ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 406

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
7 ta' Diċembru 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2015/C 406/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

2015/C 406/02

Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-10 ta’ Ġunju 2014 dwar id-depożitu tal-arkivji storiċi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fi ħdan l-arkivji storiċi tal-Unjoni Ewropea (l-Istitut Universitarju Ewropew)

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2015/C 406/03

Kawża C-137/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2011/92/UE — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent — Artikolu 11 — Direttiva 2010/75/UE — Emissjonijiet industrijali (prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis) — Artikolu 25 — Aċċess għall-ġustizzja — Leġiżlazzjoni proċedurali nazzjonali mhux konformi)

4

2015/C 406/04

Kawża C-167/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 91/271/KEE — Trattament tal-ilma urban mormi — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li jistabbilixxi nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Artikolu 260(2) TFUE — Sanzjonijiet pekunjarji — Ħlas ta’ somma f’daqqa u pagamenti ta’ penalità)

5

2015/C 406/05

Kawża C-168/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ottubru (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Grupo Itevelesa SL, Applus Iteuve Technology, Certio ITV SL, Asistencia Técnica Industrial SAE vs Oca Inspección Técnica de Vehículos SA, Generalidad de Cataluña (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 49 TFUE u 51 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Direttiva 2006/123/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Servizzi fis-suq intern — Direttiva 2009/40/KE — Aċċess għall-attivitajiet ta’ testijiet li jiċċertifikaw li l-vetturi huma tajba għat-triq — Eżerċizzju minn korp privat — Attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-eżerċizzju tal-awtorità pubblika — Skema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel — Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali — Sigurtà fit-toroq — Tqassim territorjali — Distanza minima bejn iċ-ċentri fejn isiru t-testijiet li jiċċertifikaw li l-vetturi huma tajba għat-triq — Sehem tas-suq massimu — Ġustifikazzjoni — Natura adegwata sabiex jintlaħaq l-għan segwit — Koerenza — Proporzjonalità)

6

2015/C 406/06

Kawża C-216/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Laufen – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra Gavril Covaci (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali — Direttiva 2010/64/UE — Dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fil-kuntest tal-proċeduri kriminali — Lingwa tal-kawża — Digriet kriminali li jimponi kundanna ta’ multa — Possibbiltà li titressaq oppożizzjoni f’lingwa differenti minn dik tal-kawża — Direttiva 2012/13/UE — Dritt għall-informazzjoni fil-kuntest tal-proċeduri kriminali — Dritt li tingħata informazzjoni dwar l-akkuża miġjuba kontriha — Notifika ta’ digriet kriminali — Modalitajiet — Nomina obbligatorja ta’ rappreżentant mill-persuna akkużata — Terminu għall-oppożizzjoni li jibda jiddekorri min-notifika lir-rappreżentant)

7

2015/C 406/07

Kawża C-251/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kecskeméti Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – György Balázs vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Kwalità tal-karburanti tad-diżil — Speċifikazzjoni teknika nazzjonali li timponi rekwiżiti ta’ kwalità addizzjonali b’paragun mad-dritt tal-Unjoni)

8

2015/C 406/08

Kawża C-270/14 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 – Debonair Trading Internacional Lda vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SÔ:UNIC — Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti SO...?, SO...? ONE, SO...? CHIC — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfuzjoni — Familja ta’ trade marks)

9

2015/C 406/09

Kawża C-306/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – Direktor na Agentsia Mitnitsi vs Biovet AD (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 92/83/KEE — Armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku — Artikolu 27(1)(d) — Eżenzjoni tas-sisa armonizzata — Alkoħol etiliku — Użu għat-tindif u għad-diżinfezzjoni ta’ materjal u ta’ faċilitajiet li jintużaw għall-manifattura ta’ prodotti mediċinali)

9

2015/C 406/10

Kawża C-310/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ottibru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Helsingin hovioikeus – Il-Finlandja – Nike European Operations Netherlands BV vs Sportland Oy, fi stralċ (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 1346/2000 — Artikoli 4 u 13 — Proċedura ta’ insolvenza — Atti li jikkawżaw preġudizzju — Kawża għall-ħlas lura tal-pagamenti mwettqa qabel id-data ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza — Liġi tal-Istat Membru ta’ ftuh tal-proċedura ta’ insolvenza — Liġi ta’ Stat Membru ieħor li tirregola l-att inkwistjoni — Liġi li ma tippermettix xi meżżi biex jiġi disputat dak l-att fil-każ relevanti — Oneru tal-prova)

10

2015/C 406/11

Kawżi Magħquda C-352/14 u C-353/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no2 de Terrassa – Spanja) – Juan Miguel Iglesias Gutiérrez (C-352/14), Elisabet Rion Bea (C-353/14) vs Bankia SA, Sección Sindical UGT, Sección Sindical CCOO, Sección Sindical ACCAM, Sección Sindical CSICA, Sección Sindical SATE, Fondo de Garantía Salarial (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE — Kriżi finanzjarja — Għajnuna għas-settur finanzjarju — Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern — Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea — Entità finanzjarja suġġetta għal proċess ta’ ristrutturazzjoni — Tkeċċija ta’ ħaddiem — Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-ammont ta’ kumpens għal tkeċċija)

11

2015/C 406/12

Kawża C-494/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Bruxelles – il-Belġju) – L-Unjoni Ewropea vs Axa Belgium SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Uffiċjali — Regolamenti tal-Persunal — Artikoli 73, 78 u 85a — Inċident tat-traffiku — Dritt nazzjonali li jistabbilixxi sistema ta’ responsabbiltà oġġettiva — Surroga tal-Unjoni Ewropea — Kunċett ta’ terz responsabbli — Kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni — Kunċett li jkopri kull persuna li għandha tikkumpensa, skont id-dritt nazzjonali, id-dannu mġarrab mill-vittma jew mill-aventi kawża tagħha — Benefiċċji li għalihom ma hijiex definittivament responsabbli l-Unjoni)

12

2015/C 406/13

Kawża C-17/15 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2015 minn Eugen Popp u Stefan M. Zech mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-6 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-463/12 – Eugen Popp u Stefan M. Zech vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

13

2015/C 406/14

Kawża C-399/15: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2015 minn Vichy Catalán, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-25 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża T-302/15 – Vichy Catalán vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) – Hijos de Rivera (Fuente Estrella)

13

2015/C 406/15

Kawża C-467/15 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-24 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża T-527/13, L-Italja vs Il-Kummissjoni

14

2015/C 406/16

Kawża C-473/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bezirksgericht Linz (l-Awstrija) fis-7 ta’ Settembru 2015 – Peter Schotthöfer & Florian Steiner GbR vs Eugen Adelsmayr

15

2015/C 406/17

Kawża C-482/15 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2015 minn Westermann Lernspielverlag GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-333/13 – Westermann Lernspielverlag GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

16

2015/C 406/18

Kawża C-489/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Settembru 2015 – CTL Logistics GmbH vs DB Netz AG

17

2015/C 406/19

Kawża C-490/15 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2015 minn Ori Martin SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawżi magħquda T-389/10 u T-419/10

19

2015/C 406/20

Kawża C-493/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-21 ta’ Settembru 2015 – Agenzia delle Entrate vs Marco Identi

20

2015/C 406/21

Kawża C-504/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Frosinone (l-Italja) fit-23 ta’ Settembru 2015 – proċeduri kriminali kontra Conti Antonio Paolo

20

2015/C 406/22

Kawża C-505/15 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2015 minn Siderurgica Latina Martin SpA (SLM) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawżi magħquda T-389/10 u T-419/10

21

2015/C 406/23

Kawża C-516/15 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Settembru minn Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Chemicals GmbH, Akzo Nobel Chemicals BV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 2015 fil-Kawża T-47/10, Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Chemicals GmbH, Akzo Nobel Chemicals BV, Akcros Chemicals Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

22

2015/C 406/24

Kawża C-519/15 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 minn Trafilerie Meridionali SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-422/10, Trafilerie Meridionali SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

23

2015/C 406/25

Kawża C-521/15: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2015 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kunsill

25

2015/C 406/26

Kawża C-522/15 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawżi magħquda T-389/10 u T-419/10

26

2015/C 406/27

Kawża C-529/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fis-7 ta’ Ottubru 2015 – Gert Folk

27

 

Il-Qorti Ġenerali

2015/C 406/28

Kawża T-309/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ottubru 2015 – Enosi Mastichoparagogon vs UASI – Gaba International (ELMA) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea — Trade mark verbali ELMA — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ELMEX — Rifjut ta’ reġistrazzjoni — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

29

2015/C 406/29

Kawża T-664/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2015 – Petco Animal Supplies Stores vs UASI – Gutiérrez Ariza (PETCO) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PETCO — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti PETCO — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva — Regola 20(7)(c) u Regola 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 — Motif li ma jsostnix it-talbiet — Projbizzjoni li tiddeċiedi ultra petita — Inammissibbiltà)

29

2015/C 406/30

Kawża T-470/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 22 ta’ Ottubru 2015 – Hewlett Packard Development Company vs UASI (ELITEPAD) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ELITEPAD — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

30

2015/C 406/31

Kawża T-563/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 22 ta’ Otturbu 2015 – Hewlett Packard Development Company vs UASI [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ELITEDISPLAY — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

31

2015/C 406/32

Kawża T-315/15: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2015 – Vince vs UASI (ELECTRIC HIGHWAY)

31

2015/C 406/33

Kawża T-530/15: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2015 – Huhtamaki u Huhtamaki Flexible Packaging Germany vs Il-Kummissjoni

32

2015/C 406/34

Kawża T-531/15: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2015 – Coveris Rigid (Auneau) France vs Il-Kummissjoni

34

2015/C 406/35

Kawża T-542/15: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2015 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

35

2015/C 406/36

Kawża T-543/15: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2015 – Lysoform Dr. Hans Rosemann et vs ECHA

36

2015/C 406/37

Kawża T-571/15: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2015 – Bimbo vs UASI – ISMS (BIMBO BEL SIMPLY MARKET)

37

2015/C 406/38

Kawża T-574/15: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2015 – Kozmetika Afrodita vs UASI – Núñez Martín u Machado Montesinos (KOZMETIKA AFRODITA)

38

2015/C 406/39

Kawża T-575/15: Rikors ippreżentat fit-28 ta Settembru 2015 – Kozmetika Afrodita vs UASI – Núñez Martín u Machado Montesinos (AFRODITA COSMETICS)

38

2015/C 406/40

Kawża T-577/15: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ottubru 2015 – Uribe-Etxebarría Jiménez vs UASI – Núcleo de comunicaciones y control (SHERPA)

39

2015/C 406/41

Kawża T-584/15: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2015 – POA vs Il-Kummissjoni

40

2015/C 406/42

Kawża T-585/15: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2015 – Monster Energy vs UASI (GREEN BEANS)

41

2015/C 406/43

Kawża T-586/15: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2015 – Nara tekstil sanayi ve ticaret vs UASI – NBC Fourth Realty (NaraMaxx)

42

2015/C 406/44

Kawża T-598/15: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2015 – Stichting Accolade vs Il-Kummissjoni

42

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2015/C 406/45

Kawża F-81/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tas-27 ta’ Ottubru 2015 – Labiri vs Il-Kumitat tar-Reġjuni [Servizz pubbliku — Uffiċjali — Proċedura ta’ promozzjoni 2013 — Deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix promossa — Artikolu 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — Paragun tal-merti]

44

2015/C 406/46

Kawża F-52/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Ottubru 2015 – Xenakis vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Irtirar volontarju — Età tal-irtirar — Talba għal estensjoni tas-servizz — Artikolu 52, it-tieni paragrafu tar-Regolamenti tal-Persunal — Rifjut ta’ estensjoni tal-perijodu ta’ servizz — Interess tas-servizz)

44

2015/C 406/47

Kawża F-140/14: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef Uniku) tas-27 ta’ Ottubru 2015 – Ameryckx vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Grupp ta’ funzjonijiet — Klassifikazzjoni — Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà — Kunċett ta’ att li jikkawża preġudizzju — Deċiżjoni konfermattiva — Fatt ġdid u sostanzjali — Inammissibbiltà manifesta)

45

2015/C 406/48

Kawża F-91/15: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

46

2015/C 406/49

Kawża F-132/15: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

46


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2015/C 406/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 398, 30.11.2015

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 389, 23.11.2015

ĠU C 381, 16.11.2015

ĠU C 371, 9.11.2015

ĠU C 363, 3.11.2015

ĠU C 354, 26.10.2015

ĠU C 346, 19.10.2015

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/2


Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

tal-10 ta’ Ġunju 2014

dwar id-depożitu tal-arkivji storiċi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fi ħdan l-arkivji storiċi tal-Unjoni Ewropea (l-Istitut Universitarju Ewropew)

(2015/C 406/02)

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Protokoll”) u b’mod partikolari l-Artikoli 35 u 53 tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 7(1) tal-Anness I tiegħu;

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 20(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 26 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u l-Artikolu 19(2) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 354/83, tal-1 ta’ Frar 1983, dwar il-ftuħ għall-pubbliku tal-arkivji storiċi tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika (1), emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1700/2003, tat-22 ta’ Settembru 2003 (2);

Wara li kkunsidrat il-ftehim bejn konkluż bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istitut Universitarju Ewropew (IUE) tas-17 ta’ Diċembru 1984, dwar il-kuntratt ta’ depożitu fi ħdan l-IUE tal-arkivji storiċi tal-Komunitajiet u l-aċċessibbiltà tagħhom għall-pubbliku kkurata mill-IUE, b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu;

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2000, dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (3);

Wara li kkunsidrat id-deċiżjoni tal-Kumitat amministrattiv tad-29 ta’ April 2013 dwar il-kompożizzjoni tal-katalogu tal-arkivji storiċi;

TADOTTA D-DEĊIŻJONI PREŻENTI:

Artikolu 1

Suġġett

1.   Id-deċiżjoni preżenti tistabbilixxi r-regoli interni dwar id-depożitu tal-arkivji storiċi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fi ħdan l-arkivji storiċi tal-Unjoni Ewropea (l-Istitut Universitarju Ewropew).

