ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 65

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
19 ta' Frar 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

 

IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2013–2014
Dati tas-seduti: 10-13 ta’ Ġunju 2013
Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 253 E, 3.9.2013 .
TESTI ADOTTATI

1


 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 11 ta’ Ġunju 2013

2016/C 65/01

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar aġenda ġdida għall-Politika Ewropea tal-Konsumatur (2012/2133(INI))

2

2016/C 65/02

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar it-titjib tal-aċċess għall-ġustizzja: l-għajnuna legali f’tilwim ċivili u kummerċjali transkonfinali (2012/2101(INI))

12

2016/C 65/03

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus: rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet u inizjattivi li għandhom jittieħdu (rapport intermedju) (2012/2117(INI))

16

2016/C 65/04

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar l-akkomodazzjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea (2012/2293(INI))

40

2016/C 65/05

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar il-mobilità edukattiva u professjonali tan-nisa fl-UE (2013/2009(INI))

55

2016/C 65/06

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar Strateġija għal Servizz ta’ Pedaġġ Elettroniku u sistema ta’ vinjetti għall-vetturi ħfief privati fl-Ewropa (2012/2296(INI))

63

 

L-Erbgħa 12 ta’ Ġunju 2013

2016/C 65/07

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Lejn Investiment Soċjali għat-Tkabbir u l-Koeżjoni – inkluża l-implimentazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020 (2013/2607(RSP))

68

2016/C 65/08

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-politika reġjonali bħala parti minn skemi usa’ ta’ għajnuna mill-Istat (2013/2104(INI))

79

2016/C 65/09

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni tal-UE (2012/2306(INI))

86

2016/C 65/10

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar it-tisħiħ tad-demokrazija Ewropea fl-UEM futura (2013/2672(RSP))

96

2016/C 65/11

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (27-28 ta’ Ġunju 2013) – Azzjoni Ewropea kontra l-qgħad taż-żgħażagħ (2013/2673(RSP))

98

2016/C 65/12

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-impass fir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (2013/2637(RSP))

102

 

Il-Ħamis 13 ta’ Ġunju 2013

2016/C 65/13

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar il-libertà tal-istampa u tal-midja fid-dinja (2011/2081(INI))

105

2016/C 65/14

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar is-servizzi finanzjarji: nuqqas ta’ progress fid-dewmien tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tal-adozzjoni ta’ ċerti proposti (2013/2658(RSP))

112

2016/C 65/15

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar is-sitwazzjoni fit-Turkija (2013/2664(RSP))

117

2016/C 65/16

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rwol tal-UE fil-promozzjoni ta' Sħubija Trans-Atlantika usa' (2012/2287(INI))

120

2016/C 65/17

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rikostruzzjoni u d-demokratizzazzjoni tal-Mali (2013/2587(RSP))

127

2016/C 65/18

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar in-negozjati għal ftehim ta’ kooperazzjoni bejn l-UE u l-Afganistan dwar sħubija u żvilupp (2013/2665(RSP))

133

2016/C 65/19

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju – definizzjoni tal-qafas wara l-2015 (2012/2289(INI))

136

2016/C 65/20

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar l-istat tad-dritt fir-Russja (2013/2667(RSP))

150

2016/C 65/21

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar l-Azerbajġan: il-każ ta’ Ilgar Mammadov (2013/2668(RSP))

154

2016/C 65/22

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar is-sitwazzjoni tal-Musulmani Rohingya (2013/2669(RSP))

157

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 11 ta’ Ġunju 2013

2016/C 65/23

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 lill-Kunsill dwar it-68 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (2013/2034(INI))

162

 

Il-Ħamis 13 ta’ Ġunju 2013

2016/C 65/24

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2013 lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar ir-rieżami 2013 tal-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE (2012/2253(INI))

168

2016/C 65/25

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar l-abbozz ta' Linji Gwida tal-UE dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Libertà ta' Reliġjon jew ta' Twemmin (2013/2082(INI))

174


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 11 ta’ Ġunju 2013

2016/C 65/26

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Jacek Olgierd Kurski (2013/2019(IMM))

180

2016/C 65/27

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Małgorzata Handzlik (2012/2238(IMM))

181

2016/C 65/28

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Alexander Alvaro (2013/2106(IMM))

182

 

L-Erbgħa 12 ta’ Ġunju 2013

2016/C 65/29

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati permanenti (2013/2671(RSO))

184


 

III   Atti preparatorji

 

IL-PARLAMENT EWROPEW

 

It-Tlieta 11 ta’ Ġunju 2013

2016/C 65/30

P7_TA(2013)0235
Pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet – 1 ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (COM(2012)0021 – C7-0042/2012 – 2012/0013(COD))
P7_TC1-COD(2012)0013
Pożizjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta’ Ġunju 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

185

2016/C 65/31

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (06353/1/2013 – C7-0142/2013 – 2011/0137(COD))

190

2016/C 65/32

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (05394/1/2013 – C7-0133/2013 – 2011/0156(COD))

191

2016/C 65/33

P7_TA(2013)0243
Ir-rekwiżiti minimi tas-saħħa u s-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi għas-saħħa u s-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (l-XX Direttiva individwali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (COM(2011)0348 – C7-0191/2011 – 2011/0152(COD))
P7_TC1-COD(2011)0152
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta’ Ġunju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi tas-saħħa u s-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (l-20 Direttiva individwali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) u li tħassar id-Direttiva 2004/40/KE

192

2016/C 65/34

P7_TA(2013)0244
Pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet – 2 ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (COM(2012)0498 – C7-0290/2012 – 2012/0236(COD))
P7_TC1-COD(2012)0236
Pożizjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta’ Ġunju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

193

 

L-Erbgħa 12 ta’ Ġunju 2013

2016/C 65/35

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 li tapprova l-ħatra tas-Sur Neven Mimica bħala Membru tal-Kummissjoni Ewropea (2013/0806(NLE))

199

2016/C 65/36

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-ħatra proposta ta' Neven Mates bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0106/2013 – 2013/0804(NLE))

199

2016/C 65/37

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-ħatra proposta ta' George Pufan bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0115/2013 – 2013/0805(NLE))

200

2016/C 65/38

P7_TA(2013)0253
Is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (COM(2012)0332 – C7-0158/2012 – 2012/0162(COD))
P7_TC1-COD(2012)0162
Pożizjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta’ Ġunju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

200

2016/C 65/39

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) (14654/2/2012 – C7-0165/2013 – 2008/0244(COD))

208

2016/C 65/40

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat (riformulazzjoni) (15605/3/2012 – C7-0164/2013 – 2008/0243(COD))

209

2016/C 65/41

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) (08260/2/2013 – C7-0163/2013 – 2009/0165(COD))

210

2016/C 65/42

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (COM(2012)0617 – C7-0358/2012 – 2012/0295(COD))

212

2016/C 65/43

P7_TA(2013)0258
L-istabbiliment ta' 'EURODAC' għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' EURODAC għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru […/…] [li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat] u biex jitlob għal tqabbil mad-dejta ta' EURODAC mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (Tfassil mill-ġdid) (COM(2012)0254 – C7-0148/2012 – 2008/0242(COD))
P7_TC1-COD(2008)0242
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata tat-12 ta’ Ġunju 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Eurodac għat-tqabbil ta' marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja

246

2016/C 65/44

P7_TA(2013)0259
Introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 sabiex jipprovdi regoli komuni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali (COM(2011)0560 – C7-0248/2011 – 2011/0242(COD))
P7_TC1-COD(2011)0242
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta’ Ġunju 2013 bil-ħseib ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 sabiex jipprovdi regoli komuni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali

247

2016/C 65/45

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' evalwazzjoni biex jissorvelja l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen (10273/2013 – C7-0160/2013 – 2010/0312(NLE))

249

2016/C 65/46

P7_TA(2013)0261
Ir-rapporti finanzjarji annwali u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapporti finanzjarji annwali, ir-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi (COM(2011)0684 – C7-0393/2011 – 2011/0308(COD))
P7_TC1-COD(2011)0308
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta’ Ġunju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE

250

2016/C 65/47

P7_TA(2013)0262
Ir-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE (COM(2011)0683 – C7-0380/2011 – 2011/0307(COD))
P7_TC1-COD(2011)0307
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta’ Ġunju 2013 bil-ħseib ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/109/KE

251

2016/C 65/48

P7_TA(2013)0263
L-iffissar ta' rata ta' aġġustament għal pagamenti diretti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tas-sena kalendarja 2013 ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffissar ta' rata ta' aġġustament għal pagamenti diretti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tas-sena kalendarja 2013 (COM(2013)0159 – C7-0079/2013 – 2013/0087(COD))
P7_TC1-COD(2013)0087
Pożizjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta’ Ġunju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffissar ta' rata ta' aġġustament għal pagamenti diretti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tas-sena kalendarja 2013

252

2016/C 65/49

P7_TA(2013)0264
Emendi tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen u l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) u l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen (COM(2011)0118 – C7-0070/2011 – 2011/0051(COD))
P7_TC1-COD(2011)0051
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta’ Ġunju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 u (KE) Nru 539/2001, u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

255

2016/C 65/50

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (00110/2013 – C7-0166/2013 – 2013/0900(NLE))

256

 

Il-Ħamis 13 ta’ Ġunju 2013

2016/C 65/51

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra (14757/2012 – C7-0369/2012 – 2008/0139(NLE))

257

2016/C 65/52

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (16894/2011 – C7-0469/2011 – 2011/0207(NLE))

257

2016/C 65/53

P7_TA(2013)0275
L-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2013 il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (COM(2011)0877 – C7-0502/2011 – 2011/0430(COD))
P7_TC1-COD(2011)0430
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta’ Ġunju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku

258


Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

***

Proċedura ta' approvazzjoni

***I

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari

***II

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari

***III

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att)

Emendi tal-Parlament:

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

MT

 


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/1


IL-PARLAMENT EWROPEW

SESSJONI 2013–2014

Dati tas-seduti: 10-13 ta’ Ġunju 2013

Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 253 E, 3.9.2013.

TESTI ADOTTATI

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 11 ta’ Ġunju 2013

19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/2


P7_TA(2013)0239

Aġenda ġdida għall-Politika Ewropea tal-Konsumatur

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar aġenda ġdida għall-Politika Ewropea tal-Konsumatur (2012/2133(INI))

(2016/C 065/01)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li l-istess drittijiet jiġu inkorporati magħha permezz tal-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (Trattat UE), u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tal-Karta li jistipula li l-politiki tal-Unjoni għandhom jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi,

wara li kkunsidra l-Artikolu 26 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jistipula li “s-suq intern għandu jikkomprendi arja bla fruntieri interni, li fiha l-moviment liberu ta' merkanzija, persuni, servizzi u kapital huwa żgurat skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 3(3) tat-TUE, li jorbot l-Unjoni biex taħdem għal “ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna, intiża li twassal għal livell massimu ta' impjieg u progress soċjali, u livell għoli ta' protezzjoni u ta' titjib tal-kwalità tal-ambjent”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tat-TFUE, li jistipula li “fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tieħu kont tal-ħtiġijiet marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjieg, mal-garanzija ta' protezzjoni soċjali xierqa, mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali kif ukoll ma' livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tat-TFUE, li jistipula li “l-ħtiġijiet għall-ħarsien tal-ambjent għandhom ikunu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet tal-Unjoni, partikolarment bil-għan li jinkoraġġixxu żvilupp sostenibbli”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 12 tat-TFUE, li jistipula li “fid-definizzjoni u l-implementazzjoni ta' politika u attivitajiet oħra tal-Unjoni għandu jingħata kont tal-ħtiġijiet tal-ħarsien tal-konsumatur”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 14, l-Artikolu 114(3) u l-Artikolu 169 tat-TFUE u l-Protokoll 26 tal-istess trattat dwar is-servizzi ta' interess ġenerali (ekonomiku),

wara li kkunsidra l-Artikolu 169(1) tat-TFUE, li jistipula li “sabiex tippromwovi l-interessi tal-konsumaturi u sabiex tassigura livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-ħarsien tas-saħħa, is-sigurtà u interessi ekonomiċi tal-konsumaturi, kif ukoll il-promozzjoni tad-dritt tagħhom għall-informazzjoni, l-edukazzjoni u l-organizzazzjoni tagħhom infushom sabiex iħarsu l-interessi tagħhom”,

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 98/560/KE tal-24 ta' Settembru 1998 dwar l-iżvilupp tal-kompetittività tal-industrija Ewropea u l-informazzjoni permezz tal-promozzjoni ta' oqfsa nazzjonali mmirati biex jilħqu livell komparabbli u effettiv ta' protezzjoni tal-minuri u tad-dinjità tal-bniedem (1),

wara li kkunsidra r-rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi – COM(2009)0336),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiki kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ('id-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali') (2),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2007–2013) (3),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 2006/952/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-ħarsien tal-minorenni u tad-dinjità tal-bniedem u dwar id-dritt ta' tweġiba fir-rigward tal-kompetittività tal-industrija Ewropea tas-servizzi awdjoviżivi u tal-informazzjoni online (4),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (5),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew bl-isem 'L-Istrateġija Ewropea tal-Politika tal-Konsumatur 2007–2013 – Responsabilitajiet akbar għall-konsumaturi, titjib tal-benessri tagħhom u l-ħarsien effettiv tagħhom' u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-20 ta' Mejju 2008 dwar l-Istrateġija tal-Politiki favur il-konsumatur tal-UE 2007– 2013 (6),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti (7), li l-objettiv tiegħu hu li joħloq qafas ġenerali ta' standards u prinċipji fil-qasam tal-akkreditament u tas-sorveljanza tas-suq,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (8),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 2009 dwar miżuri għat-titjib fil-funzjonament tas-suq uniku u r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Lulju 2004 dwar it-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali ta' direttivi li jolqtu s-suq intern (9),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2009 dwar l-infurzar tal-acquis tal-konsumatur (COM(2009)0330) u r-rapport tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2009 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) No 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumatur) (COM(2009)0336),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Lulju 2009 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar metodoloġija armonizzata għall-klassifikar u l-irrappurtar tal-ilmenti u d-domandi tal-konsumaturi (COM(2009)0346) u l-abbozz ta' rakkomandazzoni tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SEC(2009)0949),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew bl-isem 'EWROPA 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv' (COM(2010)2020),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2010 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi (10),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva (11), verżjoni kodifikata),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Professur Mario Monti lill-Kumissjoni tad-9 ta' Mejju 2010 dwar ir-rivitalizzazzjoni tas-suq uniku bl-isem 'Strateġija ġdida għas-suq uniku',

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2010 dwar ir-realizzazzjoni tas-suq uniku għall-konsumaturi u ċ-ċittadini (12),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-21 ta' Settembru 2010 dwar l-ikkompletar tas-suq intern għall-kummerċ elettroniku (13),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali: rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu (rapport ta' nofs il-perjodu) (14),

wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-22 ta' Ottubru 2010 bl-isem 'Biex is-swieq jiffunzjonaw għall-konsumaturi' (ir-4 edizzjoni tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur) (SEC(2010)1257),

wara li kkunsidra r-Rapport tas-27 ta' Ottubru 2010 bl-isem 'Rapport tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE: Inżarmaw l-ostakoli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE' (COM(2010)0603),

wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-4 ta' Marzu 2011 bl-isem 'Il-konsumaturi fid-dar fis-suq uniku' (il-5 edizzjoni tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur) (SEC(2011)0299),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2010 tan-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Kunsumaturi, ippubblikat mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-2011,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar drittijiet tal-konsumatur (15),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2011 dwar suq tal-konsumaturi aktar effiċjenti u aktar ġust (16),

wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni ta' Ottubru 2011 bl-isem 'Biex is-swieq jiffunzjonaw għall-konsumaturi' (is-6 edizzjoni tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur) (SEC(2011)1271),

wara li kkunsidra d-'Dikjarazzjoni ta' Krakovja' tal-Ewwel Forum tas-Suq Uniku, li sar fi Krakovja (il-Polonja) fit-3 u l-4 ta' Ottubru 2011,

wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (COM(2011)0665),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-23 October 2012 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fil-mezzi kollha tat-trasport (17) u tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-mobilità u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020 (18),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-funzjonament u l-applikazzjoni tad-drittijiet stabbiliti ta' persuni li jivvjaġġaw bl-ajru (19),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi (20),

wara li kkunsidra l-proposta għal-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Novembru 2011 dwar programm tal-konsumaturi 2014-2020 (COM(2011)0707) u d-dokumenti relatati (SEC(2011)1320 u SEC(2011)1321),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2011 dwar strateġija ġdida għall-politika tal-konsumatur (21),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2011 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem 'Viżjoni Ewropea għall-passiġġieri: Komunikazzjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fil-mezzi kollha tat-trasport' (COM(2011)0898),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Jannar 2012 bl-isem “Qafas koerenti għall-bini ta' fiduċja fis-Suq Uniku Diġitali għall-kummerċ elettroniku u tas-servizzi online” (COM (2011)0942),

wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Jannar 2012 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (Regolament dwar il-Protezzjoni ta' Dejta Ġenerali) (COM(2012)0011),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2012 bl-isem 'Lejn Approċċ Ewropew Koerenti għar-Rimedju Kollettiv' (22),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' April 2012 bl-isem “Strateġija Ewropea għall-akkwist elettroniku” (COM(2012)0179),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Mejju 2012 bl-isem “Strateġija Ewropea għal Internet Aħjar għat-Tfal” (COM(2012)0196),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2012 dwar strateġija għat-tisħiħ tad-drittijiet tal-konsumaturi vulnerabbli (23),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Intern (24),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Mejju 2012 lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni bl-isem 'Aġenda għall-Konsumaturi Ewropej – Spinta lill-fiduċja u lit-tkabbir' (COM(2012)0225),

wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tad-29 ta' Mejju 2012 bl-isem 'It-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur – Il-konsumaturi fid-dar fis-suq uniku' (is-7 edizzjoni tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur) (SWD(2012)0165),

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2012 bl-isem 'Biex is-swieq jiffunzjonaw għall-konsumaturi', (it-8 edizzjoni tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur) (SWD(2012)432),

wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Ġunju 2012 dwar l-identifikazzjoni elettronika u servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (COM(2012)0238),

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2012 dwar it-titjib fl-aspetti ta' għarfien tal-bini tal-kapaċitajiet tal-konsumaturi mill-2012 sal-2014 (SWD(2012)0235),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-3 ta' Ottubru 2012 bl-isem “Is-Suq Uniku II – Flimkien għal tkabbir ġdid” (COM(2012)0573),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2012 dwar it-twettiq tas-suq uniku diġitali (25),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bl-isem 'Aġenda għall-Konsumaturi Ewropej – Spinta lill-fiduċja u lit-tkabbir' (COM(2012)0225),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0163/2013),

A.

billi l-promozzjoni u l-protezzjoni tal-konsumaturi u d-drittijiet tagħhom huma valuri fundamentali tal-Unjoni;

B.

billi jqis ir-rwol essenzjali li għandhom il-konsumaturi fl-ekonomija peress li l-konsum huwa wieħed mill-muturi ewlenin tat-tkabbir fl-Unjoni;

C.

billi ċ-ċittadini tal-UE għandhom rwol kruċjali fil-kisba tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 ta' tkabbir intelliġenti, inklużiv u sostenibbli, u r-rwol tal-konsumaturi għandu, għaldaqstant, ikun rikonoxxut bħala parti mill-politika ekonomika tal-UE;

D.

billi l-Unjoni għandha l-objettivi li tikseb livell għoli ta' sensibilizzazzjoni, bini tal-kapaċitajiet u protezzjoni tal-konsumaturi kif ukoll li ssib il-bilanċ xieraq fir-rigward tal-kompetittività tan-negozji u l-ekonomiji tal-Unjoni, partikolarment billi tipproteġi s-saħħa u s-sikurezza u l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi, kif ukoll billi tippromwovi d-drittijiet tagħhom għall-informazzjoni, l-edukazzjoni u l-organizzazzjoni;

E.

billi l-konsumaturi ma jiffurmawx grupp omoġenju uniku u billi d-differenzi li jirriżultaw jeħtieġ li jiġu indirizzati fl-Aġenda għall-Konsumatur Ewropew, peress li hemm differenzi konsiderevoli fost il-konsumaturi f'termini ta' ħiliet tal-konsumaturi, sensibilizzazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni, assertività u rieda biex ifittxu rimedju; billi jeħtieġ li jitqiesu n-nondiskriminazzjoni u l-aċċessibilità fl-implimentazzjoni tal-Aġenda għall-Konsumatur Ewropew;

F.

billi jeħtieġ li jiġu promossi l-fiduċja tal-konsumaturi, is-sigurtà tagħhom fis-suq u l-għarfien tad-drittijiet tagħhom, b'attenzjoni speċjali għall-konsumaturi vulnerabbli bħat-tfal, il-persuni anzjani u konsumaturi oħra f'sitwazzjonijiet ta' vulnerabilità; billi f'dan ir-rigward hu essenzjali li l-konsumaturi fl-Unjoni jiġu offruti protezzjoni aħjar f'dan li jikkonċerna l-prodotti u s-servizzi li jistgħu jipperikolawlhom is-saħħa jew is-sikurezza tagħhom;

G.

billi 'informazzjoni pertinenti u adegwata' tfisser informazzjoni li tkun aċċessibbli faċilment, trasparenti, mhux qarrieqa u kumparabbli;

H.

billi l-kisba ta' suq intern li jiffunzjona tajjeb hija konsistenti mal-għanijiet tal-Istrateġija ta' Lisbona li jiżdiedu t-tkabbir u l-impjiegi għas-servizz tal-500 miljun konsumatur tal-UE;

I.

billi l-kummerċ elettroniku huwa estremament utli għall-konsumaturi kollha, peress li għandu potenzjal transkonfinali enormi li jippermetti li l-konsumaturi jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq uniku; billi l-kummerċ elettroniku huwa wkoll, bħala mezz ta' inklużjoni, estremament utli għall-konsumaturi b'diżabilitajiet jew b'mobiltà mnaqqsa u dawk li jgħixu f'żoni rurali bi żvantaġġi ġeografiċi;

J.

billi l-inċertezza dwar id-drittijiet tal-konsumaturi fir-rigward tax-xiri transkonfinali qed iddgħajjef il-benefiċċji tal-integrazzjoni tas-suq;

K.

billi l-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku qed ibatti minħabba d-distakk diġitali li għadu jeżisti fost iċ-ċittadini tal-Unjoni, b'mod partikolari fil-każ ta' persuni iktar anzjani; billi l-parti l-kbira tal-websajts pubbliċi u privati għadhom inaċċessibbli għall-persuni b'diżabilità jew b'kompetenza diġitali ta' livell iktar baxx;

L.

billi l-frammentazzjoni tas-suq uniku diġitali tipperikola d-drittijiet tal-konsumaturi; billi xi websajt mhumiex adegwati għax-xerrejja u l-konsumaturi transkonfinali; billi d-Direttiva riveduta dwar is-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (ADR) u r-Regolament dwar is-Soluzzjoni Online għat-Tilwim (ODR) se jidħlu fis-seħħ dalwaqt u se jipprovdu għodda utli għall-konsumaturi, b'mod partikolari għat-tranżazzjonijiet transkonfinali; billi l-mekkaniżmi xierqa biex ikun hemm azzjonijiet kollettivi effettivi jixirqilhom iktar kunsiderazzjoni;

M.

billi l-kriżi finanzjarja riċenti ssottolinjat il-ħtieġa kbira li l-konsumaturi jkunu protetti u infurmati fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u bankarji, peress li tali prodotti jista' jkollhom impatt dirett fuq il-benesseri globali tagħhom, kif ukoll il-ħtieġa għal pariri iktar imparzjali għall-konsumaturi;

N.

billi l-Aġenda għall-Konsumatur Ewropew tistabbilixxi miżuri ta' integrazzjoni għall-politika tal-konsumatur tal-Unjoni mfassla biex jinkisbu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020;

O.

billi l-kriżi ekonomika kurrenti tolqot ukoll serjament il-poter tal-akkwist tal-konsumaturi fis-suq uniku, b'mod partikolari dak tal-konsumaturi f'sitwazzjonijiet vulnerabbli li jirriżultaw miċ-ċirkostanzi soċjali jew finanzjarji tagħhom; billi, konsegwentement, id-drittijiet tal-konsumaturi għandhom jiġu rikonoxxuti sal-grad meħtieġ;

P.

billi s-suq uniku jipprovdi aċċess lill-konsumaturi tal-Unjoni għal firxa wiesgħa ta' prodotti u servizzi ta' kwalità għolja bi prezzijiet kompetittivi; billi l-produzzjoni ta' prodotti u l-provvista ta' servizzi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent jinkoraġġixxu l-konsum responsabbli, u b'hekk jistimulaw l-iżvilupp sostenibbli, l-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku; billi l-Kummissjoni għandha tindirizza u tistudja forom ġodda ta' konsum bħalma hu l-konsum kollaborattiv;

Q.

billi se jkollhom jiġu introdotti aġġustamenti neċessarji bħall-avvanz tal-għarfien tekniku u xjentifiku, fir-rigward tas-sigurtà kemm tal-ikel kif ukoll ta' prodotti bażiċi oħra għall-konsumatur;

R.

billi jeħtieġ li jissaħħaħ ir-rwol tal-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi fl-oqsma kollha billi jiġu adottati l-miżuri legali u ekonomiċi neċessarji, u li dawn jiġu appoġġati fil-bini tal-kapaċitajiet tagħhom; billi l-assoċċjazzjonijiet tal-konsumaturi għandhom rwol uniku fil-garanzija tal-fiduċja fis-suq uniku u l-iżvilupp tiegħu;

S.

billi l-passiġġieri mhumiex infurmati b'mod suffiċjenti dwar id-drittijiet tagħhom u l-kwalità ta' servizz li huma intitolati jistennew, u l-ilmenti legali mill-passiġġieri spiss ikunu diffiċli li jitressqu u jiġu infurzati; billi huma meħtieġa linji gwida biex tiġi ffaċilitata u titjieb il-applikazzjoni tar-regolamenti differenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fil-mezzi kollha ta' trasport; bilil, fir-reviżjoni tagħha li jmiss tad-Direttiva dwar il-Vjaġġi Kollox Kompriż, jeħtieġ li l-Kummissjoni teżamina b'mod sħiħ l-impatt tal-kummerċ elettroniku u s-swieq diġitali fuq l-imġiba tal-konsumatur fi ħdan l-industrija Ewropea tat-turiżmu;

T.

billi l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE toffri protezzjoni bażika tal-passiġġieri fil-mezzi kollha tat-trasport, imma għal uħud minn dawn id-drittijiet tal-passiġġieri, l-applikazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar mhumiex żgurati b'mod xieraq fil-mezzi kollha u fil-partijiet kollha tal-Unjoni, fatt li jimpedixxi l-moviment liberu fis-suq uniku, minħabba li jaffettwa l-fiduċja taċ-ċittadini meta jkunu qed jivvjaġġaw u jdgħajjef il-kompetizzjoni ġusta fost it-trasportaturi;

U.

billi jeħtieġ li l-passiġġieri jkunu jistgħu jagħmlu differenza ċara bejn l-ispejjeż operattivi mhux fakultattivi inklużi fin-nollijiet u l-elementi fakultattivi li jistgħu jiġu bbukkjati fil-kuntest tas-sistemi ta' riżervazzjoni kompjuterizzata rregolati bir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) (26) peress li dan se jżid it-trasparenza tal-prezz għall-konsumaturi li jibbukkjaw il-biljetti fuq l-Internet;

V.

billi l-erba' objettivi prinċipali stipulati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Aġenda għall-Konsumatur Ewropew huma: 1) it-tisħiħ tas-sikurezza tal-konsumaturi; 2) it-tisħiħ tal-għarfien; 3) it-tisħiħ tal-infurzar u l-iżgurar ta' rimedju; u 4) l-allinjament tad-drittijiet u l-politiki ewlenin mat-tibdil fis-soċjeta u fl-ekonomija; billi l-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali għandhom jiffaċilitaw it-traspożizzjoni rapida u effettiva tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi;

W.

billi l-Unjoni stabbiliet miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 bil-għan li jintlaħqu l-objettivi tal-2020 u jiġi żgurat li l-parti kbira tal-provvista tal-enerġija tinkiseb minn enerġija rinnovabbli sal-2050;

X.

billi jeħtieġ li l-proposti li jitfasslu jkunu konsistenti mal-erba' objettivi stabbiliti;

It-tisħiħ tas-sensibilizzazzjoni, it-tisħiħ tal-għarfien, is-sikurezza u d-drittijiet tal-konsumatur

1.

Jilqa' l-approċċ olistiku tal-Aġenda għall-Konsumatur Ewropew, u b'mod partikolari l-fatt li din tkopri kważi l-oqsma politiki importanti kollha għall-konsumaturi u b'hekk tibgħat sinjal qawwi dwar it-tisħiħ tar-rwol u l-importanza tas-sikurezza u d-drittijiet tal-konsumaturi fis-suq uniku; jenfasizza, madankollu, li dan għandu jkun rifless ukoll fil-proposti leġiżlattivi u fi proposti oħra mill-Kummissjoni;

2.

Jilqa' r-rieda tal-Kummissjoni li tikkoopera mal-kummerċjanti u l-intermedjarji biex tippromwovi inizjattivi ta' responsabilità soċjali korporattiva, li jippromwovu s-sigurtà tal-konsumatur; jemmen li l-Kummissjoni għandha tkun fi djalogu kontinwu mas-settur privat sabiex l-inizjattivi jiġu aċċettati u applikati fir-realtà;

3.

Jitlob li l-konsumaturi jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom b'mod faċli u effettiv fi prodotti bażiċi, fosthom l-ikel, is-saħħa, l-enerġija, is-servizzi finanzjarji u diġitali, l-aċċess għall-broadband, il-protezzjoni tad-data, it-trasport, u t-telekomunikazzjonijiet;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera mill-qrib mal-gvernijiet nazzjonali fl-introduzzjoni tal-kampanja mal-Unjoni kollha biex jiżdied l-għarfien dwar id-drittijiet u l-interessi tal-konsumatur; jenfasizza li huwa importanti, għas-suċċess tal-kampanja, li mhux is-settur pubbliku u l-organizzazzjonijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur biss jiddaħħlu fil-proċess, iżda wkoll is-settur privat;

5.

Jemmen li huwa neċessarju li jiġu promossi pjattaformi elettroniċi bħan-Netwerk Ewropew ta' Appoġġ għall-Intrapriżi u l-websajt l-Ewropa Tiegħek, li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-Suq Uniku Ewropew u jipprovdu informazzjoni importanti għall-konsumaturi u l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta dwar kif jista' jitjieb l-għarfien taċ-ċittadini dwar is-settur finanzjarju, sabiex il-persuni jkollhom l-informazzjoni neċessarja qabel ma jiddeċiedu li jissellfu; jemmen li għandha tingħata attenzjoni speċjali fir-rigward tal-ġenerazzjoni iktar żagħżugħa u fir-rigward tal-edukazzjoni tas-soċjetà dwar is-self ta' kreditu fuq perjodu qasir;

7.

Jenfasizza li l-formazzjoni tal-konsumaturi tnaqqas ir-riskji tagħhom fir-rigward tal-prodotti ffalsifikati, il-prodotti finanzjarji spekulattivi u r-reklamar qarrieqi; hu tal-fehma li l-edukazzjoni (inkluża l-edukazzjoni finanzjarja) u l-bini tal-kapaċitajiet tal-konsumaturi jeħtieġu jkunu matul il-ħajja kollha, u għandhom jibdew mill-iskola; jenfasizza l-bżonn li jkun evitat li tingħata wisq informazzjoni, u jenfasizza minflok il-bżonn li jitnaqqsu d-defiċits ta' għarfien u li titjieb is-sensibilizzazzjoni tal-konsumatur permezz ta' informazzjoni affidabbli, ċara, kumparabbli u mmirata;

8.

Jenfasizza l-fatt li sabiex il-konsumaturi jgawdu bis-sħiħ mid-drittijiet tagħhom, m'għandhomx jintesew ir-rwol u l-edukazzjoni tal-intrapriżi; jemmen li huwa essenzjali għarfien tajjeb tad-drittijiet tal-konsumaturi fl-intrapriżi bil-għan li tinkiseb implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-protezzjoni tal-konsumatur; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Memrbi jieħdu l-miżuri neċessarji għal dak l-għan, filwaqt li jiffukaw fuq l-intrapriżi żgħar u medji;

9.

Jenfasizza li, skont ir-riżultati ta' stħarriġ differenti, il-konsumaturi huma mħassba fuq bażi fit-tul dwar id-differenzi possibbli fil-kwalità ta' prodotti bl-istess ditta u l-istess imballaġġ imqassma fis-suq uniku; iqis li l-konsumaturi fi Stati Membri differenti ma jgawdux minn aċċess għall-istess livell ta' kwalità meta jixtru prodotti tal-istess ditta u imballaġġ fis-suq uniku; jenfasizza li l-ebda forma ta' diskriminazzjoni kontra l-konsumaturi mhi aċċettibbli;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni twettaq investigazzjoni sinifikanti f'din il-kwistjoni li tagħmilha possibbli li jiġi vvalutat jekk hemmx il-ħtieġa li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tiġi aġġustata; jistieden lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-konsumaturi dwar ir-riżultat tal-investigazzjoni;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi standards aġġornati u armonizzati li jiggarantixxu s-sigurtà u l-awtentiċità tal-prodotti; huwa fiduċjuż, fi kwalunkwe każ, li l-proposta li temenda d-Direttiva 2001/95/KE dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti se tiggarantixxi livell għoli ta' sigurtà tal-prodotti tal-konsumatur;

12.

Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex tintroduċi qafas legali għas-sigurtà tal-prodotti; jenfasizza f'dan il-kuntest l-importanza ta' sorveljanza tas-suq effikaċi peress li għad hemm prodotti mhux sikuri, inklużi prodotti bil-marka CE, fis-suq uniku Ewropew;

13.

Jitlob li l-konsumaturi jibbenefikaw b'mod sikur mill-avvanzi fix-xjenza u t-teknoloġija u li jkollhom aċċess għall-informazzjoni, pariri imparzjali u l-istrumenti meħtieġa għal rimedju ġust u effettiv;

14.

Jistieden lill-Istati Membri u l-Kummissjoni jippromwovu inizjattivi li jkollhom l-għan li jittraduċu r-riżultati tal-avvanzi xjentifiċi, l-iżviluppi teknoloġiċi u innovazzjonijiet oħrajn f'benefiċċji għall-konsumaturi, bil-kunsiderazzjoni dovuta għall-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà tal-prodotti;

15.

Jitlob protezzjoni adegwata tal-konsumatur u sigurtà tal-prodott fis-swieq għal prodotti tal-konsum magħmula bin-nanoteknoloġija u organiżmi ġenetikament modifikati;

16.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu garantiti l-indipendenza u t-trasparenza tal-għarfien espert xjentifiku u l-opinjoni regolatorja, b'mod partikolari fil-qasam tal-politiki tas-saħħa, tal-ambjent u tal-ikel, sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' protezzjoni tas-saħħa tal-konsumaturi u fiduċja fosthom;

17.

Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm protezzjoni aħjar tad-drittijiet għall-gruppi tal-konsumatur vulnerabbli, bħat-tfal u l-persuni iktar anzjani jew konsumaturi oħra f'sitwazzjonijiet ta' vulnerabilità, partikolarment fir-rigward tat-trasport, is-servizzi finanzjarji, l-enerġija u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa ta' miżuri kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f'dak nazzjonali biex ikunu provduti garanziji adegwati għall-protezzjoni ta' dawk il-konsumaturi;

18.

Jenfasizza l-bżonn li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jippromwovu konsum responsabbli u sostenibbli, b'konformità mal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, u li s-swieq isiru aċċessibbli bis-sħiħ għall-konsumaturi mill-perspettiva ta' ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna, f'Unjoni bbażata fuq is-solidarjetà; iqisha ħaġa neċessarja li tiġi indirizzata l-ħela tal-ikel, li l-prodotti tal-konsumatur isiru iktar durabbli, li jiġu promossi r-riċiklaġġ u l-konsum ta' prodotti użati, u li tkompli titjieb l-effiċjenza tal-enerġija tal-prodotti disponibbli fis-suq intern;

It-titjib tal-implimentazzjoni, it-tisħiħ tal-infurzar u l-iżgurar ta' rimedju

19.

Jinsisti li l-Kummissjoni għandha tkompli tissorvelja b'attenzjoni l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni li tappoġġa l-iżvilupp tas-suq uniku; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-azzjoni legali neċessarja kontra l-Istati Membri li jiksru jew li ma jimplimentawx jew ma jinfurzawx il-leġiżlazzjoni tas-suq uniku, b'konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

20.

Jilqa' inizjattivi leġiżlattivi ulterjuri maħsuba biex joħolqu suq uniku kompletament integrat sabiex jiżdiedu l-kompetizzjoni u l-effiċjenza, u tiġi provduta għażla ikbar għall-konsumaturi fl-Unjoni;

21.

Jistieden b'mod partikolari lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni f'waqtha u konsistenti tal-acquis tal-Unjoni dwar il-konsumaturi, b'mod partikolari d-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur (27), id-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali (28), u d-Direttiva dwar Reklamar Qarrieqi u Komparattiv (29); jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu monitoraġġ dwar l-effikaċità tal-acquis tal-konsumatur; jenfasizza l-evidenza li tissuġġerixxi li ċ-ċittadini għadhom mhux konxji mid-drittijiet tagħhom fis-suq uniku u għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jippromwovu d-disponibilità ta' informazzjoni ċara u komprensiva għall-konsumaturi bħala parti mill-proċess ta' implimentazzjoni, kif ukoll informazzjoni dwar għodda ta' rimedju disponibbli għall-konsumaturi;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni tieħu passi iktar attivi biex tevalwa l-grad sa liema ċ-ċittadini fl-Istati Membri għandhom aċċess għal kontijiet bankarji; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar kif qed tiġi indirizzata din il-problema u tippreżenta rapport lill-Parlament dwar din il-kwistjoni sa tmiem l-ewwel kwart tal-2014;

23.

Jirrkkomanda li jsir użu aħjar mill-informazzjoni disponibbli dwar l-imġiba tal-konsumaturi, u jikkunsidra b'mod partikolari li hemm ambitu biex ir-riżultati tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur jintużaw b'mod iktar effikaċi; jissuġġerixxi, għaldaqstant, li ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandu jwettaq ħidma ta' monitoraġġ u analiżi, fil-forma ta' proġett ta' riċerka ffinanzjat bil-għan li jiġu identifikati l-oqsma ta' prijorità għaċ-ċittadini f'dak li għandu x'jaqsam mat-titjib tad-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi fis-suq uniku, u konsegwentement jiġu adattati l-kontenut u l-format, kif ukoll il-ħidma tal-organizzazzjonijiet li jqassmu l-informazzjoni mal-konsumaturi;

24.

Jenfasizza li l-politiki tal-UE għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u l-istituzzjonijiet pubbliċi fl-oqsma kollha, u b'hekk jiżguraw l-iffaċilitar tal-aċċess għar-riżorsi finanzjarji meħtieġa, kif ukoll irawmu l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-għarfien fost l-assoċjazzjonijiet; jemmen li għandu jinħoloq reġistru ta' assoċjazzjonijiet Ewropej biex wieħed jgħin il-ħolqien ta' tali assoċjazzjonijiet;

L-allinjament tad-drittijiet u l-politiki ewlenin mat-tibdil ekonomiku u tas-soċjetà

25.

Iqis li l-Kummissjoni għandha tiffoka mhux biss fuq ix-xiri ta' kontenut diġitali, iżda wkoll fuq il-promozzjoni tal-bejgħ ta' prodotti u servizzi fl-ambjent diġitali u għandha tippromwovi l-fiduċja tal-konsumatur, sabiex il-konsumaturi jkunu jafu kif jistgħu jiddefendu d-drittijiet tagħhom u jkunu jistgħu jagħmlu lment għas-soluzzjoni għat-tilwim jekk ikunu xtraw prodott jew servizz ta' kwalità baxxa;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-protezzjoni tal-konsumatur fil-qasam tas-self fuq terminu ta' żmien qasir, peress li huma l-persuni l-iktar vulnerabbli fi żminijiet ta' kriżi li jużaw dawn il-prodotti finanzjarji mingħajr ma jkunux konxji bis-sħiħ mill-obbligi u r-riskji tagħhom bħala dawk li jissellfu;

27.

Ifakkar li l-informazzjoni adegwata u pertinenti għall-konsumaturi għandha tmur id f'id ma' miżuri ta' bini tal-kapaċitajiet sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-opportunitajiet li jeżistu fis-suq intern;

28.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera mal-Parlament u l-awtoritajiet nazzjonali sabiex itejjeb l-informazzjoni disponibbli għall-konsumaturi dwar kif jiġġestixxu aħjar il-konsum tal-enerġija ta' unità domestika;

29.

Jemmen li huwa neċessarju li jiġu realizzati l-proġetti tal-enerġija transkonfinali, inkluż fil-programm Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, peress li dawn se jippromwovu l-kompetizzjoni bejn il-fornituri tal-elettriku u tal-gass u se jżidu l-awtonomija tas-settur tal-enerġija fl-Istati Membri;

30.

Jitlob it-tisħiħ tal-politika tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni u li l-promozzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur tingħata post ċentrali f'dan il-proċess; iqis li dan l-allinjament mill-ġdid huwa ta' importanza partikolari għall-iżvilupp ta' suq uniku diġitali; jenfasizza, f'dan ir-rigward, ir-rwol importanti tal-websajts tat-tqabbil tal-prezzijiet, u jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-indipendenza tagħhom;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri japprovaw ir-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva tal-Aġenda, b'kunsiderazzjoni barra minn hekk tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2014–2020, u biex jagħmlu evalwazzjonijiet sistematiċi tal-impatt tagħha;

Il-kummerċ elettroniku

32.

Jenfasizza li l-iżvilupp dejjem iktar rapidu ta' kummerċ elettroniku huwa ta' importanza kbira f'dak li għandu x'jaqsam mal-konsumaturi, peress li joffri għażla usa', speċjalment għal dawk li jgħixu f'żoni inqas aċċessibbli, imbiegħda jew periferiċi, li inkella ma jkollhomx aċċess għal għażla wiesgħa ta' prodotti;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri kontra t-trattament mhux ugwali tal-konsumaturi fis-suq uniku li jirriżultaw mir-restrizzjonijiet attwali ta' bejgħ mill-bogħod applikati minn kumpaniji involuti fil-bejgħ transkonfinali mill-bogħod;

34.

Jenfasizza li mhux il-konsumaturi kollha għandhom l-opportunità li jużaw l-internet jew il-ħiliet neċessarji, u li l-konsumaturi, għalhekk, għandhom jiġu offruti servizzi permezz ta' modi differenti;

35.

Jenfasizza l-fatt li l-fiduċja tal-konsumatur hija essenzjali għall-kummerċ elettroniku, kemm dak domestiku kif ukoll dak transkonfinali; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati l-kwalità, is-sigurtà, it-traċċabilità u l-awtentiċità tal-prodotti, jiġu evitati prattiki kriminali jew inġusti, u jiġu osservati r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali, filwaqt li jkun garantit li, meta jkun xieraq, ikun ingħata kunsens infurmat u espliċitu mill-konsumatur għall-użu tad-data personali;

36.

Jenfasizza li l-protezzjoni tad-data personali hija prerekwiżit essenzjali għall-protezzjoni tal-konsumaturi u għall-funzjonament u t-tkabbir tas-suq uniku diġitali;

37.

Jenfasizza l-fatt li l-konsumaturi jistennew servizzi ta' kunsinna rapidi, affidabbli u kompetittivi għall-kummerċ elettroniku, u li servizzi ta' kunsinna li jiffunzjonaw sew huma neċessarji biex tiġi żgurata l-fiduċja tal-konsumaturi;

Is-servizzi finanzjarji, il-prodotti ta' investiment u l-kriżi ekonomika

38.

Jilqa' l-miżuri previsti mill-Kummissjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, u jenfasizza l-ħtieġa ta' qafas legali komprensiv li jiggarantixxi konsulenza indipendenti lill-konsumaturi, speċjalment fil-qasam tas-servizzi finanzjarji; jenfasizza l-fatt li l-informazzjoni dwar is-suq għandha tkun affidabbli, ċara u komparabbli, u aċċessibbli elettronikament u f'forom oħra; jenfasizza l-ħtieġa li tittieħed azzjoni legali kontra l-prattiki kummerċjali inġusti jew termini kuntrattwali żleali abbużivi; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu protetti l-konsumaturi li jisfaw 'maqbudin' minn prodott finanzjarju;

39.

Jieħu nota tal-proposta l-ġdida għal Regolament (COM(2013)0130) tat-13 ta' Marzu 2013 li temenda r-Regolament (KE) Nru 261/2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet u r-Regolament (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabilità tat-trasportatur tal-ajru fir-rigward tat-trasport tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom bl-ajru; jitlob li l-lista tad-drittijiet komuni għall-mezzi kollha tat-trasport tiġi ċċirkulata b'mod wiesa', f'forma konċiża u bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni;

40.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi ffaċilitat id-dritt għall-aċċess għal kont ta' pagament bażiku għall-konsumaturi u li dawn jiġu provduti b'informazzjoni ċara u relevanti dwar il-prodotti ta' investiment, kif hu previst inter alia, fil-proposta għal regolament dwar id-dokumenti bit-tagħrif ewliemi għall-prodotti ta' investiment (COM(2012)0352); jenfasizza li jinħtieġu regoli stretti għar-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji; jenfasizza l-fatt li l-kriżi ekonomika u finanzjara attwali qed iddgħajjef il-pożizzjoni ta' numru kbir ta' konsumaturi, billi qed tagħmilhom dejjem iktar vulnerabbli, u li ż-żieda fl-insigurtà tax-xogħol u fir-rati tal-qgħad u t-telf tal-poter tal-akkwist qed iżidu l-inugwaljanzi; jistieden lill-Kummissjoni tqis dawn l-iżviluppi l-ġodda meta tabbozza l-politiki;

Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet Ewropej u dawk nazzjonali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur

41.

Jenfasizza l-ħtieġa għal kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali u dawk lokali u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi sabiex jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta' konsultazzjoni u jiġu implimentati l-miżuri pjanati fl-Aġenda;

42.

Jitlob lill-Kummissjoni li s-sistema ta' twissija RAPEX (Sistema ta' Twissija Rapida għall-Prodotti Mhux tal-Ikel) tkun iktar trasparenti u effettiva; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati in-netwerk taċ-Ċentri għall-Konsumatur Ewropew u dak tal-Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumaturi; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra t-twaqqif ta' sistema tat-tip RAPEX għas-servizzi;

Is-soluzzjoni għat-tilwim u r-rimedju

43.

Jenfasizza li l-mekkaniżmi ta' tiswija, bħas-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (ADR) jew is-Soluzzjoni Online għat-Tilwim (ODR) għandhom ikunu mgħaġġla, aċċessibbli u effettivi; jenfasizza li l-aċċess effettiv għall-ġustizzja f'tilwim transkonfinali m'għandux jiġi ostakolat bid-diffikutajiet li jirriżultaw min-natura transkonfinali ta' tilwima, min-nuqqas ta' riżorsi jew min-nuqqas ta' informazzjoni dwar l-aċċessabilità tal-għajnuna legali; jitlob, għalhekk, li tiġi implimentata aħjar id-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE tas-27 ta' Jannar 2003 u, meta jkun neċessarju, li din tiġi reveduta sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tagħha;

44.

Jenfasizza li l-mekkaniżmi tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim u tas-soluzzjoni online għat-tilwim ma jistgħux jissostitwixxu mekkaniżmu ta' rimedju kollettiv; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tesplora miżuri li jwasslu għall-ħolqien ta' mekkaniżmu koerenti ta' rimedju kollettiv mifrux mal-Unjoni kollha fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur, li jkun applikabbli għal każijiet transkonfinali; jenfasizza li l-invizjattivi mhux koordinati fl-Unjoni jistgħu jwasslu għal frammentazzjoni; jenfasizza li, sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tar-rimedju kollettiv u sabiex jiġu evitati abbużi potenzjali, l-approċċ tal-Unjoni lejn ir-rimedju kollettiv għandu jinkludi biss azzjoni rappreżentattiva fil-każ ta' entitajiet rikonoxxuti kif suppost fil-livell nazzjonali (awtoritajiet pubbliċi bħall-ombudsmen jew l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur); jinsisti fuq il-ħtieġa li jinbena approċċ tal-Unjoni għar-rimedju kollettiv bil-prinċipju li min irid jaderixxi għalih jista' jagħmel dan;

45.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-aċċessibilità tal-prodotti u s-servizzi fl-Unjoni, filwaqt li jiġu koperti oqsma bħalma huma l-ambjent mibni, it-trasport u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi Att ta' Aċċessibilità għall-Unjoni li jkun ambizzju fil-firxa tiegħu;

46.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-Qafas Finanazjajru Pluriennali li jmiss għall-2014–2020 għandu jippermetti li l-Aġenda għall-Konsumatur Ewropew tibbenefika minn finanzjament ambizzjuż b'mod suffiċjenti;

o

o o

47.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 270, 7.10.1998, p. 48.

(2)  ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.

(3)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 39.

(4)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 72.

(5)  ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27.

(6)  ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 17.

(7)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

(8)  ĠU L 170, 30.6.2009, p. 1.

(9)  ĠU L 98, 16.4.2005, p. 47.

(10)  ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 1.

(11)  ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1.

(12)  ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 84.

(13)  ĠU C 50 E, 21.2.2012, p. 1.

(14)  ĠU C 70 E 8.3.2012, p. 19.

(15)  ĠU C 390 E 18.12.2012, p. 145.

(16)  ĠU C 33 E 5.2.2013, p. 9.

(17)  Testi adottati, P7_TA(2012)0371

(18)  ĠU C 131 E 8.5.2013, p. 9.

(19)  Testi adottati, P7_TA(2012)0099

(20)  ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.

(21)  Testi adottati, P7_TA(2011)0491.

(22)  Testi adottati, P7_TA(2012)0021

(23)  Testi adottati, P7_TA(2012)0209.

(24)  Testi adottati, P7_TA(2012)0211.

(25)  Testi adottati, P7_TA(2012)0468

(26)  ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3

(27)  ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64-88

(28)  ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22-39

(29)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21-27


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/12


P7_TA(2013)0240

It-titjib tal-aċċess għall-ġustizzja: l-għajnuna legali f’tilwim ċivili u kummerċjali transkonfinali

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar it-titjib tal-aċċess għall-ġustizzja: l-għajnuna legali f’tilwim ċivili u kummerċjali transkonfinali (2012/2101(INI))

(2016/C 065/02)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE tas-27 ta' Jannar 2003 biex ittejjeb l-aċċess għal ġustizzja f'tilwimiet bejn il-konfini billi tistabbilixxi regoli komuni minimi konnessi ma' għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn (1),

wara li kkunsidra r-Rapport tat-23 ta’ Frar 2012 mill-Kummissjoni għall-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/8/KE biex ittejjeb l-aċċess għal ġustizzja f’tilwimiet bejn il-konfini billi tistabbilixxi regoli komuni minimi konnessi ma’ għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn (COM(2012)0071),

wara li kkunsidra l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta’ Ottubru 1980 dwar l-Aċċess Internazzjonali għall-Ġustizzja,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0161/2013),

A.

billi l-Artikolu 47(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jgħid li “Għandha tingħata għajnuna legali lil dawk li ma jkollhomx mezzi biżżejjed, fil-każijiet fejn din l-għajnuna hija meħtieġa sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja”;

B.

billi d-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE fiha dispożizzjonijiet li jiżguraw li ċ-ċittadini involuti f’tilwimiet bejn il-konfini jkollhom aċċess għall-ġustizzja;

C.

billi d-dispożizzjoni prinċipali ta’ din id-Direttiva tiżgura li l-għajnuna legali ma tistax tiġi miċħuda sempliċement fuq il-bażi li tilwima hija transkonfinali fin-natura tagħha, u għalhekk, kull Stat Membru jżomm is-sistema ta’ għajnuna legali tiegħu, iżda għandu jagħmilha disponibbli għal persuni minn Stati Membri oħra;

D.

billi d-Direttiva tistabbilixxi kundizzjonijiet għall-għoti ta’ għajnuna legali transkonfinali, marbuta b’mod partikolari mar-riżorsi finanzjarji, is-suġġett tat-tilwima, u n-natura transkonfinali tat-tilwima;

E.

billi l-għajnuna legali għandha tingħata biss lil persuni li r-riżorsi finanzjarji tagħhom ma jippermettulhomx li jkollhom aċċess għall-ġustizzja mingħajr għajnuna bħal din;

F.

billi dawk ir-riżorsi huma valutati fuq il-bażi tal-linji gwida fis-seħħ fl-Istat Membru li fih tippresjedi l-Qorti, u limiti fissi huma fis-seħħ f’bosta Stati Membri;

G.

billi dawn il-limiti jvarjaw b’mod konsiderevoli minn Stat Membru għal ieħor, u ċittadin li huwa kkunsidrat fil-bżonn ta’ għajnuna legali fi Stat Membru wieħed jista’ ma jkunux ikkunsidrat fil-bżonn ta’ għajnuna legali fi Stat ieħor, u billi l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva jirrikonoxxi mhux ħażin il-problema;

H.

billi, sabiex jiġu indirizzati dawn id-diskrepanzi, għandu jiġi kkunsidrat jekk ċittadin għandux ukoll jitħalla japplika għall-għajnuna legali fl-Istat Membru ta’ residenza tiegħu u jħalli lill-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru jiddeċiedu dwar l-applikazzjoni tiegħu;

I.

billi, sabiex jiġu ffaċilitati l-affarijiet kemm għaċ-ċittadin kif ukoll għall-awtoritajiet li japplikaw id-Direttiva, iċ-ċittadini għandhom jingħataw l-għażla, f’każ ta’ talbiet transkonfinali għal għajnuna legali, li t-talba tagħhom tiġi deċiża jew fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom jew fl-Istat Membru fejn tippresjedi l-Qorti jew fejn għandha tiġi infurzata d-deċiżjoni;

J.

billi, jekk tingħata din l-għażla, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw il-kriterji tagħhom stess, minflok ikollhom jgħaddu t-talba jew jirreferu għall-kundizzjonijiet u l-linji gwida ta’ Stati Membri oħra;

K.

billi ċ-ċittadini li d-dritt tagħhom għall-għajnuna legali jkun ġie rikonoxxut fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom jistgħu jingħataw ċertifikat dwar dan, li jiġi onorat mill-awtoritajiet tal-Istat Membru li fih kienet qed tippresjedi l-Qorti jew fejn kellha tiġi infurzata d-deċiżjoni;

L.

billi għajnuna legali transkonfinali skont id-Direttiva tkopri wkoll l-ispejjeż addizzjonali inerenti f’każijiet transkonfinali, bħall-ispejjeż ta’ interpretazzjoni, traduzzjoni u vvjaġġar;

M.

billi l-informazzjoni dwar l-għajnuna legali għaċ-ċittadini għandha tiġi pprovduta f’waħda mil-lingwi tal-UE sabiex jiġi żgurat li jkunu ġew infurmati dwar l-għażliet tagħhom għal għajnuna legali b’lingwa li jifhmu;

N.

billi l-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta’ Ottubru 1980 dwar l-Aċċess Internazzjonali għall-Ġustizzja tinkludi dispożizzjonijiet simili f’livell internazzjonali, iżda din hija applikata biss minn 17 mis-27 Stat Membru;

O.

billi l-Istati Membri l-oħra għandhom għalhekk jiġu mħeġġa jiffirmaw jew jirratifikaw il-Konvenzjoni;

Applikazzjoni tad-Direttiva 2003/8/KE

1.

Jifraħ lill-Kummissjoni dwar is-sottomissjoni tar-rapport tagħha dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/8/KE;

2.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kummissjoni ma tindirizzax speċifikament il-proċeduri Ewropej li għalihom tapplika wkoll id-Direttiva dwar l-Għajnuna Legali, bħal pereżempju l-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, minkejja l-fatt li l-applikazzjoni tad-Drettiva għall-proċedura msemmija hawn fuq waqt il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2010 setgħet ċertament ġiet eżaminata;

3.

Jinnota b’soddisfazzjon li l-Istati Membri kollha ttrasponew id-Drettiva; Jinnota, madankollu, li l-interpretazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar ċerti pnti tvarja fost l-Istati Membri;

4.

Jinnota li, f’rapport sussegwenti, għandhom jiġu inklużi n-numru u l-oqsma tal-kawżi, imqassma skont il-pajjiż, biex tinkiseb stampa aktar dettaljata u aktar preċiża dwar kif qed jintuża l-istrument;

Iż-żieda fl-għarfien tad-dritt għal għajnuna legali transkonfinali

5.

Jiddispjaċih mill-fatt li relattivament ftit ċittadini u prattikanti jidhru li huma konxji mid-drittijiet mogħtija mid-Direttiva;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jieħdu miżuri li jżidu l-għarfien tad-dritt għal għajnuna legali transkonfinali f’kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, u b’hekk isaħħu l-moviment liberu taċ-ċittadini;

7.

Jirrikonoxxi l-ħidma tajba magħmula mill-portal e-Justice tal-UE, in-Netwerk Ġudizzjarju tal-UE kif ukoll mill-e-CODEX (Ġustizzja elettronika permezz tal-Iskambju ta' Data Onlajn), b'mod partikolari bid-disponibilità fil-portal e-Justice tal-forom ta' għajnuna legali previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE; jitlob, madankollu, li tiżdied iċ-ċarezza u li jkun aktar simplifikat l-aċċess għal dawn il-forom ta' għajnuna legali u l-forom ta' għajnuna legali nazzjonali f'dawn il-pjattaforom kollha, inkluża informazzjoni ċara u prattika dwar liema hu l-aħjar mod kif wieħed japplika għall-għajnuna legali fl-Istati Membri differenti f'tilwimiet ċivili u kummerċjali transkonfinali;

8.

Jitlob, barra minn hekk, lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex iniedu kampanja ta’ informazzjoni effettiva sabiex jintlaħqu numru kbir ta’ benefiċjarji potenzjali kif ukoll prattikanti legali;

9.

Iqis li anki proċeduri oħra Ewropej, bħal pereżempju l-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u l-Proċedura tal-Ordni ta’ Ħlas Ewropea, mhumiex magħrufa sew u li l-politika ta’ informazzjoni attwali, jekk tibqa’ tiġi segwita, mhux se tikkontribwixxi biex tagħmilhom aktar magħrufa;

10.

Jirrimarka li t-teknoloġiji u l-għodod ta’ komunikazzjoni ġodda jistgħu jintużaw biex jippermettu l-aċċess għal informazzjoni dwar l-għajnuna legali; jirrakkomanda, għalhekk, li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jużaw firxa wiesgħa ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni, inklużi kampanji u pjattaformi interattivi bbażati fuq l-Internet bħalma hu l-Portal e-Justice, bħala modi effettivi fil-konfront tal-ispejjeż biex jintlaħqu ċ-ċittadini;

11.

Jinnota li sabiex tkun żgurata l-kontinwità tal-proċedimenti mibdija, għandu jkun hemm titjib fil-ħażna temporanja u permanenti tal-forom meħtieġa għall-għajnuna legali, kif ukoll il-forom għal proċeduri oħrajn, partikolarment il-Proċedura għal Talbiet Żgħar u l-Proċeduri ta’ Ħlas Ewropej, li fost l-oħrajn jiżguraw li dawn ikunu jidhru bl-istess mod fil-lingwi kollha, inkluż fuq il-websajt tal-Atlas Ġudizzjarju Ewropew dwar Kwistjonijiet Ċivili u l-Portal Ewropew e-Justice; jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri immedjati għal dan il-għan;

L-iżgurar ta’ appoġġ legali kompetenti

12.

Jikkunsidra li għandhom jiġu stabbiliti databases ta’ professjonisti legali b’ħiliet lingwistiċi u tal-liġi komparattiva biżżejjed biex jaħdmu fuq każijiet ta’ għajnuna legali transkonfinali, biex b’hekk jiġi żgurat li jinħatru professjonisti legali li jkunu kapaċi jaħdmu fuq każijiet bħal dawn; filwaqt li jirrikonoxxi d-databases ġuridiċi transkonfinali eżistenti, bħalma hi l-pjattaforma “Sib Avukat” (Find-a-Lawyer), bħala eżempji ta’ prattika tajba f’dan il-qasam, jitlob li tali għodod jiġu żviluppati aktar bil-ħsieb li jiġu integrati f’database ta’ professjonisti legali fuq il-Portal e-Justice;

13.

Jissuġġerixxi skemi ta’ taħriġ speċjali biex jipprovdu lill-prattikanti legali b’kompetenza transkonfinali, b’enfasi fuq korsijiet tal-lingwa u l-liġi komparattiva; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tappoġġja taħriġ speċifiku għall-avukati li jipprovdu l-għajnuna legali;

14.

Jirrikonoxxi li l-appoġġ legali u t-taħriġ għandhom implikazzjonijiet f'termini ta' spiża għall-Istati Membri u li fis-sitwazzjoni ekonomika kurrenti l-finanzjament għalihom jista' jkun limitat f'ħafna Stati Membri; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tipprovdi fondi fejn ikun possibbli għall-Istati Membri, biex tiżgura taħriġ legali konsistenti u ta’ livell għoli dwar l-għajnuna legali transkonfinali fil-kwistjonijiet ċivili u kummerċjali;

L-iffaċilitar tat-tħaddim tad-Direttiva għaċ-ċittadini

15.

Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-proċeduri ta’ applikazzjoni jkunu sempliċi, sabiex iċ-ċittadini jkunu dejjem jistgħu japplikaw għall-għajnuna legali mingħajr l-għajnuna ta’ prattikant legali; huwa favur li ċ-ċittadini li jidħlu għal tali proċeduri jiġu infurmati awtomatikament dwar l-eżistenza tal-Portal e-Justice, bil-ħsieb li jiġi żgurat li jkunu infurmati aħjar;

16.

Jikkunsidra li jkun xieraq li, konformi mas-sistemi ta’ għajnuna legali nazzjonali eżistenti, tiġi stabbilita awtorità kompetenti unika fl-ambitu tal-għajnuna legali transkonfinali b’uffiċċju ċentrali f’kull Stat Membru, li tirċievi u tittrażmetti l-applikazzjonijiet għall-għajnuna legali;

17.

Huwa tal-opinjoni li bil-għan li jiġu stabbiliti kriterji ekonomiċi għall-għoti tal-għajnuna legali, għandha tingħata aktar konsiderazzjoni għal-livelli differenti tal-għoli tal-ħajja fl-Istati Membri varji u li għandu jkun ippreċiżat kif dawn id-differenzi jistgħu jiġu kkunsidrati;

18.

Jissuġġerixxi li l-applikanti għandhom jingħataw l-għażla li japplikaw għall-għajnuna legali fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom jew fl-Istat Membru fejn tippresjedi l-Qorti jew fejn qed tiġi infurzata d-deċiżjoni; jinnota li, taħt arranġamenti bħal dawn, l-awtoritajiet ta’ kull Stat Membru mbagħad ikunu jistgħu japplikaw il-kriterji tagħhom stess meta jiddeċiedu dwar l-applikazzjoni;

19.

Jipproponi li kwalunkwe deċiżjoni tal-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ residenza li tingħata l-għajnuna legali, kif evidenzjat minn ċertifikat komuni, għandu jkollha wkoll effett fl-Istat Membru fejn tippresjedi l-Qorti jew fejn tiġi infurzata d-deċiżjoni;

20.

Jirrakkomanda li l-ispejjeż koperti mill-għajnuna legali jinkludu wkoll l-ispejjeż ta’ kull preżenza obbligatorja quddiem imħallef jew awtorità oħra li tevalwa t-talba jew spejjeż assoċjati ma’ dan.

21.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lill-gruppi l-aktar vulnerabbli biex jiżguraw li l-ħtiġijiet tagħhom ikunu kkunsidrati;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għal emenda tad-Direttiva kif propost hawn fuq, bil-ħsieb li jiġu stabbiliti standards ogħla komuni għall-għajnuna legali transkonfinali;

L-inkoraġġiment ta’ forom alternattivi ta’ appoġġ legali

23.

Iħeġġeġ l-Istati Membri biex jistabbilixxu sistemi aktar effiċjenti għall-kooperazzjoni bejn il-korpi pubbliċi u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi sabiex jagħmlu l-għajnuna legali u l-pariri legali aktar aċċessibbli għaċ-ċittadini;

24.

Jitlob li l-qrati nazzjonali jkunu konnessi permezz ta’ sistema ta’ twissija bikrija sabiex, meta ssir applikazzjoni għall-assistenza fi Stat Membru wieħed, Stat Membru ieħor isir konxju tagħha;

25.

Jissuġġerixxi wkoll kooperazzjoni akbar bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi u l-organizzazzjonijiet legali professjonali bħall-assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-avukati u s-soċjetajiet tal-liġi;

26.

Jilqa’ l-inizjattivi numerużi li wrew li kienu eżempji tajbin tal-aħjar prattika fil-qasam tal-pariri legali bla ħlas, li jinkludu l-aġenziji pro bono u l-kliniċi legali;

27.

Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jiżguraw id-disponibbiltà tal-għajnuna legali prekontenzjuża u jiffaċilitaw l-aċċess għaliha, inkluż pariri dwar l-użu ta’ metodi alternattivi ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim, li ħafna drabi jkunu aktar effettivi fil-konfront tal-ispejjeż u jaħlu inqas ħin mil-litigazzjoni;

Aspetti internazzjonali tal-għajnuna legali

28.

Jistieden lill-Istati Membri li għadhom ma ffirmawx u/jew ma rratifikawx il-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta’ Ottubru 1980 dwar l-Aċċess Internazzjonali għall-Ġustizzja biex jagħmlu dan, sabiex itejbu l-aċċess taċ-ċittadini għall-ġustizzja barra mill-Unjoni Ewropea;

o

o o

29.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Istati Membri.


(1)  ĠU L 26, 31.1.2003, p. 41.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/16


P7_TA(2013)0245

Il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus: rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet u inizjattivi li għandhom jittieħdu (rapport intermedju) (2012/2117(INI))

(2016/C 065/03)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2012 dwar it-twaqqif, is-setgħat, l-għamla numerika u l-mandat tal-Kumitat Speċjali dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, adottata skont l-Artikolu 184 tar-Regoli tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tiegħu tal-11 ta’ Diċembru 2012 li testendi l-mandat tal-Kumitat Speċjali dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus sat-30 ta’ Settembru 2013,

wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 67, il-Kapitolu 4 (l-Artikoli 82-86) u l-Kapitolu 5 (l-Artikoli 87-89) tat-Titolu V tat-tielet parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 5, 6, 8, 32, 38, 41, u t-Titolu VI (l-Artikoli 47-50) u l-Artikolu 52,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ħolqien u l-implimentazzjoni ta’ ċiklu ta’ politika tal-UE għall-kriminalità internazzjonali organizzata u serja, li jistabbilixxi proċess pluriennali li għandu l-għan li jiffaċċja t-theddid kriminali l-aktar importanti b’mod koerenti permezz tal-aqwa kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, l-UE u l-pajjiżi terzi,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-prijoritajiet tal-UE għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata bejn l-2011 u l-2013,

wara li kkunsidra l-Programm ta’ Stokkolma dwar il-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja (1), il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-kisba ta' żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għaċ-ċittadini tal-Ewropa: Pjan ta’ Azzjoni li Jimplimenta l-Programm ta’ Stokkolma” (COM(2010)0171) u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “L-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE fl-Azzjoni: Ħames passi lejn Ewropa aktar sikura” (COM(2010)0673),

wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi (2005-2012) u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE kontra d-Droga (2009-2012),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali, adottata mill-Assemblea Ġenerali fil-15 ta’ Novembru 2000 (Riżoluzzjoni 55/25) u miftuħa għall-firma f’Palermo fit-12 ta’ Diċembru 2000, u l-protokolli relatati,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (UNCAC), miftuħa għall-firma f’Merida fid-9 ta’ Diċembru 2003,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-traffikar illeċitu tad-drogi narkotiċi u s-sustanzi psikotropiċi, adottata mill-Assemblea Ġenerali fl-20 ta’ Diċembru 1988 (riżoluzzjoni 1988/8) u li nfetħet għall-firem fi Vjenna, mill-20 ta’ Diċembru 1988 sat-28 ta’ Frar 1989, u wara fi New York, sal-20 ta’ Diċembru 1989,

wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet penali u ċivili tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-korruzzjoni, miftuħa għall-firma fi Strasburgu rispettivament fis-27 ta’ Jannar u l-4 ta’ Novembru 1999, u r-Riżoluzzjonijiet (98)7 u (99)5, adottati mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa rispettivament fil-5 ta’ Mejju 1998 u l-1 ta’ Mejju 1999, stipulati mill-Grupp tal-Istati kontra l-Korruzzjoni (GRECO),

wara li kkunsidra l-Att tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 1997 li jfassal, fuq il-bażi tal-Artikolu K.3(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (2),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni OECD dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali pubbliċi barranin fl-operazzjonijiet ekonomiċi internazzjonali, miftuħa għall-firma f’Pariġi fis-17 ta’ Diċembru 1997, u s-supplimenti sussegwenti,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar ir-riċiklaġġ, ir-riċerka, is-sekwestru u l-konfiska tal-qligħ minn reat u dwar il-finanzjament għat-terroriżmu, miftuħa għall-firma f’Varsavja fis-16 ta’ Mejju 2005, u r-Riżoluzzjoni CM/Res(2010)12 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa, tat-13 ta’ Ottubru 2010, dwar l-istatut tal-Kumitat ta' Esperti Magħżula għall-Valutazzjoni ta' Miżuri kontra l-Money Laundering (MONEYVAL),

wara li kkunsidra l-40 rakkomandazzjoni u d-9 rakkomandazzjonijiet speċjali tal-Grupp ta’ Azzjoni Finanzjarja FATF/GAFI għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament għat-terroriżmu u għat-tixrid,

wara li kkunsidra x-xogħol tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta' Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (3),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/500/ĠAI tas-26 ta’ Ġunju 2001, dwar il-ħasil tal-flus, l-identifikazzjoni, l-intraċċar, l-iffriżar, il-qbid u l-konfiska tal-mezzi u l-qligħ mill-kriminalità (4), id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/577/ĠAI tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar it-twettiq fl-Unjoni Ewropea tal-mandati li jiffriżaw xi proprjetà jew xi evidenza (5), id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/212/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar il-Konfiska ta’ Rikavati, Mezzi Strumentali u Proprjetà Konnessi mal-Kriminalità (6), u d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/783/ĠAI tas-6 ta’ Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal ordnijiet ta’ konfiska (7),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI tas-6 ta' Diċembru 2007 dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi tal-Istati Membri fil-qasam tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta' rikavati mill-kriminalità, jew proprjetà oħra relatata magħha (8), u wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni COM(2011)0176 ibbażat fuq l-Artikolu 8 ta' dik id-Deċiżjoni,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment [konsenja] bejn l-Istati Membri (9), u l-atti ta' emenda sussegwenti,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/465/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar l-iskwadri ta’ investigazzjoni konġunti (10), u r-rapport tal-Kummissjoni fuq it-traspożizzjoni legali tad-Deċiżjoni Kwadru imsemmija (COM(2004)0858),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/902/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tistabbilixxi Netwerk Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità (EUCPN) (11),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (12), u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Istrateġija tal-UE lejn il-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin (2012 – 2016)” (COM(2012)0286),

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-fatt li l-aħjar interessi tal-minuri involuti fit-traffikar u l-każijiet ta’ migrazzjoni għandhom dejjem ikunu preokkupazzjoni ewlenija,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (13),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament għat-terroriżmu (14), u r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-imsemmija Direttiva (COM(2012)0168),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-kontrolli ta' flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità (15),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga (16),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur, li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi (17),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/ĠAI tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat (18) u r-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill ibbażat fuq l-Artikolu 9 tal-imsemmija Deċiżjoni Kwadru (COM(2007)0328),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (19), u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, kif emendata (20),

wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (21),

wara li kkunsidra l-Proposta tal-Kummissjoni Ewropea COM(2013)0045 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu,

wara li kkunsidra l-Proposta tal-Kummissjoni Ewropea COM(2012)0085 għal Direttiva dwar l-iffriżar u l-konfiska tar-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Proposta tal-Kummissjoni Ewropea COM(2010)0517 dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas 2005/222/ĠAI tal-Kunsill,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Pjan ta’ Azzjoni għat-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa (COM(2012)0722),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – L-ewwel Rapport Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE (COM(2011)0790),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew – Il-Ġlieda kontra l-Kriminalità f'din l-Era Diġitali: Il-Ħolqien ta’ Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità (COM(2012)0140),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Lejn qafas Ewropew komprensiv għal-logħob tal-azzard online (COM(2012)0596),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Il-kejl tal-Kriminalità fl-UE: Pjan ta’ Azzjoni tal-Istatistika 2011-2015 (COM(2011)0713),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar mezzi konkreti li jsaħħu l-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa inkluż f'dak li jirrigwarda lil pajjiżi terzi (COM(2012)0351),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Lejn Politika Kriminali tal-UE: L-iżgurar ta' implimentazzjoni effettiva tal-politiki tal-UE permezz tal-liġi kriminali (COM(2011)0573),

wara li kkunsidra r-Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa (GRECO) tas-6 ta’ Ġunju 2011 (COM(2011)0307),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Ir-rikavat mill-kriminalità organizzata: jiġi żgurat li “l-kriminalità ma tirrendix” (COM(2008)0766),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fis-settur finanzjarju (COM(2004)0262),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/425/KE tat-13 ta’ Ġunju 2007, li tidentifika sensiela ta’ azzjonijiet għall-infurzar tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2011 bl-isem “It-Taxxa u l-Iżvilupp – kooperazzjoni ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw dwar il-promozzjoni ta' governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa” (22),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2011 dwar l-isforzi tal-UE fil-ġlieda tagħha kontra l-korruzzjoni (23), tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar il-kriminalità organizzata fl-Unjoni Ewropea (24), u tat-22 ta’ Mejju 2012 tal-Parlament Ewropew dwar l-approċċ tal-UE għal-liġi kriminali (25),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Novembru 2011 dwar il-ġlieda kontra s-sajd illegali fil-livell dinji – ir-rwol tal-UE (26),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2013 dwar il-logħob mixtri u l-korruzzjoni fl-isport (27),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Jannar 2013 bir-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar Liġi ta’ Proċedura Amministrattiva tal-Unjoni Ewropea (28),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ 7 Ġunju 2005 dwar proposta ta’ -Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-iffinanzjar tat-terroriżmu (29),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Europol tal-2013 dwar il-Valutazzjoni tat-Theddid mill-Kriminalità Serja u Organizzata (SOCTA),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u r-rifuġji tat-taxxa (30);

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tas-seduti pubbliċi, tad-diskussjonijiet dwar id-dokumenti tax-xogħol u tal-iskambji ta’ opinjonijiet ma’ persuni ta’ livell għoli, kif ukoll il-missjonijiet imwettqa mid-delegazzjonijiet tal-kumitat speċjali tiegħu dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus,

wara li kkunsidra r-risposti għall-kwestjonarju mibgħut lill-Parlamenti nazzjonali dwar ir-rwol tagħhom u l-esperjenzi tagħhom fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus,

wara li kkunsidra l-kontribuzzjonijiet tematiċi tal-Onorevoli Ayala Sender, Díaz de Mera García Consuegra, McClarkin u Mitchell dwar il-kriminalità organizzata,

wara li kkunsidra l-kontribuzzjonijiet tematiċi tal-Onorevoli de Jong, Gabriel, Skylakakis u Weiler dwar il-korruzzjoni,

wara li kkunsidra l-kontribuzzjonijiet tematiċi tal-Onorevoli Borghezio u Tavares dwar il-ħasil tal-flus,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport intermedju tal-Kumitat Speċjali dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus (A7-0175/2013),

Kriminalità organizzata, korruzzjoni u ħasil tal-flus

A.

billi l-Kumitat Speċjali dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus (CRIM) ingħata mandat biex jinvestiga l-firxa tal-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus bl-appoġġ tal-aqwa valutazzjonijiet tat-theddid disponibbli u biex jipproponi miżuri xierqa lill-UE biex tipprevjeni u tindirizza dan it-theddid u biex tiġġieled kontra tiegħu fil-livell internazzjonali, Ewropew u nazzjonali;

B.

billi l-organizzazzjonijiet kriminali tradizzjonali wessgħu gradwalment il-firxa ta’ azzjoni tagħhom fuq skala internazzjonali, filwaqt li sfruttaw l-opportunitajiet offruti mill-ftuħ tal-fruntieri internazzjonali tal-Unjoni Ewroepa, kif ukoll mill-globalizzazzjoni ekonomika u mit-teknoloġiji l-ġodda u għamlu alleanzi ma’ gruppi kriminali ta’ pajjiżi oħra (bħal fil-każijiet ta’ kartelli tal-Amerka t'Isfel tad-droga u l-kriminalità organizzata li titkellem bir-Russu) biex jaqsmu swieq u żoni ta’ influwenza; billi l-gruppi tal-kriminalità qegħdin dejjem aktar jiddiversifikaw l-operazzjonijiet tagħhom, u qed jikbru rabtiet bejn it-traffikar tad-drogi, it-traffikar tal-bnedmin, il-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-armi; billi r-rabta bejn it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata kulma jmur qed issir aktar organika;

C.

billi l-kriżi ekonomika globali mhux biss toħloq il-kondizzjonijiet li jippermettu lill-attivitajiet illegali jikbru aktar min-naħa ta’ ċerti individwi, imma twassal ukoll għal tipi ġodda ta’ attività ta’ kriminalità organizzata, bħalma huma l-frodi u l-korruzzjoni fl-isport professjonista, il-kontraffazzjoni ta’ beni tal-konsum kwotidjan bħalma hu l-ikel u l-farmaċewtiċi, il-kummerċ illegali fix-xogħol bl-irħis, u fil-kummerċ tal-bnedmin; billi bl-infiltrazzjoni tal-ekonomija legali, il-kriminalità organizzata, il-frodi u r-riċiklaġġ tal-flus għandhom effett devastanti fuq l-Istati Membri;

D.

billi hu rari ħafna li grupp tal-kriminalità organizzata ma jkollux dimensjoni ta’ bejn il-fruntieri u din hi l-akbar theddid inviżibbli għas-sigurtà u l-prosperità taċ-ċittadini Ewropej, li ma ġewx mgħarrfin dwar iż-żieda splussiva fil-kriminalità ta’ bejn il-fruntieri jew l-inabilità tal-awtoritajiet nazzjonali tat-twettiq tal-liġi li jiqfulha għajr milli mill-fruntieri nazzjonali tagħhom ’il ġewwa;

E.

billi ilha tiġi nnutata żieda fil-propensità għall-appoġġ reċiproku bejn id-diversi organizzazzjonijiet kriminali, li jirnexxielhom għalhekk – anki permezz tal-istrutturi internazzjonali l-ġodda tagħhom u d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tagħhom – jegħlbu l-problema tad-differenzi lingwistiċi, etniċi jew ta’ interess kummerċjali biex jikkonverġu fi traffiki komuni li jippermettu li jitnaqqsu l-ispejjeż u jiżdiedu l-profitti;

F.

billi s-SOCTA tal-2013 tal-Europol jgħodd tal-inqas 3 600 organizzazzjoni kriminali attiva fl-Unjoni Ewropea, fejn jagħraf fost il-karatteristiki l-aktar mifruxa l-approċċ ta' netwerk u kooperazzjoni bejn dawn l-organizzazzjonijiet, il-preżenza qawwija tagħhom fin-nisġa ekonomika legali fil-livell internazzjonali, it-tendenza li jimpenjaw ruħhom, speċjalment l-organizzazzjonijiet il-kbar, f'diversi attivitajiet kriminali b'mod kontemporanju u l-fatt li 70 % tal-organizzazzjonijiet eżistenti għandhom affiljati ta' diversi nazzjonalitajiet, li juri n-natura transnazzjonali ta' dan il-fenomenu;

G.

billi l-faqar jikkostitwixxi fattur li jiffaċilita l-kriminalità organizzata peress li l-faqar jiġi sfruttat mill-organizzazzjonijiet kriminali;

H.

billi huwa essenzjali li jiġi eliminat il-faqar u li jitjieb l-aċċess tal-pubbliku għall-impjieg u l-protezzjoni soċjali;

I.

billi l-fenomeni ta’ traffikar tal-bnedmin u l-organi umani, prostituzzjoni furzata, ta’ tnaqqis ta’ skjavitù tal-bnedmin u l-istabbiliment tal-kampijiet tax-xogħol furzat huma ta’ spiss ġestiti mill-organizzazzjonijiet kriminali transnazzjonali; billi jeħtieġ b'mod urġenti monitoraġġ kostanti fuq it-traffikar internazzjonali ta' organi u fuq ir-rabtiet mal-organizzazzjonijiet kriminali; billi l-kummerċ fil-bnedmin hu forma ta' kriminalità u fenomenu li qed jinbidel malajr li jiġġenera l-profitti f’ammont li jlaħħaq mal-EUR 25 biljun kull sena u jolqot lill-Istati Membri kollha;

J.

billi n-numru totali ta’ ħaddiema furzati fl-Istati Membri huwa stmat għal 880 000 li minnhom 30 % huma stmati vittmi ta’ sfruttament sesswali u 70 % huma vittmi ta’ sfruttament tax-xogħol furzat, bin-nisa jikkostitwixxu l-parti l-kbira tal-vittmi fl-UE; billi x-xogħol furzat iħalli kadanni kbar għall-kriminalità organizzata, iwassal għal dumping soċjali u jiddanneġġja lis-soċjetà fit-telf mit-taxxa evażi;

K.

billi l-vittmi tal-kummerċ fil-bnedmin joriġina kemm fl-UE kemm minn barra minnha;

L.

billi l-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jiġu impjegati, trasportati jew miżmuma bil-forza, sfurzar jew frodi bil-għan ta’ sfruttament sesswali, xogħol jew servizzi furzati, inklużi t-talb għall-karità, l-iskjavitù, is-servitù, l-attivitajiet kriminali, is-servizz domestiku, l-adozzjoni jew iż-żwieġ furzat, jew it-tneħħija tal-organi; billi dawn il-vittmi jiġu sfruttati u mjassra kompletament mit-traffikanti jew l-isfruttaturi tagħhom, obbligati li jħallsuhom lura djun kbar, ta’ spiss imċaħħda mid-dokumenti tal-identità tagħhom, imsakkra, iżolati u mhedda, huma jgħixu fil-biża’ u r-ritaljazzjoni, bla flus u mbeżża’ bl-awtoritajiet lokali, huma jitilfu kull tama li jaħarbu jew li jmorru lura għal ħajja normali;

M.

billi huwa impossibbli li jiġu ssiġillati l-konfini esterni tal-UE;

N.

billi 2 000 persuna jmutu kull sena fil-Mediterran waqt li jippruvaw jidħlu fl-UE;

O.

billi l-vittmi, għalkemm it-traffikar tal-bnedmin jevolvi mal-bidliet fiċ-ċirkostanzi soċjoekonomiċi, jiġu prinċipalment minn pajjiżi jew reġjuni li huma soġġetti għal diffikultajiet ekonomiċi u soċjali u l-fatturi ta’ vulnerabbiltà ma nbidlux għal snin sħaħ; billi l-kaġunijiet l-oħra tat-traffikar tal-bnedmin jinkludu l-industrija tas-sess li qed tikber kif ukoll id-domanda għal ħaddiema u prodotti bl-irħis u billi l-fattur komuni biex isiru vittmi tat-traffikar huwa, f’termini ġenerali, l-wegħda ta’ kwalità ta’ ħajja u eżistenza aħjar għalihom stess u/jew għall-familji tagħhom;

P.

billi t-traffikar illeċitu (bnedmin u organi, armamenti, drogi, inklużi s-sostanzi CBRN u l-prekursuri kif ukoll d-drogi li jinxtraw b’riċetta medika, speċijiet u partijiet tal-ġisem ta’ organiżmi selvaġġi, sigaretti u tabakk, arti u prodotti oħra) għandu oriġini differenti, jagħti saħħa lil swieq kriminali ġodda fl-Ewropa kollha, joffri opportunitajiet enormi ta’ profitt lill-organizzazzjonijiet kriminali u jirrappreżenta sfida għas-sigurtà tal-fruntieri, is-suq uniku u l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

Q.

billi l-gruppi kriminali ddiversifikaw ir-rotot għat-traffikar tad-droga u miegħu żiedu serje ta’ traffikar ieħor; billi l-Internet jipprovdi għodda u rotta ġdida kemm għall-provvista ta’ prekursuri għall-produzzjoni ta’ drogi, kif ukoll għad-distribuzzjoni ta’ sustanzi psikotropiċi; billi l-kummerċ fil-prekursuri tad-drogi, bħalma huma l-efedrina, il-psewdoefedrina, u l-anidride aċetika, ma huwiex ikkontrollat kif għandu jkun fl-Unjoni u huwa ta’ periklu serju;

R.

billi l-kontroll tal-kimiċi prekursuri u t-tagħmir użat fil-manifattura tad-droga sintetika huwa element ewlieni fit-tnaqqis tal-provvista tad-droga;

S.

billi l-kimiċi użati għal għanijiet leċiti jistgħu jitneħħew mill-kummerċ leċitu mill-organizzazzjonijiet kriminali u jintużaw bħala prekursuri tad-droga; billi fl-2008, 75 % tas-sekwestru globali ta’ anidride aċetika, il-prekursur tad-droga prinċipali għall-erojina, seħħ fl-UE u billi r-rapporti annwali mill-Bord Internazzjonali tal-Kontroll tan-Narkotiċi tan-Nazzjonijiet Uniti jkomplu jagħmlu referenza għall-miżuri fis-seħħ fl-UE li mhumiex ħorox biżżejjed biex jevitaw li din il-kimika prekursura tintuża għal għanijiet illeċiti;

T.

billi ħafna ċittadini tal-Unjoni jgħixu fil-faqar u l-qgħad filwaqt li l-kriminalità bejn il-fruntieri tiżdied sena wara sena;

U.

billi l-għadd ta’ impjiegi leġittimi fl-Unjoni mitluf minħabba fl-attività illegali tal-ġgajtiet kriminali, ma jistax jiġi kkalkolat bir-reqqa, peress li l-kriminali ma jippubblikawx rapporti, imma jista’ jiġi stmat li jlaħħaq mal-għaxriet ta’ miljuni;

V.

billi t-telf ta’ dħul mit-taxxa min-naħa tal-gvernijiet nazzjonali u l-Unjoni jista’, b’mod simili, jiġi biss stmat imma probabbilment ilaħħaq mal-mijiet ta’ biljuni ta’ Euro kull sena u qiegħed jiżdied;

W.

billi t-traffikar illegali ta’ sigaretti jipproduċi kull sena telf fit-taxxi ta’ madwar EUR 10-il biljun; billi l-fatturat stimat ġenerat mit-traffikar globali tal-armi ż-żgħar ilaħħaq bejn 170 miljun u 320 miljun dollaru Amerikan fis-sena, filwaqt li jiċċirkolaw aktar minn 10 miljun arma illegali fl-Ewropa, li joħolqu theddida gravi għas-sigrutà taċ-ċittadini kif ukoll għall-eżekuzzjoni tal-liġi; billi t-traffikar imsemmi jista’ jirrappreżenta telf fit-taxxi u ħsara għall-kumpaniji li jimmanifatturaw u jiffaċilita l-firxa ta’ forom oħra ta’ kriminalità organizzata, li min-naħa tagħhom, joħolqu theddida soċjali serja, billi dan il-fenomenu jista’ faċilment ikun fonti ta’ finanzjament għat-terroristiċi;

X.

Billi d-dħul tat-traffikar ta’ speċijiet u partijiet tal-ġisem ta’ organiżmi selvaġġi huwa stmat għal EUR 18 sa 26 biljun fis-sena, bl-UE tkun is-suq ta’ destinazzjoni l-aktar importanti fid-dinja;

Y.

billi t-traffikar iwassal għal telf fid-dħul tal-Istat, jagħmel ħsara lill-kumpaniji li jimmanifatturaw u għandu effett ħażin fuq l-impjiegi, il-pubbliku u l-ambjent soċjali;

Z.

billi l-kapaċità ta’ infiltrazzjoni tal-organizzazzjonijiet kriminali evolviet għaliex huma issa saru attivi f’setturi bħax-xogħlijiet pubbliċi, it-trasport, id-distribuzzjoni, l-immaniġġjar tal-iskart, it-traffikar ta' speċi selvaġġi u riżorsi naturali, sikurezza privata, intratteniment għall-adulti u bosta setturi oħrajn, li l-biċċa l-kbira tagħhom huma soġġetti għal kontroll u teħid ta’ deċiżjonijiet politiku; billi, għalhekk, il-kriminalità organizzata hija dejjem aktar simili għal suġġett ekonomiku globali, b’orjentament qawwi ta’ negozju li jippermettilha tforni varjetà ta’ prodotti u servizzi illegali – imma wkoll, kulma jmur dejjem aktar, legali – fl-istess waqt u jkollha impatt fuq l-ekonomija Ewropea u globali, b’kost għan-negozju ta’ 870 biljun dollaru Amerikan fis-sena;

AA.

billi l-attivitajiet kriminali tat-tip organizzati u mafjużi fil-qasam ambjentali – fid-diversi forom ta' traffikar u t-tneħħija illegali ta' skart, il-qerda tal-patrimonju ambjentali, tal-pajsaġġi, artistiku u kulturali – issa ħadu dimensjoni internazzjonali tant li jeħtieġu sforz konġunt mill-pajjiżi Ewropej kollha għal azzjoni komuni aktar effikaċi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ekomafji;

AB.

billi l-volum finanzjarju enormi ġġenerat mill-kriminalità organizzata u n-netwerks mafjużi jmantnu l-istabbilimenti bankarji u s-swieq finanzjarji anke fi ħdan l-UE, li fil-fatt sfaw kompliċi ta' ħasil tal-flus;

AC.

billi l-banek internazzjonali għandhom rwol sinifikanti li jistgħu jippermettu l-ħasil tal-flus u ġew involuti direttament fil-ħasil tad-dħul tal-kriminalità organizzata;

AD.

billi r-rapport SOCTA ppubblikat mill-Europol fl-2013 jindika li l-kontraffazzjoni tal-komoditajiet u l-kummerċ illeċitu fil-beni jikkostitwixxi suq kriminali emerġenti intensifikat mill-kriżi ekonomika; billi t-traffikar tad-drogi għadu l-akbar suq kriminali; billi l-kummerċ illeċitu fl-iskart u l-frodi fl-enerġija huma theddidet ġodda emerġenti li jitolbu attenzjoni partikolari;

AE.

billi jekk għandha ssir ġlieda effikaċi kontra l-kriminalità organizzata fil-forom kollha tagħha, huwa essenzjali li jiġi żviluppati u implementati miżuri li jnaqqru r-riżorsi finanzjarji tal-organizzazzjonijiet kriminali billi tiġi attakkata s-segretezza bankarja kull fejn neċessarju;

AF.

billi l-organizzazzjonijiet kriminali jistgħu jieħdu vantaġġ anke minn zona griża ta’ kollużjoni ma’ terzi, billi jingħaqdu għall-fini ta’ ċerti operazzjonijiet ma’ ħaddiema tal-moħħ (impriżi, uffiċjali pubbliċi fil-livelli kollha tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, politiċi, banek, professjonisti, eċċ.), li għalkemm ma jkunx jagħmlu parti mill-istruttura tal-organizzazzjonijiet kriminali, ikollhom x’jaqsmu magħhom f’negozji li jħallu l-qligħ għat-tnejn li huma;

AG.

billi f’xi pajjiżi Ewropej li mhumiex Stati Membri tal-UE parti kbira tas-soċjetà tibqa’ f’żona griża, u ta’ spiss jgħixu minn fuq attivitajiet kriminali; billi prinċipalment dan jinvolvi liż-żgħażagħ;

AH.

billi l-kriminalità organizzata saret tqis mal-mezzi ta’ operazzjoni tipiċi tagħha, apparti l-vjolenza, l-intimidazzjoni u t-terroriżmu, anke l-korruzzjoni; billi l-ħasil tal-flus hu marbut mhux biss mal-attivitajiet tipiċi tal-kriminalità organizzata, iżda wkoll mal-korruzzjoni u mar-reati fiskali; billi l-kunflitti ta’ interess jistgħu jikkawżaw korruzzjoni u frodi; billi l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, għalkemm fenomeni distinti, huma ta’ spiss karatterizzati minn interrelazzjonijiet oġġettivi; billi l-kriminalità organizzata tista’ wkoll tuża l-organizzazzjonijiet mis-settur kemm pubbliku kemm privat, inklużi l-organizzazzjonijiet mhux bi skop ta' lukru, biex ikopru l-korruzzjoni u għal skopijiet ta' riċiklaġġ ta' flus;

AI.

billi l-ġurnalisti investigattivi għandhom rwol importanti fil-kxif tal-korruzzjoni, il-frodi u l-kriminalità organizzata u konsegwentement jiġu esposti għal theddid finanzjarju u ta’ sigurtà partikolari; billi, pereżempju, fuq perjodu ta’ ħames snin fi ħdan is-27 Stat Membru, ġie ppubblikat total ta’ 233 rapport investigattiv dwar każijiet ta’ frodi relatati mal-użu ħażin tal-fondi tal-UE (31); billi finanzjament addizzjonali, b’mod partikolari mill-Kummissjoni u istituzzjonijiet internazzjonali oħra, huwa indispensabbli għall-appoġġ u aktar tisħiħ tal-ġurnaliżmu investigattiv;

AJ.

billi l-ħasil tal-flus, il-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata mwettqa minn atturi Ewropej jolqtu serjament il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jirrappreżentaw ostakolu għall-iżvilupp tagħhom billi jisirqu r-riżorsi naturali, jillimitaw ir-riżorsi fiskali u jżidu d-dejn pubbliku tagħhom;

AK.

billi l-internet jippermetti lill-organizzazzjonijiet kriminali jaġixxu b'mod aktar rapidu u fuq skala ferm akbar u għaldaqstant immodifika l-iskemi tal-attivitajiet kriminali; billi ċ-ċiberkriminalità, l-aktar fil-forom tal-frodi u l-isfruttament tat-tfal, hi theddida li kulma jmur qiegħda tikber, filwaqt li l-organizzazzjonijiet kriminali qed jużaw l-imħatri onlajn fuq l-isport bħala għodda għall-ġenerazzjoni tal-profitti u r-riċiklaġġ tal-flus madwar id-dinja kollha;

AL.

billi l-iffissar tar-riżultati huwa forma ġdida ta’ kriminalità bi dħul għoli, sentenzi baxxi u, minħabba r-rati ta’ identifikazzjoni baxxi, negozju li jħalli l-qligħ għall-kriminali;

Għad-difiża taċ-ċittadini u tal-ekonomija leċitu

AM.

billi d-difiża taċ-ċittadini u tal-ekonomija legali u kompetittiva tiddependi mir-rieda politika fil-livelli kollha, kif ukoll minn miżuri sħaħ għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar fil-bnedmin, il-korruzzjoni u r-riċiklaġġ tal-flus, fenomeni li jikkawżaw ħsara serja lis-soċjetà u jikkostitwixxu, b’mod partikolari, theddida għas-sopravivenza tal-imprendituri li jimxu mal-liġi, għas-sigurtà taċ-ċittadini u tal-konsumaturi u għall-prinċipji demokratiċi fundamentali tal-Istat;

AN.

billi l-gruppi kriminali jisfruttaw it-teknoloġiji moderni, l-ambjenti u l-opportunitajiet li jirriflettu l-opportunitajiet u l-għanijiet tan-negozju leġittimu; billi l-gruppi kriminali għandhom livelli għolja ta’ għarfien speċjalizzat, organizzazzjoni, esperjenza u sofistikazzjoni, akkumpanjati minn mobilità, konnettività u faċilità għall-ivvjaġġar akbar; billi dan wassal biex il-kriminalità organizzata tkun anqas lokalizzata u aktar probabbli li tisfrutta aktar sistemi legali u ġurisdizzjonijiet legali nazzjonali differenti minn xulxin;

AO.

billi skont l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC), il-qligħ minn attivitajiet illeċiti fuq livell planetarju jammontaw għal madwar 3,6 % tal-PDG globali u li llum il-flussi ta’ flus maħsula fid-dinja huma madwar 2,7 % tal-PDG globali; billi l-Kummissjoni Ewropea tikkalkula li l-ispiża marbuta mal-korruzzjoni fl-Unjoni Ewropea tammonta għal kważi 120 biljun euro fis-sena, jew 1 % tal-PDG tal-UE; billi dawn huma riżorsi sinifikattivi meħuda mill-iżvilupp ekonomiku u soċjali, il-finanzi pubbliċi u mill-benessri taċ-ċittadini;

AP.

billi l-introjtu tal-attivitajiet illegali u n-netwerks finanzjarji tal-ħasil tal-flus għandhom impatt negattiv fuq l-ekonomija tal-Unjoni Ewropea peress li jsaħħu l-ispekulazzjoni u l-bżieżaq finanzjarji li huma ta' ħsara għall-ekonomija reali;

AQ.

billi f’xi pajjiżi, il-korruzzjoni hi theddida serja għad-demokrazija u hi ostaklu għall-governanza effikaċi u ġusta; billi tiskoraġġixxi l-investiment, tagħmel distorsjoni tal-operazzjoni tas-swieq domestiċi, timpedixxi l-kompetizzjoni ġusta bejn in-negozji, u, fl-aħħar mill-aħħar, tipperikola l-iżvilupp ekonomiku billi tqassam ħażin ir-riżorsi, l-aktar bi ħsara tas-servizzi pubbliċi b'mod ġenerali u s-servizzi soċjali b'mod partikolari; billi l-komplessità burokratika, imtaqqla bir-rekwiżiti multipli u mhux neċessarji ta’ awtorizzazzjoni minn qabel, tista’ tiskoraġġixxi l-imprenditorija, ixxekkel l-attività ekonomika leġittima u tagħti inċentivi għat-tixħim tal-uffiċjali u twassal għal forom oħrajn ta’ korruzzjoni;

AR.

billi d-differenzi fil-leġiżlazzjoni u l-infurzar fir-rigward tat-tixħim tal-uffiċjali pubbliċi jolqtu ħażin lis-suq intern, mhux biss għax m'hemmx l-istess kundizzjonijiet għall-kumpaniji imma wkoll għax tali tixħim isir fi ħdan l-Unjoni Ewropea ukoll, meta kumpaniji bbażati f’wieħed mill-Istati Membri jxaħħmu uffiċjali pubbliċi barranin ta’ Stat Membru ieħor, għaldaqstant ixekklu l-funzjonament tas-swieq;

AS.

billi l-korruzzjoni hija perċepita minn 74 % taċ-ċittadini Ewropej bħala problema maġġuri nazzjonali u sovranazzjonali (32), u li fenomeni ta’ korruzzjoni jeżistu f’ħafna servizzi tas-settur pubbliku; billi l-korruzzjoni timmina l-kunfidenza taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet demokratiċi u l-effikaċja tal-gvernijiet eletti fil-preżervazzjoni tal-istat tad-dritt, billi toħloq il-privileġġi u b’hekk l-inġustizzja soċjali; billi n-nuqqas ta’ fiduċja fil-politikanti jiġi enfasizzat fi żminijiet ta’ kriżi ekonomika serja;

AT.

billi l-oqsma li fihom tiġi rrapportata korruzzjoni żgħira ogħla, f’termini ta’ perċentwal ta’ każijiet ta’ tixħim għal kull kuntatt, huma bejn wieħed u ieħor: servizzi mediċi 6,2 %, servizzi tal-artijiet 5 %, dwana 4,8 %, ġudikatura 4,2 %, pulizija 3,8 %, servizzi ta’ reġistru u permess 3,8 %, sistema edukattiva 2,5 %, utilitajiet 2,5 %, dħul mit-taxxa 1,9 %;

AU

billi fiz-zoni b’livell għoli ta’ kriminalità, ir-riżorsi tal-ekonomija lokali huma konfiskati illegalment mill-kriminalità organizzata u li għalhekk tiġi skoraġġuta x-xewqa normali li jsiru rabtiet imprenditorjali, inklużi investimenti minn Stati oħra; billi f’zoni bħal dawn l-aċċess għall-kreditu għall-impriżi b’saħħithom huwa aktar diffiċli bl-ispejjeż ogħla u b’garanziji akbar mitluba mill-banek; billi n-negozji li jinsabu f’diffikultà ekonomika huma xi kultant mġiegħla jduru lejn l-organizzazzjonijiet kriminali biex jiksbu l-kreditu għall-investimenti;

AV.

billi l-kriminalità organizzata lokalizzata tieħu vantaġġ mid-diskrepenzi fl-ekonomija legali u tista’ ssir attur importanti fil-provvediment ta’ prodotti li jintużaw kuljum; billi, oltre l-estorsjoni u l-intimidazzjoni, li jikkostitwixxu theddidiet għall-komunitajiet lokali, dan jimmina l-ekonomika legali u l-komunità kollha kemm hi, f’termini ta’ sigurtà għan-negozji u ċ-ċittadini; billi ċ-ċiberkriminalità, il-kontraffazzjoni fil-kontenut kreattiv jew it-traffikar illegali onlajn, il-pedopornografija, il-prodotti farmaċewtiċi, is-sostanzi psikotropiċi legali u l-prekursuri tad-drogi, il-komponenti, l-ispare parts u prodotti oħrajn li jintużaw komunement ta’ kuljum kif ukoll kwestjonijiet marbutin mal-jeddijiet u l-liċenzji relevanti qed jipperikolaw is-saħħa pubblika, is-sigurtà, l-impjiegi u l-istabilità soċjali u jistgħu jinfliġġu ħsara massiċċa fuq in-negozji fis-setturi kkonċernati, sa punt li jipperikola l-eżistenza kontinwata tagħhom;

AW.

billi r-reati li l-aktar frekwenti mwettqin fil-konfronti tas-settur agroalimentari barra milli jipperikolaw saħħet iċ-ċittadini Ewropej jipprovokaw ukoll danni kbar lil dawk il-pajjiżi li mill-eċċellenza alimentari jkunu għamlu l-forte tagħhom;

AX.

billi l-isfruttament sesswali tat-tfal permezz tal-internet u l-pedopornografija huma theddida kbira; billi ċ-ċiberkriminalità, partikolarment dik immotivata mill-qligħ u l-aċċess mhux awtorizzat għas-sistemi ta’ informazzjoni huma ħafna drabi assoċjati ma’ reati ta’ frodi finanzjarji; billi ċ-Ċiberkriminalità bħala Servizz (CaaS) qed tiżdied u l-ammont ta’ malware qed jikber drammatikament; billi l-korpi Ewropej ikkonċernati b’dawn il-kwestjonijiet jeħtieġu aktar finanzjament;

AY.

billi r-riċiklaġġ tal-flus qed jieħu forom dejjem aktar kumplessi u li diffiċilment jiġu traċċati; billi, għall-ħasil tal-flus ta’ flus maħmuġa, l-organizzazzjonijiet kriminali jinqdew dejjem aktar miċ-ċirkwit legali u illegali tal-imħatri kif ukoll mill-“iffissar” tar-riżultati ta’ avvenimenti sportivi u banek f’pajjiżi fejn fil-prattika ma jiġux sorveljati b’mod suffiċjenti t-trasferimenti tal-flus għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa; billi x-xiri tal-partiti għandu jiġi perċepit bħala forma ta’ kriminalità organizzata li tħalli l-qligħ; billi l-imħatri legali, bħala espressjoni ta’ attività imprenditorjali, għandhom ikunu appoġġjati fuq il-bażi tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

AZ

billi l-falsifikazzjoni tar-rekords tal-kontijiet ta’ kumpanija huma ħafna drabi strumentali għall-ħolqien ta’ likwidità mhux uffiċjali, li tnaqqas id-dħul taxxabbli u tista’ tintuża għal skopijiet ta’ korruzzjoni jew ta’ ħasil tal-flus, waqt li tolqot il-kompetizzjoni leali u tnaqqas il-kapaċità tal-Istat li jwettaq il-funzjoni soċjali tiegħu;

BA.

billi fi żmien ta’ awsterità, il-frodi tat-taxxa huwa stmat li jiswa lill-Istati Membri EUR 1 triljun kull sena; billi l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa mhumiex limitati għas-suq iswed imma jinsabu fl-ekonomija reali fost korporazzjonijiet magħrufa sew;

L-eżiġenza ta’ approċċ komuni fil-livell Ewropew

BB.

billi ġa sar xi xogħol fil-livell Ewropew bl-iskop li jinħoloq qafas regolatorju u legali armonizzat fil-qasam tal-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus;

BC.

billi, l-aktar fil-każijiet ta’ kriminalità transfronterjali, il-varjetà ta’ approċċi li l-Istati Membri japplikaw għall-kriminalità u d-differenzi fid-dritt kriminali sostanzjali u proċesswali jistgħu joħolqu lakuni u punt dgħajfin fl-ordinamenti ġuridiċi kriminali, ċivili u fiskali fl-Unjoni Ewropea kollha; billi r-rifuġji fiskali, il-pajjiżi li għandhom politiki bankarji laxki u l-pajjiżi seċessjonisti fejn ma jkunx hemm awtorità ċentrali f'saħħitha saru essenzjali għar-riċiklaġġ tal-flus mill-kriminalità organizzata;

BD.

billi l-gruppi kriminali ta’ spiss ikollhom struttura ta’ netwerk internazzjonali, għaldaqstant, din l-istruttura internazzjonali teħtieġ rispons transkonfinali, inklużi komunikazzjoni effettiva u komprensiva u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-aġenziji nazzjonali u internazzjonali ekwivalenti;

BE.

billi l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE u tal-euro trid tkun prijorità f'termini ta' monitoraġġ tal-fenomenu kulma jmur qed jikber li bih l-organizzazzjonijiet kriminali qed jimmiżapproprijaw il-fondi Ewropej permezz ta’ dik li tissejjaħ “Frodi komunitarja” u l-kontraffazzjoni tal-euro;

BF.

billi programmi bħal Erkole, Fiscalis, Dwana u Pericles ġew żviluppati fil-livell Ewropew biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-UE u jiġġieldu kontra l-attivitajiet kriminali u illeċiti transnazzjonali u transkonfinali;

BG.

billi l-akbar għadu taz-Zona tal-Euro hija d-diverġenza fil-qligħ tal-produttività fost l-Istati Membri; billi dan joħloq, fuq terminu medju u twil, diverġenza f’termini ta’ kompetittività li ma tistax tiġi trattata bi żvalutar monetarju u twassal għal programmi ta’ awsterità ħorox u insostenibbli politikament bil-għan ta’ żvalutar intern; billi korruzzjoni sistematika fis-settur pubbliku, li tfixkel bil-kbir l-effiċjenza, l-investiment dirett barrani u l-innovazzjoni, mhux qiegħda għaldaqstant tħalli funzjonament adegwat tal-unjoni monetarja;

BH.

billi hemm minn tal-anqas 20 miljun każ ta’ korruzzjoni żgħira fis-setturi pubbliċi fl-UE u huwa ovvju li l-fenomenu għandu wkoll effett konsekwenzjali fil-partijiet tal-amministrazzjoni pubblika tal-Istati Membri (u l-persuni politiċi korrespondenti) li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fondi tal-UE u interessi finanzjarji oħra;

BI.

billi hemm diskrepanza sostanzjali ħafna fit-taxxa fl-Ewropa, huwa stmat li EUR 1 triljun ta’ dħul pubbliku jintilef kull sena fl-UE minħabba frodi u evitar tat-taxxa, li jirrappreżenta spiża annwali ta’ madwar EUR 2 000 għal kull ċittadin tal-Unjoni;

BJ.

billi, sabiex tkun ikkumbattuta l-kriminalità organizzata, il-leġiżlaturi fl-Istati Membri jridu jkunu jistgħu jirreaġixxu minnufih u effikaċement għall-istrutturi kulma jmur jinbidlu u l-forom ġodda tal-kriminalità, u aktar minn hekk billi skont it-Trattat ta' Lisbona, l-Istati Membri kollha għandhom l-obbligu jiffaċilitaw Unjoni ta' libertà sigurtà u ġustizzja;

BK.

billi l-approċċ Ewropew fi kwestjonijiet marbuta mal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, korruzzjoni u ħasil tal-flus ma jistax ikun separat, fost l-oħrajn, mit-tisħiħ tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija anke mal-pajjiżi terzi, mid-definizzjoni komuni ta’ tipi kriminali bħar-reat assoċjattiv ta’ marka mafjuża jew l-awtoħasil tal-flus, mill-inkriminazzjoni tal-forom kollha ta’ korruzzjoni, mir-reviżjoni ta’ ċerti mekkaniżmi b’rilevanza proċesswali bħall-preskrizzjoni, mill-previżjoni ta’ forom effikaċi ta’ konfiska tal-oġġetti tal-gruppi kriminali, mir-responsabbilizzazzjoni tal-Amministrazzjoni Pubblika, tal-politika, tal-avukati, tan-nutara, tal-aġenti immobiljari u tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni, mill-formazzjoni tal-maġistrati u tal-forzi tal-pulizija kif ukoll mill-predispożizzjoni ta’ strumenti ta’ prevenzjoni adegwati;

BL.

billi r-rikonoxximent reċiproku huwa rikonuxxut bħala prinċipju fundamentali li jsaħħaħ il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni;

BM.

billi l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin hija prijorità għall-UE, mis-snin 90 ’l hawn ġew żviluppati ħafna inizjattivi, miżuri u programmi ta’ finanzjament u qafas legali; u billi l-Artikolu 5 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprojbixxi b’mod speċifiku t-traffikar tal-bnedmin;

BN.

billi, sabiex l-Istati Membri jikkooperaw biex jiffaċċjaw il-kriminalità u jaraw li s-sistemi ġudizzjarji jibdew jaħdmu tajjeb, hemm il-ħtieġa ta’ fiduċja reċiproka bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji fl-UE; billi l-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka jeħtieġ li jiġu stabbiliti standards ta’ protezzjoni minimi fl-ogħla livell possibbli;

BO.

billi l-liġi kriminali u s-sistemi ta’ proċedimenti kriminali tal-Istati Membri evolvew matul is-sekli; billi kull Stat Membru għandu l-karatteristiċi u l-fatturi speċjali tiegħu u billi, konsegwentement, oqsma ewlenin tal-liġi kriminali għandhom jitħallew f’idejn l-Istati Membri;

BP.

billi d-differenza sostanzjali bejn ix-xhieda tal-ġustizzja u l-kollaboraturi tal-ġustizzja; billi hemm id-dmir tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea li jipproteġu u jiggarantixxu lil dawk li għażlu li jieħdu pożizzjoni kontra l-kriminalità organizzata u mafjuża, billi jqegħdu ħajjithom u ħajjet l-għeżież tagħhom fil-periklu;

BQ.

billi, għalkemm l-offerti għall-akkwist pubbliku huma immonitorjati ferm, l-infiq ta’ wara mhuwa xejn trasparenti u hemm varjetà wiesa’ fost l-Istati Membri għad-dikjarazzjoni tal-interessi;

Għal qafas legali omoġenu u koerenti

1.

Iqis li hu meħtieġ li titħejja risposta politika adegwata kontra l-preżenza tal-organizzazzjonijiet kriminali u tal-mafji fil-livell Ewropew permezz ta' pjan ta' azzjoni dettaljat u fil-ħin li jipprevedi miżuri leġiżlattivi u le, bl-għan li jitkissru dawn l-organizzazzjonijiet u li jiġu identifikati u rkuprati kull forma ta' ġid (dirett jew indirett) li tkun attribwita lilhom;

2.

Huwa konvint li biex tingħeleb il-kriminalità organizzata u mafjuża u jinqerdu fenomeni bħall-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus li, fil-kumplessità tagħhom, jiġġeneraw limitu għal-libertà, għad-drittijiet u s-sikurezza taċ-ċittadini Ewropej u l-ġenerazzjoni futuri, jeħtieġ ukoll, minbarra l-isforz reattiv, sforz kbir tat-tip preventiv;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi standards ġuridiċi komuni u mudelli ta’ integrazzjoni u ta’ kooperazzjoni fost l-Istati Membri; jistedinha, b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ rapport ta’ valutazzjoni dwar l-implementazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas dwar it-taqbida kontra l-kriminalità organizzata u l-bini fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni l-aktar avvanzata tal-Istati Membri, tressaq proposta leġiżlattiva li tiddelinea definizzjoni komuni tal-kriminalità organizzata, li għandhom jinkludu, inter alia, ir-reat tal-parteċipazzjoni f’organizzazzjoni ta' għamla mafjuża, tkun tissottolinja l-fatt li l-gruppi kriminali ta' din ix-xorta huma orjentati lejn in-negozju u jeżerċitaw poter ta' intimidazzjoni, filwaqt li jitqies id-dispost tal-Artikolu 2(a) tal-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali; jisħaq li l-proposti għal dispożizzjonijiet tal-UE għal dritt kriminali sostanzjali jridu jirrispettaw il-jeddijiet fundamentali u l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, kif ukoll il-pożizzjonijiet tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar l-approċċ tal-UE rigward id-dritt kriminali;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni tfassal definizzjoni komuni ta’ korruzzjoni ħalli tiżviluppa politika globali koerenti kontra l-korruzzjoni; jirrakkomanda li, meta tkun qed tfassal ir-rapport tagħha dwar l-azzjoni meħuda mill-Istati Membri kontra l-korruzzjoni, li għandu jiġi ppubblikat fl-2013, il-Kummissjoni għandha tkopri l-forom kollha ta’ korruzzjoni, kemm fis-settur pubbliku kemm f’dak privat, inklużi l-organizzazzjonijiet li m'għandhomx skop ta' lukru, billi jiġu aċċentwati l-aqwa esperjenzi nazzjonali fit-taqbida kontra tagħha, u għandhom jinkludu mod preċiż ta' kejl tal-fenomenu, ħalli tkun inkluża prospettiva sħiħa tal-oqsma vulnerabbli tal-korruzzjoni fuq bażi minn pajjiż għal pajjiż; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta b’mod regolari lill-Parlament kif ukoll lill-Konferenza tal-Istati li huma Parti għall-UNCAC dwar l-azzjonijiet li jkunu ttieħdu kemm mill-Istati Membri kemm f’livell ta’ UE, u taġġorna l-leġiżlazzjoni Ewropea eżistenti b’konsegwenza ta' hekk;

5.

Isostni li qafas normattiv effikaċi dwar kwistjonijiet ta’ ħasil tal-flus għandu jqis l-interazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet ta’ kontra l-ħasil tal-flus u d-dritt fundamentali ta’ protezzjoni tad-dejta personali, ħalli r-riċiklaġġ tal-flus ikun indirizzat mingħajr ma jitbaxxew l-istandards stabbiliti tal-protezzjoni tad-dejta; f’dan ir-rigward, jilqa’ s-sistema għall-protezzjoni tad-dejta użata mill-Europol;

6.

Jitlob lill-Kummissjoni tiddisponi, fil-proposta tagħha għall-armonizzazzjoni tad-dritt kriminali f'dak li għandu x'jaqsam mar-riċiklaġġ tal-flus, li mistennija tkun imressqa fl-2013, definizzjoni tar-reat tal-awto-riċiklaġġ imsejsa fuq l-aqwa prattiki tal-Istati Membri, u tqis bħala reati relattivi dawk ir-reati li jitqiesu gravi bħala dawk li x’aktar jwasslu profitt lill-persuni li jwettquhom;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq prorposta li tiżviluppa l-Artikolu 18 tad-Direttiwa dwar it-Traffikar tal-Bnedmin (THB) li tħeġġeġ lill-Istati Membri jikkrimalizzaw l-użu tas-servizzi tal-vittmi ta’ kull forma ta’ sfruttament tat-traffikar tal-bnedmin, li t-tnejn jikkonċernaw l-isfruttament sesswali u tax-xogħol;

8.

Iqis li l-kundizzjonijiet u l-konsegwenzi devastanti mġarrba mill-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin mhumiex aċċettabbli u jikkostitwixxu ksur kriminali tad-Drittijiet tal-Bniedem; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex it-traffikar jagħmluh anatema soċjali permezz ta’ kampanji qawwija u sostnuti ta’ sensibilizzazzjoni b’miri ċari u skedati għal tnaqqis; dawn il-kampanji għandhom jiġu evalwati annwalment fil-qafas tal-Jum Ewropew Kontra t-Traffikar, fit-18 ta’ Ottubru ta’ kull sena, kif ukoll wara ħames snin, minn issa sas-Sena Ewropea Kontra t-Traffikar;

9.

Jirrakkomanda lill-Istati Membri f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Parlament Ewropew u bl-appoġġ tal-Europol, l-Eurojust u l-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali, jiżviluppaw indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi kemm jista’ jkun omoġeni u komuni fil-livell Ewropew għall-kejl, mill-anqas, tal-portata, l-ispejjeż u l-ħsara soċjali tal-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus li jsiru fl-UE;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill jikkunsidraw l-implimentazzjoni ta' lista Ewropea tal-organizzazzjonijiet kriminali bħal-lista Ewropea tal-organizzazzjonijiet meqjusa bħala terroristi;

11.

Jirrakkomanda l-implimentazzjoni ta' netwerk Ewropew li jgħaqqad id-diversi universitajiet li jittrattaw il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus sabiex tiġi promossa r-riċerka universitarja f'dawn l-oqsma;

12.

Jenfasizza l-ħtieġa tal-implementazzjoni sħiħa tal-istrumenti eżistenti ta’ għarfien reċiproku u ta’ leġiżlazzjoni Ewropea li jiddisponu dwar l-eżegwibilità tas-sentenzi ta’ kundanna u dwar l-ordnijiet ta’ konfiska fit-territorju ta’ Stati Membri li ma jkunux dawk li fihom ikunu ngħataw dawk is-sentenzi jew inħarġu dawk l-istrumenti; iqis li l-assistenza legali reċiproka u l-aċċettabilità reċiproka tal-evidenza bejn l-Istati Membri għandha tittejjeb;

13.

Jemmen li l-azzjonijiet għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u x-xogħol furzat għandhom jiffokaw fuq l-kawżi bażiċi bħall-inugwaljanzi globali; għalhekk, jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu sforz akbar fl-għajnuna għall-iżvilupp u l-impenji tal-GMD;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-SEAE biex isaħħu d-dimensjoni esterna tal-miżuri u l-programmi, inklużi l-ftehimiet bilaterali, fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin permezz ta’ azzjonijiet preventivi fil-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu b’attenzjoni speċjali lejn il-minorenni u t-tfal mhux akkumpanjati;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa sistema ta’ sorveljanza affidabbli madwar l-UE, biex tissorvelja b’mod aktar effettiv il-movimenti tat-traffikanti u l-vittmi tat-traffikar;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa, bħala kwistjoni ta’ urġenza, sistema mifruxa mal-Eukollha komparabbli u affidabbli għall-ġbir tad-dejta, ibbażata fuq indikaturi komuni solidi u maqbula, flimkien mal-Istati Membri u mal-istituzzjonijiet internazzjonali involuti fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin; sabiex tiżdied il-viżibilità u l-urġenza ta’ din is-sistema tad-dejta, jista’ jkun utli li jinħoloq Osservatorju Kontra t-Traffikar fuq il-websajt ta’ Kontra t-Traffikar tal-UE li diġà ġiet attivata, bl-obbligu għall-Istituzzjonijiet kollha tal-UE u s-seba’ Aġenziji involuti li jintroduċu d-dejta tagħhom bi stedina lill-NGOs u lil istituzzjonijiet oħra sabiex jagħmlu l-istess;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni biex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet deskritti fl-istrateġija tal-UE lejn l-eliminazzjoni tat-traffikar tal-Bnedmin għall-2012-2016;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għat-tlestija tal-linja telefonika Ewropea għall-għajnuna tal-vittmi tat-traffikar, biex tgħin ixxerred l-għarfien dwar id-drittijiet tagħhom;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiddedika aktar riżorsi għall-ġlieda kontra l-użu tan-netwerking soċjali u ċ-ċiberkriminalità fit-traffikar tal-bnedmin;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid il-kooperazzjoni transkonfinali ġudizzjarja u tal-pulizija bejn l-Istati Membri u l-Aġenziji tal-UE, peress li r-reat kriminali tat-traffikar tal-bnedmin mhuwiex limitat għal Stat Membru wieħed;

21.

Jistieden għal rinfurzar fis-sanzjonijiet kontra l-istabbilimenti bankarji u finanzjarji li jkunu kompliċi ta' ħabi u/jew ħasil tal-introjtu tal-attivitajiet tal-kriminalità organizzata;

Il-ġlieda kontra l-attività tal-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni u l-prevenzjoni tagħhom, b’attakk fuq il-qligħ u l-ġid li tiġġenera

22.

f’dak li għandu x’jaqsam mal-konfiska, jistieden lill-Istati Membri, fuq il-bażi tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali l-aktar avvanzati, iqisu li jimplementaw il-mudelli ta' qbid ta’ beni bħal tal-ordinamenti tad-dritt ċivili, f’dawk il-każijiet fejn, meta jitqiesu l-probabilitajiet u soġġett għall-awtorizzazzjoni ta’ qorti, jista’ jkun stabbilit li l-beni jkunu jirriżultaw mill-attivitajiet kriminali, jew jintużaw għal attivitajiet kriminali; iqis li l-mudelli preventivi ta’ konfiska jistgħu jkunu kkontemplati wara li tingħata deċiżjoni ta’ qorti, skont il-garanziji kostituzzjonali nazzjonali u mingħajr preġudizzju għall-jedd tal-proprjetà u għall-jedd tad-difiża; barra minn hekk, iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu l-użu tal-beni kriminali għal skopijiet soċjali; jissuġġerixxi li għandhom jitwettqu azzjonijiet u li għandhom jiġu rilaxxati fondi għall-finanzjament ta’ interventi ta’ sorveljanza tal-oġġetti bl-iskop li tkun preservata l-integrità tagħhom;

23.

Jirrakkomanda li operatur ekonomiku għandu jkun eskluż għal mill-anqas ħames snin milli jipparteċipa fi kwalunkwe kuntratt pubbliku fl-UE jekk dak l-operatur ikun ġie assoġġettat għal priġunerija b’deċiżjoni li tkun għaddiet f’ġudikat għall-parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali, riċiklaġġ ta’ flus jew finanzjament terroristiku, parteċipazzjoni fl-isfruttament tat-traffikar tal-bnedmin jew tħaddim it-tfal, korruzzjoni jew reat gravi ieħor kontra l-interess pubbliku kulfejn tali reat jikkawża tnaqqis fil-ġbir tat-taxxi jew ħsara soċjali, jew xi reat partikolarment serju ieħor b’dimensjoni transfronterjali kif ikkontemplat fl-Artikolu 83(1) TFUE (“Ewroreati”), u li d-dispożizzjoni msemmija għandha tapplika ukoll fejn il-kriterji għall-esklużjoni jissussistu fil-kors tal-proċedura ta’ aġġudikazzjoni; iqis li l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku jridu jkunu msejsin fuq il-prinċipju tal-legalità, u wkoll li, f’dak il-qafas, il-kriterju tal-offerta li tkun l-aktar waħda ekonomikament vantaġġjuża għandu jkun definit ħalli tkun żgurata t-trasparenza (li tinkiseb mhux lanqas permezz tal-e-akkwist pubbliku) u jkunu prevenuti l-frodi, il-korruzzjoni u irregolaritajiet gravi oħrajn; jistieden lis-servizzi tal-Kummissjoni, jipprevedu skemi ta’ struttura jew ta’ kooperazzjoni biex jiġi żgurat approċċ ħolistiku fil-ġlieda kontra r-reati ta’ korruzzjoni fir-rigward tal-akkwisti pubbliċi;

24.

Jinnota r-rabta bejn l-attivitajiet tan-negozju leġittimi u dawk illeċiti, f’xi każijiet l-interessi leġittimi jipprovdu r-riżorsi għall-attivitajiet illeċiti; jenfasizza li s-sorveljanza tal-fluss tal-interessi leġittimi jista’ jgħin jidentifika l-assi kriminali;

25.

Iqis li, biex ikun ikkumbattut it-traffikar tad-drogi, kif ukoll reati oħrajn li huma espressjonijiet ta' kriminalità organizzata, l-azzjoni mill-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-pulizija, għandhom ikun jistgħu jibbenefikaw mhux biss mill-koperazzjoni mal-Eurojust u l-Europol, imma wkoll minn arranġament ta' koperazzjoni, mingħajr preġudizzju għal dmirijiethom ta' kunfidenzjalità, man-negozji fl-oqsma tat-trasport u tal-loġistika, l-industrija tal-kimika, il-fornituri ta’ servizzi tal-internet, il-banek u s-servizzi finanzjarji, kemm fl-Istati Membri kemm fil-pajjiżi li ma humiex tal-UE; jenfasizza l-importanza tal-ġlieda kontra l-provvista tad-drogi permezz ta’ kontroll strett tal-prekursuri tad-droga u jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (KE) Nru 273/2004, li jistipula l-modi li bihom tista’ tittejjeb il-prevenzjoni tad-devjazzjoni mill-kummerċ intern ġewwa l-UE tal-anidride aċetiku, pereżempju, billi jiġi estiż ir-rekwiżit ta’ reġistrazzjoni tagħha għal dan il-prodott;

26.

Jesprimi tħassib dwar l-ineffikaċja tal-istrumenti investigattivi għad-dispożizzjoni tad-diversi sistemi finanzjarji, li ma jqisux kif xieraq il-ħtieġa ta' strumentazzjoni adegwata u speċifika għall-ġlieda kontra l-organizzazzjonijiet kriminali u mafjużi; itenni l-istedina lill-Kummissjoni Ewropea, diġà ppreżentata fir-riżoluzzjoni approvata tal-25 ta' Ottubru 2011, biex tiżviluppa studju komparattiv dwar it-tekniki speċjali ta' investigazzjoni li għadhom jintużaw fid-diversi Stati Membri li jista' jkun bażi għal intervent fil-livell Ewropew bl-għan li l-awtoritajiet kompetenti jiġu pprovduti bl-istrumenti ta' investigazzjoni meħtieġa, fuq il-bażi tal-aqwa prattiki eżistenti;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lin-negozji jieħdu passi prattiċi ħalli jtejbu t-traċċabilità tal-prodotti (eż. tikkettar li jindika l-pajjiż tal-oriġini għall-prodotti agro-alimentari, marki ta’ prova CIP fuq l-armi tan-nar, jew kodiċijiet diġitali għall-identifikazzjoni fiskali tas-sigaretti, ix-xorb alkoħoliku u d-drogi li jinxtraw bil-preskrizzjoni) ħalli tkun mħarsa saħħet il-konsumaturi, imtejba s-sigurtà taċ-ċittadini, skoraġġit u kkumbattut it-traffikar illeċitu aktar effikaċement; jesprimi dispjaċir li l-Istati Membri ma jixtiqux jintroduċu t-traċċabbiltà fil-modernizzazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni;

28.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isaħħu l-kooperazzjoni marittima tagħhom, bħala strument ta’ ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-fluss tad-droga u prodotti illegali u falsifikati permezz tal-fruntieri marittimi interni u esterni tal-Unjoni; jagħraf illi l-ġestjoni tal-fruntieri timplika wkoll dimensjoni migratorju marbuta mal-jeddijiet fundamentali tal-migranti, li jinkludu, fejn ikun xieraq, il-jedd għall-ażil, kif ukoll il-protezzjoni lill-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jew ix-xogħol furzat u l-assistenza lill-vittmi, l-aktar lill-minorenni;

29.

Iqis li għandu jiġi żviluppat mingħajr dewmien pjan ta’ azzjoni mmirat lejn qafas leġiżlattiv li jkun jgħodd għall-Ewropa kollha għall-ġustizzja kriminali u l-introduzzjoni ta' għodod operattiva għall-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità, bl-iskp li jkun hemm aktar koperazzjoni internazzjonali u bl-appoġġ taċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità (EC3), ħalli jkun żgurat livell għoli ta’ sigurtà għaċ-ċittadini – l-aktar għan-nies vulnerabbli – , in-negozji u l-awtoritajiet pubbliċi filwaqt li ma jkunux ippreġudikati l-libertà tal-informazzjoni u l-protezzjoni tad-dejta;

30.

Jinnota bi tħassib li hemm rabta sinifikattiva li ġiet aċċentwata mill-awtoritajiet ġudizzjarji u mill-pulizija bejn il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu f’termini ta' finanzjament tal-attivitajiet illegali tal-gruppi terroristiċi permezz tar-rikavat mit-traffikar illeċitu f'livell internazzjonali; jitlob lill-Istati Membri jsaħħu l-miżuri tagħhom ħalli jikkumbattu dawn l-attivitajiet;

31.

Minħabba li l-kriminalità organizzata tuża l-ispazju ċibernetiku u l-għodod illeġittimi tagħha b’mod dejjem aktar estensiv, jistieden lill-Istati Membri biex jadottaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom ta’ sigurtà ċibernetika mingħajr aktar dewmien;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa Karta tal-UE għall-Protezzjoni u l-Għajnuna tal-Vittmi tat-Traffikar sabiex tiġbor l-indikaturi, il-miżuri, il-programmi u r-riżorsi eżistenti b’mod aktar koerenti, effiċjenti u utli għall-partijiet interessati kollha involuti bl-għan li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-vittmi; jistieden lill-Kummissjoni biex twaqqaf linja telefonika għall-għajnuna tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin;

33.

