ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 68

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
22 ta' Frar 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2016/C 068/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2016/C 068/02

Kawża C-454/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance francophone de Bruxelles – il-Belġju) – Proximus SA, li kienet Belgacom SA vs Commune d’Etterbeek (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/20/KE — Artikoli 12 u 13 — Ħlasijiet amministrattivi — Tariffi għad-drittijiet ta’ użu u drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet — Kamp ta’ applikazzjoni — Leġiżlazzjoni komunali — Taxxa fuq l-antenni għat-telefon mobbli)

2

2016/C 068/03

Kawża C-517/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Namur – il-Belġju) – Proximus SA, li kienet Belgacom SA, li tieħu l-istanza ppreżentata minn Belgacom Mobile SA vs Province de Namur (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 97/13/KE — Artikoli 4 u 11 — Direttiva 2002/20/KE — Artikolu 6 — Kundizzjonijiet stipulati mal-awtorizzazzjoni ġenerali u d-drittijiet ta’ użu għall-frekwenzi tar-radju u għan-numri, u obbligi speċifiċi — Artikolu 13 — Tariffi għad-drittijiet ta’ użu u drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet — Kamp ta’ applikazzjoni — Leġiżlazzjoni provinċjali — Taxxa fuq il-piluni u/jew unitajiet li jittrażmettu u jirċievu tan-netwerk tat-telefon mobbli)

3

2016/C 068/04

Kawżi Magħquda C-25/14 u C-26/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Union des syndicats de l’immobilier (UNIS) vs Ministre du travail, de l’emploi, de la formation professionnelle et du dialogue social, Syndicat national des résidences de tourisme (SNRT) et (C-25/14), Beaudout Père et Fils SARL vs Ministre du Travail, de l’Emploi et de la Formation professionnelle et du Dialogue social, Confédération nationale de la boulangerie et boulangerie-pâtisserie française, Fédération générale agro-alimentaire – CFDT et (C-26/14) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 56 TFUE — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni — Obbligu ta’ trasparenza — Kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-obbligu — Ftehimiet kollettivi nazzjonali — Sistema ta’ sigurtà soċjali kumplimentari għas-sistema ġenerali — Nomina ta’ organu ta’ assigurazzjoni inkarigat bit-tmexxija ta’ din is-sistema mill-imsieħba soċjali — Estensjoni ta’ din is-sistema lill-impjegati u lill-persuni li jimpjegaw kollha tal-qasam tal-attività kkonċernata mid-digriet ministerjali — Limitazzjoni tal-effetti fiż-żmien ta’ deċiżjoni preliminari tal-Qorti tal-Ġustizzja)

3

2016/C 068/05

Kawżi magħquda C-132/14 sa C-136/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Diċembru 2015 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea [Rikors għal annullament — Regolament (UE) Nru 1385/2013 — Direttiva 2013/62/UE — Direttiva 2013/64/UE — Bażi legali — Artikolu 349 TFUE — Reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea — Emenda tal-istatus tal-Mayotte fir-rigward tal-Unjoni Ewropea]

4

2016/C 068/06

Kawża C-157/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Neptune Distribution SNC vs Ministre de l’Économie et des Finances [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 1924/2006 — Direttiva 2009/54/KE — Artikoli 11(1) u 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Protezzjoni tal-konsumatur — Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa — Ilmijiet minerali naturali — Kontenut ta’ sodju jew ta’ melħ — Kalkolu — Klorur tas-sodju (melħ tal-mejda) jew kwantità totali ta’ sodju — Libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni — Libertà ta’ intrapriża]

5

2016/C 068/07

Kawża C-180/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-23 ta’ Diċembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2003/88/KE — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Mistrie fil-ġimgħa — Ħin massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa)

6

2016/C 068/08

Kawża C-239/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal du travail de Liège – il-Belġju) – Abdoulaye Amadou Tall vs Centre public d’action sociale de Huy [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Direttiva 2005/85/KE — Standards minimi għall-proċeduri għall-għoti u għall-irtirar tal-istatus ta’ refuġjat fl-Istati Membri — Artikolu 39 — Dritt għal rimedju effettiv — Applikazzjonijiet multipli għall-ażil — Effett mhux sospensiv tar-rimedju eżerċitat kontra deċiżjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti li ma tkomplix bl-eżami ta’ applikazzjoni sussegwenti għall-ażil — Protezzjoni soċjali — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 19(2) — Artikolu 47]

6

2016/C 068/09

Kawżi Magħquda C-250/14 u C-289/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Diċembru 2015 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Air France-KLM, li qabel kienet Air France (C-250/14), Hop!-Brit Air SAS, li qabel kienet Brit Air (C-289/14) vs Ministère des Finances et des Comptes publics (Taxxa fuq il-valur miżjud — Fatt taxxabbli u eżiġibbiltà — Trasport bl-ajru — Biljett mixtri iżda mhux użat — Eżekuzzjoni tas-servizz ta’ trasport — Ħruġ tal-biljett — Mument tal-ħlas tat-taxxa)

7

2016/C 068/10

Kawża C-293/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Gebhart Hiebler vs Walter Schlagbauer (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2006/123/KE — Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae — Attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-eżerċizzju tal-awtorità pubblika — Professjoni ta’ kennies taċ-ċmieni — Kompiti li jaqgħu taħt il-prevenzjoni tan-nirien — Limitazzjoni territorjali tal-liċenzja għall-eżerċizzju tal-professjoni — Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali — Neċessità — Proporzjonalità)

8

2016/C 068/11

Kawża C-297/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-23 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Rüdiger Hobohm vs Benedikt Kampik Ltd & Co. KG, Benedikt Aloysius Kampik, Mar Mediterraneo Werbe- und Vertriebsgesellschaft für Immobilien SL (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ kuntratti konklużi mill-konsumaturi — Artikoli 15(1)(ċ) u 16(1) — Kunċett ta’ attività kummerċjali mmexxija għal [diretta lejn] l-Istat Membru tad-domiċilju tal-konsumatur — Kuntratt ta’ ġestjoni tan-negozju li jservi sabiex jintlaħaq l-għan ekonomiku mfittex permezz ta’ kuntratt ta’ senserija konkluż preċedentement fl-eżerċizzju ta’ attività kummerċjali jew professjonali mmexxija għal [diretta lejn] l-Istat Membru tad-domiċilju tal-konsumatur — Rabta mill-qrib)

9

2016/C 068/12

Kawża C-300/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen – Il-Belġju)– Imtech Marine Belgium NV vs Radio Hellenic SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 805/2004 — Titolu Eżekuttiv Ewropew għal talbiet mhux kontestati — Kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni — Drittijiet tad-debitur — Eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni)

9

2016/C 068/13

Kawża C-330/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Gyulai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Gergely Szemerey vs Miniszterelnökséget vezető miniszter, aventi kawża tal-Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika Agrikola Komuni — Miżuri ta’ sostenn għall-iżvilupp rurali — Pagamenti agroambjentali — Regolament (KE) Nru 1122/2009 — Artikoli 23 u 58 — Regolament (KE) Nru 1698/2005 — Regolament (KE) Nru 1975/2006 — Għajnuna għall-koltivazzjoni ta’ speċi ta’ pjanta rari — Applikazzjoni għal pagament — Kontenut — Rekwiżit ta’ ċertifikat — Sanzjonijiet f’nuqqas ta’ tressiq

10

2016/C 068/14

Kawża C-333/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Session (Scotland) – ir-Renju Unit) – Scotch Whisky Association e.a. vs The Lord Advocate, The Advocate General for Scotland (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli — Regolament (UE) Nru 1308/2013 — Moviment liberu tal-merkanzija — Artikolu 34 TFUE — Restrizzjonijiet kwantitattivi — Miżuri li għandhom effett ekwivalenti — Prezz minimu tax-xarbiet alkoħoliċi kkalkulat abbażi tal-kwantità ta’ alkoħol fil-prodott — Ġustifikazzjoni — Artikolu 36 TFUE — Protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni — Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali)

11

2016/C 068/15

Kawża C-342/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – X-Steuerberatungsgesellschaft vs Finanzamt Hannover-Nord [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali — Direttiva 2005/36/KE — Artikolu 5 — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Direttiva 2006/123/KE — Artikoli 16 u 17(6) — Artikolu 56 TFUE — Kumpannija ta’ konsulenza fiskali stabbilita fi Stat Membru u li tipprovdi servizzi fi Stat Membru ieħor — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirrikjedi r-reġistrazzjoni u r-rikonoxximent tal-kumpanniji ta’ konsulenza fiskali]

12

2016/C 068/16

Kawża C-371/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja) – APEX GmbH Internationale Spedition vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika kummerċjali — Dumping — Lajters tal-but, taż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew — Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Artikolu 11(2) — Skadenza — Artikolu 13 — Evażjoni — Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 260/2013 — Validità — Estensjoni tad-dazju antidumping f’data li fiha r-regolament li stabbilixxih ma għadux fis-seħħ — Bidla fix-xejra tal-kummerċ

13

2016/C 068/17

Kawża C-388/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Finanzgericht Köln – il-Ġermanja) – Timac Agro Deutschland GmbH vs Finanzamt Sankt Augustin (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kumpanniji — Libertà ta’ stabbiliment — Stabbiliment permanenti mhux residenti — Prevenzjoni tat-taxxa doppja bl-eżenzjoni tad-dħul tal-istabbiliment permanenti mhux residenti — Teħid inkunsiderazzjoni tat-telf sostnut minn tali stabbiliment permanenti — Tintegra mill-ġdid it-telf imnaqqas preċedentement f’każ ta’ trasferiment tal-istabbiliment mhux residenti — Telf definittiv)

14

2016/C 068/18

Kawża C-402/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Dioikitiko Efeteio Athinon – il-Greċja) – Viamar – Elliniki Aftokiniton kai Genikon Epicheiriseon AE vs Elliniko Dimosio (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-merkanzija — Dispożizzjonijiet fiskali — Taxxi interni — Dazji doganali ta’ natura fiskali — Taxxi li għandhom effett ekwivalenti — Formalitajiet marbuta mal-qsim tal-fruntieri — Artikolu 30 TFUE — Artikolu 110 TFUE — Direttiva 92/12/KEE — Artikolu 3(3) — Direttiva 2008/118/KE — Artikolu 1(3) — Assenza ta’ traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali — Effett dirett — Ġbir ta’ taxxa fuq il-vetturi bil-mutur fil-mument tal-importazzjoni tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru — Taxxa marbuta mar-reġistrazzjoni u mat-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni eventwali tal-vettura — Rifjut ta’ rimbors tat-taxxa fil-każ ta’ assenza ta’ reġistrazzjoni tal-vettura)

15

2016/C 068/19

Kawża C-407/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 1 de Córdoba – Spanja) – María Auxiliadora Arjona Camacho vs Securitas Seguridad España SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2006/54/KE — Ugwaljanza fit-trattament tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol — Tkeċċija diskriminatorja — Artikolu 18 — Kumpens jew riparazzjoni għad-dannu sostnut effettivament — Natura dissważiva — Artikolu 25 — Sanzjonijiet — Danni punittivi)

15

2016/C 068/20

Kawża C-419/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – WebMindLicenses kft vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Kiemelt Adó- és Vám Főigazgatóság Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 2, 24, 43, 250 u 273 — Post tal-provvista ta’ servizzi pprovduta elettronikament — Iffissar artifiċjali ta’ dan il-post permezz ta’ arranġament li ma jirriflettix ir-realtà ekonomika — Abbuż ta’ dritt — Regolament (UE) Nru 904/2010 — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikoli 7, 8, 41, 47, 48, 51(1), 52(1) u (3) — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal smigħ — Użu mill-amministrazzjoni fiskali ta’ provi miksuba fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali paralleli li għadhom ma ġewx konklużi mingħajr il-konoxxenza tal-persuna taxxabbli — Interċezzjoni ta’ telekomunikazzjonijiet u konfiska ta’ posta elettronika

16

2016/C 068/21

Kawża C-595/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Diċembru 2015 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Sostituzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata fil-mori tal-kawża — Suġġett tar-rikors — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Sustanza psikoattiva ġdida suġġetta għal miżuri ta’ kontroll — Kuntest ġuridiku applikabbli wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona — Dispożizzjonijiet tranżitorji — Konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew)

18

2016/C 068/22

Kawża C-605/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus – il-Finlandja) – Virpi Komu, Hanna Ruotsalainen, Ritva Komu vs Pekka Komu, Jelena Komu (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Kamp ta’ applikazzjoni — Ġurisdizzjoni esklużiva — Artikolu 22(1) — Kawża fil-qasam tad-drittijiet fuq proprjetà immobbli in rem — Kunċett — Talba għal ħall permezz tal-bejgħ ta’ komunjoni pro indiviso ta’ proprjetajiet immobbli)

18

2016/C 068/23

Kawża C-58/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof – il-Ġermanja – Firma Theodor Pfister vs Landkreis Main-Spessart (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Spezzjonijiet sanitarji — Kontrolli uffiċjali fuq għalf u ikel — Finanzjament tal-kontrolli — Spejjeż tal-ispezzjoni marbuta mal-operazzjonijiet tal-qatla — Regolament (KE) Nru 882/2004 — Direttiva 85/73/KEE — Possibbiltà li jiġi impost ammont li jkopri l-ispiża reali tal-ispejjeż ta’ spezzjoni, superjuri għall-ammont tat-tariffi stabbiliti minn din id-direttiva)

19

2016/C 068/24

Kawża C-580/14: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Sandra Bitter, bħala amministratur fil-proċeduri ta’ insolvenza ta’ Ziegelwerk Höxter GmbH vs Bundesrepublik Deutschland Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra — Multa għall-eċċess tal-emissjonijiet — Proporzjonalità

19

2016/C 068/25

Kawża C-352/15 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2015 minn Edward Guja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-14 ta’ April 2015 fil-Kawża T-823/14, Guja vs Il-Polonja

20

2016/C 068/26

Kawża C-357/15: Rikors ippreżentat fl-10 ta Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Is-Slovenja

20

2016/C 068/27

Kawża C-614/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Craiova (ir-Rumanija) fl-20 ta’ Novembru 2015 – Rodica Popescu vs Direcția Sanitar Veterinară și pentru Siguranța Alimentelor Gorj

21

2016/C 068/28

Kawża C-631/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo de Oviedo (Spanja) fis-27 ta’ Novembru 2015 – Carlos Álvarez Santirso vs Consejería de Educación, Cultura y Deporte del Principado de Asturias

21

2016/C 068/29

Kawża C-632/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casație și Justiție (ir-Rumanija) fit-30 ta’ Novembru 2015 – Costin Popescu vs Guvernul României, Ministerul Afacerilor Interne, Direcția Regim Permise de Conducere și Înmatriculare a Vehiculelor, Direcția Rutieră, Serviciul Public Comunitar Regim Permise de Conducere și Înmatriculare a Vehiculelor

22

2016/C 068/30

Kawża C-642/15 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2015 minn Toni Klement mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-24 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-211/14, Toni Klement vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

