ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 392

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
25 ta' Novembru 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 392/01

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Valuri korrispondenti tal-limiti tad-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE u 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

1

2015/C 392/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7682 — Goldman Sachs/Altor/Hamlet) ( 1 )

4

2015/C 392/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7808 — Bain Capital Investors / Autodistribution Group) ( 1 )

4


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 392/04

Rata tal-kambju tal-euro

5

2015/C 392/05

L-irtirar ta’ proposti tal-Kummissjoni

6

2015/C 392/06

Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006)  ( 1 )

7

2015/C 392/07

Avviż għall-Importaturi — Importazzjonijiet ta’ prodotti tat-tonn mit-Tajlandja lejn l-Unjoni Ewropea

8

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2015/C 392/08

Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni Nru 4/2015 tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, Lejn etika diġitali ġdida: Data, dinjità u Teknoloġija

9

2015/C 392/09

Sommarju Eżekuttiv tat-tieni Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji

11


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 392/10

Notifika ta’ bidu ta’ rieżami interim parzjali tal-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u fit-Tajlandja

14

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 392/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7829 — Transgourmet / C+C Pfeiffer / Top-Team Zentraleinkauf) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

18


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

25.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/1


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Valuri korrispondenti tal-limiti tad-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE u 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2015/C 392/01)

Il-valuri korrispondenti fil-valuti nazzjonali, għajr għall-euro, tal-limiti tad-Direttivi 2014/23/UE (1), 2014/24/UE (2) u 2014/25/UE (3) huma dawn li ġejjin:

EUR 80 000

BGN

Lev Bulgaru Ġdid

156 464

CZK

Koruna Ċeka

2 184 400

DKK

Krone Daniż

596 520

GBP

Lira Sterlina

62 842

HRK

Kuna Kroata

610 024

HUF

Forint Ungeriż

24 549 600

FVE

Zloty Pollakk Ġdid

333 992

RON

Leu Rumen Ġdid

355 632

SEK

Krona Żvediża

731 224


EUR 135 000

BGN

Lev Bulgaru Ġdid

264 033

CZK

Koruna Ċeka

3 686 175

DKK

Krone Daniż

1 006 628

GBP

Lira Sterlina

106 047

HRK

Kuna Kroata

1 029 416

HUF

Forint Ungeriż

41 427 450

FVE

Zloty Pollakk Ġdid

563 612

RON

Leu Rumen Ġdid

600 129

SEK

Krona Żvediża

1 233 941


EUR 209 000

BGN

Lev Bulgaru Ġdid

408 762

CZK

Koruna Ċeka

5 706 745

DKK

Krone Daniż

1 558 409

GBP

Lira Sterlina

164 176

HRK

Kuna Kroata

1 593 688

HUF

Forint Ungeriż

64 135 830

FVE

Zloty Pollakk Ġdid

872 554

RON

Leu Rumen Ġdid

929 089

SEK

Krona Żvediża

1 910 323


EUR 418 000

BGN

Lev Bulgaru Ġdid

817 524

CZK

Koruna Ċeka

11 413 790

DKK

Krone Daniż

3 116 817

GBP

Lira Sterlina

328 352

HRK

Kuna Kroata

3 187 375

HUF

Forint Ungeriż

128 271 660

FVE

Zloty Pollakk Ġdid

1 745 108

RON

Leu Rumen Ġdid

1 858 177

SEK

Krona Żvediża

3 820 645


EUR 750 000

BGN

Lev Bulgaru Ġdid

1 466 850

CZK

Koruna Ċeka

20 478 750

DKK

Krone Daniż

5 592 375

GBP

Lira Sterlina

589 148

HRK

Kuna Kroata

5 718 975

HUF

Forint Ungeriż

230 152 500

FVE

Zloty Pollakk Ġdid

3 131 175

RON

Leu Rumen Ġdid

3 334 050

SEK

Krona Żvediża

6 855 225


EUR 1 000 000

BGN

Lev Bulgaru Ġdid

1 955 800

CZK

Koruna Ċeka

27 305 000

DKK

Krone Daniż

7 456 500

GBP

Lira Sterlina

785 530

HRK

Kuna Kroata

7 625 300

HUF

Forint Ungeriż

306 870 000

FVE

Zloty Pollakk Ġdid

4 174 900

RON

Leu Rumen Ġdid

4 445 400

SEK

Krona Żvediża

9 140 300


EUR 5 225 000

BGN

Lev Bulgaru Ġdid

10 219 055

CZK

Koruna Ċeka

142 668 625

DKK

Krone Daniż

38 960 213

GBP

Lira Sterlina

4 104 394

HRK

Kuna Kroata

39 842 193

HUF

Forint Ungeriż

1 603 395 750

FVE

Zloty Pollakk Ġdid

21 813 853

RON

Leu Rumen Ġdid

23 227 215

SEK

Krona Żvediża

47 758 068


(1)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1.