Ifakkar lill-Kummissjoni li għandu jingħata trattament speċjali lit-tfal li huma vittmi tat-traffikar, kif ukoll biex tittejjeb il-protezzjoni tal-minorenni mhux akkumpanjati jew tfal traffikati mill-familji tagħhom stess (dawn il-każijiet għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni meta jiġi propost li t-tfal jittieħdu lura lejn il-pajjiżi ta’ oriġini, l-identifikazzjoni tal-kustodji, eċċ); jinsisti fuq il-ħtieġa li jittieħed kont mhux biss tal-approċċ speċifiku tas-sessi iżda anki tar-rwol tal-problemi tas-saħħa u d-diżabilitajiet;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni żżid ir-riżorsi allokati lill-NGOs speċjalizzati, il-midja u r-riċerka biex jiżdiedu l-appoġġ, il-protezzjoni u l-għajnuna għall-vittmi sabiex ix-xhieda tagħhom fil-qorti issir inqas meħtieġa; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ ukoll l-aspetti ta’ viżibilità, sensibilizzazzjoni u l-bżonnijiet tal-vittmi, bl-għan li titnaqqas id-domanda u l-abbuż għall-vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin u l-promozzjoni ta’ “viżjoni żero” kontra l-isfruttar sesswali kif ukoll tax-xogħol;

35.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa sistema ta’ investigazzjoni finanzjarja aktar effiċjenti u proattiva, bħala kwistjoni ewlenija biex titnaqqas il-pressjoni fuq il-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin bħala xhieda ewlenin fil-provi kontra t-traffikanti; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tiddedika taħriġ speċjalizzat imtejjeb u riżorsi suffiċjenti lill-aġenziji tal-UE li jiġġieldu kontra t-traffikar tal-bnedmin, inkluża l-kooperazzjoni transkonfinali u l-kooperazzjoni lil hinn mill-fruntieri; ifakkar lill-Kummissjoni li dawn l-azzjonijiet jeħtieġu approċċ olistiku, li jippromwovi l-kooperazzjoni multidixxiplinari fuq livell lokali, nazzjonali u transnazzjonali, li jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jistabbilixxu, fost affarijiet oħra, unitajiet nazzjonali ddedikati tal-intelliġenza tal-pulizija u li tiġi stimulata l-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet amministrattivi u ta’ infurzar tal-liġi;

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija fil-livell Ewropew u internazzjonali

36.

Jisħaq dwar l-importanza li tkun intensifikata l-koperazzjoni u tissaħħaħ it-trasparenza billi jiżviluppaw kondiviżjoni effettiva tal-informazzjoni bejn l-aġenziji ġudizzjarji u dawk li jinfurzaw il-liġi bejn l-Istati Membri, il-Europol, il-Eurojust, l-OLAF u l-ENISA, u l-awtoritajiet korrispondenti fil-pajjiżi li ma humiex tal-UE u b’mod speċjali l-pajjiżi ġirien tal-UE, biex jittejbu s-sistemi ta’ ġbir tal-provi u jkun żgurat it-trattament u l-iskambju effikaċi ta’ dejta u informazzjoni utli għall-aċċertament ta’ reati, inklużi dawk kontra l-interessi finanzjarji tal-UE, b’rispett sħiħ tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, kif ukoll tad-drittijiet fundamentali tal-UE; f’dan is-sens jistieden lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri biex japplikaw l-istrumenti adottati fuq il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li huma għodod importanti biex tiġi żgurata ġlieda effettiva kontra l-kriminalità organizzata transkonfinali; jistieden lill-Kummissjoni biex twaqqaf pjan direzzjonali għal kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija saħansitra aktar mill-qrib, bil-ħolqien ta’ korp kriminali investigattiv li jkolha ġurisdizzjoni investigattiva fuq il-ksur u r-reati fl-UE;

37.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tipprevedi klawżoli speċifiċi ta' kooperazzjoni fil-ftehimiet ta' assoċjazzjoni u l-ftehimiet kummerċjali mal-pajjiżi terzi fir-rigward tal-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tal-kriminalità organizzata u l-ħasil tal-flus; jieħu nota tan-nuqqas ta’ koperazzjoni internazzjonali, l-aktar mal-pajjiżi li ma humiex tal-UE u li jservu ta’ tranżitu jew huma ta’ oriġini; jagħraf il-ħtieġa ta' azzjoni diplomatika f'saħħitha li tħeġġeġ lil dawk il-pajjiżi jikkuntrattaw ftehimiet ta' koperazzjoni jew jaderixxu mal-ftehimiet li jkunu ffirmaw; jisħaq dwar l-importanza tal-mekkaniżmu tal-ittri rogatorji;

38.

Jenfasizza li n-netwerk eżistenti ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali kontra l-korruzzjoni għandu jissaħħaħ u jiġi megħjun mill-EUROPOL, l-EUROJUST u s-CEPOL; jenfasizza li għandu jservi mhux biss bħala post għall-iskambju ta’ informazzjoni, iżda li dawn il-punti ta’ kuntatt għandhom jintużaw ukoll biex tittejjeb il-kooperazzjoni bilaterali f’każijiet konkreti ta’ tixħim ta’ uffiċjali pubbliċi barranin; jirrakkomanda li l-punti ta’ kuntatt għandhom jindirizzaw id-differenzi fl-iffissar tal-prijoritajiet, ir-riżorsi u l-kompetenza u jissenjalaw kwalunkwe problemi li jirriżultaw minn dawn id-differenzi; jenfasizza li n-netwerk għandu jinkoraġġixxi azzjonijiet ikkoordinati jekk it-tixħim reali jkun seħħ fi Stat Membru partikolari fil-livell ta’ kumpanijia sussidjarja ta’ kumpanija azzjonarja jew ta’ kumpanija holding stabbilita fi Stat Membru ieħor;

39.

Jistieden lill-Istati Membri, sabiex jimplimentaw malajr u b’mod komprensiv ir-regolamenti eżistenti tal-UE sabiex jagħmlu possibbli l-ġlieda komuni kontra l-kriminalità fl-Unjoni;

40.

Jistieden lill-Istati Membri kollha jimpenjaw ruħhom fil-valorizzazzjoni sħiħa tal-Aġenziji Europol u Eurojust li l-funzjonament u r-riżultati tagħhom, minkejja r-riformi attwali u t-titjib meħtieġ li għandu jiġi introdott, huma dipendenti ħafna fil-livell ta' parteċipazzjoni, fiduċja u kollaborazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet investigattivi u ġudizzjarji nazzjonali;

41.

Jenfasizza li, sabiex tiġi miġġielda l-kriminalità organizzata, huwa essenzjali li jkun hemm approċċ kapillari lejn il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata fuq livell Ewropew, inkluż it-taħriġ u l-involviment ta’ uffiċjali u Kapijiet tal-Pulizija, speċjalment fir-rigward tal-għarfien ta’ tipi ġodda u anqas viżibbli ta’ attività kriminali; jinnota li l-kriminalità lokali spiss tirriżulta fi kriminalità internazzjonali;

42.

Jistieden lill-Istati Membri biex jiżviluppaw linji gwida dwar l-infurzar fir-rigward tal-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus; jirrakkomanda li dawn il-linjigwida jkunu jikkonsistu mill-aħjar prattiki (eż. il-ħtieġa għal persunal speċjalizzat, il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet investigattivi u l-ġudikatura, il-metodi biex jingħeleb il-ġbir ta’ spiss diffiċli tal-provi), ta’ indikazzjoni ta’ livell kritiku ta’ riżorsi umani u oħrajn meħtieġa għall-prosekuzzjoni effettiva u ta’ miżuri li jiffaċilitaw il-kooperazzjoni internazzjonali;

43.

iqis li hu ta’ importanza fundamentali li jkun hemm il-valorizzazzjoni sħiħa tas-sinerġiji eżistenti bejn in-netwerk ġudizzjarja Ewropea u l-Eurojust, għall-fini li tinstab koperazzjoni ġudizzjarja intra-Ewropea ta’ livell għoli ħafna;

44.

Jenfasizza l-importanza ta’ konsultazzjoni ma’ korpi reġjonali u nazzjonali ta’ infurzar tal-liġi u tas-soċjetà ċivili meta jiġu żviluppati oqfsa leġiżlattivi u regolatorji;

45.

Jinnota l-importanza tal-Istati Membri fi sħubija mal-Unjoni Ewropea u ma’ atturi internazzjonali, li jkollhom pjan strateġiku qawwi u fit-tul f’materji lokali u globali relatati mal-kriminalità organizzata, sabiex jiġi identifikat t-theddid ġdid, il-vulnerabilitajiet tas-suq u l-fatturi ta’ riskju u biex tinħoloq strateġija tal-UE li hija bbażata fuq l-ippjanar u mhux biss fuq ir-rispons;

46.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jsaħħu r-rwol tal-imħallfin u tal-uffiċjali ta’ kollegament u biex jipprovdu taħriġ għall-prattikanti ġudizzjarji u l-forzi tal-pulizija sabiex ikunu jistgħu jindirizzaw kull forma ta’ kriminalità organizzata, korruzzjoni u riċiklaġġ tal-flus, inklużi ċ-ċiberkriminalità, speċjalment permezz tal-użu tas-CEPOL u n-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju kif ukoll permezz tal-użu sħiħ ta’ strumenti finanzjarji bħall-Fond għas-Sigurtà Interna għall-kooperazzjoni tal-pulizija jew il-Programm Hercules III; jissuġġerixxi l-promozzjoni tat-tagħlim tal-lingwi barranin fit-taħriġ tal-forzi tal-pulizija u tal-operaturi ġudizzjarji sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni transnazzjonali; jistieden biex ikun promoss programm tal-aqwa prattiki ta' skambji u taħriġ Ewropew għall-imħallfin, uffiċjali prosekuturi u għall-forzi tal-pulizija;

47.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex ikomplu l-isforzi komuni sabiex jiffinalizzaw in-negozjati tal-abbozz tad-direttiva dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali, li tissimplifika l-provi f’każijiet transkonfinali u għalhekk huwa pass importanti fit-triq lejn żona unika ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja;

48.

Jistieden għal kollaborazzjoni intensa fir-rigward tad-dokumenti falsifikati u l-frodi, u jitlob riflessjoni konġunta sabiex titjieb l-affidabilità u l-awtentifikazzjoni ta' dokumenti sors;

49.

Jittama li jitwaqqfu strutturi fil-livell nazzjonali ddedikati għall-attività investigattiva u l-ġlieda kontra l-organizzazzjonijiet kriminali u mafjużi bil-possibilità li jiġi żviluppat, bl-appoġġ tal-Europol, “netwerk operattiv kontra l-mafja” ikkaratterizzat minn persunal limitat u minn informalità, għall-iskambju ta' informazzjoni dwar il-karatteristiċi strutturali tal-mafji fil-pajjiż, il-prospetti kriminali u finanzjarji, il-post tal-patrimonji u t-tentattivi ta' infiltrazzjoni fl-akkwist pubbliku;

50.

Jemmen li l-globalizzazzjoni tal-kriminalità organizzata teħtieġ kooperazzjoni aktar b’saħħitha fost l-Istati Membri u fuq il-livell tal-UE u dak internazzjonali; jinkoraġġixxi interazzjoni akbar bejn l-Unjoni Ewropea, in-NU, l-OECD u l-Kunsill tal-Ewropa fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus bil-għan li jkunu integrati l-politiki relatati u l-formulazzjoni ta’ definizzjonijiet operattivi komuni; jappoġġja l-isforzi tal-FATF fil-promozzjoni ta' politiki favur il-ġlieda kontra il-ħasil tal-flus; iħeġġeġ lill-istess Stati Membri biex jirratifikaw u jimplimentaw b’mod sħiħ l-istrumenti internazzjonali eżistenti kollha f’dawn il-kwistjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni, biex tassisti b’mod effettiv lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata; jirrakkomanda li l-UE taderixxi fil-GRECO bħala parteċipant sħiħ;

51.

Jirrakkomanda azzjoni konġunta għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra fenomeni ta' illegalità fir-rigward tal-ambjent li huma marbuta jew ġejjin minn attività kriminali tat-tip organizzat jew mafjuż, anke permezz tat-tisħiħ tal-korpi Ewropej bħall-Europol u l-Eurojust u internazzjonali bħall-Interpol u l-UNICRI, kif ukoll permezz tal-iskambju ta' metodoloġiji ta' ħidma u ta' informazzjoni li għandhom l-Istati Membri li ħadmu bis-sħiħ fil-ġlieda kontra dan it-tip ta' kriminalità bl-għan li jkun jista' jitfassal pjan ta' azzjoni komuni;

52.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Istati Membri jirratifikaw u jimplimentaw b’mod sħiħ il-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) dwar il-ġlieda kontra t-tixħim ta’ uffiċjali pubbliċi barranin fit-tranżazzjonijiet kummerċjali internazzjonali; jenfasizza l-impatt negattiv li għandu t-tixħim ta’ uffiċjali barranin fuq id-drittijiet fundamentali tal-Unjoni, l-ambjent u l-politiki tal-iżvilupp;

53.

Jistieden biex jiġi introdott l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew (OIE) u jissaħħu l-istrumenti ta’ ġlieda kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali bħall-iskwadri investigattivi komuni; jitlob għal kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-pajjiżi ġirien tal-UE fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata li tidħol fl-UE;

54.

Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji globali xierqa ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni fis-servizzi tagħhom tal-intelligence u analiżijiet li jippruvaw jidentifikaw it-tendenzi emerġenti fil-kriminalità organizzata;

55.

Tissaħħaħ il-kooperazzjoni fuq il-frodi tal-UE bejn is-servizzi tal-UE f’kull livell tal-Istat, inkluż f’livell reġjonali u muniċipali li għandhom rwol ewlieni fil-ġestjoni tal-fondi tal-UE;

Għal Amministrazzjoni Pubblika effiċjenti u li tiflaħ għall-korruzzjoni

56.

Jemmen li ma jistax ikollna unjoni ekonomika u fiskali mingħajr Unjoni kontra l-korruzzjoni;

57.

Jenfasizza li t-trasparenza hija l-ghadu naturali tal-Korruzzjoni, li hija kif jibdew ir-reati, u huwa konvint li d-detenturi ta’ karigi għoljin jew ta’ ġid kbir bil-privileġġi u l-immunitajiet tagħhom għandhom ikunu totalment trasparenti fl-attivitajiet tagħhom;

58.

Iqis li burokrazija ineffiċjenti u ’l bogħod miċ-ċittadini kif ukoll proċeduri kumplessi apparti li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-effikaċja tal-azzjoni amministrattiva, jikkompromettu t-trasparenza tal-proċessi ta’ deċiżjoni, jistgħu potenzjalment jirritaw lil dawk amministrati u joffru, għalhekk, art fertili għall-korruzzjoni; iqis li, bl-istess mod, is-segretezza impenetrabbli tal-banek u tan-negozji tista’ taħbi l-profitti illeċiti tal-korruzzjoni, tar-riċiklaġġ tal-flus u tal-kriminalità organizzata;

59.

Jirreferi għall-Konvenzjoni ta’ Mérida kontra l-korruzzjoni (2003), u jisħaq li d-detenturi ta’ karigi għoljin jew ta’ ġid kbir bi privileġġi u immunitajiet għandhom ikunu kkontrollati, inter alia mill-awtoritajiet tat-taxxa, u kontrolli bħal dawn għandhom ikunu eżegwiti ħalli jiżguraw servizzi ġusti u effikaċi lill-komunità u bħala miżuri kontra l-frodi fiskali; jirrakkomanda b’mod partikolari li d-detenturi ta’ kariga pubblika għandhom jippreżentaw dikjarazzjonijiet ta’ beni, dħul, passività u interessi; jitlob li jkun hemm miżuri għat-tisħiħ tat-trasparenza u l-prevenzjoni permezz ta’ sistema ta’ dritt amministrattiv li jiggverna l-infiq pubbliku u l-aċċess għad-dokumenti u t-twaqqif tar-reġistri neċessarji;

60.

Jirrakkomanda li jiddaħħlu sistemi aktar b’saħħithom biex ikun hemm trasparenza, u tiġi eliminata l-burokrazija (żejda) mid-dipartimenti tal-gvern u minn korpi pubbliċi oħrajn bil-garanzija tal-jedd taċ-ċittadini għall-aċċess tad-dokumenti (l-ewwel fil-qasam delikat tal-akkwist pubbliku); jinkoraġġixxi l-promozzjoni tal-kultura tal-legalità u tal-integrità fis-settur pubbliku kif ukoll fis-settur privat, anke permezz ta’ mezzi xierqa ta’ protezzjoni għall-iżvelaturi;

61.

Jappoġġja l-azzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea sabiex tagħraf ir-rwol tal-ġurnaliżmu investigattiv fl-iskoperta u d-denunzja ta' fatti marbuta mal-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus;

62.

Jistieden lill-Istati Membri jinfurzaw ir-rwol tal-ħaddiema fil-prevenzjoni, l-informazzjoni u l-ġlieda kontra r-riskji ta' frodi u korruzzjoni;

63.

Jitlob li jkun hemm regoli ċari u proporzjonati, flimkien ma’ mekkaniżmi ta’ eżekuzzjoni u monitoraġġ, li jkunu speċifikati f’kodiċi ta’ mġiba għall-prevenzjoni tal-fenomenu tal-“bibien ġirevoli” jew “pantouflage”, li skontu l-uffiċjali pubbliċi li jokkupaw ċertu livell ta’ responsabbiltà manaġerjali jew finanzjarja ma jitħallewx jiċċaqilqu għas-settur privat qabel ma jgħaddi ċerti żmien definit mit-tluq tagħhom mis-servizz jekk ikun hemm riskju ta’ kunflitt ta’ interess mal-funzjoni pubblika preċedenti tagħhom; iqis ukoll li kulmeta jkun hemm riskju ta’ kunflitt ta’ interess għandhom japplikaw restrizzjoni simili għan-nies li jiċċaqilqu mis-settur privat għal dak pubbliku;

64.

Jistieden lill-Kummissjoni tissottometti proposta dwar il-liġi tal-proċedura amministrattiva tal-Unjoni Ewropea kemm jista’ jkun malajr, skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Jannar 2013;

65.

Jemmen li reġistru ta’ lobbying huwa strument utli għat-trasparenza; jistieden lill-Istati Membri biex jadottaw din l-għodda fejn ma tkunx diġà teżisti; iħeġġeġ aktar gvernijiet u amministrazzjonijiet pubbliċi biex jagħmlu r-reġistrazzjoni f’reġistru ta’ lobbying prekondizzjoni għal laqgħa ma’ organizzazzjoni ta’ negozju, interess, jew lobbying;

66.

Jirrimarka li l-awtoregolazzjoni bħala l-mekkaniżmu normali għall-indirizzar tal-korruzzjoni fl-isports u l-imħatri sportivi ma kinitx effettiva; jaċċentwa l-fatt li l-gvernijiet, fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, huma fost l-akbar finanzjaturi tal-isport; jitlob lill-Istati Membri joħolqu kollaborazzjonijiet trasparenti mal-komunità sportiva u jippreżentaw indaġni indipendenti kompleta, ikkummissjunata mill-organiżmi governattivi nazzjonali, fuq il-korruzzjoni fl-isport;

67.

Iqis it-trasparenza totali tal-atti amministrattivi kollha fil-livelli kollha tal-ambitu pubbliku fundamentali għall-ġlieda kontra l-fenomeni kriminali u għall-ħarsien taċ-ċittadini kontra kull forma ta' amministrazzjoni ħażina mir-res publica; jirrifjuta kull forma ta' reżistenza min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi fir-rigward tal-kontroll totali min-naħa taċ-ċittadini u tal-istampa tal-attivitajiet li saru bil-flus pubbliċi u fl-interess tal-komunità; iqis li fil-livell Ewropew u tal-Istati Membri individwali għandu jiġi konkretizzat impenn tanġibbli fl-iżgurar ta' trasparenza totali u fl-iżvilupp ta' forom ta' open government b'mod effikaċi u abbażi tal-aqwa prattiki eżistenti;

68.

Jenfasizza li t-tixħim m’għandux jinħeba bl-użu ħażin tat-terminu “pagamenti ta’ faċilitazzjoni”, li l-Konvenzjoni tal-OECD tikkunsidra bħala aċċettabbli taħt ċerti ċirkustanzi speċifiċi (pagamenti żgħar, pereżempju biex jingħata l-permess għall-ħatt tal-merkanzija fil-port); jistieden lill-Istati Membri jaqblu li jiċħdu dan il-kunċett, jew li jużawh biss f’sitwazzjonijiet estremi, u jitlob li jkun hemm tfassil ta’ linji gwida li jinterpretaw il-kunċett b’mod uniformi fl-UE; jenfasizza li la t-tixħim u lanqas l-pagamenti ta’ faċilitazzjoni ma jistgħu jitnaqqsu mit-taxxa;

69.

Jappoġġja l-implementazzjoni ta’ verifiki regolari dwar l-aderenza għal regoli/kodiċijiet ta’ kondotta marbutin mal-integrità u t-tqassim ta’ riżorsi suffiċjenti għal taħriġ marbut mal-integrità tal-ħaddiema taċ-ċivil;

Għal politika aktar responsabbli

70.

Ifakkar lill-partiti politiċi fir-responsabilità tagħhom sabiex jipproponu l-kandidati jew ifasslu listi elettorali fil-livelli kollha u l-kompitu tagħhom ta’ sorveljanza fuq il-kwalità tal-kandidati anke permezz tal-previżjoni ta’ kodiċi tal-etika strett li għandhom jikkonformaw miegħu, inkluż kodiċi ta’ mġiba li għandu wkoll ikopri regoli ċari u trasparenti dwar id-donazzjonijiet lill-partiti politiċi;

71.

Jiddefendi l-prinċipju tal-ineleġibilità fil-Parlament Ewropew jew għal servizz f’istituzzjonijiet u aġenziji oħra tal-UE ta’ dawk li ġew kundannati b’mod definittiv minħabba reati ta’ kriminalità organizzata, ħasil tal-flus, korruzzjoni u reati oħra ekonomiċi jew finanzjarji gravi kontra l-interess pubbliku; jistieden biex, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tal-proporzjonalità, jintuża prinċipju simili għall-parlamenti nazzjonali u pożizzjonijiet oħra li jeħtieġu elezzjoni;

72.

Jirrakkomanda li l-Istati Membri jintroduċu u effikaċement japplikaw, bħala element tas-sistema ta’ sanzjonijiet, istanzi ta’ ineliġibilità għal dawk misjubin ħatja ta’ korruzzjoni; iqis li dan il-kastig għandu japplika għal mill-anqas ħames snin ħalli jkopri kull tip ta’ elezzjoni; jirrakkomanda wkoll li jkun previst għall-istess perjodu l-impossibilità għal aċċess għal pożizzjonijiet mal-gvern fil-livelli kollha, inkluż f’dak tal-UE;

73.

Jirrakkomanda l-introduzzjoni ta’ ipoteżi ta’ dekadenza mill-karigi politiċi (tal-gvern u oħrajn simili) u mill-pożizzjonijiet maniġerjali u amministrattivi bħala riżultat ta’ kundanna għal reati marbutin ma’ kriminalità organizzata, korruzzjoni jew ħasil tal-flus;

74.

Jirrikonoxxi li l-immunitajiet li jgawdu minnhom ċerti kategoriji ta’ detenturi ta’ karigi pubbliċi u r-rappreżentanti eletti huma ostaklu ewlieni għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex inaqqsu b’mod sinifikanti l-kategoriji ta’ dawk li jibbenefikaw mill-immunità;

75.

Huwa favur il-previżjoni ta’ kodiċijiet etiċi għall-partiti politiċi u t-tisħiħ tat-trasparenza fil-bilanċi tal-partiti; jipproponi li l-finanzjament pubbliku tal-partiti jkun ikkontrollat aħjar u li l-abbuż u l-ħala jkunu evitati, u li l-finanzjament privat għandu jkun immonitorjat u kkontollat aħjar, ħalli jiżgura r-responsabilità politika tal-partiti politiċi u ta' dawk li jagħtuhom id-donazzjonijiet;

76.

Jistieden lill-Istati Membri jipprojbixxu u jissanzjonaw il-vot tal-iskambju, b’mod partikolari permezz tal-previżjoni li d-data tal-utilità kontra l-wegħda tal-vot tista’ tikkonsisti mhux biss fi flus, iżda anke f’vantaġġi oħra, inklużi dawk mhux materjali u għal terzi persuni li mhumiex direttament implikati fil-ftehim illeċitu;

77.

Iqis li l-pubblikazzjoni tad-dħul u l-interessi finanzjarji tal-MPE hija prattika tajba li għandha tkun estiża għall-membri parlamentari u l-politiċi nazzjonali;

Għal ġustizzja penali aktar kredibbli

78.

Jirrakkomanda li l-Istati Membri jistabbilixxu sistemi ta' ġustizzja kriminali effikaċi, effiċjenti, b'responsabilità politika u ekwilibrati li jistgħu wkoll jiggarantixxu l-preservazzjoni tal-jeddijiet tad-difiża skont il-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali; jirrakkomanda wkoll il-ħolqien ta’ mekkaniżmu ta’ sorveljanza fuq l-effiċjenza tas-sistemi tal-ġustizzja penali fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-livell Ewropew, it-twettiq ta’ evalwazzjonijiet regolari u l-pubblikazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet;

79.

Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw ukoll miżuri nonleġiżlattivi li jikkonsolidaw il-fiduċja fost l-ordinamenti ġuridiċi differenti fl-Istati Membri, itejbu l-koerenza, u jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ kultura ġuridika komuni fl-UE b’rabta mat-taqbida kontra l-kriminalità;

80.

Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi r-responsabbiltà legali ta’ persuni ġuridiċi f’każijiet ta’ kriminalità finanzjarja u b’mod partikolari r-responsabbiltà ta’ azjendi u tal-kumpaniji prinċipali għas-sussidjarji tagħhom; jenfasizza li din il-proposta għandha tikkjarifika r-responsabbiltà ta’ persuni fiżiċi għal reati mwettqa mill-kumpanija, jew is-sussidjarji tagħha, li għalihom jistgħu jinżammu parzjalment jew kompletament responsabbli;

81.

Jemmen li l-miżuri ta’ approssimazzjoni dwar il-korruzzjoni għandhom jindirizzaw id-differenzi fit-termini tal-preskrizzjoni fost l-Istati Membri, bl-iskop li jitqiesu kemm il-ħtiġiet tad-difiża kemm il-ħtieġa għal prosekuzzjoni u sejbien ta’ ħtija effikaċi u effiċjenti, u li tali preskrizzjonijiet għandhom ikunu organizzati skont l-istadji tal-proċedimenti jew l-istanza li tkun, ħalli reat jiġi preskritt biss jekk l-istadju jew il-fażi inkwestjoni ma tkunx ġiet ikkompletata f'terminu prefiss; jemmen ukoll li, soġġett għall-prinċipju tal-proporzjonalità u l-istat tad-dritt, il-każijiet ta' korruzzjoni ma għandhomx ikunu preskritti sakemm il-proċedimenti kriminali jkunu effettivament għadhom għaddejjin;

82.

Huwa tal-fehma li l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata għandha tgħaqqad mekkaniżmi ta’ konfiska tal-assi kriminali li huma effikaċi u deterrenti, sforzi mmirati biex jiżguraw li l-fuġġaski li delibertament jaħarbu l-inkjesti jsir ħaqq minnhom, bil-għan li ma jkunx permess għall-kapijiet tal-mafja nkalzrati, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji bażilari ta' jeddijiet il-ħabsin, li jkomplu jmexxu l-organizzazzjoni tagħhom u jagħtu ordnijiet lill-membri tagħhom minkejja li huma maqfula fil-ħabs;

83.

Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jistabbilixxu pieni u sanzjonijiet deterrenti u effikaċi, kemm sentenzi kriminali kif ukoll multi, inklużi multi kbar, għat-tipi kollha ta’ reati gravi li jikkawżaw ħsara lis-saħħa u s-sigurtà taċ-ċittadini, u jirrakkomanda l-armonizzazzjoni tal-kastigi;

84.

Jindika, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 80, l-importanza tal-prevenzjoni tal-kriminalità u l-kriminalità organizzata, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw u jintroduċu strumenti legali u kastigi effikaċi li joffru alternattiva għall-priġunerija, bħalma huma l-multi jew is-servizz fil-komunità, fil-każijiet fejn dan ikun permess u billi jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha, inkluża n-natura mhux gravi tar-reat;

Għal imprenditorija aktar b’saħħitha

85.

Iħeġġeġ l-awtoregolazzjoni u t-trasparenza tan-negozju permezz ta’ kodiċijiet ta’ kondotta u l-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ verifika bħal fost l-oħrajn reġistru pubbliku tal-lobbyists li jkunu jaħdmu fid-diversi istituzzjonijiet, sabiex jiġu evitati fenomeni ta’ korruzzjoni u ta’ kollużjoni bejn is-settur pubbliku u s-settur privat u l-prevenzjoni tal-kompetizzjoni inġusta; jirrakkomanda wkoll it-trasparenza f’oqsma, miri u tagħrif finanzjarju, fil-livell kemm nazzjonali kemm tal-UE;

86.

Jitlob li jkun hemm il-ħolqien ta’ listi ta’ kumpaniji akkreditati għall-awtoritajiet pubbliċi u listi ta’ dawk li ġew esklużi; jemmen li dawn tal-aħħar ikunu japplikaw fejn il-kumpaniji jkunu wrew nuqqasijiet sinifikattivi fir-rekwiżiti kontrattwali jew fejn ikun hemm kunflitt ta’ interess, kemm fl-Istati Membri jew f’livell ta’ UE;

87.

Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu r-rwol tal-kmamar tal-kummerċ billi jipprevjenu, jagħti informazzjoni dwar, jew irażżnu l-aktar riskji frekwenti ta' riċiklaġġ tal-flus fid-dinja tan-negozju, u jimplementaw bis-sħiħ l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni għat-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni fiskali;

88.

Ifakkar li l-ġurnaliżmu investigattiv, kif ukoll l-NGOs u l-akkademiċi li jaħdmu fuq kwistjonijiet relatati mal-operazzjonijiet tal-amministrazzjoni pubblika u tal-impriżi korporattivi, iwettqu funzjoni ta’ benefiċċju ewlenija billi jidentifikaw każijiet ta’ frodi, korruzzjoni jew inkwiet ieħor;

89.

Jistieden lill-impriżi jiggarantixxu t-twettiq ta’ linji-gwida interni f’dak li għandu x’jaqsam mal-appalti, ħalli jkun hemm ir-rispett tal-liġi u l-akbar trasparenza possibbli fil-proċeduri tas-sejħa għall-offerti għall-applati pubbliċi, ħalli tkun evitata kull trattazzjoni ma’ kontraenti u fornituri li jkunu raġonevolment issuspettati li jxaħħmu jew magħrufin li jagħmlu dan; lill-impriżi jistedinhom jagħtu prova ta' dovuta diliġenza fil-valutazzjoni tal-appaltaturi u fornituri potenzjali għall-fini li jkun iggarantit li jkollhom programmi effikaċi ta' kontra l-korruzzjoni; li jwasslu lill-appaltaturi u lill-fornituri l-politiki ta' kontra l-korruzzjoni; li jimmonitorjaw lill-appaltaturi u lill-fornituri prinċipali fil-kwadru tar-reviżjoni perijodika tar-rapporti li l-impriża jkollha magħhom; u li jiddisponu minn jedd ta' reċess fil-każ li fih ixaħħmu jew jaġixxu b'mod mhux konformi mal-programm tal-impriża;

Għal sistema tal-banek u tax-xogħlijiet aktar trasparenti

90.

Jistieden biex jkun hemm aktar trasparenza u li tissaħħaħ il-kooperazzjoni mas-sistema bankarja u max-xogħlijiet, anke finanzjarji, fl-Istati Membri kollha u ma’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari bl-iskop li jkunu definiti l-istrumenti informatiċi u l-miżuri leġiżlattivi u amministrattivi għat-traċċabilità tal-flussi finanzjarji u l-aċċertament tal-fenomeni kriminali u li jkunu definiti l-mezzi ta’ senjalazzjoni ta’ reati potenzjali;

91.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet l-oħrajn ta’ superviżjoni jiżguraw li jkun hemm dispożizzjonijiet dwar miżuri ta' diliġenza dovuta tal-konsumatur u profili ta' riskju relattivi mill-banek, kumpaniji ta’ assikurazzjoni u istituzzjonijiet tal-kreditu ħalli jkun żgurat li l-entitajiet legali jew kumpaniji fl-Istati Membri jingħataw u jkollhom informazzjoni xierqa, preċiża u kurrenti dwar is-sidien benfiċjarji tagħhom, inklużi minn rifuġji fiskali u li r-reġistri tan-negozju jkunu aġġornati u mmonitorjati regolarment għall-kwalità; iqis li t-trasparenza tal-informazzjoni – ukoll b'mezzi ta' pubblikazzjoni ta' reġistru pajjiż b'pajjiż tal-proprjetà vera u permezz tal-koperazzjoni transfronterjali – tista' tikkontribwixxi għat-taqbida kontra fenomeni bħalma huma r-riċiklaġġ tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, il-frodi fisakli u l-evitar fiskali;

92.

Jistieden lill-Istati Membri biex jintroduċu l-kunċett ta’ Proprjetà Benefiċjarja fir-reġistri tan-negozju tagħhom u biex jaħdmu lejn l-inklużjoni ta’ dan il-kunċett globalment kif ukoll mekkaniżmi għall-iskambju ta’ informazzjoni;

93.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi sett komuni ta’ prinċipji u linji gwida amministrattivi għall-użu xieraq tal-Prezzijiet ta’ Trasferiment;

94.

Jappoġġja bis-sħiħ il-proposta tal-Kummissjoni biex b’mod espliċitu jissemmew ir-reati tat-taxxa bħala reati li jaffermaw il-ħasil tal-flus, f’konformità mar-rakkomandazzjoni 2012 tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja-FATF; iħeġġeġ lill-UE ssaħħaħ it-trasparenza tal-informazzjoni dwar il-benefiċjarji effettivi u l-proċeduri tad-diliġenza dovuta mal-klijent fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (AML); jaqbel ma’ armonizzazzjoni fl-UE kollha tar-reat tal-ħasil tal-flus u jitlob li jiġu implimentati b’mod sħiħ l-istandards tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF), permezz ta’ monitoraġġ effettiv, sanzjonijiet proporzjonali u bbażati fuq salvagwardji kredibbli;

95.

Jirrakkomanda li ssir valutazzjoni preċiża tar-riskji marbuta mal-prodotti bankarji u finanzjarji ġodda fil-każ li jippermettu l-anonimat jew it-tħaddim mill-bogħod; barra minn hekk, jitlob li jkun hemm definizzjoni komunit tar-rifuġji fiskali, billi ta’ spissa jintużaw mill-organizzazzjonijiet kriminali għall-ħruġ ta’ titoli minn kumpaniji privati jew mill-banek li l-proprjetà benfiċjarja tagħhom mhux lakemm tiġi aċċertata;

96.

Jittama li jkun hemm soluzzjonijiet operattivi li, b’rispett tar-regolament dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, jippermettu lill-operaturi finanzjarji u ta’ kreditu jiżguraw l-identità tas-suġġett li jitlob li jwettaq operazzjoni, mill-mument li l-frodi marbuta ma’ serq tal-identità huma kultant marbuta mal-ħasil tal-flus; għaldaqstant jilqa’ t-twaqqif ta' unjoni bankarja;

97.

Jirrakkomanda l-abolizzjoni tas-sigriet bankarju;

Sabiex il-kriminalità ma tirrendix

98.

Jistieden lis-suġġetti interessati kollha, pubbliċi u privati, jimpenjaw ruħhom fi ġlieda deċiża kontra l-ħasil tal-flus; jistieden li ssir assigurazzjoni bis-sħiħ tat-twettiq tal-obbligi kontra l-ħasil tal-flus min-naħa tal-professjonisti, bil-promozzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ rappurtar tal-attivitajiet suspettużi u kodiċi ta’ kondotta li jinvolvu ordnijiet professjonali u assoċjazzjonijiet ta’ kategorija;

99.

Jindika r-rwol essenzjali ta’ unitajiet ta’ informazzjoni finanzjarja fil-garanzija ta’ standards internazzjonali għoljin fit-taqbida kontra r-riċiklaġġ tal-flus; jirrikonoxxi l-importanza tal-istrumenti Ewropej għat-traċċabilità tal-flussi finanzjarji ħalli jkunu kkumbattuti t-theddidiet bħalma huma ċ-ċiberkriminalità, ir-riċiklaġġ tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

100.

Jirrakkomanda l-identifikazzjoni u l-verifika sistematiċi ta' plejers, il-projbizzjoni tal-użu ta' mezzi ta' ħlas anonimi biex jiġu riżolti imħatri fuq logħob tal-azzard li jipprevjenu l-anonimat fil-logħob tal-azzard online, kif ukoll l-identifikazzjoni tas-servers li jospitawhom u biex jipproċessaw sistemi informattivi li jippermettu l-intraċċar sħiħ tal-movimenti tal-flus magħmula permezz tal-logħob online u offline;

101.

Jilqa’ l-estensjoni tal-ambitu ta’ applikazzjoni proposta fl-hekk imsejħa r-raba’ Direttiva ta’ kontra l-ħasil tal-flus fis-settur tal-logħob tal-azzard; jistieden lill-Istati Membri jistipulaw qafas leġiżlattiv u miżuri xierqa kontra l-fenomeni tal-ħasil tal-flus marbutin mal-imħatri, b’mod partikolari fuq kompetizzjonijiet sportivi, billi jispeċifikaw r-reati l-ġodda bħalma huma x-xiri tal-partit marbutin mal-imħatri u jiddefinixxu livelli ta’ sanzjonijiet adegwati u jappoġġjaw mekkaniżmi ta’ monitoraġġ li jinvolvu l-federazzjonijiet sportivi, l-assoċjazzjonijiet, l-operaturi online u offline, u fejn xieraq, l-awtoritajiet nazzjonali; iħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet sportivi jistabbilixxu kodiċi ta’ kondotta għall-impjegati bi projbizzjoni ċara fir-rigward tal-manipulazzjoni tal-logħbiet għall-imħatri jew għal għanijiet oħra, il-projbizzjoni ta’ logħob tal-azzard fuq il-logħbiet tagħhom stess u l-obbligu li jiġi rrappurtat kwalunkwe għarfien dwar l-iffissar tar-riżultati b’mekkaniżmu adegwat għall-protezzjoni ta’ żvelatur;

102.

Isib li l-ħasil tal-flus permezz ta’ imħatri organizzati fuq avvenimenti sportivi spiss hija riżultat ta’ kriminalità organizzata; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta leġiżlattiva li tinkludi definizzjoni komuni ta’ reati ta’ korruzzjoni u l-frodi fl-isport; jistieden lill-Istati Membri biex ma jawtorizzawx l-organizzazzjoni ta’ imħatri dwar il-logħob mingħajr l-isfida sportiva, u li jipprojbixxu l-forom ta’ imħatri tal-isport l-aktar perikolużi; jirrakkomanda wkoll l-istabbiliment ta’ sistemi nazzjonali għar-rappurtar ta’ suspetti ta’ korruzzjoni fl-isport, bħal dawk fil-ħasil tal-flus u li jkunu soġġetti għalihom l-operaturi tal-logħob tal-azzard online u offline u l-partijiet kollha fid-dinja sportiva;

103.

Jenfasizza li l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-korpi regolatorji tagħhom, il-Europol u l-Eurojust għandhom jissaħħew biex jiġu miġġielda attivitajiet kriminali fil-qasam tal-attivitajiet transkonfinali tal-logħob tal-azzard online;

104.

Jirrikonoxxi li l-logħob online huwa mod dejjem aktar komuni għall-ħasil tal-flus li fihom ir-rebħ huwa ħafna drabi ħieles mit-taxxa, il-volumi kbar ta’ tranżazzjonijiet jagħmluha diffiċli ħafna biex jinkixfu l-flus maħmuġin u l-proċessuri ta’ ħlas numerużi jkomplu jikkumplikaw aktar is-sistema; jitlob għall-ħolqien ta’ qafas regolatorju għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz ta’ kull tip ta’ logħob tal-azzard onlajn;

105.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jdaħħlu fid-dritt kriminali definizzjoni armonizzata tal-“iffissar tar-riżultati” u joħolqu strument ġuridiku bħala għodda għall-ġlieda kontra dan il-fenomenu, u jistabbilixxu sanzjonijiet f’dan is-sens, inklużi ammendi u konfiski, u joħolqu fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti unità speċjalizzata għall-ġlieda kontra l-fenomenu tax-xiri tal-partiti li tkun pjattaforma għall-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni mal-partijiet interessati ewlenin fid-dawl ta’ aktar indaġnijiet u tad-deferiment lejn l-awtoritajiet ġudizzjarji;

106.

Jitlob għal aktar kooperazzjoni fil-livell Ewropew – ikkoordinata mill-Kummissjoni – biex jiġu identifikati u pprojbiti operaturi tal-logħob tal-azzard online li huma involuti f’attivitajiet ta’ ffissar tar-riżultati u attivitajiet illegali oħra;

107.

Jistieden lill-korpi governattivi tal-isports, l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea jinvestu f’kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-iffissar tar-riżultati tal-logħob għall-atleti dwar il-konsegwenzi legali ta’ dan ir-reat kriminali u l-effetti ta’ ħsara fuq l-integrità tal-kompetizzjonijiet sportivi;

108.

Jistieden li ssir armonizzazzjoni tar-rwol u l-kompetenzi tal-unitajiet tal-informazzjoni finanzjarja tal-Istati Membri, għaż-żieda fis-setgħat tagħhom u t-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni bejniethom;

109.

Jipproponi li l-Istati Membri għandhom ikunu koerenti flimkien fl-għoti tas-sentenza u fil-pieni u fis-sistemi tal-ħabs u t-taħriġ tal-persunal tal-ħabs;

110.

Jirrakkomanda li fir-rigward tal-ħasil tal-flus isir tisħiħ tar-rwol ta’ sorveljanza fil-livell Ewropew min-naħa tal-Awtorità Bankarja Ewropea, tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, u l-Mekkaniżmu Uniku ta’ Superviżjoni, anke fid-dawl ta’ sorveljanza bankarja fl-Unjoni Ewropea li tiġġieled b’mod effikaċi fenomeni ta’ korruzzjoni u ħasil tal-flus fuq il-bażi ta’ regoli armonizzati fuq il-kunflitti ta’ interess u s-sistemi ta' monitoraġġ; jinsisti li, sadanittant, il-kapaċitajiet ta’ sorveljanza, il-kompetenza u d-determinazzjoni għandhom jiġu msaħħa fil-livell nazzjonali, bl-iskop li jkun hemm kooperazzjoni msaħħa bejn l-awtoritajiet nazzjonali;

111.

Jinkoraġġixxi l-adozzjoni ta’ standards minimi ta’ governanza tajba f’affarijiet fiskali, b’mod partikolari permezz ta’ inizjattivi konġunti tal-Istati Membri skont relazzjonijiet rispettivi ma’ territorji li għandhom natura ta’ rifuġji fiskali, u dan, fost l-oħrajn, bil-għan li jkun iffaċilitat l-aċċess għall-informazzjoni proprjetarja ta’ kumpaniji passivi li għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom hemm; jinsisti dwar l-importanza tal-komunikazzjoni msemmija tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 2012 dwar it-tisħiħ tar-rabta bejn il-politika tal-UE kontra l-frodi u l-politiki ta’ żvilupp, fiskali u kemmerċjali;

112.

Jistieden lill-Unjoni Ewropea twettaq miżuri effettivi fl-arena internazzjonali, pereżempju fil-laqgħat tal-G8 u tal-G20, bil-għan li jinqerdu reati marbuta mar-rifuġji fiskali;

113.

Jenfasizza li l-prinċipji ta’ tassazzjoni għandhom jinġiebu f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-OECD fir-rapport “Nindirizzaw l-erożjoni tal-bażi u ċ-ċaqliq tal-profitt”, bil-għan li l-prinċipju ġenerali ta’ tassazzjoni jkun li t-tassazzjoni għandha titwettaq fejn seħħu l-attivitajiet ekonomiċi li jiġġeneraw id-dħul, il-prinċipju tal-“oriġini tal-ġid”;

114.

Iqis li l-prinċipju tal-oriġini tal-ġid jagħmilha aktar faċli għall-awtoritajiet tat-taxxa biex jintaxxaw b’mod effikaċi u biex tiġi evitata l-evażjoni tat-taxxa; iqis li sistema fiskali ġusta hija indispensabbli, speċjalment fi żminijiet ta’ kriżi, meta l-piż tat-taxxa b’mod inġust jintefa’ fuq in-negozji żgħar u d-djar, u li l-evażjoni tat-taxxa hija parzjalment maħluqa mir-rifuġji fiskali fl-UE;

115.

Jenfasizza li t-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa huwa vitali biex jippromwovi tkabbir sostenibbli fl-UE; jenfasizza li livelli mnaqqsa ta’ frodi u evażjoni jsaħħu l-potenzjal għat-tkabbir fl-ekonomija billi jagħmlu l-finanzi pubbliċi aktar b’saħħithom u billi jġiegħlu lill-intrapriżi jikkompetu f’kundizzjonijiet ekwi u onesti;

116.

Jistieden lill-kumpaniji tal-verifika u l-konsulenti legali biex iwissu lill-awtoritajiet fiskali nazzjonali dwar kwalunkwe sinjali ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa tal-kumpanija awditjata jew mogħtija parir;

117.

Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tippromwovi l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni; madankollu, għal darb’oħra jitlob, li jkun hemm ftehim multilaterali ta’ skambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar it-taxxa li jkun vinkolanti fil-livell internazzjonali, u li jkopri wkoll it-trusts u l-fondazzjonijiet, u jinkludi sanzjonijiet għall-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx u għall-istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw mar-rifuġji fiskali; iħeġġeġ lill-UE tadotta miżuri simili għall-Att tal-Istati Uniti dwar il-Waqfien tal-Abbuż mir-Rifuġji Fiskali u tqis il-possibilità li l-liċenzji bankarji jitneħħew minn istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw mar-rifuġji fiskali; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi lista sewda Ewropea tar-rifuġji fiskali bbażata fuq kriterji stretti u, jekk approċċ tal-UE ma jkunx possibbli, tipproponi reġimi ta’ sanzjonijiet Ewropej fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità jew ta’ kooperazzjoni msaħħa;

118.

Jistieden lill-Istati Membri u l-Parlament Ewropew jilħqu ftehim malajr dwar id-direttivi tal-UE fir-rigward tat-trasparenza u tal-kontabbiltà; jistieden li, fil-futur, il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi, jitwessa’ biex ikopri l-impriżi kbar kollha, irrispettivament mis-settur;

119.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa kriterji sodi dwar is-sustanza tan-negozju sabiex ittemm il-ħolqien ta’ kumpaniji passivi jew tal-hekk imsejħa letterbox companies li jgħinu fil-prattiki legali u illegali tal-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa;

120.

Jistieden lill-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni tat-trattati tat-taxxa attwali li hemm fis-seħħ bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi li jistgħu jiġu kkunsidrati rifuġji fiskali; barra minn hekk jitlob lill-Kummissjoni tissottometti proposti, inkluża r-reviżjoni ta’ kull ftehim bħal dawn, biex tindirizza din il-kwistjoni; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta s-sejbiet tagħha u l-proposti tagħha lill-Parlament Ewropew sa mhux aktar tard mill-aħħar tal-2013;

It-teknoloġiji l-ġodda għas-servizz tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata

121.

Iqis li s-sistemi satellitari Ewropej ta’ pożizzjonament u ta’ osservazzjoni terrestri jistgħu jikkontribwixxu biex jiskopru r-rotot tal-bastimenti li jwettqu operazzjonijiet klandestini ta’ trasport, ħatt jew trasbord ta’ merkanzija illegali; jistieden għalhekk lill-awtoritajiet ġudizzjarji sabiex issir żieda fl-użu tat-teknoloġiji ġodda, inkluż kejl satellitari, bħala għodda addizzjonali għall-infurzar tal-liġi għal fenomeni kriminali;

122.

Jinnota li t-tkabbir globali fl-użu tal-internet ipprovda opportunitajiet ġodda għall-kriminalità fuq l-internet, bħas-serq tal-proprjetà intellettwali, il-bejgħ u x-xiri ta’ prodotti ffalsifikati u s-serq tal-identità, li jheddu l-ekonomija, is-sikurezza u s-saħħa taċ-ċittadini Ewropej;

123.

Jinnota li kampanji ta’ edukazzjoni, ta’ sensibilizzazzjoni u dawk pubbliċi huma essenzjali sabiex tiġi indirizzata l-problema dejjem tikber taċ-Ċiberkriminalità; jenfasizza li n-nuqqas ta’ sensibilizzazzjoni u ħiliet issaħħaħ il-kapaċità tal-gruppi tal-kriminalità organizzata biex jisfruttaw l-internet u l-opportunitajiet tagħha;

124.

Jilqa’ l-ħolqien taċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità (EC3) tal-Europol u jinkoraġġixxi aktar żvilupp ta’ din l-aġenzija, b’mod partikolari ħalli tiġġieled kontra l-kriminalità organizzata, ukoll fuq bażi transfrontaljera u b’koperazzjoni ta’ pajjiżi terzi.

125.

Jenfasizza li hemm ħtieġa urġenti biex jiġi żviluppat il-kunċett miftiehem u preċiż tat-terminu “ċiberkriminalità” li jista’ jiġi applikat għall-Istati Membri kollha fl-UE;

126.

Iħeġġeġ il-promozzjoni tar-riċerka dwar l-użu ta’ teknoloġiji ġodda fid-diversi sistemi ta’ kontroll użati mill-Istati Membri u l-iffaċilitar tal-applikazzjoni tagħhom; dawn jistgħu jinkludu pereżempju l-osservazzjoni u r-reġistrazzjoni online ta’ taxxa, dwana u tipi oħra ta’ kontrolli fil-post minn unitajiet ċentralizzati kontra l-korruzzjoni;

127.

Jinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ sistema ta’ rappurtar uniformi tal-każijiet kollha ta’ frodi u ta’ korruzzjoni li qed jiġu mħarrka (bi protezzjoni adegwata ta’ dejta personali u l-preżunzjoni tal-innoċenza);

Rakkomandazzjonijiet finali

128.

Jitlob li tinħoloq Prokura Ewropea, b’implimentazzjoni tal-Artikolu 86 tat-TFUE, b’mod partikolari għall-ġlieda kontra r-reati, tressaq il-prosekuzzjoni tagħhom u twasal għas-sentenzjar ta’ dawn ir-reati li jolqtu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u r-reati transkonfinali serji; jirrakkomanda li l-Prokura Ewropea futura jkollha struttura aġli, bil-funzjonijiet ta' koordinazzjoni u ta' impuls tal-awtoritajiet nazzjonali bil-għan li tkun garantita koerenza akbar fl-investigazzjonijiet u permezz ta’ regoli uniformi ta’ proċedura; iqis li hu kruċjali li l-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta qabel Settembru 2013 li fiha tiddefinixxi b’mod ċar l-istruttura tal-Uffiċċju tal-Prokuratur Ewropew, b’referenza partikolari għall-interazzjoni mal-Europol, il-Eurojust, l-OLAF u l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali u li l-EPPO huwa appoġġjat minn qafas ta’ drittijiet proċedurali ċari u r-reati li fuqhom l-EPPO se jkollu l-awtorità jkunu definiti b’mod ċar;

129.

Huwa tal-fehma li l-Eurojust jista’ jibqa’ jieħu ħsieb ir-reati msemmija fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE, u anke, fejn hu meħtieġ, ir-reati li għandhom natura kumplimentari mat-twettiq tal-politiki tal-Unjoni, kif previst fil-paragrafu 2 tal-istess Artikolu, billi tissokta l-garanzija tal-rendikontabilità f’dak li għandu x’jaqsam mal-jeddijiet demokratiċi u fundamentali issa li daqt se jkun hemm ir-reviżjoni tiegħu;

130.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex ma jnaqqsux il-baġit tal-Unjoni għal raġunijiet ewlenin fuq terminu qasir iżda biex jipprovdu fondi addizzjonali għall-Europol, il-Eurojust, il-Frontex u l-EPPO futur, minħabba li s-suċċess tagħhom għandu effett multiplikatur biex jitnaqqas it-telf ta’ taxxi għall-Istati Membri;

131.

Jixtieq jara arranġament ma’ Liechtenstein għall-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali;

132.

Jitlob b’fermezza lill-Istati Membri biex jadottaw kemm jista’ jkun malajr id-Direttiva 2012/29/UE li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja sabiex tkun ċerta li t-traspożizzjoni ssir b’mod tajjeb; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex ilestu l-Pjan Direzzjonali dwar id-drittijiet tal-persuni suspettati u akkużati b’reati, inkluża d-Direttiva dwar id-detenzjoni preventiva;

133.

Jitlob pieni aktar ħorox għal parteċipazzjoni fi gruppi kriminali organizzati u għal reati marbuta mat-traffikar tad-droga u t-traffikar tal-bnedmin u tal-organi tal-bniedem;

134.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri, kif irrakkomandat mill-UNCAC, jadottaw miżuri leġiżlattivi u oħrajn biex jistabbilixxu bħala reat, l-arrikkiment illeċitu, meta jitwettaq intenzjonalment, jiġifieri, żieda sinifikanti fl-assi ta’ uffiċjal pubbliku li dan l-uffiċjal ma jistax jispjega b’mod raġonevoli fir-rigward tad-dħul legali tiegħu;

135.

Jesprimi tħassib dwar il-fatt li numru ta' hekk imsejħa reati “emerġenti” – bħat-traffikar illegali ta' skart, it-traffikar illegali ta' xogħlijiet ta' arti u ta' speċi protetti u l-falsifikazzjoni ta' beni – minkejja li jirrappreżentaw attività ta’ profitt qawwi għall-organizzazzjonijiet kriminali, b’impatt soċjoambjentali u ekonomiku partikolarment negattiv u b'natura qawwija transnazzjonali, m’humiex fost l-“ewrokrimini”; iqis li dawn ir-reati għandhom ikunu adegwatament ikkunsidrati fid-deċiżjonijiet fil-livell Ewropew u jipproponi wkoll li l-Kunsill, bis-saħħa tad-drittijiet skont l-Art. 83.1 TFUE, jadotta deċiżjoni li tidentifika oqsma oħra ta’ kriminalità inklużi dawk imsemmija hawn fuq;

136.

Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta mill-aktar fis possibbli proposta leġiżlattiva dwar programm Ewropew ta' protezzjoni għall-iżvelaturi fir-rigward tal-interessi finanzjarji transkonfinali u tal-UE marbuta mal-korruzzjoni u kwistjonijiet ta’ protezzjoni tax-xhieda u tal-kollaboraturi tal-ġustizzja li toffri, b’mod partikolari, soluzzjoni għall-kundizzjonijiet ta’ ħajja diffiċli tagħhom, mir-riskji ta’ ritaljazzjoni għad-diżintegrazzjoni tar-rabtiet familjari, mill-eradikazzjoni territorjali għall-esklużjoni soċjali u professjonali;

137.

Iqis li l-amministrazzjoni tax-xhieda għall-ġustizzja u l-programmi ta' protezzjoni ma jistgħux jiddependu fuq limitazzjonijiet baġitarji li jiżguraw is-sikurezza taċ-ċittadini, b’mod partikolari dawk li jkunu qalbu ħajjithom biex ikunu fuq in-naħa tal-Istat, huwa dmir li għalih l-awtoritajiet nazzjonali u Ewropej ma jistgħux jonqsu; jistieden lill-Istati Membri kollha biex jieħdu l-miżuri meħtieġa (leġiżlattivi jew mod ieħor) sabiex jiġu garantiti lix-xhieda tal-qorti u lill-familja tagħhom kemm is-sikurezza fiżika kif ukoll id-dritt għat-tkomplija ta’ ħajja dinjituża soċjali, professjonali, relazzjonali u ekonomika flimkien mal-appoġġ adegwat mill-istituzzjonijiet (inkluż il-previżjoni tal-assunzjoni tax-xhieda tal-qorti fl-Amministrazzjoni Pubblika);

138.

Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta, mill-aktar fis possibbli, il-miżuri u l-istrumenti kollha ppreżentati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu “L-Istrateġija tal-UE lejn il-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin 2012-2016” (COM(2012)0286);

139.

Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva dwar il-Europol, kif stipulat fl-Artikolu 88(2) tat-TFUE, bil-ħsieb li jittejbu l-effiċjenza u l-effikaċja operattiva tal-Europol fil-qasam tal-ġlieda kontra l-kriminalità serja u organizzata; jenfasizza li r-riforma futura tal-aġenzija m’għandhiex ixxekkel ir-rwol uniku tas-CEPOL fl-attivitajiet ta’ taħriġ tal-UE fil-qasam tal-infurzar tal-liġi;

140.

Jitlob lill-Istati Membri sabiex malajr kemm jista’ jkun, jittrasponu fil-liġi nazzjonali tagħhom l-istrumenti legali eżistenti Ewropej u internazzjonali kollha, b’mod partikolari billi jwieġbu d-diversi sejħiet magħmula mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tat-traspożizzjoni korretta tal-bosta deċiżjonijiet qafas fis-seħħ;

141.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi promossa l-kultura tal-legalità u biex jiżdied l-għarfien tal-fenomenu tal-mafja fost iċ-ċittadini; jirrikonoxxi, f’dan is-sens, ir-rwol essenzjali li jaqdu l-assoċjazzjonijiet kulturali, rikreattivi u sportivi fejn jissensibilizzaw lis-soċjetà ċivili dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-promozzjoni tal-legalità u tal-ġustizzja;

142.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa pjan ta’ azzjoni Ewropew kontra t-traffikar tal-annimali selvaġġi, li jenfasizza riżultati ċari, kemm interni kif ukoll esterni għall-UE, sabiex jitnaqqas il-kummerċ illegali fl-ispeċi selvaġġi u fil-partijiet tal-ġisem; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jwieżnu l-istrumenti ta’ kummerċ u żvilupp tagħhom biex jiġu stabbiliti programmi dedikati, b’finanzjament sostanzjali, biex tissaħħaħ l-implimentazzjoni tas-CITES u jiġu pprovduti r-riżorsi għall-bini tal-kapaċità kontra kaċċa illegali u t-traffikar, b’mod partikolari bl-appoġġ, it-tisħiħ u l-espansjoni ta’ inizjattivi ta’ nfurzar bħal ASEAN-WEN u HA-WEN, li għandhom l-għan li jistabbilixxu ċentri reġjonali ta’ kompetenza u jipprovdu mudelli għall-kooperazzjoni kontra l-kriminalità fuq l-annimali selvaġġi;

143.

Jesiġi sanzjonijiet armonizzati u severi kontra l-kuntrabandu tal-annimali selvaġġi, u tal-partijiet tal-ġisem tagħhom u tal-pjanti u s-siġar rari fl-Unjoni;

o

o o

144.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti nazzjonali, lis-CEPOL, lill-Europol, lill-Eurojust, lill-OLAF, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-OECD, lill-Interpol, lill-UNODC, lill-Bank Dinji u lill-FATF/GAFI.


(1)  ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1.

(2)  ĠU C 195, 25.6.1997, p. 1.

(3)  ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42.

(4)  ĠU L 182, 5.7.2001, p. 1.

(5)  ĠU L 196, 2.8.2003, p. 45..

(6)  ĠU L 68, 15.3.2005, p. 49.

(7)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 59.

(8)  ĠU L 332, 18.12.2007, p. 103.

(9)  ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1.

(10)  ĠU L 162, 20.06.2002, p. 1.

(11)  ĠU L 321, 8.12.2009, p. 44.

(12)  ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1.

(13)  ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1.

(14)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

(15)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 9.

(16)  ĠU L 47 tat-18.2.2004, p. 1.

(17)  ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1.

(18)  ĠU L 192, 31.7.2003, p. 54.

(19)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.

(20)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

(21)  ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57.

(22)  ĠU C 199 E, 7.7.2012., p. 37.

(23)  ĠU C 51 E, 22.2.2013, p. 121

(24)  ĠU C 131 E8.5.2013, p. 66.

(25)  Testi adottati, P7_TA(2012)0208.

(26)  Testi adottati, P7_TA(2011)0516.

(27)  Testi adottati, P7_TA(2013)0098.

(28)  Testi adottati, P7_TA(2013)0004.

(29)  ĠU C 124 E, 25.5.2006, p. 254.

(30)  Testi adottati, P7_TA(2013)0205.

(31)  Il-Parlament Ewropew, Studju dwar id-Deterrenza tal-frodi b’fondi tal-UE permezz tal-ġurnaliżmu investigattiv fl-UE-27 (PE 490.663), tas-17 Ottubru 2012.

(32)  Wrobarometru Speċjali 374 dwar il-Korruzzjoni, Frar 2012


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/40


P7_TA(2013)0246

L-akkomodazzjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar l-akkomodazzjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea (2012/2293(INI))

(2016/C 065/04)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 9, 14, 148, 151, 153 u 160 tiegħu u l-Protokoll 26 anness miegħu, dwar servizzi ta' interess ġenerali,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 34 u 36 tagħha,

wara li kkunsidra l-Protokoll 26 tat-TFUE dwar servizzi ta' interess ġenerali,

wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea riveduta, b'mod partikolari l-Artikoli 30 (dwar id-dritt għall-protezzjoni kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali), 31 (dwar id-dritt għall-akkomodazzjoni) u 16 (dwar id-dritt tal-familja għall-protezzjoni soċjali, legali u ekonomika) tagħha,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 intitolata “Ewropa 2020: strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (1),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet tal-baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (2),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1177/2011 tat-8 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (3),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1174/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro (4),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (5),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta' Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (6),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' April 2012 intitolata “Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta' impjiegi” (COM(2012)0173),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Qafas Ewropew għall-koeżjoni soċjali u territorjali” (COM(2010)0758) u l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2011 (7), dwar is-suġġett,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1081/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1784/1999 (8),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (9),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1783/1999 (10),

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (COM(2011)0615),

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (COM(2011)0614),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2008 intitolata “Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku” (COM(2008)0800),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (11), u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar ir-reviżjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (12),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (13),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Marzu 2011 intitolata “Ir-Riforma tar-Regoli tal-UE dwar l-Għajnuna mill-Istat għal Servizzi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali” (COM(2011)0146) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2011 dwar is-suġġett (14),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Strateġija għall-implimentazzjoni effikaċi tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea” (COM(2010)0573),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020” (COM(2011)0173),

wara li kkunsidra l-Linji gwida tal-Kummissjoni tal-15 ta' Mejju 2012 dwar l-aħjar prattika sabiex jiġi limitat, mitigat jew ikkumpensat l-issiġillar tal-ħamrija (SWD(2012)0101),

wara li kkunsidra l-Analiżi tal-Impjieg u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa tal-2012 tal-Kummissjoni tat-8 ta' Jannar 2013 (15),

wara li kkunsidra l-Pakkett ta' Investimenti Soċjali tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013,

wara li kkunsidra l-istħarriġ tal-Istatistika tal-UE dwar l-Introjtu u l-Kondizzjonijiet tal-Għajxien (EU-SILC) u l-istqarrija għall-istampa tal-Eurostat tat-8 ta' Frar 2012 (16),

wara li kkunsidra l-Istatistika Ewropea ppreżentata fit-Tielet Stħarriġ Ewropew dwar il-Kwalità tal-Ħajja, b'mod partikolari l-Kapitolu 6 tiegħu (17),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound dwar Servizzi ta' konsulenza dwar id-dejn tal-familji fl-Unjoni Ewropea (18),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound dwar Il-kundizzjonijiet tal-għajxien tar-Roma: Livell baxx ta' saħħa u akkomodazzjoni (19),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati mill-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (20),

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta' Marzu 2013 fil-Kawża C–415/11 (Mohamed Aziz) li tipproteġi lill-konsumaturi ta' self ipotekarju mill-banek f'każ ta' kundizzjonijiet kuntrattwali abbużivi (21),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1098/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010) (22),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Diċembru 2010 intitolata “Is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: naħdmu flimkien biex niġġieldu l-faqar fl-2010 u lil hinn minnha” (23),

wara li kkunsidra r-rapport tat-18 ta' Frar 2011 tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali (SPC) intitolat “Assessment of the social dimension of the Europe 2020 Strategy” (24),

wara li kkunsidra d-Dokument ta' ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-5 ta' Frar 2010 intitolat “Rapport Konġunt dwar il-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali” (SEC(2010)0098),

wara li kkunsidra r-rapport tal-SPC tal-15 ta' Frar 2010 intitolat “Joint Report on Social Protection and Social Inclusion 2010” (25),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-isfidi tad-definizzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali bħala servizz ta' interess ekonomiku ġenerali” (26),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni intitolata “Lejn Aġenda Ewropea għad-Djar Soċjali” (27),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2012 dwar il-Patt dwar l-Investiment Soċjali bħala reazzjoni għall-kriżi (28),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar l-UE 2020 (29),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2010 dwar il-kontribut tal-Politika ta' Koeżjoni għall-kisba tal-objettivi ta' Lisbona u tal-UE 2020 (30),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-8 ta' Settembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri: It-Tieni Parti tal-Linji Gwida Integrati tal-Istrateġija Ewropa 2020 (31),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali: rakkomandazzjonijiet rigward il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu (32),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2011 dwar il-futur tas-Servizzi Soċjali ta' Interess Ġenerali (33),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2007 dwar il-qasam tad-djar u l-politika reġjonali (34),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2011 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Persuni Mingħajr Dar (35),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet bil-miktub tiegħu tat-22 ta' April 2008 dwar it-tmiem tal-problema ta' persuni bla dar li jgħixu fit-toroq (36) u tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar l-istrateġija tal-UE għall-persuni bla dar (37),

wara li kkunsidra t-Tielet Stħarriġ Ewropew tal-Eurofound dwar Il-Kwalità tal-Ħajja – Il-kwalità tal-ħajja fl-Ewropa: L-impatt tal-kriżi (38),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet finali tal-Konferenza Ewropea ta' Kunsens dwar il-Persuni Bla Dar tad-9 u l-10 ta' Diċembru 2010,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0155/2013),

A.

billi l-aċċess għall-akkomodazzjoni jirriżulta minn dritt fundamentali li jista' jitqies prekundizzjoni għall-eżerċizzju ta', u l-aċċess għal, drittijiet fundamentali oħra u għal ħajja f'kundizzjonijiet ta' dinjità umana; u billi l-garanzija tal-aċċess għal akkomodazzjoni diċenti u adegwata tirriżulta minn obbligu internazzjonali tal-Istati Membri li l-Unjoni għandha tikkunsidra, peress li d-dritt għall-aċċess għall-akkomodazzjoni u għal għajnuna għall-akkomodazzjoni huwa rikonoxxut fl-Artikolu 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 30 u 31 tal-Karta Soċjali Ewropea riveduta u adottata mill-Kunsill tal-Ewropa u l-Artikolu 25 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll f'ħafna kostituzzjonijiet tal-Istati Membri;

B.

billi l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali fl-Istati Membri għandhom id-dritt, kif ukoll id-dmir, li jiddefinixxu il-politika tal-akkomodazzjoni tagħhom stess u li jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li dan id-dritt fundamentali jitħares fis-swieq tal-akkomodazzjoni rispettivi tagħhom, skont il-ħtiġijiet tal-abitanti tagħhom, bl-għan li jipprovdu aċċess universali għal akkomodazzjoni diċenti u affordjabbli;

C.

billi l-akkomodazzjoni affordjabbli, adegwata u sikura hija għodda xierqa biex jinkisbu l-ġustizzja u l-koeżjoni soċjali, u l-investiment fl-akkomodazzjoni affordjabbli huwa prekundizzjoni għal mobilità akbar tal-ħaddiema u għal aktar opportunitajiet ta' impjieg, filwaqt li l-bini u r-ristrutturazzjoni ta' akkomodazzjoni soċjali huma kruċjali biex jintlaħqu l-miri tal-issodisfar tad-domanda għall-akkomodazzjoni, tiġi pprovduta akkomodazzjoni affordjabbli għal livelli wesgħin tal-popolazzjoni, tingħata spinta lill-ekonomiji, jiġu kkontrollati l-bżieżaq immobiljari, jiġi miġġieled il-faqar enerġetiku u jiġi żgurat l-introjtu tal-Istati Membri;

D.

billi l-Istati Membri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, għandhom rwol essenzjali x'jiżvolġu, u diskrezzjoni wiesgħa fil-forniment, l-ikkummissjonar u l-organizzazzjoni tal-provvediment ta' akkomodazzjoni soċjali parallelament ma', u addizzjonalment, għall-provvista ta' akkomodazzjoni abbażi tas-suq; billi l-provvediment ta' akkomodazzjoni soċjali għandu jissodisfa livell għoli ta' kwalità, sikurerzza u affordjabbiltà, u għandu jippromwovi t-trattament ugwali u d-drittijiet tal-utenti;

E.

billi hemm nuqqas ta' faċilitajiet tal-akkomodazzjoni soċjali, u ħtieġa akbar għal akkomodazzjoni affordjabbli, fil-biċċa l-kbira mill-Istati Membri tal-UE; billi l-profil soċjali u tal-familji tal-persuni li jużaw l-akkomodazzjoni soċjali nbidel; billi dawn il-fatturi soċjali ġodda għandhom jiġu identifikati sabiex l-Istati Membri, u l-awtoritajiet lokali u reġjonali rispettivi tagħhom, ikunu jistgħu jiddefinixxu firxa ta' strateġiji tal-akkomodazzjoni li jirriflettu ċ-ċirkustanzi attwali;

F.

billi l-politika tal-akkomodazzjoni soċjali hija parti integrali mis-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali li jgħinu biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-akkomodazzjoni, jiffaċilitaw l-aċċess għall-proprjetà, jippromwovu l-kwalità tal-ispazju tal-għajxien, itejbu l-ispazju tal-għajxien eżistenti u jadattaw l-ispiża tal-akkomodazzjoni għas-sitwazzjoni familjari u r-riżorsi tal-okkupanti, filwaqt li jħallu opportunità għall-isforz min-naħa tagħhom;

G.

billi l-akkomodazzjoni soċjali għandha tkun karatterizzata minn relazzjoni tajba bejn il-kwalità u l-prezz tax-xiri jew il-kera, għandha tippermetti t-tifdil enerġetiku, għandha tkun f'ambjent li jinkludi spazji ħodor, u għandha tkun xierqa għal ġenerazzjonijiet differenti, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal u tal-anzjani;

H.

billi, sabiex jiġu evitati kemm żidiet fin-numru ta' persuni bla dar u kriżijiet fl-akkomodazzjoni fil-ġejjieni, ir-regoli dwar l-ipoteka għandhom ikunu mfassla biex jipproteġu l-konsumaturi u jifirxu r-riskji b'mod ġust;

I.

billi l-akkomodazzjoni soċjali għandha rwol ewlieni fl-ilħuq tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 – b'mod partikolari l-mira tal-faqar tagħha, inkluża l-prevenzjoni tat-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-iżvantaġġ – billi tikkontribwixxi għall-iżgurar ta' livelli għoljin ta' impjieg, inklużjoni u koeżjoni soċjali, għall-promozzjoni tal-mobbiltà tal-impjiegi u għall-ġlieda kontra kemm it-tibdil fil-klima kif ukoll il-faqar enerġetiku permezz tal-modernizzazzjoni tal-istokk tad-djar;

J.

billi t-tagħqid tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, il-miżuri ta' awsterità, il-prezzijiet li qed jiżdiedu tad-djar u d-dħul li qed jonqos tal-familji żdiedu l-qgħad u l-esklużjoni soċjali fl-UE, speċjalment fost il-gruppi ta' nies l-aktar vulnerabbli, u b'hekk żdied il-piż fuq is-servizzi ta' welfare; jieħu nota li, minkejja l-effett stabbilizzanti sinifikanti tiegħu, il-finanzjament pubbliku għall-akkomodazzjoni soċjali f'xi Stati Membri sar vittma tal-miżuri reċenti ta' awsterità finanzjarja;

K.

billi l-kriżi ekonomika u soċjali qed ikollha impatt negattiv dirett fuq l-attività fis-settur tal-bini u tal-arranġament mill-ġdid tad-djar, u fuq l-għajnuna finanzjarja għalih, fejn l-akkomodazzjoni soċjali hija milquta b'mod partikolarment qawwi, minħabba li qed jinfaqgħu l-bżieżaq immobiljari u minħabba l-kontrazzjoni tal-kreditu, il-pagamenti tardivi u tnaqqis f'ordnijiet ġodda mis-settur pubbliku; billi s-settur tal-kostruzzjoni jista' jkun forza qawwija fl-isforzi biex tinstab soluzzjoni sostenibbli u inklużiva għall-kriżi u jiġu indirizzati l-isfidi relatati mal-klima u mal-enerġija;

L.

billi l-miżuri ta' awsterità u ta' konsolidament fiskali għandhom jimxu id f'id ma' strateġija globali ta' invsetiment fi tkabbir sostenibbli u inklużiv fid-dawl tal-objettivi tal-Ewropa 2020, inklużi dawk fir-rigward tal-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali;

M.

billi l-akkomodazzjoni hija ħtieġa bażika li għaliha l-Istati Membri jistabbilixxu – f'konformità mal-għażliet ta' politika tagħhom – standards minimi ta' abitabilità u kumdità, ippjanar urban u regoli dwar il-kostruzzjoni speċifiċi u perċentwali tad-dħul massimi, b'xi wħud minnhom jirregolaw iż-żieda fil-prezzijiet tad-djar u anke jistabbilixxu mekkaniżmi biex jipprovdu assistenza soċjali jew għajnuna dwar it-taxxa biex jgħinu f'dik li hija waħda mill-akbar nefqiet tal-familji;

N.

billi, minħabba l-impatt enormi ekonomiku, soċjali u fit-tul tal-kriżi, mhux biss fuq it-tkabbir ekonomiku, ir-rati tal-impjieg u l-livelli tal-faqar u l-esklużjoni, iżda anke fuq l-aċċess għall-akkomodazzjoni u fuq l-investiment fl-akkomodazzjni soċjali fl-UE, tinħtieġ azzjoni urġenti min-naħa tal-Istati Membri u tal-Unjoni biex jiġi ggarantit l-aċċess għal akkomodazzjoni deċenti u affordjabbli; billi, peress li l-akkomodazzjoni hija l-akbar nefqa tal-familji fl-Ewropa, iż-żieda qawwija fil-prezzijiet relatati mal-akkomodazzjoni (il-prezzijiet tal-art, il-prezzijet tax-xiri u l-kera u l-prezzijiet tal-enerġija) tikkawża instabbiltà u ansjetà, u trid titqies bħala tħassib serju; billi, peress li l-qgħad kiber ukoll fl-UE, kif juri l-fatt li r-rata medja għall-UE 27 qabżet l-10,9 % f'Jannar 2013, u billi, fl-istess ħin, il-popolazjzoni tal-Ewropa qed tixjieħ, hemm riskju kbir ta' distakk li jiżdied bejn is-sinjuri u l-foqra, l-esklużjoni soċjali u l-persuni bla dar, bi 80 miljun Ewropew diġà fir-riskju tal-faqar;

O.

billi r-Rom għandhom it-tendenza li jgħixu f'żoni segregati ħafna fejn l-aċċess għal servizzi soċjali u tas-saħħa huwa problematiku;

P.

billi hemm rabtiet ċari bejn akkomodazzjoni ta' livell baxx u nuqqas ta' saħħa tajba: id-dejn ipotekarju huwa assoċjat ma' saħħa mentali li tmur għall-agħar; l-affollament eċċessiv huwa assoċjat ma' problemi psikoloġiċi, tuberkulożi, infezzjonijiet respiratorji, ċansijiet akbar ta' nirien u inċidenti domestiċi; il-fatt li wieħed jgħix f'akkomodazzjoni inadegwata jaffettwa s-saħħa, is-sikurezza u jżid iċ-ċans ta' inċidenti domestiċi; il-fatt li wieħed jgħix f'żona storbjuża huwa assoċjat mal-ipertensjoni u ma' pressjoni ogħla tad-demm; billi nuqqas ta' akkomodazzjoni huwa sors kemm ta' stress kif ukoll ta' dwejjaq li jaffettwaw b'mod ħażin il-kwalità tal-ħajja, is-saħħa u l-benessri;

Q.

billi n-nisa – li 24,5 % minnhom kienu f'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali fl-2010, b'mod partikolari n-nisa b'introjti baxxi, l-ommijiet waħedhom, in-nisa f'impjiegi b'pagi baxxi, in-nisa migranti, ir-romol bi tfal dipendenti u n-nisa li huma vittmi tal-vjolenza domestika – kif ukoll il-familji mmexxija minn mara waħedha bit-tfal, il-familji żgħażagħ, il-familji kbar, l-istudenti, iż-żgħażagħ fil-bidu tal-karrieri tagħhom, il-koppji żgħażagħ qiegħda, il-persuni b'diżabilitajiet, il-persuni b'mard fiżiku jew psikjatriku, il-persuni minn komunitajiet marġinalizzati inklużi r-Rom, u l-anzjani, huma milquta l-aktar min-nuqqas ta' possibilitajiet ta' akkomodazzjoni soċjali affordjabbli u adegwata; billi dawn il-kategoriji huma partikolarment vulnerabbli li jispiċċaw bla dar u sikwit jispiċċaw jgħixu f'akkomodazzjoni ta' livell baxx tas-suq privat, u dan iżid b'mod sostanzjali r-riskju tagħhom ta’ problemi tas-saħħa; billi dawn in-nies sikwit ifittxu soluzzjonijiet alternattivi billi jmorru jgħixu mal-familja, ħbieb jew konoxxenzi, u dan ma jippermettix li ssir analiżi korretta u dokumentazzjoni trasparenti ta' persuni bla dar;

R.

billi l-kriżi ekonomika u l-prezzijiet għoljin tas-suq tal-akkomodazzjoni flimkien inaqqsu l-abbiltà tan-nisa li jiddivorzjaw jew itemmu l-koabitazzjoni, u b'hekk jillimitaw il-libertà tagħhom u jagħmluhom aktar vulnerabbli għall-vjolenza domestika bbażata fuq il-ġeneru;

S.

billi akkomodazzjoni għall-kiri affordjabbli hija essenzjali għaż-żgħażagħ sabiex jieħdu taħriġ vokazzjonali, studji universitarji, apprendistati jew opportunitajiet ta' impjieg;

T.

billi l-Istati Membri jistabbilixxu u jorganizzaw ukoll offerta parallela ta' akkomodazzjoni soċjali li tikkumplimenta l-offerta ġenerata mis-suq privat; billi din l-akkomodazzjoni soċjali hija offruta taħt kundizzjonijiet speċifiċi minn aġenziji mingħajr skop ta' qligħ imwaqqfa speċifikament għal dan l-iskop; billi 25 miljun familja Ewropea qegħdin f'akkomodazzjoni soċjali li r-rekwiżiti ta' ppjanar lokali u reġjonali, ir-regoli tal-aċċess u l-prezzijiet tagħhom huma stabbiliti direttament mill-awtoritajiet pubbliċi fl-Istati Membri; billi, minħabba l-istabbiltà tagħha u l-fatt li l-prezzijiet huma regolati, din l-offerta ta' akkomodazzjoni parallela tgħin b'mod partikolari biex iżżomm iċ-ċikli tas-swieq u l-bżieżaq immobiljari taħt kontroll;

Promozzjoni tar-rwol soċjali u ekonomiku tal-akkomodazzjoni soċjali

1.

Jinnota li, minħabba l-kriżi ekonomika u soċjali attwali, is-suq waħdu huwa dejjem aktar inkapaċi li jissodisfa l-ħtieġa għal djar affordjabbli, b'mod partikolari f'żoni urbani popolati ħafna, u li ż-żieda fil-prezz tal-akkomodazzjoni u tal-enerġija tiffavorixxi r-riskju ta’ mard, faqar u esklużjoni soċjali; jinnota ż-żieda f'diversi Stati Membri fl-għadd ta' evizzjonijiet u ta' proprjetajiet ikkonfiskati mill-banek; iħeġġeġ it-teħid ta' miżuri b'reazzjoni għal dawn l-isfidi; huwa preokkupat kemm dwar l-impatt dirett kif ukoll dwar dak indirett ta' xi miżuri ta' awsterità fil-kuntest tal-kriżi ekonomika u soċjali attwali – bħat-tnaqqis tal-benefiċċji tal-akkomodazzjoni u tas-servizzi soċjali, l-intaxxar ta' min jipprovdi akkomodazzjoni soċjali, il-kanċellazzjoni ta' proġetti ġodda ta' akkomodazzjoni u l-bejgħ ta' partijiet tal-istokkijiet nazzjonali ta' akkomodazzjoni soċjali – li jista' jkabbar ċirku vizzjuż ta' esklużjoni u segregazzjoni soċjali fuq perjodu twil ta' żmien;

2.

Ifakkar li, fil-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal, il-politiki tal-akkomodazzjoni soċjali jiżvolġu rwol importanti permezz tal-qerda tal-faqar fost il-familji u l-prevenzjoni tat-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-iżvantaġġ; jinnota li, fid-dawl tal-bidliet soċjali u demografiċi fl-istruttura tal-familji u ż-żieda fin-numru ta' impjiegi instabbli u prekarji, hemm bżonn akbar ta' akkomodazzjoni affordjabbli anke għal setturi tal-popolazzjoni li huma integrati soċjalment;

3.

Iħeġġeġ il-konformità mal-Artikolu 14 tat-TFUE u l-Protokoll Nru 26 mehmuż miegħu, skont liema l-awtoritajiet pubbliċi huma liberi li jiddeterminaw kif is-settur tal-akkomodazzjoni soċjali huwa organizzat u ffinanzjat u liema tipi ta' familji huma eliġibbli, bl-għan li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni lokali u li jiġi żgurat livell għoli ta' kwalità, sikurezza, affordjabbiltà, trattament ugwali u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-utenti; iqis li dan l-intervent huwa l-mezz li bih l-awtoritajiet pubbliċi jirrispondu għall-fallimenti tas-suq sabiex jiggarantixxu aċċess universali għal akkomodazzjoni diċenti bi prezz konvenjenti f'konformità mal-Artikoli 16, 30 u 31 tal-Karta Soċjali Ewropea;

Lejn Politika ta' Akkomodazzjoni Soċjali Ewropea

4.

Ifakkar lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali li l-infiq fl-akkomodazzjoni soċjali u affordjabbli huwa konformi mad-drittijiet fundamentali, jippermetti l-issodisfar ta' ħtiġijiet soċjali urġenti, u bħala investiment soċjali strateġiku, jgħin b'mod sostenibbli biex jiġu pprovduti impjiegi lokali mhux rilokabbli, tiġi stabbilizzata l-ekonomija billi jitnaqqas ir-riskju tal-bżieżaq immobiljari u tad-dejn eċċessiv tal-familji, tiġi promossa l-mobbiltà tal-ħaddiema, jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima, jiġi miġġieled il-faqar enerġetiku u jittaffew il-problemi tas-saħħa li joriġinaw mill-affollament żejjed u minn kundizzjonijiet ħżiena tal-għajxien; jinsisti, għalhekk, li l-akkomodazzjoni soċjali m'għandhiex titqies bħala spiża li għandha tinqata' iżda bħala investiment li jiġġenera ritorn fuq żmien fit-tul permezz ta' saħħa u benessri soċjali aħjar, aċċess għas-suq tax-xogħol u għoti ta' setgħa lill-persuni, b'mod speċjali lill-anzjani, biex jgħixu ħajja indipendenti;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi qafas ta' azzjoni Ewropew dwar l-akkomodazzjoni soċjali għall-politika tal-akkomodazjzoni b'tali mod li tiġi żgurata konsistenza bejn id-diversi strumenti politiċi li l-UE tuża biex tindirizza din il-kwistjoni (l-għajnuna mill-Istat, il-finanzjament strutturali, il-politika tal-enerġija, l-azzjoni biex jiġu miġġielda l-faqar u l-esklużjoni soċjali, il-politika tas-saħħa);

6.

Jitlob lill-Kummissjoni – abbażi tal-iskambju tal-aħjar prattiki u l-esperjenza bejn l-Istati Membri, u filwaqt li jitqies il-fatt li l-akkomodazzjoni soċajli hija kkonċepita u ġestita b’modi differenti (spiss minħabba l-flessibilità fl-istabbiliment tal-prijoritajiet) fl-Istati Membri, fir-reġjuni u fil-komunitajiet lokali – biex tiċċara d-definizzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali;

7.

Jirrimarka li l-investiment fl-akkomodazzjoni soċjali jifforma parti minn sforzi ta' politika usa' biex jiġu organizzati u ffinanzjati s-servizzi pubbliċi soċjali, tas-saħħa u edukattivi bl-għan li jiġi żgurat li d-drittijiet soċjali bażiċi jistgħu jitgawdew u li jirrispondu għall-bżonnijiet soċjali ġodda u għall-bidliet ekonomiċi ċikliċi;

8.

Jenfasizza l-bżonn li l-investiment soċjali jiġi monitorjat bħala parti minn “patt ta’ investiment soċjali” msawwar fuq il-Patt Euro Plus u mfassal biex tissaħħaħ il-governanza ekonomika u baġitarja tal-Unjoni u li jinkludi l-investiment fl-akkomodazzjoni soċjali; jenfasizza wkoll il-ħtieġa għal miri ta' investiment soċjali li l-Istati Membri għandhom jilħqu bl-għan li jintlaħqu l-objettivi soċjali, edukattivi u tal-impjieg stabbiliti fl-istrateġija Ewropa 2020; jilqa' l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2012, li jenfasizzaw li “l-possibbiltajiet offruti mill-qafas baġitarju eżistenti tal-UE biex il-ħtiġijiet tal-investiment pubbliku produttiv jiġu bbilanċjati mal-objettivi tad-dixxiplina baġitarja jistgħu jiġu sfruttati fil-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir”, u b'hekk jappoġġaw il-validità ta' din il-proposta; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja aktar mill-qrib l-investiment soċjali, billi tuża tabella ta' valutazzjoni bbażata fuq indikaturi tal-investiment fil-livell tal-Istati Membri u tal-UE, li, b'rabta mal-investiment fl-akkomodazzjoni soċjali, tqis il-bidliet fl-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u fin-numru ta' persuni li qed jistennew li jiġu allokati akkomodazzjoni fl-Istati Membri; jistieden ukoll lilll-Istati Membri kollha jirratifikaw il-Karta Soċjali Ewropea riveduta, b'enfasi speċjali fuq l-Artikolu 31;

9.

Huwa tal-fehma li l-organizzazzjonijiet tar-residenti u tal-kerrejja għandhom jiġu involuti fid-definizzjoni tal-istrateġiji tal-akkomodazzjoni li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri;

10.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-innovazzjoni soċjali tiġi appoġġata kemm mill-pjattaforma Ewropea kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali kif ukoll mill-Programm Qafas dwar ir-Riċerka sabiex jiġu analizzati politiki ġodda li għandhom l-għan li jtejbu l-aċċess għall-akkomodazzjoni u jtaffu l-problema ta' persuni bla dar;

11.

Jilqa' l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2011 (COM (2011)0142) li tfittex li timponi restrizzjonijiet fuq ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà residenzjali u b'hekk tikkontrolla d-dejn eċċessiv tal-familji; jitlob dispożizzjonijiet tal-UE dwar l-ipoteki li jinkorporaw l-aħjar prattiki li jkunu favorevoli kemm jista' jkun għall-konsumaturi; iħeġġeġ l-inklużjoni ta' proċeduri għan-negozjar mill-ġdid u l-iskedar mill-ġdid tal-ħlas lura tad-dejn għal individwi u familji li m'għandhomx mnejn iħallsu; jistieden lill-Istati Membri jevitaw li familji żgumbrati jiġu mġiegħla jibqgħu jħallsu lura l-ipoteki tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni b'reazzjoni għat-tbatija soċjali kkawżata lil dawk li huma milquta l-aktar mill-kriżi ekonomika u l-qgħad u li qed jiġu żgumbrati u mċaħħda minn djarhom; jinnota li dan qiegħed iseħħ fl-isfond ta' inizjattivi importanti tal-assistenza pubblika mfassla biex ireġġgħu s-sistema finanzjarja fuq bażi soda; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu ħilithom biex joffru soluzzjonijiet alternattivi għall-evizzjonijiet;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni biex twissi lill-Istati Membri, fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tagħha, meta r-riformi x'aktarx jheddu l-investiment fl-akkomodazzjoni soċjali jew affordjabbli, u biex ma toħroġx rakkomandazzjonijiet fir-rigward tad-daqs tas-settur tal-akkomodazzjoni soċjali fl-Istati Membri individwali; jikkritika l-fatt li, bħala parti mill-programmi ta' konsolidament fiskali u f'konformità ma' rakkomandazzjonijiet speċifiċi magħmula mill-Kummissjoni dwar azzjoni fis-suq tal-akkomodazzjoni, xi Stati Membri qed jagħsru l-kapaċità fis-settur billi jintaxxaw il-fornituri tal-akkomodazzjoni soċjali; barra minn hekk, huwa preokkupat dwar id-definizzjoni restrittiva ta' akkomodazzjoni soċjali mogħtija mill-Kummissjoni fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni, li tindirizza biss il-gruppi żvantaġġati;

13.

Jistieden lill-Kunsill biex isejjaħ laqgħa tal-ministri tal-akkomodazzjoni tal-Istati Membri tal-anqas darba fis-sena biex jiddiskutu l-impatt ta' politiki varji tal-UE dwar il-politika tal-akkomodazzjoni u jiżguraw li l-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tas-settur tal-akkomodazzjoni jkunu integrati b'mod aktar effiċjenti fil-livell tal-UE, bl-involviment ta' partijiet interessati bħall-korpi tal-akkomodazzjoni soċjali, assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-okkupanti u assoċjazzjonijiet li jfittxu li jiffaċilitaw l-aċċess għall-akkomodazzjoni;

14.

Jinnota li definizzjoni ta' akkomodazzjoni soċjali u tal-benefiċjarji għandha tkun ir-riżultat ta' proċess ta' diskussjoni demokratiku sabiex ikunu jistgħu jitqiesu t-tradizzjonijiet differenti tal-Istati Membri;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu importanza akbar lill-akkomodazzjoni u servizzi relatati taħt l-Istrateġija dwar il-Protezzjoni Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali, anke permezz ta' miżuri biex tittaffa l-problema ta' persuni bla dar u titnaqqas l-esklużjoni fl-akkomodazzjoni abbażi ta' indikaturi nazzjonali konġunti u jħeġġu skambji ta' prattika tajba fl-implimentazzjoni effettiva tad-dritt għall-akkomodazzjoni;

16.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex jinkludu l-investiment fl-akkomodazzjoni soċjali fl-objettivi baġitarji tagħhom ta' terminu medju u fit-tul, fil-programmi nazzjonali ta' riforma tagħhom u fl-assi strateġiċi tal-Kuntratt ta' Sħubija 2014-2020; jistieden lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni jimmonitorjaw b'mod aktar effettiv l-implimentazzjoni u l-ilħuq tal-objettivi soċjali tal-istrateġija Ewropa 2020;

17.

Jinnota li l-politiki u l-programmi tal-akkomodazzjoni jeħtieġ jiġu żviluppati b'konsultazzjoni man-nisa b'introjtu baxx u minn kuntesti soċjali differenti sabiex wieħed jara liema politiki jikkorrispondu l-aħjar għall-ħtiġijiet tan-nisa;

Inkoraġġiment tal-investiment biex tingħata spinta lill-impjieg lokali u lill-ekonomija ekoloġika

18.

Jenfasizza r-rwol ekonomiku kontraċikliku tas-settur tal-akkomodazzjoni, u b'mod partikolari tas-settur tal-akkomodazzjoni soċjali permezz tat-tnaqqis tad-dipendenza enerġetika, l-appoġġ mogħti lill-industriji tal-kostruzzjoni u tar-rinnovazzjoni u, għalhekk, lill-impjiegi lokali sostenibbli u mhux rilokabbli, b’mod partikolari minħabba n-natura intensiva fir-rigward tal-ħaddiema tas-settur, l-iżvilupp ta' setturi tal-ekonomija ambjentali bħala parti mill-ekonomija lokali, u l-effetti konsegwenzjali fuq il-bqija tal-ekonomija; għalhekk, jemmen li l-investiment fl-akkomodazzjoni soċjali għandu jitqies mhux biss bħala nefqa iżda anke bħala investiment produttiv; iħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri biex jibdew djalogu mal-industrija tal-kostruzzjoni sabiex jiżviluppaw ambjent tan-negozju aħjar għal, u regolamentazzjoni aħjar ta', l-akkomodazzjoni soċjali, b'enfasi speċjali fuq il-ħolqien ta' miri tal-bini residenzjali, l-arranġament tal-ispejjeż infrastrutturali u l-offerta ta' art għall-iżvilupp;

19.

Jenfasizza l-valur miżjud fuq l-impjieg lokali u l-effett ta' lieva konsiderevoli fuq l-investimenti maħluqa mill-azzjoni diretta tal-fondi strutturali mill-2007 sal-2013 fis-settur tal-akkomodazzjoni soċjali;

20.

Huwa tal-fehma li l-ammonti li għandhom jiġu allokati għall-Fondi ta' Koeżjoni fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għall-2014-2020 m'għandhomx ikunu inqas mill-ammonti fil-QFP attwali, sabiex jiġi ggarantit finanzjament adegwat għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), b'mod partikolari l-prijorità tal-investiment “il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar – appoġġ għar-riġenerazzjoni fiżika u ekonomika ta' komunitajiet urbani u rurali żvantaġġati”;

21.

Jirrikonoxxi li ħafna Stati Membri diġà implimentaw politiki tal-akkomodazzjoni soċjali effettivi, u jemmen li r-rwol tal-UE f'dan il-kuntest għandu jkun li tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattika bejn l-Istati Membri;

22.

Jieħu nota tal-proposti tal-Kummissjoni għall-pakkett leġiżlattiv ta' regolamenti dwar il-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020; jappoġġa l-fatt li l-investiment prijoritarju fl-effiċjenza enerġetika u fl-użu ta’ enerġija rinnovabbli fl-akkomodazzjonijiet soċjali u affordjabbli, kif ukoll proġetti integrati għal żvilupp urban u territorjali sostenibbli, l-aċċess ugwali għall-akkomodazzjoni għall-komunitajiet marġinalizzati, u l-promozzjoni ta’ partijiet interessati soċjali u ta' solidarjetà bħalma huma l-kooperattivi u l-impriżi tal-akkomodazzjoni mingħajr skop ta' qligħ, isir eliġibbli għal appoġġ mill-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni;

23.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-korpi rilevanti kollha jiddedikaw post importanti kemm għall-investimenti fl-akkomodazzjoni soċjali u affordjabbli kif ukoll lit-tisħiħ tas-setturi tal-akkomodazzjoni mingħajr skop ta' qligħ fil-programmi nazzjonali ta’ riforma u fit-tiswir tal-prijoritajiet strateġiċi skont il-ftehimiet ta’ sħubija għall-perjodu 2014-2020, kif ukoll biex ikun żgurat li l-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom jiġu riflessi fil-miżuri ppjanati għall-akkomodazzjoni;

24.

Jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu użu akbar mill-istrumenti tad-dritt privat – bħal arranġamenti ta' kiri fit-tul – biex jiġi ffaċilitat il-provvediment ta' akkomodazzjoni soċjali, billi jitneħħa l-bżonn li tinxtara l-art għal raġunijiet ta' bini, u mill-kontinwazzjoni tas-sjieda individwali tal-akkomodazzjoni soċjali, billi jitħeġġu arranġamenti ta' użufrutt ta' sid il-kera;

25.

Jenfasizza li l-bini residenzjali u kummerċjali jagħmlu bejniethom 40 % tal-konsum finali tal-enerġija u tal-emissjonijiet totali tas-CO2 fl-Ewropa, u li bini ambjentalment sostenibbli jwassal għal tnaqqis fl-ispejjeż u ż-żmien tal-bini, u għal tnaqqis drastiku fl-impatt ambjentali u l-konsum tal-enerġija u, għaldaqstant, fl-ispejjeż tal-ġestjoni relatati mal-akkomodazzjoni;

26.

Jappoġġa baġit adegwat għall-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020, filwaqt li l-politika ta’ koeżjoni tiġi identifikata bħala xprun għall-irkupru; jappoġġa l-konklużjonijiet tal-Patt Ewropew għat-Tkabbir u l-Impjiegi fir-rigward tal-istedina tiegħu lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw u jħaffu r-riallokazzjoni tal-flejjes mhux użati mill-Fondi Strutturali għal proġetti ta’ effiċjenza fl-enerġija u ta’ enerġija rinnovabbli matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013; iqis li s-settur tal-akkomodazzjoni soċjali għandu jibbenefika minn dawn ir-riallokazzjonijiet;

27.

Jistieden lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet ta' ġestjoni tagħhom u lill-Kummissjoni biex jinkludu l-partijiet interessati tal-akkomodazzjoni, l-assoċjazzjonijiet tar-residenti u l-assoċjazzjonijiet għal aċċess għall-akkomodazzjoni fost l-eqreb interlokuturi tagħhom għat-tfassil, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi operattivi; jisħaq fuq l-importanza ta' għodod ġodda tal-iżvilupp integrat (Żvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità u Investiment Territorjali Integrat) għal strateġiji tal-akkomodazzjoni integrati li fihom ikunu meqjusa b'mod prominenti l-organizzazzjonijiet u l-okkupanti tal-akkomodazzjoni soċjali; jemmen li l-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni jridu jagħmlu użu effettiv kemm mill-prinċipju tas-sħubija kif ukoll minn dak tal-governanza f'diversi livelli u li l-Istati Membri jridu jitħeġġu jikkooperaw mal-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jiġu stabbiliti prijoritajiet u jiġi determinat kif għandhom jintużaw il-fondi; iqis li sinerġiji akbar bejn il-Fond Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni jkunu jistgħu jinkoraġġixxu l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni żvantaġġjati jew rurali, filwaqt li jipprevjenu l-iżolament u d-depopolazzjoni tagħhom, u b’hekk jiġu evitati l-effetti negattivi tas-segregazzjoni soċjali u jiġu promossi l-eteroġeneità, il-koeżjoni soċjali u l-ugwaljanza bejn is-sessi;

28.

Jistieden lill-Istati Membri, sabiex jistimolaw kostruzzjoni u rinnovazzjoni ta' standard għoli ta' akkomodazzjoni soċjali u affordjabbli, biex isaħħu jew jiżviluppaw mekkaniżmi speċifiċi ta' finanzjament, kif ukoll biex jinkoraġġixxu, b'mod koordinat, ir-rikors għall-għotjiet tal-programm Orizzont 2020 u l-użu ta’ strumenti finanzjarji u ta’ programmi ta’ għajnuna teknika proposti mill-Fondi Strutturali, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), il-Bank ta' Żvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa u l-Fond Ewropew għall-Effiċjenza Enerġetika (EEEF); jistieden lill-Istati Membri, barra minn hekk, biex isibu modi kif japplikaw ir-regolament modifikat dwar il-FEŻR sabiex jipprovdu l-akkomodazzjoni għall-komunitajiet marġinalizzati;

29.

Jistieden lill-BEI, b'konsultazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, biex iqiegħed enfasi akbar fuq is-settur tal-akkomodazzjoni soċjali u affordjabbli meta jistabbilixxi l-prijoritajiet ta' investiment tiegħu, b'mod partikolari f'dawk l-Istati Membri li m'għandhomx bank pubbliku tal-akkomodazzjoni, filwaqt li jillaxka t-termini li skonthom jawtorizza s-self; jistieden ukoll lill-BEI jiddetermina l-ambitu għall-użu tal-bonds tal-proġetti bħala strument biex tiġi ffinanzjata l-infrastruttura soċjali, bħall-akkomodazzjoni, filwaqt li titqies il-valutazzjoni tal-fażi pilota tiegħu qabel ma jestendih;

30.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jappoġġjaw l-attivitajiet tal-kooperattivi tal-akkomodazzjoni, li huma għodda importanti għax-xiri affordjabbli tal-ewwel dar; jirrimarka li l-kooperattivi huma wkoll għodda effettiva għall-promozzjoni ta' inizjattivi ta' riġenerazzjoni urbana, li joħolqu sinerġiji mal-komunitajiet lokali u li jwaqqfu l-abbandunar tal-bliet żgħar u l-bliet kbar;

31.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi sorsi potenzjali oħra ta' finanzjament lill-Istati Membri għall-iżvilupp u r-rinnovazzjoni tal-istokk tal-akkomodazzjoni soċjali bħala forom ta' investiment soċjali, kif ukoll biex tinkuraġġixxi lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jagħmlu użu effettiv tal-finanzjament Ewropew disponibbli, u biex iżommu r-rati mnaqqsa ta' VAT applikabbli għal tali investiment, minħabba l-intensità qawwija ta’ ħaddiema fis-settur u l-impatt limitat ħafna tiegħu fuq il-kummerċ transfruntier fl-UE; iħeġġeġ li jitqies il-fatt li jiġu applikati l-istess rati ta' VAT għall-akkomodazzjoni soċjali bħal dawk għall-bżonnijiet bażiċi; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimmobilizzaw tfaddil privat kemm sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għall-art kif ukoll biex jinkuraġġixxu l-kostruzzjoni u r-rinnovazzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali;

32.

Jitlob li jiġu implimentati mudelli ta' kooperazzjoni integrati li jlaqqgħu flimkien il-maniġers tal-proġetti, il-fornituri tal-akkomodazzjoni soċjali u l-kumpaniji tal-kostruzzjoni sabiex jippromwovu r-rinnovazzjoni termali tal-akkomodazzjoni soċjali u l-bini ta' akkomodazzjoni soċjali b'konsum baxx tal-enerġija;

33.

Jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Lulju 2012 dwar l-istrateġija tal-kompetittività sostenibbli fis-settur tal-kostruzzjoni u tal-intrapriżi tiegħu (COM(2012)0433); huwa tal-fehma li, minbarra inċentivi ta' taxxa u appoġġ finanzjarju biex tingħata spinta lill-kompetittività ta' dan is-settur u l-innovazzjoni fih, miżuri għat-titjib tal-livelli ta' ħiliet tal-ħaddiema huma essenzjali jekk irridu nissodisfaw l-isfidi marbuta mal-ħolqien ta' Ewropa effiċjenti fl-użu ta' riżorsi u ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, u jekk irridu nilħqu l-objettivi stipulati fid-Direttivi dwar l-effiċjenza fl-enerġija (2012/27/UE) (39) u dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija UE (2010/31/UE) (40);

34.

Jistieden lill-Kummissjoni biex taħdem aktar mill-qrib mal-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali relevanti bil-għan li jitfasslu previżjonijiet fuq tul ta' żmien medju u twil tal-ħiliet meħtieġa mis-suq tax-xogħol; jistieden lill-partijiet interessati relevanti biex jimmonitorjaw xejriet tal-impjieg bl-għan li t-taħriġ professjonali bażiku u t-tagħlim matul il-ħajja jsiru aktar relevanti; jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali relevanti sabiex jadattaw malajr is-sistemi ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ vokazzjonali tagħhom, inklużi l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, filwaqt li jiġi inkorporat il-kunċett tal-ekonomija sostenibbli, u biex jiġi żgurat l-aċċess għal programmi ta' iżvilupp tal-ħiliet sabiex ikun aktar faċli għaż-żgħażagħ li jiksbu aċċess għal impjiegi “ekoloġiċi” u industriji “ekoloġiċi” ġodda; jirrimarka li l-promozzjoni ta' impjiegi ekoloġiċi tista' toħloq opportunitajiet ta' kwalità u ta' impjieg sostenibbli, tittratta l-faqar u l-esklużjoni soċjali kif ukoll tiżgura s-servizzi ta' appoġġ tal-impjiegi;

35.

Jinnota li dan is-settur “ekoloġiku” jista' jipprovdi firxa ta' opportunitajiet ta' impjieg differenti, li jvarjaw minn xogħlijiet bażiċi u li jirrikjedu inqas kwalifiki għal impjiegi bi kwalifiki għoljin fis-settur tal-għarfien; f'dan ir-rigward:

jinnota r-rwol importanti tal-SMEs fil-provvediment ta' tali impjieg fl-ekonomija ekoloġika, u jenfasizza l-potenzjal għall-SMEs li joffru taħriġ tax-xogħol, apprendistati u skemi ta' outreach lokali, li jistgħu jipprovdu opportunitajiet ta' impjieg għal individwi soċjalment żvantaġġati;

jistieden lill-Istati Membri biex jivvalutaw il-fattibilità tal-fondi ta' tranżizzjoni biex jiġu ġestiti l-bżonnijiet tal-ħiliet;

jistieden lill-Kummissjoni biex tinkorpora fil-qafas għat-tagħlim matul il-ħajja d-disa' kompetenza ewlenija relatata mal-ambjent, it-tibdil fil-klima u l-iżvilupp sostenibbli;

jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jużaw il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) sabiex jinvestu fil-ħiliet, l-impjieg, it-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid vokazzjonali, u b'mod partikolari l-professjonijiet “ekoloġiċi”, bħar-rinnovazzjoni termali tal-bini;

jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġaw l-emerġenza ta' individwi u korpi li għandhom il-ħiliet li jindirizzaw l-aspetti soċjali u tekniċi tal-iffrankar tal-enerġija, bħall-membri tal-professjonijiet li jipprovdu rabta bejn il-lat soċjali u dak tekniku, u sforzi biex jitħarrġu membri tal-professjonijiet tekniċi li jieħdu approċċ aktar soċjali għall-kwistjoni tal-effiċjenza enerġetika u viċe versa;

36.

Jilqa' l-Pakkett ta' Investiment Soċjali li bih il-Kummissjoni toffri linji gwida għall-Istati Membri biex ifittxu aktar politiki soċjali effiċjenti u effettivi mmirati għat-tkabbir u l-koeżjoni;

37.

Jinnota li dawn l-investimenti fl-akkomodazzjoni soċjali huma parti mill-politiki usa' biex jorganizzaw u jiffinanzjaw l-għoti ta' servizzi pubbliċi soċjali u tas-saħħa u servizzi tal-edukazzjoni, fi sforz biex in-nies ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet soċjali fundamentali tagħhom u biex ikunu lesti għall-bżonnijiet soċjali li dejjem jinbidlu;

Il-ġlieda kontra l-faqar u l-promozzjoni tal-inklużjoni u l-koeżjoni soċjali

38.

Ifakkar li r-rikonoxximent u l-kisba tad-dritt għall-akkomodazzjoni jaffettwaw il-kisba sħiħa tad-drittijiet fundamentali l-oħra, inklużi d-drittijiet politiċi u soċjali; jirrimarka li huwa l-Istat Membru jew l-awtorità pubblika kkonċernata li huma responsabbli biex dan id-dritt għall-akkomodazzjoni jsir realtà, billi jtejbu, permezz tal-politiki u l-programmi tagħhom, l-aċċess universali għall-akkomodazzjoni, b'mod partikolari għal persuni żvantaġġati, billi jipprovdu biżżejjed djar adegwati, nodfa u affordjabbli;

39.

Jistieden lill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali twettaq studju li jivvaluta l-effettività u skont liema kundizzjonijiet l-implimentazzjoni tad-dritt għall-akkomodazzjoni u l-assistenza dwar l-akkomodazzjoni huwa implimentat fl-Istati Membri, bl-involviment tal-partijiet interessati fil-proċess; jistieden lill-Aġenzija tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki fl-implimentazzjoni effettiva tad-drtitt għall-akkomodazzjoni għal gruppi partikolarment vulnerabbli, inklużi l-persuni bla dar; jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi tali attivitajiet fil-Pakkett tal-Investiment Soċjali;

40.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jappoġġaw u jippromwovu skambji innovattivi tal-aħjar prattiki biex jitħares id-dritt għall-akkomodazzjoni għal gruppi partikolarment vulnerabbli u marġinalizzati, b'attenzjoni partikolari għall-ġlieda kontra l-vjolenza domestika; jinnota b’dispjaċir li l-vittmi tal-vjolenza domestika sikwit ikollhom tendenza akbar li jibqgħu f'ambjent ta' abbuż jekk finanzjarjament ma jkunux jistgħu jsibu akkomodazzjoni xierqa; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu servizzi soċjali integrati għall-familji li jkunu vittmi tal-vjolenza domestika;

41.

Jistenna li l-Kummissjoni teżamina sa liema punt l-appoġġ dirett permezz ta' allowances għall-akkomodazzjoni, jew l-appoġġ indirett permezz tal-akkomodazzjoni soċjali nnifsha, hija miżura aktar effettiva biex tiġi provduta akkomodazzjoni affordjabbli għal gruppi soċjali li ma jistgħux ikopru l-bżonnijiet ta' akkomodazzjoni tagħhom fis-suq tal-akkomodazzjoni;

42.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Eurofound iwettqu studju fl-2014, bħala parti mill-programm ta' ħidma tal-2014 tal-Aġenzija, dwar l-ispiża fil-każ li ma jsir xejn dwar l-akkomodazzjoni inadegwata;

43.

Jinnota bi tħassib il-fatt li ħafna Stati Membri, li jaffaċċjaw żbilanċi baġitarji, qed jissospendu operazzjonijiet, programmi u azzjonijiet (pereżempju, is-sussidji għall-kiri u dawk ipotekarji) imfassla biex jiffaċilitaw l-akkwist ta' dar, filwaqt li, fl-istess ħin, qed iżidu b'mod sproporzjonat it-taxxi fuq il-proprjetà f'nofs kriżi ekonomika akuta, u b'hekk qed iħallu ħafna sezzjonijiet tas-soċjetà vulnerabbli għall-faqar u t-tiċħid;

44.

Jistieden lill-Istati Membri jwettqu analiżijiet tal-impatt soċjali, b'enfasi fuq analiżijiet imsejsa fuq il-ġeneru u fuq l-unitajiet domestiċi, bħala parti mill-politiki u l-programmi kollha tal-akkomodazzjoni soċjali, filwaqt li b'mod partikolari titqies id-disparità bejn il-ġeneri fl-introjtu u r-riżorsi finanzjarji; jenfasizza li d-data statistika kollha trid tiġi diżaggregata skont il-ġeneru u t-tip ta' unità domestika, u li tinħtieġ aktar riċerka biex jiġi aċċertat bl-eżatt kif il-politiki tal-akkomodazzjoni jistgħu jappoġġaw individwi u gruppi f'sitwazzjoni vulnerabbli, bħan-nisa (filwaqt li jitqies ir-rwol multiplu tan-nisa bħala ġenituri waħedhom u dawk li jindokraw lill-membri tal-familja u lill-persuna b'diżabilità), il-familji, iż-żgħażagħ, il-persuni b'diżabilità u l-anzjani;

45.

Jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom ifasslu politiki integrati għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali kif ukoll għall-iżgurar ta' aċċess universali għal akkomodazzjoni deċenti, sana u affordjabbli; jissuġġerixxi li dawn il-politiki jinkludu l-miżuri li ġejjin:

l-appoġġ speċifiku għal akkomodazzjoni soċjali u “soċjali ħafna” ta’ kwalità tajba u sana, b'mod partikolari billi jiġu stabbiliti kwoti minimi ta' akkomodazzjoni soċjali fejn ikun relevanti, bħal żoni b'densità għolja ta' popolazzjoni fejn id-domanda hija l-ogħla, billi dan jinkuraġġixxi d-diversità;

l-istabbiliment ta' standards minimi ċari u ta' kwalità tal-akkomodazzjoni, b'mod partikolari għall-akkomodazzjoni soċjali;

rabtiet bejn programmi u politiki ta' espansjoni tal-akkomodazzjoni soċjali għall-aċċess għal servizzi pubbliċi essenzjali oħra u servizzi ta' interess ġenerali, bħall-kostruzzjoni ta' faċilitajiet pubbliċi soċjali u tal-kura tas-saħħa, kulturali u sportivi (bħala parti minn strateġija integrata lokali), u biex l-espansjoni urbana tinżamm skont il-linji gwida tal-Kummissjoni biex jintlaħaq l-objettiv ta' teħid nett żero ta' art sal-2050;

jinstab rimedju għad-diffikultajiet frekwenti ta’ aċċess għal akkomodazzjoni diċenti għall-popolazzjonijiet l-iktar vulnerabbli bħall-migranti u ż-żgħażagħ;

skemi li jirrinforzaw id-dritt li wieħed iżomm art jew proprjetà;

it-tħejjija ta' programmi speċifiċi għall-persuni bla dar abbażi ta' valutazzjonijiet tas-sitwazzjoni lokali, filwaqt li jitqies il-mudell tal-European Typology of Homelessness and Housing Excusion (ETHOS) biex jitkejjel il-kobor tal-esklużjoni soċjali marbuta mal-akkomodazzjoni, marbuta ma' miżuri ta' appoġġ soċjali kif ukoll kif adattati għas-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa, filwaqt li titqiegħed enfasi partikolari fuq l-akkomodazzjoni u l-assistenza fit-tul għall-persuni vulnerabbli u l-komunitajiet marġinalizzati, pjuttost milli biss fuq il-provvediment ta' akkomodazzjoni temporanja;

il-promozzjoni u l-finanzjament ta' programmi ta' “self-building”;

46.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li kull ċittadin ikun jista’ jaffordja akkomodazzjoni billi jibbażaw iż-żieda fil-kera fuq sistema oġġettiva li tiżgura żidiet moderati fil-prezzijiet tal-proprjetà u billi jadattaw il-politika tat-taxxi biex tillimita l-ispekulazzjoni;

47.

Jistieden lill-Kummissjoni biex timplimenta mingħajr dewmien ir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar Strateġija tal-UE għall-Persuni Mingħajr Dar;

48.

Jenfasizza li l-aspetti differenti tal-kundizzjoni ta’ nuqqas ta’ dar fost in-nisa jridu jiġu indirizzati b'mod olistiku u għandhom jiffurmaw parti integrali mill-oqfsa tal-politika kollha tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iwettqu valutazzjonijiet tal-impatt rigward il-ġeneru, jimmonitorjaw is-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa bla dar, jippromwovu proġetti ambjentali ta' għajxien assistit u l-bini ta' akkomodazzjoni affordjabbli, adattata u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, u jinkludu l-familji ta’ klassi medja – li sikwit huma esklużi minn skemi ta’ dan it-tip – fi programmi ta' akkomodazzjoni soċjali peress li dawn, bħal unitajiet domestiċi oħra, jistgħu jġarrbu nuqqasijiet materjali minħabba l-kriżi ekonomika;

49.

Jitlob li jiġu implimentati mudelli ta' kooperazzjoni integrati li jlaqqgħu flimkien is-servizzi soċjali u tas-saħħa, jappoġġaw is-servizzi għal persuni żvantaġġati u l-fornituri tal-akkomodazzjoni soċjali u l-assoċjazzjonijiet relevanti bħala parti mill-isforzi tagħhom biex jgħinu lill-persuni vulnerabbli li qed ifittxu akkomodazzjoni u dawk li diġà għandhom akkomodazzjoni;

50.

Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet relevanti biex jallokaw fondi strutturali għall-akkomodazzjoni għal komunitajiet marġinalizzati, b'mod partikolari fis-settur tal-akkomodazzjoni soċjali, billi dan jiġi inkluż bħala prijorità fil-programmi operattivi tagħhom; għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali biex iżidu l-iskambji tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet lokali abbażi ta' kriterji komuni u trasparenti;

51.

Jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-awtoritajiet relevanti tagħhom jinvestu fil-kostruzzjoni u r-ristrutturar mill-ġdid ta' akkomodazzjoni soċjali affordjabbli sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ta' djar imġarrfa u r-riskji tas-saħħa mistennija, id-diversi strutturi tal-familja, il-popolazzjoni li qed tixjieħ, l-anzjani dipendenti li jagħżlu li jibqgħu fi djarhom, il-ħtiġijiet speċifiċi tal-persuni diżabbli u taż-żgħażagħ, partikolarment f'termini ta' akkomodazzjoni u mobilità professjonali; jirrakkomanda li l-fondi strutturali jintużaw għal dawn ir-raġunijiet fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss (2014 – 2020); huwa tal-fehma li miżuri ta' appoġġ soċjali fir-rigward tal-aċċess għal akkomodazzjoni jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' impjiegi fis-settur tas-saħħa (“white jobs”), li huma essenzjali jekk irridu nissodisfaw l-isfidi soċjali attwali u futuri, bħall-popolazzjoni li qed tixjieħ; jisħaq fuq ir-rwol pożittiv li jista' jkollhom il-Fondi Ewropej ta' Intraprenditorija Soċjali fir-rigward tal-proġetti tal-appoġġ u l-integrazzjoni soċjali permezz ta' proġetti ta' akkomodazzjoni;

52.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jimplimentaw miżuri ta' inċentiv effettivi, fuq il-bażi tal-previżjonijiet tal-bżonnijiet tal-akkomodazzjoni, sabiex jiġi miġġieled il-fenomenu ta' djar li jibqgħu vojta fuq tul ta' żmien, b'mod partikolari f'żoni problematiċi, bl-għan li tiġi trattata l-ispekulazzjoni tal-proprjetà u li dawn il-proprjetajiet jiġu konvertiti f'akkomodazzjoni soċjali;

53.

Jenfasizza l-importanza ta' sistema ta' klassifikazzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-akkomodazzjoni li tipprovdi valutazzjoni msejsa fuq is-saħħa ta' perikli relatati mal-akkomodazzjoni;

54.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet relevanti biex jissimplifikaw il-proċess ta' applikazzjoni għal akkomodazzjoni soċjali u biex jagħmlu l-allokazzjoni tad-djar aktar ġusta, trasparenti u imparzjali, skont iċ-ċirkustanzi soċjali, ekonomiċi u kulturali speċifiċi ta' kull Stat Membru, bl-għan li tiġi eliminata d-diskriminazzjoni u li jiġi evitat kull “effett ta' evitar” għal gruppi partikolarment vulnerabbli, fenomenu li għandu l-effett li jaggrava s-segregazzjoni spazjali residenzjali u li joħloq il-getti; jiġbed l-attenzjoni, f'dan ir-rigward, għall-pertinenza tal-arranġamenti użati f'xi Stati Membri, bħal lista ta' kriterji tal-allokazzjoni definiti legalment, preċiżi u trasparenti biex jitħeġġeġ it-taħlit soċjali, l-applikazzjonijiet anonimi għal djar soċjali, ir-reklamar ta' proprjetajiet vojta, l-introduzzjoni ta' sistemi ta' klassifikazzjoni għal applikazzjonijiet tal-akkomodazzjoni, is-separazzjoni ċara bejn il-korpi li jiddeterminaw il-kriterji u dawk li jallokaw id-djar, u arranġamenti ta' governanza xierqa għall-allokazzjoni tad-djar sabiex jitħeġġeġ it-taħlit soċjali b'mod wiesa';

55.

Jenfasizza l-isfidi marbuta mat-tixjiħ tal-popolazzjoni u l-ħtieġa li jiġi pprovdut aċċess għal akkomodazzjoni adegwata, deċenti u aċċessibbli għan-numru dejjem jikber ta' anzjani fl-UE; jinnota t-tifqir dejjem jikber tal-anzjani fl-Istati Membri kollha u, għaldaqstant, jitlob li fis-Sħubija Ewropea għal Innovazzjoni (EIP) dwar it-tixjiħ attiv u b'saħħtu, li tikoordina r-riċerka f'dan il-qasam, jiġu inklużi miżuri affordjabbli li huma mfassla b'mod speċifiku biex jiżguraw li l-anzjani jkunu jistgħu jibqgħu fi djarhom għal żmien twil kemm jista' jkun; jinnota, f'dan ir-rigward, li azzjoni biex tittejjeb l-aċċessibbiltà attwali għall-akkomodazzjoni hija mod relevanti biex titnaqqas l-esklużjoni soċjali permezz ta' miżuri biex tissaħħaħ l-indipendenza tagħhom; għalhekk, jistieden lill-Istati Membri biex jinkludu fir-riformi nazzjonali tagħhom element speċifiku ddedikat għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet affordjabbli biex l-anzjani jkunu jistgħu jibqgħu f'darhom sakemm huwa possibbli, filwaqt li jitqies li l-kundizzjonijiet imtejba għall-aċċess għall-istokk eżistenti ta' djar huwa mixtieq, filwaqt li n-nies jiġu megħjuna jibqgħu fil-postijiet ta' residenza tagħhom u ssir aktar faċli għalihom li jerġgħu jakkwistaw ħajja soċjali billi tingħata spinta lill-indipendenza personali tagħhom;

56.

Jirrimarka li l-akkomodazzjoni soċjali għandha tkun strutturata biex jiġu evitati kemm il-ġentrifikazzjoni kif ukoll il-gettoizzazzjoni; jitlob inċentivi finanzjarji, meta jkun relevanti, bl-għan li jiġi żviluppat spazju għall-akkomodazzjoni privata u soċjali komuni u mħallta biex tiġi evitata s-segregazzjoni soċjali;

57.

Jagħti importanza partikolari lill-isforzi tal-Unjoni Ewropea biex tappoġġja lill-klassijiet soċjali żvantaġġati, partikolarment fir-rigward tal-provvediment ta' akkomodazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-iżbilanċi soċjali eżistenti fl-Ewropa u partikolarment fil-pajjiżi li ngħaqdu reċentement mal-UE;

58.

Jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-awtoritajiet relevanti jieħdu passi biex itejbu l-aċċess għal akkomodazzjoni affordjabbli billi jżidu l-ammont u l-kwalità ta' djar soċjali affordjabbli u billi jiżviluppaw l-integrazzjoni tagħhom mas-servizzi soċjali u tal-kura bbażati fuq il-komunità, filwaqt li jintużaw l-FSE u fondi strutturali oħra biex jilħqu dan ir-riżultat;

59.

Jenfasizza li l-akkomodazzjoni soċjali għandha, meta tkun ikkoordinata mal-kura effettiva bbażata fuq il-komunità u servizzi soċjali oħra, tgħin biex tiżviluppa kapaċità ta' għajxien personali indipendenti, filwaqt li tgħin lil dawk li huma soċjalment vulnerabbli jew żvantaġġati biex jgħaddu mit-tranżizzjoni għal stil ta' ħajja aktar indipendenti, b'inqas dipendenza fuq il-welfare u awtonomija personali akbar;

60.

Jistieden lill-awtoritajiet pubbliċi u privati relevanti biex sistematikament jinkludu fis-sistemi tat-taħriġ għall-inġinerija, l-arkitettura, l-ippjanar urban u l-kostruzzjoni moduli dwar l-aċċessibilità tal-ambjent mibni u dwar “Disinn għal Kulħadd”;

61.

Jiddispjaċih dwar ix-xejra globali ta' restrizzjoni tal-provvediment ta' akkomodazzjoni soċjali, u jistieden lill-Istati Membri biex jinkludu l-grupp sikwit eskluż tal-familji tal-klassi medja fil-programmi tal-akkomodazzjoni soċjali għax jista' jsofri minn tiċħid materjali daqs familji oħrajn minħabba l-kriżi ekonomika;

62.

Rigward l-impenn tal-Unjoni għall-iżvilupp urban sostenibbli u integrat, b'mod partikolari għall-akkomodazzjoni soċjali, bħala mezz effettiv biex jiġu integrati ż-żoni problematiċi fl-ambjent urban tal-madwar u t-trattament tal-faqar u l-esklużjoni soċjali; għalhekk, jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet relevanti biex jagħmlu użu akbar mill-fondi strutturali (il-FEŻR, il-FSE), u mill-BEI u soluzzjonijiet finanzjarji oħra, b'mod integrat, u biex jiffaċilitaw il-koordinazzjoni u s-sinerġiji bejniethom; huwa tal-fehma li l-fatt li r-residenti jingħataw rwol xieraq u setgħa akbar fit-teħid tad-deċiżjonijiet qabel u matul il-bini u r-rinnovazzjoni tad-djar soċjali jgħin biex tingħata spinta lill-integrazzjoni u l-koeżjoni soċjali;

63.

Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq studju dwar l-effettività tal-mudelli tal-investiment għall-impatt soċjali fis-settur tal-akkomodazzjoni soċjali, filwaqt li tiffoka fuq il-benefiċċji potenzjali tal-fondi strutturali meta użati bħala strumenti ta' finanzjament, u possibilment meta marbuta ma' sorsi oħra ta' finanzjament, sabiex tingħata spinta lill-investiment ta' impatt soċjali, bħal permezz tal-ħolqien ta' impjiegi lokali fl-ekonomija ekoloġika, jew impjiegi għaż-żgħażagħ, u permezz tal-inklużjoni soċjali permezz tal-provvediment ta' akkomodazzjoni għal gruppi marġinalizzati;

64.

Jinnota b'dispjaċir li l-vittmi tal-vjolenza domestika sikwit ikollhom tendenza akbar li jibqgħu f'ambjent ta' abbuż jekk ikunu jiddependu finanzjarjament fuq min jabbuża minnhom u għalhekk ma jkunux jistgħu jfittxu akkomodazzjoni separata u xierqa għalihom infushom; jitlob, għaldaqstant, li l-UE tippromwovi politiki, programmi u finanzjament sensittivi għall-ġeneri bl-għan li jżidu d-disponibbiltà ta' akkomodazzjoni sikura u affordjabbli għall-vittmi tal-vjolenza domestika, u jistieden lill-Istati Membri jsibu soluzzjonijiet affordjabbli għal forom alternattivi ta' akkomodazzjoni ta' emerġenza u temporanja u jżidu l-għadd ta' ċentri ta' akkoljenza u ta' riabilitazzjoni għall-vittmi, kif ukoll servizzi soċjali oħra relatati bħal servizzi integrati għall-familji (i.e. ċentri tal-ġustizzja tal-familja);

65.

Ifakkar li fl-2009 l-għadd ta' ommijiet waħedhom kien seba' darbiet akbar mill-għadd ta' missirijiet waħedhom; huwa tal-fehma, għaldaqstant, li l-ommijiet waħedhom – flimkien ma’ gruppi jew individwi vulnerabbli oħra bħall-ġenituri waħedhom, il-familji żgħażagħ, il-familji kbar, iż-żgħażagħ fil-bidu tal-karrieri professjonali tagħhom, in-nisa migranti, il-persuni b'diżabilitajiet u l-anzjani – għandhom jingħataw prijorità fl-allokazzjoni ta' akkomodazzjoni soċjali; jinnota li meta bdiet il-kriżi ekonomika, din kellha impatt akbar fuq l-irġiel milli fuq in-nisa, iżda li, hekk kif il-kriżi marret għall-agħar, ir-rata tal-qgħad tan-nisa kienet aktar minn dik tal-irġiel;

Ġlieda kontra l-faqar enerġetiku

66.

Huwa preokkupat li l-inċidenza li qed tikber tal-faqar enerġetiku, li jolqot bejn 50 u 125 miljun Ewropew, u li huwa kkawżat prinċipalment minn taħlita ta' introjti baxxi tal-familji, tisħin u iżolazzjoni ta' kwalità baxxa u spejjeż tal-enerġija għoljin b'mod sproporzjonat;

67.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tadotta Komunikazzjoni dwar il-Ġlieda Kontra l-Faqar Enerġetiku li tħeġġeġ lill-Istati Membri jintroduċu definizzjoni tal-faqar enerġetiku bbażata fuq parametri komuni iżda aġġustati għal kull Stat Membru biex jitqiesu ċ-ċirkustanzi nazzjonali speċifiċi; itenni li l-affordjabbiltà tal-akkomodazzjoni għandha titqies mhux biss f'termini ta' pagamenti tal-kera iżda anke f'termini ta' kontijiet tal-fjuwil assoċjati; huwa tal-fehma, madankollu, li l-faqar enerġetiku ma jistax jitqies biss f'termini tan-nefqa fuq l-enerġija u tal-prezzijiet tal-enerġija billi għandu wkoll dimensjoni kwalitattiva marbuta mal-imġiba u d-drawwiet ta' konsum tal-persuni;

68.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-approfondiment tas-suq intern tal-enerġija jimxi id f'id ma' miżuri li jipproteġu l-konsumaturi vulnerabbli;

69.

Jemmen li d-dritt tal-aċċess għall-enerġija huwa essenzjali għal ħajja dinjituża; jistieden lill-Istati Membri jirfinaw id-definizzjoni tagħhom ta' “akkomodazzjoni deċenti” biex tinkludi l-istandards dwar l-effiċjenza enerġetika; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiġġieldu kontra l-faqar enerġetiku, b'mod partikolari permezz tar-regolaturi tal-enerġija tas-settur pubbliku, u biex jadottaw miżuri integrati, abbażi ta’ awditi tal-enerġija lokali, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat, inklużi:

l-istabbiliment ta' skemi finanzjarji speċifiċi rigward l-ispejjeż tal-enerġija għall-familji l-iktar vulnerabbli (bħall-ipprezzar ġust tal-enerġija, l-appoġġ ta' darba jew bħala parti minn assistenza soċjali oħra, azzjoni biex jiġi evitat in-nuqqas ta' ħlas tal-kontijiet u l-protezzjoni kontra l-qtugħ tal-provvisti);

l-istabbiliment ta' fondi reġjonali jew nazzjonali speċifiċi biex jitnaqqas il-faqar enerġetiku, li jistgħu jiġu ffinanzjati permezz ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-fornituri tal-enerġija li tirrifletti l-obbligu tagħhom li jnaqqsu l-konsum f'konformità mad-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija;

l-appoġġ għal inċentivi u miżuri istruttivi biex jgħinu lir-residenti jnaqqsu l-konsum ta' enerġija;

l-użu ta' lievi finanzjarji effettivi fit-tul biex il-bini residenzjali jsir aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija, kemm fiż-żoni urbani kif ukoll f'dawk rurali, filwaqt li jiġi żgurat li dan ma jwassalx għal żieda sinifikanti fl-ispejjeż tal-akkomodazzjoni għall-kerrejja ladarba jkun tqies it-tifdil enerġetiku; jistieden lill-Kummissjoni tikkoordina dawn l-isforzi u tistudja l-possibilità li tintroduċi miżuri ta' inċentiv;

70.

Jinnota li s-settur tal-akkomodazzjoni huwa fost dawk li joffru l-akbar potenzjal għat-tifdil enerġetiku; jenfasizza li, fil-perjodu medju u fit-tul, sakemm l-ispejjeż biex l-akkomodazzjoni ssir aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija ma jegħlbux it-tifdil enerġetiku li jkun sar, miżuri ta' effiċjenza enerġetika għandhom qabel kollox iservu biex tiżdied il-kapaċità tal-akkwist tal-familji u biex tittejjeb il-kwalità tal-ħajja tagħhom; jenfasizza li dawn il-miżuri jwasslu wkoll għal tnaqqis fl-emissjonijiet tal-karbonju, joħolqu l-impjiegi, jappoġġaw l-ekonomija lokali u jnaqqsu n-nefqa fuq il-kura tas-saħħa;

71.