22

2016/C 068/31

Kawża C-668/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fl-14 ta’ Diċembru 2015 – Jyske Finans A/S vs Ligebehandlingsnævnet, li qed jaġixxi għal Ismar Huskic

23

2016/C 068/32

Kawża C-687/15: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

24

 

Il-Qorti Ġenerali

2016/C 068/33

Kawża T-512/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2015 – Front Polisario vs Il-Kunsill (Relazzjonijiet barranin — Ftehim taħt forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni u l-Marokk — Liberalizzazzjoni reċiproka fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd — Applikazzjoni tal-Ftehim għas-Saħara tal-Punent — Front Polisario — Rikors għal annullament — Locus standi — Interess dirett u individwali — Ammissibbiltà — Konformità mad-dritt internazzjonali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża)

26

2016/C 068/34

Kawża T-379/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Universal Music vs UASI – Yello Strom (Yellow Lounge) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

26

2016/C 068/35

Kawża T-534/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Murnauer Markenvertrieb vs UASI – Bach Flower Remedies (MURNAUERS Bachblüten) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtirar tal-opożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

27

2016/C 068/36

Kawża T-850/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2015 – CompuGroup Medical vs UASI – Schatteiner (SAM) (Rikors għal annullament — Trade mark Komunitarja — Terminu tar-rikors — Punt ta’ tluq — Notifika tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell fuq is-sit elettroniku tal-UASI tar-rappreżentant tar-rikorrenti — Tardività — Assenza ta’ forza maġġuri jew ta’ każ fortuwitu — Inammissibbiltà manifesta)

28

2016/C 068/37

Kawża T-357/15 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Garcia Miniguez vs Il-Kummissjoni [Appell — Servizz pubbliku — Reklutaġġ — Ckompetizzjoni interna tal-Kummissjoni miftuħa għal membri tal-persunal temporanji tal-istituzzjoni — Nuqqas ta’ ammissjoni tal-membru tal-persunal temporanju ta’ aġenzija eżekuttiva — Artikolu 29(1)(b) tar-Regolamenti tal-Persunal — Ugwaljanza fit-trattament — Appell manifestament infondat fid-dritt]

28

2016/C 068/38

Kawża T-627/15: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2015 – Frame vs UASI – Bianca-Moden (BIANCALUNA)

29

2016/C 068/39

Kawża T-702/15: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2015 – BikeWorld vs Il-Kummissjoni

30

2016/C 068/40

Kawża T-704/15: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2015 – Micula et vs Il-Kummissjoni

30

2016/C 068/41

Kawża T-721/15: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2015 – BASF vs UASI – Evonik Industries (DINCH)

32

2016/C 068/42

Kawża T-724/15: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2015 – Verband der Bayerischen Privaten Milchwirtschaft vs Il-Kummissjoni

33

2016/C 068/43

Kawża T-725/15: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2015 – Chemutra Netherlands vs EFSA

33

2016/C 068/44

Kawża T-731/15: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2015 – Kluyev vs Il-Kunsill

34

2016/C 068/45

Kawża T-733/15: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2015 – Ir-Repubblika Portugiża vs Il-Kummissjoni

35

2016/C 068/46

Kawża T-734/15 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis-6 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża F-119/14, FE vs Il-Kummissjoni

36

2016/C 068/47

Kawża T-735/15: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2015 – The Art Company B & S vs UASI – Manifatture Daddato u Laurora (SHOP ART)

37

2016/C 068/48

Kawża T-741/15: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2015 – British Aggregates et vs Il-Kummissjoni

38

2016/C 068/49

Kawża T-749/15: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Nausicaa Anadyomène u Banque d’Escompte vs BĊE

39

2016/C 068/50

Kawża T-751/15: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Contact Software vs Il-Kummissjoni

39

2016/C 068/51

Kawża T-752/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2015 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïkí Dynamikí vs Il-Kummissjoni

40

2016/C 068/52

Kawża T-757/15: Rikors ippreżentat fi 22 ta’ Diċembru 2015 – Facebook vs UASI – Brand IP Licensing (lovebook)

41

2016/C 068/53

Kawża T-758/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2015 – EDF Toruń vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

42

2016/C 068/54

Kawża T-761/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2015 – Sogepa vs Il-Kummissjoni

43

2016/C 068/55

Kawża T-764/15: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2015 – Deutsche Lufthansa vs Il-Kummissjoni

43

2016/C 068/56

Kawża T-765/15: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2015 – BelTechExport vs Il-Kunsill

44

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2016/C 068/57

Kawża F-143/15: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2015 – ZZ vs Il-Parlament

45

2016/C 068/58

Kawża F-146/15: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2015 – ZZ vs Il-Parlament

45

2016/C 068/59

Kawża F-147/15: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2015 – ZZ vs Il-Parlament

46

2016/C 068/60

Kawża F-149/15: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

46

2016/C 068/61

Kawża F-108/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-12 ta’ Jannar 2016 – Vermoesen u Herkens vs Il-Kummissjoni

47


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2016/C 068/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 59, 15.2.2016

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 48, 8.2.2016

ĠU C 38, 1.2.2016

ĠU C 27, 25.1.2016

ĠU C 16, 18.1.2016

ĠU C 7, 11.1.2016

ĠU C 429, 21.12.2015

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance francophone de Bruxelles – il-Belġju) – Proximus SA, li kienet Belgacom SA vs Commune d’Etterbeek

(Kawża C-454/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/20/KE - Artikoli 12 u 13 - Ħlasijiet amministrattivi - Tariffi għad-drittijiet ta’ użu u drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet - Kamp ta’ applikazzjoni - Leġiżlazzjoni komunali - Taxxa fuq l-antenni għat-telefon mobbli))

(2016/C 068/02)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance francophone de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Proximus SA, li kienet Belgacom SA

Konvenuta: Commune d'Etterbeek

Dispożittiv

L-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “ta’ Awtorizzazzjoni”) għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tkun imposta fuq kull persuna fiżika jew ġuridika li hija proprjetarja ta’ dritt reali jew dritt ta’ sfruttament fuq antenna għat-telefon mobbli.


(1)  ĠU C 313, 26.10.2013.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Namur – il-Belġju) – Proximus SA, li kienet Belgacom SA, li tieħu l-istanza ppreżentata minn Belgacom Mobile SA vs Province de Namur

(Kawża C-517/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 97/13/KE - Artikoli 4 u 11 - Direttiva 2002/20/KE - Artikolu 6 - Kundizzjonijiet stipulati mal-awtorizzazzjoni ġenerali u d-drittijiet ta’ użu għall-frekwenzi tar-radju u għan-numri, u obbligi speċifiċi - Artikolu 13 - Tariffi għad-drittijiet ta’ użu u drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet - Kamp ta’ applikazzjoni - Leġiżlazzjoni provinċjali - Taxxa fuq il-piluni u/jew unitajiet li jittrażmettu u jirċievu tan-netwerk tat-telefon mobbli))

(2016/C 068/03)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Namur

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Proximus SA, li kienet Belgacom SA, li tieħu l-istanza ppreżentata minn Belgacom Mobile SA

Konvenut: Province de Namur

Dispożittiv

L-Artikoli 6 u 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “ta’ Awtorizzazzjoni”) għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tkun imposta fuq persuna fiżika jew ġuridika li tuża’ l-pilun u/jew l-unità li jittrażmetti u jirċievi tan-netwerk tat-telefon mobbli.


(1)  ĠU C 352, 30.11.2013.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Union des syndicats de l’immobilier (UNIS) vs Ministre du travail, de l’emploi, de la formation professionnelle et du dialogue social, Syndicat national des résidences de tourisme (SNRT) et (C-25/14), Beaudout Père et Fils SARL vs Ministre du Travail, de l’Emploi et de la Formation professionnelle et du Dialogue social, Confédération nationale de la boulangerie et boulangerie-pâtisserie française, Fédération générale agro-alimentaire – CFDT et (C-26/14)

(Kawżi Magħquda C-25/14 u C-26/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni - Obbligu ta’ trasparenza - Kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-obbligu - Ftehimiet kollettivi nazzjonali - Sistema ta’ sigurtà soċjali kumplimentari għas-sistema ġenerali - Nomina ta’ organu ta’ assigurazzjoni inkarigat bit-tmexxija ta’ din is-sistema mill-imsieħba soċjali - Estensjoni ta’ din is-sistema lill-impjegati u lill-persuni li jimpjegaw kollha tal-qasam tal-attività kkonċernata mid-digriet ministerjali - Limitazzjoni tal-effetti fiż-żmien ta’ deċiżjoni preliminari tal-Qorti tal-Ġustizzja))

(2016/C 068/04)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Union des syndicats de l’immobilier (UNIS) (C-25/14), Beaudout Père et Fils SARL (C-26/14)

Konvenuti: Ministre du travail, de l’emploi, de la formation professionnelle et du dialogue social, Syndicat national des résidences de tourisme (SNRT) et (C-25/14), Ministre du Travail, de l’Emploi et de la Formation professionnelle et du Dialogue social, Confédération nationale de la boulangerie et boulangerie-pâtisserie française, Fédération générale agro-alimentaire – CFDT et (C-26/14)

Dispożittiv

L-obbligu ta’ trasparenza, li jirriżulta mill-Artikolu 56 TFUE, jipprekludi l-estensjoni, minn Stat Membru, għall-persuni li jimpjegaw u għall-ħaddiema kollha ta’ qasam ta’ attività, ta’ ftehim kollettiv, konkluż mill-organi li jirrappreżentaw lill-persuni li jimpjegaw u lill-ħaddiema għal qasam ta’ attività, li jikkonferixxi lil operatur uniku, magħżul mill-imsieħba soċjali, l-amministrazzjoni ta’ sistema ta’ sigurtà soċjali kumplimentari obbligatorja stabbilita favur il-ħaddiema, mingħajr ma l-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi reklamar xieraq li jippermetti lill-awtorità pubblika kompetenti li tieħu inkunsiderazzjoni b’mod sħiħ l-informazzjoni ppreżentata, fir-rigward tal-eżistenza ta’ offerta iktar vantaġġuża.

L-effetti ta’ din is-sentenza ma għandhomx jikkonċernaw lill-ftehimiet kollettivi li jinnominaw lil organu uniku għall-amministrazzjoni ta’ sistema ta’ sigurtà soċjali kumplimentari li saru obbligatorji permezz ta’ awtorità pubblika għall-persuni li jimpjegaw u għall-impjegati kollha ta’ qasam ta’ attività qabel id-data tal-pronunzja ta’ din is-sentenza, mingħajr preġudizzju għar-rikorsi ġudizzjarji ppreżentati qabel din id-data.


(1)  ĠU C 85, 22.03.2014.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Diċembru 2015 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawżi magħquda C-132/14 sa C-136/14) (1)

([Rikors għal annullament - Regolament (UE) Nru 1385/2013 - Direttiva 2013/62/UE - Direttiva 2013/64/UE - Bażi legali - Artikolu 349 TFUE - Reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea - Emenda tal-istatus tal-Mayotte fir-rigward tal-Unjoni Ewropea])

(2016/C 068/05)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Liukkonen, L. Visaggio u J. Rodrigues, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, W. Mölls, D. Bianchi u D. Martin, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Westerhof Löfflerová, E. Karlsson, F. Florindo Gijón u J. Czuczai, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Sampol Pucurull, aġent), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. De Bergues, F. Fize, D. Colas u N. Rouam, aġenti), Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, B. Andrade Corre, M. Duarte u S. Marques, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi fil-Kawżi C-132/14 sa C-136/14 huma miċħuda.

2)

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni marbuta mal-Kawżi C-132/14 u C-136/14.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni marbuta mal-Kawżi C-133/14 sa C-135/14.

4)

Ir-Repubblika ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Repubblika Portugiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 175, 10.6.2014.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Neptune Distribution SNC vs Ministre de l’Économie et des Finances

(Kawża C-157/14) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Direttiva 2009/54/KE - Artikoli 11(1) u 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Protezzjoni tal-konsumatur - Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa - Ilmijiet minerali naturali - Kontenut ta’ sodju jew ta’ melħ - Kalkolu - Klorur tas-sodju (melħ tal-mejda) jew kwantità totali ta’ sodju - Libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni - Libertà ta’ intrapriża])

(2016/C 068/06)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Neptune Distribution SNC

Konvenut: Ministre de l’Économie et des Finances

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 107/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, moqri flimkien mal-Anness ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi l-użu tal-indikazzjoni “baxx ħafna fis-sodju/melħ” u ta’ kwalunkwe indikazzjoni oħra li jista’ jkollha l-istess tifsira għall-konsumatur fir-rigward tal-ilmijiet minerali naturali u tal-ilmijiet l-oħra.

L-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Ġunju 2009, dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali, moqri flimkien mal-Anness III ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-imballaġġ, it-tikketti jew ir-reklamar tal-ilmijiet minerali naturali jkun fihom indikazzjonijiet jew dikjarazzjonijiet maħsuba sabiex iwasslu lill-konsumatur jemmen li l-ilmijiet inkwistjoni għandhom kontenut baxx ta’ sodju jew ta’ melħ jew huma tajbin għal dieta baxxa fis-sodju meta l-kontenut totali ta’ sodju, fil-forom kimiċi kollha tiegħu preżenti, ikun ekwivalenti għal jew iktar minn 20 mg/l.

2)

L-eżami tat-tieni domanda ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 2009/54, moqri flimkien mal-Anness III ta’ din id-direttiva kif ukoll mal-Anness tar-Regolament Nru 1924/2006.


(1)  ĠU C 184, 16.6.2014.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-23 ta’ Diċembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-180/14) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/88/KE - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Mistrie fil-ġimgħa - Ħin massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa))

(2016/C 068/07)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia u M. van Beek, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: A. Samoni-Rantou, N. Dafniou u S. Vodina, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma applikatx ħin medju ta’ xogħol fil-ġimgħa li ma jeċċedix 48 siegħa, u billi ma żguratx perijodu minimu ta’ mistrieħ ta’ ġurnata u lanqas perijodu ekwivalenti ta’ mistrieħ kumpensatorju li jissuċċedi immedjatament il-ħin ta’ xogħol li dan l-aħħar perijodu suppost jikkumpensa, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3 u 6 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 184, 16.6.2014


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal du travail de Liège – il-Belġju) – Abdoulaye Amadou Tall vs Centre public d’action sociale de Huy

(Kawża C-239/14) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Direttiva 2005/85/KE - Standards minimi għall-proċeduri għall-għoti u għall-irtirar tal-istatus ta’ refuġjat fl-Istati Membri - Artikolu 39 - Dritt għal rimedju effettiv - Applikazzjonijiet multipli għall-ażil - Effett mhux sospensiv tar-rimedju eżerċitat kontra deċiżjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti li ma tkomplix bl-eżami ta’ applikazzjoni sussegwenti għall-ażil - Protezzjoni soċjali - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 19(2) - Artikolu 47])

(2016/C 068/08)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Abdoulaye Amadou Tall

Konvenut: Centre public d’action sociale de Huy

fil-preżenza ta’: Agence fédérale pour l’accueil des demandeurs d’asile (Fedasil)

Dispożittiv

L-Artikolu 39 tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat, moqri fid-dawl tal-Artikoli 19(2) u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tagħtix effett sospensiv lil rimedju eżerċitat kontra deċiżjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma jitkompliex l-eżami ta’ applikazzjoni sussegwenti għall-ażil.