2.   Id-deċiżjoni preżenti hija kkompletata bir-regoli tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti Ġenerali u tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku dwar il-modalitajiet ta’ konservazzjoni u ta’ ftuħ lill-pubbliku tad-dokumenti fil-pussess tal-qrati fil-kuntest tal-funzjonijiet ġudizzjarji tagħhom u bid-deċiżjoni tar-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar il-modalitajiet ta’ konservazzjoni u ta’ ftuħ lill-pubbliku tad-dokumenti fil-pussess tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet amministrattivi tagħha.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Id-deċiżjoni preżenti għandha tapplika għall-arkivji storiċi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li jirriżultaw mill-attività tal-qrati u tad-dipartimenti li fuqhom hija fformata l-istituzzjoni.

2.   Għandhom jitqiesu li jifformaw parti mill-arkivji storiċi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dawk id-dokumenti oriġinali, jew id-dokumenti li jissostitwixxu l-oriġinali, ta’ iktar minn tletin sena li huma inklużi fil-katalogu, konformement mal-pjan ta’ klassifikazzjoni adottat mill-Kumitat amministrattiv. Fir-rigward tad-dokumenti li jirriżultaw minn proċedura ġudizzjarja, il-perijodu ta’ tletin sena għandu jiġi kkalkolat mid-data ta’ għeluq tal-proċedura kkonċernata.

3.   Il-pjan ta’ klassifikazzjoni tal-katalogu tal-arkivji storiċi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi emendat skont id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat amministrattiv.

Artikolu 3

Depożitu tal-arkivji storiċi

1.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tittrasferixxi għad-depożitu l-arkivji storiċi tagħha lill-IUE taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mid-deċiżjoni preżenti kif ukoll minn ftehim konkluż mal-IUE f’dan is-sens.

2.   Ir-responsabbiltà u l-kundizzjonijiet finanzjarji li jirregolaw id-depożitu, id-diġitalizzazzjoni, l-ispejjeż ta’ trasport u l-ispejjeż għat-trasferiment tal-arkivji storiċi tal-Qorti tal-Ġustizzja fi ħdan l-IUE huma ddefiniti fil-ftehim bejn il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-IUE.

3.   Il-paragrafu 1 ma jipprekludix li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea teskludi mid-depożitu, għal raġunijiet ġuridiċi jew minħabba ħtiġijiet ta’ funzjonament tajjeb, ċerti dokumenti oriġinali, jew dokumenti li jissostitwixxu l-oriġinali.

Artikolu 4

Modalitajiet ta’ aċċess għall-pubbliku tal-arkivji storiċi

1.   Qabel ma jingħata l-aċċess għal dokument iddepożitat, l-IUE għandha titlob l-awtorizzazzojni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Din it-talba għandha tiġi eżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari fid-dawl tal-eċċezzjonijiet li jirriżultaw mill-Artikoli 35 u 53 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Artikolu 7(1) tal-Anness I tiegħu u mill-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 354/83 kif emendat. Id-dokumenti jistgħu jsiru aċċessibbli skont il-kategorija sa fejn jiġi kkonstatat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li ma tapplika ebda waħda minn dawn l-eċċezzjonijiet.

2.   It-talbiet li jirrigwardaw dokumenti li jaqgħu taħt il-proċeduri ġudizzjarji għandhom jiġu eżaminati mill-qorti kkonċernata li għandha tivverifika, skont il-modalitajiet adottati minn din il-qorti, li ebda waħda mill-eċċezzjonijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 354/83 ma tipprekludi l-għoti tal-aċċess. Fl-ebda każ ma għandhom isiru aċċessibbli dokumenti li jaqgħu taħt is-sigriet tad-deliberazzjonijiet.

3.   L-IUE għandha tagħmel aċċessibbli għall-pubbliku, taħt forma ta’ kopji sakemm il-persuna li titlob id-dokument ma tinvokax interess speċifiku u debitament motivat li tingħata aċċess għall-oriġinali konformement mal-Artikolu 1(5) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 354/83, l-arkivji storiċi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li huma ddepożitati fi ħdanu, bla ħsara għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-artikolu.

4.   Il-modalitajiet għall-ftuħ tal-arkivji storiċi ttrasferiti mill-Qorti tal-Ġustizzja lill-IUE huma ppreżentati fis-sit internet ta’ kull waħda miż-żewġ istituzzjonijiet permezz tal-preżentazzjoni tal-katalogu u tal-kundizzjonijiet ta’ aċċess.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta’ Ġunju 2014.

Ir-Reġistratur

A. CALOT ESCOBAR

Il-President

V. SKOURIS


(1)  ĠU L 43, 15.2.1983, p. 1.

(2)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 1.

(3)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-137/14) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2011/92/UE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Artikolu 11 - Direttiva 2010/75/UE - Emissjonijiet industrijali (prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis) - Artikolu 25 - Aċċess għall-ġustizzja - Leġiżlazzjoni proċedurali nazzjonali mhux konformi))

(2015/C 406/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes u G. Wilms, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent)

Dispożittiv

1)

Meta llimitat:

skont l-Artikolu 46 tal-liġi dwar il-proċedura amministrattiva (Verwaltungsverfahrensgesetz), l-annullament tad-deċiżjonijiet għal difetti proċedurali għall-assenza tal-evalwazzjoni jew tal-eżami minn qabel tal-effetti fuq l-ambjent u għall-każijiet li fihom ir-rikorrent stabbilixxa li d-difett proċedurali għandu rabta kawżali mar-riżultat tad-deċiżjoni;

konformement mal-Artikolu 2(3) tal-liġi li għandha dispożizzjonijiet komplementari dwar ir-rikorsi fil-qasam tal-ambjent previsti mid-Direttiva 2003/35/KE (Umwelt-Rechtsbehelfsgesetzes), tas-7 ta’ Diċembru 2006, kif emendata bil-Liġi tal-21 ta’ Jannar 2013, u l-Artikolu 73(4) tal-liġi dwar il-proċedura amministrattiva, (Verwaltungsverfahrensgesetz), il-locus standi u l-firxa tal-istħarriġ ġudizzjarju għall-oġġezzjonijiet li diġà ġew prodotti matul il-proċedura amministrattiva li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni;

skont l-Artikolu 2(1), moqri flimkien mal-Artikolu 5(1), tal-liġi li għandha dispożizzjonijiet komplementari dwar ir-rikorsi fil-qasam tal-ambjent previsti mid-Direttiva 2003/35/KE (Umwelt-Rechtsbehelfsgesetzes), tas-7 ta’ Diċembru 2006, kif emendata bil-Liġi tal-21 ta’ Jannar 2013, fil-proċeduri li ġew istitwiti wara l-25 ta’ Ġunju 2005 u tterminati qabel it-12 ta’ Mejju 2011, il-locus standi tal-assoċjazzjonijiet ambjentali għad-dispożizzjonijiet tad-dritt li jikkonferixxu drittijiet lill-individwi;

konformement mal-Artikolu 2(1), moqri flimkien mal-Artikolu 5(1), tal-liġi li għandha dispożizzjonijiet komplementari dwar ir-rikorsi fil-qasam tal-ambjent previsti mid-Direttiva 2003/35/KE (Umwelt-Rechtsbehelfsgesetzes), tas-7 ta’ Diċembru 2006, kif emendata bil-Liġi tal-21 ta’ Jannar 2013, fil-proċeduri li ġew istitwiti wara l-25 ta’ Ġunju 2005 u tterminati qabel it-12 ta’ Mejju 2011, il-firxa tal-istħarriġ ġudizzjarju ta’ rikorsi ta’ assoċjazzjonijiet ambjentali, għad-dispożizzjonijiet tad-dritt li jikkonferixxu drittijiet lill-individwi; u

meta eskludiet, konformement mal-Artikolu 5(1) u (4) tal-liġi li għandha dispożizzjonijiet komplementari dwar ir-rikorsi fil-qasam tal-ambjent, previsti mid-Direttiva 2003/35/KE (Umwelt-Rechtsbehelfsgesetzes), tas-7 ta’ Diċembru 2006, kif emendata bil-Liġi tal-21 ta’ Jannar 2013, mill-kamp tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali l-proċeduri amministrattivi li ġew istitwiti qabel il-25 ta’ Ġunju 2005,

ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset mill-obbligi tagħha imposti fuqha mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 2011/92 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, u mill-Artikolu 25 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Novembru 2010, dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis).

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika tal-Awstrija għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 159, 26.05.2014.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-167/14) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/271/KEE - Trattament tal-ilma urban mormi - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li jistabbilixxi nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 260(2) TFUE - Sanzjonijiet pekunjarji - Ħlas ta’ somma f’daqqa u pagamenti ta’ penalità))

(2015/C 406/04)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos u E. Manhaeve, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E. Skandalou, aġent)

Dispożittiv

1)

Peress li ma ħaditx il-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-440/06, EU:C:2007:642), ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 260(1) TFUE.

2)

Fil-każ li n-nuqas ta’ twettiq ta’ obbligu ikkonstatat fil-punt 1 jippersisti fil-jum tal-għoti ta’ din is-sentenza, ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata li tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 3 6 40  000 għal kull semtestru ta’ dewmien fl-implementazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-440/06, EU:C:2007:642), mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza, u sal-eżekuzzjoni kompleta tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-440/06, EU:C:2007:642), li l-ammont effettiv tagħha għandu jiġi kkalkolat fi tmiem kull perijodu ta’ sitt xhur billi jitnaqqas l-ammont totali dwar kull wieħed minn dawn il-perijodi għal perċentwali li jikkorrispondi għall-proporzjon li jirrappreżenta n-numru ta’ ekwivalenti ta’ abitanti ta’ agglomerazzjonijiet li s-sistemi ta’ ġbir u ta’ trattament tal-ilma urban mormi tagħhom kienu reżi konformi mas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-440/06, EU:C:2007:642), fl-aħħar tal-perijodu kkunsidrat, meta mqabbel man-numru ta’ ekwivalenti ta’ abitanti ta’ agglomerazzjonijiet li ma għandhomx sistemi bħal dawn fil-jum tal-għoti ta’ din is-sentenza.

3)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, is-somma f’daqqa ta’ EUR 10 miljun.

4)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 261, 11.08.2014


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ottubru (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Grupo Itevelesa SL, Applus Iteuve Technology, Certio ITV SL, Asistencia Técnica Industrial SAE vs Oca Inspección Técnica de Vehículos SA, Generalidad de Cataluña

(Kawża C-168/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 49 TFUE u 51 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Direttiva 2006/123/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Servizzi fis-suq intern - Direttiva 2009/40/KE - Aċċess għall-attivitajiet ta’ testijiet li jiċċertifikaw li l-vetturi huma tajba għat-triq - Eżerċizzju minn korp privat - Attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-eżerċizzju tal-awtorità pubblika - Skema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Sigurtà fit-toroq - Tqassim territorjali - Distanza minima bejn iċ-ċentri fejn isiru t-testijiet li jiċċertifikaw li l-vetturi huma tajba għat-triq - Sehem tas-suq massimu - Ġustifikazzjoni - Natura adegwata sabiex jintlaħaq l-għan segwit - Koerenza - Proporzjonalità))

(2015/C 406/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Grupo Itevelesa SL, Applus Iteuve Technology, Certio ITV SL, Asistencia Técnica Industrial SAE

Konvenuti: Oca Inspección Técnica de Vehículos SA, Generalidad de Cataluña

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(2)(d) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-attivitajiet ta’ testijiet li jiċċertifikaw li l-vetturi huma tajba għat-triq huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.

2)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 51 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-attivitajiet taċ-ċentri fejn isiru t-testijiet li jiċċertifikaw li l-vetturi huma tajba għat-triq, bħal dawk li huma s-suġġett tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jaqgħux fl-ambitu tal-eżerċizzju tal-awtorità pubblika fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, minkejja l-fatt li l-operaturi ta’ dawn iċ-ċentri għandhom setgħa ta’ immobilizzazzjoni fil-każ li minn dawn it-testijiet jirriżulta li l-vetturi jkollhom difetti ta’ sigurtà li jimplikaw perikolu imminenti.

3)

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-awtorizzazzjoni ta’ ftuħ minn impriża jew minn grupp ta’ impriżi ta’ ċentru fejn isiru testijiet li jiċċertifikaw li l-vetturi huma tajba għat-triq għall-kundizzjoni, minn naħa, li jkun hemm distanza minima bejn dan iċ-ċentru u ċ-ċentri diġà awtorizzati ta’ din l-impriża jew ta’ dan il-grupp ta’ impriżi u, min-naħa l-oħra, li l-imsemmija impriża jew l-imsemmi grupp ta’ impriżi ma jkollhomx, fil-każ li tingħata tali awtorizzazzjoni, sehem tas-suq ta’ iktar minn 50 %, sakemm ma jiġix stabbilit, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, li din il-kundizzjoni hija verament adegwata sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u ta’ sigurtà fit-toroq u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju għal dan l-iskop.


(1)  ĠU C 175, 10.6.2014.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Laufen – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra Gavril Covaci

(Kawża C-216/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Direttiva 2010/64/UE - Dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fil-kuntest tal-proċeduri kriminali - Lingwa tal-kawża - Digriet kriminali li jimponi kundanna ta’ multa - Possibbiltà li titressaq oppożizzjoni f’lingwa differenti minn dik tal-kawża - Direttiva 2012/13/UE - Dritt għall-informazzjoni fil-kuntest tal-proċeduri kriminali - Dritt li tingħata informazzjoni dwar l-akkuża miġjuba kontriha - Notifika ta’ digriet kriminali - Modalitajiet - Nomina obbligatorja ta’ rappreżentant mill-persuna akkużata - Terminu għall-oppożizzjoni li jibda jiddekorri min-notifika lir-rappreżentant))

(2015/C 406/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Laufen

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Gavril Covaci

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 1 sa 3 tad-Direttiva 2010/64/UE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ottubru 2010, dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, fil-kuntest ta’ proċedura kriminali, ma tawtorizzax li persuna li hija s-suġġett ta’ digriet kriminali tippreżenta oppożizzjoni bil-miktub kontra dan id-digriet f’lingwa differenti minn dik tal-kawża, minkejja li din il-persuna ma tafx titkellem b’din l-aħħar lingwa, bil-kundizzjoni li l-awtoritajiet kompetenti ma jikkunsidrawx, konformement mal-Artikolu 3(3) ta’ din id-direttiva, li, fid-dawl tal-kawża kkonċernata u tal-fatti tal-każ, tali oppożizzjoni tikkostitwixxi dokument essenzjali.