Jenfasizza b'mod partikolari l-benefiċċji potenzjali ta' skemi ta' sussidju għall-installazzjoni ta' sistemi ta' effiċjenza enerġetika u ta' ġenerazzjoni ta' mikroenerġija rinnovabbli fl-akkomodazzjoni soċjali, li jippermettu li jsir tifdil fil-kontijiet tal-fjuwil u li l-profitti tal-enerġija ġġenerata jitqassmu b'mod ġust bejn il-kerrejja u l-assoċjazzjoni jew is-sid tal-akkomodazzjoni, li jirriżulta f'kontijiet aktar baxxi għall-kerrejja filwaqt li s-sidien ikollhom fondi addizzjonali għal aktar ristrutturar u titjib fl-istokk tal-akkomodazzjoni ġenerali;

72.

Jemmen li miżuri ta' effiċjenza enerġetika biex jindirizzaw il-faqar enerġetiku jistgħu jgħinu wkoll fil-prevenzjoni ta' problemi tas-saħħa (bħal kundizzjonijiet respiratorji u kardjovaskulari, allerġiji, ażma, avvelenament mill-ikel u mill-monossidu tal-karbonju, u impatti fuq is-saħħa mentali);

73.

Itenni l-importanza ta' programmi maħsuba biex itejbu l-prestazzjoni enerġetika sabiex tiżdied l-affordjabbiltà tal-akkomodazzjoni soċjali u l-akkomodazzjoni fis-settur privat; jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tiċċara l-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-fondi nazzjonali u tal-UE għal ristrutturar u investimenti bħal dawn, u li titħalla flessibilità, kull fejn ikun possibbli, biex jiġi żgurat li investimenti bħal dawn minn assoċjazzjonijiet tal-akkomodazzjoni u sidien privati jistgħu jibbenefikaw mill-aktar flussi ta' finanzjament xierqa sabiex jintlaħaq dan l-objettiv doppju – soċjali u ambjentali – mingħajr ma jinkisru r-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni;

74.

Jilqa' l-fatt li miżuri għall-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u l-użu tal-enerġija rinnovabbli fl-akkomodazzjoni se jkunu eliġibbli taħt il-FEŻR u l-Fondi ta' Koeżjoni fil-perjodu 2014-2020; iħeġġeġ lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom u lis-sħab rilevanti kollha biex jagħmlu użu mill-FEŻR u l-Fondi ta' Koeżjoni biex jiffinanzjaw miżuri biex tittejjeb il-prestazzjoni enerġetika, filwaqt li tingħata prijorità lill-familji li huma l-aktar milquta mill-faqar enerġetiku;

75.

Jenfasizza li l-fornituri tal-enerġija għandhom rwol x'jiżvolġu f'termini ta' prevenzjoni u soluzzjoni tat-tilwim, b'mod partikolari billi jinstallaw arloġġi intelliġenti, joħolqu dipartimenti tas-servizz tal-klijenti u jtejbu t-trasparenza tal-prezzijiet;

76.

Jistieden lill-Istati Membri jużaw kampanji ta' informazzjoni biex jiżguraw li l-familji jkunu informati aħjar dwar l-importanza ta' konsum ta' riżorsi aktar responsabbli u dwar l-għotjiet li huma eleġibbli għalihom skont il-miżuri ta' appoġġ soċjali rilevanti, u jniedu kampanji ta' taħriġ biex jissensibilizzaw lill-professjonisti tas-servizzi soċjali, b'mod partikolari, dwar kwistjonijiet ta' faqar enerġetiku;

77.

Jitlob lill-Istati Membri jfasslu bażijiet ta' data nazzjonali dwar il-faqar enerġetiku;

o

o o

78.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlamenti u l-Gvernijiet tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12.

(3)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 33.

(4)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 8.

(5)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.

(6)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2011)0495.

(8)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 12.

(9)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(10)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 1.

(11)  ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1.

(12)  ĠU C 169 E, 15.6.2012, p. 66.

(13)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(14)  Testi adottati, P7_TA(2011)0494.

(15)  http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=738&langId=en&pubId=7315.

(16)  http://epp.eurostat.ec.europa.eu/cache/ITY_PUBLIC/3-08022012-BP/EN/3-08022012-BP-EN.PDF.

(17)  http://www.eurofound.europa.eu/publications/htmlfiles/ef1264.htm.

(18)  http://www.eurofound.europa.eu/pubdocs/2011/891/mt/1/EF11891MT.pdf.

(19)  http://www.eurofound.europa.eu/pubdocs/2012/021/mt/1/EF12021MT.pdf.

(20)  ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3.

(21)  http://curia.europa.eu/juris/document/document.jsf?doclang=MT&text=&pageIndex=0&part=1&mode=DOC&docid=135024&occ=first&dir=&cid=3457475.

(22)  ĠU L 298, 7.11.2008, p. 20.

(23)  Il-Kunsill tal-UE, it-3053 laqgħa tal-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur, Brussell, 6 ta' Diċembru 2010.

(24)  Rapport tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali lill-Kunsill, il-Kunsill tal-UE, 6624/11 ADD 1 SOC 135 ECOFIN 76 SAN 30, 18 ta' Frar 2011.

(25)  Rapport tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali lill-Kunsill, il-Kunsill tal-UE, 6500/10 SOC 115 ECOFIN 101 FSTR 8 EDUC 31 SAN 33, 15 ta' Frar 2010.

(26)  EESC, 597/2012-TEN/484, 13 ta' Diċembru 2012.

(27)  CoR 71/2011 final, ECOS-V/014 https://toad.cor.europa.eu/CORWorkInProgress.aspx.

(28)  Testi adottati, P7_TA(2012)0419.

(29)  ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 57.

(30)  ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 120.

(31)  ĠU C 308 E, 20.10.2011, p. 116.

(32)  ĠU C 70 E, 8.3. 2012, p. 19.

(33)  ĠU C 33 E, 5.2. 2013, p. 65.

(34)  ĠU C 76 E, 27.3. 2008, p. 124.

(35)  ĠU C 51 E, 22.2. 2013, p. 101.

(36)  ĠU C 259 E, 29.10.09, p. 19.

(37)  ĠU C 169 E, 15.6. 2012, p. 139.

(38)  http://www.eurofound.europa.eu/pubdocs/2012/641/mt/1/EF12641MT.pdf.

(39)  ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1.

(40)  ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/55


P7_TA(2013)0247

Il-mobilità edukattiva u professjonali tan-nisa fl-UE

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar il-mobilità edukattiva u professjonali tan-nisa fl-UE (2013/2009(INI))

(2016/C 065/05)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 2 u 3 tiegħu,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 8, 45, 165, u 166 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 21, 23 u 25 tagħha,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-21 ta' Settembru 2010 bl-isem 'Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015' (COM(2010)0491),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2010 bl-isem 'Aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi: Kontribut Ewropew lejn livell massimu ta' impjiegi' (COM(2010)0682),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Ġunju 2010 bl-isem 'Impetu ġdid għall-kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali biex tiġi appoġġata l-Istrateġija Ewropa 2020' (COM(2010)0296),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-promozzjoni tal-mobilità tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0164/2013),

A.

billi d-dritt li li wieħed jaħdem u jgħix f'pajjiż ieħor tal-Unjoni huwa wieħed mid-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea u billi l-mobilità hija fenomenu multidimensjonali, li fl-oriġini tagħha jinsabu aspetti ekonomiċi, soċjali jew familjali;

B.

billi l-mobilità tal-ħaddiema u l-mobilità edukattiva jgħinu biex tiżdied ir-rabta tal-persuni maċ-ċittadinanza Ewropea; billi fl-istess ħin din tikkostitwixxi prinċipju Ewropew biex jinkisbu l-koeżjoni u s-solidarjetà fl-UE kollha;

C.

billi l-Programm Erasmus, li mill-ħolqien tiegħu fl-1987 għamilha possibbli li aktar minn 2,2 miljun ċittadin tal-Unjoni jistudja barra minn pajjiżu, jista’ wkoll jagħti kontribut partikolarment pożittiv lill-mobilità transkonfinali tal-ħaddiema wara l-perjodu tat-taħriġ, u billi t-tkabbir fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għan-nisa jżidu l-mobilità tagħhom;

D.

billi l-kriżi ekonomika u finanzjarja kemma effetti negattivi fuq is-suq tax-xogħol tal-UE, speċjalment fir-rigward tar-rati ta' impjieg u l-possibilità ta' moviment liberu u tal-għażla tal-impjieg skont il-kwalifiki edukattivi u professjonali ta' dak li jkun, filwaqt li n-nisa kienu wieħed mill-gruppi l-iktar milquta ħażin;

E.

billi, skont l-aħħar informazzjoni disponibbli, fl-Unjoni Ewropea r-rata ta' qgħad fost in-nisa hi ta' 10,7 % (jew inkella 22,7 % fil-każ tan-nisa taħt l-età ta' 25 sena);

F.

billi l-mobilità għal skopijiet ta' imjieg hi objettiv strateġiku tal-Unjoni Ewropea, ladarba tkabbar l-effettività tas-suq uniku u tikkontribwixxi għat-tkabbir tal-ħiliet professjonali u tal-livelli tal-impjiegi, li huma elementi essenzjali għall-progress ekonomiku u soċjali;

G.

billi hemm differenzi sinifikanti bejn il-ġeneri fir-rigward tal-mobilità tal-ħaddiema fl-UE – l-irġiel jiċċaqalqu għall-imjiegi jew għal bidla fl-impjieg ħafna iktar spiss min-nisa (44 % f'paragun ma' 27 %), filwaqt li n-nisa iktar spiss ikunu obbligati jagħmlu waqfa fil-karriera tagħha minħabba ċaqliqa għal destinazzjoni mbiegħda biex isegwu s-sieħeb tagħhom;

H.

billi s-segregazzjoni tal-ġeneri fis-suq tax-xogħol, in-nuqqas ta' kundizzjonijiet adegwati tax-xogħol, id-differenza bejn il-pagi fuq il-bażi tal-ġeneru, miżuri inadegwati biex jiġu bbilanċjati l-ħajja tal-familja u dik tax-xogħol, l-istereotipi persistenti u r-riskju tad-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-ġeneru huma l-akbar ostakli għall-mobilità professjonali tan-nisa; billi l-fatturi marbuta mal-familja, id-differenzi sinifikanti fl-allokazzjonijiet tal-familja fid-diversi Stati Membri, in-netwerks soċjali, il-faċilitajiet tal-kura tat-tfal u persuni dipendenti oħra – b’mod partikolari n-nuqqas u l-inadegwatezza ta' netwerks pubbliċi ta’ ċentri għall-kura tat-tfal matul il-ġurnata, ċentri għall-kura tat-trabi u t-tfal żgħar u l-provvista ta' attivitajiet għall-ħin liberu tat-tfal – l-akkomodazzjoni u l-kundizzjonijiet lokali, u ostakli oħra (il-lingwa, in-nuqqas ta' għarfien tad-drittijiet) huma ostakli addizzjonali għan-nisa biex dawn jeżerċitaw id-dritt tal-moviment liberu, tar-residenza u tax-xogħol fl-Ewropa kollha;

I.

billi n-nisa huma esposti għal riskji soċjali iktar spiss mill-irġiel tul ħajjithom, ħaġa li twassal għal żieda fin-nisa li jgħixu fil-faqar; billi l-istimi l-iktar riċenti jissuġġerixxu li s-salarji tan-nisa fl-UE bħala medja huma 16,4 % inqas minn tal-irġiel, u li hemm differenza kbira bejn l-Istati Membri fejn id-differenza fil-pagi tvarja bejn 1,9 % u 27,6 % (3);

J.

billi huma meħtieġa soluzzjonijiet politiki multidimensjonali li jinkorporaw it-tagħlim tul il-ħajja, ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali, dik tal-familja u dik personali (partikolamrent għall-ommijiet waħedhom), il-ġlieda kontra x-xogħol prekarju u l-promozzjoni ta' impjiegi b'intitolamenti għal drittijiet sħaħ, netwerk pubbliku ta' kura tas-saħħa, netwerk pubbliku ta' sigurtà soċjali u prattiki differenzjati ta' organizzazzjoni tax-xogħol fuq talba tan-nisa sabiex titjieb l-integrazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol;

K.

billi edukazzjoni ta' kwalità għolja tipprovdi lin-nisa prospetti aħjar ta' impjieg, ħiliet imtejba u kompetenzi prinċipali f'qasam partikolari; billi din tiffaċilita wkoll l-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà u fl-attivitajiet kulturali u tiżgura salarji aħjar fis-suq tax-xogħol;

L.

billi l-mobilità edukattiva tgħin biex jiżdiedu l-mobilità professjonali u l-opportunitajiet fis-suq tax-xogħol u għandha tkun disponibbli għal kulħadd, inklużi n-nisa b'livell baxx ta' kwalifiki;

1.

Jenfasizza l-bżonn li jiżdied l-għarfien dwar is-sitwazzoni tan-nisa mill-gruppi kollha ta' età fil-kuntest tal-politiki tal-UE dwar l-edukazzjoni, l-integrazzjoni soċjali, il-mezzi għall-bilanċ bejn il-ħajja tal-familja u dik tax-xogħol, il-migrazzjoni u l-impjiegi, il-faqar, il-kura tas-saħħa u fil-politiki tagħha ta' protezzjoni soċjali sabiex jiġu protetti d-drittijiet tan-nisa, jiġu promossi l-ugwaljanza u l-opportunitajiet indaqs għall-impjiegi għan-nisa u l-irġiel, jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri, l-aċċess u opportunitajiet tal-karriera ugwali, inkluża l-applikazzjoni tal-istess kriterji għall-għażla fir-rigward tal-impjiegi, tingħata iktar attenzjoni għas-sitwazzjoni tan-nisa fil-proċess deċiżjonali u tiġi miġġielda kull forma ta' diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol, bħas-segregazzjoni professjonali jew id-diskriminazzjoni fil-pagi, b'mod partikolari billi jiġi promoss it-tagħlim tul il-ħajja, jiġi miġġieled ix-xogħol prekarju u jiġi promoss xogħol bi drittijiet, ħinijiet tax-xogħol kompatibbli mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, netwerk tal-kura tas-saħħa u sistema tas-sigurtà soċjali pubbliċi, u prattiki differenzjati għall-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, fuq talba tal-mara;

2.

Jenfasizza l-fatt li l-mobilità edukattiva u professjonali ġiet rikonoxxuta bħala ħaġa li toffri valur miżjud għall-Unjoni Ewropea; jenfasizza l-fatt li l-kriżi ekonomika qed tagħmilha dejjem iktar neċessrja li wieħed jadatta l-għażla professjonali tiegħu għal dak li hu disponibbli fis-suq tax-xogħol, u li hu ta' importanza dejjem iktar vitali li n-nisa jkunu jistgħu jadattaw iktar għad-domandi ta' opportunitajiet ġodda ta' karriera meta jbiddlu l-impjieg tagħhom;

3.

Iqis li t-trawwim tal-mobilità edukattiva u professjonali tan-nisa tista' tikkontribwixxi lejn l-ilħuq tal-mira ewlenija tal-Istrateġija Ewropa 2020 li r-rata ta' impjieg għan-nisa u l-irġiel tal-età bejn 20 u 64 tiżdied għal 75 %, permezz, pereżempju, tal-parteċipazzjoni akbar taż-żgħażagħ, il-ħaddiema kbar fl-età u l-ħaddiema bi ftit kompetenzi professjonali u permezz tal-integrazzjoni aħjar tal-migranti;

4.

Jistieden lill-Istati Membri jdaħħlu dispożizzjonijiet bil-għan li jiżguraw it-trasparenza u l-informazzjoni relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa u tal-membri tal-familja tagħhom fir-rigward tal-mobilità meta jfasslu l-istrateġiji u l-programmi ta' riforma nazzjonali tagħhom;

5.

Iqis li l-mobilità professjonali m'għandhiex tolqot ħażin lin-nisa f'dak li jikkonċerna d-drittijiet soċjali u li għalhekk jeħtieġ li jiġu żgurati ż-żamma u t-trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni fis-sistema pubblika ta’ sigurtà soċjali bejn il-pajjiżi, filwaqt li tiġi rikonoxxuta l-eteroġeneità tar-reġimi tal-pensjonijiet fl-Unjoni;

6.

Jistieden lill-Istati Membri jiġbru u janalizzaw data dwar id-diffikultajiet, il-grad u l-istruttura tal-mobilità tan-nisa, biex jiġbdu l-attenzjoni għall-benefiċċji tal-mobilità professjonali u fis-swieq nazzjonali tagħhom u l-benefiċċji tal-mobilità edukattiva u professjonali barra mill-pajjiż tagħhom u jippromwovuhom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimmoniterjaw is-sitwazzjoni tal-aġenziji u l-organizzazzjonijiet li joffru impjiegi lil ħaddiema minn Stati Membri oħra u jidentifikaw impjiegi illegali jew mhux bil-ktieb potenzjali, jew aġenziji jew organizzazzjonijiet li jipprovdu impjiegi fittizji;

7.

Jistieden lill-Istati Membri jirrappurtaw id-data dwar il-ġeneri fir-rigward tal-mobilità professjonali u jinkludu dispożizzjonijiet biex javvanzaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri f'termini ta' mobilità professjonali meta jfasslu l-politiki nazzjonali tagħhom u l-Programmi Nazzjonali ta' Riforma (PNR) tagħhom, b'attenzjoni speċifika għall-programmazzjoni u l-implimentazzjoni ta' programmi operattivi fil-livell nazzjonali jew reġjonali ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014–2020 u lil hinn minnu; ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-23 ta' Ottubru 2012 li tapprova l-proposta tal-Kummissjoni sabiex 25 % tal-allokazzjoni totali għall-politika ta' koeżjoni jkunu allokati għall-FSE (4);

8.

Jenfasizza li, jekk din il-kwistjoni tkun objettiv speċifiku fi ħdan dawn il-programmi, jew tidher bħala prijorità orizzontali speċjali, jibdew jinħolqu prattiki tajba u l-miżuri jibdew jagħtu l-frott fil-livell reġjonali u/jew lokali;

9.

Jinnota li, sabiex jiġi promoss l-impjieg, jeħtieġ li tingħata attenzjoni akbar lill-kooperazzjoni transkonfinali u l-iskambju ta’ prattiki tajbin bejn l-istituzzjonijiet edukattivi u l-korpi professjonali fl-Istati Membri, u b’hekk tissaħħaħ l-ugwaljanza u l-inklużjoni tas-sistemi skolastiċi;

10.

Jistieden lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi u l-kooperazzjoni tagħom b'enfasi speċjali fuq l-aċċess għall-informazzjoni u pariri fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bniedem eżerċitat minn netwerks internazzjonali li jaqbdu ħaddiema, speċjalment nisa, bil-wegħda falza ta’ impjiegi li fil-verita ma’ jeżistux u jwasslu għal sitwazzjonijiet ta’ sfruttament sesswali u xogħol jew servizzi sfurzati (xogħol ta’ tallaba fit-toroq, skjavitù jew prattiċi simili għall-iskjavitù, servitù, sfruttament għall-attivitajiet kriminali jew tneħħija ta’ organi);

11.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-mobilità għandha tkun ibbażata fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq bażi tal-ġeneru, razza, oriġini, reliġjon, età jew saħħa;

12.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li n-nisa li jitilqu barra minn pajjiżhom minħabba impjiegi fis-servizz domestiku u li jinvolvu l-kura tat-tfal, tan-nies b’diżabilità jew tal-anzjani spiss jiġu impjegati mingħajr kuntratt jew jaħdmu illegalment, u konsegwentement ma jkollhom ebda dritt jew intitolament għas-sigurtà soċjali, il-kura tas-saħħa, pensjoni adegwata u benefiċċji oħra b'rabta mal-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni;

13.

Jistieden lis-sħab soċjali, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jappoġġaw it-titjib tal-elementi tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-ftehimiet kollettivi, fost l-oħrajn, billi jippromwovu d-dritt għal ħinijiet tax-xogħol flessibbli, faċilitajiet għall-kura tat-tfal, konsulenza għall-ħaddiema nisa, miżuri sabiex tiżdied ir-rappreżentanza tan-nisa f'negozjar kollettiv u billi jivvalutaw l-impatt ta' ftehimiet kollettivi fuq in-nisa;

14.

Jistieden lill-Istati Membri biex: jimmonitorjaw is-sitwazzjoni tal-ħaddiema li jieħdu ħsieb it-tfal u dipendenti oħra; jipprovdu informazzjoni biżżejjed lin-nisa li jitilqu minn pajjiżhom biex jieħdu tali impjiegi, inkluża informazzjoni dwar l-aċċess għal xogħol dikjarat u taħriġ fil-qasam rilevanti, dwar id-drittijiet soċjali, dwar il-kura tas-saħħa, eċċ.; jipprovdu lil dawn in-nisa b'pariri dwar l-impjiegi dikjarati u jwissuhom kontra l-perikoli possibbli tas-suq tax-xogħol illegali;

15.

Jenfasizza li l-politiki Ewropej għandhom iqisu wkoll il-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol tal-ħaddiema nisa li jmorru jaħdmu bħala ħaddiema agrikoli staġjonali, speċjalment fir-rigward tal-ħtieġa ta’ akkomodazzjoni adegwata, sigurtà soċjali, assigurazzjoni medika u kura tas-saħħa, rikonċiljazzjoni tal-ħajja familjari ma’ dik tax-xogħol, u salarju diċenti; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu miġġildin is-sitwazzjonijiet ta’ sfruttament li jiffaċċjaw ħafna minn dawn in-nisa;

16.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li n-nisa li jsiefru minħabba l-impjieg spiss jiġu offruti l-impjiegi l-iktar baxxi fis-suq tax-xogħol f'termini ta' ħiliet, paga u prestiġju u li l-migrazzjoni tax-xogħol tan-nisa spiss tikkonċentra fi ftit okkupazzjonijiet dominati min-nisa assoċjati ma' rwoli tradizzjonali tal-ġeneru; jistieden għalhekk lill-Istati Membri biex jissorveljaw mill-qrib ħalli jiżguraw soluzzjonijiet kuntrattwali xierqa, filwaqt li jiġġieldu kontra l-użu eċċessiv ta' kuntratti mhux regolari;

17.

jistieden lill-Istati jaħdmu flimkien biex isibu soluzzjonijiet sabiex jipprevjenu jew jikkumpensaw ċerti effetti li jirriżultaw mill-mobilità professjonali f’ċerti Stati Membri u f’ċerti oqsma (eż. il-mobilità ta’ professjonisti mediċi, li l-maġġoranza tagħhom huma nisa) u li jistgħu jeffettwaw id-drittijiet tal-bniedem fl-Istati Membri ta' oriġini;

18.

Iqis li l-possibilità li n-nisa li jmorru jgħixu barra minn pajjiżhom igawdu mill-portabilità tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali hija element fundamentali biex jiġi żgurat li jibbenifikaw b’mod effettiv mill-prerogattivi li jkunu akkwistaw;

19.

Jiġbed l-attenzjoni lejn id-differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri dwar l-allowances tal-familja u d-drittijiet soċjali, u jirrimarka li dawn id-differenzi jistgħu joħolqu ostaklu reali fil-mobilità professjonali tal-irġiel u n-nisa li jkollhom familja;

20.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw rikonoxximent reċiproku tad-diplomi u l-kwalifiki professjonali u jiffaċilitaw is-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta' rikonoxximent;

21.

Jinnota li f'każijiet fejn il-problema prinċipali mhijiex ir-rikonoxximent innifsu iżda hija n-natura estiża tal-proċedura neċessarja għar-rikonoxximent, dan jista' jagħti lok għal bidu problematiku fl-ambjent ospitanti l-ġdid fl-UE;

22.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-livell għoli ta’ “ħela ta’ mħuħ” fost in-nisa, jiġifieri li l-kwalifiki tal-ħaddiema nisa mobbli li jmorru jgħixu barra minn pajjiżhom ma jiġux utilizzati biżżejjed, fenomenu li jidher b’mod partikolari fis-setturi tal-infermiera u tax-xogħol domestiku, li huwa dominat ħafna min-nisa;

23.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li jkun hemm regoli ċari li jiffaċilitaw l-aċċess tan-nisa għal pożizzjonijiet għoljien ta' ġestjoni u jinnota li jekk jiżdied in-numru ta' nisa fil-bordijiet tad-diretturi jiżdiedu l-kompetittività u l-produttività; jilqa', għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tipprevedi li sal-2020 ikun hemm kwota minima ta' 40 % ta' nisa fost il-membri mhux eżekuttivi tal-bordijiet tad-diretturi tal-intrapriżi Ewropej li huma kkwotati fis-suq b'250 jew iktar ħaddiem u b'turnover globali annwali akbar minn EUR 50 miljun;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-identifikazzjoni u l-eliminazzjoni tal-ksur tad-drittijiet tan-nisa fis-suq tax-xogħol u jikkastigaw b'mod effettiv dan il-ksur, sabiex jipprovdu lin-nisa li jgħixu barra għal skopijiet ta' xogħol bl-informazzjoni kollha neċessarja, anke fir-rigward tal-aċċess għal impjiegi u taħriġ f'dan il-qasam u għad-drittijiet soċjali u l-kura tas-saħħa, u jipprovdu pariri fir-rigward tal-opportunitajiet ta' xogħol u l-programmi ta' akkomodazzjoni soċjali mingħajr ħlas żejjed;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja u tirrapporta fuq bażi regolari dwar kif il-fondi tal-UE ddedikati għall-edukazzjoni u t-taħriġ, il-mobilità okkupazzjonali u edukattiva u l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol qed jiġu utilizzati min-nisa u l-irġiel; jistieden lill-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jirreaġixxu malajr fil-każijiet ta' żbilanċ fl-użu;

26.

Jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri mmirati biex ineħħu l-ostakoli li jiltaqgħu magħhom in-nisa fil-progress professjonali u soċjali tagħhom fil-pajjiżi li fihom huma ttrasferew ħajjithom u li mhumiex il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom;

27.

ifakkar li n-nisa, fosthom il-ħaddiema migranti, ħafna drabi jkunu vittmi ta' xogħol part-time involontarju, ferm iktar mill-irġiel (fl-2011, 32,1 % tan-nisa f'paragun ma' 9 % tal-irġiel fl-Unjoni Ewropea kienu qed jaħdmu part-time); jistieden lill-Istati Membri jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jiskoraġġixxu x-xogħol part-time (obbligu ta' ġustifikazzjoni, tneħħija ta' ċerti vantaġġi fiskali…), u jinfurzaw id-drittijiet tan-nisa li ma jistgħux jevitaw il-part-time (priorità għax-xogħol, bonus ta' prekarjetà f'każ ta' sensja…);

28.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jsaħħu l-politika tal-UE dwar il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni diretta u indiretta kontra l-ħaddiema migranti tal-UE u b'mod partikolari n-nisa, fi Stat Membru ieħor u l-abbuż tad-drittijiet tagħhom minħabba li ma jkunux jafu biżżejjed il-lingwi u l-liġijiet applikabbli għall-impjieg tagħhom fl-Istat Membru ospitanti;

29.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, bl-appoġġ ta' atturi lokali, ta' imsieħba soċjali u ta' istituti ta' taħriġ, sabiex jissensibilizzaw iktar lin-nisa dwar l-opportunitajiet offerti mill-mobilità okkupazzjonali, b'mod partikolari b'riferiment għall-iżvilupp personali, l-ippjanar tal-karriera u d-drittijiet li għandhom meta jittrasferixxu ruħhom minn Stat Membru għall-ieħor għal raġunijiet professjonali;

30.

Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu punti ta’ kuntatt għall-ħaddiema mobbli domestiċi u għall-ħaddiema tal-kura b’relazzjoni individwali tax-xogħol, sabiex dawn jingħataw il-mezzi biex jistabbilixxu netwerk li jippermettilhom ikunu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom, u jinkoraggixxu lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi attivi f’dan il-qasam;

31.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiffaċilitaw proċeduri għall-awtoritajiet lokali u reġjonali:

biex jitfasslu u jitħaddmu fil-prattika programmi speċifiċi sabiex in-nisa u l-irġiel jiġu integrati fil-komunitajiet lokali u jiġu promossi l-iskambji interkulturali;

biex in-nisa li jsegwu lill-konjuġi jew is-sħab tagħhom fi Stat Membru ieħor jiġu offruti servizzi adegwati bħal korsijiet li jiffaċilitaw l-integrazzjoni tagħhom fl-ambjent soċjali u kulturali ġdid tagħhom, pereżempju korsijiet tal-lingwa u korsijiet vokazzjonali, b'kunsiderazzjoni speċjali għan-nisa vulnerabbli;

biex tingħata aktar attenzjoni lill-integrazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, partikolarment fir-rigward tal-kisba ta' kwalifiki u l-aġġornament tagħhom, il-kisba ta' ħiliet u l-implimentazzjoni tal-programm ta' tagħlim u taħriġ tul il-ħajja;

biex jiġu indirizzati nisa mobbli ħafna li huma f'riskju, bħal ħaddiema domestiċi, ħaddiema li jagħtu l-kura, ħaddiema li jnaddfu u nisa li jaħdmu fis-settur tal-lukandi, ir-ristoranti u s-servizzi tal-ikel (HORECA);

biex jiġu appoġġati kampanji ta' sensibilizzazzjoni soċjali minn organizzazzjonijiet mhux bi skop ta' qligħ li jiffukaw fuq in-nisa f'komunitajiet internazzjonali, bħal konjuġi jew sħab li jgħixu barra minn pajjiżhom;

biex jiġu żviluppati programmi ta' taħriġ għall-integrazzjoni, konsulenza psikoloġika u proġetti għall-integrazzjoni; jenfasizza li miżuri konkreti jirrappreżentaw għajnuna prattika sabiex il-problemi jinftiehmu u jiġu solvuti;

32.

Jenfasizza d-dannu lill-ekonomija u lill-individwu li joriġina mid-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa; jenfasizza li d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa toriġina parzjalment mill-fatt li s-setturi fejn hemm rappreżentanza żejda tan-nisa ta’ spiss ikollhom salarji aktar baxxi;

33.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu t-tendenzi tal-pagament iktar trasparenti, partikolarment billi jippromwovu n-negozjar kollettiv, sabiex inaqqsu d-differenzi fil-pagi li huma kontinwi jew li qed jiżdiedu, inkluż l-implikazzjonijiet tagħhom fuq l-akkumulazzjoni tal-pensjonijiet fl-Istat Membru ta' oriġini u l-Istat Membru ospitanti u jieħdu l-passi neċessarji biex inaaqu d-differenza fil-pagi; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri ġodda għall-penalizzazzjoni u t-tnaqqis b'mod effettiv tad-differenza fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa u timmoniterja l-implimentazzjoni korretta u l-effettività tad-Direttiva 2006/54/KE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (5), kif ukoll tirrevdi l-leġiżlazzjoni eżistenti dwar id-differenzi fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel (id-Direttiva 2006/54/KE) kif intalab mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2012; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex, b'kooperazzjoni mas-sħab soċjali, jiżviluppaw politiki nazzjonali li jeqirdu d-differenza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel u li jiffukaw fuq l-integrazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u jippromwovu opportunitajiet indaqs għal mobilità;

34.

Jenfasizza l-fatt li t-trobbija tat-tfal teħtieġ kondiviżjoni tar-responsabiltajiet bejn l-irġiel u n-nisa u s-soċjetà kollha u jistieden lill-Istati Membri jipprovdu lill-ħaddiema li jiċċaqalqu mal-konjugi jew is-sieħeb/sieħba u/jew it-tfal tagħhom, irrilevanti mil-livell ta' pagi jew kwalifiki tagħhom, b'informazzjoni marbuta mall-allowances tal-familja disponibbli fl-Istat ospitanti, b'servizzi bħal faċilitajiet tal-kura tat-tfal u persuni dipendenti oħra, skejjel ta' qabel il-primarja, skejjel u servizzi mediċi, flimkien mal-aċċess liberu għas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi b'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli sabiex il-konjugi jew is-sħab li jiċċaqalqu għal Stat Membru ieħor isibu impjieg; jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li jiġi żgurat id-dritt għall-għaqda familjali;

35.

Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu miżuri infrastrutturali biex jappoġġaw ħaddiema mobbli akkumpanjati mill-familja, sabiex jiġu indirizzati l-aċċess għall-edukazzjoni u l-kura tat-tfal, is-sigurtà soċjali u s-servizzi tal-komunità; jistieden kemm lill-Istati Membri tal-oriġini kif ukoll dawk ospitanti sabiex jiżviluppaw mekkaniżmi għall-integrazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid ta' ħaddiema mobbli ħafna akkumpanjati mill-familja; jenfasizza li l-valur tal-ħiliet interkulturali miksuba minn nisa li jmorru jgħixu barra minn pajjiżhom għandu jiġi rikonoxxut aħjar minn min iħaddem;

36.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiġġieldu l-faqar u l-esklużjoni soċjali tan-nisa minn kull grupp ta’ età; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex tiġi evitata l-femminizzazzjoni tal-faqar billi jiġu promossi x-xogħol u l-ispirtu intraprenditorjali fost in-nisa, jiġu miġġielda d-differenzi fil-pagi u tiġi ffaċilitata r-rikonċiljazzjoni tad-dmirijiet professjonali u dawk tal-familja permezz tal-iżvilupp ta' faċilitajiet għall-kura tat-tfal;

37.

Jistieden lill-Istati Membri u l-Kummissjoni jagħtu attenzjoni speċjali lill-problema tal-faqar fost in-nisa iktar anzjani minħabba l-fatt li dawn jirċievu pensjonijiet iżgħar, fatt li hu wkoll konsegwenza tal-perjodi ta' qgħad li jgħaddu minnhom biex jieħdu ħsieb lil uliedhom u lil membri dipendenti oħra tal-familja;

38.

Jistieden lill-Istati Membri jħeġġu li min jimpjega biex jagħmel ix-xogħol tan-nisa aktar flessibbli, speċjalment dawk li t-tfal tagħhom baqgħu fl-Istat Membru ta’ oriġini, u b’hekk jippermettulhom iżommu rabta fiżika tanġibbli mat-tfal tagħhom;

39.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħeġġu fi ħdan l-intrapriżi u l-amministrazzjonijiet, l-użu ta' telexogħol b'kundizzjonijiet finanzjarji u soċjali ġusti, sabiex jiġi evitat li n-nisa jwaqqfu l-karrieri minħabba l-mobilità tas-sieħeb tagħhom;

40.

Jistieden lill-Istati Membri biex jikkontribwixxu b’mod attiv għat-tneħħija tal-ostakoli għall-mobilità tal-ħaddiema billi joffru lill-membri tal-familja tagħhom jew lis-sieħeb/sieħba tagħhom servizzi bħalma huma korsijiet maħsuba biex jiffaċilitawlhom l-integrazzjoni fit-tul fl-ambjent soċjali u kulturali ġdid tagħhom, pereżempju korsijiet tal-lingwa u korsijiet vokazzjonali, sabiex ikunu żgurati l-indipendenza u d-dinjità tagħhom;

41.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu attirati aktar nisa lejn l-edukazzjoni u t-taħriġ fil-professjonijiet MINT (matematika, informatika, teknoloġiji ġodda), sabiex jingħelbu s-segregazzjoni professjonali u d-diskriminazzjoni fil-paga; iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu vokazzjonijiet u professjonijiet li jirrikjedu ħiliet xjentifiċi, tekniċi, tal-inġinerija u matematiċi fost in-nisa sa minn età bikrija, għal impjegabbiltà aħjar, u jassistu t-tranżizzjoni bejn l-edukazzjoni, it-taħriġ professjonali u l-impjieg; jistieden, għaldaqstant, lill-Istati Membri jipprovdu jew jiżviluppaw aktar servizzi ta' gwida ta' kwalità għall-orjentazzjoni vokazzjonali u l-karriera biex jgħinu lin-nisa f'dan ir-rigward;

42.

Jenfasizza l-impatt pożittiv li n-nisa jiġu attirati sa minn stadju bikri lejn professjonijiet f'industriji ewlenin b'potenzjal għoli ta' impjieg, b'mod partikolari l-ekonomija ekoloġika, is-settur tal-kura tas-saħħa u dik soċjali u l-ekonomija diġitali;

43.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni sabiex jindirizzaw is-segregazzjoni tal-ġeneru skont is-setturi kemm billi jimmotivaw lill-individwi sa minn stadju bikri sabiex jidħlu f'setturi rilevanti kif ukoll billi jindirizzaw il-kundizzjonijiet li jagħmlu tali setturi inqas attraenti għan-nisa jew l-irġiel, bħal minn naħa, kundizzjonijiet tax-xogħol mhux kompatibbli mar-responsabilitajiet ta' kura u, min-naħa l-oħra, il-paga;

44.

Itenni s-sejħa tiegħu lill-Istati Membri biex jippromwovu t-tagħlim u l-mobilità tal-impjiegi billi: (a) iżidu l-għarfien u jagħmlu l-informazzjoni aċċessibbli faċilment minn kulħadd; (b) jenfasizzaw il-valur miżjud tal-mobilità fl-istadji bikrija tal-edukazzjoni; (c) jiżguraw li jiġu validati r-riżultati ta' tagħlim mill-esperjenzi tal-mobilità bejn l-Istati Membri; (d) inaqqsu l-piżijiet amministrattivi u jistimulaw l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti fost l-Istati Membri, u (e) jirrikonoxxu l-permanenza f'pajjiż barrani fl-akkumulazzjoni tal-punti tal-pensjoni fl-Istat Membru oriġinarju;

45.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiffoka fuq l-aspetti kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali, l-edukazzjoni ogħla u t-taħriġ għall-adulti sabiex titjieb il-kwalità tal-edukazzjoni u b’hekk jinkisbu prospetti aħjar fil-ġejjieni f’termini ta’ impjieg;

46.

Jinnota li, mill-ħolqien tiegħu fl-1987, il-Programm Erasmus waħdu għamilha possibbli li iktar minn 2,2 miljun student jimmobilizzaw ruħhom fl-UE, u ta kontribut sinifikanti għall-mobilità fl-edukazzjoni ogħla Ewropea; jispera, għalhekk, li fi ħdan il-perspettiva finanzjarja futura tiġi riżervata kopertura finanzjarja xierqa għall-programmi kollha li jappoġġaw il-mobilità u l-edukazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jappoġġaw b’mod attiv il-programmi ta’ edukazzjoni u studji Ewropej u internazzjonali, u programmi bħal Grundtvig, Comenius, Leonardo da Vinci, Jean Monet u Erasmus sabiex jiffaċilitaw l-mobilità edukattiva u professjonali tan-nisa fl-UE u wkoll biex jippermettu lill-għalliema jqattgħu perjodu mill-karriera tagħhom fi Stat Membru ieħor tal-UE sabiex b'hekk jikkontribbwixxu għall-iżvilupp ta' sens ta' ċittadinanza u identità Ewropej; jenfasizza l-importanza tal-programm pluriennali l-ġdid għall-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali, iż-żgħażagħ u l-isport, li jibni fuq l-esperjenzi pożittivi tal-programmi Ewropej eżistenti kollha fl-oqsma tal-mobilità u l-edukazzjoni;

47.

Jenfasizza l-importanza ta' sistemi edukattivi sensittivi għall-kwistjonijiet relatati mal-ġeneri, billi dawn joffru lit-tfal għażla varjata sabiex jiskopru t-talenti tagħhom; jenfasizza li r-riċerka turi li stereotipi qawwija b'rabta mal-ġeneri fil-qasam tal-edukazzjoni jkomplu jżidu s-segregazzjoni tal-ġeneri fis-suq tax-xogħol, kemm fir-rigward ta' setturi u kemm ta' impjiegi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġġieldu dawn l-istereotipi;

48.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi stabbilita garanzija għaż-żgħażagħ fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, li l-għan tagħha jkun li jitjieb l-aċċess taż-żgħażagħ, u għalhekk tan-nisa gradwati, għas-suq tax-xogħol u tiġi ffaċilitata t-transizzjoni mill-istudju għas-suq tax-xogħol; jenfasizza li xejriet ta' mobilità fil-karriera sa minn stadju bikri għandhom rwol kruċjali sabiex jiffurmaw tibdil sussegwenti fl-impjieg; ifakkar fiż-żewġ riżoluzzjonijiet tiegħu tal-24 ta' Mejju 2012 dwar l-Inizjattiva dwar l-Opportunitajiet għaż-Żgħażagħ u tas-16 ta' Jannar 2013 dwar Garanzija għaż-Żgħażagħ; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jimplimentaw malajr il-pakkett dwar l-impjiegi taż-żgħażagħ, b'mod partikolari f’dak li jirrigwarda 'L-ewwel impjieg tal-EURES tiegħek' u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ, bil-ħsieb li titrawwem il-mobilità edukattiva u professjonali tan-nisa żgħażagħ sa minn stadju bikri;

49.

Jitlob lill-Kummissjoni, bl-istess mod, biex issib soluzzjonijiet li jiżguraw konsistenza bejn il-livell ta’ edukazzjoni miksub bħala riżultat tal-mobilità taż-żgħażagħ u l-opportunitajiet ta’ impjieg li jikkorrispondu ma’ dan il-livell, sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-mobilità fiż-żewġ fażijiet tagħha, edukattiva u professjonali;

50.

Jenfasizza li, sabiex jiġi promoss l-impjieg u jiġi miġġieled il-qgħad fit-tul, jeħtieġ li jitqies l-iżvilupp tal-mobilità mhux biss tal-istudenti u l-ħaddiema, iżda wkoll tal-għalliema tagħhom; iqis li tali approċċ jiżgura tagħalim ta' kwalità;

51.

Jenfasizza l-importanza ta' dimensjoni soċjali msaħħa u tal-żieda fl-aċċess għall-programmi ta’ mobilità edukattiva għan-nisa li ġejjin minn ambjent żvantaġġat, nisa bi dħul baxx, nisa fuq liv tal-maternità u ommijiet waħedhom;

52.

Jitlob lill-Istati Membri biex jiċċaraw l-opportunitajiet ta’ appoġġ finanzjarju li jeżistu għall-mobilità edukattiva u professjonali tan-nisa, u biex jiffaċilitaw l-aċċess għal din l-informazzjoni;

53.

Jenfasizza li n-nisa b'diżabilitajiet, in-nisa bi ftit kwalifiki jew mingħajrhom u l-ommijiet waħedhom iridu jingħataw informazzjoni u appoġġ addizzjonali biżżejjed sabiex jiksbu l-aċċess għall-programmi eżistenti ta' taħriġ, tagħlim u edukazzjoni tal-mobilità;

54.

Jiġbed l-attenzjoni b'mod partikolari għan-nisa b'diżabilità u jenfasizza l-ħtieġa ta' miżuri u azzjonijiet biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni doppja u tiġi promossa l-ugwaljanza sħiħa tad-drittijiet u l-opportunitajiet;

55.

Iqis li għandha tingħata attenzjoni speċjali lir-rispett għall-isfond kulturali u/jew it-tradizzjonijiet tan-nisa minn komunitajiet ta' minoranza;

56.

Jistieden lill-Istati Membri jħeġġu proġetti nazzjonali, reġjonali u lokali biex itejbu r-rata ta' parteċipazzjoni tan-nisa fix-xogħol; jistieden lill-Istati Membri jħeġġu parteċipazzjoni ikbar ta’ rġiel u nisa fl-attivitajiet ta’ volontarjat u karità għall-komunità;

57.

Jenfasizza l-ħtieġa li tingħata attenzjoni partikolari għall-appoġġ tal-mobilità tan-nisa ′l fuq minn 45 sena, li għandhom rieda akbar minn nisa oħra li jaċċettaw kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji;

58.

Jenfasizza l-bżonn li jiżdied il-livell ta' parteċipazzjoni fil-programmi ta' tagħlim tul il-ħajja min-nisa li siefru barra, inklużi programmi relatati mal-iżvilupp tal-ħiliet, u jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li għandhom jiddaħħlu wkoll programmi li jsaħħu l-integrazzjoni soċjali;

59.

Jenfasizza l-fatt li l-qgħad u l-problemi fl-integrazzjoni fid-dinja tax-xogħol jolqtu lil nisa ta’ firxa wiesgħa ta' etajiet, u li n-nisa jridu jirreaġixxu malajr għar-rekwiżiti tas-suq tax-xogħol, u jilqa' l-miżuri proposti mill-Kummissjoni sabiex tiġġieled kontra l-livelli inaċċettabbli milħuqa mill-qgħad fost iż-żgħażagħ u mill-esklużjoni soċjali u biex toffri liż-żgħażagħ postijiet tax-xogħol, edukazzjoni u taħriġ; jappoġġa l-inizjattivi adottati mill-Kummissjoni, bħall-mekkaniżmu 'WOmen Mobility Enhancement', u jitlobha tespandi u ttejjeb l-ambitu tal-proġetti mmirati lejn it-tkabbir tal-mobilità professjonali tan-nisa;

60.

Jenfasizza l-konklużjonijiet tas-Sena Ewropa għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet; jiġbed l-attenzjoni lejn il-bżonn li jiġu appoġġati attivitajiet volontarji u l-iskambju ta' għarfien u esperjenzi bejn in-nisa minn gruppi differenti ta' etajiet;

61.

Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa r-riallokazzjoni ta' riżorsi finanzjarji adegwati għall-programmi li jippromwovu l-impjieg fost in-nisa u edukazzjoni aħjar għall-gruppi żvantaġġati;

62.

Jirrakkomanda l-istabbiliment ta' Netwerk Ewropew għas-Servizz ta' Konsulenza sabiex il-komunitajiet lokali jiġu megħjuna jindirizzaw din il-problema billi jiġu pprovduti informazzjoni, għarfien u gwida dwar l-integrazzjoni tan-nisa; jirrakkomanda l-promozzjoni u l-użu ta’ strumenti u netwerks u finanzjament kontinwu għan-netwerks Ewropej eżistenti, kif ukoll għal strumenti li jiffaċilitaw il-mobilità bħal EURES, L-Ewropa Tiegħek u Europe Direct, li jagħmluha aktar faċli biex in-nisa jiksbu informazzjoni dwar id-drittijiet u l-opportunitajiet tagħhom fl-Istati Membri differenti;

63.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.

(2)  ĠU C 131 E 8.5.2013, p. 35.

(3)  Eurostat 2010, ħlief EE, EL (2008). AT, BE, ES, IE, FR, IT, CY: sors proviżorju.

(4)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2012 għall-fini li jinkiseb eżitu pożittiv għall-proċedura ta' approvazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin 2014–2020(testi adottati, P7_TA(2012)0360).

(5)  ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/63


P7_TA(2013)0248

Servizz ta' Pedaġġ Elettroniku u sistema ta' vinjetti għall-vetturi ħfief privati fl-Ewropa

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar Strateġija għal Servizz ta’ Pedaġġ Elettroniku u sistema ta’ vinjetti għall-vetturi ħfief privati fl-Ewropa (2012/2296(INI))

(2016/C 065/06)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lil-Parlament Ewropew u l-Kunsill bit-titolu “L-applikazzjoni ta’ tariffi għall-infrastruttura stradali nazzjonali imposti fuq vetturi privati ħfief” (COM(2012)0199),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu “Implimentazzjoni tas-Servizz Ewropew ta’ Pedaġġ Elettroniku” (COM(2012)0474),

wara li kkunsidra l-White Paper dwar it-Trasport bit-titolu “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti” (COM(2011)0144),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0142/2013),

A.

billi s-sistema attwali tas-Servizz Ewropew ta’ Pedaġġ Elettroniku (EETS) introdotta mill-Kummissjoni mhix qed taħdem u jeħtieġ li tiġi aġġustata; billi ċerti partijiet interessati fis-suq bħalissa ma jaraw l-ebda benefiċċju monetarju fl-adattament għal sistema komuni u interoperabbli ta’ EETS;

B.

billi l-introjtu li jirċievu l-Istati Membri mit-taxxa u mid-dazju tas-sisa fil-futur x’aktarx se jonqos minħabba t-tnaqqis fl-użu ta’ fjuwils ibbażati fuq iż-żejt;

C.

billi l-prinċipju ta’ “min juża/iniġġes iħallas” għandu jibqa’ prijorità ewlenija għat-trasport Ewropew;

D.

billi n-nollijiet tat-toroq se jsiru realtà f’aktar u aktar Stati Membri fil-futur qrib ħafna;

E.

billi ċerti problemi f’żoni transkonfinali seħħew b’mod ripetut ma’ persuni mhux residenti meta ġew implimentati sistemi ġodda ta’ pedaġġ elettroniku, li rriżultaw fi protesti u lmenti dwar telf finanzjarju u diskriminazzjoni.

F.

billi l-UE għandha responsabbiltà li tiżgura li dan l-iżvilupp ġdid ma jħallix impatti negattivi fuq l-ivvjaġġar transkonfinali, fuq il-ħajja ta’ kuljum tal-persuni li jgħixu fir-reġjuni mal-fruntieri jew fuq il-kummerċ;

G.

billi l-UE għandha tħeġġeġ in-nollijiet tat-toroq li ma jiddiskriminawx kontra l-utenti tat-toroq li ma jkunux residenti fil-pajjiż li jitlob il-pedaġġ;

H.

billi fil-futur, minbarra l-kostruzzjoni ta’ toroq ġodda, se jkun meħtieġ aktar finanzjament, primarjament għall-preservazzjoni u l-manutenzjoni tal-infrastruttura eżistenti tat-trasport;

I.

billi l-Istati Membri għandhom jitħallew jdaħħlu sistemi ta’ nollijiet ibbażati fuq id-distanza jew fuq il-ħin, għalkemm għandhom jittieħdu passi biex ikun żgurat li s-sistemi bbażati fuq id-distanza jingħataw preferenza kull meta jkun possibbli, peress li dawn huma aktar ġusti u inqas diskriminatorji mis-sistemi bbażati fuq il-ħin;

J.

billi diġà jeżistu t-teknoloġiji biex is-sistemi ta’ nollijiet tat-toroq ikunu interoperabbli;

K.

billi l-unika problema kbira li qed jiffaċċa l-EETS hija nuqqas ta’ rieda politika li tiġi implimentata skema bħal din, aktar milli kwistjonijiet relatati mas-suq jew tekniċi;

Il-qafas ġenerali

1.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li ż-żewġ partijiet interessati ewlenin ikkonċernati huma l-kolletturi tal-pedaġġi u l-fornituri tal-EETS, iżda jindika li l-utenti tat-toroq, speċjalment il-kumpaniji tat-trasport, jikkostitwixxu t-tielet parti interessata ewlenija; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-utenti ta’ vetturi privati huma utenti finali potenzjali li jistgħu jgħinu biex jitħaffef l-iżvilupp tal-EETS;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra kif dawn il-partijiet interessati jistgħu jkunu involuti bl-aktar mod effettiv fl-istadji li jmiss tal-azzjoni tagħha;

3.

Jinsisti li filwaqt li l-protezzjoni tad-data personali tal-individwi, u l-protezzjoni tad-data b’mod ġenerali, għandha importanza suprema u li kwalunkwe miżura ġdida li tittieħed għandha tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data u b’mod partikolari għad-Direttiva 95/46/KE, dan m’għandux ikun ostaklu għall-interoperabbiltà tas-sistemi;

4.

Jirrikonoxxi d-drittijiet tas-sidien tat-toroq, li għandhom jitħallsu ammont xieraq għall-użu tal-infrastruttura tagħhom u għas-servizzi relatati magħhom;

L-EETS: falliment sal-lum u fil-bżonn ta’ direzzjoni ġdida

5.

Jaqbel mal-Kummissjoni li d-Direttiva dwar l-EETS attwali (2004/52/KE) ma wasslitx għall-iżvilupp mistenni ta’ servizz ta’ pedaġġ elettroniku Ewropew interoperabbli bejn l-Istati Membri; iqis li dan kien falliment, u jenfasizza li hija meħtieġa azzjoni drastika sabiex jintlaħaq l-għan imsemmi qabel;

6.

Jemmen li l-Kummissjoni għandha tfassal miżuri leġiżlattivi xierqa fil-qasam tal-interoperabbiltà malajr kemm jista’ jkun sabiex jobbligaw lill-partijiet interessati kollha jagħtu spinta ’l quddiem lill-proġett tal-EETS;

7.

Jesprimi dispjaċir li l-Istati Membri, fil-biċċa l-kbira, ftit urew interess fl-iżvilupp tal-EETS, u li l-Kummissjoni mhix qed tieħu aktar miżuri biex tipproċedi bl-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni tiżviluppa u tipproponi sistema ta’ inċentivi sabiex tħeġġeġ lill-operaturi u l-Istati Membri jnaqqsu l-ħin previst għall-implimentazzjoni tas-sistema;

8.

Jaqbel mal-Kummissjoni li teżisti domanda għal soluzzjoni interoperabbli fil-qasam tan-nollijiet elettroniċi tat-toroq, iżda jemmen li huma meħtieġa miżuri leġiżlattivi xierqa sabiex il-partijiet interessati jkunu obbligati jimplimentaw sistema bħal din, peress li r-remunerazzjoni biss minn sistema interoperabbli mhix attraenti biżżejjed għal ċerti manifatturi ta’ tagħmir għan-nollijiet tat-toroq jew għal ċerti operaturi tat-toroq;

9.

Iqis li l-approċċ immotivat mis-suq promoss mill-Kummissjoni ma tax ir-riżultati mixtieqa u li hija meħtieġa azzjoni politika biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-EETS u sabiex din issir realtà fil-futur qarib;

10.

Jemmen li l-pjanijiet tal-Kummissjoni li tkompli bir-reġjonalizzazzjoni mhumiex sodisfaċenti, peress li jistgħu jwasslu għal aktar dewmien li jista’ jkun ta’ ħsara għall-iżvilupp tas-servizz mal-UE kollha;

11.

Jemmen li, fi kwalunkwe każ, l-iżvilupp tas-servizz mal-UE kollha għandu jibqa’ l-għan finali tal-UE; jinsisti li, jekk tiġi implimentata, ir-reġjonalizzazzjoni għandha tkun biss stadju tranżitorju;

12.

Iqis li huma meħtieġa miżuri b'firxa aktar wiesgħa u jħeġġeġ lill-Kummissjoni, biex l-ewwel nett tieħu azzjoni deċiża kontra dawk l-Istati Membri li mhumiex qed jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-UE b’mod korrett, u biex it-tieni nett, tagħmel reviżjoni mingħajr dewmien tal-istudji kollha disponibbli dwar is-suġġett sabiex tipprovdi bażi ċara għal għażliet differenti għal azzjoni fuq terminu ta’ żmien medju kif ukoll fit-tul, inklużi n-nollijiet għall-użu tat-toroq permezz ta' teknoloġiji bħall-GPS/GNSS, sabiex tiġi evitata u mnaqqsa l-konġestjoni tat-traffiku kkawżata minn ostakoli fiżiċi, u jħeġġiġha tippreżenta dan l-istudju ġenerali sal-aħħar tal-2013;

13.

Jemmen li l-Kummissjoni għandha twettaq studju dwar l-aspetti u l-kundizzjonijiet finanzjarji li jwasslu sabiex l-EETS isir realtà li taħdem;

14.

Jemmen li d-Direttiva dwar l-interoperabbiltà (2004/52/KE) tipprovdi l-qafas regolatorju xieraq għall-koeżistenza ta’ sistemi differenti ta’ nollijiet, li jippermetti lill-Istati Membri jagħżlu bejn it-teknoloġiji differenti skont il-karatteristiċi differenti tan-netwerk tat-toroq tagħhom;

15.

Jemmen li, kull meta tintgħażel is-sistema, il-Kummissjoni għandha toqgħod attenta ħafna biex tiżgura li l-konsumaturi jkunu konxji f’kull ħin mill-ispiża tal-pedaġġ li jkun qed jittieħed permezz ta’ apparat elettroniku jew tikketta tal-pedaġġ;

16.

Jitlob biex il-bżonnijiet speċifiċi ta' professjonisti u sewwieqa oħrajn li jkunu qed jivvjaġġaw minn ħafna pajjiżi, u b'mod partikolari lejn jew minn Stati Membri remoti, dejjem jitqiesu meta jkun qed jiġi żviluppat is-servizz;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex fil-programmi ta’ ħidma tagħha dwar in-Netwerks trans-Ewropej tat-Trasport tistabbilixxi l-possibbiltà ta’ finanzjament ta’ proġetti li jistgħu jipprovdu mezz biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-EETS.

18.

Iqis li l-approċċ ibbażat fuq id-domanda tas-suq ma’ tax ir-riżultati mixtieqa u li jeħtieġ li jiġu analizzati n-nuqqasijiet li wasslu għal din is-sitwazzjoni;

19.

Jemmen li m’hemm l-ebda rieda għal EETS min-naħa tal-partijiet interessati tal-industrija, jiġifieri l-fornituri tas-servizzi tal-pedaġġi, il-konċessjonijiet tat-toroq u manifatturi ta’ “tabelli” elettroniċi u tagħmir relatat, u li jista’ jkun meħtieġ regolament biex iġiegħel lill-partijiet interessati jingħaqdu flimkien; iqis li l-Kummissjoni għandha ddaħħal miżuri ta’ appoġġ biex toħloq esperjenza effiċjenti ta' nollijiet tat-toroq għall-utent finali, b'mod partikolari fil-kuntest ta' użu aktar mifrux tan-nollijiet tat-toroq fil-futur;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni ddettaljata fid-dawl tal-proġetti attwali relatati mal-interoperabbiltà teknika u kuntrattwali bejn l-Istati Membri u, meta xieraq, tipproponi miżuri ġodda bbażati fuq l-aħjar prattika;

21.

Jaqbel mal-Kummissjoni li t-teknoloġija għal sistemi interoperabbli diġà teżisti;

22.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li diversi Stati Membri beħsiebhom jimplimentaw sistemi ta’ nollijiet fis-snin li ġejjin jew jestendu l-konċessjonijiet eżistenti. jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li dawn is-sistemi jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ interoperabbiltà u tiżgura li l-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ nollijiet fl-ebda każ ma tkun diskriminatorja għall-persuni mhux residenti fis-sens li m’għandu jinħoloq l-ebda ostakolu għall-prinċipju ta’ moviment liberu;

23.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-operaturi ta’ toroq b’pedaġġ jaħdmu mill-qrib ma’ pajjiżi ġirien u joffru l-appoġġ kollu meħtieġ għall-istabbiliment ta' sistemi ta' nollijiet u faċilitajiet ta’ ħlas u ta' ġbir u l-forniment ta' informazzjoni lill-utenti dwar il-prezzijiet, it-termini u l-kundizzjonijiet tal-użu, eċċ.;

24.

Jitlob biex, fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità, jinbdew proċeduri ta’ ksur.

Il-ħlas ta’ nollijiet għall-użu tat-toroq: vinjetti, pedaġġi, interoperabbiltà u protezzjoni tad-data

25.

Jenfasizza li huwa f’idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu jekk jintroduċux nollijiet tat-toroq jew le, u li jistabbilixxu l-ammont mitlub għall-użu tat-toroq, u li l-Istati Membri għandhom jieħdu d-deċiżjoni finali dwar l-infiq tal-introjtu miġbur min-nollijiet tat-toroq;

26.

Jistieden lill-Istati Membri jkomplu jaġġornaw in-netwerks tat-trasport tagħhom sabiex jagħmluhom sostenibbli, effiċjenti, favur l-ambjent u sikuri kemm jista’ jkun billi jallokaw l-introjtu minn nollijiet tat-toroq għal skopijiet bħal dawn;

27.

Jirrikonoxxi li l-Istati Membri attwalment qed jiżviluppaw pjanijiet biex jitolbu ħlas għal kategoriji ġodda ta’ vetturi, inklużi vetturi ħfief privati, li jżid mal-urġenza li l-Kummissjoni ddaħħal sistema ta' nollijiet tat-toroq interoperabbli u kkoordinata;

28.

Jinnota li l-applikazzjoni tal-ħlasijiet ta' pedaġġi b'mod aktar ugwali għat-tipi kollha ta' vetturi abbażi tal-prinċipju li min juża jħallas hija pass fid-direzzjoni t-tajba;

29.

Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw il-pożizzjoni speċjali tar-residenti tar-reġjuni mal-fruntieri meta jistabbilixxu sistemi ta’ pedaġġ nazzjonali; jisħaq fuq il-fatt li s-sistemi ta’ pedaġġ nazzjonali ma għandu jkollhom l-ebda impatt diskriminatorju;

30.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw il-pożizzjoni speċifika tar-reġjuni mal-fruntieri meta jiżviluppaw pjanijiet għas-sistemi ta’ nollijiet tat-toroq, biex jiġi mminimizzat l-impatt fuq il-persuni li jgħixu f’reġjuni mal-fruntieri;

31.

Jemmen li, filwaqt li s-setgħa li jżidu l-introjtu hija tal-Istati Membri, l-UE għandha tiffavorixxi sistema ta’ pedaġġi bbażata fuq id-distanza aktar milli s-sistema tal-vinjetti, peress li din tal-ewwel hija sistema aktar ġusta u nondiskriminatorja, filwaqt li tal-aħħar ħolqot problemi fil-passat f'termini ta' effiċjenza u diskriminazzjoni u għandha tiġi evitata kull fejn possibbli;

32.

Jemmen li l-Kummissjoni għandha tagħmel obbligatorji s-sistemi bbażati fuq il-ħin biex toffri lill-utenti tat-toroq vinjetti magħmula għall-individwu abbażi ta’ diversi strutturi ta’ imposti prorata, bħal għażliet fuq bażi kwotidjana, ta’ kull ġimgħa, mensili u annwali, bil-possibbiltà li tinxtara vinjetta sa 30 ġurnata qabel l-użu tat-toroq, li tiddikjara b’mod ċar l-ammont li qed jiġi impost bħala tariffa amministrattiva, u li għandha tippromwovi l-introduzzjoni aktar mifruxa ta’ sistemi bbażati fuq id-distanza aktar milli fuq il-ħin;

33.

Jemmen li l-introduzzjoni ta’ kwalunkwe sistema ġdida ta’ imposti ġdida li tkun tinvolvi l-kondiviżjoni ta’ sistemi operattivi u data dwar klijenti u l-movimenti tagħhom għandha tkun strettament soġġetta għar-regolamenti tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data u li għandhom jitneħħew l-elementi personali tad-data sabiex tiġi mħarsa l-privatezza tal-individwi; jadotta approċċ prammatiku dwar il-kwistjoni tal-protezzjoni tad-data u jemmen li ladarba jiġu implimentati s-salvagwardji meħtieġa, il-preokkupazzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data m’għandhomx jostakolaw l-interoperabbiltà;

34.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tobbliga lil dawk l-Istati Membri b’sistemi ta’ vinjetta jissemplifikaw b’mod konsiderevoli l-bejgħ tal-vinjetta kif ukoll l-aċċess għall-informazzjoni u joperaw servizz ta’ pagament online li jkun jippermetti lill-konsumaturi jħallsu t-tariffi tagħhom minn qabel permezz ta’ interfaċċja aċċessibbli għal kulħadd, skont ir-rekwiżiti tad-disinn universali;

35.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel il-ħlas permezz tal-mowbajl possibbiltà għas-sistemi ta' pedaġġi u vinjetti;

36.

Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ sinjali avvanzati adegwati u viżibbli li jinfurmaw lis-sewwieqa dwar kemm se jkollhom iħallsu; jisħaq ukoll li l-informazzjoni dwar il-multi u penalitajiet oħrajn għandha tkun indikata b’mod ċar u tkun faċilment disponibbli;

37.

Jagħraf il-ħtieġa tal-kumpaniji tat-trasport tal-merkanzija u l-SMEs, u l-benefiċċji li joffri EETS lil dawn il-gruppi biex il-prodotti jinġiebu fis-suq bl-aktar prezz kompetittiv possibbli;

38.

Jinnota l-importanza ta’ dawn il-kumpaniji u l-SMEs biex iġibu t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi lejn l-Ewropa u, għalhekk, iqis essenzjali li l-ebda imposti żejda bla bżonn m’għandhom jitqiegħdu fuq dawn il-kumpaniji, iżda li minflok il-prinċipju li l-utent iħallas jiġi applikat b’mod konsistenti għall-kategoriji kollha tal-vetturi.

39.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tieħu azzjoni soda kontra dawk li jonqsu milli jikkooperaw mad-Direttiva attwali dwar l-interoperabbiltà, filwaqt li tiġi evalwata l-ħtieġa li l-Kummissjoni tippubblika proposta għal leġiżlazzjoni ġdida dwar l-EETS u l-interoperabbiltà tan-nollijiet tat-toroq;

o

o o

40.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


L-Erbgħa 12 ta’ Ġunju 2013

19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/68


P7_TA(2013)0266

Investiment Soċjali għat-Tkabbir u l-Koeżjoni

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Lejn Investiment Soċjali għat-Tkabbir u l-Koeżjoni – inkluża l-implimentazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020” (2013/2607(RSP))

(2016/C 065/07)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari l-Artikoli 5, 6, 9, 14, 147, 148, 149, 151 u 153 tiegħu, u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea b’mod partikolari l-Artikoli 24, 25, 26, 29, 33, 34, 35 u 36;

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013 bit-titolu “Lejn Investiment Soċjali għat-Tkabbir u l-Koeżjoni – inkluża l-implimentazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020” (COM(2013)0083);

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013 intitolata “L-Investiment fit-tfal: jinkiser iċ-ċiklu tal-iżvantaġġ” (2013/112/UE) (1);

wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013 bit-titolu “Evidenza dwar ix-Xejriet Demografiċi u Soċjali: Il-kontribuzzjoni tal-Politiki Soċjali għall-Inklużjoni, l-Impjiegi u l-Ekonomija” (SWD(2013)0038);

wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013 bit-titolu “Segwitu tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-inklużjoni attiva ta' nies esklużi mis-suq tax-xogħol 2008 – Lejn approċċ ta' investiment soċjali” (SWD(2013)0039);

wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013 bit-titolu “It-3 Rapport Biennali dwar Servizzi Soċjali ta' Interess Ġenerali” (SWD(2013)0040),

wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013 bit-titolu “Il-Kura fit-tul f'soċjetajiet li qed jixjieħu – Sfidi u għażliet ta' politika” (SWD(2013)0041);

wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013 bit-titolu “L-indirizzar tal-problema tal-persuni mingħajr dar fl-Unjoni Ewropea” (SWD(2013)0042);

wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013 bit-titolu “L-investiment fis-saħħa” (SWD(2013)0043);

wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2013 bit-titolu “L-investiment soċjali permezz tal-Fond Soċjali Ewropew”(SWD(2013)0044);

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2012 dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2013 (SAT) (COM(2012)0750), u l-Abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi anness magħha;

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2013 dwar is-Semestru Ewropew għall-Koordinazzjoni tal-Politika Ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2013 (2);

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 dwar Ewropa 2020: strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv (COM(2010)2020);

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-18 ta' April 2012 bit-titolu “Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta' impjiegi” (COM(2012)0173);

wara li kkunsidra l-Mistoqsija Orali tiegħu lill-Kummissjoni u r-Riżoluzzjoni akkumpanjanti tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar “Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta' impjiegi” (3);

wara li kkunsidra l-Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2010 dwar Aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi: kontribut Ewropew lejn livell massimu ta' impjiegi (COM(2010)0682);

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2011 dwar l-Aġenda għal Ħiliet u Impjiegi Ġodda (4);

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2010 bit-titolu “Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Qafas Ewropew għall-koeżjoni soċjali u territorjali” (COM(2010)0758), l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din (5) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2011 dwarha (6);

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2011 bit-titolu “Inizjattiva għall-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ” (COM(2011)0933);

wara li kkunsidra l-Mistoqsija Orali tiegħu lill-Kummissjoni u r-Riżoluzzjoni akkumpanjanti tal-24 ta' Mejju 2012 dwar “L-Inizjattiva Opportunitajiet għaż-Żgħażagħ” (7);

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2012 bit-titolu “Inressqu ż-Żgħażagħ lejn l-Impjiegi” (COM(2012)0727);

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Settembru 2010 dwar l-iżvilupp tal-potenzjal ta' ħolqien ta' impjiegi ta' ekonomija sostenibbli ġdida (8);

wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2011-2020) adottat mill-Kunsill fis-7 ta' Marzu 2011;

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2008 dwar Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol (COM(2008)0639) u r-riżoluzzjoni tiegħu dwarha tas-6 ta' Mejju 2009 (9);

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2013 dwar l-integrazzjoni tal-migranti, l-effetti tagħha fuq is-suq tax-xogħol u d-dimensjoni esterna tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali (10);

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2011 dwar il-futur tas-servizzi soċjali ta' interess ġenerali (11);

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2008 bit-titolu “Aġenda soċjali mġedda: Opportunitajiet, aċċess u solidarjetà fl-Ewropa tas-seklu 21” (COM(2008)0412) u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Mejju 2009 dwarha (12),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar is-sostenibilità fuq medda twila ta' żmien tal-finanzi pubbliċi għal ekonomija li qed tirkupra (COM(2009)0545) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2010 dwarha (13),

wara li kkunsidra l-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1081/2006 (COM(2011)0607/2 – 2011/0268(COD)) tal-14 ta' Marzu 2012 u l-abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-20 ta' Awissu 2012 dwarha (14);

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2012 dwar l-Inizjattiva għan-Negozju Soċjali – Il-ħolqien ta' klima favorevoli għall-intrapriżi soċjali, il-partijiet interessati ewlenin fl-ekonomija soċjali u l-innovazzjoni (15);

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Frar 2013 dwar ir-Responsabilità Soċjali Korporattiva: promozzjoni tal-interessi tas-soċjetà u triq lejn l-irkupru sostenibbli u inklużiv (16);

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2012 dwar il-Patt dwar l-Investiment Soċjali – bħala reazzjoni għall-kriżi (17);

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-16 ta' Frar 2012 dwar Aġenda għal pensjonijiet adegwati, sikuri u sostenibbli (COM(2012)0055);

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-ILO Nru 117 dwar il-Politika Soċjali (għanijiet u standards bażiċi);

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-ILO Nru 202 dwar il-Bażijiet ta’ Protezzjoni Soċjali;

wara li kkunsidra l-mistoqsija li titlob tweġiba orali lill-Kummissjoni dwar il-Komunikazzjoni tagħha “Lejn Investiment Soċjali għat-Tkabbir u l-Koeżjoni – inkluża l-implimentazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020” (O-000057/2013 – B7-0207/2013);

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi f'ħafna Stati Membri l-miżuri ta' konsolidazzjoni fiskali wasslu biex tingħata preferenza lill-għanijiet ta' nfiq fuq medda ta' żmien qasira askapitu ta' investiment fi tkabbir sostenibbli, impjiegi, koeżjoni soċjali u kompetittività biex jinkisbu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020;

B.

billi l-kriżi tad-dejn sovran li laqtet l-Ewropa, speċjalment lill-pajjiżi taż-żona tal-euro, wasslet għal tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku b’konsegwenzi soċjali negattivi għall-biċċa l-kbira tal-Istati Membri minħabba rati ta' qgħad, ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali, li kollha qegħdin jiżdiedu;

C.

billi l-kriżi enfasizzat l-interdipendenza ekonomika tal-Istati Membri u d-diverġenza konsiderevoli fil-kapaċità tal-Istati Membri li jirreaġixxu għall-isfidi soċjali u tas-suq tax-xogħol;

D.

billi l-kriżi, flimkien mat-tibdil demografiku, tagħmilha urġenti għall-Istati Membri li jtejbu l-effikaċja tal-infiq soċjali u jfasslu r-riformi potenzjali tas-sistema tagħhom għall-protezzjoni soċjali bi qbil ma' dan l-objettiv;

E.

billi s-sħab soċjali fil-livell nazzjonali jista' jkollhom rwol importanti fl-iffinanzjar u t-tmexxija tas-sistemi tas-sigurtà soċjali;

F.

billi l-investimenti soċjali mmirati tajjeb u effiċjenti jagħtu stabbiltà lill-ekonomija, jippromwovu l-impjiegi u jsaħħu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol sabiex b'hekk tiżdied il-kompetittività tal-UE;

G.

billi l-intensità li qed tiżdied tal-ħiliet meħtieġa għall-impjiegi disponibbli u l-ħiliet meħtieġa għal setturi futuri mogħnija bl-impjiegi, adatatti għal ekonomija u soċjetà sostenibbli, jirrikjedu investiment adegwat fl-edukazzjoni u fil-programmi ta' taħriġ;

H.

billi l-introjti medji tal-unitajiet domestiċi tal-UE qed jonqsu u kemm il-qgħad fit-tul kif ukoll il-faqar u l-esklużjoni soċjali inklużi l-faqar fost dawk li jaħdmu u l-polarizzazzjoni soċjali qed jiżdiedu f'ħafna Stati Membri;

I.

billi 10,5 % tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol issa huma qiegħda;

J.

billi skont dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew tat-30 ta' Jannar 2012: “It-tkabbir u l-impjiegi ser jerġgħu jibdew biss jekk aħna insegwu approċċ konsistenti u fuq bażi wiesgħa, li jgħaqqad konsolidazzjoni fiskali intelliġenti li tippreserva l-investiment fit-tkabbir futur, politiki makroekonomiċi sodi u strateġija attiva dwar l-impjiegi li tippreserva l-koeżjoni soċjali”;

K.

billi l-effetti tal-istaġnar ekonomiku u tal-kriżi persistenti tad-dejn pubbliku flimkien mat-tibdil demografiku huma ta' sfida għas-sistemi ta' assistenza soċjali u sigurtà soċjali deċenti, inklużi l-iskemi ta' assigurazzjoni soċjali statutorji u volontarji;

L.

billi 22,8 % taż-żgħażagħ fl-UE attwalment huma qiegħda, filwaqt li l-qgħad fost iż-żgħażagħ jaqbeż il-50 % f'uħud mill-Istati Membri;

M.

billi 8,3 miljun Ewropew taħt l-età ta' 25 sena jinsabu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET) u billi dawn iċ-ċifri qed ikomplu jiżdiedu u qed joħolqu r-riskju ta' ġenerazzjoni mitlufa;

N.

billi ż-żgħażagħ bi sfond ta’ migrazzjoni jinsabu f'riskju akbar li joħorġu mis-sistema edukattiva u ta' taħriġ mingħajr ma jkunu kisbu kwalifika sekondarja għolja;

O.

billi 27 % tat-tfal jinsabu f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali apparagun ta' medja ta' 24 % għall-popolazzjoni kollha kemm hi tal-UE (18);

P.

billi 8 % taċ-ċittadini tal-UE jgħixu f'kundizzjonijiet ta' privazzjoni materjali gravi u ma jaffordjawx għadd ta' neċessitajiet meqjusa essenzjali sabiex wieħed jgħix ħajja deċenti fl-Ewropa;

Q.

billi 15 % tat-tfal jitilqu mill-iskola bla ma jkunu kisbu edukazzjoni sekondarja u billi 10 % taċ-ċittadini tal-UE jgħixu f'unitajiet domestiċi mingħajr impjieg;

R.

billi l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali jwissi li dawn in-numri qed ikomplu jiżdiedu f'ħafna Stati Membri, parzjalment minħabba l-impatt ta' miżuri ta' konsolidazzjoni fiskali;

S.

billi l-gruppi l-iktar vulnerabbli, bħalma huma l-anzjani u l-persuni b'diżabilitajiet, kienu dawk li ntlaqtu l-agħar bil-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali;

T.

billi l-politiki soċjali jaqgħu prinċipalment taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, l-UE tappoġġa, tassisti u tikkomplementa l-attivitajiet tal-Istati Membri;

U.

billi impjieg deċenti huwa protezzjoni reali kontra l-faqar;

V.

billi politiki attivi tas-suq tax-xogħol u strateġiji ta' attivazzjoni huma fatturi ewlenin li jgħinu lil dawk qiegħda jsibu impjieg deċenti;

W.

billi gwida individwali u adegwata fit-tiftix ta' impjieg deċenti tista' ttejjeb il-possibilitajiet ta' suċċess;

X.

billi l-miżuri ta' awsterità inkluż it-tnaqqis fil-baġits tas-servizz pubbliku u tal-assistenza soċjali m'għandhomx ikomplu jaggravaw is-sitwazzjoni għal dawk l-iktar żvantaġġati jew ipoġġu bla bżonn il-persuni f'riskju ta' qgħad;

Y.

billi l-miżuri ta' awsterità ma għandhomx jipperikolaw id-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-affordjabbiltà tal-kura tas-saħħa u s-servizzi għall-kura fit-tul u lanqas ma għandhom jaggravaw l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa;

Z.

billi l-kriżi ekonomika x’aktarx li taffettwa lin-nisa aktar mill-irġiel; billi hemm il-periklu li r-reċessjoni attwali se ddewwem l-avvanzi, jew saħansitra treġġa' lura l-progress, b'konsegwenzi fit-tul għas-sistemi ta' protezzjoni soċjali, għall-inklużjoni soċjali u għad-demografija;

AA.

billi kwalunkwe politika baġitarja rigoruża għandha tkun intelliġenti, tippermetti l-investiment kontroċikliku fil-prijoritajiet politiċi ewlenin u konformi mal-prestazzjoni u l-produttività ekonomika;

AB.

billi l-komunitajiet marġinalizzati jgħixu f'kundizzjonijiet soċjoekonomiċi deplorevoli u ta' spiss ikunu soġġetti għal segregazzjoni u diskriminazzjoni gravi fl-aspetti kollha tal-ħajja;

AC.

billi l-ewwel indikazzjonijiet li żagħżugħ x'aktarx jitlaq mill-iskola huma sinjal ta' twissija bikrija ta' ċirku vizzjuż ta' faqar;

AD.

billi l-kundizzjoni ta' persuna mingħajr dar għadha problema fl-Istati Membri kollha tal-UE u hija waħda mill-forom l-aktar estremi ta' faqar u privazzjoni li qed jgħawru d-dinjità tal-bniedem u li qed jikkompromettu d-dritt fundamentali tal-bniedem ta' aċċess għal akkomodazzjoni;

AE.

billi l-garanzija ta' aċċess għal akkomodazzjoni deċenti hija obbligu internazzjonali tal-Istati Membri kollha u billi l-provvediment ta' akkomodazzjoni soċjali jseħħ b'mod parallel mal-provvista ta' akkomodazzjoni bbażata fuq is-suq;

AF.

billi l-persuni bla dar jirrikjedu miżuri speċifiċi biex jiġu integrati fis-soċjetà u tiġi evitata l-esklużjoni soċjali;

AG.

billi l-faqar u l-esklużjoni soċjali jibqgħu fatturi soċjali ewlienin li jiddeterminaw is-saħħa u l-kundizzjonijiet tal-għajxien, b'mod partikolari fid-dawl tal-impatt tal-faqar fost it-tfal fuq is-saħħa u l-benesseri tat-tfal;

AH.

billi hemm diskriminazzjoni persistenti abbażi tas-sessi fuq ix-xogħol, differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u konsegwentement disparitajiet fil-pensjoni fl-UE;

AI.

billi 63 % biss tan-nisa jaħdmu fl-UE apparagun ta' 76 % tal-irġiel u dan parzjalment minħabba n-nuqqas ta' faċilitajiet għall-kura u miżuri konkreti li jikkontribwixxu sabiex jinkiseb bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja;

AJ.

billi d-dimensjoni tal-ġeneri hija kruċjali biex jintlaħqu l-miri ewlenin tal-UE 2020, peress li n-nisa jiffurmaw l-ikbar riżerva ta' forza tax-xogħol li s'issa għadha mhux sfruttata u għaldaqstant għandhom jiġu żviluppati miżuri konkreti u politiki speċifiċi għall-integrazzjoni tas-sessi bħala parti mis-Semestru Ewropew;

AK.

billi n-nisa jiffurmaw il-maġġoranza tal-kapijiet ta' unitajiet domestiċi, tal-ġenituri singoli u tal-persuni li jindukraw, il-politiki ta' inklużjoni attiva jirrikjedu sett komplet ta' miżuri biex in-nisa jkunu jistgħu jipparteċipaw aktar fis-suq tax-xogħol;

1.

Jilqa' l-Pakkett tal-Investiment Soċjali tal-Kummissjoni, li jistabbilixxi r-rabtiet neċessarji bejn il-politiki soċjali nazzjonali, il-proċess tar-riformi tas-Semestru Ewropew u l-fondi ta' koeżjoni relevanti tal-UE;

2.

Jinnota li, minbarra l-funzjoni oriġinali ta' protezzjoni soċjali tas-sistemi ta' assistenza soċjali, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni żżid il-funzjonijiet ta' investiment soċjali u stabbilizzazzjoni tal-ekonomija; jenfasizza li l-kriżi ekonomika u soċjali attwali tenfasizza l-ħtieġa li dawn it-tliet funzjonijiet ikunu komplementari aktar milli opposti;

3.

Itenni l-ħtieġa li jittejjeb il-koordinament tal-politiki soċjali u ekonomiċi fil-livell tal-UE sabiex jiġu evitati diskrepanzi, jinbnew is-sinerġiji bejniethom u jkunu jistgħu jsaħħu l-objettivi ta' xulxin;

4.

Jenfasizza li l-aktar strument effiċjenti fil-ġlieda kontra l-qgħad fuq żmien twil huwa t-tkabbir ekonomiku;

5.

Jiddispjaċih li l-Komunikazzjoni hija akkumpanjata b'Rakkomandazzjoni f'qasam wieħed biss filwaqt li l-miżuri ta' awsterità għandhom impatt kbir f'ħafna oqsma tal-politika soċjali;

6.

Huwa konvint li r-riformi tal-politika soċjali għandhom ikunu ggwidati b’mod partikolari mill-prinċipji ta' inklużjoni attiva u attivazzjoni – biex jippermettu lil dawk qiegħda u l-aktar żvantaġġati jidħlu u jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol;

7.

Ifakkar li l-investimenti soċjali jiġġeneraw redditi kemm soċjali kif ukoll ekonomiċi billi jipprevjenu u jindirizzaw ir-riskji soċjali; l-investimenti soċjali jiffukaw fuq politiki pubbliċi u strateġiji ta' investiment fil-kapital uman li jmexxu t-tranżizzjoni lejn swieq tax-xogħol li qed jinbidlu u jippermettu l-akkwist ta' ħiliet ġodda għal setturi futuri mogħnija bl-impjiegi, adattati għal ekonomija u soċjetà sostenibbli;

8.

Jenfasizza li l-investiment soċjali għandu jitqies bħala investiment mill-Istati Membri, li jista’ jwassal għal dividend doppju b’redditi fit-tul u effetti kontroċikliċi, u li għalhekk jista’ jnaqqas ir-riskju ta' dannu; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza liema parti tal-infiq pubbliku soċjali tista' titqies bħala investiment produttiv;

9.

Jinnota għaldaqstant li l-investimenti soċjali mmirati għandhom ikunu parti importanti tal-politiki ekonomiċi u tal-impjieg tal-Istati Membri, u għandhom ikunu tradotti fil-proċess tas-Semestru Ewropew bl-għan li jintlaħqu l-objettivi soċjali, edukattivi u ta' impjieg tal-istrateġija Ewropa 2020;

10.

Jilqa' għalhekk it-talba tal-Kummissjoni lill-Istati Membri biex jinkludu l-investimenti soċjali fl-objettivi baġitarji fuq perjodu ta' żmien medju u twil tagħhom, kif ukoll fil-Programmi ta' Riforma Nazzjonali tagħhom;

11.

Itenni li r-riżorsi għall-politiki soċjali mhumiex limitati għal dawk mis-settur pubbliku;

12.

Jenfasizza għalhekk li l-Istati Membri għandhom jagħmlu aktar użu ta' approċċi innovattivi fir-rigward tal-finanzjament, inkluż bil-parteċipazzjoni tas-settur privat u l-inġinerija finanzjarja permezz ta' strumenti bħall-bonds b’impatt soċjali, is-sħubijiet pubbliċi-privati, il-mikrofinanzi, il-passaport ta' investiment soċjali u l-garanziji bbażati fuq il-politika;

13.

Iħeġġeġ għalhekk lill-Istati Membri jinvolvu wkoll lill-intrapriżi soċjali peress li dawn jistgħu jikkomplementaw l-isforzi tas-settur pubbliku;

14.

Jitlob f'dan il-kuntest lill-Kummissjoni tqis l-iżvilupp ta' tabella ta' valutazzjoni ta’ indikaturi komuni ta' investiment soċjali inkluż mekkaniżmu ta' twissija għall-monitoraġġ tal-progress fl-Istati Membri;

15.

Jilqa' l-insistenza tal-Kummissjoni biex mill-inqas 25 % tal-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni jiġu allokati għall-kapital uman u l-investiment soċjali permezz tal-Fond Soċjali Ewropew;

16.

Jitlob lill-Istati Membri jiżguraw monitoraġġ effiċjenti tan-nefqa tal-politiki soċjali sabiex ir-riżorsi jkunu inkanalati f'miżuri mmirati u effiċjenti u sabiex jiġi evitat piż amministrattiv żejjed;

Is-sostenibilità

17.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimmodernizzaw, u, fejn meħtieġ, jirriformaw strutturalment il-politika ta' investiment soċjali tagħhom mingħajr dewmien sabiex joffru liċ-ċittadini l-aħjar servizzi possibbli;

18.

Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-politika ta' investiment soċjali tagħhom sostenibbli u valida anki għall-futur billi jtejbu l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistema u tar-rikorsi disponibbli;

19.

Jenfasizza li meta jkollhom ir-rieda li jtejbu s-sostenibilità tal-politiki tal-investiment soċjali, l-Istati Membri ma għandhomx neċessarjament “jonfqu aktar” iżda għandhom “jonfqu b'mod aktar effiċjenti u effikaċi”;

20.

Jistieden għalhekk lill-Istati Membri jorjentaw il-politika ta' investiment soċjali tagħhom lejn l-akkwist tal-miri u jissorveljaw il-progress b'mod frekwenti;

Il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali

21.

Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tindirizza l-faqar fost dawk li jaħdmu, il-faqar fost il-persuni b'rabtiet limitati jew ineżistenti mas-suq tax-xogħol u l-faqar fost l-anzjani fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi li jmiss; jistieden lill-Kunsill Ewropew japprova din il-gwida bħala prijorità;

22.

Jenfasizza l-komponenti importanti tal-istrateġija Ewropea għall-inklużjoni attiva ta' persuni esklużi mis-suq tax-xogħol, jiġifieri appoġġ għall-introjtu suffiċjenti, swieq tax-xogħol inklużivi u aċċess għal servizzi ta' kwalità; jiddispjaċih li l-istrateġiji nazzjonali ta' inklużjoni attiva ta' spiss jiġu minimizzati għal attivazzjoni tal-impjiegi, u jeskludu de facto l-persuni li jkunu maqtugħin mis-suq tax-xogħol u li għalihom, ir-ritorn lura fis-suq tax-xogħol mhuwiex possibilità, pereżempju minħabba l-età jew il-limitazzjonijiet funzjonali tagħhom;

23.

Ifakkar lill-Istati Membri li l-politiki ta' inklużjoni attiva għandhom:

ikunu konsistenti ma' approċċ ta' ċiklu tal-ħajja fir-rigward tal-edukazzjoni, tat-tagħlim għal matul il-ħajja, tal-politiki soċjali u tal-impjieg;

ikunu mfassla apposta, immirati u orjentati lejn il-bżonnijiet skont il-prinċipju ta’ aċċess universali u nondiskriminazzjoni;

ikunu bbażati fuq approċċ integrat u jkunu parteċipattivi;

jirrispettaw il-kundizzjonijiet li huma essenzjali sabiex ikun jista' jkun hemm parteċipazzjoni, mingħajr ma joħolqu kundizzjonijiet li jipperikolaw id-dħul minimu għall-għajxien; u

isegwu, minħabba l-importanza taċ-ċirkostanzi lokali u reġjonali, id-direzzjoni tal-isforzi li saru fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni biex tinkiseb il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

24.

Jistieden lill-Istati Membri jevalwaw sistematikament l-impatt tal-miżuri ta' awsterità fuq il-gruppi vulnerabbli fil-qafas tal-politiki ta’ inklużjoni attiva;

25.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw il-kwalità u l-aċċessibilità ta' servizzi soċjali għal persuni eliġibbli, inklużi d-disponibbiltà, l-aċċessibiltà u l-affordjabbiltà tagħhom, speċjalment fl-oqsma tas-saħħa, il-kura fit-tul, l-edukazzjoni, l-akkomodazzjoni, l-enerġija, l-ilma, it-trasport u l-komunikazzjoni;

26.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied il-produttività tal-għoti tal-kura, filwaqt li titnaqqas l-okkorrenza ta' fraġilità u diżabbiltà u filwaqt li l-anzjani jkunu jistgħu jkomplu jgħixu ħajja indipendenti anka jekk ikkollhom limitazzjonijiet funzjonali;

27.

Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw l-introduzzjoni ta' tariffi soċjali predefiniti għal gruppi vulnerabbli f'oqsma bħalma huma dawk tal-enerġija, l-ilma jew it-trasport pubbliku;

28.

Jitlob li sal-2020 jkun hemm involviment attiv ta’ organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-komunitajiet marġinalizzati fl-abbozzar u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji tal-integrazzjoni ta’ komunitajiet marġinalizzati bħall-istrateġiji għall-integrazzjoni tar-Rom;

29.

Jiddispjaċih li f'ħafna Stati Membri jsiru sforzi insuffiċjenti għall-integrazzjoni tal-migranti; jenfasizza l-ħtieġa li jsir investiment fi programmi u servizzi xierqa u f'sistemi ta' informazzjoni effiċjenti rigward l-aċċess għal dawn il-programmi sabiex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tal-migranti u jitnaqqas ir-riskju ta' esklużjoni soċjali;

30.

Jitlob lill-Kummissjoni telabora pjan direzzjonali konkret u dettaljat għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta' inklużjoni attiva; jenfasizza li dan il-pjan direzzjonali għandu jispeċifika skedi ta’ żmien u objettivi realistiċi abbażi ta’ indikaturi speċifiċi u abbażi ta’ djalogu dettaljat bejn il-partijiet interessati u jkun issorveljat mill-qrib permezz tal-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni; b’għodod u proċeduri rilevanti f’każ ta’ nuqqas ta’ konformita.

Il-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal

31.

Jilqa’ r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-faqar fost it-tfal kif imħabbra fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-Pjattaforma kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: qafas Ewropew għal Koeżjoni Soċjali u Territorjali; ifakkar ukoll fid-drittijiet tat-tfal minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

32.

Jilqa' l-approċċ komprensiv promoss fir-Rakkomandazzjoni, li hu bbażat fuq it-tliet pilastri ta' aċċess għal riżorsi adegwati, aċċess għal servizzi ta' kwalità għolja u parteċipazzjoni fis-soċjetà u fit-teħid ta' deċiżjonijiet u li jirrikonoxxi t-tfal bħala detenturi tad-drittijiet;

33.

Itenni li t-tfal u ż-żgħażagħ kollha għandhom dritt għall-edukazzjoni skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, inklużi tfal u żgħażagħ li ma għandhomx permess ta' residenza fil-pajjiżi fejn jirrisjedu;

34.

Jenfasizza li l-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal għandha tkun iffokata fuq prevenzjoni u intervent bikri u mhux fuq reazzjoni u għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju gwida ta’ aċċess ugwali għal servizzi għall-indukrar tat-tfal u l-edukazzjoni bikrija tat-tfal ta’ kwalità għolja;

35.

Iħeġġeġ f’dan il-kuntest it-twaqqif ta’ iktar faċilitajiet għat-tfal bħalma huma ċ-ċentri ta’ attività disponibbli waqt żmien l-iskola u waqt il-perjodi ta’ vaganza u attivitajiet kulturali u sportivi ekstrakurrikulari akkumpanjati b’għoti tal-ikel;

36.

Jenfasizza l-ħtieġa ta’ riżorsi finanzjarji adegwati għal dawn is-servizzi b’mod partikolari għal politiki li jappoġġaw il-familji foqra u vunerabbli, bħalma huma l-familji bit-tfal b’diżabilitajiet, il-familji b'ġenitur waħdu u l-familji b’għadd kbir ta’ tfal;

37.

Jenfasizza l-importanza tar-relazzjoni bejn it-tfal u l-ġenituri u tal-appoġġ neċessarju għall-ġenituri biex jiġu megħjuna jaqdu r-responsabilitajiet tagħhom bħala ġenituri sabiex b’hekk jiġi evitat li t-tfal jiġu separati mill-ġenituri tagħhom u jitqiegħdu fi stabbilimenti ta' kura b’konsegwenza ta’ faqar estrem;

L-indirizzar tal-problema tal-persuni mingħajr dar

38.

Jilqa’ d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar L-Indirizzar tal-Problema tal-Persuni Mingħajr Dar;

39.

Ifakkar fit-talba tal-Parlament għal pjan direzzjonali konkret u dettaljat għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għal Persuni Mingħajr Dar;

40.

Jenfasizza li l-investiment fl-akkomodazzjoni soċjali, minbarra r-rwol kruċjali tiegħu biex jittaffew il-konsegwenzi tal-faqar, għandu jitqies bħala investiment soċjali, li jwassal għall-ħolqien ta’ impjiegi deċenti u tkabbir sostenibbli fuq terminu ta’ żmien fit-tul;

41.

Jitlob lill-Istati Membri jneħħu kemm il-piżijiet amministrattivi żejda fl-applikazzjoni għal akkomodazzjoni soċjali kif ukoll kwalunkwe diskriminazzjoni kontra l-minoranzi jew il-gruppi vulnerabbli sabiex jiġi żgurat aċċess ugwali għal kulħadd;

42.

Ifakkar li l-ispejjeż tal-enerġija ġeneralment jirrappreżentaw parti kbira tal-ispejjeż ta’ unità domestika u għalhekk jitlob lill-Istati Membri biex isaħħu l-politiki tagħhom favur l-effiċjenza enerġetika tal-unitajiet domestiċi;

43.

Jitlob li l-Istati Membri jħejju programmi speċifiċi għal dawk mingħajr dar, ibbażati fuq valutazzjonijiet tas-sitwazzjoni lokali u jagħmlu enfasi partikolari fuq l-akkomodazzjoni u l-assistenza aktar fit-tul għall-persuni vulnerabbli u l-komunitajiet marġinalizzati, aktar milli fuq il-forniment ta' akkomodazzjoni temporanja biss;

L-impjiegi taż-żgħażagħ

44.

Jenfasizza li l-investiment fl-impjiegi taż-żgħażagħ għandu jkun waħda mill-partijiet ewlenin tal-istrateġiji nazzjonali ta’ investiment soċjali;

45.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu miżuri deċiżivi kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ b’mod partikolari permezz tal-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola jew mit-taħriġ u l-iskemi ta' apprentistat (pereżempju, l-implimentazzjoni ta' sistema edukattiva doppja jew oqfsa daqstant effiċjenti) u jiżviluppaw strateġiji komprensivi għaż-żgħażagħ li jinsabu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs);

46.

Jenfasizza li l-investiment soċjal favur in-NEETs inaqqas it-telf ekonomiku attwali dovut għall-irtirar taż-żgħażagħ mis-suq tax-xogħol li skont il-Eurofound huwa stmat li jammonta għal EUR 153 biljun jew 1,2 % tal-PDG Ewropew;

47.

Jiddispjaċih li l-politika ta' investimenti soċjali attwali ma tenfasizzax biżżejjed il-ħtieġa li r-riżorsi jiġu ffokati bi prijorità fuq dawk qiegħda fit-tul, fuq iż-żgħażagħ qiegħda, u fuq il-ħaddiema kbar fl-età li qegħdin f'riskju li jispiċċaw qiegħda fit-tul;

48.

Jinnota li l-investiment soċjali fiż-żgħażagħ jista’ jkollu firxa wiesgħa ta’ forom inkluż fost l-oħrajn il-forma ta’ żvilupp ta’ sħubijiet bejn l-iskejjel, iċ-ċentri ta’ taħriġ u n-negozji lokali u reġjonali, provvediment ta’ programmi ta’ taħriġ u internship għaż-żgħażagħ ta’ kwalità għolja, skemi vokazzjonali b’kooperazzjoni mal-intrapriżi kif ukoll skemi ta’ sponserizzazzjoni tal-impjegati biex jiġu reklutati u mħarrġa ż-żgħażagħ fuq ix-xogħol jew biex tiġi żgurata tranżizzjoni aħjar mill-edukazzjoni għax-xogħol, titħeġġeġ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fis-soċjetà u tiġi promossa mobilità reġjonali, Ewropea u internazzjonali, permezz ta' progress ulterjuri lejn ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki u l-ħiliet; jenfasizza li l-investiment soċjali jista' jmur id f'id ma' inċentivi effiċjenti, bħal sussidji tal-impjieg jew kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni għaż-żgħażagħ li se jiggarantixxu kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol deċenti; dan sabiex l-impjegaturi pubbliċi u privati jitħeġġu biex jimpjegaw liż-żgħażagħ, biex jinvestu kemm fil-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità għaż-żgħażagħ kif ukoll fit-taħriġ u t-titjib kontinwu tal-ħiliet tagħhom waqt li jkunu impjegati, u biex jappoġġaw l-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ;

49.

Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ il-koordinament tas-sistemi nazzjonali tas-sigurtà soċjali, speċjalment fir-rigward tas-sistemi tal-pensjoni biex titħeġġeġ il-mobilità;

50.

Jenfasizza l-ħtieġa ta’ informazzjoni statistika kumparabbli fost l-Istati Membri fir-rigward tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-infiq tas-suq tax-xogħol għaż-żgħażagħ;

Il-ħolqien tal-impjiegi u s-swieq tax-xogħol

51.

Javża li l-miżuri ta’ awsterità jistgħu jikkompromettu l-kwalità tal-impjiegi, il-ħarsien soċjali u l-istandards tas-saħħa u s-sikurezza, jinnota, għalhekk, li għandhom ikunu akkumpanjati b’miżuri bil-għan li jiġu appoġġati standards adegwati;

52.

Jisħaq dwar l-importanza tat-tagħlim tul il-ħajja sabiex jissaħħew il-kapaċitajiet tan-nies biex jipparteċipaw fis-soċjetà u fis-suq tax-xogħol sal-età legali tal-rtirar u anke iktar, jekk ikunu jixtiequ;

53.

Itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri biex jadottaw miżuri favorevoli għall-ħolqien tal-impjiegi bħala parti mill-programmi ta’ investiment soċjali tagħhom bħal pereżempju riformi tat-taxxa fuq ix-xogħol li jinċentivaw l-impjieg, jippromwovu u jappoġġaw impjieg indipendenti u l-ftuħ ta’ negozji ġodda, itejbu l-qafas biex isir in-negozju u jiffaċilitaw l-aċċess għal finanzjament tal-SMEs, jittrasformaw ix-xogħol informali u mhux iddikjarat f’impjieg regolari, joħolqu inċentivi li jtejbu l-livell ta' impjieg tal-gruppi soċjali l-aktar vulnerabbli, jirriformaw is-swieq tax-xogħol biex isiru aktar dinamiċi, nondiskriminatorji u biex jintegraw il-flexisecurity u jimmodernizzaw is-sistemi tal-iffissar tal-pagi sabiex jallinjawhom mal-iżviluppi tal-produttività;

54.

Jenfasizza l-ħtieġa li jkun sfruttat il-potenzjal ta’ ħolqien ta’ impjiegi ta’ setturi innovattivi f’Orizzont 2020 bħall-ekonomija sostenibbli u mingħajr karbonju, il-kura tas-saħħa u soċjali u s-setturi diġitali, kulturali u kreattivi, li għandhom ikunu appoġġati b’investiment adegwat f’ħiliet ġodda u strumenti ta’ investiment soċjali; filwaqt li jsir użu mill-kunċett ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti sabiex il-kapaċitajiet b’saħħithom ta’ riċerka u innovazzjoni jiġu allinjati mal-iżviluppi fis-suq;

55.

Jinnota li r-rispett tal-prinċipji ta’ flessigurtà jagħti lok kemm għal protezzjoni soċjali adegwata għall-ħaddiema kif ukoll għall-aċċess għal taħriġ u żvilupp tal-karriera u dan jippermetti l-ksiba ta’ ħiliet ġodda;

L-intraprenditorija soċjali

56.

Jilqa’ l-fokus fuq l-intraprenditorija soċjali u l-aċċess għall-mikrofinanzi għal, fost l-oħrajn, gruppi vulnerabbli, jenfassizza li dawn huma elementi kruċjali fil-kuntest tal-investiment soċjali, peress li ma jippermettux il-ħolqien ta’ impjiegi sostenibbli ġodda u l-iżvilupp tal-ekonomija iżda jippermettu wkoll lill-intrapriżi soċjali jiġġeneraw profitt u jerġgħu jinvestuh;

57.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat tixjiħ attiv u b'saħħtu fuq perspettiva tul il-ħajja kollha u tiġi enfasizzata l-prevenzjoni u r-riabilitazzjoni biex titnaqqas l-inċidenza, jiġi pospost il-bidu u jitreġġa' lura u jittaffa l-progress tal-fraġilità, tal-limitazzjonijiet funzjonali u tad-diżabbiltà;

58.

Jiddispjaċih li l-Komunikazzjoni ma tenfasizzax ir-rwol importanti tal-programm Grundtvig fil-prevenzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali u l-promozzjoni tal-investiment soċjali, u jitlob lill-Kummissjoni tqajjem kuxjenza dwar l-opportunitajiet ta’ programmi tat-tagħlim tul il-ħajja, l-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ u lill-Istati Membri biex itejbu l-kwalità u l-aċċessibilità tagħhom;

59.

Jenfasizza r-rwol importanti tal-istrumenti finanzjarji tal-UE, u tal-Fondi ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropej, fit-titjib tal-aċċess għas-swieq finanzjarji għall-intrapriżi soċjali;

60.

Jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra l-introduzzjoni ta’ qafas Ewropew komuni għall-pubblikazzjoni tad-data, li jiggarantixxi informazzjoni trasparenti dwar l-investimenti fl-intrapriżi soċjali fl-Istati Membri u jħeġġeġ il-pressjoni bejn il-pari;

61.

Jenfasizza li s-CSR tiffoka fuq standards soċjali u ambjentali bil-għan li tiżgura mġiba responsabbli min-naħa tal-kumpaniji;

Id-dimensjoni tal-ġeneru

62.

Jilqa’ l-fatt li d-dimensjoni tal-ġeneru hija inkluża fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġiji ta’ Investiment Soċjali;

63.

Jenfasizza li l-forniment tal-indukrar tat-tfal ta' kwalità u ta' faċilitajiet oħra għall-kura għandu rwol importanti, peress li permezz tiegħu n-nisa jistgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol u jaħdmu full-time; jistieden lill-Istati Membri jorganizzaw indukrar tat-tfal suffiċjenti u faċilitajiet oħra għall-kura li jippermettu l-parteċipazzjoni taż-żewġ ġenituri fis-suq tax-xogħol, anke peress li fil-preżent id-disponibbiltà ta' postijiet għall-indukrar tat-tfal hija pjuttost inugwali bejn Stat Membru u ieħor;

64.

Jingħaqad mal-Kummissjoni fit-talba tagħha lill-Istati Membri biex jinvestu f'servizzi – bħalma huma l-indukrar tat-tfal, il-postijiet tal-iskola li jagħtu servizz tul il-jum kollu u s-servizzi ta’ kura għall-anzjani li jkunu affordjabbli, full-time u ta' kwalità għolja u appoġġ għal dawk li jagħtu l-kura b'mod informali – li jgħinu fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, fit-trawwim ta' bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja u għall-irġiel u n-nisa (inkluż il-liv tal-paternità għall-irġiel) u fil-ħolqien ta' qafas li jippermetti d-dħul jew id-dħul mill-ġdid fis-suq tax-xogħol; jiżguraw paga ugwali għall-istess xogħol fost in-nisa u l-irġiel;

65.

Itenni l-importanza ta’ sistemi edukattivi sensittivi għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi li joffru lit-tfal il-possibilitajiet li jiskopru t-talenti tagħhom u b’hekk tiġi evitata s-segregazzjoni bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol fuq perjodu ta’ żmien fit-tul;

66.

Jitlob lill-Istati Membri jirrispettaw u jrawmu l-ugwaljanza fost is-sessi bħala parti mill-politiki nazzjonali tagħhom u fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma (PNR) tagħhom;

Il-fondi tal-UE

67.

Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-politika ta’ koeżjoni u l-fondi strutturali fil-promozzjoni tal-investimenti soċjali; jenfasizza, f’dan il-kuntest, il-kontribut relevanti tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) fil-prevenzjoni tal-faqar fost il-ħaddiema milquta mill-kriżi, u tal-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress fl-appoġġ tal-intraprenditorija permezz ta' taħriġ, taħriġ mill-ġdid u miżuri marbutin mal-forza tax-xogħol sabiex il-persuni jkunu jistgħu jerġgħu jidħlu f'impjieg;

68.

Jenfasizza li l-fondi strutturali għandhom jiffukaw fuq oqsma prijoritarji b'impatt ċar fuq it-tkabbir u l-impjiegi, u b'iffokar propost tal-politika ta' koeżjoni;

69.

Jenfasizza li l-Fond Soċjali Ewropew għandu jsir orjentat b'mod aktar ċar lejn miżuri attivi li fil-prattika jilħqu l-bżonnijiet ta' min iħaddem.

70.

Jilqa’ l-enfasi tal-Kummissjoni fuq il-Fond Soċjali Ewropew bħala l-istrument ewlieni biex jitrawwem investiment soċjali; jappoġġa bil-qawwa f’dan ir-rigward li tal-inqas 25 % tal-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni għandhom ikunu allokati għall-FSE u li 20 % tal-FSE f’kull Stat Membru għandhom jiġu allokati għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar;

71.

Jitlob lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 jkun fih riżorsi baġitaji xierqa biex jiġu stimulati u appoġġati l-investimenti soċjali fl-UE;

72.

Jitlob frontloading tas-EUR 6 biljun allokati għall-Inizjattiva l-ġdida favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fl-ewwel snin tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali biex jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ u jiġu implimentati l-garanziji għaż-żgħażagħ bħala kwistjoni ta' urġenza; jenfasizza li l-kosti tal-implimentazzjoni tal-garanziji għaż-żgħażagħ madwar iż-żona tal-euro huma stmati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol għal EUR 21 biljun u għalhekk jitlob li l-allokazzjoni tiġi riveduta ’l fuq fil-qafas ta’ reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali; jilqa' l-estensjoni tal-grupp ta' eliġibbiltà għall-garanzija taż-żgħażagħ taħt l-età ta' 30 sena;

73.

Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tesplora l-użu ta’ strumenti finanzjarji ġodda u biex jiżdied l-effett ta’ lieva tal-investimenti soċjali pubbliċi; jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposti iktar dettaljati dwar dik il-kwistjoni;

Id-dimensjoni soċjali tal-UEM

74.

Jikkunsidra li d-dixxiplina baġitarja fiż-żona tal-euro għandha titkejjel mhux biss permezz ta’ parametri referenzjarji fiskali u makroekonomiċi iżda għandha tkun ikkumplementata u titqiegħed fuq bażi ugwali ma’ parametri referenzjarji soċjali kif ukoll rapporti ta’ progress dwar riformi strutturali sabiex jiġi żgurat livell xieraq u effiċjenti ta’ investiment soċjali u b’hekk tiġi żgurata s-sostenibilità ta’ Unjoni Ewropea soċjali f’perspettiva fit-tul;

75.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, meta tkun qiegħda tikkunsidra kif tista' tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali ta' unjoni ekonomika u monetarja ġenwina, tindirizza l-ħtiġijiet ta' investiment pubbliku tal-Istati Membri, b'mod partikolari dawk relatati mal-miri soċjali u mal-edukazzjoni skont l-istrateġija Ewropea 2020;

76.

Itenni li Pakkett Soċjali għall-Ewropa għandu jippromwovi:

stabbiliment ta’ governanza ekonomika Ewropea għandu jkun akkumpanjat b’governanza soċjali mtejba, li tirrispetta kompletament l-awtomonija tas-sħab soċjali u l-importanza tad-djalogu tripartitiku

għandhom jiġu definiti l-istrumenti għall-introduzzjoni rapida ta’ Garanzija Ewropea għaż-Żgħażagħ, qafas ta’ kwalità għal internships u apprentistati, servizzi deċenti u aċċessibbli, pagi għal għajxien deċenti b’introjti minimi nazzjonali li jipprevjenu l-faqar fost dawk li jaħdmu, protezzjoni soċjali u trasferibilità tad-drittijiet tal-pensjoni, u aċċess għal akkomodazzjoni soċjali affordjabbli u adegwata; bażi ta’ protezzjoni soċjali biex jiġi żgurat aċċess ugwali għas-servizzi tas-saħħa essenzjali irrispettivament mid-dħul; l-implimentazzjoni ta’ protokoll soċjali għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali soċjali u tax-xogħol, paga ugwali fost in-nisa u l-irġiel għall-istess xogħol jew għal xogħol ta' valur ugwali, u strateġija mġedda għas-saħħa u s-sikurezza.

inizjattiva leġiżlattiva ġdida rigward id-dritt tal-Parlamenti Nazzjonali li jirrikjedu inizjattiva leġiżlattiva mill-Kummissjoni bħala “karta ħadra” abbażi tal-Artikolu 352 tat-Trattat;

drittijiet ġodda għall-Parlamenti Nazzjonali biex jirrikjedu inizjattiva leġiżlattiva mill-Kummissjoni bħala “karta ħadra” permezz ta’ bidla fit-Trattat;

żgurar ta’ riżorsi xierqa għal investiment soċjali inklużi 25 % tal-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni għall-FSE;

77.

Jitlob lill-Istati Membri, fil-każijiet fejn minoranzi li jimblokkaw mhux iġġustifikati qed jipprevjenu l-progress meħtieġ, jespandu l-prinċipju ta' kooperazzjoni msaħħa għall-politiki soċjali u tal-impjieg;

o

o o

78.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.


(1)  ĠU L 59, 2.3.2013, p. 5.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2013)0053.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2012)0260.

(4)  ĠU C 131 E, 8.5.2013, p. 87.

(5)  ĠU C 248, 25.8.2011, p. 130.

(6)  ĠU C 153 E, 31.5.2013, p. 57.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2012)0224.

(8)  ĠU C 308 E, 20.10.2011, p. 6.

(9)  ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 23.

(10)  Testi adottati, P7_TA(2013)0092.

(11)  ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 65.

(12)  ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 11.

(13)  ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 112.

(14)  Rapport A7-0250/2012 tal-Kumitat tal-Parlament għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali.

(15)  Test adottat, P7_TA(2012)0429

(16)  Test adottat, P7_TA(2013)0050

(17)  Test adottat, P7_TA(2012)0419

(18)  http://europa.eu/rapid/press-release_STAT-13-28_en.htm?locale=en


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/79


P7_TA(2013)0267

Il-politika reġjonali bħala parti minn skemi usa' ta' għajnuna mill-Istat

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-politika reġjonali bħala parti minn skemi usa’ ta’ għajnuna mill-Istat (2013/2104(INI))

(2016/C 065/08)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 174 et seq. tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jistabbilixxu l-objettiv ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u jiddefinixxu l-istrumenti finanzjarji meħtieġa sabiex jinkiseb,

wara li kkunsidra l-Artikolu 107(3)(a) u (c) TFUE, li jipprovdi għall-eliġibbiltà għal għajnuna reġjonali mill-Istat biex jiġi promoss l-iżvilupp ekonomiku ta’ ċerti żoni żvantaġġati fl-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2011 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (COM(2012)0496), kif emendat (COM(2013)0146),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Jannar 2013 dwar il-modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat (1),

wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni Nru 2232/2012 tal-1 ta’ Frar 2013 dwar il-linji gwida għall-għajnuna mill-Istat reġjonali għall-2014-2020,

wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali INT/653 tas-26 ta' Marzu 2013 dwar is-suq intern u l-għajnuna mill-Istat għar-reġjuni,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Kummissjoni għall-għajnuna nazzjonali reġjonali għall-2007-2013 (2),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Mejju 2012 bit-titolu “Il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE (SAM) (COM(2012)0209)”,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, C(2012)7542, fil-kawża SA 33243 Jornal de Madeira,

wara li kkunsidra d-“Dokument tas-servizzi tad-DĠ Kompetizzjoni li fih l-abbozz ta’ linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020” tal-Kummissjoni (3),

wara li kkunsidra l-Punt 57 tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali tas-7 u t-8 ta' Frar 2013 – Għajnuna Reġjonali (4),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri tal-1998 dwar ir-rabtiet bejn il-politika reġjonali u l-politika dwar il-kompetizzjoni – għat-tisħiħ tal-konċentrazzjoni u tal-konsistenza reċiproka (COM(1998)0673),

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawżi Konġunti T-443/08, T-455/08T, Mitteldeutsche Flughafen u Flughafen Leipzig/Halle v Kummissjoni,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” – “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa’, (COM(2008)0394),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0204/2013),

A.

billi l-Kummissjoni qed twettaq il-proċess tal-modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat (SAM), li l-objettivi tiegħu huma li jkattar it-tkabbir, jiffoka fuq każijiet ewlenin, u jissimplifika, jiffaċilita u jħaffef l-implimentazzjoni tar-regoli rilevanti;

B.

billi l-bażi ġuridika għall-proposti l-ġodda, kif stipulat fl-Artikolu 109 TFUE, tipprovdi biss għall-konsultazzjoni tal-Parlament, u mhux għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja; billi l-Parlament m'għandu l-ebda rwol fl-adozzjoni tal-linji gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat lir-Reġjuni għall-2014-2020;

C.

billi l-proċedura leġiżlattiva ordinarja dwar il-pakkett leġiżlattiv tal-Politika ta’ Koeżjoni dwar il-Fondi Strutturali u għall-Investimenti Ewropej għall-2014-2020 għadha ma ġietx konkluża;

D.

billi l-forom l-iktar komuni ta’ skemi ta’ appoġġ mill-Istat jieħdu l-forma ta’ għotjiet u sussidji, tnaqqis tat-taxxa, derogi, premji ta’ inċentiv, self b’rata baxxa ta' imgħaxx, garanziji, rati ta' self preferenzjali, u parteċipazzjoni fil-kapital li tingħata mill-gvern nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll mill-entitajiet ikkontrollati fuq livell pubbliku u permezz ta' numru dejjem jikber ta' forom ta' sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat;

E.

billi jeżistu għadd ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, kif ukoll linji gwida li japplikaw fil-livelli reġjonali, speċifiċi għas-settur u orizzontali, filwaqt li l-għażla dwar liema tip ta’ għajnuna għandha tiġi applikata titħalla sa ċertu punt f’idejn l-Istati Membri;

F.

billi, skont il-Kummissjoni, l-iskop tal-Linji Gwida għal Għajnuna Reġjonali (RAG) tagħha huwa l-promozzjoni ta' suq uniku kompetittiv u koerenti, filwaqt li fl-istess ħin jiġi żgurat li l-effetti ta' tgħawwiġ tal-għajnuna jkunu kem jista' jkun dgħajfa;

G.

billi l-għajnuna mill-Istat għandha tikkumplimenta u tfittex bilanċ mal-objettivi ta’ politiki oħrajn tal-UE, b’mod partikolari l-Politika ta’ Koeżjoni;

H.

billi l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jiddependu wkoll b'mod qawwi mill-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja;

I.

billi l-eżistenza ta’ mekkaniżmu li jiżgura l-implimentazzjoni effettiva u l-applikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat tal-UE hija waħda mill-kondizzjonalitajiet ex-ante stipulati fl-abbozz ta’ sett ta’ regolamenti dwar il-Politika ta’ Koeżjoni għall-2014-2020;

J.

billi l-impatt ex-post tal-għajnuna mill-Istat u l-kontroll ta’ għajnuna mill-Istat fuq l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali, kif ukoll fuq il-kumpaniji, is-swieq u l-ekonomija b’mod globali, ma ġiex valutat b’mod suffiċjenti, kif tirrimarka l-Qorti tal-Awdituri fir-rapport tagħha bl-isem l-“Effiċjenża tal-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat” (5);

K.

billi l-anzjetà dwar il-piżijiet amministrattivi hija l-preokkupazzjoni ewlenija li taffettwa lill-benefiċjarji fir-rigward ta’ regoli marbuta mal-għajnuna mill-Istat jew mal-Politika ta’ Koeżjoni;

Il-koordinazzjoni ta’ regoli dwar l-Għajnuna mill-Istat u l-Politika ta’ Koeżjoni

1.

Jilqa' l-abbozz tal-Kummissjoni ta' linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali għall-perjodu 2014-2020 bħala parti integrali tal-programm għall-modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat (SAM); itenni l-appoġġ tiegħu għal approċċ fejn ir-regoli ta' kompatibbiltà għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat ikollhom l-għeruq fi prinċipji komuni u jkunu konsistenti fir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (6) (GBER) kollu u fil-linji gwida differenti kollha; jiffavorixxi l-adozzjoni ta' regoli ta' kontroll u ta' infurzar tal-għajnuna mill-Istat iktar sempliċi, prevedibbli u effikaċi abbażi ta' analiżi ekonomika soda;

2.

Huwa tal-fehma li l-implimentazzjoni kemm tal-Politika ta’ Koeżjoni kif ukoll tar-regoli dwar l-iskemi ta’ appoġġ mill-Istat biex jiġu rinfurzati l-investiment u sħubiji pubbliċi-privati lokali u reġjonali huma ta’ importanza ewlenija għall-promozzjoni ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, l-iżvilupp reġjonali u lokali, it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, u l-ħolqien tal-impjiegi; madankollu, jinsab imħasseb dwar jekk ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat humiex konsistenti mal-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali u tal-Investiment Ewoprej; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni biex tiżgura konsistenza tas-SAM mar-regolamenti dwar il-Politika ta' Koeżjoni 2014 – 2020, sabiex ma jkunx hemm varjazzjonijiet kbar fit-trattament ta' oqsma li jappartjenu lill-istess kategorija ta' reġjun fi ħdan il-Politika ta' Koeżjoni;

3.

Jiddispjaċih li l-Artikolu 109 TFUE – il-bażi fit-Trattat li jippermetti r-regolamentazzjoni u, b'mod indirett, il-GBER – jipprevedi biss konsultazzjoni mal-Parlament, u mhux kodeċiżjoni; jemmen li dan id-defiċit demokratiku ma jistax jiġi ttollerat; jipproponi li dan id-defiċit għandu jiġi ssuperat kemm jista' jkun malajr, permezz ta' arraġamenti interistituzzjonali fil-qasam tal-politika dwar il-kompetizzjoni, u korrett bit-tibdil li jmiss fit-Trattat; jirrimarka li l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni għal Unjoni Ekonomika u Monetarja aktar profonda jipprevedi proposti għal tibdil tat-Trattat sal-2014; iqis li proposta bħal din għandha tinkludi, fost affarijiet oħra, proposta speċifika li temenda l-Artikolu 109 TFUE sabiex jiġu adottati r-regolamenti msemmija f'dak l-Artikolu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja;

4.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tibqa' toħroġ linji gwida legali mhux vinkolanti fil-qasam tal-politika dwar il-kompetizzjoni, b'mod partikolari dwar l-għajnuna mill-Istat, billi tieħu kont kif xieraw tal-każistika eżistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex tiżgura ċerta ċertezza ġuridika għall-partijiet ikkonċernati;

5.

Jenfasizza l-fatt li r-rwol ewlieni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat huwa li jiġi żgurat li jkun hemm sitwazzjoni ekwa f'suq intern kompetittiv u koerenti; jappoġġa bis-sħiħ l-għan ġenerali tal-programm SAM li jadatta r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħtieġa li jiġi promoss it-tkabbir ekonomiku fl-UE; jinnota li huwa partikolarment rilevanti li jiġi promoss tkabbir ekonomiku fl-iktar reġjuni żvantaġġjati tal-UE, billi l-effetti ta' tgħawwiġ tal-għajnuna fi ħdan is-suq intern jinżamm f'livell minimu;

6.

Jenfasizza li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, kif ukoll l-objettivi tal-Politika ta’ Koeżjoni, għandhom iwasslu għal titjib fis-sitwazzjoni tar-reġjuni l-iktar żoni żvantaġġjati, u li l-proċess SAM għandu jirrifletti l-objettivi tal-koeżjoni madwar l-UE, jiġifieri billi jikkontribwixxi fl-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni u fit-titjib tal-benessri; jemmen li l-modernizzazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni għandha tkun ibbażata fuq fehim sħiħ tal-impatt tar-regoli fil-livell subnazzjonali;

7.

Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-promozzjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv permezz tal-għajnuna mill-Istat tiġi implimentata b'konsistenza ġenerali ma' strateġiji kredibbli għall-konsolidazzjoni fiskali fuq medda twila ta' żmien; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tikkunsidra iktar ir-rabtiet bejn il-politiki ta' għajnuna mill-Istat u s-sorveljanza fiskali fit-tfassil ta' Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi, u jitlob lill-Istati Membri jqisu dawn ir-rabtiet meta jfasslu l-Programmi tagħhom ta' Stabilità u Konverġenza u l-Programmi ta' Riforma Nazzjonali; jenfasizza l-bżonn ta' simplifikazzjoni ta' regoli, u li jkun hemm inqas għajnuna mill-Istat – iżda mmirata aħjar – billi jitqies li l-għajnuna mill-Istat hija maħsuba bħala eċċezzjoni, u mhux bħala regola ġenerali; jenfasizza l-bżonn li jiġu pprevenuti u evitati tlielaq għas-sussidji bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari fi żmien ta' restrizzjonijiet baġitarji kbar madwar l-UE;

8.

Jemmen li l-għajnuna reġjonali jista' jkollha rwol effettiv biss jekk tintuża bir-rażan u b'mod proporzjonali, u tkun ikkonċentrata fuq ir-reġjuni l-aktar żvantaġġati tal-UE fejn tkun tinħtieġ l-aktar; jenfasizza l-kontribut strutturali tal-għajnuna għall-iżvilupp reġjonali, b'mod partikolari fil-kuntest attwali ta' kriżi ekonomika qawwija; jitlob lill-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-kriterju ta' kriżi ta' “xkiel serju fl-ekonomija ta' Stat Membru” għadu japplika fl-ekonomija reali kif ukoll fis-settur finanzjarju, u biex tiċċara u tistandardizza l-kriterji biex issir din l-evalwazzjoni;

9.

Jinnota li hemm marġni ta' rduppjar bejn il-fondi strutturali tal-Politika ta' Koeżjoni u l-għajnuna mill-Istat lill-kumpaniji; jenfasizza li parti sinifikanti min-nefqa taħt il-Politika ta' Koeżjoni tal-UE fil-perjodu 2014 – 2020 taqa' taħt il-GBER u li mhux biss ir-RAG, iżda wkoll linji gwida oħra orizzontali u skont is-settur huma rilevanti f'dan il-kuntest; jinnota li dawn l-istrumenti kollha ta' għajnuna mill-Istat għandhom ikunu koerenti bejniethom u mal-objettivi tal-Politika ta' Koeżjoni, u li dawn ir-regoli fl-aħħar mill-aħħar għandhom jiżguraw nefqa effikaċi tal-flus pubbliċi u jippromwovu t-tkabbir;

10.

Jinnota l-importanza tal-GBER fil-proċess kollu tas-SAM peress li eżenzjoni ta’ kategorija mir-rekwiżit tan-notifika għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna tista’ tnaqqas serjament il-piż amministrattiv għall-Istati Membri u tippermetti lill-Kummissjoni tikkonċentra r-riżorsi tagħha fuq il-każijiet li huma l-aktar ta’ tfixkil u tagħti prijorità aħjar lill-attivitajiet ta’ infurzar tagħha; jemmen, għalhekk, li l-abbozz ġdid tal-GBER u s-sett ta' prinċipji komuni tiegħu kellhom ikunu ppubblikati mill-Kummissjoni qabel kwalunkwe linji gwida speċifiċi;

11.

Jilqa’ l-għan tal-Kummissjoni fil-proċess SAM li trendi l-prinċipji iktar ċari, sempliċi u faċli; hu tal-fehma li dawn il-prinċipji għandhom ikunu kkoordinati sew ma’ politiki oħrajn tal-UE kif ukoll ikunu ċari, prevedibbli u flessibbli biżżejjed biex jissodisfaw il-bżonnijiet ta’ ċerti Stati Membri u r-reġjuni tagħhom li jħabbtu wiċċhom ma’ żmien ta’ kriżi u tbatija ekonomika gravi; itenni r-rikonoxximent tiegħu tar-rwol tal-għajnuna mill-Istat fl-indirizzar tal-kriżi ekonomika u fil-kisba tal-objettivi ta' tkabbir u impjieg; jemmen f'dan ir-rigward li l-Kummissjoni għandha tiżgura li l-intensitajiet tal-għajnuna stabbiliti fir-RAG futuri ma jiġux applikati għas-sussidji pubbliċi mill-Fondi Strutturali u għall-Investiment Ewropej; jesprimi t-tħassib tiegħu li l-proposta, kif ippubblikata għall-konsultazzjoni, m’għandhiex evidenza suffiċjenti bħala bażi u tista' tmur kontra l-objettiv ta’ simplifikazzjoni;

Kopertura territorjali tal-għajnuna mill-Istat reġjonali 2014-2020

12.

Jinnota li, kuntrarjament għat-tipi l-oħrajn ta' għajnuna mill-Istat li jistgħu jingħataw fl-UE, l-għajnuna reġjonali per definizzjoni għandu jkollha kamp ta' applikazzjoni ġeografiku u kopertura demografika limitati;

13.

Huwa tal-fehma li t-tqassim f'żoni ġeografiċi tar-RAG ġdid 2014-2020 madankollu għandu jinżamm jew għandu jmur oltra l-livell attwali ta' 45 %, u li l-intensità tal-għajnuna għandha tinżamm fil-livell attwali, meta titqies is-sitwazzjoni politika, ekonomika u soċjali fl-Istati Membri kif ukoll l-iżvantaġġi naturali, ġeografiċi u demografiċi ta' ċerti reġjuni; jirrimarka li, fil-kuntest globali, l-ekonomiji tal-UE u taż-ŻEE jistgħu jitqegħdu fi żvantaġġ fir-rigward ta' pajjiżi terzi li jibbenefikaw minn mudelli ta' impjiegi inqas stretti jew minn inqas spejjeż, u dan jagħmilhom inqas attraenti; jindika li, fiż-żoni żvantaġġjati tal-UE, il-ħtieġa għal aġġustamenti fil-karta tal-bilanċ tas-settur privat, qtugħ dovut għall-awsterità fil-finanzi pubbliċi u l-inċertezza ekonomika qed jipperikolaw l-investiment u l-aċċess għall-finanzi, u b'hekk jiżdiedu l-inugwaljanzi madwar ir-reġjun;

14.

Huwa tal-fehma li r-regoli l-ġodda m'għandux ikollhom impatt restrittiv għal regoli ġodda dwar l-investiment u t-tkabbir f’reġjuni kif jitbiegħdu mill-kategorija inqas żviluppata u jersqu lejn dik iktar żviluppata; hu konxju li ċerti reġjuni li huma eliġibbli għall-għajnuna mill-Istat taħt is-sistema attwali jistgħu ma jissodisfawx il-kriterji tat-tqassim f’żoni tal-RAG fil-futur u għalhekk jistgħu jiġu esklużi mill-iskema ta' tqassim f'żoni; jemmen li dawk ir-reġjuni għandu jkollhom skema ta' sigurtà speċjali, simili għal dik tar-reġjuni tranżitorji taħt il-Politika ta' Koeżjoni, li tipprovdi għal iktar konsistenza bejn ir-regolamenti tal-Politika ta' Koeżjoni 2014 – 2020 u r-regoli dwar il-kompetizzjoni, u tippermetti lill-Istati Membri jlaħħqu mas-sitwazzjoni l-ġdida tagħhom; f'dan ir-rigward jipproponi li r-reġjuni meqjusa bħala reġjuni “A” fil-perjodu 2007-2013 għandu jkollom stejtus predefinit bħala reġjuni “c” għall-perjodu 2014-2020; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura l-possibilità li tiżdied kif xieraq l-intensità massima tal-għajnuna fl-eks reġjuni “a”, inklużi r-reġjuni b'effett statistiku, kif ukoll fir-reġjuni “c”;

15.

Jenfasizza r-rwol tal-għajnuna mill-Istat f’ekonomiji li ntlaqtu b’mod partikolari mill-kriżi għal liema ekonomiji l-finanzjament pubbliku taħt il-Politika ta’ Koeżjoni jista’ jkun l-uniku sors ta’ investiment; b'rabta ma' dan, jipproponi li jitqiesu d-derogi reġjonali speċifiċi lil hinn mill-mapep ta' għajnuna reġjonali, biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiffaċċjaw l-effetti negattivi ulterjuri tal-kriżi; jirrimarka li, fir-rigward tal-iżvilupp ekonomiku l-perjodu 2008-2010, u fir-rigward tal-qgħad il-perjodu 2009 – 2011, għandhom jintużaw mill-Kummissjoni bħala bażi għall-eliġibilità għal għajnuna mill-Istat, minkejja l-fatt li dawk is-snin għadhom ma jistgħux jikkostitwixxu element ta' kejl tal-impatt territorjali tax-xkiel dovut għall-kriżi u għad-diżastri naturali; jitlob lill-Kummissjoni biex taġixxi fuq il-bażi tal-iktar data reċenti u speċifika; jitlob li, sabiex jiġi evitat żbilanċ, il-Kummissjoni testendi l-validità tal-RAG attwali u l-mapep reġjonali b'mill-inqas 6 xhur, billi l-mapep il-ġodda mhux se jiġu approvati f'waqthom; jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li twettaq reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-mapep reġjonali tar-reġjuni “c” fl-2017;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-effetti ekonomiċi tad-deċiżjonijiet tal-għajnuna reġjonali tagħha f'kuntest ġeografiku usa' peress li r-reġjuni mal-fruntiera jistgħu jikkompetu mat-territorju taż-ŻEE għas-sit tal-attività ekonomika; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tqis dan il-punt fil-politika tal-viċinat tal-UE tagħha u fin-negozjati ma’ pajjiżi kandidati;

17.

