ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 407

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
8 ta' Diċembru 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 407/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7840 — LetterOne Holdings/E.ON E&P Norge) ( 1 )

1

2015/C 407/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7812 — Swiss RE Life Capital/Guardian Holdings Europe) ( 1 )

1

2015/C 407/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7791 — Aviva/PSP/Property Portfolio JV) ( 1 )

2

2015/C 407/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7763 — TCCC/Cobega/CCEP) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 407/05

Rata tal-kambju tal-euro

3

2015/C 407/06

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Diċembru 2015 dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid [Dons (DOP)]

4

2015/C 407/07

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Novembru 2015 dwar il-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri permezz ta’ mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni – il-Faċilità għar-Refuġjati għat-Turkija

8

2015/C 407/08

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-7 ta’ Mejju 2015 rigward abbozz ta’ deċiżjoni relatata mal-Każ M.7421 Orange/Jazztel — Relatur: L-Irlanda

14

2015/C 407/09

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Orange/Jazztel (M.7421)

16

2015/C 407/10

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Mejju 2015 li tiddikkjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE (Il-Każ M.7421 – Orange/Jazztel) (notifikat bid-dokument C(2015) 3370)  ( 1 )

18

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2015/C 407/11

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

25

2015/C 407/12

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

25

2015/C 407/13

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

26


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 407/14

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7875 — ICG/Capiton/Prefere Resins Holding) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

27


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7840 — LetterOne Holdings/E.ON E&P Norge)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 407/01)

Fit-2 ta’ Diċembru 2015 l-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7840. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7812 — Swiss RE Life Capital/Guardian Holdings Europe)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 407/02)

Fit-2 ta’ Diċembru 2015 il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7812. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7791 — Aviva/PSP/Property Portfolio JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 407/03)

Fit-2 ta’ Diċembru 2015 l-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7791. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7763 — TCCC/Cobega/CCEP)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 407/04)

Fid-9 ta’ Novembru 2015 il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7763. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-7 ta’ Diċembru 2015

(2015/C 407/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0809

JPY

Yen Ġappuniż

133,40

DKK

Krona Daniża

7,4607

GBP

Lira Sterlina

0,71770

SEK

Krona Żvediża

9,2188

CHF

Frank Żvizzeru

1,0830

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,3265

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,022

HUF

Forint Ungeriż

311,85

PLN

Zloty Pollakk

4,3133

RON

Leu Rumen

4,4803

TRY

Lira Turka

3,1349

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4849

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4550

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,3771

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6238

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5191

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 264,00

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,6593

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,9266

HRK

Kuna Kroata

7,6380

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 965,26

MYR

Ringgit Malażjan

4,5744

PHP

Peso Filippin

50,880

RUB

Rouble Russu

74,6306

THB

Baht Tajlandiż

38,761

BRL

Real Brażiljan

4,0425

MXN

Peso Messikan

18,1229

INR

Rupi Indjan

72,1325


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/4


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta’ Diċembru 2015

dwar il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid

[Dons (DOP)]

(2015/C 407/06)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 97(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Danimarka applikat għall-protezzjoni tal-isem “Dons” skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 dwar il-protezzjoni tad-deżinjazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-settur tal-inbid. Skont l-Artikolu 97(2) ta’ dak ir-Regolament, l-applikazzjoni tad-Danimarka ġiet eżaminata mill-Kummissjoni.

(2)

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 93 sa 96, l-Artikolu 97(1) u l-Artikoli 100 sa 102 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ġew issodisfati.

(3)

Sabiex ikunu jistgħu jitressqu d-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandu jippubblika d-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) ta’ dak ir-Regolament u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li saret fil-proċedura preliminari nazzjonali għall-eżami tal-applikazzjoni għall-protezzjoni tal-isem “Dons”,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Id-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-isem “Dons” (DOP) huma stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni tagħti d-dritt tal-oġġezzjoni għall-protezzjoni tal-isem speċifikat fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


ANNESS

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem għar-reġistrazzjoni

Dons

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP — Denominazzjoni tal-oriġini protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

5.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Rekwiżiti analitiċi

Kriterji tal-aċċettazzjoni għal Dons

—   Aċidità malika: < 0,3 g/l

—   Kontenut ta’ diossidu tal-karbonju: > 4 bar ta’ pressjoni eċċessiva f’20 °C

—   Kontenut ta’ zokkor residwu: < 25 g/l

Organolettikament, l-inbid frizzanti ta’ kwalità Dons huwa kkaratterizzat minn aċidità partikolarment “brillanti”. L-inbejjed frizzanti huma ħfief u eleganti, iddominati minn aċidità li tispikka, li tirriżulta mill-konverżjoni tal-livelli għolja tal-aċidità malika oriġinali f’aċidità lattika. Bix-xamm wieħed jinnota aroma ta’ ċitru/lumi aħdar/sebuqa u togħma karatteristika ta’ xiwi, u jħalli togħma li ddum fil-ħalq u tintemm fuq nota ta’ aċidità.

F’termini ta’ dehra l-inbid huwa trasparenti bi lwien bojod li jagħtu fir-roża/rożé/aħmar ċar, u bi bżieżaq fini, żgħar u li ma jitilqux malajr.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’volum %)

 

Qawwa alkoħolika attwali minima (f’volum %)

10,0

Aċidità totali minima

4,5 g/l, espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

16,66

Total ta’ diossidu tal-kubrit massimu (f’milligrammi għal kull litru)

150

5.   Metodi tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Metodi enoloġiċi essenzjali

L-għasir tal-għeneb

Metodi enoloġiċi speċifiċi

Il-metodu tal-għasir li jintuża huwa l-għasir ġentili ta’ għenieqed sħaħ tal-għeneb bi pressjoni massima ta’ 1,6 bar.

Il-ħsad, l-issortjar u l-għasir

Metodi ta’ kultivazzjoni

L-għeneb irid ikunu maqtugħ bl-idejn qabel ma jilħaq il-maturità fiżjoloġika sħiħa sabiex tiġi żgurata l-konservazzjoni tal-livell għoli ta’ aċidità, b’mod partikolari l-aċidità malika.

L-għenieqed tal-għeneb għandhom jintagħżlu bl-idejn skont struzzjonijiet speċifiċi.

Il-fermentazzjoni

Metodi enoloġiċi speċifiċi

Il-prodott isir frizzanti permezz tat-tieni fermentazzjoni alkoħolika fil-flixkun. Il-qawwa alkoħolika totali tal-cuvée wara l-ewwel fermentazzjoni tkun mill-inqas ta’ 9 %.

Qabel it-tieni fermentazzjoni, il-cuvée jgħaddi minn fermentazzjoni malolattika.

It-tul tal-proċess tal-produzzjoni, inkluż il-proċess tal-maturazzjoni, huwa mill-inqas disa’ xhur ikkalkulati mill-bidu tal-proċess tal-fermentazzjoni.

Il-fermentazzjoni hija maħsuba biex lill-cuvée tagħmlu frizzanti, u l-cuvée għandu jitħalla jimmatura fuq il-karfa ġewwa flixkun għal mill-inqas 180 jum.

Wara l-fermentazzjoni fil-flixkun il-prodott jiġi sseparat mill-karfa permezz tal-isbokkament.

b.   Produzzjoni massima

5 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

6.   Żona demarkata

Iż-żona definita: Il-belt ta’ Dons qrib Kolding, fid-Danimarka; b’mod aktar speċifiku, il-wied mina ta’ ċagħaq fluvjoglaċjali u sedimenti tar-ramel fid-distrett katastali ta’ Dons By, Almind. Id-distrett katastali Dons By, li għandu erja ta’ 853 ettaru, ġie mmarkat b’mod ċar fuq il-mapep mill-1821.

Il-vinji jinsabu f’altitudni ta’ 25-60 m u qrib ħafna tal-baħar, madwar 7 km minn Kolding Fjord.

7.   Għenbiet ewlenin tal-inbid

 

Zalas Perle

 

Cabernet Cortis

 

Orion

 

Madeleine Angevine

 

Solaris

 

Rondo

 

Regent

 

Pinot Noir

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Il-vinji jinsabu madwar il-belt ta’ Dons, f’altitudni ta’ 25-60 m u madwar 7 km mill-baħar. Iż-żona hija wied mina ffurmat mill-erożjoni subglaċjali, b’lagi ffurmati fil-ħofor li ħalla s-silġ mejjet (dead-ice kettles), terren bl-għoljiet u xagħri fqir fin-nutrijenti li jinsab fuq saff ta’ sediment ramli.

Il-parametri analitiċi huma differenti minn dawk tal-inbejjed frizzanti klassiċi f’termini ta’ aċidità lattika ogħla minħabba l-kundizzjonijiet ta’ tkabbir tat-Tramuntana.

Il-profil tal-inbid, b’mod partikolari l-aċidità tiegħu, huwa attribwibbli għall-kundizzjonijiet ġeografiċi taż-żona u tat-“terroir” speċifiku tiegħu, ikkaratterizzati minn sediment ta’ ċagħaq fqir fin-nutrijenti u saffi profondi ta’ ramel ‘il fuq sewwa mill-akwifer tal-ilma ta’ taħt l-art, li jirriżultaw f’salvaġġi (rootstocks) kbar, u għall-għażla ta’ varjetajiet li huma relattivament reżistenti.

9.   Kundizzjonijiet essenzjali oħra

Metodu tal-produzzjoni

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Referenza għall-metodu tal-produzzjoni: Il-kliem “iffermentat fil-flixkun” jew “iffermentat fil-flixkun permezz tal-metodu tradizzjonali” għandha tidher fuq it-tikketta, kif xieraq u dokumentat f’termini tat-tul tal-fermentazzjoni fuq il-karfa.

Logo tal-UE

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-użu tal-logo tal-UE: Għandu jkun hemm l-indikazzjoni “Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta” flimkien mas-simbolu/logo tal-UE.

Varjetajiet tal-għeneb tal-inbid

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Il-varjetà tad-dielja: It-tikketta trid tindika l-varjetà tal-għenba tal-inbid li minnha jkun magħmul il-prodott dejjem jekk tkun intużat varjetà waħda biss. Jekk il-prodott ikun magħmul minn cuvée ta’ diversi varjetajiet ta’ dwieli koperti mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott, il-produttur jista’ jagħżel li jsemmi l-varjetajiet kollha f’ordni dixxendenti, jew li ma jsemmihomx fuq it-tikketta.

It-tikkettar skont is-sena tal-ħsad

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Is-sena tal-ħsad: It-tikketta għandha tindika s-sena tal-ħsad jekk l-inbid ikun sar minn ħsad wieħed. Jekk l-inbid ikun sar minn cuvée ta’ diversi snin, ma hemmx għalfejn li tiġi indikata s-sena tal-ħsad.