(1)  ĠU C 223, 14.7.2014.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Diċembru 2015 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Air France-KLM, li qabel kienet Air France (C-250/14), Hop!-Brit Air SAS, li qabel kienet Brit Air (C-289/14) vs Ministère des Finances et des Comptes publics

(Kawżi Magħquda C-250/14 u C-289/14) (1)

((Taxxa fuq il-valur miżjud - Fatt taxxabbli u eżiġibbiltà - Trasport bl-ajru - Biljett mixtri iżda mhux użat - Eżekuzzjoni tas-servizz ta’ trasport - Ħruġ tal-biljett - Mument tal-ħlas tat-taxxa))

(2016/C 068/09)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Air France-KLM, li qabel kienet Air France (C-250/14), Hop!-Brit Air SAS, li qabel kienet Brit Air (C-289/14)

Konvenut: Ministère des Finances et des Comptes publics

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 2(1) u 10(2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 1999/59/KE, tas-17 ta’ Ġunju 1999, u sussegwentement bid-Direttiva tal-Kunsill 2001/115/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2001, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ħruġ ta’ biljetti minn kumpannija tal-ajru huwa suġġett għat-taxxa fuq il-valur miżjud, meta l-biljetti maħruġa ma jkunux intużaw mill-passiġġieri u meta dawn tal-aħħar ma jistgħux jiksbu r-rimbors tagħhom.

2)

L-Artikolu 2(1) u l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 10(2) tas-Sitt Direttiva 77/388, kif emendata bid-Direttiva 1999/59, u sussegwentement bid-Direttiva 2001/115, għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa fil-mument tax-xiri tal-biljett tal-ajru mill-passiġġier li ma jkunx uża l-biljett tiegħu ssir dovuta fil-mument li jiġi rċevut il-prezz tal-biljett, kemm jekk mill-kumpannija tal-ajru nfisha, kemm jekk minn terz li jaġixxi f’ismu u fl-interess tiegħu, kif ukoll jekk minn terz li jaġixxi f’ismu stess iżda fl-interess tal-kumpannija tal-ajru.

3)

L-Artikoli 2(1) u 10(2) tas-Sitt Direttiva 77/388, kif emendata bid-Direttiva 1999/59, u sussegwentement bid-Direttiva 2001/115, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ li terz jikkummerċjalizza l-biljetti ta’ kumpannija tal-ajru fl-interess ta’ din tal-aħħar fil-kuntest ta’ ftehim ta’ konċessjoni u jħallasha, għall-biljetti maħruġa u skaduti, somma b’rata fissa kkalkolata bħala perċentwali tad-dħul mill-bejgħ annwali mwettaq fuq il-linji tal-ajru korrispondenti, din is-somma b’rata fissa tikkostitwixxi somma taxxabbli bħala korrispettiv għall-imsemmija biljetti.


(1)  ĠU C 253, 4.8.2014

ĠU C 261, 11.8.2014


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Gebhart Hiebler vs Walter Schlagbauer

(Kawża C-293/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2006/123/KE - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-eżerċizzju tal-awtorità pubblika - Professjoni ta’ kennies taċ-ċmieni - Kompiti li jaqgħu taħt il-“prevenzjoni tan-nirien” - Limitazzjoni territorjali tal-liċenzja għall-eżerċizzju tal-professjoni - Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali - Neċessità - Proporzjonalità))

(2016/C 068/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gebhart Hiebler

Konvenut: Walter Schlagbauer

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern, għandha tiġi interpretata fis-sens li tkopri l-eżerċizzju ta’ professjoni, bħal dik ta’ kennies taċ-ċmieni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kollu kemm hu, minkejja li din il-professjoni timplika t-twettiq mhux biss ta’ attivitajiet ekonomiċi privati, iżda wkoll ta’ kompiti li jaqgħu taħt il-“prevenzjoni tan-nirien”.

2)

L-Artikoli 10(4) u 15(1), (2)(a) u (3) tad-Direttiva 2006/123 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tillimita l-awtorizzazzjoni ta’ eżerċizzju tal-professjoni ta’ kennies taċ-ċmieni, kollu kemm hu, għal settur ġeografiku partikolari, peress li din il-leġiżlazzjoni ma ssegwix b’mod koerenti u sistematiku t-twettiq tal-għan ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.

L-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2006/123 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix tali leġiżlazzjoni fl-ipoteżi fejn il-kompiti li jaqgħu taħt il-“prevenzjoni tan-niren” għandhom jiġu kklassifikati bħala kompiti marbuta ma’ servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali, sakemm il-limitazzjoni territorjali prevista hija neċessarja u proporzjonata mal-eżerċizzju ta’ dawn il-kompiti f’kundizzjonijiet ekonomikament vijabbli. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq din l-evalwazzjoni.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-23 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Rüdiger Hobohm vs Benedikt Kampik Ltd & Co. KG, Benedikt Aloysius Kampik, Mar Mediterraneo Werbe- und Vertriebsgesellschaft für Immobilien SL

(Kawża C-297/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ kuntratti konklużi mill-konsumaturi - Artikoli 15(1)(ċ) u 16(1) - Kunċett ta’ attività kummerċjali “mmexxija għal” [diretta lejn] l-Istat Membru tad-domiċilju tal-konsumatur - Kuntratt ta’ ġestjoni tan-negozju li jservi sabiex jintlaħaq l-għan ekonomiku mfittex permezz ta’ kuntratt ta’ senserija konkluż preċedentement fl-eżerċizzju ta’ attività kummerċjali jew professjonali “mmexxija għal” [diretta lejn] l-Istat Membru tad-domiċilju tal-konsumatur - Rabta mill-qrib))

(2016/C 068/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Rüdiger Hobohm

Konvenuti: Benedikt Kampik Ltd & Co. KG, Benedikt Aloysius Kampik, Mar Mediterraneo Werbe- und Vertriebsgesellschaft für Immobilien SL

Dispożittiv

L-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, sa fejn dan jipprevedi l-kuntratt konkluż fil-kuntest ta’ attività kummerċjali jew professjonali “diretta” mill-professjonist “lejn” l-Istat Membru tad-domiċilju tal-konsumatur, moqri flimkien mal-Artikolu 16(1) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jista’ jiġi applikat għal kuntratt, konkluż bejn konsumatur u professjonist, li bħala tali ma jaqax fl-ambitu tal-attività kummerċjali jew professjonali “diretta” minn dan il-professjonist “lejn” l-Istat Membru tad-domiċilju tal-konsumatur, iżda li għandu rabta mill-qrib ma’ kuntratt konkluż preċedentement bejn l-istess partijiet fil-kuntest ta’ tali attività. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk l-elementi li jikkostitwixxu din ir-rabta, speċifikament l-identità, fid-dritt jew fil-fatt, tal-partijiet għal dawn iż-żewġ kuntratti, l-identità tal-għan ekonomiku mfittex minnhom li jirrigwarda l-istess suġġett konkret u l-kumplimentarjetà tat-tieni kuntratt mal-ewwel kuntratt sa fejn huwa intiż sabiex ikun jista’ jintlaħaq l-għan ekonomiku mfittex minn dan il-kuntratt tal-aħħar, humiex issodisfatti.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen – Il-Belġju)– Imtech Marine Belgium NV vs Radio Hellenic SA

(Kawża C-300/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 805/2004 - Titolu Eżekuttiv Ewropew għal talbiet mhux kontestati - Kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni - Drittijiet tad-debitur - Eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni))

(2016/C 068/12)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Imtech Marine Belgium NV

Konvenuta: Radio Hellenic SA

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [Titolu Eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati, moqri fid-dawl tal-Artikolu 288 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jimponix fuq l-Istati Membri li jistabbilixxu, fid-dritt intern, proċedura ta’ eżami mill-ġdid kif hemm fl-imsemmi fl-Artikolu 19.

2)

L-Artikolu 19(1) tar-Regolament Nru 805/2004 għandu jiġu interpretat fis-sens li, sabiex tagħmel ċertifikazzjoni bħala Titolu Eżekuttiv Ewropew ta’ deċiżjoni mogħtija f’kontumaċja, il-qorti adita b’tali talba għandha tiżgura li d-dritt intern tagħha jippermetti, effettivament u mingħajr eċċezzjoni, eżami mill-ġdid komplet, fid-dritt u fil-fatt, ta’ tali deċiżjoni fiż-żewġ ipoteżijiet ta’ din id-dispożizzjoni u li jippermetti li jkunu estiżi t-termini sabiex isir appell kontra deċiżjoni dwar talba mhux kontestata, mhux biss fil-każ ta’ forza maġġuri, iżda wkoll meta ċirkustanzi straordinarji oħra, indipendenti mir-rieda tad-debitur, impedew lil dan tal-aħħar li jikkontesta l-kreditu inkwistjoni.

3)

L-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 805/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċertifikazzjoni ta’ deċiżjoni bħala Titolu Eżekuttiv Ewropew, li tista’ tintalab f’kull mument, għandha tiġi rriżervata lill-qorti.


(1)  ĠU C 303, 08.09.2014


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Gyulai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Gergely Szemerey vs Miniszterelnökséget vezető miniszter, aventi kawża tal-Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve

(Kawża C-330/14) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika Agrikola Komuni - Miżuri ta’ sostenn għall-iżvilupp rurali - Pagamenti agroambjentali - Regolament (KE) Nru 1122/2009 - Artikoli 23 u 58 - Regolament (KE) Nru 1698/2005 - Regolament (KE) Nru 1975/2006 - Għajnuna għall-koltivazzjoni ta’ speċi ta’ pjanta rari - Applikazzjoni għal pagament - Kontenut - Rekwiżit ta’ ċertifikat - Sanzjonijiet f’nuqqas ta’ tressiq)

(2016/C 068/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Gyulai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gergely Szemerey

Konvenut: Miniszterelnökséget vezető miniszter, aventi kawża tal-Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid, moqri flimkien mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-20 ta’ Settembru 2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 473/2009, tal-25 ta’ Mejju 2009, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1975/2006, tas-7 ta’ Diċembru 2006, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll kif ukoll il-konformità reċiproka rigward il-miżuri ta’ sostenn għall-iżvilupp rurali, kif emendat Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 484/2009, tad-9 ta’ Ġunju 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża prinċipali, timponi li applikant għall-għajnuna agroambjentali jipprovdi lill-aġenzija tal-pagamenti kontemporanjament mal-applikazzjoni għall-għajnuna, ċertifikat dwar l-ispeċi ta’ pjanta rari li jagħtih id-dritt għall-pagament ta’ din l-għajnuna, sakemm din il-leġiżlazzjoni kienet tippermetti lill-operaturi kkonċernati li jikkonformaw ruħhom fil-kundizzjonijiet raġonevoli mar-rekwiżiti ta’ din tal-aħħar, li huwa dak li għandha tivverifika l-qorti tar-rinviju.

2)

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 58 tar-Regolament Nru 1122/2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sanzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni ma hijiex applikabbli għall-applikant ta’ għajnuna agroambjentali li jonqos milli jehmeż mal-applikazzjoni tiegħu, dokument bħalma huwa ċ-ċertifikat inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jagħtih id-dritt għall-pagament ta’ din l-għajnuna. It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(1) ta’ dan ir-regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li tali nuqqas iwassal, bħala prinċipju, għall-inammissibbiltà tal-applikazzjoni għal pagament tal-għajnuna agroambjentali.


(1)  ĠU C 303, 08.09.2014.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Session (Scotland) – ir-Renju Unit) – Scotch Whisky Association e.a. vs The Lord Advocate, The Advocate General for Scotland

(Kawża C-333/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli - Regolament (UE) Nru 1308/2013 - Moviment liberu tal-merkanzija - Artikolu 34 TFUE - Restrizzjonijiet kwantitattivi - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti - Prezz minimu tax-xarbiet alkoħoliċi kkalkulat abbażi tal-kwantità ta’ alkoħol fil-prodott - Ġustifikazzjoni - Artikolu 36 TFUE - Protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni - Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali))

(2016/C 068/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Session (Scotland)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Scotch Whisky Association, spiritsEUROPE, Comité de la Communauté économique européenne des Industries et du Commerce des Vins, Vins aromatisés, Vins mousseux, Vins de liqueur et autres Produits de la Vigne (CEEV)

Konvenuti: The Lord Advocate, The Advocate General for Scotland

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jipprekludix miżura nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi prezz minimu għal kull unit ta’ alkoħol għall-bejgħ bl-imnut tal-inbid, sakemm din il-miżura tkun effettivament adatta sabiex tiżgura l-għan tal-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni u sakemm, b’kont meħud tal-għanijiet tal-politika agrikola komuni kif ukoll tal-funzjonament korrett tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, din ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni.

2)

L-Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu lil Stat Membru, bil-ħsieb li jsegwi l-għan tal-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni permezz taż-żieda tal-prezz tal-konsum tal-alkoħol, milli jagħżel li jadotta leġiżlazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi prezz minimu għal kull unit ta’ alkoħol għall-bejgħ bl-imnut tax-xarbiet alkoħoliċi u jwarrab miżura, bħaż-żieda tad-dazji, li tista’ tkun inqas restrittiva fir-rigward tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dan huwiex il-każ fid-dawl ta’ analiżi ddettaljat tal-elementi rilevanti kollha tal-kawża li hija adita biha. Is-sempliċi ċirkustanza li din l-aħħar imsemmija miżura tista’ tiġġenera vantaġġi addizzjonali u tissodisfa b’mod iktar wiesa’ l-għan tal-ġlieda kontra l-abbuż mill-alkoħol ma tistax tiġġustifika li din tiġi mwarrba.

3)

L-Artikolu 36 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta tkun qiegħda teżamina leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tal-ġustifikazzjoni marbuta mal-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni, fis-sens ta’ dan l-artikolu, qorti nazzjonali tkun obbligata li teżamina b’mod oġġettiv jekk il-provi prodotti mill-Istat Membru kkonċernat jippermettux raġonevolment li jitqies li l-motivi magħżula huma adatti sabiex jinkisbu l-għanijiet segwiti kif ukoll il-possibbiltà li dawn tal-aħħar jintlaħqu permezz ta’ miżuri inqas restrittivi fir-rigward tal-moviment liberu tal-merkanzija tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq.

4)

L-Artikolu 36 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-istħarriġ tal-proporzjonalità ta’ miżura nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma huwiex limitat biss għall-informazzjoni, provi jew atti oħra li l-leġiżlatur kellu għad-dispożizzjoni tiegħu meta adotta tali miżura. F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, l-istħarriġ tal-konformità tal-imsemmija miżura mad-dritt tal-Unjoni għandu jitwettaq abbażi tal-informazzjoni, provi u atti oħra li jkunu għad-dispożizzjoni tal-qorti nazzjonali fid-data li fiha hija tiddeċiedi l-kawża, fil-kundizzjonijiet previsti mid-dritt nazzjonali tagħha.