Ifakkar il-pożizzjoni tal-Kunsill Ewropew, li ta istruzzjonijiet lill-Kummissjoni biex tiżgura li s-sitwazzjoni partikolari tar-reġjuni li jmissu ma' reġjuni ta' konverġenza jittieħed kont tagħha; jenfasizza għalhekk l-importanza ta' approċċ ibbilanċjat għad-deżinjazzjoni tal-hekk imsejħa żoni “a” u “c”, bl-għan li jiġu minimizzati l-inugwaljanzi fl-intensità tal-għajnuna bejn reġjuni minn Stati Membri differenti li jaqsmu l-istess fruntiera; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-reġjuni mhux eliġibbli għal għajnuna tal-Istat li jmissu ma' żoni 'a' ta’ pajjiż ieħor jingħataw allokazzjoni speċifika fit-termini tal-kopertura “c”; iqis li din l-allokazzjoni, permezz ta' deroga mil-limitu ta' kopertura ġenerali, għandha tiġi assenjata lill-Istati Membri minbarra l-allokazzjoni ta' żoni “c” predefiniti u mhux predefiniti; jinsisti li d-differenza fl-intensità tal-għajnuna bejn il-kategoriji kollha ta' reġjun u d-daqsijiet kollha ta' kumpanija għandha tkun limitata għal massimu ta' 15 %;

18.

Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għas-sitwazzjoni tar-reġjuni l-aktar imbiegħda u b’popolazzjoni baxxa u tar-reġjuni insulari; jipproponi l-għajnuna tal-Istat bħala kumpens adegwat għall-insularità, l-iżolament, id-daqs żgħir, it-tipografija diffiċli, il-klima u l-limitazzjonijiet tas-suq żgħir tagħhom; jitlob għall-allinjament tal-pakkett leġiżlattiv dwar il-koeżjoni bl-għajnuna operattiva tar-rekwiżiti tal-politika tal-kompetizzjoni għal dawn it-territorji; jirrikjedi li l-Kummissjoni tistqarr mill-ġdid b’mod ċar, fir-RAG il-ġdid, il-prinċipji ta’ nuqqas ta’ degressività u n-nuqqas ta’ limitu ta’ żmien għal għajnuniet operattivi f’dawn ir-reġjuni; jistieden lill-Kummissjoni tikkjarifika d-definizzjoni tagħha ta’ għajnuna tal-Istat għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, b’referenza speċifika għal kostijiet addizzjonali tat-trasport;

19.

Jitlob lill-Kummissjoni tinkludi r-reġjuni kollha taħt il-livell 2 NUTS li jikkonsistu biss minn gżira jew bosta gżejjer fil-lista ta' żoni predefiniti “c” koperti mill-Artikolu 107(3)(c) TFUE;

20.

Jipproponi li l-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw sett usa’ ta’ parametri biex jiddeterminaw l-iżvantaġġi reġjonali, sabiex apparti d-densità ta’ popolazzjoni baxxa, kriterji oħra bħal żvantaġġi ġeografiċi u demografiċi jew b’riskju akbar ta’ diżastri naturali, jitqiesu meta tkun qed tiġi deċiża l-għajnuna tal-Istat għall-eliġibilità spazjali; huwa tal-fehma li l-għajnuna mill-Istat tirrappreżenta kumpens leġittimu fir-rigward tal-iżvantaġġi tal-insularità, l-iżolament u d-daqs ta’ territorju, u li kundizzjoni bħal din għandha titqies bħala kriterju indipendenti għall-iskopijiet tal-kopertura territorjali tal-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020, sabiex it-territorji insulari jkunu jistgħu jegħlbu l-iżvantaġġi strutturali tagħhom u jiżguraw il-kundizzjonijiet għal tkabbir ekonomiku, soċjali u territorjali;

Ir-restrizzjonijiet amministrattivi tar-regoli dwar l-ġħajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-Politika ta’ Koeżjoni

21.

Jemmen li l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fi ħdan il-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni tista’ tinkiseb aħjar billi jkun hemm iffukar fuq l-għajnuna fuq skala kbira u mmirata aħjar, regoli ssimplifikati inklużi regoli ta’ notifika, u jiġu estiżi l-kategoriji orizzontali fir-Regolament ta’ Awtorizzazzjoni (7) u l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli ta’ eżenzjoni sħiħa fil-GBER; jirrakomanda żieda fil-limiti de minimis; jieħu nota li ż-żieda tal-limiti de minimis, speċjalment għas-setturi tal-agrikoltura, is-sajd u t-trasport fir-reġjuni l-aktar imbiegħda u t-territorji insulari, tista’ tgħinhom biex il-kompetittività tagħhom tilħaq lil dik tar-reġjuni kontinentali;

22.

Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex toħroġ malajr linji gwida ċari għal-valutazzjoni ta' x'inhi għajnuna mill-Istat skont id-definizzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE u x'mhuwiex, kif ukoll għal kriterji dettaljati biex il-każijiet ta’ għajnuna mill-Istat importanti jkunu jistgħu jintgħażlu minn oħrajn anqas importanti kif imħabbar fil-pjan direzzjonali SAM;

23.

Hu tal-opinjoni li fir-rigward tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każijiet konġunti Mitteldeutsche Flughafen u Flughafen Leipzig/Halle v Kummissjoni, huwa importanti li tiġi garantita applikazzjoni korretta tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fil-programmi tal-Politika ta' Koeżjoni, fi proġetti infrastrutturali użati għal attivitajiet ekonomiċi, biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet lokali u reġjonali u/jew l-entitajiet pubbliċi tagħhom ma jħabbtux wiċċhom ma’ piżijiet amministrattivi addizzjonali; jenfasizza li l-implimentazzjoni ta’ dawn il-proġetti m'għandhiex tiġi pperikolata mir-regoli esiġenti ta’ ġestjoni finanzjarja, inklużi r-regoli dwar id-diżimpenn li jappartjenu għall-Politika ta’ Koeżjoni u l-prattika tal-ilmenti fil-proċedura tal-għajnuna mill-Istat;

24.

Itenni, sabiex jiġi żgurat approċċ semplifikat iżda konsistenti, it-talba tiegħu għall-kjarifika dwar il-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat li ngħatat taħt ir-Regolamenti dwar l-Eżenzjoni Sħiħa mill-Istati Membri, peress li din probabbli se tippreżenta diffikultajiet partikolari mhux biss għall-SMEs iżda wkoll għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-entitajiet tagħhom taħt l-ipprogrammar tal-Politika ta’ Koeżjoni għall-2014-2020; jenfasizza li s-semplifikazzjoni m'għandhiex tiġi mfittxija għas-skapitu tal-infurzar;

25.

Jenfasizza li l-kundizzjonalità ġenerali ex-ante rigward l-għajnuna mill-Istat fi ħdan il-Politika ta’ Koeżjoni tirrikjedi li l-Kummissjoni tapplika approċċ iktar proattiv għall-każijiet tal-għajnuna mill-Istat, partikolarment jekk jiżdiedu d-daqs u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-għajnuna eżentata min-notifika; jaqbel mal-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-Kummissjoni għandha tqajjem kuxjenza dwar l-obbligu ta’ notifika, tippromwovi l-aqwa prattiki, tipprovdi informazzjoni mmirata dwar tipi differenti ta’ notifika, tipprevedi l-pubblikazzjoni ta’ sezzjoni aġġornata regolarment li tindirizza mistoqsijiet frekwenti dwar il-websajt tal-kompetizzjonijiet, u twaqqaf helpdesk li jindirizza mistoqsijiet rigward l-interpretazzjoni tal-linji gwida;

26.

Jemmen li l-Istati Membri u r-reġjuni għandhom jikkoordinaw aħjar l-attivitajiet tagħhom mal-Kummissjoni, f’termini tal-kwalità u l-waqt xieraq tal-informazzjoni li jippreżentaw u n-notifiki li jippreparaw; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tal-kundizzjonalità ex-ante tal-għajnuna mill-Istat taħt il-Politika ta’ Koeżjoni, kif ukoll konformità aħjar mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fil-livell nazzjonali;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimmiraw il-kampanji ta’ informazzjoni tagħhom rigward ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat speċifikament lejn il-korpi reġjonali u lokali, li ħafna minnhom fi ftit okkażjonijiet biss taw għajnuna mill-Istat u għalhekk għandhom għarfien limitat tar-regoli li japplikaw għaliha; jistieden lill-Kummissjoni tieħu kont ta’ dan meta tivvaluta l-kundizzjonalità ex-ante li tapplika għall-għajnuna mill-Istat fl-Istati Membri;

28.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-obbligi amministrattivi, legali u ta’ trasparenza tal-applikazzjoni tar-regoli SAM jibqgħu ċari kemm jista’ jkun; jemmen li ċerti regoli proposti reċentement fl-abbozz tal-RAG għall-2014-2020 – bħax-xenarji kontrofattwali, evidenza ċara li l-għajnuna għandha impatt fuq l-għażla tal-investiment, jew il-kundizzjoni li x-xogħol fuq il-proġett m’għandux jinbeda qabel ma tittieħed deċiżjoni mill-awtoritajiet pubbliċi biex tingħata l-għajnuna – li l-Kummissjoni tixtieq timponi fil-perjodu li ġej, kemm fuq kumpaniji li japplikaw għal inċentivi kif ukoll fuq l-Istati Membri u l-istrutturi tal-gvern subnazzjonali tagħhom – imorru kontra l-prinċipju ta’ semplifikazzjoni u “deburokratizzazzjoni” kif promoss fil-Politika ta’ Koeżjoni u politiki nazzjonali u tal-UE oħrajn; itenni li regoli bħal dawn jistgħu jwasslu biex ċerti proġetti jiġu esklużi mill-għajnuna tal-investiment jew li qatt ma jaslu biex jinbdew; Iqis li r-rekwiżit ta’ valutazzjoni regolari tax-xewqa tal-għajnuna mill-Istat fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tista’ tipperikola s-sigurtà u l-prevedibilità li huma meħtieġa jekk l-investituri u l-intrapiżi għandhom ifittxu opportunitajiet tas-suq fir-reġjuni kkonċernati;

Attrattività tar-reġjuni u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat

29.

Jenfasizza l-importanza li jiġu żgurati regoli ċari u diretti għal għajnuna reġjonali mill-Istat u għajnuna mill-Istat speċifika għas-settur li jattiraw l-investiment dirett barrani fl-UE u r-reġjuni tagħha u għall-iżgurar tal-kompetittività globali tagħhom, kif ukoll għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

30.

Jilqa’ b’sodisfazzjon r-regoli ġodda proposti (il-paragrafi 127 u 128 tal-abbozz tal-linji gwida); iħeġġeġ l-Istati Membri jikkonformaw ma’ dawn ir-regoli u jippubblikaw f’websajt ċentrali informazzjoni kompluta u preċiża dwar l-għajnuna mogħtija;

31.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni toħloq aċċess aktar faċli u aktar ċar għall-għajnuna tal-Istat għall-SMEs f’dawk ir-reġjuni l-aktar żvantaġġati, li jirrikonoxxi l-importanza ta’ dawk l-entitajiet għall-iżvilupp reġjonali; fl-istess ħin, jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha f’każijiet ikbar u li potenzjalment ifixklu aktar;

32.

Jirrikonoxxi l-problemi rigward l-għajnuna ta’ investiment lil intrapriżi kbar indikati mill-Kummissjoni, meta jitqies li l-evidenza tissuġġerixxi nuqqas ta' effett ta' inċentiv. Jemmen li, għalkemm l-għajnuna tal-Istat għandha tingħata primarjament lill-SMEs, esklużi l-intrapriżi l-kbar, kategorija li tinkludi wkoll intrapriżi ta’ proprjetà tal-familja li tmur lil hinn mid-definizzjoni ta' SME jew ta' kumpanija b'kapitalizzazzjoni medja (mid-cap), mir-regoli tal-għajnuna tal-Istat f’oqsma koperti mill-Artikolu 107(3) TFEU mhjiex ġustifikata meta titqies il-kontribuzzjoni tagħhom lill-impjiegi, il-katini ta' forniment li joħolqu, l-involvimwent komuni tagħhom fl-innovazjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp, u r-rwol pożittiv tagħhom fil-ġlieda kontra l-kriżi ekonomika; hu tal-fehma li l-preżenza ta’ intrapriżi kbar ta’ spiss twassal għal suċċess għall-SMEs li jibbenefikaw mir-raggruppamenti mmexxija minn kumpaniji kbar u mill-attivitajiet ta’ subappalti tagħhom; ifakkar li kienet il-Kummissjoni nnifisha li rrikonoxxiet il-kontribuzzjoni tal-investiment mill-intrapriżi l-kbar bil-ħolqien ta' effetti pożittivi indiretti u l-aċċess tal-UE għas-swieq dinjija; jenfasizza li d-deċiżjoni li teskludi l-intrapriżi l-kbar fiż-żoni “c” tista’ twassal għal telf ta’ impjiegi, tnaqqis tal-attvità ekonomika fir-reġjuni, kompetittività reġjonali mnaqqsa, tnaqqis fl-attrattività għall-investiment barrani u r-rilokazzjoni ta’ kumpaniji għal reġjuni oħra fi ħdan l-UE u lil hinn minnha; iqis, għalhekk, li dawn il-kumpaniji għandhom jibqgħu eliġibbli għall-għajnuna Stati fiż-żoni “c”, soġġetti għal skrutinju partikolari wara notifika individwali u l-kriterju ta' kompatibilità dwar l-effett ta’ inċentiv u l-kontribuzzjoni għal żvilupp reġjonali permezz ta’ raggruppamenti u subappalti;

33.

Jemmen li l-eliġibbiltà ta’ intrapriżi kbar għal inċentivi ta’ għajnuna mill-Istat m’għandhiex tiġi determinata biss abbażi tad-daqs tal-intrapriża jew tas-settur li fih topera, iżda wkoll abbażi tal-għadd stimat ta’ impjiegi li jistgħu jinħolqu u miżmuma taħt l-inċentiv, il-kwalità u s-sostenibilità ta’ dawn l-impjiegi jew tal-proġett ikkonċernat u l-effetti fit-tul tal-iżvilupp tar-reġjun inklużi l-aspetti soċjali; jenfasizza li, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, id-deċiżjonijiet li jiddeterminaw liema proġetti partikolari għandhom l-ogħla potenzjal li jiksbu l-objettivi tal-politiki tal-UE għandhom jitħallew f’idejn l-Istati Membri, ir-reġjuni kkonċernati u l-gvernijiet lokali;

34.

Jaqbel mal-Kummissjoni li għandu jiġi evitat li l-għajnuna tal-Istat twassal għal rilokazzjoni ta’ attività minn sit għall-ieħor fi ħdan iż-ŻEE; jesprimi dubji, madankollu, dwar l-abbożż tal-paragrafi 24-25 u 122-124 proposti, peress li jemmen li mhumiex kumplimentari biżżejjed għall-Politika ta’ Koeżjoni u inkompatibbli mal-objettivi tal-semplifikazzjoni; jieħu nota, b’mod partikolari, li ċ-ċifri ta’ sentejn huma neċessarjament arbitrarji u li din ir-regola tista’ tkun impossibbli biex tiġi infurzata, peress li kull rabta każwali u l-eżistenza ta’ pjan sentejn qabel se tkun diffiċli biex tiġi ppruvata; jinsab ikkonċernat li din ir-regola tista' tiffavorixxi kumpaniji mhux Ewropew fuq dawk Ewropej u dan jista' jwassal għal rilokazzjoni barra miż-ŻEE meta attività tista’ tkun attirata minn għajnuna reġjonali liż-żona assistita;

35.

Jieħu nota tar-riskji ta' rilokazzjoni tal-kumpaniji li ngħataw għajnuna mill-Istat, kemm fi ħdan l-UE u lil hinn minnha, li huma reali ħafna għar-reġjuni; jieħu nota tal-klawżola ta’ salvagwardja proposta mill-Kummissjoni, li tobbliga lill-kumpaniji biex iżommu l-investiment u l-impjiegi maħluqa fiż-żona fejn ingħatat l-għajnuna jew, inkella, isir rimborż tal-għajnuna; jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għan-negozjar li għaddej bħalissa dwar ir-regolamenti tal-Politika ta' Koeżjoni għall-2014-2020, u jitlob li l-perjodi rispettivi taħt il-Politika ta' Koeżjoni u l-politika tal-kompetizzjoni għaż-żamma tal-investiment u l-impjiegi mill-kumpaniji li ngħataw fondi tal-UE/għajnuna mill-Istat jiġu allinjati;

36.

Jesprimi dubji wkoll dwar l-ineliġibilità għall-għajnuna reġjonali ta' “impriżi f'diffikultajiet fis-sens tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi f'diffikultà” (paragrafu 11 tal-abbozz tal-linji gwida); jemmen li kumpaniji li jkunu għaddejjin minn ristrutturar m'għandhomx ikunu esposti għall-miżuri iktar stretti, speċjalment meta evalwazzjoni negattiva a priori ta' talbiet ta' għajnuna minn dawn il-kumpaniji tista' twassal għal rilokazzjoni barra mill-UE; jirrimarka li r-ristrutturar responsabbli tal-kumpaniji fl-ambjent tan-negozju inċert u kontinwament jinbidel tal-lum huwa l-miżura ewlenija biex tkun ipprovduta s-sostenibbiltà fit-tul tal-investiment, l-impjiegi u t-tkabbir; jieħu nota li r-regola proposta kif abbozzata mhijiex biss inkonsistenti mal-għajnuna tal-impriżi milquta mill-kriżi ekonomika fir-reġjuni assistiti, iżda wkoll impossibbli li tiġi implimentata, peress li dawn il-linji gwida b'mod espliċitu ma jinkludu ebda definizzjoni preċiża ta' impriżi f'diffikultà; ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 Jannar 2013 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema, l-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tar-ristrutturar (8), li ssejjaħ għal att legali fuq dawn il-kwistjonijiet, u jitlob li l-Kummissjoni taġixxi mingħajr dewmien;

37.

Huwa konvint li essenzjali li jinżamm xi marġni ta' flessibilità għar-reviżjoni tal-linji gwida. kif imsemmi fl-abbozz tal-paragrafu 177, sabiex ikun permess kwalunkwe aġġustament meħtieġa fil-futur, peress li dawn il-linji gwida huma mfassal biex ikopru perjodu ta' 7 snin;

o

o o

38.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2013)0026.

(2)  ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13.

(3)  Brussell, 2012 (l-ebda data).

(4)  EUCO 37/13, 08.02.2013, p. 22.

(5)  Rapport Speċjali Nru 15/2011 tal-Qorti tal-Awdituri intitulata: Il-proċeduri tal-Kummissjoni jassiguraw il-ġestjoni effettiva tal-Kontroll tal-għajnuna mill-Istat?

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta’ Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3.

(7)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta’ Mejju 1998 (ĠU L 142. 14.5.1998, p. 1).

(8)  Testi adottati, P7_TA(2013)0005.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/86


P7_TA(2013)0268

Rapport annwali dwar il-politika tal-kompetizzjoni

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni tal-UE (2012/2306(INI))

(2016/C 065/09)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikoli 101, 102 u 107 tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-2011 dwar il-linja politika dwar il-Kompetizzjoni (COM(2012)0253) u d-dokument ta’ ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD(2012)0141),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (1),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (2),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ottubru 2008 dwar l-applikazzjoni ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri meħuda fejn jidħlu istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja preżenti (3) (il-Komunikazzjoni Bankarja),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2008 bit-titlu ‘Ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja preżenti: limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ u protezzjoni kontra distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni mhux mistħoqqa (4) (il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Frar 2009 dwar it-trattament ta’ assi indeboliti fis-settur bankarju tal-Komunità (5) (il-Komunikazzjoni dwar Assi Indeboliti),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Lulju 2009 fuq ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni ta’ miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (6),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar qafas temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex isostnu l-appoġġ għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali (7) (il-Qafas Temporanju oriġinali),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Diċembru 2010 dwar qafas temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex isostnu l-aċċess għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali (8) (il-Qafas Temporanju ġdid, li ntemm fil-31 ta’ Diċembru 2010),

wara li kkunsidra r-rapport finali tat-2 ta’ Ottubru 2012 mill-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar ir-riforma fl-istruttura tas-settur bankarju (9),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (10),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati mill-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (11),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku (2011)” (12),

wara li kkunsidra Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 tal-25 ta’ April 2012 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna de minimis mogħtija lil intrapriżi li jipprovdu servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (13),

wara li kkunsidra l-istudju ta’ Ġunju 2011, ikkummissjonat mill-Parlament, bl-isem “Għajnuna tal-Istat – Regoli dwar kriżijiet għas-settur finanzjarju u l-ekonomija reali” (14),

wara li kkunsidra l-istudju ta’ Ġunju 2012, ikkummissjonat mill-Parlament, bl-isem “Rimedju Kollettiv fl-ambitu tal-Antitrust” (15),

wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni bl-isem “Konsultazzjoni pubblika: Lejn Approċċ Ewropew Koerenti għal Rimedju Kollettiv” (SEC(2011)0173),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE” (COM(2012)0209),

wara li kkunsidra r-rapport speċjali N15/2011 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bl-isem “Il-proċeduri tal-Kummissjoni jassiguraw il-ġestjoni effettiva tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat?”;

wara li kkunsidra l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal wara l-2012 (minn hawn 'il quddiem “il-Linji Gwida ETS”) (16),

wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas tal-20 ta' Novembru 2010 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (17) (minn issa 'l quddiem “il-Ftehim Qafas”), b'mod partikolari l-paragrafi 12 (18) u 16 (19) tiegħu,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Samit taż-Żona tal-Euro tad-29 ta’ Ġunju 2012 (20),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Frar 2005 dwar ir-Rapport Nru XXXIII tal-Kummissjoni dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2003 (21), tal-4 ta’ April 2006 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2004 (22), tad-19 ta’ Ġunju 2007 dwar ir-Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2005 (23), tal-10 ta’ Marzu 2009 dwar ir-Rapporti dwar il-Kompetizzjoni tal-2006 u l-2007 (24), tad-9 ta’ Marzu 2010 dwar ir-Rapport dwar il-Kompetizzjoni 2008 (25), tal-20 ta’ Jannar 2011 dwar ir-Rapport dwar il-Kompetizzjoni 2009 (26) u tat-2 ta’ Frar 2012 dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni (27),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2011 dwar ir-riforma tar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat għal Servizzi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali (28),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0143/2013),

A.

billi l-politika tal-kompetizzjoni abbażi tal-prinċipji ta’ swieq miftuħa u kundizzjonijiet indaqs fis-setturi kollha hija parti mill-kodiċi ġenetika tal-UE, kif ukoll punt ewlieni tal-ekonomija tas-suq soċjali Ewropea u għodda għas-servizz tal-konsumaturi Ewropej biex tiżgura suq intern soċjalment u ekonomikament b’saħħtu u biex tiġġieled il-prattiki abbużivi minn ċerti operaturi tekniċi;

B.

billi l-moviment ħieles tal-merkanzija, tas-servizzi, tal-persuni u tal-kapital kien essenzjali għat-tkabbir Ewropew;

C.

billi l-kriżi ekonomika, finanzjarja u tad-dejn sovran bdiet fil-Ħarifa 2008 u marret għall-agħar fl-2011, u dan irriżulta f’reċessjoni fl-ekonomija tal-Unjoni Ewropea;

D.

billi l-Kummissjoni rrispondiet għall-kriżi billi, fost miżuri oħrajn, adottat regoli speċjali dwar l-Għajnuna mill-Istat u wżat il-politika tal-kompetizzjoni bħala għodda għall-ġestjoni tal-kriżi; billi din kienet, u għadha, maħsuba li tkun skema temporanja;

E.

billi l-politika tal-kompetizzjoni hija essenzjali biex twieġeb għall-kriżi u tappoġġa l-istrateġija Ewropa 2020 u s-suq uniku, kif ukoll biex timxi lejn unjoni bankarja, unjoni ekonomika u monetarja ġenwina u integrazzjoni u konverġenza aktar profondi;

F.

billi l-protezzjoniżmu jasal biss biex japprofondixxi u jtawwal il-kriżi u huwa essenzjali li jkun hemm infurzar strett tar-regoli tal-kompetizzjoni biex l-ekonomija Ewropea terġa’ taqbad it-triq it-tajba;

G.

billi r-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni għandu jservi bħala strument biex titjieb il-kompetittività ġenerali tal-Unjoni, tiġi estiża l-kompetizzjoni u tinfetaħ għal atturi ġodda, u b’hekk jitwessa’ u jkun approfondit is-suq intern, u għalhekk m’għandux ikun relatat esklussivament mal-implimentazzjoni prattika tal-politika tal-kompetizzjoni mill-Kummissjoni;

H.

billi l-kompetizzjoni ma toperax b’mod sodisfaċenti b’mod ugwali fl-Istati Membri kollha;

I.

billi s-setturi li fihom il-livell ta’ kompetizzjoni jkun inferjuri huma spiss dawk fejn ikun hemm prestazzjoni aktar dgħajfa f’termini ta’ output ekonomiku;

Kummenti ġenerali

1.

Jieħu nota tar-Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2011, u jilqa’ l-fatt li l-istruttura tematika l-ġdida tindirizza t-temi mqajma mill-Parlament u tippermetti l-identifikazzjoni ċara tal-prijoritajiet, l-objettivi u l-azzjoni li jittieħdu;

2.

Jenfasizza li politika tal-kompetizzjoni hija punt ewlieni tal-ekonomija tas-suq soċjali Ewropew; jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ tal-antitrust, l-għajnuna mill-Istat u l-miżuri ta’ kontroll tal-amalgamazzjonijiet biex tiġi żgurata l-effikaċja ekonomika, suq intern li jaħdem sew u progress soċjali; jenfasizza wkoll li aċċess aħjar għall-SMEs u għat-tielet settur u l-parteċipazzjoni relatata fis-suq intern jitlobu politika ta’ kompetizzjoni attiva li tneħħi l-ostakli eżistenti;

3.

Jitlob għall-konsistenza bejn il-politika tal-kompetizzjoni tal-UE u l-politiki l-oħra kollha tal-UE, inkluż ir-regolazzjoni settorjali sabiex jiġi żgurat li s-suq intern tal-prodotti u s-servizzi jiffunzjona tajjeb għaċ-ċittadini, l-ambjent u n-negozji;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni biex b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, twettaq eżami dettaljat tad-distorsjonijiet fil-funzjonament tal-kompetizzjoni u l-impatt ekonomiku tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika l-iżbilanċi possibbli bejn l-Istati Membri f’dan il-qasam, kif ukoll il-kawżi tagħhom;

5.

Jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-politika tal-kompetizzjoni f’sens usa’ m’għandhiex timmira li ssaħħaħ il-kumpaniji diġà stabbiliti jew il-fornituri ta’ oġġetti u servizzi, iżda għandha, minflok, ikollha bħala l-għan ewlieni tagħha l-iffaċilitar tad-dħul ta’ atturi ġodda u l-ħolqien ta’ ideat u tekniki ġodda, biex b’hekk jiġu mmassimizzati l-benefiċċji għaċ-ċittadini tal-Unjoni;

6.

Jinnota li l-estensjoni tar-reġim tal-għajnuna straordinajra mill-Istat kienet deċiżjoni imposta miċ-ċirkostanzi u li din ikkontribwixxiet biex tipprevjeni aktar instabbiltà finanzjarja u ekonomika, tevita l-protezzjoniżmu u tipprovdi mekkaniżmu għar-ristrutturar tal-banek u għar-riżoluzzjoni tal-kriżi, filwaqt li dawn kollha huma partikolarment utli għall-pajjiżi tal-programm li qed jiffaċċjaw problemi serji;

7.

Huwa mħasseb, madankollu, dwar il-fatt li filwaqt li r-reġim tal-għajnuna mill-Istat għall-kriżijiet kien maħsub biex ikun soluzzjoni temporanja, jidher li ma tantx huwa temporanju; jinnota li fit-tielet rapport konsekuttiv ta’ kull sena, il-Parlament enfasizza l-ħtieġa li dawn il-miżuri temporanji jitwaqqfu malajr kemm jista’ jkun; jiddispjaċih, madankollu, dwar il-fatt li f’xi każijiet l-approċċ ma rnexxiex u jinsisti li għandhom jittieħdu tagħlimiet minn interventi preċedenti, u jiġu adottati prattiki skont dan;

8.

Isostni li l-banek li jirċievu għajnuna mill-Istat għandhom jiffokaw il-mudell kummerċjali tagħhom fuq il-parti vijabbli tal-attivitajiet tagħhom, itejbu l-aċċess għas-self għall-familji u l-impriżi, jistabbilixxu limitu massimu għar-rinumerazzjoni u jnaqqsu l-impatt fuq kompetituri li ma jirċievux għajnuna u fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jħallsu t-taxxa; jinnota, f’dan ir-rigward, li hemm il-ħtieġa li jitqiesu l-proposti tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar ir-riforma tal-istruttura tas-sistema bankarja tal-UE;

9.

Jenfasizza li l-konsolidazzjoni li għaddejja fis-settur bankarju fil-fatt żiedet is-sehem fis-suq ta’ diversi istituzzjonijiet finanzjarji kbar u, għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib is-settur sabiex issaħħaħ il-kompetizzjoni fis-swieq bankarji Ewropej,

10.

Ifakkar fid-Dikjarazzjoni tas-Samit taż-Żona tal-Euro tad-29 ta’ Ġunju 2012; jaqbel li huwa imperattiv li jitkisser iċ-ċirku vizzjuż li hemm bejn il-banek u d-dejn sovran u li jiġu żviluppati l-impenji tagħhom b’mod urġenti;

11.

Jitlob lill-Kummissjoni tinforza strettament ir-regoli tal-kontroll tal-antitrust u tal-amalgamazzjonijiet sabiex tikseb swieq finanzjarji rregolati aħjar, trasparenti, miftuħa u ġusti; japprezza l-investigazzjonijiet fis-suq tad-derivattivi OTC, partikolarment fir-rigward ta’ swaps tal-inadempjenza tal-kreditu (CDS), id-data u s-servizzi kummerċjali, is-servizzi ta’ pagamenti u d-distribuzzjoni ta’ informazzjoni finanzjarja lis-swieq;

12.

Jitlob lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropea jaħdmu f’kooperazzjoni ma’ ġuriżdizzjonijiet oħra u jissorveljaw l-imġiba u l-impatt fuq is-suq ta’ atturi finanzjarji kbar u l-oligopolji bħall-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu (CRAs), flimkien mal-episodji tal-volatilità tal-prezzijiet relatati ma’ swieq finanzjarji, u biex jagħtu l-ogħla prijorità lill-investigazzjoni tal-allegat immanuvrar tal-klassifikazzjoni tal-LIBOR, EURIBOR u TIBOR;

13.

Jemmen li l-kwistjonijiet imsemmija qabel għandhom jiġu investigati b’mod sħiħ, anki biex ikun iddeterminat jekk intużawx l-istrumenti kollha tal-UE biex jipprevjenu li dawn iseħħu; jistieden lill-Kummissjoni, minbarra dan, tinvestiga l-impatt ta’ tali distorsjonijiet fuq l-iżvilupp tal-prezzijiet f’setturi bħal kreditu ipotekarju;

L-appoġġ għat-tkabbir sostenibbli, l-impjiegi u l-kompetittività

14.

Jirrikonoxxi li l-politika tal-kompetizzjoni hija għodda essenzjali għat-tkomplija tal-iżvilupp u ż-żamma tas-suq uniku u mutur prinċipali tal-produttività, l-effiċjenza u l-kompetittività globali u li din għandha rwol prinċipali biex tappoġġa s-swieq ġusti u miftuħa, finanzi pubbliċi sodi, u l-objettivi tal-Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;

15.

Jenfasizza li sabiex jissaħħaħ is-suq uniku, ikun hemm ritorn għat-tkabbir ekonomiku, sabiex is-suq Ewropew isir attraenti fuq livell globali, kif ukoll il-kisba tal-Aġenda Diġitali u l-inkoraġġiment tar-riċerka u l-innovazzjoni, kollha jeħtieġu kompetizzjoni qawwija, pluralità b'saħħitha ta’ entitajiet ekonomiċi u politika industrijali proattiva; jinnota li l-istrumenti kollha tal-kontroll tal-antitrust, tal-għajnuna mill-Istat u tal-amalgamazzjonijiet huma essenzjali biex jitjiebu r-regolamenti tas-suq, jinkuraġġixxu t-trasparenza u biex jibnu l-ekonomija mill-ġdid;

16.

Jistenna li l-Kummissjoni tinforza l-politika ta’ kompetizzjoni b’mod effikaċi u tippromwovi teknoloġiji u riżorsi li jirrispettaw l-ambjent; jemmen li l-linji gwida l-ġodda tal-ETS għandhom jikkontribwixxu biex jipprevjenu r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, jippreservaw is-sinjali tal-prezzijiet u jnaqqsu d-distorsjonijiet; jikkunsidra li l-prezz tal-ETS li fil-preżent huwa baxx ma tantx jikkontribwixxi għall-promozzjoni ta’ teknoloġiji favur il-klima u qed idewwem it-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju;

17.

Isostni l-fehma tiegħu li l-azzjonijiet pubbliċi adottati biex jipprovdu appoġġ lill-vittmi ta’ frodi estiż u ta' prattiki finanzjarji illegali bil-għan uniku li jiġu evitati danni ulterjuri u jerġgħu jiġu stabbiliti d-drittijiet tagħhom ma għandhomx jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat.

Is-Servizzi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali (SCEIs)

18.

Jinnota li ċ-ċittadini Ewropej iridu provvista tas-servizzi pubbliċi meħtieġa u importanti li jkunu ta’ kwalità għolja, mifruxa f’żona wiesgħa u affordabbli, filwaqt li jkun hemm żieda fil-kompetizzjoni u jiġu promossi kundizzjonijiet aktar ekwi bejn il-fornituri ta’ dawn is-servizzi, kemm jekk ikunu pubbliċi jew privati; jenfasizza li, għal dan il-għan, huwa kruċjali li titħares il-kompetizzjoni bejn l-fornituri differenti; jenfasizza li f’dan ir-rigward il-pakkett riċenti tal-SGEI jista’ jwassal għal qafas aktar sempliċi, ċar u flessibbli; jenfasizza r-responsabbiltà tal-Kummissjoni, skont ir-regoli tal-kompetizzjoni tat-TFUE, li tiżgura li l-kumpens mogħti lis-SGEIs ikun kompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-UE sabiex jiġi evitat li jkunu imposti servizzi li jkollhom kwalità baxxa iżda spejjeż għoljin fuq il-pubbliku; jesprimi t-tħassib tiegħu fir-rigward tal-eżenzjoni ta’ wisq servizzi mill-iskrutinju tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni;

19.

Jitlob lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-UE jissorveljaw is-swieq tas-servizzi farmaċewtiċi, is-servizzi tas-saħħa u dawk tal-assigurazzjoni (partikolarment għas-swieq tal-mediċini ġeneriċi u tal-mediċini innovattivi), filwaqt li jidentifikaw l-użu potenzjalment ħażin tad-drittijiet tal-privattivi u l-imġiba diskriminatorja; jinnota li għalkemm l-organizzazzjoni tas-settur tal-kura tas-saħħa u l-ħarsien soċjali primarjament jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, dawn is-servizzi għandhom ikunu suġġetti għal kontroll sabiex ikunu ppreservati l-finanzi pubbliċi u jitħarsu l-liġi tal-kompetizzjoni u d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE;

It-titjib tal-benessri tal-konsumaturi: żviluppi settorjali

20.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li minn nofs l-2007, il-prezzijiet tal-ikel żdiedu b’mod sinifikanti, b’volatilità għolja fil-prezzijiet tal-produtturi, u jfakkar li l-prezzijiet tal-ikel għall-konsumaturi jikkontribwixxu sew għall-inflazzjoni ġenerali; jenfasizza li l-qafas il-ġdid tan-negozjar kollettiv fil-katina tal-valur għandu jiġi akkumpanjat mill-operazzjoni favur il-kompetizzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u minn pjattaforma għas-sorveljanza tal-prezzijiet tal-ikel; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, sabiex jiflu sew l-kompetizzjoni fis-settur agroindustrijali f’termini ta’ appoġġ, trasparenza u evoluzzjoni tal-prezz tal-konsumatur fil-livelli kollha tal-katina tal-valur; ifakkar li l-benefiċċji għall-konsumaturi li jistgħu jinkisbu fis-settur tal-ikel jistgħu jiġu multiplikati billi jitwettqu riformi kompetittivi simili fis-setturi l-oħrajn kollha tal-ekonomija;

21.

Jenfasizza li s-servizzi ta’ interess ekonomiku (SGEIs) kif ukoll ta’ interess soċjali (SGSIs) jirrappreżentaw sehem sinifikanti mill-provvista tas-servizz totali fl-Istati Membri, u dan jimplika li jista’ jiġu akkumulati vantaġġi notevoli billi l-SGEIs u l-SGSIs isiru aktar effiċjenti; jenfasizza li minn din il-perspettiva huwa essenzjali li jiġi żgurat li r-regoli li jirregolaw l-SGEIs u l-SGSIs jagħtu prijorità lill-ħarsien tal-konsumaturi;

22.

Jenfasizza r-rwol ewlieni li għandha l-ispekulazzjoni fuq is-swieq tal-ikel billi tikkawża l-volatilità tal-prezzijiet; jistieden lill-Kummissjoni teżamina din il-kwistjoni dwar ir-Rapport dwar il-Politika ta’ Kompetizzjoni 2012 u tieħu inizjattivi sabiex tiġi indirizzata l-ispekulazzjoni fis-swieq tal-ikel;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tħares aktar mill-qrib lejn ir-rwol ta’ benefiċċju tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-kooperattivi fiż-żieda tal-benessri u s-setgħa ta’ negozjar tal-bdiewa ż-żgħar fir-rigward tal-industrija ta’ prodotti ta’ livell għoli;

24.

Jistenna b'ħerqa r-rapport tan-Network Ewropea għall-Kompetizzjoni (ECN) rigward dan is-suġġett; jieħu nota tal-fatt li ċ-ċereali u l-prodotti tal-ħalib huma l-aktar setturi investigati fil-każijiet tal-antitrust u jinkoraġġixxi l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni (NCAs) biex iżidu l-inizzjattivi tagħhom f’dan il-qasam; jistieden lill-Kummissjoni teżamina s-settur taz-zokkor Ewropew, fejn fl-2011 u l-2012 kien hemm inflazzjoni tal-prezzijiet partikolarment għolja;

25.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni għal darb’oħra biex issegwi l-implimentazzjoni sħiħa tal-pakkett tas-suq intern tal-enerġija; iħeġġiġha sabiex, billi għadu ma nkisibx b’mod sħiħ suq intern uniku u kompetittiv tal-enerġija, timmoniterja attivament il-kompetizzjoni fis-swieq tal-enerġija, l-aktar kull meta l-privatizzazzjoni tal-utilitajiet pubbliċi tibda’ minn sistema ta’ swieq monopolistiċi jew oligopolistiċi privati;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni teżamina bir-reqqa l-iżviluppi fis-suq tal-UE tas-servizzi tal-ġarr tal-merkanzija bl-ajru u s-servizzi f'ħin reali; jinnota li l-Istati Uniti topera forma ta’ duwopolju fis-suq tal-kunsinni rapidi u fil-prattika eskludiet is-suq għall-kompetituri Ewropej għal dawn l-aħħar 10 snin; jikkonkludi li aktar amalgamazzjonijiet fis-settur iħallu biss kumpanija Ewropea ewlenija waħda ta’ kunsinna rapida u loġistika biex tikkompeti, u li l-kompetizzjoniji tal-prezzijiet fis-suq intern tista’ tkun affettwata b’mod sinifikanti bi żvantaġġ għall-konsumaturi;

27.

Jenfasizza li ma jeżistu l-ebda kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji Ewropej fis-suq tal-avjazzjoni Amerikan u li jeżisti żbilanċ evidenti fis-suq tal-avjazzjoni UE/Stati Uniti anki llum peress li l-linji tal-ajru tal-merkanzija Ewropej ma għandhomx aċċess għas-suq domestiku Amerikan u jitħabtu biex jikkompetu taħt kundizzjonijiet mhux favorevoli; jenfasizza li dan l-aċċess tas-suq inugwali jgħawweġ il-kompetizzjoni u finalment jolqot l-industrija tal-loġistika Ewropea u l-klijenti tagħha;

Il-promozzjoni tal-leġittimità u l-effikaċja tal-politika tal-kompetizzjoni

28.

Jappoġġa r-rwol attiv tal-Parlament fit-tfassil tal-politika tal-kompetizzjoni, inklużi s-setgħat koleġiżlattivi; jikkunsidra li l-Kummissjoni għandha tkun responsabbli bis-sħiħ u għandha ssegwi r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament; għandu l-għan li jsaħħaħ id-djalogu strutturat kontinwu;

29.

Jitlob lill-Kummissjoni tkompli taġixxi imparzjalment u oġġettivament u tkun miftuħa għat-titjib fil-proċeduri tal-kompetizzjoni; jiddefendi d-drittijiet proċedurali, inkluż id-dritt tal-impriżi li jkollhom aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni qabel is-seduta ta’ smigħ;

30.

Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tkompli tippromwovi kultura ta’ kompetizzjoni ġusta billi tidentifika l-prinċipji ġenerali u tappoġġja l- azzjonijiet tal-kumpaniji f’dan il-qasam, b’mod partikolari billi turi interess akbar u attitudni aktar pożittiva lejn il-konformità, peress li dan ikollu effett preventiv deċiżiv li huwa fl-interess pubbliku;

31.

Jitlob lill-Kummissjoni tqis l-użu ta’ Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim u tippreżenta l-proposta li jmissha ilha li tressqet, fl-ambitu tal-proċedura leġislattiva ordinarja, li tiffaċilita l-azzjonijiet privati individwali u kollettivi għad-dannu li jsofru l-kumpaniji u l-konsumaturi bħala riżultat ta’ ksur tal-liġi tal-antitrust tal-Unjoni Ewropea; jemmen li tali proposta għandha tippromwovi l-kompetizzjoni filwaqt li ma tinkoraġġix it-tilwim bla mertu, tkopri danni minuri u mifruxa, u tiżgura konformità sħiħa mar-regoli tat-trasparenza tal-UE, u li kwalunkwe eżenzjoni f’dan il-kuntest tal-proċeduri ta’ klemenza tkun ġustifikata b’mod xieraq u speċifiku, u tiżgura l-koerenza sħiħa mal-infurzar pubbliku;

32.

Jirreferi għal darb’oħra għar-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu tat-2 ta’ Frar 2012 dwar ir-Rapport Annwali fuq il-Politika ta’ Kompetizzjoni tal-UE u l-idea ta’ proposta possibbli tal-Kummissjoni dwar rimedju kollettiv;

33.

Hu favur il-kooperazzjoni fi ħdan in-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni (ECN) u mal-qrati nazzjonali bil-għan li tiġi żgurata l-effikaċja u l-koerenza tal-politiki tal-kompetizzjoni fl-UE kollha; jappoġġja l-qsim effettiv tar-responsabbiltà bejn il-membri tal-ECN, peress li xi swieq għandhom tendenza li jkollhom dimensjonijiet aktar nazzjonali minn oħrajn, minħabba l-kundizzjonijiet legali, ekonomiċi u kulturali differenti; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-ftehimiet ta’ konverġenza u l-kooperazzjoni mal-ġurisdizzjonijiet oħra, inkluż id-dispożizzjonijiet għall-iskambju tal-informazzjoni waqt l-investigazzjonijiet, fl-ambitu ta’ kundizzjonijiet xierqa.

34.

Huwa konxju tal-piż ta’ xogħol kbir u dejjem jiżdied tal-Kummissjoni fil-qasam tal-infurzar tal-kompetizzjoni u jtenni, għalhekk, li l-Kummisjoni teħtieġ aktar riżorsi, speċjalment permezz tal-allokazzjoni tar-riżorsi eżistenti, sabiex tkun aktar proattiva u aktar effikaċi biex tindirizza dan;

35.

Jistieden lill-Kummissjoni trawwem kultura ta’ kompetizzjoni, kemm fl-Unjoni Ewropea u wkoll internazzjonalment;

Politika dwar il-Multi

36.

Jirrakkomanda li għandha tintuża l-proċedura ta’ saldu u, fejn ikun xieraq, ħlasijiet dissważivi u proporzjonati, filwaqt li jiġu evitati l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali negattivi fejn impriżi taħt stress jiġu esklużi mis-suq;

37.

Jinnota li l-ħlasijiet m’għandhomx jipprevjenu l-kumpaniji milli jżommu d-diriġenti u l-persunal tagħhom responsabbli internament jew, fejn ikun xieraq, l-Istati Membri milli jindirizzaw il-kwistjonijiet tar-responsabbiltà kriminali; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra u tirraporta dawn l-aspetti;

38.

Jinsab imħasseb dwar l-użu ta' multi ogħla minħabba li l-uniku strument jista' jkun limitat wisq, b'mod speċjali b'ħarsa lejn it-telf possibbli tal-impjiegi bħala riżultat li dawn ma jkunux jistgħu jitħallsu, u jitlob li jkun hemm żvilupp għal firxa usa' ta' strumenti aktar sofistikati, li jinkludu kwistjonijiet bħal responsabilità individwali, it-trasparenza u r-responsabilità tan-negozji, proċeduri aktar qosra, id-dritt ta’ difiża u proċess xieraq, mekkaniżmi biex tiġi żgurata operazzjoni effikaċi tal-applikazzjonijiet għall-klemenza (b'mod partikulari biex tingħeleb l-interferenza kkawżata minn proċessi ta' “discovery” fl-Istati Uniti), programmi ta' konformità tal-kumpaniji u l-iżvilupp tal-istandards Ewropej; jippreferi l-approċċ “tal-inċentiv u l-kastig”, b’pieni li jservu bħala deterrent effikaċi filwaqt li jħeġġeġ il-konformità;

39.

Jinnota għal darb’oħra li l-metodu għall-kalkolu tal-multi jinsab fi strument mhux leġiżlattiv – il-Linji Gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi 2006 – u jħeġġeġ għal darb’oħra lill-Kummissjoni biex tinkorpora bażi dettaljata għall-kalkolu tal-multi, abbażi tal-prinċipju tal-legalità, fir-Regolament (KE) Nru 1/2003, flimkien mal-prinċipji l-ġodda dwar il-multi;

40.

Itenni s-sejħa tiegħu għal rieżami ġenerali tal-linji gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi tal-Kummissjoni, filwaqt li jitqiesu s-sitt snin ta’ esperjenza prattika; jemmen li dan ir-rieżami għandu jeżamina r-rwol tal-programmi ta’ konformità, jispeċifika l-kundizzjonijiet li skonthom il-kumpaniji prinċipali li jeżerċitaw influwenza deċiżiva fuq kumpanija sussidjarja għandhom ikunu reponsabbli insolidum għall-ksur dwar l-antitrust min-naħa tal-kumpaniji sussidjarji tagħhom u jikkunsidra l-kwistjonijiet tal-klemenza, ir-reċidiva, il-limitu massimu tal-introjtu u l-interazzjoni bejn l-obbligazzjonijiet pubbliċi u privati;

41.

Itenni li n-numru ta’ talbiet għal tnaqqis ta’ multi minħabba inabilità ta’ ħlas żdied, partikolarment minn impriżi ta’ monoprodotti u SMEs; jafferma mill-ġdid li sistema ta’ pagamenti mdewma u/jew maqsuma tista’ titqies bħala alternattiva għat-tnaqqis fil-multa sabiex jiġi evitat li jkun hemm negozji li jfallu;

42.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni qieset il-ħtiġijiet speċifiċi tal-impriżi li jipproduċu “prodott wieħed” fid-deċiżjoni tagħha (COMP/39452 tat-28/03/2012);

Kunsiderazzjonijiet speċifiċi għas-settur

43.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ikomplu jagħmlu l-progress lejn it-tlestija tas-suq uniku tat-trasport, filwaqt li jiżguraw kompetizzjoni miftuħa u ġusta fis-setturi tat-trasport, tal-posta u t-turiżmu, filwaqt li jiġu rispettati l-objettivi ta' politiki l-oħrajn tal-Unjoni, bħal servizzi ta' trasport u ta' mobilità li jiffunzjonaw tajjeb, l-objettivi ta' politika fl-oqsma tas-servizzi pubbliċi, standards soċjali, is-sikurezza u l-ħarsien tal-ambjent u l-miri tal-UE dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u d-dipendenza fuq iż-żejt; jilqa' t-tħabbir tal-Att dwar is-Suq Uniku II immirat sabiex finalment jiġi stabbilit l-Ajru Uniku Ewropew u t-tkomplija tal-ftuħ tas-suq tal-ferroviji u l-istabbiliment ta' żona ferrovjarja unika Ewropea;

44.

Jemmen li l-Kummissjoni għandha tkompli ssaħħaħ ir-rabtiet bejn il-politika tal-kompetizzjoni u l-politika tat-trasport sabiex ittejjeb il-kompetittività tas-settur Ewropew tat-trasport;

45.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkun aktar proattiva fil-promozzjoni tal-konverġenza tar-regoli tal-kompetizzjoni f'negozjati internazzjonali, biex tiżgura ambjent ekwu bejn l-UE u pajjiżi terzi fis-settur tat-trasport;

46.

Jenfasizza l-importanza ta' żvilupp uniformi ta' żona Ewropea tat-trasport u t-tneħħija tad-diskrepanzi fl-iżvilupp bejn l-infrastrutturi u s-sistemi tat-trasport tal-Istati Membri sabiex ġenwinament jinkiseb suq uniku Ewropew u tkun żgurata l-kompetizzjoni ġusta fil-qasam tat-trasport;

47.

Jenfasizza l-impatt li għandhom id-differenzi fiskali fuq il-kompetizzjoni bejn il-modi ta' trasport differenti u fuq it-trasport intermodali, u jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi deskrizzjoni ġenerali tat-taxxi u tas-sistemi differenti tal-VAT għad-diversi modi ta' trasport;

48.

Jenfasizza li sabiex ikun hemm kompetizzjoni ħielsa u ġusta fil-livell Ewropew, għandhom jitneħħew l-ostakoli fiżiċi, tekniċi u regulatorji bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari permezz tal-iżvilupp ta' netwerks interoperabbli u effikaċi trans-Ewropej;

49.

Jilqa', bħala prinċipju, l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fil-metodi kollha tat-trasport, iżda jenfasizza li kull metodu ta' trasport hu intrinsikament differenti u li kwalunkwe proposta tal-Kummissjoni, filwaqt li tiggarantixxi d-drittijiet eżistenti għall-passiġġieri, għandha wkoll tiżgura approċċ proporzjonali u flessibbli li jirrikonoxxi d-differenzi bejn il-modi differenti;

50.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet rilevanti, fid-dawl tal-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-Trasport bl-Ajru, jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom filwaqt li jaħdmu biex jiżviluppaw approċċi regolatorji kompatibbli għall-kwistjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-alleanzi tal-linji tal-ajru u biex ifittxu attivament modi biex iħeġġu lill-alleanzi l-kbar jikkompetu b'mod iktar vigoruż fis-suq transatlantiku;

51.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħaffu l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-Ajru Uniku Ewropew bil-għan li l-ipprezzar ta' servizzi jsir aktar trasparenti, biex b'hekk ikun iffaċilitat il-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni u tkun immassimizzata l-kompetittività u s-sikurezza tal-hub Ewropew, u biex ikomplu l-ħidma tagħhom favur il-promozzjoni tal-kompetittività fl-ajruporti Ewropej għall-benefiċċju kemm tal-ekonomija kif ukoll tal-passiġġieri;

52.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħti deskrizzjoni ġenerali, ġustifikata permezz tal-evidenza, tal-każijiet li fihom il-linji tal-ajru għandhom vantaġġ fir-rigward ta' fornituri oħra tas-servizzi permezz ta’ kundizzjonijiet speċjali jew, kif allegat, jabbużaw mill-pożizzjoni dominanti tagħhom f'ċerti ajruporti, partikolarment permezz tal-impożizzjoni ta' regola ta' bagalja waħda u restrizzjonijiet oħra dwar x'inhu permess fil-bagalji li jittellgħu fil-kabini;

53.

Iqis li l-attivitajiet kummerċjali huma sors kbir ta' dħul għall-ajruporti u dawn it-tipi ta' prattiki aggressivi jistgħu jikkostitwixxu abbuż mill-pożizzjoni dominati tat-trasportatur;

54.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-monitoraġġ tal-kummerċ, l-użu u l-allokazzjoni ta' slots fl-ajruporti Ewropej sabiex tiżgura l-kompetizzjoni ġusta kif ukoll il-protezzjoni tal-konnettività reġjonali fl-Ewropa kollha;

55.

Jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja l-miżuri li jolqtu lill-operaturi tal-ajru low-cost, sabiex tiżgura li dawn il-miżuri ma jkunux strumenti ta' kompetizzjoni mhux ġusta;

56.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, fl-indirizzar tar-rieżami tal-linji gwida tal-avjazzjoni u tal-ajruporti tal-UE dwar l-għajnuna mill-istat, tiżgura li ma jkun hemm ebda distorsjoni tal-kompetizzjoni u tistabbilixxi kundizzjonijiet ekwi tal-kompetizzjoni għall-parteċipanti tas-suq kollha;

57.

Jinnota l-progress limitat li twettaq fil-liberalizzazzjoni tas-settur ferrovjarju Ewropew, u li din is-sitwazzjoni tpoġġi lill-ferroviji fi żvantaġġ fir-rigward ta' mezzi oħrajn ta' trasport, speċjalment b'kunsiderazzjoni tal-kwistjonijiet relatati mal-kompetittività tas-settur fl-Ewropa kollha;

58.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkonkludi l-implimentazzjoni taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea billi tiżgura li jkun hemm il-kundizzjonijiet xierqa għall-ftuħ tas-settur għal kompetizzjoni ħielsa u ġusta, inklużi miżuri li jiffaċilitaw li kumpaniji ferrovjarji effiċjenti u innovattivi jitħallew joperaw mingħajr restrizzjonijiet, ikun hemm separazzjoni ċara bejn is-sjieda tal-infrastruttura u l-operaturi ferrovjarji, korpi regolatorji nazzjonali b'saħħithom u l-armonizzazzjoni tal-provisti li jirregolaw il-persunal; jistieden lill-Kummissjoni tqis l-metodi operattivi differenti tal-kumpaniji ferrovjarji nazzjonali fit-tħejjija għall-ftuħ tas-suq ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri u tagħmel proposti speċifiċi sabiex ittemm ir-restrizzjonijijet indiretti fuq il-kompetizzjoni li jirriżultaw minn dispożizzjonijiet inkonsistenti dwar is-sigurtà, l-interoperabilità u l-awtorizzazzjoni;

59.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiggarantixxu l-ftuħ tas-settur tat-trasport ferrovjarju għal kompetizzjoni ġusta, kif ukoll l-iżgurar ta’ kwalità aħjar tas-servizzi, mingħajr ma jiġu pperikolati l-provvisti tas-servizz pubbliku;

60.

Jenfasizza li l-ftuħ ulterjuri tas-suq tat-trasport ta' passiġġieri bit-triq fl-UE jista' jkun aċċettabbli biss jekk ikun iggarantit ambjent ekwu bejn l-impriżi tat-trasport u meta tkun salvagwardjata l-protezzjoni tal-leġiżlazzjoni soċjali u l-kundizzjonijiet ta' ħidma tal-ħaddiema mobbli fl-Istati Membri kollha.

61.

Jenfasizza l-ħtieġa li tkun evitata l-kompetizzjoni inġusta fis-settur tat-trasport liberalizzat bit-triq billi jkun hemm garanziji tal-applikazzjoni xierqa tar-regoli soċjali, ta’ sikurezza u ambjentali u tingħata attenzjoni speċjali lill-ftuħ ta' dan is-suq għall-kabotaġġ u għall-prattiki ta' dumping;

62.

Jistieden lill-Kummissjoni tfassal miżuri speċifiċi b'kooperazzjoni mal-Istati Membri sabiex telimina d-differenzi konsiderevoli li jeżistu bejn l-Istati Membri f'termini ta' pieni għal ksur serju tal-liġi tal-Komunità fit-trasport bit-triq u b'hekk ittemm dan it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni;

63.

Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw it-tielet Direttiva Postali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni teżamina mill-qrib u tirraporta l-konsegwenzi soċjali tal-liberalizzazzjoni tas-suq postali u tal-obbligu ta' servizz universali f'dan il-qasam, inkluż il-finanzjament tas-servizz universali;

64.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex wara li tikkunsidra t-Trattat ta’ Lisbona, il-kompetenzi konsolidati l-ġodda u l-potenzjal ekonomiku tat-turiżmu għall-UE, tiffaċilita l-kooperazzjoni proattiva bejn l-impriżi tat-turiżmu u tieħu l-miżuri neċessarji biex tiżgura l-kompetittività dinjija tad-destinazzjonijiet ta' eċċellenza tat-turiżmu tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tħaffef il-proċeduri tal-proposta leġiżlattiva dwar il-pakketti tal-ivvjaġġar sabiex tiżgura kompetizzjoni adegwata u tiggarantixxi suq ħieles ċar fis-settur Ewropew tat-turiżmu;

65.

Huwa tal-fehma li l-infurzar tal-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat għandu jkollu bħala fini l-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Istrateġija UE 2020, b'mod partikolari billi jippermetti investimenti fl-ekonomija reali u jiffavorixxi konċentrazzjoni akbar ta' riżorsi fuq ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-iżvilupp sostennibli;

66.

Jinnota li s-suq Ewropew tal-pagamenti elettroniċi għadu frammentat, kemm ġewwa u kemm barra mill-fruntieri nazzjonali; jinkoraġġixxi l-miżuri u l-infurzar neċessarji biex ikun żgurat suq uniku tal-pagamenti aktar miftuħ, trasparenti, innovattiv u kompetittiv b'mod li jġib vantaġġi u għażla għall-konsumaturi kollha fir-rigward tal-pagamenti mobbli, l-interoperabilità, l-ispejjeż u l-portabilità; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni biex tivvaluta l-modi possibbli kif jinġabu impriżi ġodda fis-suq Ewropew għall-pagamenti bil-kards, bl-internet u bil-mowbajl filwaqt li jiġu protetti l-innovazzjonijiet teknoloġiċi futuri f'dan is-settur; huwa tal-fehma li jinħtieġ tisħiħ tal-viġilanza fuq it-tariffi multilaterali tal-interkambju u jilqa' l-proposti li jinsabu fl-Att dwar is-Suq Uniku II għal reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Pagament u għal inizjattiva leġiżlattiva dwar it-tariffi bankarji multilaterali;

67.

Japprova l-intenzjoni tal-Kummissjoni li żżomm l-attenzjoni fuq it-trasparenza tas-swieq finanzjarji imma huwa tal-fehma li jinħtieġ sforz addizzjonali biex tkun żgurata informazzjoni fil-ħin, affidabbli u ta' kwalità għolja l-aktar għas-swieq tad-derivattivi;

68.

Jemmen li l-kompetizzjoni bejn il-kumpaniji għandha ssir f'qafas li jiżgura rispett effettiv tad-drittijiet tal-konsumaturi u li sistema ta' rikors kollettiv u oħra ta' riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim jkunu għodod indispensabbli għal dan l-iskop;

69.

Jirrimarka li hija prassi tal-Kummissjoni li tivvaluta biss l-abbuż tal-pożizzjoni ta' kumpanija fis-suq; jemmen li f’xi swieq din mhijiex biżżejjed biex tipprevjeni r-riskju ta' cartels; jitlob lill-Kummisjoni teżamina kif tivvaluta il-mod kif ikun minimizzat il-periklu ta’ cartels u tkun massimata l-kompetizzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tressaq linji gwida ċari u trasparenti għall-politika tal-kompetizzjoni li jqisu dawn il-prinċipji;

70.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tibqa' għaddejja bl-implimentazzjoni sħiħa tal-pakkett tas-suq intern tal-enerġija, peress li fis-settur tal-enerġija għadu ma nkisibx kompletament suq uniku miftuħ u kompetittiv; iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq monitoraġġ attiv tal-kompetizzjoni fis-swieq tal-enerġija, speċifikament kull meta l-privatizzazzjoni tal-utilitajiet pubbliċi toħloq swieq monopolistiċi jew oligopolistiċi;

71.

Jinnota li n-nuqqas ta' dispożizzjonijiet legali effikaċi għall-kumpens tad-dannu kkawżat mill-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni jopera bi żvantaġġ għall-konsumaturi u li l-multi għal dan il-ksur jitħallsu biss għall-benefiċċju tal-baġits pubbliċi tal-Istati Membri;

72.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura poteri ta' negozjar bilanċjati bejn il-manifatturi u d-distributuri, filwaqt li tenfasizza:

l-importanza tal-ġlieda kontra l-prattiki diskriminatorji fil-qasam tad-distribuzzjoni onlajn regolati mir-Regolament ta' eżenzjoni ta' kategorija dwar ir-restrizzjonijiet vertikali (Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010) għas-salvagwardja tal-kapaċità tad-distributuri li jużaw metodi innovattivi ta' distribuzzjoni, bħalma huma l-pjattaformi onlajn, u li jilħqu għadd u varjetà akbar ta' konsumaturi;

l-importanza tan-negozjaturi fis-swieq għall-bejgħ ta' vetturi ġodda bil-mutur wara li jiskadi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2002 fil-31 ta' Mejju 2013; jitlob lill-Kummissjoni tinsisti fuq il-bżonn li jiġu żviluppati prinċipji ta' kondotta tajba bejn il-manifatturi u n-negozjanti fir-rigward tal-ftehimiet vertikali fis-settur tal-vetturi bil-mutur, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mal-protezzjoni tal-investimenti wara t-terminazzjoni ta' kuntratt u l-possibilità ta' trasferiment ta’ negozju lejn membru ieħor tal-istess netwerk, sabiex tkun promossa t-trasparenza fir-relazzjonijiet kummerċjali u kuntrattwali bejn il-partijiet;

73.

Jilqa', f'dan il-kuntest, l-isforzi magħmulin mill-partijiet ikkonċernati fil-katina tal-provvista tal-ikel biex jaqblu mal-prinċipji tal-prattika t-tajba fir-relazzjonijiet B2B u fl-implementazzjoni tal-miżuri f'dak li għandu x'jaqsam mal-kompetizzjoni ħielsa u ġusta; jistieden lill-Kummissjoni żżomm l-impenn tagħha favur il-monitoraġġ tal-implementazzjoni ta' dawn il-prinċipji, bħalma se jagħmel il-Parlament permezz tar-Roundtable annwali tiegħu dwar il-bejgħ bl-imnut;

74.

Jirrikonoxxi li l-franchising huwa formula tajba biex il-bejjiegħa bl-imnut indipendenti jissopravivu f'ambjent kompetittiv ħafna; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja l-iżviluppi fir-relazzjonijiet bejn il-franchisers u l-franchisees, tiżgura poteri ta’ negozjar bilanċjati bejniethom u jekk ikun adegwat tressaq proposti leġiżlattivi;

75.

Huwa tal-fehma li, flimkien mar-relazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-Kummissjoni għandha wkoll tistruttura aħjar il-kollaborazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u li relazzjoni bħal din għandha titqies bħala element importanti għall-monitoraġġ tar-regoli dwar il-kompetizzjoni; għal din ir-raġuni, id-djalogu bejn id-DĠ Kompetizzjoni tal-Kummissjoni u dawn l-organizzazzjonijiet għandu jitħeġġeġ u jiġi intensifikat;

76.

Jilqa' l-politika tal-għajnuna mill-Istat, li kkontribwiet għall-istabilità tas-sistema finanzjarja meta applikata għall-banek; jitlob lill-Kummissjoni twessa' l-valutazzjoni tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern biex tinkludi l-banek pubbliċi tal-investiment fit-tul, inkluż il-Bank Ewropew tal-Investiment;

77.

Jemmen li s-sjieda u l-ġestjoni tal-midja għandhom ikunu trasparenti u ma jkunux ikkonċentrati; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta kif ir-regoli eżistenti tal-kompetizzjoni jirrelataw mal-konċentrazzjoni kulma jmur tikber tal-midja kummerċjali fl-Istati Membri; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tapplika r-regoli dwar il-kompetizzjoni u tintervjeni fejn il-midja hija kkonċentrata wisq u fejn il-pluraliżmu tal-midja huwa fil-periklu; jappella biex ikun hemm regoli li jiżguraw li l-konflitti ta' interess ikunu indirizzati u riżolti b'mod xieraq;

78.

Jistieden lill-Kummissjoni tintegra aħjar il-politika tal-kompetizzjoni fir-rigward tal-miri ta’ impjieg tal-Istrateġija UE 2020, filwaqt li jingħata lok għal appoġġ aħjar għall-SMEs, li huma dawk li joħolqu l-iktar impjiegi;

79.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel referenza speċifika għall-impatt tal-politika tal-kompetizzjoni fuq l-impjiegi u l-affarijiet soċjali f’Rapporti Annwali futuri;

80.

Jinnota li l-kompetittività fl-UE għandha tintlaħaq permezz tal-innovazzjoni u l-kontribuzzjoni ta’ ħaddiema b'ħiliet ta’ livell għoli filwaqt li ma jiddgħajjefx il-livell tal-pagi u/jew tal-pensjonijiet, billi jiġu żgurati standards soċjali għoljin fl-Istati Membri kollha tagħha u permezz tat-tisħiħ tad-domanda lokali; jistieden lill-Istati Membri, għalhekk, jinvestu iktar fl-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali u r-riċerka u l-iżvilupp;

81.

Jistieden lill-Istati Membri jsegwu politika tas-suq tax-xogħol attiva u integrattiva sabiex isaħħu l-kompetittività tal-ekonomiji fl-Unjoni Ewropea u joffru lil dawk il-persuni li qed ifittxu x-xogħol impjiegi ta’ kwalità sikuri u sostenibbli;

82.

Jilqa’ l-approċċ tal-Kummissjoni fir-rigward tad-definizzjoni tal-SGEIs permezz tal-introduzzjoni ta’ miżuri għall-integrazzjoni/għar-riintegrazzjoni tal-ħaddiema fis-suq tax-xogħol bħala parti mis-servizzi ta’ interess partikolari għaċ-ċittadini;

83.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni minn qabel fir-rigward tal-iżviluppi futuri rigward il-ħaddiema ta’ kumpaniji li jkunu għaddejjin minn ristrutturar u privatizzazzjoni, filwaqt li tfakkar li matul il-proċess ta’ privatizzazzjoni l-komponent li jirrigwarda l-impjiegi għandu jibqa' ta’ importanza ċentrali kemm għall-gvernijiet nazzjonali kif ukoll għall-Kummissjoni;

84.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tissorvelja l-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna Statali peress li l-effetti konsekwenzjali tal-kriżi għadhom preżenti u jenfasizza l-ħtieġa li jinżammu s-servizzi ta’ interess ġenerali fl-Istati Membri;

85.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tirrapporta lill-Parlament Ewropew fuq bażi annwali dwar l-iżviluppi u l-effetti tal-applikazzjoni tal-politika dwar il-kompetizzjoni.

o

o o

86.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, l-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni (NCAs).


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(3)  ĠU C 270, 25.10.2008, p. 8.

(4)  ĠU C 10, 15.1.2009, p. 2.

(5)  ĠU C 72, 26.3.2009, p. 1.

(6)  ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9.

(7)  ĠU C 16, 22.1.2009, p. 1.

(8)  ĠU C 6, 11.1.2011, p. 5.

(9)  1http://ec.europa.eu/internal_market/bank/docs/high-level_expert_group/report_en.pdf

(10)  ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4.

(11)  ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3.

(12)  ĠU C 8, 11.1.2012, p. 15.

(13)  ĠU L 114, 26.4.2012, p. 8.

(14)  http://www.europarl.europa.eu/activities/committees/studies/download.do?language=en&file=42288

(15)  http://www.europarl.europa.eu/committees/en/studiesdownload.html?languageDocument=EN&file=74351

(16)  ĠU C 158, 5.6.2012, p. 4.

(17)  ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.

(18)  “Kull Kummissarju jrid jiżgura li jkun hemm skambju regolari u dirett ta' tagħrif bejn il-Kummissarju u l-Presidenti tal-kumitat parlamentari relevanti.”

(19)  “Fi żmien tliet xhur wara l-adozzjoni ta' riżoluzzjoni parlamentari, il-Kummissjoni għandha tipprovdi tagħrif bil-miktub lill-Parlament dwar l-azzjoni meħuda bħala tweġiba għal talba speċifika indirizzata lilha mir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament, inkluż f'każijiet fejn ma setgħatx tieħu azzjoni skont il-fehmiet tiegħu.”

(20)  http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/ec/131359.pdf.

(21)  ĠU C 304 E, 1.12.2005, p. 114.

(22)  ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 143.

(23)  ĠU C 146 E, 12.6.2008, p. 105.

(24)  ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 43.

(25)  ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 16.

(26)  ĠU C 136 E, 11.5.2012, p. 60.

(27)  Testi adottati, P7_TA(2012)0031.

(28)  Testi adottati, P7_TA(2011)0494.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/96


P7_TA(2013)0269

Tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (27-28 ta' Ġunju 2013) – Teħid ta' deċiżjonijiet demokratiku fl-UEM tal-ġejjieni

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar it-tisħiħ tad-demokrazija Ewropea fl-UEM futura (2013/2672(RSP))

(2016/C 065/10)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Mejju 2013 dwar “proposti leġiżlattivi futuri dwar il-UEM: rispons għall-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni” (1), il-Parlament hu tal-fehma li l-koordinazzjoni ex ante formali tar-riformi tal-politika ekonomika fil-livell tal-UE għandha tkun: (i) imsaħħa abbażi tal-metodu Komunitarju, (ii) allinjata mal-istrumenti tas-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika, u (iii) iddisinjata b’mod konġunt ma’ strumenti ġodda bbażati fuq is-solidarjetà u l-inċentivi;

B.

billi l-mekkaniżmi li għandhom jiġu stabbiliti għall-koordinazzjoni ex ante għandhom japplikaw għall-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro u għandhom ikunu miftuħa għall-Istati Membri kollha tal-Unjoni;

C.

billi fir-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq tat-23 ta’ Mejju 2013, il-Parlament hu tal-fehma li kwalunkwe Strument għall-Konverġenza u l-Kompetittività (ICC) ġdid propost għandu jiġi adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, ikun ibbażat fuq il-metodu Komunitarju u jipprovdi għal skrutinju xieraq mill-Parlament; billi l-Parlament jirrimarka li tali mekkaniżmu għandu jiġi ffinanzjat permezz ta' faċilità ġdida attivata u rregolata skont il-metodu Komunitarju bħala parti integrali tal-baġit tal-UE, iżda b’mod separat mil-limiti massimi tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), sabiex jiġi żgurat li l-Parlament ikun involut bis-sħiħ; billi huwa jaqbel mal-Kummissjoni li l-Istrumenti għall-konverġenza u l-kompetittività huma l-ewwel elementi fundamentali ta’ kapaċità fiskali ġenwina li tappoġġja s-solidarjetà u l-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali sostenibbli li jsaħħu t-tkabbir;

D.

billi l-Kummissjoni għandha tressaq proposti immedjatament, skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, sabiex tittrasponi f’leġiżlazzjoni sekondarja l-impenji magħmula mill-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tat-28 ta’ Ġunju 2012 fir-rigward tal-“patt għat-tkabbir u l-impjiegi”;

E.

billi fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq tat-23 ta’ Mejju 2013 l-Parlament jenfasizza l-ħtieġa li ssir l-adozzjoni, skont is-Semestru Ewropew, ta' kodiċi ta' konverġenza bbażat fuq l-istrateġija Ewropa 2020 u li jkun jinkludi pilastru soċjali;

1.

Isib li n-nuqqas ġenerali u predominanti ta’ ambizzjoni li qed juri l-Kunsill fir-rispons tiegħu għall-kriżi huwa ta’ tħassib kbir; jinsab imħasseb, barra minn hekk, dwar l-influwenza negattiva li ċ-ċikli elettorali nazzjonali qed ikollhom fuq l-abilità tal-Unjoni li tieħu deċiżjonijiet awtonomi; jiddeplora l-posponiment ulterjuri tad-deċiżjonijiet kollha dwar l-arkitettura futura tal-UEM; bl-istess mod jiddeplora l-fatt li l-Kunsill Ewropew darbtejn ittratiena d-deċiżjonijiet antiċipati tiegħu dwar il-futur tal-UEM u li jista’ jerġa' jagħmel l-istess għal darba oħra fis-samit li jmiss;

2.

Jinsab imħasseb serjament li l-obbligu ta’ rendikont demokratiku fl-UEM (ir-raba’ element fundamentali) s’issa għadu ma ġiex indirizzat kif għandu jkun fid-deliberazzjonijiet tal-Kunsill; iqis li dan il-fatt huwa deplorabbli għalkollox;

3.

Itenni għal darba oħra li kwalunkwe inizjattiva ulterjuri għal UEM profonda u ġenwina bbażata fuq l-istabilità, it-tkabbir sostenibbli, is-solidarjetà u d-demokrazija għandha imperattivament tiġi stabbilita skont il-metodu Komunitarju; jenfasizza li l-istituzzjonijiet Ewropej huma rekwiżiti li jipprattikaw kooperazzjoni reċiproka sinċiera; ifakkar lill-Kunsill Ewropew li ma għandu l-ebda prerogattiva bbażata fuq it-Trattati ta’ inizjattiva leġiżlattiva u li għandu jieqaf jagħti istruzzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-forma u/jew il-kontenut ta’ kwalunkwe inizjattiva leġiżlattiva ulterjuri u għandu jieqaf jinjora r-rwoli koordinattivi, eżekuttivi u maniġerjali tal-Kummissjoni kif stabbiliti fit-Trattati;

4.

Iwissi lill-Kunsill Ewropew, f’dan ir-rigward, li ma għandux jindaħal iż-żejjed fil-proċess tas-Semestru Ewropew, u li għandu jiżgura li l-proċeduri li sar qbil dwarhom jiġu segwiti;

5.

Itenni li ma jista jaċċetta l-ebda elementi intergovernattivi ulterjuri fir-rigward tal-UEM u li se jieħu kull azzjoni meħtieġa u xierqa li għandu fil-prerogattivi tiegħu jekk tali twissijiet jiġu injorati; ifakkar li l-“patt fiskali” għandu jiġi integrat fid-dritt tal-UE fi żmien ta’ mhux aktar minn ħames snin, abbażi ta’ valutazzjoni tal-esperjenza bl-implimentazzjoni tiegħu, kif stipulat fl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar Stabbiltà, Koordinazzjoni u Governanza fl-UEM;

6.

Ifakkar fil-pożizzjoni fundamentali tiegħu li l-UEM msaħħa ma għandhiex tifred lill-UE imma, għall-kuntrarju, għandha tistabbilixxi integrazzjoni aktar profonda u governanza aktar b’saħħitha, li għandha tkun miftuħa għall-Istati Membri kollha li m’għumiex fiż-żona tal-euro, fuq bażi volontarja;

7.

Ifakkar lill-Kummissjoni li hi waħedha għandha d-dritt tal-inizjattiva leġiżlattiva; għalhekk jinsab konfuż dwar ir-raġuni għala l-Kummissjoni għadha ma ppreżentatx testi leġiżlattivi bbażati fuq il-proposti li jinsabu fil-“Pjan ta' azzjoni għal unjoni ekonomika u monetarja profonda u ġenwina: It-tnedija ta' Dibattitu Ewropew” (COM(2012)0777) u d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa mar-regolamenti tat-“Two-Pack”; jemmen li jekk il-Kummissjoni ma tiħux tali inizjattiva b’ħala kwistjoni ta' urġenza, se tkun qed tittraskura r-responsabilitajiet tagħha kemm dawk politiċi u kemm dawk ibbażati fuq it-Trattati;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni tressaq, skont, is-Semestru Ewropew, proposta għall-adozzjoni ta' kodiċi ta' konverġenza bbażat fuq l-istrateġija Ewropa 2020 u li jkun jistabbilixxi pilastru soċjali b'saħħtu; jinsisti li l-Programmi ta’ Implimentazzjoni Nazzjonali għandhom jiżguraw li l-kodiċi ta’ konverġenza jiġi implimentat mill-Istati Membri kollha, appoġġjati minn mekkaniżmu bbażat fuq l-inċentivi;

9.

Ifakkar li l-prijorità tal-Parlament hi li jiġi żgurat li kwalunkwe strument finanzjarju ġdid marbut mal-Istrument għall-Konverġenza u l-Kompetittività jkun parti integrali mill-baġit tal-UE u jkun soġġett għalkollox għall-proċedura baġitarja ordinarja;

10.

Jenfasizza li l-fatt li l-munita tal-Unjoni hija l-euro, li l-parlament tagħha hu l-Parlament Ewropew u li l-arkitettura futura tal-UEM għandha tirrikonoxxi li l-Parlament huwa s-sedja tal-obbligu ta’ rendikont fil-livell tal-Unjoni; jitlob b’insistenza li kulmeta kompetenzi ġodda jiġu trasferiti għal-livell tal-Unjoni jew maħluqa fih jew kulmeta jitwaqqfu istituzzjonijiet ġodda tal-Unjoni, għandhom jiġu żgurati grad korrispondenti ta’ kontroll demokratiku mill-Parlament kif ukoll grad korrispondenti tal-obbligu ta’ rendikont quddiem il-Parlament;

11.

Itenni t-talbiet insistenti ripetuti tiegħu li l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) jiġi integrat fl-acquis Komunitarju ħalli jkun jista’ jiġi mmaniġġjat skont il-metodu Komunitarju, u li jingħata l-obbligu ta' rendikont quddiem il-Parlament; jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposta għal dak il-għan; ifakkar lill-Grupp tal-euro li l-Parlament irċieva assigurazzjonijiet bil-miktub li l-MES se jkun soġġett għall-iskrutinju tal-Parlament;

12.

Ifakkar li l-parteċipazzjoni tal-UE fis-sistema tat-“trojka” għandha tkun soġġetta għall-iskrutinju demokratiku mill-Parlament u għall-obbligu ta' rendikont quddiemu;

13.

Jinsab estremament inkwetat dwar id-dewmien biex tiġi stabbilita l-Unjoni Bankarja u l-modalitajiet prattiċi tar-rikapitalizzazzjoni diretta tal-attivitajiet bankarji mill-MES; jinsab, b’mod partikolari, allarmat minħabba l-frammentazzjoni li qed isseħħ bħalissa tas-sistema bankarja tal-UE; jenfasizza li Unjoni Bankarja robusta u ambizzjuża hija komponent ewlieni ta’ UEM aktar profonda u ġenwina, u politika ewlenija li fuqha l-Parlament ilu jinsisti għal aktar minn tliet snin, b’mod partikolari mindu ġew adottati l-pożizzjonijiet tiegħu dwar ir-regolament dwar l-Awtorità Bankarja Ewropea;

14.

Jinsisti li fil-Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa l-President tal-Parlament għandu jippreżenta l-fehmiet tal-Parlament dwar is-stħarriġ annwali dwar it-tkabbir; hu tal-fehma li għandu jiġi nnegozjat ftehim interistituzzjonali sabiex il-Parlament jiġi involut fl-approvazzjoni tal-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir u tal-linji gwida għall-politika ekonomika u l-impjiegi.

15.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2013)0222.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/98


P7_TA(2013)0270

Tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (27-28 ta' Ġunju 2013) – Azzjoni Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Qgħad Fost iż-Żgħażagħ

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar tħejjijiet għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (27-28 ta’ Ġunju 2013) – Azzjoni Ewropea kontra l-qgħad taż-żgħażagħ (2013/2673(RSP))

(2016/C 065/11)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2011 intitolata “Inizjattiva għall-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ” (COM(2011)0933),

wara li kkunsidra l-mistoqsija għal tweġiba orali lill-Kummissjoni u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-24 ta' Mejju 2012 dwar l-Inizjattiva għall-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2012 intitolata “Inressqu ż-Żgħażagħ lejn l-Impjiegi” (COM(2012)0727),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2013 dwar Garanzija għaż-Żgħażagħ (2),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta’ Frar 2013,

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2013 dwar it-Twaqqif ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Marzu 2013 dwar l-Inizjattiva Impjiegi għaż-Żgħażagħ (COM(2013)0144),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2013 dwar l-integrazzjoni tal-migranti, l-effetti tagħha fuq is-suq tax-xogħol u d-dimensjoni esterna tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali (3);

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi f’April 2013 23,5 % taż-żgħażagħ fl-UE bħalissa jinsabu qiegħda, b’rati ta' qgħad li jvarjaw minn 7,5 % fil-Ġermanja u 8 % fl-Awstrija għal 62,5 % fil-Greċja u 56,4 % fi Spanja, varjazzjoni li tindika differenzi ġeografiċi notevoli;

B.

billi 8,3 miljun Ewropew taħt l-età tal-25 sena mhumiex f’impjieg, edukazzjoni jew taħriġ (NEETs); billi dawn iċ-ċifri qed ikomplu jiżdiedu, b’tali mod li hemm ir-riskju ta’ ġenerazzjoni mitlufa;

C.

billi ż-żgħażagħ minn sfondi partikolarment vulnerabbli jinsabu f'riskju akbar li joħorġu mis-sistema edukattiva u ta' taħriġ bla ma jkunu kisbu kwalifika tas-sekondarja għolja;

D.

billi 15 % tat-tfal jitilqu mill-iskola bla ma jkunu kkompletaw l-edukazzjoni sekondarja, u 10 % taċ-ċittadini tal-UE jgħixu f'unitajiet domestiċi mingħajr impjieg;

E.

billi l-ewwel indikazzjonijiet li żagħżugħ x'aktarx jitlaq mill-iskola qabel il-waqt huma sinjal bikri ta' twissija ta' ċiklu rikkorrenti ta' faqar;

F.

billi fl-2011 it-telf ekonomiku minħabba l-qtugħ taż-żgħażagħ mis-suq tax-xogħol kien stmat għal EUR 153 biljun, ċifra li tikkorrispondi għal 1,2 % tal-PDG tal-UE; billi dan jirrappreżenta piż soċjali u ekonomiku serju;

G.

billi l-politiki ta’ edukazzjoni u taħriġ jista’ jkollhom rwol kruċjali fil-ġlieda kontra l-livell għoli ta’ qgħad taż-żgħażagħ u jirfdu l-integrazzjoni u l-parteċipazzjoni b’mod fundamentali; billi jeħtieġ li jsir aktar investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, fl-integrazzjoni fl-istrutturi tat-tagħlim, fl-edukazzjoni għolja u fir-riċerka; billi t-titjib tal-ħiliet huwa essenzjali biex l-individwi jkunu mgħammra sewwa għal impjiegi ta’ kwalita f’setturi fejn il-postijiet tax-xogħol qed jitkattru, bħalma huma l-impjiegi ħodor, l-ICT u s-settur tal-kura;

H.

billi minkejja livelli kumplessivi għolja ta’ qgħad taż-żgħażagħ, ċerti setturi, bħalma huma l-ICT u s-setturi tas-saħħa, qed isibuha dejjem aktar diffiċli li jsibu persunal kwalifikat għall-karigi battala;

I.

billi attwalment bosta politiki li jaffettwaw liż-żgħażagħ jiġu żviluppati bla ma jiġu involuti dawk ikkonċernati u partijiet interessati oħra;

J.

billi, minħabba l-enfasi tagħha fuq ħiliet prattiċi, is-sistema doppja tat-taħriġ vokazzjonali u tal-korsijiet tal-lawrja li jikkombinaw lati akkademiċi u vokazzjonali li titħaddem f’xi Stati membri tat prova tas-siwi tagħha, b'mod partikolari tul il-kriżi, u l-livelli tal-qgħad taż-żgħażagħ żammithom baxxi billi liż-żgħażagħ ħejjiethom aħjar għax-xogħol;

1.

jilqa’ l-fatt li l-Kunsill Ewropew irrikonoxxa l-importanza tal-impjiegi taż-żgħażagħ għall-prosperità tal-Ewropa; iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill biex jintensifikaw l-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra l-qgħad taż-żgħażagħ, bħala parti minn mossa usa' favur il-promozzjoni tal-drittijiet soċjali u l-indirizzar tal-iżbilanċi soċjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea; jenfasizza li l-Parlament Ewropew sejjer jissorvelja l-progress u josserva b’attenzjoni jekk il-miżuri mwiegħda jiġux implimentati, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

2.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jadottaw approċċ ibbażat fuq id-drittijiet rigward iż-żgħażagħ u l-impjiegi; jenfasizza li, partikolarment fi żminijiet ta’ kriżi qawwija, jeħtieġ li ma tiġix kompromessa l-kwalità tax-xogħol għaż-żgħażagħ, u li standards ċentrali tax-xogħol, kif ukoll standards oħra relatati mal-kwalità tax-xogħol, iridu jkunu element tal-qalba;

3.

Jirrimarka li l-iżbilanċi interni bejn l-Istati Membri, speċjalment rigward indikaturi tal-impjiegi u indikaturi soċjali, b’mod partikolari dawk relatati maż-żgħażagħ, qed jitwessgħu; jappella għal azzjoni immedjata tal-UE biex issewwi dawn l-iżbilanċi fil-qafas tas-Semestru Ewropew;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni, f’dan il-kuntest, biex tiżviluppa indikaturi komuni tal-investiment soċjali, speċjalment rigward il-qgħad taż-żgħażagħ;

5.

Jinsisti li s-soluzzjoni għall-problema urġenti tal-qgħad taż-żgħażagħ tinsab fit-titjib tal-ambjent ekonomiku kumplessiv, pereżempju bit-tisħiħ tas-suq uniku tas-servizzi u tal-ekonomija diġitali, bil-promozzjoni tal-kummerċ permezz ta’ ftehimiet tal-kummerċ ħieles, u billi jinġiebu ‘l quddiem l-interessi tal-SMEs u tal-mikroimpriżi fir-rispett tad-drittijiet soċjali fundamentali; jenfasizza li, fit-tul, l-aktar strument effiċjenti fil-ġlieda kontra l-qgħad t-tkabbir ekonomiku sostenibbli; jemmen, barra minn hekk, li miżuri speċjali ffukati fuq iż-żgħażagħ huma importanti, imma l-aktar element importanti jibqa’ li l-UE sserraħ fuq ekonomija qawwija, kompetittiva u moderna; jilqa’ l-investimenti fuq żmien qasir u medju bħall-Inizjattiva favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ, filwaqt li jiġbed l-attenzjoni fuq in-nuqqas ta’ kwalunkwe miżura strutturali u l-assenza tar-riforma meħtieġa biex is-sistemi edukattivi f’ċerti Stati membri jilqgħu għall-isfidi tal-ġejjieni bil-għan li jħejju liż-żgħażagħ għax-xogħol;

6.

Jisħaq fuq l-importanza li l-mobbiltà volontarja fost iż-żgħażagħ tittejjeb billi jitneħħew l-ostakoli eżistenti għal mawriet transfruntiera ta’ apprentistat, taħriġ u prattika biex ikun hemm korrispondenza akbar bejn l-offerta u d-domanda rigward l-opportunitajiet ta' taħriġ fix-xogħol għaż-żgħażagħ, partikolarment fir-reġjuni tal-fruntieri, u billi tisseddaq il-portabbiltà tal-pensjonijiet, tal-protezzjoni tax-xogħol u tal-ħarsien soċjali madwar l-UE kollha kemm hi, bil-qies dovut tar-riskju tal-ħrib tal-imħuħ; jitlob ukoll li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jieħdu kull pass neċessarju biex jipprevjenu l-fenomenu tal-ħrib tal-imħuħ permezz ta’ miżuri sostenibbli li jiżguraw li proporzjon tajba ta’ nies b’ħiliet għolja fil-forza tax-xogħol jew jibqgħu fil-komunitajiet tagħhom jew inkella jirritornaw lejn l-Istati Membri tal-oriġini tagħhom ħalli dawk l-Istati membri jkunu jistgħu jilħqu rkupru ekonomiku u tkabbir vijabbli;

7.

Jitlob lill-Kummissjoni telabora rakkomandazzjonijiet dwar kemm huwa fattibbli li jiġi fissat livell komuni ta' benefiċċju tal-qgħad fl-UE f’relazzjoni mal-pagi preċedenti tal-persuni qiegħda

Garanzija għaż-Żgħażagħ

8.

Jilqa’ r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2013 dwar it-twaqqif ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ; jitlob li l-iskemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ jiġu implimentati bil-ħeffa fl-Istati Membri kollha; jenfasizza li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ mhijiex garanzija ta’ impjieg iżda strument li jiżgura li ċ-ċittadini tal-UE u r-residenti legali kollha sal-età ta' 25 sena, u dawk ta’ taħt it-30 sena li jkunu għadhom kemm ħadu l-lawrja, issirilhom offerta ta' impjieg ta' kwalità tajba, edukazzjoni kontinwa jew apprendistat fi żmien erba’ xhur minn meta jsibu ruħhom bla xogħol jew minn meta jitilqu l-edukazzjoni formali; jissottolinja b’mod partikolari li l-iskemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ għandhom itejbu l-qagħda taż-żgħażagħ li mhumiex f’xogħol, edukazzjoni jew taħriġ (NEETs);

9.

Jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżviluppaw objettivi u indikaturi ċari għall-iskema tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, biex effettivament ikunu fil-qagħda li jkejlu u jevalwaw l-impatt ta’ din l-inizjattiva; jenfasizza li biħsiebu jissorvelja mill-qrib l-attivitajiet kollha tal-Istati Membri intiżi biex il-Garanzija għaż-Żgħażagħ iwettquha fir-realtà, u lill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ jistedinhom biex iżommu lill-Parlament Ewropew aġġornat fuq l-analiżi tagħhom rigward l-azzjonijiet tal-Istati Membri;

10.

Jinnota li l-iskemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ għandhom ikunu akkumpanjati minn qafas ta’ kwalità li jiżgura li t-taħriġ u l-impjiegi offruti jkunu jinkludu kundizzjonijiet ta' paga, xogħol u saħħa u standards ta’ sikurezza xierqa;

Finanzjament mill-UE

11.

Jilqa’ s-somma ta’ EUR 6 biljun allokati għall-Inizjattiva l-ġdida favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u jappella li jkun hemm “frontloading” fl-ewwel ftit snin tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali biex, b’urġenza, jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ u jiġu implimentati l-garanziji għaż-żgħażagħ; jenfasizza li l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol tistima l-kostijiet tal-implimentazzjoni tal-garanziji għaż-żgħażagħ madwar iż-żona tal-euro kollha għal EUR 21 biljun, u għalhekk jitlob li l-allokazzjoni tiġi riveduta ’l fuq bħala parti minn reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali; jilqa' l-estensjoni tal-grupp ta' eliġibbiltà għall-Garanzija għaż-Żgħażagħ taħt l-età ta' 30 sena;

12.

Jilqa’ s-suċċessur propost għall-Faċilità ta’ Mikrofinanzjament Progress inkluża fil-Programm għal Bidla Soċjali u Innovazzjoni għall-perjodu 2014-2020 bħala strument siewi anki għaż-żgħażagħ, li jimmira lejn il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda, sostenibbli u ta’ kwalità;

13.

Jenfasizza li finanzjament mill-UE għall-ġlieda kontra l-qgħad taż-żgħażagħ huwa disponibbli qabel l-2014, b’mod partikolari permezz tar-riprogrammazzjoni ta’ fondi strutturali disponibbli u b’użu sħiħ tas-somma ta' EUR 60 biljun mill-Bank Ewropew tal-Investiment, kif jipprovdi l-Patt għat-Tkabbir u l-impjiegi; jilqa’ r-riallokazzjoni u l-aċċelerazzjoni ta’ EUR 16-il biljun mill-fondi strutturali għall-irfid ta’ opportunitajiet tax-xogħol għaż-żgħażagħ u biex l-SMEs ikollhom aċċess għall-finanzjament;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni biex titlob b’mod attiv appoġġ u inizjattivi, kif ukoll forom oħra ta’ kooperazzjoni mas-settur privat, fl-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ; iħeġġeġ lill-Bank Ewropew tal-Investiment biex jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-garanzija għaż-Żgħażagħ, pereżempju billi s-self torbtu mal-ħolqien tal-impjiegi u mal-postijiet ta’ taħriġ, jew billi jappoġġja l-iżvilupp ta' sistemi ta’ edukazzjoni doppja; jenfasizza, madankollu, li s-self tal-BEI għandu jitqies bħala suppliment għall-finanzjament mill-UE fil-forma ta’ għotjiet, u mhux bħala sostitut għalih;

Il-ġlieda kontra l-qgħad taż-żgħażagħ fil-livell nazzjonali

15.

Jenfasizza li l-investiment fl-impjiegi taż-żgħażagħ irid ikun parti ewlenija tal-istrateġiji nazzjonali ta’ investiment soċjali;

16.

Jitlob approċċ politiku ambizzjuż u olistiku li jkollu viżjoni integrata rigward inizjattivi tal-edukazzjoni, taħriġ, impjieg u xogħol indipendenti, għaż-żgħażagħ kollha f’livelli differenti; jirrimarka li huwa essenzjali li t-tranżizzjoni bejn mogħdijiet edukattivi u ta’ taħriġ differenti tkun fil-mira, u li l-kompetenzi bbażati fuq it-tagħlim mhux formali u informali jkunu rikonoxxuti; jenfasizza li s-sigurta tad-dħul u l-fiduċja fil-prospetti tas-suq tax-xogħol huma prekundizzjonijiet essenzjali biex dak li jkun jagħżel l-edukazzjoni għolja, u li dan jolqot b'mod eċċessiv liż-żgħażagħ f'riskju akbar ta' esklużjoni;

17.

Huwa mħasseb bil-qawwa dwar it-tqaċċit fil-baġits tal-Istati Membri fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, u għalhekk jenfasizza l-ħtieġa li s-sistemi edukattivi tal-Istati Membri ssirilhom riforma, bl-użu ta’ riżorsi nazzjonali u tal-UE, bil-għan li l-edukazzjoni taż-żgħażagħ issir aktar kosteffikaċi u kompetittiva;

18.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri deċiżivi kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ, b’mod partikolari permezz ta’ azzjoni preventiva kontra t-tluq bikri mill-iskola jew mit-taħriġ jew minn skemi ta' apprentistat (eż. bl-introduzzjoni ta' sistema edukattiva doppja jew oqfsa daqstant effiċjenti), u biex jiżviluppaw strateġiji komprensivi għaż-żgħażagħ li mhumiex f’edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs);

19.

jinnota li l-investiment soċjali fiż-żgħażagħ jista’ jieħu firxa wiesgħa ta’ suriet, fosthom: l-iżvilupp ta’ sħubijiet bejn skejjel, ċentri ta' taħriġ u impriżi lokali u reġjonali; l-għoti ta’ taħriġ immirat u ta’ kwalità u ta’ programmi ta’ kwalita għolja għal mawriet ta’ prattika (internships) taż-żgħażagħ; skemi vokazzjonali f’kooperazzjoni mal-impriżi; skemi ta’ impjegati anzjani intiżi għar-reklutaġġ u t-taħriġ ta’ żgħażagħ fil-post tax-xogħol, jew għall-ksib ta’ tranżizzjoni mtejba mill-edukazzjoni għax-xogħol; it-tħeġġiġ tal-parteċipazzjoi taż-żgħażagħ fis-soċjetà; u l-promozzjoni tal-mobbiltà reġjonali, Ewropea u internazzjonali permezz ta’ aktar progress lejn ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiku u l-ħiliet; jenfasizza wkoll li l-investiment soċjali jista’ jmur id f’id ma’ inċentivi effiċjenti, bħalma huma sussidji tal-impjiegi jew kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni għaż-żgħażagħ, li jiggarantixxu kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol deċenti, bil-għan li min iħaddem, fis-settur pubbliku u f’dak privat, jirreklutaw żgħażagħ, jinvestu sew fil-ħolqien tal-impjiegi għaż-żgħażagħ kif ukoll fit-taħriġ kontinwu u fit-titjib tal-ħiliet mat-tul kollu tal-impjieg, u jappoġġjaw l-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ;

20.

Jistieden lill-Istati Membri biex jikkunsidraw prattiki li jaħdmu bil-provi, speċjalment dawk ta’ Stati Membri b’rati baxxi tal-qgħad, u biex jesploraw jekk kunċetti bħall-edukazzjoni doppja u t-taħriġ u t-tagħlim vokazzjonali, kif ukoll skemi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ li diġà ġew implimentati, jistgħux ikunu kompatibbli mas-sistemi nazzjonali tagħhom; jenfasizza li s-sistema doppja tat-taħriġ vokazzjonali u l-istudju fuq żewġ binarji, bil-konċentrazzjoni tagħhom fuq l-esperjenza prattika, il-kriżi ekonomika ssuperawha b’mod partikolarment tajjeb, u għenu biex ibaxxu l-qgħad fost iż-żgħażagħ billi lil dawn tal-aħħar ħejjewhom aħjar għax-xogħol, u jistieden għalhekk, lill-Istati Membri milquta mill-kriżi biex iqisu li jirriformaw is-sistema ta' taħriġ tagħhom flimkien ma' dawn il-linji;

21.

Jenfasizza li l-pajjiżi fil-kriżi bħalissa għandhom rati allarmanti ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ; għalhekk jitlob lil-Kummissjoni tivvaluta miżuri ta’ kriżi f’termini tal-impatt tagħhom fuq l-impjiegi taż-żgħażagħ, u jistieden lill-Istati Membri u lill-Kunsill biex iqisu jekk għandhomx itemmu dawk il-miżuri ta’ kriżi li għandhom impatt ħażin fuq l-impjiegi taż-żgħażagħ;

22.

Jistieden lill-Istati Membri biex itejbu l-kooperazzjoni bejn l-impriżi u s-settur edukattiv fil-livelli kollha bil-għan li jtejbu l-mod kif il-kurikula jorbtu mad-domanda tas-suq tax-xogħol, pereżempju billi jestendu l-Alleanzi tal-Ħiliet u Settorjali u l-Alleanzi tal-Għarfien; jenfasizza li jeħtieġ li jkun hemm kurrikula aktar flessibbli li jippermettu adattament aħjar għal żviluppi tal-ġejjieni fis-suq tax-xogħol;

23.

Jenfasizza li l-Istati membri jeħtiġilhom itejbu l-appoġġ għall-impjiegi indipendenti fost iż-żgħażagħ, filwaqt li jipprevjenu l-insolvenza u l-impjieg indipendenti falz;

o

o o

24.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2012)0224.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2013)0016.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2013)0092.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/102


P7_TA(2013)0271

Impass fir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-impass fir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (2013/2637(RSP))

(2016/C 065/12)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni,

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (COM(2008)0229),

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni COM(2011)0137),

wara li kkunsidra l-Artikolu 15 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-15 ta’ Diċembru 2011 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (1),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2010-2011) (2),

wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-impass fir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess għad-dokumenti (O-00049/2013, O-00050/2013, O-00051/2013, O-00052/2013, O-00053/2013, O-00054/2013, O-00058/2013 u O-00059/2013),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-impass fir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi t-trasparenza hija għodda essenzjali li tippermetti liċ-ċittadini jipparteċipaw fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE u li tiżgura r-responsabilità tal-istituzzjonijiet Ewropej lejn iċ-ċittadini tagħhom u b’hekk iżżid l-impenn u l-fiduċja tagħhom;

B.

billi d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona kompla saħħaħ l-obbligi ta' trasparenza tal-UE u stabbilixxa solidament l-aċċess għad-dokumenti bħala dritt fundamentali;

C.

billi l-Parlament f'diversi okkażjonijiet sejjaħ għal trasparenza msaħħa fil-proċedura leġiżlattiva, inkluża trasparenza fir-rigward tal-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill, il-pubblikazzjoni tal-opinjonijiet legali fil-proċeduri leġiżlattivi, u trasparenza akbar fit-'trilogi';

D.

billi l-Parlament iddispjaċih ukoll minħabba n-nuqqas ta’ trasparenza fl-aġenziji tal-UE, fin-negozjati internazzjonali u fid-djalogu tal-Kummissjoni mal-Istati Membri, b’mod partikolari meta jkun hemm fin-nofs id-drittijiet fundamentali jew l-interess taċ-ċittadini Ewropej (3);

E.

billi l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u d-deċiżjonijiet tal-Ombudsman Ewropew influwenzaw sostanzjalment il-fehim tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001; billi din il-każistika, speċjalment fir-rigward tal-użu ta' raġunijiet għan-nuqqas ta’ rikonoxximent fi proċedura leġiżlattiva, bħal TurcoAccess Info, għandha tkun riflessa fil-leġiżlazzjoni;

F.

billi r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 hu meqjus miċ-ċittadini tal-UE u mill-pubbliku tal-UE bħala leġiżlazzjoni importanti ħafna li tipprovdi l-għodda għal superviżjoni adegwata tal-azzjonijiet tal-UE; billi l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għad trid tiġi mtejba, kif deher minn diversi każijiet trattati mill-Ombudsman;

G.

billi fl-2008 l-Kummissjoni pproponiet tfassil mill-ġdid tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, u billi ma rtiratx din il-proposta wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona; billi l-Parlament informa kif dovut lill-Kummissjoni dwar l-inadegwatezza tal-użu tal-proċedura tat-tfassil mill-ġdid;

H.

billi fl-2011 il-Kummissjoni għamlet proposta addizzjonali li b'mod impliċitu biss testendi l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għall-istituzzjonijiet, l-uffiċċji, l-aġenziji u l-korpi kollha tal-UE; billi l-Parlament għaqqad flimkien il-proċeduri tal-2008 u tal-2011 fi proċedura unika;

I.

billi l-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari fil-15 ta' Diċembru 2011, u t-trilogi bdew taħt il-Presidenza Daniża fl-ewwel nofs tal-2012; billi l-Kummissjoni ma qablitx mal-kompromessi possibbli li ġew proposti, li hija r-raġuni prinċipali tal-impass li ilu aktar minn sena;

J.

billi l-presidenza Ċiprijotta u dik Irlandiża ma rnexxilhomx isolvu l-impass fil-Kunsill u jibdew negozjati oħra minħabba reżistenza mill-Kummissjoni, li kkawżat ħtieġa ta’ unanimità fil-Kunsill dwar ċerti punti;

K.

billi, minħabba l-obbligi ta' trasparenza msaħħa inklużi fit-Trattati wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, kull reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 ma għandhiex tbaxxi l-livell attwali ta' trasparenza;

L.

billi n-nuqqas ta' ftehim dwar verżjoni ġdida tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tista' tibgħat messaġġ żbaljat dwar in-natura tal-UE liċ-ċittadini tagħha, u billi dan in-nuqqas jista' jdgħajjef il-leġittimità tat-teħid ta' deċiżjoni tal-UE, speċjalment fid-dawl tal-elezzjonijiet Ewropej ewlenin li qed javviċinaw;

1.

Jafferma mill-ġdid bil-qawwa l-importanza tad-dritt fundamentali tal-aċċess għall-informazzjoni u għad-dokumenti, tat-trasparenza u l-ftuħ tal-istituzzjonijiet u tal-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħhom, li huma l-pilastri tad-demokrazija u jistgħu jqarrbu liċ-ċittadini lejn l-UE;

2.

Jistieden lill-istituzzjonijiet, l-uffiċċji, il-korpi u l-aġenziji kollha tal-UE biex jimplimentaw b'mod sħiħ ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001;

3.

Iqis li l-emendar tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu jkun prijorità għall-istituzzjonijiet kollha tal-UE, u jiddispjaċih li nħoloq dan l-impass; jitlob lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE jaħdmu flimkien biex tinstab soluzzjoni malajr kemm jista' jkun;

4.

Jafferma mill-ġdid l-impenn tiegħu li jirrevedi r-Regolament (KE) Nru 1049/2001, li, meta jitqies kollu kemm hu, għandu jagħti liċ-ċittadini tal-UE aċċess aktar miftuħ u mtejjeb għad-dokumenti tal-UE;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni timpenja ruħha b'mod sħiħ, fil-livell politiku u tekniku, meta r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jiġi emendat u adattat skont it-Trattat ta' Lisbona, jew biex tieħu kwalunkwe miżura xierqa biex jiġi żblukkat l-impass;

6.

Jistieden lill-Kunsill biex immedjatament jerġa' jibda d-dibattiti dwar ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, biex jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari u biex ikompli n-negozjati;

7.

Jafferma mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu hawn fuq msemmija fl-ewwel qari kif adottata fil-15 ta' Diċembru 2011 (4) bħala l-punt tat-tluq għan-negozjati u jinsisti li test emendat, bħala minimu assolut, u f’konformità mar-rekwiżiti tat-Trattat, għandu: espliċitament jestendi l-kamp ta' applikazzjoni għall-istituzzjonijiet, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-UE; isaħħaħ it-trasparenza leġiżlattiva, inkluż l-aċċess għall-opinjonijiet legali leġiżlattivi, fejn kwalunkwe użu ta' eċċezzjonijiet fil-proċedura leġiżlattiva għandu jikkostitwixxi eżenzjoni mir-regola ġenerali tat-trasparenza leġiżlattiva; jiċċara r-relazzjoni bejn it-trasparenza u l-protezzjoni tad-dejta; jinkludi l-Konvenzjoni Aarhus; iqis id-definizzjoni wiesgħa attwali ta’ dokument bħala bażi minima għal żvilupp ulterjuri; jiżgura aċċess xieraq għad-dokumenti u t-trasparenza relatati man-negozjati u l-ftehimiet internazzjonali; jipprevedi trasparenza finanzjarja tal-fondi tal-UE; ma jintroduċi l-ebda eżenzjoni ġenerali;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2011)0580.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2012)0500.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2012)0500, paragrafu 18.

(4)  EP-PE_TC1-COD(2008)0090.


Il-Ħamis 13 ta’ Ġunju 2013

19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/105


P7_TA(2013)0274

Il-libertà tal-istampa u tal-midja fid-dinja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar il-libertà tal-istampa u tal-midja fid-dinja (2011/2081(INI))

(2016/C 065/13)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 19 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (UDHR), l-Artikolu 19 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), u l-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li jirrikonoxxi d-dritt għal-libertà ta' espressjoni tat-tfal,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tat-28 ta' Marzu 2008 (7/36) li testendi l-mandat tar-Rapporteur Speċjali dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-dritt għal-libertà ta' opinjoni u espressjoni (1),

wara li kkunsidra r-rapporti tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-dritt tal-libertà ta' opinjoni u espressjoni, Frank La Rue (2), li jissottolinjaw ukoll l-applikabbiltà tan-normi u l-istandards tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali dwar id-dritt għal-libertà ta' opinjoni u espressjoni fuq l-internet li hu meqjus bħala mezz ta' komunikazzjoni,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-5 ta' Lulju 2012 intitolata 'Il-promozzjoni, il-protezzjoni u t-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem fuq l-internet' (3) li tirrikonoxxi l-importanza tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u ċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta' informazzjoni fuq l-internet,

wara li kkunsidra r-rapport tal-21 ta' Marzu 2011 mir-Rappreżentant Speċjali tan-NU dwar il-kwistjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-korporazzjonijiet transnazzjonali u impriżi oħrajn tan-negozju, John Ruggie, bit-titolu 'Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem: L-implimentazzjoni tal-Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti “Protezzjoni, Rispett u Rimedju” (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU S/RES/1738 tat-23 ta' Diċembru 2006 dwar l-attakki kontra l-ġurnalisti, il-professjonisti tal-midja u l-persunal assoċjat f'kunflitti armati (5),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-12 ta' Awwissu 1949 (6), b'mod partikolari l-Artikolu 79 tal-Protokoll Addizzjonali I tiegħu rigward il-protezzjoni tal-ġurnalisti involuti f'missjonijiet professjonali perikolużi fiż-żoni ta' kunflitt armat,

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tan-NU dwar is-Sigurtà tal-Ġurnalisti u l-Kwisjoni tal-Impunità, li ġie approvat fit-12 ta' April 2012 mill-Bord tal-Kapijiet Eżekuttivi tan-NU (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 1920(2013) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, bit-titolu 'L-Istat tal-Libertà tal-Midja fl-Ewropa' u adottata fl-24 ta' Jannar 2013,

wara li kkunsidra l-ħidma mwettqa mill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) dwar il-libertà tal-midja, u b'mod partikolari r-rapporti tar-Rappreżentant tagħha dwar il-Libertà tal-Midja,

wara li kkunsidra r-rapporti tal-NGOs dwar il-midja bħal dawk tal-Korrispondenti Mingħajr Fruntieri (l-Indiċi dwar il-Libertà tal-Istampa) u ta' Freedom House (ir-rapporti dwar il-Libertà tal-Istampa), u l-Istitut Internazzjonali għall-Istampa (Death Watch u Reviżjoni tal-Libertà tal-Istampa Dinjija Annwali tal-IPI),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Frar 2013 dwar 'Ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva: promozzjoni tal-interessi tas-soċjetà u triq lejn l-irkupru sostenibbli u inklużiv' (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Frar 2013 dwar 'Ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva: imġiba kummerċjali responsabbli u trasparenti u tkabbir sostenibbli' (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2012 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2012 dwar il-Konferenza Dinjija dwar it-Telekomunikazzjonijiet Internazzjonali (WCIT-12) tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjonijiet, u l-espansjoni possibbli tal-kamp ta' applikazzjoni tar-regolamenti tat-telekomunikazzjonijiet internazzjonali (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Diċembru 2012 bit-titolu 'Strateġija dwar il-Libertà Diġitali fil-Politika Barranija tal-UE' (12),

wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (11855/2012) adottati mill-Kunsill fil-25 ta' Ġunju 2012,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem (13),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli Catherine Ashton f'isem l-Unjoni Ewropea fl-okkażjoni ta' Jum il-Libertà Dinjija għall-Istampa (14),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2011 bit-titolu 'Id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fil-Qalba tal-Azzjoni Esterna tal-UE – Lejn Approċċ Aktar Effettiv' (COM(2011)0886),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tat-12 ta' Diċembru 2011 mill-Kummissarju għall-Aġenda Diġitali dwar 'l-Istrateġija ta' Mingħajr Skonnettjar' (15),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-25 ta' Ottubru 2011 bit-titolu 'Strateġija rinnovata tal-UE 2011-2014 għar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva' (COM(2011)0681),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2011 dwar politiki esterni tal-UE favur id-demokratizzazzjoni (16),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni tal-25 ta' Mejju 2011 bit-titolu 'Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni' (COM(2011)0303),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-litteriżmu medjatiku fid-dinja diġitali (17),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta' strument ta' finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (EIDHR) (18), kif ukoll għall-istrumenti finanzjarji esterni l-oħrajn kollha,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2006 dwar il-klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fi ftehimiet tal-Unjoni Ewropea (19),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar każijiet urġenti ta' ksur tad-drittijiet tad-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, inklużi r-riżoluzzjonijiet tiegħu speċifiċi skont il-pajjiż li jqajmu tħassib rigward il-libertà tal-istampa u tal-midja u b'mod partikolari l-inkarċerazzjoni ta' ġurnalisti u bloggers,

wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari d-dispożizzjoni tiegħu li 'il-libertà u l-pluraliżmu tal-mezzi tal-komunikazzjoni għandhom ikunu rrispettati',

wara li kkunsidra l-Artikolu 3 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-linji gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa u n-negozjati li għaddejjin dwar l-adeżjoni tal-UE magħha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0176/2013),

Il-prinċipji u r-rwol tal-istampa u tal-midja

A.

billi d-dritt tal-libertà ta' espressjoni huwa dritt universali tal-bniedem, li jinsab fil-bażi tad-demokrazija, u huwa essenzjali għat-twettiq ta' drittijiet oħrajn li l-persuni madwar id-dinja jissieltu biex jiksbu, bħall-iżvilupp, id-dinjità u s-sodisfazzjon ta' kull bniedem;

B.

billi r-restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-espressjoni għandhom konsegwenzi serji, għandhom ikunu limitati ħafna u jistgħu jiġu ġustifikati biss abbażi ta' kundizzjonijiet limitati u stretti previsti minn liġijiet li fihom nnifishom huma kkunsidrata leġittimi skont id-dritt internazzjonali; billi l-libertà tal-espressjoni hija dritt fundamentali u marbuta mill-qrib mal-libertà u l-pluraliżmu tal-istampa u tal-midja; billi l-istati li ffirmaw il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (ECHR) huma obbligati li jiżguraw li jkunu garantiti stampa u midja indipendenti, liberi u pluralistiċi;

C.

billi l-pjattaformi tal-midja huma essenzjali biex jiġi eżerċitat id-dritt tal-libertà ta' espressjoni; billi l-istampa indipendenti, bħala manifestazzjoni kollettiva tal-libertà ta' espressjoni, hi waħda mill-atturi prinċipali fix-xena tal-midja, li taġixxi bħala gwardjan tad-demokrazija;

D.

billi l-libertà ta' espressjoni tal-istampa, tal-midja u tas-settur diġitali u l-ġurnaliżmu huma kkunsidrata bħala beni pubbliċi;

E.

billi l-pjattaformi tal-midja (diġitali) kull ma jmur qed ikunu ta' natura globali kif ukoll numru li dejjem jikber ta' utenti;

F.

billi l-internet u l-midja huma strumenti użati mid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

G.

billi n-newtralità tan-net hija prinċipju essenzjali għall-internet miftuħ, li trawwem il-komunikazzjoni billi tiżgura l-kompetizzjoni u t-trasparenza, u hi wkoll ta' benefiċċju għall-opportunitajiet ta' negozju u tistimula l-innovazzjoni, il-ħolqien tax-xogħol u t-tkabbir;

H.

billi l-libertà tal-kelma u ta' espressjoni tal-midja u l-libertà tal-ġurnalisti huma mhedda fid-dinja kollha, u ħafna drabi l-ġurnalisti huma wkoll difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u promoturi tal-libertà ta' assoċjazzjoni, opinjoni, reliġjon u twemmin; billi, madankollu, il-ġurnalisti ħafna drabi jiġu ppersegwitati u mitfugħa l-ħabs;

I.

billi l-pjattaformi diġitali u onlajn ġodda tal-midja ikkontribwixxew għal żieda fid-diversità u l-pluraliżmu;

J.

billi l-isforzi u l-programmi tal-UE li jrawmu u jipproteġu l-libertà tal-istampa u l-midja fid-dinja kollha hemm bżonn li jiġu ottimizzati, filwaqt li jibnu fuq il-ħidma siewja tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet tal-ġurnalisti;

K.

billi l-UE tista' tkun kredibbli biss fix-xena dinjija jekk il-libertà tal-istampa u tal-midja huma salvagwardati u rrispettati fl-Unjoni nnifisha;

Żviluppi reċenti

1.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-gvernijiet huma dawk primarjament responsabbli għall-garanzija u l-protezzjoni tal-libertà tal-istampa u tal-midja; jenfasizza l-fatt li l-gvernijiet ukoll għandhom ir-responsabbiltà primarja għat-txekkil tal-libertà tal-istampa u tal-midja, fl-agħar każijiet, dejjem qed jirrikorru iżjed għal pressjonijiet ġuridiċi, sabiex jirristrinġu dik il-libertà, pereżempju permezz tal-abbuż tal-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu jew kontra l-estremiżmu u l-liġijiet dwar is-sigurtà nazzjonali, it-tradiment jew is-sovverżjoni; jinnota li għandu jinstab bilanċ bejn il-kwistjonijiet tas-sigurtà nazzjonali u l-libertà tal-informazzjoni sabiex ma jitħallewx isiru abbużi u tiġi ggarantita l-indipendenza tal-istampa u tal-midja; jirrikonoxxi li imperi tal-midja li jappartjenu lill-politiċi xi kultant għandhom is-setgħa li jwettqu kampanji ta' informazzjoni żbaljata; jenfasizza li huwa essenzjali li l-istampa u l-midja jkunu jistgħu joperaw b'mod indipendenti u ħielsa mill-pressjoni permezz ta' mezzi politiċi u finanzjarji; jinsab allarmat dwar it-tendenza ġenerali 'l isfel fil-gradwatorji tal-ambjenti tal-libertà tal-istampa u tal-midja f'diversi pajjiżi kemm fl-Ewropa kif ukoll barra l-Ewropa, skont l-Indiċijiet u r-Rapporti ta' Analiżi annwali l-aktar riċenti (ara l-lista fl-Anness fl-aħħar tar-rapport A7-0176/2013);

2.

Jenfasizza li l-midja onlajn u tradizzjonali ħielsa, indipendenti u pluralistika huma wieħed mill-pedamenti tad-demokrazija u l-pluraliżmu; jirrikonoxxi l-importanza ta' riżorsi ta' informazzjoni bħala garanziji reali ta' libertà u pluraliżmu tal-midja; jindika li ż-żamma u t-tisħiħ tal-libertà u l-indipendenza tal-midja fid-dinja huwa fl-interess komuni; jinnota li r-rwol tal-midja ħielsa u indipendenti u l-iskambju ħieles ta' informazzjoni huma ta' importanza kbira fil-kuntest tal-bidliet demokratiċi li jseħħu f'reġimi mhux demokratiċi;

3.

Jiddeplora l-fatt li l-ġurnalisti ta' spiss jiġu feruti jew maqtula jew qed ikunu soġġetti għal abbużi serji fid-dinja kollha, ta' spiss b'impunità; jenfasizza, għaldaqstant, l-importanza li tiġi miġġielda l-impunità; jenfasizza li l-awtoritajiet ma jistawx jittrattaw it-theddid u l-vjolenza diretta lejn il-ġurnalisti jew jiżguraw is-sigurtà tagħhom sakemm l-awtoritajiet politiċi, ġudizzjarji u tal-pulizija jieħdu azzjoni deċiżiva kontra dawk li jattakkaw lill-ġurnalisti u xogħolhom. jirrimarka li l-effetti tal-impunità għandhom impatt mhux biss fuq il-libertà tal-istampa, iżda wkoll fuq il-ħidma ta' kuljum tal-ġurnalisti, kif ukoll joħolq klima ta' biża' u awtoċensura; jemmen li l-UE għandha tieħu pożizzjoni aktar soda lejn il-pajjiżi li kontinwament jippermettu li atti bħal dawn ma jiġux ikkastigati, u jistieden lill-istati jiggarantixxu s-sigurtà tal-ġurnalisti;

4.

Jenfasizza li l-liġijiet, ir-regolamentazzjoni statutorja, l-intimidazzjoni, il-multi u s-sjieda kkonċentrata immens minn politiċi jew oħrajn b'kunflitti ta' interess kollha huma fatturi li jistgħu jillimitaw il-libertà għall-kisba u l-aċċess tal-informazzjoni u li jistgħu jirriżultaw f'theddid għal-libertà tal-espressjoni;

5.

Jenfasizza li tista' ssir pressjoni indiretta fuq l-istampa u l-midja mill-gvernijiet; iqis li f'ħafna pajjiżi il-midja tiddependi ħafna fuq ir-reklamar tal-gvern, li mbagħad jista' jsir għodda biex issir pressjoni fuq il-midja, u li l-liċenzji jew il-penali fiskali jistgħu jintużaw ukoll biex jirristrinġu l-operazzjoni tal-midja kritika;

6.

Jiddeplora l-fatt li l-kriminalizzazzjoni tal-espressjoni qed tiżdied; ifakkar li l-ġurnalisti fid-dinja kollha ħafna drabi qed jinżammu l-ħabs minħabba xogħolhom; huwa konxju tal-użu tal-liġijiet dwar il-malafama, il-blasfemija u l-libell, kif ukoll il-leġiżlazzjoni li tirreferi għad-'degradazzjoni tal-immaġni tal-pajjiż barra mill-pajjiż' u l-'propaganda omosesswali' għall-inkarċerazzjoni jew iċ-ċensura tal-ġurnalisti u biex jostakolaw l-libertà ta' espressjoni; jiddispjaċih li ċ-ċensura trawwem l-awtoċensura; jitlob li jintemmu l-vessazzjonijiet fil-konfront tal-ġurnalisti, li għandhom ikunu jistgħu jagħmlu xogħolhom b'mod indipendenti mingħajr biża' minn vjolenza u rikriminazzjoni, u għar-rilaxx immedjat tal-ġurnalisti u bloggers kollha li jinsabu l-ħabs inġustament minħabba xogħolhom;

7.

Jikkundanna bil-qawwa l-fatt li ħafna ġurnalisti ma għandhom l-ebda aċċess għall-assistenza legali filwaqt li l-professjoni tagħhom qed tkun dejjem aktar minn ta' quddiem fit-taqbida għad-drittijiet tal-bniedem, sew jekk onlajn jew jekk offlajn;

8.

Jikkunsidra t-tendenza tas-sjieda kkonċentrata tal-midja f'konglomerati kbar bħala theddida għal-libertà tal-midja u l-pluraliżmu, speċjalment meta d-diġitalizzazzjoni qed isseħħ b'mod parallel; jisħaq l-importanza ta' infrastruttura tal-midja sottostanti miftuħa u abilitanti, kif ukoll l-eżistenza ta' regolaturi indipendenti;

9.

Jirrikonoxxi l-potenzjal ta' fondazzjonijiet privati u NGOs li jappoġġaw il-ġurnaliżmu ta' kwalità u li jkunu promoturi tal-innovazzjoni;

10.

Jenfasizza li, filwaqt li l-impriżi jassumu responsabbiltajiet ġodda f'dinja globali u marbuta b'mod diġitali, iħabbtu wiċċhom ukoll ma' sfidi ġodda f'oqsma li tradizjonalment kienu jaqgħu taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet pubbliċi; huwa konxju li l-ordnijiet ta' mblokk tal-gvernijiet li jaffettwaw il-kontenut u s-servizzi onlajn ħolqu pressjoni fuq l-indipendenza editorjali u l-kontinwità tas-servizz;

11.

Jinsab konxju li l-midja ta' spiss tintuża u/jew tiġi involuta f'għodda tradizzjonali ta' propoganda u li, speċifikament fir-rigward tal-midja tas-servizz pubbliku, l-indipendenza finanzjarja u politika, kif ukoll il-pluraliżmu, huma essenzjali; jenfasizza li l-midja pubblika ħielsa u indipendenti għandha rwol kruċjali fl-approfondiment tad-demokrazija, fil-massimizzazzjoni tal-involviment tas-soċjetà ċivili fid-dibattiti u fl-affarijiet pubbliċi, u fl-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini fit-triq għad-demokrazija;

12.

Jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' kodiċi tal-etika għall-ġurnalisti kif ukoll għal dawk involuti fil-ġestjoni ta' ħwienet tal-midja, sabiex tkun żgurata l-indipendenza sħiħa tal-ġurnalisti u l-korpi tal-midja; jirrikonoxxi l-importanza tal-infurzar ta' kodiċi bħal dawn permezz tat-twaqqif ta' korpi regolatorji indipendenti;

Diġitalizzazzjoni

13.

Jirrikonoxxi l-impatt potenzjali tal-midja tal-lum li hi dejjem aktar diġitalizzata u l-effetti tagħha ta' għoti ta' setgħat fuq individwi permezz ta' żieda fil-livelli ta' informazzjoni u ta' ħsieb kritiku, u jinsab konxju tal-fatt li dawn l-iżviluppi joħolqu ansjetà, b'mod partikolari għar-reġimi awtoritarji;

14.

Jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-pjattaformi tal-midja diġitali u onlajn fl-irvelli kontra r-reġimi dittatorjali fis-snin reċenti;

15.

Jenfasizza li l-aċċess għall-informazzjoni, kemm onlajn kif ukoll offlajn, huwa neċessarju għall-evoluzzjoni tal-opinjoni u l-espressjoni, kif ukoll għall-espressjoni u l-komunikazzjoni tal-kontenut permezz tal-pjattaformi tal-midja, peress li dawn jikkostitwixxu kontrolli essenzjali fuq is-setgħa;

16.

Jirrikonoxxi li d-diġitalizzazzjoni tal-midja u l-informazzjoni wessgħet il-portata u l-impatt tagħhom iżda ċajpret ukoll id-distinzjoni sottili bejn l-informazzjoni u l-opinjoni; jinnota ż-żieda sinifikanti fil-kontenut iġġenerat mill-utenti u l-ġurnaliżmu taċ-ċittadin;

17.

Jikkunsidra li d-diġitalizzazzjoni tal-istampa u tal-midja qed iżżid saffi ġodda fix-xena tal-midja, filwaqt li tqajjem mistoqsijiet dwar l-aċċess, il-kwalità, l-objettività tal-informazzjoni u l-protezzjoni tagħha;

18.

Jenfasizza li d-diġitalizzazzjoni tagħmilha aktar faċli għall-persuni li jaċċedu għall-informazzjoni u jikkontrollaw lill-uffiċjali, u li jkun żgurat li d-data u d-dokumentazzjoni jiġu kondiviżi u mxerrda u li l-każijiet ta' inġustizzja jew korruzzjoni jiġu żvelati;

19.

Jenfasizza li biex jiġi żblukkat il-potenzjal sħiħ tal-infrastrutturi tal-IT, hija meħtieġa interoperabbiltà globali u regolamentazzjoni xierqa u li, dawn l-elementi tal-ICT għandhom jiġu inkorporati kemm fix-xena tal-midja eżistenti kif ukoll f'dik li qed tevolvi, flimkien mal-kundizzjonijiet bażiċi ta' indipendenza, pluralità u diversità;

20.

Jiddeplora t-tentattivi kollha biex jinħolqu diversi forom ta' 'internet magħluq', peress li dawn jirrappreżentaw ksur serju tad-dritt tal-informazzjoni; iħeġġeġ lill-awtoritajiet kollha biex joqogħdu lura milli jagħmlu tentattivi bħal dawn;

21.

Jinsab imħasseb dwar is-sorveljanza tal-massa, iċ-ċensura tal-massa u x-xejriet ta' mblokk u filtraġġ li jaffettwaw mhux biss il-midja u l-ħidma tal-ġurnalisti u tal-bloggers iżda jfixklu wkoll il-ħidma tas-soċjetajiet ċivili fil-ħolqien ta' bidla politika, ekonomika u soċjali sinifikanti; jikkundanna kull arrest u attentat ta' arrest tal-bloggers, għaliex iqis dawn l-azzjonijiet bħala attakk kontra l-libertà ta' espressjoni u opinjoni;

22.

Jiddeplora l-fatt li għadd ta' teknoloġiji u servizzi mibgħuta f'pajjiżi terzi biex jiksru d-drittijiet tal-bniedem permezz taċ-ċensura tal-informazzjoni, is-sorveljanza tal-massa, il-monitoraġġ, u l-insegwiment u r-rintraċċar taċ-ċittadini u l-attivitajiet tagħhom fuq netwerks tat-telefon (mobbli) u l-internet joriġinaw mill-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu l-passi kollha neċessarji sabiex twaqqaf dan il-'kummerċ ta' armi diġitali';

23.

Jenfasizza l-bżonn ta' fehim akbar tar-rwol tal-intermedjarji u r-responsabbiltajiet tagħhom; iqis li r-regolaturi tas-suq jistgħu jgħinu biex tiġi ppreservata l-kompetizzjoni, iżda li hemm bżonn ukoll li jiġu esplorati mezzi ġodda kif jiġu involuti atturi privati sabiex jiġi ppreservat il-valur pubbliku tal-informazzjoni; jirrikonoxxi li l-awtoregolamentazzjoni tista' tinkludi riskji speċifiċi fejn ikun hemm nuqqas ta' superviżjoni (demokratika);

24.

Jenfasizza l-fatt li l-pjattaformi diġitali u dawk immexxija mid-data (informatika) jew is-servizzi bħall-magni tat-tiftix huma proprjetà privata u jeħtieġu trasparenza biex jiġi ppreservat il-valur pubbliku tal-informazzjoni u jiġu evitati restrizzjonijiet fuq l-aċċess għall-informazzjoni u l-libertà ta' espressjoni;

25.

Jenfasizza l-ħtieġa għall-protezzjoni tal-iżvelatur u tas-sors, u li l-UE taġixxi għal dan il-għan b'mod globali;

26.

Jikkundanna bil-qawwa kull tentattiv li jintuża l-internet jew pjattaformi oħra tal-midja onlajn biex jiġu promossi jew imrawma attivitajiet terroristiċi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet biex jieħdu pożizzjoni soda f'dan ir-rigward;

Politiki u azzjonijiet esterni tal-UE

27.

Jenfasizza li sabiex l-UE tiġi meqjusa bħala komunità ta' valuri, il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-istampa globali u tal-libertà tal-midja huma essenzjali; jenfasizza li l-UE għandha turi tmexxija politika massima biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ġurnalisti globalment;

28.

Jemmen li l-UE għandha tkun minn ta' quddiem biex tiżgura li l-midja tibqa' indipendenti, pluralistika u diversa, u biex tiddefendi s-sitwazzjoni, il-libertà u s-sigurtà tal-ġurnalisti u tal-bloggers; jisħaq li, għal dan il-għan, l-UE ma għandhiex tindaħal fil-kontenut, iżda pjuttost għandha tappoġġa ambjent li jippermetti u jneħħi r-restrizzjonijiet tal-libertà tal-espressjoni b'mod globali;

29.

Jinnota bi tħassib li fi snin reċenti xi midja, speċjalment fl-UE, hi stess ġiet soġġetta għal skrutinju għal imġiba mhux etika u allegatament illegali; iqis li l-UE tista' tmexxi biss billi tagħti eżempju jekk tindirizza dawn il-kwistjonijiet fil-fruntieri tagħha stess;

30.

Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tkompli tissorvelja mill-qrib l-indipendenza tal-istampa u l-midja fl-Istati Membri;

31.

Iqis li, filwaqt li l-UE tindirizza l-libertà tal-istampa u tal-midja permezz ta' bosta politiki u programmi, hi nieqsa minn enfasi totali speċifika fuq il-kwistjoni, kif ukoll għandha nuqqas ta' viżjoni ta' tmexxija koerenti u punti ta' riferiment;

32.

Iqis li n-nuqqas ta' strateġija komprensiva jwassal għal frammentazzjoni u riskji li jirrinunzjaw għall-prinċipji tal-politika importanti ta' trasparenza u responsabbiltà;

Strateġija

33.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, speċjalment lid-DĠ DEVCO, u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), ittejbu l-kooperazzjoni u l-koordinament tagħhom ta' programmazzjoni, partikolarment billi joħolqu sinerġija bejn il-ħidma politika u dik diplomatika u permezz tal-implimentazzjoni konġunta, inkluż permezz ta' monitoraġġ u valutazzjoni, ta' finanzjament u proġetti; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-analiżi u l-evalwazzjoni tagħha tal-programmazzjoni tal-passat, dak eżistenti u tal-ġejjieni, u biex ir-riżultati tagħmilhom pubbliċi;

34.