(2)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.

(3)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.


25.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7682 — Goldman Sachs/Altor/Hamlet)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 392/02)

Fil-5 ta’ Awwissu 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7682. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


25.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7808 — Bain Capital Investors / Autodistribution Group)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 392/03)

Fit-18 ta’ Novembru 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7808. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

25.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-24 ta’ Novembru 2015

(2015/C 392/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0651

JPY

Yen Ġappuniż

130,52

DKK

Krona Daniża

7,4605

GBP

Lira Sterlina

0,70620

SEK

Krona Żvediża

9,2622

CHF

Frank Żvizzeru

1,0832

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,2090

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,033

HUF

Forint Ungeriż

311,89

PLN

Zloty Pollakk

4,2607

RON

Leu Rumen

4,4467

TRY

Lira Turka

3,0675

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4763

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4229

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,2547

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6368

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5074

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 229,46

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,9808

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,8048

HRK

Kuna Kroata

7,6335

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 618,17

MYR

Ringgit Malażjan

4,5192

PHP

Peso Filippin

50,145

RUB

Rouble Russu

70,4467

THB

Baht Tajlandiż

38,141

BRL

Real Brażiljan

3,9550

MXN

Peso Messikan

17,6141

INR

Rupi Indjan

70,6582


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


25.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/6


L-IRTIRAR TA’ PROPOSTI TAL-KUMMISSJONI

(2015/C 392/05)

Lista ta’ proposti irtirati

Dokument

Proċedura interistituzzjonali

Titolu

COM(1998) 0637

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-Rappreżentanza u t-Teħid ta’ Pożizzjoni tal-Komunità f’Livell Internazzjonali fil-kuntest tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja


25.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/7


Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 392/06)

Deċiżjonijiet tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni

Referenza tad-deċiżjoni (2)

Data tad-deċiżjoni

Isem tas-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data ta’ skadenza tal-perjodu tar-reviżjoni

Raġunijiet tad-deċiżjoni

C(2015) 8093

L-24 ta’ Novembru 2015

Trikloroetilene

Nru tal-KE 201-167-4

Nru tal-CAS 79-01-6

Vlisco Netherlands BV, Binnen Parallelweg 2, 5701 PH, Helmond, Netherlands

REACH/15/5/0

REACH/15/5/1

Użu bħala solvent għat-tneħħija u l-irkupru tar-raża mid-drapp mogħti l-kulur

Użu bħala solvent fi proċess ta’ rkupru u purifikazzjoni tar-raża mill-ilma tal-proċess

fil-21 ta’ April 2028.

Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjo-ekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem li jirriżulta mill-użu tas-sustanza u ma hemmx sustanzi jew teknoloġiji alternattivi adatti f’termini tal-fattibbiltà ekonomika tagħhom.

Se ssir riċerka dwar teknoloġija ġdida abbażi ta’ solventi bil-potenzjal li tiġi żviluppata alternattiva sostenibbli fil-kuntest ta’ pjan ta’ riċerka u żvilupp ta’ 12-il sena.


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-deċiżjoni hi ppubblikata fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about/index_en.htm


25.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/8


Avviż għall-Importaturi

Importazzjonijiet ta’ prodotti tat-tonn mit-Tajlandja lejn l-Unjoni Ewropea

(2015/C 392/07)

Permezz ta’ avviż għall-importaturi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali C 220 tal-1 ta’ Awwissu 2013, p. 7, il-Kummissjoni infurmat lill-operaturi tal-UE li jippreżentaw evidenza tal-oriġini f’forma ta’ dokument (il-Formola A — Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi) bil-għan li jibbenefikaw minn trattament preferenzjali għat-tonn fil-landa u l-flettijiet iffriżati tat-tonn tas-subintestatura 1604 14 tas-SA, importati mit-Tajlandja, biex jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa, peress li kien hemm dubji raġonevoli dwar l-applikazzjoni xierqa tat-trattament tariffarju preferenzjali u l-applikabbiltà tal-provi tal-oriġini ppreżentati lill-Unjoni għal dawk l-oġġetti. Ir-rilaxx tal-prodotti kkonċernati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jista’ jagħti lok għal dejn doganali, iwassal għall-frodi u, konsegwentement, jaffettwa b’mod negattiv l-interessi finanzjarji tal-UE.

