ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 67

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
20 ta' Frar 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Kunsill

2016/C 067/01

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2016 dwar l-integrazzjoni tal-persuni li ilhom qiegħda fis-suq tax-xogħol

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 067/02

Rata tal-kambju tal-euro

6

2016/C 067/03

Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għat-28 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Marzu 2016 (Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 ( ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1 ))

7

2016/C 067/04

Avviż tal-Kummissjoni dwar id-data ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali Pan-Ewro-Mediterranji jew tal-protokolli dwar ir-regoli ta’ oriġini li jipprovdu għal kumulazzjoni djagonali bejn il-Partijiet Kontraenti għal din il-Konvenzjoni

8

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2016/C 067/05

Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar Nilqgħu l-isfidi tal-big data: Sejħa għal trasparenza, kontroll mill-utent, protezzjoni tad-data b’disnn u responsabbiltà

13

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2016/C 067/06

Miżuri ta’ riorganizzazzjoni — Deċiżjoni dwar miżuri għar-riorganizzazzjoni ta’ INTERNATIONAL LIFE General Insurance S.A.

16


 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 067/07

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

17


 

Rettifika

2016/C 067/08

Rettifika tan-Notifika ta' bidu ta' proċediment antidumping li jikkonċerna importazzjonijiet ta' ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma' tarf ta' tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan ( ĠU C 357, 29.10.2015 )

20


MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Kunsill

20.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Frar 2016

dwar l-integrazzjoni tal-persuni li ilhom qiegħda fis-suq tax-xogħol

(2016/C 67/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292, flimkien mal-Artikolu 148(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-rata tal-qgħad fl-Unjoni żdiedet għal livell storikament għoli wara l-kriżi finanzjarja u ekonomika tal-2008-2009. Attwalment ir-rata qed tonqos, iżda l-qgħad fit-tul għadu għoli ħafna. Il-qgħad fit-tul jaffettwa kull Stat Membru b’mod differenti, partikolarment billi l-impatt tal-kriżi kien irregolari u l-qagħda makroekonomika, l-istruttura ekonomika u l-funzjonament tas-suq tax-xogħol ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor.

(2)

Wara snin ta’ tkabbir imrażżan u livell baxx ta’ ħolqien ta’ impjiegi, fl-2014 il-qgħad fit-tul, definit mill-Eurostat bħala n-numru ta’ nies bla xogħol u li ilhom attivament ifittxu x-xogħol għal tal-anqas sena, affettwa iktar minn 12-il miljun ħaddiem, jew 5 % tal-popolazzjoni attiva tal-Unjoni, li 62 % minnhom kienu ilhom mingħajr impjieg għal tal-anqas sentejn wara xulxin.

(3)

Il-qgħad fit-tul qiegħed jaffettwa lill-persuni kkonċernati, inaqqas il-potenzjal għat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni, iżid ir-riskju tal-esklużjoni soċjali, tal-faqar u tal-inugwaljanza, u jżid l-ispejjeż tas-servizzi soċjali u tal-finanzi pubbliċi. Il-qgħad fit-tul iwassal għal telf ta’ dħul, diminuzzjoni tal-ħiliet, inċidenza ogħla ta’ problemi tas-saħħa u żieda tal-faqar fil-familji.

(4)

Il-persuni b’livell baxx ta’ ħiliet jew ta’ kwalifiki, il-persuni minn pajjiżi terzi, il-persuni b’diżabbiltà u l-minoranzi żvantaġġati bħar-Rom huma fost dawk li huma l-iżjed vulnerabbli għal qgħad fit-tul. L-impjieg preċedenti ta’ persuna għandu rwol importanti wkoll, peress li f’xi pajjiżi l-aspetti settorjali u ċikliċi huma essenzjali biex tiġi spjegata l-persistenza tal-qgħad fit-tul.

(5)

Kull sena, kważi wieħed minn kull ħamsa tal-persuni fl-Unjoni li ilhom qiegħda jaqtgħu qalbhom u jaqgħu f’inattività bħala riżultat ta’ sforzi bla suċċess ta’ tfittix ta’ impjieg. Peress li l-ostakoli għall-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol huma varji u spiss jakkumulaw, l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol teħtieġ approċċ imfassal apposta u individwalizzat u l-forniment ta’ servizz koordinat.

(6)

In-numru ta’ persuni li ilhom qiegħda hu nofs in-numru totali ta’ persuni qiegħda fl-Unjoni iżda jirrappreżentaw anqas minn wieħed minn kull ħamsa tal-parteċipanti f’miżuri attivi tas-suq tax-xogħol. B’mod korrispondenti, proporzjon baxx tal-persuni li ilhom qiegħda (medja ta’ 24 %) huma koperti mill-benefiċċji tal-qgħad.

(7)

L-investiment fil-kapital uman għandu jitjieb u jsir aktar effiċjenti, bl-għan li aktar persuni jiksbu ħiliet u kompetenzi tajba u rilevanti, jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ħiliet u tiġi stabbilita l-bażi għal transizzjoni bla xkiel mit-tagħlim għax-xogħol u għall-impjegabbiltà kontinwa. It-titjib tal-prestazzjoni u tar-rilevanza tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ ser jgħin biex jitnaqqas in-numru ta’ persuni qiegħda ġodda. Għal dan il-għan, il-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandha tintlaħaq f’konformità mas-Semestru Ewropew, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Mejju 2009 dwar Qafas Strateġiku għall-Kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u fit-Taħriġ (ET 2020) (1) u r-Rakkomandazzjoni 2006/962/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (2).

(8)

Bil-ħsieb li tiġi żviluppata strateġija koordinata għall-impjieg, il-Linji Gwida tal-2015 għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (3) jsejħu biex il-qgħad fit-tul u strutturali jitnaqqas b’mod sinifikanti permezz ta’ strateġiji komprensivi u reċiprokament rinfurzanti li jinkludu appoġġ attiv individwalizzat għal ritorn fis-suq tax-xogħol.

(9)

Filwaqt li l-Istati Membri jibqgħu kompetenti biex jagħżlu l-miżuri tas-suq tax-xogħol l-aktar addattati għas-sitwazzjoni individwali tagħhom, il-linji gwida jsejħu lill-Istati Membri biex jippromwovu l-impjegabbiltà billi jinvestu fil-kapital uman permezz ta’ sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ li jkunu effettivi u effiċjenti u li jżidu l-livell tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol. Il-linji gwida jsejħu wkoll speċifikament lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu sistemi ta’ tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol bħal sistemi ta’ dual learning u biex jaġġornaw it-taħriġ professjonali. B’mod aktar ġenerali, il-linji gwida jirrikjedu mill-Istati Membri li jieħdu kont tal-prinċipji tal-flessigurtà u li jsaħħu l-miżuri attivi tas-suq tax-xogħol billi jżidu l-effettività, il-mira, il-komunikazzjoni, il-kopertura u l-interazzjoni tagħhom b’appoġġ tad-dħul u l-forniment tas-servizz soċjali.

(10)

L-azzjonijiet proposti f’din ir-Rakkomandazzjoni għandhom ikunu kompletament kompatibbli mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi li nħarġu fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, u l-implimentazzjoni tagħhom għandha sseħħ f’konformità sħiħa mar-regoli tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.

(11)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/867/KE tat-3 ta’ Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol (4) tiddettalja strateġija komprensiva, integrata għall-inklużjoni attiva ta’ dawk li huma esklużi mis-suq tax-xogħol li tikkombina l-appoġġ ta’ dħul adegwat, swieq tax-xogħol inklużivi u aċċess għal servizzi ta’ kwalità. Hija għandha l-għan li tiffaċilita l-integrazzjoni f’impjieg sostenibbli u ta’ kwalità ta’ dawk li jistgħu jaħdmu u li tipprovdilhom riżorsi li jkunu suffiċjenti għal għajxien b’dinjità.

(12)

Il-Fond Soċjali Ewropew huwa l-istrument finanzjarju prinċipali tal-Unjoni biex jiġi indirizzat il-qgħad fit-tul. Għall-perijodu 2014-2020, l-Istati Membri allokaw finanzjament sostanzjali għall-appoġġ tal-integrazzjoni tal-persuni li ilhom qiegħda fis-suq tax-xogħol. Fondi oħra, bħall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u bħall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, jistgħu wkoll jikkumplimentaw il-miżuri finanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew f’konformità mal-allokazzjonijiet għall-prijoritajiet rilevanti ta’ investiment għall-perijodu 2014-2020, jiġifieri bl-appoġġ għall-ħolqien tal-impjiegi, bil-modernizzazzjoni ta’ servizzi pubbliċi għall-impjiegi u bl-edukazzjoni vokazzjonali, it-taħriġ għall-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja. F’dan il-qafas, id-diskussjonijiet rilevanti futuri għandhom jikkunsidraw kif tista’ tissaħħaħ aktar l-integrazzjoni tal-persuni li ilhom qiegħda fis-suq tax-xogħol.

(13)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (5) ssejjaħ għal azzjoni biex l-individwi tingħatalhom l-opportunità li juru x’tgħallmu barra mill-edukazzjoni u t-taħriġ formali.

(14)

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-14-15 ta’ Marzu 2013 enfasizzaw li l-sfida soċjali l-aktar importanti hija li jiġi indirizzat il-qgħad u li huwa kruċjali li jitnaqqas il-qgħad fit-tul u li tkun żgurata l-parteċipazzjoni totali tal-ħaddiema akbar fl-età.