(1)  ĠU C 339, 29.09.2014.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – X-Steuerberatungsgesellschaft vs Finanzamt Hannover-Nord

(Kawża C-342/14) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali - Direttiva 2005/36/KE - Artikolu 5 - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Direttiva 2006/123/KE - Artikoli 16 u 17(6) - Artikolu 56 TFUE - Kumpannija ta’ konsulenza fiskali stabbilita fi Stat Membru u li tipprovdi servizzi fi Stat Membru ieħor - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirrikjedi r-reġistrazzjoni u r-rikonoxximent tal-kumpanniji ta’ konsulenza fiskali])

(2016/C 068/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X-Steuerberatungsgesellschaft

Konvenut: Finanzamt Hannover-Nord

Dispożittiv

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-attività ta’ assistenza professjonali fil-qasam fiskali, tirrestrinġi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ kumpannija ta’ konsulenza fiskali, ikkostitwita b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor fejn din il-kumpannija ġiet stabbilita, li tistabbilixxi, f’dan l-aħħar Stat Membru fejn l-attività ta’ konsulenza fiskali ma hijiex irregolata, dikjarazzjoni fiskali għal destinatarju f’dan l-ewwel Stat Membru u tibgħatha lill-awtorità fiskali ta’ dan, mingħajr ma l-kwalifika miksuba minn din il-kumpannija, jew mill-persuni fiżiċi li jwettqu għal din il-provvista ta’ servizzi ta’ assistenza professjonali fil-qasam fiskali, fi Stati Membri oħra tiġi rikonoxxuta fil-valur ġust tagħha u debitament meħuda inkunsiderazzjoni.


(1)  ĠU C 372, 20.10.2014.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja) – APEX GmbH Internationale Spedition vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt

(Kawża C-371/14) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika kummerċjali - Dumping - Lajters tal-but, taż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew - Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Artikolu 11(2) - Skadenza - Artikolu 13 - Evażjoni - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 260/2013 - Validità - Estensjoni tad-dazju antidumping f’data li fiha r-regolament li stabbilixxih ma għadux fis-seħħ - Bidla fix-xejra tal-kummerċ)

(2016/C 068/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: APEX GmbH Internationale Spedition

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Stadt

Dispożittiv

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 260/2013, tat-18 ta’ Marzu 2013, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament (KE) Nru 1458/2007 fuq l-importazzjoni ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjoni ta’ lajters tal-but, taż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, kemm jekk ikun iddikjarat li joriġinaw mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam u jekk le, huwa invalidu.


(1)  ĠU C 372, 20.10.2014.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Finanzgericht Köln – il-Ġermanja) – Timac Agro Deutschland GmbH vs Finanzamt Sankt Augustin

(Kawża C-388/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq il-kumpanniji - Libertà ta’ stabbiliment - Stabbiliment permanenti mhux residenti - Prevenzjoni tat-taxxa doppja bl-eżenzjoni tad-dħul tal-istabbiliment permanenti mhux residenti - Teħid inkunsiderazzjoni tat-telf sostnut minn tali stabbiliment permanenti - Tintegra mill-ġdid it-telf imnaqqas preċedentement f’każ ta’ trasferiment tal-istabbiliment mhux residenti - Telf definittiv))

(2016/C 068/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Timac Agro Deutschland GmbH

Konvenuta: Finanzamt Sankt Augustin

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix sistema fiskali ta’ Stat Membru, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont liema, f’każ ta’ trasferiment minn kumpannija residenti ta’ stabbiliment permanenti li jinsab fi Stat Membru ieħor ta’ kumpannija mhux residenti li tagħmel parti mill-istess grupp tal-ewwel kumpannija, it-telf preċedentement imnaqqas fir-rigward tal-istabbiliment ittrasferit huwa integrat mill-ġdid fil-bażi taxxabbli tal-kumpannija ċedenti meta, skont ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja, id-dħul ta’ tali stabbiliment permanenti huwa eżenti minn taxxa fl-Istat Membru fejn il-kumpannija li fuqha kien jiddependi dan l-istabbiliment għandha s-sede tagħha.

2)

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix sistema fiskali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, f’każ ta’ trasferiment mill-kumpannija residenti ta’ stabbiliment permanenti li jinsab fi Stat Membru ieħor għal kumpannija mhux residenti li taqa’ fl-istess grupp bħall-ewwel kumpannija, teskludi l-possibbiltà għal kumpannija residenti li tieħu inkunsiderazzjoni t-telf tal-istabbiliment ittrasferit fil-bażi taxxabbli tagħha meta, skont ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja, il-ġurisdizzjoni esklużiva li jiġu ntaxxati r-riżultati ta’ dan l-istabbiliment hija tal-Istat Membru fejn huwa jinsab.


(1)  ĠU C 372, 20.10.2014.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Dioikitiko Efeteio Athinon – il-Greċja) – Viamar – Elliniki Aftokiniton kai Genikon Epicheiriseon AE vs Elliniko Dimosio

(Kawża C-402/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-merkanzija - Dispożizzjonijiet fiskali - Taxxi interni - Dazji doganali ta’ natura fiskali - Taxxi li għandhom effett ekwivalenti - Formalitajiet marbuta mal-qsim tal-fruntieri - Artikolu 30 TFUE - Artikolu 110 TFUE - Direttiva 92/12/KEE - Artikolu 3(3) - Direttiva 2008/118/KE - Artikolu 1(3) - Assenza ta’ traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali - Effett dirett - Ġbir ta’ taxxa fuq il-vetturi bil-mutur fil-mument tal-importazzjoni tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru - Taxxa marbuta mar-reġistrazzjoni u mat-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni eventwali tal-vettura - Rifjut ta’ rimbors tat-taxxa fil-każ ta’ assenza ta’ reġistrazzjoni tal-vettura))

(2016/C 068/18)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Dioikitiko Efeteio Athinon

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Viamar – Elliniki Aftokiniton kai Genikon Epicheiriseon AE

Konvenuta: Elliniko Dimosio

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex jiġi prodott effett dirett li jippermetti lill-individwi jinvokawh quddiem qorti nazzjonali f’kawża li jkollhom kontra Stat Membru.

2)

L-Artikolu 30 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi prattika ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha t-taxxa ta’ reġistrazzjoni miġbura mal-importazzjoni ta’ vetturi bil-mutur li joriġinaw minn Stati Membri oħra ma tiġix irrimborsata, filwaqt li l-vetturi kkonċernati, li qatt ma ġew irreġistrati f’dan l-Istat Membru, ikunu ġew esportati mill-ġdid lejn Stat Membru ieħor.


(1)  ĠU C 380, 27.10.2014.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 1 de Córdoba – Spanja) – María Auxiliadora Arjona Camacho vs Securitas Seguridad España SA

(Kawża C-407/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2006/54/KE - Ugwaljanza fit-trattament tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol - Tkeċċija diskriminatorja - Artikolu 18 - Kumpens jew riparazzjoni għad-dannu sostnut effettivament - Natura dissważiva - Artikolu 25 - Sanzjonijiet - Danni punittivi))

(2016/C 068/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 1 de Córdoba

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: María Auxiliadora Arjona Camacho

Konvenuta: Securitas Seguridad España SA

Dispożittiv

L-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex id-dannu sostnut minħabba diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess issir riparazzjoni effettiva tiegħu jew jingħata kumpens effettiv b’mod dissważiv u proporzjonat, dan l-artikolu jimponi fuq l-Istati Membri li jagħżlu l-forma pekunjarja l-obbligu li fl-ordinament ġuridiku nazzjonali tagħhom jintroduċu, skont il-modalitajiet li huma jistabbilixxu, miżuri li jipprevedu l-ħlas, lill-persuna leża, ta’ danni li jkopru b’mod totali d-dannu sostnut.


(1)  ĠU C 409, 17.11.2014.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – WebMindLicenses kft vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Kiemelt Adó- és Vám Főigazgatóság

(Kawża C-419/14) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 2, 24, 43, 250 u 273 - Post tal-provvista ta’ servizzi pprovduta elettronikament - Iffissar artifiċjali ta’ dan il-post permezz ta’ arranġament li ma jirriflettix ir-realtà ekonomika - Abbuż ta’ dritt - Regolament (UE) Nru 904/2010 - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 7, 8, 41, 47, 48, 51(1), 52(1) u (3) - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ - Użu mill-amministrazzjoni fiskali ta’ provi miksuba fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali paralleli li għadhom ma ġewx konklużi mingħajr il-konoxxenza tal-persuna taxxabbli - Interċezzjoni ta’ telekomunikazzjonijiet u konfiska ta’ posta elettronika)

(2016/C 068/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: WebMindLicenses kft

Konvenuti: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Kiemelt Adó- és Vám Főigazgatóság

Dispożittiv

1)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi evalwat jekk, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kuntratt ta’ liċenzja li għandu bħala suġġett it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ “know-how” li jippermetti l-operat ta’ sit internet li permezz tiegħu kienu pprovduti servizzi awdjoviżivi interattivi, konkluż ma’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor għajr dak tat-territorju li fih hija stabbilita l-kumpannija li tat din il-liċenzja, irriżultax minn abbuż ta’ dritt intiż li jibbenefika mill-fatt li r-rata tat-taxxa fuq il-valur miżjud applikabbli għal dawn is-servizzi kienet inqas għolja f’dan l-Istat Membru l-ieħor, il-fatt li d-direttur u azzjonista uniku tal-kumpannija li tat il-liċenzja kien il-fondatur ta’ dan in-“know-how”, il-fatt li din l-istess persuna kienet teżerċita influwenza jew kontroll fuq l-iżvilupp u l-operat tal-imsemmi “know-how” u l-provvista ta’ servizzi li kienu bbażati fuqu kif ukoll il-fatt li l-ġestjoni tat-tranżazzjonijiet finanzjarji, tal-persunal u tal-metodi tekniċi neċessarji għall-provvista tal-imsemmija servizzi kien żgurat mis-subappaltaturi, u r-raġunijiet li setgħu wasslu lill-kumpannija li tat dan in-“know-how” tqiegħed in-“know-how” għad-dispożizzjoni ta’ kumpannija stabbilita f’dan l-Istat Membru l-ieħor sabiex toperah hija stess, ma jidhrux li huma deċiżivi fihom infushom.

Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tanalizza ċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża prinċipali sabiex tiddetermina jekk il-kuntratt kienx jikkostitwixxi arranġament artifiċjali li jostor il-fatt li l-provvista ta’ servizzi inkwistjoni ma kinitx effettivament ipprovduta mill-kumpannija li akkwistat din il-liċenzja, iżda kienet fil-fatt ipprovduta mill-kumpannija li tat il-liċenzja, billi teżamina, b’mod partikolari, jekk l-istabbiliment tas-sede tal-attività ekonomika jew l-istabbiliment stabbli tal-kumpannija li takkwista l-liċenzja kienx reali jew jekk din il-kumpannija, għall-finijiet tal-eżerċizzju tal-attività ekonomika kkonċernata, kellhiex struttura adattata f’termini ta’ postijiet, ta’ riżorsi umani u tekniċi, jew anki jekk l-imsemmija kinitx teżerċita din l-attività ekonomika f’isimha stess u għan-nom tagħha, taħt ir-responsabbiltà tagħha u r-riskji tagħha.

2)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ konstatazzjoni ta’ prattika abbużiva li wasslet sabiex jiġi stabbilit il-post ta’ provvista ta’ servizzi fi Stat Membru għajr dak li kien ikun fin-nuqqas ta’ din il-prattika abbużiva, il-fatt li l-VAT tkun tħallset f’dan l-Istat Membru l-ieħor konformement mal-leġiżlazzjoni tiegħu ma jostakolax l-aġġustament ta’ din it-taxxa f’dan l-Istat Membru tal-post fejn il-provvista ta’ servizzi ġiet effettivament ipprovduta.

3)

Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 904/2010, tas-7 ta’ Ottubru 2010, dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru li teżamina l-eżiġibbiltà tal-VAT għal provvista li diġà kienu suġġetti għal din it-taxxa fi Stati Membri oħra hija marbuta tindirizza talba għal informazzjoni lill-amministrazzjonijiet fiskali ta’ dawn l-Istati Membri l-oħra meta tali talba hija utli, u saħansitra indispensabbli, għad-determinazzjoni ta’ jekk il-VAT hijiex eżiġibbli fl-ewwel Stat Membru.

4)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 4(3) TEU, tal-Artikolu 325 TFEU u tal-Artikoli 2, 250(1) u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, li l-amministrazzjoni fiskali tista’, għall-finijiet ta’ konstatazzjoni ta’ prattika abbużiva fil-qasam tal-VAT, tuża provi li jkunu nkisbu fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali paralleli li għadhom ma ġewx konklużi, mingħajr il-konoxxenza tal-persuna taxxabbli, pereżempju, permezz ta’ interċezzjoni tat-telekomunikazzjonijiet u ta’ konfiska tal-posta elettronika, sakemm il-kisba ta’ dawn il-provi fil-kuntest tal-imsemmija proċeduri kriminali u l-użu tagħhom fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva ma jiksrux id-drittijiet iggarantiti mid-dritt tal-Unjoni.

5)

F’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, hija l-qorti nazzjonali, skont l-Artikoli 7, 47 u 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li tistħarreġ il-legalità tad-deċiżjoni ta’ aġġustament tal-VAT ibbażata fuq tali provi, li għandha tivverifika, minn naħa, jekk l-interċezzjoni tat-telekomunikazzjonijiet u l-konfiska tal-posta elettronika kinux mezzi ta’ investigazzjoni previsti mil-liġi u neċessarji fil-kuntest tal-proċeduri kriminali u, min-naħa l-oħra, jekk l-użu mill-imsemmija amministrazzjoni tal-provi miksuba b’dawn il-mezzi kienx ukoll awtorizzat mil-liġi u neċessarju. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju għandha tivverifika jekk, konformement mal-prinċipju ġenerali tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża, il-persuna taxxabbli kellhiex il-possibbiltà, fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva, li jkollha aċċess għal dawn il-provi u li tinstema’ fir-rigward tagħhom. Fil-każ li hija tikkonstata li din il-persuna taxxabbli ma kellhiex din il-possibbiltà jew li dawn il-provi nkisbu fil-kuntest tal-proċeduri kriminali jew użati fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva bi ksur tal-Artikolu 7 tal-Karta, l-imsemmija qorti nazzjonali għandha teskludi dawn il-provi u tannulla l-imsemmija deċiżjoni jekk hija tikkonstata, għal din ir-raġuni, li d-deċiżjoni ma għandhiex bażi. Bl-istess mod, għandhom jiġu esklużi dawn il-provi jekk din il-qorti ma hijiex awtorizzata tistħarreġ li huma nkisbu fil-kuntest tal-proċeduri kriminali konformement mad-dritt tal-Unjoni, jew mill-inqas tista’ tiżgura ruħha, abbażi ta’ stħarriġ li diġà twettaq minn qorti kriminali fil-kuntest ta’ proċedura kontradittorja, li l-imsemmija provi nkisbu konformement ma’ dan id-dritt.