Jitlob bidla minn finanzjament ad hoc ta' proġetti għal approċċ aktar sostenibbli, li jinvolvi wkoll donaturi privati u interlokuturi; jirrikonoxxi l-bżonn ta' approċċ lejn il-programmazzjoni ad hoc fuq bażi ta' pajjiż b'pajjiż, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll reġjonali;

35.

Iħeġġeġ lill-UE tiżvolġi rwol aktar sinifikanti notevolment fil-pajjiżi kandidati, kif ukoll fir-rigward tal-viċinat tan-Nofsinhar u tal-Lvant immedjat tagħha, u fil-kuntest tan-negozjati dwar il-kummerċ u l-ftehim ta' assoċjazzjoni; jistieden lill-UE tadotta strateġija biex tiżgura li tissorvelja mill-qrib u tirreaġixxi għall-bidliet fil-leġiżlazzjoni li jillimitaw il-libertà u l-pluraliżmu tal-midja fil-pajjiżi terzi;

36.

Jenfasizza li l-istrumenti finanzjarji esterni eżistenti, bħall-EIDHR, l-istrumenti ġeografiċi u oħrajn, jeħtieġ li jintużaw b'mod flessibbi biex jgħinu jsaħħu s-soċjetà ċivili; jenfasizza li s-sjieda lokali u l-bini ta' kapaċità huma essenzjali biex jiġu żgurati l-iżvilupp sostenibbli u l-progress;

37.

Jenfasizza li l-UE għandha tappoġġa l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' dawk li jfasslu l-politika, lir-regolaturi u lill-midja f'pajjiżi terzi bl-istess mod, bl-għan li trawwem il-libertà tal-istampa u tal-midja u forom xierqa u teknoloġikament newtrali tar-regolamentazzjoni tas-suq, filwaqt li jfakkar b'mod speċjali li f'perjodi ta' transizzjoni ħafna drabi l-libertajiet huma limitati f'isem l-istabbiltà u s-sigurtà;

38.

Jisħaq li l-kwistjonijiet tal-iżvilupp tal-midja u l-fatt li tiġi permessa l-libertà ta' espressjoni għandhom ikunu parti importanti mid-djalogu tal-UE fil-livell speċifiċi skont il-pajjiż, jenfasizza li punti ta' riferiment u kundizzjonalitajiet ċari għandhom jiġu rrispettati fil-kummerċ, sħubija, kooperazzjoni, u ftehimiet ta' assoċjazzjoni tal-UE ma' pajjiżi terzi u programmi ta' għajnuna, f'konformità mal-Artikolu 21 tat-TFUE; iħeġġeġ lis-SEAE u lill-Kummissjoni jirrispettaw u jimplimentaw ir-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament dwar in-negozjati għal ftehimiet bħal dawn; ifakkar li l-koerenza, il-konsistenza, il-koordinament u t-trasparenza bejn il-Parlament, is-SEAE u l-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' dawn id-drittijiet fundamentali tal-bniedem huma kruċjali għall-kredibilità u l-effikaċja tal-UE fir-relazzjonijiet u l-interazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi terzi;

39.

Jistieden lill-Kummissjoni biex il-ġlieda kontra l-impunità tagħmilha waħda mill-prijoritajiet tagħha fil-programmi tagħha rigward il-libertà ta' espressjoni u l-midja, ukoll billi toffri għajnuna fl-investigazzjoni ta' reati kontra l-ġurnalisti, billi tistabbilixxi fondi għal difiża legali u tipprovdi l-kompetenzi tagħha;

40.

Iqis li l-finanzjament tal-UE ma għandux ikun limitat għal organizzazzjonijiet internazzjonali speċjalizzati (intermedjarji) iżda għandu jinkludi wkoll organizzazzjonijiet lokali;

41.

Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tikkunsidra l-klawsoli ta' kunfidenzjalità fil-finanzjament tagħha tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tal-istampa u tal-midja, peress li din tagħti lok għall-iskreditu tal-ġurnalisti, tal-mezzi tal-midja jew tal-NGOs, b'hekk toħloq ħsara ukoll għall-kredibbiltà tal-attivitajiet tal-UE għad-drittijiet tal-bniedem li fihom infushom huma miftuħa u trasparenti;

42.

Jenfasizza li l-programmi tal-istampa u tal-midja għandhom jiffukaw ukoll fuq it-titjib tal-istrutturi (statali u legali) u fuq l-appoġġ għall-kumpaniji u l-impriżi tal-midja lokali, sabiex itejbu t-trasparenza, l-indipendenza, il-kapaċità li jkunu sostenibbili, il-professjonalità u l-iskjettezza tagħhom; jenfasizza li l-politiki tal-midja tal-UE għandhom jippruvaw ukoll jimmassimizzaw il-pluraliżmu u d-diversità billi jappoġġaw midja indipendenti u start-ups;

43.

Ifakkar li l-libertà tal-espressjoni u l-pluraliżmu tal-midja, inkluż fuq l-internet, huma valuri ċentrali Ewropej; jenfasizza l-importanza fundamentali tal-libertà tal-istampa u tal-midja fil-politika tat-tkabbir tal-UE u tal-libertajiet diġitali f'dan il-kuntest, filwaqt li jikkunsidra dawn il-libertajiet bħala drittijiet tal-bniedem u għalhekk bħala parti mill-kriterji politiċi ta' Kopenħagen;

44.

Iqis li l-UE għandha tinkludi l-komponenti ta' appoġġ lill-istampa u lill-midja fl-assistenza elettorali tagħha, pereżempju billi trawwem kooperazzjoni bejn il-korpi maniġerjali elettorali fil-pajjiżi terzi u l-istampa, biex ittejjeb it-trasparenza u l-leġittimità tal-proċessi u r-riżultati elettorali;

45.

Iqis li fil-pajjiżi ta' transizzjoni l-UE għandha tiffoka fuq il-libertà tal-istampa u tal-midja fil-kuntest tal-proċess ta' rikonċiljazzjoni u rikostruzzjoni;

46.

Ifaħħar u jilqa' l-ħidma importanti ta' numru ta' organizzazzjonijiet internazzjonali (ta' ġurnalisti) li jittrattaw il-libertà tal-istampa u tal-midja, u jenfasizza li dawn l-organizzazzjonijiet għandu jkollhom l-appoġġ sħiħ tal-UE, bil-kunsiderazzjoni tan-natura essenzjali tal-ħidma tagħhom bħala punt ta' kollegament;

47.

Jitlob lis-SEAE jagħmel l-aħjar użu tal-parteċipazzjoni tal-UE fil-fora multilaterali li jiffukaw fuq il-libertajiet tal-istampa, tal-midja u dik diġitali, bħall-Kunsill tal-Ewropa u l-OSKE, u wkoll fil-kuntest tan-NU;

48.

Jitlob lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lis-SEAE jadottaw Strateġija ta' Libertà tal-Istampa u tal-Midja fil-qafas tal-politika barranija tal-UE, kemm jista' jkun malajr, u jinkorporaw ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport preżenti fil-Linji Gwida li ġejjin dwar il-Libertà tal-Espressjoni (onlajn kif ukoll offlajn);

49.

Jitlob li r-rapport preżenti jinqara u jiġi adottat f'allinjament mill-qrib mar-riżoluzzjoni tiegħu 'Strateġija dwar Libertà Diġitali fil-Politika Barranija tal-UE';

o

o o

50.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-UNESCO, lill-Kunsill tal-Ewropa, u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa.


(1)  http://ap.ohchr.org/Documents/E/HRC/resolutions/A_HRC_RES_7_36.pdf.

(2)  B'mod partikolari, dawk tas-16 ta' Mejju 2011 (A/HRC/17/27), tal-10 ta' Awwissu 2011 (A/66/290), tal-4 ta' Ġunju 2012 (A/HRC/20/17) u tas-7 ta' Settembru 2012 (A/67/357), disponibbli fuq is-sit: http://www.ohchr.org/EN/Issues/FreedomOpinion/Pages/Annual.aspx.

(3)  http://daccess-dds-ny.un.org/doc/RESOLUTION/GEN/G12/153/25/PDF/G1215325.pdf?OpenElement.

(4)  A/HRC/17/31, disponibbli fuq is-sit: http://www.ohchr.org/Documents/Issues/Business/A-HRC-17-31_AEV.pdf.

(5)  http://documents-dds-ny.un.org/doc/UNDOC/GEN/N06/681/60/pdf/N0668160.pdf?OpenElement.

(6)  http://www.un-documents.net/gc-p1.htm.

(7)  http://www.unesco.org/new/fileadmin/MULTIMEDIA/HQ/CI/CI/pdf/official_documents/un_plan_action_safety_en.pdf.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2013)0050.

(9)  Testi adottati, P7_TA(2013)0049.

(10)  Testi adottati, P7_TA(2012)0503.

(11)  Testi adottati, P7_TA(2012)0451.

(12)  Testi adottati, P7_TA(2012)0470.

(13)  Testi adottati, P7_TA(2012)0250.

(14)  http://eeas.europa.eu/top_stories/2012/20120503_world_press_freedom_day_en.htm. http://europa.eu/rapid/press-release_PRES-13-181_en.htm.

(15)  http://blogs.ec.europa.eu/neelie-kroes/ict-human-rights-guidance.

(16)  ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 165.

(17)  ĠU C 45 E, 23.2.2010, p. 9.

(18)  ĠU L 386, 29.12.2006, p. 1.

(19)  ĠU C 290 E, 29.11.2006, p. 107.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/112


P7_TA(2013)0276

Servizzi finanzjarji: Nuqqas ta' progress fid-dewmien tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tal-adozzjoni ta' ċerti proposti

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar is-servizzi finanzjarji: nuqqas ta’ progress fid-dewmien tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tal-adozzjoni ta’ ċerti proposti (2013/2658(RSP))

(2016/C 065/14)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-12 ta' Lulju 2010 għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti (riformulazzjoni) (COM(2010)0368),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Lulju 2010 għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur (COM(2010)0371),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Jannar 2011 għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (COM(2011)0008), minn hawn ’il quddiem imsemmija “Omnibus II/Solvenza II”.

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ottubru 2011 għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li tirrevoka d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Tfassil mill-ġdid) (COM(2011)0656) u l-proposta tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ottubru 2011 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament [EMIR] dwar id-derivati OTC, il-kontropartijiet ċentrali u r-repożitorji tan-negozju (COM(2011)0652), minn hawn ’il quddiem imsemmija bħala “rieżami tal-MiFID”,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummisjoni tal-20 ta’ Ottubru 2011 għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq (COM(2011)0654) u l-proposta tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ottubru 2011 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq (l-abbuż tas-suq) (COM(2011)0651), minn hawn ’il quddiem imsemmija bħala “MAD/MAR”,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Marzu 2012 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar titjib fis-saldu ta’ titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli (CSDs) u li jemenda d-Direttiva 98/26/KE (COM(2012)0073),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ġunju 2012 għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE u 82/891/KEE, id-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (COM(2012)0280),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-3 ta' Lulju 2012 għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) fir-rigward tal-funzjonijiet tad-depożitarji, il-politiki tar-remunerazzjoni u s-sanzjonijiet (COM(2012)0350), minn hawn ’il quddiem imsemmija bħala “UCITS V”,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-3 ta' Lulju 2012 għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni (riformulazzjoni) (COM(2012)0360), minn hawn ’il quddiem imsemmija bħala “IMD II”,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-31 ta’ Marzu 2010 dwar il-Programm tax-Xogħol tal-Kummisjoni 2010 (COM(2010)0135), u partikolarment għar-referenza tal-adozzjoni ppjanata fl-2010 ta’ proposta leġiżlattiva għal direttiva dwar iċ-ċertezza ġuridika fil-liġi dwar it-titoli,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-27 ta’ Ottubru 2010 dwar il-Programm tax-Xogħol tal-Kummisjoni 2011 (COM(2010)0623), u partikolarment għar-referenza tal-adozzjoni ppjanata fl-2010 ta’ proposta leġiżlattiva għal direttiva dwar iċ-ċertezza ġuridika fil-liġi dwar it-titoli,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-15 ta’ Novembru 2011 dwar il-Programm tax-Xogħol tal-Kummissjoni 2012 (COM(2011)0777), u partikolarment għar-referenza tal-adozzjoni ppjanata fl-2012 ta’ proposta leġiżlattiva għal direttiva dwar il-liġi tat-titoli u għal proposta leġiżlattiva għal reviżjoni tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern (1),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu fl-1 u t-2 ta’ Marzu 2012 u partikolarment ir-referenza għar-rieżami tal-MiFID,

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Diċembru 2012 dwar il-fondi tas-suq tal-flus (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Novembru 2012 dwar l-Ibbankjar Parallel (3),

Wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill u l-Kummissjoni dwar is-servizzi finanzjarji: nuqqas ta’ progress fid-dewmien tal-Kunsill u l-Kummissjoni fl-adozzjoni ta’ ċerti proposti (O-000063/2013 – B7-0208/2013 and O-000065/2013 – B7-0209/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-irkupru tal-ekonomija tal-UE jeħtieġ settur finanzjarju stabbli li jipprovdi finanzjament kompetittiv għall-ekonomija reali; billi biex jinkiseb dan, jeħtieġ li l-Unjoni Bankarja tiġi mwettqa għalkollox kif ġie miftiehem u li terġa’ tiġi affermata mill-istituzzjonijiet differenti tal-UE li huma responsabbiltà għal dan is-settur ewlieni tal-ekonomija tagħna;

B.

billi l-proposta għal rieżami tad-direttiva dwar Skemi ta’ Garanzija tad-Depożiti (DGS) ġiet adottata mill-Kummissjoni fit-12 ta’ Lulju 2010, u l-Parlament, wara negozjati mingħajr frott mal-Kunsill, ivvotata fl-ewwel qari fis-16 ta’ Frar 2012 (4);

C.

billi l-proposta għal rieżami tad-Direttiva ta’ Skemi ta’ Kumpens għall-Investitur (ICSD) ġiet adottata mill-Kummissjoni fit-12 ta’ Lulju 2010, u l-Parlament, fid-dawl tal-fatt li l-Kunsill sabha bi tqila jadotta approċċ ġenerali u jidħol f’negozjati, ivvotata fl-ewwel qari fil-5 ta’ Lulju 2011 (5);

D.

billi l-Kummissjoni, fl-20 ta’ Ottubru 2011, adottat il-proposti tagħha dwar ir-rieżami tal-MiFID u l-Parlament ittrattahom b’mod rapidu u adotta l-emendi ta’ dawn il-proposti fis-26 ta’ Ottubru 2012 (6), sena biss wara li tressqu; sa minn dak iż-żmien il-Parlament ilu jistenna li jibda n-negozjati mal-Kunsill fil-prospettiva ta’ ftehim possibbli fl-ewwel qari;

E.

billi l-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa tiegħu tal-1 u t-2 ta’ Marzu 2012, ikkonkluda li l-koleġiżlaturi għandhom jiftiehmu dwar il-proposti ta’ rieżami tal-MiFID sa Diċembru 2012;

F.

billi fis-7 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni adottat il-proposta tagħha dwar Depożitarji Ċentrali tat-Titoli (CSDR) u l-Kumitat għall-Affarijiet Eknomiċi u Monetarji tal-Parlament adotta r-rapport tiegħu fl-4 ta’ Frar 2013 (A7-0039/2013), u sa minn dak iż-żmien ilu jistenna li jibda n-negozjati mal-Kunsill fil-prospettiva ta’ ftehim possibbli fl-ewwel qari;

G.

billi oriġinarjament il-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva dwar iċ-ċertezza ġuridika fil-liġi dwar it-titoli kienet mistennija li tiġi adottata matul l-2010, u mbagħad ġiet inkluża fil-Programmi Leġiżlattivi u tax-Xogħol tal-Kummissjoni għall-2011 u l-2012, iżda għadha ma ġietx adottata;

H.

billi d-Direttiva 2007/64/KE dwar is-servizzi tal-ħlas fis-suq intern tirrikjedi li l-Kummissjoni tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni u l-impatt ta’ dik id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Novembru 2012 li jkun akkumpanjat, fejn hu xieraq, minn proposta għar-reviżjoni tagħha; billi l-Kummissjoni għadha ma ressqitx tali rapport u reviżjoni;

I.

billi l-Parlament, fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar is-Sistema Bankarja Parallela, talab li jiġu implimentati miżuri addizzjonali rigward il-fondi tas-suq monetarju, partikolarment sabiex tittejjeb ir-reżiljenza ta’ dawn il-fondi u jkun kopert ir-riskju ta’ likwidità, u billi r-rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) biex jintemmu l-fondi kostanti tas-suq monetarju ta’valur ta’ assi netti, ippublikata ftit wara din ir-riżoluzzjoni, għandha tiġi kkunsidrata f’dawk il-miżuri;

J.

billi l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2011/89/KE (7) irrikjeda lill-Kummissjoni tagħmel rieżami sħiħ tad-Direttiva 2002/87/KE (Direttiva dwar il-Konglomerati Finanzjarji) (8), filwaqt li tindirizza b’mod partikolari l-ambitu ta’ dik id-Direttiva, l-estensjoni tal-applikazzjoni tagħha għal entitajiet mhux regolati, il-kriterji ta’ identifikazzjoni ta’ konglomerati finanzjarji li huma fil-pussess ta’ gruppi mhux finanzjarji aktar wiesgħa, konglomerati finanzjarji sistemikament rilevanti u ttestjar mandatorju tal-istress, u li tibgħat ir-rapport tagħha lill-Parlament u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2012, biex jiġi segwit minn proposti leġiżlattivi xierqa;

K.

billi fl-20 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni, wara dan ir-rieżami, ressqet ir-rapport tagħha fejn ikkonkludiet li għalkemm il-kriterji għad-definizzjoni u l-identifikazzjoni ta’ konglomerat, l-identifikazzjoni ta’ entità oriġinali finalment responsabbli għall-issodifar tar-rekwiżiti tal-grupp kollu, u t-tisħiħ tal-infurzar fir-rigward ta’ dik l-entità huma l-kwistjonijiet l-aktar relevanti li jistgħu jiġu indirizzati f’reviżjoni futura tad-direttiva dwar il-konglomerati finanzjarji, hija ddeċidiet li ma tipproponix proposta leġiżlattiva f’dan is-sens fl-2013;

L.

billi l-Kummissjoni impenjat ruħha li żżomm is-sitwazzjoni taħt rieżami kostanti sabiex tiddetermina mument xieraq għall-adozzjoni tal-proposti għar-rieżami tad-Direttiva dwar il-Konglomerati Finanzjarji, partikolarment fid-dawl tan-negozjati li għadhom għaddejjin dwar is-CRD IV u l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU);

M.

billi f’diversi okkażjonijiet il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagħha li tipproduċi studju komprensiv dwar l-effikaċja u l-proporzjonalità tal-miżuri adottati fil-qafas tar-regolament finanzjarju sa mill-bidu tal-kriżi finanzjarja;

1.

Ifakkar fir-rieda tiegħu li jlesti l-ewwel qari għalkollox, tal-anqas dwar il-proposti kollha tal-Kummissjoni dwar is-servizzi finanzjarji li huma fuq il-mejda fil-preżent qabel jintemm it-term fir-Rebbiegħa tal-2014;

2.

Jenfasizza li fl-interessi tat-tkomplija tat-titjib tal-effiċjenza u r-robustezza tas-swieq finanzjarji tal-Unjoni mill-aktar fis possibbli, il-proposti pendenti tal-Kummissjoni dwar is-servizzi finanzjarji għandhom jiġu adottati malajr, u b’hekk jiġi evitat dewmien fid-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni rilevanti.

3.

Jenfasizza l-konvinzjoni profonda tiegħu li l-istabbiltà fis-settur finanzjarju u s-suċċess tar-riformi strutturali kollha huma prekondizzjoni biex tintlaħaq sitwazzjoni ta’ tkabbir ekonomiku sostenibbli u ta’ impjiegi sostenibbli fl-Unjoni Ewropea.

4.

Jenfasizza li wera b’mod ċar ir-rieda u l-abbiltà tiegħu li jindirizza l-proposti tal-Kummissjoni dwar ir-regolament dwar is-servizzi finanzjarji b’mod rapidu u f’perjodi ta’ żmien qosra ħafna, pereżempju fil-kuntest tal-MSU, Solvenza II u r-rieżami tal-MiFID; jistenna li japplika l-istess approċċ kostruttiv u rapidu fir-rigward tal-proposti tal-Kummissjoni li se jsiru dalwaqt;

5.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni taċċellera x-xogħol tagħha fuq dawk l-inizjattivi leġiżlattivi pendenti fil-qasam tas-servizzi finanzjarji li ħabbret tul dawn l-aħħar snin; b’mod partikolari jistieden lill-Kummissjoni tadotta b’urġenza l-proposta tagħha dwar id-Direttiva dwar il-Liġi tat-Titoli li issa hija ttardjata b’aktar minn sentejn, u mill-aktar fis possibbli tressaq ir-reviżjoni pendenti tad-Direttiva dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern; jistieden lill-Kummissjoni tadotta malajr kemm jista’ jkun proposta dwar il-fondi tas-suq monetarju filwaqt li tikkunsidra għalkollox ir-rakkomandazzjonijiet relevanti tal-BERS;

6.

Huwa tal-fehma li, issa li n-negozjati dwar is-CRD IV u l-MSU ġew konklużi, il-proposti għal rieżami komplut tad-Direttiva dwar il-Konglomerati Finanzjarji 2002 għandhom jitressqu mill-Kummissjoni bla dewmien;

7.

Ifakkar fl-impenn tal-Kummissjoni li twettaq, qabel tmiem il-mandat, studju li jkun jikkonsisti f’analiżi tal-kostijiet imqabbla mal-benefiċċji, dwar l-effikaċja u l-proporzjonalità tal-għadd kbir ta’ biċċiet ta’ leġiżlazzjoni li ġew adottati sa mill-bidu tal-kriżi finanzjarja ’l hawn, fejn l-istudju jkun valutazzjoni tal-impatt akkumulattiv tal-leġiżlazzjoni kollha tal-UE dwar is-suq finanzjarju li ġiet proposta, deċiża u implimentata fl-Unjoni sa mill-bidu tal-mandat; jitlob li dan il-proċess jiġi varat mill-aktar fis possibbli; l-istudju għandu jivvaluta wkoll l-impatt tal-fatt li l-Unjoni Bankarja ma ġietx imwettqa għalkollox fl-Istati Membri differenti, inklużi l-effetti fuq id-dejn sovran;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni tadotta mill-aktar fis possibbli, b’mod partikolari, il-proposti tagħha dwar abbozz ta’ regolament li jistabbilixxi Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u dwar is-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli ta’ Liikanen dwar ir-riforma strutturali bankarja; jenfasizza l-importanza li l-koleġiżlaturi jindirizzaw fil-pront dawn il-proposti li ġejjin skont il-kodeċiżjoni sabiex jippermettu d-dħul fis-seħħ rapidu tal-miżuri rilevanti;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrifletti l-iżviluppi finanzjarji b’mod aktar adegwat fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tagħha, kif mitlub fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament tal-15 ta’ Diċembru 2011 (9) u tat-18 ta’ April 2013 (10);

10.

Iħeġġeġ lill-Kunsill jerġa’ jiftaħ in-negozjati dwar l-SGD, bħala kwistjoni ta’importanza kruċjali u ta’ interess dirett għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll għall-fiduċja fis-sistema finanzjarja u għall-istabbiltà tagħha; jinnota li l-ħtieġa għall-adozzjoni rapida ta’ dik il-proposta ġiet ikkonfermata riċentement mill-kriżi Ċiprijotta; ifakkar li fond uniku Ewropew għall-garanzija tad-depożiti bi skemi ta’ garanzija tad-depożiti li jiffunzjonaw u li jkunu appoġġjati minn livelli xierqa ta’ finanzjament, li allura jsaħħu l-kredibbiltà u l-fiduċja tal-investituri, jista' jkun l-għan aħħari għall-ġejjieni 'l bogħod, ladarba qafas effikaċi ta’ riżoluzzjoni u mekkaniżmu uniku effikaċi ta' superviżjoni jkunu qed jiffunzjonaw; jenfasizza s-sinifikat tagħhom għat-twaqqif xieraq tal-Unjoni Bankarja u għall-ilħuq tal-objettiv ġenerali ta’ swieq finanzjarji stabbli; iqis li l-proposta tal-SGD għandha tiġi adottata b’mod parallel mad-Direttiva li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment;

11.

Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ kapaċità u determinazzjoni min-naħa tal-Kunsill u l-Istati Membri li jilħqu l-ftehimiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-impenji pubbliċi li għandhom iwasslu għat-twettiq għalkollox tal-Unjoni Bankarja;

12.

Jistieden lill-Kunsill jadotta pożizzjoni dwar l-ICSD mill-aktar fis possibbli, sabiex jippermetti l-bidu tan-negozjati dwar kwistjoni li għandha impatt konkret fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni, peress li hu maħsub biex iżid il-protezzjoni tal-investitur individwali;

13.

Ifakkar l-impenn tal-G20 li l-kuntratti standardizzati kollha tad-derivattivi over-the-counter (OTC) għandhom jiġu negozjati fuq boroż jew pjattaformi elettroniċi tan-negozjar, fejn hu xieraq, u jiġu kklerjati permezz ta’ kontropartijiet ċentrali sa tmiem l-2012; iħeġġeġ lill-Kunsill, għalhekk, juża ż-żmien li fadal fit-term leġiżlattiv biex jiffinalizza x-xogħol fuq ir-rieżami tal-MiFID, sabiex il-proposti tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jiġu adottati qabel l-elezzjonijiet Ewropej f’Mejju 2014;

14.

Jistieden lill-Kunsill ikompli l-ħidma tiegħu fuq is-CSDR sabiex jippermetti bidu ta’ malajr tan-negozjati mal-Parlament u l-Kummissjoni bil-għan ta’ implimentazzjoni f’waqtha qabel l-introduzzjoni tat-Target2Securities;

15.

Jistieden lill-Kunsill ikompli jagħmel progress b’mod rapidu lejn negozjati mal-Parlament dwar fajls oħra ewlenin ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u tal-investituri li sar vot dwarhom, jew li daqt isir vot dwarhom, mill-kumitat kompetenti tal-Parlament, minbarra r-rieżami tal-MiFID, bħalma huma l-UCITS V u l-IMD II;

16.

Jistieden lill-Kunsill biex mill-aktar fis possibbli jasal għal pożizzjoni dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet tal-kreditu u tad-ditti tal-investiment, peress li din hija għodda essenzjali għal-limitar tal-espożizzjoni futura tal-kontribwenti fiskali tal-UE għal fallimenti tal-banek;

17.

Jistieden lill-Kunsill jiżgura li hu jkun lest li jikkonkludi malajr in-negozjati mal-Parlament dwar l-Omnibus II/Solvenza II, hekk kif tkun disponibbli l-valutazzjoni tal-impatt, magħmula mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, tad-dispożizzjonijiet għal garanziji fuq żmien twil li ġew diskussi qabel fi trilogu; jitlob l-adozzjoni rapida tal-proposti dwar il-MAD/MAR;

18.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq proposti fi żmien adegwat sabiex jiġu kkunsidrati mill-Parlament fit-term leġiżlattiv attwali, dwar Skemi ta’ Garanzija ta’ Assigurazzjoni u dwar qafas ta’ rkupru u riżoluzzjoni għal istituzzjonijiet finanzjarji minbarra l-banek, inkluż qafas li japplika, tal-anqas, għal gruppi ta’ assigurazzjoni transkonfinali akbar u għal dawk li huma involuti b’mod sinifikanti f’attivitajiet mhux tradizzjonali u mhux ta’ assigurazzjoni;

19.

Jitlob lill-Kunsill jiċċara l-kriterji li fuqhom saret l-għażla dwar jekk il-fajls jitkomplewx jew le, u jispjega kif ġew ikkunsidrati l-interdipendenzi ta’ bejn il-fajls;

20.

Jitlob lill-Kunsill jispjega u jagħti dettalji dwar kif qed iġib ir-riżorsi meħtieġa u jtejjeb il-faċilità u l-effiċjenza tat-tranżizzjoni minn Presidenza waħda għall-Presidenza li jkun imiss;

21.

Jistieden lill-Kunsill – fid-dawl tan-nuqqas ta’ progress fil-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill – jassumi r-responsabbiltà politika tiegħu u jadotta pożizzjonijiet permezz ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata kif provdut mit-Trattati;

22.

Jenfasizza r-responsabbiltà tal-koleġiżlaturi li jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jippermettu l-adozzjoni tal-proposti pendenti mill-aktar fis possibbli u, fejn ikun adegwat u fattibbli, qabel it-tmiem tat-term leġiżlattiv attwali;

23.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1.

(2)  ĠU C 146, 25.5.2013, p. 1.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2012)0427.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2012)0049.

(5)  ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 328.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2012)0406 u P7_TA(2012)0407.

(7)  ĠU L 326, 8.12.2011, p. 113.

(8)  ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1.

(9)  Testi adottati, P7_TA(2011)0583.

(10)  Testi adottati, P7_TA(2013)0188.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/117


P7_TA(2013)0277

Is-sitwazzjoni fit-Turkija

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar is-sitwazzjoni fit-Turkija (2013/2664(RSP))

(2016/C 065/15)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, b'mod partikolari dik tat-18 ta’ April 2013 dwar ir-Rapport ta’ Progress 2012 dwar it-Turkija (1),

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Qafas ta' Negozjar għat-Turkija tat-3 ta' Ottubru 2005,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/157/KE tat-18 ta’ Frar 2008 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kondizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija għall-Adeżjoni mar-Repubblika tat-Turkija (2) (is-“Sħubija għall-Adeżjoni”), kif ukoll id-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kunsill dwar is-Sħubija għall-Adeżjoni tal-2001, l-2003 u l-2006,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi fis-sigħat bikrin tal-Ġimgħa 31 ta’ Mejju 2013 il-pulizija Torka użat vjolenza eċċessiva fi sforz biex tferrex grupp ta’ dimostranti, li kienu ilhom ġimgħat jipprotestaw kontra l-qtugħ ippjanat tas-siġar bil-ħsieb ta’ proġett ġdid ta’ kostruzzjoni fil-Park Gezi ta’ Istanbul, fl-inħawi tal-Pjazza Taksim;

B.

billi l-intervent vjolenti tal-pulizija wassal għal skontri mad-dimostranti li malajr infirxu għal bliet oħra fit-Turkija, u billi dawn l-iskontri wasslu għal erbat imwiet u 'l fuq minn elf midrub, għal arresti tal-massa u għal ħsara severa lill-proprjetà privata u pubblika; billi l-gass tad-dmugħ kien użat b'mod estensiv, b'ċilindri tal-gass tad-dmugħ li ġew sparati direttament lejn id-dimostranti, u li kkawżaw korrimenti serji;

C.

billi d-dimostrazzjonijiet rebħu l-appoġġ fost saffi differenti tas-soċjetà Torka; billi n-nisa u l-irġiel ħadu sehem indaqs fid-dimostrazzjonijiet;

D.

billi jidher li l-kundanna qawwija min-naħa tal-Gvern Tork kellha effett oppost għal dak mixtieq;

E.

billi l-Artikolu 34 tal-Kostituzzjoni Torka jiggarantixxi d-dritt li dak li jkun, mingħajr permess, jorganizza laqgħat u dimostrazzjonijiet paċifiċi u mhux armati; billi l-Artikolu 26 jiggarantixxi l-libertà tal-espressjoni u l-Artikoli 27 u 28 jiggarantixxu “l-libertà tal-espressjoni” u “d-disseminazzjoni bla xkiel tal-ħsieb”;

F.

billi l-protesti huma marbutin ukoll mat-tħassib f'ċerti setturi tas-socjetà Torka rigward sensiela ta’ deċiżjonijiet u atti leġiżlattivi reċenti dwar kwistjonijiet bħal restrizzjonijiet fuq il-bejgħ tal-alkoħol u riformi edukattivi;

G.

billi d-dimostranti dejjem aktar qed jesprimu tħassib dwar nuqqas perċeput ta' rappreżentanza ta’ ilħna minoritarji, ta' governanza awtoritarja u nuqqas tal-istat tad-dritt u ta’ governanza tajba, u ta’ proċessi ġusti u ekwi fit-Turkija;

H.

billi l-midja ewlenin fit-Turkija baqgħu siekta rigward id-dimostrazzjonijiet, u l-utenti ta' Twitter ġew arrestati;

I.

billi t-Turkija, bħala kandidat għall-adeżjoni mal-UE, għandha l-obbligu li tirrispetta u tippromwovi d-demokrazija u li ssaħħaħ id-drittijiet u l-libertajiet demokratiċi u tal-bniedem;

J.

billi l-Kummissarju Füle u r-RGħ/VP Catherine Ashton irreaġixxew għal dawn l-avvenimenti;

K.

billi l-libertà ta’ għaqda, il-libertà ta' espressjoni (anki permezz tal-midja soċjali kemm onlajn kif ukoll offlajn) u l-libertà tal-istampa huma prinċipji fundamentali tal-UE;

1.

Jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tad-dimostranti u tal-pulizija li tilfu ħajjithom u jawgura lill-bosta midruba fejqan ta’ malajr;

2.

Jesprimi t-tħassib qawwi tiegħu dwar l-użu sproporzjonat u eċċessiv tal-forza mill-pulizija Torka fir-risposta tagħha għall-protesti paċifiċi u leġittimi fil-Park Gezi ta' Istanbul, u jistieden lill-awtoritajiet tat-Turkija biex jagħmlu investigazzjonijiet dettaljati dwar il-vjolenza tal-pulizija, biex itellgħu lil dawk responsabbli quddiem il-qrati u joffru kumpens lill-vittmi; iwissi lill-Gvern Tork biex ma jiħux miżuri ħorox kontra d-dimostranti paċifiċi, u jħeġġeġ lill-Prim Ministru biex jadotta pożizzjoni li tħeġġeġ l-għaqda u l-konċiljazzjoni sabiex jevita kull eskalazzjoni ulterjuri;

3.

Jikkundanna l-fatt li, minkejja li l-awtoritajiet Torok ħabbru li se jkollhom taħditiet ma xi wħud mill-mexxejja tal-protesti, qed tkompli l-vjolenza tal-pulizija fi Pjazza Taksim u fiż-żona tal-viċin, u b’hekk qed tnaqqas effettivament il-prospetti għal taħditiet bejn il-gvern u d-dimostranti;

4.

Jistieden lill-awtoritajiet tat-Turkija biex jiggarantixxu u jirrispettaw id-drittijiet taċ-ċittadini kollha għal-libertà tal-espressjoni, li jinġabru b'mod paċifiku u jipprotestaw b'mod paċifiku; jitlob li jinħelsu minnufih id-dimostranti paċifiċi kollha li ġew arrestati u li huma attwalment detenuti; jitlob li d-detenuti kollha jkollhom aċċess mhux ristrett għal avukati tal-għażla tagħhom; jitlob għal informazzjoni dwar l-għadd preċiż ta' detenuti u midruba;

5.

Jiddeplora r-reazzjonijiet tal-Gvern Tork u tal-Prim Ministru Erdoğan, li bin-nuqqas ta’ rieda tagħhom li jieħdu passi favur ir-rikonċiljazzjoni, li jagħmlu apoloġija u li jifhmu r-reazzjonijiet ta’ parti mill-popolazzjoni Torka kkontribwew biss għall-polarizzazzjoni ulterjuri;

6.

Jilqa’ t-tweġiba moderata mill-President Gül u l-apoloġiji li l-Viċi Prim Ministru Arinç għamel lid-dimostranti midruba, kif ukoll id-djalogu tagħhom mal-pjattaforma ta’ Taksim u mar-rappreżentanti tal-oppożizzjoni politika sabiex itaffu t-tensjonijiet; jissottolinja l-importanza ta’ djalogu bejn il-Gvern Tork u d-dimostranti paċifiċi;

7.

Ifakkar lit-Turkija li, f’demokrazija inklussiva u pluralista, iċ-ċittadini kollha għandhom iħossu li huma rrappreżentati u li l-maġġornaza għandha r-reponsabbiltà li tinkludi lill-oppożizzjoni u lis-soċjetà ċivili fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet; ifakkar ukoll lill-partiti fl-oppożizzjoni dwar ir-responsabbiltà tagħhom li jagħmlu l-parti tagħhom biex tinħoloq kultura politika demokratika li tirrispetta l-fehmiet u l-opinjonijiet differenti;

8.

Huwa mħasseb dwar il-konfront li għaddej bejn il-partiti politiċi, u dwar il-fatt li l-gvern u l-oppożizzjoni mhumiex lesti jaħdmu biex jilħqu kunsens fuq riformi ta’ importanza ewlenija; iħeġġeġ lill-atturi politiċi, lill-gvern u lill-oppożizzjoni biex jaħdmu flimkien ħalli jtejbu l-pluralità politika fl-istituzzjonijiet tal-istat u jippromwovu l-modernizzazzjoni u d-demokratizzazzjoni tal-istat u tas-soċjetà;

9.

Jirrimarka li r-rwol kruċjali ta’ sistema ta’ kontrolli u bilanċi fil-governanza ta’ stat demokratiku modern, li għandu jkun rifless fil-proċess kostituzzjonali li għaddej bħalissa, u li jrid ikun ibbażat fuq il-prinċipju tas-separazzjoni tas-setgħat, b'ekwilibrju bejn il-funzjonijiet eżekuttivi, leġiżlattivi u ġudizzjarji, fuq ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali – b’mod partikolari l-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-istampa – u fuq kultura politika parteċipattiva li tassew tirrifletti l-pluralità ta’ soċjetà demokratika; jemmen li, fiha nnifisha, l-organizzazzjoni ta' protesti paċifiċi u leġittimi tixhed kemm hija vibranti s-soċjetà ċivili Torka; ifakkar lit-Turkija dwar l-importanza li tkompli l-isforzi tagħha biex ittejjeb aktar l-istituzzjonijiet demokratiċi tagħha, l-istat tad-dritt u l-osservanza tal-libertajiet fundamentali;

10.

Jisħaq fuq il-bżonn ta' taħriġ intensiv kontinwu tal-forzi tal-pulizija u l-ġudikatura kemm fl-edukazzjoni formali tagħhom u matul il-karrieri attivi tagħhom rigward l-implimentazzjoni tal-Protokoll ta' Istanbul (ġabra ta' linji gwida internazzjonali kontra t-tortura u t-trattament ħażin) u kif ukoll dwar il-preminenza tad-drittijiet u l-libertajiet individwali;

11.

Jistieden lill-awtoritajiet lokali u nazzjonali fit-Turkija biex jagħtu bidu għal konsultazzjonijiet pubbliċi għall-pjanijiet kollha ta’ żvilupp urban u reġjonali; ifakkar fil-ħtieġa li jintlaħaq bilanċ bejn it-tkabbir ekonomiku u fatturi soċjali, ambjentali, kulturali u storiċi; jitlob sabiex il-proġetti relevanti kollha fit-Turkija jkunu suġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali, mingħajr eċċezzjoni;

12.

Josserva li l-mewġa ta' protesti li qatt ma kien hemm bħala tirrifletti wkoll skuntentezza dejjem akbar f'partijiet mill-popolazzjoni Torka rigward ir-regolazzjoni tal-istil ta' ħajja; itenni li f'politika demokratika, il-gvernijiet iridu jħeġġu t-tolleranza u jiżguraw il-libertà tar-reliġjon u t-twemmin għaċ-ċittadini kollha; jistieden lill-gvern biex jirrispetta l-pluralità u r-rikkezza tas-soċjetà Torka u biex iħares l-istili ta' ħajja sekulari;

13.

Iwissi li r-ripressjoni mill-pulizija ddgħajjef il-kredibbiltà tar-rwol reġjonali tat-Turkija bħala kampjun tal-bidla demokratika fil-viċinat tan-Nofsinhar;

14.

Ifakkar li l-libertà tal-espressjoni u l-pluraliżmu tal-midja huma fil-qalba tal-valuri Ewropej u li soċjetà tassew demokratika, ħielsa u pluralista tirrikjedi libertà reali tal-espressjoni; ifakkar li l-libertà tal-espressjoni hija applikabbli mhux biss għal informazzjoni jew ideat li jintlaqgħu favorevolment jew li jitqiesu inoffensivi, imma wkoll, bi qbil mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, għal dawk li joffendu, jixxukkjaw jew jiddisturbaw lill-istat jew lil kwalunkwe sezzjoni tal-popolazzjoni;

15.

Jinsab imħasseb dwar id-deterjorament tal-libertà tal-istampa, dwar ċerti atti ta’ ċensura u dwar l-awtoċensura li qed tikber u li tirrenja fil-midja Torok, inkluż fuq l-internet; jistieden lill-Gvern Tork biex iħares il-prinċipju tal-libertà tal-istampa; jenfasizza li stampa indipendenti hija kruċjali għal soċjetà demokratika, u f’dan il-kuntest, jindika r-rwol essenzjali tal-ġudikatura fil-protezzjoni u t-titjib tal-libertà tal-istampa, biex b’hekk tiggarantixxi spazju pubbliku għal dibattitu ħieles u inklużiv; huwa mħasseb dwar l-għadd kbir ta’ ġurnalisti li jinsabu l-ħabs u l-bosta proċessi fil-qrati li għaddejjin bħalissa fil-konfront tal-ġurnalisti; jitlob għar-rilaxx tal-attivisti tal-midja soċjali; iqis tassew ta’ dispjaċir id-deċiżjoni tal-RTUK (il-Kunsill Suprem tar-Radju u t-Televiżjoni) li jikkastiga lill-istazzjonijiet tat-televiżjoni li rrappurtaw dwar l-avvenimenti ta’ Gezi Park mill-bidu nett talli “għamlu ħsara lill-iżvilupp morali u mentali tat-tfal u ż-żgħażagħ”;

16.

Itenni t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li konglomerati kbar b’firxa wiesgħa ta’ interessi tan-negozju huma s-sidien tal-parti l-kbira tal-midja u jikkonċentrawha f’idejhom; itenni s-sejħa tiegħu għall-adozzjoni ta’ liġi ġdida tal-midja li tindirizza, inter alia, il-kwistjonijiet tal-indipendenza, is-sjieda u l-kontroll amministrattiv;

17.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà/Viċi-President tal-Kummissjoni, lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, lill-President tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tat-Turkija.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2013)0184.

(2)  ĠU L 51, 26.2.2008, p. 4.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/120


P7_TA(2013)0280

Ir-rwol tal-UE fil-promozzjoni ta' Sħubija Trans-Atlantika Usa'

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rwol tal-UE fil-promozzjoni ta' Sħubija Trans-Atlantika usa' (2012/2287(INI))

(2016/C 065/16)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-relazzjonijiet trans-Atlantiċi, b’mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2006 dwar it-titjib tar-relazzjonijiet UE-Stati Uniti fil-qafas ta’ Ftehim ta’ Sħubija Trans-Atlantika (1), ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Marzu 2009 dwar l-istat tar-Relazzjonijiet trans-Atlantiċi wara l-elezzjonijiet fl-Istati Uniti (2) u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Novembru 2011 dwar is-Summit bejn l-UE u l-USA tat-28 ta' Novembru 2011 (3),

wara li kkunsidra l-eżiti tas-Summit bejn l-UE u l-Istati Uniti li sar fit-28 ta' Novembru 2011 f’Washington D.C.,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet konġunti mill-71 Djalogu Trans-Atlantiku tal-Leġiżlaturi (TLD) li sar f’Diċembru 2011 f’Jacksonville, u t-72 TLD li sar f’Ġunju 2012 f’Kopenħagen u Strasburgu, u t-73 TLD li sar f’Novembru 2012 f’Washington D.C.,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2012 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi mal-Istati Uniti (4), li appoġġat l-idea tat-tnedija tan-negozjati għal ftehim ekonomiku komprensiv, u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Mejju 2013 (5) dwar il-mandat ta’ nnegozjar,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-13 ta' Frar 2013 mill-President tal-Istati Uniti Barack Obama, il-President tal-Kunsill Ewropew Herman Van Rompuy u l-President tal-Kummissjoni Ewropea José Manuel Barroso fejn ħabbru li kemm l-Istati Uniti kif ukoll l-Unjoni Ewropea se jniedu l-proċeduri interni neċessarji għat-tnedija tan-negozjati dwar Sħubija Trans-Atlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Summit tal-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana li sar f’Chicago fl-20 ta' Mejju 2012,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2012 dwar ir-Rapport Annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (6), ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2012 dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (7), u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2012 dwar iċ-Ċibersigurtà u ċ-Ċiberdifiża (8),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-12 ta' Lulju 2012 maħruġa mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar ir-Reġjun Asja-Paċifiku,

wara li kkunsidra d-dokument tad-Dipartiment tad-Difiza tal-Istati Uniti ta’ Jannar 2012 intitolat “Iż-żamma tat-Tmexxija Globali tal-Istati Uniti: Il-prijoritajiet għad-Difiża tas-seklu 21”, li jippreżenta l-bidliet fl-istrateġija militari tal-Istati Uniti,

wara li kkunsidra t-tieni Diskors Inawgurali tal-President tal-Istati Uniti Barack Obama tal-21 ta' Jannar 2013, id-Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tat-12 ta' Frar 2013, u r-rimarki mill-Viċi President Joseph Biden fil-Konferenza dwar is-Sigurtà f'Munich tat-2 ta' Frar 2013,

wara li kkunsidra s-sħubijiet strateġiċi tal-UE mal-Brażil (2007) u l-Messiku (2008), il-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni tal-UE mal-Messiku, iċ-Ċilì u l-Amerika Ċentrali, il-Ftehimiet Kummerċjali mal-Kolombja u l-Perù, in-negozjati li għaddejjin mal-Kanada dwar Ftehim ta’ Sħubija Strateġika u Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv, u n-negozjati attwali mal-Mercosur,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Ġunju 2012 dwar id-definizzjoni ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp ġdida mal-Amerika Latina (9), li tenfasizza l-appoġġ tal-UE għall-proċess ta’ integrazzjoni reġjonali tal-Amerika Latina, kif rappreżentata mis-CELAC, l-UNASUR, il-Mercosur, il-Komunità Andina, is-SICA, il-CARICOM u l-Alleanza tal-Paċifiku,

wara li kkunsidra s-summits regolari li l-UE u l-Istati Uniti jagħmlu mal-pajjiżi tal-Amerika Latina, is-Summit ta’ kull sentejn bejn l-UE u s-CELAC u s-Summit tal-Ameriki, li t-tnejn li huma previsti li jsiru fl-2015,

wara li kkunsidra r-relazzjoni tal-UE mal-organizzazzjonijiet reġjonali u subreġjonali Afrikani tal-pajjiżi tal-madwar tal-Atlantiku, b’mod partikolari l-Unjoni Afrikana (UA), il-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS), il-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika Ċentrali (ECCAS) u l-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjonijiet tal-Mexxejja tal-G20, id-dokument finali tas-System Task Team tan-NU dwar l-Aġenda għall-Iżvilupp tan-NU għal wara l-2015 (“Inwettqu l-Futur li Rridu għal Kulħadd”), u d-dokument finali tal-Konferenza tan-NU dwar Żvilupp Sostenibbli (“Il-futur li rridu”),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar, inter alia, ir-Rebbiegħa Għarbija, il-Mali, il-Lvant Nofsani, is-Sirja, l-Iran, l-Afganistan, is-Sħubija tal-Lvant, ir-Russja u ċ-Ċina,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0173/2013),

A.

billi fil-Baċir tal-Atlantiku kollu r-relazzjoni politika u ekonomika l-iktar importanti hija dik li toħloq rabta bejn l-UE u l-Istati Uniti; billi l-bidu tal-leġiżlatura l-ġdida tal-presidenza Obama għandha sservi biex issaħħaħ dik ir-relazzjoni permezz ta’ aġenda ambizzjuża ġdida;

B.

billi s-sħubija trans-Atlantika hija bbażata fuq rabtiet politiċi, kulturali, ekonomiċi u storiċi b’saħħithom, fuq valuri kondiviżi bħal-libertà, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, u fuq għanijiet komuni bħall-prosperità, ekonomiji miftuħin u integrati, progress soċjali u inklużività, żvilupp sostenibbli, u r-riżoluzzjoni paċifika ta' kunflitti;

C.

billi t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku globali wassal għal tnaqqis sinifikanti fl-infiq għad-difiża kemm fl-UE kif ukoll fl-Istati Uniti;

D.

billi f’dinja globali, kumplessa u dejjem iżjed multipolari, l-UE u l-Istati Uniti, minkejja l-kriżi finanzjarja, għandhom ikomplu jiżvolġu rwolijiet kostruttivi essenzjali fl-ekonomija u l-politiki dinjija u fl-iffurmar tal-ambjent internazzjonali, u għandhom jaffaċċaw flimkien il-kunflitti reġjonali u l-isfidi globali fuq bażi multilaterali, b’mod partikolari fil-qafas ta' organizzazzjonijiet internazzjonali; billi, għal dak l-għan, għandhom jiżguraw ukoll l-involviment ta’ potenzi prinċipali ġodda – fosthom iż-żewġ Sħab Strateġiċi tal-UE fl-Amerika Latina, jiġifieri l-Brażil u l-Messiku – u tal-Kanada;

E.

billi, b’mod parallel mal-bidla fil-pajsaġġ globali li nbdiet bil-qawmien ta’ potenzi emerġenti Asjatiċi, gruppi ta' riflessjoni, organizzazzjonijiet internazzjonali u xi gvernijiet reċentement enfasizzaw l-importanza li qed tikber tal-Baċir tal-Atlantiku b’mod ġenerali, inkluża d-dimensjoni tan-Nofsinhar tiegħu, u l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni bejn il-pajjiżi li jiffurmawh, sabiex ikunu jistgħu jindirizzaw il-problemi li huma komuni għar-reġjun iktar wiesa’;

F.

billi l-Amerika Latina hija reġjun li jikkondividi mal-UE u mal-Istati Uniti bosta valuri, interessi, storja u rabtiet ekonomiċi dejjem ikbar; billi ġie stabbilit għadd kbir ta’ organizzazzjonijiet reġjonali jew subreġjonali mill-pajjiżi tal-Amerika Latina; billi huwa utli li jiġu studjati oqsma possibbli fejn jistgħu jiġu żviluppati diversi modalitajiet ta’ kooperazzjoni trijangolari; billi dik il-kooperazzjoni tkun tista’ tiġi estiża biex jiġu inklużi l-pajjiżi Afrikani tal-Baċir tal-Atlantiku; billi huwa importanti li l-kooperazzjoni fl-ispazju trans-Atlantiku tkun ibbażata fuq kompromessi bejn l-interessi varji, u billi l-partijiet kollha għandhom iżommu d-dritt tagħhom li jsegwu l-prijoritajiet nazzjonali u l-approċċi ta’ żvilupp tagħhom stess;

G.

billi ċerti pajjiżi, b’mod partikolari ċ-Ċina u anki oħrajn bħall-Indja, qed isiru dejjem iżjed attivi fiż-żona tal-baċir tal-Atlantiku, b'mod partikolari fin-Nofsinhar tal-Atlantiku, fejn l-azzjonijiet tagħhom huma influwenzati mill-ħtieġa tagħhom li jakkwistaw l-ikel u l-materja prima;

H.

billi hemm bżonn li s-sħubija trans-Atlantika aktar estensiva taffronta kwistjonijiet bħall-iżvilupp, is-sigurtà, l-enerġija u l-immigrazzjoni, kif ukoll il-promozzjoni ta' konverġenza ekonomika u politika gradwali;

I.

billi, lil hinn mill-perspettiva Atlantika iktar estensiva, hemm kwistjonijiet u kunflitti attwali oħra li fir-rigward tagħhom huwa essenzjali li tittieħed azzjoni kkoordinata min-naħa tal-UE u l-Istati Uniti;

J.

billi żieda fl-għadd u s-sofistikazzjoni ta’ attakki ċibernetiċi b'viżibilità għolja wasslet biex il-leġiżlazzjoni relatata terġa' tiġi eżaminata, bl-adozzjoni min-naħa tal-Istati Uniti ta' mekkaniżmi ta' rapportaġġ volontarju filwaqt li l-UE qed tippjana li tadotta miżuri obbligatorji aktar stretti;

Relazzjonijiet bilaterali

1.

Jifraħ lill-Barack Obama għall-elezzjoni mill-ġdid tiegħu bħala President tal-Istati Uniti tal-Amerika; jistiednu jindirizza lill-Parlament Ewropew fis-seduta plenarja tiegħu fi Strasburgu matul iż-żjara tiegħu li jmiss fl-Ewropa;

2.

Jitlob li jsir summit bejn l-UE u l-Stati Uniti kemm jista’ jkun malajr biex tittieħed deċiżjoni dwar aġenda komuni ta’ għanijiet fuq terminu ta’ żmien qasir u fit-tul kemm fir-rigward ta’ kwistjonijiet bilaterali kif ukoll fir-rigward ta’ kwistjonijiet globali u reġjonali;

3.

Jirrikonoxxi l-implikazzjonijiet fit-tul għas-sħubija trans-Atlantika tar-ribilanċjar ġeopolitiku min-naħa tal-Istati Uniti fir-rigward tal-Asja; jenfasizza l-ħtieġa ta’ reazzjoni kostruttiva, koerenti u strateġika mill-UE; jemmen li din is-sitwazzjoni tippreżenta wkoll opportunità biex l-UE tinvolvi ruħha b'mod iżjed attiv fir-reġjun Asja-Paċifiku, bħala attur globali awtonomu iżda b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Uniti, biex b'hekk tapprofondixxi d-dimensjoni strateġika tas-sħubija trans-Atlantika;

4.

Jilqa’ t-tħabbir uffiċjali ta’ negozjati għal Sħubija Trans-Atlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment (TTIP); jenfasizza li dan il-ftehim se jirrappreżenta spinta sinifikanti għall-ekonomiji tal-UE u tal-Istati Uniti peress li se jerġa’ jsaħħaħ ir-relazzjoni ta’ bejn l-UE u l-Istati Uniti; jinnota li l-impatt globali tiegħu jmur lil hinn mill-implikazzjonijiet bilaterali tiegħu, peress li jipprovdi approċċi komuni għar-regoli u l-istandards fil-kummerċ globali, fl-investiment u fl-oqsma relatati mal-kummerċ; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi eżerċitata rieda politika qawwija u attitudni kostruttività biex in-negozjati jitwettqu b'mod effiċjenti; jistenna li l-proċess tat-TTIP jiġġenera impetu politiku mġedded fir-relazzjonijiet trans-Atlantiċi, li jista' u għandu jintuża għat-tqanqil ta' kooperazzjoni eqreb f'oqsma oħra, inkluża l-politika barranija;

5.

Jistieden lir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni (RGħ/VP), il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Istati Membri tal-UE biex isaħħu l-koordinazzjoni tagħhom tal-politika tal-UE vis-à-vis l-amministrazzjoni tal-Istati Uniti, sabiex jintbagħat messaġġ konvinċenti li l-UE hi attur internazzjonali koerenti u effiċjenti; jenfasizza l-importanza li tissaħħaħ ukoll il-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni, fid-dawl tal-kriżijiet differenti li jistgħu jinqalgħu fir-reġjuni tal-viċinat tal-UE u l-prinċipju li qed jimxu bih l-Istati Uniti ta’ “tmexxija minn wara l-kwinti”;

6.

Ifakkar fis-suġġeriment tiegħu li jinħoloq Kunsill Politiku Trans-Atlantiku biex iservi bħala korp għal konsultazzjoni u koordinazzjoni sistematiċi dwar il-politika barranija u ta’ sigurtà, immexxi mir-RGħ/VP u s-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti;

7.

Jenfasizza l-kontribuzzjoni tat-TLD, bħala korp kostruttiv ibbażat fuq il-kontenut, għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti li jipprovdi forum għad-djalogu parlamentari, jidentifika l-objettivi u jikkoordina fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta' tħassib komuni; jilqa’ l-ftuħ tal-Uffiċċju ta’ Kollaborazzjoni tal-Parlament Ewropew f’Washington, u jistieden lill-Kungress tal-Istati Uniti jagħmel l-istess fi Brussell; jiltob li jitkomplew l-iskambji ta' persunal bejn iż-żewġ istituzzjonijijiet;

8.

Jikkundanna bil-qawwa l-attakki terroristiċi ta’ Boston tal-15 ta' April 2013; iħeġġeġ liż-żewġ sħab biex ikomplu l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata u, fl-istess ħin, jirrispettaw u jħarsu d-drittijiet tal-bnieden u l-libertajiet fundamentali; huwa mħasseb ħafna b'dak li ġie żvelat riċentement dwar operazzjonjiet ta' sorveljanza u ġbir ta' data taħt il-programm PRISM, u l-implikazzjonijiet tagħhom għal-libertajiet ċivili ta' ċittadini tal-UE; isejjaħ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex iqajjmu l-kwistjoni fil-laqgħa ministerjali ĠAI UE-USA li jmiss fl-14 ta' Ġunju 2013; jilqa’ l-fatt li l-Ftehim dwar ir-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri u l-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (il-Ftehim SWIFT), approvati mill-Parlament Ewropew, diġà qegħdin fis-seħħ; jistieden lis-sħab iżidu l-kooperazzjoni tagħhom rigward il-Ftehim dwar il-Protezzjoni u l-Iskambju tad-Data sabiex jiffinalizzaw in-negozjati b'tali mod li jiġu żgurati t-trasparenza xierqa tal-ipproċessar tad-data u l-protezzjoni suffiċjenti tad-data personali;

9.

Jinnota l-importanza li qed tiżdied tal-użu ta’ vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ; jenfasizza l-ħtieġa ta’ dibattitu vigoruż dwar vetturi tal-ajru armati mingħajr ekwipaġġ u l-limiti, it-trasparenza u l-kontroll tagħhom; jilqa’ d-dibattitu attwali fl-Istati Uniti, u jistenna li jkun jista’ jiġi stabbilit qafas regolatorju komprensiv mill-aktar fis; jilqa', f'dan il-kuntest, id-deċiżjonijiet imħabbra mill-President Obama fid-diskors tiegħu tat-23 ta' Mejju 2013 biex jiġu fformalizzati limiti ġodda għall-użu ta' vetturi tal-ajru bħala armi letali u biex il-Kungress jiġi involut fl-eżami ta' għażliet għal aktar superviżjoni ta' dan l-użu; jistieden liż-żewġ sħab biex jidħlu f'diskussjonijiet dwar vetturi tal-ajru armati mingħajr ekwipaġġ, u jenfasizza l-ħtieġa li jittieħdu passi favur regolament internazzjonali futur, fid-dawl tal-implikazzjonijiet globali;

10.

Itenni l-fehma tiegħu li l-UE għandha tkompli tqajjem mal-Istati Uniti, kemm fil-livell politiku kif ukoll f’dak tekniku, il-kwistjoni li ilha pendenti tar-rekwiżit ta’ viża impost fuq iċ-ċittadini ta’ erba’ Stati membri tal-UE;

11.

Itenni l-importanza li dejjem qed tikber taċ-ċiberdifiża u jilqa’ l-ħolqien, fis-summit 2010, tal-Grupp ta’ Ħidma dwar iċ-Ċibersigurtà u ċ-Ċiberkriminalità; jemmen li l-UE u l-Istati Uniti għandhom jagħtu prijorità speċjali fir-rigward tal-kooperazzjoni tagħhom dwar iċ-ċibersigurtà, b’attenzjoni speċjali f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġlieda kontra ċ-ċiberattakki u mal-promozzjoni konġunta tal-isforzi fuq livell internazzjonali għall-iżvilupp ta' qafas internazzjonali komprensiv u trasparenti li jistabbilixxi l-istandards minimi għall-politiki ta’ ċibersigurtà, filwaqt li jħares ukoll il-libertajiet fundamentali;

12.

Jiddispjaċih li l-UE u l-Istati Uniti qed jippjanaw biex jimplimentaw livelli differenti ta' ċibersigurtà fi żmien meta n-NATO qed tinsisti fuq kooperazzjoni intensifikata; jenfasizza li tali inkonsistenzi, mhumiex biss theddida għaċ-ċiberdifiża, iżda jistgħu joħolqu wkoll problemi relatati mal-kummerċ għall-kumpaniji li l-operazzjonijiet tagħhom ikopru ż-żewġ ġurisdizzjonijiet;

13.

Jilqa' l-wegħda mġedda tal-President Obama li ċ-ċentru ta' Guantánamo jingħalaq, espressa fid-diskors tiegħu tat-23 ta' Mejju 2013; itenni l-appell tiegħu li l-persuni detenuti li għadhom ma ġewx akkużati jitħallew imorru lura pajjiżhom jew f'pajjiż sikur ieħor malajr kemm jista’ jkun, li d-detenuti fiċ-ċentru ta' Guantánamo li hemm biżżejjed evidenza ammissibbli kontrihom jiġu pproċessati mingħajr dewmien fi smigħ ġust u pubbliku minn tribunal indipendenti u imparzjali, u li jiġi żgurat li, jekk jinstabu ħatja, jiġu impriġunati fl-Istati Uniti b'mod konformi mal-istandards u l-prinċipji internazzjonali applikabbli;

14.

Jenfasizza l-importanza tan-NATO bħala l-bażi fundamentali tas-sigurtà trans-Atlantika; jappella għal darb'oħra għat-tisħiħ tas-sħubija strateġika bejn l-UE u n-NATO;

Aġenda Atlantika u globali

15.

Jistieden liż-żewġ partijiet jistudjaw oqsma u oqfsa li permezz tagħhom tkun tista’ titwettaq kooperazzjoni trans-Atlantika usa’ b’mod prammatiku, u jesploraw flimkien ma' pajjiżi Atlantiċi oħrajn l-utilità ta’ din il-kooperazzjoni estiża; jenfasizza, li oqsma possibbli mill-perspettiva tal-UE jinkludu l-kwistjonijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali, il-governanza globali, il-proċess ta’ demokratizzazzjoni, id-drittijiet tal-bniedem, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp, it-tibdil fil-klima, is-sigurtà u l-enerġija; jistieden lis-sħab janalizzaw il-possibilità li jintużaw, għall-fini ta’ dawn id-djalogi trijangolari, l-istrutturi reġjonali u subreġjonali maħluqa fl-Amerika Latina li l-UE tradizzjonalment inkuraġġiet;

16.

Jissuġġerixxi li s-sħab jinvolvu ruħhom fi skambji ta’ fehmiet regolari fir-rigward tas-summits rispettivi tagħhom mal-pajjiżi tal-Amerika Latina f’qafas reġjonali, jiġifieri, is-summit ta’ kull sentejn bejn l-UE u s-CELAC u s-Summit tal-Ameriki, organizzat mill-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani;

17.

Jenfasizza l-fatt li diġà jeżistu oqfsa multilaterali varji ddedikati għal kwistjonijiet speċifiċi li għandhom komponent trijangolari b'saħħtu, bħalma hi l-Inizjattiva għas-Sigurtà Reġjonali tal-Amerika Ċentrali;

18.

Ifakkar fir-rwol pożittiv li l-Kanada – li ż-żewġ sħab għandhom relazzjoni solida magħha – tista' tiżvolġi f'kooperazzjoni trans-Atlantika aktar estensiva;

19.

Jistieden ukoll liż-żewġ sħab jistudjaw il-possibilità ta’ kooperazzjoni usa’ li tinkludi l-pajjiżi tal-madwar tal-Afrika tal-Baċir tal-Atlantiku, kif ukoll biex jidentifikaw oqsma u oqfsa pertinenti, filwaqt li jikkunsidraw l-organizzazzjonijiet Afrikani relevanti;

20.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti jaħdmu b’mod ikkoordinat bl-għan li jikkontribwixxu għal ordni internazzjonali stabbli ta’ paċi u kooperazzjoni, abbażi ta’ multilateraliżmu effikaċi mal-atturi emerġenti, inklużi dawk il-pajjiżi tal-madwar tal-Atlantiku tan-Nofsinhar; iħeġġeġ lis-sħab ikomplu jaħdmu fuq il-programm ta’ riforma tan-NU filwaqt li jinvolvu lill-pajjiżi l-oħra tal-Atlantiku u jikkunsidraw l-interessi tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni msaħħa bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Ameriki fi ħdan in-NU;

21.

Ifakkar li l-Qorti Kriminali Internazzjonali hi strument dejjem iżjed indispensabbli tad-dritt internazzjonali u element fundamentali tal-politika barranija tal-UE b’rabta mat-temma tal-impunità; jagħti ġieħ lill-ħidma tal-QKI fl-okkażjoni tal-għaxar anniversarju tagħha; jilqa' l-azzjoni li ħadet l-amministrazzjoni Obama biex terġa' tistabbilixxi relazzjoni operattiva mal-Qorti, u jistenna li jittieħdu passi ulterjuri mill-Istati Uniti lejn l-iffrimar mill-ġdid u r-ratifika tal-Istatut ta' Ruma;

22.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti jaħdmu b'mod konġunt lejn it-tisħiħ tal-organizzazzjonijiet reġjonali u subreġjonali fil-Baċir tal-Atlantiku, fid-dawl tar-rwol importanti li jiżvolġu fil-promozzjoni tal-integrazzjoni ekonomika u politika;

23.

Jistieden lis-sħab jagħtu impetus ġdid lill-G20, anki billi, jinvolvu b'mod simultanju u fuq bażi ugwali lill-potenzi Atlantiċi l-oħra li qed jipparteċipaw f’dak il-forum; jenfasizza l-fatt li, minħabba l-elezzjoni mill-ġdid ta' Obama u l-għadd kbir ta' mexxejja ġodda f’pajjiżi ewlenin tal-G20, dan hu l-mument opportun biex il-laqgħa li jmiss tal-G20 tkun aktar ambizzjuża u operattiva, u jistenna li din il-kwistjoni se tiġi indirizzata fis-samit bilaterali li jmiss;

24.

Jenfasizza li l-konklużjoni eventwali tat-TTIP se toħloq il-prospett ta’ spazju ekonomiku wiesa’ li jkun jinkludi l-Amerika ta’ Fuq, l-UE, u l-ħafna pajjiżi tal-Amerika Latina li magħhom is-sħab innegozjaw ftehimiet ekonomiċi;

25.

Jenfasizza li l-integrazzjoni ta' tnejn mill-akbar ekonomiji tas-suq tista' toħloq mudell ġeopolitiku għall-promozzjoni ta’ valuri demokratiċi;

26.

Jenfasizza li d-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem għandhom ikunu ta’ importanza ċentrali għall-pajjiżi tal-Baċir tal-Atlantiku; jinkoraġġixxi kooperazzjoni ulterjuri bejn il-programmi tal-UE u tal-Istati Uniti għall-promozzjoni tad-demokrazija, ta' elezzjonijiet ħielsa u ġusti u tal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem;

27.

Jenfasizza l-importanza tal-koordinazzjoni biex jiġu missielta r-riskji għas-sigurtà globali, bħalma huma t-terroriżmu, l-istati falluti, it-traffikar tal-bnedmin, l-armi u d-drogi, il-kriminalità organizzata, il-piraterija u ċ-ċibersigurtà, li kollha kemm huma jkkostitwixxu theddid attwali fil-Baċir tal-Atlantiku; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm approfondiment ta’ kooperazzjoni komprensiva bejn il-pajjiżi kollha tal-Baċir tal-Atlantiku fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi, li huwa fenomenu li qed jiżdied madwar l-Afrika tal-Punent u s-Saħel; jilqa' l-appoġġ tas-sħab għall-Pjan ta’ Azzjoni Reġjonali tal-ECOWAS dwar id-Drogi;

28.

Jiġbed l-attenzjoni għar-rwol partikolarment importanti li s-sigurtà marittima għandu jkollha fl-ispazju Atlantiku; jilqa’ l-isforzi mwettqa mis-sħab, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-ECOWAS u l-ECCAS, kontra l-piraterija u favur is-sigurtà marittima fil-Golf tal-Ginea;

29.

Jenfasizza l-importanza tad-diversifikazzjoni tar-rotot tat-trasport, is-sorsi, u l-fornituri tal-enerġija; jenfasizza r-relevanza dejjem ikbar tal-pajjiżi tal-Baċir tal-Atlantiku kemm fir-rigward tal-produzzjoni u r-riżervi tal-enerġija kif ukoll fir-rigward tal-materja prima, li kollha kemm huma joffru opportunitajiet ta’ diversifikazzjoni konsiderevoli; jissuġġerixxi li l-Kunsill tal-Enerġija UE-Stati Uniti, flimkien mal-pajjiżi oħrajn tal-Baċir tal-Atlantiku, għandhom jistudjaw il-possibilità li jaħdmu flimkien dwar kwistjonijiet ta’ sostenibilità u sigurtà tal-enerġija, inklużi t-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli; bl-istess mod jissuġġerixxi li tiġi studjata l-possibilità ta’ kooperazzjoni iktar mill-qrib dwar ir-riċiklaġġ u l-effiċjenza tal-materja prima;

30.

Jilqa’ l-enfasi li għamel il-President Obama fid-diskors inawgurali tiegħu dwar it-tiġdid tal-kapaċità tal-Istati Uniti fil-ġestjoni tal-kriżijiet barra mill-pajjiż, u jispera li l-kooperazzjoni li diġà impenjaw ruħhom fiha l-UE u l-Istati Uniti fil-ġestjoni tal-kriżijiet, u dejjem iżjed fil-prevenzjoni tal-kriżijiet, fl-Afrika tal-Lvant se tiġi estiża għall-pajjiżi tal-madwar tal-Atlantiku; jistieden liż-żewġ sħab, f'dan il-kuntest, jagħmlu użu sħiħ u kostruttiv mill-Ftehim Qafas tal-2011 dwar il-parteċipazzjoni tal-Istati Uniti fil-PSDK; jistieden lill-Istati Membri tal-UE jinvolvu ruħhom bis-serjetà fi proġetti konġunti ta' akkomunament u kondiviżjoni sabiex ikunu jistgħu jwettqu b'mod awtonomu l-kompiti deskritti fl-Artikolu 43 tat-Trattat ta' Lisbona;

31.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti jkomplu jsaħħu d-djalogu u l-kooperazzjoni tagħhom fil-qasam tal-iżvilupp, sabiex itejbu l-kwalità u l-effikaċja tal-assistenza tagħhom għall-iżvilupp; iħeġġeġ liż-żewġ sħab ikomplu jippromwovu l-objettiv li jinkisbu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju sal-2015; jilqa’ l-fatt li s-sħab waqqfu grupp ta’ riflessjoni biex jaħdem fuq aġenda għal wara l-2015 rigward l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju; iħeġġeġ lis-sħab biex jinvolvu tuħhom f’kooperazzjoni mill-qrib mal-pajjiżi tal-madwar tal-Atlantiku fir-rigward ta’ dawn l-għanijiet, fid-dawl tal-importanza speċjali tagħhom għal dak il-grupp; jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti biex jindirizzaw, f'dan il-proċess ta' riflessjoni, il-kwistjoni ta’ kif jistgħu jiġu kkollegati l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju ta' wara l-2015 u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli;

32.

Jilqa’ l-impenn imġedded tal-President Obama favur il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; iħeġġeġ lis-sħab jaqblu, kemm jista’ jkun malajr u sa mhux aktar tard mill-2015, dwar impenji vinkolanti dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet b’effett ta’ serra b’konformità maż-żamma tat-tibdil fil-klima għal anqas minn 2 oC; jistenna li din il-kwistjoni tiġi indirizzata fis-summit ta’ kull sentejn li jmiss; jenfasizza l-ħtieġa li l-pajjiżi tal-Atlantiku jkunu involuti f’dan l-isforz, speċjalment minħabba l-impatt negattiv tat-tibdil fil-klima, f’dawk il-pajjiżi u madwar id-dinja, fuq il-produzzjoni tal-ikel, il-bijodiversità, id-deżertifikazzjoni u l-avvenimenti ta’ temp estrem; iqis li hu essenzjali li l-UE u l-Istati Uniti jmexxu fit-triq lejn ftehim globali dwar ir-regolamentazzjoni tal-emissjonijiet mil-linji tal-ajru fil-kuntest tal-Assemblea Ġenerali tal-ICAO; jafferma mill-ġdid il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni trans-Atlantika mill-qrib fil-qasam tal-isfruttament tal-gass tax-shale;

33.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti biex jadottaw strateġija komuni fil-fora internazzjonali, b’mod speċjali n-NU, dwar it-tnaqqis tal-istokkijiet ta’ armi ta’ qerda massiva u armi konvenzjonali, u biex jinvolvu lill-pajjiżi tal-Atlantiku f’dawk l-isforzi; jistenna li l-Istati Uniti u r-Russja jagħmlu progress ulterjuri dwar id-diżarm nukleari; jilqa bil-qalb l-approvazzjoni reċenti tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi mill-Assemblea Ġenerali tan-NU, u jħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE u lill-Istati Uniti biex jiffirmawh malajr;

34.

Iħeġġeġ lill-gruppi ta’ riflessjoni u r-riċerkaturi jkomplu jistudjaw il-kooperazzjoni trans-Atlantika iktar wiesgħa, li tgħin ukoll biex titrawwem l-idea ta’ komunità Atlantika usa’;

35.

Jisħaq fuq il-fatt li l-iskambji kulturali permezz ta' programmi edukattivi huma fundamentali għall-bini ta’ valuri komuni u, għaldaqstant, għall-bini ta’ pontijiet bejn is-sħab tal-baċir tal-Atlantiku;

Kunflitti u kwistjonijiet attwali

36.

Jistieden lis-sħab jagħtu prijorità lill-koordinazzjoni mill-qrib favur it-tranżizzjoni demokratika fl-Afrika ta’ Fuq u l-Lvant Nofsani abbażi ta’ strateġija komprensiva u kondizzjonali ta' assistenza u inċentivi marbuta ma' riformi demokratiċi; iħeġġeġ lis-sħab jikkoordinaw kemm jista’ jkun mill-qrib fir-rigward tal-appoġġ għall-oppożizzjoni fis-Sirja, u jżommu l-pressjoni fuq ir-Russja u ċ-Ċina sabiex tinstab soluzzjoni politika għall-kriżi traġika f’dak il-pajjiż; jappoġġa l-appell għal konferenza ta' paċi dwar is-Sirja f'Ġinevra; jenfasizza, bl-istess mod, il-ħtieġa ta’ reazzjoni komuni għall-instabilità politika u l-kriżi ekonomika li qed titfaċċa fl-Eġittu; jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bħala appoġġ għall-programmi ta' demokratizzazzjoni fir-reġjun;

37.

Jenfasizza l-ħtieġa ta’ koordinazzjoni bejn l-UE, l-Istati Membri tagħha, l-Istati Uniti, l-UA, l-ECOWAS, in-NU u atturi oħrajn favur l-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali għat-tranżizzjoni f’Mali, kif ukoll il-ħtieġa ta’ appoġġ finanzjarju u loġistiku għall-Missjoni Internazzjonali ta' Appoġġ għal Mali taħt tmexxija Afrikana (AFISMA), li mistennija titrasferixxi l-awtorità tagħha lill-Missjoni ta’ Stabbilizzazzjoni Integrata u Multidimensjonali tan-NU f’Mali (MINUSMA), skont ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2100 kif adottata fil-25 ta' April 2013;

38.

Jiddispjaċih rigward il-waqfien tal-proċess tal-paċi tal-Lvant Nofsani; jilqa' l-fatt li l-President Obama żar l-Iżrael, l-Awtorità Palestinjana u l-Ġordan matul l-ewwel żjara tiegħu barra mill-pajjiż wara li reġa' ġie elett, u jilqa' l-fatt li għal darb'orħa l-proċess ta’ paċi tal-Lvant Nofsani reġa' sar priojrità ewlenija, kif jidher mill-isforzi attwali li saru mis-Segretarju tal-Istat, John Kerry; jilqa' l-impenn tal-President Obama favur soluzzjoni ta' żewġ stati; jistieden lin-naħa tal-Istati Uniti biex tinsisti biex il-kostruzzjoni ta' insedjamenti tiġi ffriżata u biex taħdem flimkien mal-UE biex in-negozjati diretti bejn l-Iżrael u l-Palestina jerġgħu jibdew; jikkondividi l-fehma tal-President Obama dwar il-kostruzzjoni attwali ta' insedjamenti min-naħa tal-Iżrael u dwar l-importanza li tiġi żgurata s-sigurtà ta’ Iżrael;

39.

Iħeġġeġ liż-żewġ sħab biex ikomplu jaħdmu favur soluzzjoni diplomatika għall-kwistjoni nukleari tal-Iran bil-ħsieb li tinkiseb malajr soluzzjoni innegozjata, komprensiv u fit-tul li trawwem fiduċja internazzjonali fin-natura esklussivament paċifika tal-programm nukleari tal-Iran, filwaqt li jiġu rrispettati d-drittijiet leġittimi tal-Iran għall-użu paċifiku tal-enerġija nukleari b'konformità mat-TNP; jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti, fil-kuntest tan-negozjati UE 3+3 (P5 +1) mal-Iran, biex jikkunsidraw it-tneħħija koordinata u kondizzjonali tas-sanzjonijiet bi skambju għal azzjoni maqbula reċiprokament u verifikabbli mill-gvern Iranjan lejn ir-riżoluzzjoni tal-kwistjonijiet pendenti kollha rigward il-programm nukleari tiegħu, b'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tat-TNP, il-Bord tal-Gvernaturi tal-IAEA u r-riżoluzzjonijiet relevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, kif ukoll l-eżiġenzi stabbiliti mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA); jistieden liż-żewġ sħab jadottaw approċċ aktar komprensiv lejn ir-relazzjonijiet mal-Iran li jindirizza s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll l-istampa aktar estensiva tas-sigurtà reġjonali, u sabiex jinvolvu lill-NGOs u s-soċjetà ċivili tal-Iran, kull fejn ikun applikabbli;

40.

Iħeġġeġ lis-sħab jiżviluppaw approċċ komprensiv b’mod konġunt għall-Afganistan għal wara l-perjodu tal-2014, b’koordinazzjoni mal-gvern tal-Afganistan; jenfasizza li, forzi armati u tal-pulizija Afgani mħarrġa u mgħammra sew, fimkien ma’ żvilupp uman u soċjoekonomiku, governanza tajba u politiki favur l-istat tad-dritt, se jkunu ta’ importanza vitali għall-paċi, l-istabilità u s-sigurtà fil-pajjiż, filwaqt li se jkun meħtieġ impenn ferm iktar b’saħħtu min-naħa tal-ġirien tal-Afganistan lejn dawn l-għanijiet; jenfasizza wkoll il-ħtieġa ta’ proċess politiku demokratiku u inklużiv fil-pajjiż; jirrikonoxxi r-rwol fundamentali li kellha n-NATO fil-koordinament tar-reazzjoni ta' sigurtà għat-theddida terroristika fl-Afganistan, inklużi r-rikostruzzjoni u riabilitazzjoni, u jirrikonoxxi r-rwol potenzjali tan-NATO fil-perjodu wara l-2014;

41.

Jenfasizza l-importanza tas-Sħubija tal-Lvant għall-UE; jenfasizza l-ħtieġa li l-pajjiżi ta’ dan ir-reġjun tal-viċinat jitqarrbu, politikament u ekonomikament, mal-UE u mal-valuri komuni tas-sħab trans-Atlantiċi; jistieden lill-UE u lil-Istati Uniti biex jikkoordinaw b’mod attiv f’dan ir-rigward, u jenfasizza l-ħtieġa ta’ sforzi miftiehma għall-promozzjoni tar-riformi demokratiċi, il-konsolidament tal-istituzzjonijiet demokratiċi u t-tisħiħ tar-riżoluzzjoni paċifika tal-konflitti; jappreżża l-fappoġġ kontinwu tal-Istati Uniti għall-proċess ta' tkabbir tal-Balkani tal-Punent, u jinkoraġġixxi liż-żewġ sħab iżommu approċċ ikkoordinat lejn il-pajjiżi ta’ dan ir-reġjun;

42.

Iħeġġeġ liż-żewġ sħab jikkoordinaw aħjar il-politiki tagħhom rigward l-involviment ta’ importanza kritika mar-Russja; jenfasizza l-importanza ta’ kooperazzjoni mar-Russja dwar sfidi globli, fosthom id- diżarm u n-nonproliferazzjoni; jistieden lill-UE u l-Istati Uniti jikkontribwixxu għall-proċess ta’ modernizzazzjoni tar-Russja, b'enfasi partikolari fuq il-konsolidament tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt u fuq il-promozzjoni ta' tkabbir ekonomiku diversifikat u soċjalment ekwitabbli; jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tal-kuntatti bejn in-nies; f’dan ir-rigward, jiddipjaċih dwar il-liġijiet restrittivi l-ġodda fuq l-NGOs u l-pressjoni dejjem ikbar li qed tiġi applikata mill-awtoritajiet Russi fuq l-uffiċċji tal-NGOs ibbażati fir-Russja; jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-impenji li ħadet ir-Russja meta ngħaqdet mad-WTO hi parti importanti mill-aġenda għall-modernizzazzjoni tal-pajjiż; jistieden liż-żewġ sħab jinvolvu ruħhom f'diskussjonijiet kostruttivi mar-Russja dwar il-kunflitti ffriżati; jilqa’ l-approvazzjoni tal-lista Magnitsky mill-Kungress tal-Istati Uniti, u jfakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu stess ta’ Ottubru 2012;

43.

Jinnota ċ-ċaqliqa fl-attenzjoni internazzjonali lejn l-Asja tal-Lvant minħabba t-tkabbir politiku u ekonomiku tar-reġjun Asja-Paċifiku; jilqa’ l-fatt li reċentement ġiet stabbilita konsultazzjoni eqreb bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar dak ir-reġjun, u jemmen li dan jaf iwassal għal kooperazzjoni eqreb bejn l-UE u l-Istati Uniti rigward l-Asja; jinnota, b’mod partikolari, il-ħtieġa ta’ reazzjoni kkoordinata għall-kwistjonijiet li potenzjalment jistgħu jkunu ta’ tfixkil għall-paċi fir-reġjun, speċjalment fil-każ tal-kunflitt fil-Baħar tax-Xlokk taċ-Ċina, li qed iżid in-nazzjonaliżmu aggressiv f’ċerti pajjiżi Asjatiċi u huwa ta’ theddida għas-sigurtà marittima;

44.

Jikkundanna bil-qawwa r-retorika tal-gwerra li qed teskala min-naħa tal-Korea ta' Fuq u t-theddid dirett riċenti li għamlet kontra l-Istati Uniti b'reazzjoni għar-riżoluzzjoni 2087 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fejn ġew adottati sanzjonijiet aktar iebsa kontra l-Korea ta' Fuq; jistieden lil Pjongjang sabiex jiġu segwiti r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li jitolbu l-waqfien tal-programmi tagħha dwar l-armi nukleari u l-missili ballistiċi; iħeġġeġ liż-żewġ naħat iżommu l-kalma u jipprovaw jilħqu l-paċi b’mezzi diplomatiċi; iħeġġeġ lill-UE, lill-Istati Uniti u lill-Korea t'Isfel biex iżommu djalogu mill-qrib maċ-Ċina sabiex jitrażżan ir-reġim ta' Pjongjang;

45.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Uniti jagħmlu sforz ikkoordinat sabiex jimpenjaw lit-tmexxija Ċiniża l-ġdida biex tindirizza b’mod iktar attiv il-kunflitti u l-kwistjonijiet tal-aġenda globali; jilqa' l-fatt li l-UE u ċ-Ċina qablu li jorganizzaw djalogu regolari dwar il-politika għad-difiża u s-sigurtà, kif ukoll li jżommu kuntatti regolari bejn ir-rappreżentanti speċjali u l-mibgħuta speċjali; ifakkar fl-importanza li jinżamm djologu miftuħ maċ-Ċina dwar il-governanza tajba u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem;

o

o o

46.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-Gvern tal-Istati Uniti u lill-Kungress tal-Istati Uniti.


(1)  ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 226.

(2)  ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 198.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2011)0510.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2012)0388.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2013)0227.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2012)0334.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2012)0455.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2012)0457.

(9)  Testi adottati, P7_TA(2012)0235.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/127


P7_TA(2013)0281

Rikostruzzjoni u demokratizzazzjoni ta' Mali

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rikostruzzjoni u d-demokratizzazzjoni tal-Mali (2013/2587(RSP))

(2016/C 065/17)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-20 ta' April 2012 dwar is-sitwazzjoni f'Mali (1) u tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tas-sigurtà fir-reġjun tas-Saħel (2),

wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u l-Iżvilupp fis-Saħel, adottata f'Marzu 2011,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 2056 (2012) u 2071 (2012) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) dwar is-sitwazzjoni fil-Mali,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2085 (2012) tal-KSNU li tawtorizza l-iskjerament ta' Missjoni Internazzjonali ta' Appoġġ għal Mali taħt tmexxija Afrikana (Afisma),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet magħmulin mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà tat-22 ta' Marzu, tas-26 ta' Marzu, tas-7 ta' April, tal-21 ta' Diċembru u tat-23 ta' Diċembru 2012, kif ukoll tal-11 ta' Jannar, tas-7 ta' Marzu u tas-7 ta’ Ġunju 2013, dwar is-sitwazzjoni fil-Mali,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-UE dwar is-Saħel tat-23 ta' Marzu 2012 li approvaw il-Kunċett ta' Maniġġar ta' Kriżi għal missjoni ta' PSDK ċivili ta' Konsultazzjoni, Għajnuna u Taħriġ fis-Saħel,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-UE dwar il-Mali tal-31 ta' Jannar, tat-18 ta' Frar, tat-23 ta’ April u tas-27 ta’ Mejju 2013;

wara li kkunsidra l-ittra tal-25 ta’ Marzu 2013 mill-awtoritajiet tranżitorji f’Mali lis-Segretarju Ġenerali tan-NU li titlob l-iskjerament ta' operazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti li tistabbilizza u tirrestawra l-awtorità u s-sovranità tal-Istat ta’ Mali fit-territorju nazzjonali tiegħu,

wara li kkunsidra l-ittra tas-26 ta’ Marzu 2013 mill-President tal-Kummissjoni ECOWAS lis-Segretarju Ġenerali tan-NU li fiha jitlob għat-trasformazzjoni tal-Afisma f’missjoni ta’ stabbilizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni Nru 2100 (2013) tan-NU adottata mill-Kunsill tas-Sigurtà fis-6952 laqgħa tiegħu fil-25 ta’ April 2013 li toħloq forza taż-żamma tal-paċi,

wara li kkunsidra l-pjan direzzjonali Maljan għat-tranżizzjoni li kien ġie approvat unanimament mill-Assemblea Nazzjonali tal-pajjiż nhar id-29 ta' Jannar 2013,

wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza,

wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet Afrikani u internazzjonali tal-jeddijiet tal-bniedem iffirmati mill-Mali,

wara li kkunsidra l-Mistoqsijiet bil-Miktub O-000040 – B7-0205/2013 u O-000041 – B7-0206/2013 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, rispettivament, dwar ir-rikostruzzjoni u d-demokratizzazzjoni tal-Mali,

wara li kkunsidra l-konferenza tad-donaturi għall-iżvilupp “Flimkien għal Mali Ġdid” li saret fi Brussell fil-15 ta’ Mejju 2013,

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-effetti tal-kolp ta' stat militari fil-Mali, f'Marzu tal-2012, l-okkupazzjoni tal-parti tat-Tramuntana tal-pajjiż mill-gruppi ġiħadisti ribelli u armati, u tal-kunflitt armat sussegwenti fil-parti tat-Tramuntana tal-pajjiż, qed jinħassu ferm lilhinn mill-Mali mir-reġjun tas-Saħel, filwaqt li r-riperkussjonijiet jinħassu bnadi oħrajn ukoll fl-Afrika u fl-Ewropa;

B.

billi l-Mali jinsab fost l-ifqar għaxar pajjiżi tad-dinja u jokkupa l-182 post fost il-187 pajjiż elenkati fl-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tal-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2013; billi wkoll qabel il-kriżi ta' bħalissa l-Mali bata minn differenzi soċjoekonomiċi bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar, kif ukoll minn istituzzjonijiet demokratiċi dgħajfin, governanza mhux f'sikkitha, korruzzjoni u kriminalità organizzata;

C.

billi l-Kaptan Amadou Haya Sanogo, li nħatar kap tal-Kumitat Militari għar-Riforma tal-Forzi Armati u s-Sigurtà, għadu figura perikoluża li żamm ħiltu li jikkawża d-danni, mhux l-anqas fid-dawl tal-funzjonijiet il-ġodda tiegħu li jagħtuh kuntatt dirett mal-militar;

D.

billi ġie approvat pjan direzzjonali mill-awtoritajiet Maljani kwantu għat-tranżizzjoni u twaqqfet Kummissjoni għad-Djalogu u r-Rikonċiljazzjoni; billi l-UE, flimkien mal-awtoritajiet tranżitorji Maljani u organizzjonijiet reġjonali u internazzjonali oħrajn, ġa bdew jaħdmu fuq l-implementazzjoni tal-pjan direzzjonali ħalli tinġieb il-paċi dejjiema;

E.

billi d-djalogu u r-rikonċiljazzjoni politiċi bejn il-gruppi etniċi – għaż-żamma tal-paċi u għall-ħolqien tal-volontà fost il-gruppi etniċi differenti tal-pajjiż li jgħixu lkoll flimkien – jirrappreżentaw sfida fir-rikostruzzjoni tal-Mali; billi s-sitwazzjoni f’Kidal, li għadu kkontrollat mit-Tuareg mill-Moviment Nazzjonali għal-Liberazzjoni ta’ Ażawad (MNLA), tista’ tassew tippreġudika dan il-proċess ta’ rikonċiljazzjoni; billi dawk il-gruppi biss li jirrispettaw il-Kostituzzjoni tal-Mali u l-integrità tat-territorju tal-pajjiż se jitħallew jieħdu sehem fil-Kummissjoni għad-Djalogu u r-Rikonċiljazzjoni;

F.

billi f'konferenza tad-donaturi f'Addis Ababa organizzata mill-Unjoni Afrikana (UA) nhar id-29 ta' Jannar 2013, sar impenn favur total ta' EUR 337,2 miljun mid-donatur għar-riżoluzzjoni tal-kriżi tal-Mali, minn liema somma l-UE tat EUR 50 miljun lill-Afisma u, skont l-Istrument għall-Istabbiltà, EUR 20 miljun għall-għoti ta' appoġġ immedjat lis-servizzi taż-żamma tal-ordni u tal-ġustizzja, lill-awtoritajiet lokali, lill-isforzi tad-djalogu u r-rikonċiljazzjoni tal-Mali u lill-ewwel fażijiet tal-proċess ta' tħejjija għall-elezzjonijiet li ġejjin;

G.

billi l-Kummissjoni ħabbret li se terġa' tibda ftit ftit tagħti l-għajnuna għall-iżvilupp, fl-ammont ta' EUR 250 miljun, b'appoġġ għal oqsma bħalma huma: ir-rikonċiljazzjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitti; il-proċess elettorali; l-għoti ta' servizzi bażilari, inklużi s-saħħa u l-aċċess għall-ilma u s-sanità; it-tisħiħ tas-sigurtà tal-ikel; u r-rilanċ tal-ekonomija;

H.

billi ħafna organizzazzjonijiet internazzjonali u organizzazzjonijiet mhux governattivi jaħdmu fil-Mali biex jagħtu servizzi bażilari lill-komunitajiet lokali, inklużi l-assistenza alimentari, l-aċċess għall-ilma u l-kura medika;

I.

billi l-komunità internazzjonali u l-Mali qablu dwar il-fatt li l-Pjan għall-Irkupru Sostenibbli ta' Mali 2013-2014 (PRED) jikkostitwixxi bażi soda għal impenji reċiproċi; li l-implimentazzjoni tal-PRED teħtieġ monitoraġġ u valutazzjoni tal-programmi ppjanati u l-infiq; u li l-appoġġ tad-donaturi għall-PRED jiddependi fuq li l-Mali jonora l-impenji tiegħu, u b’mod partikolari l-implimentazzjoni tar-riformi meħtieġa fir-rigward tal-governanza demokratika;

J.

billi l-operazzjoni militari Franċiża 'Serval', imnedija b'support għall-armata Maljana nhar il-11 ta' Jannar 2013 bħala respons għall-offensiva mill-gruppi radikali Islamisti, irnexxielha tirbaħ lura l-ibliet u l-oqsma tan-naħa ta' fuq li kienu nqabdu mir-ribelli, u billi, skont il-Gvern Franċiż, it-tropop Franċiżi bdew jirtiraw ftit ftit mill-Mali f'April 2013;

K.

billi l-Missjoni ta' Sostenn Internazzjonali fil-Mali mmexxija mill-Afrikani u approvata min-NU (Afisma) ġa għandha 6 500 truppa fil-pajjiż; billi s-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon wiegħed li se tintbagħat forza tan-NU għaż-żamma tal-paċi fil-Mali ħalli tistabbilizza l-pajjiż;

L.

billi fil-25 ta' April 2013, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta, taħt il-kapitolu VII tal-Karta, ir-Riżoluzzjoni 2100 (2013) li tistabbilixxi l-Missjoni ta’ Stabilizzazzjoni Integrata tan-Nazzjonijiet Uniti f’Mali (Minusma) b’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tas-Segretarju Ġenerali tan-NU; billi l-forza ta’ 12 600 persuna ta’ Minusma se tieħu f’idejha l-kompiti tal-Afisma fl-1 ta' Lulju 2013, filwaqt li t-truppi Franċiżi huma awtorizzati, fuq talba tas-Segretaru Ġenerali tan-NU, jintervjenu billi jappoġġaw l-elementi tal-Minusma f’każ ta’ theddida imminenti u serja;

M.

billi waqt li s-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-Mali tat-Tramuntana tjiebet minn mindu intervenew il-Franċiżi, it-taqbida kontra l-gruppi Islamisti radikali xorta tissokta; billi hemm ħtieġa li jinżamm il-momentum kontra t-theddidiet terroristiċi iżolati f'xi żoni tat-Tramuntana, bħalma huma t-theddidiet reċenti għal Timbuktù u Gao, li ħtieġu forza stabbilizzanti u kapaċitajiet ta' respons b'ħeffa; billi l-estremisti armati kulma jmur qed jirrikorru aktar għal tattiċi asimmetriċi, bħalma huma l-assalti stil guerrilla, l-attakki suwiċida, il-karozzi bomba u l-użu ta' mini tal-art antipersunal; billi, għaldaqstant, iż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà fit-terminu medju u f'dak twil fihom sfidi eċċezzjonali;

N.

billi s-sitwazzjoni f’Mali tikkostitwixxi theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali u teħtieġ respons li jmur lilhinn mill-indirizzar tat-theddidiet għas-sigurtà, inkluż impenn fit-tul min-naħa tal-komunità internazzjonali u azzjoni deċiżiva ħalli jiġu ttrattati l-isfidi politiċi, ta' governanza, ta' żvilupp u umanitarji li fanndu għeruqhom fil-fond;

O.

billi matul iż-żewġ deċennji li għaddew l-elezzjonijiet f’Mali saru fuq bażi regolari, u billi qabel il-kolp ta’ stat il-pajjiż kien meqjus bħala storja ta’ suċċess għad-demokrazija fl-Afrika, minkejja l-fatt li l-ekonomija tal-pajjiż qatt ma għamlet biżżejjed progress biex tipprovdi futur aħjar għaż-żgħażagħ (li ħafna minnhom minflok kienu sfurzati jemigraw) jew biex ittejjeb l-għajxien tal-popolazzjoni inġenerali;

P.

billi r-rilanċ tal-iżvilupp ekonomiku tal-Mali jirrikjedi għajnuna mmirata li jkollha l-attenzjoni tagħha fuq il-ħtiġiet veri tal-pajjiż;

Q.

billi l-kriżi f’Mali għandha diversi aspetti u hija kumplessa, u ma tistax titqies biss bħala konflitt etniku; billi s-soluzzjonijiet b’hekk iridu jkunu komprensivi u koerenti, u jinkludu politiki ekonomiċi, soċjali u ambjentali bl-għan li jtejbu l-istandard tal-għajxien tal-popolazzjoni, u biex jinkiseb dan huwa importanti li jiġu mifhuma l-iżbalji tal-passat bili jiġu analizzati l-fatturi interni u esterni tan-nuqqas fl-iżvilupp ekonomiku ta’ Mali;

R.

billi l-bidla antikostituzzjonali tal-gvern hi ostaklu ewlieni għall-paċi, is-sigurtà u l-iżvilupp; billi l-Artikolu 25 tal-Karta Afrikana – dwar id-demokrazija, l-elezzjonijiet u l-governanza – tippreskrivi li l-individwi misjubin ħatja ta' reat ma jitħallewx jieħdu sehem fl-elezzjonijiet li jsiru ħalli jinġieb lura l-ordni demokratiku jew li jokkupa xi kariga ta' responsabilità fl-istituzzjonijiet politiċi tal-Istat tagħhom;

S.

billi s-sitwazzjoni tal-jeddijiet tal-bniedem fil-Mali marret ħafna għall-agħar wara li bdiet ir-ribelljoni fit-Tramuntana tal-pajjiż u wara l-kolp militari tat-22 ta' Marzu 2012;

T.

billi hemm ħtiġiet umanitarji massiċċi fil-Mali, fejn sa miljun ruħ għadhom jiddependu mill-assistenza alimentari, inklużi 174 129 rifuġjat f'pajjiżi ġirien u 300 783 ruħ spostati internament; billi hi meħtieġa strateġija integrata ta' ritorn għal meta l-kondizzjonijiet fit-Tramuntana jkunu jippermettu ritorn sikur, volontarju u dinjituż;

U.

billi 750 000 ruħ jeħtieġu assistenza alimentari immedjata u 666 000 tifel u tifla jinsabu fir-riskju ta' malnutrizzjoni, inklużi 210 000 li jinsabu fir-riskju ta' malnutrizzjoni gravi; billi l-aċċess għas-servizzi soċjali bażilari għadu limitat, l-aktar fit-Tramuntana;

V.

billi kien ġie adottat Pjan ta' Azzjoni għar-Riabilitazzjoni tal-Wirt Kulturali u għall-Ħarsien tal-Manuskritti Antiki fil-Mali waqt laqgħa ta' esperti internazzjonali organizzata mill-UNESCO fi Frar 2013;

W.

billi r-rispett lejn il-jeddijiet tal-bniedem hu ta' importanza kbira għall-Unjoni Ewropea; billi l-popolazzjoni fil-Mali tat-Tramuntana tgħix f'atmosfera ta' biża', u d-drittijiet tal-bniedem tagħhom huma sistematikament ivvjolati mill-gruppi Islamisti radikali;

X.

billi fil-15 ta’ Mejju 2013 saret konferenza ta’ livell għoli ta’ donaturi fi Brussell, “Flimkien għal Mali Ġdid”, fejn iltaqgħu delegazzjonijiet minn 108 pajjiżi, inklużi 13-il kap ta' stat u tal-gvern, għadd kbir ta' ministri tal-affarijiet barranin u rappreżentanti superjuri ta’ istituzzjonijiet reġjonali u internazzjonali, flimkien ma’ rappreżentanti ta’ awtoritajiet lokali u tas-soċjetà ċivili; billi d-donaturi impenjaw ruħhom li jagħtu EUR 3,25 biljun bħala donazzjoni lill-Mali fis-sentejn li ġejjin, u l-UE tinsab minn ta’ quddiem bil-wegħda tagħha ta’ EUR 520 miljun;

Y.

billi l-UE kollettivament se talloka EUR 1,35 biljun biex tappoġġa l-Pjan għall-Irkupru Sostenibbli ta’ Mali (PRED), li minnhom il-Kummissjoni se tikkontribwixxi EUR 523,9 miljun, inklużi EUR 12-il miljun f’għajnuna umanitarja għall-aktar ħtiġijiet urġenti;

Z.

billi s-sitwazzjoni f’Kidal għadha inċerta u qed thedded li tfixkel l-elezzjonijiet presidenzjali li jmiss, minkejja l-isforzi ta’ medjazzjoni mill-Burkina Faso;

1.

Jissottolinja l-impenn tiegħu favur is-sovranità, l-unità u l-integrità territorjali tal-Mali; jilqa' pożittivament l-intervent Franċiż b'appoġġ għal dawn il-prinċipji bħala l-ewwel pass lejn ir-rikostruzzjoni u d-demokratizzazzjoni tal-Mali; jitlob li jkun hemm involviment f'saħħtu mill-UE f'dan il-proċess;

2.

Jappoġġa proċess politiku mmexxi mill-Mali li jkun jippermetti lill-pajjiż jikseb stabilità politika fit-tul u prosperità ekonomika; jissottolinja l-importanza ta' djalogu nazzjonali inklużiv, u tal-proċess rikonċiljatorju, fl-isforz li tinstab soluzzjoni politika ġenwina u demokratika għall-kriżi rikorrenti tal-pajjiż; jilqa' b'sodisfazzjon, f'dan il-kuntest, it-twaqqif fis-6 ta’ Marzu 2013 ta' Kummissjoni Nazzjonali għad-Djalogu u r-Rikonċiljazzjoni, u jfisser it-tama li din tkun malajr qed taħdem; jilqa' favorevolment il-ħatra ta' mara u ta' Twareg bħala viċi presidenti ta' din il-Kummissjoni bħala sinjal ta' impenn favur l-inklużività u l-pluralità fil-proċess politiku;

3.

Huwa tassew imħasseb dwar is-sitwazzjoni f’Kidal, fejn it-Tuareg mill-MNLA għadhom qed jirrifjutaw li jċedu l-kontroll lill-armata Maljana u għalhekk qed jostakolaw serjament il-proċess ta’ rikostruzzjoni; jistieden lill-gvern u lill-MNLA jidħlu f'taħdit preliminari dwar il-parteċipazzjoni tal-MNLA fil-Kummissjoni għad-Djalogu u r-Rikonċiljazzjoni Nazzjonali;

4.

Iħeġġeġ l-implementazzjoni malajr tal-pjan direzzjonali, ħalli tinżamm għaddejja t-tranżizzjoni sa mal-ordinament kostituzzjonali u l-istat tad-dritt ma jerġgħu jiġu stabbiliti mill-ġdid fil-pajjiż permezz tal-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet demokratiċi, ħielsa, ġusti u trasparenti fl-2013; jilqa' l-impenn min-naħa tal-awtoritajiet Maljani li jorganizzaw l-elezzjonijiet fit-28 ta’ Lulju u fil-11 ta’ Awwissu 2013, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet mill-mexxejja tal-gvern tranżitorju li ma jersaqx għall-elezzjoni; jagħraf l-isfidi li tippreżenta l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet, inklużi l-kompiti bħalma huma l-iżgurar tas-sigurtà fiz-zoni tat-Tramuntana, il-ħruġ ta' skedi tal-vot bijometriċi u r-reġistrazzjoni tar-rifuġjati fir-reġistri elettorali, u jitlob lill-UE u lis-sħab internazzjonali tagħha jżidu l-appoġġ tagħhom għall-proċess elettorali li daqt ġej; jilqa', f'dan is-sens, l-intenzjoni li tintbagħat missjoni ta' osservazzjoni elettorali fl-UE, bħalma talab il-gvern Maljan;

5.

Jirriafferma li l-elezzjonijiet presidenzjali u leġiżlattivi huma perċepiti bħala l-ewwel pass lejn ir-ritorn għad-demokrazija, u li l-elezzjonijiet huma element essenzjali fl-iżgurar tal-kredibilità u tal-leġittimità tal-gvernijiet futuri;

6.

Jilqa’ l-isforzi ta’ medjazzjoni mill-President ta’ Burkina Faso fin-negozjati li għaddejjin f’Ouagadougon bejn il-gvern Maljan u r-ribelli tat-Tuareg; jitlob li n-negozjati jiġu konklużi malajr, u jtenni d-determinazzjoni tiegħu li jappoġġa l-istabbiliment mill-ġdid tal-amministrazzjoni tal-Istat fit-territorju kollu ta' Mali u l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet li jmiss, inkluż fir-Reġjun ta' Kidal u fil-kampijiet tar-rifuġjati;

7.

Jinsisti li kull soluzzjoni politika għar-rikostruzzjoni tal-Mali jeħtieġ li magħha jkollha strateġija ċara u sostenibbli ta' żvilupp ekonomiku li tindirizza l-problema tal-qgħad ħalli jitjieb l-għajxien tal-popolazzjoni, u jisħaq li l-għoti tas-servizzi bażilari bħalma huma s-saħħa, l-edukazzjoni, l-ilma u s-sanità jeħtieġ li jerġa' jinbeda billi huma essenzjali għall-istabilità tal-pajjiż; jemmen li r-riformi istituzzjonali huma neċessarji għalbiex tkun żgurata l-istabilità politika u ħalli l-komunità Maljana tkun tista' kollha kemm hi tkun imdaħħla fil-bini tal-futur tal-pajjiż; jemmen ukoll fil-ħtieġa li jissaħħu l-proċessi demokratiċi u r-responsabilità politika fil-pajjiż jekk għandhom jinkisbu riżultati aħjar ta' żvilupp;

8.

Jilqa’ l-pjan ta’ rkupru sostenibbli għall-2013-2014 li jifforma parti mill-pjan direzzjonali għat-tranżizzjoni tad-29 ta’ Jannar 2013 u jilqa’ wkoll il-Qafas Strateġiku għat-Tkabbir u t-Tnaqqis tal-Faqar 2012-2017 ta’ Diċembru 2011 (CSCRP 2012-2017);

9.

Huwa konvint li s-suċċess tal-Pjan għall-Irkupru Sostenibbli ta' Mali jeħtieġ li jitqiesu d-dimensjoni reġjonali u dik subreġjonali, b’mod partikolari permezz tal-konsolidazzjoni ta' governanza tajba u integrazzjoni ekonomika ikbar, żvilupp ta' infrastruttura ekonomika, żvilupp ta’ riżorsi umani fil-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni, kif ukoll l-istabbiliment ta’ sħubija għall-mobilizzazzjoni ta’ riżorsi u l-monitoraġġ tal-evalwazzjoni;

10.

Jistieden lill-gvern Maljan jaħdem flimkien mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-NGOs rilevanti ħalli jagħtu lill-poplu tal-Mali support adegwat u koordinat;

11.

Huwa tal-fehma li r-rispons għall-isfidi tal-iżvilupp tal-Mali jeħtieġ kemm finanzjament adegwat kemm koordinament imtejjeb, kemm fil-livell ta' UE kemm mad-donaturi internazzjonali l-oħrajn; jappoġġa b'saħħa approċċ magħmul apposta li jkollu attenzjoni fuq il-ħtiġiet tal-pajjiż u li jkun jirrifletti l-progress magħmul favur l-implementazzjoni tal-pjan direzzjonali u l-miġja lura tal-istat tad-dritt;

12.

Jistieden lill-UE u lis-sħab internazzjonali tagħha jgħinu lill-gvernijiet tal-Afrika tal-Punent fit-taqbida tagħhom kontra t-traffikar tad-drogi u l-proliferazzjoni tal-armi; jistieden lill-pajjiżi fir-reġjun iqiegħdu fiċ-ċentru tal-politika tagħhom tal-iżvilupp strateġija ekwilibrata u sostenibbli tal-iżvilupp, jagħtu servizzi pubbliċi bażilari lill-popolazzjoni inġenerali u joħolqu l-opportunitajiet ta' impjieg, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ;

13.

Jistieden lill-UE, lin-NU u lill-istati individwali jagħtu appoġġ loġistiku u tekniku li jgħin lill-Maljani fit-taqbida tagħhom kontra t-traffikar tad-droga u l-proliferazzjoni tal-armi; jistieden lill-pajjiżi kollha fir-reġjun tas-Saħel jikkoordinaw il-politiki rispettivi tagħhom ta' sigurtà ħalli jifformulaw rispons f'saħħtu għat-traffikar;

14.

Jissottolinja li s-sigurtà u l-iżvilupp fis-Saħel isaħħu lil xulxin; jilqa' l-intervent inizjali ta' Franza, imsaħħaħ mill-Afisma, (u b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013, il-Minusma), ħalli titwaqqaf id-destabilizzazzjoni ulterjuri u jiġu kkumbattuti l-forzi estremisti; jissottolinja r-rwol komplementari importanti tal-Missjoni ta' Taħriġ tal-UE (EUTM Mali) fil-għoti ta' assistenza deċiżiva fil-bini ta' kapaċità fit-tul fl-armata Maljana; ifakkar li l-istabilità fit-tul, is-sigurtà u l-integrità territorjali tal-pajjiż ma jeħtiġux biss li l-estremisti vjolenti u radikali – u t-traffikanti tal-armi, drogi u bnedmin – jintgħelbu imma li jiġu promossi alternattivi għall-attivitajiet illegali tan-nies li sfaw imfaqqrin u taż-żgħażagħ qiegħda;

15.

Jissottolinja l-ħtieġa li tinstab soluzzjoni reġjonali, li tkun tfannad għeruqha fi ftehim reġjonali sostnut minn konferenza tal-pajjiżi tas-subreġjun, b'mod partikolari l-Alġerija u l-Mawritarnja;

16.

Jistieden li jkun hemm riforma tal-forzi armati Maljani, u tas-servizzi usa' tas-sigurtà, li għandhom ikunu intensifikati taħt il-kontroll demokratiku u ċivili ħalli tkun żgurata l-istabilità u tinbena l-fiduċja fir-rwol tas-settur tas-sigurtà fil-kontribut għall-paċi u d-demokrazija dejjimin fil-pajjiż;

17.

Jistieden lill-gvern Maljan jagħti attenzjoni partikolari lill-promozzjoni tal-jeddijiet tal-bniedem fit-territorju kollu tal-Mali, u jmexxi l-prosekuzzjoni kontra dawk kollha li jkunu wettqu ksur serju tal-jeddijiet tal-bniedem, irrispettivament minn jekk ikunux parti minn gruppi Islamisti radikali jew mill-armata tal-Mali;

18.

Ifaħħar l-isforzi tal-pajjiżi Afrikani li kkontribwew għall-Afisma u jilqa’ l-ingaġġ tagħha għal Mali; jilqa’ bl-istess mod, l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti Nru 2100 (2013) li tistabbilixxi l-Missjoni ta' Stabbilizzazzjoni Integrata Multidimensjonali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Mali (Minusma), operazzjoni b’mandat qawwi li tistabbilizza l-pajjiż, tappoġġa l-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali għat-tranżizzjoni, il-protezzjoni ċivili, il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll l-appoġġ għall-għajnuna umanitarja, il-preservazzjoni kulturali kif ukoll il-ġustizzja nazzjonali u internazzjonali; jesprimi t-tama tiegħu li l-Minusma dalwaqt issir totalment operattiva u li s-sitwazzjoni tas-sigurtà tkun tali li l-missjoni tibda fl-1 ta’ Lulju 2013

19.

Jilqa' t-tnedija tal-EUTM Mali nhar it-18 ta' Frar 2013 u tal-mandat tagħha li tappoġġja r-riforma tal-forzi armati Maljani taħt kontroll demokratiku ċivili; ifakkar fil-ħtieġa urġenti li jingħata appoġġ lill-gvern Maljan hu u jiżgura li jista' jżomm l-integrità territorjali tiegħu fit-terminu t-twil, li jkun jinkludi l-mezzi għalbiex ikunu indirizzati t-theddidiet asimmetriċi rappreżentati mill-gruppi Islamisti radikali u minn dawk li jittraffikaw il-bnedmin, il-beni u l-armi; huwa tal-fehma li l-UE għandha tikkunsidra li tinkludi fil-programmi ta' taħriġ tal-forzi armati Maljani moduli dwar il-prattiki tajbin, il-jeddijiet tal-bniedem u dwar it-taqbida kontra l-korruzzjoni;

20.

Jinnota li l-ħidma komplementari tal-EUCAP Sahel Niger fil-għoti ta' taħriġ għat-tisħiħ tas-settur tas-sigurtà fil-pajjiżi ġirien u fil-koordinament mal-EUTM Mali permezz ta' uffiċjali ta' kollegament f'Bamako; jistieden lill-VP/RGħ tressaq l-opzjonijiet għall-għoti ta' appoġġ bħal dan għar-riforma tas-settur usa' tas-sigurtà fil-Mali (inklużi l-pulizija, il-gwardja nazzjonali, il-ġendarmerija u s-settur tal-ġustizzja), inter alia permezz tal-valutazzjoni dwar jekk dan jistax isir billi jitwessa' l-mandat tal-EUTM Mali jew tal-EUCAP Sahel Niger, jew permezz tal-ħolqien ta' Missjoni ġdida fl-ambitu tal-PSDK dedikata lir-riforma usa' tas-settur tas-sigurtà miċ-ċivili;

21.

Jikkundanna l-ksur tal-jeddijiet tal-bniedem u jitlob li dawk ħatja jinżammu responsabbli; jilqa' d-deċiżjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) li tiftaħ inkjesta, u jitlob lill-awtoritajiet Maljani jikkooperaw mal-QKI; jilqa' l-fatt li ntbagħtu l-ewwel osservaturi tal-jeddijiet tal-bniedem f’Mali, skont id-deċiżjonijiet li ħadu l-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana u l-ECOWAS; jissottolinja li r-rikostruzzjoni politika u l-kredibilità tagħha wkoll jiddependu mit-twaqqif ta' mekkaniżmi tranżitorji ta' ġustizzja;

22.

Jistieden li jissokta l-għoti tal-assistenza umanitarja lill-popolazzjoni li jeħtiġuha, u li jkun hemm miżuri li jiżguraw ir-ritorn liberu u volontarju tar-rifuġjati; jissottolinja l-ħtieġa li tinżamm distinzjoni ċara bejn l-aġenda umanitarja u dik politika/ta' sigurtà ħalli tkun żgurata l-imparzjalità fl-azzjoni umanitarja, is-sigurtà tal-ħaddiema umanitarji u l-aċċess għas-sostenn għal dawk fil-bżonn;

23.

Jistieden lill-forzi kollha tas-sigurtà fil-Mali li jżommu s-sigurtà fil-pajjiż ħalli jippermettu li l-assistenza umanitarja tilħaq lill-popolazzjoni kollha;

24.

Itenni l-kundanna tiegħu għas-sakkeġġ u d-distruzzjoni tas-siti ta' wirt kulturali; jilqa' l-miżuri reċenti li ħadet l-UNESCO għalbiex tirriabilita l-wirt kulturali tal-Mali;

25.

Huwa ta' fehma li l-UE għandha, fid-dawl tal-kriżi Maljana, tagħmel l-aġġustamenti neċessarji għall-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà u l-Iżvilupp fis-Saħel; jissottolinja l-ħtieġa għal integrazzjoni aħjar bejn il-pilastri tal-iżvilupp u tas-sigurtà tal-istrateġija, u għal koordinament aħjar tal-istrumenti tagħha tal-politiki; jissottolinja l-ħtieġa tat-titjib tas-sistema ta' allerta bikrija tal-UE ħalli tkun tista' twettaq id-dimensjoni preventiva tal-istrateġija;

26.

Jilqa’ r-riżultat pożittiv u l-konklużjonijiet tal-konferenza ta' livell għoli ta’ donaturi'. Flimkien għal Mali Ġdid' organizzata mill-UE u Franza flimkien mal-Mali u li saret fi Brussell nhar il-15 ta’ Mejju 2013 b’appoġġ għall-Pjan għall-Irkupru Sostenibbli ta' Mali; Jistieden lill-UE u lis-sħab internazzjonali tagħha biex jimplimentaw l-impenji reċiproċi tagħhom bħala parti minn segwitu effettiv u koordinat għall-konferenza; jenfasizza f’dan il-kuntest, l-importanza li tinbeda riforma globali ta’ governanza f'Mali, li tkun stabbilita politika ta’ deċentralizzazzjoni ġdida kif ukoll li jinħolqu kundizzjonijiet għal żvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli f'Mali;

27.

Jissottolinja l-ħtieġa għal kooperazzjoni reġjonali isħaħ, u hu tal-fehma li l-UE għandha tuża l-influwenza politika tagħha u s-setgħa finanzjarja perswassiva li għandha ħalli tinkoraġġixxi lil sħabha fir-reġjun jarmonizzaw l-inizjattivi politiċi, diplomatiċi u militari tagħhom li ta' sikwit ikunu frammentati ħalli jindirizzaw aktar effikaċement l-isfidi b'bosta aspetti li s-Saħel ikollu jiffaċċja;

28.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tal-Mali, l-Unjoni Afrikana, lill-Ecowas, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti kif ukoll lill-Organizzazzjoni Edukattiva, Xjentifika u Kulturali tan-Nazzjonijiet Uniti.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2012)0141.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2012)0263.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/133


P7_TA(2013)0282

Ftehim ta' sħubija u kooperazzjoni mal-Afganistan

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar in-negozjati għal ftehim ta’ kooperazzjoni bejn l-UE u l-Afganistan dwar sħubija u żvilupp (2013/2665(RSP))

(2016/C 065/18)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapporti u r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Afganistan, b’mod partikolari r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar strateġija ġdida għall-Afganistan (1), tal-15 ta’ Diċembru 2011 dwar il-kontroll baġitarju tal-għajnuna finanzjarja tal-UE lill-Afganistan (2) u tal-15 ta’ Diċembru 2011 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa fl-Afganistan u fil-Pakistan (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Afganistan, inkluża r-Riżoluzzjoni 2096 ta’ Marzu 2013,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Konferenzi Internazzjonali dwar l-Afganistan tal-2011 u l-2012, inklużi dawk li saru f’Bonn f’Diċembru 2011, f’Chicago f’Mejju 2012, f’Kabul f’Ġunju 2012 u f’Tokjo f’Lulju 2012,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni li nħarġet mid-Delegazzjoni tal-UE fl-Afganistan bi qbil mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-UE fl-Afganistan fid-19 ta’ Novembru 2012, dwar l-eżekuzzjoni ta’ persuni li kienu ngħataw sentenza ta’ mewt,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE tas-27 ta' Mejju 2013 li jestendu l-missjoni ta’ pulizija tal-UE fl-Afganistan (EUPOL) sal-31 ta' Diċembru 2014,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-UE ilha sa mill-2002 tappoġġa r-rikostruzzjoni u l-iżvilupp tal-Afganistan, u għadha impenjata favur tranżizzjoni paċifika fl-Afganistan, l-iżvilupp inklużiv u sostenibbli tiegħu u l-istabbiltà u s-sigurtà tar-reġjun kollu;

B.

billi l-għoti tal-għajnuna tal-UE mill-2011 sal-2013 kien iffukat fuq setturi ewlenin tal-governanza (inkluża l-pulizija), l-agrikoltura, l-iżvilupp rurali, is-saħħa u l-ħarsien soċjali;

C.

billi l-UE u l-Afganistan dalwaqt jikkonkludu negozjati rigward ftehim ta’ kooperazzjoni bejn l-UE u l-Afganistan dwar sħubija u żvilupp (CAPD), li l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Afganistan se jqegħidha fuq livell ġdid u komprensiv, u se jagħtiha qafas legali ġdid;

D.

billi l-Parlament talab pjan ta’ azzjoni ta’ ħames snin għall-eliminazzjoni tal-kultivazzjoni tax-xaħxieħa permezz ta’ żvilupp alternattiv fl-Afganistan;

E.

billi l-UE qed tappoġġa t-taħriġ tal-forzi tal-pulizija u l-bini tal-kapaċità fl-Afganistan, u billi l-missjoni tal-EUPOL ilha mill-2007 tappoġġa forza tal-pulizija sostenibbli u effikaċi li se tgħin fl-istabbiliment ta’ sistema ta’ ġustizzja kriminali taħt sjieda Afgana;

F.

billi, skont l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità, l-għadd ta’ ċittadini Afgani li huma dipendenti fuq id-drogi għadu qed jiżdied, b’impatt soċjali qawwi fuq il-popolazzjoni;

G.

billi, minkejja r-rwol attiv tal-UE fis-sostenn ta’ miżuri kontra n-narkotiċi, ir-riżultati huma limitati ħafna;

H.

billi n-nuqqas ta’ koordinament bejn id-donaturi għall-Afganistan u l-Gvern Afgan qed idgħajjef l-effikaċja tal-kontribuzzjonijiet tal-UE lill-Afganistan;

I.

billi, minn meta daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona, il-Parlament Ewropew qed jiżvolgi rwol ewlieni fl-għoti tal-approvazzjoni meħtieġa għall-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ġodda;

1.

Itenni l-appoġġ kontinwu tiegħu għall-ħolqien ta’ stat Afgan b’istituzzjonijiet demokratiċi aktar b’saħħithom, li jkunu kapaċi jiżguraw is-sovranità nazzjonali, l-unità statali, l-integrità territorjali u l-prosperità għall-poplu tal-Afganistan; itenni li l-futur paċifiku tal-Afganistan jiddependi fuq il-bini ta’ stat stabbli, sigur, u ekonomikament sostenibbli li jkun ħieles mit-terroriżmu u min-narkotiċi u li jkun ibbażat fuq l-istat tad-dritt, istituzzjonijiet demokratiċi msaħħa, ir-rispett tas-separazzjoni tas-setgħat u parlament b’saħħtu, u l-garanzija tad-drittijiet fundamentali; japprezza, f’dan ir-rigward, il-kontribuzzjonijiet importanti li saru mill-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE u mill-missjoni tal-EUPOL fl-Afganistan, u jilqa’ l-estensjoni ta’ din tal-aħħar;

2.

Jilqa’ l-isforzi u l-progress li saru f’dan l-aħħar deċennju; itenni, madankollu, it-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni tas-sigurtà u dwar il-vjolenza li għadha għaddejja fl-Afganistan, li qed jirriżultaw f’theddid għall-popolazzjoni lokali, inklużi n-nisa, it-tfal, il-forzi tas-sigurtà nazzjonali u l-persunal militari u ċivili internazzjonali;

3.

Iħeġġeġ lill-Gvern Afgan jipprepara ruħu sabiex jieħu f’idejh ir-responsabbiltà sħiħa għas-sigurtà tiegħu wara li jirtiraw il-forzi internazzjonali; jitlob li l-UE u l-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jappoġġaw il-bini tal-kapaċità militari u ċivili tal-Gvern Afgan u tal-forzi tas-sigurtà nazzjonali tiegħu sabiex jissodaw l-istabbiltà u s-sigurtà bħala bażi essenzjali għall-iżvilupp soċjoekonomiku u jevitaw li jinħoloq vojt ladarba l-pajjiż jassumi r-responsabbiltà sħiħa għas-sigurtà tiegħu stess wara l-2014; jenfasizza r-riskju li l-irtirar tal-forzi internazzjonali fl-2014 jista’ joħloq vojt ekonomiku;

4.

Jappoġġa n-negozjati rigward ftehim ta’ kooperazzjoni dwar is-sħubija u l-iżvilupp u jenfasizza li dan għandu jwassal għal approċċ aktar strateġiku kif ukoll għas-sostenn tal-awtoritajiet tal-Afganistan waqt u wara l-irtirar tal-forzi internazzjonali;

5.

Jenfasizza l-importanza ta’ dan il-ftehim il-ġdid li jinkludi approċċ komprensiv u sostenibbli biex jindirizza l-isfidi ta’ sigurtà, ekonomija, governanza u żvilupp fl-Afganistan, li huma interkonnessi;

6.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Afganistan biex jikkommutaw is-sentenzi kollha tal-mewt u jerġgħu jintroduċu moratorju fuq l-eżekuzzjonijiet bl-għan li l-piena tal-mewt tiġi abolita b’mod permanenti;

7.

Jiddispjaċih minħabba n-nuqqas ta' momentum politiku għall-konklużjoni tan-negozjati tas-CAPD; jitlob, għalhekk, li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-Gvern tal-Afganistan jikkonkluduhom malajr;

8.

Jistieden lill-UE, fil-qafas tal-ftehim il-ġdid, biex tkompli bl-isforzi tagħha ħalli tappoġġa l-valuri demokratiċi, l-istat tad-dritt, sistema ta’ governanza affidabbli (inkluża l-ġlieda kontra l-korruzzjoni), ġudikatura indipendenti, id-drittijiet tal-bniedem u l-ħolqien ta’ soċjetà ċivili ġenwina;

9.

Jiddispjaċih li minkejja l-obbligu tas-SEAE li jinforma l-Parlament f’kull stadju tan-negozjati, il-Parlament ma ġiex infurmat kif kien xieraq; ifakkr fil-prerogattivi ġodda tiegħu fl-affarijiet barranin kif stipulati fit-Trattat ta’ Lisbona, u jitlob il-kooperazzjoni sħiħa tas-SEAE u l-Kunsill fi kwistjoni daqstant importanti;

10.

Jirrimarka dwar il-ħtieġa għal aktar żvilupp soċjoekonomiku u diversifikazzjoni ekonomika; jenfasizza, f’dan ir-rigward, il-potenzjal li tingħata spinta lit-tkabbir billi jiġu sfruttati r-riżorsi tal-enerġija u billi ssir enfasi aktar qawwija fuq l-industrija estrattiva; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa li l-industrija estrattiva topera b’mod trasparenti u li jiġu applikati l-istandards stabbiliti mill-Inizjattiva Internazzjonali dwar it-Trasparenza Estrattiva;

11.

Jinnota li, minkejja li sar xi progress fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet fundamentali matul dan l-aħħar deċennju, in-nisa fl-Afganistan għadhom l-aktar parti vulnerabbli tas-soċjetà u għadhom qed ikunu soġġetti għal theddid, intimidazzjoni u vjolenza u qed isofru minħabba liġijiet diskriminatorji; jenfasizza l-ħtieġa – minn perspettiva kemm legali, kif ukoll prattika – li n-nisa jiġu integrati bis-sħiħ fis-soċjetà u li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom, u li n-nisa jiksbu setgħa ta’ azzjoni reali; jikkundanna bil-qawwa l-fatt li ħafna nisa huma vittmi ta' theddid u vjolenza kontinwi u li fl-aħħar ftit snin nisa prominenti fil-ħajja pubblika Afgana nqatlu jew saru attentati fuq ħajjithom, filwaqt li dawk responsabbli għadhom ma tressqux quddiem il-qrati;

12.

Jenfasizza l-ħtieġa li jibqa' jkun hemm appoġġ għall-iżvilupp tal-infrastruttura f'ħafna setturi, inklużi skejjel, sptarijiet, it-trasport, il-grilji tal-enerġija, l-agrikoltura u l-emanċipazzjoni tan-nisa fl-Afganistan, b'konformità mal-għajnuna għall-iżvilupp mill-UE anki qabel l-intervent tal-2001;

13.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-inizjattiva tal-UE kontra n-narkotiċi s’issa ma kisbitx riżultati sodisfaċenti; jirrimarka li l-produzzjoni u t-traffikar tad-drogi jsostnu lil gruppi “ribelli” u jkebbsu l-korruzzjoni f’diversi livelli; jenfasizza li l-fokus prinċipali ta' azzjoni kontra n-narkotiċi għandu jkun fuq l-appoġġ għal alternattivi ta' dħul għall-bdiewa; jenfasizza, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa għal strateġija usa’ b’rabta mal-iżvilupp rurali sostenibbli u l-ġestjoni tal-ilma;

14.

Ifakkar li aktar minn 90 % tal-eroina fl-Ewropa toriġina fl-Afganistan u li l-ispiża li toħloq għas-saħħa pubblika fil-pajjiżi Ewropej tilħaq biljuni ta’ dollari; jinnota, madankollu, li l-produzzjoni tax-xaħxieħa hi kwistjoni soċjali, ekonomika u ta’ sigurtà kruċjali; jiddispjaċih dwar il-fatt li fl-2011, il-produzzjoni tax-xaħxieħa żdiedet b’61 % meta mqabbla mal-2010, u kienet tammonta għal 9 % tal-PDG tal-Afganistan għall-2011;

15.

Jinnota li bejn l-2009 u l-2011 l-Istati Uniti u l-komunità internazzjonali nefqu USD 1,1 biljun fuq miżuri kontra n-narkotiċi, mingħajr ma ħallew impatt sinifikanti fuq il-produzzjoni u t-traffikar; ifakkar li f’diversi okkażjonijiet il-Parlament talab l-istabbiliment ta' pjan ta’ ħames snin għall-eradikazzjoni tax-xaħxieħa bi skadenzi u b’parametri ta’ referenza speċifiċi, li għandu jiġi implimentat permezz ta' uffiċċju apposta bil-baġit u bil-persunal tiegħu u abbażi ta' kooperazzjoni bejn l-UE, l-Istati Uniti u l-Federazzjoni Russa, anke minħabba li din tal-aħħar hi l-vittma ewlenija tal-eroina Afgana u l-ikbar suq tax-xaħxieħa fid-dinja;

16.

Ifakkar li bejn l-2002 u tmiem l-2011 l-UE impenjat total ta’ madwar EUR 2,5 biljun f’għajnuna għall-Afganistan, fosthom EUR 493 miljun f’assistenza umanitarja; jiddispjaċih li minkejja l-għotjiet kbar ta’ għajnuna esterna, l-impatt kien limitat; jistieden lill-Qorti tal-Awdituri biex tħejji rapport speċjali dwar l-effikaċja tal-għajnuna tal-UE għall-Afganistan f’dan l-aħħar deċennju, simili għar-rapport dwar il-missjoni EULEX fil-Kosovo;

17.

Jesprimi l-akbar tħassib possibbli minħabba l-ineffiċjenza tal-appoġġ finanzjarju internazzjonali u tal-istrutturi governattivi Afgani, u dwar in-nuqqas ta' trasparenza u l-mekkaniżmi limitati għar-responsabilità tad-donaturi;

18.

Jiddeplora l-fatt li proporzjon sinifikanti ta’ għajnuna fi flus, Ewropea u internazzjonali tintilef tul il-katina tad-distribuzzjoni, u jiġbed l-attenzjoni fuq l-erba’ modi ewlenin ta’ kif dan iseħħ: ħela, spejjeż intermedjarji u ta’ sigurtà eċċessivi, kontijiet għoljin ħafna u korruzzjoni;

19.

Itenni li huwa kruċjali li l-assistenza tal-UE tiġi kkoordinata abbażi ta’ approċċ konġunt li jinvolvi l-Istati Membri u atturi internazzjonali fi strateġija komuni; jilqa’ l-kunsens strateġiku bejn il-Gvern tal-Afganistan u l-komunità internazzjonali dwar sħubija mġedda u dejjiema għad-deċennju li jmiss, kif imsemmi fil-konklużjonijiet tal-Konferenza ta’ Tokjo dwar l-Afganistan u fil-Qafas ta’ Tokjo dwar ir-Responsabbiltà Reċiproka;

20.