(15)

Il-qgħad fit-tul ġie identifikat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill bħala ostakolu maġġuri għat-tkabbir.

(16)

Għandhom jiġu żviluppati sforzi intensifikati għall-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol għal dawk li ntlaqtu l-aktar severament mill-qgħad fit-tul b’kont meħud tal-prattiki nazzjonali. Dan għandu jmur id f’id ma’ titjib fir-reġistrazzjoni mas-servizzi għall-impjiegi u ma’ aġenziji kompetenti oħra biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ kopertura tal-miżuri ta’ appoġġ. Pajjiżi b’għadd kbir ta’ persuni reġistrati li ilhom qiegħda jistgħu jipprijoritizzaw fl-isforzi tagħhom lil dawk li huma diġà reġistrati.

(17)

Approċċ preventiv ikun favorevoli f’termini ta’ effiċjenza u effikaċja. Il-miżuri ta’ prevenzjoni u attivazzjoni prinċipalment li jiffukaw fuq il-bidu tal-perijodu tal-qgħad għandhom jissaħħu u, fejn meħtieġ, ikkumplimentati. Jeħtieġ li tittieħed azzjoni speċifika għall-persuni reġistrati li ilhom qiegħda mhux aktar tard minn meta jilħqu 18-il xhar ta’ qgħad peress li dan hu meta l-mekkaniżmi u s-servizzi ta’ appoġġ għal dan il-grupp partikolari jinbidlu f’għadd kbir ta’ Stati Membri.

(18)

Jinħtieġu approċċi individwalizzati għall-appoġġ tal-persuni li ilhom qiegħda li jindirizzaw l-ostakoli li jwasslu għal qgħad persistenti, li jaġġornaw u jikkumplimentaw il-valutazzjoni inizjali li twettqet mar-reġistrazzjoni. Dan jiggwida lill-persuni li ilhom qiegħda lejn servizzi ta’ appoġġ suffiċjentement imfassla għall-ħtiġijiet individwali, bħall-konsulenza dwar dejn, riabilitazzjoni, servizzi ta’ appoġġ soċjali, servizzi tal-kura, integrazzjoni ta’ migranti, akkomodazzjoni u appoġġ għat-trasport, immirati biex jiġu indirizzati l-ostakoli għax-xogħol u jagħtu setgħat lil dawk il-persuni biex jilħqu għanijiet ċari li jwasslu għal impjieg.

(19)

L-involviment ta’ min iħaddem fl-integrazzjoni tal-persuni li ilhom qiegħda hija essenzjali u għandha tkun appoġġata permezz ta’ forniment ta’ servizzi dedikati mis-servizzi għall-impjiegi, akkumpanjati minn inċentivi finanzjarji mmirati sew u l-involviment ta’ msieħba soċjali. Impenn aktar qawwi ta’ min iħaddem, ikkumplementati minn miżuri li jirrinforzaw il-ħolqien tal-impjiegi fl-ekonomija, jista’ jkompli jżid l-effettività tal-miżuri ta’ integrazzjoni.

(20)

Inizjattivi reċenti ta’ politika bħar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ April 2013 dwar it-twaqqif ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ (6) isejħu għal ħidma fi sħubija bħala metodu ġdid għall-implimentazzjoni tal-politika soċjali u tal-impjieg. L-għoti kkoordinat ta’ servizzi huwa kruċjali, b’mod partikolari fl-Istati Membri fejn ir-responsabbiltajiet għall-appoġġ tal-persuni li ilhom qiegħda huma kondiviżi bejn is-servizzi pubbliċi għall-impjiegi, l-aġenziji tas-sigurtà soċjali u l-gvern lokali.

(21)

Imfassal biex jirrifletti s-sitwazzjoni individwali ta’ persuna li ilha qiegħda, ftehim ta’ integrazzjoni f’impjieg għandu jiddettalja pakkett ta’ miżuri individwalizzati disponibbli fil-livell nazzjonali (bħal dawk dwar is-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni, it-taħriġ u servizzi ta’ appoġġ soċjali) imfassla biex jagħtu appoġġ u setgħat lil persuna li ilha qiegħda biex tegħleb ostakoli speċifiċi għall-impjieg. Tali ftehimiet għandhom jiddefinixxu għanijiet, skedi ta’ żmien, l-obbligi tal-persuna li ilha qiegħda u l-offerta tal-fornitur jew fornituri tas-servizz, u għandhom jindikaw il-miżuri disponibbli ta’ integrazzjoni.

(22)

Jeħtieġ li l-azzjonijiet proposti f’din ir-Rakkomandazzjoni jieħdu kont tad-diversità tal-Istati Membri u l-punti differenti ta’ tluq tagħhom fir-rigward tal-qagħda makroekonomika, il-livell tal-qgħad fit-tul kif ukoll ir-rati ta’ fluttwazzjoni tiegħu, l-istabbiliment istituzzjonali, id-differenzi reġjonali u l-kapaċità tad-diversi atturi fis-suq tax-xogħol. Dawk l-azzjonijiet għandhom jikkumplimentaw u jirrinfurzaw l-approċċ ta’ politika attwalment implimentat minn bosta Stati Membri, b’mod partikolari bl-introduzzjoni ta’ komponenti flessibbli bħall-approċċ individwalizzat u l-forniment ta’ servizzi koordinati, u bl-involviment ta’ min iħaddem.

(23)

Din ir-Rakkomandazzjoni debitament tosserva, tirrinforza u ssaħħaħ id-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari kif stabbiliti fl-Artikolu 29 u fl-Artikolu 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

B’DAN JIRRAKKOMANDA LI L-ISTATI MEMBRI:

Jappoġġaw ir-reġistrazzjoni ta’ dawk li jfittxu x-xogħol u jappoġġaw orjentazzjoni tal-miżuri ta’ integrazzjoni li tkun aktar qrib is-suq tax-xogħol, fost oħrajn permezz ta’ rabta aktar mill-qrib ma’ min iħaddem.

Jipprovdu valutazzjonijiet individwali lill-persuni reġistrati li ilhom qiegħda.

Jagħmlu offerta speċifika ta’ ftehim ta’ integrazzjoni f’impjieg mhux aktar tard minn meta persuna li ilha qiegħda tkun laħqet 18-il xahar qiegħda. Għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, “ftehim ta’ integrazzjoni f’impjieg” ifisser ftehim bil-miktub bejn persuna reġistrata li ilha qiegħda u punt ta’ kuntatt uniku, bl-objettiv li tiġi ffaċilitata t-transizzjoni ta’ dik il-persuna għall-impjieg fis-suq tax-xogħol.

Għal dak l-għan:

Reġistrazzjoni

(1)

Jinkoraġġixxu r-reġistrazzjoni ta’ dawk li jfittxu x-xogħol ma’ servizz għall-impjiegi, b’mod partikolari permezz ta’ titjib fl-għoti ta’ informazzjoni dwar l-appoġġ disponibbli.

Valutazzjoni u approċċ individwali

Is-servizzi għall-impjiegi, flimkien ma’ msieħba oħra li jappoġġaw l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, jipprovdu gwida personalizzata lil dawk konċernati.

(2)

Jiżguraw li l-persuni reġistrati li ilhom qiegħda jiġu offerti valutazzjonijiet individwali dettaljati u gwida mhux iktar tard minn meta jkunu ilhom qiegħda 18-il xahar. Il-valutazzjoni għandha tkopri l-prospetti tagħhom li jiġu impjegati, l-ostakoli għall-impjieg u l-isforzi preċedenti ta’ tfittix ta’ impjieg.

(3)

Jinfurmaw lill-persuni reġistrati li ilhom qiegħda dwar offerti ta’ impjieg u dwar l-appoġġ disponibbli f’setturi differenti tal-ekonomija u, fejn xieraq, f’reġjuni differenti u fi Stati Membri oħra, b’mod partikolari permezz tan-Netwerk tas-Servizzi Ewropej tax-Xogħol (EURES).

Ftehimiet ta’ integrazzjoni f’impjieg

Il-persuni reġistrati li ilhom qiegħda mhux koperti mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ jiġu offruti ftehim ta’ integrazzjoni f’impjieg mhux aktar tard minn meta jkunu ilhom qiegħda 18-il xahar. Dan għandu jinkludi, bħala minimu, offerta ta’ servizz individwali li tkun immirata biex jinstab impjieg u l-identifikazzjoni ta’ punt uniku ta’ kuntatt.

(4)

Jimmiraw il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ persuni reġistrati li ilhom qiegħda permezz ta’ ftehim ta’ integrazzjoni f’impjieg li jikkombina s-servizzi u l-miżuri rilevanti provduti minn organizzazzjonijiet differenti.

(a)

Il-ftehim ta’ integrazzjoni f’impjieg għandu jagħti fid-dettall l-għanijiet, l-iskedi ta’ żmien u l-obbligi espliċiti li għandha tilħaq il-persuna reġistrata li ilha qiegħda, bħat-teħid ta’ passi attivi biex issib impjieg, l-aċċettazzjoni ta’ offerti ta’ impjieg adatt u l-attendenza u l-parteċipazzjoni f’miżuri ta’ edukazzjoni jew taħriġ, ta’ kwalifikazzjoni mill-ġdid jew impjieg.