2)

L-Artikoli 2, 3(1)(c) u 6(1) u (3) tad-Direttiva 2012/13/UE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, fil-kuntest ta’ proċedura kriminali, timponi fuq il-persuna akkużata li ma tirrisjedix f’dan l-Istat Membru li tinnomina rappreżentant għall-finijiet tan-notifika ta’ digriet kriminali li jikkonċernaha, bil-kundizzjoni li din il-persuna tibbenefika effettivament mit-terminu sħiħ biex tressaq oppożizzjoni kontra d-digriet imsemmi.


(1)  ĠU C 253, 4.8.2014.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kecskeméti Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – György Balázs vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága

(Kawża C-251/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Kwalità tal-karburanti tad-diżil - Speċifikazzjoni teknika nazzjonali li timponi rekwiżiti ta’ kwalità addizzjonali b’paragun mad-dritt tal-Unjoni))

(2015/C 406/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kecskeméti Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: György Balázs

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 4(1) u 5 tad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 1998, dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Settembru 2003, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux lil Stat Membru milli jipprevedi, fid-dritt nazzjonali tiegħu, rekwiżiti ta’ kwalità addizzjonali, b’paragun ma’ dawk inklużi f’din id-direttiva, għall-kummerċjalizzazzjoni tal-karburanti tad-diżil, bħalma huwa dak dwar il-punt ta’ fjammibbiltà inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn dan ma huwiex speċifikazzjoni teknika tal-karburanti tad-diżil b’rabta mal-protezzjoni tas-saħħa jew tal-ambjent għall-finijiet tal-imsemmija direttiva.

2)

L-Artikolu 1(6) u (11) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix lil Stat Membru milli jrendi obbligatorju standard nazzjonali bħalma huwa l-istandard Ungeriż MSZ EN 590:2009 inkwistjoni fil-kawża prinċipali.

3)

L-Artikolu 1(6) tad-Direttiva 98/34, kif emendat bid-Direttiva 2006/96, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jeżiġix li standard fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni għandu jsir disponibbli bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 – Debonair Trading Internacional Lda vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-270/14 P) (1)

((Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SÔ:UNIC - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti SO...?, SO...? ONE, SO...? CHIC - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfuzjoni - Familja ta’ trade marks))

(2015/C 406/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Debonair Trading Internacional Lda (rappreżentant: T. Alkin, Barrister)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Debonair Trading Internacional Lda hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 303, 08.09.2014


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – Direktor na Agentsia “Mitnitsi” vs Biovet AD

(Kawża C-306/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 92/83/KEE - Armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku - Artikolu 27(1)(d) - Eżenzjoni tas-sisa armonizzata - Alkoħol etiliku - Użu għat-tindif u għad-diżinfezzjoni ta’ materjal u ta’ faċilitajiet li jintużaw għall-manifattura ta’ prodotti mediċinali))

(2015/C 406/09)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Direktor na Agentsia “Mitnitsi”

Konvenuta: Biovet AD

Dispożittiv

L-Artikolu 27(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 92/83KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu ta’ eżenzjoni previst f’din id-dispożizzjoni japplika għal alkoħol etiliku użat minn impriża sabiex tnaddaf jew tiddiżinfetta l-materjal u l-faċilitajiet li jintużaw għall-manifattura ta’ prodotti mediċinali.


(1)  ĠU C 303, 08.09.2014.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ottibru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Helsingin hovioikeus – Il-Finlandja – Nike European Operations Netherlands BV vs Sportland Oy, fi stralċ

(Kawża C-310/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Artikoli 4 u 13 - Proċedura ta’ insolvenza - Atti li jikkawżaw preġudizzju - Kawża għall-ħlas lura tal-pagamenti mwettqa qabel id-data ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza - Liġi tal-Istat Membru ta’ ftuh tal-proċedura ta’ insolvenza - Liġi ta’ Stat Membru ieħor li tirregola l-att inkwistjoni - Liġi li ma tippermettix “xi meżżi biex jiġi disputat dak l-att fil-każ relevanti” - Oneru tal-prova))

(2015/C 406/10)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Helsingin hovioikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nike European Operations Netherlands BV

Konvenuti: Sportland Oy, fi stralċ

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-applikazzjoni tiegħu huwa suġġett għall-kundizzjoni li l-att inkwistjoni ma jistax jiġi kkontestat abbażi tal-lex causae, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ.

2)

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1346/2000 u fl-ipoteżi fejn il-konvenut f’azzjoni għal nullità, għal annullament jew għal nuqqas ta’ infurzabbiltà ta’ att iqajjem dispożizzjoni tal-liġi applikabbli għal dan l-att (lex causae) li tgħid li dan l-att jista’ jiġi kkontestat biss fiċ-ċirkustanzi previsti minn din id-dispożizzjoni, huwa dan il-konvenut li għandu jinvoka l-assenza ta’ dawn iċ-ċirkustanzi u li għandu jipproduċi l-prova ta’ dan.

3)

L-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1346/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kliem “ma tippermettix xi meżżi biex [ma tippermetti bl-ebda mod li] jiġi disputat dak l-att” huwa intiż, minbarra għad dispożizzjonijiet tal-liġi applikabbli għal dan l-att (lex causae) applikabbli fil-qasam tal-insolvenza, għad-dispożizzjonijiet u l-prinċipji ġenerali kollha ta’ din il-liġi.

4)

L-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1346/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konvenut f’azzjoni għal nullità, għal annullament jew għal nuqqas ta’ infurzabbiltà ta’ att għandu juri li l-liġi applikabbli għal dan l-att (lex causae), kollha kemm hi, ma tippermettix li l-imsemmi att jiġi kkontestat. Il-qorti nazzjonali adita b’azzjoni bħal din tista’ tqis li hija l-parti li tressaq l-azzjoni li għandha tipproduċi l-prova tal-eżistenza ta’ dispożizzjoni jew ta’ prinċipju tal-imsemmija liġi li skonthom l-imsemmi att jista’ jiġi kkontestat biss meta din il-qorti tqis li l-konvenut, prima facie, stabbilixxa b’mod effettiv, fir-rigward tar-regoli normalment applikabbli skont id-dritt proċedurali nazzjonali, li l-att ikkonċernat, bis-saħħa tal-istess liġi, ma jistax jiġi kkontestat.


(1)  ĠU C 292, 1.9.2014


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no2 de Terrassa – Spanja) – Juan Miguel Iglesias Gutiérrez (C-352/14), Elisabet Rion Bea (C-353/14) vs Bankia SA, Sección Sindical UGT, Sección Sindical CCOO, Sección Sindical ACCAM, Sección Sindical CSICA, Sección Sindical SATE, Fondo de Garantía Salarial

(Kawżi Magħquda C-352/14 u C-353/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE - Kriżi finanzjarja - Għajnuna għas-settur finanzjarju - Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern - Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea - Entità finanzjarja suġġetta għal proċess ta’ ristrutturazzjoni - Tkeċċija ta’ ħaddiem - Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-ammont ta’ kumpens għal tkeċċija))

(2015/C 406/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no2 de Terrassa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Juan Miguel Iglesias Gutiérrez (C-352/14), Elisabet Rion Bea (C-353/14)

Konvenuti: Bankia SA, Sección Sindical UGT, Sección Sindical CCOO, Sección Sindical ACCAM, Sección Sindical CSICA, Sección Sindical SATE, Fondo de Garantía Salarial

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 8764 finali, tat-28 ta’ Novembru 2012, dwar l-għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli għar-ristrutturazzjoni u għar-rikapitalizzazzjoni tal-grupp BFA, kif ukoll l-Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE, li fuqhom hija bbażata din id-deċiżjoni, ma jipprekludux l-applikazzjoni, fil-kuntest ta’ kawża dwar tkeċċija kollettiva li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni, leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi f’ammont ogħla mill-minimu legali l-ammont tal-kumpens pagabbli lil ħaddiem meta t-tkeċċija tiegħu titqies abbużiva.


(1)  ĠU C 339, 29.9.2014.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Bruxelles – il-Belġju) – L-Unjoni Ewropea vs Axa Belgium SA

(Kawża C-494/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Uffiċjali - Regolamenti tal-Persunal - Artikoli 73, 78 u 85a - Inċident tat-traffiku - Dritt nazzjonali li jistabbilixxi sistema ta’ responsabbiltà oġġettiva - Surroga tal-Unjoni Ewropea - Kunċett ta’ “terz responsabbli” - Kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni - Kunċett li jkopri kull persuna li għandha tikkumpensa, skont id-dritt nazzjonali, id-dannu mġarrab mill-vittma jew mill-aventi kawża tagħha - Benefiċċji li għalihom ma hijiex definittivament responsabbli l-Unjoni))

(2015/C 406/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: L-Unjoni Ewropea

Konvenuta: Axa Belgium SA

Dispożittiv

1)

Il-kunċett ta’ “terz responsabbli”, imsemmi fl-Artikolu 85a(1) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, tad-29 ta’ Frar 1968, li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra ta’ dawn il-Komunitajiet, u li jwaqqaf miżuri speċjali applikabbli temporanjament għall-uffiċjali tal-Kummissjoni, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, KEFA, Euratom) Nru 781/98, tas-7 ta’ April 1998, għandu jingħata interpretazzjoni awtonoma u uniformi fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni.

2)

Il-kunċett ta’ “terz responsabbli”, imsemmi fl-Artikolu 85a(1) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej stabbiliti mir-Regolament Nru 259/68, kif emendat bir-Regolament Nru 781/98, ikopri kull persuna, inklużi l-assiguraturi, li għandhom l-obbligu, skont id-dritt nazzjonali, jikkumpensaw id-dannu mġarrab mill-vittma jew mill-aventi kawża tagħha.

3)

Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej stabbiliti mir-Regolament Nru 259/68, kif emendat bir-Regolament Nru 781/98, ma jistgħux jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest ta’ azzjoni diretta skont l-Artikolu 85a(4) tar-Regolamenti tal-Persunal, il-benefiċċji li l-Unjoni għandha tħallas taħt, minn naħa, l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal, intiż li jkopri r-riskji ta’ mard u ta’ inċident, u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 78 tal-istess Regolamenti tal-Persunal għall-ħlas ta’ pensjoni tal-invalidità, għandhom jibqgħu definittivament ir-responsabbiltà tagħha.


(1)  ĠU C 34, 2.2.2015.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/13


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2015 minn Eugen Popp u Stefan M. Zech mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-6 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-463/12 – Eugen Popp u Stefan M. Zech vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-17/15 P)

(2015/C 406/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Eugen Popp u Stefan M. Zech (rappreżentanti: A. Kockläuner u O. Nilgen, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Is-Sitt Awla), permezz ta’ digriet tas-26 ta’ Ottubru 2015, ċaħdet l-appell u kkundannat lill-appellanti sabiex ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/13


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2015 minn Vichy Catalán, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-25 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża T-302/15 – Vichy Catalán vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) – Hijos de Rivera (Fuente Estrella)

(Kawża C-399/15)

(2015/C 406/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Vichy Catalán, S.A. (rappreżentant: R. Bercovitz Álvarez, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u Hijos de Rivera (Fuente Estrella)

Talbiet

tannulla d-digriet appellat, u tissostitwih b’deċiżjoni li tiddikjara l-ammissibbiltà ta’ dan ir-rikors ppreżentat mill-mandanti tagħna fil-Kawża T-302/15 quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna għall-ispejjeż ta’ dan l-appell kull parti li tidher sabiex tiddefendi d-digriet appellat.

Aggravji u argumenti prinċipali

1)

Aggravju bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 45 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja (ma hemmx preklużjoni ladarba tiġi stabbilita l-eżistenza tal-każ fortuwitu jew tal-forza maġġuri), f’żewġ punti:

a)

id-digriet ingħata mingħajr ma ta lill-mandant tagħna ż-żmien materjali li jistabbilixxi l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri li wasslet għal dewmien sabiex tintbagħat il-kopja stampata tar-rikors;

b)

fil-fatt, f’din il-kawża, seħħ każ fortuwitu.

2)

Aggravju bbażat fuq l-interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 43(6) tar-Regoli tal-Proċedura.

3)

Aggravju ibbażat fuq l-applikazzjoni retroattiva, bi preġudizzju għall-appellanti, ta’ dispożizzjonijiet ġodda tar-Regoli tal-Proċedura li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2015, għal sitwazzjonijiet li kellhom jiġu suġġetti għar-Regoli tal-Proċedura preċedenti.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/14


Appell ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-24 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża T-527/13, L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-467/15 P)

(2015/C 406/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u P. Němečková, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2015, innotifikata lill-Kummissjoni fl-istess jum, fil-Kawża T-527/13, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni;

tiċħad ir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza u tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

1)

Il-Qorti Ġenerali interpretat u kklassifikat mill-ġdid, b’mod illegali, it-tieni motiv ippreżentat fl-ewwel istanza. B’hekk, hija kisret il-prinċipju li s-suġġett tal-kawża huwa ddefinit mir-rikors u l-projbizzjoni li jitqajjem ex officio motiv li jikkonċerna l-legalità sostanzjali tad-deċiżjoni li ma jkunx tqajjem fl-istadju opportun mir-rikorrent stess fir-rikors.