Jenfasizza l-importanza ta’ approċċ komprensiv u inklużiv, taħt tmexxija u sjieda Afgana, għar-rikonċiljazzjoni fl-Afganistan għal dawk kollha li jiċħdu l-vjolenza, jirrispettaw il-kostituzzjoni – inklużi d-dispożizzjonijiet tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari dawk relatati mad-drittijiet tan-nisa – u li lesti jissieħbu fil-bini ta' Afganistan paċifiku; jenfasizza li l-progress tal-paċi għandu jinvolvi l-oppożizzjoni politika, is-soċjetà ċivili inġenerali u n-nisa b’mod partikolari, u jkun inklużiv kemm jista’ jkun; jitlob li r-rwol tal-Kunsill Għoli għall-Paċi f’dan il-qasam jissaħħaħ u jiffoka aktar mill-qrib fuq il-proċess tal-paċi reali;

21.

Ifakkar fl-impenji li saru mill-Gvern tal-Afganistan fil-Konferenzi Internazzjonali dwar l-Afganistan f’Kabul u Tokju li jsaħħaħ u jtejjeb il-proċess elettorali tal-Afganistan, inkluż permezz ta’ riforma elettorali fit-tul, sabiex jiżgura li l-elezzjonijiet tal-ġejjieni jikkonformaw ma’ standards internazzjonali; jilqa’ t-tħabbir tad-data għall-elezzjonijiet tal-kunsill presidenzjali u provinċjali tal-2014, flimkien mat-tħejjijiet tal-Afganistan għal dawk l-elezzjonijiet; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi mmobilizzata l-parteċipazzjoni, li tista’ tiddependi fuq is-sitwazzjoni tas-sigurtà, speċjalment fil-provinċji tan-Nofsinhar u tal-Lvant; ifakkar lill-awtoritajiet tal-Afganistan dwar il-ħtieġa li osservaturi nazzjonali u internazzjonali jissorveljaw ir-reġistru elettorali u l-organizzazzjoni u l-monitoraġġ tal-proċess tal-votazzjoni fl-elezzjonijiet li jmiss; jitlob li l-UE tipprovdi appoġġ, fuq talba tal-awtoritajiet Afgani, għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet li jmiss;

22.

Jenfasizza l-ħtieġa għal kooperazzjoni reġjonali li għandha l-objettiv li tippromwovi l-istabbiltà u s-sigurtà fir-reġjun aktar wiesa'; jenfasizza l-ħtieġa għal kooperazzjoni msaħħa mar-Russja, il-Pakistan, il-pajjiżi tal-Asja Ċentrali, l-Indja u l-Iran bħala parti minn qafas reġjonali, sabiex jiġu indirizzati l-isfidi li jippreżentaw il-kwistjonijiet tas-sigurtà, it-traffikar transkonfinali tal-persuni u tal-merkanzija, u l-ġlieda kontra l-produzzjoni u t-traffikar illegali tad-drogi;

23.

Jitlob li s-SEAE jtejjeb il-kooperazzjoni tiegħu mal-Parlament b'rabta mal-għajnuna tal-UE lill-Afganistan, inkluż il-progress tan-negozjati; jistenna informazzjoni kompluta dwar it-termini tan-negozjoti u rappurtar regolari ladarba l-ftehim jiġi adottat;

24.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Afganistan, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa.


(1)  ĠU C 169 E, 15.6.2012, p. 108.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2011)0578.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2011)0591.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/136


P7_TA(2013)0283

L-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju – definizzjoni tal-qafas wara l-2015 (2012/2289(INI))

(2016/C 065/19)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta' Settembru 2000,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni bit-titolu “Keeping the promise: United to achieve the Millennium Development Goals”, adottata mill-Assemblea Ġenerali waqt il-Laqgħa Plenarja ta' Livell Għoli tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju fil-65 sessjoni tagħha fl-2010,

wara li kkunsidra r-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa organizzata f'Pekin f'Settembru 1995, id-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni adottati f'Pekin u d-dokumenti sussegwenti li rriżultaw adottati fis-Sessjonijiet Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Pekin + 5, Pekin + 10 u Pekin + 15 dwar aktar azzjonijiet u inizjattivi għall-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni u tal-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Pekin, adottati fid-9 ta' Ġunju 2000, fil-11 ta' Marzu 2005 u fit-2 ta' Marzu 2010 rispettivament, fejn l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jieħdu azzjoni għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fi tnax-il qasam differenti,

wara li kkunsidra l-Programm ta' Azzjoni ta' Istanbul għall-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati għad-Deċennju 2011-2020,

wara li kkunsidra l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD) li ttieħdet deċiżjoni dwarha fil-Kajr fl-1994, fejn ġie rikonoxxut li s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi huma fundamentali biex jinkiseb l-iżvilupp sostenibbli,

wara li kkunsidra l-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (UNDP) bit-titolu “Beyond the Midpoint: Achieving the Millennium Development Goals”, li ġie ppubblikat f'Jannar 2010,

wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-Iżvilupp tal-Bniedem 2010, tal-UNDP, bit-titolu “The Real Wealth of Nations: Pathways to Human Development”,

wara li kkunsidra r-Rapport tan-NU: “L-Ugwaljanza bejn is-Sessi: Tabella tal-Progress 2012”, li jevalwa t-titjib fir-rigward tal-aspetti relatati mal-ugwaljanza bejn is-sessi tat-tmien MDGs,

wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-Iżvilupp tal-Bniedem tal-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (UNDP) 2011,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni finali adottata fil-Konferenza tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Rio+20) li saret f'Rio de Janeiro, il-Brażil, mill-20 sat-22 ta' Ġunju 2012,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni ta' kull forma ta' diskriminazzjoni kontra n-nisa (CEDAW) adottata fl-1979 mill-Assemblea Ġenerali tan-NU, li tiddefinixxi dak li jikkostitwixxi diskriminazzjoni kontra n-nisa u tistabbilixxi aġenda għal azzjoni nazzjonali biex tali diskriminazzjoni tintemm,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-qafas ġuridiku tad-drittijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidra l-ħidma tas-System Task Team tan-NU dwar l-Aġenda għall-Iżvilupp tan-NU wara l-2015, immexxi b'mod konġunt mid-Dipartiment għall-Affarijiet Eknomiċi u Soċjali tan-NU (UN DESA) u l-UNDP, bl-appoġġ tal-aġenziji kollha tan-NU u b'konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti,

wara li kkunsidra r-Rapport ta' Ġunju 2012 tan-NU lis-Segretarju Ġenerali tan-NU bit-titolu “Realizing the future we want for all”,

wara li kkunsidra l-ħidma tal-Grupp ta' Livell Għoli ta' Persuni Eminenti tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar l-Aġenda għall-Iżvilupp wara l-2015 u l-eżitu tal-konferenza Rio+20,

wara li kkunsidra l-Kunsens ta' Monterrey adottat fil-Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp li saret f'Monterrey, fil-Messiku, bejn it-18 u t-22 ta' Marzu 2002,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni u l-pjan ta' azzjoni adottati fil-Forum ta' Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna għall-Iżvilupp li saret f'Busan f'Diċembru 2011,

wara li kkunsidra id-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna u l-Aġenda ta' Accra għall-Azzjoni,

wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp (1) u l-Kodiċi ta' Kondotta tal-UE dwar il-Komplementarjetà u t-Tqassim tax-Xogħol fil-Politika dwar l-Iżvilupp (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jafferma mill-ġdid li l-UE għandha tiżgura l-konsistenza bejn il-politiki u l-attivitajiet tagħha, b'kont meħud tal-objettivi kollha tagħha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 208 TFUE, li jistabblixxi li “l-Unjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-objettivi ta' koperazzjoni għall-iżvilupp fl-implimentazzjoni tal-politika li x'aktarx tolqot lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw”,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-12 ta' April 2005 bit-titolu “Il-Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp” (COM(2005)0134), u l-konklużjonijiet tal-Kunsill bit-titolu “Il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp”, it-3166 laqgħa tal-Kunsill “Affarijiet Barranin” tal-14 ta' Mejju 2012,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bit-titolu, “Qafas ta' politika tal-UE biex jgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jindirizzaw l-isfidi fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel” (COM(2010)0127),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-31 ta' Marzu 2010, bit-titolu “Għajnuna Umanitarja tal-Ikel” (COM(2010)0126),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2012 bit-titolu “L-approċċ tal-UE għar-reżiljenza: Nitgħallmu mill-kriżijiet tas-sigurtà tal-ikel”, (COM(2012)0586),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-12 ta' Marzu 2013 bit-titolu, “Intejbu n-Nutrizzjoni Materna u dik tat-Tfal fl-Assistenza Esterna Qafas Politiku tal-UE” (COM(2013)0141),

wara li kkunsidra r-Rapport Ewropew dwar l-Iżvilupp tad-19 ta' Settembru 2008 bit-titolu “L-Għanijiet ta' Żvilupp għall-Millennju – il-punt f'nofs triq: Fejn ninsabu u fejn sejrin?”,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-27 ta' Frar 2013 dwar 'Ħajja diċenti għal kulħadd: Neqirdu l-faqar u nagħtu lid-dinja futur sostenibbli' (COM(2013)0092),

wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument ta' Sħubija għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, (COM(2011)0843, SEC(2011)1475, SEC(2011)1476),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2011 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (COM(2011)0840),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 2011 bit-titolu “Baġit għall-Ewropa 2020” (COM(2011)0500) u d-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni tal-istess data bit-titolu “Baġit għall-Ewropa 2020: is-sistema ta' finanzjament attwali, sfidi li qed niffaċċjaw, riżultati tal-konsultazzjoni tal-partijiet interessati u d-diversi għażliet dwar l-elementi orizzontali u settorjali ewlenin” (SEC(2011)0868),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 2011 bit-titolu “Ewropa Globali: Approċċ Ġdid għall-iffinanzjar tal-azzjoni esterna tal-UE” (COM(2011)0865),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2011 bit-titolu “Preparazzjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali dwar il-finanzjament tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Pajjiżi u t-Territorji ekstra-Ewropej għall-perjodu mill-2014 sal-2020 (il-11-il Fond-Ewropew għall-Iżvilupp)” (COM(2011)0837),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Appoġġ tal-UE għal Bidla Sostenibbli f'Soċjetajiet fi Tranżizzjoni, it-3218-il laqgħa tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin tal-31 ta' Jannar 2013,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill bit-titolu “Inżidu l-impatt tal-Politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-Bidla”, it-3166 laqgħa tal-Kunsill “Affarijiet Barranin” tal-14 ta' Mejju 2012,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2012 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu “L-għeruq ta' demokrazija u żvilupp sostenibbli: il-kooperazzjoni tal-Ewropa mas-Soċjetà Ċivili fir-relazzjonijiet esterni” (COM(2012)0492),

wara li kkunsidra l-konsultazzjonijiet pubbliċi tal-Kummissjoni dwar it-tħejjija ta' pożizzjoni tal-UE “Lejn Qafas għall-Iżvilupp għal wara l-2015” (3), li saru mill-15 ta' Ġunju 2012 sal-15 ta' Settembru 2012 u kienu miftuħa għall-partijiet interessati, l-individwi, l-organizzazzjonijiet (governattivi/mhux governattivi, parlamentari, akkademiċi, tas-settur privat, eċċ.) u l-pajjiżi kollha,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-21 ta' April 2010 bit-titolu “Pjan ta' Azzjoni tal-UE fuq tnax-il punt b'sostenn għall-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju” (COM(2010)0159),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Ġunju 2010 dwar “Il-progress li sar sabiex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju: reviżjoni ta' nofs it-terminu bi preparazzjoni għal-laqgħa ta' livell għoli tan-NU f'Settembru 2010” (4),

wara li kkunsidra l-istudju ta' Jannar 2013 bit-titolu “l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju u lil hinn mill-2015 – impenn tal-UE b'saħħtu”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0165/2013),

A.

billi l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs) wasslu għal sensibilizzazzjoni dwar il-fatt li t-tmiem tal-faqar globali huwa sfida urġenti u prijorità għal azzjoni globali permezz tas-sett limitat ta' objettivi konkreti u marbuta biż-żmien; billi, sentejn 'il bogħod mid-data fil-mira tal-2015 għall-MDGs, sar progress sinifikanti: l-objettiv tat-tnaqqis tal-faqar estrem bin-nofs intlaħqet, kif ukoll dak li jitnaqqas bin-nofs il-proporzjon ta' persuni nieqsa minn aċċess li wieħed jista' jiddependi fuqu għal sorsi mtejba tal-ilma għax-xorb, u l-kundizzjonijiet ta' aktar minn 200 miljun persuna li jgħixu fil-bassifondi tjiebu, ir-rata ta' iskrizzjoni ta' tfal bniet fl-iskola primarja issa laħqet dik tas-subien u jista' jidher progress li qed jaċċelera fit-tnaqqis fir-rata ta' mortalità tat-tfal u dik materna; billi, madankollu, l-MDGs attwali ma jindirizzawx b'mod adegwat il-kawżi primarji tal-faqar bħall-inugwaljanzi fi ħdan u fost il-pajjiżi, l-esklużjoni soċjali, il-bijodiversità u l-governanza;

B.

billi l-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp, iffirmat mill-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, huwa acquis comunautaire; dan ifakkar l-importanza u l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan id-dokument, li jħaddan il-Pjan Direzzjonali Ewropew għall-Iżvilupp, kif ukoll l-acquis u l-linji gwida li joriġinaw minnu;

C.

billi l-MDGs għenu fid-definizzjoni tal-faqar bħala privazzjoni multidimensjonali fil-ħajja tan-nies, li tkopri l-edukazzjoni, is-saħħa, l-ambjent, l-ikel, l-impjiegi, l-akkomodazzjoni u l-ugwaljanza bejn is-sessi;

D.

billi għad hemm sfidi globali u mistennija jiżdiedu – faqar, ġuħ, nutrizzjoni ħażina, nuqqas ta' aċċess għal sanità adegwata u sikura u nuqqas ta' iġjene, livelli insuffiċjenti ta' edukazzjoni primarja u sekondarja ta' kwalità, rata ta' qgħad għolja – b'mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ, nuqqas ta' protezzjoni soċjali u rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inugwaljanzi, inkluża l-inugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll id-degrad ambjentali u t-tibdil fil-klima – li jħeġġu l-bżonn li jinstabu modi ta' żvilupp ġodda li jistgħu jwasslu għal żvilupp inklużiv u sostenibbli għal kulħadd;

E.

billi kważi biljun persuna fid-dinja mhumiex mitmugħa biżżejjed u aktar minn 200 miljun huma mingħajr impjieg; billi 28 % tal-popolazzjoni globali biss hija koperta minn sistemi komprensivi tal-protezzjoni soċjali, u dan jirrifletti livelli għoljin ta' impjieg informali u billi huwa stmat li 1,4 biljun persuna m'għandhomx aċċess għal servizzi tal-enerġija suffiċjenti, li jostakola l-kapaċità tagħhom li jegħlbu l-faqar;

F.

billi l-problema tan-nutrizzjoni ħażina fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw toqtol madwar 2,6 miljun tifel u tifla fis-sena u minħabba l-effetti tat-tibdil fil-klima, in-numru ta' dawk li mhumiex mitmugħa biżżejjed mistenni li jiżdied;

G.

billi huwa stmat li 140 miljun tifla se jkunu tfal diġà miżżewġa sal-2020 jekk ir-rati attwali ta' żwieġ f'età bikrija jibqgħu l-istess;

H.

billi tliet kwarti tal-persuni foqra fid-dinja jgħixu f'pajjiżi b'introjtu medju u, skont l-Indikaturi tal-Iżvilupp Dinji tal-2008 tal-Bank Dinji, l-inugwaljanzi fl-introjtu u l-ġid fi ħdan il-pajjiżi żdiedu sa mill-bidu tas-snin tmenin, inkluż fil-pajjiżi b'introjtu għoli; billi n-nuqqas ta' sigurtà fl-introjtu u fl-impjiegi żdiedet ukoll minħabba xejriet tal-globalizzazzjoni bbażati fuq l-esternalizzazzjoni u protezzjoni tax-xogħol aktar dgħajfa;

I.

billi huwa mbassar li fl-2015 aktar minn 600 miljun persuna se jkunu għadhom jużaw sorsi tal-ilma mhux imtejba li jkollhom riskju għas-saħħa u li biljun persuna, li minnhom 70 % se jkunu nisa, se jkunu qed jgħixu b'inqas minn USD 1,25 kuljum, speċjalment f'għadd ta' pajjiżi Afrikani, iżda wkoll f'pajjiżi b'ekonomiji emerġenti, u, jekk ix-xejriet preżenti jibqgħu l-istess, l-objettiv tal-MDG li jitnaqqas bin-nofs il-proporzjon ta' persuni li qed jgħixu mingħajr servizzi sanitarji bażiċi mhix se tintlaħaq sal-2049; billi attwalment kważi 200 miljun persuna huma mingħajr impjieg, madwar 74 miljun minnhom huma fl-età ta' bejn il-15 u l-24 sena u 20 % biss tal-popolazzjoni dinjija għandha kopertura tas-sigurtà soċjali adegwata, filwaqt li aktar minn nofs m'għandha l-ebda tip ta' kopertura; billi jekk l-2015 tiġi ddikjarata bħala s-Sena Ewropea għall-Iżvilupp, dan se jgħin biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku fl-Ewropa dwar l-importanza tal-MDGs il-ġodda;

J.

billi l-kriżi globali tal-ikel, tal-enerġija u dik finanzjarja tal-2007-2010, flimkien mat-tnaqqis ekonomiku u t-tibdil fil-klima, enfasizzaw il-fraġilità tas-sistemi globali tal-provvista tal-ikel u esponew fallimenti tas-swieq finanzjarji u tal-prodotti bażiċi tal-mekkaniżmi ta' governanza globali;

K.

billi t-tħassib dwar is-sostenibbiltà, inkluża l-ħtieġa urġenti li jitnaqqsu l-emissjonijiet globali ta' gass b'effett ta' serra u li jinkisbu ġestjoni u governanza aktar ekwi u sostenibbli tar-riżorsi naturali, jirrappreżenta l-isfida ewlenija għal aġenda ta' trasformazzjoni;

L.

billi d-Dikjarazzjoni dwar id-Dritt għall-Iżvilupp tal-1986 tafferma l-iżvilupp bħala dritt fundamentali tal-bniedem; billi d-Dikjarazzjoni timpenja ruħha lejn approċċ “ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem”, ikkaratterizzat mill-kisba tad-drittijiet tal-bniedem kollha (ekonomiċi, soċjali, kulturali, ċivili u politiċi), u billi d-Dikjarazzjoni timpenja ruħha wkoll li ssaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali;

M.

billi l-kisba tal-MDGs qabel id-data ta' skadenza se tiddependi ħafna fuq l-ilħuq tas-Sħubija Globali għall-Iżvilupp, u billi l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom iżommu mal-impenji tagħhom u m'għandhomx jippermettu l-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali twaqqaf il-progress li sar;

N.

billi l-Artikolu 208 TFUE jistabbilixxi li t-tnaqqis, u fuq perjodu ta' żmien twil, il-qerda tal-faqar, huwa l-objettiv primarju tal-politika għall-iżvilupp tal-UE;

O.

billi 50 sena ta' politika għall-iżvilupp immexxija mid-donaturi ħolqot dipendenza eċċessiva (5);

P.

billi n-NU qed jaħdmu mill-qrib mal-partijiet interessati kollha, b'mod inklużiv, sabiex jinbena l-momentum iġġenerat mill-MDGs u biex titkompla aġenda għall-iżvilupp ambizzjuża wara l-2015, li għandha tkun ibbażata fuq għajnuna ta' kwalità aħjar, koordinament imtejjeb u rispett għall-prinċipji tal-koerenza politika;

Q.

billi l-impenn tal-UE li tiżgura l-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp (PCD), skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew fl-2005, ġie mtenni fil-konklużjonijiet tagħha tal-14 ta' Mejju 2012 (6);

R.

billi l-UE, bħala l-akbar donatur tad-dinja, hija determinata li tikseb l-MDGs fil-ħin u hija impenjata sew fin-negozjati dwar l-aġenda għall-iżvilupp wara l-2015;

S.

billi l-Parlament Ewropew jagħti rilevanza partikolari lil dan il-proċess u jqis li l-UE għandha taħdem bħala xprun għall-qafas għal wara l-2015;

T.

billi għadd sinifikanti ta' stati fraġli jew milquta minn konflitti ma laħqu l-ebda mira tal-MDGs (7);

U.

billi n-nuqqas ta' paċi, sigurtà, demokrazija, rispett għad-drittijiet tal-bniedem u stabbiltà politika, flimkien mal-korruzzjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, jipprevjenu lill-pajjiżi foqra milli jilħqu l-potenzjal ta' żvilupp tagħhom;

V.

billi 75 % tal-persuni foqra tad-dinja jgħixu f'pajjiżi b'introtju medju (MICs), minkejja t-tkabbir ekonomiku tagħhom u billi s-sitwazzjoni speċifika tal-MICs għalhekk m'għandhiex tiġi injorata meta jiġu riveduti l-MDGs, filwaqt li jittieħed kont tal-prinċipju ta' differenzazzjoni kif miftiehem fl-aġenda għall-iżvilupp il-ġdida;

I.    Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju u sfidi ġodda

1.

Jafferma li l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju definiti fis-sena 2000 jidhru fost il-ħafna suċċessi fil-pajjiżi b'introjtu medju u pajjiżi li qed jiżviluppaw u li dawn ir-riżultati għandhom jiġu analizzati tajjeb għall-qafas futur sabiex jinkisbu aktar riżultati globali u sostenibbli;

2.

Jenfasizza li x-xenarju globali nbidel b'mod drammatiku matul dan l-aħħar deċennju, bħan-natura tal-faqar, hekk kif differenzi u inugwaljanza dejjem akbar bejn u fi ħdan il-pajjiżi qed isiru kwistjoni prinċipali fil-kuntest tal-qerda tal-faqar;

3.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li għalkemm xi pajjiżi li qed jiżviluppaw saru donaturi, dawn għadhom qed jiffaċċjaw livelli ta' inugwaljanza li qed ikomplu jiżdiedu, u li jistgħu jitqabblu ma' dawk ta' pajjiżi oħra li qed jiżviluppaw; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li, fost affarijiet oħrajn, it-tibdil fil-klima, in-nuqqas ta' sigurtà tal-ikel, il-migrazzjoni, il-qgħad, it-tibdil demografiku, il-korruzzjoni, ir-restrizzjonijiet fir-riżorsi, it-tkabbir mhux sostenibbli, il-kriżijiet finanzjarji u ekonomiċi u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem iwasslu għal sfidi kumplessi u interrelatati;

4.

Ifakkar li d-degrad ambjentali jipperikola l-ilħuq tal-MDGs, inkluż l-objettiv li jinqered il-faqar estrem u l-ġuħ; b'mod partikolari, ifakkar li l-inugwaljanzi u l-ġlied persistenti fuq riżorsi skarsi huma fost il-katalizzaturi ewlenin tal-konflitti, il-ġuħ, in-nuqqas ta' sigurtà u l-vjolenza, li min-naħa tagħhom huma fatturi ewlenin li jżommu lura l-iżvilupp tal-bniedem u l-isforzi sabiex jinkiseb żvilupp sostenibbli; jitlob l-adozzjoni ta' approċċ aktar olistiku li jirrifletti l-eżitu u s-segwitu tal-Konferenza Rio+20 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli;

5.

Jenfasizza l-ħtieġa għal koerenza bejn il-politiki kummerċjali tal-UE u l-politiki tagħha dwar l-iżvilupp, b'mod partikolari fir-rigward tar-reġjuni ultraperiferiċi;

6.

Iħeġġeġ lill-UE tmexxi b'vuċi waħda u b'saħħitha waqt id-diskussjonijiet dwar il-qafas għal wara l-2015 u sa ma jsir is-Samit tan-NU, u tadotta pożizzjoni komuni, effikaċi u ambizzjuża dwar il-prinċipji u l-għanijiet li għandhom ikunu parti mill-qafas ta' żvilupp ġdid għal wara l-2015; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li, fl-istess ħin, għandu jkun hemm qafas uniku, komprensiv u integrat, b'punti ta' riferiment ċari, li jinkorpora l-kwistjonijiet ewlenin dwar l-iżvilupp u s-sostenibilità, u li dan il-qafas għandu jkollu natura universali u globali, u jippromwovi l-prosperità, id-drittijiet tal-bniedem u l-benessri għal kulħadd, u dan ifisser l-involviment dirett u attiv tal-pajjiżi kollha fil-ħolqien u l-implimentazzjoni tiegħu, u li tingħata attenzjoni lir-rwol u r-responsabbiltà ta' pajjiżi aktar sinjuri – lil hinn mill-finanzjament – fis-suċċess tiegħu;

7.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li s-sħubija globali għall-iżvilupp għandha tiġi orjentata mill-ġdid biex tqis il-kuntest mibdul u għandha tkun marbuta mill-qrib mad-dimensjonijiet il-ġodda tal-aġenda għal wara l-2015; jenfasizza li sħubija globali għall-iżvilupp imfassla u msaħħa mill-ġdid se tkun fundamentali għall-implimentazzjoni tal-aġenda għal wara l-2015 u biex tiżgura mekkaniżmi ta' responsabbiltà effikaċi fil-livelli kollha;

8.

Iqis li dan l-approċċ unifikat jirrikjedi koordinament adegwat bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha qabel jiġi ppreżentat fis-Samit tal-Ħarifa ta' New York, kif ukoll viżibilità għolja matul il-proċess ta' negozjati taħt it-tmexxija tal-Kummissarju Ewropew għall-Iżvilupp; jistieden lill-UE, li hija l-akbar donatur fid-dinja, tiżvolġi r-rwol tagħha bis-sħiħ bħala l-attur ewlieni fl-aġenda għal wara l-2015;

9.

Jitlob li l-għanijiet tal-qafas ta' żvilupp għal wara l-2015 jinkludu l-MDGs kif ukoll l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli (SDGs) u jippromwovu l-prosperità u l-benessri għal kulħadd, inklużi gruppi żvantaġġati, bħal nisa, tfal, anzjani u persuni b'diżabbiltajiet; jenfasizza li għandu jkun hemm flessibbiltà ġenwina skont il-kapaċitajiet biex jiġu stabbiliti objettivi nazzjonali bl-involviment dirett u attiv ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw u sħab fl-iżvilupp, speċjalment is-soċjetà ċivili; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li pajjiżi sinjuri għandhom jimpenjaw ruħhom ħafna, kemm b'rabta mal-iżvilupp tagħhom stess, kif ukoll b'rabta mal-politiki tagħhom li jaffettwaw lil pajjiżi oħrajn;

10.

Jenfasizza li n-nuqqas ta' progress fuq dawk l-MDGs li jirrigwardaw il-pożizzjoni tan-nisa hu kkawżat mhux biss minn ostakoli finanzjarji jew tekniċi, iżda partikolarment minn nuqqas ta' rieda politika;

II.    Qerda tal-faqar

11.

Iħeġġeġ b'urġenza sabiex il-qerda tal-faqar, li huwa l-objettiv primarju tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE, u l-kisba tal-iżvilupp soċjali u ambjentali sostenibbli fi ħdan il-limiti tal-pjaneta għandhom ikunu l-prijoritajiet globali imperattivi għall-aġenda għall-iżvilupp għal wara l-2015;

12.

Jenfasizza li l-inugwaljanza tostakola l-iżvilupp ekonomiku u l-isforzi għat-tnaqqis tal-faqar; b'mod partikolari jfakkar li livelli għoljin ta' inugwaljanza jagħmluha diffiċli li jitfasslu sistemi tal-assistenza soċjali b'bażi wiesgħa ridistributtivi u sostenibbli mil-lat fiskali, li huma bbażati fuq prinċipji tas-solidarjetà soċjali, filwaqt li livelli għoljin ta' inugwaljanza jistgħu jgħollu l-livelli ta' kriminalità jew jikkawżaw konflitti vjolenti, speċjalment f'soċjetajiet multietniċi; jemmen li l-kawżi strutturali tal-faqar jeħtieġ li jiġu indirizzati sabiex issir bidla reali fis-soċjetà;

13.

Jirrikonoxxi l-modi kif l-iżvilupp u l-qerda tal-faqar huma marbuta mal-isfidi tal-paċi u s-sigurtà, l-ambjent, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi, id-demokrazija u l-governanza tajba; għalhekk, jitlob approċċ imġedded għall-qerda tal-faqar li jkun jikkunsidra l-importanza tal-iżvilupp u t-tkabbir ekonomiċi u inklużivi, it-tqassim mill-ġdid tal-ġid permezz ta' mezzi baġitarji, ix-xogħol deċenti, it-taħriġ professjonali effiċjenti, is-sostenibbiltà ambjentali, id-drittijiet tal-bniedem u l-governanza tajba;

14.

Jitlob sabiex ''l-aġenda għal wara l-MDG' tkun ibbażata fuq id-Dikjarazzjoni dwar id-Dritt għall-Iżvilupp tal-1986, li mhux biss tikkonferma l-iżvilupp bħala dritt tal-bniedem fundamentali, iżda tirreferi wkoll għall-iżvilupp bħala proċess;

15.

Jitlob biex l-integrazzjoni tas-sessi tiġi inkorporata f'approċċ orjentat lejn it-tkabbir sabiex jintemm il-faqar u li l-ugwaljanza bejn is-sessi tiġi inkluża fil-programmi, il-politiki u l-istrateġiji kollha tal-UE u fil-qafas għal wara l-2015;

16.

Jenfasizza li s-sens ta' inklużjoni huwa kunċett dinamiku li jmur lil hinn minn strateġija “li tiffavorixxi l-foqra”, u jimplika enfasi usa' sabiex jiġu inklużi popolazzjonijiet vulnerabbli f'għajxien prekarju, li jirrikjedi li l-istrateġija għall-iżvilupp tkun ibbażata fuq il-qafas makroekonomiku; iqis li d-definizzjoni tal-indikaturi kwalitattivi se tkun essenzjali għall-monitoraġġ kemm tal-grad safejn il-progress għall-iżvilupp huwa inklużiv u sostenibbli, u ta' kemm il-ħtiġijiet ta' dawk il-gruppi l-aktar fil-bżonn u vulnerabbli qed jiġu indirizzati;

17.

Jitlob, f'dan ir-rigward, definizzjoni usa' tal-faqar minn dik ibbażata fuq il-prodott domestiku gross (PDG) biss; jenfasizza li l-medji globali u nazzjonali jeskludu numru kbir ta' foqra fid-dinja;

Saħħa, nutrizzjoni, edukazzjoni u protezzjoni soċjali

18.

Jirrikonoxxi li l-indirizzar tan-nutrizzjoni ħażina tat-tfal u tal-ommijiet teħtieġ strateġiji għall-iżvilupp fuq perjodu twil, li jiffukaw fuq setturi li jinfluwenzaw in-nutrizzjoni ħażina, bħas-saħħa, l-edukazzjoni, l-ilma u s-sanità, u l-agrikoltura;

19.

Ifakkar li l-multidimensjonalità tal-benessri tal-bniedem jeħtieġ li tiġi rikonoxxuta bis-sħiħ; ifakkar f'dan ir-rigward, li s-saħħa, in-nutrizzjoni, il-protezzjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-edukazzjoni huma katalizzaturi ewlenin għall-qerda tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku inklużiv;

20.

Jenfasizza l-importanza li jitnaqqsu d-differenzi bejn is-sessi, l-ewwel nett fil-qasam edukattiv, bil-ħsieb li tiżdied il-kwalità medja ta' kapital uman, u t-tieni nett fis-saħħa, biex isir progress aħjar fit-titjib tas-saħħa materna u fit-tnaqqis tar-rati ta' mortalità fost it-tfal;

21.

Jitlob lill-UE tiddefendi bil-qawwa d-dritt għall-ogħla standard ta' saħħa possibbli, inklużi s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi u l-integrazzjoni tal-HIV/AIDS, fost l-oħrajn permezz tal-għoti ta' ppjanar tal-familja volontarju, l-abort sikur u l-kontraċettivi;

22.

Jenfasizza li l-qafas tal-MDG għal wara l-2015 jinkludi għan speċifiku dwar l-eliminazzjoni tal-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa;

23.

Jenfasizza li l-aċċess għal kopertura tas-saħħa universali (UHC) – li jinkludi kemm trattament u kemm approċċ preventiv –, l-aċċess universali għal ikel sustanzjuż adegwat, u edukazzjoni ta' kwalità għolja għal kulħadd u fil-livelli kollha li jippermettu l-impjieg għandhom jiġu kkunsidrati bħala l-għanijiet ewlenin tal-aġenda għal wara l-2015;

24.

Jinsisti li l-qafas għal wara l-2015 għl-kura tas-saħħa ta' kwalità b'enfasi fuq il-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni u interventi ta' kura inklużi s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi u HIV/AIDS bħala elementi ewlenin, u t-tieni nett, passi prattiċi sabiex jiġu stabbiliti sistemi ta' kura tas-saħħa bażika li jiżguraw il-prevenzjoni, it-trattament, il-kura u l-appoġġ għall-persuni kollha, inklużi l-aktar gruppi emarġinati u żvantaġġati bħal minoranzi, priġunieri, migranti u persuni mhux dokumentati, dawk li joffru servizzi sesswali u persuni li jieħdu d-drogi;

25.

Jitlob li tittieħed azzjoni globali aċċelerata biex titnaqqas il-mortalità materna, tat-trabi u tat-tfal, u jtenni l-importanza ewlenija ta' aċċess universali għall-kura tas-saħħa riproduttiva;

26.

Jitlob li jkompli jingħata appoġġ għar-riċerka dwar programmi aktar effikaċi u sostenibbli ta' prevenzjoni u trattament, inkluża r-riċerka u l-iżvilupp fir-rigward ta' forom effikaċi ta' interventi mediċi, fosthom vaċċini, mediċini u dijanjostika;

27.

Jinnota li n-nisa għandhom rwol kruċjali fil-qasam tan-nutrizzjoni u tas-sigurtà tal-ikel, billi huma responsabbli għal 80 % tal-agrikoltura fl-Afrika, minkejja li sa issa kważi qatt ma jkunu jistgħu ikunu s-sidien tal-artijiet li jikkultivaw; jenfasizza li l-eliminazzjoni tal-ġuħ konsegwentement tiddependi fuq l-għajnuna biex il-bdiewa żgħar jingħataw lok jipproduċu biżżejjed ikel għalihom u għall-familji tagħhom; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-parti l-kbira tal-bdiewa żgħar huma nisa; jitlob għal approċċ sensittiv għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi li jkun integrat fl-elementi kollha tal-programmazzjoni għas-sigurtà tal-ikel; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi evitata u trattata n-nutrizzjoni ħażina b'interventi msejsa fuq il-provi, li jagħtu prijorità lin-nisa tqal u lit-tfal żgħar;

28.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu mfassla u implimentati programmi tas-saħħa għat-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa, filwaqt li jitqies il-fatt li l-kriżi ekonomika dinjija xekklet il-progress fir-rigward tal-HIV/AIDs, it-tuberkolożi, il-malarja u mard tropikali li ma jingħatax attenzjoni;

29.

Jisħaq fuq l-importanza tal-għan ta' saħħa materna mtejba fir-rigward tat-tnaqqis tar-rata ta' mortalità materna u l-kisba ta' aċċess universali għas-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva u għall-ippjanar tal-familja; jisħaq fuq l-importanza tal-edukazzjoni u tas-sensibilizzazzjoni fil-qasam tas-saħħa sesswali u riproduttiva bħala parti integrali mill-aġenda tas-saħħa tal-mara;

30.

Jistqarr li jeħtieġ tingħata attenzjoni partikolari lill-edukazzjoni għaż-żewġ sessi dwar kwistjonijiet tal-ġeneru sa mill-bidu tal-edukazzjoni tagħhom l-iskola, bil-għan li l-imġiba u l-istereotipi soċjali jinbidlu gradwalment u li l-ugwaljanza bejn is-sessi ssir prinċipju bażiku tas-soċjetà fil-pajjiżi kollha tad-dinja;

31.

Iħeġġeġ l-għoti ta' għajnuna umanitarja tal-UE li tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-MDGs, u li din għandha tkun effettivament indipendenti mir-restrizzjonijiet fuq l-għajnuna umanitarja imposti mill-Istati Uniti jew donaturi oħra, b'mod partikolari billi jkun żgurat aċċess għall-abort għal nisa u bniet vittmi ta' stupru f'konflitti armati;

32.

Jirrikonoxxi li opportunitajiet ta' xogħol deċenti jippermettu lil unitajiet domestiċi foqra joħorġu mill-faqar u huma mezzi ewlenin għall-individwi u l-familji sabiex jiksbu stima tagħhom infushom, sens ta' appartenenza f'komunità u mod kif jagħtu kontribut produttiv; jitlob biex impjieg sħiħ u produttiv u xogħol deċenti jkunu għan ċentrali tal-aġenda għall-iżvilupp għal wara l-2015 u jitlob li dan l-għan jiġi appoġġat permezz tal-implimentazzjoni ta' bażijiet ta' protezzjoni soċjali nazzjonali mfassla tajjeb għat-tnaqqis tal-faqar u r-reżiljenza;

33.

Jinsisti li l-informazzjoni dwar is-saħħa u l-edukazzjoni huma elementi ewlenin biex ikun hemm saħħa pubblika aħjar;

34.

Jinsisti b'urġenza li għandha tingħata wkoll attenzjoni speċjali lill-ġlieda kontra mard li ma jitteħidx bħall-kanċer;

35.

Jitlob biex il-qafas tal-MDG għal wara l-2015 iġib 'il quddiem l-għoti ta' setgħa lin-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi billi jnaqqas id-differenzi fil-livelli kollha tal-edukazzjoni b'objettivi speċifiċi inklużi l-aċċess universali għal edukazzjoni ta' kwalità u t-tkomplija tagħha (fil-livell primarju, sekondarju u ogħla) u taħriġ vokazzjonali f'ambjent ta' politika għall-ħolqien tal-impjiegi għaż-żgħażagħ, l-eliminazzjoni tal-illitteriżmu fost in-nisa, aċċess għal edukazzjoni sesswali komprensiva fl-iskola u lil hinn minnha;

III.    Governanza tajba

36.

Jenfasizza li l-qafas ta' żvilupp sostenibbli għal wara l-2015 jeħtieġ ir-rispett għall-prinċipju ta' governanza demokratika u tad-drittijiet tal-bniedem, istituzzjonijiet u msieħba effikaċi, trasparenti u responsabbli fil-livelli kollha u soċjetà ċivili li tkun ingħatat is-setgħa u li tkun involuta sistematikament fil-proċess demokratiku; jinsisti li l-qafas għandu jkun immexxi mill-kunċetti ewlenin tad-demokrazija parteċipattiva u ċ-ċittadinanza effikaċi permezz tal-eżerċizzju sħiħ u akbar tad-drittijiet ċiviċi u politiċi;

37.

Jistieden lill-UE tikkondividi l-esperjenza u l-għarfien espert tagħha mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw billi tipprovdi aċċess għal għarfien f'oqsma rilevanti bħall-iżvilupp sostenibbli, speċjalment billi tisfrutta l-esperjenza ta' tranżizzjoni tal-Istati Membri tal-UE;

38.

Iqis li n-negozjati u d-dibattitu li għaddejjin għandhom ikunu strutturati b'mod li jiżgura li fil-qafas ta' żvilupp il-ġdid jiġi rifless u mfittex impenn ċar lejn il-governanza demokratika;

39.

Jenfasizza li t-tibdil fil-klima, il-kriżi reċenti fil-prezzijiet tal-ikel u l-kriżi finanzjarja globali jistgħu kollha jkunu marbuta man-nuqqas ta' governanza globali adegwata; jenfasizza għaldaqstant, li l-governanza globali għandha tkun l-ingredjent fundamentali tal-Aġenda għall-Iżvilupp għal wara l-2015;

40.

Jiddeplora n-nuqqas ta' koerenza bejn l-istituzzjonijiet ta' governanza globali, b'mod partikolari fir-rigward tal-arkitetturi multilaterali għall-kummerċ, il-finanzi u dawk ambjentali; iqis li, filwaqt li n-nuqqasijiet ta' governanza globali wasslu sabiex il-pajjiżi jfittxu soluzzjonijiet reġjonali bħala mod kif iwieġbu għall-ħtiġijiet tal-iżvilupp speċifiċi għar-reġjun, tali arranġamenti jeħtieġu koordinament sabiex jiġu evitati l-frammentazzjoni fil-politiki u n-nuqqas ta' koerenza ma' reġimi multilaterali u standards internazzjonali; b'mod usa', iqis li hija meħtieġa azzjoni fil-livell globali biex tgħin l-isforzi nazzjonali;

41.

Jinnota li, għalkemm il-format tal-qafas tal-MDG ippermetta l-istabbiliment ta' għanijiet konkreti u marbuta biż-żmien u miri li jistgħu jiġu mmonitorjati minn indikaturi statistikament robusti, teżisti nuqqas ta' sjieda ta' dawn l-għanijiet; f'dan il-kuntest iwissi kontra approċċ wieħed tajjeb għal kulħadd u jemmen li l-għanijiet u l-objettivi globali għandhom ikunu mfassla apposta u adattati għall-kuntesti nazzjonali u reġjonali u l-kundizzjonijiet inizjali;

42.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-awtoritajiet fil-livelli kollha jaqdu rwol kruċjali f'aġenda għall-iżvilupp sostenibbli billi jipparteċipaw f'dibattiti politiċi, jibdlu l-impenji f'leġiżlazzjoni, iżommu lill-gvernijiet responsabbli għall-politiki soċjali, ambjentali u ġudizzjarji tagħhom, u jibnu fuq il-prinċipju ta' sjieda;

43.

Iħeġġeġ b'urġenza lill-komunità internazzjonali tagħti attenzjoni speċjali lill-ħolqien ta' ambjent li jippermetti u parteċipattiv li fih l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ), is-settur privat, il-fondazzjonijiet filantropiċi u sħab indipendenti fl-iżvilupp oħra, kif ukoll il-parlamenti nazzjonali u l-awtoritajiet fil-livell lokali, nazzjonali u reġjonali jkunu jistgħu jassumu r-responsabbiltajiet tagħhom għat-tfassil tal-politiki u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom, u b'hekk jaqdu rwol xieraq fil-qafas għal wara l-2015

44.

Jinsisti wkoll li ż-żgħażagħ, speċjalment il-bniet u t-tfajliet, għandhom jingħataw il-possibbiltà li jkollhom rwol ewlieni fil-qafas għal wara l-2015, filwaqt li jfakkar li l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-governanza jista' jkollha benefiċċji kbar, inklużi t-trawwim tal-istrutturi u l-proċessi demokratiċi għat-teħid tad-deċiżjonijiet u t-titjib fil-benessri taż-żgħażagħ u l-komunitajiet tagħhom;

Approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem

45.

Jitlob sabiex il-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem isostnu l-qafas għal wara l-2015, li għandu jindirizza, b'mod partikolari, kwistjonijiet ta' inugwaljanza, prattiki tradizzjonali li jagħmlu l-ħsara, diskriminazzjoni, vjolenza bbażata fuq il-ġeneru, il-parteċipazzjoni u l-għoti ta' setgħa lil persuni emarġinati u żvantaġġati fis-soċjetà, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lid-drittijiet taż-żgħażagħ, in-nisa, il-migranti, il-persuni li għandhom l-HIV, il-persuni li jġarrbu diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta, il-persuni LGBT u persuni b'diżabilitajiet;

46.

Jitlob, f'dan ir-rigward, għal għan uniku biex jindirizza l-inugwaljanzi persistenti li qed jiffaċċjaw in-nisa u l-bniet, li jrawwem ir-rieda politika, ir-riżorsi u s-sjieda meħtieġa biex tinħoloq azzjoni sostenibbli u effikaċi;

47.

Jenfasizza li l-Aġenda għall-Iżvilupp tan-NU għal wara l-2015 trid twieġeb għal approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem, li jħaddan drittijiet soċjali u ekonomiċi, filwaqt li jinkludi wkoll drittijiet ċivili u politiċi relatati mal-paċi u s-sigurtà, kif ukoll id-dritt għall-iżvilupp;

48.

Jirrakkomanda l-ħolqien ta' għan ta' ugwaljanza ġenerali;

49.

Iħeġġeġ lill-UE tappoġġa l-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-bini tar-rieda politika tagħhom u fiż-żieda tal-isforzi biex itejbu l-livell ta' implimentazzjoni tal-istrumenti ġuridiċi għad-drittijiet tal-bniedem biex jipprojbixxu d-diskriminazzjoni jew kull ostakolu u dispożizzjoni punittiva legali, tal-politika jew regolatorja bbażati fuq l-età, il-ġeneru, ir-razza, l-etnija, il-kasta, il-kultura, ir-reliġjon, it-twemmin, l-istat ċivili, id-diżabilità, l-istatus tal-HIV, l-oriġini nazzjonali, l-istatus ta' migrazzjoni, il-ħiliet fil-lingwi, l-orjentament sesswali, l-identità tal-ġeneru jew fatturi jew status oħrajn; iħeġġeġ ukoll lill-UE tappoġġa l-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-introduzzjoni ta' bażijiet ta' protezzjoni soċjali adegwati;

50.

Iħeġġeġ lill-pajjiżi kollha jirratifikaw il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) tan-NU biex tkun promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi;

Paċi, sigurtà u żvilupp

51.

Jinsisti li l-konflitt armat u s-sitwazzjonijiet ta' wara konflitt huma xi wħud mill-ostakoli ewlenin għall-iżvilupp u t-tnaqqis tal-faqar u jheddu d-demokrazija; jinsisti wkoll li l-paċi u s-sigurtà, l-iżvilupp u d-drittijiet tal-bniedem huma interkonnessi u jinfurzaw lil xulxin; b'hekk iħeġġeġ lill-Unjoni tagħmel użu mill-istrumenti kollha rilevanti bħad-Dikjarazzjoni Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem jew dawk provduti fil-qafas tal-Ftehim ta' Cotonou sabiex isaħħu l-prevenzjoni tal-konflitti;

52.

Jitlob, f'dan ir-rigward, għall-prijoritizzazzjoni tal-bini tal-kapaċità fi stati milquta minn konflitti u dawk fraġli; huwa tal-fehma li s-sħubijiet internazzjonali effikaċi, l-iskambju tal-għarfien u metodi għall-iżvilupp tal-kapaċità bbażati fuq l-esperjenza ta' tranżizzjoni tal-Istati Membri tal-UE, li jibnu fuq il-mudell tal-Ftehim Ġdid għal Impenn fi Stati Fraġli li tnieda matul ir-Raba' Forum ta' Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna f'Busan, huma meħtieġa għall-istabbilizzazzjoni u l-iżvilupp ta' dawn l-Istati;

53.

Jistieden lill-UE tkompli tinvolvi ruħha ħafna fi stati fraġli, billi tirreaġixxi b'mod integrat b'rabta mal-politiki ta' żvilupp, tipprovdi għajnuna umanitarja u tikkontribwixxi għat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri, il-prevenzjoni tal-konflitti u l-bini tal-istat;

54.

Iqis li l-qafas għal wara l-2015 għandu jirrifletti l-għanijiet ta' konsolidament tal-paċi u bini tal-istat (PBSB) miftiehma f'Busan;

55.

Jinsisti li l-prevenzjoni tal-vjolenza u d-diskriminazzjoni, speċjalment il-vjolenza sesswali kontra l-bniet u n-nisa, għandhom jiġu indirizzati fil-qafas għal wara l-2015 u li għandhom jiġu stabbiliti jew imsaħħa s-sistemi ta' protezzjoni komprensivi aċċessibbli għal kulħadd;

IV.    Sostenibbiltà

56.

Jistieden lill-UE tikkontribwixxi, b'mod inklużiv u trasparenti, għat-tisħiħ tal-koerenza bejn l-SDGs fl-oqsma soċjali u ambjentali u l-għanijiet ta' żvilupp għal wara l-2015;

57.

Jenfasizza li r-riżultat finali għandu jkun “aġenda ta' żvilupp waħda”, li tevita d-duplikazzjoni tal-isforzi u r-riżorsi; jisħaq fuq il-fatt li, minħabba li l-kwistjonijiet ambjentali u ta' żvilupp normalment jiġu indirizzati separatament fil-livell globali, l-UE għandha tfittex modi ġodda biex tegħleb din id-diviżjoni u tibni rabtiet bejn dawk l-oqsma li huma interkonnessi mill-qrib, inkluż minn perspettiva istituzzjonali;

58.

Jenfasizza li s-sostenibbiltà hija sfida globali, fejn in-nuqqas tagħha x'aktarx li jhedded id-dimensjonijiet kollha tal-iżvilupp tal-bniedem; b'mod partikolari, jirrikonoxxi r-rabtiet inseparabbli bejn l-ikel, l-aċċess sostenibbli u sikur għall-enerġija, l-ilma, l-użu sostenibbli tal-art, l-użu effiċjenti tar-riżorsi naturali, il-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar u ta' ekosistemi oħrajn u l-bijodiversità, id-deforestazzjoni u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, l-adattament għad-diżastri u t-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri, il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli, l-inklużjoni soċjali u x-xogħol deċenti fil-qafas ta' kontra l-faqar;

59.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-aċċess universali għall-ilma għax-xorb u s-sanità, bħala servizz soċjali bażiku u orizzontali sabiex jinkisbu l-għanijiet kollha, u servizzi tal-enerġija moderni, affidabbli, bi prezzijiet raġonevoli, favur il-klima u sostenibbli għal kulħadd jikkostitwixxu katalizzatur ewlieni tal-qerda tal-faqar u t-tkabbir inklużiv;

60.

Jenfasizza li s-sigurtà tal-enerġija teħtieġ implimentazzjoni ta' strateġiji bbażati fuq id-diversifikazzjoni ta' sorsi, inklużi l-enerġija solari, il-protezzjoni tal-ekosistemi u r-riżorsi naturali, it-tnaqqis tar-riskji ta' diżastru, il-ġestjoni integrata tar-riżorsi tal-ilma, u t-titjib tas-swieq, l-infrastruttura u miżuri regolatorji.

61.

Jitlob ukoll azzjoni konkreta fil-promozzjoni u l-iżvilupp ta' ekosistemi tal-baħar b'saħħithom, sajd u akkwakultura sostenibbli, li jista' jkollhom rwol importanti fis-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni u fl-agrikoltura sostenibbli;

62.

Jenfasizza kemm hu importanti li l-prinċipju ta' differenzazzjoni mħaddan fl-aġenda għall-iżvilupp il-ġdida jiġi implimentat kif xieraq; iħeġġeġ lil pajjiżi b'ekonomiji emerġenti jassumu r-responsabbiltà tagħhom fir-ridistribuzzjoni tad-dħul bejn iċ-ċittadini tagħhom permezz tal-baġit tal-istat sabiex jeliminaw l-ispariġġ tal-faqar;

V.    Noqorbu lejn pożizzjoni tal-UE dwar il-qafas għall-iżvilupp għal wara l-2015

Il-finanzjament tal-MDGs għal wara l-2015

63.

Ifakkar dwar l-impenn li sar biex jiġi allokat 0,7 % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) lill-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) sal-2015; jinsisti li dan il-livell għandu jinżamm f'qafas futur u jistieden lill-Istati Membri kollha jintroduċu dan permezz ta' leġiżlazzjoni vinkolanti u jadottaw kalendarji tal-baġit pluriennali sabiex jilħqu dan il-objettiv;

64.

Jenfasizza l-importanza li jkun hemm baġit tal-UE li kapaċi jindirizza l-isfidi li qed tiffaċċja, speċjalment fi żminijiet ta' kriżi u partikolarment f'termini ta' finanzjament għall-iżvilupp; f'dan ir-rigward u sabiex il-baġit tal-UE ma jibqax soġġett għall-kwistjoni unika tal-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament, jitlob għall-ħolqien ta' riżorsi proprji, bħal taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji, li parti minnhom għandhom jiddaħħlu fl-Intestatura IV tal-baġit tal-UE;

65.

Jinsisti biex il-finanzjament għall-ġlieda kontra l-effetti tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalihom tiegħu jkunu tassew addizzjonali għall-impenji eżistenti; jistieden għalhekk lill-UE tipproponi li jkunu disponibbli sorsi ta' finanzjament oħrajn minbarra l-ODA għall-finanzjament għall-klima, filwaqt li d-diskussjonijiet għal wara l-2015 jitħallew jikkjarifikaw ir-rwoli tal-ODA u tal-finanzjament għall-adattament fil-qerda sostenibbli tal-faqar;

66.

Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ id-diskussjonijiet mal-partijiet interessati kollha dwar il-mekkaniżmi ta' finanzjament sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet finanzjarji f'xenarju ta' żvilupp wara l-2015;

67.

Ifakkar li, matul il-Forum ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp tan-NU tal-2012, il-ħtieġa għal aktar koordinament aktar milli kompetizzjoni bejn il-mekkaniżmi differenti tal-għajnuna u d-donaturi kienet enfasizzata b'mod ċar. jistieden lill-UE tippromwovi aġenda għall-effikaċja tal-għajnuna peress li l-UE u l-Istati Membri għandhom responsabbiltà konġunta li jnaqqsu l-frammentazzjoni tal-għajnuna;

Mekkaniżmi finanzjarji innovattivi

68.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli taħdem flimkien ma' donaturi oħrajn fil-livell globali fuq l-iżvilupp ulterjuri ta' mekkaniżmi ta' finanzjament innovattivi għall-iżvilupp, peress li flimkien ma' sħubijiet ġodda, dawk se jaqdu rwol kruċjali f'ambjent ta' żvilupp ġdid, u se jikkomplementaw sorsi u kompromessi oħrajn dwar il-finanzjament għall-iżvilupp sostenibbli; ifakkar lill-Istati Membri tal-UE li qablu li jistabbilixxu taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji biex jiddedikaw parti minn dawk il-fondi għall-iżvilupp sostenibbli u għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;

69.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-UE għandha tippromwovi approċċ integrat u komplementari għall-finanzjament, inkluż permezz ta' sħubijiet pubbliċi-privati;

70.

Jistieden lill-UE tħeġġeġ l-akkwist pubbliku soċjali, etiku u favur l-ambjent fil-livell internazzjonali bħala għodda għall-implimentazzjoni tal-qafas għal wara l-2015;

71.

Jistieden lill-UE tevalwa kif xieraq il-mekkaniżmu ta' kombinament ta' self u għotjiet – b'mod partikolari f'termini tal-iżvilupp u l-addizzjonalità finanzjarja, it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, is-sjieda lokali u r-riskju ta' dejn – qabel ma tkompli tiżviluppa l-kombinament ta' self u għotjiet biex tagħti spinta lir-riżorsi finanzjarji għall-iżvilupp u biex tippromwovi l-mikrokreditu; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika linji gwida u kriterji preċiżi li jkunu bbażati fuq strateġiji armonizzati għat-tnaqqis tal-faqar u li jkollhom impatt ta' żvilupp sostenibbli ċar meta jiġu implimentati dawn l-arranġamenti l-ġodda;

It-tisħiħ tad-dħul nazzjonali permezz ta' tassazzjoni effikaċi u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni

72.

Itenni t-talba tiegħu li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus, ir-rifuġji fiskali, il-flussi illegali tal-kapital u l-istrutturi tat-taxxa li huma ta' ħsara ssir l-aktar prijorità importanti tal-aġenda tal-UE fl-istituzzjonijiet internazzjonali ta' finanzjament u żvilupp sabiex il-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikunu jistgħu jżidu d-dħul nazzjonali tagħhom;

73.

Jenfasizza l-ħtieġa urġenti għal aktar mobilizzazzjoni ta' riżorsi interni u għalhekk jistieden lill-UE u lill-komunità internazzjonali jżidu l-appoġġ tagħhom għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw f'dak li għandu x'jaqsam mal-istabbiliment ta' politika fiskali effikaċi u bażi tat-taxxa sostenibbli, kif ukoll fit-tisħiħ tal-kapaċità, tal-ħiliet u l-kwalifiki tal-amministrazzjonijiet tagħhom bl-għan li jiġu indirizzati flussi finanzjarji illegali, l-evitar tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi, u li jitjieb il-ġbir tat-taxxi;

74.

Ifakkar li l-kwalità tar-rapportar finanzjarju hija kruċjali biex l-evażjoni tat-taxxa tiġi miġġielda b'mod effikaċi; għalhekk, jenfasizza l-importanza ta' trasparenza sħiħa fir-rapportar korporattiv ta' profitti u taxxi mħallsa, speċjalment minn – iżda mhux biss – kumpaniji involuti fl-isfruttament ta' riżorsi naturali; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni tippromwovi l-inklużjoni ta' rekwiżit fl-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju tal-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà li l-korporazzjonijiet multinazzjonali kollha jirrappurtaw l-introjtu tagħhom u t-taxxa li ħallsu abbażi ta' kull pajjiż individwalment; ifakkar li dan ir-rekwiżit huwa konsistenti mal-ħtieġa li tittejjeb ir-responsabbiltà soċjali korporattiva tal-impriżi multinazzjonali;

Mekkaniżmi ta' monitoraġġ u indikaturi

75.

Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li nersqu lejn taħlita adegwata ta' kejl kwantitattiv u kwalitattiv għall-iżvilupp;

76.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li huwa meħtieġ sett ġdid ta' indikaturi minbarra l-PDG sabiex jinkisbu l-prosperità u l-iżvilupp u jingħelbu sfidi soċjali u ambjentali ġodda, u għalhekk dawn għandhom jinkludu indikaturi bħall-indiċi tal-iżvilupp tal-bniedem, il-proporzjon tal-faqar, l-indiċi tal-ispariġġ tal-faqar u l-koeffiċjent Gini;

77.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li indikaturi ċari u li jistgħu jitkejlu, inklużi l-prodotti u r-riżultati, huma kruċjali għall-monitoraġġ u r-rapportar dwar il-progress miksub fir-rigward ta' oqsma bħall-qerda tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, u għandhom jinkludu l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-impjieg, il-protezzjoni soċjali (eż. l-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-pensjonijiet, il-protezzjoni kontra r-riskji tal-qgħad, u l-protezzjoni kontra t-tiċħid tal-għajxien speċjali tan-nisa, it-tfal u l-anzjani), id-diżabbiltà, il-migrazzjoni u l-istatus ta' minoranza;

78.

Jistieden lill-UE tiżviluppa xenarji bażi, indikaturi u objettivi rilevanti għall-kejl tal-impatt tal-PCD;

Settur privat

79.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu implimentati il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem; f'dan il-kuntest, jistieden lill-pajjiżi kollha jistabbilixxu qafas regolatorju tan-negozju ġenwin, il-promozzjoni ta' impjieg sħiħ u produttiv u xogħol deċenti, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-istandards tal-ILO, it-trasparenza u standards soċjali u ambjentali;

80.

Iqis l-għan prinċipali tal-appoġġ lis-settur privat għandu jkun li joħroġ lill-persuni f'pajjiżi li qed jiżviluppaw mill-faqar u li jgħin fit-tisħiħ tas-settur privat fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, peress li n-nuqqas ta' dan jirriżulta fi żvilupp u tkabbir mhux ibbilanċjat;

81.

Iħeġġeġ lill-kumpaniji bbażati fl-UE b'faċilitajiet tal-produzzjoni f'pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom tar-rispett tad-drittijiet u l-libertajiet tal-bniedem, l-istandards soċjali u ambjentali, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-istandards fundamentali tax-xogħol, il-ftehimiet internazzjonali u l-ħlas ta' taxxi b'mod trasparenti;

82.

Jiġbed l-attenzjoni lejn l-importanza tal-protezzjoni tal-proprjetà privata sabiex isir titjib f'ambjent ta' investiment u fl-istat tad-dritt;

83.

Jenfasizza li, għalkemm is-settur privat jaqdi rwol kruċjali fl-ekonomija, hija r-responsabbiltà ewlenija tal-Istat li jipprovdi servizzi bażiċi ta' kwalità liċ-ċittadini tiegħu, u li b'hekk jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-faqar;

84.

Jenfasizza li dawk involuti fis-settur pubbliku u dak privat iridu jsibu modi ġodda biex jikkombinaw l-interessi, il-kapaċitajiet u l-isforzi tagħhom sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-aġenda għal wara l-2015;

85.

Jenfasizza li t-tkabbir u l-iżvilupp ekonomiku għandhom ikunu sostenibbli, inklużivi u jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni, il-ħolqien ta' impjiegi deċenti u l-inklużjoni soċjali għal kulħadd sabiex jippermettu lil pajjiżi li qed jiżviluppaw jittrasformaw l-ekonomiji tagħhom; jitlob l-istabbiliment ta' bażijiet ta' protezzjoni soċjali definiti fil-livell nazzjonali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u biex tintemm kwalunkwe forma ta' tħaddim tat-tfal;

86.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-Kummerċ Ġust huwa sħubija kummerċjali bbażata fuq id-djalogu, it-trasparenza u r-rispett, li l-għan tagħha huwa li tinkiseb aktar ekwità fil-kummerċ internazzjonali (8); huwa tal-fehma li l-Kummerċ Ġust huwa eżempju ta' sħubija ta' suċċess bejn ħafna partijiet interessati mid-dinja kollha u fi stadji differenti tal-katina tal-provvista, li jiżgura aċċess għas-swieq għal produtturi żvantaġġati, jiggarantixxi għajxien sostenibbli, jirrispetta l-istandards tax-xogħol, jelimina t-tħaddim tat-tfal u jħeġġeġ il-biedja u l-prattiki ta' produzzjoni sostenibbli mil-lat ambjentali;

Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp (PCD) u koordinament fost id-donaturi

87.

Jistieden lill-UE, filwaqt li tiżgura li l-PCD tiġi inkorporata bis-sħiħ fil-qafas għal wara l-2015, tkompli tagħti attenzjoni partikolari lill-oqsma ta' prijorità li ġejjin: il-kummerċ u l-finanzi, is-saħħa u l-edukazzjoni, it-tibdil fil-klima, ir-riżorsi naturali, l-agrikoltura, is-sajd, il-kura tas-saħħa, in-nutrizzjoni u s-sigurtà tal-ikel, il-migrazzjoni, l-enerġija, il-politiki ta' paċi u sigurtà u d-drittijiet tal-bniedem;

88.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-kummerċ jista' jkun katalizzatur fundamentali għat-tnaqqis tal-faqar, li jwassal għal aktar ekwità u trasparenza u li jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli tal-bniedem u t-tkabbir ekonomiku; iħeġġeġ lill-UE, f'dan ir-rigward, tiżgura li l-politika kummerċjali tagħha tkun koerenti mal-għanijiet ta' żvilupp tal-UE;

89.

Huwa tal-fehma li, filwaqt li l-MDGs ċertament kisbu suċċess fis-sens li ngħatat aktar attenzjoni lill-għajnuna għall-iżvilupp, enfasi fuq l-għajnuna biss hija wisq limitata; jikkunsidra li huwa meħtieġ approċċ ġdid li jinkludi governanza tajba, b'enfasi qawwija fuq il-koerenza tal-politika għall-iżvilupp u l-forniment ta' beni pubbliċi globali;

90.

Jemmen li aġenda għall-iżvilupp għal wara l-2015 teħtieġ li tidentifika beni pubbliċi globali essenzjali, tistabbilixxi kif jiġu ffinanzjati u tispeċifika liema istituzzjonijiet globali jistgħu jitqiesu responsabbli għall-forniment tagħhom;

91.

Huwa tal-fehma li l-PCD għandha tmur lil hinn minn perspettiva li wieħed ma jagħmilx ħsara, kemm fl-Ewropa kif ukoll barra l-Ewropa, lejn approċċ aktar integrat fejn il-kummerċ internazzjonali, l-ambjent u l-arkitettura finanzjarja internazzjonali jiġu mifhuma bħala politiki pubbliċi globali li jgħinu fit-tisħiħ tal-objettivi globali tal-iżvilupp; jappoġġa, f'dan il-kuntest, l-idea tal-istabbiliment ta' Kunsill Ekonomiku Globali fil-kuntest tas-Sistema tan-Nazzjonijiet Uniti;

92.

Jindika li l-PCD tista' tikseb riżultati reali u effikaċi biss permezz ta' sforz kollettiv u l-involviment attiv ta' pajjiżi żviluppati u dawk li qed jiżviluppaw, l-ekonomiji emerġenti u l-organizzazzjonijiet internazzjonali;

93.

Jenfasizza li l-qafas ta' żvilupp futur għandu jinkludi referenza għall-għajnuna u l-kunċett ta' “effikaċja tal-iżvilupp”; b'mod partikolari, huwa tal-fehma li jekk l-“effikaċja tal-għajnuna” tinbidel f'aġenda tal-“effikaċja tal-iżvilupp”, dan jimplika taħlita ta' għajnuna għall-iżvilupp, assistenza għall-forniment ta' beni pubbliċi globali u l-adattament tal-istrutturi ta' governanza globali eżistenti sabiex tiżdied il-kapaċità tagħhom li jwieġbu għal sfidi globali;

94.

Iħeġġeġ lill-UE taġixxi bħala xprun, billi tiżgura l-komplementarjetà u d-diviżjoni tax-xogħol fil-proċess ta' żvilupp b'mod inklużiv u trasparenti, inkluż permezz ta' aktar użu tal-programmazzjoni konġunta;

Gwida komprensiva lejn qafas għall-iżvilupp għal wara l-2015

95.

Jilqa' l-komunikazzjoni ambizzjuża u attraenti tal-Kummissjoni tas-27 ta' Frar 2013 bit-titolu “Ħajja deċenti għal kulħadd”;

96.

Jenfasizza li l-prinċipji li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati fid-definizzjoni ta' pożizzjoni koerenti tal-UE bl-għan li jiġi negozjat qafas għall-iżvilupp ġdid:

a.

it-tfassil tal-aġenda għall-iżvilupp għal wara l-2015 għandu jirrifletti realtajiet globali, reġjonali, nazzjonali u lokali u sfidi ġodda;

b.

id-definizzjoni tal-aġenda futura għandha tkun iggwidata mill-parteċipazzjoni sħiħa u s-sjieda tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u dawk b'introjtu medju, filwaqt li r-responsabbiltajiet u l-piżijiet ġodda ġġenerati jeħtieġ li jiġu kondiviżi b'mod ugwali iżda wkoll ġust bejn il-pajjiżi kollha;

c.

l-aġenda futura għandha tkun ambizzjuża, universali, ta' natura globali, multidimensjonali u flessibbli, b'objettivi mfassla għal kull pajjiż li jkunu sempliċi, konċiżi, orjentati lejn l-azzjoni, faċli biex jiġu kkomunikati, u adattati għall-kuntesti lokali, nazzjonali u reġjonali, b'għadd limitat ta' objettivi konkreti u għanijiet li jistgħu jitkejlu;

d.

huwa essenzjali li jiġu rispettati l-prinċipji ta' responsabbiltà reċiproka, l-obbligu ta' rendikont, it-trasparenza, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, is-sjieda, il-governanza tajba, l-istat tad-dritt, il-paċi u s-sigurtà, l-ekwità u l-ġustizzja, u l-ugwaljanza bejn is-sessi, u li jiġi żgurat li dawn jiġu integrati fl-aġenda futura;

e.

is-suċċess tal-għanijiet futuri huwa ddeterminat mill-kapaċità tal-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw li jwettqu r-responsabbiltà tagħhom għall-benessri taċ-ċittadini tagħhom, li joħorġu l-aktar nies vulnerabbli mill-faqar, li jiġġieldu l-inugwaljanza u fl-istess ħin isostnu l-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem;

f.

għandha tingħata attenzjoni partikolari liż-żieda mgħaġġla fl-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti ta' setgħa lil bniet u nisa fil-livelli kollha tas-soċjetà;

g.

jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-qafas il-ġdid għandu jgħaqqad flimkien id-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli;

h.

huwa indispensabbli li jiġu mobilizzati r-riżorsi finanzjarji kollha possibbli u l-mekkaniżmi ta' finanzjament innovattiv għall-iżvilupp, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari:

i)

lill-ġlieda kontra l-korruzzjoni, ir-rifuġji fiskali, l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa u l-flussi illegali tal-kapital;

ii)

lir-responsabbiltà ta' ekonomiji emerġenti fl-aġenda għall-iżvilupp, filwaqt li tiġi inkoraġġita wkoll il-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar u dik trijangolari;

iii)

lit-titjib tal-mekkaniżmi ta' monitoraġġ;

iv)

lill-ODA; u

v)

lill-PCD;

i.

għandu jkun żgurat li l-qafas il-ġdid se jkun jinkludi wkoll sħab lil hinn mil-livell tal-gvern nazzjonali sabiex jipprovdu ambjent li jippermetti l-appoġġ għal sjieda demokratika reali u għal soċjetà ċivili;

j.

il-PCD se tkun assolutament kruċjali għas-suċċess ta' qafas futur, u se tqis in-natura li tinbidel tal-faqar u l-impatt tal-politiki nazzjonali fil-kuntest globali;

k.

huma meħtieġa mekkaniżmi ċari tal-obbligu ta' rendikont sabiex ikun żgurat li l-pajjiżi jwettqu l-impenji tagħhom u jirreaġixxu b'mod effikaċi għall-faqar u l-isfidi ta' sostenibbiltà li se jkun qed jindirizza l-qafas għal wara l-2015;

o

o o

97.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.


(1)  ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.

(2)  Konklużjonijiet tal-Kunsill 9558/07, 15.5.2007.

(3)  http://ec.europa.eu/europeaid/what/millenium-development-goals/index_en.htm

(4)  ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 48.

(5)  http://www.ecdpm-talkingpoints.org/african-consultations-post2015-development-agenda.

(6)  Dok. 9317/12.

(7)  OECD et al, 2011, 'Conflict, fragility and armed violence are major factors preventing the achievement of the MDGs'.

(8)  Kif definit fil-Karta dwar il-Prinċipji ta' Kummerċ Ġust tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ Ġust.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/150


P7_TA(2013)0284

L-istat tad-dritt fir-Russja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar l-istat tad-dritt fir-Russja (2013/2667(RSP))

(2016/C 065/20)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapporti u r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja, b'mod partikolari dawk tas-17 ta’ Frar 2011 dwar l-istat tad-dritt fir-Russja (1), tat-13 ta’ Settembru 2012 dwar l-użu politiku tal-ġustizzja fir-Russja (2) u tat-13 ta’ Diċembru 2012 li fiha r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar in-negozjati tal-Ftehim il-ġdid bejn l-UE u r-Russja (3),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni eżistenti li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra (FSK), kif ukoll in-negozjati li jinsabu għaddejjin għal ftehim ġdid bejn l-UE u r-Russja,

wara li kkunsidra s-“Sħubija għall-Modernizzazzjoni” li bdiet fl-2010 f’Rostov-on-Don u l-impenn meħud mit-tmexxija Russa favur l-istat tad-dritt bħala bażi fundamentali għall-modernizzazzjoni tar-Russja,

wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tar-Russja, b’mod partikolari l-Artikolu 118 tagħha, li jgħid li l-ġustizzja fil-Federazzjoni Russa għandha tkun amministrata mill-qrati biss, u l-Artikolu 120 tagħha, li jipprevedi li l-imħallfin ikunu indipendenti u subordinati biss għall-Kostituzzjoni Russa u għad-dritt federali,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-dinja,

wara li kkunsidra r-riżultati tas-Samit bejn l-UE u r-Russja li sar bejn it-3 u l-4 ta’ Ġunju 2013 u l-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem tad-19 ta’ Mejju 2013,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet li saru mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar l-assoċjazzjoni GOLOS, fuq is-sitwazzjoni tal-NGOs fil-Federazzjoni Russa u fuq il-każ Magnitsky,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, id-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Dritt u r-Responsabilità tal-Individwi, Gruppi u Organi tas-Soċjetà li Jippromwovu u Jipproteġu d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali Universalment Rikonoxxuti,

wara li kkunsidra l-għoti min-naħa tal-Parlament tal-Premju Sakharov 2009 għal-Libertà tal-Ħsieb lil Memorial, organizzazzjoni mhux governattiva Russa li tikkampanja, inter alia, għad-drittijiet tal-priġunieri politiċi fir-Russja, u wara li kkunsidra l-appoġġ dejjem akbar fil-Parlament Ewropew favur “Memorial” bħala kandidat għall-Premju Nobel għall-Paċi,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja dwar il-Liġi Federali Russa Nru 65 tat-8 ta’ Ġunju 2012 dwar l-assemblej, il-laqgħat, id-dimostrazzjonijiet, il-marċijiet u l-gruppi ta’ persuni jipprotestaw barra l-bini, u l-kodiċi ta’ reati ammnistrattivi, fuq il-liġi Federali dwar il-ġlieda kontra attivitajiet estremisti u l-Liġi Federali Russa dwar is-Servizzi tas-Sigurtà Federali (FSB),

wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Unjoni Ewropea tibqa' impenjata li tfannad u tiżviluppa aktar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja bi qbil mal-prinċipji mnaqqxa fis-Sħubija għall-Modernizzazzjoni, ibbażata fuq l-impenn reċiproku kbir favur il-prinċipji demokratiċi, ir-rispett għad-drittijiet fundamentali u tal-bniedem, l-istat tad-dritt, il-libertà tal-kelma, il-libertà tal-espressjoni, il-libertà ta' għaqda, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem u l-ugwaljanza;

B.

billi, bħala membru tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u firmatarja tad-Dikjarazzjonijiet tan-NU, ir-Russja kkommettiet ruħha għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-istat ta’ dritt,

C.

billi għad hemm tħassib serju dwar l-iżviluppi fil-Federazzjoni Russa fir-rigward tar-rispett u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u r-rispett ta' prinċipji, regoli u proċeduri demokratiċi li dwarhom sar qbil komuni,

D.

billi l-libertà tal-istampa u l-midja, kemm onlajn kif ukoll offlajn, hija aspett kruċjali ta' soċjetà demokratika u miftuħa, kif ukoll hija fundamentali biex tiġġieled il-korruzzjoni u tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; billi l-istampa indipendenti, bħala manifestazzjoni kollettiva tal-libertà ta' espressjoni, hi waħda mill-atturi prinċipali fix-xena tal-midja, li taġixxi bħala gwardjan tad-demokrazija;

E.

billi, matul dawn l-aħħar snin, ħafna proċessi u proċedimenti ġudizzjarji, bħall-każjiet Magnitsky, Khodorkovsky, Politkovskaya u każijiet oħrajn, tefgħu dubju fuq l-indipendenza u l-imparzjalità tal-istituzzjonijiet ġudizzjarji tal-Federazzjoni Russa; billi l-każijiet prominenti msemmija hawn fuq huma sempliċement biss dawk il-każijiet magħrufa barra mir-Russja ta' dak li jammonta għal falliment sistematiku tal-Istat Russu li jirrispetta l-istat tad-dritt u jiggarantixxi l-ġustizzja liċ-ċittadini tiegħu;

F.

billi Alexei Navalny, avukat prominenti, attivist soċjali u persuna impenjata fil-kampanja kontra l-korruzzjoni, jinsab attwalment fi proċess fir-Russja fuq akkużi li huwa jiddikjara li jirrappreżentaw attentat politikament motivat biex jikkastigawh bħala wieħed mill-aktar avversarji prominenti tal-gvern; billi Navalny kixef b'mod konsistenti l-korruzzjoni massiva fl-ogħla livelli tal-makkinarju statali Russu;

G.

billi l-prosekuturi jkomplu jiġru wara attivisti tal-oppożizzjoni li pparteċipaw fil-“March of Millions” fis-6 ta' Mejju 2012, il-jum qabel l-inawgurazzjoni tal-President Putin; billi, skont rapporti indipendenti affidabbli, il-pulizija ta' kontra l-irvelli użaw il-forza biex ifixklu d-dimostrazzjoni fil-Pjazza Bolotnaya u użaw forza sproporzjonata u vjolenza arbitrarja fuq il-parteċipanti; billi r-rapporti tal-Kunsill Presidenzjali tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Ombudsman tad-Drittijiet tal-Bniedem u kummissjoni investigattiva indipendenti magħmula minn persuni pubbliċi anzjani tefgħu t-tort kemm fuq l-awtoritajiet Russi kif ukoll fuq il-pulizija għall-vjolenza;

H.

billi, matul dawn l-aħħar xhur, l-adozzjoni tal-liġijiet dwar ir-reġistrazzjoni tal-partiti politiċi, l-iffinanzjar tal-NGOs, id-dritt ta’ għaqda, l-estremiżmu, il-malafama u r-restrizzjonijiet fl-iffiltrar tal-internet ikkontribwiet b'mod sinifikanti biex tiddeterjora l-klima fir-rigward tal-iżvilupp ta' soċjetà ċivili ġenwina fir-Russja;

I.

billi l-Parlament Russu, f'Lulju 2012, adotta liġi li tagħti status ta' “aġent barrani” lil organizzazzjonijiet mhux kummerċjali Russi impenjati f'attivitajiet politiċi u ffinanzjati minn barra l-pajjiż; billi matul l-aħħar snin il-liġijiet dwar l-NGOs u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda intużaw biex joppressaw is-soċjetà ċivili, joħonqu l-opinjonijiet politiċi tal-oppożizzjoni u jagħtu fastidju lill-NGOs, lill-oppożizzjoni demokratika u lill-midja;

J.

billi l-awtoritajiet federali ma għamlu xejn biex iwaqqfu l-leġiżlazzjoni diskriminatorja li tipprojbixxi 'propaganda omosesswali' milli tidħol fis-seħħ f'disa' reġjuni fir-Russja; billi d-Duma dan l-aħħar adotta liġi simili fil-livell nazzjonali;

K.

billi l-membri tal-Kunsill Presidenzjali tad-Drittijiet tal-Bniedem ilmentaw bil-fastidju, l-intimidazzjoni, l-interrogazzjonijiet, it-tfittix fl-uffiċċji u l-proprjetà tagħhom u miżuri oħra mwettqa mill-aġenti tal-infurzar tal-liġi Russi;

L.

billi l-iżvilupp ulterjuri tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja jkomplu jinżammu lura min-nuqqas tar-Russja li tħaddan bis-sħiħ il-valuri demokratiċi u ssaħħaħ l-istat ta' dritt;

1.

Ifakkar lir-Russja dwar l-importanza tal-konformità sħiħa mal-obbligi legali internazzjonali tagħha, bħala membru tal-Kunsill tal-Ewropa, u mad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u l-istat tad-dritt minquxa fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR);

2.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-liġijiet repressivi reċenti u l-infurzar arbitrarju tagħhom mill-awtoritajiet Russi, li ta' spiss wasslu għal fastidju fuq l-NGOs, l-attivisti tas-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-minoritajiet;

3.

Jinsab imħasseb sew dwar il-falliment tar-Russja li tosserva l-obbligi legali internazzjonali tagħha biex tipproteġi l-libertà ta' assoċjazzjoni, espressjoni u għaqda, billi dan qed jhedded kemm il-vijabilità tas-soċjetà ċivili vibranti tar-Russja kif ukoll il-kooperazzjoni mal-UE;

4.

Jerġa' jafferma d-diżappunt tiegħu bil-liġi li toffri l-istatus ta' “aġent barrani” lil organizzazzjonijiet mhux kummerċjali Russi impenjati f'attivitajiet politiċi u ffinanzjati minn barra l-pajjiż; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi biex jieqfu jirreġistraw NGOs bħala “aġenti barranin” fuq il-bażi ta' liġi li estendiet il-kontroll tal-istat fuq l-NGOs, billi jużaw id-definizzjoni vaga ta' attivitajiet politiċi inklużi f'din il-liġi, u billi jitfgħu stigma fuq NGOs u joħolqu atmosfera li hija ostili għas-soċjetà ċivili;

5.

Iqis li l-ispezzjonijiet intrużivi, immirati u mifruxa, il-konfiska tal-proprjetà u l-multi amministrattivi imposti fuq l-NGOs Russi u l-attivisti tagħhom, li allegatament jirċievu ffinanzjar barrani, huma inammissibbli u jfixklu d-dritt għal-libertà ta' assoċjazzjoni; barra minn hekk jikkritika t-tfittxija u l-pressjoni applikata fuq il-fondazzjonijiet politiċi internazzjonali; jiddispjaċih ħafna li xi NGOs diġà qed jaffaċċjaw akkuża, bħal Memorial, f'San Pietruburgu, jew diġà ngħataw is-sentenza, bħal GOLOS u ċ-Ċentru Levada; jinsab imħasseb dwar l-investigazzjonijiet imnedija kontra organizzazzjonijiet mhux governattivi li jfittxu li jibnu demokrazija fir-Russja, inklużi l-istituti internazzjonali;-{}-

6.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi biex jindirizzaw dan it-tħassib billi jagħmlu l-liġijiet imsemmijin hawn fuq konformi mal-istandards internazzjonali u l-impenji tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali u kostituzzjonali tar-Russja, inkluża l-Kostituzzjoni tagħha stess, b'mod partikolari billi jitneħħew restrizzjonijiet legali, amministrattivi u oħrajn mingħajr bżonn fuq il-ħidma tal-NGOs;

7.

Iħeġġeġ lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli, is-SEAE u l-Kummissjoni biex iqisu, matul in-negozjati attwali dwar il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss u matul il-fażi tal-ipprogrammar, is-sitwazzjoni li qed tiddeterjora għas-soċjetà ċivili, l-irtirar sfurzat ta' donaturi internazzjonali oħrajn u t-talbiet dejjem jiżdiedu għal appoġġ tal-UE, u biex tiġi prevista żieda sinifikanti fl-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni lill-NGOs u s-soċjetà ċivili kif inhu xieraq;

8.

Jinsab imħasseb sew dwar il-konsegwenzi negattivi tal-adozzjoni ta' liġi federali dwar il-“propaganda omosesswali”, li tista' żżid id-diskriminazzjoni u l-vjolenza kontra individwi tal-LGBTI;

9.

Jistieden lill-awtoritajiet Russi biex jiggarantixxu l-pluraliżmu politiku, il-libertà tal-midja, l-istat tad-dritt, l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura, il-libertà tal-kelma u ta' għaqda, inkluż fuq l-internet, trejdunjins effettivi u indipendenti, u n-nondiskriminazzjoni, bħala prekundizzjoni neċessarja għall-iżvilupp u l-modernizzazzjoni ulterjuri tar-Russja, b'tali mod li tirrikonoxxi u tipproteġi d-drittijiet individwali u kollettivi taċ-ċittadini kollha tagħha; ifakkar li, skont il-liġi internazzjonali, l-istati għandhom obbligu li jappoġġjaw, direttament jew indirettament, l-iffinanzjar tal-attivitajiet tas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari billi jinħoloq ambjent favorevoli mingħajr interferenza fl-indipendenza tagħhom;

10.

Jesprimi tħassib serju dwar rapporti ta' proċessi politiċi, proċeduri mhux ġusti u fallimenti biex jiġu investigati reati serji bħal qtil, fastidju u atti ta' vjolenza oħrajn, kif deher f'Magnitsky, Khodorkovsky, Politkovskaya u f'każijiet oħrajn; iħeġġeġ lill-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi Russi jwettqu dmirijiethom b’mod effikaċi, imparzjali u indipendenti ħalli min wettaq l-atti jressquh quddiem il-ġustizzja;

11.

Ifakkar fir-rakkomandazzjoni tiegħu dwar ir-restrizzjonijiet komuni rigward il-viża għal uffiċjali Russi involuti fil-każ Sergei Magnitsky u jitlob lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex jimplimentaw projbizzjoni tal-viża mal-UE kollha u biex jiġu ffriżati l-assi finanzjarji fl-UE tal-uffiċjali kollha involuti fil-mewt ta' Magnitsky, li jinsab għaddej minn prosekuzzjoni wara mewtu, u ta' persuni oħrajn fir-Russja li kisru drittijiet tal-bniedem b'mod serju. jenfasizza li dawk l-individwi ma għandhomx jibbenefikaw minn xi ftehim bejn l-UE u r-Russja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ tal-viżi;

12.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiffaċilitaw u jevalwaw pożittivament rikjesti ta’ viża minn attivisti politiċi Russi ppersegwitati;

13.

Jilqa’ l-ftuħ mill-ġdid reċenti tal-proċedimenti fil-każ tal-qtil ta’ Anna Politkovskaya, aktar minn sitt snin wara li sparawlha, iżda wkoll jikkondividi t-tħassib li l-kwistjoni ta’ min ordna l-qtil tagħha probabbli mhux se toħroġ mill-każ;

14.

Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar il-każ ta’ Alexei Navalny u jiddeplora l-allegazzjoni tan-natura motivata politikament ta’ prosekuzzjoni tiegħu; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi jiżguraw li jingħata d-drittijiet kollha tiegħu u li l-proċess tiegħu jissodisfa l-istandards aċċettati internazzjonalment ta’ proċess ġust; jistieden, f’dan ir-rigward, lid-Delegazzjoni tal-UE u lill-Missjonijiet tal-Istati Membri fir-Russja biex jissorveljaw il-proċessi tad-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż dak ta' Navalny u oħrajn, b'mod partikolari dawk li jseħħu fil-livell reġjonali;

15.

Iħeġġeġ lir-Russja, fir-rigward tal-“March of Millions”, tikkumissjona inkjesta indipendenti dwar il-vjolenza fi Pjazza Bolotnaya u, b'mod partikolari, tinvestiga l-allegazzjonijiet ta' użu eċċessiv ta' forza kontra d-dimostranti; jesprmi tħassib dwar l-allegazzjoni tan-natura motivata politikament tal-prosekuzzjonijiet marbuta mal-vjolenza fi pjazza Bolotnaya;

16.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi sabiex jiżguraw il-libertà tal-istampa u tal-midja, kemm online kif ukoll offlajn, li jrawmu ambjent ta’ midja pluralista, jippermettu pjattaformi tal-midja, tal-ġurnalisti u tal-bloggers biex jissodisfaw ir-rwol ewlieni tagħhom fis-soċjetà Russa b’mod indipendenti, li jissalvagwardjaw il-fluss ħieles ta' informazzjoni u jiżguraw il-libertà ta’ espressjoni; jenfasizza l-importanza tal-libertà tal-liġijiet ta' informazzjoni, li huma essenzjali għall-ġurnalisti u s-soċjetà ċivili biex jagħmlu x-xogħolhom bħala għassiesa;

17.

Jistieden lir-Russja tikkopera bis-sħiħ mal-proċeduri speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluż billi toħroġ stedina permanenti għall-żjarat fil-pajjiżi u twieġeb pożittivament għal talbiet pendenti għall-aċċess mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, dwar il-libertà ta' għaqda u ta' assemblea, u dwar il-libertà tal-espressjoni fir-Russja; jistieden lir-Russja wkoll taċċetta r-rakkomandazzjonijiet, magħmula fil-kuntest tar-Reviżjoni Perjodika Universali tar-Russja fil-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem, tħassar jew tirrevedi l-leġiżlazzjoni li taffettwa l-ħidma ta’ NGOs u tieqaf tostakola x-xogħol marbuta mad-drittijiet tal-bniedem;

18.

Jistieden lill-Kunsill jaddotta l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, li jservu biex jipprovdu appoġġ kritiku lil dawk kollha li fir-Russja jaħdmu biex jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem u anki jorbot lis-27 Stat Membru tal-UE u l-istituzzjonijiet tal-UE f’messaġġ u approċċ komuni fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja;

19.

Iħeġġeġ lir-Russja tieħu l-miżuri kollha possibbli biex tiżgura li l-membri kollha tal-Kunsill Presidenzjali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u b'mod aktar ġenerali dawk kollha li jaħdmu biex jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, jingħataw protezzjoni minn fastidju u intimidazzjoni;

20.

Iħeġġeġ lill-Presidenti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, kif ukoll il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, biex ikomplu jsegwu mill-qrib dawn il-każijiet, iqajmu dawn il-kwistjonijiet f’formati u laqgħat differenti mar-Russja u jirrapportaw lura lill-Parlament dwar l-iskambji tagħhom mal-awtoritajiet Russi;

21.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-President, lill-Gvern u l-Parlament tal-Federazzjoni Russa, lill-Kunsill tal-Ewropa u l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa.


(1)  ĠU C 188 E, 28.6.2012, p. 37.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2012)0352.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2012)0505.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/154


P7_TA(2013)0285

Azerbajġan: Il-każ ta' Ilgar Mammadov

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar l-Azerbajġan: il-każ ta’ Ilgar Mammadov (2013/2668(RSP))

(2016/C 065/21)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fl-Azerbajġan, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tad-9 ta’ Frar 2013 mill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentat Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà Catherine Ashton u l-Kummissarju Štefan Füle dwar l-arresti ta’ Tofiq Yaqublu, kittieb ta’ rubrika f’gazzetta u viċi president tal-partit tal-oppożizzjoni Musavat, u Ilgar Mammadov, mexxej u kandidat presidenzjali tal-partit Republican Alternative (REAL),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tas-7 ta’ Ġunju 2013 mill-kelliema rispettivi ta’ Catherine Ashton u l-Kummissarju Füle dwar limitazzjonijiet fuq il-libertà tal-espressjoni fl-Azerbajġan,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-3 ta’ Mejju 2013 mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, Thorbjørn Jagland, dwar akkużi ġodda kontra s-Sur Mammadov,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-18 ta’ Marzu 2013 mill-Kungress ta’ Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa;

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta li nħarġet minn 52 organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili fl-Azerbajġan li titlob għall-ħelsien tas-Sur Mammadov u s-Sur Yaqublu,

wara li kkunsidra r-relazzjoni stabbilita bejn l-UE u l-Azerbajġan, b’effett mill-1999, kif rappreżentata mill-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV), il-ħolqien tas-Sħubija tal-Lvant (SL), in-negozjati dwar ftehim ta’ assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Azerbajġan u l-parteċipazzjoni tal-Azerbajġan fl-Assemblea Parlamentari Euronest,

wara li kkunsidra n-negozjati li jinsabu għaddejjin bejn l-UE u l-Azerbajġan dwar ftehim ta’ assoċjazzjoni,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Diċembru 2012 dwar Strateġija dwar il-Libertà Diġitali fil-Politika Barranija tal-UE (1),

wara li kkunsidra r-rapport ta’ progress tal-pajjiż tal-PEV 2012 dwar l-Azerbajġan, tal-20 ta’ Marzu 2013,

wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi s-Sur Mammadov, il-kap tal-oppożizzjoni tal-moviment REAL u d-direttur tal-Baku School of Political Studies tal-Kunsill tal-Ewropa, u s-Sur Yaqublu, viċi president tal-partit tal-oppożizzjoni Musavat, ġew arrestati mill-awtoritajiet Azerbajġani fl-4 ta’ Frar 2013 u ilhom jinżammu illegalment minn dakinhar; billi s-Sur Mammadov huwa akkużat li xewwex rewwixti fil-belt ta’ Ismaili wara li żar din il-belt;

B.

billi d-detenzjoni inizjali tiegħu qabel il-proċess ġiet estiża darbtejn f’attentat evidenti biex jinżamm il-ħabs sal-elezzjonijiet li jmiss; billi skont rapporti reċenti Ilgar Mammadov tqiegħed f’ċella għall-kastigi, u dan iqajjem tħassib li qed jiġi vvittimizzat;

C.

billi s-sitwazzjoni ġenerali tad-drittijiet tal-bniedem fl-Azerbajġan marret għall-agħar kontinwament matul dawn l-aħħar snin minkejja l-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-PEV, u kien hemm pressjoni li qed tikber fuq l-NGOs u l-midja indipendenti u intimidazzjoni fir-rigward tagħhom, li qajmu sens ta’ biża’ mifrux fost il-forzi tal-oppożizzjoni, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-attivisti żgħażagħ u tan-netwerk soċjali, u wasslu għall-awtoċensura fost il-ġurnalisti;

D.

billi qabel l-arrest tiegħu is-Sur Mammadov ġie kkonfermat bħala l-kandidat tal-partit tal-oppożizzjoni tar-REAL għall-elezzjonijiet presidenzjali tal-Azerbajġan skedati għal Ottubru 2013;

E.

billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili jqisu l-arrest tas-Sur Mammadov bħala illegali u motivat politikament, u bħala attentat ta’ intimidazzjoni fir-rigward tal-oppożizzjoni;

F.

billi l-Kummissjoni, l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa u l-gvernijiet tal-Istati Membri esprimew tħassib serju dwar dan il-każ;

G.

billi l-UE esprimiet tħassib serju dwar l-użu ta’ ġustizzja selettiva għal skopijiet politiċi;

H.

billi r-rappreżentant tal-Kunsill tal-Ewropa f’Baku ma ngħatax permess li jkun preżenti fis-smigħ inizjali tal-qorti fi Frar 2013 u billi, barra minn hekk, grupp tal-Kunsill tal-Ewropa u ambaxxaturi li reċentement żaru l-Azerbajġan ma tħallewx jaraw lis-Sur Mammadov;

I.

billi l-libertà tal-istampa u tal-midja, kemm online u kemm offline, hija aspett kruċjali ta' soċjetà demokratika u miftuħa, u hija wkoll fundamentali għas-salvagwardja tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt;

J.

billi ġurnalisti, bloggers, attivisti u ħassieba indipendenti oħrajn qed ikomplu jesperjenzaw limitazzjonijiet serji fuq il-libertà tal-espressjoni tagħhom fl-Azerbajġan, u qed jiffaċċjaw prosekuzzjoni fuq akkużi foloz, fastidju, intimidazzjoni u attakki fiżiċi;

K.

billi l-protesti ġew ipprojbiti effettivament fiċ-ċentru ta’ Baku sa mill-2006, u billi reċentement ġew introdotti multi ġodda ħorox u perjodi itwal ta’ detenzjoni amministrattiva għal dawk li jorganizzaw jew jipparteċipaw f’laqgħat pubbliċi;

L.

billi l-awtoritajiet tal-Azerbajġan reċentement talbu tnaqqis fl-ambitu tal-missjoni tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OKSE) f’Baku għall-istatus ta’ “uffiċċju ta’ koordinament tal-proġetti”, li huwa meqjus bħala attentat li tiġi limitata l-kritika antiċipata tal-OSKE dwar l-elezzjonijiet presidenzjali skedati għal Ottubru 2013;

M.

billi, kontra l-impenji magħmula, il-parlament tal-Azerbajġan, il-Milli Mejlis, adotta emendi għall-Kodiċi Kriminali li jipprovdu għal sa tliet snin priġunerija għal każijiet ta’ malafama online, att li jikkostitwixxi ostakolu ieħor għall-kundizzjonijiet meħtieġa għal midja indipendenti u mhux parzjali fl-Azerbajġan;

N.

billi l-Azerbajġan attwalment huwa impenjat f’konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni ta’ Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa dwar ir-riforma tal-leġiżlazzjoni tal-pajjiż dwar il-malafama, li għandhom isiru sabiex jiġu eżegwiti żewġ sentenzi fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kontra l-Azerbajġan; billi, madankollu, il-parlament tal-Azerbajġan adotta emendi ġodda mmirati lejn il-faċilitazzjoni tal-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar il-malafama għall-espressjoni online;

O.

billi l-Azerbajġan huwa membru tal-Kunsill tal-Ewropa u se jieħu f’idejh il-presidenza b’rotazzjoni tiegħu fl-2014, u huwa wkoll parti mill-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;

P.

billi l-Azerbajġan qed jipparteċipa attivament fil-PEV u fis-SL, u huwa impenjat fin-negozjati dwar ftehim ta’ assoċjazzjoni u fil-progress tal-inizjattivi ta' kooperazzjoni li huma bbażati fuq il-qafas tas-SL, huwa membru fundatur tal-Euronest u huwa impenjat favur ir-rispett tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, valuri fil-qofol ta' dawn l-inizjattivi;

Q.

billi l-Azerbajġan adotta liġijiet ġodda li jwessgħu id-definizzjoni ta’ libell kriminali, u jagħmlu r-regolamenti dwar il-finanzjament tal-organizzazzjonijiet nongovernattivi (NGOs) aktar stretti u jintroduċu penalitajiet ħafna aktar ħorox għal reati relatati ma’ assembleji pubbliċi;

R.

billi l-Azerbajġan qed jokkupa siġġu mhux permanenti fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) għall-perjodu 2012-2013, u impenja ruħu li jirrispetta l-valuri mħaddna fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;

S.

billi l-2013 hija sena ta’ elezzjoni importanti għall-Azerbajġan, immirata favur it-titjib tal-ambjent ġenerali għall-elezzjonijiet demokratiċi;

1.

Jenfasizza li r-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt huwa fil-qofol tal-qafas għal kooperazzjoni fi ħdan is-SL, u tal-impenji magħmula mill-Azerbajġan fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa u l-OSKE;

2.

Jikkundanna bil-qawwa d-detenzjoni tas-Sur Mammadov, jitlob għall-ħelsien immedjat u inkondizzjonat tiegħu u li tintemm il-prosekuzzjoni tiegħu, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Azerbajġan jinvestigaw l-akkużi kontrih b’mod mgħaġġel, ġust, trasparenti u indipendenti;

3.

Jistieden lill-UE tgħin u tkompli tappoġġa r-Repubblika tal-Azerbajġan fl-isforzi tagħha li tikkonsolida d-demokrazija u l-istat tad-dritt u tirriforma l-ġudikatura u s-sistemi tal-infurzar tal-liġi, b’enfasi speċjali fuq il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

4.

Jesprimi tħassib serju dwar rapporti minn difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u NGOs nazzjonali u internazzjonali dwar l-użu allegat ta’ akkużi vvintati kontra persuni politiċi, attivisti u ġurnalisti;

5.

Jikkundanna kull intimidazzjoni, arrest, detenzjoni jew prosekuzzjoni ta’ mexxejja jew membri ta’ partiti fl-oppożizzjoni, attivisti, ġurnalisti jew bloggers sempliċiment minħabba li jkunu esprimew il-fehmiet tagħhom u eżerċitaw id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tagħhom skont standards internazzjonali;

6.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Azerbajġan jirrispettaw b’mod inekwivoku l-libertà tal-istampa u tal-midja, kemm online u kemm offline, sabiex jiżguraw il-libertà tal-espressjoni;

7.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Azerbajġan jirriformaw il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż dwar il-malafama, sabiex il-malafama tiġi indirizzata permezz ta’ multi proporzjonati aktar milli bil-priġunerija;

8.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Azerbajġan jirrispettaw bis-sħiħ il-libertà ta’ għaqda tal-popolazzjoni tal-Azerbajġan;

9.

Jappoġġa n-negozjati li għaddejjin dwar ftehim ta’ assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Azerbajġan u jtenni l-pożizzjoni tiegħu li ftehim bħal dan għandu jinkludi klawżoli u punti ta’ riferiment relatati mal-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, speċjalment fir-rigward tal-libertà tal-midja, il-libertà tal-espressjoni, il-libertà ta’ assoċjazzjoni u l-libertà ta’ għaqda, li jirriflettu l-prinċipji u d-drittijiet imħaddna fil-kostituzzjoni tal-Azerbajġan u l-impenji magħmula mill-Azerbajġan fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa u l-OSKE;

10.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Azerbajġan jallinjaw il-leġiżlazzjoni dwar l-elezzjonijiet, il-libertà ta' għaqda, il-libertà ta' assoċjazzjoni u l-libertà tal-midja mal-istandards internazzjonali, u jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tagħha;

11.

Jistieden lis-Servizz Estern għall-Azzjoni Esterna (SEAE) biex japplika strettament il-prinċipju “aktar għal aktar”, b’enfasi speċifika fuq elezzjonijiet inklużivi, ħielsa u ġusti, l-indipendenza tal-ġudikatura, riformi demokratiċi u drittijiet u libertajiet fundamentali, u biex jistabbilixxi biċ-ċar il-konsegwenzi fil-każ li ma jsirx progress b'rabta mar-riformi;

12.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Azerbajġan iżidu l-isforzi tagħhom għar-riforma tal-aspetti kollha tas-sistema ġudizzjarja: prosekuzzjoni, proċess, kundanna, detenzjoni u appelli;

13.

Jistieden lill-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso jitkellem dwar il-preokkupazzjonijiet tal-UE b’rabta mad-drittijiet tal-bniedem fil-konfront tal-Azerbajġan, kif stipulat fl-aħħar rapport ta’ progress tal-PEV, matul iż-żjara ppjanata tal-President Ilham Aliyev fi Brussell;

14.

Jappoġġa x-xogħol tas-SEAE u jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE f’Baku tkompli tagħti attenzjoni mill-qrib lilll-preokkupazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem matul iċ-ċiklu tal-elezzjoni li jmiss, billi turi l-appoġġ tagħha għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem billi tattendi avvenimenti organizzati mis-soċjetà ċivili u titkellem f’isimhom, filwaqt li twettaq monitoraġġ mill-qrib tal-proċessi fil-qorti u tappoġġa l-libertà tal-midja, fost l-oħrajn billi titlob trażmissjoni vijabbli tal-istazzjonijiet indipendenti tar-radju u t-televiżjoni matul il-kampanja elettorali;

15.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Azerbajġan jagħtu lid-Dar tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Azerbajġan awtorizzazzjoni mhux kondizzjonata biex terġa’ tiftaħ u tirreġistra ċ-Ċentru għall-Monitoraġġ tal-Elezzjoni u l-Istudji dwar id-Demokrazija mingħajr aktar dewmien jew piżijiet amministrattivi;

16.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Azerbajġan jikkonformaw mas-sentenzi kollha tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem li jikkonċernaw lill-Azerbajġan;

17.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lis-Servizz Estern għall-Azzjoni Esterna, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kummissjoni, lill-Gvernijiet u l-Parlament tar-Repubblika tal-Azerbajġan, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-OSKE u lill-Kunsill tan-NU tad-Drittijiet tal-Bniedem.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2012)0470.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/157


P7_TA(2013)0286

Is-sitwazzjoni tal-Musulmani Rohingya

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar is-sitwazzjoni tal-Musulmani Rohingya (2013/2669(RSP))

(2016/C 065/22)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar Burma/il-Mjanmar, b'mod partikolari dawk tal-20 ta' April 2012 (1), tat-13 ta' Settembru 2012 (2) u tat-22 ta' Novembru 2012 (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Mejju 2013 dwar l-introduzzjoni mill-ġdid tal-aċċess tal-Mjanmar/Burma għall-preferenzi fit-tariffi ġeneralizzati (4),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-UE tat-22 ta' April 2013 dwar il-Mjanmar/Burma ,

wara li kkunsidra l-istqarrija tar-Rappreżentant Għoli Catherine Ashton tas-27 ta’ Novembru 2012 dwar ir-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Mjanmar,

wara li kkunsidra l-istqarrija tal-kelliem tar-Rappreżentant Għoli Catherine Ashton fl-1 ta’ Ġunju 2013 dwar il-ftehim konkluż bejn il-Gvern tal-Mjanmar/Burma u l-Organizzazzjoni għall-Indipendenza tal-Kachin,

wara li kkunsidra l-istqarrija tal-Kummissarju tal-UE għall-Kooperazzjoni Internazzjonali, l-Għajnuna Umanitarja u r-Rispons f'każ ta' Kriżi, Kristalina Georgieva, tad-9 ta’ Awwissu 2012 dwar is-sitwazzjoni tal-Musulmani Rohingya,

wara li kkunsidra r-rapport finali tad-Delegazzjoni tas-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament Ewropew f’Burma/il-Mjanmar, tat-3 sal-5 ta’ April 2013,

wara li kkunsidra l-ġabra ta' miżuri restrittivi tal-Unjoni Ewropea, kif stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/232/PESK tas-26 ta’ April 2010 u kif emendati l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1083/2011 tas-27 ta' Ottubru 2011,

wara li kkunsidra l-istqarrija tal-kelliem tar-Rappreżentant Għoli Catherine Ashton fl-23 ta’ Marzu 2013 dwar il-kunflitti vjolenti fil-belt ta’ Meiktila f’Burma/il-Mjanmar,

wara li kkunsidra l-istqarrija tal-kelliem tar-Rappreżentant Għoli Catherine Ashton tat-2 ta' April 2013 dwar il-mewt rappurtata ta’ 13-il tifel u tifla minħabba nirien fi skola Musulmana f’Burma,

wara li kkunsidra l-Istqarrija Universali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta’ Diċembru 1948,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) tal-1966,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati u l-Protokoll tal-1967 tagħha,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Nru 67/233 tal-24 ta’ Diċembru 2012 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Mjanmar,

wara li kkunsidra l-appell tal-UNHCR lill-gvernijiet tax-Xlokk tal-Asja, fit-13 ta’ Novembru 2012, biex iżommu l-fruntieri tagħhom miftuħa għal persuni li jkunu qed jaħarbu minn Burma bil-baħar,

wara li kkunsidra r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-6 ta’ Marzu 2013 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’Burma/il-Mjanmar, u l-istqarrija tiegħu tal-11 ta’ Ġunju 2013 li “l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem kontra r-Rohingya fl-istat ta’ Rakhine State hu mifrux u sistematiku”,

wara li kkunsidra l-istqarrija ta’ Aun San Suu Kyi tas-27 ta’ Mejju 2013 dwar il-“politika ta’ żewġt itfal” għall-Musulmani Rohingya,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tas-Samit tal-ASEAN f’Novembru 2011 li jgħaddi l-Presidenza tal-ASEAN lil Burma/il-Mjanmar fl-2014,

wara li kkunsidra r-rapport tal-organizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem Human Rights Watch, bit-titlu “All You Can Do is Pray: Crimes Against Humanity and Ethnic Cleansing of Rohingya Muslims in Burma’s Rakhine State” tat-22 ta’ April 2013,

wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-persekuzzjoni tal-minoranza Rohingya, u l-vjolenza kontrihom, għadhom qed jintensifikaw, speċjalment il-qerda tal-proprjetà u l-postijiet ta’ qima, arresti tal-massa, detenzjoni arbitrarja, torturi, stupri, u restrizzjonijiet fuq il-moviment ħieles, id-drittijiet taż-żwieġ u l-aċċess għall-edukazzjoni;

B.

billi l-vjolenza reliġjuża li bdiet fl-Istat ta’ Rakhine issa kompliet tinfirex mal-pajjiż; billi fil-perjodu bejn Marzu u Mejju 2013 ġew rapportati diversi attakki kontra persuni Musulmani f’Rangoon, Mandalay u Pegu, kif ukoll fl-Istati ta’ Kachin u ta’ Shan, li wasslu għal 46 mewt u l-ispustar ta’ 14 000 ruħ;

C.

billi l-vjolenza settarja issa nfirxet għal żona ġdida f’Burma: xi ħwienet fil-belt ta’ Lashio (fl-Istat ta’ Shan) inħarqu minn folla nies fit-28 ta’ Mejju 2013, filwaqt li tliet nisa Rohingya inqatlu mill-pulizija fir-raħal ta’ Parein waqt ġlied li nqala’ dwar akkomodazzjoni għall-minoranza spustata fl-4 ta’ Ġunju 2013;

D.

billi aktar minn 130 000 Rohingya spustati għadhom f’kampijiet u nħawi oħra, u l-gvern ta’ Burma/il-Mjanmar ippermetta biss aċċess umanitarju limitat u inadegwat għall-popolazzjonijiet Rohingya f’sitwazzjoni ta’ riskju; billi ħafna Rohingya jinsabu f’żoni li jistgħu jintlaqtu minn għargħar, esposti għax-xita tal-monsun u għaċ-ċikluni; billi huma ma jistgħux imorru lura fi djarhom minħabba l-vjolenza li għadha għaddejja, minħabba li djarhom ġew meqruda jew minħabba li l-forzi tas-sigurtà qed iwaqqfuhom milli jħallu l-kampijiet fejn qed jiġu miżmuma;

E.

billi għexieren ta’ eluf ta’ Rohingya ħarbu bil-baħar biex jeħilsu mill-persekuzzjoni, u billi mijiet tilfu ħajjithom f’dgħajjes li għerqu jew minħabba li ġew mitfugħa lura fil-baħar; billi hu rappurtat li madwar 17 000 Rohingya li ħarbu minn Burma qed jinżammu f’kundizzjonijiet imwiegħra f’ċentri ta’ detenzjoni tal-immigranti fit-Tajlandja;

F.

billi fit-23 ta’ April 2013 il-Kummissjoni ta’ Inkjesta Indipendenti, stabbilita f’Awwissu 2012 biex tinvestiga l-vjolenza settarja fl-istat ta’ Rakhine, ħarġet rapport b’rakkomandazzjonijiet maħsuba biex itaffu t-tensjonijiet, iżda madankollu r-rapport ma rrikonoxxiex l-identità Rohingya, ma żamm lil ħadd responsabbli għall-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa waqt il-ġlied, iffavorixxa ma’ “separazzjoni temporanja” tal-komunitajiet Musulmani u Buddisti, u rrakkomanda l-implimentazzjoni ta’ programmi inaċċettabbli ta’ kontroll tat-twelid għall-Musulmani;

G.

billi minkejja li l-President Burmiż U Thein Sein wiegħed f’diskors fis-6 ta’ Mejju 2013 li l-gvern tiegħu se jiżgura d-drittijiet bażiċi tal-Musulmani fl-istat ta’ Rakhine, u minkejja li ħa xi passi biex jespandi l-libertajiet ċivili fil-pajjiż, is-sitwazzjoni drammatika tar-Rohingya, u r-relazzjonijiet interetniċi b’mod ġenerali, għandhom il-potenzjal li jdgħajfu l-proċess kollu ta’ riforma f’Burma/il-Mjanmar; billi rapporti indipendenti kredibbli jindikaw kompliċità tal-awtoritajiet Burmiżi fid-delitti kontra l-umanità mwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya, li wasslu biex l-istat ta’ Rakhine fil-parti l-kbira huwa segregat skont ir-reliġjon;

H.

billi l-Gvern ta’ Burma/il-Mjanmar riċentement ħabbar li se jerġa’ jintroduċi l-politika ta’ żewġt itfal; billi din ġiet ikkundannata mir-Rapporteur Speċjali tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem f’Burma/il-Mjanmar, Tomás Ojea Quintana, bħala miżura diskriminatorja u koerċittiva kontra r-Rohingya fl-istat ta’ Rakhine, li tikser id-drittijiet tal-bniedem bażiċi tar-Rohingya, kif ukoll l-obbligi u l-impenji internazzjonali ta’ Burma favur id-drittijiet tal-bniedem;

I.

billi l-komunità internazzjonali ħeġġet lill-Gvern ta' Burma jagħmel rieżami tal-Liġi taċ-Ċittadinanza tal-1982 biex ikun żgurat li r-Rohingya ma jibqgħux apolidi u li jiġu trattati l-għeruq tad-diskriminazzjoni kontra r-Rohingya, li ilha għaddejja żmien twil;

J.

billi d-Dott. Tun Aung, tabib mediku ta’ 65 sena u mexxej tal-komunità rispettat fl-istat ta’ Rakhine, ġie arrestat f’Ġunju 2012 u kkundannat għal 17-il sena ħabs fuq akkużi li gruppi tad-drittijiet tal-bniedem, fosthom l-organizzazzjoni Amnesty International, iddenunzjaw b’mod wiesgħa bħala akkużi b’mottivi politiċi;

K.

billi skont ir-rapport tal-Human Rights Watch, bit-titlu “All You Can Do is Pray”: Crimes against Humanity and Ethnic cleansing of Rohingya Muslims in Burma’s Rakhine State’, li ħareġ fid-22 ta’ April 2013, l-abbużi mwettqa kontra r-Rohingya is-sena l-oħra, li allegatament jinvolvu aġenziji tal-istat, kienu jammontaw għal delitti kontra l-umanità u tindif etniku; billi dan ir-rapport jippreżenta wkoll evidenza ta’ erba’ siti ta’ oqbra tal-massa li jmorru lura għall-2012 fl-istat ta’ Rakhine;

L.

billi l-libertà tal-istampa u tal-mezzi tax-xandir, fl-internet u barra minnu, tiżvolġi rwol kruċjali fl-iżvelar u d-dokumentazzjoni tal-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u biex iżżomm lill-gvernijiet responsabbli;

M.

billi skont id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, kull persuna għandha dritt tfittex asil mill-persekuzzjoni;

1.

Jikkundanna l-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u l-vjolenza mwettqa kontra Musulmani Rohingya f’Burma/il-Mjanmar, u jħeġġeġ lin-naħat kollha biex ma jużawx il-vjolenza;

2.

Jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-vittmi tal-vjolenza u l-persekuzzjoni illeċita f’Burma/il-Mjanmar;

3.

Jirrikonoxxi l-passi meħuda mill-President U Thein Sein u riformaturi oħra f’Burma/il-Mjanmar biex jintroduċu riformi demokratiċi tul din l-aħħar sena; jiddeplora, madankollu, in-nuqqas min-naħa tal-gvern li jipproteġi lir-Rohingya mill-vjolenza organizzata, u jistieden lill-gvern u lis-soċjetà kollha ta’ Burma/il-Mjanmar jaġixxu immedjatament biex itemm l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u jressqu l-qorti lil minn wettaq dawn l-attakki vjolenti u abbużi oħra relatati;

4.

Iħeġġeġ lill-Gvern ta’ Burma/il-Mjanmar jiżgura li l-forzi tas-sigurtà jagħmlu kulma jistgħu biex jipprteġu lill-Musulmani Rohingya minn azzjonijiet vjolenti; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar allegazzjonijiet li l-membri tal-forzi tas-sigurtà ħadu sehem fil-vjolenza, u jtenni t-talbiet urġenti tiegħu għal investigazzjoni sħiħa u indipendenti ta’ dawn l-allegazzjonijiet, bl-għajnuna tan-NU;

5.

Jenfasizza l-ħtieġa ta' azzjoni urġenti biex jiġu indirizzati r-riskji umanitarji li qed iħabbtu wiċċhom magħhom il-persuni spostati, u b’mod partikolari il-poplu Rohingya, f’Burma/il-Mjanmar; itenni t-talba tiegħu lill-Gvern ta’ Burma/il-Mjanmar biex jagħti aċċess bla xkiel għaż-żoni kollha tal-pajjiż, inkluż l-istat ta’ Rakhine, lill-aġenziji tan-NU u l-NGOs umanitarji, kif ukoll lill-ġurnalisti u l-membri tal-korp diplomatiku, u biex jagħti aċċess sħiħ u bla restrizzjonijiet għall-għajnuna umanitarja lill-komunitajiet kollha milquta mill-kunflitt u minn vjolenza settarja; jistieden lill-awtoritajiet Burmiżi jtejbu l-kundizzjonijiet tal-kampijiet tar-Rohingya bħala kwistjoni ta’ urġenza;

6.

Iħeġġeġ lill-pajjiżi kollha tar-reġjun biex iwettqu l-obbligi internazzjonali tagħhom rigward id-drittijiet tar-refuġjati, biex jiftħu l-fruntieri għall-persuni Rohingya li qed ifittxu asil u biex tal-inqas jipprovdilhom protezzjoni temporanja, filwaqt li jappoġġaw lill-gvern Burmiż fit-tiftix ta’ soluzzjonijiet ekwitabbli u fit-tul għall-kawżi sottostanti;

7.

Jistieden lill-Gvern tat-Tajlandja jtemm immedjatament id-detenzjoni inumana ta’ mill-inqas 1 700 persuna Rohingya li qed ifittxu asil, u li jipprovdilhom aċċess għall-aġenziji tar-refuġjati tan-NU; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Gvern tat-Tajlandja s’issa ma ħalliex lill-UNHCR twettaq it-testijiet li jiddeterminaw l-istatus ta’ refuġjat għal persuni Rohingya li qed ifittxu asil;

8.

Iħeġġeġ lill-Gvern Burmiż jawtorizza l-ħolqien ta’ uffiċċju tal-OHCHR fil-pajjiż, bi friegħi fil-provinċji, biex jingħata lok għal monitoraġġ adegwat tal-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż;

9.

Jilqa’ l-wegħda tal-President U Thein Sein li kull min iwettaq vjolenza se jitressaq quddiem qorti, kif ukoll l-impenn tiegħu għal soċjetà multikulturali, multietnika u multireliġjuża; jistieden lill-President jieħu azzjoni ulterjuri biex jinforza l-istat tad-dritt u jindirizza l-kawżi sottostanti tal-vjolenza;

10.

Jilqa’ l-fatt li l-President U Thein Sein fl-4 ta’ Ġunju 2013 ħabbar li se jinħelsu l-priġunieri politiċi kollha f’Burma/il-Mjanmar; itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-priġunieri politiċi kollha, fosthom id-Dott. Tun Aung, għandhom jinħelsu bla dewmien u bla kundizzjonijiet, filwaqt li għandhom jingħatawlhom lura d-drittijiet u l-libertajiet kollha tagħhom;

11.

Iħeġġeġ lill-gvern biex ikompli jfittex u jimplimenta soluzzjonijiet dejjiema għall-kawżi sottostanti tat-tensjonijiet, fosthom miżuri li jindirizzaw l-istatus tar-Rohingya; itenni t-talba tiegħu li tiġi emendata jew revokata il-Liġi taċ-Ċittadinanza tal-1982 biex ir-Rohingya jkollhom aċċess indaqs għaċ-ċittadinanza Burmiża, li timplika kemm drittijiet kif ukoll dmirijiet, u li l-liġi emendata jew revokata tiġi magħmula konformi mal-istandards internazzjojali tad-drittijiet tal-bniedem u mal-obbligi tal-pajjiż fl-ambitu tal-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tan-NU;

12.

Jikkritika l-istqarrija tal-Ministru tal-Immigrazzjoni Burmiż Khin Yi tal-11 ta’ Ġunju 2013, li fiha stqarr l-appoġġ tiegħu għall-introduzzjoni mill-ġdid tal-politika ta' żewġt itfal;

13.

Jilqa’ d-dikjarazzjoni riċenti tal-mexxejja tal-oppożizzjoni Aung San Suu Kyi bi protesta kontra l-introduzzjoni mill-ġdid tal-politika ta’ żewġt itfal għar-Rohingya, u jħeġġeġ lill-Gvern Burmiż jirrevoka immedjatament dan ir-regolament kif ukoll kwalunkwe politika, regola, regolament jew liġi oħra koerċittivi jew diskriminatorji;

14.

Jenfasizza l-importanza li jsiru l-bidliet leġiżlattivi u amministrattivi meħtieġa biex tkun żgurata l-ikbar parteċipazzjoni possibbli tal-popolazzjoni Burmiża, inklużi l-minoranzi, fl-elezzjonijiet tal-2014;

15.

Iħeġġeġ lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tindirizza din il-kwistjoni fl-ogħla livell politiku possibbli fil-kuntatti tagħha ma’ Burma/il-Mjanmar u ma’ pajjiżi oħra membri tal-ASEAN;

16.

Ifakkar li l-UE riċentement reġgħet introduċiet is-Sistema ta’ Preferenzi Ġeneralizzati (SĠP) tagħha vis-à-vis Burma/il-Mjanmar; itenni l-kundizzjonalità ta’ dawn il-preferenzi fir-rigward tal-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssegwi mill-qrib il-progress tal-awtoritajiet Burmiżi fir-rispett ta’ dawn il-kundizzjonijiet;

17.

Jistieden lill-Kummissjoni biex fit-tressiq ta’ att delegat lill-Parlament u lill-Kunsill dwar it-tkomplija tal-arranġamenti tal-SĠP għall-Burma/il-Mjanmar wara l-31 ta' Diċembru 2013, tinkludi rapport akkompanjanti li juri n-nuqqas ta' ksur serju u sistematiku tal-prinċipji stipulat fil-konvenzjonijiet elenkati fir-Regolament dwar l-SĠP, b’fokus partikolari fuq ir-Rohingya;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa b'mod effikaċi u komprensiv l-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-ftehim dwar l-investiment bilaterali previst qabel ma tifformula l-proposta tagħha għal direttivi ta' negozjar, u biex f’dan il-proċess tikkonsulta mill-qrib mal-Parlament u mas-soċjetà ċivili;

19.

Jistenna li s-SEAE jikkonsulta u jinforma l-Parlament b’mod regolari dwar il-proċess tal-ħolqien ta' djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-Burma/Mjanmar; jistieden lill-SEAE u l-Istati Membri jħejju lista ta’ parametri ta’ referenza preċiżi tad-drittijiet tal-bniedem, biex tkun tista’ ssir valutazzjoni tal-progress fir-riforma mill-awtoritajiet Burmiżi; jenfasizza l-fatt li l-iżvilupp ulterjuri tar-relazzjonijiet tal-UE mat-tmexxija Burmiża għandu jsir bil-kundizzjoni ta’ progress tanġibbli, partikolarment fir-rigward tal-qagħda tar-Rohingya;

20.

Jitlob li jkun hemm komponent qawwi u viżibbli tas-soċjetà ċivili, li fih ikunu rappreżentati r-Rohingya, biex jipparteċipa fit-Task Force UE-Burma li għandha tinħoloq aktar tard din is-sena, u li dan l-isforz jibni fuq l-esperjenza tat-Task Force UE-Eġittu;

21.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u l-Parlament ta’ Burma/il-Mjanmar, lis-Segretarju Ġenerali tal-ASEAN, lill-Kummissjoni Intergovernattiva dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-ASEAN, ir-Rappreżentant Speċjali tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Mjanmar, il-Kummissarju Għoli għar-Refuġjati tan-NU, il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u l-gvernijiet u l-parlamenti ta’ stati oħra fir-reġjun.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2012)0142.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2012)0355.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2012)0464.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2013)0218.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 11 ta’ Ġunju 2013

19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/162


P7_TA(2013)0234

It-68 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 lill-Kunsill dwar it-68 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (2013/2034(INI))

(2016/C 065/23)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikoli 21 u 34 tiegħu,

wara li kkunsidra l-proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill magħmula minn Alexander Graf Lambsdorff f'isem il-Grupp ALDE dwar it-68 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (AĠNU) (B7-0083/2013),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/168/PESK tal-21 ta' Marzu 2011 dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2003/444/PESK,

wara li kkunsidra l-prijoritajiet tal-UE għas-67 Sessjoni tal-AĠNU, kif adottati mill-Kunsill fit-23 ta' Lulju 2012 (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Settembru 2003 intitolata “L-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti: l-għażla tal-multilateraliżmu” (COM(2003)0526),

wara li kkunsidra s-67 Sessjoni tal-AĠNU, b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet ta' dak il-korp dwar “It-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi” (2), “Rieżami komprensiv tal-politika kwadriennali tal-attivitajiet operattivi għall-iżvilupp tas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti” (3), “Libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin” (4), “Il-promozzjoni ta' ordni internazzjonali demokratiku u ekwitabbli” (5), “Tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem” (6), “L-istat tad-dritt fil-livelli nazzjonali u internazzjonali” (7) u “In-nisa, id-diżarm, in-nonproliferazzjoni u l-kontroll tal-armi” (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-AĠNU tat-3 ta' Mejju 2011 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fix-xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-AĠNU tal-31 ta' Ottubru 2003 li adottat il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (10),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni Nru 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (KSNU) dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, adottata fil-31 ta' Ottubru 2000,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tan-NU tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-5 ta' Lulju 2012 intitolata “Il-promozzjoni, il-ħarsien u t-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem fl-Internet”, li tirrikonoxxi l-importanza tal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-moviment liberu tal-informazzjoni online,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar is-67 Sessjoni tal-AĠNU (11),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tat-18 ta' April 2013 dwar il-prinċipju tan-NU tar-responsabbiltà ta' protezzjoni (R2P) (12),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Mejju 2011 dwar l-UE bħala attur globali: ir-rwol tagħha fl-organizzazzjonijiet multilaterali (13),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2011 dwar il-politiki esterni tal-UE favur id-demokratizzazzjoni (14),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2013 dwar it-22 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (15),

wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni konġunta tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tas-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem lis-67 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, bid-data tat-28 u d-29 ta' Ottubru 2012,

wara li kkunsidra l-Artikoli 121(3) u 97 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0202/2013),

A.

billi fid-dawl tal-globalizzazzjoni u l-interkonnessjonijiet dejjem jikbru tal-Istati u s-soċjetajiet hemm ħtieġa u opportunità dejjem jikbru għal regoli u mekkaniżmi deċiżjonali komuni sabiex jiġu indirizzati l-isfidi globali emerġenti b'mod konġunt;

B.

billi l-frammentazzjoni tat-tfassil politiku fil-livell globali, flimkien ma' proliferazzjoni ta' forums internazzjonali u transnazzjonali, qed joħolqu kumplessitajiet ġodda fir-relazzjonijiet internazzjonali;

C.

billi l-UE impenjat ruħha favur multilateraliżmu effikaċi, bis-sistema kollha tan-NU fil-qalba tiegħu bħala organizzazzjoni b’saħħitha; billi n-NU qiegħda fiċ-ċentru tal-governanza globali;

D.

billi sħubija soda u stabbli bejn l-UE u n-NU tifforma bażi importanti u kontribut għax-xogħol tan-NU taħt it-tliet pilastri – paċi u sigurtà, drittijiet tal-bniedem u żvilupp – u billi, f’dan ir-rigward, l-UE trid tissodisfa r-responsabbiltajiet tagħha fis-soluzzjoni komuni tal-isfidi globali;

E.

billi r-rispett, il-promozzjoni u s-salvagwardja tal-universalità u l-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem huma pedamenti tal-azzjoni tal-UE fix-xena internazzjonali; billi d-demokrazija u l-istat tad-dritt huma pilastri tal-paċi sostenibbli, li jiggarantixxu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;

1.