(b)

Il-ftehim ta’ integrazzjoni f’impjieg għandu wkoll jagħti fid-dettall l-offerta tal-fornitur jew fornituri tas-servizz lill-persuna li ilha qiegħda. Skont id-disponibbiltà fl-Istati Membri u abbażi taċ-ċirkostanzi individwali tal-persuna reġistrata li ilha qiegħda l-ftehim ta’ integrazzjoni f’impjieg ikun jista’ jinkludi: għajnuna fit-tfittix ta’ impjieg u għajnuna waqt l-impjieg; il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali; ir-riabilitazzjoni, konsulenza u gwida; l-edukazzjoni; l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali; l-esperjenza tax-xogħol; l-appoġġ soċjali; l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal; is-servizzi tas-saħħa u l-kura fit-tul; konsulenza dwar dejn; u appoġġ għal dar u trasport.

(c)

Il-ftehim ta’ integrazzjoni f’impjieg għandu jkun monitorjat regolarment fid-dawl tal-bidliet fis-sitwazzjoni individwali tal-persuna reġistrata li ilha qiegħda u, jekk meħtieġ, huwa għandu jiġi adattat biex itejjeb it-transizzjoni ta’ dik il-persuna għall-impjieg.

(5)

Jistabbilixxu l-arranġamenti meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-kontinwità u jiġi identifikat punt uniku ta’ kuntatt li jkun responsabbli għall-appoġġ lil persuni reġistrati li ilhom qiegħda permezz ta’ offerta ta’ servizzi koordinati li jinvolvu l-impjieg u s-servizzi ta’ appoġġ soċjali disponibbli. Dan il-punt ta’ kuntatt jista’ jkun ibbażat fuq qafas ta’ koordinazzjoni interistituzzjonali u/jew jiġu identifikati fi ħdan l-istrutturi eżistenti.

Jiffaċilitaw it-trasmissjoni bla xkiel u sigura tal-informazzjoni rilevanti rigward id-dettalji dwar l-appoġġ li jkunu rċevew dawk il-persuni reġistrati li ilhom qiegħda u qed ifittxu impjieg u l-valutazzjonijiet individwali bejn il-fornituri tas-servizzi rilevanti, f’konformità mal-leġislazzjoni tal-protezzjoni tad-data, biex b’hekk tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi.

Jippermettu disseminazzjoni aħjar tal-informazzjoni rilevanti dwar postijiet tax-xogħol vakanti u opportunitajiet ta’ taħriġ lill-fornituri tas-servizzi involuti u jiżguraw li din l-informazzjoni tilħaq lill-persuni li ilhom qiegħda.

Rabtiet aktar mill-qrib ma’ min iħaddem

(6)

Jinkoraġġixxu u jiżviluppaw sħubiji bejn min iħaddem, l-imsieħba soċjali, is-servizzi għall-impjiegi, l-awtoritajiet tal-gvern, is-servizzi soċjali u dawk li jipprovdu l-edukazzjoni u t-taħriġ biex jiġu pprovduti servizzi li jissodisfaw aħjar il-ħtiġijiet tal-intrapriżi u tal-persuni reġistrati li ilhom qiegħda.

(7)

Jiżviluppaw servizzi għal min iħaddem ta’ skrinjar ta’ postijiet vakanti tax-xogħol vakanti, appoġġ ta’ kollokament, konsulenza u t-taħriġ fuq il-post tax-xogħol, u appoġġ ta’ wara l-kollokament sabiex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni mill-ġdid tal-persuni reġistrati li ilhom qiegħda.

(8)

Jiffukaw kwalunkwe inċentiv finanzjarju fuq skemi li jappoġġaw l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, bħas-sussidji għar-reklutaġġ u t-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni soċjali, biex jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ impjieg għal persuni reġistrati li ilhom qiegħda.

B’DAN JIRRAKKOMANDA LI L-ISTATI MEMBRI U L-KUMMISSJONI:

Valutazzjoni u monitoraġġ

(9)

Jimmonitorjaw fi ħdan il-Kumitat tal-Impjiegi, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali, fir-rigward tas-servizzi soċjali u l-forniment ta’ dħul, l-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni permezz tas-sorveljanza multilaterali fi ħdan il-qafas tas-Semestru Ewropew u permezz ta’ Qafas għall-Evalwazzjoni Konġunta ta’ indikaturi. Il-monitoraġġ għandu jsegwi dwar kemm persuni reġistrati li ilhom qiegħda reġgħu sabu impjieg, jekk l-integrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol hijiex sostenibbli u l-użu ta’ ftehimiet ta’ integrazzjoni f’impjieg. Jinħtieġ li n-Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi jikkontribwixxi għal dan il-monitoraġġ.

(10)

Jinkoraġġixxu l-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi fir-rigward tal-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta’ persuni reġistrati li ilhom qiegħda, il-kondiviżjoni tal-esperjenza u l-iskambju tal-aħjar prassi skont il-proċess ta’ tagħlim komparattiv tan-Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, stabbilit skont id-Deċiżjoni Nru 573/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar kooperazzjoni mtejba bejn is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) (7).

(11)

Jikkooperaw biex isir l-aħjar użu tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, b’mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, f’konformità mal-prijoritajiet relattivi għall-investiment rilevanti għall-programmi tal-perijodu 2014-2020.

B’DAN JIRRAKKOMANDA LI L-KUMMISSJONI:

(12)

Tappoġġa u tikkoordina inizjattivi volontarji u alleanzi ta’ kumpanniji involuti fl-integrazzjoni sostenibbli tal-persuni li ilhom qiegħda fis-suq tax-xogħol.

(13)

Tappoġġa l-proġetti ta’ innovazzjoni soċjali biex il-persuni li ilhom qiegħda jiġu integrati fis-suq tax-xogħol, b’mod partikolari permezz tat-taqsima dwar il-Progress tal-Programm tal-Unjoni għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI).

(14)

Tevalwa, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati konċernati, l-azzjoni meħuda bħala rispons għal din ir-Rakkomandazzjoni u tirrapporta dwar ir-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni lill-Kunsill sal-15 ta’ Frar 2019.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

M.H.P. VAN DAM


(1)  ĠU C 119, 28.5.2009, p. 2.

(2)  ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1848 tal-5 ta’ Ottubru 2015 dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri għall-2015 (ĠU L 268, 15.10.2015, p. 28).

(4)  ĠU L 307, 18.11.2008, p. 11.

(5)  ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.

(6)  ĠU C 120, 26.4.2013, p. 1.

(7)  ĠU L 159, 28.5.2014, p. 32.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-19 ta’ Frar 2016

(2016/C 67/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1096

JPY

Yen Ġappuniż

125,40

DKK

Krona Daniża

7,4625

GBP

Lira Sterlina

0,77715

SEK

Krona Żvediża

9,3838

CHF

Frank Żvizzeru

1,1017

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,5358

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,023

HUF

Forint Ungeriż

309,11

PLN

Zloty Pollakk

4,3777

RON

Leu Rumen

4,4670

TRY

Lira Turka

3,2903

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5605

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5274

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,6268

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6761

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5617

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 368,69

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

17,1380

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,2378

HRK

Kuna Kroata

7,6180

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 988,04

MYR

Ringgit Malażjan

4,6836

PHP

Peso Filippin

52,843

RUB

Rouble Russu

85,1924

THB

Baht Tajlandiż

39,668

BRL

Real Brażiljan

4,4854

MXN

Peso Messikan

20,2927

INR

Rupi Indjan

75,9715


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


20.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/7


Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għat-28 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Marzu 2016

(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))

(2016/C 67/03)

Rati bażi kkalkulati skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu biex tkun stabbilita r-rata ta’ riferenza u ta’ tnaqqis (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta’ referenza, il-marġini xierqa għad għandhom ikunu ddefiniti f’din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta’ tnaqqis, dan ifisser li għandu jiżdied marġini ta’ 100 punti bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 jipprevedi li, jekk mhux speċifikat diversament f’deċiżjoni speċifika, ir-rata ta’ rkupru għandha tkun ikkalkulata wkoll billi jkunu miżjuda 100 punti bażi fuq ir-rata bażi.

Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.

It-tabella ta’ qabel din hija ppubblikata-ĠU C 15, 16.1.2016, p. 8.

Minn

sa

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HR

HU

IE

IT

LT

LU

LV

MT

NL

PL

PT

RO

SE

SI

SK

UK

1.3.2016

0,06

0,06

1,63

0,06

0,46

0,06

0,30

0,06

0,06

0,06

0,06

0,06

1,92

1,37

0,06

0,06

0,06

0,06

0,06

0,06

0,06

1,83

0,06

1,65

– 0,22

0,06

0,06

1,04

1.2.2016

29.2.2016

0,09

0,09

1,63

0,09

0,46

0,09

0,36

0,09

0,09

0,09

0,09

0,09

1,92

1,37

0,09

0,09

0,09

0,09

0,09

0,09

0,09

1,83

0,09

1,65

– 0,22

0,09

0,09

1,04

1.1.2016

31.1.2016

0,12

0,12

1,63

0,12

0,46

0,12

0,36

0,12

0,12

0,12

0,12

0,12

1,92

1,37

0,12

0,12

0,12

0,12

0,12

0,12

0,12

1,83

0,12

1,65

0,22

0,12

0,12

1,04


20.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/8


Avviż tal-Kummissjoni dwar id-data ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli tal-oriġini preferenzjali Pan-Ewro-Mediterranji jew tal-protokolli dwar ir-regoli ta’ oriġini li jipprovdu għal kumulazzjoni djagonali bejn il-Partijiet Kontraenti għal din il-Konvenzjoni

(2016/C 67/04)

Għall-iskop tal-applikazzjoni ta’ akkumulazzjoni djagonali ta’ oriġini fost il-Partijiet Kontraenti (1) għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (2) (minn hawn’ il quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni”), il-partijiet ikkonċernati jinnotifikaw lil xulxin, permezz tal-Kummissjoni Ewropea, dwar ir-regoli ta’ oriġini li hemm fis-seħħ ma’ partijiet oħra.