Ibbottiljar

Qafas legali:

Il-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri:

L-ippakkjar fiż-żona demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-ibbottiljar:

Skont it-Taqsima (c) tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, il-prodott għandu jkun imkabbar, prodott u bbottiljat fiż-żona definita billi dan intwera li huwa prerekwiżit biex jinkisbu l-kwalitajiet speċifiċi tiegħu. Barra minn hekk, it-trasport barra miż-żona jista’ jaffettwa l-metodi tal-produzzjoni speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-ħżin, l-isbokkament u l-maturazzjoni, li jwasslu għal tnaqqis fil-kwalità li ma jkunx fil-kontroll tal-produttur. Ma hemm l-ebda produzzjoni ta’ nbid fiz-żoni qrib dak kopert mill-applikazzjoni.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://www.foedevarestyrelsen.dk/SiteCollectionDocuments/Kemi%20og%20foedevarekvalitet/Varestandarder-handelsnormer-kvalitet/Produktspecifikation%20Dons%20rev%20nov%202014%20(2).pdf


8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta’ Novembru 2015

dwar il-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri permezz ta’ mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni – il-Faċilità għar-Refuġjati għat-Turkija

(2015/C 407/07)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 210(2) u l-Artikolu 214(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-komunità internazzjonali qed tiffaċċja kriżi bla preċedent ta’ refuġjati, li teħtieġ solidarjetà, għaqda u effiċjenza. L-isfidi huma komuni u r-reazzjonijiet jeħtieġ li jkunu kkoordinati.

(2)

Minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha, it-Turkija hija pajjiż primarju tal-ewwel akkoljenza u ta’ tranżitu għall-migranti, li sal-aħħar tal-2015 se jkun qed jospita aktar minn żewġ miljun applikant għall-ażil u refuġjat, l-ikbar numru fid-dinja. It-Turkija qed tagħmel sforzi li ta’ min ifaħħarhom sabiex tipprovdi għajnuna u appoġġ umanitarju enormi għad-dħul ta’ persuni bla preċedent li qed ifittxu kenn, u li qed jiżdiedu b’mod kontinwu, u diġà nefqet aktar minn EUR 7 biljun mir-riżorsi proprji tagħha sabiex tindirizza din il-kriżi.

(3)

It-Turkija u l-UE huma ddeterminati li jiffaċċjaw u jegħlbu l-isfidi eżistenti billi jiftiehmu. Għal dan l-għan, dokument ta’ politika, li jirrifletti l-qbil bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija sabiex iżidu l-kooperazzjoni tagħhom marbuta mal-appoġġ għas-Sirjani li qegħdin taħt protezzjoni temporanja u sabiex jiġġestixxu l-migrazzjoni bi sforz kkoordinat, ħalli tiġi indirizzata l-kriżi (minn hawn ’il quddiem: “il-Pjan ta’ Azzjoni Konġunt bejn l-UE u t-Turkija”), maqbul ad referendum mit-Turkija fil-15 ta’ Ottubru 2015, għandu l-għan li jindirizza l-kriżi tar-refuġjati u jiġġestixxi l-migrazzjoni. Il-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu, fl-istess jum, laqa’ favorevolment “il-Pjan ta’ Azzjoni Konġunt mat-Turkija bħala parti minn kooperazzjoni komprensiva bbażata fuq ir-responsabbiltà kondiviża, l-impenji reċiproki u r-riżultati” u ddikjara li “l-UE u l-Istati Membri tagħha jinsabu lesti sabiex iżidu l-kooperazzjoni mat-Turkija u jintensifikaw sostanzjalment l-impenn politiku u finanzjarju tagħhom fi ħdan il-qafas stabbilit”;

(4)

Kif previst fil-Pjan ta’ Azzjoni Konġunt bejn l-UE u t-Turkija, l-UE jeħtiġilha timmobilizza riżorsi finanzjarji sostanzjali ġodda, b’mod kostanti u reattiv, sabiex tgħin lit-Turkija tindirizza l-ħtiġijiet emerġenti u tlaħħaq mal-isfida li nħolqot bil-preżenza ta’ Sirjani taħt protezzjoni temporanja. Il-fondi għandhom jiġu mmobilizzati bl-aktar mod flessibbli u rapidu possibbli. L-identifikazzjoni, tal-prijoritajiet u tal-oqsma fejn għandhom jiġu allokati, għandha tiġi deċiża b’konsultazzjoni mal-awtoritajiet Torok ħlief għall-azzjonijiet li jipprovdu assistenza umanitarja immedjata. Tingħata prijorità immedjata lill-assistenza umanitarja, l-iżvilupp u lil assistenza oħra, lir-refuġjati u lill-komunitajiet ospitanti, lill-awtoritajiet nazzjonali u lokali sabiex jiġġestixxu u jindirizzaw il-konsegwenzi tad-dħul ta’ refuġjati.

(5)

L-Unjoni Ewropea u l-baġits tal-Istati Membri sa issa mmobilizzaw it-total ta’ EUR 3,6 biljun sa mill-bidu tal-kunflitt Sirjan (madwar EUR 1,6 biljun mill-baġit tal-Unjoni u EUR 2,0 biljun mill-Istati Membri), li tikklassifikahom bħala d-donatur ewlieni dinji li jindirizza l-konsegwenzi ta’ din il-kriżi. Din l-assistenza ppermettiet it-twassil b’urġenza tal-assistenza umanitarja u appoġġat il-kapaċitajiet nazzjonali u lokali sabiex jipprovdu servizzi għal dawk affettwati mill-kriżi (l-edukazzjoni, is-saħħa, is-servizzi bażiċi bħall-ilma u s-servizzi tal-immaniġġjar tal-iskart, is-sigurtà tal-għajxien). Madankollu, id-diversi strumenti tal-Unjoni Ewropea u l-programmi tal-Istati Membri jaħdmu b’mod parallel permezz ta’ diversi mezzi bilaterali (l-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), l-Organizzazzjonijiet Nongovernattivi, l-aġenziji nazzjonali, il-gvernijiet tal-pajjiż ospitanti).

(6)

It-Titolu III tal-Ħames Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandu x’jaqsam fost l-oħrajn mal-kooperazzjoni għall-iżvilupp ma’ pajjiżi terzi kif ukoll mal-għajnuna umanitarja. L-applikazzjoni tal-kompetenza tal-Unjoni f’dawn l-oqsma ma tirriżultax f’li l-Istati Membri jiġu impeduti milli jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom, skont l-Artikolu 4(4) TFUE.

(7)

It-Turkija tidher bħala “pajjiż bi dħul medju għoli” fil-lista tal-pajjiżi benefiċjarji mill-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp tal-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp tal-OECD.

(8)

Skont l-Artikolu 210(1) TFUE, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-politiki rispettivi tagħhom u għandhom jikkonsultaw wieħed mal-ieħor. Għalhekk hemm bżonn li jkun hemm aktar koordinazzjoni. Skont l-Artikoli 210(2) u 214(6) TFUE, il-Kumissjoni tista’ tieħu inizjattiva utli sabiex tippromwovi l-koordinazzjoni bejn l-azzjonijiet tal-Unjoni u dawk tal-Istati Membri, sabiex ittejjeb l-effiċjenza u l-kumplimentarjetà tal-miżuri tal-Unjoni u tal-miżuri nazzjonali ta’ għajnuna.

(9)

L-għan ġenerali tal-Faċilità tat-Turkija huwa li l-azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni u mill-kontribuzzjonijiet bilaterali tal-Istati Membri jiġu kkoordinati u ssimplifikati, sabiex tittejjeb l-effiċjenza u l-komplimentarjetà tal-appoġġ mogħti lir-refuġjati u lill-komunitajiet ospitanti fit-Turkija.

(10)

L-assistenza tal-UE u tal-Istati Membri għandha tippermetti rispons komprensiv li jikkorrispondi għall-isfidi. Dan ir-rispons għandu jikkontribwixxi sabiex jittaffew il-konsegwenzi tad-dħul tar-refuġjati, kemm għar-refuġjati u kemm għat-Turkija bħala pajjiż ospitanti. Dan għandu jġib flimkien fondi u azzjonijiet mill-UE u l-Istati Membri tagħha sabiex jiġu indirizzati l-bżonnijiet b’mod ikkordinat u komprensiv.

(11)

L-istrumenti tal-UE attwalment użati b’reazzjoni għall-kriżi Sirjana, bħalma huma l-Istrument Ewropew tal-Viċinat (ENI) (1), l-Istrument ta’ Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) (2), l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (3), l-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (IcSP) (4) u l-finanzjament skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 rigward l-għajnuna umanitarja (5) jistgħu jikkontribwixxu għall-Faċilità tat-Turkija fil-limiti stipulati fil-qafas finanzjarju pluriennali għall-2014-2020. Kwalunkwe assistenza umanitarja għall-Faċilità tat-Turkija għandha tiġi amministrata u mogħtija skont il-prinċipji umanitarji u l-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja (6).

(12)

L-azzjonijiet u l-miżuri li għandhom jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni se jiġu implimentati skont ir-regoli u r-regolamenti finanzjarji tagħha – li jinkludu kemm il-ġestjoni diretta u dik indiretta kif ukoll il-fondi fiduċjarji tal-Unjoni bħala waħda mill-għodod ta’ implimentazzjoni previsti skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjoni esterna (7).

(13)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-intenzjoni li esprimew l-Istati Membri biex jikkontribwixxu EUR 2 500 000 000 minn ammont totali ta’ EUR 3 000 000 000. Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri sabiex jieħdu l-impenn li jipprovdu formalment s-sehem finanzjarju tagħhom f’konformità mat-tqassim deskritt fl-Anness li juża l-kodiċi tal-ING.

(14)

Il-Kummissjoni tosserva li attwalment hemm “qligħ mhux mistenni” minn “dħul ieħor” u minn dazji doganali ta’ EUR 2 300 000 000 fil-baġit tal-UE għall-2015; dan id-dħul jiġi minn livell ogħla ta’ ġbir ta’ multi relatati mal-kompetizzjoni, minn dħul minn investimenti jew self mogħti, minn penalitajiet, minn imgħaxijiet fuq ħlas tardiv u minn dazji doganali ogħla milli mistenni. Dan l-ammont ta’ EUR 2 300 000 000 huwa parti mill-abbozz tal-baġit emendatorju 8/2015 adottat riċentement mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Dan id-dħul imprevist mill-baġit tal-2015 se jitnaqqas mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għall-Baġit tal-UE.

(15)

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri għandhom jiddaħħlu fil-baġit tal-Unjoni bħala dħul assenjat estern, skont l-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (8),

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-twaqqif ta’ Faċilità għar-Refuġjati għat-Turkija

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni - Faċilità għar-Refuġjati għat-Turkija (“il-Faċilità”) — sabiex it-Turkija tiġi megħjuna tindirizza minnufih il-ħtiġijiet umanitarji u ta’ żvilupp tar-refuġjati u tal-komunitajiet ospitanti tagħhom, kif ukoll biex l-awtoritajiet nazzjonali u lokali jiġġestixxu u jindirizzaw il-konsegwenzi tad-dħul ta’ refuġjati.

