il-Pajjiżi l-Baxxi) u 21 rikorrent ieħor (rappreżentanti: H. Viaene, D. Gillet u T. Ruys, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors għal annullament ammissibbli;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ Settembru 2015, dwar għajnuna mill-Istat preżunta illegali rigward l-akkwist issussidjat jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni bla ħlas ta’ żona naturali [Għajnuna mill-Istat SA.27301 (2015/NN) – il-Pajjiżi l-Baxxi] kif ukoll iċ-ċaħda impliċita tal-ilment tal-Vereniging Gelijkberechtiging Grondbezitters;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet proċedurali previsti fl-Artikolu 108(2) TFUE. Il-Kummissjoni ma setgħetx tkun fil-pożizzjoni, fi tmiem l-investigazzjoni preliminari, li tiddikjara b’ċertezza suffiċjenti l-ammissibbiltà tal-għajnuna, u dan minħabba l-aspetti li ġejjin:

tul eċċezzjonalment twil tal-investigazzjoni preliminari;

korrispondenza frekwenti bejn il-partijiet ikkonċernati matul l-investigazzjoni preliminari;

il-fatt li l-miżuri ta’ għajnuna approvati permezz tad-deċiżjoni ġew issostitwiti b’miżuri ta’ għajnuna oħra matul l-investigazzjoni preliminari;

il-kontenut tal-miżuri ta’ għajnuna l-ġodda li ġew approvati mill-Kummissjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali

Il-Kummissjoni kisret il-prinċipji ta’ nuqqas ta’ retroattività u ta’ ċertezza legali minħabba li applikat il-qafas tal-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizzi pubbliċi (1), fis-seħħ mill-31 ta’ Jannar 2012, għal skema ta’ għajnuna li ma kinitx baqgħet tiġi applikata sa mill-2011 u li diġà kienet issostitwita bi skema ġdida, approvata mill-Kummissjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni fl-applikazzjoni tal-qafas.

Il-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ mandat tas-servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali, b’mod partikolari fir-rigward tat-tul tal-mandat. Barra minn hekk, hija wettqet ukoll żbalji manifesti fl-analiżi tal-ammont tal-kumpens u kisret l-obbligu li żżomm kontijiet separati.

Waqt il-verifika tal-eżistenza tal-mandat mitlub tas-servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali, hija ma eżaminatx jekk il-mandat kienx jeżisti għall-allokazzjoni ta’ art. Minbarra dan, il-Kummissjoni lanqas ma eżaminat il-garanziji intiżi sabiex jipprevjenu kumpens żejjed fit-trasferiment ta’ art bla ħlas.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 106(2) TFUE

It-trasferimenti bla ħlas u s-sussidji għal akkwist huma manifestament inutli u mhux xierqa sabiex jintlaħaq l-għan intiż ta’ protezzjoni tan-natura.

Il-fatt li l-miżuri ta’ għajnuna ġew miftuħa biss għal 13-il organizzazzjoni ta’ amministrazzjoni tal-artijiet ma huwa bl-ebda mod neċessarju jew iġġustifikat sabiex jippermetti l-obbligu ta’ servizz pubbliku marbut mal-protezzjoni tan-natura.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE, tal-20 ta’ Diċembru 2011, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7 2012, p. 3) u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku (2011) (ĠU 2012, C 8, p. 15).


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

4.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/43


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-24 ta’ Frar 2016 – Labiri vs CESE

(Kawża F-33/15) (1)

(2016/C 118/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

L-Imħallef uniku ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 178, 01/06/2015, p. 25.