Abbażi ta' dawn in-notifiki, it-tabella mehmuża tispeċifika d-data li fiha tali akkumulazzjoni ssir applikabbli.

Id-dati msemmija fit-Tabella 1 jirreferu għal:

Id-data tal-applikazzjoni ta’ akkumulazzjoni djagonali fuq il-bażi tal-Artikolu 3 tal-Appendiċi I għall-Konvenzjoni, fejn il-ftehim ta’ kummerċ ħieles ikkonċernat jirreferi għall-Konvenzjoni. F’dak il-każ, id-data hija preċeduta b’ “(C)”;

Id-data ta’ applikazzjoni tal-protokolli dwar ir-regoli ta’ oriġini li jipprovdu għal kumulazzjoni djagonali mehmuża mal-ftehim ta’ kummerċ ħieles ikkonċernat, f’każijiet oħra.

Huwa mfakkar li l-akkumulazzjoni djagonali tista’ tapplika biss jekk il-pajjiżi tal-manifattura aħħarija u tad-destinazzjoni aħħarija kkonkludew ftehimiet ta' kummerċ ħieles, li fihom regoli ta’ oriġini identiċi, mal-pajjiżi kollha li qed jipparteċipaw fil-kisba tal-istatus tal-oriġini, i.e. mal-Partijiet kollha li minnhom joriġinaw il-materjali użati. Materjal li joriġinaw f'Parti li ma tkunx għadha kkonkludiet ftehim mal-Partijiet tal-manifattura aħħarija u tad-destinazzjoni aħħarija għandu jiġi ttrattat bħala mhux tal-oriġini. Eżempji speċifiċi huma mogħtija fin-Noti ta' Spjegazzjoni rigward il-protokolli pan-Ewro-Mediterranji dwar ir-regoli tal-oriġini (3).

Id-dati msemmija fit-Tabella 2 jirreferu għad-data ta’ applikazzjoni tal-protokolli dwar ir-regoli ta’ oriġini li jipprovdu għal kumulazzjoni djagonali mehmuża mal-Ftehim tal-Kummerċ Ħieles bejn l-UE, it-Turkija u lill-parteċipanti tal-UE ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Kull darba li ssir referenza għall-Konvenzjoni fi ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn il-partijiet f’din it-tabella, data preċeduta minn “(C)” ġiet miżjuda fit-Tabella 1.

Huwa mfakkar ukoll li l-materjali li joriġinaw mit-Turkija koperti mill-unjoni doganali UE/Turkija jistgħu jiġu inkorporati bħala materjali oriġinali għal skop ta’ kumulazzjoni djagonali bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi parteċipanti fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni li bih ikun daħal fis-seħħ protokoll ta’ oriġini.

Il-Kodiċijiet għall-Partijiet Kontraenti elenkati fit-tabella huma mogħtija hawnhekk.

L-Unjoni Ewropea

UE

L-Istati tal-EFTA:

L-Iżlanda

IS

L-Iżvizzera (inkluż Liechtenstein) (4)

CH (+ LI)

In-Norveġja

NO

Il-Gżejjer Faroe

FO

Il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Barċellona:

L-Alġerija

DZ

L-Eġittu

EG

L-Iżrael

IL

Il-Ġordan

JO

Il-Libanu

LB

Il-Marokk

MA

Ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża

PS

Is-Sirja

SY

It-Tuneżija

TN

It-Turkija

TR

Il-pajjiżi parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni:

L-Albanija

AL

Il-Bożnija-Ħerzegovina

BA

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

MK (5)

Il-Montenegro

ME

Is-Serbja

RS

Il-Kosovo (6)

KO

Ir-repubblika tal-Moldova

MD

Dan l-Avviż jissostitwixxi l-Avviż 2015/C 214/05 (ĠU C 214, 30.6.2015, p.5).

Tabella 1

Id-data tal-applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini li jipprevedu l-akkumulazzjoni djagonali fiż-żona pan-Ewro-Mediterranja

 

 

L-istati tal-EFTA

 

Il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Barċellona

 

Il-parteċipanti fil-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-UE

 

 

UE

CH(+LI)

IS

NO

FO

DZ

EG

IL

JO

LB

MA

PS

SY

TN

TR

AL

BA

KO

ME

MK

RS

MD

UE

 

1.1.2006

(C)

1.2.2016

1.1.2006

(C)

1.5.2015

1.1.2006

(C)

1.5.2015

1.12.2005

(C)

12.5.2015

1.11.2007

1.3.2006

(C)

1.2.2016

1.1.2006

1.7.2006

 

1.12.2005

1.7.2009

 

1.8.2006

 (7)

(C)

1.5.2015

 

 

(C)

1.2.2015

(C)

1.5.2015

(C)

1.2.2015

 

CH(+LI)

1.1.2006

(C)

1.2.2016

 

1.8.2005

(C)

1.7.2013

1.8.2005

(C)

1.7.2013

1.1.2006

 

1.8.2007

1.7.2005

17.7.2007

1.1.2007

1.3.2005

 

 

1.6.2005

1.9.2007

(C)

1.5.2015

(C)

1.1.2015

 

(C)

1.9.2012

1.2.2016

(C)

1.5.2015

 

IS

1.1.2006

(C)

1.5.2015

1.8.2005

(C)

1.7.2013

 

1.8.2005

(C)

1.7.2013

1.11.2005

 

1.8.2007

1.7.2005

17.7.2007

1.1.2007

1.3.2005

 

 

1.3.2006

1.9.2007

(C)

1.5.2015

(C)

1.1.2015

 

(C)

1.10.2012

1.5.2015

(C)

1.5.2015

 

NO

1.1.2006

(C)

1.5.2015

1.8.2005

(C)

1.7.2013

1.8.2005

(C)

1.7.2013

 

1.12.2005

 

1.8.2007

1.7.2005

17.7.2007

1.1.2007

1.3.2005

 

 

1.8.2005

1.9.2007

(C)

1.5.2015

(C)

1.1.2015

 

(C)

1.11.2012

1.5.2015

(C)

1.5.2015

 

FO

1.12.2005

(C)

12.5.2015

1.1.2006

1.11.2005

1.12.2005

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

DZ

1.11.2007

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

EG

1.3.2006

(C)

1.2.2016

1.8.2007

1.8.2007

1.8.2007

 

 

 

 

6.7.2006

 

6.7.2006

 

 

6.7.2006

1.3.2007

 

 

 

 

 

 

 

IL

1.1.2006

1.7.2005

1.7.2005

1.7.2005

 

 

 

 

9.2.2006

 

 

 

 

 

1.3.2006

 

 

 

 

 

 

 

JO

1.7.2006

17.7.2007

17.7.2007

17.7.2007

 

 

6.7.2006

9.2.2006

 

 

6.7.2006

 

 

6.7.2006

1.3.2011

 

 

 

 

 

 

 

LB

 

1.1.2007

1.1.2007

1.1.2007

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

MA

1.12.2005

1.3.2005

1.3.2005

1.3.2005

 

 

6.7.2006

 

6.7.2006

 

 

 

 

6.7.2006

1.1.2006

 

 

 

 

 

 

 

PS

1.7.2009

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

SY

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.1.2007

 

 

 

 

 

 

 

TN

1.8.2006

1.6.2005

1.3.2006

1.8.2005

 

 

6.7.2006

 

6.7.2006

 

6.7.2006

 

 

 

1.7.2005

 

 

 

 

 

 

 

TR

 (7)

1.9.2007

1.9.2007

1.9.2007

 

 

1.3.2007

1.3.2006

1.3.2011

 

1.1.2006

 

1.1.2007

1.7.2005

 

 

 

 

 

 

 

 

AL

(C)

1.5.2015

C)

1.5.2015

C)

1.5.2015

C)

1.5.2015

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(C)

1.2.2015

(C)

1.4.2014

(C)

1.4.2014

(C)

1.4.2014

(C)

1.4.2014

(C)

1.4.2014

BA

 

(C)

1.1.2015

(C)

1.1.2015

(C)

1.1.2015

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(C)

1.2.2015

 

(C)

1.4.2014

(C)

1.2.2015

(C)

1.2.2015

(C)

1.2.2015

(C)

1.4.2014

KO

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(C)

1.4.2014

(C)

1.4.2014

 

(C)

1.4.2014

(C)

1.4.2014

(C)

1.4.2014

(C)

1.4.2014

ME

(C)

1.2.2015

(C)

1.9.2012

(C)

1.10.2012

(C)

1.11.2012

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(C)

1.4.2014

(C)

1.2.2015

(C)

1.4.2014

 

(C)

1.4.2014

(C)

1.4.2014

(C)

1.4.2014

MK

(C)

1.5.2015

1.2.2016

1.5.2015

1.5.2015

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(C)

1.4.2014

(C)

1.2.2015

(C)

1.4.2014

(C)

1.4.2014

 

(C)