2)

Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 108 TFUE u l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (1), fir-rigward tal-kunċetti ta’ għajnuna ġdida u ta’ għajnuna eżistenti. B’mod partikolari, hija qieset b’mod żbaljat li għajnuna tista’ titqies li hija eżistenti minkejja l-ksur ta’ kundizzjoni imposta mid-deċiżjoni li tiddikjaraha kompatibbli. B’hekk, il-Qorti Ġenerali naqset milli timxi mal-ġurisprudenza stabbilita li minnha jirriżulta li s-sempliċi ksur ta’ tali kundizzjonijiet jwassal għall-eżistenza ta’ għajnuna ġdida u, fl-assenza ta’ fatti ġodda li jistgħu jwasslu għal evalwazzjoni differenti, jiġġustifika deċiżjoni ġdida ta’ inkompatibbiltà.

Barra minn hekk, wara li ċaħdet debitament l-ilmenti marbuta ma’ allegat nuqqas ta’ motivazzjoni, il-Qorti Ġenerali kkontradixxiet tali evalwazzjoni billi sostniet li l-Kummissjoni ma kinitx stabbilixxiet li l-ksur tal-kundizzjoni kellu impatt fuq is-sostanza tal-iskema approvata mill-Kunsill, u għalhekk ikkonkludiet, b’mod żbaljat, li setgħet tannulla parzjalment id-deċiżjoni minħabba żball ta’ liġi.

Il-Qorti Ġenerali ma ħaditx debitament inkunsiderazzjoni l-bilanċ istituzzjonali bejn il-Kunsill u l-Kummissjoni stabbilit fl-Artikolu 108 TFUE. Meta l-Kunsill, b’deċiżjoni unanima, juża s-setgħa li jiddikjara għajnuna eċċezzjonalment kompatibbli mas-suq intern filwaqt li jissuġġetta tali dikjarazzjoni għall-osservanza ta’ kundizzjonijiet partikolari, ma huwiex il-kompitu tal-Kummissjoni li tiddetermina jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex effettivament essenzjali jew jekk, għall-kuntrarju, jistax jiġi aċċettat ksur tagħhom.

3)

Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 108 TFUE u l-Artikoli 4, 6, 7, 14 u 16 tar-Regolament Nru 659/1999 fir-rigward tal-proċeduri applikabbli għall-għajnuna ġdida u għall-għajnuna implementata b’mod abbużiv.

Wara li rrikonoxxiet li n-nuqqas ta’ osservanza, min-naħa ta’ Stat Membru, tal-kundizzjonijiet imposti meta ġiet approvata l-għajnuna jikkostitwixxi forma ta’ implementazzjoni abbużiva ta’ tali għajnuna, il-Qorti Ġenerali eskludiet ir-rilevanza tad-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura għall-eżami tal-għajnuna implementata b’mod abbużiv fuq il-bażi tal-fatt li l-Kummissjoni ma bbażatx id-deċiżjoni tagħha fuq dawn id-dispożizzjoni u fuq il-bażi tal-kunsiderazzjoni li l-kunċetti ta’ għajnuna ġdida u ta’ għajnuna implementata b’mod abbużiv huma reċiprokament esklużivi. Madankollu, għall-finijiet ta’ dak li huwa rilevanti f’din il-kawża, id-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna implementata b’mod abbużiv huma identiċi għad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna ġdida. B’hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta annullat parzjalment id-deċiżjoni minħabba żball fil-klassifikazzjoni tal-għajnuna li ma kellu ebda konsegwenza legali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bezirksgericht Linz (l-Awstrija) fis-7 ta’ Settembru 2015 – Peter Schotthöfer & Florian Steiner GbR vs Eugen Adelsmayr

(Kawża C-473/15)

(2015/C 406/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bezirksgericht Linz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Peter Schotthöfer & Florian Steiner GbR

Konvenut: Eugen Adelsmayr

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni stabbilit fl-Artikolu 18 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta Stat Membru jkun stabbilixxa, fl-ordinament ġuridiku tiegħu, dispożizzjoni bħall-Artikolu 16(2) tal-kostituzzjoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, li tipprojbixxi l-estradizzjoni taċ-ċittadini tiegħu lejn pajjiżi terzi, tali projbizzjoni hija applikabbli wkoll għaċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra li jirrisjedu fl-Istat Membru kkonċernat?

2)

L-Artikolu 19(2) u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li Stat Membru tal-Unjoni Ewropea għandu jiċħad talba għal estradizzjoni li toriġina minn pajjiż terz u li tirrigwarda ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, sa fejn il-proċeduri kriminali li taw lok għat-talba għal estradizzjoni u d-deċiżjoni mogħtija fil-kontumaċja fil-pajjiż terz la kienu kompatibbli mal-prinċipji ta’ ordni pubbliku tal-Unjoni u lanqas mal-prinċipju tad-dritt għal smigħ xieraq?

3)

Fl-aħħar nett, l-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jew il-prinċipju ta’ “ne bis in idem” protett mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ewwel kundanna f’pajjiż terz segwita bl-għeluq tal-proċeduri minħabba nuqqas ta’ raġuni effettiva li tiġġustifika proċeduri sussegwenti fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, tikkostitwixxi ostakolu għal proċeduri sussegwenti fil-pajjiż terz?

4)

Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għal waħda mill-ewwel tliet domandi, l-Artikolu 6 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“dritt għal-libertà”) għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin tal-Unjoni lanqas ma jista’ jinżamm f’kustodja għall-finijiet tal-estradizzjoni fil-każ li t-talba għal estradizzjoni tkun toriġina minn pajjiż terz?


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/16


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2015 minn Westermann Lernspielverlag GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-333/13 – Westermann Lernspielverlag GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-482/15 P)

(2015/C 406/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Westermann Lernspielverlag GmbH (rappreżentanti: A. Nordemann u M. C. Maier, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-333/13 tal-15 ta’ Lulju 2015,

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għall-kunsiderazzjoni ulterjuri,

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż,

Sussidjarjament, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tasal għall-konklużjoni li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015, ma għadx għandha skop, minħabba l-fatt li t-trade mark tal-parti l-oħra li fuqha kienet ibbażata l-oppożizzjoni ġiet irrevokata fl-intier tagħha b’effett mit-13 ta’ Ġunju 2013, li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li dan ir-rikors ma għadx għandu skop u li ma hemmx iżjed lok li tingħata deċiżjoni.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

ksur tal-prinċipju ta’ drittijiet tad-difiża, b’mod partikolari, tad-dritt għal smigħ,

2.

ksur tal-prinċipju ta’ dritt għal smigħ xieraq u proċess ġust,

3.

ksur tal-Artikolu 69(ċ) u (d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali,

4.

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1).

L-appellant huwa tal-fehma li d-dritt fundamentali tiegħu għal smigħ ma ġiex irrispettat mill-Qorti Ġenerali peress li (1) ir-registratur tal-Qorti Ġenerali informa lill-appellant fit-3 ta’ Lulju 2015 li s-sottomissjoni tiegħu – li biha informa lill-Qorti Ġenerali li t-trade mark li fuqha hija bbażata l-oppożizzjoni ex tunc ma għadhiex teżisti – ma setgħetx tittieħed inkunsiderazzjoni u (2) li fis-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fil-15 ta’ Lulju 2015 ma ssemma bl-ebda mod il-fatt li t-trade mark tal-parti l-oħra li fuqha kienet ibbażata l-oppożizzjoni ma kinitx għadha teżisti meta l-Qorti Ġenerali tat is-sentenza.

L-appellant huwa tal-fehma li d-dritt fundamentali tiegħu ta’ proċess ġust ġie miksur mill-Qorti Ġenerali peress li (1) il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba tal-appellant għas-sospensjoni tal-proċedura u konsegwentement injorat il-fatt li t-talba għal revoka mressqa mill-appellant fit-13 ta’ Ġunju 2013, kif ukoll it-talba għal kanċellament ibbażata fuq raġuni assoluta mressqa mill-appellant fil-5 ta’ Jannar 2015 kontra t-trade mark tal-parti l-oħra, huma mezzi leġittimi ta’ difiża li għandhom impatt dirett fuq l-eżitu ta’ dawn il-proċedimenti u (2) li l-Qorti Ġenerali rrifjutat li tieħu inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet tal-appellant tat-12 ta’ Ġunju.

L-appellant huwa tal-fehma li l-Qorti Ġenerali kisret Artikolu 69(ċ) u (d) tal-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali meta hija ċaħdet iż-żewġ talbiet tal-appellant ghas-sospensjoni tal-proċedura mingħajr ebda spjegazzjoni, minkejja li fiż-żewġ każijiet il-konvenut ma ressaq l-ebda oġġezzjoni kontra din is-sospensjoni tal-proċedura u l-appellant ta raġunijiet sostanzjali għala sospensjoni tal-proċedura kienet tidher neċessarja.

L-appellant huwa tal-fehma li l-Qorti Ġenerali kisret Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja peress li hija wettqet żball ta’ liġi u għawġet fatti rilevanti tal-kawża peress li l-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfuzjoni kienet ibbażata fuq trade mark li ġiet irrevokata fit-22 ta’ Mejju 2015, b’effett mit-13 ta’ Ġunju 2013, għalhekk qabel ma l-appellant ressaq il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali fis-17 ta’ Ġunju 2013, u qabel ma l-Qorti Ġenerali tat id-deċiżjoni tagħha. Konsegwentement, meta l-Qorti Ġenerali tat is-sentenza fil-15 ta’ Lulju 2015, it-trade mark Komunitarja Nru 003915121 tal-parti l-oħra, il-kelma/sinjal, la setgħet tittieħed inkunsiderazzjoni u lanqas ma setgħu jsiru xi konklużjonijiet abbażi ta’ din it-trade mark.

Fl-aħħar nett, l-appellant jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja, jekk hija tikkonstata li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2015 ma ghadx baqalha skop, minħabba l-fatt li t-trade mark tal-parti l-oħra li fuqha l-oppożizzjoni kienet ibbażata ġiet irrevokata fl-intier tagħha b’effett mit-13 ta’ Ġunju 2013, tiddikjara li dan ir-rikors ma għadx għandu skop u li ma hemmx iżjed lok li tingħata deċiżjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Settembru 2015 – CTL Logistics GmbH vs DB Netz AG

(Kawża C-489/15)

(2015/C 406/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgeright Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CTL Logistics GmbH

Konvenuta: DB Netz AG

Domandi preliminari

1)

Dispożizzjonijiet tad-dritt Ewropew, b’mod partikolari l-ewwel sentenza tal-paragrafu 1, il-paragrafu 2, il-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 u l-paragrafu 6 tal-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14/KE (1), għandhom jiġu interpretati bħala li jeskludu kull azzjoni għal rimbors ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura ferrovjarja stipulati jew stabbiliti fi ftehim qafas konkluż bejn amministratur tal-infrastruttura u applikant, jekk din l-azzjoni għal rimbors ma tkunx tressqet skont il-proċeduri previsti quddiem il-korp regolatorju nazzjonali u skont il-proċeduri ġudizzjarji korrispondenti li jkunu stħarrġu dawn id-deċiżjonijiet tal-korp regolatorju?

2)

Dispożizzjonijiet tad-dritt Ewropew, b’mod partikolari l-ewwel sentenza tal-paragrafu 1, il-paragrafu 2, il-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 u l-paragrafu 6 tal-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14/KE, għandhom jiġu interpretati bħala li jeskludu kull azzjoni għal rimbors ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura ferrovjarja stipulati jew stabbiliti fi ftehim qafas konkluż bejn amministratur tal-infrastruttura u applikant, jekk il-korp regolatorju nazzjonali ma jkunx ġie preċedentement adit bil-kwistjoni tal-piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura ferrovjarja?

3)

L-istħarriġ tan-natura ekwa tal-piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura ferrovjarja eżerċitat mill-qorti ċivili fuq il-bażi ta’ regola nazzjonali tad-dritt ċivili li tippermetti li l-qrati jistħarrġu l-ekwità ta’ prestazzjoni unilateralment iddeterminata minn parti u, fejn xieraq, jiddeterminaw il-prestazzjoni huma stess ex aequo et bono, huwa kompatibbli mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni li jimponi fuq l-amministratur tal-infrastruttura ċerti regoli ġenerali għall-kalkolu tal-piż, fosthom l-obbligu li jkopri l-ispejjeż [Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/14/KE] jew li josserva kriterji marbuta mal-kapaċità ta’ aċċettazzjoni tas-suq [Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2001/14/KE]?

4)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 3, il-qorti ċivili għandha, fl-ambitu tal-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha, tieħu inkunsiderazzjoni kriterji stabbiliti fid-Direttiva 2001/14/KE sabiex tistabbilixxi l-piż għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja u, jekk iva, liema kriterji?

5)

Il-verifika minn qorti ċivili tal-ekwità tal-piżijiet fuq il-bażi tar-regola nazzjonali prevista fid-domanda 3 hija kompatibbli mad-dritt Ewropew meta l-qrati ċivili jistabbilixxu l-piż billi jinjoraw il-prinċipji ġenerali u l-ammonti stabbiliti bħala piżijiet mill-amministratur tal-linji ferrovjarji, minkejja l-fatt li dan l-amministratur huwa marbut mid-dritt tal-Unjoni li jittratta b’mod nondiskriminatorju lil kull entità awtorizzata li taċċedi għall-infrastruttura [Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2001/14/KE]?

6)

L-istħarriġ mill-qorti ċivili tan-natura ekwa tal-piżijiet ta’ amministratur tal-infrastruttura huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni fid-dawl tal-fatt li dan id-dritt jassumi li huwa l-korp regolatorju li għandu l-kompetenza jiddeċiedi nuqqasijiet ta’ qbil bejn l-amministratur tal-infrastruttura u l-persuni awtorizzati jaċċedu fir-rigward tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja jew fir-rigward tal-ammont jew tal-istruttura ta’ dawn il-piżijiet, li l-persuna awtorizzata taċċedi għandha jew ikollha tħallas [it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2001/14/KE], u tal-fatt li, minħabba n-numru potenzjalment kbir ta’ tilwimiet imressqa quddiem diversi qrati ċivili, il-korp regolatorju ma jkunx jista’ jibqa’ jiggarantixxi l-applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni dwar il-linji ferrovjarji [Artikolu 30(3) tad-Direttiva 2001/14/KE]?