F’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1421/2013 (1), li jemenda l-Annessi I, II u IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2015 it-Tajlandja tneħħiet mil-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP tal-Unjoni.

Għalhekk l-avviż għall-importaturi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali C 220 tal-1 ta’ Awwissu 2013 ma għadx għandu skop fir-rigward tal-kunsinni tal-prodotti konċernati ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-1 ta’ Jannar 2015 jew wara din id-data u huwa b’dan irtirat.


(1)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1421/2013 tat-30 ta’ Ottubru 2013 li jemenda l-Anness I, II u IV tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (ĠU L 355, 31.12.2013, p. 1).


Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

25.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/9


Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni Nru 4/2015 tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, “Lejn etika diġitali ġdida: Data, dinjità u Teknoloġija”

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż fuq il-websajt tal-KEPD www.edps.europa.eu)

(2015/C 392/08)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) huwa istituzzjoni indipendenti tal-UE, responsabbli skont l-Artikolu 41.2 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)“Fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali […] li jassigura li d-drittijiet fundamentali u l-libertajiet ta’ persuni naturali, u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-privatezza, jiġu rispettati mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità”, u “[…] biex jagħti pariri lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u lis-suġġetti tad-data dwar il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw l-ipproċessar ta’ data personali.” Huwa nħatar f’Diċembru 2014 flimkien ma’ Assistent Kontrollur bl-inkarigu speċifiku li jkun aktar kostruttiv u proattiv. Il-KEPD ppubblika f’Marzu 2015 strateġija għal ħames snin fejn stabbilixxa kif biħsiebu jimplimenta dan l-inkarigu, u biex ikun responsabbli biex jagħmel dan.

Din l-Opinjoni ssegwi l-Opinjoni preċedenti tal-KEPD fuq ir-Regolament dwar id-Data Ġenerali li kellha l-għan li tgħin lill-istituzzjonijiet ewlenin tal-UE li jilħqu l-kunsens ġust fir-rigward ta’ sett ta’ regoli prattiċi orjentat għall-futur li jseddaq id-drittijiet u l-libertajiet tal-individwu. Bħall-Opinjoni dwar is-Saħħa Mobbli kmieni fl-2015, hija tindirizza l-isfida tal-protezzjoni tad-data biex “issir diġitali” - it-tielet għan tal-Istrateġija KEPD – “l-ippersonalizzar ta’ prinċipji tal-protezzjoni tad-data eżistenti biex jidħlu fl-arena diġitali globali”, fid-dawl ukoll tal-pjanijiet tal-UE għas-Suq Uniku Diġitali. Huwa konsistenti mal-approċċ tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 dwar aspetti tal-protezzjoni tad-data tal-użu ta’ teknoloġiji ġodda, bħall-“Internet tal-Oġġetti”, li għalihom il-KEPD ikkontribwixxa bħala membru sħiħ tal-grupp.

“Id-dinjità umana hija invjolabbli. Għandha tiġi rispettata u protetta.”

Artikolu 1, Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE

Id-drittijiet fundamentali għall-privatezza u tal-protezzjoni tad-data personali saru aktar importanti minn qatt qabel għall-protezzjoni tad-dinjità tal-bniedem. Huma sanċiti fit-Trattati tal-UE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Dawn jippermettu lill-individwi li jiżviluppaw il-personalitajiet tagħhom stess, biex jgħixu ħajjithom b’mod indipendenti, biex jinnovaw u jeżerċitaw drittijiet u libertajiet oħrajn. Il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data definiti fil-Karta tal-UE - neċessità, proporzjonalità, ġustizzja, minimizzazzjoni tad-data, limitazzjoni tal-iskop, kunsens u trasparenza - japplikaw għall-ipproċessar tad-data kollu kemm hu, għall-ġbir kif ukoll għall-użu.