1.4.2014

(C)

1.4.2014

RS

(C)

1.2.2015

(C)

1.5.2015

(C)

1.5.2015

(C)

1.5.2015

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(C)

1.4.2014

(C)

1.2.2015

(C)

1.4.2014

(C)

1.4.2014

(C)

1.4.2014

 

(C)

1.4.2014

MD

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(C)

1.4.2014

(C)

1.4.2014

(C)

1.4.2014

(C)

1.4.2014

(C)

1.4.2014

(C)

1.4.2014

 


Table 2

Id-data ta' applikazzjoni tal-protokolli dwar ir-regoli ta' oriġini li jipprovdu għal kumulazzjoni djagonali bejn l-Unjoni Ewropea, l-Albanija, il-Bosnija -Ħerżegovina, Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u t-Turkija

 

UE

AL

BA

MK

ME

RS

TR

UE

 

1.1.2007

1.7.2008

1.1.2007

1.1.2008

8.12.2009

 (8)

AL

1.1.2007

 

22.11.2007

26.7.2007

26.7.2007

24.10.2007

1.8.2011

BA

1.7.2008

22.11.2007

 

22.11.2007

22.11.2007

22.11.2007

14.12.2011

MK

1.1.2007

26.7.2007

22.11.2007

 

26.7.2007

24.10.2007

1.7.2009

ME

1.1.2008

26.7.2007

22.11.2007

26.7.2007

 

24.10.2007

1.3.2010

RS

8.12.2009

24.10.2007

22.11.2007

24.10.2007

24.10.2007

 

1.9.2010

TR

 (8)

1.8.2011

14.12.2011

1.7.2009

1.3.2010

1.9.2010

 


(1)  Il-Partijiet Kontraenti huma l-Unjoni Ewropea, l-Albanija, l-Alġerija, il-Bosnja-Ħerzegovina, l-Eġittu, il-Gżejjer Faeroe, l-Islanda, Iżrael, il-Ġordan, il-Kosovo (skont ir-riżoluzzjoni 1244 (1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti), il-Libanu, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, il-Marokk, in-Norveġja, is-Serbja, l-Isvizzera (inkluż il-Liechtenstein), is-Sirja, it-Tuneżija, it-Turkija u x-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża.

(2)  ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.

(3)  ĠU C 83, 17.4.2007, p. 1.

(4)  L-Iżvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein jiffurmaw unjoni doganali.

(5)  Kodiċi ISO 3166. Kodiċi provviżorja li ma tippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li se jkun hemm ftehim dwarha wara l-konklużjoni ta' negozjati li qegħdin isiru taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti.

(6)  Din in-nominazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi ma’ UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-Dikjarazzjoni għall-Indipendenza tal-Kosovo.

(7)  Għal oġġetti koperti mill-unjoni doganali UE-Turkija, id-data tal-applikazzjoni hi s-27 ta’ Lulju 2006.

Għal prodotti agrikoli, id-data tal-applikazzjoni hi l-1 ta’ Jannar 2007.

Għal prodotti tal-faħam u l-azzar, id-data tal-applikazzjoni hi l-1 ta’ Marzu 2009.

(8)  Għal oġġetti koperti mill-unjoni doganali UE-Turkija, id-data tal-applikazzjoni hi s-27 ta’ Lulju 2006.


Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

20.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/13


Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar “Nilqgħu l-isfidi tal-big data: Sejħa għal trasparenza, kontroll mill-utent, protezzjoni tad-data b’disnn u responsabbiltà”

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-EN, il-FR u l-DE fuq il-websajt tal-KEPD www.edps.europa.eu)

(2016/C 67/05)

“Id-dritt tal-privatezza huwa tabilħaqq il-bidu ta’ kull libertà”  (1).

Il-big data, jekk issir b’mod responsabbli, tista’ tagħti benefiċċji u effiċjenzi konsiderevoli għas-soċjetà u l-individwi mhux biss fis-saħħa, ir-riċerka xjentifika, l-ambjent u oqsma speċifiċi oħra. Iżda hemm tħassib serju dwar l-impatt attwali u potenzjali tal-ipproċessar ta’ ammonti kbar ta’ data dwar id-drittijiet u libertajiet ta’ individwi, inkluż id-dritt tagħhom għall-privatezza. L-isfidi u r-riskji tal-big data għalhekk jeħtieġu protezzjoni tad-data iktar effettiva.

It-teknoloġija m’għandhiex tiddetta l-valuri u d-drittijiet tagħna, imma lanqas m’għandhom jiġu pperċepiti bħala inkompatibbli l-promozzjoni tal-innovazzjoni u l-preservazzjoni tad-drittijiet fundamentali. Mudelli ta’ negozju ġodda li jisfruttaw kapaċitajiet ġodda għall-ġbir massiv, trażmissjoni istantanja, kombinazzjoni u użu mill-ġdid ta’ informazzjoni personali għal skopijiet mhux previsti poġġew il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data taħt pressjonijiet ġodda, u dan iġib il-bżonn għal valutazzjoni fil-fond dwar kif jiġu applikati.

Il-liġi Ewropea tal-protezzjoni tad-data ġiet żviluppata biex tipproteġi d-drittijiet u l-valuri fundamentali tagħna, inkluż id-dritt għall-privatezza tagħna. Il-kwistjoni mhix jekk tiġix applikata l-liġi tal-protezzjoni tad-data għall-big data, iżda pjuttost kif tiġi applikata b’mod innovattiv f’ambjenti ġodda. Il-prinċipji attwali tagħna tal-protezzjoni tad-data, inklużi t-trasparenza, il-proporzjonalità u l-limitazzjoni tal-iskop, jipprovdu l-linja bażi li ser ikollna bżonn biex nipproteġu d-drittijiet fundamentali tagħna fid-dinja tal-big data b’mod iktar dinamiku. Għandhom, madankollu, jiġu kkumplimentati minn prinċipji “ġodda” li żviluppaw matul is-snin bħal akkontabilità u privatezza b’disinn u b’mod awtomatiku. Il-pakkett ta’ riforma tal-protezzjoni tad-data tal-UE huwa mistenni li jsaħħaħ u jimmodernizza l-qafas regolatorju (2).

L-UE għandha l-intenzjoni li timmassimizza t-tkabbir u l-kompetittività billi tisfrutta l-big data. Iżda s-Suq Uniku Diġitali ma jistax jimporta mingħajr kritika t-teknoloġiji u l-mudelli tan-negozju mmexxija mid-data li saru ħaġa ta’ kuljum fl-ekonomija f’partijiet oħra tad-dinja. Minflok jeħtieġ li juri tmexxija fl-iżvilupp ta’ proċessar responsabbli tad-data personali. L-Internet evolva b’mod li s-sorveljanza — l-irrekordjar tal-imġiba tan-nies — hija kkunsidrata bħala l-mudell indispensabbli ta’ dħul għal xi wħud mill-kumpaniji li għandhom l-iktar suċċess. Dan l-iżvilupp jeħtieġ valutazzjoni kritika u tfittxija għal għażliet oħra.

Fi kwalunkwe każ, u irrispettivament mill-mudelli tan-negozju magħżulin, organizzazzjonijiet li jipproċessaw volumi kbar ta’ informazzjoni personali għandhom ikunu konformi mal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data applikabbli. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) jemmen li l-iżvilupp responsabbli u sostenibbli tal-big data għandu jistrieħ fuq erba’ elementi essenzjali:

l-organizzazzjonijiet għandhom ikunu ferm iktar trasparenti dwar kif jipproċessaw data personali;

jagħtu lill-utenti livell ogħla ta’ kontroll fuq kif tintuża d-data tagħhom;

jiddisinjaw protezzjoni tad-data faċli għall-utenti fil-prodotti u s-servizzi tagħhom; u

isiru aktar responsabbli għal dak li jagħmlu.

Meta niġu għat-trasparenza, l-individwi għandhom jingħataw informazzjoni ċara dwar liema data hija pproċessata, inkluża data osservata jew mifhuma dwarhom; ikunu infurmati aħjar dwar kif u għal liema għanijiet qed tintuża l-informazzjoni tagħhom, inkluża l-loġika użata fl-algoritmi biex jiddeterminaw suppożizzjonijiet u tbassir dwarhom.

Kontroll mill-utent se jgħin biex jiġi żgurat li l-individwi jkunu f’pożizzjoni soda biex jiskopru aħjar preġudizzji inġusti, biex jikkontestaw l-iżbalji. Dan jgħin biex jiġi evitat l-użu sekondarju tad-data għal skopijiet li ma jilħqux l-aspettattivi leġittimi tagħhom: B’ġenerazzjoni ġdida ta’ kontroll mill-utent, l-individwi ser jingħataw, fejn rilevanti, għażla iktar ġenwina u infurmata aħjar u jgawdu possibbiltajiet akbar għalihom innifishom biex jużaw id-data personali tagħhom aħjar.

Drittijiet ta’ aċċess u għall-portabbiltà tad-data u mekkaniżmi effettivi ta’ esklużjoni fakultattiva b’saħħithom jistgħu jservu bħala prekundizzjoni biex jippermettu lill-utenti iktar kontroll fuq id-data tagħhom, u jistgħu jgħinu wkoll biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ mudelli ġodda ta’ negozju u ta’ użu iktar effiċjenti u trasparenti ta’ data personali.