(1)  ĠU C 439, 8.12.2014.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Diċembru 2015 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-595/14) (1)

((Rikors għal annullament - Sostituzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata fil-mori tal-kawża - Suġġett tar-rikors - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Sustanza psikoattiva ġdida suġġetta għal miżuri ta’ kontroll - Kuntest ġuridiku applikabbli wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew))

(2016/C 068/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: F. Drexler, A. Caiola u M. Pencheva, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Pleśniak u K. Michoel, aġenti)

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/688/UE, tal-25 ta’ Settembru 2014, li tissottoponi 4-iodjo-2,5-dimetossi-N-(2-metossibenzil)fenetilamina (25I-NBOMe), 3,4-dikloro-N-[[1-(dimetilamino)ċikloessil]metil]benzamida (AH-7921), 3,4-metilenediossipirovaleron (MDPV) u 2-(3-metossifenil)-2-(etilamino)ċikloessanon (metossetamina) għal miżuri ta’ kontroll, hija annullata.

2)

L-effetti tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni 2014/688 jinżammu fis-seħħ.

3)

Il Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 138, 27.4.2015.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus – il-Finlandja) – Virpi Komu, Hanna Ruotsalainen, Ritva Komu vs Pekka Komu, Jelena Komu

(Kawża C-605/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Kamp ta’ applikazzjoni - Ġurisdizzjoni esklużiva - Artikolu 22(1) - Kawża fil-qasam tad-drittijiet fuq proprjetà immobbli in rem - Kunċett - Talba għal ħall permezz tal-bejgħ ta’ komunjoni pro indiviso ta’ proprjetajiet immobbli))

(2016/C 068/22)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Virpi Komu, Hanna Ruotsalainen, Ritva Komu

Konvenuti: Pekka Komu, Jelena Komu

Dispożittiv

L-ewwel frażi tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandha tiġi interpretata fis-sens li taqa’ taħt il-kategorija tal-kawżi “li jkollhom l-obbjettiv tagħhom in rem fi proprjetà immobbli [fil-qasam tad-drittijiet fuq proprjetà immobbli in rem]” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni azzjoni ta’ ħall, permezz tal-bejgħ li t-twettiq tiegħu jiġi fdat lil mandatarju, tal-komunjoni pro indiviso ta’ proprjetà immobbli.


(1)  ĠU C 81, 9/3/2015.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof – il-Ġermanja – Firma Theodor Pfister vs Landkreis Main-Spessart

(Kawża C-58/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Spezzjonijiet sanitarji - Kontrolli uffiċjali fuq għalf u ikel - Finanzjament tal-kontrolli - Spejjeż tal-ispezzjoni marbuta mal-operazzjonijiet tal-qatla - Regolament (KE) Nru 882/2004 - Direttiva 85/73/KEE - Possibbiltà li jiġi impost ammont li jkopri l-ispiża reali tal-ispejjeż ta’ spezzjoni, superjuri għall-ammont tat-tariffi stabbiliti minn din id-direttiva))

(2016/C 068/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerischer Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Firma Theodor Pfister

Konvenuti: Landkreis Main-Spessart

Dispożittiv

It-tieni frażi tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27(3) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-20 ta’ Novembru 2006, għandha tiġi interpretata fis-sens li tawtorizza, għall-perijodu tranżitorju tas-sena 2007, l-impożizzjoni ta’ tariffi għall-ispejjeż li rriżultaw mill-ispezzjonijiet u mill-kontrolli fil-qasam sanitarju tal-laħam li jkopru l-ispejjeż imħallsa mill-awtorità kompetenti, fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 85/73/KEE, tad-29 ta’ Jannar 1985, fuq l-iffinanzjament tal-ispezzjonijiet tas-saħħa u l-kontroll fuq il-laħam frisk u tat-tjur [koperti bid-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE, 90/675/KEE u 91/496/KEE], kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/79/KE, tat-18 ta’ Diċembru 1997.


(1)  ĠU C 171, 26.05.2015.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/19


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Sandra Bitter, bħala amministratur fil-proċeduri ta’ insolvenza ta’ Ziegelwerk Höxter GmbH vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-580/14) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Multa għall-eċċess tal-emissjonijiet - Proporzjonalità)

(2016/C 068/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Sandra Bitter, bħala amministratur fil-proċeduri ta’ insolvenza ta’ Ziegelwerk Höxter GmbH

Konvenut: Bundesrepublik Deutschland

Dispożittiv

L-eżami tad-domanda magħmula ma rrivela ebda element ta’ natura li jeffettwa, fir-rigward tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-validità tat-tieni sentenza tal-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, sa fejn din tipprevedi multa ta’ EUR 100 għal kull tunnellata ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ekwivalenti tad-dijossidu tal-karbonju emessi li għalihom l-operatur ma jkunx ċeda l-kwoti.


(1)  ĠU C 96, 23.03.2015.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/20


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2015 minn Edward Guja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-14 ta’ April 2015 fil-Kawża T-823/14, Guja vs Il-Polonja

(Kawża C-352/15 P)

(2016/C 068/25)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Appellant: Edward Guja (rappreżentant: M. Szczepara, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika tal-Polonja

Permezz ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 l-appell ġie miċħud.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/20


Rikors ippreżentat fl-10 ta Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Is-Slovenja

(Kawża C-357/15)

(2016/C 068/26)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Sanfrutos Cano, M. Heller, D. Kukovec)

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja

B’digriet tad-29 ta’ Ottubru 2015, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ddeċieda li l-Kawża C-357/15 titħassar mir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja u li r-Repubblika tas-Slovenja tiġi kkundannata għall-ispejjeż.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Craiova (ir-Rumanija) fl-20 ta’ Novembru 2015 – Rodica Popescu vs Direcția Sanitar Veterinară și pentru Siguranța Alimentelor Gorj

(Kawża C-614/15)

(2016/C 068/27)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Craiova

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rodica Popescu

Konvenut: Direcția Sanitar Veterinară și pentru Siguranța Alimentelor Gorj

Domandi preliminari

1)

Il-fatt li l-attività tal-persunal responsabbli speċifikament mill-kontrolli fis-settur tas-saħħa veterinarja hija marbuta intrinsikament mal-kontinwazzjoni tal-attività tat-tip ta’ stabbilimenti msemmija fil-punt [5] jikkostitwixxi bażi suffiċjenti għall-konklużjoni ripetuta ta’ kuntratti għal żmien determinat, b’deroga mir-regoli ta’ natura ġenerali adottati bil-għan li tiġi trasposta d-Direttiva 70/1999 (1)?

2)

Iż-żamma fil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ dispożizzjonijiet ta’ natura speċjali li jippermettu l-konklużjoni ripetuta, għal perijodu bħal dak deskritt iktar ’il fuq, ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur tal-kontrolli marbuta mas-saħħa veterinarja tikkostitwixxi ksur tal-obbligu tal-Istat fit-traspożizzjoni tad-Direttiva 70/1999?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo de Oviedo (Spanja) fis-27 ta’ Novembru 2015 – Carlos Álvarez Santirso vs Consejería de Educación, Cultura y Deporte del Principado de Asturias

(Kawża C-631/15)

(2016/C 068/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo de Oviedo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Carlos Álvarez Santirso

Konvenuta: Consejería de Educación, Cultura y Deporte del Principado de Asturias

Domanda preliminari

Il-Klawżola 4 tal-ftehim qafas li għalih tagħmel riferiment id-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE (1), tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni reġjonali bħal-Liġi tal-Prinċipat ta’ Asturias 6/2009, tad-29 ta’ Diċembru 2009, dwar l-evalwazzjoni tas-servizz ta’ tagħlim pubbliku u tal-inċentivi relatati miegħu (Ley del Principado de Asturias 6/2009 de 29 de diciembre de evaluación de la función pública docente y sus incentivos), li fl-Artikolu 2 tagħha tissuġġetta l-ammissibbiltà għall-pjan ta’ evalwazzjoni (u għalhekk għall-benefiċċju tal-inċentivi finanzjarji marbuta ma’ dan il-pjan) għall-fatt li persuna tkun uffiċjal permanenti, u għalhekk bl-esklużjoni tal-membri tal-persunal mhux permanenti?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casație și Justiție (ir-Rumanija) fit-30 ta’ Novembru 2015 – Costin Popescu vs Guvernul României, Ministerul Afacerilor Interne, Direcția Regim Permise de Conducere și Înmatriculare a Vehiculelor, Direcția Rutieră, Serviciul Public Comunitar Regim Permise de Conducere și Înmatriculare a Vehiculelor

(Kawża C-632/15)

(2016/C 068/29)

Lingwa tal-kawża: Ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Înalta Curte de Casație și Justiție

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Costin Popescu

Konvenuti: Guvernul României, Ministerul Afacerilor Interne, Direcția Regim Permise de Conducere și Înmatriculare a Vehiculelor, Direcția Rutieră, Serviciul Public Comunitar Regim Permise de Conducere și Înmatriculare a Vehiculelor

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jippermettu lir-Rumanija li tobbliga lix-xufiera ta’ mopeds, detenturi ta’ dokument uffiċjali li jagħtihom id-dritt li jsuquhom fit-toroq pubbliċi qabel id-19 ta’ Jannar 2013, li jiksbu liċenzja tas-sewqan billi jgħaddu minn testijiet jew eżamijiet simili għal dawk li jsiru għall-vetturi bil-mutur l-oħra sabiex ikunu jistgħu jkomplu jsuqu l-mopeds wara d-19 ta’ Jannar 2013?


(1)  Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (Tfassil mill-Ġdid) (ĠU L 403, p. 18).


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/22


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2015 minn Toni Klement mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-24 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-211/14, Toni Klement vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-642/15 P)

(2016/C 068/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Toni Klement (rappreżentant: J. Weiser, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali mogħtija fl-24 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-211/14 u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant iqajjem tliet aggravji insotenn tal-appell.

1.

Huwa paċifiku li t-trade mark ikkontestata kienet ġiet użata esklużivament mal-element verbali addizzjonali “Bullerjan”. L-appellant jinvoka żnaturament tal-provi dwar l-evalwazzjoni tal-karattru distintiv tal-element miżjud “Bullerjan”. Il-Qorti Ġenerali kklassifikat bħala normali (biss) il-karattru distintiv tal-element miżjud. Il-konstatazzjoni ta’ karattru distintiv normali (biss) ma għandu ebda konferma fil-provi eżistenti, billi dawn tal-aħħar ma jipprovdu ebda indikazzjoni tal-portata, tat-tul u tal-intensità tal-użu tal-element verbali “Bullerjan”, irreġistrat huwa stess bħala trade mark.

2.

L-appellant iqajjem it-tieni aggravju insostenn tal-appell, ibbażat fuq in-natura kontradittorja li biha l-Qorti Ġenerali mmotivat il-konstatazzjoni tagħha tal-karattru distintiv għoli tat-trade mark ikkontestata. Fil-motivi li adottat, il-Qorti Ġenerali tafferma minn naħa li l-trade mark ikkontestata għandha “forma mhux abitwali” iżda, min-naħa l-oħra, tikkonferma li produtturi oħra jqassmu fran li huma ta’ forma simili ħafna. Kontradizzjoni oħra tinsab fil-konstazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali li, minn naħa, it-trade mark ikkontestata għandha karattru distintiv għoli, minkejja l-funzjonalità eventwali tagħha, u, min-naħa l-oħra, tali karattru distintiv ma huwiex ikkontestat mill-forma simili ħafna ta’ fran oħra, peress li dan ix-xebh qawwi jista’ jiġi spjegat bit-tfittxija għal riżultat tekniku partikolari. Għaldaqstant, ir-raġunijiet mogħtija mill-Qorti Ġenerali huma kontradittorji f’żewġ aspetti u għalhekk ivvizzjati bi żbalji ta’ liġi.

3.

L-appellant iqajjem it-tielet aggravju insostenn tal-appell, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi li jivvizzjaw f’ħafna aspetti l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1). L-ewwel nett, meta eżaminat il-karattru distintiv tat-trade mark ikkontestata, kif jirirkjedi l-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, il-Qorti Ġenerali ma osservatx il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-evalwazzjoni ta’ dan il-karattru sa fejn jirrigwarda t-trade marks tridimensjonali. Kuntrarjament għal dak li tirrikjedi l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx it-tqabbil rikjest tat-trade mark ikkontestata mal-forom normali ta’ fran fl-industrija. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-funzjonalità eventwali tal-forma tat-trade mark ikkontestata hija irrilevanti għall-evalwazzjoni tal-karattru distintiv ta’ din tal-aħħar. B’hekk il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju stabbilit li, fl-evalwazzjoni tal-karattru distintiv, għandhom jitqiesu l-fatturi rilevanti kollha tal-każ. Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali ma osservatx il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-użu proprju sabiex tiġi żgurata ż-żamma tad-drittijiet tal-proprjetarju ta’ trade mark irreġistrata li tikkostitwixxi wieħed mill-elementi ta’ trade mark kumplessa. Il-Qorti Ġenerali b’hekk qieset bħala suffiċjenti il-fatt li trade mark li tagħmel parti minn trade mark kumplessa tkun ukoll irrikonoxxuta bħala indikazzjoni ta’ oriġini. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu, impost mill-formulazzjoni ċara tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li dejjem tiddetermina wkoll jekk il-karattru distintiv tat-trade mark irreġistrata nbidilx. Il-Qorti Ġenerali naqset milli tagħmel tali determinazzjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU L 78, p. 1.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fl-14 ta’ Diċembru 2015 – Jyske Finans A/S vs Ligebehandlingsnævnet, li qed jaġixxi għal Ismar Huskic

(Kawża C-668/15)

(2016/C 068/31)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jyske Finans A/S

Konvenut: Ligebehandlingsnævnet, li qed jaġixxi għal Ismar Huskic

Domandi preliminari

1)

Il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini etnika stabbilita fl-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, tad-29 ta’ Ġunju 2000, li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi prassi, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont liema persuni mwielda barra mit-territorju ta’ wieħed mill-pajjiżi Nordiċi, ta’ Stat Membru, tal-Isvizzera jew tal-Liechtenstein huma suġġetti għal trattament inqas favorevoli minn persuni mwielda fit-territorju ta’ wieħed mill-pajjiżi Nordiċi, ta’ Stat Membru, tal-Isvizzera jew tal-Liechtenstein li jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, bl-eċċezzjoni tal-każ fejn il-prassi hija ġġustifikata oġġettivament mit-tfittxija ta’ għan leġittimu u l-mezzi ta’ implementazzjoni ta’ dak l-għan huma xierqa u neċessarji, tali prassi tista’ titqies li tikkostitwixxi diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq l-oriġini etnika fis-sens tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2000/43?

3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, tali prassi tista’ bħala prinċipju tkun iġġustifikata bħala mezz xieraq u neċessarju sabiex jiġu ssodisfatti l-obbligi msaħħa ta’ diliġenza dovuta mal-klijent previsti fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu (2)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 20, Vol. 1, p. 23.