Artikolu 2

L-Għanijiet tal-Faċilità

1.   Il-Faċilità għandha l-għan li tikkoordina u tissimplifika l-azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni u mill-kontribuzzjonijiet bilaterali tal-Istati Membri.

2.   L-għan speċifiku tagħha huwa li ssaħħaħ l-effiċjenza u l-komplementarjetà tal-appoġġ mogħti lir-refuġjati u lill-komunitajiet ospitanti fit-Turkija.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-azzjonijiet kollha meħuda taħt strumenti esterni ta’ finanzjament tal-Unjoni kif ukoll miżuri individwali mill-Istati Membri jkunu kumplimentari ma’ dawk ikkoordinati fl-ambitu tal-Faċilità.

Artikolu 3

Kamp ta’ applikazzjoni u forma ta’ appoġġ

1.   Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-azzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri billi tistabbilixxi prijoritajiet u billi tikkoordina l-allokazzjoni tar-riżorsi.

Se twettaq dan skont il-mekkaniżmu stipulat fl-Artikolu 5 ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Permezz tal-Faċilità tingħata assistenza umanitarja, għall-iżvilupp u assistenza oħra, lir-refuġjati u lill-komunitajiet ospitanti, lill-awtoritajiet nazzjonali u lokali sabiex il-ġestjoni u l-indirizzar tal-konsegwenzi tad-dħul tar-refuġjati jiġu kkoordinati.

3.   L-assistenza tista’ tieħu l-forma ta’ għotjiet, ħlief jekk in-natura tal-proġett li għandu jiġi ffinanzjat teħtieġ xi forma oħra ta’ appoġġ, f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 236/2014.

4.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri jittieħdu inkonsiderazzjoni u jiġu promossi matul l-istadji varji ta’ implimentazzjoni tal-Faċilità.

Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa sabiex tevita kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali, sabiex jinkiseb aċċess għall-proġetti appoġġati mill-Faċilità.

Artikolu 4

Il-koordinazzjoni tar-riżorsi fl-ambitu tal-Faċilità

1.   Il-Faċilità għandha tikkoordina l-ammont ta’ EUR 3 000 000 000.

2.   Mal-EUR 500 000 000 mill-ammont kumplessiv għandhom jiġu ffinanzjat mill-baġit tal-UE, suġġetti għal deċiżjonijiet individwali ta’ finanzjament sussegwenti f’konformità mal-Artikolu 84(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u skont ir-regoli finanzjarji u r-rekwiżiti tal-att bażiku rispettiv tiegħu.

3.   L-Istati Membri abbażi tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li wiegħdu, għandhom jipprovdu l-ammont ta’ EUR 2 500 000 000, skont it-tqassim stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Kumitat ta’ Tmexxija

1.   Il-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Faċilità għandu jipprovdi gwida strateġika dwar il-koordinazzjoni tal-assistenza li għandha tingħata.

Għandu wkoll jissorvelja b’mod permanenti l-implimentazzjoni tal-Faċilità.

Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jkun magħmul minn żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni u rappreżentant minn kull Stat Membru.

It-Turkija għandha tkun membru tal-kumitat ta’ tmexxija f’kapaċità konsultattiva, sabiex tiġi żgurata l-koordinazzjoni totali tal-azzjonijiet fuq il-post, ħlief għall-azzjonijiet li jipprovdu assistenza umanitarja immedjata.

Il-Kummissjoni għandha tippresjedi l-kumitat ta’ tmexxija.

Għandu jiġi żgurat li l-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni fil-Kumitat ma jkunux f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess, kif definit mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

2.   Il-Kummissjoni għandha żżomm ir-responsabbiltà għad-deċiżjoni finali dwar l-iffissar ta’ prijoritajiet, dwar l-identifikazzjoni tal-azzjonijiet u dwar l-allokazzjoni ta’ fondi, filwaqt li tfittex li jintlaħaq kunsens kull meta jkun possibbli.

3.   Fuq proposta mill-Kummissjoni, il-kumitat ta’ tmexxija għandu jfassal u jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu fi żmien xahrejn mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

4.   Is-segretarjat tal-faċilità għandha taħseb għalih il-Kummissjoni.

Artikolu 6

Modalitajiet ta’ implimentazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tagħżel u tikkoordina l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet rilevanti, b’mod partikolari permezz ta’ skrinjar ex-ante tal-azzjonijiet proposti.

2.   Tingħata prijorità lill-azzjonijiet li jipprovdu immedjatament assistenza umanitarja, għall-iżvilupp u assistenza oħra, lir-refuġjati u lill-komunitajiet ospitanti, lill-awtoritajiet nazzjonali u lokali sabiex jiġġestixxu u jindirizzaw il-konsegwenzi tad-dħul ta’ refuġjati.

L-awtoritajiet Torok għandhom jiġu kkonsultati rigward l-azzjonijiet kollha ħlief għal dawk li jipprovdu assistenza umanitarja immedjata.

Il-Kummissjoni għandha żżomm laqgħat regolari mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u mal-awtoritajiet adattati fit-Turkija.

3.   L-azzjonijiet u l-miżuri li għandhom jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni se jiġu implimentati f’konformità mar-regoli finanzjarji tagħha u mar-rekwiżiti tal-att bażiku rispettiv.

4.   Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri li għandhom l-għan li jiffinanzjaw l-azzjonijiet u l-miżuri magħżula u kkoordinati f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu inklużi fil-baġit tal-Unjoni bħala dħul assenjat estern skont l-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Dawn il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandhom jew jiġu implimentati direttament mill-Kummissjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 jew indirettament billi l-kompiti għall-implimentazzjoni tal-baġit jingħataw f’idejn entitajiet skont l-Artikolu 58(1)(c) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, inklużi korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru.

5.   L-azzjonijiet li jipprovdu assistenza umanitarja immedjata li huma kkoordinati fl-ambitu tal-Faċilità se jintgħażlu u jiġu implimentati f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja.

Artikolu 7

Viżibbiltà

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-azzjonijiet appoġġjati mill-Faċilità, kif ukoll tmexxihom ‘il quddiem, sabiex tiżgura l-viżibbiltà tagħha.

Artikolu 8

Informazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill infurmati regolarment dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità.

2.   Il-Kummissjoni għandha ta’ kull sena tagħti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità.

3.   Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-Faċilità f’koordinazzjoni sħiħa mal-Istati Membri sal-31 ta’ Diċembru 2019.

Artikolu 9

Id-dispożizzjonijiet finali

1.   Din il-faċilità tistabbilixxi ruħha fl-1 ta’ Jannar 2016 għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għas-snin baġitarji tal-2016 u tal-2017. Sal-21 ta’ Diċembru 2015, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-waqt ta’ meta se jipprovdu l-kontribuzzjonijiet tagħhom, inkluża l-iskeda tal-ħlas prevista tagħhom għall-2016 u l-2017.

2.   Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-kapaċità finanzjarja, it-tul u n-natura tal-finanzjament sal-31 ta’ Diċembru 2016.

Magħmul fi Strasburgu, l-24 ta’ Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Johannes HAHN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument Ewropew tal-Viċinat (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 27).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 44).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 11).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 1).

(5)  ĠU L 163, 2.7.1996, p. 1.

(6)  Dikjarazzjoni Konġunta mill-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li jiltaqgħu fil-Kunsill, fil-Parlament Ewropew u fil-Kummissjoni Ewropea, “Il-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja” (ĠU C 25, 30.1.2008, p. 1).

(7)  ĠU L 77, 15.3.2014, p. 95.

(8)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.


ANNESS

Stat Membru

1 % tal-introjtu nazzjonali gross

(EUR)

Kodiċi tal-ING

Kontribuzzjoni nazzjonali għat-Turkija, għall-Faċilità għar-Refuġjati

(EUR)

Il-Belġju

4 044 908 000

2,88 %

EUR 72 055 025,81

Il-Bulgarija

412 388 025

0,29 %

EUR 7 346 181,86

Ir-Repubblika Ċeka

1 429 950 658

1,02 %

EUR 25 472 799,77

Id-Danimarka

2 691 551 852

1,92 %

EUR 47 946 662,36

Il-Ġermanja

29 998 426 500

21,38 %

EUR 534 384 810,63

L-Estonja

195 941 500

0,14 %

EUR 3 490 455,12

L-Irlanda

1 605 484 000

1,14 %

EUR 28 599 708,83

Il-Greċja

1 758 757 000

1,25 %

EUR 31 330 077,48

Spanja

10 723 591 000

7,64 %

EUR 191 027 490,92

Franza

21 697 735 000

15,46 %

EUR 386 518 273,19

Il-Kroazja

414 701 663

0,30 %

EUR 7 387 396,46

L-Italja

15 782 177 500

11,25 %

EUR 281 139 943,61

Ċipru

162 048 000

0,12 %

EUR 2 886 684,40

Il-Latvja

245 937 500

0,18 %

EUR 4 381 071,93

Il-Litwanja

363 756 951

0,26 %

EUR 6 479 879,52

Il-Lussemburgu

302 768 000

0,22 %

EUR 5 393 436,90

L-Ungerija

1 028 794 578

0,73 %

EUR 18 326 701,09

Malta

79 473 735

0,06 %

EUR 1 415 726,15

In-Netherlands

6 589 010 000

4,70 %

EUR 117 375 051,69

L-Awstrija

3 201 701 000

2,28 %

EUR 57 034 337,54

Il-Polonja

3 997 275 344

2,85 %

EUR 71 206 509,04

Il-Portugall

1 708 890 500

1,22 %

EUR 30 441 767,55

Ir-Rumanija

1 517 506 692

1,08 %

EUR 27 032 502,06

Is-Slovenja

366 916 000

0,26 %

EUR 6 536 154,06

Is-Slovakkja

737 276 500

0,53 %

EUR 13 133 667,62

Il-Finlandja

1 992 220 500

1,42 %

EUR 35 488 940,55

L-Iżvezja

4 301 727 510

3,07 %

EUR 76 629 947,27

Ir-Renju Unit

22 990 023 751

16,38 %

EUR 409 538 796,60

Total

140 340 939 259

1

EUR 2 500 000 000,00


8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/14


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-7 ta’ Mejju 2015 rigward abbozz ta’ deċiżjoni relatata mal-Każ M.7421 Orange/Jazztel

Relatur: L-Irlanda

(2015/C 407/08)

Il-konċentrazzjoni

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni nnotifikata għandha dimensjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Definizzjoni tas-suq

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-swieq rilevanti tal-prodott u ġeografiċi fl-abbozz tad-Deċiżjoni.