Billi tinbena protezzjoni tad-data fid-disinn tas-sistemi u l-proċessi tagħhom, u jsir aġġustament tal-protezzjoni tad-data sabiex jista’ jkun hemm trasparenza u kontroll mill-utent iktar ġenwin, kontrolluri responsabbli jkunu jistgħu wkoll jibbenefikaw mill-vantaġġi tal-big data filwaqt li fl-istess ħin ikunu żgurati li d-dinjità u l-libertajiet tal-individwi jiġu rrispettati.

Iżda l-protezzjoni tad-data hija biss parti mit-tweġiba. L-UE teħtieġ li tuża b’mod aktar koerenti l-għodod moderni disponibbli, inkluż fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur, tal-antitrust, tar-riċerka u tal-iżvilupp, sabiex jiżguraw salvagwardji u għażla fis-suq fejn servizzi li jiffavorixxu l-privatezza jistgħu jirnexxu.

Sabiex tingħata risposta għall-isfidi tal-big data għandna bżonn nippermettu l-innovazzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-istess ħin. Issa f’idejn il-kumpaniji u organizzazzjonijiet oħra li jinvestu ħafna sforz biex isibu modi innovattivi biex jagħmlu użu minn data personali biex jużaw l-istess mentalità innovattiva meta jimplimentaw il-liġi tal-protezzjoni tad-data.

Filwaqt li jibni fuq il-kontribuzzjonijiet preċedenti mid-dinja akkademika u ħafna regolaturi u partijiet interessati, il-KEPD jixtieq iqanqal diskussjoni miftuħa u infurmata ġdida fi u barra l-UE, billi jiġu involuti aħjar is-soċjetà ċivili, disinjaturi, kumpaniji, akkademiċi, awtoritajiet pubbliċi u regolaturi dwar kif isir l-aħjar użu tal-potenzjal kreattiv tal-industrija għall-implimentazzjoni tal-liġi u għas-salvagwardja tal-privatezza tagħna u tad-drittijiet fundamentali l-oħra bl-aħjar mod possibbli.

6.   Passi li jmiss: tqegħid tal-prinċipji fil-prattika

Sabiex tingħata risposta għall-isfidi tal-big data għandna bżonn nippermettu l-innovazzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-istess ħin. Biex jinkiseb dan, il-prinċipji stabbiliti tal-liġi Ewropea tal-protezzjoni tad-data għandhom jiġu ppreservati imma applikati b’modi ġodda.

6.1.   Regolament orjentat għall-futur

In-negozjati dwar ir-Regolament Ġenerali għall-Protezzjoni tad-Data propost qegħdin fl-istadji finali. Aħna ħeġġiġna lil-leġiżlaturi tal-UE biex jadottaw pakkett ta’ riforma għall-protezzjoni tad-data li jsaħħaħ u jimmodernizza l-qafas regolatorju sabiex jibqa’ effettiv fl-era tal-big data permezz tat-tisħiħ tal-fiduċja u l-kunfidenza tal-individwi online u fis-Suq Uniku Diġitali (3).

Fl-Opinjoni 3/2015, akkumpanjata minn rakkomandazzjonijiet għal test sħiħ tar-Regolament propost, aħna għamilniha ċara li l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data attwali tagħna, inklużi n-neċessità, il-proporzjonalità, il-minimizzazzjoni tad-data, il-limitazzjoni tal-iskop u t-trasparenza għandhom jibqgħu prinċipji ewlenin. Huma jipprovdu l-linja bażi li għandna bżonn biex jitħarsu d-drittijiet fundamentali tagħna f’dinja tal-big data (4).

Fl-istess ħin, dawn il-prinċipji għandhom jissaħħu u jiġu applikati b’mod iktar effettiv, u b’mod iktar modern, flessibbli, kreattiv, u innovattiv. Għandhom ukoll jiġu kkumplimentati bi prinċipji ġodda bħal akkontabilità u privatezza b’disinn u b’mod awtomatiku.

Aktar trasparenza, drittijiet qawwija ta’ aċċess u portabbiltà tad-data, u mekkaniżmi effettivi ta’ esklużjoni fakultattiva jistgħu jservu bħala prekundizzjonijiet biex jippermettu lill-utenti iktar kontroll fuq id-data tagħhom, u jistgħu jgħinu biex jikkontribwixxu wkoll għas-swieq iktar effiċjenti għal data personali, għall-benefiċċju tal-konsumaturi u n-negozji bl-istess mod.

Fl-aħħar nett, l-estensjoni tal-ambitu tal-liġi tal-protezzjoni tad-data tal-UE lill-organizzazzjonijiet li jolqtu individwi fl-UE, u l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data jiġu mgħammra bis-setgħat li japplikaw rimedji sinifikanti, inklużi multi effettivi, kif ir-Regolament propost se jipprovdi, se jkunu rekwiżit ewlieni biex jiġu effettivament infurzati l-liġijiet tagħna f’ambjent globali. Il-proċess ta’ riforma għandu rwol ewlieni f’dan ir-rigward.

Biex jiġi żgurat li r-regoli jiġu infurzati b’mod effettiv, l-awtoritajiet indipendenti tal-protezzjoni tad-data għandhom ikunu mgħammra mhux biss b’setgħat legali u strumenti b’saħħithom, iżda wkoll bir-riżorsi meħtieġa biex il-kapaċità tagħhom tlaħħaq mat-tkabbir ta’ negozju mmexxi mid-data.

6.2.   Kif il-KEPD se jġib ’il quddiem dan id-dibattitu

Regolazzjoni tajba, filwaqt li hija essenzjali, mhijiex biżżejjed. Kumpaniji u organizzazzjonijiet oħra li jinvestu ħafna sforz biex isibu modi innovattivi biex jagħmlu użu minn data personali għandhom jużaw l-istess mentalità innovattiva meta jimplimentaw il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data. Imbagħad, l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data, għandhom jinfurzaw u jippremjaw konformità effettiva, u jevitaw li jimponu burokrazija u dokumentazzjoni żejda.

Il-KEPD, kif imħabbar fl-Istrateġija KEPD 2015-2019, jimmira biex jikkontribwixxi għat-trawwim ta’ dawn l-isforzi.

Għandna l-intenzjoni li nistabbilixxu grupp estern konsultattiv ta’ etika magħmul minn personalitajiet distinti u indipendenti b’esperjenza magħquda f’dixxiplini multipli li jistgħu “jesploraw ir-relazzjonijiet bejn id-drittijiet tal-bniedem, it-teknoloġija, is-swieq u l-mudelli tan-negozju fis-seklu 21”, janalizzaw l-impatt tal-big data fil-fond, jeżaminaw il-bidliet li jirriżultaw mis-soċjetajiet tagħna u jgħinu biex jindikaw il-kwistjonijiet li għandhom ikunu suġġetti għal proċess politiku (5).

Aħna se niżviluppaw ukoll mudell għal politiki ta’ informazzjoni onesti għal korpi tal-UE li joffru servizzi online li jistgħu jikkontribwixxu għall-aħjar prattika għall-kontrolluri kollha.

Fl-aħħar nett, aħna se niffaċilitaw ukoll diskussjonijiet, pereżempju, bil-għan li nidentifikaw, inħeġġu u nippromwovu l-aħjar prattika biex tiżdied it-trasparenza u l-kontroll tal-utent u biex jiġu esplorati opportunitajiet jew ħażniet ta’ data personali u l-portabbiltà tad-data. Il-KEPD biħsiebu jorganizza sessjoni ta’ ħidma għall-Protezzjoni tal-Big Data għal dawk li jfasslu l-politika u persuni li jieħdu ħsieb/jimmaniġġjaw volum kbir ta’ informazzjoni personali fl-istituzzjonijiet tal-UE u esperti esterni u biex jiġi identifikat fejn hija meħtieġa gwida iktar speċifika u biex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-Internet Privacy Engineering Network (Netwerk tal-Inġinerija tal-Privatezza tal-Internet, “IPEN”) bħala ċ-ċentru ta’ għarfien interdixxiplinarju għall-inġiniera u l-esperti tal-privatezza.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2015.

Giovanni BUTTARELLI

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  Public Utilities Commission v. Pollak, 343 US 451, 467 (1952) (Imħallef William O. Douglas, ma jaqbilx).

(2)  Fil-25 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni Ewropea adottat pakkett għar-riforma tal-qafas Ewropew tal-protezzjoni tad-data. Il-pakkett jinkludi (i) “Komunikazzjoni” (COM(2012) 9 finali), (ii) proposta għal “Regolament għall-Protezzjoni tad-Data” (“Regolament propost”) (COM(2012) 11 finali), u (iii) proposta għal “Direttiva” dwar il-protezzjoni tad-data fil-qasam tal-infurzar tal-liġi kriminali (COM(2012) 10 finali).

(3)  Opinjoni tal-KEPD 3/2015.

(4)  Irridu nirreżistu t-tentazzjoni li jitnaqqas il-livell attwali ta’ protezzjoni f’tentattiv biex nakkomodaw ħtieġa perċepita għal approċċ regolatorju aktar laxk meta niġu għall-big data. Il-protezzjoni tad-data għandha tibqa’ tgħodd għall-ipproċessar fl-intier tiegħu, inkluż l-użu mhux biss tad-data iżda wkoll tal-ġbir tagħha. M’hemm l-ebda ġustifikazzjoni wkoll għall-eċċezzjonijiet ġenerali għall-ipproċessar ta’ data psewdonima jew għall-ipproċessar tad-data disponibbli pubblikament. Id-definizzjoni ta’ data personali għandha tibqa’ intatta, iżda tista’ tittejjeb b’iktar kjarifiki fit-test tar-Regolament innifsu. Tabilħaqq, għandha tkopri d-data kollha li tirrigwarda kwalunkwe individwu li huwa identifikat, magħżul, jew li jista’ jiġi identifikat jew individwat — sew mill-kontrollur tad-data kif ukoll minn kwalunkwe parti oħra.