(2)  ĠU L 309, p. 15.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/24


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-687/15)

(2016/C 068/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher, L. Nicolae, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Konferenza Dinjija tar-Radjukomunikazzjoni 2015 (WRC-15) tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU) adottati fis-26 ta’ Ottubru 2015 fit-3419-il laqgħa tal-Kunsill fil-Lussemburgu;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

Permezz ta’ dan ir-rikors, il-Kummissjoni titlob l-annullament tal-“Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Konferenza Dinjija tar-Radjukomunikazzjoni 2015 (WRC-15) tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU)” adottati fis-26 ta’ Ottubru 2015 fit-3419-il laqgħa tal-Kunsill fil-Lussemburgu.

2.

Ir-rikors huwa bbażat fuq motiv wieħed, jiġifieri li bl-adozzjoni tal-Konklużjonijiet dwar il-Konferenza Dinjija tar-Radjukomunikazzjoni 2015 (WRC-15) tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU) minflok deċiżjoni kif ipproponiet il-Kummissjoni, il-Kunsill kiser l-Artikolu 218(9) TFUE li japplika għall-adozzjoni tal-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-WRC-15.

3.

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssostni, l-ewwel nett, li l-Artikolu 218(9) TFUE huwa applikabbli għall-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fejn l-Unjoni Ewropea għandha status fl-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata, jiġifieri dak ta’ membru ta’ settur li, skont l-Artikolu 3(2) tal-Kostituzzjoni tal-ITU, jagħti lill-Unjoni Ewropea ċerti drittijiet ta’ parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-organizzazzjoni.

4.

It-tieni nett, il-Kummissjoni ssostni li r-reviżjonijiet tar-Regolamenti tar-Radju li għalihom il-Kummissjoni pproponiet l-adozzjoni ta’ pożizzjoni li għandha tittieħed skont l-Artikolu 218(9) TFUE jipproduċu effetti legali fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni kemm skont il-qafas ġuridiku internazzjonali applikabbli kif ukoll skont ir-regoli rilevanti tal-Unjoni.

5.

It-tielet nett, f’dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet l-oħra għall-applikazzjoni tal-Artikolu 218(9) TFUE, il-Kummissjoni ssostni li dawn huma wkoll issodisfatti f’dan il-każ peress li l-korpi tal-ITU huma sede “stabbilita fi ftehim” u l-atti li fir-rigward tagħhom il-Kummissjoni pproponiet l-adozzjoni ta’ pożizzjoni li għandha tittieħed “[ma jissupplimentawx] jew [ma jemendawx] il-qafas istituzzjonali tal-ftehim”.


Il-Qorti Ġenerali

22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2015 – Front Polisario vs Il-Kunsill

(Kawża T-512/12) (1)

((Relazzjonijiet barranin - Ftehim taħt forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni u l-Marokk - Liberalizzazzjoni reċiproka fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd - Applikazzjoni tal-Ftehim għas-Saħara tal-Punent - Front Polisario - Rikors għal annullament - Locus standi - Interess dirett u individwali - Ammissibbiltà - Konformità mad-dritt internazzjonali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża))

(2016/C 068/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Front populaire pour la libération de la saguia-el-hamra et du rio de oro (Front Polisario) (rappreżentanti: inizjalment C.-E. Hafiz u G. Devers, sussegwentement G. Devers, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Kyriakopoulou, A. Westerhof Löfflerová u N. Rouam, aġenti)

Intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre, E. Paasivirta u D. Stefanov, sussegwentement F. Castillo de la Torre u E. Paasivirta, bħala aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, 2012/497/UE, tat-8 ta’ Marzu 2012, dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jittratta miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd, is-sostituzzjoni tal-Protokolli Nri 1, 2 u 3 u tal-annessi tagħhom u l-emendi għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (ĠU L 241, p. 2).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/497/UE tat-8 ta’ Marzu 2012, dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jittratta miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd, is-sostituzzjoni tal-Protokolli Nri 1, 2 u 3 u tal-annessi tagħhom u l-emendi għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, hija annullata sa fejn hija tapprova l-applikazzjoni tal-imsemmi ftehim għas-Saħara tal-Punent.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Front populaire pour la libération de la saguia-el-hamra et du rio de oro (Front Polisario).


(1)  ĠU C 55, 23.2.2013


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Universal Music vs UASI – Yello Strom (Yellow Lounge)

(Kawża T-379/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2016/C 068/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Universal Music GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Viefhus, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment G. Schneider, sussegwentement G. Schneider u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Yello Strom GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Gründig-Schnelle, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Marzu 2006 (Każ R 274/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Yello Strom GmbH u Universal Music GmbH.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Universal Music GmbH u Yello Strom GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, għal nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 292, 1.9.2014


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/27


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Murnauer Markenvertrieb vs UASI – Bach Flower Remedies (MURNAUERS Bachblüten)

(Kawża T-534/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-opożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2016/C 068/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Murnauer Markenvertrieb GmbH (Egelsbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Traub u D. Horst, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bach Flower Remedies Ltd (Wimbledon, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Renck u M. Petersen, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Mejju 2014 (Każ R 2041/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn entre Murnauer Markenvertieb GmbH u Bach Flower Remedies Ltd.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Murnauer Markenvertrieb GmbH u Bach Flower Remedies Ltd huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASII).


(1)  ĠU C 351, 6.10.2014.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2015 – CompuGroup Medical vs UASI – Schatteiner (SAM)

(Kawża T-850/14)

((“Rikors għal annullament - Trade mark Komunitarja - Terminu tar-rikors - Punt ta’ tluq - Notifika tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell fuq is-sit elettroniku tal-UASI tar-rappreżentant tar-rikorrenti - Tardività - Assenza ta’ forza maġġuri jew ta’ każ fortuwitu - Inammissibbiltà manifesta”))

(2016/C 068/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: CompuGroup Medical AG (Koblenz, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Dix, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: H. Kunz, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Simon Schatteiner (Wien, l-Awstrija) (rappreżentanti: F. Schulz u H. Pernez, avukati)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Lulju 2014 (Każ R 818/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn S. Schatteiner u CompuGroup Medical AG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CompuGroup Medical AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Garcia Miniguez vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-357/15 P) (1)

([“Appell - Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Ckompetizzjoni interna tal-Kummissjoni miftuħa għal membri tal-persunal temporanji tal-istituzzjoni - Nuqqas ta’ ammissjoni tal-membru tal-persunal temporanju ta’ aġenzija eżekuttiva - Artikolu 29(1)(b) tar-Regolamenti tal-Persunal - Ugwaljanza fit-trattament - Appell manifestament infondat fid-dritt”])

(2016/C 068/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Maria Luisa Garcia Miniguez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Ortiz Blanco u Á. Givaja Sanz, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall, G. Gattinara u F. Simonetti, sussegwentement minn G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tat-28 ta’ April 2015, Garcia Minguez vs Il-Kummissjoni (F-72/14, ĠabraSP, EU:F:2015:40), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud

2)

Maria Luisa Garcia Minguez hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2015.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/29


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2015 – Frame vs UASI – Bianca-Moden (BIANCALUNA)

(Kawża T-627/15)

(2016/C 068/38)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Frame Srl (San Giuseppe Vesuviano, l-Italja) (rappreżentanti: M. Borghese, R. Giordano, u E. Montelione, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bianca-Moden GmbH & Co. KG (Ochtrup, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “BIANCALUNA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 251 808

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-7/08/2015 fil-Każ R 2952/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u/jew

tibgħat lura l-każ quddiem l-UASI sabiex tiġi analizzata b’mod xieraq il-probabbiltà ta’ konfużjoni filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni r-riżultati tal-prova ta’ użu ppreżentati minn Bianca-Moden GmbH & Co. KG;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż kemm tal-ewwel istanza kif ukoll ta’ din il-proċedura;

alternattivament, tirriforma d-deċiżjoni kkontestata b’tali mod li l-prodotti li ġejjin fil-Klassi 25 jiġu rreġistrati: ħwejjeġ ta’ taħt, piġami, t-shirts, qliezet ta’ taħt għan-nisa, qliezet ta’ taħt tal-irġiel.

Motivi invokati

Interpretazzjoni żbaljata tar-Regolament Nru 207/2009 meta ġie magħżul dritt preċedenti wieħed biss;

Interpretazzjoni żbaljata tar-Regolament Nru 207/2007 fl-evalwzzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni fost is-sinjali pparagunati.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/30


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2015 – BikeWorld vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-702/15)

(2016/C 068/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BikeWorld GmbH (St. Ingbert, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Jovy, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ottubru 2014, sa fejn ir-rikorrenti hija prevista minn din id-deċiżjoni;

tordna s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, fir-rigward tar-rikorrenti, tad-deċiżjoni sakemm tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors (Artikolu 278 TFUE).

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 3634 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar għajnuna mill-Istat tal-Ġermanja favur Nürburgring (SA.31550 [2012/C] ex 2012/NN])

Inostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka essenzjalment il-motivi li ġejjin:

1.

Ir-rikorrenti ma hijiex identika għall-partijiet fil-proċediment tad-deċiżjoni. Konsegwentement, hija ma tistax tiġi azzjonata ġudizzjarjament.

2.

Ir-rikorrenti ma pparteċipatx fil-proċediment li wassal għad-deċiżjoni kkontestata. Konsegwentement, inkiser id-dritt għal smigħ tagħha.

3.

Is-soċji attwali tar-rikorrenti ma għandhomx l-inqas rabta mas-soċji/proprjetarji inizjali fiż-żmien tal-għoti tas-self.

4.

L-għan imfittex mill-irkupru, jiġifieri “li jiġu evitati vantaġġi kompetittivi favur persuna waħda” ma jistax jintlaħaq mid-deċiżjoni, peress li r-rikorrenti ma hija f’kompetizzjoni ma’ ħadd u hija lanqas ma kienet f’kompetizzjoni sa mill-aħħar għoti ta’ self.

5.

Ir-rikorrenti ddikjarat ruħha disposta li tgħaddi għall-istralċjar u għax-xoljiment tagħha jekk dan ikun neċessarju sabiex tiġi evitata insolvenza imminenti li tkun inevitabbli jekk ir-rikorrenti jkollha tagħmel kwalunkwe ħlas fuq il-bażi ta’ rkupru.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/30


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2015 – Micula et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-704/15)

(2016/C 068/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Viorel Micula (Oradea, ir-Rumanija), European Drinks SA (Ștei, ir-Rumanija), Rieni Drinks SA (Rieni, ir-Rumanija), Transilvania General Import-Export SRL (Oradea), West Leasing International SRL (Pantasesti, ir-Rumanija) (rappreżentanti: J. Derenne, A. Dashwood, D. Vallindas, lawyers

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1470, tat-30 ta’ Marzu 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38517 (2014/C) (ex 2014/NN) et seq implimentata mir-Rumanija – Deċiżjoni ta’ Arbitraġġ Micula vs ir-Rumanija tal-11 ta’ Diċembru 2013 (notifikata bid-dokument C(2015) 2112) (ĠU 2015 L 232, p. 43);

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn

i.

tidentifika lil Viorel Micula bħala “impriża”, u għaldaqstant li tagħmel parti mill-allegata unità ekonomika unika li tikkostitwixxi l-benefiċjarju tal-għajnuna,

ii.

tidentifika lill-benefiċjarju tal-għajnuna bħala unità ekonomika unika li tinkludi lil Viorel Micula, Ioan Micula, S.C. European Food SA, S.C. Starmill S.R.L., S.C. Multipack, European Drinks SA, Rieni Drinks SA, Scandic Distilleries SA, Transilvania General Import-Export SRL, u

iii.

tordna, fl-Artikolu 2(2), li Viorel Micula, Ioan Micula, S.C. European Food SA, S.C. Starmill S.R.L., S.C. Multipack, European Drinks SA, Rieni Drinks SA, Scandic Distilleries SA, Transilvania General Import-Export SRL, u West Leasing SRL huma responsabbli in solidum għar-rimbors tal-għajnuna mill-Istat riċevuta minn kwalunkwe waħda minnhom;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza u fuq użu ħażin ta’ poter. Permezz tal-klassifikazzjoni żbaljata tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ tal-ICSID (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni ta’ arbitraġġ”) bħala l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, il-Kummissjoni teżerċita poter, li hija għandha fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Rumanija wara l-adeżjoni ta’ dan il-pajjiż mal-UE, b’mod retroattiv għall-perijodu ta’ qabel l-adeżjoni. Il-Kummissjoni manifestament ma għandhiex kompetenza sabiex teżerċita b’dan il-mod il-poteri tagħha fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat. L-adozzjoni ta’ deċiżjoni għal dan il-għan u li għandha dan l-effett issaħħaħ dan l-użu ħażin ta’ poter.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 107(1) TFEU

L-ewwel nett, id-deċiżjoni ma turix l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku peress li hija tidentifika l-eżekuzzjoni/implementazzjoni tad-deċiżjonita’ arbitraġġ bħala l-għajnuna inkompatbbli. Din il-kawża tissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fil-kawża Asteris (sentenza tas-27 ta’ Settembru 1988, Asteris et, 106/87 sa 120/87). Kwalunkwe vantaġġe (quod non) huwa preċedenti għall-adeżjoni tar-Rumanija mal-UE u għaldaqstant ma taqgħax fl-ambitu tar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat. It-tieni nett, id-deċiżjoni ma turix l-eżistenza ta’ selettività. It-trattat bilaterali ta’ investiment konkluż bejn ir-Rumanija u l-Isvezja (“BIT” – il-bażi legali tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ) jistabbilixxi sistema ta’ responsabbiltà ġenerali li tapplika b’mod uniformi lil kull investitur. It-tielet nett, id-deċiżjoni ma turix li l-miżura inkwistjoni hija imputabbli lill-Istat Rumen. Ir-Rumanija ma għandha ebda setgħa diskrezzjonali fl-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 351 TFUE u ta’ prinċipji ġenerali tad-dritt. L-Artikolu 351 TFUE jipproteġi l-obbligi tar-Rumanija bbażati fuq l-eżekuzzjoni tal-BIT mal-Isvezja, meta kien għadu ftehim konkluż bejn Stat Membru (l-Isvezja) u pajjiż terz (ir-Rumanija), kontra kull effett ta’ wara l-adeżjoni tar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. L-awtoritajiet tal-UE inkoraġġixxu b’mod attiv il-konklużjoni tal-BIT u, konsegwentement, stabbilixxew aspettattivi leġittimi fil-fatt li sforz sabiex jiġi inforzat tali BIT permezz ta’ arbitraġġ ma jkunx ostakolat, b’mod partikolari mir-regoli tal-għajnuna mill-Istat.

5.

Il-ħames motiv ibbażat, sussidjarjament, fuq il-fatt li l-għajnuna kien messa tqieset li hija għajnuna kompatibbli. Il-miżura nazzjonali inkwistjoni, li kienet l-oriġini tal-arbitraġġ u tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ qatt ma kienet meqjusa b’mod definittiv li hija inkompatibbli. Fi kwalunkwe każ, hija kienet tkun kompatibbli mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat.