4.

B’mod partikolari, il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li s-swieq li ġejjin għandhom ikunu distinti:

(i)

Is-suq ta’ servizzi fissi tat-telekomunikazzjoni għal konsumaturi finali fi Spanja (is-suq tas-servizzi ta’ telefonija fissa għall-konsumaturi).

(ii)

Is-suq ta’ servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet għal konsumaturi finali fi Spanja (is-suq tas-servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet għall-konsumaturi).

(iii)

Is-suq ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli għal konsumaturi finali fi Spanja (is-suq tas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli għall-konsumaturi).

(iv)

Servizzi multiple-play għal swieq possibbli fi Spanja:

(a)

Servizzi dual-play għal suq possibbli għal konsumaturi finali fi Spanja.

(b)

Servizzi triple-play għal suq possibbli għal konsumaturi finali fi Spanja.

(c)

Servizzi triple- u quadruple-play għal suq possibbli għal konsumaturi finali fi Spanja.

(d)

Servizzi multiple-play għal suq possibbli Spanjol għal konsumaturi finali.

(v)

Is-suq bl-ingrossa għal servizzi ta’ terminazzjoni tat-telefonati fuq netwerks fissi fi Spanja.

(vi)

Aċċess bl-ingrossa u oriġinazzjoni ta’ telefonati fuq netwerks mobbli fi Spanja.

(vii)

Is-suq bl-ingrossa ta’ terminazzjoni ta’ telefonati mobbli fi Spanja.

(viii)

Servizzi ta’ aċċess għall-broadband bl-ingrossa fi Spanja.

Effetti Orizzontali

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-operazzjoni proposta x’aktarx twassal għal effetti mhux koordinati orizzontali li jimpedixxu b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva minħabba t-tneħħija ta’ żewġ forzi kompetittivi importanti (Orange and Jazztel)

(i)

fis-suq Spanjol tas-servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet għal konsumaturi finali (is-suq tas-servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet għall-konsumaturi).

(ii)

fis-suq possibbli għall-konsumaturi għal servizzi dual-play fi Spanja,

(iii)

fis-suq possibbli għall-konsumaturi għal servizzi triple-play fi Spanja,

(iv)

fis-suq possibbli għall-konsumaturi għal servizzi triple- u quadruple-play fi Spanja, u

(v)

fis-suq possibbli għall-konsumaturi għal servizzi multiple-play fi Spanja,

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-operazzjoni proposta x’aktarx ma twassalx għal effetti orizzontali mhux koordinati li jimpedixxu b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva

(i)

fis-suq tal-konsumaturi għal servizzi ta’ telefonija fissa fi Spanja,

(ii)

fis-suq tal-konsumaturi għal servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli fi Spanja, u

(iii)

fis-suq tal-operaturi għal servizzi ta’ aċċess għall-broadband fi Spanja.

Effetti vertikali

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-operazzjoni proposta x’aktarx ma twassalx għal effetti vertikali mhux koordinati li jimpedixxu b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva

(i)

fis-suq tal-operaturi għal servizzi ta’ terminazzjoni ta’ telefonati fissi u l-provvista għall-konsumaturi ta’ servizzi ta’ telefonija fissa u l-provvista għall-konsumaturi ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli,

(ii)

fis-suq tal-operaturi għal servizzi ta’ terminazzjoni ta’ telefonati mobbli u l-provvista għall-konsumaturi ta’ servizzi ta’ telefonija fissa u l-provvista għall-konsumaturi ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli, u

(iii)

fis-suq tal-operaturi għal aċċess u oriġinazzjoni ta’ telefonati fuq netwerks mobbli u l-provvista għall-konsumaturi ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli.

L-effiċjenzi

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li ma taċċettax talbiet ta’ effiċjenza tal-Parti Notifikanti dwar

(i)

l-introduzzjoni ta’ fibra allegatament miżjuda wara l-fużjoni,

(ii)

l-offerta mtejba ta’ pakketti quadruple-play, u

(iii)

il-kapaċità imtejba biex jinqdew il-konsumaturi bbażata fuq in-netwerks tal-fibra u biex jiġu ffrankati t-tariffi għall-aċċess ta’ xDSL.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li taċċetta asserzjonijiet ta’ effiċjenza tal-Parti Notifikanti dwar l-eliminazzjoni ta’ marġinalizzazzjoni doppja ta’ servizzi mobbli pprovduti minn Orange lil Jazztel.

Rimedji

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji finali offruti mill-Parti Notifikanti fl-20 ta’ April 2015 jindirizzaw it-tħassib rigward il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni fis-suq tal-konsumaturi Spanjol għal servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet, fis-suq possibbli tal-konsumaturi Spanjol għal servizzi dual-play, fis-suq possibbli tal-konsumaturi Spanjol għal servizzi triple-play, fis-suq possibbli tal-konsumaturi Spanjol għal servizzi triple- u quadruple-play, u fis-suq possibbli tal-konsumaturi Spanjol għal servizzi multiple-play.

11.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li, bil-kundizzjoni ta’ konformità sħiħa mal-impenji finali, it-tranżazzjoni notifikata x’aktarx ma timpedixxix b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu.

12.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata trid għalhekk tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE skont l-Artikoli 2(2) u 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE.

Kwistjonijiet oħra li tqajmu matul id-diskussjoni:

Diversi Stati Membri esprimew in-nuqqas ta’ qbil tagħhom mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tirreferix il-każ lil Spanja abbażi tal-Artikolu 9 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.


8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/16


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Orange/Jazztel

(M.7421)

(2015/C 407/09)

Introduzzjoni

1.

Fis-16 ta’ Ottubru 2014, il-Kummissjoni Ewropea (il-“Kummissjoni”) rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (2) li permezz tagħha Orange SA (“Orange” jew il-“Parti Notifikanti”) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklussiv ta’ Jazztel plc. (“Jazztel”) permezz ta’ offerta pubblika (it-“Tranżazzjoni Proposta”). Orange u Jazztel flimkien se jkunu riferuti bħala l-“Partijiet”. It-Tranżazzjoni Proposta għandha dimensjoni tal-UE skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

2.

Abbażi tal-investigazzjoni fl-ewwel fażi, il-Kummissjoni qajjmet dubji serji fir-rigward tal-kompatibbiltà tat-Tranżazzjoni Proposta mas-suq intern u fl-4 ta’ Diċembru 2014, adottat deċiżjoni biex tibda proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Il-Parti Notifikanti ssottomettiet kummenti bil-miktub fil-15 ta’ Diċembru 2014 flimkien ma’ rapporti ekonomiċi f’Jannar u Frar 2015.

3.

Fil-5 ta’ Novembru 2014, ir-Renju ta’ Spanja, permezz tal-awtorità tal-kompetizzjoni tiegħu, ressaq talba għal riferiment sħiħ ta’ ġurisdizzjoni fuq it-Tranżazzjoni Proposta skont l-Artikolu 9(2)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Wara t-tnedija tal-proċedimenti u n-nota ta’ tfakkir mibgħuta mir-Renju ta’ Spanja fid-19 ta’ Diċembru 2014, wara li semgħet lill-Parti Notifikanti, fis-26 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tiċħad talba ta’ rinviju skont l-Artikolu 9(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet

4.

Fil-25 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”), fejn hija waslet għall-fehma preliminari li t-Tranżazzjoni Proposta tista’ timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva f’parti sostanzjali tas-suq intern skont l-Artikolu 2 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

5.

Il-Parti Notifikanti wieġbet għad-DO fil-11 ta’ Marzu 2015 u Jazztel issottomettiet kummenti lid-DO fil-11 ta’ Marzu 2015.

Aċċess għall-fajl

6.

Orange rċeviet aċċess għall-fajl permezz ta’ CD-ROM fis-26 ta’ Frar 2015, it-3 ta’ Marzu 2015, is-27 ta’ Marzu 2015 u t-30 ta’ April 2015. Il-konsulenti ekonomiċi ta’ Orange rċevew aċċess għal informazzjonali kunfidenzjali li fuqhom hija bbażata l-analiżi ekonomika tal-Kummissjoni fid-DO permezz ta’ kamra tad-dejta.

Ittra tal-fatti

7.

Fl-10 ta’ Marzu 2015, il-Kummissjoni bagħtet ittra tal-fatti lil Orange biex tinfurmaha dwar evidenza addizzjonali identifikata wara l-adozzjoni tad-DO li appoġġat il-konklużjonijiet preliminari milħuqa fid-DO u li jistgħu jiġu invokati fid-deċiżjoni finali. Il-Parti Notifikanti ssottomettiet kummenti bil-miktub fit-13 ta’ Marzu 2015.

Is-sospensjoni tal-limitu ta’ żmien

8.

Wara li Orange naqset milli twieġeb għal talba għal informazzjoni, tas-7 ta’ Jannar 2015 fl-14 ta’ Jannar 2015 il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet li tissospendi l-limitu ta’ żmien għall-eżaminazzjoni tat-Tranżazzjoni Proposta mill-istess ġurnata. Il-Parti Notifikanti wieġbet għal talba għal informazzjoni fid-19 ta’ Jannar 2015 u l-proċedura tkompliet fl-20 ta’ Jannar 2015.

9.

Wara li Orange naqset milli twieġeb għal talba għal informazzjoni, tal-11 ta’ Diċembru 2014 fit-18 ta’ Marzu 2015 il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet li tissospendi l-limitu ta’ żmien għall-eżaminazzjoni tat-Tranżazzjoni Proposta mill-4 ta’ Marzu 2015. Il-Parti Notifikanti wieġbet għal talba għal informazzjoni fis-27 ta’ Marzu 2015 u l-proċedura tkompliet fit-28 ta’ Marzu 2015.

Persuni terzi interessati

10.

Wara li ressqu t-talbiet motivati tagħhom, jiena ppermettejt li Másmovíl Ibercom SA (“Másmovíl”), Vodafone Group Plc (“Vodafone”) u Xfera Móviles SA (“Yoigo”) jinstemgħu bħala persuni terzi interessati. Persuni terzi interessati ssottomettew kummenti bil-miktub. Jiena wkoll ilqajt talbiet minn kull waħda minn dawn il-persuni sabiex jipparteċipaw fis-seduta formali.

11.

Wara s-seduta, fuq talba, jiena ppermettejt li R Cable y Telecomunicaciones Galicia, SA (“R Cable”) tinstema’ bħala persuna terza interessata fil-proċedimenti. R Cable pprovdiet kummenti bil-miktub.

Seduta

12.

Is-seduta formali saret fis-16 ta’ Marzu 2015 u attendew il-Partijiet; il-persuni terzi interessati, Másmovíl, Vodafone u Yoigo; is-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni; ir-rappreżentanti mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ ħdax-il Stat Membru (il-Belġju, il-Finlandja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, Spanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit); u rappreżentant mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Il-Partijiet talbu u ngħataw sessjoni bil-bibien magħluqin għal partijiet mill-preżentazzjonijiet rispettivi tagħhom.