7)

Huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, partikolarment mal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/14/KE, li d-dispożizzjonijiet nazzjonali jeżiġu li l-piżijiet kollha tal-amministraturi tal-infrastruttura għall-użu tal-infrastrutturi ferrovjarji jkunu kkalkolati biss skont metodu bbażat fuq l-ispejjeż diretti?


(1)  Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404).


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/19


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2015 minn Ori Martin SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawżi magħquda T-389/10 u T-419/10

(Kawża C-490/15 P)

(2015/C 406/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Ori Martin SA (rappreżentanti: G. Belotti, P. Ziotti, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Prinċipalment: tannulla s-sentenza sa fejn, bl-istess sentenza, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ċaħdet l-azzjoni tagħha fil-Kawża T-419/10 sa fejn kienet qiegħda titlob l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata minħabba l-estensjoni illeġittima tar-responsabbiltà in solidum għall-appellanti għall-fatti mwettqa mis-sussidjarja tagħha SLM; tannulla s-sentenza għal ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jew, b’mod sussidjarju, tagħti kumpens ġust lill-appellanti.

Sussidjarjament: temenda s-sentenza kkontestata, billi tiddeċiedi b’mod definittiv dwar it-tilwima, billi tnaqqas, permezz tal-eżerizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, il-multa imposta fuqha b’teħid inkunsiderazzjoni (i) tal-elementi li ħarġu matul il-proċedura fl-ewwel istanza, (ii) tal-Linji gwida għall-impożizzjoni ta’ multi fis-seħħ fiż-żmien li fih seħħew il-fatti kkontestati, (iii) tal-parteċipazzjoni limitata ratione temporis fil-kartell, li għal SLM/ORI beda jiddekorri minn tmiem l-1999, l-unika data li għaliha hemm evidenza konkordanti fl-atti insostenn ta’ tali parteċipazzjoni.

Fi kwalunkwe każ: tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

ORI tinvoka essenzjalment ħames aggravji intiżi li juru li l-Qorti Ġenerali:

(a)

iddefinixxiet mill-ġdid, b’mod mhux proporzjonat u b’mod inkoerenti mal-elementi li ħarġu matul il-proċedura, il-multa imposta fuq l-appellanti, u b’hekk kisret l-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-prinċipji stabbiliti tad-dritt tal-Unjoni dwar il-proporzjonalità tas-sanzjonijiet fil-qasam tal-antitrust u dwar l-obbligu ta’ motivazzjoni;

(b)

kisret id-dritt tal-Unjoni f’dak li jirrigwarda l-prinċipju ta’ responsabbiltà personali li fuqu hija bbażata l-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, permezz tal-estensjoni mhux ġustifikata tar-responsabbiltà in solidum għall-appellanti, li hija totalment estranea għall-fatti kkontestati;

(ċ)

kisret id-dritt tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tan-nuqqas ta’ retroattività tal-liġi kriminali sfavorevoli, b’mod partikolari l-Artikolu 49(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

(d)

eżerċitat b’mod inkomplet l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha, b’governanza manifestament ħażina tal-elementi li ħarġu matul il-proċedura u b’nuqqas ta’ motivazzjoni.

(e)

kisret l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali minħabba li l-kawża ma ġietx eżaminata fi żmien raġonevoli.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-21 ta’ Settembru 2015 – Agenzia delle Entrate vs Marco Identi

(Kawża C-493/15)

(2015/C 406/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agenzia della Entrate

Konvenut: Marco Identi

Domanda preliminari

L-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikoli 2 u 22 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1), tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni, fil-qasam tal-VAT, ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi t-tmiem tad-dejn tal-VAT fir-rigward tal-persuni ammessi għall-proċedura ta’ ħelsien mid-dejn irregolata mill-Artikoli 142 u 143 tad-Digriet Irjali Nru 267/1942?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Frosinone (l-Italja) fit-23 ta’ Settembru 2015 – proċeduri kriminali kontra Conti Antonio Paolo

(Kawża C-504/15)

(2015/C 406/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Frosinone

Parti fil-kawża prinċipali

Conti Antonio Paolo

Domanda preliminari

L-Artikoli 49 et seq, u 56 et seq tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ġew b’mod partikolari kkompletati fid-dawl tal-prinċipji li jinstabu fis-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Frar 2012 mill-Qorti tal-Ġustizzja (Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi l-obbligu li jiġi ttrasferit mingħajr ħlas l-użu ta’ beni materjali u immaterjali miżmuma taħt titolu ta’ proprjetà li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni u ta’ ġbir tal-imħatri fil-mument tat-trasferiment tal-attività minħabba l-iskadenza tat-tul massimu tal-liċenzja jew bis-saħħa tal-effett ta’ deċiżjonijiet ta’ skadenza jew ta’ revoka?


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/21


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2015 minn Siderurgica Latina Martin SpA (SLM) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawżi magħquda T-389/10 u T-419/10

(Kawża C-505/15 P)

(2015/C 406/22)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Siderurgica Latina Martin SpA (SLM) (rappreżentanti: G. Belotti, P. Ziotti, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tnaqqas il-multa imposta fuq SLM, b’mod individwali u in solidum, u waqt li tagħmel dan tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod prinċipali (i) l-elementi li ħarġu matul il-proċedura fl-ewwel istanza; (ii) il-Linji gwida dwar l-impożizzjoni ta’ multi fis-seħħ fiż-żmien li fih seħħew il-fatti kkontestati; (iii) ir-rwol marġinali u l-parteċipazzjoni limitata ratione temporis tal-appellanti fil-kartell, li għal SLM beda jiddekorri minn tmiem l-1999, l-unika data li għaliha hemm evidenza konkordanti fl-atti insostenn ta’ tali parteċipazzjoni b’mod inkontestabbli;

tagħti kumpens ġust għad-dewmien anmministrattiv li kkaratterizza l-ġestjoni, min-naħa tal-Kummissjoni, tat-talba għal klemenza, kwistjoni li ġiet totalment injorata mill-Qorti Ġenerali;

tirrikonoxxi l-benefiċċji tal-klemenza għall-ammissjonijiet immedjati tal-appellanti;

tagħti kumpens ġust għad-dewmien fil-proċedura;

fi kwalunkwe każ: tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedura.

Aggravji u argumenti prinċipali

SLM tinvoka essenzjalment sitt aggravji intiżi li juru li l-Qorti Ġenerali:

b’mod inkoerenti mal-elementi li ħarġu matul il-proċedura, iddefinixxiet mill-ġdid b’mod insuffiċjenti l-multa għall-appellanti, u b’hekk kisret l-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-prinċipji stabbiliti tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-proporzjonalità tas-sanzjonijiet fil-qasam tal-antitrust u tal-obbligu ta’ motivazzjoni;

billi ma applikatx il-Linji gwida dwar l-impożizzjoni ta’ multi fis-seħħ fiż-żmien li fih seħħew il-fatti, kisret id-dritt tal-Unjoni Ewropea dwar in-nuqqas ta’ retroattività tal-liġi kriminali sfavorevoli, b’mod partikolari l-Artikolu 49(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fudnamentali;

eżerċitat b’mod inkomplet l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha, u b’hekk kisret anki l-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, b’governanza manifestament ħażina tal-eżitu tal-proċedura inkoerenti, b’parzjalità u b’nuqqas ta’ motivazzjoni;

naqset milli tieħu pożizzjoni dwar l-allegata amministrazzjoni ħażina min-naħa tal-Kummissjoni għad-dewmien fil-ġestjoni tat-talba għal klemenza, li għaliha l-Kummissjoni rrispondiet biss wara sitt snin mit-tressiq tagħha;

ċaħdet il-karatteristiċi distintivi tat-talba għal klemenza tal-appellanti, u b’hekk waslet għall-konklużjoni paradossali u manifestament inġusta li huma biss l-atturi prinċipali tal-kartell li setgħu jibbenefkaw mit-tnaqqis minn sanzjoni għall-kooperazzjoni mogħtija, peress li huma għandhom elementi b’valur mizjud li kumpanniji oħrajn bi rwoli marġinali fil-kartell ma jistax ikollhom;

billi ħadet ħames snin sabiex tagħti sentenza, kisret l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Dritijiet Fundamentali li jiżgura d-dritt sabiex il-kawża tiġi eżaminata fi żmien raġonevoli.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/22


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Settembru minn Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Chemicals GmbH, Akzo Nobel Chemicals BV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 2015 fil-Kawża T-47/10, Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Chemicals GmbH, Akzo Nobel Chemicals BV, Akcros Chemicals Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-516/15 P)

(2015/C 406/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Akzo Nobel NV, Akzo Nobel Chemicals GmbH, Akzo Nobel Chemicals BV (rappreżentanti: C. Swaak, R. Wesseling, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Akcros Chemicals Ltd

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-47/10 sa fejn tistabilixxi li l-multi oriġinarjament imposti fuq Akzo Nobel Chemicals GmbH u Akzo Nobel Chemicals B.V. għas-sehem tagħhom fil-ksur, xorta waħda jistgħu jiġu attribwiti lil Akzo Nobel N.V. wara l-annullament ta’ dawk il-multi mill-Qorti Ġenerali; u

tannulla d-deċiżjoni tal-2009 sa fejn tistabilixxi s-sehem ta’ Akzo Nobel Chemicals GmbH u AkzoNobel Chemicals B.V. fil-ksur, u b’mod partikolari tal-Artikolu 1(1)(b) u l-Artikolu 1(2)(b); u

tannulla d-deċiżjoni tal-2009 sa fejn tattribwixxi r-responsabbiltà u/jew multa lil Akzo Nobel N.V. minħabba l-aġir illegali ta’ Akzo Nobel Chemicals GmbH u AkzoNobel Chemicals B.V, u b’mod partikolari tal-Artikolu 1(1)(a) għall-perijodu mill-24 ta’ Frar 1987 sat-28 ta’ Ġunju 1993 u tal-Artikolu 1(2)(a) mill-perijodu li jibda mill-11 ta’ Settembru 1991 sat-28 ta’ Ġunju 1993 u/jew tal-Artikolu 2(6) u (23); jew sussidjarjament

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-47/10 u tirreferi l-kawża lura lill-Qorti Ġenerali sabiex hija tieħu d-deċiżjonijiet kollha neċessarji fuq il-mertu; u

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż ta’ dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wetqet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tar-regoli li jirrigwardaw ir-responsabbiltà tal-kumpanniji parent billi kkonkludiet li r-responsabbiltà għall-multi oriġinarjament imposti fuq is-sussidjarji, iżda annullati mill-Qorti Ġenerali, xorta waħda jistgħu jiġu attribwiti lil Akzo Nobel N.V.

F’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża preżenti li fiha r-responsabbiltà tal-kumpannija parent hija purament derivattiva minn dik tas-sussidjarji tagħha, ir-responsabbiltà ta’ dik il-kumpannija parent ma tistax teċċeddi r-responsabbiltà tas-sussidjarji. Minn dan jirriżulta li, l-annullament tal-multi imposti fuq Akzo Nobel Chemicals GmbH u Akzo Nobel Chemicals B.V. kellu jwassal għall-annullament tal-multa imposta fuq Akzo Nobel N.V.

Dan huwa iktar rilevanti f’dan il-każ fejn l-annullament tal-multi imposti fuq Akzo Nobel Chemicals GmbH u Akzo Nobel Chemicals B.V. kellu jwassal ukoll għall-annullament tad-deċiżjoni fl-intier tagħha fir-rigward taż-żewġ entitajiet legali.

Fl-2011, wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża ArcelorMittal, il-Kummissjoni kellha tiffaċċja l-fatt li poter tagħha li timponi multi fuq Elementis u Ciba/BASF kien preskritt. Sussegwnetement, il-Kummissjoni ddeċidiet li tħassar id-deċiżjoni tagħha tal-2009 sa fejn din kienet tindirizza kwalunkwe waħda mill-entitajiet legali ta’ dawn il-gruppi ta’ kumpanniji.