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat, sussidjarjament, fuq il-fatt li d-deċiżjoni tiddetermina b’mod żbaljat lill-benefiċjarji tal-allegata għajnuna. Id-deċiżjoni la turi li Viorel u Ioan Micula jagħmlu parti mill-allegata unità ekonomika unika, u lanqas li hemm unità ekonomika unika f’dan il-każ.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq allegat żball fl-irkupru ordnat mid-deċiżjoni. Peress li d-deċiżjoni tiddetermina b’mod żbaljat lill-benefiċjarji tal-għajnuna illegali, hija tordna l-irkupru minn individwi u kumpanniji li ma humiex il-benefiċjarji tal-allegata għajnuna.

8.

It-tmien motiv huwa bbażat fuq ksur ta’ forom proċedurali sostanzjali (dritt għal smigħ). Id-deċiżjoni ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali fl-ebda punt ma semmiet lir-rikorrenti European Drinks, Rieni Drinks, West Leasing and Transilvania General Import-Export.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/32


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2015 – BASF vs UASI – Evonik Industries (DINCH)

(Kawża T-721/15)

(2016/C 068/41)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BASF SE (Ludwigshafen am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Schulz u C. Onken, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Evonik Industries AG (Marl, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “DINCH” – Trade mark Komunitarja Nru 2 563 856

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Settembru 2015 fil-Każ R 2080/2014-1

Talbiet

tirriforma d-deċiżjoni kkontestata b’mod li r-rikors tal-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell jiġi miċħud;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/33


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2015 – Verband der Bayerischen Privaten Milchwirtschaft vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-724/15)

(2016/C 068/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Verband der Bayerischen Privaten Milchwirtschaft e. V. (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Bittner u N. Thies, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn:

iddeċidiet fl-Artikolu 1 li l-Ġermanja, bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE, għat-testijiet tal-kwalità tal-ħalib li saru fil-Bayern, tat għajnuna favur impriżi fil-qasam tal-ħalib ikkonċernati fil-Bayern u li din l-għajnuna hija inkompatibbli mas-suq intern mill-1 ta’ Jannar 2007

ordnat fl-Artikoli 2 sa 4 l-irkupru mingħand il-benefiċjarji ta’ din l-għajnuna bl-interessi;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

B’dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2432, tat-18 ta’ Settembru 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35484 (2013/C) (ex SA.35484 (2012/NN)) mogħtija mill-Ġermanja għal testijiet tal-kwalità tal-ħalib skont il-Liġi dwar il-Ħalib u x-Xaħam.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-722/15, Interessengemeinschaft privater Milchverarbeiter Bayerns vs Il-Kummissjoni.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/33


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2015 – Chemutra Netherlands vs EFSA

(Kawża T-725/15)

(2016/C 068/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chemtura Netherlands (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel

Talbiet

tilqa’ r-rikors tagħha bħala ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (iktar ’il quddiem l-“EFSA”), tal-10 ta’ Diċembru 2015, dwar il-pubblikazzjoni ta’ ċerti partijiet tal-Konklużjoni tal-EFSA dwar ir-reviżjoni inter partes fuq ir-reviżjoni tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva diflubenzuron rigward il-metabolit PCA li fir-rigward tagħha r-rikorrenti talbet kunfidenzjalità skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU 2009 L 309, p. 1);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tar-Regolament Nru 1107/2009 u tad-dritt fundamentali għal protezzjoni tas-sigriet tan-negozju.

Ir-rikorrenti tqajjem dubji dwar il-bażi legali li permezz tiegħu l-konvenuta kkonkludiet li hija kellha obbligu li tippubblika l-konklużjonijiet tagħha. Anki jekk il-pubblikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-EFSA meħuda abbażi tal-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 1107/2009 kienet leġittima, il-konvenuta kisret l-Artikolu 63 tar-Regolament Nru 1107/2009 billi ppubblikat informazzjoni kunfidenzjali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni

Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta bbażat id-deċiżjoni tagħha dwar fehim mhux preċiż tal-fatti u tax-xjenza relatata, li wassal għal żball manifest ta’ evalwazzjoni tat-talbiet għal kunfidenzjalità tagħhom.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-UE: id-drittijiet tad-difiża u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba

Ir-rikorrenti ma ngħatatx l-opportunità li tagħmel osservazzjonijiet dwar dokumenti li l-konklużjonijiet tal-EFSA kienu bbażati fuqhom.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-dmirijiet stess tal-EFSA

Il-konvenuta ma bbażatx l-evalwazzjoni tagħha fuq il-provi xjentifiċi disponibbli kollha, filwaqt li kellha obbligu li tipproduċi xogħol tal-ogħla kwalità xjentifika.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-aspettattivi leġittimi

Ir-rikorrenti tinsab f’diskussjonijiet mal-Kummissjoni u korrispondenza mill-Kummissjoni tirrifletti li r-rikorrenti ser tingħata possibbiltà li tagħmel osservazzjonijiet dwar il-konklużjonijiet tal-EFSA bħala parti mill-proċess ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Il-kummenti tar-rikorrenti għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni qabel il-pubblikazzjoni tal-konklużjoni tal-EFSA.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/34


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2015 – Kluyev vs Il-Kunsill

(Kawża T-731/15)

(2016/C 068/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sergiy Kluyev (Donetsk, l-Ukrajna) (rappreżentanti: R. Gherson, Solicitor, B. Kennelly, Barrister, u T. Garner, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2015/1781/PESK, tal-5 ta’ Ottubru 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 tal-5 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1777, tal-5 ta’ Ottubru 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna sa fejn huma japplikaw għar-rikorrent; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill naqas milli jidentifika bażi legali xierqa. L-Artikolu 29 TUE ma kienx bażi legali xierqa għad-deċiżjoni kkontestata għaliex l-ilment magħmul kontra r-rikorrent ma kienx jidentifikah bħala individwu li ppreġudika l-istat tad-dritt jew id-drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna [fis-sens tal-Artikoli 21(2) u 23 TUE). Peress li d-deċiżjoni kienet invalida, il-Kunsill ma setax jibbaża ruħu fuq l-Artikolu 215(2) TFUE sabiex jadotta r-regolament ikkontestat. Fiż-żmien li fih ġew imposti l-miżuri restrittivi, ma kien hemm l-ebda akkuża kontra r-rikorrent fil-kuntest ta’ proċeduri ġudizzjarji li l-attivitajiet tiegħu għandhom mnejn jippreġudikaw l-istat tad-dritt, jew jiksru drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna. Fil-fatt, il-miżuri restrittivi jsostnu ksur tal-istat tad-dritt mill-awtoritajiet tal-Ukrajna fit-trattament tagħhom tar-rikorrent.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonstata li r-rikorrent issodisfa l-kriterju għal inklużjoni. L-allegazzjonijiet ippreżentati lill-Kunsill mill-uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali kienu wisq ġeneriċi u ma kienu sostnuti bl-ebda prova (jerġa’ inqas “konkreta”) ta’ proċeduri ġudizzjarji kontra r-rikorrent. Ir-rikorrent indika l-iżbalji fl-allegazzjonijiet qabel il-miżuri restrittivi u l-Kunsill naqas milli jikseb risposti u l-provi neċessarji mill-awtoritajiet tal-Ukrajna. Il-Kunsill żbalja meta aċċetta l-allegazzjonijiet prima facie, mhux l-inqas minħabba l-assenza ta’ proċedura ġudizzjarja fl-Ukrajna li tissodisfa l-istandards Ewropej.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrent. F’każ ta’ indikazzjoni mill-ġdid, il-Kunsill għandu obbligu iktar oneruż li jagħmel investigazzjonijiet sħaħ tal-awtoritajiet li qed jagħmlu talba u li jipprovdi din l-informazzjoni lill-persuna indikata. Dan l-obbligu ma ġiex issodisfat f’dan il-każ.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill naqas milli jagħti lir-rikorrent raġunijiet suffiċjenti għall-inklużjoni tiegħu. Ir-raġunijiet mogħtija ma kinux iddettaljati u preċiżi suffiċjentement.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser b’mod serju d-drittijiet fundamentali tar-rikorrent għall-proprjetà u għar-reputazzjoni. Il-miżuri restrittivi ġew imposti mingħajr salvagwardji xierqa li jippermettu lir-rikorrent jippreżenta l-każ tiegħu b’mod effettiv quddiem il-Kunsill. Il-miżuri restrittivi ma humiex ristretti għal proprjetà speċifika li jingħad li tirrappreżenta fondi pubbliċi użat ħażin jew limitati għall-ammont ta’ fondi li allegatament intużaw ħażin.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li, sa fejn il-Kunsill għandu raġun isostni li l-kriterji għal indikazzjoni jistgħu jestendu għal kwalunkwe investigazzjoni li ma hijiex konnessa ma’ proċeduri ġudizzjarji, il-kriterji huma sproporzjonati u illegali.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/35


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2015 – Ir-Repubblika Portugiża vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-733/15)

(2016/C 068/45)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u M. Figueiredo, aġenti, assistiti minn L. Silva Morais, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni nnotifikata mis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni fl-ittra SG-Greffe (2015) D/11533, tat-12 ta’ Ottubru 2015 (1).

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika Portugiża ssostni li t-talba għal ħlas trażmessa mis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea fl-ittra SG-Greffe (2015) D/11533, tat-12 ta’ Ottubru 2015, hija vvizzjata kif ġej u, konsegwentement, għandha tiġi annullata:

1.

Il-ġustifikazzjoni għall-adozzjoni tal-att ikkontestat tibbaża ruħha fuq tneħħija tas-setgħat tal-isfera ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea mill-Kummissjoni, liema fatt jikkostitwixxi vizzju ta’ inkompetenza.

2.

L-att huwa bbażat fuq tqassim artifiċjali tal-effetti tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mogħtija fil-Kawża Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (C-76/13, EU:C:2014:2029) fejn għaldaqstant huwa vvizzjat bi ksur tat-Trattati jew ta’ kwalunkwe regola ġuridika oħra relatata mal-applikazzjoni tiegħu.

3.

L-att tal-Kummissjoni suġġett ta’ dan ir-rikors għal annullament imur kontra l-awtorità ta’ res judicata, fejn, għal darb’oħra, huwa vvizzjat bi ksur tat-Trattati jew ta’ kwalunkwe regola ġuridika oħra relatata mal-applikazzjoni tiegħu.

4.

L-att huwa vvizzjat bl-istess illegalità billi ma josservax il-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ stabilità tar-relazzjonijiet ġuridiċi u ta’ aspettattivi leġittimi, irrikonoxxuti mid-dritt tal-Unjoni.

5.

L-att imur kontra l-prinċipju ta’ projbizzjoni tas-sanzjoni doppja li jipprekludi l-kisba, permezz ta’ att ġuridiku individwali ġdid, ta’ dak li ma nkisibx preċedentement permezz tad-deċiżjoni ġudizzjarja, liema fatt jirriżulta fi ksur tat-Trattati jew ta’ kwalunkwe regola ġuridika oħra relatata mal-applikazzjoni tiegħu.


(1)  Deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tan-Netwerks ta’ Komunikazzjonijiet, tal-Kontenut u tat-Teknoloġiji (DG CONNECT) li tirrikjedi lir-Repubblika Portugiża l-ħlas tal-ammont ta’ EUR 580 000 bħala pagament ta’ penalità għall-perijodu inkluż bejn il-25 ta’ Ġunju u l-21 ta’ Awwissu 2014 deċiża mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (C-76/13, EU:C:2014:2029).


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/36


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis-6 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża F-119/14, FE vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-734/15 P)

(2016/C 068/46)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: F. Simonetti u G. Gattinara, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: FE (Lussemburgu, il-Lussemburgu)

Talbiet tal-appellanti

Tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-6 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża F-119/14, FE vs Il-Kummissjoni;

tiċħad ir-rikors ippreżentat minn FE fil-Kawża F-119/14 bħala infondat;

tiddiċiedi li kull waħda mill-partijiet għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati ma’ din l-istanza;

tikkundanna lil FE għall-ispejjeż fl-istanza mressqa quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tliet aggravji.

1.

L-ewwel aggravju bbażat fuq diversi żbalji ta’ liġi mwettqa mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) u fuq żnaturament tal-atti tal-proċess fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni mill-Bord tal-Għażla tal-kundizzjoni ta’ ammissjoni li tikkonċerna l-esperjenza professjonali minima.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi fil-konklużjoni tat-TSP li tipprovdi li l-Awtorità tal-Ħatra wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni.

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi u fuq diversi ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni mwettqa mit-TSP fil-kundanna tal-Kummissjoni li tħallas EUR 10 000 lir-rikorrenti fl-ewwel istanzi.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/37


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2015 – The Art Company B & S vs UASI – Manifatture Daddato u Laurora (SHOP ART)

(Kawża T-735/15)

(2016/C 068/47)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Art Company B & S, SA (Quel, Spanja) (rappreżentanti: L. Sánchez Calderón u J. Villamor Muguerza, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Manifatture Daddato SpA (Barletta, l-Italja), Sabina Laurora (Trani, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “SHOP ART” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 030 921

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Ottubru 2015 fil-Każ R 3050/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/38


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2015 – British Aggregates et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-741/15)

(2016/C 068/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: British Aggregates Association (Lanark, ir-Renju Unit), Tinney Quarries Ltd (St. Johnston, l-Irlanda), MBC Quarries Ltd (Ballybofey, l-Irlanda), Mac Sand Ltd (Stranorlar, l-Irlanda) (rappreżentanti: L. Van den Hende u A. White, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Awissu 2014, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-25 ta’ Settembru 2015 dwar is-sistema ta’ għajnuna mill-Istat SA.18859 (11/C) (ex 65/10 NN) implementata mir-Renju Unit – Eżenzjoni mill-Imposti fuq l-Aggregati fl-Irlanda ta’ Fuq (ex N 2/04); u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi tal-Kummissjoni meta ddeċidiet li l-ksur tal-Artikolu 110 TFUE, u b’hekk tal-Artikolu 107 TFUE, setgħu jiġu rrettifikati retroattivament, u b’hekk l-eżenzjoni mill-imposta fuq l-aggregati fl-Irlanda ta’ Fuq issir kompatibbli mas-suq intern.

2.

