ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 411

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
11 ta' Diċembru 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 411/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7771 — Parcom/Pon/Imtech Marine) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 411/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2015/C 411/03

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 411/04

Notifika ta’ bidu ta’ rieżami interim parzjali tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja

4

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 411/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7876 — Panalpina/Dutch Flower Group/Airflo) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8

2015/C 411/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7802 — Amadeus/Navitaire) ( 1 )

9

2015/C 411/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7819 — Freudenberg/Toray/JVC) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

10


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7771 — Parcom/Pon/Imtech Marine)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 411/01)

Fis-16 ta’ Ottubru 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7771. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-10 ta’ Diċembru 2015

(2015/C 411/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0943

JPY

Yen Ġappuniż

132,97

DKK

Krona Daniża

7,4609

GBP

Lira Sterlina

0,72350

SEK

Krona Żvediża

9,2761

CHF

Frank Żvizzeru

1,0806

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,4370

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,021

HUF

Forint Ungeriż

316,61

PLN

Zloty Pollakk

4,3389

RON

Leu Rumen

4,5030

TRY

Lira Turka

3,1940

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5000

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4817

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,4813

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6191

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5338

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 287,37

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,7143

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,0416

HRK

Kuna Kroata

7,6290

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 262,10

MYR

Ringgit Malażjan

4,6599

PHP

Peso Filippin

51,688

RUB

Rouble Russu

75,3885

THB

Baht Tajlandiż

39,422

BRL

Real Brażiljan

4,1177

MXN

Peso Messikan

18,6731

INR

Rupi Indjan

73,0416


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

11.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/3


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 411/03)

Stat Membru

L-Iżvezja

Rotta inkwistjoni

Lycksele – Stokkolma-Arlanda

Il-perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mit-12 ta’ Ġunju 2016 sas-26 ta’ Ottubru 2019

Skadenza għat-tressiq tal-offerti

60 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din is-sejħa għall-offerti

Indirizz minn fejn jista’ jinkiseb it-test tas-sejħa għall-offerti u kull tagħrif u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligi tas-servizz pubbliku mmodifikati

Għal aktar tagħrif jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

L-Amministrazzjoni tat-Trasport tal-Iżvezja

SE-781 87

Borlänge

L-IŻVEZJA

http://www.trafikverket.se/Foretag/Upphandling/Aktuella-upphandlingar/

Referenza tar-RFT: CTR:132400

Numru tat-telefown. +46 771921921

Persuni ta’ kuntatt:

Håkan Jacobsson:

Email: hakan.jacobsson@trafikverket.se

Anna Fällbom:

Email: anna.fallbom@trafikverket.se


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

11.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/4


Notifika ta’ bidu ta’ rieżami interim parzjali tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja

(2015/C 411/04)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet żewġ talbiet għal rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   It-talbiet għal rieżami

Talba waħda għal rieżami ġiet ippreżentata minn Venus group (“Venus” jew “il-grupp”), grupp ta’ produtturi esportaturi mill-Indja (“il-pajjiż ikkonċernat”). Venus group jinkludi l-kumpaniji Venus Wire Industries Pvt. Ltd., Precision Metals, Hindustan Inox. Ltd and Sieves Manufacturer India, Pvt. Ltd. Talba oħra għal rieżami ġiet ippreżentata minn Garg Inox Ltd (“Garg”), produttur esportatur mill-Indja (iż-żewġ kumpaniji flimkien imsejħin “l-applikanti”).

Ir-rieżami interim parzjali għandu kamp ta’ applikazzjoni limitat għall-analiżi tad-dumping safejn għandhom x’jaqsmu l-applikanti.

2.   Il-prodott li qed jiġi rieżaminat

Il-prodott investigat huwa ddefinit bħala wajers tal-azzar inossidabbli li fihom piż ta’:

Mat-2,5 % jew aktar ta’ nikil, ħlief wajers li fihom piż ta’ 28 % jew aktar iżda mhux aktar minn 31 % ta’ nikil u 20 % jew aktar iżda mhux aktar minn 22 % ta’ kromju,

inqas minn 2,5 % ta’ nikil, ħlief wajers li fihom piż ta’ 13 % jew aktar iżda mhux aktar minn 25 % ta’ kromju u 3,5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 6 % ta’ aluminju,

li joriġina fl-Indja, u attwalment jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 7223 00 19 u 7223 00 99 (“il-prodott li qed jiġi rieżaminat”).

3.   Il-miżuri eżistenti

Il-miżuri fis-seħħ bħalissa huma dazju definittiv antidumping impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2013 (2) kif l-aħħar emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1483 (3) (“il-miżuri eżistenti”).

4.   Raġunijiet għar-rieżami interim parzjali

It-talbiet skont l-Artikolu 11(3) huma bbażati fuq evidenza prima facie, ippreżentata mill-applikanti, li turi li, safejn għandu x’jaqsam l-applikanti, u, safejn għandu x’jaqsam id-dumping, iċ-ċirkustanzi li fuqhom ġiet imposta l-miżura eżistenti nbidlu u li dawn il-bidliet huma ta’ natura dejjiema.