Impenji

13.

Sabiex tindirizza t-tħassib dwar il-kompetizzjoni mqajma mill-Kummissjoni, il-Parti Notifikanti ssottomettiet impenji formali lill-Kummissjoni fis-6 ta’ Marzu 2015. Il-Kummissjoni għamlet test tas-suq ta’ dawn l-impenji fit-13 ta’ Marzu 2015.

14.

Il-Parti Notifikanti ssottometiet impenji riveduti fid-29 ta’ Marzu 2015 u fis-6 ta’ April 2015. Dawn l-impenji tal-aħħar ġew ittestjati għas-suq fit-8 ta’ April 2015. Il-Parti Notifikanti ssottomettiet sett finali ta’ impenji fl-20 ta’ April 2015.

15.

Abbażi tas-sett finali ta’ impenji, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Tranżazzjoni Proposta hija kompatibbli mas-suq intern u l-Ftehim ŻEE.

Konklużjoni

16.

Skont l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, jien eżaminajt jekk l-abbozz tad-deċiżjoni jindirizzax biss l-oġġezzjonijiet rigward liema l-Partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom u wasalt għal konklużjoni pożittiva.

17.

B’mod ġenerali, nikkonkludi li l-partijiet kollha rnexxielhom jeżerċitaw b’mod effettiv id-drittijiet tagħhom f’dan il-każ.

Brussel, il-11 ta’ Mejju 2015.

Joos STRAGIER


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni, ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29 (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi, ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/18


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-19 ta’ Mejju 2015

li tiddikkjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE

(Il-Każ M.7421 – Orange/Jazztel)

(notifikat bid-dokument C(2015) 3370)

(it-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 407/10)

Fid-19 ta’ Mejju 2015 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f’każ ta’ fużjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi  (1) , u partikolarment l-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa tista’ tinstab fil-lingwa awtentika tal-każ fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html.

I.   IL-PARTIJIET

(1)

Orange SA (“Orange” jew “il-Parti Notifikanti”), permezz tas-sussidjarja kompletament tagħha France Telecom España SAU li topera taħt l-isem kummerċjali tagħha Orange España, toffri telekomunikazzjoni mobbli, telefonija fissa u servizzi tal-aċċess għall-Internet lil klijenti fi Spanja. Orange hija t-tielet l-akbar Operatur tan-Netwerk Mobbli (“ONM”) fi Spanja. Biex tkun tista’ tagħti aċċess fiss għall-Internet u servizzi ta’ telefonija fissa, Orange tiddependi l-iktar fuq aċċess dirett regolat, permezz ta’ diżaggregazzjoni taċ-ċirkwiti lokali (local loop unbundling “LLU”), għan-netwerk tar-ram tal-operatur tat-telekomunikazzjoni stabbilit, Telefónica, bl-użu ta’ netwerk xDSL tiegħu stess. Hija topera wkoll in-netwerk tal-Fibra għad-Dar (“FTTH”) tagħha stess, li jkopri 800 000 unitajiet ta’ bini (“UB”) sa tmiem l-2014. Fis-suq tal-konsumaturi għal servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet, fl-2014 Orange kienet it-tielet l-akbar attur kemm bħala dħul kif ukoll bħala abbonati.

(2)

Jazztel plc (“Jazztel”, flimkien ma’ Orange, il-“Partijiet”) toffri telefonija fissa, aċċess għall-Internet u servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli fi Spanja. Jazztel toffri aċċess fiss għall-Internet u servizzi ta’ telefonija fissa permezz tan-netwerk xDSL ta’ proprjetà tagħha li jiddependi fuq l-aċċess LLU għan-netwerk tar-ram ta’ Telefónica u permezz tan-netwerk FTTH tagħha stess, li jkopri 3 miljun UB fi Spanja. Jazztel toffri servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli bħala operatur ta’ netwerk mobbli virtwali (“MVNO”) fuq in-netwerk ta’ Orange. Fis-suq tal-konsumaturi għal servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet, fl-2014 Jazztel kienet ir-raba’ l-akbar attur kemm mid-dħul u mill-abbonati.

II.   L-OPERAZZJONI

(3)

Fis-16 ta’ Ottubru 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika formali skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet li permezz tagħha Orange għandha l-intenzjoni li takkwista l-kontroll esklussiv ta’ Jazztel permezz ta’ offerta pubblika (“it-Tranżazzjoni Proposta”).

(4)

Għaldaqstant il-fużjoni tikkostitwixxi konċentrazzjoni skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

III.   IL-PROĊEDURA

(5)

Fl-4 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni sabet li t-Tranżazzjoni Proposta tqajjem dubji serji fir-rigward tal-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern u adottat deċiżjoni biex tibda proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

(6)

Fil-5 ta’ Marzu 2014, il-Kummissjoni rċeviet talba mingħand ir-Renju ta’ Spanja sabiex tirreferi l-każ kollu lill-awtorità Spanjola tal-kompetizzjoni, lill-Comisión Nacional de los Mercados y la Competencia (“CNMC”) skont l-Artikolu 9(2)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Wara t-tnedija tal-proċedimenti permezz ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 6(1)(c), ir-Renju ta’ Spanja bagħat tifkira dwar it-talba tiegħu ta’ rinviju fid-19 ta’ Mejju 2014. Fis-26 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 9(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, biex b’hekk irrifjutat it-talba ta’ rinviju.

(7)

Fis-6 ta’ Marzu 2014, Orange ressqet impenji lill-Kummissjoni. Wara r-riżultati tat-test tas-suq u r-rispons tal-Kummissjoni għal dawn l-impenji, Orange ppreżentat settijiet ġodda ta’ impenji fid-29 ta’ Marzu 2015 u s-6 ta’ April 2015 rispettivament. Fl-20 ta’ April 2015, Orange ressqet sett finali ta’ impenji li jagħmlu t-tranżazzjoni kompatibbli mas-suq intern.

IV.   MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

A.   IS-SWIEQ TAL-PRODOTTI RILEVANTI

(8)

B’konformità ma’ deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni li jikkonċernaw swieq għal servizzi tat-telekomunikazzjoni fissi u mobbli, is-swieq tal-prodotti rilevanti fi Spanja għall-finijiet ta’ din id-deċiżjoni huma definiti kif ġej:

(9)

Fil-livell tal-konsumatur: (i) provvista ta’ servizzi telefoniċi fissi tal-vuċi; (ii) provvista ta’ servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet; (iii) provvista ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli; (iv) is-suq possibbli għall-provvista ta’ servizzi multiple play.

(10)

Fil-livell tal-operatur: (v) terminazzjoni ta’ telefonati fuq netwerks fissi; (vi) terminazzjoni ta’ telefonati fuq netwerks mobbli; (vii) servizzi ta’ tranżitu ta’ telefonati domestiċi fuq netwerks fissi; (viii) servizzi ta’ aċċess għal broadband; (ix) konnettività mal-Internet; (x) servizzi ta’ telekomunikazzjoni globali (“GTS”); (xi) servizzi carrier internazzjonali; (xii) aċċess u oriġinazzjoni ta’ telefonati fuq netwerks mobbli; (xiii) roaming internazzjoni fuq netwerks mobbli; u (xiv) telefonati wara xulxin.

(11)

Aktar dettalji dwar id-definizzjoni tas-suq fir-rigward tas-suq għall-provvista għall-konsum ta’ servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet u tas-suq possibbli għall-provvista għall-konsum ta’ servizzi multiple play, li huma affettwati b’mod orizzontali, li huma ta’ importanza partikolari f’dan il-każ, huma stabbiliti hawn taħt.

Is-suq għall-provvista għall-konsum ta’ servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet,

(12)

B’konformità mad-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tqis, f’dan il-każ li hemm swieq separati, fuq naħa waħda, għal konsumaturi residenzjali u kummerċjali żgħar (li huma parti mis-suq tal-provvista għall-konsum ta’ servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet) u, min-naħa l-oħra, għal konsumaturi kummerċjali kbar (li huma parti mis-suq tal-konsumaturi separat għall-konnettività tan-negozju). Il-Kummissjoni kkunsidrat f’dan il-każ segmentazzjonijiet possibbli tas-suq għal servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet ibbażati fuq il-veloċità (iktar jew inqas minn 30 Mb/s), jew it-teknoloġija tad-distribuzzjoni (ram, kejbil “HFC” tal-fibra ibridu koassjali u FTTH). Finalment, il-Kummissjoni tħalli d-definizzjoni eżatta tas-suq miftuħa f’dan ir-rigward. Il-Kummissjoni tikkonkludi li servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet għal konsumaturi residenzjali u kummerċjali żgħar, irrispettivament minn jekk il-veloċitajiet humiex anqas jew aktar minn 30 Mb/s u rrispettivament minn x’teknoloġija tad-distribuzzjoni tintuża għall-provvista ta’ dawn is-servizzi għall-utent aħħari, jappartjenu għall-istess suq rilevanti għall-provvista għall-konsum ta’ servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet fi Spanja.

(13)

B’konformità mad-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni u l-perspettiva tal-Parti Notifikanti, l-ambitu ġeografiku ta’ dan is-suq huwa meqjus li huwa nazzjonali, jiġifieri jikkorrispondi għat-territorju tar-Renju ta’ Spanja.

Swieq possibbli għall-provvista għall-konsum ta’ servizzi multiple play

(14)

Is-servizzi tal-multiple play jinkludu pakkett ta’ tnejn jew aktar min dawn is-servizzi li ġejjin lil konsumaturi finali: servizzi tat-telefonija fissa, servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet, servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli u servizzi televiżivi Servizzi ta’ pakketti bħal dawn jistgħu jikkonsistu mill-hekk imsejħa pakketti dual-play, triple-play jew anki quadruple-play li jinkludu xi wħud jew is-servizzi kollha msemmija hawn fuq. F’deċiżjonijiet preċedenti (2), il-Kummissjoni fl-aħħar mill-aħħar ħalliet miftuħa l-kwistjoni dwar jekk jeżistix suq għal servizzi multiple play li huwa separat mis-swieq għal kull komponent tal-pakketti.

(15)

Servizzi magħquda, li jippermettu lill-konsumaturi finali jiksbu prezzijiet aħjar u jissimplifikaw id-deċiżjonijiet ta’ xiri għall-konsumaturi, jaqdu rwol importanti fis-settur residenzjali fi Spanja. Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kwistjoni tista’ titħalla miftuħa dwar jekk (i) servizzi multiple play jikkostitwixxux suq tal-prodott separat (inklużi l-kombinazzjonijiet dual-, triple- u quadruple-play kollha possibbli) jew (ii) jekk hemmx diversi swieq separati tal-prodott multiple play (inklużi kombinazzjonijiet magħżula ta’ komponenti maqgħuda, pereżempju: dual-play biss, triple-play biss, triple- u quadruple-play magħquda, quadruple-play biss), distinti għal kull wieħed mis-swieq tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni sottostanti.