(5)  Opinjoni tal-KEPD 4/2015.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

20.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/16


Miżuri ta’ riorganizzazzjoni

Deċiżjoni dwar miżuri għar-riorganizzazzjoni ta’ “INTERNATIONAL LIFE General Insurance S.A.”

(2016/C 67/06)

Il-pubblikazzjoni saret f’konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ impriżi tal-assigurazzjoni.

Impriża tal-assigurazzjoni

“INTERNATIONAL LIFE General Insurance S.A.”, bl-uffiċju rreġistrat tagħha fi Kifisias 7 & Neapoleos 2, 15123 Marousi, Nru tar-Reġistru Kummerċjali Ġenerali (GEMI) 000314501000, Numru tal-Identifikazzjoni tat-Taxxa (TIN) 094130304, Identifikatur tal-Entità Legali (LEI) 213800NED3OUL1K2V349

Id-data, in-natura tad-deċiżjoni u d-data tad-dħul fis-seħħ

Id-Deċiżjoni Nru 171/2/14.12.2015 tal-Kumitat għall-Kreditu u għall-Assigurazzjoni tal-Bank tal-Greċja rigward:

(1)

Il-ħatra ta’ kummissarju sabiex jaġixxi konġuntament mal-Bord ta’ Ġestjoni tal-impriża tal-assigurazzjoni inkwistjoni f’konformità mal-Artikolu 17c(9) tad-Digriet Leġiżlattiv 400/1970. Il-kummissarju għandu jiżgura t-tħaddim u l-ġestjoni kif suppost tal-portafoll tal-assigurazzjoni, il-kontinwità tal-ħidma tal-impriża tal-assigurazzjoni, filwaqt li jkunu eżaminati l-miżuri kollha adattati, u l-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital, bil-31 ta’ Diċembru 2015 bħala d-data ta’ referenza. Sal-1 ta’ Frar 2016, il-kummissarju għandu jissottometti rapport lill-Bank tal-Greċja dwar l-adegwatezza tal-kapital u l-qagħda finanzjarja, amministrattiva u organizzattiva tal-impriża tal-assigurazzjoni.

(2)

Is-sottomissjoni ta’ rapporti kull ġimgħa dwar ir-Reġistru tal-Assigurazzjoni (l-assi marbuta u liberi).

Id-dħul fis-seħħ: l-14 ta’ Diċembru 2015

Tmiem il-validità: Mhux definit

L-awtoritajiet kompetenti

Il-Bank tal-Greċja

L-indirizz: E. Venizelou 21

102 50 Αθήνα/Athens

ΕΛΛΑΔΑ/GREECE

L-awtoritajiet superviżorji

Il-Bank tal-Greċja

L-indirizz: E. Venizelou 21

102 50 Αθήνα/Athens

ΕΛΛΑΔΑ/GREECE

L-amministratur maħtur

 

Il-liġi applikabbli

Il-liġi Griega f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 9 u 17a sa 17c tad-Digriet Leġiżlattiv 400/1970.


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

20.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/17


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2016/C 67/07)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (1).

DOKUMENT UNIKU

“KRUPNIOKI ŚLĄSKIE”

Nru tal-UE: PL-PGI-0005-01315 – 23.2.2015

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Isem

“Krupnioki śląskie”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Il-Polonja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

“Krupnioki śląskie” huma zalzettiet magħmula mill-ġewwieni tal-majjal. Dawn huma msajra u mħawra u jitħassru malajr, u jiġu ffurmati f’imsaren naturali. Id-dijametru ta’ kull zalzetta jvarja minn bejn 30 mm u 40 mm, b’tul ta’ bejn 15 cm u 25 cm; kull zalzetta tiżen bejn 200 g u 300 g.

Karatteristiċi fiżiċi u kimiċi

“Krupnioki śląskie” huma prodott iffurmat f’imsaren naturali. Dawn huma kkaratterizzati minn superfiċje nadifa u kemxejn niedja. Il-mili, li jiġi mitħun għal finezza ta’ mhux aktar minn 5 mm, jiġi ppressat fl-imsaren użat għall-kisja taz-zalzett. Il-materja prima għandha titqassam b’mod ugwali fuq sezzjoni trasversali u l-konsistenza għandha tkun soda, filwaqt li flieli ta’ ħxuna ta’ 10 mm ma għandhomx jitfarrku u biċċiet ta’ ingredjenti mhux imħallta ma għandhomx jintużaw.

Il-kontenut tax-xaħam ma għandux jaqbeż il-35 %, u l-kontenut tal-melħ ma għandux jaqbeż it-2,5 %; il-kontenut ta’ nitrat u nitrit (espress bħala NaNO2 mg/kg) ma għandux jaqbeż il-50.

Karatteristiċi organolettiċi

Il-kulur tas-superfiċje: bejn griż u kannella, jew kannella skur.

Kulur tas-sezzjoni trażversali: jirrifletti l-laħam tal-majjal, ix-xgħir mitħun oħxon, ix-xaħam u l-ġilda li jintużaw, b’lewn li jagħti ftit fil-vjola jew fil-bronż - tipiku għall-ingredjenti li jintużaw.

Sodezza u konsistenza: konsistenza soda iżda mrammla, b’biċċiet żgħar ta’ laħam mhux xaħmi u b’xgħir mitħun oħxon imħallta f’massa waħda.

Togħma u riħa: togħma u riħa ta’ laħam u ta’ ġewwieni, ta’ xgħir jew qamħ saraċin mitħun oħxon, ta’ xaħam u ġilda msajrin, u togħma ftit mielħa bi preżenza ċara ta’ ħwawar. Togħma jew riħa ta’ ingredjenti li mhumiex friski jew li huma mmuffati mhijiex ammissibbli. Lanqas ma għandu jkun hemm togħmiet jew irwejjaħ qarsa, morri jew li jkunu ġejjin minn ingredjenti li mhux suppost jintużaw fit-taħlita.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-materja prima għall-“krupnioki śląskie” għandha tkun ta’ tip mhux staġjunat u mhux immellaħ. Il-produtturi jistgħu jagħżlu li jużaw materja prima mmellħa, iżda l-ewwel għandhom iqisu dan il-fatt meta jkunu qed jiddeċiedu kemm għandhom iżidu melħ mat-taħlita.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-passi tal-produzzjoni li ġejjin għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita:

 

il-ħasil u/jew it-tixrib,

 

it-trattattament bis-sħana,

 

it-tħin,

 

it-taħlit u t-tħawwir,

 

il-mili u l-irbit tal-imsaren,

 

is-smit,

 

it-tkessiħ.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika fejn jiġu prodotti l-“krupnioki śląskie” tinkludi l-provinċji ta’ Śląskie u Opolskie u l-muniċipalità ta’ Dziadowa Kłoda (id-distrett ta’ Oleśnicki, il-provinċja ta’ Dolnośląskie).

5.   Rabta maż-żona ġeografika

L-ispeċifiċità tal-“krupnioki śląskie” titnissel mill-kwalitajiet u mir-reputazzjoni speċifiċi tal-prodott.

Il-“krupnioki śląskie” ġew irreġistrati fit-tabelli Silesiani sa minn meta bdiet issir ir-riċerka etnografika dwar l-ikel tar-reġjun. Dawn jissemmew għall-ewwel darba fl-aħħar tas-seklu 18, fil-kampanja madwar Gliwice. Jeżistu bosta referenzi f’sorsi tas-seklu 19. Il-“krupnioki śląskie” kienu preżenti, inter alia, fuq il-menus tat-tiġijiet, u saru tip ta’ ikel ta’ kuljum fis-snin ta’ wara l-1830. Dan il-fatt kien bla dubju marbut mat-tkabbir b’mod mgħaġġel fl-għadd ta’ annimali domestiċi, inklużi l-ħnieżer, fis-Silesia fis-seklu 19. Kien proprju f’dan iż-żmien li l-laħam tar-ras tal-annimali tal-irziezet maqtula beda jintuża ħafna bħala waħda mill-materji primi għall-produzzjoni tal-krupnioki. L-iżvilupp tal-minjieri fis-Silesia wkoll ikkontribwixxa biex il-popolarità tal-“krupnioki śląskie” tibqa’ tikber fis-seklu 19. Dan minħabba li l-ħaddiema li kienu jwettqu xogħol iebes fil-minjieri tal-faħam kienu jeħtieġu dieta li tipprovdi ammont għoli ta’ kaloriji u nutrijenti.