Il-bidla fiċ-ċirkostanzi ta’ natura dejjiema rigward Venus tikkonċerna t-titjib tas-sistema ta’ allokazzjoni tal-kostijiet tiegħu, għas-sistema ta’ ġestjoni tal-inventarju u s-softwer tal-kontabilità tiegħu. Instab li dawn l-elementi kollha kellhom nuqqasijiet fl-investigazzjoni oriġinali u dan wassal għall-użu tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk il-grupp investa riċentement f’diversi magni ġodda ta’ effiċjenza għolja, li wassal għal impatt pożittiv sostanzjali fuq l-effiċjenza tal-kost tal-produzzjoni tiegħu.

Rigward Garg, il-bidla fiċ-ċirkostanzi ta’ natura dejjiema hija relatata mar-ristrutturar tal-faċilitajiet tiegħu ta’ produzzjoni u l-mezz ta’ bejgħ tiegħu fl-UE. Skont l-evidenza prima facie pprovduta minn Garg, din il-bidla fiċ-ċirkustanzi tejbet l-utilizzazzjoni tal-assi tiegħu kif ukoll żiedet fl-effiċjenza tiegħu.

Kemm Venus u Garg ipprovdew evidenza prima facie li turi li l-impożizzjoni kontinwa tal-miżuri fil-livell attwali tagħhom ma għadhiex meħtieġa biex tagħmel tajjeb għad-dumping dannuż. Venus u Garg qabblu l-valur normali mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell tal-ħruġ tax-xogħol mill-fabbrika) tal-prodott li qed jiġi investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-perjodu minn April 2014 sa Diċembru 2014 u għall-perjodu minn April 2014 sa Marzu 2015 rispettivament. Dan it-tqabbil jindika li għaż-żewġ kumpaniji, il-marġni tad-dumping rispettiv tagħhom jidher li huwa aktar baxx mil-livell attwali tal-miżuri.

Għalhekk, l-applikanti jallegaw li l-impożizzjoni kontinwa tal-miżura fil-livell eżistenti, li kienet ibbażata fuq il-livell ta’ dumping stabbilit qabel, tidher li ma għadhiex meħtieġa biex tagħmel tajjeb għad-dumping dannuż kif stabbilit qabel.

5.   Proċedura

Wara li stabbilixxiet, wara li infurmat lill-Istati Membri, li hemm biżżejjed evidenza sabiex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ rieżami interim parzjali limitat għall-eżami tad-dumping, il-Kummissjoni b’dan qed tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tivvaluta l-ħtieġa għat-tkomplija, it-tneħħija jew l-emendar tal-miżuri eżistenti fir-rigward tal-applikanti.

5.1.    Perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami u l-perjodu kkunsidrat

L-investigazzjoni se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2014 sat-30 ta’ Settembru 2015 (“il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami”).

5.2.    L-investigazzjoni tal-produttur esportatur

Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li huwa meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-applikanti, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarju lill-applikant.

L-applikanti jridu jippreżentaw il-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

5.3.    Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.4.    Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.5.    Struzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ hija ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew dejta soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ partijiet terzi, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu (a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-dejta għall-iskop ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u (b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dejta lill-partijiet interessati għal din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali jkunu mmarkati bħala “Ristrett” (4).

Il-partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni “Ristretta” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati bil-kliem “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn is-sommarji jridu jkunu ddettaljati tant li jippermettu li l-qofol tal-informazzjoni imressaq b’mod kunfidenzjali jinftiehem raġonevolment. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti skennjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li jiġu ppreżentati fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta’ ittra reġistrata. Permezz ta’ ittra elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika validu tagħhom u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tan-negozju uffiċjali operattiv u ċċekkjat kuljum. Ladarba d-dettalji ta’ kuntatt ikunu stabbiliti, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, sakemm ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b’ mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma jkunx jeħtieġ l-użu ta’ posta rreġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Uffiċċju: CHAR 04/039

1040 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: TRADE-AD-STEEL-WIRES-DUMPING@ec.europa.eu

6.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fit-termini preskrittivi stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, il-konklużjonijiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, jistgħu jsiru abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Jekk jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u l-konklużjonijiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

In-nuqqas li tingħata risposta kompjuterizzata ma jiġix ikkunsidrat bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dejjem jekk il-parti interessata turi li biex tippreżenta r-risposta kif mitlub ikun ifisser piż żejjed mhux raġonevoli jew kost addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata għandha tagħmel kuntatt mal-Kummissjoni immedjatament.

7.   L-Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati b’mod sħiħ.

It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta jipprovdi wkoll l-opportunitajiet biex issir seduta li tinvolvi l-partijiet u li tagħmilha possibbli li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost affarijiet oħra, id-dumping.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni elettroniċi tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit elettroniku tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/

8.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   L-ipproċessar ta’ dejta personali

Kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ din id-dejta (5).