Fl-eventwalità li l-Kummissjoni kellha tieħu l-istess approċċ fir-rigward ta’ Akzo Nobel Chemicals GmbH u Akzo Nobel Chemicals B.V., li kienu fl-istess pożizzjoni, il-Kummissjoni kienet tħassar id-deċiżjoni tagħha li biha ddeċidiet li dawn l-entitajiet ħadu sehem fil-ksur fl-ewwel lok. Jekk dawn l-istess sitwazzjonijiet kellhom jiġu ttrattati bl-istess mod, il-kwistjoni tal-attribuzzjoni tar-responsabbiltà ma kinitx tqum peress li ma kienx ikun hemm il-ħtieġa jew il-bażi legali għall-attribuzzjoni ta’ xi responsabbiltà għal multa lil Akzo Nobel N.V. fl-ewwel lok.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/23


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 minn Trafilerie Meridionali SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-422/10, Trafilerie Meridionali SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-519/15 P)

(2015/C 406/24)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Trafilerie Meridionali SpA (rappreżentanti: P. Ferrari, G.M.T. Lamicela, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata sa fejn tiċħad il-motiv fis-sens li l-club Europe (lanqas) ma jista’ jiġi imputat lil Trame għall-perijodu bejn id-9 ta’ Ottubru 2000 u d-19 ta’ Settembru 2002, kif ukoll sa fejn tikkonċerna s-sanzjoni imposta fuq l-appellanti (punti 3 u 4 tad-dispożittiv), bil-konsegwenza li tilqa’ t-talbiet korrispondenti li diġà tressqu fl-ewwel istanza quddiem il-Qorti Ġenerali, inkluż fir-rigward tal-multa; sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata kif mitlub u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tal-aħħar tiddeċiedi dan il-punt hija stess, fid-dawl tal-indikazzjonijiet li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tagħmlilha;

tannulla s-sentenza appellata sa fejn tiċħad il-motiv fis-sens li anki Trame għandha tingħata tnaqqis tal-multa minħabba inkapaċità li tħallas, u dan skont il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, kif ukoll sa fejn tikkonċerna s-sanzjoni imposta fuq ir-rikorenti (punti 3 u 4 tad-dispożittiv), bil-konsegwenza li tilqa’ t-talbiet korrispondenti li diġà tressqu fl-ewwel istanza quddiem il-Qorti Ġenerali, inkluż fir-rigward tal-multa; sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata kif mitlub u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tal-aħħar tiddeċiedi dan il-punt hija stess, fid-dawl tal-indikazzjonijiet li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tagħmlilha

tannulla s-sentenza appellata sa fejn tikkonċerna l-kalkolu tas-sanzjoni imposta fuq Trame (punt 3 tad-dispożittiv), filwaqt li taqta’ l-kwistjoni hija stess permezz tad-deċiżjoni tagħha; sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata kif mitlub u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tal-aħħar tiddeċiedi dan il-punt hija stess, fid-dawl tal-indikazzjonijiet li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tagħmlilha;

tannulla s-sentenza appellata sa fejn tipprovdi li Trame għandha tbati l-ispejjeż tagħha marbuta mal-proċedura prinċipali fl-ewwel istanza, Kawża T-422/10 (punt 5 tad-dispożittiv), u tikkundanna lill-Kummissjoni għal dawn l-ispejjeż jew minn tal-inqas għal parti minnhom;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din l-istanza;

tikkonstata li l-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu tagħha li tiddeċiedi f’terminu raġonevoli t-tilwima mressqa quddiemha mill-appellanti, Kawża T-422/10, kif jeżiġi l-Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

tadotta kwalunkwe miżura li hija tqis opportuna.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-ewwel aggravju: fuq l-imputazzjoni tal-club Europe lil Trame. Żnaturament tal-provi. Interpretazzjoni u evalwazzjoni ta’ dawn il-provi manifestament irraġonevoli.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet il-motiv fis-sens li l-club Europe ma setax jiġi imputat lil Trame (lanqas) fir-rigward tal-perijodu bejn id-9 ta’ Ottubru 2000 u d-19 ta’ Settembru 2002 minħabba żnaturament tal-provi, jew minħabba interpretazzjoni u evalwazzjoni manifestament irraġonevoli tagħhom. Fid-dawl ta’ dan, is-sentenza appellata tirriżulta vvizzjata wkoll sa fejn tikkonċerna s-sanzjoni imposta fuq l-appellanti.

2.

It-tieni aggravju: fuq in-nuqqas li Trame tingħata tnaqqis tal-multa minħabba inkapaċità li tħallas. Nuqqas ta’ motivazzjoni. Ksur tal-Artikolu 36 u tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. Ksur tal-Artikolu 117 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli tikkjarifika b’mod adegwat, anki jekk b’mod impliċitu, ir-raġunijiet għaliex ċaħdet il-motiv dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament min-naħa tal-Kummissjoni fir-rigward tal-għoti tat-tnaqqis minħabba inkapaċità ta’ ħlas, bil-konsegwenza li għar-appellanti kien impossibbli li tidentifika r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata s-sentenza appellata u li barra minn hekk huwa impossibbli għall-Qorti tal-Ġustizzja li jkollha biżżejjed informazzjoni sabiex teżerċita l-istħarriġ tagħha. Minn perspettiva differenti, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni elementi ta’ importanza fundamentali sabiex tiddeċiedi dwar dan il-punt. Fid-dawl ta’ dan, is-sentenza appellata tirriżulta vvizzjata wkoll sa fejn tikkonċerna s-sanzjoni imposta fuq l-appellanti.

3.

It-tielet aggravju: fuq il-metodoloġija użata mill-Qorti Ġenerali għall-finijiet tad-determinazzjoni ġdida tas-sanzjoni. Nuqqas ta’ motivazzjoni. Ksur tal-Artikolu 36 u tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. Ksur tal-Artikolu 117 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli tipprovdi spjegazzjoni adegwata fir-rigward tal-modalitajiet għall-kwantifikazzjoni tal-multa li hija applikat għall-finijiet tad-determinazzjoni mill-ġdid tas-sanzjoni li kellha tiġi imposta fuq Trame u, b’mod partikolari, fir-rigward tal-“importanza” mogħtija lil kull wieħed mid-diversi fatti rilevanti f’dan il-kuntest. Dan in-nuqqas jipprekludi, inter alia, l-verifika ta’ jekk il-Qorti Ġenerali, meta kkwantifikat is-sanzjoni, imxietx konformement mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

4.

Ir-raba’ aggravju: fuq l-ispejjeż marbuta mal-proċedura fl-ewwel istanza quddiem il-Qorti Ġenerali.

Jekk jintlaqgħu wieħed mill-aggravji, jew it-tnejn li huma, imsemmija fil-partijiet A u B, dan neċessarjament ikollu impatt ukoll fuq il-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Qorti Ġenerali fil-punti 411 sa 412 tas-sentenza appellata, fis-sens li kull parti hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. B’hekk, is-sentenza appellata għandha tiġi annullata wkoll sa fejn tikkundanna lill-appellanti jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom fir-rigward tal-proċedura fl-ewwel istanza, Kawża T-422/10, u dawn l-ispejjeż, jew minn tal-inqas parti minnhom, għandhom jiġu imposti fuq il-Kummissjoni.

5.

Il-ħames aggravju: fuq id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja fi żmien raġonevoli. Ksur tal-Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Trame ssostni li l-Qorti Ġenerali ma osservatx l-obbligu tagħha li tiddeċiedi f’terminu raġonevoli t-tilwima mressqa quddiemha mill-appellanti, Kawża T-422/10, u b’hekk kisret l-Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/25


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2015 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kunsill

(Kawża C-521/15)

(2015/C 406/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1289 (1), tat-13 ta’ Lulju 2015, li timponi multa fuq Spanja għall-manipulazzjoni tad-data dwar id-defiċit fil-Komunità Awtonoma ta’ Valencia, jew

sussidjarjament, tnaqqas il-multa billi tilimitaha esklużivament għall-perijodi ta’ wara t-13 ta’ Diċembru 2011, li hija d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 1173/2011 (2) u,

f’kull każ, tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ksur tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1173/2011 u tal-Artikolu 2(1) u (3) tad-Deċiżjoni 2012/678/UE  (3) , bi ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-Renju ta’ Spanja. Qabel il-ftuħ tal-fajl, saret investigazzjoni fil-marġini tal-proċedura ta’ stabbilita fid-Deċiżjoni 2012/678/UE. B’dan il-mod intużaw elementi miksuba matul żjarat li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 2(3) tagħha, għad-detriment tad-drittijiet tad-difiża ta’ Spanja.

Ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba fir-rigward tal-kompożizzjoni tat-team ta’ investigazzjoni. Il-fatt li l-istess persuni investigaw il-proċeduri ta’ qabel ma huwiex konformi mal-prinċipju ta’ imparzjalità oġġettiva. It-team kien jippreżenta riskju fondat ta’ inklinazzjoni li tikkonferma u ta’ inklinazzjoni retrospettiva fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-indizji serji u gravi li kienu ġew evalwati qabel il-bidu tal-investigazzjoni. It-team ta’ investigazzjoni kien ikkundizzjonat b’tali mod li l-imparzjalità tiegħu kienet kompromessa.

Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 1173/2011, sa fejn il-fatti ma jikkostitwixxux manipulazzjoni jew misrappreżentazzjoni tad-data rilevanti dwar id-defiċit u d-dejn, imwettqa b’negliġenza serja jew intenzjonalment mill-Istat Membru. Fl-ewwel lok, il-fatti ma jikkostitwixxux manipulazzjoni jew misrappreżentazzjoni tal-istatistika, iżda din hija sempliċi reviżjoni tad-data tad-defiċit u tad-dejn spjegata b’mod ċar u xieraq. Fit-tieni lok, id-data li hija s-suġġett tal-allegata manipulazzjoni f’kull każ hija irrilevanti għall-finijiet tas-setgħa ta’ sorveljanza mogħtija lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni mill-Artikoli 121 u 126 TFUE. Fl-aħħar lok, l-aġir ta’ Spajna ma jistax jiġi kklassifikat bħala li jikkostitwixxi negliġenza gravi, peress li kienu l-awtoritajiet Spanjoli li kienu sabu l-iżball, li kienu indikawh immedjatament lill-Kummissjoni u li kienu aġixxew bl-ikbar diliġenza u ħeffa.

Nuqqas ta’ proporzjonalità tas-sanzjoni fir-rigward tal-kuntest ratione temporis ta’ riferiment għall-kalkolu tagħha. Il-perijodu li huwa s-suġġett tas-sanzjoni huwa limitat għad-data inkluża fin-notifiki sa mill-2012, fir-rigward ta’ fatti li seħħew mill-11 ta’ Diċembru 2011, li hija d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament 1173/2011. Għaldaqstant, l-ammont ta’ riferiment għandu jkun limitat għad-data li tinsab fl-irċevuti mdaħħla fil-kontijiet fl-2011.


(1)  ĠU L 198, p. 19

(2)  Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2011, dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (ĠU L 306, p. 1)

(3)  Deċiżjoni ta’ Delega tal-Kummissjoni 2012/678/UE, tad-29 ta’ Ġunju 2012, dwar l-investigazzjonijiet u l-multi marbuta mal-manipulazzjoni tal-istatistika kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (ĠU L 306, p. 21)


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/26


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawżi magħquda T-389/10 u T-419/10

(Kawża C-522/15 P)

(2015/C 406/26)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi, V. Bottka, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Siderurgica Latina Martin SpA (SLM), Ori Martin SA

Talbiet

(i)

tannulla s-sentenza appellata sa fejn din tnaqqas l-ammont bażiku tal-multa imposta fuq SLM li tistabbilixxi li d-deċiżjoni kkontestata ma kinitx ħadet inkunsiderazzjoni l-fatt li, għal parti tal-ksur, SLM ma pparteċipax fl-aspett estern tal-Club Italia;

(ii)

tannulla s-sentenza appellata sa fejn din tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq SLM għal EUR 1.956 miljun, filwaqt li tħassar il-multa ffissata għal SLM in solidum ma’ Ori Martin;

(iii)

fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, tikkalkola mill-ġdid l-ammont tal-multa li għandha tiġi imposta, skont kif mitlub mill-Kummissjoni;

(iv)

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż tal-proċedura.

Aggravji u argumenti prinċipali

(i)

Il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti meta b’mod żbaljat qieset li l-ammont bażiku tal-multa imposta bid-deċiżjoni kkontestata fuq SLM kienet ta’ EUR 19,8 miljun minflok EUR 15  965 miljun kif stabbilit mit-tieni deċiżjoni ta’ rettifika, EUR 14-il miljun minnhom in solidum ma’ Ori Martin.

(ii)

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tar-regoli fir-rigward tar-responsabbiltà in solidum għall-multi u fil-kalkolu tal-limitu massimu ta’ 10 %, sa fejn stabbilixxiet l-ammont finali tal-multa li għalih SLM hija responsabbli għal EUR 1  956 miljun b’applikazzjoni tal-limitu legali ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ globali ta’ SLM fis-sena ta’ referenza skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1). Fil-każ ineżami, is-sentenza kellha tindika li SLM mhux biss kienet obbligtata tħallas EUR 1  956 miljun b’mod individwali iżda wkoll EUR 13,3 miljun addizzjonali, in solidum ma’ Ori Martin. Fil-fatt, il-kalkolu tal-limiti massimi kellu jsir b’mod distint għal SLM, b’mod individwali, fir-rigward tal-perijodu ta’ perteċipazzjoni fil-ksur fejn hija ma kinitx ikkontrollata minn Ori Martin (bil-limitu massimu relattiv għad-dħul mill-bejgħ mondjali ta’ SLM), u għal SLM in solidum ma’ Ori Martin, fir-rigward tal-perijodu fejn is-sussidjarja kienet ikkontrollata mill-kumpannija parent (bil-limitu massimu relattiv għad-dħul mill-bejgħ mondjali ta’ Ori Martin, li fil-każ ineżami ma ntlaħaqx).


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fis-7 ta’ Ottubru 2015 – Gert Folk

(Kawża C-529/15)

(2015/C 406/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gert Folk

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2004/35/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, kif emendata bid-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006 u bid-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009 (ĠU L 140, 05.06.2009, p. 114) (id-Direttiva dwar ir-responsabbiltà ambjentali), tapplika wkoll għal danni li għalkemm ikunu seħħew wara d-data prevista fl-Artikolu 19(1) tad-direttiva dwar ir-responsabbiltà ambjentali jkunu madankollu ġew ikkawżati mill-użu ta’ installazzjoni (impjant idroelettriku) li ġiet awtorizzata u bdiet topera qabel din id-data u li huma koperti minn awtorizzazzjoni konformi mal-leġiżlazzjoni dwar l-ilma?

2)

Id-direttiva dwar ir-responsabbiltà ambjentali, b’mod partikolari l-Artikoli 12 u 13 tagħha, tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li ma tippermettix lil persuna li għandha permess għas-sajd milli tibda proċeduri ta’ reviżjoni fis-sens tal-Artikolu 13 tad-direttiva dwar ir-responsabbiltà ambjentali dwar dannu ambjentali fis-sens tal-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva?

3)

Id-direttiva dwar ir-responsabbiltà ambjentali, b’mod partikolari l-Artikolu 2(1)(b) tagħha, tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li, fil-każ ta’ dannu li għandu effetti negattivi sinjifikattivi fuq l-istat ekoloġiku, kimiku jew kwantitattiv jew fuq il-potenzjal ekoloġiku tal-ilmijiet ikkonċernati, teskludi l-klassifikazzjoni ta’ “dannu ambjentali” jekk dan id-dannu jkun kopert minn awtorizzazzjoni maħruġa bl-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ liġi nazzjonali?