Il-produzzjoni tal-“krupnioki śląskie” hija marbuta b’mod intrinsiku mal-qtil tal-ħnieżer, li kien ritwal speċjali u importanti fis-Silesia. Wara s-seklu 19, ħafna mill-abitanti tas-Silesia li kienu jgħixu fiċ-ċentri industrijali ma kellhomx l-opportunitajiet li kienu jgawdu minnhom in-nies li kienu jgħixu fil-kampanja u li kellhom xi għalqa jew ġnien tas-siġar tal-frott. Dawk li kienu jgħixu fil-bliet kien ikollhom aċċess għal biċċa raba’ żgħira u għal barrakka tal-injam, fejn setgħu jżommu l-ħnieżer u xi fniek u ħamiem. Il-membri kollha tal-familja kienu jkunu involuti fil-qtil tal-ħnieżer, filwaqt li l-biċċier kien jieħu ħsieb l-organizzazzjoni tal-avveniment. Wara l-qatla, id-demm kien jintuża għall-produzzjoni tal-laħam mir-ras ippreżervat fil-ġelatina u għall-produzzjoni tal-“krupnioki śląskie”, li tradizzjonalment kienu jiġu prodotti fi kwantitajiet kbar biex jitqassmu fost il-membri tal-familja u fost il-ġirien, li kienu jgħinu billi jipprovdu fdalijiet tal-ikel u qxur għat-tismin tal-ħnieżer. Kienet użanza tal-bdiewa li l-prodotti magħmula mill-ħnieżer, inkluż il-“krupnioki śląskie” jitqassmu wara l-qatla, li għaliha ma kinux ikunu preżenti l-qraba. Il-materja prima użata biex isir il-prodott tippermetti li jsir l-aħjar użu mill-ġewwieni tal-ħanżir wara l-qatla. Dan kien ukoll ferm importanti f’termini ekonomiċi għall-familji tal-ħaddiema tal-minjieri li, speċjalment fis-seklu 19, ma kellhomx ħafna flus. Illum il-ġurnata, minħabba li huwa teknikament possibbli li l-materja prima għall-produzzjoni tal-“krupnioki śląskie” tiġi trasportata b’mod sikur lejn iż-żona speċifikata fil-punt (4), huwa permess l-użu ta’ materja prima minn barra dik iż-żona.

Il-“krupnioki śląskie” jiksbu l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom primarjament mill-proċess ta’ produzzjoni fiż-żona ġeografika indikata, li huwa bbażat fuq il-ħila tal-produtturi li jagħżlu l-materja prima u jwettqu l-proċess ta’ produzzjoni skont parametri tekniċi ottimali. Il-ħiliet tal-produtturi tal-“krupnioki śląskie”, li ġew żviluppati permezz ta’ esperjenza u għarfien li ġew mgħoddija minn ġenerazzjoni għall-oħra, huma riflessi fil-kwalità speċifika tal-prodott finali msemmi fil-punt (3.2).

Il-“krupnioki śląskie” jiddistingwu ruħhom minn prodotti oħra li jagħmlu parti mill-istess kategorija minħabba l-kontenut kalorifiku għoli tagħhom u mit-togħma u r-riħa partikolari tagħhom, kif ukoll mill-konsistenza li titfarrak tagħhom. Dawn il-fatturi jistgħu jiġu attribwiti mhux biss lid-differenzi fil-proporzjon ta’ materja prima meta mqabbel ma’ prodotti oħra ta’ dan it-tip ibbażati fuq il-ġewwieni tal-annimali, iżda wkoll lill-ħila u lill-esperjenza li l-produtturi jużaw biex jipproduċu dan il-prodott b’karatteristiċi organolettiċi partikolari. Il-karatteristiċi tal-“krupnioki śląskie” li ssemmew huwa primarjament ir-riżultat tat-taħlit armonjuż tal-ingredjenti u tal-ħwawar kollha, b’mod partikolari x-xgħir mitħun oħxon magħżul, kif ukoll il-fwied, il-basal u l-bżar, li jagħtu togħma u riħa speċifika lill-prodott finali.

Differenza fundamentali fil-kompożizzjoni tal-“krupnioki śląskie”, meta mqabbel ma’ prodotti simili, hija li dawn fihom biss kontenut ta’ 15 % ta’ xgħir mitħun oħxon, filwaqt prodotti oħra fihom bejn 20 % u 25 %. Mill-inqas 85 % tal-materja prima fil-“krupnioki śląskie” toriġina mill-annimali. Dan huwa l-ogħla livell fost prodotti tradizzjonali ta’ din il-kategorija (fejn is-soltu l-kontenut ta’ materja prima li toriġina mill-annimali hija ta’ bejn 75 % u 80 %), kif ġie ċċertifikat fir-Regolamenti Interni Nru 21 adottati mill-Uffiċċju Ċentrali tal-Industrija tal-Laħam Pollakka fl-1964.

Ir-reputazzjoni tal- “krupnioki śląskie” baqgħet soda tul is-snin mhux biss fis-Silesia u fil-Polonja, iżda wkoll lilhinn. Dan huwa kkorroborat mid-diversi assoċjazzjonijiet tal-prodott mas-Silesia. Fil-fatt, “hemm min jassoċja lis-Silesia mal-faħam u l-biedja, filwaqt li oħrajn jassoċjawha mal-krupnioki u mar-roulade”, u dan jikkonferma l-importanza tal-“krupnioki śląskie”. Ħafna produtturi tal-“krupnioki śląskie” jieħdu sehem ukoll f’bosta avvenimenti kulinarji, bħal fieri u festivals (inkluż fil-Polagra f’Poznań, fil-kompetizzjoni Nasze Kulinarne Dziedzictwo – Smaki Regionów, fil-Meat Meeting li ssir f’Sosnowiec, fix-Święto krupnioka śląskiego fi Nikiszowiec (Katowice), fix-Świętomięs Polski) u f’fieri oħra reġjonali, nazzjonali u li jsiru barra l-Polonja. Għalkemm ir-reputazzjoni tal-“krupnioki śląskie” diġà hija stabbilita, festivals ġodda tal-ikel f’Opole Silesia u fis-Silesja ta’ Fuq qed isaħħu l-pożizzjoni ta’ dan il-prodott bħala oġġett tal-ikel assoċjat mill-qrib mar-reġjun.

Prova ulterjuri tar-reputazzjoni tal-“krupnioki śląskie” huwa l-fatt li l-isem sar parti mid-djalett tas-Silesia wara li beda jintuża fi qwiel u proverbji. Ir-reputazzjoni tal-“krupnioki śląskie” hija kkonfermata wkoll minn diversi artikli tal-istampa u pubblikazzjonijiet turistiċi li jiddeskrivu l-gastronomija reġjonali taż-żoni kkonċernati. Fost l-eżempji nsibu l-gwida dwar il-provinċji ta’ Śląskie u Opolskie, li ġiet ippubblikata bħala parti mis-serje Polska niezwykła, li fiha l-“krupnioki śląskie” jissemmew u jiġu deskritti fil-qosor, u l-aktar edizzjoni reċenti tal-gwida Michelin dwar ir-Ristoranti tal-Polonja, li fiha l-“krupnioki śląskie” jissemmew fost 15-il prodott reġjonali Pollakk.

F’pubblikazzjoni bit-titlu O śląskich obyczajach, śląskich potrawach i niektórych śląskich słowach [Tradizzjonijiet tas-Silesia, ikel tas-Silesia u xi kliem Silesian], l-awtur jikteb: “Madankollu, hemm ċerti platti u ismijiet ta’ platti Silesiani li kellhom karrieri brillanti, billi rnexxielhom jidħlu fil-lingwa Pollakka standard f’diversi forom. L-iktar wieħed popolari fil-Polonja kollha żgur li huwa ‘krupnioki’ (li huwa isem imnissel minn ‘krupy’ (xgħir mitħun oħxon)), li ta’ spiss jissejjaħ ukoll ‘krupnioki śląskiev’, jiġifieri ‘krupnioki’ mis-Silesia. L-użu tan-nom infirex bl-użu tal-aġġettiv derivat mill-kelma. Din il-kelma għandha konnotazzjonijiet Silesiani ħafna …”

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni

(l-Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu, ta’ dan ir-Regolament)

http://www.minrol.gov.pl/Jakosc-zywnosci/Produkty-regionalne-i-tradycyjne/Zlozone-wnioski-o-rejestracje-Produkty-regionalne-i-tradycyjne


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


Rettifika

20.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/20


Rettifika tan-Notifika ta' bidu ta' proċediment antidumping li jikkonċerna importazzjonijiet ta' ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma' tarf ta' tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 357 tad-29 ta’ Ottubru 2015 )

(2016/C 67/08)

F’paġna 5, il-punt 2, Il-prodott li qiegħed jiġi investigat:

minflok:

“Il-prodott suġġett għal din l-investigazzjoni huwa tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-azzar inossidabbli awstenitiku, ta' gradi użati għal applikazzjonijiet li jifilħu għall-korrużjoni, li huma (skont AISI A269) WP 304, 304L, 316, 316L, 316Ti, 321 u 321H, u l-ekwivalenti tagħhom fin-normi l-oħra, ta' dijametru estern massimu ta' mhux aktar minn 406,4 mm u ħxuna tal-ħajt sa 16 mm, imlestija jew le (‘il-prodott investigat’).”,

aqra:

“Il-prodott suġġett għal din l-investigazzjoni huwa tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-gradi tal-azzar inossidabbli awstenitiku, ta' gradi użati għal applikazzjonijiet li jifilħu għall-korrużjoni, li jikkorrispondi għat-tipi AISI 304, 304L, 316, 316Ti, 321 u 321H, u l-ekwivalenti tagħhom fin-normi l-oħra, ta' dijametru estern massimu ta' mhux aktar minn 406,4 mm u ħxuna tal-ħajt sa 16 mm, imlestija jew le (‘il-prodott investigat’).”.