Jindirizza dawn ir-rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill:

L-UE bħala attur globali

(a)

li jiġu żgurati kontinwament il-koerenza u l-viżibilità tal-UE bħala attur globali fin-NU; li tissaħħaħ il-kapaċità tal-UE li taġixxi b’mod ikkoordinat, rapidu u komprensiv fl-arena globali u li tipprovdi riżultati b’mod konsistenti u f’waqtu; li tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tar-riżoluzzjoni tal-AĠNU tat-3 ta’ Mejju 2011 dwar il-parteċipazzjoni tal-UE fix-xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti;

(b)

li jiġi promoss multilateraliżmu effikaċi permezz tat-tisħiħ tar-rappreżentanza, tat-trasparenza, tal-obbligu li tagħti rendikont, tal-effiċjenza u tal-effikaċja tan-NU, bil-għan li jittejjeb ir-rendiment tagħha fuq il-post; biex ifakkar il-ħtieġa li jintlaħaq bilanċ istituzzjonali bejn ir-rwol emerġenti tal-G-20, in-NU u l-aġenziji tagħha kif ukoll l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali;

(c)

li jkun hemm involviment aktar attiv ma’ sħab strateġiċi u sħab bilaterali u multilaterali oħrajn għall-promozzjoni ta’ soluzzjonijiet effikaċi għall-problemi u, meta possibbli, isiru tentattivi ta’ sforzi kollettivi bil-għan li jinkisbu riżultati aħjar;

L-UE u l-governanza globali

(d)

li tissaħħaħ il-kooperazzjoni mas-sħab biex in-NU ssir organizzazzjoni aktar effikaċi u magħquda għas-seklu XXI;

(e)

li tiġi promossa riforma komprensiva u kunsenswali tal-KSNU; li tiġi ppreżentata proposta dwar kif jinkiseb, bħala għan ċentrali fit-tul tal-UE, siġġu komuni tal-UE f'KSNU mwessa'; li tittieħed l-inizjattiva biex tiġi żviluppata pożizzjoni komuni tal-Istati Membri tal-UE għal dak il-għan; li jkun hemm promozzjoni ulterjuri tat-trasparenza u koordinament aħjar tal-politiki u l-pożizzjonijiet bejn il-membri tal-UE tal-KSNU; li jiġi żgurat li dawk l-Istati Membri li għandhom siġġu permanenti fil-KSNU jippromwovu l-fehmiet u l-pożizzjonijiet tal-Unjoni bħala l-mezz biex l-UE taġixxi b'mod koordinat fil-KSNU;

(f)

li jibqgħu jsiru sforzi koordinati biex jissaħħu r-rwol u l-awtorità tal-AĠNU u biex jiżdiedu l-effikaċja u l-effiċjenza tagħha, anke permezz tat-titjib tal-metodi ta' ħidma tagħha;

(g)

li jitrawwem involviment aktar istituzzjonalizzat tal-partijiet interessati l-oħra (ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, is-settur akkademiku) fix-xogħol tal-AĠNU; li tissaħħaħ is-sistema tan-NU billi l-ġabra ta' kapaċità esperta ċivili tiġi estiża u approfondita;

(h)

li tiġi promossa l-implimentazzjoni ta’ żvelar obbligatorju pajjiż b’pajjiż tal-pagamenti tal-kumpaniji transnazzjonali, jiġifieri fis-settur bankarju u estrattiv, reġistrati jew elenkati fis-swieq finanzjarji f’ġurisdizzjonijiet nazzjonali tas-sħab;

Il-paċi u s-sigurtà

(i)

li tiġi promossa l-inkorporazzjoni ta' perspettiva ta' bini ta' paċi fl-operazzjonijiet għaż-żamma tal-paċi u li jissaħħaħ koordinament eqreb bejn l-operazzjonijiet għaż-żamma tal-paċi u t-Timijiet tal-Pajjiżi tan-NU u l-atturi fil-qasam tal-iżvilupp;

(j)

li jkun hemm kooperazzjoni fit-tisħiħ tar-rwol u l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet reġjonali fiż-żamma tal-paċi, fil-prevenzjoni ta’ konflitti, fil-ġestjoni ta’ kriżijiet ċivili u militari u fir-riżoluzzjoni ta’ konflitti; li jitrawmu missjonijiet ta’ valutazzjoni konġunti u li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u s-sħab tagħha (inklużi l-Unjoni Afrikana u l-organizzazzjonijiet subreġjonali, in-NATO, l-OSKE, l-ASEAN, is-CELAC, il-Lega Għarbija, eċċ.) fil-prevenzjoni ta’ konflitti u fil-pajjiżi li jkunu f’sitwazzjoni ta’ wara konflitt;

(k)

fuq talba, li n-Nazzjonijiet Uniti jiġu pprovduti b’appoġġ mill-gruppi tattiċi tal-UE għall-missjonijiet ta’ tisħiħ tal-paċi u li tiġi żgurata l-kooperazzjoni sħiħa tal-Isttai Membri fl-użu tagħhom għal missjonijiet li jkunu ġew awtorizzati mill-KSNU jew l-AĠNU;

(l)

li jiġi żgurat li l-mandati tal-missjonijiet taż-żamma tal-paċi jirriflettu l-ħtieġa għall-appoġġ ta’ proċessi elettorali, inklużi missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali;

(m)

li ssir ħidma favur l-istabbiliment tar-Responsabbiltà ta’ Protezzjoni (R2P) bħala standard ġdid tad-dritt internazzjonali, fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni li qablu dwaru l-Istati Membri tan-NU fis-Samit Dinji tal-2005;

(n)

li jiġu żgurati l-konsistenza u l-konformità totali mad-dritt umanitarju internazzjonali tal-iżvilupp u l-applikazzjonijiet ulterjuri possibbli tal-prinċipju R2P, waqt li ssir ħidma favur l-universalità tiegħu bħala għodda għad-diplomazija preventiva u bħala mutur għall-iżvilupp tal-bniedem;

(o)

li jingħata segwitu għall-proposti ppreżentati mill-Parlament fir-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill dwar il-prinċipju tan-NU tar-R2P (16), u li ssir ħidma mas-sħab biex jiġi żgurat li l-kunċett ta’ R2P jiffoka fuq il-prevenzjoni, il-protezzjoni u r-rikostruzzjoni wara konflitt li jinvolvi sitwazzjonijiet ta’ tħassib dwar ġenoċidju, tindif etniku, delitti tal-gwerra jew delitti kontra l-umanità, iżda qatt ma jintuża bħala pretest biex jitmexxew interessi partikolari jew nazzjonali, jew dawk ta’ koalizzjonijiet internazzjonali bbażati fuq konsiderazzjonijiet ġeostrateġiċi jew ekonomiċi bil-għan ta’ bidla fir-reġim; li l-Istati jiġu megħjuna fil-kapaċitajiet ta' kostruzzjoni għal dan il-għan;

(p)

li jiġu żviluppati kriterji li għandhom jiġu segwiti fl-implimentazzjoni tal-R2P, b’mod partikolari t-tielet pilastru, li jinkludi l-interventi militari, bħall-proporzjonalità, iċ-ċarezza ex-ante dwar l-objettivi ta’ politika u l-użu ta’ valutazzjonijiet tal-impatt fil-fond;

(q)

li jissaħħaħ ir-rwol tal-UE bħala attur politiku globali billi jkollha rwol attiv fid-diplomazija preventiva;

(r)

li l-partijiet kollha, kemm jekk atturi statali kif ukoll jekk mhux statali direttament jew indirettament involuti f'konflitt armat, jintalbu jirrispettaw bis-sħiħ l-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali, inklużi l-assigurazzjoni tal-ispazju umanitarju u l-iżgurar tal-aċċess bla xkiel għall-għajnuna umanitarja lil dawk fil-bżonn, b'enfasi partikolari fuq il-protezzjoni taċ-ċivili, u li jħeġġu soluzzjoni paċifika u diplomatika għal kull tip ta' konflitt;

(s)

li jiġu appoġġati r-Riżoluzzjonijiet 1325 (2000) u 1820 (2008) tal-KSNU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà; li tiġi enfasizzata u żgurata l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-proċessi tal-paċi; li tiġi rikonoxxuta l-ħtieġa ta’ integrazzjoni tal-perspettivi dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-prevenzjoni ta’ konflitti, l-operazzjonijiet taż-żamma tal-paċi, l-assistenza umanitarja u r-rikostruzzjoni ta’ wara konflitt;

(t)

li jkun hemm kooperazzjoni man-NU biex jiġu indirizzati t-theddidiet ta’ sigurtà globali bħall-proliferazzjoni tal-armi nukleari, il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu; li jiżdiedu l-isforzi biex jiġu konklużi n-negozjati dwar konvenzjoni komprensiva dwar it-terroriżmu internazzjonali;

(u)

li jkun hemm kooperazzjoni mas-sħab multilaterali u bilaterali favur iż-żieda ta’ pressjoni aktar robusta u effikaċi sabiex il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-vjolenza fis-Sirja jintemmu minnufih; li, flimkien mas-sħab, speċjalment l-Istati Uniti, it-Turkija u l-Lega ta' Stati Għarab, jiġu esplorati l-alternattivi kollha fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-prinċipju R2P għall-assistenza tal-poplu Sirjan u biex jintemm it-tixrid ta' demm; li titqiegħed pressjoni fuq il-Gvern Sirjan u fuq dawk kollha involuti fil-kriżi biex jirrispettaw bis-sħiħ id-dritt umanitarju internazzjonali u biex jippermettu forniment ta’ malajr ta' assistenza umanitarja transkonfinali, servizzi pubbliċi bażiċi kif ukoll aċċess sħiħ għall-organizzazzjonijiet umanitarji; li s-sħab internazzjonali jiġu mistiedna jonoraw l-impenji finanzjarji tagħhom fir-rigward tal-għoti ta' għajnuna lir-rifuġjati Sirjani, biex b'hekk il-UNHCR u organizzazzjonijiet oħra jkunu jistgħu jipprovdu l-għajnuna meħtieġa; li jiġu esplorati flimkien mas-sħab modi kif jiġu minimizzati l-impatti tal-kriżi fis-Sirja fuq il-pajjiżi tal-viċinat;

(v)

li jiġu promossi, b'konformità mar-riżoluzzjonijiet relevanti tal-KSNU, l-isforzi tar-reġjun u tal-komunità internazzjonali biex tinstab soluzzjoni politika għall-konflitt fil-Mali u titħeġġeġ tranżizzjoni demokratika bil-konsolidament tal-istituzzjonijiet ta' tranżizzjoni, filwaqt li jiġu promossi – inter alia permezz tal-medjazzjoni – djalogu u rikonċiljazzjoni nazzjonali inklużivi, kif ukoll elezzjonijiet liberi, ġusti u trasparenti; li jiġu appoġġati wkoll l-inizjattivi għall-integrità territorjali tal-Mali u s-sigurtà tal-popolazzjoni tal-pajjiż; li tiġi enfasizzata l-importanza taż-żamma tal-istabilità fir-reġjun tas-Saħel u tal-prevenzjoni ta' impatt negattiv fuq l-istabilità tal-pajjiżi ġirien tal-Mali; li l-azzjonijiet tagħha jiġu kkoordinati mill-qrib mas-sħab reġjonali u internazzjonali, inklużi l-Unjoni Afrikana u l-ECOWAS; li jingħata appoġġ għal, u li l-Istati Membri tal-UE jiġu mħeġġa jipparteċipaw fi, missjoni ta' żamma tal-paċi mmexxija min-NU u kompitu li jiġu pprovdut taħriġ militari lill-forzi armati tal-Mali fi ħdan l-EUTM Mali; li tibqa' tingħata għajnuna lill-MISMA (Mission Internationale de Soutien au Mali);

(w)

li jintlaqa' t-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ATT) adottat mill-AĠNU fit-2 ta' April 2013, li se japplika għal firxa wiesgħa ta' armi, inkluż il-munizzjon; li jiġu promossi attivament l-iffirmar rapidu, ir-ratifika rapida u l-implimentazjzoni effettiva u universali tal-ATT mill-istati membri kollha tan-NU, inklużi l-pajjiżi li huma l-akbar produtturi ta' armi fid-dinja; li jiġu mmexxija sforzi bl-għan li jiġu stabbiliti l-ogħla standards komuni, anke fir-rigward tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi benefiċjarji, għar-regolamentazzjoni tal-kummerċ internazjzonali fl-armi u l-ġlieda kontra t-trafikar illeċitu, biex b'hekk jiġi evitat il-konflitt, jitnaqqsu t-tbatija umana u l-korruzzjoni, u jingħata kontribut għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali;

(x)

li jiżdiedu l-isforzi tagħha favur impenji multilaterali biex jitnaqqas in-numru ta’ armi nukleari;

Id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt

(y)

li jissaħħu l-isforzi internazzjonali bl-għan li jiġi żgurat li d-drittijiet tal-bniedem kollha miftiehma taħt il-konvenzjonijiet tan-NU jitqiesu bħala universali, indiviżibbli, interdipendenti u interrelatati u li qed jiġi infurzat ir-rispett tagħhom; li jkun hemm oppożizzjoni għal tentattiv biex jiddgħajjef id-dritt umanitarju fil-ġlieda kontra t-terroriżmu; li tiġi promossa l-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-libertajiet diġitali, u l-libertajiet bażiċi f’kull aspett tal-ħidma tan-NU;

(z)

li jsiru tentattivi biex jissaħħaħ il-proċess tal-Eżami Perjodiku Universali (EPU) permezz tal-inkorporazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet fi djalogi bilaterali u multilaterali mal-Istati Membri tan-NU, b’mod partikolari fid-djalogi tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem; li jiġi ffaċilitat ambjent li jippermetti lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi jipprovdu l-kontribut tagħhom fid-diversi stadji tal-EPU;

(aa)

li jiġu miġġielda l-intolleranza, l-isterjotipar negattiv, l-istigmatizzazzjoni, id-diskriminazzjoni u l-inċitament għall-vjolenza; li tiġi rikonoxxuta bi tħassib kbir il-vjolenza li qed tikber kontra l-membri ta' komunitajiet reliġjużi u ta' tip ieħor f'bosta nħawi tad-dinja;

(ab)

li jiġu indirizzati restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-istampa u l-midja fid-dinja kollha; li tiġi miġġielda l-vjolenza kontra l-ġurnalisti u l-bloggers; li tiġi salvagwardjata u promossa l-libertà tal-espressjoni, kemm online kif ukoll offline;

(ac)

li jiżdied l-appoġġ universali għall-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) u li ssir ħidma favur it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' ħidma tal-QKI sabiex titnaqqas l-impunità għal delitti kontra l-umanità;

(ad)

li jiġi promoss l-impenn favur ordni internazzjonali bbażat fuq l-istat tad-dritt bħala essenzjali għall-koeżistenza paċifika tal-istati u għall-bini ta' stati aktar reżiljenti u ta' paċi sostenibbli; li jitfakkar f’dan ir-rigward li l-appoġġ għad-demokrazija u r-rispett għall-istat tad-dritt huma interkonnessi u għandhom jiġu promossi bħala tali bħala objettiv tal-politika barranija tal-UE;

(ae)

li jissaħħaħ l-appoġġ għall-istati, fuq talba tagħhom, fl-implimentazzjoni domestika tal-obbligi internazzjonali rispettivi tagħhom permezz ta' assistenza teknika msaħħa, kif ukoll tal-bini tal-istituzzjonijiet u tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet;

(af)

li jingħata segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tad-dikjarazzjoni politika adottata fil-Laqgħa ta’ Livell Għoli dwar l-Istat tad-Dritt f’Settembru 2012; li jingħata appoġġ għall-istabbiliment ta’ punt fokali globali konġunt għall-istat tad-dritt; li jingħata appoġġ sħiħ għar-rwol tal-Grupp għall-Koordinament u r-Riżorsi fil-qasam tal-Istat tad-Dritt fil-koordinament u l-koerenza fuq livell ġenerali, anke sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni bejn is-servizzi (id-Dipartiment għall-Affarijiet Politiċi, il-Programm ta' Żvilupp tan-NU, eċċ.);

(ag)

li jitfakkar li l-korruzzjoni hija ksur tad-drittijiet tal-bniedem u li l-Unjoni Ewropea talbet kompetenza esklussiva għall-firma tal-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni; li l-VP/RGħ tintalab tippreżenta Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra l-korruzzjoni biex jiġu mmoniterjati b’mod effettiv ir-rakkomandazzjonijiet tal-Konvezjoni pereżempju permezz ta' obbligu min-naħa tal-Istati Membri li jippubblikaw u jxerrdu informazzjoni dwar il-korruzzjoni; li jiġu stabbiliti kanali biex dan il-ksur jiġi rrappurtat, qafas legali għall-protezzjoni tax-xhieda u mezz biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili;

L-iżvilupp sostenibbli

(ah)

li jingħata kontribut għat-tisħiħ tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp u għal sforzi determinati biex jiġi miġġieled il-faqar, u għat-titjib tal-effikaċja tal-għajnuna għall-iżvilupp, billi dawn jibqgħu kwistjonijiet kruċjali biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs);

(ai)

li jiġu inkorporati fl-istrateġiji ta' żvilupp il-valutazzjoni u l-ġestjoni tat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri sabiex jiġu ssalvagwardjati l-ħajjiet u l-mezzi ta' għajxien tal-popolazzjonijiet;

(aj)

li tittejjeb ir-rabta bejn l-għajnuna, ir-riabilitazzjoni, it-tnaqqis tar-riskju ta' diżastru u l-iżvilupp u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni bejn l-atturi umanitarji u dawk tal-iżvilupp biex b'hekk tiġi żgurata l-kontinwità tal-għajnuna u tissawwar ir-reżiljenza, fatturi li l-bżonn tagħhom huwa enfasizzat fid-dawl tal-kriżijiet rikorrenti tal-ikel fir-reġjun tas-Saħel u l-Qarn tal-Afrika;

(ak)

li ssir ħidma favur l-implimentazzjoni sħiħa tal-eżitu tal-Konferenza Rio+20, inter alia permezz tal-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli bħala l-prinċipju ta' gwida għall-iżvilupp globali fuq żmien twil; li jiġi onorat l-impenn internazzjonali tal-UE u tal-Istati Membri, irrispettivament mill-impatt tal-kriżi finanzjarja u ekonomika fuq l-UE 27, li jallokaw 0,7 % tal-PDG għall-għajnuna għall-iżvilupp;

(al)

li jkun hemm kooperazzjoni biex il-Forum Politiku ta' Livell Għoli għall-Iżvilupp Sostenibbli jsir operattiv fiż-żmien ippjanat sabiex jikkoordina l-monitoraġġ u l-valutazzjoni li qed isiru tal-progress lejn l-għanijiet iddikjarati;

(am)

li jiġi promoss l-aċċess universali għall-ilma u servizzi tal-enerġija bi prezz li jista' jintlaħaq u sostenibbli, billi dawn huma xpruni ewlenin għall-qerda tal-faqar u għat-tkabbir inklużiv;

(an)

li ssir ħidma favur l-Aġenda tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju għal wara l-2015 b'mod koerenti u kkoordinat; li jiġi nnegozjat sett wieħed ta' għanijiet għall-iżvilupp sostenibbli li jkollhom ambitu globali u li jkunu orjentati lejn l-azzjoni, jistgħu jitkejlu, limitati biż-żmien u faċli biex jiġu kkomunikati; li l-mira tiġi ffukata fuq għanijiet li jinkorporaw is-sostenibilità, l-ekwità u l-governanza;

(ao)

li jingħata appoġġ għall-inizjattiva tal-President tal-AĠNU li jippreżenta lis-soċjetà ċivili aġenda għall-iżvilupp wara l-2015 bl-organizzazzjoni ta’ avveniment speċjali dwar l-ilħuq tal-MDGs, li għandu jsir matul it-68 sessjoni tal-AĠNU fl-2013, bħala punt importanti ta' konsultazzjoni tas-soċjetà ċivili, billi dan l-avveniment jista’ jservi biex jgħaqqad l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) u l-proċess ta’ żvilupp wara l-2015 f’“binarju komuni”;

(ap)

li jiġi rikjest li l-qafas ġdid ta' kooperazzjoni għal wara l-2015 jiġi akkumpanjat minn Aġenda ta' Finanzjament prevedibbli u realistika, abbażi tal-objettivi miftehma;

Il-kooperazzjoni globali bejn parlamenti

(aq)

li tiġi promossa interazzjoni dwar kwistjonijiet globali bejn gvernijiet u parlamenti; li tissaħħaħ il-governanza globali u li tiġi prevista aktar parteċipazzjoni pubblika u parlamentari fl-attivitajiet tan-NU;

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

(ar)

li jittejjeb is-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Parlament, anke billi s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jiġi mistieden jirrapporta kull sena dwar l-eżitu tas-sessjoni tal-AĠNU;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea/lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kummissjoni.


(1)  Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 9820/1/12.

(2)  Ir-Riżoluzzjoni A/RES/67/234 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.

(3)  Ir-Riżoluzzjoni A/RES/67/226 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.

(4)  Ir-Riżoluzzjoni A/RES/67/179 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.

(5)  Ir-Riżoluzzjoni A/RES/67/175 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.

(6)  Ir-Riżoluzzjoni A/RES/67/169 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.

(7)  Ir-Riżoluzzjoni A/RES/67/97 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.

(8)  Ir-Riżoluzzjoni A/RES/67/48 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.

(9)  Ir-Riżoluzzjoni A/RES/65/276 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.

(10)  Ir-Riżoluzzjoni A/RES/58/4 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.

(11)  Testi adottati, P7_TA(2012)0240.

(12)  Testi adottati, P7_TA(2013)0180.

(13)  Testi adottati, P7_TA(2011)0229.

(14)  Testi adottati, P7_TA(2011)0334.

(15)  Testi adottati, P7_TA(2013)0055.

(16)  Testi adottati, P7_TA(2013)0180.


Il-Ħamis 13 ta’ Ġunju 2013

19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/168


P7_TA(2013)0278

Ir-rieżami 2013 tal-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2013 lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar ir-rieżami 2013 tal-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE (2012/2253(INI))

(2016/C 065/24)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 27(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) li jipprevedi l-istabbiliment ta' Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) li għandu l-kompitu li jassisti lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

wara li kkunsidra l-Artikolu 21(3) TUE li jistabbilixxi li r-Rappreżentant Għoli għandu jassisti lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fl-iżgurar tal-konsistenza bejn l-oqsma differenti tal-azzjoni esterna tal-Unjoni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 26(2) TUE li jipprevedi li l-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli għandhom jiżguraw l-unità, il-konsistenza u l-effettività tal-azzjoni mill-Unjoni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 35, it-tielet paragrafu tat-TUE li jiddikjara li l-missjonijiet diplomatiċi u konsulari tal-Istati Membri u tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tad-dritt ta' protezzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni fit-territorju ta' pajjiżi terzi,

wara li kkunsidra l-Artikolu 36 TUE li jiddikjara li r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni (minn hawn 'il quddiem RGħ/VP) għandu jikkonsulta regolarment mal-Parlament Ewropew dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet fundamentali tal-politika estera u ta' sigurtà komuni u tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni, jinfurmah bl-evoluzzjoni ta' din il-politika, u jiżgura li l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew jiġu kkunsidrati kif dovut,

wara li kkunsidra l-Artikolu 42 TUE li jagħti s-setgħa lir-RGħ/VP jagħmel proposti fil-qasam tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni, inkluż il-bidu ta' missjonijiet, bl-użu tkemm tar-riżorsi nazzjonali u kemm dawk tal-Unjoni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 13(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (minn issa 'l quddiem Deċiżjoni SEAE), li jispeċifika li r-Rappreżentant Għoli għandu jwettaq rieżami sa nofs l-2013 tal-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE li se jkopri fost l-oħrajn l-implimentazzjoni tal-Artikoli 6(6) u 6(8) dwar il-bilanċ ġeografiku, akkumpanjat, jekk rilevanti, minn proposta leġiżlattiva li temenda d-Deċiżjoni,

wara li kkunsidra l-Artikoli 298 u 336 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li jipprevedu l-proċedura leġiżlattiva li tapplika għal kwistjonijiet b'rabta mal-persunal,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tar-RGħ/VP tal-Kummissjoni dwar ir-Responsabbiltà Politika (minn issa 'l quddiem id-Dikjarazzjoni tar-RGħ/VP) (1),

wara li kkunsidra r-Rapport tal-2012 dwar il-Persunal tas-SEAE tal-24 ta' Lulju 2012, ippreżentat skont l-Artikolu 6(9) tad-Deċiżjoni SEAE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 97 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat tal-Baġit, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0147/2013),

A.

billi t-Trattat ta' Lisbona introduċa l-għan li jiġu żgurati l-unità, il-konsistenza u l-effettività tal-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea;

B.

billi s-SEAE huwa korp ġdid ta' natura ibrida, li jutilizza sorsi komunitarji u intergovernattivi, li m'għandux preċedent fl-UE u għalhekk ma jistax ikun mistenni li jkun kompletament funzjonali fi żmien sentejn mit-twaqqif tiegħu; billi, għaldaqstant, rieżami tal-organizzazzjoni u l-funzjonament tiegħu għandha tkun ibbażata fuq kritika ġusta u kostruttiva;

C.

billi s-suċċess tas-SEAE għandu jitkejjel fil-konfront tal-abilità tiegħu li jsegwi approċċ komprensiv mill-UE għall-isfidi esterni u r-responsabbiltajiet tal-lum, u l-kapaċità tiegħu li jikseb użu aktar effiċjenti tar-riżorsi skarsi permezz ta' kooperazzjoni akbar u ekonomiji ta' skala fil-livell tal-Unjoni Ewropea u dak nazzjonali;

D.

billi r-rwol ta' funzjoni trippla tar-RGĦ/VP huwa l-aktar turija tanġibbli ta' dan l-impenn lejn koerenza akbar fl-azzjoni esterna tal-UE;

E.

billi l-istruttura attwali fi ħdan il-Kummissjoni ma tirriflettix adegwatament ir-rwol speċifiku mogħti lir-RGħ/VP fir-rigward tal-azzjoni esterna tal-UE;

F.

billi r-rwoli multipli fdati lir-RGħ/VP mit-Trattat ta' Lisbona jesiġu l-ħolqien ta' deputat(i) politiku/ċi biex ikun żgurat li dan ikun megħjun fit-twettiq tal-kompiti tiegħu;

G.

billi t-teħid ta' deċiżjonijiet operattivi u l-implimentazzjoni fil-qasam tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni/Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PESK/PSDK) huma kajmana wisq minħabba raġunijiet strutturali u proċedurali; billi dan kien evidenti għal darb'oħra bil-kriżi f'Mali, fejn il-proċeduri għat-teħid ta' deċiżjonijiet u d-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament b'rispons għall-kriżi ma ġewx adottati u implimentati b'mod rapidu;

H.

billi s-SEAE għandu jkun struttura semplifikata, orjentata lejn ir-riżultati, effiċjenti, kapaċi tipprovdi appoġġ għat-tmexxija politika fir-relazzjonijiet esterni, b'mod partikolari fil-qasam tal-PESK, u tiffaċilita t-teħid tad-deċiżjonijiet fil-Kunsill; billi, għal din ir-raġuni, is-SEAE għandu jkun kapaċi jipprovdi, fl-aħħar mument u b'mod koordinat, għarfien espert minn dipartimenti differenti, inkluż mill-Kummissjoni; billi l-istruttura attwali tas-SEAE hija sproporzjonata b'numru kbir wisq ta' persuni fil-livell amministrattiv u hija kkaratterizzata minn wisq livelli deċiżjonali;

I.

billi l-opportunitajiet għal utilizzazzjoni rapida offruta mill-gruppi tattiċi tal-UE mhumiex qed jiġu sfruttati;

J.

billi l-esperjenza tal-passat uriet biċ-ċar il-ħtieġa li jiġu stabbiliti Kwartieri Ġenerali operattivi u permanenti fi Brussell għat-twettiq tal-missjonijiet PSDK;

K.

billi, fil-każ tar-rivoluzzjonijiet Għarab, jidher biċ-ċar li l-UE ma tistax tiżgura, fuq perjodu ta' żmien qasir, riallokazzjoni tar-riżorsi, inkluża dik tal-persunal, biex jiġu kkumplimentati l-prijoritajiet politiċi ġodda; billi d-daqs u l-profili tal-persunal tad-delegazzjonijiet tal-UE għandhom jirriflettu l-interessi strateġiċi tal-Unjoni;

L.

billi r-rwol tas-SEAE fid-definizzjoni tal-orjentament strateġiku u l-kontribut lejn l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji esterni tal-UE, għandu jissaħħaħ skont il-linji ewlenin tal-politika għall-affarijiet barranin tal-UE;

M.

billi għandha tiġi affermata mill-ġdid l-importanza li tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar u governanza tajba dwar kwistjonijiet ta' żvilupp fil-livell internazzjonali, sabiex l-UE tkun tista' titkellem b'vuċi waħda u tikseb viżibilità;

N.

billi, partikolarment fi żmien ta' restrizzjonijiet baġitarji, is-SEAE għandu jaġixxi ta' katalizzatur għal sinerġiji akbar, mhux biss fi ħdan il-qafas istituzzjonali tal-UE iżda wkoll bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha;

O.

billi, fi żmien meta l-gvernijiet tal-Istati Membri qed inaqqsu serjament il-preżenza diplomatika u konsulari tagħhom, is-SEAE għandu jiġi kkunsidrat u utilizzat ulterjorment bħala opportunità għat-trawwim ta' aktar kooperazzjoni u sinerġiji;

P.

billi għandu jsir iżjed sforz sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi u l-istrutturi bejn is-SEAE, il-Kummissjoni – b'mod partikolari DĠ DEVCO u l-Uffiċċju tal-Komunità Ewropea għall-Għajnuna Umanitarja (ECHO) – u s-Segretarjat tal-Kunsill;

Q.

billi ntlaħaq l-objettiv li terz mill-persunal ikun ġej mill-Istati Membri, u billi l-persunal li ġej mit-tliet komponenti (il-Kummissjoni, is-Segretarjat tal-Kunsill u s-servizzi diplomatiċi nazzjonali) għandu jkun imqassam b'mod adegwat fil-livelli kollha u bejn id-delegazzjonijiet u l-Kwartieri Ġenerali;

R.

billi n-nisa mhumiex rappreżentati biżżejjed f'karigi għolja u dawk AD, u rappreżentati żżejjed f'karigi AST;

S.

billi kull tibdil b'rabta mar-regolamenti tal-persunal għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' kodeċiżjoni;

T.

billi hemm ħtieġa ċara li tiġi żviluppata l-kapaċità tas-SEAE li jidentifika u jislet tagħlimiet minn esperjenzi operattivi preċedenti, partikolarment fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kunflitti, il-medjazzjoni fil-kunflitti, il-ġestjoni tal-kriżi, ir-rikonċiljazzjoni u l-bini tal-paċi;

U.

billi, sentejn u nofs wara l-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni tar-RGħ/VP, għandu jkun hemm valutazzjoni bir-reqqa tar-responsabbiltà politika tas-SEAE lejn il-Parlament, partikolarment f'dak li huwa l-punt safejn il-Parlament jiġi kkonsultat dwar deċiżjonijiet strateġiċi u l-opinjonijiet u s-sehem tiegħu jiġu kkunsidrati;

V.

billi din il-valutazzjoni għandha tindirizza wkoll modi kif titjieb il-preżenza tar-RGħ/VP u tal-uffiċjali tas-SEAE, inklużi l-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet u r-RSUE quddiem il-Parlament u l-entitajiet tiegħu, u kif is-SEAE jagħti segwitu għar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament;

W.

billi s-sorveljanza min-naħa tal-Parlament tas-SEAE hija essenzjali sabiex l-azzjoni esterna Ewropea tinftiehem aħjar u tiġi appoġġata miċ-ċittadini tal-UE; billi l-iskrutinju parlamentari jtejjeb il-leġittimità tal-azzjoni esterna;

X.

billi hemm nuqqas ta' flessibbiltà fiċ-ċirkwiti finanzjarji attwali fid-delegazzjonijiet, b'effett detrimentali fuq l-ammont ta' xogħol tal-persunal;

1.

Jindirizza din ir-rakkomandazzjoni lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, filwaqt li jqis il-progress tajjeb li kien hemm fit-twaqqif tas-SEAE iżda li jista' jinkiseb aktar fir-rigward tas-sinerġija u l-koordinament bejn l-istituzzjonijiet, kif ukoll it-tmexxija politika u l-viżibilità, b'riżultat tal-opportunitajiet li nħolqu mit-taħlita tar-rwoli tar-Rappreżentant Għoli, il-Viċi President tal-Kummissjoni u l-President tal-Kunsill Affarijiet Barranin, u bit-tisħiħ tal-karattru strumentali tas-Servizz:

Dwar it-tmexxija u struttura aktar razzjonali u effiċjenti għad-diplomazija tas-seklu 21

2.

jiġi pprovdut appoġġ lir-RGħ/VP fil-qadi tad-dmirijiet multipli tiegħu kif fdati mit-TUE, billi tiġi prevista l-ħatra ta' deputat(i) politiku/ċi li jkun marbut jagħti rendikont lill-Parlament u jidher quddiem il-kumitat responsabbli tiegħu qabel ma jibda jaqdi dmirijietu, u li jkollu s-setgħa jaġixxi f'isem ir-RGħ/VP; ikun żgurat ukoll li l-grupp ta' Kummissarji RELEX jistgħu jirrappreżentaw bis-sħiħ lir-RGħ/VP fil-każ ta' kwistjonijiet parlamentari u fil-livell internazzjonali; tiġi kkunsidrata barra minn hekk il-parteċipazzjoni tal-ministri għall-affarijiet barranin tal-Istati Membri f'kompiti u missjonijiet speċifiċi f'isem l-Unjoni, bħala mod kif jissaħħu l-pożizzjonijiet komuni tal-UE;

3.

fid-dawl ta' dan li jidher hawn fuq, tiġi ssemplifikata l-istruttura ta' kmand tas-SEAE u jissaħħaħ ir-rwol tas-Segretarju Ġenerali Eżekuttiv tiegħu billi tiġi stabbilita katina ċara ta' kmand għall-appoġġ ta' teħid ta' deċiżjonijiet effettiv kif ukoll rispons politiku f'waqtu, jiġu rrazzjonalizzati f'dan il-kuntest il-karigi ta' Uffiċjal Operattiv Ewlieni u ta' Direttur Maniġerjali responsabbli għall-Amministrazzjoni, titnaqqas u tiġi ssemplifikata l-istruttura ġerarkika tad-Direttorati Maniġerjali, jiġu definiti biċ-ċar il-kompetenzi rilevanti fi ħdan l-istruttura ta' ġestjoni tas-SEAE u tiġi rieżaminata l-istruttura attwali abbażi tal-Bord Amministrattiv, bil-ħsieb li tinkiseb l-effiċjenza, iċ-ċarezza u l-koerenza fit-teħid ta' deċiżjonijiet; ikun żgurat fl-istess spirtu, li r-RGħ/VP jirċievi parir politiku, pereżempju permezz ta' Kunsill Politiku, mill-atturi istituzzjonali rilevanti kollha, biex b'hekk ikun jista' jevalwa l-impatt tal-azzjonijiet li se jittieħdu mis-SEAE;

4.

jittejbu u jissaħħu r-rwoli ta' koordinament, inizjattiva u ta' tmexxija politika tar-RGħ/VP, b'mod partikolari bħala president tal-Kunsill Affarijiet Barranin, billi jkun żgurat li fil-Kummissjoni li jmiss, jikkonkretizza l-potenzjal sħiħ tiegħu bħala Viċi President tal-Kummissjoni u jkun responsabbli għall-presidenza tal-grupp ta' Kummissarji RELEX, li jinfetaħ għal Kummissarji oħra li l-qasam ta' responsabbiltà tagħhom għandu dimensjoni esterna, biex b'hekk tiġi żviluppata ulterjorment il-prattika ta' proposti konġunti u deċiżjonijiet konġunti;

5.

isir użu sħiħ mill-effett ta' sinerġija tas-SEAE u tiġi prevista f'dan il-kuntest il-possibilità ta' votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata dwar kwistjonijiet PESK, kif stabbilit fl-Artikolu 31(2) TUE, u jiġi esplorat formalment it-twessigħ tal-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata dwar kwistjonijiet PESK permezz tal-klawsola 'passerelle' rispettiva;

6.

ikun żgurat, f'konformità mal-Artikolu 9(3) tad-Deċiżjoni SEAE, li s-SEAE jkollu rwol ewlieni fid-definizzjoni tal-istrateġiji tal-istrumenti ta' assistenza finanzjarja esterna rilevanti u li, għal dan il-għan, is-SEAE ikollu l-għarfien espert biex jaġixxi ta' xprun f'dawn l-oqsma;

7.

ikun salvagwardjat fl-istess waqt, il-karattru 'komuntarju' tal-politika tal-viċinat, filwaqt li jitqies li l-Parlament jiċħad kwalunkwe tentattiv ta' intergovernanza tal-politiki tal-Unjoni, u li t-Trattat jagħti lill-Kummissjoni r-responsabilità prinċipali għan-negozjar ta' ftehimiet internazzjonali għall-Unjoni u f'isimha;

8.

tittejjeb ulterjorment l-interfaċċa bejn id-Direttorat għall-Istrumenti tal-Politika għall-Affarijiet Barranin u s-SEAE;

9.

ikun żgurat li r-Rappreżentanti Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) ikunu integrati mill-qrib fil-ħidma tas-SEAE billi huma flimkien mal-persunal tagħhom ikunu ankrati fl-istruttura tas-SEAE, u jiġi kkunsidrat, fejn possibbli, li tingħatalhom funzjoni doppja flimkien mal-Kapijiet tad-Delegazzjoni tal-UE;

10.

jitwettaq eżerċizzju ta' awditjar sistematiku u fid-dettall biex jingħaqdu l-istrutturi relatati mal-politika esterna stabbiliti mill-Kummissjoni u s-Segretarjat tal-Kunsill, bil-ħsieb li jingħelbu d-duplikazzjonijiet attwali u tiġi promossa l-kosteffiċjenza; biex dan ir-rapport isir disponibbli lill-Parlament;

11.

fuq l-istess nota, tiġi żviluppata ulterjorment il-prattika ta' servizzi tekniċi u loġistiċi konġunti bejn l-istituzzjonijiet, bil-ħsieb li jinkisbu ekonomiji ta' skala u effiċjenza mtejba; bħala l-ewwel pass jitpoġġew fi ħdan 'struttura konġunta unika' is-servizzi loġistiċi varji tal-Kummissjoni u tas-SEAE għat-twissija bikrija, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kompiti tas-sigurtà li jkopru avvenimenti barra mill-Unjoni u li fuqhom dawk is-servizzi jridu jikkoperaw;

12.

b'koordinament mal-Istati Membri, jiġu stabbiliti għażliet fuq perjodu ta' żmien medju u fit-tul għall-kisba ta' ekonomiji ta' skala bejn is-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri u s-SEAE f'pajjiżi terzi, inkluż fir-rigward tal-għoti ta' servizzi konsulari;

13.

jiġi adottat approċċ koerenti fir-rigward tal-presidenza ta' gruppi ta' ħidma tal-Kunsill u tinġieb fi tmiem il-presidenza b'rotazzjoni ta' dawn il-gruppi;

14.

ikun żgurat, skont l-Artikolu 24 TUE, li l-Istati Membri jappoġġaw il-politika esterna u ta' sigurtà tal-Unjoni b'mod attiv u mingħajr riżervi, fi spirtu ta' lealtà u solidarjetà reċiproka, u li dawn jikkonformaw mal-azzjonijiet tal-Unjoni u jappoġġaw lis-SEAE fit-twettiq tal-mandat tiegħu;

15.

tiġi promossa, għal dan il-għan, kooperazzjoni aktar profonda mal-Istati Membri u jiġi żviluppat rappurtar politiku konġunt bejn id-delegazzjonijiet u l-ambaxxati;

Dwar l-'istruttura adegwata' sabiex ikun żgurat approċċ komprensiv

16.

jiġi implimentat il-potenzjal sħiħ tat-Trattat ta' Lisbona billi jiġi segwit Approċċ Komprensiv li jintegra mezzi diplomatiċi, ekonomiċi, tal-iżvilupp, u – bħala l-aħħar tentattiv u f'konformità sħiħa mal-Karta tan-NU – mezzi militari skont linji gwida komuni ta' politika strateġika tal-Unjoni bil-ħsieb li jiġu mħarsa u promossi s-sigurtà u l-prosperità primarjament taċ-ċittadini tal-UE u dawk fil-viċinat tagħhom, kif ukoll aktar 'il bogħod; tiġi żgurata f'dan il-kuntest il-koerenza bejn miżuri fuq perjodu qasir u dawk fit-tul; ikun żgurat barra minn hekk, li s-SEAE jkollu l-kapaċità għal riflessjoni strateġika u jippreżenta proposti għall-implimentazzjoni ta' innovazzjonijiet importanti offruti mit-Trattat ta' Lisbona, pereżempju billi l-implimentazzjoni ta' ċerti kompiti tkun fdata lil gruppi ta' Stati Membri kapaċi u l-iżvilupp ta' għoti ta' Kooperazzjoni Strutturata Permanenti, inkluż l-użu ta' gruppi tattiċi;

17.

tiġi żviluppata ulterjorment għal dak il-għan, 'struttura adegwata' (pereżempju identifikata bħala Bord tal-Kriżi) li tintegra l-prevenzjoni tal-kunflitti, ir-rispons għall-kriżi, il-bini tal-paċi, l-istrumenti ta' politika għall-affarijiet barranin ikkonċernati, il-politika ta' sigurtà u l-istrutturi PSDK, u tiżgura l-koordinament mal-uffiċċji ġeografiċi, id-delegazzjonijiet u dipartimenti ta' politika oħra kkonċernati fil-qasam tal-ġestjoni tal-kriżi, abbażi tal-kunċett tal-pjattaforma tal-kriżi; tkun żgurata koerenza ġenerali u tiġi evitata d-duplikazzjoni fi ħdan is-SEAE; jissaħħaħ barra minn hekk, il-koordinament interistituzzjonali u ċ-ċarezza tar-rwoli;

18.

ikun żgurat ippjanar effettiv u integrat, u teħid ta' deċiżjonijiet iktar rapidu għall-operazzjonijiet PSDK, billi jiġu kkombinati l-kapaċitajiet rilevanti għall-ippjanar mid-Direttorat għall-Maniġġar ta' Kriżijiet u l-Ippjanar (CMPD) u l-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC); tinħoloq, barra dan, struttura permanenti ta' tmexxija billi jiġu stabbiliti Kwartieri Ġenerali Operattivi militari permanenti, kolokalizzati b'Kapaċità Ċivili ta' Tmexxija, biex tkun permessa l-implimentazzjoni effettiva tal-operazzjonijiet militari u ċivili filwaqt li jiġu salvagwardjati l-ktajjen ta' kmand rispettivi tagħhom;

Dwar ir-riforma tal-proċeduri finanzjarji għal azzjoni esterna effettiva

19.

isir użu sħiħ mill-flessibilitajiet kollha possibbli skont ir-Regolament Finanzjarju b'rabta mal-ġestjoni finanzjarja tan-nefqa amministrattiva u operazzjonali, sabiex tiġi awtorizzata aktar subdelegazzjoni min-naħa tal-Kapijiet tad-Delegazzjoni lid-deputati tagħhom u lill-persunal tal-Kummissjoni, meta l-kundizzjonijiet ikunu jirrikjedu dan, biex b'hekk tiġi ffaċilitata l-ġestjoni u t-tmexxija mingħajr intoppi tad-Delegazzjonijiet, filwaqt li l-Kapijiet tad-Delegazzjoni jkunu jistgħu jikkonċentraw fuq il-kompiti politiċi tagħhom;

20.

jitħaffu l-proċeduri fis-Servizz għall-Istrumenti tal-Politika għall-Affarijiet Barranin għall-amministrazzjoni tal-finanzi PESK għall-objettiv li jkun żgurat rispons flessibbli u f'waqtu għas-sitwazzjonijiet ta' kriżi u, b'mod partikolari, ikun żgurat li l-operazzjonijiet ċivili PSDK jiġu mnedija b'mod rapidu u b'effiċjenza; tiġi eżaminata f'dan ir-rigward, il-possibilità li jiġu introdotti xi tibdiliet fir-Regolament Finanzjarju mingħajr ma titnaqqas is-sorveljanza;

21.

tiżdied il-flessibbiltà u r-reattività tal-assistenza esterna tal-UE billi jiġu rieżaminati r-regoli għad-deċiżjonijiet dwar il-programmazzjoni u n-nefqa għall-istrumenti finanzjarji esterni;

22.

tittejjeb ir-responsabbiltà finanzjarja billi tiġi estiża t-trasparenza għal-linji baġitarji kollha PESK inklużi l-operazzjonijiet PSDK, ir-RSUE, in-nonproliferazzjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitti;

Dwar id-Delegazzjonijiet

23.

is-SEAE jingħata vuċi akbar fl-allokazzjoni/fir-riallokazzjoni tal-persunal tal-Kummissjoni fid-Delegazzjonijiet tal-UE sabiex ikun żgurat li l-profili tal-persunal u d-daqs tad-delegazzjonijiet tal-UE jirriflettu l-interessi strateġiċi tal-Unjoni u l-prijoritajiet politiċi tagħha;

24.

jittieħdu l-passi neċessarji biex ikun żgurat li l-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-UE jinħatru abbażi tal-mertu u tal-għarfien tajjeb tal-interessi, il-valuri u l-politiki tal-Unjoni, biex ikunu żgurati l-motivazzjoni u l-ogħla grad ta' kwalità u ta' effiċjenza fost dawk magħżula għal funzjonijiet tant sensittivi;

25.

ikun previst, partikolarment fil-każ ta' delegazzjonijiet fejn in-numru ta' persunal tas-SEAE huwa baxx, li l-Kap tad-Delegazzjoni jkun jista', f'konformità mal-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni SEAE, jinkariga wkoll lill-persunal tal-Kummissjoni bit-twettiq ta' analiżi politika u rappurtar politiku;

26.

tissaħħaħ f'dan il-kuntest, l-awtorità tal-Kapijiet tad-Delegazzjoni fuq il-persunal kollu, inkluż il-persunal tal-Kummissjoni, u jkun żgurat li l-Kap tad-Delegazzjoni jkun id-destinatarju tal-istruzzjonijiet kollha li jinħarġu mill-Kwartieri Ġenerali;

27.

jiġu żviluppati serjament l-opportunitajiet ppreżentati mid-Deċiżjoni SEAE u mit-TUE, partikolarment billi jissaħħah ir-rwol ta' koordinament tad-delegazzjonijiet, speċjalment f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, u billi tingħatalhom s-setgħa jipprovdu protezzjoni konsulari lil ċittadini tal-UE li ġejjin minn Stati Membri li mhumiex rappreżentati f'pajjiż partikolari; ikun żgurat li kwalunkwe kompitu addizzjonali ma jneħħix riżorsi minn politiki, istituzzjonijiet u prijoritajiet eżistenti fil-livell tal-UE;

28.

fid-dawl tal-fatt li l-maġġoranza vasta tad-Delegazzjonijiet tal-UE issa għandhom punti fokali tad-drittijiet tal-bniedem, ikun żgurat li b'mod partikolari d-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tan-nisa jkunu integrati fi ħdan kull Delegazzjoni u Uffiċċju tal-UE; tingħata barra minn hekk viżibilità lill-kultura Ewropea abbażi tad-diversità tagħha; ikun żgurat, fejn xieraq, li d-delegazzjonijiet tal-UE fost il-persunal eżistenti tagħhom ikollhom uffiċjal ta' kuntatt għall-Parlament Ewropew inkarigat li jipprovdi assistenza adegwata lid-delegazzjonijiet tal-Parlament f'pajjiżi terzi;

29.

ikun żgurat barra minn hekk, li d-delegazzjonijiet ikollhom għarfien espert f'dawk l-oqsma ta' politika (pereżempju t-tibdil fil-klima, is-sigurtà fl-enerġija, il-politika soċjali u dwar l-impjiegi, il-kultura, eċċ), li huma ta' rilevanza għar-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiż inkwistjoni;

30.

ikun żgurat, fejn applikabbli, li kull delegazzjoni jkollha attaché tas-sigurtà u d-difiża, b'mod partikolari f'delegazzjonijiet li joperaw f'sitwazzjonijiet ta' nuqqas ta' stabbiltà politika jew fraġilità jew fejn tkun intemmet operazzjoni jew missjoni reċenti PSDK, biex ikunu żgurati l-kontinwità operazzjonali u monitoraġġ adegwat tal-ambjent politiku;

31.

Jistieden lir-RGħ/VP tordna rieżami tal-arranġamenti u r-rekwiżiti ta' sigurtà fid-delegazzjonijiet tal-UE barra mill-UE, sabiex ikun żgurat li d-deċiżjonijiet dwar is-sigurtà jittieħdu mis-SEAE u mhux minn kuntratturi esterni tas-sigurtà;

Dwar l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni dwar ir-Responsabbiltà Politika

32.

tkun żgurata, f'konformità mal-ftehim kwadripartitiku li ntlaħaq f'Madrid f'Ġunju 2010, implimentazzjoni sħiħa u effettiva tal-obbligu fl-Artikolu 36 TUE, jiġifieri li l-opinjonijiet tal-Parlament jiġu kkunsidrati kif dovut, pereżempju permezz ta' konsultazzjoni proattiva u sistematika mal-kumitat adegwat tal-Parlament qabel l-adozzjoni ta' strateġiji u mandati fil-qasam PESK/PSDK;

33.

ikun żgurat rappurtar politiku sħiħ min-naħa tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni lil detenturi ta' karigi ewlenin tal-Parlament taħt aċċess regolat;

34.

ikun żgurat, f'konformità mal-Artikolu 218(10) TUE, li l-Parlament ikun infurmat bis-sħiħ u immedjatament fil-fażijiet kollha tal-proċedura għan-negozjati dwar ftehimiet internazzjonali, inklużi ftehimiet konklużi fil-qasam PESK;

35.

f'konformità mal-esperjenza pożittiva li Kapijiet tad-Delegazzjonijiet u r-RSUE li jkunu għadhom jinħatru jidhru quddiem il-Kumitat AFET qabel jieħdu l-kariga tagħhom, din il-prattika tiġi estiża għall-Kapijiet tal-Missjonijiet u tal-Operazzjonijiet PSDK li jkunu għadhom jinħatru;

36.

ikun żgurat li, ladarba jkunu nħatru mir-RGħ/VP, il-Kapijiet il-ġodda tad-Delegazzjonijiet jiġu konfermati uffiċjalment mill-kumitat rilevanti tal-Parlament qabel jieħdu l-karigi tagħhom;

37.

ikun hemm skambju sistematiku mal-kumitat adegwat tal-Parlament qabel kull Kunsill Affarijiet Barranin u biex dan il-kumitat jingħata rendikont wara kull laqgħa tal-Kunsill;

Dwar it-taħriġ u l-konsolidament ta' spirtu ta' komunità diplomatiku Ewropew

38.

jiġi promoss taħriġ komuni u miżuri konkreti oħra għall-konsolidament ta' spirtu ta' komunità fost il-persunal tas-SEAE bi sfondi diplomatiċi, kulturali u istituzzjonali varji, u li jiġu kkunsidrati inizjattivi ta' taħriġ konġunti għall-persunal tas-SEAE u d-diplomatiċi nazzjonali, bħala parti mill-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom;

39.

jiġu rieżaminati f'dan l-ispirtu, il-programmi ta' taħriġ u edukattivi rilevanti u eżistenti fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, bil-ħsieb li jiġu kkonsolidati flimkien mal-Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża eżistenti;

Dwar il-bażi għar-reklutaġġ

40.

ikun hemm impenn u intensifikazzjoni ulterjuri tal-isforzi sabiex jinkiseb bilanċ aħjar b'rabta mal-ġeneru, filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-mertu u l-kompetenzi; tiġi enfasizzata l-importanza li jinkiseb bilanċ fil-livell ta' Kapijiet tad-Delegazzjonijiet u livelli maniġerjali oħrajn; jiġu introdotti miżuri tranżitorji, filwaqt li jiġi żviluppat pjan ta' azzjoni li jinkludi programmi ta' mentoring, taħriġ speċjali u ambjent ta' xogħol li jiffavorixxi lill-familja bil-ħsieb li tiġi promossa r-rappreżentazzjoni tan-nisa u jiġu indirizzati l-ostakli strutturali għall-karrieri diplomatiċi tagħhom;

41.

jittieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex tiġi aġġustata r-rappreżentanza ġeografika fil-pożizzjonijiet għoljin u fil-gradi u l-karigi l-oħrajn kollha biex titrawwem u titħeġġeġ is-sjieda politika tas-SEAE kemm mill-uffiċjali u kemm mill-Istati Membri, kif mitlub mill-Artikolu 6(6) u 6(8) tad-Deċiżjoni SEAE;

42.

ikun żgurat, fid-dawl tal-fatt li ntlaħaq l-objettiv ta' terz mill-persunal reklutat mill-Istati Membri, li l-persunal li ġej minn ministeri nazzjonali ma jkunx konċentrat f'livelli maniġerjali, biex b'hekk ikun hemm opportunitajiet ta' karriera għal kulħadd, u li l-enfasi issa tkun fuq ir-reklutaġġ ta' persunal ġdid tal-UE fuq bażi permanenti; jiġu esplorati wkoll, f'dak ir-rigward, il-modalitajiet għad-diplomatiċi nazzjonali li jaħdmu fis-SEAE sabiex japplikaw għal karigi permanenti fi ħdan is-Servizz;

43.

jiġi żviluppat spirtu ta' komunità verament Ewropew u jkun żgurat li s-Servizz jaqdi biss interessi Ewropej komuni, biex jiġi oppost kull tentattiv min-naħa tal-Istati Membri li jinterferixxu fil-proċess ta' reklutaġġ tal-persunal tas-SEAE; biex ikun żgurat, issa li ġie fi tmiemu l-proċess ta' tranżizzjoni, li s-SEAE jista' jiżviluppa l-proċedura proprja u indipendenti ta' reklutaġġ tiegħu, miftuħa wkoll għall-uffiċjali mill-istituzzjonijiet kollha tal-UE u għall-kandidati minn barra permezz ta' konkorsi ġenerali;

44.

jiġu kkunsidrati b'mod partikolari, fid-dawl tar-rwol speċjali tal-Parlament Ewropew fir-rigward tad-definizzjoni tal-objettivi u l-għażliet bażiċi tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, il-kompetenzi tal-Parlament bħala awtorità baġitarja, ir-rwol tiegħu fl-iskrutinju demokratiku tal-politika għall-affarijiet barranin kif ukoll il-prattika tiegħu ta' relazzjonijiet parlamentari barranin u l-possibilità għall-uffiċjali mill-Parlament Ewropew sabiex ikunu jistgħu japplikaw għal karigi fis-SEAE fuq bażi ugwali bħal fil-każ ta' dawk mill-Kunsill u l-Kummissjoni mill-1 ta' Lulju 2013;

45.

ikun żgurat li s-SEAE għandu t-taħlita adatta ta' ħiliet sabiex jindirizza l-kunflitti, b'mod partikolari billi jiżviluppa ħiliet fil-qasam tal-medjazzjoni u d-djalogu;

Perjodu ta' żmien itwal

46.

Jappella, fil-kuntest ta' Konvenzjoni futura, sabiex l-iżvilupp ulterjuri tal-PESK/PSDK u tar-rwol tas-SEAE, inkluż bidla fl-isem, jitpoġġa fuq l-aġenda;

o

o o

47.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 210, 3.8.2010, p. 1.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/174


P7_TA(2013)0279

Il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Libertà ta' Reliġjon jew ta' Twemmin

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar l-abbozz ta' Linji Gwida tal-UE dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Libertà ta' Reliġjon jew ta' Twemmin (2013/2082(INI))

(2016/C 065/25)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, ta’ Laima Liucija Andrikienė f’isem il-Grupp PPE, dwar l-abbozz ta' Linji Gwida tal-UE dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Libertà ta' Reliġjon jew Twemmin (B7-0164/2013),

wara li kkunsidra l-Istqarrija Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar it-Tneħħija ta' Kull Xorta ta' Intolleranza u ta' Diskriminazzjoni Abbażi ta' Reliġjon jew Twemmin,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Kumment Ġenerali 22 mill-Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (1),

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-intolleranza, id-diskriminazzjoni u l-vjolenza abbażi ta' reliġjon jew twemmin tal-2009 u l-2011 (2),

wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, adottati mill-Kunsill fil-25 ta' Ġunju 2012 (3),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2011: “Id-drittijiet tal-bniedem u demokrazija fil-qalba tal-azzjoni esterna tal-UE –lejn approċċ aktar effettiv” (COM(2011)0886),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem (4) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/440/PESK tal-25 ta' Lulju 2012 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2012 dwar ir-rieżami tal-istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu li jirreferu għar-rapporti annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 36 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Linji Gwida tal-UE dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Libertà ta' Reliġjon jew ta' Twemmin (“il-Linji Gwida”),

wara li kkunsidra l-Artikolu 121(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0203/2013)

A.

billi, skont l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, id-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dritt internazzjonali huma l-prinċipji li jiggwidaw l-azzjonijiet esterni kollha tal-UE;

B.

billi d-dritt għal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin, inkluż twemmin teistiku, nonteistiku u ateistiku, id-dritt li wieħed ma jemminx u d-dritt li dak li jkun ibiddel ir-reliġjon jew it-twemmin tiegħu, huwa dritt universali tal-bniedem u libertà fundamentali ta’ kull bniedem, interrelatat ma' drittijiet tal-bniedem u libertajiet fundamentali oħrajn kif inklużi fl-Artikolu 18 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;

C.

billi l-Parlament Ewropew talab ripetutament li jinħoloq sett ambizzjuż ta' strumenti biex id-dritt għal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin jiġi promoss bħala parti mill-politika esterna tal-UE;

D.

billi l-Parlament Ewropew laqa' pożittivament, f'dan il-kuntest, l-impenn tal-UE li tiżviluppa linji gwida dwar il-liberta' ta' reliġjon jew ta' twemmin bi qbil mal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, u saħaq fuq il-ħtieġa li l-Parlament u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jiġu involuti fit-tħejjija ta' dawn il-linji gwida;

E.

billi, skont l-istandards tad-dritt internazzjonali, l-istati kollha għandhom id-dmir li jipprovdu protezzjoni effikaċi liċ-ċittadini kollha tagħhom u lil kull persuna oħra fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom; billi l-persekuzzjoni kontra persuni u l-familji tagħhom, kontra komunitajiet, kontra postijiet ta’ qima u istituzzjonijiet, abbażi tal-affiljazzjoni reliġjuża partikolari tagħhom, il-konvinzjoni tagħhom jew kwalunkwe espressjoni pubblika leġittima tar-reliġjon jew it-twemmin tagħhom, huma rappurtati b’mod mifrux f'xi reġjuni tad-dinja; billi d-diskriminazzjoni abbażi ta' reliġjon jew ta' twemmin għadha teżisti fir-reġjuni kollha tad-dinja, fosthom fl-Ewropa u fil-pajjiżi ġirien tagħha, u billi persuni li jappartjenu għal komunitajiet reliġjużi partikolari, inklużi minoranzi reliġjużi, jew persuni li ma jemmnux, għadhom mċaħħda mid-drittijiet tal-bniedem tagħhom f'bosta pajjiżi u regolarment issir diskriminazzjoni kontrihom, jiġu arrestati, misjuba ħatja u f’ħafna pajjiżi xi drabi anke saħansitra jiġu ġġustizzjati minħabba r-reliġjon jew it-twemmin tagħhom;

1.

Jindirizza r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin lill-Kunsill:

Raġuni għalfejn għandha tittieħed azzjoni

(a)

Il-promozzjoni tad-dritt għal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin u l-prevenzjoni tal-ksur tiegħu jridu jkunu prijorità fil-politiki esterni tal-UE;

(b)

Il-vjolenza, il-persekuzzjoni u d-diskriminazzjoni kontra persuni li jappartjenu għal komunitajiet u minoranzi reliġjużi, jew kontra persuni bi twemmin nonreliġjuż, jippersistu f'bosta nħawi tad-dinja; in-nuqqas ta’ tolleranza reliġjuża u ta’ rieda għal djalogu, flimkien man-nuqqas ta’ koeżistenza ekumenika sikwit iwasslu għal inkwiet politiku, vjolenza u kunflitti armati, li jipperikolaw il-ħajjiet tan-nies u jdgħajfu l-istabilità reġjonali; kundanna ċara u immedjata mill-Unjoni Ewropea ta' kull xorta ta' vjolenza u diskriminazzjoni għandha tkun element bażiku tal-politika tal-UE fil-qasam tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin; għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-qagħda ta' dawk li jibdlu r-reliġjon jew it-twemmin tagħhom, peress li fil-prattika, f’għadd ta’ pajjiżi dawn il-persuni jiġu soġġetti għal pressjoni soċjali, intimidazzjoni jew vjolenza;

Skop u kamp ta' applikazzjoni

(c)

L-iskop u l-kamp ta' applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-UE għandhom ikunu l-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin f'pajjiżi terzi, l-integrazzjoni tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin f'kull azzjoni esterna u politika tal-UE fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp ta' parametri ta' referenza, ta’ kriterji u ta’ standards ċari, u orjentament prattiku għat-tisħiħ tal-promozzjoni tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin fil-ħidma tal-uffiċjali mill-istituzzjoni u l-Istati Membri tal-UE, u b’hekk jingħata kontribut għal aktar koerenza, effikaċja u viżibilità min-naħa tal-UE fir-relazzjonijiet esterni tagħha;

Definizzjonijiet

(d)

Peress li l-implimentazzjoni b'suċċess tagħhom se tiddependi fuq dan l-element, il-Linji Gwida għandhom joffru ċarezza fid-definizzjonijiet li jintużaw u l-protezzjoni xierqa u sħiħa tad-dritt għal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin, skont id-dritt internazzjonali, fl-espressjonijiet privati u pubbliċi tiegħu, kif ukoll fid-dimensjonijiet individwali, kollettivi u istituzzjonali tiegħu, fosthom id-dritt li temmen jew li ma temminx, id-dritt li persuna tibdel ir-reliġjon jew twemmin, il-libertà tal-espressjoni, tal-għaqda u tal-assoċjazzjoni, kif ukoll id-dritt tal-ġenituri li jedukaw lil uliedhom skont il-konvinzjonijiet morali tagħhom – jiġifieri, reliġjużi jew nonreliġjużi; huma meħtieġa wkoll definizzjonijiet ċara u ħarsien sħiħ rigward ir-rikonoxximent tal-personalità ġuridika ta’ istituzzjonijiet reliġjużi u dawk imsejsa fuq it-twemmin u rispett tal-awtonomija tagħhom, id-dritt għall-oġġezzjoni ta' kuxjenza, id-dritt għall-asil, id-dritt għall-osservanza tal-jiem ta' mistrieħ u għaċ-ċelebrazzjoni ta' vaganzi u ċerimonji bi qbil mal-preċetti tar-reliġjon jew it-twemmin proprji u d-dritt fundamentali għall-protezzjoni tal-proprjetà proprja;

Linji Gwida Operattivi

(e)

Il-Linji Gwida għandhom ikunu bbażati fuq id-dritt internazzjonali u t-trattati rikonoxxuti u ratifikati mill-komunità internazzjonali;

Proporzjonalità

(f)

Kif mistqarr fl-abbozz tal-Linji Gwida, bi qbil mal-prinċipji aċċettati mill-komunità internazzjonali, il-libertà li dak li jkun ma jiġix imġiegħel ikollu jew jadotta reliġjon jew twemmin u l-libertà tal-ġenituri u l-kustodji li jiżguraw edukazzjoni reliġjuża u morali ma jistgħux jitrażżnu. Kull manifestazzjoni oħra tad-dritt għal libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin tista' tiġi soġġetta biss 'għat-tali limitazzjonijiet li jkunu stabbiliti mil-liġi u li jkunu meħtieġa għall-protezzjoni tas-sikurezza, l-ordni, is-saħħa jew il-morali pubbliċi, jew id-drittijiet fundamentali u l-libertajiet ta' ħaddieħor' (8); fl-istess ħin, il-limitazzjonijiet iridu jiġu intepretati b'mod strett, ikunu direttament relatati u jkunu proporzjonati fir-rigward tad-drittijiet protetti ta' ħaddieħor u jrid jinstab il-bilanċ xieraq; għaldaqstant, il-kriterju ta' proporzjonalità għandu jiġi enfasizzat fil-Linji Gwida;

Libertà ta' espressjoni

(g)

Waqt li l-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin u l-libertà ta' espressjoni huma drittijiet li jqawwu lil xulxin b'mod reċiproku, fil-każijiet fejn dawn iż-żewġ drittijiet jiġu invokati fil-konfront ta' xulxin, l-UE għandha tqis ukoll li l-għodda moderni tal-midja jagħtu lok għal aktar interkonnessjoni bejn il-kulturi u r-reliġjonijiet; għaldaqstant hemm bżonn li jittieħdu passi biex tiġi evitata l-vjolenza interkulturali bħala reazzjoni għal atti ta' libertà ta' espressjoni relatati mal-kritika u speċjalment maż-żufjett u t-tmasħir; f'dan il-kuntest, l-UE għandha tgħin biex jitnaqqsu tali tensjonijiet, pereżempju billi tippromwovi l-komprensjoni reċiproka u d-djalogu, u tikkundanna b’mod inekwivoku kwalunkwe att ta' vjolenza b'reazzjoni għal diskors ta' dan it-tip, u għandha topponi b'mod sod kwalunkwe tentattiv li tiġi kkriminalizzata l-libertà tal-kelma fir-rigward ta' kwistjonijiet reliġjużi, bħal liġijiet dwar id-dagħa;

Dimensjoni kollettiva tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin

(h)

Fil-Linji Gwida għandu jiġi enfasizzat li parti indispensabbli mil-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin hi d-dritt ta' kull individwa li jimmanifesta l-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin waħdu jew f'komunità ma' ħaddieħor; dan id-dritt jinkludi:

il-libertà ta' qima jew għaqda f'rabta ma' reliġjon jew twemmin, u li jiġu stabbiliti u miżmuma postijiet u siti reliġjużi għal dawn il-finijiet,

il-libertà li wieħed ma jipparteċipa f’ebda attività jew avveniment reliġjuż partikolari,

il-libertà li jiġu stabbiliti u miżmuma l-istituzzjonijiet reliġjużi, medjatiċi, edukattivi, tas-saħħa, soċjali, karitattivi jew umanitarji xierqa;

il-libertà li jintalbu u jiġu aċċettati kontribuzzjonijiet volontarji finanzjarji u ta' tip ieħor minn individwi u istituzzjonijiet,

il-libertà li jiġu mħarrġa, maħtura, eletti jew magħżula b'suċċessjoni l-mexxejja xierqa rikjesti mir-rekwiżiti u l-istandards ta' kwalunkwe reliġjon jew twemmin,

il-libertà li jiġu stabbiliti u miżmuma komunikazzjonijiet ma' individwi u komunitajiet dwar kwistjonijiet ta' reliġjon u ta' twemmin fil-livelli nazzjonali u internazzjonali; bl-istess mod, għandu jiġi nnutat fil-Linji Gwida li l-dritt li r-reliġjon tiġi eżerċitata f'komunità ma' ħaddieħor (li fil-kuntest tiegħu jridu dejjem jiġu rispettati l-libertajiet individwali) m'għandux ikun limitat bla bżonn għall-postijiet ta' qima rikonoxxuti uffiċjalment, u li kull limitazzjoni mhux dovuta fuq il-libertà tal-għaqda għandha tiġi kkundannata mill-UE; il-Linji Gwida għandhom jissottolinjaw li l-Istati għandhom dmir li jibqgħu newtri u imparzjali lejn gruppi reliġjużi, anke fir-rigward ta' appoġġ simboliku jew finanzjarju;

(i)

iqis li s-sekulariżmu, definit bħala s-separazzjoni stretta bejn l-awtoritajiet reliġjużi u politiċi, ifisser ir-rifjut ta' kull interferenza reliġjuża fil-funzjonament tal-gvern u ta' kull interferenza pubblika fl-affarijiet reliġjużi ħlief għall-iskop li jiġu ppreservati r-regoli tas-sikurezza u l-ordni pubbliku (inkluż ir-rispett għal-libertà ta' ħaddieħor), kif ukoll li tiġi ggarantita l-libertà ugwali tal-kuxjenza għal kulħadd, sew jekk fidili, anjostiċi jew atei;

Rekwiżiti ta' reġistrazzjoni

(j)

L-UE għandha tieħu azzjoni meta r-rekwiżiti ta' reġistrazzjoni għall-organizzazzjonijiet reliġjużi jew relatati ma' twemmin jillimitaw b'mod mhux dovut il-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin. Ir-reġistrazzjoni m'għandhiex tinftiehem bħala prerekwiżit għat-tgawdija tad-dritt tal-bniedem proprju għal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin, peress li dak id-dritt ma jistax ikun ikkondizzjonat b’rekwiżiti amministrattivi jew ġuridiċi; l-UE għandha titlob li tkun abolita kwalunkwe leġiżlazzjoni, bħar-reġistrazzjoni mandatorja tar-reliġjon ta' dak li jkun fid-dokumenti ta' status ċivili, jekk din il-leġiżlazzjoni tkun twassal għal diskriminazzjoni kontra min ikollu twemmin mhux reliġjuż jew min ikun biddel ir-reliġjon jew twemmin tiegħu;

Edukazzjoni

(k)

Kif inhu rikonoxxut minn standards aċċettati f'livell internazzjonali, il-ġenituri jew il-kustodji legali tat-tfal għandhom il-libertà li jiżguraw li wliedhom jirċievu edukazzjoni reliġjuża u morali b'mod konformi mal-konvinzjonijiet tagħhom, u t-tifel/tifla m'għandux jiġi mġiegħel jirċievi tagħlim dwar reliġjon jew twemmin kontra x-xewqat tal-ġenituri jew il-kustodji legali tiegħu, peress li l-prinċipju ta' gwida għandu jkun l-aħjar interessi tat-tifel/tifla; id-dritt tal-ġenituri li jedukaw lil uliedhom skont il-konvinzjonijiet reliġjużi jew mhux reliġjużi tagħhom jinkludi d-dritt tagħhom li jirrifjutaw kwalunkwe ndħil mhux dovut minn atturi statali jew nonstatali fl-edukazzjoni tagħhom kontra l-konvinzjonijiet reliġjużi jew nonreliġjużi tagħhom; il-Linji Gwida għandhom jisħqu fuq dawn l-aspetti tad-dritt tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin, u għandhom ukoll jiggarantixxu s-sekularizzazzjoni fl-edukazzjoni pubblika. Id-delegazzjonijiet tal-UE għandhom jieħdu l-azzjoni xierqa jekk dan il-prinċipju jinkiser;

Liġijiet familjari u soċjali

(l)

L-UE għandha tagħti attenzjoni partikolari għad-diskriminazzjoni abbażi ta' reliġjon jew ta' twemmin fil-liġijiet tal-familja u soċjali ta' pajjiżi terzi, b'mod speċjali imma mhux esklużivament fil-kuntest tad-dritt għaż-żwieġ u d-dritt għal kustodja tat-tfal.

Dritt għall-oġġezzjoni ta' kuxjenza

(m)

Il-Linji Gwida għandhom jinkludu d-dritt għall-oġġezzjoni ta' kuxjenza għas-servizz militari bħala eżerċizzju leġittimu tal-libertà ta' ħsieb, kuxjenza u reliġjon; L-UE għandha tappella lil dawk l-istati b'sistema ta' servizz militari obbligatorju biex jippermettu servizz alternattiv li n-natura tiegħu tkun waħda ċivili u mhux kumbattanti, li jkun fl-interess pubbliku u mhux ta' tip punittiv, u joqogħdu lura milli jikkastigaw, inkluż permezz ta' kundanni l-ħabs, lill-objetturi ta' kuxjenza talli jonqsu milli jwettqu servizz militari;

Asil

(n)

L-UE għandha tħeġġeġ lill-pajjiżi terzi jaċċettaw lir-rifuġjuti ppersegwitati abbażi tar-reliġjon jew tat-twemmin tagħhom, u jipprovdulhom protezzjoni ta' asil, speċjalment fil-każijiet fejn ir-rifuġjati jkunu mhedda b'mewt jew vjolenza. L-Istati Membri tal-UE għandhom jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jaċċettaw lir-rifuġjati ppersegwitati abbażi tar-reliġjon jew twemmin tagħhom;

Appoġġ għas-soċjetà ċivili u involviment magħha

(o)

L-appoġġ u l-involviment ma' firxa wiesgħa ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u l-gruppi reliġjużi u dawk ibbażati fuq twemmin, waqt it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida, se jkunu importanti ħafna għall-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin, u għalhekk, il-punti fokali għad-drittijiet tal-bniedem fid-delegazzjonijiet tal-UE għandhom iżommu kuntatti regolari ma' dawn l-organizzazzjonijiet sabiex ikunu jistgħu jidentifikaw, kemm jista' jkun malajr, il-problemi li jinqalgħu fil-qasam tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin fil-pajjiżi rispettivi tagħhom;

Monitoraġġ u evalwazzjoni

(p)

Monitoraġġ u valutazzjoni xierqa u kontinwi tas-sitwazzjoni fil-qasam tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin fid-dinja jridu jiġu żgurati mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, taħt ir-responsabilità tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u, fir-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja, għandu jkompli jkun hemm taqsima ddedikata għal din il-kwistjoni, inklużi rakkomandazzjonijiet għal titjib; il-monitoraġġ tas-sitwazzjoni fil-qasam tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin għandu jkun waħda mill-kwistjonijiet fundamentali fost id-drittijiet tal-bniedem u libertajiet fundamentali oħra fir-relazzjonijiet tal-UE ma' pajjiżi terzi, speċjalment fil-kuntest tal-Politika Ewropea tal-Viċinat; dan għandu jkun rifless fil-ftehimiet kollha u fid-dokumenti ta' rieżami u ta' rapportar; ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem għandu jagħti attenzjoni partikolari għall-kwistjonijiet relatati mal-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin matul kull attività tiegħu u għandu jkollu rwol viżibbli fil-promozzjoni ta’ din il-libertà permezz tar-relazzjonijiet esterni tal-UE; hu (jew hi) għandu wkoll iżomm kuntatt kontinwu mal-Parlament Ewropew u l-kumitati relevanti tiegħu dwar l-oqsma ta' tħassib u l-progress miksub u jinvolvi ruħu mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti;

(q)

Għandu jiġi adottat sett ta’ strumenti għall-monitoraġġ, il-valutazzjoni u l-appoġġ għall-Linji Gwida tal-UE, b’fokus fuq għodod operattivi biex jirriflettu aħjar l-oqsma ta’ azzjoni ta’ prijorità deskritti fil-Linji Gwida u għandu, fost affarijiet oħra:

jipprovdi lista ta' kontroll għal analiżi dettaljata tas-sitwazzjoni għal segwitu u monitoraġġ tal-qagħda fir-rigward tad-dritt tal-libertà ta’ reliġjon u ta’ twemmin fil-pajjiż rispettiv biex jiġi identifikat kwalunkwe żvilupp ġdid, kemm pożittiv kif ukoll negattiv;

jesiġi li l-Kapijiet tal-Missjonijiet tal-UE jirrapportaw regolarment dwar kwistjonijiet relatati mal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin, b’valutazzjoni dettaljata tas-sitwazzjoni, kif ukoll l-eżistenza ta’ ksur tad-dritt tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin u ripressjoni kontra d-difensuri tagħha jew individwi oħra, filwaqt li jiġu identifikati każijiet partikolari ta’ ksur apparenti tad-dritt tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin; dawn ir-rapporti mill-Kapijiet tal-Missjonijiet tal-UE għandhom ikunu standardizzati kemm jista' jkun biex ikunu kumparabbli;

jenfasizza azzjoni konkreta fil-forums internazzjonali, jew fl-attivitajiet ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp li kienu strumentali għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-dritt tal-libertà ta’ religion jew twemmin, inkluż l-indirizzar b’suċċess ta’ każijiet partikolari (individwi, gruppi, minoranzi, istituzzjonijiet) ta’ diskriminazzjoni jew persekuzzjoni għal raġunijiet ta’ reliġjon jew konvinzjonijiet;

ifakkar li l-appoġġ mogħti lill-vittmi ta’ diskriminazzjoni jew persekuzzjoni abbażi ta’ reliġjon jew konvinzjonijiet jista’ jieħu diversi forom, fosthom li l-vittmi jiġu mistiedna jżuru l-istituzzjonijiet tal-UE biex jitkellmu dwar is-sitwazzjoni tagħhom;

Dan is-sett ta’ strumenti (circulaire) għandu jitħejja b’konsultazzjoni mal-partijiet konċernati, qabel tmiem l-2013;

Użu ta' strumenti finanzjarji esterni

(r)

L-istrumenti finanzjarji esterni tal-UE għandhom jintużaw kemm bħala inċentivi kif ukoll bħala deterrenti (pereżempju, l-iffriżar ta' fondi) fir-rigward tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin f'pajjiż partikolari, peress li din tifforma parti integrali mill-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ġenerali tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż; fil-każ ta' deterjorament serju tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, anke fir-rigward tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin, l-UE għandha tapplika l-klawżoli eżistenti relatati mad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet esterni tal-UE mal-pajjiż ikkonċernat; l-użu ta' klawżoli relatati mad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet esterni tal-UE għandu jkun vinkolanti u integrat sistematikament fil-ftehimiet kollha tal-UE ma’ pajjiżi terzi;

Azzjoni tal-UE fil-forums multilaterali

(s)

L-UE għandha tkompli bl-inizjattivi tagħha fid-diversi forums multilaterali sabiex tippromwovi u tipproteġi l-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin; meta jkun xieraq, u fuq talba, l-UE għandha tassisti lill-pajjiżi terzi fit-tfassil ta' leġiżlazzjoni għall-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà ta’ reliġjon jew ta’ twemmin;

Valutazzjoni

(t)

Bi qbil mal-Artikolu 36 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew għandu jkun involut fil-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Linji Gwida li għandha titwettaq sa mhux aktar tard minn tliet snin minn meta jkunu daħlu fis-seħħ; il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq analiżi tar-rispons tal-UE għal sitwazzjonijiet konkreti relatati mal-ksur tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin f'pajjiżi terzi; il-Parlament Ewropew għandu jiġi regolarment informat dwar oqsma ta’ jew żviluppi ta' tħassib, kif jiġu rrapportati mid-delegazzjonijiet tal-UE; il-kumitati rilevanti tiegħu għandhom jirċievu informazzjoni dettaljata.<BR>o<BR>o o

2.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, u għal finijiet ta’ informazzjoni, lill-Kummissjoni.


(1)  Kumment Ġenerali adottat mill-Kumitat tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem skont l-Artikolu 40, paragrafu 4 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi CCPR/C/21/Rev.1/Add.4, 27 ta' Settembru 1993

(2)  Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 24.11.2009, 21.02.2011

(3)  Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 11855/12

(4)  Testi adottati, P7_TA(2012)0250.

(5)  ĠU L 200, 27.7.2012, p. 21.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2012)0504.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2010)0489, P7_TA(2012)0126, P7_TA(2012)0503.

(8)  

Dikjarazzjoni tan-NU dwar it-Tneħħija ta' Kull Xorta ta' Intolleranza u ta' Diskriminazzjoni Abbażi ta' Reliġjon jew Twemmin, Art. 1, par. 3, A/RES/36/55


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 11 ta’ Ġunju 2013

19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/180


P7_TA(2013)0236

Talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Jacek Olgierd Kurski

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Jacek Olgierd Kurski (2013/2019(IMM))

(2016/C 065/26)

Il-Parlament Ewropew

wara li kkunsidra t-taba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Jacek Olgierd Kurski, li tressqet fis-16 ta' Jannar 2013 mill-Prosekutur Pubbliku Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja, b'rabta ma' talba tat-2 ta' Jannar 2013 mill-Kap tal-Uffiċċju għall-Prevenzjoni tal-Kwartieri Ġenerali Nazzjonali tal-Pulizija, f'isem l-awtorità tal-Kap Spettur tal-Pulizija, u mħabbra fil-plenarja fl-4 ta' Frar 2013,

wara li sema' lil Jacek Olgierd Kurski bi qbil mal-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta’ Settembru 1976,

wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, tad-19 ta' Marzu 2010 u tas-6 ta' Settembru 2011 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 105 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja u l-Artikoli 7, 7b(1) u 7c, flimkien mal-Artikolu 10b, tal-Att Pollakk tad-9 ta' Mejju 1996 dwar it-twettiq tal-mandat ta' deputat jew senatur,

wara li kkunsidra l-Artikoli 6(2) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0187/2013),

A.

billi l-Prosekutur Pubbliku Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja talab it-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Membru tal-Parlament Ewropew, Jacek Olgierd Kurski, b'rabta mal-possibilità ta' azzjoni legali fir-rigward ta' offiża allegata;

B.

billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu fit-territorju tal-Istat tagħhom stess l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament ta' pajjiżhom;

C.

billi l-Artikolu 105(2) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja jgħid illi, matul it-terminu parlamentari, Membri tal-Parlament ma jistgħux jiġu soġġetti għal responsabilità kriminali mingħajr ma qabel tittneħħielhom l-immunità mill-Parlament;

D.

billi Jacek Olgierd Kurski huwa akkużat minn reat relatat mat-traffiku skont l-Artikolu 92(1) tal-Att tal-20 ta' Mejju 1971 li jistabbilixxi Kodiċi ta' Reati (Ġurnal Pollakk tal-Liġijiet 2010 Nru 46, partita 275, kif emendat);

E.

billi l-azzjoni allegata m'hijiex marbuta b'mod dirett u ovvju mat-twettiq min-naħa ta' Jacek Olgierd Kurski tad-dmirijiet tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew u lanqas ma tikkostitwixxix opinjonijiet espressi jew voti fil-kuntest tat-twettiq ta' dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

F.

billi huwa ċar li l-akkuża bl-ebda mod mhi relatata mal-pożizzjoni ta' Jacek Olgierd Kurski bħala Membru tal-Parlament Ewropew;

G.

billi mhemm l-ebda raġuni biex wieħed jissospetta l-eżistenza ta' fumus persecutionis;

1.

Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Jacek Olgierd Kurski;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat kompetenti tiegħu minnufih lill-Prosekutur Pubbliku Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja u lil Jacek Olgierd Kurski.


(1)  Sentenza tat-12 ta' Mejju 1964 fil-Kawża 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] ECR 195; sentenza tal-10 ta' Lulju 1986 fil-Kawża 149/85 Wybot v Faure u oħrajn [1986] ECR 2391; sentenza tal-15 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża T-345/05 Mote v Parlament [2008] ECR II-2849; sentenza tal-21 ta' Ottubru 2008 fil-Kawżi konġunti C-200/07 u C-201/07 Marra v De Gregorio u Clemente [2008] ECR I-7929, sentenza tad-19 ta' Marzu 2010 fil-Kawża T-42/06 Gollnisch v Parlament, [2010] ECR II-1135, sentenza tas-6 ta' Settembru 2011 fil-Kawża C-163/10 Patriciello (pubblikazzjoni pendenti fl-ECR).


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/181


P7_TA(2013)0237

It-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Małgorzata Handzlik

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Małgorzata Handzlik (2012/2238(IMM))

(2016/C 065/27)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Małgorzata Handzlik, imressqa fit-3 ta’ Lulju 2012 mill-Prosekutur Pubbliku tar-Repubblika Pollakka b’rabta mal-investigazzjoni VI DS 312/10 tal-Uffiċċju tal-Prosekutur tad-Distrett ta’ Varsavja u mħabbra fis-seduta plenarja fl-10 ta’ Settembru 2012,

wara li sema' lil Małgorzata Handzlik skont l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li sema' wkoll lil Giovanni Kessler, Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, u lil Roger Vanhaeren, Direttur Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Mejju 1964, tal-10 ta’ Lulju 1986, il-15 u l-21 ta’ Ottubru 2008, id-19 ta’ Marzu 2010 u s-6 ta’ Settembru 2011 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 105 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja,

wara li kkunsidra l-Artikoli 6(2) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0195/2013),

A.

billi l-Prosekutur Pubbliku tar-Repubblika Pollakka talab it-tneħħija tal-immunità parlamentari ta’ Membru tal-Parlament Ewropew, Małgorzata Handzlik, b’rabta ma' investigazzjoni u azzjoni legali possibbli rigward reat allegat;

B.

billi skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-Parlament ta’ dak l-Istat;

C.

billi l-Artikolu 105(2) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Pollakka tipprevedi li l-Membri tal-Parlament jistgħu jiġu proċessati biss bil-kunsens tal-Parlament;

D.

billi t-talba tal-Prosekutur Pubbliku tirrelata ma’ proċedimenti li jirrigwardaw allegat reat taħt l-Kodiċi Kriminali Pollakka tas-6 ta’ Ġunju 1997;

E.

billi l-allegazzjoni sustantiva hi relatata mal-attentat ta’ ksur tal-Artikoli 270(1) u 286(1) ta’ dak il-kodiċi, li tirrigwarda l-frodi u l-użu ta’ dokumenti foloz rispettivament;

F.

billi Małgorzata Handzlik fil-fatt qed tiġi akkużata li ppruvat twettaq frodi kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi allegatament ippreżentat dokumenti falsifikati bl-għan li tikseb rimborż għall-ispejjeż tal-attendenza ta’ kors tal-lingwa meta fil-fatt ma attendietx l-imsemmi kors;

G.

billi l-azzjonijiet allegati ma jikkostitwixxux opinjonijiet espressi jew voti mitfugħa fit-twettiq tad-dmirijiet tal-Membru tal-Parlament Ewropew fit-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

H.

billi, madankollu, minħabba ċ-ċirkustanzi li fihom ġie trattat il-każ kontra Małgorzata Handzlik mid-diversi awtoritajiet konċernati u l-istatus u l-provenjenza inċerta tal-evidenza, jeżistu dubji serji dwar din il-proċedura;

I.

billi donnu li dan hu każ fejn wieħed jista’ jassumi fumus persecutionis;

J.

billi għaldaqstant l-immunità tas-Sa Małgorzata Handzlik m’għandhiex titneħħa;

1.

Jiddeċiedi li ma jneħħix l-immunità ta' Małgorzata Handzlik;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Pollakka u lil Małgorzata Handzlik.


(1)  Sentenza tat-12 ta' Mejju 1964 fil-Kawża 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] ECR 195; sentenza tal-10 ta' Lulju 1986 fil-Kawża 149/85 Wybot v Faure u oħrajn [1986] ECR 2391; sentenza tal-15 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża T-345/05 Mote v Parlament [2008] ECR II-2849; sentenza tal-21 ta' Ottubru 2008 fil-Kawżi konġunti C-200/07 u C-201/07 Marra v De Gregorio u Clemente [2008] ECR I-7929, sentenza tad-19 ta' Marzu 2010 fil-Kawża T-42/06 Gollnisch v Parlament, [2010] ECR II-1135, sentenza tas-6 ta' Settembru 2011 fil-Kawża C-163/10 Patriciello (pubblikazzjoni pendenti fl-ECR).


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/182


P7_TA(2013)0238

It-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Alexander Alvaro

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Alexander Alvaro (2013/2106(IMM))

(2016/C 065/28)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Alexander Alvaro, imressqa fit-8 ta’ Mejju 2013 mill-Ministeru tal-Ġustizzja Federali Ġermaniż, b’rabta mal-proċediment pendenti quddiem il-Kap Prosekutur Pubbliku ta’ Cologne (Ġermanja), u mħabbra fis-seduta plenarja tat-23 ta’ Mejju 2013,

wara li kkunsidra li Alexander Alvaro ngħata l-opportunità li jinstema’ skont l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

wara li kkunsidra l-Artikolu 46 tal-Liġi Bażika Ġermaniża (Grundgesetz),

wara li kkunsidra l-Artikoli 6(2) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0188/2013),

A.

billi l-Kap Prosekutur Pubbliku ta’ Cologne (Ġermanja) talab li titneħħa l-immunità parlamentari ta’ Alexander Alvaro, Membru u Viċi President tal-Parlament Ewropew, b’rabta mal-ftuħ ta’ proċedimenti investigattivi rigward reat allegat;

B.

billi t-talba mill-Kap Prosekutur Pubbliku hija marbuta mal-investigazzjonijiet f’inċidenti tat-traffiku serju li fih kien involut Alexander Alvaro;

C.

billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri jgawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament ta' pajjiżhom;

D.

billi, skont l-Artikolu 46(2) tal-Liġi Bażika Ġermaniża (Grundgesetz), Membru ma jistax jinżamm responsabbli ta’ reat kastigabbli mingħajr il-permess tal-Parlament sakemm ma jinqabadx fil-fatt iwettaq ir-reat jew inkella l-għada;

E.

billi, konsegwentement, il-Parlament jista’ jneħħi l-immunità parlamentari ta’ Alexander Alvaro jekk il-proċedimenti kontrih għandhom isiru;

F.

billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 46(2) tal-Grundgesetz Ġermaniża ma jipprekludux it-tneħħija tal-immunità ta’ Alexander Alvaro;

G.

billi għaldaqstant ikun tajjeb li fil-każ ikkonċernat, l-immunità parlamentari titneħħa;

1.

Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Alexander Alvaro;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lil Alexander Alvaro.


L-Erbgħa 12 ta’ Ġunju 2013

19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/184


P7_TA(2013)0250

Kompożizzjoni numerika tal-kumitati permanenti

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati permanenti (2013/2671(RSO))

(2016/C 065/29)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tiegħu tal-15 ta’ Lulju 2009 (1), l-14 ta’ Diċembru 2011 (2) u t-18 ta’ Jannar 2012 (3) dwar il-kompożizzjoni numerika tal-kumitati permanenti,

wara li kkunsidra l-Artikolu 183 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jiddeċiedi li jemenda l-kompożizzjoni numerika tal-kumitati permanenti kif ġej:

I.

Kumitat għall-Affarijiet Barranin: 79 membru

II.

Kumitat għall-Iżvilupp: 30 membru

III.

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali: 31 membru

IV.

Kumitat għall-Baġits: 45 membru

V.

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit: 31 membru

VI.

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji: 50 membru

VII.

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali: 50 membru

VIII.

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel: 71 membru

IX.

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija: 61 membru

X.

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur: 41 membru

XI.

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu: 47 membru

XII.

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali: 50 membru

XIII.

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali: 44 membru

XIV.

Kumitat għas-Sajd: 25 membru

XV.

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni: 31 membru

XVI.

Kumitat għall-Affarijiet Legali: 25 membru

XVII.

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern: 60 membru

XVIII.

Kumitati għall-Affarijiet Kostituzzjonali: 26 membru

XIX.

Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi: 35 membru

XX.

Kumitat għall-Petizzjonijiet: 35 membru;

2.

Jiddeċiedi li din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2013;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ informazzjoni.


(1)  ĠU C 224 E, 19.8.2010, p. 34.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2011)0570.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2012)0001.


III Atti preparatorji

IL-PARLAMENT EWROPEW

It-Tlieta 11 ta’ Ġunju 2013

19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/185


P7_TA(2013)0235

Pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet – 1 ***I

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (COM(2012)0021 – C7-0042/2012 – 2012/0013(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 065/30)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0021),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0042/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7–0141/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


P7_TC1-COD(2012)0013

Pożizjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta’ Ġunju 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2004 (3) jagħti s-setgħa lill-Kunsill jissorvelja u jirrevedi r-rati massimi ta’ mortalità mis-sajd u l-livelli relatati tal-bijomassa tal-istokkijiet riproduttivi [l-istokkijiet li jbidu] speċifikati fih . [Em. 1]

[Em. 2]

(3)

Sabiex jiġu emendati jew issupplimentati elementi mhux essenzjali tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ dan li ġej:

bidliet fil-valuri stabbiliti tar-rati massimi ta’ mortalità mis-sajd u tal-livelli relatati tal-bijomassa tal-istokkijiet riproduttivi [l-istokkijiet li jbidu], meta tkun intlaħqet ir-rata ta' mortalità mis-sajd fil-mira;

ir-regoli dwar l-aġġustament tal-isforz tas-sajd meta grupp ta’ bastimenti jiġi eskluż mir-reġim tal-isforz jew jerġa' jiddaħħal fih;

ir-regoli dwar il-metodu għall-kalkolu tal-kapaċità tas-sajd imsemmi fl-Artikolu 14(3) u l-aġġustament tal-livelli massimi tal-kapaċità minħabba t-twaqqif permanenti tal-attivitajiet tas-sajd u t-trasferimenti tal-kapaċità;

ir-regoli dwar il-metodu għall-kalkolu tal-adattament tal-isforz tas-sajd massimu permissibbli b’rabta mal-ġestjoni tal-kwoti;

ir-regoli dwar il-metodu għall-kalkolu tal-adattament tal-isforz tas-sajd massimu permissibbli wara t-trasferiment ta’ sforz fost il-gruppi tal-isforz;

bidliet fil-kompożizzjoni taż-żoni ġeografiċi u tal-gruppi ta’ rkaptu stabbiliti fl-Anness I.

(4)

Huwa importanti ferm li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Waqt it-tħejjija u t-tfassil tal-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

[Em. 3]

(6)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni għar-regoli ddettaljati dwar il-proċedura u l-format għat-trażmissjoni lill-Kummissjoni tat-tagħrif mitlub skont dan ir-Regolament u dwar il-format tal-permess speċjali tas-sajd u tal-lista tal-bastimenti li għandhom it-tali permess speċjali. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (4).

[Em. 4]

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

(-1)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej:

6.     Fejn l-istokk tal-merluzz imsemmi fil-paragrafu 1 ikun ġie sfruttat f'rata ta' mortalità mis-sajd qrib 0,4 matul tliet snin suċċessivi, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti xierqa, għall-adozzjoni skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, għall-emendar tal-pjan għal perjodu fit-tul, sabiex jiġi żgurat sfruttament fir-rendiment sostenibbli massimu.” [Em. 5]

(1)

Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 31a filwaqt li tiffissa valuri ġodda stabbiliti fl-Artikolu 5(2), l-Artikolu  6 u  l-Artikolu 7(2), meta tkun intlaħqet ir-rata ta’ mortalità mis-sajd fil-mira stipulata fl-Artikolu 5(2), jew jekk il-Kummissjoni, abbażi ta' parir mill-STECF jew, fejn xieraq, dejta xjentifika oħra u wara konsultazzjoni sħiħa mal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali rilevanti , issib li dik il-mira, jew il-livelli minimi u ta' prekawzjoni ta' bijomassa riproduttiva stabbiliti fl-Artikolu 6, jew il-livelli tar-rati ta’ mortalità mis-sajd mogħtija fl-Artikolu 7(2), m’għadhomx xierqa biex jinżamm f’livell baxx ir-riskju li l-istokkijiet jiġu eżawriti u biex jibqa' jkun hemm rendiment massimu sostenibbli.”. [Em. 6]

(2)

L-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu, ta’ kull sena, lill-Kummissjoni t-tagħrif ix-xieraq biex jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet ta' hawn fuq intlaħqu u għadhom qed jintlaħqu.”

(b)

Għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“4.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 31a biex tistipula regoli dwar l-aġġustament tal-isforz tas-sajd f’każ li grupp ta’ bastimenti jiġi eskluż mir-reġim tal-isforz jew jerġa’ jiddaħħal fih skont l-Artikolu 11(2), u f’każ li bastiment ma jibqax jilħaq ir-rekwiżiti speċifikati fid-deċiżjoni dwar l-esklużjoni.

5.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli ddettaljati dwar il-proċedura u l-format għat-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 11(3)., Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 32(2).”.

(2a)

Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 7 jinbidel b'dan li ġej:

7.     Il-Kummissjoni għandha titlob lill-STECF sabiex kull sena jqabbel it-tnaqqis fil-mortalità tal-merluzz li tkun tirriżulta mill-applikazzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 2 mat-tnaqqis li jkun mistenni li jseħħ bħala riżultat tal-aġġustament tal-isforz imsemmi fl-Artikolu 12(4). Fid-dawl ta' dan il-parir, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, tagħmel proposti xierqa għall-aġġustament għall-isforz tas-sajd li jista' jiġi applikat għall-gruppi rilevanti ta' rkaptu s-sena ta' wara.” [Em. 7]

(3)

Fl-Artikolu 14 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   L-Istati Membri għandhom iżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar il-bażi għall-kalkolu tal-kapaċità massima tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 3, kif ukoll dwar kull aġġustament li jsir minħabba t-twaqqif permanenti tal-attivitajiet tas-sajd u t-trasferimenti tal-kapaċità skont l-Artikolu 16(3).”.

(4)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 14a

Is-setgħat tal-Kummissjoni

1.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 31a biex tispeċifika r-regoli dwar il-metodu għall-kalkolu tal-kapaċità tas-sajd imsemmi fl-Artikolu 14(3) u l-aġġustament tal-livelli massimi tal-kapaċità minħabba t-twaqqif permanenti tal-attivitajiet tas-sajd u t-trasferimenti tal-kapaċità skont l-Artikolu 16(3).

2.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli ddettaljati dwar li ġej:

(a)

il-format tal-permess speċjali tas-sajd imsemmi fl-Artikolu 14(2) u l-proċeduri biex l-Istati Membri jqiegħdu għad-dispożizzjoni l-lista tal-bastimenti li għandhom dak il-permess speċjali kif imsemmi fl-Artikolu 14(4);

(b)

il-proċedura u l-format għat-trażmissjoni lill-Kummissjoni tat-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 14(5).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 32(2).”.

(5)

Fl-Artikolu 16 għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“4.   L-Istati Membri għandhom iżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar kull adattament tal-isforz magħmul skont dan l-Artikolu.

5.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 31a biex tistipula regoli dwar il-metodu ta’ kalkolu li jippermetti lill-Istati Membri jadattaw l-isforz tas-sajd massimu permissibbli b’rabta mal-ġestjoni tal-kwoti.

6.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli ddettaljati dwar il-proċedura u l-format għat-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4., Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 32(2).”

(6)

Fl-Artikolu 17 għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“6.   L-Istati Membri għandhom iżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar kull adattament tal-isforz magħmul skont dan l-Artikolu.

7.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 31a biex tistipula regoli dwar il-metodu ta’ kalkolu li jippermetti lill-Istati Membri jadattaw l-isforz tas-sajd massimu permissibbli wara t-trasferiment ta’ sforz fost il-gruppi tal-isforz.

8.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli ddettaljati dwar il-proċedura u l-format għat-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 32(2).”

(7)

L-Artikolu 30 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 30

Il-proċedura għat-teħid ta’ deċiżjonijiet

Fejn dan ir-Regolament jipprovdi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet mill-Kunsill, il-Kunsill għandu jaġixxi skont it-Trattat.”

(8)

Fl-Artikolu 31, il-frażi ta’ introduzzjoni tinbidel b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 31a biex temenda l-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi tal-prinċipji li ġejjin:”

(9)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 31a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa li tadotta atti ddelegati qiegħda tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.    Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 10(1), fl-Artikolu  11(4), fl-Artikolu 14a(1) , fl-Artikolu 16(5), fl-Artikolu 17(7) u fl-Artikolu 31 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' tliet snin minn …  (*). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħat sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' tliet snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża taċitament għal perjodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. [Em. 8]

3.   Id-delega tas-setgħa imsemmija fl-Artikoli 10(1), Artikolu 11(4), Artikolu 14a(1), Artikolu 16(5), Artikolu 17(7) u  Artikolu 31 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni biex issir revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Tali deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar 'il quddiem speċifikata fiha. M'għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont  l-Artikolu 10(1), l-Artikolu 11(4), l-Artikolu 14a(1) , l-Artikolu 16(5), l-Artikolu 17(7) jew l-Artikolu 31 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk. qabel ma jagħlaq dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”

(*)   Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. "

(10)

L-Artikolu 32 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 32

Il-proċedura tal-kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura mwaqqaf bl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. Dan il-Kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (**).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011."

(**)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.”"

(11)

L-Artikolu 34 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 34

Reviżjoni

1.     Il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' parir mill-STECF u wara konsultazzjoni mal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali rilevanti, tevalwa l-impatt tal-miżuri ta' ġestjoni fuq l-istokkijiet ta' merluzz ikkonċernati u fuq is-sajd għal dawk l-istokkijiet, mhux aktar tard mit-tielet sena ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u mbagħad kull tielet sena suċċessiva ta' applikazzjoni tiegħu. Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti xierqa, għall-adozzjoni skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, għall-emendar tal-pjan fit-tul.

2.     Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-delega tas-setgħa prevista f'dan ir-Regolament.” [Em. 11]

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 204.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Ġunju 2013.

(3)  ĠU L 348, 24.12.2008, p. 20.

(4)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/190


P7_TA(2013)0241

L-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar doganali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (06353/1/2013 – C7-0142/2013 – 2011/0137(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(2016/C 065/31)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06353/1/2013 – C7–0142/2013),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0285),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0185/2013),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Testi adottati tat-3.7.2012, P7_TA(2012)0272.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/191


P7_TA(2013)0242

Ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar u ikel għal skopijiet mediċi speċjali ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (05394/1/2013 – C7-0133/2013 – 2011/0156(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(2016/C 065/32)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05394/1/2013 – C7-0133/2013),

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2011 (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (COM(2013)0241),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0353),

wara li kkunsidra l-Artikoli 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0191/2013),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 24, 28.1.2012, p. 119.

(2)  Testi adottati tal-14.6.2012, P7_TA(2012)0255.


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-pestiċidi

Fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 11(1)(b), il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni partikolari lill-pestiċidi li fihom sustanzi attivi, aġenti protettivi jew sinerġizzanti kklassifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 (1) bħala mutaġeniċi kategorija 1A jew 1B, karċinoġeni kategorija 1A jew 1B, tossiċi għar-riproduzzjoni fil-kategorija 1A jew 1B, jew meqjusa li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali u li jistgħu jikkawżaw effett negattiv fuq il-bnedmin, jew li huma tossiċi ħafna, jew li jikkawżaw effetti kritiċi bħal effetti newrotossiċi jew immunotossiċi tal-iżvilupp, bil-għan li fl-aħħar mill-aħħar jiġi evitat l-użu tagħhom.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/192


P7_TA(2013)0243

Ir-rekwiżiti minimi tas-saħħa u s-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi għas-saħħa u s-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (l-XX Direttiva individwali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (COM(2011)0348 – C7-0191/2011 – 2011/0152(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 065/33)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0348),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 153(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikolu l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0191/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-7 ta' Diċembru 2011 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-10 ta' April 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0009/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 43, 15.2.2012, p. 47.


P7_TC1-COD(2011)0152

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta’ Ġunju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi tas-saħħa u s-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (l-20 Direttiva individwali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) u li tħassar id-Direttiva 2004/40/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni 2013/35/UE.)


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/193


P7_TA(2013)0244

Pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet – 2 ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (COM(2012)0498 – C7-0290/2012 – 2012/0236(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 065/34)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0498),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0290/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2012 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0146/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 44, 15.2.2013, p. 125.


P7_TC1-COD(2012)0236

Pożizjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta’ Ġunju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

L-evalwazzjoni xjentifika tal-prestazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (3), imwettqa mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (is-STECF), żvelat li kien hemm għadd ta’ problemi marbutin mal-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament.

(2)

L-Istati Membri użaw metodi differenti biex jikkalkulaw l-isforz tas-sajd fis-snin ta’ referenza u biex jikkalkulaw il-konsum tal-isforzi rrappurtat fil-pjan. Dan ippermetta li jintuża livell ogħla tal-isforz minn dak li kien maħsub fil-pjan u, għaldaqstant, dan għandu jitranġa permezz tal-istandardizzazzjoni tal-metodoloġiji għall-kalkolu tal-isforzi użati mill-Istati Membri . [Em. 1]

(3)

In-nuqqas ta’ valutazzjonijiet analitiċi f’ċerti żoni ġeografiċi jeskludi l-applikazzjoni tar-regoli għall-kontroll tal-ħsad u jwassal għal tnaqqis annwali awtomatiku ta’ 25 % fil-qabdiet totali permissibbli (“TACs”) u fl-isforzi. Minn meta ġie implimentat il-pjan, l-allokazzjonijiet tal-isforz tas-sajd fiż-żoni kkonċernati tnaqqsu b’mod sinifikanti. L-evalwazzjoni xjentifika mwettqa mis-STECF tissuġġerixxi li, f’xi każijiet, ikun aktar xieraq li jintuża metodu tal-kejl ieħor u mhux il-mortalità mis-sajd sabiex jiġu stabbiliti t-TACs, minflok it-tnaqqis awtomatiku fit-TACs u fl-isforzi.

(3a)

Iż-żamma ta' rati ta' mortalità mis-sajd f'livell sostenibbli, abbażi ta' parir xjentifiku għandha tippermetti l-irkupru tal-istokkijiet tal-ħut. L-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità lill-iżvilupp u l-promozzjoni ta' miżuri u inċentivi bl-għan li jevitaw il-qabdiet mhux mixtieqa. Għandu jingħata appoġġ finanzjarju għall-użu ta' miżuri ta' rkaptu selettivi. [Em. 2]

(4)

Il-pjan jipprevedi lok għall-esklużjoni ta’ bastimenti li l-attivitajiet tagħhom ma jikkontribwixxux b’mod sinifikanti għall-mortalità tal-merluzz. Sabiex wieħed jevita li l-isforz marbut ma’ dawk l-attivitajiet jiġi dirett mill-ġdid lejn l-attività tas-sajd għall-merluzz, għandu jitnaqqas il-valur ta’ referenza tal-isforz. Barra minn hekk, sabiex jiġi evitat il-piż amministrattiv ta’ kalkolu mill-ġdid kostanti tal-valur ta’ referenza tal-isforz kull darba li tittieħed deċiżjoni li jiġu esklużi ċerti attivitajiet, ta’ min jistabbilixxi kriterji ċari għall-esklużjoni, sabiex il-valuri ta’ referenza tal-livelli tal-isforz ikunu jistgħu jiġu stabbiliti b’mod definittiv.

(5)

Sabiex ikun eħfef li wieħed iwettaq attivitajiet tas-sajd iktar selettivi fl-attivitajiet tas-sajd iddokumentati bis-sħiħ, fejn il-qabdiet kollha jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwota, huwa xieraq li l-bastimenti jiġu eżentati mir-reġim tal-isforz tas-sajd meta jkunu qed jieħdu sehem f’dawk il-provi.

(6)

L-allokazzjonijiet tal-isforz tas-sajd massimu permissibbli tnaqqsu b’mod sinifikanti għall-irkaptu ewlieni tal-qbid tal-merluzz sa minn meta daħal fis-seħħ il-pjan. Dan jista’ jkollu impatt ekonomiku u soċjali sinifikanti fuq it-taqsimiet tal-flotta li jużaw l-istess tip ta’ rkaptu iżda li jistadu prinċipalment għal speċijiet oħrajn u mhux għall-merluzz. Biex jiġu indirizzati dawk il-kwistjonijiet ekonomiċi u soċjali, għandu jiddaħħal mekkaniżmu biex jissospendi aktar aġġustamenti fl-isforz tas-sajd.

(7)

Minħabba li verżjoni waħda tal-Artikolu 13(2)(b) b’lingwa partikulari hija differenti minn dik bil-lingwi l-oħra, jeħtieġ li t-test ta’ dik id-dispożizzjoni jinbidel sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dak l-Artikolu.

(8)

Minħabba l-livelli għoljin ta’ rimi tal-merluzz li ġew innutati tul il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-pjan, jeħtieġ li l-Istati Membri jieħdu azzjoni xierqa biex inaqqsu kemm jista’ jkun u fejn hu possibbli jeliminaw ir-rimi, fost l-oħrajn billi jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom lill-bastimenti b’tali mod li l-kwoti jkunu jaqblu kemm jista’ jkun mal-qabdiet mistennija. [Em. 3]

(9)

Id-derogi mill-pjan li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Artikoli 11 u 13 jirrappreżentaw riskju għas-suċċess tal-pjan jekk ma jiġux implimentati kif suppost. Valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ dawn id-derogi żvelat li hemm bżonn li jissaħħu r-rekwiżiti tal-monitoraġġ u tal-kontroll u r-rekwiżiti li tingħata d-dokumentazzjoni kollha li tiġġustifikahom. Minħabba li l-qafas tal-Unjoni għall-kontroll tas-sajd huwa bbażat fuq ir-riskju, l-attivitajiet li jitwettqu skont id-derogi għandhom jingħataw livell speċifiku “għoli ħafna” tar-riskju.

(10)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (4) ħassar għadd ta’ Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 li kienu jirreferu għall-Annessi II u III. Minħabba li m’hemmx iktar referenzi għall-Annessi II u III fir-Regolament (KE) Nru 1342/2008, dawk l-Annessi għandhom jitħassru.

(11)

Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Kalkolu tal-isforz tas-sajd

1.   Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, l-isforz tas-sajd użat minn grupp ta’ bastimenti għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-prodotti tal-valuri tal-kapaċità, mogħtija f’kW, għal kull bastiment u l-għadd ta’ jiem li kull bastiment kien preżenti f’żona stabbilita fl-Anness I. Jum ta’ preżenza f’żona għandu jkun kwalunkwe perjodu kontinwu ta’ 24 siegħa, jew parti minnu, li matulu bastiment tas-sajd jew ikun preżenti fiż-żona u ma jkunx fil-port. jew inkella, skont il-każ, ikollu l-irkaptu tas-sajd tiegħu użat f'din iż-żona . [Em. 4]

2.    L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-jiem ta’ preżenza f’żona, f'konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd  (*)

(*)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1. [Em. 5]"

(1a)

Fl-Artikolu 8, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“5a.     Minkejja l-paragrafi 2 sa 5, il-Kunsill jista' jiddeċiedi fuq livell ta' TAC alternattiv meta pariri xjentifiċi jindikaw li l-livell ikun iktar adegwat biex jintlaħqu l-objettivi tal-pjan.” [Em. 6]

(2)

L-Artikolu 9 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 9

Proċedura speċjali biex jiġu stabbiliti t-TACs

1.   F’każijiet fejn ma jkunx hemm biżżejjed tagħrif biex it-TACs jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 7, it-TACs għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Kattegat, fil-Punent tal-Iskozja u fil-Baħar Irlandiż għandhom jiġu stabbiliti fil-livell indikat mill-pariri xjentifiċi. Madankollu, jekk il-livell indikat mill-pariri xjentifiċi jkun ogħla mit-TACs tas-sena ta’ qabel b’iktar minn 20 %, dawn għandhom jiġu stabbiliti f’livell li jkun 20 % ogħla mit-TACs tas-sena ta’ qabel, u jekk il-livell indikat fil-pariri xjentifiċi jkun inqas mit-TACs tas-sena ta’ qabel b’iktar minn 20 % dawn għandhom jiġu stabbiliti f’livell li jkun 20 % inqas mit-TACs tas-sena ta’ qabel.

2.    Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, fejn il-parir xjentifiku jindika li m'għandu jkun hemm ebda sajd dirett u li:

(i)

il-qabda inċidentali għandha tkun minimizzata jew imnaqqsa għal-livell ssuġġerit mill-STECF jew l-ICES u/jew

(ii)

il-qabdiet ta' merluzz għandhom jitnaqqsu għal-livell issuġġerit mill-STECF jew mill-ICES,

il-Kunsill jista' jiddeċiedi li ma japplikax aġġustamenti annwali għat-TAC fis-sena ta' wara, bil-kondizzjoni li t-TAC stabbilit ikun biss għall-qabda inċidentali. [Em. 7]

3.   F’każijiet fejn ma jkunx hemm biżżejjed tagħrif biex it-TACs jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 8, it-TACs għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar tat-Tramuntana, fi Skagerrak u fil-Kanal tal-Lvant għandhom jiġu stabbiliti billi jiġu applikati, mutatis mutandis, il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, sakemm il-konsultazzjonijiet man-Norveġja ma jwasslux għal ftehim dwar livell differenti tat-TAC.”

(3)

Fl-Artikolu 11, il-paragrafi 2 u 3 għandhom jitħassru.

(4)

Għandhom jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 11a

L-esklużjoni tal-isforz tas-sajd użat f’ċerti żoni, f’ċertu fond jew minn ċertu rkaptu

1.   L-Istati Membri jistgħu jeskludu l-isforz tas-sajd li bastiment juża waqt vjaġġ sakemm tkun sodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin : [Em. 9]

(a)

l-attività kollha tas-sajd ta’ dak il-vjaġġ mill-bastiment ikkonċernat titwettaq ’il barra miż-żoni ta’ distribuzzjoni tal-merluzz kif imniżżlin skont il-paragrafu 2;

jew

(b)

jekk l-attività kollha tas-sajd ta’ dak il-vjaġġ mill-bastiment ikkonċernat titwettaq f’fond ta’ aktar minn 300 metru;

jew

(c)

jekk, matul dak il-vjaġġ, il-bastiment ikkonċernat juża tip ta' rkaptu rregolat wieħed abbord, li jkun imniżżel skont il-paragrafu 2. jekk il-bastiment ikollu rkaptu ieħor abbord tul il-vjaġġ għas-sajd, dan għandu jkun stivat bi qbil mal-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. [Em. 10]

2.   Abbażi tat-tagħrif mogħti mill-Istati Membri skont il-paragrafu 3, u skont il-pariri xjentifiċi mogħtija, il-Kunsill għandu jistabbilixxi lista ta’ żoni li jkunu ’l barra miż-żoni ta’ distribuzzjoni tal-merluzz u lista tal-irkaptu li l-attributi tekniċi tiegħu iwasslu għal qabdiet tal-merluzz li jkunu ta’ anqas minn 1,5 % tal-qabdiet totali kollha, imkejlin skont il-piż. Ladarba rkaptu jew żona, imressqa minn Stati Membru, huma approvati, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri l-oħra li jużawhom. [Em. 11]

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tagħrif adegwat lill-Kummissjoni biex din tkun tista’ tivvaluta jekk żona għandhiex tkun fuq il-lista taż-żoni msemmija fil-paragrafu 2 jew jekk irkaptu għandux ikun fuq il-lista tal-irkaptu msemmija fl-istess paragrafu.

4.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli ddettaljati dwar il-format u l-proċedura għat-trażmissjoni tat-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 3. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 32.

Artikolu 11b

Aġġustament tal-valur ta’ referenza biex jiġi kkalkulat l-isforz tas-sajd massimu permissibbli

1.   L-isforz tas-sajd imsemmi fl-Artikolu 11a(1), li jkun ikkontribwixxa biex jiġi stabbilit il-valur ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 12(2)(a), għandu jitnaqqas mill-valur ta’ referenza skont dan l-Artikolu.

2.   It-talbiet għall-aġġustament tal-valur ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 1 għandhom jitressqu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni sena sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena. [Em. 12]

3.   Il-valur ta’ referenza aġġustat għandu jintuża biex jiġi kkalkulat mill-ġdid il-livell tal-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-grupp tal-isforz ikkonċernat, billi jiġu applikati l-aġġustamenti annwali tal-perċentwali applikati sa mid-dħul fis-seħħ tal-pjan.

4.   L-esklużjoni tal-isforz tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 11a tista’ tiġi applikata għall-grupp tal-isforz rilevanti biss wara li l-isforz tas-sajd massimu permissibbli jkun ġie kkalkulat mill-ġdid skont dan l-Artikolu.

5.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw ir-regoli ddettaljati dwar il-format u l-proċedura għat-trażmissjoni tat-talbiet imsemmija fil-paragrafu 2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 32.

Artikolu 11c

L-esklużjoni ta’ bastimenti li jkunu qed jieħdu sehem fi provi ta’ attivitajiet tas-sajd iddokumentati bis-sħiħ

1.   L-Istati Membri jistgħu jeskludu mir-reġim tal-isforz tas-sajd l-isforz tas-sajd użat minn bastiment meta dan ikun qed jieħu sehem fi provi ta’ attivitajiet tas-sajd iddokumentati bis-sħiħ li fihom il-merluzz kollu maqbud, inkluż ir-rimi, jingħadd u jitnaqqas mill-kwota.

2.   Meta jiġi applikat il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jaġġustaw l-isforz tas-sajd massimu permissibbli stabbilit skont l-Artikolu 12(1) għall-grupp tal-isforz ikkonċernat Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjonili li jistipulaw regoli dettaljati dwar l-aġġustament tal-isforz massimu tas-sajd imsemmi fl-ewwel sentenza. Dawk l-atti ta 'implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 32. [Em. 13].

3.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’kull aġġustament tal-isforz tas-sajd massimu permissibbli li jkun sar skont il-paragrafu 2. In-notifika għandha tinkludi d-dettalji tal-bastimenti esklużi u l-ammont tal-isforz tas-sajd imnaqqas kemm fil-livell aggregat, kif ukoll fil-livell tal-bastimenti.

[Em. 14]

5.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw regoli ddettaljati dwar il-format u l-proċedura għan-notifiki msemmija fil-paragrafu 3. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 32.

Artikolu 11d

Miżuri dwar l-esklużjonijiet miksuba preċedentement [Em. 15]

L-esklużjonijiet mir-reġim tal-isforz tas-sajd li kienu diġà fis-seħħ qabel l-…  (**) għandhom ikomplu japplikaw sakemm jibqgħu jintlaħqu l-kundizzjonijiet li bihom ingħataw dawk l-esklużjonijiet. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, ta’ kull sena, bi kwalunkwe tagħrif rilevanti li jippermettilha tistabbilixxi li dawk il-kundizzjonijiet għadhom qed jintlaħqu.”[Em. 16]

(**)   Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. "

(5)

L-Artikolu 12 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Għall-gruppi aggregati tal-isforz li l-perċentwal tal-qabda kumulattiva tagħhom, ikkalkulat skont il-paragrafu 3(d), huwa ta’ 20 % jew ta’ iktar minn hekk, għandhom japplikaw l-aġġustamenti annwali. L-isforz tas-sajd massimu permissibbli tal-gruppi kkonċernati għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

(a)

f’każijiet fejn japplikaw l-Artikoli 7 jew 8, billi jiġi applikat l-istess perċentwal ta’ aġġustament għall-valur ta’ referenza bħal dak stabbilit f’dawk l-Artikoli għall-mortalità mis-sajd;

(b)

f’każijiet fejn japplika l-Artikolu 9 , billi jiġi applikat l-istess perċentwal ta’ aġġustament għall-isforz tas-sajd bħal dak applikat għat-TAC meta mqabbel ma’ tas-sena ta’ qabel”.

[Em. 17]

(b)

Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6.   B’deroga mill-paragrafu 4, meta l-isforz tas-sajd massimu permissibbli jkun tnaqqas għal erba’ snin konsekuttivi, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li ma japplikax aġġustament annwali għall-isforz tas-sajd massimu permissibbli fis-sena ta’ wara jew fis-snin ta’ wara.”

(5a)

Jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 12a

Sabiex jinkisbu rati ta' mortalità mis-sajd sostenibbli, abbażi ta' pariri xjentifiċi, għandu jkun implimentat it-tnaqqis gradwali tar-rimi. L-Istati Membri introduċew irkapti selettivi u miżuri oħrajn adattati bl-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd. L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-Kunsill Konsultattiv Reġjonali rilevanti kif ukoll lill-ICES u/jew l-STECF u lill-parteċipanti interessati rilevanti dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati.” [Emendi 8 u 18]

(6)

L-Artikolu 13(2), punt (b) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

twassal għal kompożizzjoni tal-qabda, inkluż ir-rimi, ta’ anqas minn 5 % tal-merluzz tul il-perjodu ta’ ġestjoni;”.

(7)

Fl-Artikolu 14 għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“5.   F’każijiet fejn id-dejta xjentifika turi li għal irkaptu tas-sajd partikolari , qed ikun hemm rimi ta' volumi konsiderevoli ta' merluzz matul il-perjodu ta' ġestjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu miżuri immedjati biex inaqqas kemm jista’ jkun ir-rimi tal-merluzz. [Em. 19]

6.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi sabiex jiżguraw li jkun hemm il-konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 11a, 11b, 11c u 13, u għandhom jinkluduhom fil-programmi nazzjonali tagħhom ta’ azzjoni ta’ kontroll, hekk kif previst fl-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. L-Istati Membri għandhom jassenjaw livell ta’ ‘riskju għoli ħafna’ lil dawk il-bastimenti li joperaw skont dawk l-Artikoli fil-ġesjtoni bbażata fuq ir-riskju tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.”

(7a)

Fl-Artikolu 16(3), il-kliem “fl-2009” għandhom jitħassru. [Em. 20]

(7b)

Fl-Artikolu 17, il-paragrafu 4 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

' 4.     Fejn il-CPUE tal-grupp ta' rkaptu donatur huwa anqas mill-CPUE tal-grupp ta' rkaptu riċeventi, l-Istat Membru għandu japplika fattur ta' korrezzjoni għall-ammont tal-isforz fil-grupp ta' rkaptu riċeventi sabiex jiġi kkumpensat il-CPUE ogħla ta' dan tal-aħħar. L-Istati Membri ma għandhomx jaffettwaw dan l-aġġustament meta jkunu jistgħu juru li t-trasferiment ikun magħmul bil-għan li jkun evitat il-qbid tal-merluzz jew biex ikun limitat ir-rimi b'konformità mal-leġiżlazzzjoni tal-Unjoni dwar l-użu tal-irkaptu tas-sajd.' [Em. 21]

(8)

L-Artikolu 32 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 32

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. Dan il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (***).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(***)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.”"

(9)

L-Annessi II u III għandhom jitħassru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 44, 15.2.2013, p. 125.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Ġunju 2013.

(3)  ĠU L 348, 24.12.2008, p. 20.

(4)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


L-Erbgħa 12 ta’ Ġunju 2013

19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/199


P7_TA(2013)0249

Ħatra ta' Membru tal-Kummissjoni Ewropea

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 li tapprova l-ħatra tas-Sur Neven Mimica bħala Membru tal-Kummissjoni Ewropea (2013/0806(NLE))

(2016/C 065/35)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Att ta' adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 21(1) tiegħu,

wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Gvern Kroat fil-25 ta’ April 2013, bil-ħsieb tal-ħatra tas-Sur Neven Mimica bħala Membru tal-Kummissjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kunsill tat-2 Mejju 2013, li permezz tagħha l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament dwar id-deċiżjoni, li tittieħed bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni, dwar il-ħatra tas-Sur Neven Mimica bħala Membru tal-Kummissjoni,

wara li kkunsidra s-seduta ta' smigħ tas-Sur Neven Mimica fl-4 ta' Ġunju 2013, li kienet immexxija mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur bl-assoċjazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta’ l-ikel u d-dikjarazzjoni ta' evalwazzjoni mfassla wara dak is-smigħ,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106 u l-Anness XVII tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

1.

Japprova l-ħatra tas-Sur Neven Mimica bħala Membru tal-Kummissjoni għall-bqija taż-żmien tal-kariga tal-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2014;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u r-Repubblika tal-Kroazja.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/199


P7_TA(2013)0251

Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-ħatra proposta ta' Neven Mates bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0106/2013 – 2013/0804(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2016/C 065/36)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0106/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0182/2013),

A.

whereas Parliament’s Committee on Budgetary Control proceeded to evaluate the credentials of the nominee, in particular in view of the requirements laid down in Article 286(1) of the Treaty on the Functioning of the European Union;

B.

billi, waqt il-laqgħa tiegħu tas-27 ta' Mejju 2013, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.

Jagħti opinjoni negattiva dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta’ Neven Mates bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta' verifika tal-Istati Membri.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/200


P7_TA(2013)0252

Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-ħatra proposta ta' George Pufan bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0115/2013 – 2013/0805(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2016/C 065/37)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0115/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0181/2013),

A.

billi l-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

B.

billi fil-laqgħa tiegħu tas-27 ta' Mejju 2013, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-kandidat innominat mill-Kunsill biex isir membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli/negattiva dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta' George Pufan bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta' awditu tal-Istati Membri.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/200


P7_TA(2013)0253

Is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (COM(2012)0332 – C7-0158/2012 – 2012/0162(COD))

(Proċedura Leġiżlattiva ordinarja – l-ewwel qari)

(2016/C 065/38)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0332),

wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0158/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta’ Settembru 2012 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0144/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 351, 15.11.2012, p. 90.


P7_TC1-COD(2012)0162

Pożizjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta’ Ġunju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta’ Settembru 2012 (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (3) jikkonferixxi setgħat lill-Kummissjoni sabiex timplimenta wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament u jirriserva ċerti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kunsill.

(2)

Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, jeħtieġ li ċerti setgħat ikkonferiti skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jkunu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Sabiex jiġu applikati wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ dan li ġej:

l-eżenzjoni minn ċerti rekwiżiti ta’ informazzjoni imposti fuq bastimenti tas-sajd jew l-istabbiliment ta’ perjodi ta’ notifika differenti għal ċerti kategoriji ta' bastimenti tas-sajd,

l-istabbiliment ta’ punti ta’ riferiment għall-ispezzjonijiet tal-operazzjonijiet tal-ħatt l-art u tat-trażbord imwettqa minn bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi,

l-istabbiliment tal-lista ta' prodotti esklużi mill-ambitu tal-implimentazzjoni taċ-ċertifikat tal-qbid,

l-adattament tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-qbid għal xi prodotti tas-sajd li jinkisbu minn bastimenti tas-sajd żgħar, inkluża l-possibilità li jintuża ċertifikat tal-qbid issimplifikat,

l-adattament tad-data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni taċ-ċertifikat tal-qbid, abbażi tat-tip ta' prodott tas-sajd, id-distanza sal-post tad-dħul fit-territorju tal-Unjoni jew il-mezzi tat-trasport użati,

l-istabbiliment ta' regoli għall-għoti, l-emendar jew l-irtirar ta’ ċertifikati tal-operaturi ekonomiċi approvati, jew għas-sospensjoni jew ir-revoka tal-istatus ta’ operatur ekonomiku approvat u għall-kundizzjonijiet ta’ validità taċ-ċertifikati tal-operaturi ekonomiċi approvati, u

l-istabbiliment ta’ kriterji tal-Unjoni għall-verifiki fil-kuntest tal-ġestjoni tar-riskju.

(4)

Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha għall-adozzjoni tal-atti delegati, inkluż fil-livell ta' esperti, biex ikollha informazzjoni oġġettiva, rigoruża, kompluta u aġġornata . Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 1]

(5)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu kkonferiti fuq il-Kummissjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' dawn li ġejjin:

l-istabbiliment ta’ formoli ta' notifika minn qabel,

l-istabbiliment ta’ proċeduri u formoli għad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art u tat-trażbord,

l-adozzjoni, bi qbil mal-Istati tal-bandiera, ta’ ċertifikati tal-qbid stabbiliti, ivvalidati jew ippreżentati permezz ta’ mezzi elettroniċi jew abbażi ta’ sistemi elettroniċi ta’ traċċabilità li jiżguraw l-istess livell ta’ kontroll mill-awtoritajiet,

id-determinazzjoni u l-modifika ta' lista ta' skemi ta' ċertifikazzjoni tal-qbid adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd li jikkonformaw mar-Regolament IUU tal-UE,

l-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet komuni fl-Istati Membri kollha għal proċeduri u formoli għall-applikazzjoni għaċ-ċertifikati tal-operaturi ekonomiċi approvati u l-ħruġ ta' dawn iċ-ċertifikati, ta' regoli dwar il-verifiki tal-operatur ekonomiku approvat u ta' regoli dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-operatur ekonomiku approvat u l-awtoritajiet tal-Istati Membri, bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni,

l-istabbiliment ta' lista tal-bastimenti IUU tal-Unjoni,

it-tneħħija ta' bastimenti mil-lista tal-bastimenti IUU tal-Unjoni,,

l-inklużjoni ta' listi tal-bastimenti IUU adottati minn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd fil-lista tal-bastimenti IUU tal-Unjoni,

l-identifikazzjoni ta’ pajjiżi li ma jikkooperawx,

l-inklużjoni ta' pajjiżi terzi identifikati fuq lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx,

it-tneħħija ta’ pajjiżi terzi mil-lista ta’ pajjiżi li ma jikkooperawx,

l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ pajjiżi terzi f’ċirkustanzi speċifiċi,

l-istabbiliment tal-format għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni mill-Istati Membri rigward l-ilmiħ ta’ bastimenti tas-sajd, u

l-istabbiliment ta’ regoli dwar għajnuna reċiproka.

Fejn huwa meħtieġ il-kontroll tal-Istati Membri dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (4).

(6)

Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, l-Artikolu 52 għandu jiġi mħassar. Dan l-Artikolu kien diġà użat għat-twaqqif tal-qafas legali għaċ-ċertifikat tal-qbid issimplifikat u għall-istabbiliment ta' arranġamenti amministrattivi ma’ pajjiżi terzi skont l-Artikoli 12(4) u 20(4). Għad hemm il-ħtieġa li jiġu pprovduti s-setgħat meħtieġa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati għall-adattament ta’ skema ta’ ċertifikazzjoni tal-qbid għal ċerti prodotti tas-sajd li jinkisbu minn bastimenti tas-sajd żgħar, inkluża l-possibilità ta' użu ta' ċertifikat tal-qbid issimplifikat u setgħat ta’ implimentazzjoni għall-adozzjoni mill-Kummissjoni, bi qbil mal-Istati tal-bandiera, ta’ ċertifikati tal-qbid li huma stabbiliti, ivvalidati u ppreżentati permezz ta' mezzi elettroniċi inkella sostitwiti minn sistemi elettroniċi ta’ traċċabilità li jiżguraw l-istess livell ta' kontroll mill-awtoritajiet.

(7)

Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, jeħtieġ li tiġi adattata d-dispożizzjoni dwar miżuri temporanji li tipprovdi għar-referenza ta' ċerti miżuri tal-Kummissjoni lill-Kunsill taħt ċerti kundizzjonijiet.

(8)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 dwar l-istabbiliment ta' lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx u t-tneħħija ta' pajjiżi terzi minn dik il-lista jikkonferixxu setgħat tat-teħid tad-deċiżjonijiet fuq il-Kunsill. Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona jeħtieġ li dawk id-dispożizzjonijiet jiġu allinjati mal-proċeduri l-ġodda applikabbli għall-Politika Komuni tas-Sajd.

(9)

Ir-Regolment (KE) Nru 1005/2008 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“1a.   il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi formola għan-notifika minn qabel imsemmija fil-paragrafu 1 hawn fuq permezz ta' atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 54(2).”

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 54a, għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti li jeżentaw ċerti kategoriji ta' bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi mill-obbligu stipulat fil-paragrafu 1 għal perjodu limitat u li jiġġedded, jew tagħmel provvediment għal perjodu ta' notifika ieħor li jqis, fost oħrajn, it-tip ta' prodott tas-sajd, id-distanza bejn iż-żoni tas-sajd, il-postijiet tal-ħatt l-art u l-portijiet fejn il-bastimenti inkwistjoni huma rreġistrati jew elenkati.”

(2)

fl-Artikolu 8, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-proċeduri u l-formoli għad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art u tat-trażbord għandhom jiġu ddeterminati permezz ta' atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 54(2)”.

(3)

fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet fil-portijiet magħżula tagħhom ta' mill-anqas 5 % tal-operazzjonijiet tal-ħatt l-art u tat-trażbord minn bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi kull sena, skont il-punti ta’ riferiment iddeterminati abbażi tal-ġestjoni tar-riskju, mingħajr preġudizzju għal-limiti massimi ogħla adottati minn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, skont l-Artikolu 54a, li tadotta atti delegati li jiddeterminaw dawk il-punti ta’ riferiment.”

(4)

l-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4a   il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta ċ-ċertifikati tal-qbid stabbiliti fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilit fl-Artikolu 20(4). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 54(2).”

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   Il-lista fl-Anness I ta' prodotti esklużi mill-ambitu tal-implimentazzjoni taċ-ċertifikat tal-qbid tista’ tiġi rriveduta kull sena. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, skont l-Artikolu 54a, li tadotta atti delegati li jemendaw il-lista fuq il-bażi ta':

(a)

l-ispezzjonijiet ta' bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi fil-portijiet tal-Istati Membri;

(b)

l-implimentazzjoni ta’ skema ta’ ċertifikazzjoni tal-qbid għall-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti tas-sajd;

(c)

l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ twissija tal-Unjoni;

(d)

l-identifikazzjoni ta' bastimenti tas-sajd involuti f' sajd IUU;

(e)

l-identifikazzjoni ta' ċittadini li jappoġġaw jew huma involuti f'sajd IUU;

(f)

l-implimentazzjoni ta’ dispożizzjonijiet adottati f’ċerti organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd li jikkonċernaw ilmiħ ta' bastimenti tas-sajd;

(g)

ir-rapporti mill-Istati Membri.”

(c)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, skont l-Artikolu 54a, li tadotta atti delegati li jadattaw skema ta’ ċertifikazzjoni tal-qbid għal prodotti tas-sajd li jinkisbu minn bastimenti żgħar tas-sajd inkluż, jekk meħtieġ, kampjun għal ċertifikat issimplifikat tal-qbid.”

(5)

fl-Artikolu 13, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Dokumenti tal-qbid, u kull dokument relatat, ivvalidati b'konformità mal-iskemi tad-dokumentazzjoni tal-qbid adottati minn organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd li huma rikonoxxuti bħala konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, għandhom jiġu aċċettati bħala ċertifikati tal-qbid fir-rigward tal-prodotti tas-sajd minn speċijiet li għalihom ikunu japplikaw dawn l-iskemi tad-dokumentazzjoni tal-qbid u jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' ċċekkjar u verifika imposti fuq l-Istat Membru tal-importazzjoni skont l-Artikoli 16 u 17 u għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rifjut ta' importazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 18. Il-lista ta' dawn l-iskemi tad-dokumentazzjoni tal-qbid għandha tkun iddeterminata permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 54(2).”

(6)

L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Iċ-ċertifikat tal-qbid ivvalidat għandu jintbagħat mill-importatur lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn il-prodott ikun intenzjonat li jiġi importat qabel id-data ta’ skadenza li inizjalment tkun stabbilita għal tal-anqas tlett ijiem ta' xogħol qabel il-ħin mistenni tal-wasla fil-post tad-dħul fit-territorju tal-Unjoni. Din id-data ta’ skadenza ta' tlett ijiem ta' xogħol tista' tiġi adattata, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 54a, skont it-tip ta' prodott tas-sajd, id-distanza għall-post ta' dħul fit-territorju tal-Unjoni jew il-mezzi tat-trasport użati. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom, abbażi tal-ġestjoni tar-riskju, jiċċekkjaw iċ-ċertifikat tal-qbid fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta fin-notifika rċevuta mill-Istat tal-bandiera skont l-Artikoli 20 u 22.”

b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-kriterji għall-għoti tal-istatus ta' operatur ekonomiku approvat għal importatur mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru għandhom jinkludu:

(a)

l-istabbiliment tal-importatur fit-territorju ta' dak l-Istat Membru;

(b)

għadd u volum suffiċjenti ta' operazzjonijiet ta' importazzjoni li jiġġustifikaw l-implimentazzjoni tal-proċedura msemmija fil-paragrafu 2;

(c)

rekord xieraq ta' konformità mar-rekwiżiti ta' miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni;

(d)

sistema sodisfaċenti ta' ġestjoni ta’ rekords kummerċjali, u fejn meħtieġ, ta' trasport u pproċessar, li tippermetti li jitwettqu l-iċċekkjar u l-verifiki adattati għall-finijiet ta' dan ir-Regolament;

(e)

l-eżistenza ta' faċilitajiet fir-rigward tat-twettiq ta' dawk il-kontrolli u l-verifiki;

(f)

fejn xieraq, standards prattiċi ta' kompetenza jew kwalifiki professjonali relatati direttament mal-attivitajiet imwettqa; kif ukoll

(g)

fejn xieraq, prova ta' solvenza finanzjarja.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-isem u l-indirizz tal-operaturi ekonomiċi approvati malajr kemm jista' jkun wara li jkunu taw dan l-istatus. Il-Kummissjoni għandha tpoġġi din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri permezz ta' mezzi elettroniċi.”