4)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv lid-domanda 3:

Fil-każijiet fejn il-kriterji tal-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2000/60/KE (jew tat-traspożizzjoni nazzjonali tagħha) ma jkunux ġew ivverifikati fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni maħruġa taħt id-dispożizzjonijiet nazzjonali, sabiex jiġi ddeterminat jekk jeżistix dannu ambjentali fis-sens tal-Artikolu 2(1)(b) tad-direttiva dwar ir-responsabbiltà ambjentali, għandu jiġi kkunsidrat li l-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2000/60/KE huwa direttament applikabbli u li hemm lok li jiġi vverifikat jekk il-kriterji msemmija f’din id-dispożizzjoni humiex issodisfatti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8, p. 357, fil-verżjoni emendata bid-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE – Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 102, p. 15), kif ukoll bid-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L 140, 05.06.2009, p. 114).


Il-Qorti Ġenerali

7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ottubru 2015 – Enosi Mastichoparagogon vs UASI – Gaba International (ELMA)

(Kawża T-309/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark verbali ELMA - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ELMEX - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 406/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Enosi Mastichoparagogon Chiou (Chios, il-Greċja) (rappreżentant: A.-E. Malami, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Geroulakos u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gaba International Holding GmbH (Therwil, l-Isvizzera) (rappreżentanti: G. Schindler, M. Zintler u P. Nagel, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Marzu 2013 (Każ R 1539/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gaba International Holding GmbH u Enosi Mastichoparagogon Chiou.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Enosi Mastichoparagogon Chiou hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 2263, 3.8.2013.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2015 – Petco Animal Supplies Stores vs UASI – Gutiérrez Ariza (PETCO)

(Kawża T-664/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PETCO - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti PETCO - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva - Regola 20(7)(c) u Regola 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Motif li ma jsostnix it-talbiet - Projbizzjoni li tiddeċiedi ultra petita - Inammissibbiltà”))

(2015/C 406/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Petco Animal Supplies Stores, Inc. (San Diego, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Aikens, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: V. Melgar u O. Mondéjar Ortuño, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Domingo Gutiérrez Ariza (Malaga, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 347/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Domingo Gutiérrez Ariza u Petco Animal Supplies Stores, Inc.,

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Petco Animal Supplies Stores, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 112, 14.04.2014.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 22 ta’ Ottubru 2015 – Hewlett Packard Development Company vs UASI (ELITEPAD)

(Kawża T-470/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ELITEPAD - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 406/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hewlett Packard Development Company LP (Houston, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Raab u H. Lauf, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Marzu 2014 (Każ R 884/2013-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ELITEPAD bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hewlett Packard Development Company LP hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 292, 1.9.2014.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 22 ta’ Otturbu 2015 – Hewlett Packard Development Company vs UASI

(Kawża T-563/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ELITEDISPLAY - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 406/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hewlett Packard Development Company LP (Houston, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Raab u H. Lauf, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Mejju 2014 (Każ R 1539/2013-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ELITEDISPLAY bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hewlett Packard Development Company LP hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 351, 5.10.2014.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/31


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2015 – Vince vs UASI (ELECTRIC HIGHWAY)

(Kawża T-315/15)

(2015/C 406/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dale Vince (Gloucestershire, ir-Renju Unit) (rappreżentant: B. Longstaff, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “ELECTRIC HIGHWAY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 010655819

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Marzu 2015, fil-Każ R 1442/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ l-applikazzjoni għal trade mark tar-rikorrent sabiex tkun tista’ ssir ir-reġistrazzjoni sħiħa ta’ din it-trade mark;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Interpretazzjoni żbaljata tat-tifsira tat-trade mark f’dak li jirrigwarda l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Interpretazzjoni żbaljata tas-servizzi kkonċernati fil-klassi 39;

It-tifsira tat-trade mark sostnuta mill-Bord tal-Appell fi kwalunkwe każ ma tiddeskrivix is-servizzi;

Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru207/2009.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/32


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2015 – Huhtamaki u Huhtamaki Flexible Packaging Germany vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-530/15)

(2015/C 406/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Huhtamaki Oyj (Espoo, il-Finlandja) u Huhtamaki Flexible Packaging Germany GmbH & Co.KG (Ronsberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Meyer-Lindemann, C. Graf York von Wartenburg u L. Titze, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015)4336 finali, tal-24 ta’ Ġunju 2015, fil-Każ AT.39563 – Ippakkjar tal-ikel għall-bejgħ bl-imnut, sa fejn ġie deċiż li Huhtamaki Oyj kisret l-Artikolu 101 TFUE billi, matul il-perijodu indikat fl-Artikolu 1(2)(d) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, ipparteċipat fi ksur uniku u kontinwu li kien jikkonsisti f’diversi ksur separati, fis-settur tat-trejs tal-fowm għall-ippakkjar tal-ikel għall-bejgħ l-imnut u li jkopri t-territorju ta’ Spanja mill-bidu tal-ksur, u l-Portugall, mit-8 ta’ Ġunju 2000; u

tannulla l-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015)4336 finali, tal-24 ta’ Ġunju 2015, fil-Każ AT.39563 – Ippakkjar tal-ikel għall-bejgħ bl-imnut, sa fejn ġie deċiż li r-rikorrenti kisru l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 ŻEE billi pparteiċpaw, għall-perijodi indikati fl-Artikolu 1(3)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, fi ksur uniku u kontinwu li kien jikkonsisti f’diversi ksur separati, fis-settur tat-trejs tal-fowm u trejs riġidi għall-ippakkjar tal-ikel għall-bejgħ bl-imnut u li jkopri t-territorju tal-Belġju, tad-Danimarka, tal-Finlandja, tal-Ġermanja, tal-Lussemburgu, tal-Pajjiżi l-Baxxi, tan-Norveġja u tal-Isvezja; u

tannulla l-Artikolu 1(5) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015)4336 finali, tal-24 ta’ Ġunju 2015, fil-Każ AT.39563 – Ippakkjar tal-ikel għall-bejgħ bl-imnut, sa fejn ġie deċiż li Huhtamaki Oyj kisret l-Artikolu 101 TFUE billi pparteċipat, għall-perijodi indikati fl-Artikolu 1(5)(d) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, fi ksur uniku u kontinwu li kien jikkonsisti f’diversi ksur separati, fis-settur tat-trejs tal-fowm għall-ippakkjar tal-ikel għall-bejgħ bl-imnut u li jkopri t-territorju ta’ Franza; u

tannulla l-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015)4336 finali, tal-24 ta’ Ġunju 2015, fil-Każ AT.39563 – Ippakkjar tal-ikel għall-bejgħ bl-imnut, sa fejn dan jimponi multi fuq ir-rikorrenti li flimkien jammontaw għal EUR 1 0 8 06  000; u

tannulla l-Artikolu 2(5) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015)4336 finali, tal-24 ta’ Ġunju 2015, fil-Kawża AT.39563 – Ippakkjar tal-ikel għall-bejgħ bl-imnut, sa fejn dan jimponi multa ta’ EUR 4 7 56  000 fuq Huhtamaki Oyj; u

sussidjarjament, tnaqqas b’mod sostanzjali l-multi imposti fuq ir-rikorrenti; u

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur, mill-Kummissjoni, tal-Artikoli 101 TFUE u 53 ŻEE billi hija wettqet żbalji manifesti ta’ fatt u ta’ liġi, u kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha, billi qieset li r-rikorrenti ħadu sehem f’attivitajiet b’rabta mat-trejs tal-fowm u mat-trejs riġidi fl-“Ewropa tal-Majjistral” fil-perijodu ta’ bejn it-13 ta’ Ġunju 2002 u l-20 ta’ Ġunju 2006 li, meta wieħed iħares lejhom b’mod iżolat, jikkwalifikaw, rispettivament, bħala ksur separati tal-Artikoli 101(1) TFUE u 53 ŻEE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur, mill-Kummissjoni, tal-Artikoli 101 TFUE u 53 ŻEE, billi hija wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni, u kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha billi qieset li r-rikorrenti pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu b’rabta mat-trejs tal-fowm u t-trejs riġidi fl-“Ewropa tal-Majjistral” matul il-perijodu ta’ bejn it-13 ta’ Ġunju 2002 u l-20 ta’ Ġunju 2006.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur, mill-Kummissjoni, tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament, tal-Linji gwida tagħha stess għall-kalkolu tal-multi, u tal-obbligu ta’ motivazzjoni, billi naqset millli tikkunsidra, meta ddeterminat il-multa/i li kellhom jiġu imposti fuq ir-rikorrenti, iċ-ċirkustanzi individwali li kienu jiġġustifikaw tnaqqis fil-multi imposti fuq ir-rikorrenti.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur, mill-Kummissjoni, tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 meta qieset lil Huhtamaki Ohy responsabbli b’mod konġunt u in solidum, bħala l-kumpannija holding aħħarija u għaldaqstant bħala kumpannija parent indiretta, għall-parteċipazzjoni allegata ta’ dawk li kienu s-sussidjarji indiretti tagħha (i) fi ksur uniku u kontinwu fis-settur tat-trejs tal-fowm għall-ippakkjar tal-ikel għall-bejgħ bl-imnut fit-territorju ta’ Franza mit-3 ta’ Settembru 2004 sal-24 ta’ Novembru 2005, u (ii) fi ksur uniku u kontinwu fis-settur tat-trejs tal-fowm għall-ippakkjar tal-ikel għall-bejgħ bl-imnut fit-territorji ta’ Spanja u tal-Portugall (flimkien imsejħa l-“Ewropa tal-Lbiċ”) mis-7 ta’ Diċembru 2000 sat-18 ta’ Jannar 2005. Huhtamaki Oyj ma eżerċitatx influwenza deċiżiva fuq Huhtamaki France SA jew fuq Huhtamaki Embalagens Portugal SA matul il-perijodi inkwistjoni.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/34


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2015 – Coveris Rigid (Auneau) France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-531/15)

(2015/C 406/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Coveris Rigid (Auneau) France (Auneau, Franza) (rappreżentanti: H. Meyer Lindemann, C. Graf York von Wartenburg u L. Titze, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 1(5) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Ġunju 2014, C(2015)4336 finali, fil-Każ AT.39563 – Imballaġġ għall-ikel maħsub għall-bejgħ bl-imnut, sa fejn dan jistabbilixxi li r-rikorrenti kisret l-Artikolu 101 TFUE billi pparteċipat, matul il-perijodu indikat fl-Artikolu 1(5)(d) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, fi ksur uniku u kontinwat li jikkonstisti f’diversi istanzi ta’ ksur fis-settur tat-tilari tal-ġablow li jservu bħala imballaġġ għall-ikel maħsub għall-bejgħ bl-imnut li jkopri t-territorju Franċiż; u

tannulla l-Artikolu 2(5) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Ġunju 2014, C(2015)4336 finali, fil-Każ AT.39563 – Imballaġġ għall-ikel maħsub għall-bejgħ bl-imnut, sa fejn dan jimponi multa ta’ EUR 4 7 56  000 fuq ir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat il-prinċipju ta’ responsabbiltà personali billi żammet lil Coveris responsabbli għall-parteċipazzjoni fi ksur uniku u kontinwat fis-settur tat-tilari tal-ġablow għall-imballaġġ għall-ikel maħsub għall-bejgħ bl-imnut fi Franza. Iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali tal-kawża kienu jiġġustifikaw approċċ ħolistiku fir-rigward taż-żewġ partijiet ta’ xiri mill-ġdid ta’ ONO Packaging mill-impjegati tagħha jew, sussidjarjament, l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ kontinwità ekonomika fir-rigward tal-parti ta’ ċessjoni tal-attivi tat-tranżazzjoni. Abbażi ta’ dan, Coveris ma setgħetx tinżamm responsabbli għall-ksur allegat.

2.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament billi adoperat distinzjoni bejn, minn naħa, il-parti taċ-ċessjoni tal-attivi tax-xiri mill-ġdid mill-impjegati tagħha ta’ ONO Packaging u l-parti taċ-ċessjoni ta’ azzjonijiet tax-xiri mill-ġdid mill-impjegati ta’ ONO Packaging u billi iddividiet konsegwentement ir-responsabbiltà bejn l-entitajiet legali (jiġifieri Coveris u ONO Packaging Portugal) li jippartjenu lil impriżi differenti meta attribwiet ir-responsabbiltà tal-ksur allegat imwettaq mill-istess impriża waħda li baqgħet intatta wara x-xiri mill-ġdid mill-impjegati tagħha.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/35


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2015 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-542/15)

(2015/C 406/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: D. Bonhage u F. Quast, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni C(2015) 4979 finali, tal-14 ta’ Lulju 2015, dwar is-sospensjoni ta’ parti mill-pagamenti interim mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u mill-Fond ta’ Koeżjoni għal nefqa fil-programmi Transport, Central Hungary, West Pannon, South Great Plain, Central Transdanubia, North Hungary, North Great Plain u South Transdanubia – CCI 2007HU161PO007, CCI 2007HU161PO003, CCI 2007HU161PO004, CCI 2007HU161PO005, CCI 2007HU161PO006, CCI 2007HU161PO009, CCI 2007HU161PO011, CCI 2007HU161PO001;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ konformità tad-Deċiżjoni C(2015) 4979 finali, dwar is-sospensjoni ta’ pagamenti interim mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-Fond ta’ Koeżjoni mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, tal-11 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 210, p. 25):

skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 92 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 peress li n-nefqa kkonċernata ma hijiex marbuta ma’ irregolarità ta’ natura serja;

ir-rikorrenti ssostni ulterjorment li l-awtoritajiet Ungeriżi implementaw il-programmi operattivi konformement mad-dritt tal-UE. Skont ir-rikorrenti, il-benefiċjarji pprovdew ix-xogħol u s-servizzi għall-implementazzjoni tal-programmi konformement mad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132);

fl-aħħar nett, skont ir-rikorrenti, id-disponibbiltà ta’ installazzjoni għat-taħlit tal-asfalt f’distanza massima speċifikata mis-sit tax-xogħlijiet meta sseħħ l-offerta kienet kriterju ta’ konformità teknika proporzjonali fl-għoti ta’ kuntratt għal xogħlijiet ta’ kostruzzjoni tat-toroq.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża:

skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata tikser id-drittijiet tad-difiża tal-Ungerija, peress li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni elementi essenzjali legali u fattwali miġjuba għall-attenzjoni tagħha mill-Ungerija qabel l-għoti tad-deċiżjoni kkontestata;

barra minn hekk, skont kif tallega r-rikorrenti, li kieku ma kienx għal din l-irregolarità, l-eżitu tal-proċedura kien ikun differenti u għaldaqstant, il-ksur tad-drittijiet tad-difiża għandu jagħti lok għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/36