It-teknoloġija m’għandhiex tiddetta l-valuri u d-drittijiet, imma lanqas m’għandha r-relazzjoni tagħhom tiġi ridotta għal dikotomija falza. Ir-revoluzzjoni diġitali twiegħed benefiċċji għas-saħħa, l-ambjent, l-iżvilupp internazzjonali u l-effiċjenza ekonomika. Skont il-pjanijiet tal-UE għas-suq uniku diġitali, il-cloud computing, l-“Internet tal-Oġġetti”, data kbira u teknoloġiji oħrajn huma kkunsidrati bħala fatturi ewlenin għall-kompetittività u t-tkabbir. Il-mudelli tan-negozji qegħdin jisfruttaw kapaċitajiet ġodda għall-ġbir massiv, trażmissjoni istantanja, kombinazzjoni u użu mill-ġdid ta’ informazzjoni personali għal skopijiet mhux previsti, u ġġustifikati b’politiki twal u impenetrabbli tal-privatezza. Dan poġġa l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data taħt piżijiet ġodda, u hemm bżonn ta’ ideat ġodda dwar kif jiġu applikati.

Fl-ambjent diġitali tal-lum, li wieħed jimxi mal-liġi mhux biżżejjed; għandna nikkunsidraw id-dimensjoni etika tal-ipproċessar tad-data. Il-qafas regolatorju tal-UE diġà jippermetti deċiżjonijiet u salvagwardji flessibbli każ b’każ meta tiġi pproċessata l-informazzjoni personali. Ir-riforma tal-qafas regolatorju se jkun pass tajjeb 'il quddiem. Imma hemm mistoqsijiet aktar profondi dwar l-impatt tax-xejriet fis-soċjetà mmexxija mid-data fuq id-dinjità, il-libertà individwali u l-funzjonament tad-demokrazija.

Dawn il-kwistjonijiet għandhom implikazzjonijiet ta’ inġinerija, filosofiċi, legali u morali. Din l-Opinjoni tenfasizza xi xejriet tekonoloġiċi ewlenin li jistgħu jinvolvu pproċessar inaċċettabbli ta’ informazzjoni personali jew li jistgħu jinterferixxu mad-dritt għall-privatezza. Hija ssemmi “ekosistema ta’ protezzjoni ta’ data kbira” b’erba’ saffi biex tirrispondi għall-isfida diġitali: sforz kollettiv, b’kunsiderazzjonijiet etiċi sottostanti.

(1)

Regolazzjoni tal-ipproċessar tad-data orjentata għall-futur u rispett għad-dritt tal-privatezza u għall-protezzjoni tad-data.

(2)

Kontrolluri responsabbli li jiddeterminaw l-ipproċessar tal-informazzjoni personali.

(3)

Inġinerija u disinn konxji tal-privatezza ta’ prodotti u servizzi li jipproċessaw id-data.

(4)

Individwi awtorizzati.

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jixtieq jistimula diskussjoni miftuħa u informata ġewwa u barra l-UE, bl-involviment tas-soċjetà ċivili, disinjaturi, kumpaniji, akkademiċi, awtoritajiet pubbliċi u regolaturi Il-bord ta’ etika l-ġdid tal-protezzjoni tad-data tal-UE li se nistabbilixxu fil-KEPD se jgħin fid-definizzjoni ta’ etika diġitali ġdida, biex jitwettqu aħjar il-benefiċċji tat-teknoloġija għas-soċjetà u l-ekonomija b’modi li jsaħħu d-drittijiet u l-libertajiet ta’ individwi.

4.   Konklużjoni Żmien biex id-diskussjoni tidħol aktar fil-fond

Il-privatezza u l-protezzjoni tad-data huma parti mis-soluzzjoni, mhux il-problema. Għalissa, it-teknoloġija hija kkontrollata mill-bnedmin. Mhux faċli li dawn l-iżviluppi potenzjali jiġu kklassifikati bħala tajbin jew ħżiena, mixtieqa jew ta’ ħsara, vantaġġużi jew ta’ detriment, aktar u aktar meta numru mix-xejriet potenzjali għandhom jitqiesu fil-kuntest. Dawk li jfasslu l-politika, l-iżviluppaturi tat-teknoloġija, l-iżviluppaturi tan-negozju u kollha kemm aħna għandna nikkunsidraw serjament jekk u kif irridu ninfluwenzaw l-iżvilupp tat-teknoloġija u l-applikazzjoni tagħha. Imma daqstant importanti hu li l-UE tikkunsidra b’mod urġenti l-etika u l-post għad-dinjità tal-bniedem fit-teknoloġiji tal-futur.