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2013 tal-5 ta’ Novembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 298, 8.11.2013, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1483 tal-1 ta’ Settembru 2015 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1106/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja wara investigazzjoni mill-ġdid ta’ assorbiment skont l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 228, 2.9.2015, p. 1).

(4)  Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tal-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Antidumping). Dan huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(5)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

11.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7876 — Panalpina/Dutch Flower Group/Airflo)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 411/05)

1.

Fl-4 ta’ Diċembru 2015 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Panalpina Welttransport (Holding) AG (“Panalpina”, l-Iżvizzera) u Flower Retail Europe BV (“Flower Retail”, in-Netherlands) ikkontrollati minn Dutch Flower Group BV (“DFG”, in-Netherlands) jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriżi Airflo BV (in-Netherlands) u Airflo Ltd (il-Kenya) (flimkien “Airflo”) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Panalpina: l-ispedizzjoni ta’ merkanzija bl-ajru, bil-baħar u fuq l-art u servizzi addizzjonali bħal pereżempju kuntratti ta’ loġistika,

—   għal DFG: in-negozjar ta’ prodotti ta’ fjuri,

—   għal Airflo: l-ispedizzjoni ta’ merkanzija bl-ajru ta’ prodotti li jitħassru, bi speċjalizzazzjoni fi spedizzjoni ta’ fjuri maqtugħin friski mill-Kenja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’din in-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7876 — Panalpina/Dutch Flower Group/Airflo, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


11.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7802 — Amadeus/Navitaire)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 411/06)

1.

Fl-4 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Amadeus IT Group SA (“Amadeus”, Spanja) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ navitaire LLC kollha kemm hi (“Navitaire”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz tax-xiri ta’ ishma. Il-konċentrazzjoni kienet referuta lill-Kummissjoni mir-Renju Unit skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Sussegwentament l-Awstrija, il-Ġermanja u Spanja għamlu l-istess referenza.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Amadeus: Il-provvista ta’ soluzzjonijiet tal-IT lil-fornituri ta’ servizzi tal-ivvjaġġar, bħal-linji tal-ajru u l-aġenziji tal-ivvjaġġar madwar id-dinja. L-attivitajiet prinċipali ta’ Amadeus huma (i) il-provvista ta’ servizzi tas-Sistema Globali ta’ Distribuzzjoni (global distribution system, GDS) u (ii) soluzzjonijiet tal-IT interni għal-linji tal-ajru u l-ajruporti. Is-soluzzjonijiet tal-IT ta’ Amadeus għal-linji tal-ajru jinkludu soluzzjonijiet għall-ġestjoni tal-bookings u l-inventarji, il-kontroll waqt it-tluq u proċessi operattivi oħra. B’mod partikolari, Amadeus joffri s-Sistema ta’ Servizz tal-Passiġġieri (passenger service system, “PSS”) imsejħa “Altéa”.

—   għal Navitaire: Provvista ta’ soluzzjonijie tal-IT primarjament lil-linji tal-ajru, kif ukoll lill-kumpaniji tal-ferroviji b’veloċità qawwija u karozzi tal-linji li jivvjaġġaw fit-tul. Navitaire hija attiva prinċipalment fil-qasam tal-ġestjoni tal-bookings u tal-inventarji u prodotti anċillari, fejn hija toffri PSS imsejħa “New Skies”. Navitaire bħalissa hija sussidjarja proprjetà sħiħa ta’ Accenture plc (l-Irlanda).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7802 — Amadeus/Navitaire, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussels

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


11.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 411/10


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7819 — Freudenberg/Toray/JVC)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 411/07)

1.

Fl-4 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Freudenberg & Co. KG (“Freudenberg”, il-Ġermanja) u Toray Industries, Inc. (“Toray”, il-Ġappun) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Japan Vilene Company Ltd (“JVC”, il-Ġappun) permezz ta’ offerta pubblika u xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Freudenberg hija attiva madwar id-dinja kollha fl-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ washers, komponenti ta’ teknoloġija ta’ kontroll tal-vibrazzjoni, filters, prodotti mhux minsuġa, release agents, lubrikanti ta’ speċjalità kif ukoll prodotti tal-mekatronika.

Toray hija l-kumpanija prinċipali ta’ Toray Group, li tipproduċi u tbigħ fibri u tessuti, plastiks u kimiċi, prodotti relatati mal-IT, materjali kompożiti tal-fibra tal-karbonju u prodotti u servizzi li jappartjenu għall-qasam tax-xjenzi tal-ħajja, l-ambjent u l-inġinerija.

JVC tipproduċi u tbigħ materjali mhux minsuġa għal applikazzjonijiet differenti, bħall-ilbies, matejrali tal-mediċina u tal-konsumatur, materjali industrijali, materjali elettriċi, materjali tal-filtru u tal-karozzi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 139/2004 (2) tal-Kunsill, ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7819 — Freudenberg/Toray/JVC fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussels

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.