(16)

Preċedentement (3), il-Kummissjoni kkunsidrat li l-possibbiltà ta’ suq għal servizzi triple-play li jinkludu servizzi tat-telefonija fissa, servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet u servizzi televiżivi bi ħlas jkollu ambitu nazzjonali. F’dan il-każ, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-indikazzjoni ġeografika eżatta, sew jekk nazzjonali jew reġjonali, ta’ suq (swieq) possibbli għall-provvista għall-konsum ta’ servizzi multiple play tista’ titħalla miftuħa.

B.   IL-VALUTAZZJONI KOMPETITTIVA

(17)

Wara l-investigazzjoni fil-fond tagħha, il-Kumissjoni kkonkludiet li t-Tranżazzjoni Proposta ma tqajjimx tħassib għall-kompetizzjoni fir-rigward ta’ swieq li ġejjin fi Spanja: (i) is-suq tal-konsumaturi għal servizzi telefoniċi fissi; (ii) is-suq tal-konsumaturi għal servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet mobbli; (iii) is-suq tal-operaturi għall-provvista ta’ servizzi ta’ aċċess għall-broadband; u (iv) is-suq tal-operaturi għal servizzi fissi ta’ terminazzjoni ta’ telefonati, (v) is-suq tal-operaturi għal servizzi mobbli ta’ terminazzjoni ta’ telefonati, (vi) is-suq tal-operaturi għall-provvista ta’ tranżitu ta’ telefonati domestiċi fuq netwerks fissi; (vii) is-suq tal-operaturi għal konnettività mal-Internet; (viii) is-suq għal servizzi ta’ telekomunikazzjoni globali; (ix) is-suq tal-operaturi għal servizzi carrier internazzjonali; (x) is-suq tal-operaturi għal servizzi ta’ aċċess u oriġinazzjoni ta’ telefonati fuq netwerks mobbli; u (xi) is-suq tal-operaturi għal telefonati wara xulxin. Il-Kummissjoni tikkonkludi wkoll li t-Tranżazzjoni Proposta ma tqajjimx tħassib dwar il-kompetizzjoni rigward is-swieq tal-operaturi għal servizzi ta’ roaming internazzjonali fi Franza, il-Polonja u r-Rumanija.

(18)

Madankollu, il-Kummissjoni tikkonkludi li filwaqt li t-Tranżazzjoni Proposta ma twassalx għall-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti (unika) tal-entità fuża, se tirriżulta xorta f’impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-suq tal-konsumaturi għall-provvista ta’ servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet, kif ukoll fuq is-suq possibbli għal servizzi multiple play, is-suq possibbli għal servizzi dual-play, is-suq possibbli għal servizzi triple-play, u s-suq possibbli għal servizzi triple- u quadruple-play magħquda, fi Spanja.

a)   Suq għal servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet;

(19)

Attwalment hemm erba’ fornituri tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni fissa fuq livell nazzjonali fi Spanja (Telefónica, Vodafone, Orange u Jazztel). Dawn l-erba’fornituri jammontaw għal madwar 91 % tas-suq f’termini ta’ dħul, u kważi 94 % f’termini ta’ abbonati. Il-bqija tas-suq huwa moqdi (i) mit-tliet operaturi reġjonali tal-kejbil li joperaw fit-tramuntana ta’ Spanja (4) u (ii) mill-kompetituri minuri bbażati fil-biċċa l-kbira fuq is-servizzi (jiddependu l-iktar fuq bitstream jew il-bejgħ mill-ġdid ta’ prodotti tat-telekomunikazzjoni fissa), bħal Másmovíl jew Pepephone.

(20)

L-evoluzzjoni tal-ishma tas-suq turi li Orange u Jazztel kienu l-aktar l-operaturi dinamiċi tal-aċċess fiss għall-Internet f’dawn l-aħħar snin. Min-naħa l-oħra, Telefónica esperjenzat tnaqqis qawwi kemm f’abbonati kif ukoll f’sehem tad-dħul filwaqt li operaturi nazzjonali oħra, Vodafone u ONO, kellhom prestazzjoni stabbli.

(21)

Il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni Proposta se tnaqqas in-numru ta’ atturi nazzjonali fis-suq globali għal servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet permezz tal-fużjoni taż-żewġ l-akbar operaturi b’suċċess (f’termini ta’ tkabbir tas-sehem mis-suq) f’dawn l-aħħar snin. L-ikbar impatt ikun f’medda ta’ żmien qasir fis-settur b’veloċitajiet sa 30 Mb/s, filwaqt li l-ebda konklużjoni soda ma tista’ tinsilet fis-settur ta’ Broadband Veloċi Ħafna (“VHBB”) ta’ servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet b’veloċitajiet ogħla minn 30 Mb/s minħabba l-inċertezza marbuta mal-adozzjoni u l-provvediment ta’ Aċċess għall-Ġenerazzjoni li Jmiss (“NGA”) (5) fis-snin li ġejjin.

(22)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li kemm Orange u – b’mod partikolari – Jazztel kellhom rwol importanti biex jeżerċitaw limitazzjonijiet kompetittivi fuq xulxin u fuq il-kompetituri li fadal f’dawn l-aħħar snin. Il-Kummissjoni tagħraf ir-rwol ta’ Telefónica fis-suq bħala attur importanti. Madankollu, għall-kuntrarju tal-asserzjonijiet tal-Parti Notifikanti li Telefónica huwa l-iktar operatur aggressiv tal-prezzijiet, il-Kummissjoni tikkonstata li Telefónica hija aktar iffukata fuq iż-żamma tal-konsumaturi u offerti ta’ valur ogħla.

(23)

Barra minn hekk il-Kummissjoni tqis, abbażi prinċipalment tal-analiżi tad-dokumenti interni ta’ Orange, li l-entità fuża jkollha inqas inċentivi biex tikkompeti meta mqabbla mal-inċentivi li Orange u Jazztel ikollhom fuq bażi indipendenti. Barra dan, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni Proposta se twassal għal telf ta’ pressjoni kompetittiva, minħabba l-għajbien tal-offerti bi prezz baxx u konverġenti ta’ Jazztel, li eżerċitaw restrizzjoni fuq l-offerti tal-operaturi stabbiliti kollha.

(24)

Iż-żewġ Partijiet jeżerċitaw pressjoni kompetittiva importanti fuq il-kompetituri l-oħra kollha, inkluż Telefónica u Vodafone. Il-bidla fl-inċentivi tal-entità fuża u ż-żieda possibbli fil-prezz wara l-għaqda se jnaqqsu b’mod sinifikanti din il-pressjoni fuq il-bażi ta’ konsumaturi ta’ operaturi kompetituri. Għalhekk, il-kompetituri jistgħu jsibuha aktar faċli biex iżommu l-konsumaturi eżistenti jew saħansitra biex jattiraw konsumaturi ġodda mingħand l-entità fuża. Iż-żieda fid-domanda se tagħti inċentivi lill-operaturi kompetituri li sussegwentement jgħollu l-prezzijiet tagħhom.

(25)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li huwa improbabbli li l-kompetituri tal-entità fuża – jiġifieri Telefónica u Vodafone – se jegħlbu ż-żieda potenzjali tal-prezz tal-entità fuża wara t-Tranżazzjoni Proposta, u li t-Tranżazzjoni Proposta se xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq tal-provvista għall-konsum ta’ servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet fi Spanja.

b)   Is-suq possibbli għal servizzi multiple play.

(26)

L-attivitajiet tal-Partijiet jidħlu f’xulxin fis-suq possibbli għal servizzi multiple play kollha, fi swieq possibbli separati għal servizzi dual-play (6) u għal servizzi triple-play (7), kif ukoll fis-suq possibbli li jikkombina servizzi triple- u quadruple-play (8). Peress li Jazztel mhijiex attiva f’servizzi televiżivi bi ħlas, ma hemm l-ebda duplikazzjoni fil-provvista ta’ servizzi quadruple-play.

Is-suq għal servizzi multiple play.

(27)

Il-pożizzjoni tal-Partijiet f’suq globali għal servizzi multiple play se jkun kważi identiku għall-pożizzjoni tagħhom fis-suq għal servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet peress li l-offerti multiple play kollha fi Spanja jinkludu servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet u s-sehem ta’ servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet ipprovdut bħala servizz għalih waħdu barra minn pakkett huwa negliġibbli (9). Għaldaqstant, valutazzjoni tal-impatt tat-Tranżazzjoni Proposta fuq is-suq possibbli għal servizzi multiple play jkollha tikkonkludi li jeżisti impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva, fir-rigward tas-suq tal-konsumatur għal servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet.

Suq separat għal servizzi dual-play

(28)

Jekk suq separat għal dual-play huwa analizzat, il-Kummissjoni tqis li t-tħassib dwar il-kompetizzjoni mqajma fir-rigward ta’ dan is-suq huma inqas b’saħħithom milli għas-suq tal-konsumaturi għal servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet, iżda xorta jammontaw għal impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva. Fil-fatt, f’tali suq għal servizzi dual-play, il-Partijiet huma ġeneralment anqas aggressivi iżda xorta waħda forzi kompetittivi importanti. L-analiżi kwantitattiva tipprevedi żieda inqas fil-prezzijiet iżda xorta sinifikanti. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-Tranżazzjoni Proposta se tneħħi żewġ forzi kompetittivi importanti u tnaqqas l-inċentivi tal-entità fuża biex tikkompeti. Dan it-telf ta’ kompetizzjoni ma jiġix ikkumpensat minn kompetituri eżistenti jew ġodda.

(29)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Tranżazzjoni Proposta se timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva anke f’każ ta’ suq possibbli separat għal servizzi dual-play.

Suq separat għal servizzi triple-play u suq li jikkombina servizzi triple- u quadruple-play

(30)

Il-Kummissjoni vvalutat ukoll l-impatt tat-Tranżazzjoni Proposta fuq is-suq possibbli li jikkombina servizzi triple- u quadruple-play, minħabba l-uniformità tal-infrastruttura sottostanti taż-żewġt iswieq u l-bidla tas-suq attwali minn servizzi triple-play għal quadruple-play. Il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni Proposta tista’ timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva f’dan is-suq u, a fortiori, f’suq possibbli separat għal servizzi triple-play, minħabba l-ishma ogħla tal-Partijiet fis-suq ta’ servizzi triple-play.