(c)

għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“4.   Abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, skont l-Artikolu 54a, li tadotta atti delegati li jistabbilixxu:

(a)

regoli dwar is-sospensjoni jew ir-revoka tal-istatus ta’ operatur ekonomiku approvat,

(b)

regoli dwar il-kundizzjonijiet tal-validità taċ-ċertifikati tal-operaturi ekonomiċi approvati,

(c)

regoli dwar l-għoti, l-emendar jew l-irtirar taċ-ċertifikati tal-operaturi ekonomiċi approvati.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 54(2) rigward:

(a)

proċeduri u formoli għall-applikazzjoni għal ċertifikati ta' operaturi ekonomiċi approvati u l-ħruġ tagħhom,

(b)

regoli dwar kif għandhom jitwettqu l-verifiki ta’ operaturi ekonomiċi approvati,

(c)

regoli dwar l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-operatur ekonomiku approvat u l-awtoritajiet fl-Istati Membri, bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.”

(7)

fl-Artikolu 17, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-verifiki għandhom ikunu ffukati fuq ir-riskju identifikat abbażi ta' kriterji żviluppati fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-Unjoni skont il-ġestjoni tar-riskju. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-kriterji nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni fi żmien 30 jum ta' xogħol wara d-29 ta' Ottubru 2008 u jaġġornaw din l-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, skont l-Artikolu 54a, biex tadotta atti delegati li jiddeterminaw il-kriterji tal-Unjoni li jippermettu analiżi tar-riskju f’waqtha u valutazzjoni globali tal-informazzjoni rilevanti ta’ kontroll.”

(8)

fl-Artikolu 27, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta' bastimenti IUU tal-Unjoni permezz ta' atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 54(2). Il-lista għandha tinkludi l-bastimenti tas-sajd li fir-rigward tagħhom, lil hinn mill-miżuri meħuda skont l-Artikoli 25 u 26 u abbażi tal-kriterji li jinsabu fl-istess dispożizzjonijiet, l-informazzjoni miksuba skont dan ir-Regolament tistabbilixxi li dawn kienu mdaħħlin f’sajd IUU kif imsemmi fl-Artikolu 3 u li l-Istati tal-bandiera tagħhom ma kinux ikkonformaw ma’ talbiet uffiċjali msemmija fl-Artikolu 26(2)(b) u (c) u l-Artikolu 26(3)(b) u (c), b 'reazzjoni għal tali sajd IUU.”

(9)

fl-Artikolu 28, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha tneħħi bastiment tas-sajd mil-lista ta’ bastimenti IUU tal-Unjoni permezz ta' atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 54(2), jekk l-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd juri li:

(a)

il-bastiment ma kien involut f'ebda attività ta' sajd IUU li għaliha jkun tqiegħed fuq il-lista; jew

(b)

ġew applikati sanzjonijiet proporzjonali, dissważivi u effettivi bi tweġiba għall-attivitajiet tas-sajd IUU inkwistjoni, speċjalment għall-bastimenti tas-sajd li jtajru bandiera ta' Stat Membru skont ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009.”

(10)

fl-Artikolu 30, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Barra mill-bastimenti tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 27, il-bastimenti tas-sajd inklużi fil-listi ta' bastimenti IUU adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd għandhom ikunu inklużi fil-lista ta’ bastimenti IUU tal-Unjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 54(2). It-tneħħija ta' dawn il-bastimenti mil-lista ta' bastimenti IUU tal-Unjoni għandha tkun irregolata bid-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward tagħhom mill-organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd.”

(11)

fl-Artikolu 31, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tidentifika l-pajjiżi terzi li hija tikkunsidra bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU abbażi tal-kriterji elenkati f'dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 54(2).”

(12)

fl-Artikolu 33, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tinkludi pajjiżi terzi identifikati skont l-Artikolu 31(1) fuq lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 54(2).”

(13)

fl-Artikolu 34, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tneħħi pajjiż terz mil-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx jekk il-pajjiż terz ikkonċernat juri li s-sitwazzjoni li tat lok għall-elenkar tiegħu tkun ġiet rettifikata. Deċiżjoni għat-tneħħija għandha tikkunsidra wkoll jekk il-pajjiżi terzi identifikati kkonċernati ħadux miżuri konkreti biex ikunu jistgħu jiksbu titjib li jdum fit-tul tas-sitwazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 54(2).”

(14)

l-Artikolu 36 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 36

Miżuri temporanji

1.   Jekk ikun hemm evidenza li l-miżuri adottati minn xi pajjiż terz ikunu qed ifixklu l-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni adottati minn organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi, permezz ta' atti ta’ implimentazzjoni u f'konformità mal-obbligi internazzjonali tagħha, miżuri temporanji li ma jdumux iktar minn sitt xhur biex jittaffew l-effetti ta' tali miżuri ta' dawn il-pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni ġdida biex testendi dawk il-miżuri ta’ emerġenza għal mhux aktar minn sitt xhur.

2.   Il-miżuri temporanji msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jipprovdu li:

(a)

bastimenti tas-sajd awtorizzati li jistadu u li jtajru l-bandiera tal-pajjiż terz ikkonċernat m'għandhomx jingħataw aċċess għall-portijiet tal-Istati Membri, ħlief f'każ ta' force majeure jew jekk ikunu jinsabu f’diffikultà kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) għal servizzi strettament neċessarji sabiex jiġu rrimedjati dawk is-sitwazzjonijiet;

(b)

bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru m'għandhomx jitħallew ikunu involuti f'operazzjonijiet konġunti tas-sajd ma' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-pajjiż terz ikkonċernat;

(c)

bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru m'għandhomx jiġu awtorizzati jistadu f'ilmijiet marittimi taħt il-ġurisdizzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fi ftehimiet bilaterali dwar is-sajd;

(d)

il-provvista ta' ħut ħaj għall-akkwakultura fl-ilmijiet marittimi taħt il-ġurisdizzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat m'għandux ikun awtorizzat;

(e)

il-ħut ħaj li jinqabad minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-pajjiż terz ikkonċernat m'għandhomx ikunu aċċettati għall-finijiet tal-akkwakultura f’ilmijiet marittimi taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru.

3.   Il-miżuri temporanji għandu jkollhom effett immedjat. Dawn għandhom jiġu nnotifikati lill-Istati Membri u lill-pajjiż terz ikkonċernat u ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”

(15)

fl-Artikolu 49, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Stati Membri li jiksbu informazzjoni ddokumentata b’mod xieraq rigward bastimenti tas-sajd li jintlemħu għandhom jittrasmettu din l-informazzjoni mingħajr dewmien lill-Kummissjoni jew lill-korp maħtur minnha fil-format iddeterminat permezz ta' atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 54(2).”

(16)

fl-Artikolu 51, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta, permezz ta' atti ta’ implimentazzjoni, regoli dwar l-assistenza reċiproka fir-rigward ta’:

(a)

il-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi, il-Kummissjoni u l-korp magħżul minnha, inkluż il-ħarsien tad-dejta personali u użu tal-informazzjoni u l-protezzjoni tas-segretezza professjonali u kummerċjali,

(b)

l-ispejjeż għall-eżekuzzjoni ta’ talbiet għall-għajnuna,

(c)

in-nomina ta' awtorità waħdanija tal-Istati Membri,

(d)

il-komunikazzjoni ta' miżuri ta' segwitu meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali wara l-iskambju ta' informazzjoni,

(e)

it-talba għall-għajnuna, inklużi talbiet għal informazzjoni, talbiet għal miżuri u talbiet għal notifiki amministrattivi u l-istabbiliment ta’ dati ta’ skadenzi għal tweġibiet,

(f)

l-informazzjoni mingħajr talba minn qabel u

(g)

ir-relazzjonijiet tal-Istati Membri mal-Kummissjoni u ma' pajjiżi terzi.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 54(2).”

(17)

L-Artikolu 52 huwa mħassar.

(18)

L-Artikolu 54 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 54

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit mill-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.”

(19)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 54a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   . Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 6(3), 9(1), 12(5), 12(6), 16(1), 16(4) u 17(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ tliet snin mill-…  (5) . Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' tliet snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' zmien identici, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. [Em. 2]

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 6(3), 9(1), 12(5), 12(6), 16(1), 16(4) u 17(3) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 6(3), 9(1), 12(5), 12(6), 16(1), 16(4) u 17(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”

(5)   Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. "

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 351, 15.11.2012, p. 90.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Ġunju 2013.

(3)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/208


P7_TA(2013)0254

L-istabbiliment ta' standards għall-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (tfassil mill-ġdid) ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) (14654/2/2012 – C7-0165/2013 – 2008/0244(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(2016/C 065/39)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (14654/2/2012 – C7-0165/2013),

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta’ Lulju 2009 (1) u tas-26 ta’ Ottubru 2011 (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-7 ta' Ottubru 2009 (3),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (4) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0815),

wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2011)0320),

wara li kkunsidra l-Artikoli 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0214/2013),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Jinnota li l-att huwa adottat skont il-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 317, 23.12.2009, p. 110.

(2)  ĠU C 24, 28.1.2012, p. 80.

(3)  ĠU C 79, 27.3.2010, p. 58.

(4)  ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 348.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/209


P7_TA(2013)0255

Applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolidi (riformulazzjoni) ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat (riformulazzjoni) (15605/3/2012 – C7-0164/2013 – 2008/0243(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(2016/C 065/40)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (15605/3/2012 – C7-0164/2013),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-16 ta' Lulju 2009 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-7 ta' Ottubru 2009 (2),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0820),

wara li kkunsidra l-Artikoli 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0216/2013),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jinnota li l-att huwa adottat skont il-pożizzjoni tal-Kunsill;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att, flimkien mal-istqarrija konġunta mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 317, 23.12.2009, p. 115.

(2)  ĠU C 79, 27.3.2010, p. 58.

(3)  ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 370.


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni konġunta mill-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jistiednu lill-Kummissjoni tikkunsidra, mingħajr preġudizzju għad-dritt tagħha ta' inizjattiva, reviżjoni tal-Artikolu 8(4) tar-Riformulazzjoni tar-Regolament ta' Dublin, ladarba l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti sentenza rigward il-kawża C-648/11 MA and Others vs Secretary of State for the Home Department u sa mhux aktar tard mil-limiti taż-żmien stipulati fl-Artikolu 46 tar-Regolament ta' Dublin. Imbagħad, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill għandhom jeżerċitaw il-kompetenzi leġislattivi tagħhom, b'kont meħud tal-aħjar interessi tat-tifel jew tifla.

Il-Kummissjoni, fi spirtu ta' kompromess u biex tiżgura l-adozzjoni immedjata tal-proposta, taċċetta li tikkunsidra din l-istedina, li hija tqis bħala li hija limitata għal dawn iċ-ċirkostanzi speċifiċi u ma toħloqx preċedent.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/210


P7_TA(2013)0256

Għoti u rtirar tal-istatus ta' protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) ***II

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) (08260/2/2013 – C7-0163/2013 – 2009/0165(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

(2016/C 065/41)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (08260/2/2013 – C7-0163/2013),

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta’ April 2010 (1) u tas-26 ta' Ottubru 2011 (2),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0554),

wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2011)0319),

wara li kkunsidra l-Artikoli 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0217/2013),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Jinnota li l-att huwa adottat skont il-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 18, 19.1.2011, p. 80.

(2)  ĠU C 24, 28.1.2012, p. 79.

(3)  ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 184.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/212


P7_TA(2013)0257

Il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (COM(2012)0617 – C7-0358/2012 – 2012/0295(COD)) (1)

(Proċedura leġizlattiva ordinarja – l-ewwel qari)

(2016/C 065/42)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

B'mod konformi mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2010, fejn ġiet adottata l-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, l-Unjoni u l-Istati Membri stabbilixxew għalihom infushom l-għan li jnaqqsu l-għadd ta’ persuni li qegħdin jgħixu fir-riskju ta’ faqar u ta’ esklużjoni soċjali b’mill-inqas 20 miljun sal-2020.

(1)

B'mod konformi mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2010, fejn ġiet adottata l-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv (Strateġija “Ewropa 2020”) , l-Unjoni u l-Istati Membri stabbilixxew għalihom infushom l-għan li jnaqqsu l-għadd ta’ persuni li qegħdin jgħixu fir-riskju ta’ faqar u ta’ esklużjoni soċjali b’mill-inqas 20 miljun sal-2020. Madankollu, fl-2010, madwar kwart tal-Ewropej (119,6 miljun) kienu jinsabu f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali, li jammonta għal madwar 4 miljun persuna iktar mis-sena preċedenti. Madanakollu, il-faqar u l-esklużjoni soċjali mhumiex uniformi madwar l-Unjoni u l-gravità tas-sitwazzjoni tvarja bejn l-Istati Membri.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

L-għadd ta’ persuni li jbatu minn privazzjoni materjal jew saħansitra privazzjoni materjali gravi fl-Unjoni qiegħed jiżdied u dawk il-persuni ta’ spiss huma esklużi wisq biex jibbenefikaw mill-miżuri ta’ attivazzjoni tar-Regolament (UE) Nru […CPR], u, b’mod partikolari tar-Regolament (UE) Nru […FSE].

(2)

L-għadd ta’ persuni li jbatu minn privazzjoni materjal jew saħansitra privazzjoni materjali gravi fl-Unjoni qiegħed jiżdied u  fl-2012 madwar 8 % taċ-ċittadini tal-Unjoni kienu qed jgħixu f'kundizzjonijiet ta' privazzjoni materjali severa . Barra minn hekk, dawk il-persuni ta’ spiss huma esklużi wisq biex jibbenefikaw mill-miżuri ta’ attivazzjoni tar-Regolament (UE) Nru […CPR], u, b’mod partikolari tar-Regolament (UE) Nru […FSE].

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)

Hemm wisq nisa u tfal fost il-persuni deprivati li jinsabu f'riskju ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali, filwaqt li n-nisa spiss huma responsabbli mis-sikurezza tal-ikel u mill-għajxien tal-familji. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jipprevjenu kwalunkwe diskriminazzjoni u għandhom jiżguraw l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-integrazzjoni koerenti tal-perspettiva tal-ġeneru fl-istadji kollha tat-tħejjija, l-ipprogrammar, il-ġestjoni u l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Fond, kif ukoll il-kampanji ta' informazzjoni u sensibilizzazzjoni u l-iskambji tal-aħjar prattiki;

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)

L-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jenfasizza li l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 2c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2c)

L-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jenfasizza li l-Unjoni tirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 2d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2d)

Sabiex tiġi evitata l-marġinalizzazzjoni tal-gruppi vulnerabbli u bi dħul baxx u biex tiġi evitata żieda fir-riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali, huwa meħtieġ li jiġu adottati strateġiji li jippromwovu inklużjoni attiva.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Il-Fond għall-Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (minn hawn il-quddiem il-“Fond”) għandu jsaħħaħ il-koeżjoni soċjali, billi jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-faqar fl-Unjoni billi jsostni skemi nazzjonali li jipprovdu għajnuna mhux finanzjarja lill-persuni l-aktar fil-bżonn l-biex itaffi l-privazzjoni alimentari , in-nuqqas ta’ akkomodazzjoni u l-privazzjoni materjali tat-tfal .

(4)

Il-Fond għall-Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (minn hawn il-quddiem il-“Fond”) għandu jsaħħaħ il-koeżjoni soċjali, billi jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-faqar fl-Unjoni billi jsostni skemi nazzjonali li jipprovdu għajnuna mhux finanzjarja lill-persuni l-aktar fil-bżonn l-biex itaffi l-privazzjoni serja alimentari u materjali.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)

Id-definizzjoni ETHOS (European typology of homelessness) hija punt ta’ tluq potenzjali għall-allokazzjoni tal-fond għal kategoriji differenti ta’ nies severament fil-bżonn.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)

Il-Fond m'għandux jieħu post il-politiki pubbliċi adottati mill-gvernijiet tal-Istati Membri biex tiġi limitata l-ħtieġa għal għajnuna alimentari f’emerġenza u biex jiġu żviluppati miri u politiki sostenibbli għall-qerda totali tal-ġuħ, il-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 4c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4c)

Minħabba n-numru dejjem jiżdied ta’ persuni fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali u li dan se jkompli jikber matul is-snin li ġejjin, huwa meħtieġ li jiżdiedu r-riżorsi previsti biex jiffinanzjaw il-Fond fi ħdan il-Qafas Finanzjarju Pluriennali.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 4d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4d)

Il-Fond għandu jgħin ukoll fl-isforzi tal-Istati Membri biex itaffu l-privazzjoni materjali akuta tal-persuni bla dar.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Dawk id-dispożizzjonijiet jiżguraw ukoll li l-operazzjonijiet appoġġjati jikkonformaw mal-liġijiet nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli, b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà tal-prodotti mqassma lill-persuni l-aktar fil-bżonn.

(6)

Dawk id-dispożizzjonijiet jiżguraw ukoll li l-operazzjonijiet appoġġjati jikkonformaw mal-liġijiet nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli, b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà tal-għajnuna alimentari u tal-assistenza materjali bażika mqassma lill-persuni l-aktar fil-bżonn.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Il-programm operattiv ta’ kull Stat Membru għandu jidentifika u jiġġustifika l-forom ta’ privazzjoni materjali li sejrin jiġu indirizzati, u jiddeskrivi l-għanijiet u l-karatteristiċi tal-għajnuna lill-persuni l-aktar fil-bżonn li sejrin jiġu pprovduti permezz tas-sostenn ta’ skemi nazzjonali. Għandu jinkludi wkoll l-elementi neċessarji biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-programm operattiv .

(8)

Il-programm operattiv ta’ kull Stat Membru għandu jidentifika u jiġġustifika l-forom ta’ privazzjoni tal-ikel u materjali li sejrin jiġu indirizzati, u  għandu jiddeskrivi l-għanijiet u l-karatteristiċi tal-għajnuna lill-persuni l-aktar fil-bżonn li sejrin jiġu pprovduti permezz tas-sostenn ta’ skemi nazzjonali. Għandu jinkludi wkoll l-elementi neċessarji biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-programmi operattivi .

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)

Privazzjoni severa tal-ikel fl-Unjoni tinserta ma' ħela sinifikanti tal-ikel. Il-programm operattiv ta' kull Stat Membru għandu jinkludi referenza għall-mod kif biħsiebu jagħmel użu minn sinerġiji bejn politiki għat-tnaqqis tal-ħela tal-ikel u għall-ġlieda kontra l-privazzjoni tal-ikel, b'mod ikkoordinat. Il-programm operattiv ta' kull Stat Membru għandu jinkludi wkoll referenza għal kif biħseibu jindirizza ostakli amministrattivi li jostakolaw organizzazzjonijiet kummerċjali u mhux kummerċjali li jixtiequ jagħtu provvisti tal-ikel żejda lil organizzazzjonijiet mingħajr qligħ impenjati fil-ġlieda kontra l-privazzjoni tal-ikel.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 8b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b)

Għall-finijiet tal-eżekuzzjoni effikaċi u effiċjenti tal-miżuri ffinanzjati mill-Fond, għandha tiġi faċilitata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-entitajiet inkarigati mir-rappreżentazzjoni tas-soċjetà ċivili. L-Istati Membri għandhom għalhekk jippromwovu l-parteċipazzjoni tal-protagonisti kollha involuti fit-tfassil u l-applikazzjoni tal-miżuri ffinanzjati mill-Fond.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Sabiex tiġi massimizzata l-effikaċja tal-Fond, b’mod partikolari fir-rigward taċ-ċirkostanzi nazzjonali, huwa xieraq li tiġi stabbilita proċedura għall-emenda potenzjali tal-programm operattiv.

(9)

Sabiex tiġi massimizzata l-effikaċja tal-Fond u tiġi żgurata sinerġija massima mal-miżuri tal-FSE , b’mod partikolari fir-rigward ta’ tibdil possibbli taċ-ċirkostanzi nazzjonali, huwa xieraq li tiġi stabbilita proċedura għall-emenda potenzjali tal-programm operattiv.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

Sabiex jirrispondi bl-iżjed mod effettiv u xieraq għad-diversi ħtiġijiet u biex jilħaq aħjar il-persuni l-aktar fil-bżonn, il-prinċipju ta’ sħubija għandu japplika fl-istadji kollha tal-Fond.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

L-iskambji ta’ esperjenzi u tal-aħjar prattiki għandhom valur miżjud sinifikanti u l-Kummissjoni għandha tiffaċilita tixrid bħal dan.

(10)

L-iskambji ta’ esperjenzi u tal-aħjar prattiki għandhom valur miżjud sinifikanti għaliex jiffaċilitaw it-tagħlim reċiproku u l-Kummissjoni għandha tiffaċilita u tippromwovi tixrid bħal dan , filwaqt li tfittex sinerġiji bi skambju tal-aħjar prattiki fil-kuntest tal-Fondi relatati, b'mod partikolari l-FSE .

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Sabiex jimmonitorjaw il-progress tal-implimentazzjoni tal-programmi operattivi, l-Istati Membri għandhom ifasslu u jipprovdu rapporti annwali u finali ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ informazzjoni essenzjali u aġġornata. Għall-istess għanijiet, il-Kummissjoni u kullStat Membru għandhom jiltaqgħu kull sena għal reviżjoni bilaterali, minbarra jekk jiftiehmu mod ieħor.

(11)

Sabiex jimmonitorjaw il-progress tal-implimentazzjoni tal-programmi operattivi, l-Istati Membri għandhom , b’kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet ċivili involuti, ifasslu u jipprovdu rapporti annwali u finali ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ informazzjoni essenzjali u aġġornata. Għall-istess għanijiet, il-Kummissjoni u kullStat Membru għandhom jiltaqgħu kull sena għal reviżjoni bilaterali, minbarra jekk jiftiehmu mod ieħor.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

Sabiex tittejjeb il-kwalità u d-disinn ta’ kull programm operattiv u tiġi evalwata l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Fond, għandhom isiru evalwazzjonijiet ex ante u ex post. Dawk l-evalwazzjonijiet għandhom jiġu ssupplimentati minn stħarriġiet fuq il-persuni l-aktar fil-bżonn li bbenefikaw mill-programm operattiv u, jekk meħtieġ, permezz ta’ evalwazzjonijiet matul il-perjodu ta’ programmazzjoni. Ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward għandhom jiġu speċifikati.

(12)

Sabiex tittejjeb il-kwalità u d-disinn ta’ kull programm operattiv u tiġi evalwata l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Fond, għandhom isiru evalwazzjonijiet ex ante u ex post. Dawk l-evalwazzjonijiet għandhom jiġu ssupplimentati minn stħarriġiet fuq il-persuni l-aktar fil-bżonn li bbenefikaw mill-programm operattiv u, jekk meħtieġ, permezz ta’ evalwazzjonijiet matul il-perjodu ta’ programmazzjoni. Dawk l-evalwazzjonijiet għandhom jirrispettaw ukoll il-privatezza tar-riċevituri aħħarin u jsiru b'mod li ma jistigmatizzax lill-persuni l-iktar deprivati. Ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward għandhom jiġu speċifikati.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)

Kif enfasizzat fl-istudju tal-Eurostat “Il-kejl tal-privazzjoni materjali fl-UE – Indikaturi għall-popolazzjoni kollha u indikaturi speċifiċi għat-tfal”, twettqet riċerka sostanzjali dwar il-privazzjoni materjali, li tippermetti għal iżjed ġbir ta’ dejta raffinat fil-futur qarib fuq djar, adulti u tfal li huma materjalment fil-bżonn.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b)

Meta jitwettqu dawn l-evalwazzjonijiet supplimentati minn stħarriġ dwar l-aktar persuni fil-bżonn, għandu jiġi nnutat li l-privazzjoni huwa kunċett kumpless li hu diffiċli li wieħed jaqbad meta jiġi użat numru żgħir ta’ indikaturi għax dawn jistgħu jkunu qarrieqa u għalhekk jirriżultaw f’politiki ineffiċjenti.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 12c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12c)

Kif enfasizzat fil-Eurofound (2012) – It-Tielet Stħarriġ fuq il-Kwalità tal-Ħajja fl-Ewropa, il-privazzjoni materjali fl-Unjoni għandha tiġi mkejla bl-innabilità li wieħed jixtri oġġetti li huma kkunsidrati bħala essenzjali, irrispettivment minn x’għandhom jew kemm jaqilgħu n-nies. Għalhekk, għall-iskop ta' żvilupp ta’ indiċi ta’ privazzjoni li jippermetti valutazzjoni aktar raffinata tal-privazzjoni materjali tal-indikaturi tal-familji bħal-livell ta’ dħul, l-inugwaljanza fid-dħul, l-abbiltà li tlaħħaq mal-ħajja, id-dejn eċċessiv u s-sodifazzjon bl-istandards tal-għajxien għandhom jiġu meqjusa.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Iċ-ċittadini għandhom id-dritt ikunu jafu kif ir-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni jiġu investiti u b’liema effetti. Bil-għan li jiġi żgurat tixrid wiesa' ta’ informazzjoni dwar il-kisbiet tal-Fond u biex jiġu żgurati l-aċċessibilità u t-trasparenza tal-opportunitajiet ta’ finanzjament, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u tal-benefiċjarji.

(13)

Iċ-ċittadini għandhom id-dritt ikunu jafu kif ir-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni jiġu investiti u b’liema effetti. Bil-għan li jiġi żgurat tixrid wiesa’ ta’ informazzjoni dwar il-kisbiet tal-Fond u biex jiġu żgurati l-aċċessibilità u t-trasparenza tal-opportunitajiet ta’ finanzjament, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tar-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Istati Membri u tal-benefiċjarji.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

Huwa meħtieġ li tiġi stabbilita l-livell massimu ta’ kofinanzjament mill-Fond għall-programmi operattivi biex tipprovdi għal effett multiplikatur tar-riżorsi tal-Unjoni , filwaqt li għandha tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tal-Istati Membri li qegħdin jiffaċċjaw diffikultajiet baġitarji temporanji.

(15)

Huwa meħtieġ li tiġi stabbilita l-livell ta’ kofinanzjament mill-Fond għall-programmi operattivi biex tipprovdi għal effett multiplikatur tar-riżorsi tal-Unjoni. Għandha tiġi indirizzata wkoll is-sitwazzjoni tal-Istati Membri li qed jiffaċċjaw diffikultajiet baġitarji temporanji.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

Regoli uniformi u ekwitabbli dwar il-perjodu ta’ eliġibbiltà, l-operazzjonijiet u l-infiq għall-Fond għandhom jiġu applikati fl-Unjoni kollha. Il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għandhom jirriflettu n-natura speċifika tal-objettivi tal-Fond u l-popolazzjonijiet fil-mira, b’mod partikolari permezz ta’ kundizzjonijiet adegwati ta’ eliġibbiltà tal-operazzjonijiet kif ukoll forom ta’ appoġġ u regoli u l-kundizzjonijiet ta’ rimborż.

(16)

Regoli uniformi , sempliċi u ekwitabbli dwar il-perjodu ta’ eliġibbiltà, l-operazzjonijiet u l-infiq għall-Fond għandhom jiġu applikati fl-Unjoni kollha. Il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għandhom jirriflettu n-natura speċifika tal-objettivi tal-Fond u l-popolazzjonijiet fil-mira, b’mod partikolari permezz ta’ kundizzjonijiet adegwati u simplifikati ta’ eliġibbiltà tal-operazzjonijiet kif ukoll forom ta’ sostenn u regoli u l-kundizzjonijiet ta’ rimborż.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)

[Proposta għal] Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (Regolament dwar l-OKS Unika) jipprevedi li prodotti mixtrija bl-intervent tal-pubbliku wieħed jista’ jeħles minnhom billi jsiru disponibbli għall-iskema tad-distribuzzjoni għal dawk l-iktar fil-bżonn fl-Unjoni jekk dik l-iskema tipprevedi hekk. Minħabba dan, skont iċ-ċirkostanzi, il-ksib tal-ikel mill-użu, l-ipproċessar jew il-bejgħ ta’ stokkijiet bħal dawn jista’ jkun ekonomikament l-iktar għażla vijabbli, huwa xieraq li possibilità bħal din tiġi prevista f’dan ir-Regolament. L-ammonti dderivati minn tranżazzjoni li tikkonċerna l-istokkijiet għandhom jintużaw għall-benefiċċju ta’ dawk li huma l-iktar fil-bżonn, u m’għandhomx jiġu applikati b’mod li jnaqqsu l-obbligu tal-Istati Membri biex jikkofinanzjaw il-programm. Sabiex ikun żgurat l-iktar użu effiikaċi tal-istokkijiet ta' intervent u l-qligħ minnhom il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-Artikolu 19(e) tar-Regolament (UE) Nru [OKS] tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċeduri li bihom il-prodotti fl-istokkijiet ta’ intervent jistgħu jintużaw, jiġu pproċessati jew mibjugħa għall-għanijiet tal-programm għal dawk l-aktar fil-bżonn.

(17)

[Proposta għal] Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (Regolament dwar l-OKS Unika) jipprevedi li prodotti mixtrija bl-intervent tal-pubbliku wieħed jista’ jeħles minnhom billi jsiru disponibbli għall-iskema tad-distribuzzjoni għal dawk l-iktar fil-bżonn fl-Unjoni jekk dik l-iskema tipprevedi hekk. Minħabba dan, skont iċ-ċirkostanzi, il-ksib tal-ikel mill-użu, l-ipproċessar jew il-bejgħ ta’ stokkijiet bħal dawn jista’ jkun ekonomikament l-iktar għażla vijabbli, huwa xieraq li possibilità bħal din tiġi prevista f’dan ir-Regolament. L-ammonti dderivati minn tranżazzjoni li tikkonċerna l-istokkijiet għandhom jintużaw għall-benefiċċju ta’ dawk li huma l-iktar fil-bżonn, u m’għandhomx jiġu applikati b’mod li jnaqqsu l-obbligu tal-Istati Membri biex jikkofinanzjaw il-programm. Sabiex ikun żgurat l-iktar użu effiikaċi tal-istokkijiet ta' intervent u l-qligħ minnhom il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-Artikolu 19(e) tar-Regolament (UE) Nru [OKS] tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-proċeduri li bihom il-prodotti fl-istokkijiet ta’ intervent jistgħu jintużaw, jiġu pproċessati jew mibjugħa għall-għanijiet tal-programm għal dawk l-aktar fil-bżonn. Organizzazzjoni sħab għandhom jitħallew iqassmu provvisti addizzjonali ta' ikel minn sorsi oħra, inklużi stokk ta' intervent disponibbli skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru… [OKS].

Emenda 28

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

Huwa neċessarju li jiġu speċifikati t-tipi ta’ azzjonijiet li jistgħu jittieħdu fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri bħala għajnuna teknika appoġġjata mill-Fond.

(18)

Huwa neċessarju li jiġu speċifikati t-tipi ta’ azzjonijiet li jistgħu jittieħdu fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri bħala għajnuna teknika appoġġjata mill-Fond. Liema tipi ta' azzjoni għandhom jiġu speċifikati għandu jiġi deċiż f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet li jmexxu u l-organizzazzjonijiet imsieħba.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)

L-impenji baġitarji tal-Unjoni għandhom isiru kull sena. Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effettiva tal-programm, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli komuni għal talbiet interim għall-ħlas, għall-ħlas tal-bilanċ annwali u tal-bilanċ finali.

(27)

L-impenji baġitarji tal-Unjoni għandhom isiru kull sena. Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effettiva tal-programm, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli komuni sempliċi għal talbiet interim għall-ħlas, għall-ħlas tal-bilanċ annwali u tal-bilanċ finali.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)

Sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, għandu jkun hemm miżuri limitati fiż-żmien li jippermettu li b’delega, l-uffiċjal li jawtorizza jinterrompi ħlasijiet fejn ikun hemm evidenza li tissuġġerixxi nuqqas sinifikanti fil-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll, evidenza ta’ irregolaritajiet marbuta ma’ applikazzjoni għal ħlas, jew nuqqas li jiġu sottomessi dokumenti għall-fini tal-eżaminazzjoni u l-aċċettazzjoni tal-kontijiet.

(30)

Sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, għandu jkun hemm miżuri limitati fiż-żmien li jippermettu li b’delega, l-uffiċjal li jawtorizza jinterrompi ħlasijiet fejn ikun hemm evidenza li tissuġġerixxi nuqqas sinifikanti fil-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll, evidenza ta’ irregolaritajiet marbuta ma’ applikazzjoni għal ħlas, jew nuqqas li jiġu sottomessi dokumenti għall-fini tal-eżaminazzjoni u l-aċċettazzjoni tal-kontijiet , jew fil-każ ta' dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-proġetti, u jekk jiġi kkostatat b'mod konvinċenti li l-objettivi stabbiliti għall-proġetti ma jkunux se jintlaħqu .

Emenda 31

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)

Sabiex jiġi żgurat li n-nefqa ffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni f’sena finanzjarja partikolari tintuża skont ir-regoli applikabbli, għandu jinħoloq qafas xieraq għall- eżaminazzjoni u l-aċċettazzjoni annwali tal-kontijiet. Taħt dan il-qafas, il-korpi nnominati għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, fir-rigward tal-programm operattiv, dikjarazzjoni tal-ġestjoni akkumpanjata mill-kontijiet annwali ċċertifikati, sintesi annwali tar-rapporti tal-awditjar finali u tal-kontrolli li jkunu twettqu u opinjoni indipendenti tal-awditjar u rapport ta’ kontroll.

(32)

Sabiex jiġi żgurat li n-nefqa ffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni f’sena finanzjarja partikolari tintuża skont ir-regoli applikabbli, għandu jinħoloq qafas xieraq u sempliċi għall-eżaminazzjoni u l-aċċettazzjoni annwali tal-kontijiet. Taħt dan il-qafas, il-korpi nnominati għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, fir-rigward tal-programm operattiv, dikjarazzjoni tal-ġestjoni akkumpanjata mill-kontijiet annwali ċċertifikati, sintesi annwali tar-rapporti tal-awditjar finali u tal-kontrolli li jkunu twettqu u opinjoni indipendenti tal-awditjar u rapport ta’ kontroll.

Emenda 32

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)

Il-frekwenza tal-eżerċizzji ta’ awditjar fuq l-operazzjonijiet għandha tkun proporzjonata mal-livell ta’ sostenn tal-Unjoni mill-Fond. B’mod partikolari, l-għadd ta’ eżerċizzji ta’ awditjar li jsiru għandu jitnaqqas fejn in-nefqa totali eliġibbli għal operazzjoni ma taqbiżx l-EUR 100 000 . Madankollu, għandu jkun possibbli li jsiru eżerċizzji ta’ awditjar fi kwalunkwe ħin fejn ikun hemm evidenza ta’ irregolarità jew ta’ frodi, jew bħala parti minn kampjun ta’ awditjar. Sabiex il-livell ta’ awditjar mill-Kummissjoni jkun proporzjonat mar-riskju, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tnaqqas ix-xogħol ta’ awditjar tagħha fir-rigward ta’ programmi operattivi fejn ma jkunx hemm nuqqasijiet sinifikanti jew fejn l-awtorità tal-awditjar tista’ tiġi invokata. Barra minn hekk, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżerċizzji ta’ awditjar għandu jikkunsidra bis-sħiħ l-objettiv u l-karatteristiċi tal-popolazzjonijiet fil-mira tal-Fond.

(35)

Il-frekwenza tal-eżerċizzji ta’ awditjar fuq l-operazzjonijiet għandha tkun proporzjonata mal-livell ta’ sostenn tal-Unjoni mill-Fond. B’mod partikolari, l-għadd ta’ eżerċizzji ta’ awditjar li jsiru għandu jitnaqqas fejn in-nefqa totali eliġibbli għal operazzjoni ma taqbiżx l-EUR 100 000 . Madankollu, għandu jkun possibbli li jsiru eżerċizzji ta’ awditjar fi kwalunkwe ħin fejn ikun hemm evidenza ta’ irregolarità jew ta’ frodi, jew bħala parti minn kampjun ta’ awditjar. Sabiex il-livell ta’ awditjar mill-Kummissjoni jkun proporzjonat mar-riskju, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tnaqqas ix-xogħol ta’ awditjar tagħha fir-rigward ta’ programmi operattivi fejn ma jkunx hemm nuqqasijiet sinifikanti jew fejn l-awtorità tal-awditjar tista’ tiġi invokata. Barra minn hekk, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżerċizzji ta’ awditjar għandu jikkunsidra bis-sħiħ l-objettiv u l-karatteristiċi tal-popolazzjonijiet fil-mira tal-Fond , kif ukoll in-natura volontarja tal-korpi benefiċjarji tiegħu .

Emenda 33

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari fil-Karta tad-Drittjiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inklużi r-rispett għad-dinjità tal-bniedem u għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-drittijiet tat-tfal, id-drittijiet tal-anzjani, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat skont dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

(41)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari fil-Karta tad-Drittjiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inklużi r-rispett għad-dinjità tal-bniedem u għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-drittijiet tat-tfal, id-dritt għall-assistenza soċjali u għall-akkomodazzjoni, id-drittijiet tal-anzjani, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat skont dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

Emenda 34

Proposta għal regolament

Premessa 42a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(42a)

Meta titqies id-data li fiha għandhom jinħarġu s-sejħiet għall-offerti, l-iskadenzi għall-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u ż-żmien meħtieġ għat-tħejjija ta' programmi operattivi, għandu jkun hemm regoli li jippermettu tranżizzjoni mingħajr xkiel fl-2014, sabiex jiġi evitat li titwaqqaf il-provvista tal-ikel.

Emenda 35

Proposta għal regolament

Premessa 42b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(42b)

Għandu jiġi żgurat li l-Fond jikkumplimenta programmi u azzjonijiet ffinanzjati mill-FSE u jiġi kemm jista’ jkun ikkoordinat mill-qrib mal-FSE. It-twaqqif ta’ strutturi paralleli fil-ġlieda kontra l-faqar li jżidu l-piżijiet amministrattivi u jagħmlu l-koordinazzjoni u sinerġiji diffiċli għandu jiġi evitat.

Emenda 36

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għall-Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (minn hawn ’il quddiem “il-Fond”) għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 u jiddetermina l-għanijiet tal-Fond, il-kamp ta’ applikazzjoni tas-sostenn tiegħu, ir-riżorsi finanzjarji disponibbli u l-kriterji għall-allokazzjoni tagħhom u jistabbilixxi r-regoli neċessarji biex jiżguraw l-effikaċja tal-Fond.

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għall-Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (minn hawn ’il quddiem “il-Fond”) għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 u jiddetermina l-għanijiet tal-Fond, il-kamp ta’ applikazzjoni tas-sostenn tiegħu, ir-riżorsi finanzjarji disponibbli u l-kriterji għall-allokazzjoni tagħhom u jistabbilixxi r-regoli neċessarji biex jiżguraw l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Fond.

Emenda 37

Proposta għal regolament

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“persuni l-aktar fil-bżonn” tfisser persuni fiżiċi, kemm jekk individwi, familji, unitajiet domestiċi jew gruppi magħmula minn persuni bħal dawn, li l-bżonn tagħhom għall-assistenza ġie stabbilit skont il-kriterji oġġettivi adottati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, jew definiti mill-organizzazzjonijiet imsieħba u li huma approvati minn dawk l-awtoritajiet kompetenti;

(1)

“persuni l-aktar fil-bżonn” tfisser persuni fiżiċi, kemm jekk individwi, familji, unitajiet domestiċi jew gruppi magħmula minn persuni bħal dawn, li l-bżonn tagħhom għall-assistenza ġie stabbilit skont il-kriterji oġġettivi stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b'kollaborazzjoni mal-partijiet interessanti rilevanti, jew definiti mill-organizzazzjonijiet imsieħba u li huma approvati minn dawk l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ;

(2)

“organizzazzjonijiet imsieħba” tfisser korpi pubbliċi jew organizzazzjonijiet li ma jaħdmux għall-qligħ li jwasslu l-ikel jew il-prodotti direttament jew permezz ta’ organizzazzjonijiet imsieħba oħra lill-persuni l-aktar fil-bżonn, u li l-operazzjonijiet tagħhom intgħażlu mill-awtorita ta’ ġestjoni skont l-Artikolu 29(3)(b);

(2)

“organizzazzjonijiet imsieħba” tfisser korpi pubbliċi jew organizzazzjonijiet li ma jaħdmux għall-qligħ li jwasslu l-ikel u/jew l-għajnuna materjali – bi qbil mal-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti fl-Artikolu 24 - direttament jew permezz ta’ organizzazzjonijiet imsieħba oħra lill-persuni l-aktar fil-bżonn, u li l-operazzjonijiet tagħhom intgħażlu mill-awtorita ta’ ġestjoni skont l-Artikolu 29(3)(b);

(3)

“skemi nazzjonali” tfisser kull skema implimentata li jkollha, għall-inqas parzjalment, l-istess objettivi bħall-Fond u li tkun qed tiġi implimentata fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, minn korpi pubbliċi jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ;

(3)

“skemi nazzjonali” tfisser kull skema implimentata li jkollha, għall-inqas parzjalment, l-istess objettivi bħall-Fond u li tkun qed tiġi implimentata fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, minn korpi pubbliċi jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ;

(4)

“operazzjoni” tfisser proġett, kuntratt jew azzjoni magħżula mill-awtorità maniġerjali tal-programm operattiv ikkonċernat, jew taħt ir-responsabbiltà tagħha, li jikkontribwixxi għall-objettivi tal-programm operattiv li miegħu għandha x’taqsam;

(4)

“operazzjoni” tfisser proġett, kuntratt jew azzjoni magħżula mill-awtorità maniġerjali tal-programm operattiv ikkonċernat, jew taħt ir-responsabbiltà tagħha, li jikkontribwixxi għall-objettivi tal-programm operattiv li miegħu għandha x’taqsam;

(5)

“operazzjoni kompluta” tfisser operazzjoni li ġiet fiżikament ikkompletata jew li ġiet implimentata għal kollox u li dwarha l-pagamenti relatati kollha jkunu saru mill-benefiċjarji u s-sostenn mill-programm operattiv korrispondenti jkun tħallas lill-benefiċjarji;

(5)

“operazzjoni kompluta” tfisser operazzjoni li ġiet fiżikament ikkompletata jew li ġiet implimentata għal kollox u li dwarha l-pagamenti relatati kollha jkunu saru mill-benefiċjarji u s-sostenn mill-programm operattiv korrispondenti jkun tħallas lill-benefiċjarji;

(6)

“benefiċjarju” tfisser korp pubbliku jew privat responsabbli mill-bidu jew mill-bidu u l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet;

(6)

“benefiċjarju” tfisser korp pubbliku jew privat responsabbli mill-bidu jew mill-bidu u l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet;

(7)

“riċevitur aħħari” tfisser l-iktar persuni fil-bżonn li jirċievu l-ikel jew il-prodotti u/jew li jibbenefikaw mill-miżuri ta’ sostenn;

(7)

“riċevitur aħħari” tfisser persuni li jbatu minn privazzjoni tal-ikel u/jew materjali u li jirċievu għajnuna mhux finanzjarja u/jew li jibbenefikaw mill-miżuri ta’ akkumpanjament fil-qafas ta' dan il-fond ;

 

(7a)

“miżuri ta’ akkumpanjament” tfisser miżuri lil hinn mid-distribuzzjoni tal-ikel u l-għajnuna materjali bażika, bl-għan li tingħeleb l-esklużjoni soċjali u li jiġu indirizzati l-emerġenzi soċjali b’mod li jsaħħaħ u sostenibbli;

(8)

“sostenn pubbliku” tfisser kull sostenn finanzjarju mogħti għal operazzjoni li toriġina mill-baġit ta’ awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, reġjonali jew lokali, mill-baġit tal-Unjoni relatat mal-Fond, mill-baġit ta’ korpi regolati mid-dritt pubbliku jew mill-baġit ta’ assoċjazzjonijiet ta’ awtoritajiet pubbliċi jew korpi regolati mid-dritt pubbliku fi ħdan it-tifsira tal- “Artikolu 1 (9) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(8)

“sostenn pubbliku” tfisser kull sostenn finanzjarju mogħti għal operazzjoni li toriġina mill-baġit ta’ awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, reġjonali jew lokali, mill-baġit tal-Unjoni relatat mal-Fond, mill-baġit ta’ korpi regolati mid-dritt pubbliku jew mill-baġit ta’ assoċjazzjonijiet ta’ awtoritajiet pubbliċi jew korpi regolati mid-dritt pubbliku fi ħdan it-tifsira tal- “Artikolu 1 (9) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(9)

“korp intermedjarju” tfisser kwalunkwe korp pubbliku jew privat li jaġixxi taħt ir-responsabbiltà ta’ awtorità maniġerjali jew ta’ ċertifikazzjoni, jew li jwettaq dmirijiet għan-nom ta’ awtorità bħal din fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ implimentazzjoni ta’ benefiċjarji;

(9)

“korp intermedjarju” tfisser kwalunkwe korp pubbliku jew privat li jaġixxi taħt ir-responsabbiltà ta’ awtorità maniġerjali jew ta’ ċertifikazzjoni, jew li jwettaq dmirijiet għan-nom ta’ awtorità bħal din fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ implimentazzjoni ta’ benefiċjarji;

(10)

“sena ta’ kontabilità” tfisser il-perjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta’ Ġunju, ħlief għall-ewwel sena ta’ kontabilità, li fir-rigward tagħha tfisser il-perjodu mid-data tal-bidu għall-eliġibbiltà tan-nefqa sat-30 ta' Ġunju 2015, is-sena finali ta’ kontabilità għandha tkun mill-1 ta' Lulju 2022 sat-30 ta' Ġunju 2023;

(10)

“sena ta’ kontabilità” tfisser il-perjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta’ Ġunju, ħlief għall-ewwel sena ta’ kontabilità, li fir-rigward tagħha tfisser il-perjodu mid-data tal-bidu għall-eliġibbiltà tan-nefqa sat-30 ta' Ġunju 2015, is-sena finali ta’ kontabilità għandha tkun mill-1 ta' Lulju 2022 sat-30 ta' Ġunju 2023;

(11)

“sena finanzjarja” tfisser il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta’ Diċembru.

(11)

“sena finanzjarja” tfisser il-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta’ Diċembru.

Emenda 73

Proposta għal regolament

Artikolu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

 

Id-dritt tal-użu tal-Fond għandu japplika għall-Istati Membri kollha.

Emenda 38

Proposta għal regolament

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Fond għandu jippromwovi l-koeżjoni soċjali fl-Unjoni billi jikkontribwixxi biex tintlaħaq il-mira tat-tnaqqis tal-faqar ta’ mill-inqas 20 miljun mill-għadd ta’ persuni fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali skont l-istrateġija Ewropa 2020. Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettiv speċifiku li jtaffi l-agħar forom ta’ faqar fl-Unjoni billi jipprovdi għajnuna mhux finanzjarja lill-persuni l-aktar fil-bżonn. Dan l-objettiv għandu jitkejjel skont l-għadd ta’ persuni li jirċievu assistenza mill-Fond .

1.   Il-Fond għandu jippromwovi l-koeżjoni soċjali , itejjeb l-inklużjoni soċjali u jiġġieled il-faqar fl-Unjoni billi jikkontribwixxi biex tintlaħaq il-mira tat-tnaqqis tal-faqar ta’ mill-inqas 20 miljun mill-għadd ta’ persuni fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali skont l-istrateġija Ewropa 2020 , filwaqt li jiġi kkumplimentat il-Fond Soċjali Ewropew . Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettiv speċifiku li jtaffi u jeqred l-agħar forom ta’ faqar , b'mod partikolari il-faqar alimentari, billi jipprovdi għajnuna mhux finanzjarja lill-persuni l-aktar fil-bżonn.

 

2.     Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-eliminazzjoni sostenibbli tal-faqar alimentari, u joffri lill-persuni l-iktar fil-bżonn il-possibilità ta' ħajja deċenti. Dan l-objettiv u l-impatt strutturali tal-fond għandhom jiġu evalwati f'termini kwalitattivi u kwantitattivi.

 

3.     Il-Fond għandu jikkumplimenta u m'għandux jissostitwixxi jew inaqqas il-programmi nazzjonali sostenibbli għall-qerda tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali, li għandhom jibqgħu jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri.

Emenda 39

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Fond għandu jappoġġja skemi nazzjonali ta’ sostenn fejn prodotti tal-ikel u prodotti bażiċi għall-konsumatur għall-użu personali ta’ persuni jew tat-tfal mingħajr akkomodazzjoni jitqassmu lill-persuni l-aktar fil-bżonn permezz ta’ organizzazzjonijiet imsieħba magħżula mill-Istati Membri.

1.   Il-Fond għandu jappoġġja skemi nazzjonali ta’ sostenn fejn prodotti tal-ikel u/jew għajnuna materjali bażika, inklużi pakketti bażiċi, għall-użu personali tar-riċevituri aħħarin jitqassmu lill-persuni l-aktar fil-bżonn permezz ta’ organizzazzjonijiet imsieħba magħżula mill-Istati Membri.

2.   Il-Fond jista’ jappoġġja miżuri ta’ sostenn, li jikkumplimentaw l-għoti ta’ ikel u ta’ prodotti , li jikkontribwixxu għall-inklużjoni soċjali tal-persuni l-aktar fil-bżonn.

2.   Il-Fond jista’ jappoġġja miżuri ta’ akkumpanjament, li jikkumplimentaw l-għoti ta’ ikel u ta’ għajnuna materjali bażika , li jikkontribwixxu għall-inklużjoni soċjali u għal dieta favur is-saħħa u t-tnaqqis ta' dipendenzi tal-persuni l-aktar fil-bżonn. Miżuri bħal dawn għandhom ikunu marbuta mill-qrib ma' attivitajiet lokali tal-Fond Soċjali Ewropew u l-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet li jiffokaw fuq il-qerda tal-faqar.

 

2a.     Il-Fond jista’ jipprovdi lill-benefiċjarji b’assistenza biex jagħmlu użu iktar effiċjenti mill-ktajjen ta’ provvista alimentari lokali, u b’hekk ikattar u jiddiversifika l-provvista tal-ikel għall-persuni l-iktar fil-bżonn, kif ukoll inaqqas u jimpedixxi l-ħela tal-ikel.

3.   Il-Fond għandu jippromwovi t-tagħlim reċiproku, in-netwerking u t-tixrid ta’ prattiki tajba fil-qasam ta’ għajnuna mhux finanzjarja lill-persuni l-aktar fil-bżonn.

3.   Il-Fond għandu jippromwovi , fil-livell Ewropew, it-tagħlim reċiproku, in-netwerking u t-tixrid ta’ prattiki tajba fil-qasam ta’ għajnuna mhux finanzjarja lill-persuni l-aktar fil-bżonn. Jistgħu jiġu inklużi wkoll organizzazzjonijiet u proġetti rilevanti li ma jagħmlux użu mill-Fond.

Emendi 40 u 76

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-parti tal-baġit tal-Unjoni allokata għall-Fond għandha tiġi implimentata fil-qafas ta’ ġestjoni kondiviża bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, skont l-Artikolu 55 (1)(b) tar-Regolament Finanzjarju, bl-eċċezzjoni ta’ għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, li għandu jiġi implimentat fil-qafas tal-ġestjoni diretta skont l-Artikolu 55(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju.

1.   Il-parti tal-baġit tal-Unjoni allokata għall-Fond għandha tiġi implimentata fil-qafas ta’ ġestjoni kondiviża bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, skont l-Artikolu 55 (1)(b) tar-Regolament Finanzjarju, bl-eċċezzjoni ta’ għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, li għandu jiġi implimentat fil-qafas tal-ġestjoni diretta skont l-Artikolu 55(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sostenn mill-Fond ikun konsistenti mal-politiki u l-prijoritajiet tal-Unjoni u jkun kumplimentari mal-istrumenti l-oħrajn tal-Unjoni.

2.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sostenn mill-Fond ikun konsistenti mal-politiki u l-prijoritajiet tal-Unjoni u jkun kumplimentari mal-istrumenti l-oħrajn tal-Unjoni.

3.   Is-sostenn mill-Fond għandu jiġi implimentat b’kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

3.   Is-sostenn mill-Fond għandu jiġi provdut b’kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u wkoll b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali kompetenti u mal-organizzazzjonijiet imsieħba involuti .

4.   L-Istati Membri u l-korpi nnominati minnhom għal dak l-iskop għandhom ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi operattivi u tat-twettiq tal-kompiti tagħhom taħt dan ir-Regolament skont il-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tal-Istat Membru u soġġetti għal konformità ma’ dan ir-Regolament.

4.   L-Istati Membri u l-korpi nnominati minnhom għal dak l-iskop , jew fil-każ tagħhom, l-awtoritajiet reġjonali kompetenti, għandhom ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi operattivi u tat-twettiq tal-kompiti tagħhom taħt dan ir-Regolament skont il-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tal-Istat Membru u soġġetti għal konformità ma’ dan ir-Regolament.

(5)   L-arranġamenti għall-użu tal-Fond, u b’mod partikolari r-riżorsi finanzjarji u amministrattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Fond, fir-rigward tal-rapportar, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll għandhom iqisu l-prinċipju ta’ proporzjonalità waqt li jikkunsidraw il-livell ta’ sostenn allokat .

(5)   L-arranġamenti għall-implimentazzjoni u l-użu tal-Fond, u b’mod partikolari r-riżorsi finanzjarji u amministrattivi meħtieġa fir-rigward tar-rapportar, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll għandhom iqisu l-kapaċitajiet amministrattivi limitati tal-organizzazzjonijiet li jiffunzjonaw l-aktar bl-appoġġ tal-volontiera, u jiżguraw li ma jimponux fuqhom aktar piżijiet amministrattivi mill-programm ta' qabel .

6.   Skont ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw koordinazzjoni mal-Fond Soċjali Ewropew, u mal-politiki u l-istrumenti l-oħra tal-Unjoni.

6.   Skont ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, u biex jiġi evitat finanzjament doppju, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw koordinazzjoni mal-Fond Soċjali Ewropew, u mal-politiki u l-istrumenti l-oħra tal-Unjoni , b’mod partikolari l-azzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa .

7.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri u l-benefiċjarji għandhom japplikaw il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba skont l-Artikolu 26 tar-Regolament Finanzjarju.

7.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri u l-benefiċjarji għandhom japplikaw il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba skont l-Artikolu 26 tar-Regolament Finanzjarju.

8.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-effikaċja tal-Fond, b’mod partikolari permezz ta’ monitoraġġ, rapportar u evalwazzjoni.

8.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-effikaċja tal-Fond, b’mod partikolari permezz ta’ monitoraġġ, rapportar u evalwazzjoni u permezz ta’ konsultazzjoni mill-qrib u regolari mal-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-organizzazzjonijiet imsieħba li jimplimentaw il-miżuri tal-fond fil-valutazzjonijiet tal-impatt .

9.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu r-rwoli rispettivi tagħhom fir-rigward tal-Fond bil-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji.

9.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni biex jiggarantixxu l-effikaċja tal-Fond, u għandhom iwettqu r-rwoli rispettivi tagħhom fir-rigward tal-Fond bil-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji.

10.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi jiġu promossi matul l-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-Fond. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu passi xierqa sabiex jipprevjenu kull diskriminazzjoni bbażata fuq sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età, jew orjentazzjoni sesswali fil-kisba tal-aċċess għall-Fond.

10.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi jitqiesu matul l-istadji varji tat-tħejjija, l-ipprogrammar, il-ġestjoni u l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Fond , kif ukoll f'kampanji ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni u skambji tal-aħjar prattiki, filwaqt li tintuża data skont is-sessi, meta dan ikun possibbli . Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu passi xierqa sabiex jipprevjenu kull diskriminazzjoni bbażata fuq sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età, jew orjentazzjoni sesswali fil-kisba tal-aċċess għall-Fond u programmi u operazzjonijiet relatati .

11.   L-operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fond għandhom ikunu konformi mal-liġi applikabbli nazzjonali u tal-Unjoni. B’mod partikolari, il-Fond jista’ jintuża biss biex jappoġġja d-distribuzzjoni ta’ ikel jew ta’ prodotti li huma f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur.

11.   L-operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fond għandhom ikunu konformi mal-liġi applikabbli nazzjonali u tal-Unjoni. B’mod partikolari, il-Fond jista’ jintuża biss biex jappoġġja d-distribuzzjoni ta’ ikel jew ta’ għajnuna materjali bażika li huma f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur.

 

11a.     Meta jkun xieraq, l-għażla tal-prodotti tal-ikel għandha tkun ibbażata fuq prinċipji ta’ nutrizzjoni bbilanċjata u kwalità tal-ikel, inklużi prodotti friski, u għandha tikkontribwixxi għal dieta favur is-saħħa tar-riċevituri aħħarin.

12.   L-Istati Membri u l-benefiċjarji għandhom jagħżlu l-prodotti tal-ikel u  l-prodotti għall-persuni jew għat-tfal mingħajr akkomodazzjoni abbażi ta’ kriterji oġġettivi. Il-kriterji tal-għażla għall-prodotti tal-ikel, u fejn jixraq għall-prodotti sejrin iqisu wkoll l-aspetti klimatiċi u ambjentali, b’mod partikolari bil-għan tat-tnaqqis tal-iskart mill-ikel.

12.   L-Istati Membri u l-benefiċjarji għandhom jagħżlu l-prodotti tal-ikel u  l-għajnuna materjali bażika abbażi ta’ kriterji oġġettivi relatati mal-bżonnijiet tal-persuni l-aktar fil-bżonn .

 

12a.     Meta jkun xieraq, għandha tingħata prijorità lill-prodotti lokali u reġjonali, billi jitqiesu kunsiderazzjonijiet klimatiċi u ambjentali, b'mod partikolari bl-għan li titnaqqas il-ħela tal-ikel f'kull stadju tal-katina ta' distribuzzjoni. Dan jista' jinkludi sħubiji ma' kumpaniji madwar il-katina tal-ikel fi spirtu ta' responsabilità soċjali tal-kumpaniji.

 

12b.     Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għajnuna li tingħata fil-qafas ta' dan il-Fond tirrispetta d-dinjità tal-persuni l-aktar fil-bżonn.

Emenda 75

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Ir-riżorsi globali disponibbli għall-impenn baġitarju mill-Fond għall-perjodu 2014-2020 għandhom ikunu ta’ EUR 2 500 000 000 skont il-prezzijiet tal-2011, skont it-tqassim annwali stabbilit fl-Anness II .

1.   Ir-riżorsi globali disponibbli għall-impenn baġitarju mill-Fond għall-perjodu 2014-2020 (fi prezzijiet tal-2011) m'għandhomx ikunu anqas minn, f'termini reali, seba' darbiet l-allokazzjoni baġitarja, adottata fil-baġit għall-2011, għall-għajnuna għall-programm għall-persuni l-aktar fil-bżonn .

Emenda 42

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li tistabbilixxi l-analiżi annwali tar-riżorsi globali għal kull Stat Membru, skont l-Artikolu 84 (5) tar-Regolament (UE) Nru… (CPR), mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, filwaqt li jitqiesu l-indikaturi li ġejjin stabbiliti mill-Eurostat:

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li tistabbilixxi l-analiżi annwali tar-riżorsi globali għal kull Stat Membru, skont l-Artikolu 84 (5) tar-Regolament (UE) Nru… (CPR), mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, abbażi tal-indikaturi l-iżjed reċenti stabbiliti mill-Eurostat li jikkonċernaw :

(a)

il-popolazzjoni li tbati minn privazzjoni materjali severa;

(a)

il-popolazzjoni li tbati minn privazzjoni materjali severa bħala persentaġġ mill-popolazzjoni sħiħa ;

(b)

il-popolazzjoni li tgħix fi djarb’intensità tax-xogħol vera baxxa.

(b)

tibdil fil-popolazzjoni li tgħix fi djar b’intensità tax-xogħol vera baxxa.

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Kull Stat Membru għandu jissottometti lill-Kummissjoni programm operattiv, li jkopri l-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020, fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, li jkun fih dawn l-punti li ġejjin:

1.   Kull Stat Membru għandu jissottometti lill-Kummissjoni programm operattiv, li jkopri l-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020, fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, li jkun fih dawn l-punti li ġejjin:

 

(-a)

speċifikazzjoni tal-ammont tas-sehem allokat tiegħu li għandu jintuża.

(a)

identifikazzjoni ta’ u ġustifikazzjoni biex jintgħażel/jintgħażlu t-tip(i) ta’ privazzjoni materjali li għanduhom jiġijiġu indirizzat(i)  skont il-programm operattiv u deskrizzjoni għal kull tip ta’ privazzjoni materjali indirizzata, tal-karatteristiċi ewlenin u l-għanijiet tad-distribuzzjoni tal-ikel jew ta’ prodotti u l-miżuri ta’ sostenn li għandhom jiġu pprovduti , waqt li jiġu kkunsidrati r-riżultati tal-evalwazzjoni ex ante mwettqa skont l-Artikolu 14;

(a)

ġustifikazzjoni biex jintgħażel/jintgħażlu t-tip(i) ta’ privazzjoni materjali li għandu/għandhom jiġi/jiġu indirizzat(i) u deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-programm operattiv, filwaqt li jiġu kkunsidrati r-riżultati tal-evalwazzjoni ex ante mwettqa skont l-Artikolu 14;

(b)

deskrizzjoni tal-iskema(i) nazzjonali korrispondenti għal kull tip ta’ privazzjoni materjali indirizzata;

(b)

deskrizzjoni tal-iskema(i) nazzjonali korrispondenti għal kull tip ta’ privazzjoni materjali indirizzata;

(c)

deskrizzjoni tal-mekkaniżmu li jistabbilixxi l-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-persuni l-aktar fil-bżonn, differenzjati jekk neċessarju skont it-tip ta’ privazzjoni materjali indirizzata;

(c)

deskrizzjoni tal-mekkaniżmu li jistabbilixxi l-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-persuni l-aktar fil-bżonn, differenzjati jekk neċessarju skont it-tip ta’ privazzjoni materjali indirizzata;

(d)

il-kriterji għall-għażla ta’ operazzjonijiet u deskrizzjoni tal-mekkaniżmu tal-għażla differenzjati jekk neċessarju skont it-tip ta’ privazzjoni materjali indirizzata;

(d)

il-kriterji għall-għażla ta’ operazzjonijiet u deskrizzjoni tal-mekkaniżmu tal-għażla differenzjati jekk neċessarju skont it-tip ta’ privazzjoni materjali indirizzata;

(e)

il-kriterji għall-għażla tal-organizzazzjonijiet imsieħba differenzjati jekk neċessarju skont it-tip ta’ privazzjoni materjali indirizzata:

(e)

il-kriterji għall-għażla tal-organizzazzjonijiet imsieħba differenzjati jekk neċessarju skont it-tip ta’ privazzjoni materjali indirizzata:

(f)

deskrizzjoni tal-mekkaniżmu użat biex jiżgura l-kumplimentarjetà mal-Fond Soċjali Ewropew;

(f)

deskrizzjoni tal-mekkaniżmu użat biex jiżgura l-kumplimentarjetà mal-Fond Soċjali Ewropew li turi linja ta' demarkazzjoni ċara bejn l-attivitajiet koperti minn dawn iż-żewġ fondi ;

 

(fa)

deskrizzjoni tal-miżuri speċifiċi ppjanati u tal-fondi allokati għall-applikazzjoni tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 5.

(g)

deskrizzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-programm operattiv li jkun fiha l-identifikazzjoni tal-awtorità maniġerjali, l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni fejn applikabbli, l-awtorità tal-awditjar u l-korp li lilu għandhom isiru l-ħlasijiet mill-Kummissjoni u deskrizzjonital-proċedura ta’ monitoraġġ;

(g)

deskrizzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-programm operattiv li jkun fiha l-identifikazzjoni tal-awtorità maniġerjali, l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni fejn applikabbli, l-awtorità tal-awditjar u l-korp li lilu għandhom isiru l-ħlasijiet mill-Kummissjoni u deskrizzjoni tal-proċedura ta’ monitoraġġ;

(h)

deskrizzjoni tal-miżuri meħuda biex jinvolvu lill-awtoritajiet reġjonali u lokali kompetenti u awtoritajiet pubbliċi oħrajn, kif ukoll korpi li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili u l-korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni fit-tħejjija tal-programm operattiv;

(h)

deskrizzjoni tal-miżuri meħuda biex jinvolvu lill-awtoritajiet reġjonali u lokali kompetenti u awtoritajiet pubbliċi oħrajn, kif ukoll korpi li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili u l-korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni fit-tħejjija tal-programm operattiv;

(i)

deskrizzjoni tal-użu ppjanat ta’ għajnuna teknika skont l-Artikolu 25 (2), inkluż azzjonijiet għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-benefiċjarji fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programm operattiv;

(i)

deskrizzjoni tal-użu ppjanat ta’ għajnuna teknika skont l-Artikolu 25(2), inkluż azzjonijiet għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-benefiċjarji fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programm operattiv;

(j)

pjan ta’ finanzjament li jkun fih żewġ tabelli li ġejjin

(j)

pjan ta’ finanzjament li jkun fih it-tabelli li ġejjin:

 

(i)

tabella li tispeċifika għal kull sena skont l-Artikolu 18, l-ammont tal-approprjazzjoni finanzjarja maħsuba għal sostenn mill-Fond u l-kofinanzjament skont l-Artikolu 18;

 

(i)

tabella li tispeċifika għal kull sena skont l-Artikolu 18, l-ammont tal-approprjazzjoni finanzjarja maħsuba għal sostenn mill-Fond u l-kofinanzjament skont l-Artikolu 18;

 

(ii)

tabella li tispeċifika, għall-perjodu sħiħ ta’ programmazzjoni, l-ammont tal-approprjazzjoni totali finanzjarja fir-rigward tas-sostenn mill-programm operattiv għal kull tip ta’ privazzjoni materjali indirizzata kif ukoll il-miżuri korrispondenti ta’ sostenn.

 

(ii)

tabella li tispeċifika, għall-perjodu sħiħ ta’ programmazzjoni, l-ammont tal-approprjazzjoni totali finanzjarja fir-rigward tas-sostenn mill-programm operattiv għal kull tip ta’ privazzjoni materjali indirizzata kif ukoll il-miżuri korrispondenti ta’ sostenn.

L-organizzazzjonijiet imsieħba msemmija fil-punt (e) li jwasslu l-ikel jew il-prodotti direttament għandhom jimpenjaw ruħhom b’attivitajiet li jikkumplimentaw il-provvista tal-għajnuna materjali, li jimmiraw għall-inklużjoni soċjali tal-persuni l-iktar fil-bżonn, kemm jekk dawn l-attivitajiet huma appoġġjati mill-Fond u kemm jekk le.

L-organizzazzjonijiet imsieħba msemmija fil-punt (e) li jwasslu l-ikel u /jew l-għajnuna materjali bażika direttament għandhom jimpenjaw ruħhom huma stess jew b’kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet oħrajn b’attivitajiet li jikkumplimentaw il-provvista tal-għajnuna materjali, li jimmiraw għall-inklużjoni soċjali tal-persuni l-iktar fil-bżonn, kemm jekk dawn l-attivitajiet huma appoġġati mill-Fond u kemm jekk le.

2.   Il-programmi operattivi għandhom jitfasslu mill-Istati Membri jew minn kwalunkwe awtorità maħtura minnhom f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali kompetenti u awtoritajiet pubbliċi oħra kif ukoll il-korpi li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili u l-korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni .

2.   Il-programmi operattivi għandhom jitfasslu mill-Istati Membri jew minn kwalunkwe awtorità maħtura minnhom f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali kompetenti u awtoritajiet pubbliċi oħra kif ukoll il-partijiet interessanti rilevanti . L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-programmi operattivi jkunu relatati mill-qrib mal-politiki nazzjonali dwar l-inklużjoni soċjali.

3.   L-Istati Membri għandhom jabbozzaw il-programmi operattivi skont il-mudell stabbilit fl-Anness I.

3.   L-Istati Membri għandhom jabbozzaw il-programmi operattivi skont il-mudell stabbilit fl-Anness I.

Emenda 44

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Stat Membru jista’ jissottometti talba għalemenda tal-programm operattiv . Din għandha tkun akkumpanjata mill-programm operattiv rivedut u l-ġustifikazzjoni għall-emenda.

1.

Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Pjattaforma

Skambju ta’ prattiki tajba

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma fuq livell tal-UE biex tiffaċilita l-iskambju ta’ esperjenza, il-bini tal-kapaċità u ta’ netwerking , kif ukoll it-tixrid tar-riżultati rilevanti fil-qasam ta’ għajnuna mhux finanzjarja lill-persuni l-aktar fil-bżonn .

Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju ta’ esperjenza, il-bini tal-kapaċità , in-netwerking u l-inklużjoni soċjali fil-livell tal-Unjoni , u b’hekk toħloq rabtiet bejn organizzazzjonijiet imsieħba u partijiet interessanti rilevanti oħrajn mill-Istati Membri kollha .

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta, mill-inqas darba fis-sena, mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-organizzazzjonijiet imsieħba fuq livell tal-Unjoni dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ mill-Fond.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta, mill-inqas darba fis-sena, mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-organizzazzjonijiet imsieħba fuq livell tal-Unjoni dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ mill-Fond u wara dan għandha tirrapporta lura lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien xieraq .

 

Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita wkoll it-tixrid online tar-riżultati, ir-rapporti u l-informazzjoni rilevanti b’rabta mal-Fond.

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Mill-2015 sal-2022, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, rapport annwali ta’ implimentazzjoni għall-programm operattiv matul is-sena finanzjarja preċedenti.

1.   Mill-2015 sal-2022, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, rapport annwali ta’ implimentazzjoni għall-programm operattiv matul is-sena finanzjarja preċedenti.

2.   L-Istati Membri għandhom jabbozzaw ir-rapport annwali ta’ implimentazzjoni skont il-mudell adottat mill-Kummissjoni, inkluż il-lista tal-indikaturi komuni tal-input u tar-riżultat.

2.   L-Istati Membri għandhom jabbozzaw ir-rapport annwali ta’ implimentazzjoni skont il-mudell adottat mill-Kummissjoni, inkluża l-lista tal-indikaturi komuni tal-input u tar-riżultat.

 

Dawn l-indikaturi għandhom jinkludu:

 

(a)

Bidliet reċenti fl-infiq tal-politika soċjali fuq il-privazzjoni materjali severa, f’termini assoluti, fir-rigward tal-PDG u fir-rigward tal-infiq pubbliku totali.

 

(b)

Bidliet reċenti fil-leġiżlazzjoni tal-politika soċjali dwar l-aċċess għall-finanzjament għal benefiċjarji u organizzazzjonijiet oħra li jindirizzaw il-privazzjoni materjali severa.

3.   Ir-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu ammissibbli meta jkun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa skont il-mudell imsemmi fil-paragrafu 2, inkluż l-indikaturi komuni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol mid-data li fiha tkun irċeviet ir-rapport ta’ implimentazzjoni annwali jekk dan ma jkunx ammissibbli. Meta l-Kummissjoni tonqos milli tibgħat dik l-informazzjoni fil-limitu ta' żmien, ir-rapport għandu jitqies bħala ammissibbli.

3.   Ir-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu ammissibbli meta jkun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa skont il-mudell imsemmi fil-paragrafu 2, inklużi l-indikaturi komuni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol mid-data li fiha tkun irċeviet ir-rapport ta’ implimentazzjoni annwali jekk dan ma jkunx ammissibbli. Meta l-Kummissjoni tonqos milli tibgħat dik l-informazzjoni fil-limitu ta' żmien, ir-rapport għandu jitqies bħala ammissibbli.

4.   Il-Kummissjoni teżamina r-rapport annwali ta’ implimentazzjoni u tinforma lill-Istat Membru bl-osservazzjonijiet tagħha fi żmien xahrejn mill-wasla tar-rapport annwali ta’ implimentazzjoni.

4.   Il-Kummissjoni teżamina r-rapport annwali ta’ implimentazzjoni u tinforma lill-Istat Membru bl-osservazzjonijiet tagħha fi żmien xahrejn mill-wasla tar-rapport annwali ta’ implimentazzjoni.

Meta l-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet fi żmien dawn id-dati ta’ skadenzi, ir-rapporti għandhom jitqiesu bħala aċċettati.

Meta l-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet f’dan il-limitu ta’ żmien, ir-rapporti għandhom jitqiesu bħala aċċettati.

5.   L-Istat Membru għandu jippreżenta rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm operattiv sat-30 ta' Settembru 2023.

5.   L-Istat Membru għandu jippreżenta rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm operattiv sat-30 ta' Settembru 2023.

L-Istati Membri għandhom jabbozzaw ir-rapport finali ta’ implimentazzjoni skont il-mudell adottat mill-Kummissjoni.

L-Istati Membri għandhom jabbozzaw ir-rapport finali ta’ implimentazzjoni skont il-mudell adottat mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rapport finali ta’ implimentazzjoni u tinforma lill-Istat Membru bl-osservazzjonijiet tagħha fi żmien ħames xhur mill-wasla tar-rapport finali.

Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rapport finali ta’ implimentazzjoni u tinforma lill-Istat Membru bl-osservazzjonijiet tagħha fi żmien ħames xhur mill-wasla tar-rapport finali.

Meta l-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet fi żmien dawn id-dati ta’ skadenzi, ir-rapporti għandhom jitqiesu bħala aċċettati.

Meta l-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet f’dan il-limitu ta’ żmien, ir-rapporti għandhom jitqiesu bħala aċċettati.

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-mudell għar-rapport annwali ta’ implimentazzjoni, inkluża l-lista ta’ indikaturi komuni u għar-rapport finali ta’ implimentazzjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 60(2).

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-mudell għar-rapport annwali ta’ implimentazzjoni, inkluża l-lista ta’ indikaturi komuni u għar-rapport finali ta’ implimentazzjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 60(2).

7.   Il-Kummissjoni tista’ tindirizza xi osservazzjonijiet lil Stat Membru dwar l-implimentazzjoni tal-programm operattiv. L-awtorità maniġerjali għandha tinforma lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur bil-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu.

7.   Il-Kummissjoni tista’ tindirizza xi osservazzjonijiet lil Stat Membru dwar l-implimentazzjoni tal-programm operattiv. L-awtorità maniġerjali għandha tinforma lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur bil-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu.

8.   L-awtorità maniġerjali għandha tippubblika sommarju tal-kontenut ta’ kull rapport ta’ implimentazzjoni annwali u finali.

8.   L-awtorità maniġerjali għandha tippubblika sommarju tal-kontenut ta’ kull rapport ta’ implimentazzjoni annwali u finali.

 

8a     . Il-Kummissjoni għandha tippreżenta sommarju tar-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali u r-rapporti ta’ implimentazzjoni finali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien xieraq.

 

8b     . Il-proċedura li tikkonċerna r-rapporti ta’ implimentazzjoni m'għandhiex tkun eċċessiva meta mqabbla mal-fondi allokati u n-natura tal-appoġġ u m'għandhiex twassal għal piżijiet amministrattivi bla bżonn.

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Laqgħa bilaterali ta’ reviżjoni

Laqgħat bilaterali ta’ reviżjoni

1.   Il-Kummissjoni u kull Istat Membru għandhom jiltaqgħu kull sena mill-2014 sal-2022, sakemm ma jiġix miftiehem b’mod ieħor, biex jeżaminaw il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm operattiv, b’kunsiderazzjoni tar-rapport annwali ta’ implimentazzjoni u l-osservazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11(7), fejn applikabbli.

1.   Il-Kummissjoni u kull Stat Membru għandhom jiltaqgħu kull sena mill-2014 sal-2022, sakemm ma jiġix miftiehem mod ieħor, biex jeżaminaw il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm operattiv, b’kunsiderazzjoni tar-rapport annwali ta’ implimentazzjoni u l-osservazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11(7), fejn applikabbli.

2.   Il-laqgħa bilaterali ta’ reviżjoni għandha tiġi ppreseduta mill-Kummissjoni.

2.   Il-laqgħa bilaterali ta’ reviżjoni għandha tiġi ppreseduta mill-Kummissjoni.

3.   L-Istat Membru għandu jiżgura li jingħata segwitu xieraq lil kull kumment tal-Kummissjoni wara l-laqgħa.

3.   L-Istat Membru għandu jiżgura li jingħata segwitu xieraq lil kull kumment tal-Kummissjoni wara l-laqgħa u jirreferi għalih fir-rapport ta’ implimentazzjoni tas-sena ta’ wara jew, skont il-każ, tas-snin ta’ wara .

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu r-riżorsi meħtieġa għat-twettiq tal-evalwazzjonijiet, u għandhom jiżguraw li jkun hemm proċeduri fis-seħħ biex jipproduċu u jiġbru d-dejta meħtieġa għall-evalwazzjonijiet, inkluż dejta relatata mal-indikaturi komuni msemmija fl-Artikolu 11.

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu r-riżorsi meħtieġa għat-twettiq tal-evalwazzjonijiet, u għandhom jiżguraw li jkun hemm proċeduri fis-seħħ biex jipproduċu u jiġbru d-data meħtieġa għall-evalwazzjonijiet, inkluża data relatata mal-indikaturi komuni msemmija fl-Artikolu 11.

2.   L-evalwazzjonijiet għandhom isiru minn esperti li huma funzjonalment indipendenti mill-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm operattiv. L-evalwazzjonijiet kollha għandhom jiġu ppubblikati fl-intier tagħhom.

2.   L-evalwazzjonijiet għandhom isiru minn esperti li huma funzjonalment indipendenti mill-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm operattiv. L-evalwazzjonijiet kollha għandhom jiġu ppubblikati fl-intier tagħhom iżda taħt l-ebda ċirkostanza ma jistgħu jinkludu informazzjoni dwar l-identità tal-benefiċjarji finali .

 

2a     . L-evalwazzjonijiet m'għandhomx ikunu eċċessivi meta mqabbla mal-fondi allokati jew man-natura tal-appoġġ u m'għandhomx iwasslu għal piżijiet amministrattivi bla bżonn.

Emenda 49

Proposta għal regolament

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu evalwazzjoni ex ante tal-programm operattiv.

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu evalwazzjoni ex ante tal-programm operattiv.

2.   L-evalwazzjoni ex ante għandha ssir taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità responsabbli mit-tħejjija tal-programmi operattivi. Din għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni flimkien mal-programm operattiv, flimkien ma’ sommarju eżekuttiv.

2.   L-evalwazzjoni ex ante għandha ssir taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità responsabbli mit-tħejjija tal-programmi operattivi. Din għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni flimkien mal-programm operattiv, flimkien ma’ sommarju eżekuttiv.

3.   Evalwazzjonijiet ex ante għandhom jevalwaw l-elementi li ġejjin:

3.   Evalwazzjonijiet ex ante għandhom jevalwaw l-elementi li ġejjin:

(a)

il-kontribuzzjoni għall-objettiv tal-Unjoni li tnaqqas l-għadd ta’ persuni li jinsabu fir-riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali b’mill-inqas 20 miljun sal-2020, wara kunsiderazzjoni tat-tip ta' privazzjoni materjali magħżula li għandha tiġi indirizzata, b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi nazzjonali f’termini ta’ faqar u esklużjoni soċjali u deprivazzjoni materjali;

(a)

il-kontribuzzjoni għall-objettiv tal-Unjoni li tnaqqas l-għadd ta’ persuni li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ faqar jew fir-riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali b’mill-inqas 20 miljun sal-2020, wara kunsiderazzjoni tat-tip ta’ privazzjoni materjali magħżula li għandha tiġi indirizzata, b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi nazzjonali f’termini ta’ faqar u esklużjoni soċjali u privazzjoni materjali;

 

( aa)

il-kontribuzzjoni għat-tnaqqis tal-iskart mill-ikel;

(b)

il-koerenza interna tal-programm operattiv propost u r-relazzjoni tiegħu ma’ strumenti finanzjarji rilevanti oħra;

(b)

il-koerenza interna tal-programm operattiv propost u r-relazzjoni tiegħu ma’ strumenti finanzjarji rilevanti oħra;

(c)

il-konsistenza tal-allokazzjoni ta’ riżorsi baġitarji mal-għanijiet tal-programm operattiv;

(c)

il-konsistenza tal-allokazzjoni ta’ riżorsi baġitarji mal-objettiv tal-programm operattiv;

(d)

il-kontribut tal-prestazzjoni mistennija għar-riżultati ;

(d)

il-kontribut tar-riżultati mistennija għall-objettivi tal-Fond ;

 

(da)

l-impenn effettiv tal-partijiet interessati rilevanti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programm operattiv;

(e)

l-adegwatezza tal-proċeduri għall-monitoraġġ tal-programm operattiv u għall-ġbir tad-dejta meħtieġa biex isiru l-evalwazzjonijiet;

(e)

l-adegwatezza tal-proċeduri għall-monitoraġġ tal-programm operattiv u għall-ġbir tad-data meħtieġa biex isiru l-evalwazzjonijiet;

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, l-awtorità maniġerjali tista’ twettaq evalwazzjonijiet għall-valutazzjoni tal-effikaċja u l-effiċjenza tal-programm operattiv.

1.   Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, l-awtorità maniġerjali għandha tevalwa l-effikaċja u l-effiċjenza tal-programm operattiv.

2.   L-awtorità maniġerjali għandha twettaq stħarriġ strutturat dwar il-benefiċjarji finali fl-2017 u fl-2021, skont il-mudell ipprovdut mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-mudell permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni . Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 60(2).

2.   L-awtorità maniġerjali għandha twettaq stħarriġ strutturat dwar il-benefiċjarji finali fl-2017 u fl-2021, skont il-mudell ipprovdut mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-mudell wara l-konsultazzjoni ma’ partijiet interessati rilevanti . Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 60(2).

3.   Il-Kummissjoni tista’ twettaq , fuq inizjattiva tagħha stess, evalwazzjoni tal-programmi operattivi.

3.   Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess, tevalwa l-programmi operattivi.

 

3a     . Il-Kummissjoni għandha tippreżenta valutazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Fond lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux iżjed tard minn Marzu 2018.

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fuq l-inizjattiva tagħha stess u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, l-Kummissjoni għandha twettaq, bl-għajnuna ta’ esperti esterni, evalwazzjoni ex-post biex tevalwaa l-effikaċja u s-sostenibbiltà tar-riżultati miksuba kif ukoll biex tkejjel il-valur miżjud tal-Fond. Din l-evalwazzjoni ex-post għandha titlesta sal-31 ta' Diċembru 2023.

Fuq l-inizjattiva tagħha stess u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha twettaq, bl-għajnuna ta’ esperti esterni, evalwazzjoni ex-post biex tevalwa l-effikaċja u l-effiċjenza tal-fond u s-sostenibbiltà tar-riżultati miksuba kif ukoll biex tkejjel il-valur miżjud tal-Fond. Din l-evalwazzjoni ex-post għandha titlesta sal-31 ta' Diċembru 2023.

Emenda 52

Proposta għal regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar u jippromwovu l-azzjonijiet appoġġjati mill-Fond. L-informazzjoni għandha tkun indirizzata lill-persuni l-aktar fil-bżonn, lill-midja u lill-pubbliku in ġenerali. Għandha tenfasizza r-rwol tal-Unjoni u għandha tiżgura li l-kontribuzzjoni mill-Fond tkun viżibbli.

1.    Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar u jippromwovu l-azzjonijiet appoġġjati mill-Fond. L-informazzjoni għandha , b’mod partikolari, tkun indirizzata lill-persuni l-aktar fil-bżonn, kif ukoll lill-pubbliku inġenerali u lill-midja . Għandha tenfasizza r-rwol tal-Unjoni u għandha tiżgura li l-kontribuzzjoni mill-Fond , mill-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet imsieħba fir-rigward tal-objettivi tal-politika ta’ koeżjoni soċjali tal-Unjoni tkun viżibbli mingħajr ma tistigmatizza lill-benefiċjarji finali .

2.   L-awtorità maniġerjali għandha, sabiex tiżgura t-trasparenza fis-sostenn tal-Fond, iżżomm lista ta’ operazzjonijiet sostnuti mill-Fond f’format CSV jew XML li għandha tkun aċċessibbli permezz ta’ websajt. Il-lista għandha mill-inqas tinkludi informazzjoni dwar l-isem tal-benefiċjarju, l-indirizz tiegħu u l-ammont ta’ finanzjament tal-Unjoni allokat kif ukoll it-tip ta’ privazzjoni materjali indirizzata.

2.   L-awtorità maniġerjali għandha, sabiex tiżgura t-trasparenza fis-sostenn tal-Fond, iżżomm lista ta’ operazzjonijiet sostnuti mill-Fond f’format CSV jew XML li għandha tkun aċċessibbli permezz ta’ websajt. Il-lista għandha mill-inqas tinkludi informazzjoni dwar l-isem tal-benefiċjarju, l-indirizz tiegħu u l-ammont ta’ finanzjament tal-Unjoni allokat kif ukoll it-tip ta’ privazzjoni materjali indirizzata.

Il-lista tal-operazzjonijiet għandha tiġi aġġornata mill-inqas kull sena.

Il-lista tal-operazzjonijiet għandha tiġi aġġornata mill-inqas kull sena.

3.   Matul l-implimentazzjoni ta’ operazzjoni, il-benefiċjarji u l-organizzazzjonijiet imsieħba għandhom jinfurmaw lill-pubbliku dwar is-sostenn mill-Fond billi jqiegħdu mill-inqas poster wieħed b’informazzjoni dwar l-operazzjoni (daqs minimu ta’ A3), inkluż dwar is-sostenn finanzjarju mill-Unjoni, f’post faċilment viżibbli għall-pubbliku, f’kull post fejn jiġi pprovdut l-ikel , il-prodotti u kull miżura ta’ sostenn, ħlief jekk dan ma jkunx possibbli minħabba ċ-ċirkostanzi tad-distribuzzjoni.

3.   Matul l-implimentazzjoni ta’ operazzjoni, il-benefiċjarji u l-organizzazzjonijiet imsieħba għandhom jinfurmaw lill-pubbliku dwar is-sostenn mill-Fond billi jqiegħdu jew mill-inqas poster wieħed b’informazzjoni dwar l-operazzjoni (daqs minimu ta’ A3), inkluż dwar is-sostenn finanzjarju mill-Unjoni jew bandiera tal-Unjoni ta’ daqs raġonevoli , f’post faċilment viżibbli għall-pubbliku, f’kull post fejn jiġi pprovdut l-ikel u/jew l-għajnuna materjali bażika u kull miżura ta’ sostenn mingħajr ma jiġu stigmatizzati l-benefiċjarji finali , ħlief jekk dan ma jkunx possibbli minħabba ċ-ċirkostanzi tad-distribuzzjoni.

Dawk il-benefiċjarji u l-organizzazzjonijiet imsieħba li għandhom websajts għandhom jipprovdu wkoll deskrizzjoni qasira tal-operazzjoni, inklużi l-għanijiet u r-riżultati tagħha, u jenfasizzaw l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni.

Dawk il-benefiċjarji u l-organizzazzjonijiet imsieħba li għandhom websajts għandhom jipprovdu wkoll deskrizzjoni qasira tal-operazzjoni, inklużi l-għanijiet u r-riżultati tagħha, u jenfasizzaw l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni.

4.   Il-miżuri kollha ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni li ttieħdu mill-benefiċjarju u mill-organizzazzjonijiet imsieħba għandhom jirrikonoxxu s-sostenn mill-Fond għall-operazzjoni billi juru l-emblema tal-Unjoni flimkien ma’ referenza għall-Unjoni u l-Fond.

4.   Il-miżuri kollha ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni li ttieħdu mill-benefiċjarju u mill-organizzazzjonijiet imsieħba għandhom jirrikonoxxu s-sostenn mill-Fond għall-operazzjoni billi juru l-emblema tal-Unjoni flimkien ma’ referenza għall-Unjoni u l-Fond.

5.   L-awtorità maniġerjali għandha tinforma lill-benefiċjarji bil-pubblikazzjoni tal-lista ta’ operazzjonijiet skont il-paragrafu 2. L-awtorità maniġerjali għandha tipprovdi kitts ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità, inkluż mudelli f’format elettroniku, biex tgħin lill-benefiċjarji u lill-organizzazzjonijiet imsieħba jissodisfaw l-obbligi tagħhom kif stabbiliti fil-paragrafu 3.

5.   L-awtorità maniġerjali għandha tinforma lill-benefiċjarji bil-pubblikazzjoni tal-lista ta’ operazzjonijiet skont il-paragrafu 2. L-awtorità maniġerjali għandha tipprovdi kitts ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità, inkluż mudelli f’format elettroniku, biex tgħin lill-benefiċjarji u lill-organizzazzjonijiet imsieħba jissodisfaw l-obbligi tagħhom kif stabbiliti fil-paragrafu 3.

6.   Fl-ipproċessar tad-dejta personali skont dan l-Artikolu , l-awtorità maniġerjali kif ukoll il-benefiċjarji u l-organizzazzjonijiet imsieħba għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 95/46/KE.

6.   Fl-ipproċessar tad-data personali skont l-Artikoli 13 sa 1 7, l-awtorità maniġerjali kif ukoll il-benefiċjarji u l-organizzazzjonijiet imsieħba għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 95/46/KE.

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Ir-rata ta’ kofinanzjament fil-livell tal-programm operattiv ma għandhiex tkun ogħla minn 85 % tan-nefqa pubblika eliġibbli.

1.   Ir-rata ta’ kofinanzjament fil-livell tal-programm operattiv tammonta għal 85 % tan-nefqa pubblika eliġibbli. Din tista’ tiżdied fiċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 19(1). L-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa li jappoġġjaw l-inizjattivi tal-fond permezz ta’ riżorsi nazzjonali addizzjonali.

 

1a     . Il-benefiċjarji fl-ebda ċirkostanza ma għandhom jikkofinanzjaw l-operazzjonijiet tal-Fond.

2.   Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta programm operattiv għandha tiffissa r-rata ta’ kofinanzjament applikabbli għall-programm operattiv u l-ammont massimu ta’ għajnuna mill-Fond.

2.   Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta programm operattiv għandha tiffissa r-rata ta’ kofinanzjament applikabbli għall-programm operattiv u l-ammont massimu ta’ sostenn mill-Fond.

3.   Il-miżuri ta’ għajnuna teknika implementati fuq l-inizjattiva ta’, jew f’isem, il-Kummissjoni jistgħu jiġu finanzjati bir-rata ta’ 100 %.

3.   Il-miżuri ta’ għajnuna teknika implementati fuq l-inizjattiva ta’, jew f’isem, il-Kummissjoni jistgħu jiġu finanzjati bir-rata ta’ 100 %.

Emenda 54

Proposta għal regolament

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Fuq talba ta’ Stat Membru, ħlasijiet interim u ħlasijiet tal-bilanċ finali jistgħu jiżdiedu b’10 punti perċentwali aktar mir-rata ta’ kofinanzjament applikabbli għall-programm operattiv. Ir-rata miżjuda, li ma tistax taqbeż il-100 %, għandha tapplika għal talbiet għall-ħlas relatat mal-perjodu ta’ kontabilità li fih l-Istat Membru jkun ippreżenta t-talba tiegħu u perjodi sussegwenti ta’ kontabilità li matulhom l-Istat Membru jkun issodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.   Fuq talba ta’ Stat Membru, ħlasijiet interim u ħlasijiet tal-bilanċ finali jistgħu jiżdiedu b’10 punti perċentwali aktar mir-rata ta’ kofinanzjament applikabbli għall-programm operattiv. Ir-rata miżjuda, li ma tistax taqbeż il-100 %, għandha tapplika għal talbiet għall-ħlas relatat mal-perjodu ta’ kontabilità li fih l-Istat Membru jkun ippreżenta t-talba tiegħu u perjodi sussegwenti ta’ kontabilità li matulhom l-Istat Membru jkun issodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

fejn l-Istat Membru kkonċernat ikun adotta l-euro, jirċievi għajnuna makrofinanzjarja mill-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 407/2010;

(a)

fejn l-Istat Membru kkonċernat ikun adotta l-euro, jirċievi għajnuna makrofinanzjarja mill-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 407/2010;

(b)

fejn l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx adotta l-euro, jirċievi għajnuna finanzjarja fuq perjodu ta’ żmien medju skont ir-Regolament (KE) Nru 332/2002;

(b)

fejn l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx adotta l-euro, jirċievi għajnuna finanzjarja fuq perjodu ta’ żmien medju skont ir-Regolament (KE) Nru 332/2002;

(c)

għajnuna finanzjarja ssir disponibbli għalih skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà.

(c)

għajnuna finanzjarja ssir disponibbli għalih skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, l-appoġġ tal-Unjoni permezz ta’ ħlasijiet interim u ħlasijiet tal-bilanċ finali ma għandux ikun ogħla mis-sostenn pubbliku u l-ammont massimu ta’ appoġġ mill-Fond, kif stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm operattiv.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, is-sostenn tal-Unjoni permezz ta’ ħlasijiet interim u ħlasijiet tal-bilanċ finali ma għandux ikun ogħla mis-sostenn pubbliku u/jew privat u l-ammont massimu ta’ sostenn mill-Fond, kif stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm operattiv.

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Operazzjonijiet appoġġati mill-programm operattiv għandhom ikunu jinstabu fl-Istat Membru kopert mill-programm operattiv.

1.   Operazzjonijiet appoġġati mill-programm operattiv għandhom ikunu jinstabu fl-Istat Membru kopert mill-programm operattiv.

2.   Operazzjonijiet jistgħu jirċievu appoġġ mill-programm operattiv, sakemm dawn ikunu ġew magħżula skont proċedura ġusta u trasparenti, abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-programm operattiv.

2.   L-operazzjonijiet jistgħu jirċievu sostenn mill-programm operattiv, sakemm dawn ikunu ġew magħżula skont proċedura ġusta u trasparenti, abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-programm operattiv.

3.   L-ikel u  l-prodotti għall-persuni jew għat-tfal mingħajr akkomodazzjoni jistgħu jinxtraw mill-organizzazzjonijiet imsieħba nfushom.

3.   L-ikel u/jew l-oġġetti għall-għajnuna materjali bażika għall-użu personali tal-benefiċjarji finali jistgħu jinxtraw mill-organizzazzjonijiet imsieħba nfushom.

Jistgħu jinxtraw ukoll minn korp pubbliku u jsiru disponibbli bla ħlas mill-organizzazzjonijiet imsieħba. F’dak il-każ, l-ikel jista’ jinkiseb mill-użu, l-ipproċessar, jew il-bejgħ ta’ prodotti fl-istokkijiet ta’ intervent li jkunu saru disponibbli skont l-Artikolu 15 tar-Regolament(UE) Nru [OSK] sakemm din tkun l-għażla l-iktar favorevoli mil-lat ekonomiku u ma ddewwimx bla bażonn it-twassil tal-prodotti tal-ikel lill-organizzazzjonijiet imsieħba . Kull ammont dderivat minn tranżazzjoni fir-rigward ta’ dawk l-istokkijiet għandu jintuża għall-benefiċċju tal-persuni l-iktar fil-bżonn, u m’għandux jiġi applikat biex inaqqas l-obbligu tal-Istati Membri, previst fl-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament, biex jikkofinanzja l-programm .

Jistgħu jinxtraw ukoll minn korp pubbliku u jsiru disponibbli bla ħlas mill-organizzazzjonijiet imsieħba. L-organizzazzjonijiet imsieħba jistgħu ukoll iqassmu l-provvisti tal-ikel li jkunu ġejjin minn sorsi oħrajn inklużi l-istokkijiet ta’ intervent li jkunu saru disponibbli skont l-Artikolu 15 tar-Regolament(UE) Nru … [OKS].

Il-Kummissjoni sejra tapplika l-proċeduri adottati skont l-Artikolu 19(e) tar-Regolament (UE) Nru [OSK] skont liema l-prodotti fl-istokkijiet ta’ intervent jistgħu jintużaw, jiġu pproċessati jew mibjugħa għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, sabiex ikun żgurat l-użu l-iktar effiċjenti tal-istokkijiet ta’ intervent u l-qligħ minnhom..

Il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċeduri adottati skont l-Artikolu 19(e) tar-Regolament (UE) Nru [OSK] skont liema l-prodotti fl-istokkijiet ta’ intervent jistgħu jintużaw, jiġu pproċessati jew mibjugħa għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, sabiex ikun żgurat l-aktar użu effiċjenti possibbli tal-istokkijiet ta’ intervent u l-qligħ minnhom.

4.    Dik l-għajnuna materjali għandha titqassam b’xejn lill-persuni l-aktar fil-bżonn.

4.    L-ikel u/jew l-oġġetti għall-għajnuna materjali bażika għandhom jitqassmu b’xejn lill-persuni l-aktar fil-bżonn , mingħajr eċċezzjoni .

5.   Operazzjoni appoġġjata mill-Fond ma għandhiex tirċievi appoġġ minn strument ieħor tal-Unjoni.

5.   Operazzjoni appoġġata mill-Fond ma għandhiex tirċievi sostenn minn strument ieħor tal-Unjoni sabiex jiġi evitat il-finanzjament doppju . Madankollu, il-benefiċjarji m’għandhomx ikunu ostakolati milli japplikaw biex jużaw Fondi Ewropej oħrajn bħall-FSE sabiex iwettqu azzjonijiet kumplimentari mmirati sabiex jindirizzaw it-tnaqqis tal-faqar u l-inklużjoni soċjali.

Emenda 56

Proposta għal regolament

Artikolu 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-ispejjeż eliġibbli għas-sostenn mill-programm operattiv għandhom ikunu:

1.   L-ispejjeż eliġibbli għas-sostenn mill-programm operattiv għandhom ikunu:

(a)

l-ispejjeż tax-xiri tal-ikel, u ta’ prodotti bażiċi għall-konsumatur għall-użu personali ta’ persuni jew ta’ tfal mingħajr akkomodazzjoni ;

(a)

l-ispejjeż tax-xiri tal-ikel u ta’ oġġetti għall-għajnuna materjali bażika għall-użu personali ta’ benefiċjarji finali ;

(b)

meta korp pubbliku jixtri l-ikel jew il-prodotti bażiċi tal-konsumatur għall-użu personali tal-persuni jew ta’ tfal mingħajr akkomodazzjoni u jipprovdihom lill-organizzazzjonijiet imsieħba, l-ispejjeż tat-trasport tal-ikel jew ta’ prodotti lill-imħażen tal-organizzazzjonijiet imsieħba b’rata fissa ta’ 1 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a);

(b)

meta korp pubbliku jixtri l-ikel jew il-prodotti bażiċi tal-konsumatur għall-użu personali tal-benefiċjarji finali u jipprovdihom lill-organizzazzjonijiet imsieħba, l-ispejjeż tat-trasport tal-ikel jew ta’ oġġetti għall-għajnuna materjali bażika lill-imħażen tal-organizzazzjonijiet imsieħba b’rata fissa ta’ 1 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a);

(c)

l-ispejjeż amministrattivi, tat-trasport u tal-ħżin li jitħallsu mill-organizzazzjonijiet imsieħba b’rata fissa ta’ 5 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a);

(c)

l-ispejjeż amministrattivi, tat-trasport u tal-ħżin li jitħallsu mill-organizzazzjonijiet imsieħba b’rata fissa ta’ 5 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a); jew 5 % tal-valur tal-istokkijiet ta’ intervent tal-ikel trasferiti skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru ../…. [OKS];

 

(ca)

l-ispejjeż amministrattivi, tat-trasport u tal-ħżin imġarrba mill-organizzazzjonijiet imsieħba b’rabta mal-ġbir tal-iskart mill-ikel.

(d)

l-ispejjeż tal-attivitajiet ta’ inklużjoni soċjali mwettqa u ddikjarati mill-organizzazzjonijiet imsieħba li jwasslu l-għajnuna materjali direttament lill-persuni l-aktar fil-bżonn b’rata fissa ta’ 5 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a);

(d)

l-ispejjeż tal-attivitajiet ta’ inklużjoni soċjali mwettqa u ddikjarati mill-organizzazzjonijiet imsieħba li jwasslu l-għajnuna materjali bażika direttament jew indirettament lill-benefiċjarji finali b’rata fissa ta’ 5 % tal-ispejjeż imsemmija fil-punt (a);

(e)

spejjeż imġarrba skont l-Artikolu 25.

(e)

spejjeż imġarrba skont l-Artikolu 25.

2.   L-ispejjeż li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli għas-sostenn mill-programm operattiv:

2.   L-ispejjeż li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli għas-sostenn mill-programm operattiv:

(a)

imgħax fuq dejn;

(a)

imgħax fuq dejn;

(b)

spejjeż ta’ oġġetti użati (second hand);

(b)

spejjeż ta’ oġġetti użati (second hand);

(c)

taxxa fuq il-valur miżjud. Madankollu, l-ammonti tal-VAT għandhom ikunu eliġibbli fejn dawn ma jistgħux jiġu rkuprati taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-VAT u jiġu mħallsa minn benefiċjarju ieħor minbarra persuna mhux taxxabbli kif definit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2006/112/KE.

(c)

taxxa fuq il-valur miżjud. Madankollu, l-ammonti tal-VAT għandhom ikunu eliġibbli fejn dawn ma jistgħux jiġu rkuprati taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-VAT u jiġu mħallsa minn benefiċjarju ieħor minbarra persuna mhux taxxabbli kif definit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2006/112/KE.

Emenda 57

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-Istat Membru għandu jinnomina awtorità jew korp pubbliku nazzjonali, funzjonalment indipendenti mill-awtorità maniġerjali u mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni, bħala awtorità tal-awditjar.

4.   L-Istat Membru għandu jinnomina awtorità jew korp pubbliku nazzjonali, funzjonalment indipendenti mill-awtorità maniġerjali u mill-awtorità ta’ ċertifikazzjoni, bħala awtorità tal-awditjar. L-uffiċċju nazzjonali tal-awditjar jew il-Qorti tal-Awdituri nazzjonali jistgħu jiġu nnominati bħala awtorità tal-awditjar.

Emenda 58

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 4 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(o)

tfassal id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni u s-sommarju annwali msemmi fl-Artikolu 56 (5) (a) u (b) tar-Regolament Finanzjarju.

(e)

tfassal id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni u s-sommarju annwali msemmi fl-Artikolu 59(5)(a) u (b) tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda 59

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   it-tħejjija tal-kontijiet annwali msemmija fl-Artikolu 56 (5) (a) tar-Regolament Finanzjarju;

2.   it-tħejjija tal-kontijiet annwali msemmija fl-Artikolu 59(5)(a) tar-Regolament Finanzjarju;

Emenda 60

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.   iżżomm kont tal-ammonti rekuperabbli u tal-ammonti rtirati wara l-kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni kollha jew parti minnha għal operazzjoni. L-ammonti rkuprati għandhom jitħallsu lura lill-baġit ġenerali tal-Unjoni qabel l-għeluq tal-programm operattiv billi jitnaqqsu mid-dikjarazzjoni ta’ nfiq li jmiss.

8.   iżżomm kont tal-ammonti rekuperabbli u tal-ammonti rtirati wara l-kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni kollha jew parti minnha għal operazzjoni. L-ammonti rkuprati għandhom jitħallsu lura lill-Fond qabel l-għeluq tal-programm operattiv billi jitnaqqsu mid-dikjarazzjoni ta’ nfiq li jmiss.

Emenda 61

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-awtorità tal-awditjar għandha, fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni tal-programm operattiv, tħejji strateġija ta’ awditjar għall-prestazzjoni tal-awditjar. L-istrateġija ta’ awditjar għandha tistabbilixxi l-metodoloġija tal-awditjar, il-metodu ta’ kampjunar għall-awditjar fuq l-operazzjonijiet u l-ippjanar tal-awditjar fir-rigward tas-sena attwali ta’ kontabilità u għas-sentejn sussegwenti ta’ kontabilità. L-istrateġija tal-awditjar għandha tiġi aġġornata kull sena mill-2016 sa u inkluż l-2022. L-awtorità tal-awditjar għandha tissottometti l-istrateġija tal-awditjar lill-Kummissjoni meta mitluba .

4.   L-awtorità tal-awditjar għandha, fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni tal-programm operattiv, tħejji strateġija ta’ awditjar għall-prestazzjoni tal-awditjar. L-istrateġija ta’ awditjar għandha tistabbilixxi l-metodoloġija tal-awditjar, il-metodu ta’ kampjunar għall-awditjar fuq l-operazzjonijiet u l-ippjanar tal-awditjar fir-rigward tas-sena attwali ta’ kontabilità u għas-sentejn sussegwenti ta’ kontabilità. L-istrateġija tal-awditjar għandha tiġi aġġornata kull sena mill-2016 sa u inkluż l-2022. L-awtorità tal-awditjar għandha tissottometti l-istrateġija tal-awditjar lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li titlob li l-awtorità tal-awditjar tintroduċi bidliet fl-istrateġija tal-awditjar tagħha li, fil-fehma tagħha, ikunu meħtieġa biex jiġi żgurat li l-awditjar jitwettaq kif suppost, skont l-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment. Meta tagħmel dan il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-awditjar tal-prestazzjoni jkun tqies biżżejjed.

Emenda 62

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(r)

opinjoni ta’ awditjar skont l-Artikolu 56(5) tar-Regolament Finanzjarju;

(a)

opinjoni ta’ awditjar skont l-Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju;

Emenda 63

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-Kummissjoni tista’ titlob lil Stat Membru biex jieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex jiżgura l-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tagħhom jew il-korrettezza tan-nefqa skont dan ir-Regolament.

3.   Il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istati Membri jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa biex jiżguraw il-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tagħhom jew il-korrettezza tan-nefqa skont dan ir-Regolament.

Emenda 64

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-impenji baġitarji tal-Unjoni fir-rigward ta’ kull programm operattiv għandhom isiru f’pagamenti annwali matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2014 u l-31 ta' Diċembru 2020. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta l-programm operattiv għandha tikkostitwixxi d-deċiżjoni finanzjarja skont l-Artikolu 81(2) tar-Regolament Finanzjarju u ladarba tiġi nnotifikata lill-Istat Membru kkonċernat, għandha tikkostitwixxi impenn legali skont dak ir-Regolament.

L-impenji baġitarji tal-Unjoni fir-rigward ta’ kull programm operattiv għandhom isiru f’pagamenti annwali matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2014 u l-31 ta' Diċembru 2020. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta l-programm operattiv għandha tikkostitwixxi d-deċiżjoni finanzjarja skont l-Artikolu 84(2) tar-Regolament Finanzjarju u ladarba tiġi nnotifikata lill-Istat Membru kkonċernat, għandha tikkostitwixxi impenn legali skont dak ir-Regolament.

Emenda 65

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Għal kull sena mill-2015 sa u inkluż l-2022, sal-15 ta' Frar tas-sena wara t-tmiem tal-perjodu ta’ kontabilità, il-korpi nnominati għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni d-dokumenti u l-informazzjoni li ġejjin skont l-Artikolu 56 tar-Regolament Finanzjarju: il-kontijiet annwali ċċertifikati tal-korpi relevanti akkreditati skont l-Artikolu 32;

1.   Għal kull sena mill-2015 sa u inkluż l-2022, sal-15 ta' Frar tas-sena wara t-tmiem tal-perjodu ta’ kontabilità, il-korpi nnominati għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni d-dokumenti u l-informazzjoni li ġejjin skont l-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju:

(dd)

kif imsemmi fl-Artikolu 56(5) tar-Regolament Finanzjarju;

(a)

il-kontijiet annwali ċċertifikati tal-korpi rilevanti akkreditati skont l-Artikolu 32, kif imsemmi fl-Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju;

(ee)

id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni kif imsemmi fl- Artikolu 56(5) tar-Regolament Finanzjarju;

(b)

id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni kif imsemmi fl- Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju;

(ff)

rapport annwali tar-rapporti tal-awditjar finali u tal-kontrolli inkluż analiżi tan-natura u l-ammont ta żbalji u nuqqasijiet kif ukoll azzjonijiet korrettivi meħuda jew ippjanati;

(c)

rapport annwali tar-rapporti tal-awditjar finali u tal-kontrolli inkluż analiżi tan-natura u l-ammont ta’ żbalji u nuqqasijiet kif ukoll azzjonijiet korrettivi meħuda jew ippjanati;

(gg)

opinjoni ta’ awditjar mill-korp indipendenti tal-awditjar maħtur kif imsemmi fl-Artikolu 56(5) tar-Regolament Finanzjarju, flimkien ma’ rapport ta’ kontroll li jistabbilixxi r-riżultati tal-awditjar mwettqa fir-rigward tas-sena ta’ kontabilità mill-opinjoni.

(d)

opinjoni ta’ awditjar mill-korp indipendenti tal-awditjar maħtur kif imsemmi fl-Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju, flimkien ma’ rapport ta’ kontroll li jistabbilixxi r-riżultati tal-awditjar imwettqa fir-rigward tas-sena ta’ kontabilità mill-opinjoni.

Emenda 66

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-awtorità maniġerjali għandha tiżgura li d-dokumenti kollha ta’ appoġġ dwar l-operazzjonijiet ikunu disponibbli għall-Kummissjoni u għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri meta mitluba għal perjodu ta’ tliet snin. Dan il-perjodu ta’ tliet snin għandu jibda mill-31 ta' Diċembru tas-sena tad-deċiżjoni dwar l-aċċettazzjoni tal-kontijiet mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 47 jew, l-aktar tard, mid-data tal-ħlas tal-bilanċ finali.

1.   L-awtorità maniġerjali għandha tiżgura li d-dokumenti kollha ta’ appoġġ dwar l-operazzjonijiet ikunu disponibbli għall-Kummissjoni u għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri meta mitluba għal perjodu ta’ ħames snin. Dan il-perjodu ta’ ħames snin għandu jibda mid-data tal-ħlas tal-bilanċ finali.

Dan il-perjodu ta’ tliet snin għandu jiġi interrott jew f’każ ta’ proċedimenti legali jew amministrattivi jew minn talba ġġustifikata kif mistħoqq mill-Kummissjoni.

Dan il-perjodu ta’ ħames snin għandu jiġi interrott jew f’każ ta’ proċedimenti legali jew amministrattivi jew minn talba ġġustifikata kif mistħoqq mill-Kummissjoni.

Emenda 67

Proposta għal regolament

Artikolu 60a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 60a

 

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

 

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw, permezz ta’ dispożizzjonijiet tranżizzjonali, li l-attivitajiet eliġibbli għas-sostenn jistgħu jibdew mill-1 ta' Jannar 2014, anke jekk il-programmi operattivi jkunu għadhom ma ġewx ippreżentati.

Emenda 68

Proposta għal regolament

Artikolu 61

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0183/2013).


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/246


P7_TA(2013)0258

L-istabbiliment ta' 'EURODAC' għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' “EURODAC” għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru […/…] [li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat] u biex jitlob għal tqabbil mad-dejta ta' EURODAC mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (Tfassil mill-ġdid) (COM(2012)0254 – C7-0148/2012 – 2008/0242(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – tfassil mill-ġdid)

(2016/C 065/43)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0254),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 78(2)(e), l-Artikolu 87(2)(a) u l-Artikolu 88(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0148/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (1),

wara li kkunsidra l-ittra tal-20 ta' Settembru 2012 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta' Marzu 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0432/2012),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


P7_TC1-COD(2008)0242

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata tat-12 ta’ Ġunju 2013 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta' marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 603/2013.)


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/247


P7_TA(2013)0259

Introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 sabiex jipprovdi regoli komuni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali (COM(2011)0560 – C7-0248/2011 – 2011/0242(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 065/44)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0560),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(1) u (2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0248/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Assemblea Nazzjonali Franċiża, is-Senat tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-Kamra tad-Deputati tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-Parlament Portugiż, is-Senat Rumen, il-Parlament Slovakk u l-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-30 ta' Mejju 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0200/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


P7_TC1-COD(2011)0242

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta’ Ġunju 2013 bil-ħseib ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 sabiex jipprovdi regoli komuni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1051/2013.)


ANNESS MAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jilqgħu l-adozzjoni tar-Regolament li jemenda l-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen sabiex jipprevedi regoli komuni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali u tar-Regolament dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen. Huma jemmnu li dawn il-mekkaniżmi l-ġodda jindirizzaw b'mod adegwat is-sejħa tal-Kunsill Ewropew fil-Konklużjonijiet tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2011 għal titjib fil-kooperazzjoni u l-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri fiż-żona Schengen u għal sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni effettiva u affidabbli sabiex jiġi żgurat l-infurzar ta' regoli komuni u t-tisħiħ, l-adattament u l-estensjoni tal-kriterji bbażati fuq l-acquis tal-UE, filwaqt li jfakkru li l-fruntieri esterni tal-Ewropa għandhom jiġu ġestiti b'mod effettiv u konsistenti, abbażi ta' responsabbiltà komuni, solidarjetà u kooperazzjoni prattika.

Huma jiddikjaraw li din l-emenda għall-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen ser issaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni billi tipprevedi, min-naħa waħda, kriterji għal kwalunkwe introduzzjoni mill-ġdid ta' kontrolli fil-fruntieri mill-Istati Membri, u min-naħa l-oħra mekkaniżmu bbażat fl-UE li jirrispondi għal sitwazzjonijiet verament kritiċi fejn il-funzjonament ġenerali taż-żona titqiegħed fir-riskju jekk ma jkunx hemm kontrolli fil-fruntieri.

Huma jissottolinjaw li din is-sistema l-ġdida ta' evalwazzjoni hija mekkaniżmu bbażat fl-UE u li ser tkopri l-aspetti kollha tal-acquis ta' Schengen u tinvolvi esperti mill-Istati Membri, il-Kummissjoni u aġenziji rilevanti tal-UE.

Huma jifhmu li kwalunkwe proposta futura mill-Kummissjoni biex tiġi emendata din is-sistema ta' evalwazzjoni tiġi ppreżentata għall-konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew sabiex jittieħed kont tal-opinjoni tagħha, bl-aktar mod sħiħ possibbli, qabel l-adozzjoni ta' test finali.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/249


P7_TA(2013)0260

L-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' evalwazzjoni biex jissorvelja l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' evalwazzjoni biex jissorvelja l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen (10273/2013 – C7-0160/2013 – 2010/0312(NLE))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2016/C 065/45)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (10273/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 70 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra t-talba għal opinjoni riċevuta mill-Kunsill (C7-0160/2013),

wara li kkunsidra l-inkarigu mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tat-30 ta’ Mejju 2013 biex jadotta att fil-forma kif intbagħat lill-Parlament,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0215/2013),

1.

Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


ANNESS MA’ L-ABBOZZ TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jilqgħu l-adozzjoni tar-Regolament li jemenda l-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen sabiex jipprevedi regoli komuni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali u tar-Regolament dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen. Huma jemmnu li dawn il-mekkaniżmi l-ġodda jindirizzaw b'mod adegwat is-sejħa tal-Kunsill Ewropew fil-Konklużjonijiet tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2011 għal titjib fil-kooperazzjoni u l-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri fiż-żona Schengen u għal sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni effettiva u affidabbli sabiex jiġi żgurat l-infurzar ta' regoli komuni u t-tisħiħ, l-adattament u l-estensjoni tal-kriterji bbażati fuq l-acquis tal-UE, filwaqt li jfakkru li l-fruntieri esterni tal-Ewropa għandhom jiġu ġestiti b'mod effettiv u konsistenti, abbażi ta' responsabbiltà komuni, solidarjetà u kooperazzjoni prattika.

Huma jiddikjaraw li din l-emenda għall-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen ser issaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni billi tipprevedi, min-naħa waħda, kriterji għal kwalunkwe introduzzjoni mill-ġdid ta' kontrolli fil-fruntieri mill-Istati Membri, u min-naħa l-oħra mekkaniżmu bbażat fl-UE li jirrispondi għal sitwazzjonijiet verament kritiċi fejn il-funzjonament ġenerali taż-żona titqiegħed fir-riskju jekk ma jkunx hemm kontrolli fil-fruntieri.

Huma jissottolinjaw li din is-sistema l-ġdida ta' evalwazzjoni hija mekkaniżmu bbażat fl-UE u li ser tkopri l-aspetti kollha tal-acquis ta' Schengen u tinvolvi esperti mill-Istati Membri, il-Kummissjoni u aġenziji rilevanti tal-UE.

Huma jifhmu li kwalunkwe proposta futura mill-Kummissjoni biex tiġi emendata din is-sistema ta' evalwazzjoni tiġi ppreżentata għall-konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew sabiex jittieħed kont tal-opinjoni tagħha, bl-aktar mod sħiħ possibbli, qabel l-adozzjoni ta' test finali.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/250


P7_TA(2013)0261

Ir-rapporti finanzjarji annwali u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapporti finanzjarji annwali, ir-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi (COM(2011)0684 – C7-0393/2011 – 2011/0308(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 065/46)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0684),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 50(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0393/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta’ Marzu 2012 (1),

wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta' Lulju 2012 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-17 ta' April 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0278/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 84.

(2)  ĠU C 277, 13.9.2012, p. 171.


P7_TC1-COD(2011)0308

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta’ Ġunju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva 2013/34/UE.)


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/251


P7_TA(2013)0262

Ir-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE (COM(2011)0683 – C7-0380/2011 – 2011/0307(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 065/47)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0683),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 50 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0380/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta' Frar 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Frar 2012 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-29 ta' Mejju 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7–0292/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 93, 30.3.2012, p. 2.

(2)  ĠU C 143, 22.5.2012, p. 78.


P7_TC1-COD(2011)0307

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta’ Ġunju 2013 bil-ħseib ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/109/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva 2013/50/UE.)


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/252


P7_TA(2013)0263

L-iffissar ta' rata ta' aġġustament għal pagamenti diretti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tas-sena kalendarja 2013 ***I

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffissar ta' rata ta' aġġustament għal pagamenti diretti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tas-sena kalendarja 2013 (COM(2013)0159 – C7-0079/2013 – 2013/0087(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 065/48)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0159),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0079/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Mejju 2013 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0186/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


P7_TC1-COD(2013)0087

Pożizjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta’ Ġunju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffissar ta' rata ta' aġġustament għal pagamenti diretti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tas-sena kalendarja 2013

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

L-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa (3) jistabbilixxi li fis-sena finanzjarja 2014, l-ammonti għall-finanzjament tan-nefqa marbuta mas-suq u pagamenti diretti tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) għandhom jirrispettaw il-limiti massimi annwali stipulati fl-applikazzjoni tar-Regolament adottat mill-Kunsill skont l-Artikolu 312(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistabbilixxi wkoll li aġġustament tal-pagamenti diretti (dixxiplina finanzjarja) għandha tiġi determinata meta l-previżjonijiet għall-finanzjament tal-pagamenti diretti u nefqa marbuta mas-suq, miżjuda mal-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikoli 10b u 136 ta' dak ir-Regolament imma qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 10a tiegħu u mingħajr ma jitqies il-marġini ta' EUR 300 000 000, jindikaw li l-livell massimu annwali se jkun eċċedut. Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeterminaw dak l-aġġustament sat-30 ta’ Ġunju abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni li għandha tiġi preżentata mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena kalendarja fir-rigward ta' liema japplika l-aġġustament.

(2)

Sa dak iż-żmien meta jiġi adottat regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali abbażi tal-Artikolu 312(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-livell ta' limitu massimu applikabbli għas-sena 2014 jibqa' wieħed inċert. Qabel ma jkun hemm ċarezza dwar il-livell ta’ limitu massimu applikabbli, mhuwiex possibbli li jiġi determinat jekk aġġustament tal-pagamenti diretti għall-2013 huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, x’għandha tkun ir-rata. L-ammont ta’ dixxiplina finanzjarja meħtieġa għandu jiġi rivedut mill-awtorità baġitarja fil-qafas tal-adozzjoni tal-Baġit 2014 abbażi inter alia tal-Ittra ta’ Emenda tal-Abbozz tal-Baġit Ġenerali tal-2014 li permezz tagħha il-Kummissjoni tipprovdi l-ħtiġijiet stmati aġġornati fuq l-infiq relatat mas-suq u l-pagamenti diretti . [Em. 1]

(3)

Bħala regola ġenerali, bdiewa li jissottomettu applikazzjoni għall-għajnuna għal pagamenti diretti għal sena kalendarja waħda (N) huma mħallsin f'perjodu fiss ta' pagament li jaqa' taħt is-sena finanzjarja (N+1). Madanakollu, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jagħmlu pagamenti tardivi, sa ċertu limitu, lill-bdiewa lil hinn minn dan il-perjodu ta’ pagament mingħajr ebda limiti ta’ żmien. Tali pagamenti tardivi jistgħu jaqgħu f’sena finanzjarja sussegwenti. Meta d-dixxiplina finanzjarja tiġi applikata f'sena kalendarja partikolari, ir-rata ta' aġġustament ma għandhiex tiġi applikata għal pagamenti li għalihom l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jkunu ġew sottomessi fis-snin kalendarji għajr dik li għaliha tapplika d-dixxiplina finanzjarja. Għaldaqstant, biex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-bdiewa, huwa xieraq li jiġi stipulat li r-rata ta' aġġustament għandha tiġi applikata għall-pagamenti li għalihom l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jkunu ġew sottomessi fis-sena kalendarja li għaliha d-dixxiplina finanzjarja hi applikata, irrespettivament minn meta l-pagament isir lill-bdiewa.

(4)

Il-mekkaniżmu tad-dixxiplina finanzjarja, flimkien mal-modulazzjoni, kien intordott mar-riforma tal-PAK tal-2003. Iż-żewġ strumenti provdew għat-tnaqqis lineari tal-ammont ta’ pagamenti diretti li għandhom jingħataw lill-bdiewa. Waqt li ġew meħudin inkonsiderazzjoni l-implikazzjonijiet tad-distribuzzjoni inekwa tal-pagamenti diretti bejn benefiċjarji żgħar u kbar, ġiet applikata modulazzjoni għal ammonti li jaqbżu l-EUR 5 000 biex tiġi miksuba distribuzzjoni iktar bilanċjata tal-pagamenti. Fir-rigward tas-sena kalendarja 2013, l-aġġustament tal-pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jibqa’ jipprovdi għall-istess eżenzjoni bħall-modulazzjoni. Id-dixxiplina finanzjarja għandha tiġi applikata b'mod simili biex tikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan li jkun hemm distribuzzjoni iktar bilanċjata tal-pagamenti; għaldaqstant, huwa xieraq li jiġi provdut biss għall-applikazzjoni tar-rata ta' aġġustament meta l-ammonti jeċċedu l-EUR 5 000.

(5)

L-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistabbilixxi li fil-qafas tal-applikazzjoni tal-iskeda taż-żidiet provduta fl-Artikolu 121 ta' dak ir-Regolament għall-pagamenti diretti kollha li ngħataw fl-Istati Membri l-ġodda fis-sens tal-Artikolu 2(g) ta’ dak ir-Regolament, id-dixxiplina finanzjarja ma għandhiex tapplika għall-Istati Membri l-ġodda qabel il-bidu tas-sena kalendarja li fir-rigward tagħha l-livell tal-pagamenti diretti li japplika fl-Istati Membri l-ġodda jkun talanqas ugwali għal dak li kien il-livell applikabbli għal tali pagamenti fl-Istati Membri l-oħra. Peress li l-pagamenti diretti għadhom soġġetti għall-applikazzjoni tal-iskeda ta’ żidiet fis-sena kalendarja 2013 fil-Bulgarija u fir-Rumanija, ir-rata ta’ aġġustament li għandha tiġi determinata permezz tar-Regolament preżenti ma għandhiex tapplika għall-pagamenti għall-bdiewa f’dawk l-Istati Membri.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 ġie adattat permezz tal-Att dwar il-kundizjonijiet għal-Adeżjoni tal-Kroazja. L-emendi li jirriżultaw mill-adattament inkwestjoni għandom jidħlu fis-seħħ soġġett għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar l-Adeżjoni tal-Kroazja għall-Unjoni Ewropea. Peress li l-Kroazja hija soġġetta għall-applikazzjoni tal-iskeda ta’ żidiet stipulata fl-artikolu 121 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fis-sena kalendarja 2013 ir-rata ta’ aġġustament li għandha tiġi determinata permezz tar-Regolament preżenti ma għandhiex tapplika għall-pagamenti lill-bdiewa fil-Kroazja, soġġett għall-adeżjoni tagħha u mid-data tal-adeżjoni tagħha,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-ammonti ta’ pagamenti diretti fis-sens tal-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 li għandhom jingħataw lil bidwi fl-eċċess ta' EUR 5 000 għall-applikazzjoni ta' għajnuna sottomessa fir-rigward tas-sena kalendarja 2013 għandhom jitnaqqsu b' 0,748005  %. [Em. 2]

1a.     Fil-każ li ma jintlaħaqx ftehim dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020, m’għandha tapplika l-ebda dixxiplina finanzjarja għas-sena finanzjarja 2014, peress li l-ammont totali għandu jiġi kkalkulat abbażi taċ-ċifri tal-baġit tal-2013, flimkien ma’ 2 % inflazzjoni. [Em. 3]

2.   It-tnaqqis stipulat fil-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja.

2a.     It-tnaqqis previst għall-paragrafu 1 ma japplikax għar-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għall-ġżejjer minuri fil-Baħar Eġew kif definiti mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew  (4) . [Em. 12]

Artikolu 1a

1.     Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1 u 2 għandhom jiġu adottati bla ħsara għall-adozzjoni sussegwenti tar-Regolament (UE) Nru [XX/XX tal- … li jistabbilixxi l-qafas finanzjaru pluriennali għas-snin 2014-2020] u l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u amministrazzjoni finanzjarja tajba.

2.     Fil-każ li jkun jeħtieġ li ssir korrezzjoni lir-rata ta’ aġġustament definita fl-Artikolu 1(1) bħala konsegwenza tal-adozzjoni tar-Regolament u l-Ftehim Interistituzzjonali msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward l-iffissar ta’ rata ta’ aġġustament ġdida.

3.     L-ammont ta’ dixxiplina finanzjarja meħtieġa għandu jiġi rivedut mill-awtorità baġitarja fil-qafas tal-adozzjoni tal-Baġit 2014 abbażi inter alia tal-Ittra ta’ Emenda tal-Abbozz tal-Baġit Ġenerali tal-2014 li permezz tagħha il-Kummissjoni tipprovdi l-ħtiġijiet stmati aġġornati fuq l-infiq relatat mas-suq u l-pagamenti diretti. [Em. 4]

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1(2) għandu japplika fil-Kroazja soġġett għal u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Kroazja.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Opinjoni tat-22 ta’ Mejju 2013 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Ufiċjali).

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Ġunju 2013.

(3)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(4)   ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/255


P7_TA(2013)0264

Emendi tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen u l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) u l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen (COM(2011)0118 – C7-0070/2011 – 2011/0051(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 065/49)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0118),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(1) u (2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0070/2011),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-impenji meħuda mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz ta’ ittra tad-19 ta’ Diċembru 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, bi qbil mal-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 u l-Artikolu 37 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0206/2013),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


P7_TC1-COD(2011)0051

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta’ Ġunju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 u (KE) Nru 539/2001, u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 610/2013.)


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/256


P7_TA(2013)0265

Abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (00110/2013 – C7-0166/2013 – 2013/0900(NLE))

(Approvazzjoni)

(2016/C 065/50)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (00110/2013),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill Ewropew skont l-Artikolu 14(2)(2), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (C7-0166/2013),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew fil-prospettiva tal-elezzjonijiet tal-2014 u l-proposta tiegħu għal deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew annessa magħha (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 74f u 81(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0213/2013),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill Ewropew u lill-gvern u l-parlament tar-Repubblika tal-Kroazja, u, għal finijiet ta' informazzjoni, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2013)0082.


Il-Ħamis 13 ta’ Ġunju 2013

19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/257


P7_TA(2013)0272

Ftehim ta' Sħubija Ekonomika ta’ progress bejn il-KE u l-Afrika Ċentrali ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra (14757/2012 – C7-0369/2012 – 2008/0139(NLE))

(Approvazzjoni)

(2016/C 065/51)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14757/2012),

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim Preliminari lejn Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Parti Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra (13485/2011),

wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mill-Kunsill skont l-Artikolu 207, l-Artikolu 211 u l-Artikolu 218(6) it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0369/2012),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0190/2013),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Kamerun.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/257


P7_TA(2013)0273

It-tieni emenda tal-Ftehim ta' Cotonou tat-23 ta’ Ġunju 2000 ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (16894/2011 – C7-0469/2011 – 2011/0207(NLE))

(Approvazzjoni)

(2016/C 065/52)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (16894/2011),

wara li kkunsidra l-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-Membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussembrugu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (09565/2010) (1),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 217 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0469/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0110/2013),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jesprimi r-riservi fermi tiegħu dwar partijiet mill-Ftehim li ma jirriflettux il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew u l-valuri tal-Unjoni;

3.

Iħeġġeġ lill-partijiet kollha biex jirrevedu kif xieraq il-klawsoli mhux sodisfaċenti matul it-tielet reviżjoni tal-Ftehim, inkluża l-introduzzjoni espliċita tan-nondiskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali fl-Artikolu 8(4);

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u l-membri tal-Istati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku.


(1)  ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.


19.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/258


P7_TA(2013)0275

L-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2013 il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (COM(2011)0877 – C7-0502/2011 – 2011/0430(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2016/C 065/53)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0877),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0502/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' April 2012 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-19 ta' April 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0404/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 191, 29.6.2012, p. 129.


P7_TC1-COD(2011)0430

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta’ Ġunju 2013 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva Nru 2013/37/UE.)