It-tieni motiv, sussidjarju għall-ewwel motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi u żbalji ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni meta ddeċidiet li r-rimedju retroattiv applikat mir-Renju Unit kien kompatibbli mal-prinċipju ta’ effettività u d-dritt għal rimedju effettiv.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni meta ddeċidiet li l-eżenzjoni mill-imposta fuq l-aggregati fl-Irlanda ta’ Fuq kienet kompatibbli mal-linji gwida komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent (1) (linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent tal-2008), u b’hekk mal-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE. B’mod partikolari, il-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ evalwazzjoni meta ddeċidiet li t-tielet parti tar-rekwiżit ta’ ħtieġa skont il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent tal-2008 kienet ġiet issodisfatta, jiġifieri jekk il-barrieri tal-Irlanda ta’ Fuq setgħux jgħaddu jew le l-imposta fuq l-aggregat fuq il-klijenti mingħajr din ma twassal għal tnaqqis importanti fil-bejgħ.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ twettiq ta’ analiżi ġenwinament diliġenti u imparzjali mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ jekk ir-rimedju retroattiv applikat mir-Renju Unit kienx kompatibbli mal-prinċipju ta’ effettività u mad-dritt għal rimedju effettiv, u dwar jekk it-tielet parti tar-rekwiżit ta’ ħtieġa tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent tal-2008 kinitx ġiet issodisfatta.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni mill-Kummissjoni konformement mal-Artikolu 296 TFUE, peress li r-rimedju retroattiv applikat mir-Renju Unit kien kompatibbli mal-prinċipju ta’ effettività u mad-dritt għal rimedju effettiv, u għaliex it-tielet parti tar-rekwiżit ta’ ħtieġa tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent tal-2008 kien ġie ssodisfatt.


(1)  Linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent (ĠU C 82, 1.4.2008, p. 1).


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/39


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Nausicaa Anadyomène u Banque d’Escompte vs BĊE

(Kawża T-749/15)

(2016/C 068/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Nausicaa Anadyomène SAS (Pariġi, Franza) u Banque d’Escompte (Pariġi) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

Talbiet tar-rikorrenti

Tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

Konsegwentement,

tgħid li l-konvenut huwa responsabbli, fis-sens tal-Artikolu 340 TFUE mill-fatt tan-nuqqasijiet imwettqa fl-okkażjoni tal-politika monetarja tiegħu dwar titoli ta’ dejn Griegi;

tikkundanna lill-konvenut li jikkumpensa d-dannu subit, evalwat għal EUR 10 901 448,38 lill-kumpannija Nausicaa, suġġett għall-konferma, u għal EUR 239 058,84 lill-Banque d’Escompte;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż fl-intier tagħhom.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur suffiċjentement ikkaratterizzat li l-BĊE wettqet. Dan il-motiv huwa diviż fi tliet partijiet:

L-ewwel parti, dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tal-prinċipju tar-rispett tal-aspettattivi leġittimi.

It-tieni parti, dwar il-ksur tal-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament u tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u dwar il-ksur tal-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem “il-Karta”).

It-tielet parti, dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, il-ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta u dwar il-ksur tal-obbligu ta’ diliġenza.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq dannu subit mir-rikorrenti u fuq ir-rabta kawżali bejn l-aġir żbaljat tal-BĊE u dan id-dannu.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/39


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Contact Software vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-751/15)

(2016/C 068/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Contact Software GmbH (rappreżentanti: J.-M. Schultze, S. Pautke u C. Ehlenz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni C(2015) 7006 finali fil-Każ AT.39846 – CONTACT/Dassault & PTC tad-9 ta’ Ottubru 2015;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni C(2015) 7006 finali fil-Każ AT.39846 – CONTACT/Dassault & PTC, tad-9 ta’ Ottubru 2015, li ċaħdet l-ilment li hija ressqet fit-18 ta’ Novembru 2010 fuq il-bażi tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (1).

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq id-definizzjoni żbaljata tas-swieq rilevanti

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet zbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tagħha tal-Artikolu 102 TFUE, peress li hija ma segwietx l-elementi u l-argumenti pprovduti mir-rikorrenti li jwasslu għal definizzjoni iktar stretta tas-swieq rilevanti, li jkopru, minn naħa, is-swieq li huma proprjament imsejħa swieq tas-softwer ta’ “Computar Aided Design” (CAD) intiżi għal fornituri partikolari jew tal-inqas ta’ softwer “High-End CAD” għall-produtturi tal-karozzi jew fornituri tas-settur tal-karozzi, u, min-naħa l-oħra, suq tal-informatika fuq l-interfaces għal softwer ta’ CAD speċifiku għal kull fornitur.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 102 TFUE

F’dan ir-rigward, ġie sostnut li l-Kummissjoni evalwat b’mod manifestament żbaljat il-pożizzjoni dominanti tal-impriżi kkonċernati, billi bbażat ruħha essenzjalment fuq definizzjoni żbaljata, hawn fuq esposta, tas-swieq rilevanti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni

Fit-tielet motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li ċ-ċaħda tal-ilment tagħha ma hijiex suffiċjentement motivata.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni

Fir-raba’ motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-konklużjoni tal-Kummissjoni, li ma hemmx raġunijiet suffiċjenti fir-rigward tal-interess Komunitarju li l-investigazzjoni titkompla fuq ksur possibbli tal-Artikolu 102 TFUE, hija vvizzjata minn żball manifest.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) numru 773/2004, tas-7 ta’ April 2004, dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 81).


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/40


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2015 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïkí Dynamikí vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-752/15)

(2016/C 068/51)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: M. Sfyrí u Ch. Dede, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li huma kienu ġew innotifikati biha permezz ta’ ittra tad-29 ta’ Ottubru 2015 bir-referenza DIGIT/R/3/SDP/PT 5107460 (2015), li permezz tagħha l-Kummissjoni kklassifikat fis-sitt pożizzjoni l-offerta tar-rikorrenti għal waħda mit-tliet lottijiet, speċifikatament Lott 3, fil-kuntest tal-proċedura għal sejħa għal offerti taħt in-Nru DIGIT/R3/PO/2015/0008 intitolata “Support and consulting services for technical informatics staff IV (STIS IV)”;

tordna li l-Kummissjoni tikkumpensa lir-rikorrenti għad-dannu mġarrab minnhom minħabba fit-telf ta’ opportunità li jingħataw l-ewwel pożizzjoni għall-Lott 3 tal-ftehim qafas STIS IV;

tordna li l-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż kollha tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata peress li kienet ivvizzjata b’nuqqas ta’ motivazzjoni: (i) fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-offerta teknika tar-rikorrenti, (ii) fir-rigward tar-raġunijiet għalfejn l-offerti finanzjarji tal-kumpanniji u konsorzji, rebbieħa tas-sejħa għal offerti, ma kinux ġew ikkunsidrati li kienu wisq baxxi, u minħabba li l-Kummissjoni kisret id-dokumenti kuntrattwali u d-dritt tal-UE fir-rigward tal-eżistenza ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/41


Rikors ippreżentat fi 22 ta’ Diċembru 2015 – Facebook vs UASI – Brand IP Licensing (lovebook)

(Kawża T-757/15)

(2016/C 068/52)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Facebook, Inc. (Menlo Park, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: Granado Carpenter u Polo Carreño, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Brand IP Licensing Ltd (Road Town, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “lovebook” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 926 577

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Settembru 2015 fil-Każ R 2028/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha, sa fejn din tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tikkonferma l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-Trade mark Komunitarja Nru 9 926 577 LOVEBOOK fuq il-bażi ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni, billi bbażat ruħha fuq il-konklużjonijiet li x-xebh bejn is-sinjali huwa minuri meta mqabbel mad-differenzi, li l-impressjoni ġenerali tas-sinjali fil-perċezzjoni tal-pubbliku rilevanti hija li dik li dawn ma jixxibhux, u li dan huwa l-każ, anki jekk t-trade marks preċedenti jgawdu minn distintività ikbar;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/42


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2015 – EDF Toruń vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

(Kawża T-758/15)

(2016/C 068/53)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: EDF Toruń SA (Toruń, il-Polonja) (rappreżentant: K. Sienkiewicz, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni Nru SME(2015)4950 tat-3 ta’ Novembru 2015 adottata mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, u l-fattura tal-VAT Nru 10054011 tat-3 ta’ Novembru 2015, dwar l-addebitu ta’ miżata amministrattiva għall-indikazzjoni żbaljata tad-daqs tal-impriża fin-notifika lir-reġistru tar-REACH;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ saħħa vinkolanti tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u medji (2003/361/KE) u l-bżonn li jiġu applikati miżuri nazzjonali f’dan ir-rigward;

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008, (1) minħabba l-fatt li l-aġenzija ma hijiex intitolata timponi penalitajiet finanzjarji fuq entitajiet li jwettqu notifika lir-reġistru tar-REACH;

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità bl-addebitu ta’ miżata amministrattiva li l-ammont tagħha huwa eċċessivament għoli meta mqabbel max-xogħol neċessarju biex jiġi ddeterminat il-valur tal-impriża;

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter permezz tal-addebitu ta’ miżata fuq il-bażi tad-Deċiżjoni 14/2015 tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija għas-Sustanzi Kimiċi, meta din id-deċiżjoni ma għandhiex setgħa vinkolanti;

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-priċipju ta’ ugwaljanza billi l-ammont tal-miżata amministrattiva ġiet stabbilita fuq il-bażi tad-daqs tal-entità li lilha għandha tiġi addebitata l-miżata, meta ma hemm l-ebda argumenti li jsostnu l-korrettezza ta’ soluzzjoni bħal din.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 tas-16 ta’ April 2008 dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (ĠU J 2008 L 107, p. 6).


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/43


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2015 – Sogepa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-761/15)

(2016/C 068/54)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société wallonne de gestion et de participations (Sogepa) (Liège, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Lepièce u H. Baeyens, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet:

tannulla l-Artikoli 3, 4, 5 u 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-31 ta’ Lulju 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat mhux notifikata SA.34791 (2013/C) (ex 2012/NN) – il-Belġju – Għajnuna għas-salvataġġ ta’ Val Saint-Lambert, sa fejn hija tordna l-irkupru ta’ ammont ta’ għajnuna mill-Istat li jikkorrispondi għad-doppju tal-vantaġġ ekonomiku li effettivament ibbenefikat minnu l-kumpannija Val Saint-Lambert;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq l-iżball ta’ liġi li l-Kummissjoni wettqet fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-vantaġġ ekonomiku fil-qafas tal-għoti ta’ self lil Val Saint-Lambert SA u tal-għoti ta’ rimbors doppju tal-vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarju.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/43


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2015 – Deutsche Lufthansa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-764/15)

(2016/C 068/55)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Lufthansa AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Martin-Ehlers, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-1 ta’ Ottubru 2014, fil-Każ SA.32833 (2011/C) (ex 2011/NN) – Ajruport ta’ Hahn;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka, essenzjalment, is-segwenti:

Difett proċedurali minħabba assenza ta’ iktar diskussjoni mar-rikorrenti fl-2014;

Preżentazzjoni inkompleta tal-każ, minkejja li fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata l-konvenuta kienet taf bil-fatti;

Evalwazzjoni legali żbaljata tal-miżuri favur l-ajruport inkwistjoni, sa fejn ċerti miżuri ma kellhomx jiġu kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, filwaqt li ċerti miżuri oħrajn kellhom jiġu kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern;

Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li l-għajnuna kollha kkunsidrata fid-deċiżjoni kkontestata favur l-ajruport inkwistjoni ngħatat finalment lil Ryanair bħala l-ikbar utent ta’ tali ajruport.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/44


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2015 – BelTechExport vs Il-Kunsill

(Kawża T-765/15)

(2016/C 068/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BelTechExport ZAO (Minsk, il-Belarussja) (rappreżentanti: J. Jerņeva u E. Koškins, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1948, tad-29 ta’ Ottubru 2015, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (ĠU L 284, p. 62) sa fejn dan ir-regolament jestendi l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi għar-rikorrenti, anki jekk din l-applikazzjoni hija sospiża temporanjament;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1957, tad-29 ta’ Ottubru 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 284, p. 149) sa fejn din id-deċiżjoni testendi l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi għar-rikorrenti, anki jekk din l-applikazzjoni hija sospiża temporanjament; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-atti kkontestati ma jipprovdux motivazzjoni suffiċjenti sabiex jiġġustifikaw l-inklużjoni kontinwa tar-rikorrenti fuq l-annessi kkonċernati u l-fatt li l-Kunsill ma kkonformax ruħu mad-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, li jeżiġuh jimmotiva d-deċiżjonijiet tiegħu.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-atti kkontestati jiksru d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal smigħ xieraq, stabbiliti fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, peress li ġew adottati mingħajr ma r-rikorrenti kellha l-possibbiltà teżerċita effettivament id-drittijiet tagħha ta’ difiża, b’mod partikolari d-dritt għal smigħ u d-dritt għal proċedura li tippermettilha titlob effettivament li titneħħa minn fuq il-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għal-miżuri restrittivi.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-atti kkontestati huma vvizzjati minn żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, peress li huma bbażati fuq l-ipoteżi żbaljata li, bħala kumpannija importanti fis-settur tal-produzzjoni u tal-esportazzjoni tal-armi fil-Belarussja, ir-rikorrenti tibbenefika minn vantaġġ taħt ir-reġim Loukachenko.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-atti kkontestati jiksru d-dritt fundamentali għall-proprjetà stabbilit fl-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikoli 1 tal-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u fuq il-fatt li dan il-ksur ma huwiex ibbażat fuq provi konvinċenti, ma huwiex iġġustifikat u huwa sproporzjonat.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/45


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2015 – ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-143/15)

(2016/C 068/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: A. Fombaron, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tar-rikorrent intiż għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ xoljiment antiċipat tal-impjieg tiegħu fil-Parlament Ewropew.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tad-19 ta’ Awwissu 2015 ta’ ċaħda tal-ilment imressaq abbażi tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej;

jannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Frar 2015;

jannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ Frar 2015,

jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha tal-istanza.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/45


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2015 – ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-146/15)

(2016/C 068/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li tiċħad it-talba għal konverżjoni f’punti ta’ mertu tar-rapporti ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent li ġew stabbiliti wara l-promozzjoni tiegħu għal grad AD 12.

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-8 ta’ April 2015, li tiċħad it-talba għal konverżjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent stabbiliti wara l-promozzjoni tiegħu għall-grad AD 12 f’punti ta’ mertu;

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/46


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2015 – ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-147/15)

(2016/C 068/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li ttem il-kuntratt tar-rikorrenti.

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-24 ta’ Frar 2015;

sa fejn ikun hemm bżonn, tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tad-9 ta’ Settembru 2015;

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/46


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-149/15)

(2016/C 068/60)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li timponi fuq ir-rikorrent is-sanzjoni ta’ sospensjoni ta’ avvanz fl-iskala u li tobbligah jikkumpensa dannu allegatament subit mill-Unjoni Ewropea, u talba għad-danni għall-kumpens tad-dannu morali u għar-reputazzjoni allegatament subit.

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni CMS 13-005 tal-Awtorità tal-Ħatra Tripartitika sa fejn din tipprevedi s-sospensjoni ta’ avvanz fl-iskala għal perijodu ta’ 18-il xahar u l-kumpens għal dannu stabbilit permezz tad-deċiżjoni għal EUR 108 596,35;

sa fejn ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

sussidjarjament, tnaqqas is-sanzjoni finanzjarja li tinsab fid-Deċiżjoni CMS 13-005

tikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa d-dannu morali u għar-reputazzjoni subit mir-rikorrent stmat għal EUR 20 000;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.


22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/47


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-12 ta’ Jannar 2016 – Vermoesen u Herkens vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-108/15) (1)

(2016/C 068/61)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 320, 28.09.2015, p. 54.