Konklużjoni fuq servizzi multiple play

(31)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li t-Tranżazzjoni Proposta se timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-swieq possibbli għal servizzi multiple play, fis-suq possibbli għal servizzi dual-play, fis-suq possibbli għal servizzi triple-play, u fis-suq possibbli li jinkludi servizzi triple- u quadruple-play fi Spanja.

c)   Valutazzjoni kwantitattiva ta’ effetti orizzontali mhux ikkoordinati

(32)

Il-Kummissjoni wettqet ukoll valutazzjoni ta’ kemm l-eliminazzjoni tal-kompetizzjoni bejn il-partijiet se tiġġenera inċentiv biex iżżid il-prezz għall-entità fuża, wara li tkun saret it-tranżazzjoni. L-analiżi tal-Kummissjoni tiffoka fuq żewġ tipi ta’ prodotti, jiġifieri (i) il-prodott dual-play li jikkonsisti minn telefonija fissa u aċċess tal-Internet fiss, u (ii) l-aggregazzjoni ta’ servizzi triple- u quadruple-play li jikkonsistu fi dual-play flimkien ma’ servizzi mobbli u possibbilment tat-TV. Il-Kummissjoni tqis li dawn it-tipi ta’ prodotti huma sostituti tajbin għall-komputazzjoni ta’ analiżi kwantitattiva ta’ żidiet fil-prezzijiet fis-suq tal-konsumaturi ta’ servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet, peress li kważi t-totalità ta’ servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet huma mibjugħa bħala parti minn pakkett. Kull wieħed minn dawn it-tipi ta’ prodotti joffri aċċess fiss għall-Internet bħala parti mill-pakkett (10). L-analiżi kwantitativa li saret tindika li l-Partijiet jimponu restrizzjoni kompetittiva sinifikanti fuq xulxin, b’mod partikolari fir-rigward ta’ servizzi triple- u quadruple-play.

(33)

B’mod ġenerali, il-valutazzjoni kwantitattiva tal-effetti probabbli tal-eliminazzjoni ta’ kompetizzjoni orizzontali li tirriżulta mill-għaqda tindika li l-għaqda x’aktarx li twassal għal żidiet sinifikanti fil-prezzijiet f’żewġ xenarji bażiċi meqjusa għall-iskop tal-analiżi.

d)   Probabbiltà limitata ta’ dħul suffiċjenti fi swieq tal-konsumaturi li jinvolvu servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet

(34)

Il-Kummissjoni tqis li l-ostakli għad-dħul fis-swieq tal-konsumaturi li jinvolvu servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet huma għoljin. Dan japplika kemm għas-settur VHBB, li mhuwiex regolat fi Spanja, kif ukoll għas-settur għal veloċitajiet taħt it-30 Mb/s li huwa soġġett għal regolamentazzjoni diretta u indiretta.

e)   Probabbiltà limitata ta’ dħul suffiċjenti fi swieq multiple play tinvolvi komponent mobbli

(35)

Fir-rigward tad-dħul fis-swieq multiple play li jinvolvu komponent mobbli, il-Kummissjoni tinnota li, sabiex joffru servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet fissi u mobbli f’pakkett, l-operaturi tat-telekomunikazzjonijiet għandhom ikollhom aċċess għal komponenti kemm fissi u mobbli tal-pakkett. Barra minn hekk, tali aċċess għandu jingħata bi prezzijiet li jippermettu lill-operatur biex jirreplika l-prezzijiet għall-konsumaturi fis-suq u jżomm marġni pożittiv. Għalhekk, prezzijiet bl-ingrossa raġonevoli għal servizzi tat-telekomunikazzjonijiet mobbli – inkluż teknoloġija 4G – huma kruċjali. Minħabba l-inċertezza legali attwali li tinvolvi l-interpretazzjoni korretta tar-regolazzjoni attwali ta’ servizzi tal-aċċess tal-operaturi u tal-oriġinazzjoni ta’ telefonati fuq netwerks mobbli fi Spanja, minbarra s-sejbiet diġà esposti iktar ‘il fuq fir-rigward ta’ dħul fi swieq tal-konsumaturi li jinvolvu servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet, il-Kummissjoni tqis li l-ostakli għad-dħul fi swieq multiple play li jinvolvu komponent mobbli, bħal prodotti triple-play u quadruple-play, huma għoljin.

f)   L-impatt tat-Tranżazzjoni Proposta dwar l-implimentazzjoni ta’ netwerks tat-tip NGA

(36)

Kemm Orange u Jazztel bħalissa jużaw netwerks FTTH tagħhom stess. Orange għandha impronta inqas estensiva, b’madwar 0,8 miljun UB koperti, meta mqabbla ma’ netwerk FTTH ta’ Jazztel ta’ 3 miljun UB.

(37)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-introduzzjoni ta’ FTTH kombinat ta’ Orange u Jazztel f’xenarju awtonomu jkun ikbar jew daqs l-introduzzjoni tal-fibra tal-entità fuża. Għalhekk, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li t-Tranżazzjoni Proposta mhux probabbli li twassal għal xi żieda sinifikanti fil-kopertura FTTH mill-entità fuża, kif imqabbel ma’ xenarju awtonomu. Rigward it-telf potenzjali ta’ kompetizzjoni f’żoni fejn netwerks tat-tip NGA tal-Partijiet jkunu kkoinċidew fil-futur, il-Kummissjoni tqis li tali sejba ta’ telf ta’ kompetizzjoni futura ma tistax tiġi stabbilita bil-grad ta’ ċertezza meħtieġ.

g)   L-effiċjenzi

(38)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-effiċjenzi iddikjarati mill-Parti Notifikanti relatati ma’ (i) iż-żieda asserita fl-impronta tal-fibri wara l-fużjoni, (ii) il-pożizzjoni aħjar tagħha biex toffri prodotti quadruple-play bħala konsegwenza ta’ żieda fil-konsumaturi tagħha wara li ssir it-tranżazzjoni, u (iii) tnaqqis fil-kost marġinali tas-servizzi offruti lil konsumaturi tad-DSL tagħha billi jittrasferixxu lil dawn il-konsumaturi għall-fibra, u b’hekk jevitaw l-ispejjeż ta’ aċċess għall-infrastruttura tar-ram, la huma verifikabbli u lanqas speċifiċi għall-fużjoni u ma jistgħux, għaldaqstant, jiġu rikonoxxuti. Madankollu, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-effiċjenzi relatati mat-tneħħija ta’ marġinalizzazzjoni doppja ta’ servizzi mobbli pprovduti minn Orange lil Jazztel ġew murija skont l-istandards meħtieġa skont il-Linji Gwida dwar l-Għaqdiet Orizzontali u jistgħu jiġu aċċettati. Dawn l-effiċjenzi ma jikkumpensawx kompletament l-effetti antikompetittivi tal-għaqda u l-effetti netti antikompetittivi jibqgħu sinifikanti.

V.   L-IMPENJI

1.   Deskrizzjoni tal-impenji

(39)

Sabiex tindirizza t-tħassib dwar il-kompetizzjoni msemmija qabel, il-Parti Notifikanti ressqet sett ta’ impenji finali fl-20 ta’ April 2015 (“l-Impenji”) li jinkludu żewġ komponenti ewlenin – iċ-ċediment ta’ netwerk FTTH u aċċess bitstream bl-ingrossa għan-netwerk ADSL ta’ Jazztel (l-“Aċċess Bitstream bl-Ingrossa ADSL”) – kif ukoll aċċess mhux obbligatorju għal netwerks mobbli bl-ingrossa tal-Parti Notifikanti.

Iċ-ċediment tan-Netwerk FTTH

(40)

Il-Parti Notifikanti timpenja ruħha li ċċedi netwerk FTTH li jkopri madwar 720 000 UB fil-ħamest ibliet ta’ Barċelona, ta’ Madrid, ta’ Malaga, ta’ Sevilja u ta’ Valenzja. In-netwerk FTTH ċedut huwa indipendenti mill-Parti Notifikanti u jikkostitwixxi netwerk koerenti fil-livell tal-kejbils (li jiġbru bosta linji tal-fibra). Peress li n-netwerk FTTH ċedut ikopri UB li jinsabu fuq partijiet ta’ netwerk ta’ fibra distinti minn xulxin ta’ Jazztel, il-Parti Notifikanti se tkun riżervata Dritt Inderogabbli ta’ Użu (“DIU”) fuq 40 % tal-kapaċità tal-kejbils FTTH ċeduti, imkejla fil-livell ta’ kull skambju lokali. Id-DIU jingħata għal 35 sena b’tariffa ta’ darba u tariffa rikorrenti li tkopri l-ispejjeż ta’ manteniment pagabbli mill-Parti Notifikanti.

Aċċess Bitstream bl-Ingrossa ADSL

(41)

Il-Parti Notifikanti timpenja ruħha li tagħti lix-xerrej tan-netwerk FTTH ċedut aċċess bitstream bl-ingrossa għan-netwerk tal-ADSL ta’ Jazztel. L-aċċess huwa pprovdut bħala servizz bitstream nazzjonali b’interkonnessjoni f’punt uniku ta’ preżenza, ikkumplimentat minn punt ta’ interkonnessjoni ta’ riżerva. L-aċċess bl-ingrossa se juża bħala input l-aċċess regolat dirett tan-netwerk tar-ram ta’ Telefónica u jipprovdi aċċess għal aktar minn elf skambju lokali ta’ Telefónica, u jilħaq madwar 78 % tat-territorju Spanjol.

(42)

Il-Parti Notifikanti se tipprovdi s-servizz inizjalment għal perjodu ta’ 4 snin, li jista’ jiġġedded għal perjodu massimu addizzjonali ta’ 4 snin.

(43)

Matul il-perjodu inizjali ta’ 4 snin, ix-xerrej iħallas tariffa ta’ aċċess ta’ kull xahar għal kull linja, flimkien ma’ tariffa fissa li għandu jintlaħaq qbil dwarha bil-quddiem bejn il-Parti Notifikanti u x-xerrej. Din it-tariffa fissa ma għandhiex tkun marbuta man-numru ta’ linji eventwalment attivati jew użati mix-xerrej iżda tista’ tkun marbuta ma’ parametri tas-suq li huma lil hinn mill-kontroll tal-Parti Notifikanti jew ix-xerrej.

(44)

Waqt il-perjodu addizzjonali ta’ massimu ta’ 4 snin, ix-xerrej iħallas biss tariffa ta’ aċċess ta’ kull xahar. Tali tariffa ta’ aċċess ta’ kull xahar ma tistax taqbeż ċertu limitu massimu għal kull xahar għal kull linja.

(45)

L-Aċċess Bitstream bl-Ingrossa ADSL jippermetti wkoll lix-xerrej jipprovdi servizzi ta’ telefonija fissa bl-użu ta’ teknoloġija ta’ Protokoll tal-vuċi fuq l-Internet (VoIP). Fil-fatt, il-Parti Notifikanti timpenja ruħha li tipprovdi teknoloġija ta’ prijoritizzazzjoni tal-VoIP fuq in-netwerk ta’ Jazztel u li tiżgura kwalità ta’ servizz.