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2015 – Lysoform Dr. Hans Rosemann et vs ECHA

(Kawża T-543/15)

(2015/C 406/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH (Berlin, il-Ġermanja), Ecolab Deutschland GmbH (Monheim), Schülke & Mayr GmbH (Norderstedt), Diversey Europe Operations BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: K. Van Maldegem & M. Grunchard, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Talbiet

tiddikjara l-appell ammissibli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi dwar l-inklużjoni tal-kumpannija OXEA, ibbażata fil-Ġermanja, bħala fornitur tas-sustanza attiva fil-lista prevista mill-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali;

tikkundanna lill-ECHA għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri; u

fid-dawl tal-appell pendenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-ECHA, tissospendi l-proċeduri skont l-Artikolu 69, u b’mod partikolari l-Artikolu 69(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, sakemm il-Bord tal-Appell tal-ECHA ikun iddeċieda dwar l-ammissibbiltà tal-appell quddiemha.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jsostnu li, billi ppermettiet li kumpannija tiġi inkluża fil-lista prevista fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 fir-rigward ta’ sustanza partikolari, l-ECHA naqset milli tapplika l-liġi. In-nuqqasijiet tagħha tagħha f’dan ir-rigward huma bbażati fuq it-tliet motivi li ġejjin:

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-ECHA applikat ħażin ir-regoli dwar ir-rekwiżit li l-kumpannija tippreżenta dossier komplet skont l-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni f’dak li l-ECHA ttrattat kumpanniji li kienu fl-istess sitwazzjoni b’mod differenti.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 62, 63 u 95 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 f’dak li kontra r-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament, l-ECHA naqset milli tiżgura li jkun hemm kundizzjonijiet indaqs bejn dawk il-kumpanniji li pparteċipaw fil-programm ta’ reviżjoni tas-sustanza partikolari jagħtu u dawk li peress li ma pparteċipawx fl-imsemmi programm, ma kellhomx isostnu l-ispejjeż relatati (magħrufa bħala “free-riders”).


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/37


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2015 – Bimbo vs UASI – ISMS (BIMBO BEL SIMPLY MARKET)

(Kawża T-571/15)

(2015/C 406/37)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bimbo, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: International Supermarket Stores (ISMS) SA (Croix, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “BIMBO BEL SIMPLY MARKET” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 0 3 35  321

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-17/07/2015 fil-Każ R 1297/2014-4

Talbiet

temenda d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell iddatata s-17 ta’ Lulju 2015 skont l-Artikolu 65(3) tar-Regolament Nru 207/2009, li jiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 3 35  321 fl-intier tiegħu;

sussidjarjament u fil-każ biss li t-talba ta’ hawn fuq tiġi miċħuda, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell iddatata s-17 ta’ Lulju 2015;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 8(5), 42(2)(3), u 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/38


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2015 – Kozmetika Afrodita vs UASI – Núñez Martín u Machado Montesinos (KOZMETIKA AFRODITA)

(Kawża T-574/15)

(2015/C 406/38)

Lingwa tar-rikors: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Kozmetika Afrodita d.o.o. (Rogaška Slatina, is-Slovenja) (rappreżentant: B. Grešak, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pedro Nuñez Martín (Madrid, Spanja) u Carmen Guillermina Machado Montesinos (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “KOZMETIKA AFRODITA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 1 7 98  253

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 2577/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tar-Regola 50(2)(ħ) tar-Regolament Nru 2868/95.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/38


Rikors ippreżentat fit-28 ta Settembru 2015 – Kozmetika Afrodita vs UASI – Núñez Martín u Machado Montesinos (AFRODITA COSMETICS)

(Kawża T-575/15)

(2015/C 406/39)

Lingwa tar-rikors: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Kozmetika Afrodita d.o.o. (Rogaška Slatina, is-Slovenja) (rappreżentant: B. Grešak, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pedro Nuñez Martín (Madrid, Spanja) u Carmen Guillermina Machado Montesinos (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “AFRODITA COSMETICS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 1 7 98  287

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 2578/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tar-Regola 50(2)(h) tar-Regolament Nru 2868/95.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/39


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ottubru 2015 – Uribe-Etxebarría Jiménez vs UASI – Núcleo de comunicaciones y control (SHERPA)

(Kawża T-577/15)

(2015/C 406/40)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Xabier Uribe-Etxebarría Jiménez (Erandio, Spanja) (rappreżentant: M. Esteve Sanz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Núcleo de comunicaciones y control, SL (Tres Cantos (Madrid), Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “SHERPA” –Trade mark Komunitarja Nru 1 0 0 00  339

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 1135/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI, u jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti, għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 63(1), 64(1) u 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 u tar-Regola 22 tar-Regolament Nru 2868/95;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 207/2009.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/40


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2015 – POA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-584/15)

(2015/C 406/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pagkyprios organismos ageladotrofon Dimosia Ltd (POA) (Latsia, Ċipru) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-fajl CY/PDO/0005/01243 sottomess mill-awtoritajiet tar-Repubblika ta’ Ċipru għar-raġuni li kien jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU 2012 L 343, p. 1), kif provduti mill-Artikolu 50(1) ta’ dan ir-regolament, u li tipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bir-referenza 2015/C 246/12;

tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-konformità tal-applikazzjoni CY/PDO/0005/01243 mar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

L-applikazzjoni CY/PDO/0005/01243 tmur lil hinn mill-istandard CYS 94 (Parti 1 & 2) 1985 dwar il-kontenut ta’ ħalib fil-proċess ta’ produzzjoni tal-ġobon “Halloumi”.

L-applikazzjoni CY/PDO/0005/01243 tikser l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma vverifikatx il-konformità tal-applikazzjoni CY/PDO/0005/01243 mal-proċedura prevista mir-Regolament (UE) Nru 1151/2012

Ma ngħatax terminu raġonevoli sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għal appell.

L-awtoritajiet nazzjonali ma eżaminawx b’mod xieraq l-oġġezzjoni mqajma mir-rikorrenti.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/41


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2015 – Monster Energy vs UASI (GREEN BEANS)

(Kawża T-585/15)

(2015/C 406/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “GREEN BEANS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 1 4 10  801

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 3002/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tirrinvija l-każ tar-rikorrenti quddiem it-Tieni Bord tal-Appell sabiex jiddeċiedi fuq il-mertu tat-talba ta’ restitutio in integrum fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tat-2 ta’ Diċembru 2013 fil-Każ R 1530/2013-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 58, 65(5), 75, 81(1) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009;

Ksur tar-Regola 65 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/42


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2015 – Nara tekstil sanayi ve ticaret vs UASI – NBC Fourth Realty (NaraMaxx)

(Kawża T-586/15)

(2015/C 406/43)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nara Tekstil Sanayi Ve Ticaret Anonim Sirketi (Osmangazi-Bursa, it-Turkija) (rappreżentanti: M. López Camba, L. Monzón de la Flor, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: NBC Fourth Realty Corp. (North Las Vegas, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata: it-trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “NaraMaxx” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 1 1 42  461.

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 1073/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn tikkonferma d-deċiżjoni li tilqa’ l-oppożizzjoni B 2122938;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti minn Nara Tekstil Sanayi Ve Ticaret Anonim Sirketi;

tikkundanna lil NBC Fourth Realty Corp. għall-ispejjeż sostnuti minn Nara Tekstil Sanayi Ve Ticaret Anonim Sirketi;

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/42


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2015 – Stichting Accolade vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-598/15)

(2015/C 406/44)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Stichting Accolade (Drachten, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: H. de Boer u J. Abma, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-30 ta’ Ġunju 2015, innotifikata taħt in-numru C(2015) 4411 finali, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34676 (2015/NN), implementata mill-Pajjiżi l-Baxxi (bejgħ ta’ proprjetà immobbli mill-Komun ta’ Harlingen allegatament taħt il-prezz tas-suq);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni rrestrinġiet b’mod żbaljat l-ilment tar-rikorrenti għal parti żgħira tat-tranżazzjoni ta’ proprjetà immobbli globali li saret bejn il-Komun ta’ Harlingen u Ludinga VG.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ applikazzjoni jew fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-kriterju tal-investitur privat. Il-Kummissjoni analizzat it-tranżazzjoni ta’ proprjetà immobbli billi użat b’mod żbaljat skala ta’ valur bejn 14 u 24 EUR.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-data u l-preżunzjonijiet li servew ta’ bażi għall-prezzijiet li jikkomponu din l-iskala ta’ valur ma humiex kompatibbli bejniethom. Huwa b’dan il-mod li t-tranżazzjonijiet ta’ referenza ma humiex komparabbli mat-tranżazzjoni kontenzjuża.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq verifika tal-prezz żbaljat għall-iskala ta’ valur.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq evalwazzjoni manifestament inkorretta tal-fatti allegati rigward il-vantaġġi indiretti.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq konklużjoni żbaljata tal-Kummissjoni rigward il-miżura kkontestata mir-rikorrenti.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/44


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tas-27 ta’ Ottubru 2015 – Labiri vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża F-81/14) (1)

([Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura ta’ promozzjoni 2013 - Deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix promossa - Artikolu 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Paragun tal-merti])

(2015/C 406/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Vassilliki Labiri (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment J.-N. Louis, D. de Abreu Caldas u R. Metz, avukati, sussegwentement J.-N. Louis, R. Metz, N. de Montigny, D. Verbeke u T. Van Lysebeth, avukati)

Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. C. Cañoto Argüelles u S. Bachotet, aġenti, inizjalment assistiti minn B. Cambier u G. Ladrière, avukati, sussegwentement minn B. Cambier u T. Cambier, avukati)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix promossa għall-grad segwenti (AD 13) fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2013 tal-Kumitat tar-Reġjuni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

V. Labiri għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 388, 3.11.2014, p. 32.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/44


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Ottubru 2015 – Xenakis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-52/15) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Irtirar volontarju - Età tal-irtirar - Talba għal estensjoni tas-servizz - Artikolu 52, it-tieni paragrafu tar-Regolamenti tal-Persunal - Rifjut ta’ estensjoni tal-perijodu ta’ servizz - Interess tas-servizz))

(2015/C 406/46)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Yannis Xenakis (Woluwe-Saint-Pierre, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Ehrbar, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba għall-estensjoni tas-servizz tar-rikorrent u, konsegwentement, li tikkonferma l-irtirar volontarju ta’ dan tal-aħħar fil-31 ta’ Ottubru 2014, u talba għad-danni bl-interessi għad-dannu materjali allegatament subit kif ukoll l-ammont ta’ ewro simboliku bħala riżarċiment għad-danni morali allegatament subiti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Y. Xenakis għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 190, 8.6.2015, p. 38.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/45


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef Uniku) tas-27 ta’ Ottubru 2015 – Ameryckx vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-140/14) (1)

((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Grupp ta’ funzjonijiet - Klassifikazzjoni - Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà - Kunċett ta’ att li jikkawża preġudizzju - Deċiżjoni konfermattiva - Fatt ġdid u sostanzjali - Inammissibbiltà manifesta))

(2015/C 406/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Marianella Ameryckx (Rhode-Saint-Genèse, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta milli tibni mill-ġdid il-karriera tar-rikorrenti billi tiġi kklassifikata mill-ġdid, mill-1 ta’ Marzu 2005, fi grupp ta’ funzjonijiet superjuri, u t-talba għal kumpens għad-danni materjali u morali allegatament imġarrba.

Dispożittiv tad-digriet

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

M. Ameryckx għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 65, 23.2.2015, p. 55.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/46


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-91/15)

(2015/C 406/48)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis, N. de Montigny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapplika l-klawżola ta’ riżerva medika prevista fl-Artikolu 32 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg sa fejn din ma taċċettahx għall-benefiċċju ta’ allowance tal-invalidità kif ukoll il-kumpens għad-dannu morali allegatament sostnut.

Talbiet

jannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Settembru 2014, li japplikaw ir-riżerva medika prevista fl-Artikolu 32 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg u sabiex ir-rikorrent ma jiġix aċċettat għall-benefiċċju tal-allowance tal-invalidità;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent somma ta’ EUR 50  000 bħala kumpens għad-dannu morali sostnut u għall-ispejjeż.


7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/46


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-132/15)

(2015/C 406/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiġi applikata l-klawżola ta’ riżerva medika prevista fl-Artikolu 32 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, b’effett retroattiv, mid-data tad-dħul fis-servizz tar-rikorrent mal-Kummissjoni, u li jiġu sospiżi l-garanziji fir-rigward ta’ invalidità jew ta’ mewt u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni li jiġi eskluż minn kwalunkwe reklutaġġ mill-Kummissjoni għal perijodu ta’ sitt snin mid-data ta’ tmien l-aħħar kuntratt tiegħu.

Talbiet

Tannulla d-deċiżjoni tal-awtorità awtorizzata sabiex tikkonkludi l-kuntratti ta’ impjieg li tirrigwarda, minn naħa, l-applikazzjoni b’effett retroattiv kontra r-rikorrent tar-riżerva medika prevista fl-Arikolu 32 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg u s-sospensjoni tal-garanziji fir-rigward ta’ invalidità jew ta’ mewt u, min-naħa l-oħra, l-esklużjoni tar-rikorrent minn kull reklutaġġ mill-Kummissjoni għal perijodu ta’ sitt snin.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.