Il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data wrew li huma kapaċi jissalvagwardaw individwi u l-privatezza tagħhom mir-riskji tal-ipproċessar irresponsabbli tad-data. Imma x-xejriet tal-lum jistgħu jeħtieġu approċċ ġdid kompletament. Għalhekk qegħdin niftħu dibattitu ġdid sa fejn l-applikazzjoni tal-prinċipji bħall-ġustizzja u l-leġittimità huma suffiċjenti. Il-komunità tal-protezzjoni tad-data jista’ jkollha rwol ġdid bl-użu ta’ għodod eżistenti bħal verifiki u awtorizzazzjonijiet minn qabel - għaliex l-ebda korp ieħor mhuwa mgħammar biex jifli dan l-ipproċessar tad-data. Bit-teknoloġija, l-innovazzjoni globali u l-konnettività umana li qed jiżviluppaw b’pass imgħaġġel ħafna, għandna l-opportunità li nattiraw l-attenzjoni, inqajmu l-interess u nibnu l-kunsens.

B’din l-Opinjoni nittamaw li nipprovdu qafas għal diskussjoni usa’ u aktar profonda dwar kif l-UE tista’ tiżgura l-integrità tal-valuri tagħha fl-istess ħin li tilqa’ l-benefiċċji tat-teknoloġiji ġodda.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Settembru 2015.

Giovanni BUTTARELLI

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


25.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/11


Sommarju Eżekuttiv tat-tieni Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, il-Franċiż l-Ġermaniż fuq is-sit web tal-KEPD www.edps.europa.eu)

(2015/C 392/09)

I.   IL-PROPOSTA U L-KUNTEST TAGĦHA

1.

Id-diskussjonijiet dwar skema possibbli ta’ Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) ġewwa l-UE ilhom jiżviluppaw mill-2007, bi Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill fuq din il-kwistjoni (1). Il-Proposta oriġinali riedet tobbliga lit-trasportaturi tal-ajru li joperaw titjiriet bejn l-UE u pajjiżi terzi li jittrażmettu data tal-PNR lill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji. Il-KEPD ħareġ opinjoni fuq din il-proposta (2) u segwa l-iżviluppi tagħha.

2.

Fit-2 ta’ Frar 2011, il-Kummissjoni adottat Proposta ġdida għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tad-data fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji (minn hawn ‘il quddiem “il-Proposta”). Il-KEPD ħareġ Opinjoni fuq din il-proposta ġdida (3), fejn għamel kummenti u rimarki addizzjonali fuq it-test fir-rigward fost l-oħrajn tan-neċessità u l-proporzjonalità tal-proposta, l-ambitu tagħha, l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, u ż-żamma ta’ data tal-PNR.

3.

Il-Kunsill adotta approċċ ġenerali dwar it-test propost mill-Kummissjoni fit-23 ta’ April 2012 (4), sabiex jibdew in-negozjati mal-Parlament.

4.

Il-proċedura leġiżlattiva ilha pendenti minn meta l-Kumitat tal-Parlament Ewropew għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (LIBE) ċaħad il-Proposta fl-24 ta’ April 2013 (5), għaliex kellu dubji fuq in-neċessità u l-proporzjonalità tagħha. Dan l-aħħar, id-diskussjonijiet reġgħu tqajmu wara l-attakki terroristiċi li seħħew f’Pariġi f’Jannar 2015 (6).

5.

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Frar 2015 dwar miżuri kontra t-terroriżmu (7), il-Parlament Ewropew ikkommetta ruħu li “jaħdem favur it-tlestija tad-Direttiva PNR tal-UE sa tmiem is-sena” u ħeġġeġ lill-Kummissjoni “tistabbilixxi l-konsegwenzi tas-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja b’rabta mad-Direttiva għaż-Żamma tad-Data u l-impatt li jista’ jkollha fuq id-Direttiva PNR tal-UE”. Il-Parlament Ewropew ħeġġeġ ukoll lill-Kunsill biex jagħmel progress fuq il-Pakkett dwar il-Protezzjoni tad-Data sabiex in-negozjati “trilogi” kemm fuq id-Direttiva PNR tal-UE kif ukoll dwar il-Pakkett dwar il-Protezzjoni tad-Data jkunu jistgħu jseħħu b’mod parallel. Il-Kummissjoni ġiet mistiedna wkoll biex tismal-fehmiet ta’ esperti indipendenti mill-komunitajiet tal-infurzar tal-liġi, tas-sigurtà u tal-intelligenza u rappreżentanti mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 biex jiddiskutu l-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-iskema PNR.