Aċċess mhux obbligatorju għal servizzi mobbli bl-ingrossa

(46)

L-Impenji jipprovdu wkoll li, jekk ix-xerrej ma jkunx diġà jibbenefika minn aċċess għal netwerk tat-telekomunikazzjoni mobbli inklużi servizzi 2G, 3G u 4G, il-Parti Notifikanti tipprovdi lix-xerrej b’dan l-aċċess għal servizzi mobbli bl-ingrossa fuq termini kompetittivi u, f’kull każ, f’termini favorevoli daqs dawk li Orange tat lil Jazztel fil-kuntratt MVNO eżistenti tagħha. Dan l-aċċess mhux obbligatorju bl-ingrossa għal netwerks mobbli tal-Parti Notifikanti għandu jkun ta’ durata mill-inqas daqs it-terminu tal-Aċċess Bitstream bl-Ingrossa ADSL.

2.   Valutazzjoni tal-Impenji

(47)

Id-deċiżjoni tikkonkludi li l-impenji jindirizzaw bis-sħiħ it-tħassib dwar il-kompetizzjoni.

Iċ-ċediment tan-Netwerk FTTH

(48)

Fir-rigward tan-netwerk FTTH ċedut, il-Kummissjoni tinnota li d-daqs tiegħu jaqbeż id-duplikazzjoni attwali tan-netwerks FTTH tal-Partijiet. Barra minn hekk, il-UB ċeduti jinsabu fi 13-il skambju lokali differenti f’ħamsa mis-sitt l-ikbar bliet Spanjoli. Id-daqs u l-lokazzjoni ta’ netwerk FTTH ċedut jiżguraw li huwa negozju awtonomu li jista’ jitħaddem indipendentament minn Orange. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-ambitu tan-netwerk FTTH ċedut huwa suffiċjenti u jirrifletti l-impronta ġeografika tad-duplikazzjoni bejn in-netwerks attwali tal-fibra tal-Partijiet.

Aċċess Bitstream bl-Ingrossa ADSL

(49)

Fir-rigward tal-Aċċess Bitstream bl-Ingrossa ADSL, il-Kummissjoni tqis li l-Impenji jiżguraw li din l-impriża jkollha effetti kważi strutturali u li jirriżultaw f’inċentivi simili għax-xerrej sabiex jikkompeti bħalma għandha Jazztel llum. Biex ix-xerrej ikun jista’ jikkompeti b’mod aggressiv bħalma Jazztel jew Orange jagħmlu bħalissa, l-ispejjeż varjabbli(rikorrenti) tagħha għandhom jiġu allinjati mal-ispejjeż inkrementali ta’ Jazztel jew Orange biex jingħata s-servizz. Il-Kummissjoni analizzat fid-dettall l-ispiża li Orange u Jazztel iġarrbu bħalissa meta jipprovdu servizzi bbażati fuq LLU u tqis li t-tariffa ta’ kull xahar aktarx ma taqbiżx l-ispiża inkrementali tagħhom. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li x-xerrej ikollu inċentivi biex jikkompeti b’mod aggressiv simili għal dawk li Jazztel u Orange għandhom illum.

(50)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Impenji ma jistabbilixxu l-ebda limitu fuq l-għadd ta’ abbonati li x-xerrej jista’ jakkwista u li Orange għandu l-obbligu li jaqdi. L-Impenji jiddikjaraw espliċitament li t-tariffa fissa għall-perjodu inizjali ma tiġix relatata man-numru ta’ linji eventwalment użati mix-xerrej. Għalhekk, l-Aċċess Bitstream bl-Ingrossa ADSL għandu effetti kważi strutturali.

(51)

Waqt il-perjodu addizzjonali ta’ massimu ta’ 4 snin, ix-xerrej iħallas biss tariffa ta’ aċċess ta’ kull xahar, iżda ebda tariffa fissa. Minħabba inċertezzi fuq perjodu fit-tul rigward il-kompetittività tat-teknoloġija ADSL, xerrej x’aktarx ma jikkommettix ruħu għal pagamenti bil-quddiem sinifikanti fuq perjodu ta’ 8 snin. Fl-istess ħin, l-inċentivi tax-xerrej biex jikkompeti b’mod kemm jista’ jkun aggressiv matul l-ewwel perjodu ta’ 4 snin huma ppreservati, peress li numru ogħla ta’ abbonati jnaqqas il-prezz li għandu jitħallas matul il-perjodu estiż.

Aċċess mhux obbligatorju għal servizzi mobbli bl-ingrossa

(52)

Fir-rigward ta’ aċċess mhux obbligatorju għal servizzi mobbli bl-ingrossa tal-Parti Notifikanti, il-Kummissjoni tqis li x-xerrej se jkun jista’ joffri pakketti multiple play li jinkludu komponent mobbli. L-Impenji jipprevedu li Orange tipprovdi servizzi ta’ aċċess bl-ingrossa u oriġinazzjoni ta’ telefonati inklużi servizzi 4G lix-xerrej, jekk dan tal-aħħar ma jkollux diġà aċċess għalihom. It-termini jeħtieġu li jkunu kompetittivi u “favorevoli daqs dawk mogħtija lil Jazztel għal durata mill-inqas daqs il-perjodu tal-Ftehim Bitstream bl-Ingrossa ADSL”. Il-Kummissjoni tqis li din il-klawżola hija ċara biżżejjed. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tqabbel it-termini miftiehma bejn Orange u x-xerrej mal-kuntratt MVNO eżistenti bejn Orange u Jazztel.

VI.   KONKLUŻJONI

(53)

Għal dawn ir-raġunijiet imsemmija hawn fuq, id-deċiżjoni tikkonkludi li l-konċentrazzjoni kif emendata bl-impenji mressqa fl-20 ta’ April 2015 mhijiex se timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-Suq Intern jew f’xi parti sostanzjali minnu.

(54)

Konsegwentement, il-konċentrazzjoni għandha tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-Suq Intern u mat-tħaddim tal-Ftehim ŻEE, b’konformità mal-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ġunju 2011 fil-Każ M.5900 – LGI/KBW, il-paragrafi 183-186; Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Jannar 2010 fil-Każ M.5734 – Liberty Global Europe/Unitymedia, il-paragrafi 43-48; Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Lulju 2012 fil-Każ M.6584 – Vodafone/Cable&Wirless, il-paragrafi 102-104; Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Settembru 2013 fil-Każ M.6990 – Vodafone/Kabel Deutschland, il-paragrafu 261; Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2014 fil-Każ M.7231– Vodafone/ONO, il-paragrafu 49.

(3)  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ġunju 2011 fil-Każ M.5900 – LGI/KBW, il-paragrafi 183-186;

(4)  It-tliet operaturi reġjonali tal-kejbil (Euskaltel, R Cable u Telecable) jikkompetu fir-reġjuni tat-Tramuntana ta’ Spanja biss, jiġifieri l-Pajjiż Bask, Galizja, u l-Asturjas, rispettivament.

(5)  In-netwerks tat-tip NGA huma netwerks ta’ aċċess bil-fil li jikkonsistu għal kollox, jew f’partijiet minnhom, minn elementi ottiċi u li huma kapaċi jwasslu s-servizzi ta’ aċċess għall-broadban b’karatteristiċi mtejba (bħal throughput għola) meta mqabbla ma’ dawk fornuti permezz tan-netwerks eżistenti tar-ram.

(6)  Servizzi dual-play jinkludu servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet u servizzi tat-telefonija fissa.

(7)  Servizzi triple-play jinkludu l-istess servizzi bħall-offerti dual-play, minbarra servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet mobbli.

(8)  Servizzi quadruple-play jinkludu l-istess servizzi bħall-offerti triple-play, minbarra servizzi televiżivi bi ħlas.

(9)  Madwar 1 % biss tas-servizzi kollha tal-aċċess fiss għall-Internet mhumiex ipprovduti bħala parti minn pakkett ma’ tal-anqas servizz tat-telefonija fissa.

(10)  L-analiżi hija bbażata fuq il-pakketti sħaħ (u mhux biss fuq il-komponent tal-aċċess fiss għall-Internet), peress li l-konsumaturi jagħmlu għażla waħda li jabbonaw għall-pakkett sħiħ. Barra minn hekk, l-inċentiv li tgħolli l-prezzijiet jiddependi fuq il-karatteristiċi tal-pakkett sħiħ u mhux biss fuq il-komponent tal-aċċess fiss għall-Internet.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/25


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2015/C 407/11)

B’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ġie deċiż li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

1.11.2015

Tul ta’ żmien

1.11–31.12.2015

Stat Membru

Il-Belġju

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

COD/07D.

Speċi

Bakkaljaw (Gadus Morhua)

Żona

VIId

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

63/TQ104


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/25


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2015/C 407/12)

B’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ġie deċiż li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

6.11.2015

Tul ta’ żmien

6.11–31.12.2015

Stat Membru

Franza

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

PLE/7HJK

Speċi

Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa)

Żona

VIIh, VIIj u VIIk

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

65/TQ104


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/26


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2015/C 407/13)

B’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ġie deċiż li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

6.11.2015

Tul ta’ żmien

6.11–31.12.2015

Stat Membru

Franza

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

LIN/05EI.

Speċi

Lipp (Molva molva)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona V

Tipi ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

64/TQ104


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

8.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/27


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7875 — ICG/Capiton/Prefere Resins Holding)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 407/14)

1.

Fis-27 ta’ Novembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha fond ġestit minn Intermediate Capital Group, plc (“ICG”, ir-Renju Unit) u fond ġestit minn Capiton AG (“Capiton”, il-Ġermanja), jakkwsitaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Prefere Resins Holding GmbH (“Prefere Resins”, il-Ġermanja), sa issa fil-kontroll uniku ta’ Capiton.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal ICG: ditta ta’ investiment ibbażata fir-Renju Unit, attiva fl-istrutturar u l-provvista ta’ finanzjament intermedju, leveraged credit u ekwità tal-minorità, fl-Ewropa, il-Paċifiku fl-Asja u l-Istati Uniti tal-Amerika,

—   għal Capiton: ditta tal-investiment bi kwartieri f’Berlin, li tiffoka fuq investimenti f’SMEs kbar fil-Ġermanja, l-Awstrija u l-Isvizzera permezz ta’ ġestjoni ta’ xiri u finanzjament għall-espansjoni,

—   għal Prefere Resins: manifattur ta’ reżin tal-fenolic u l-amino għall-applikazzjonijiet industrijali, tal-konstruzzjoni u l-insulazzjoni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7875 — ICG/Capiton/Prefere Resins Holding, f’ dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.