6.

Barra minn dan, ir-Riżoluzzjoni talbet lill-Istati Membri “sabiex jagħmlu l-aħjar użu tal-pjattaformi, bażijiet ta’ data u sistemi ta’ twissija eżistenti fil-livell Ewropew, bħas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) u s-Sistemi Avvanzati ta’ Informazzjoni dwar il-Passiġġieri (APIS);  (8)” u ħeġġet bil-qawwa għal “skambju aħjar tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-UE”  (9).

7.

F’dan il-kuntest, rapport aġġornat ġie ppreżentat mir-rapporteur għall-Kumitat LIBE, fis-17 ta’ Frar 2015 (10). Ġew proposti diversi modifiki għall-proposta tal-Kummissjoni f’dan id-dokument, bħall-inklużjoni ta’ titjiriet intra-UE. Il-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 bagħat ittra lill-Kumitat LIBE biex jissottometti l-kummenti u r-rimarki tiegħu fuq ir-rapport (11). Il-Kumitat LIBE adotta l-vot ta’ orjentament tiegħu fil-15 ta’ Lulju 2015 u qabel li jidħol f’negozjati mal-Kunsill.

8.

Din l-Opinjoni tal-KEPD se tindirizza t-tibdil fil-Proposta kif propost mill-Kumitat LIBE u l-Kunsill fid-dawl tan-negozjati trilogi li għandhom jibdew sa dan ix-xahar. Din l-Opinjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni s-sentenza Digital Rights Ireland tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (12) li ngħatat fit-8 ta’ April 2014 (minn hawn “il quddiem is-sentenza DRI”) u tintegraha fir-raġunament tagħha.

9.

Il-KEPD jirrikonoxxi li l-Ewropa qed taffaċċja theddid serju terroristiku u għandha tieħu azzjoni sinifikanti. Il-ġlieda kontra t-terroriżmu u d-delitti serji tikkostitwixxi interess leġittimu tal-leġiżlatur u l-KEPD, bħala istituzzjoni superviżorja tal-UE indipendenti, mhuwiex a priori favur jew kontra kwalunkwe miżura. B’rispett sħiħ lejn ir-rwol tal-leġiżlatur fl-evalwazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità tal-miżuri proposti, il-KEPD janalizza bir-rispett f’din l-Opinjoni l-implikazzjonijiet tagħhom għall-protezzjoni tad-data personali ta’ individwi u l-privatezza tagħhom, filwaqt li jitqiesu l-qafas leġiżlattiv eżistenti tal-protezzjoni tad-data u tal-pivatezza u l-ġurisprudenza. Din l-analiżi tirrigwarda l-missjoni tagħna biex nagħtu pariri lill-istituzzjonijiet dwar l-implikazzjonijiet tal-protezzjoni tad-data tal-politiki tagħhom, b’mod partikolari meta jkollhom impatt iktar serju fuq id-drittijiet għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data.

IV.   KONKLUŻJONI

62.

Il-KEPD jilqa’ t-titjib varju li sar mill-Kunsill u mill-Kumitat LIBE fil-Proposta, pereżempju fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi fuq il-protezzjoni tad-data, il-preżenza ta’ Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data, jew referenza speċifika għas-setgħa tal-awtoritajiet superviżorji.

63.

Madankollu, ir-rekwiżit essenzjali għal skema PNR - jiġifieri l-konformità mal-prinċipji ta’ neċessità u proporzjonalità - għadu mhuwiex issodisfat fil-Proposta. Il-Proposta ma taħsibx għal evalwazzjoni komprensiva tal-abbiltà tal-istrumenti eżistenti kurrenti li jilħqu l-għan tal-iskema PNR tal-UE. Barra minn dan, ma tipproponi l-ebda analiżi ddettaljata sa fejn miżuri inqas intrużivi jistgħu jilħqu l-istess skop tal-iskema PNR tal-UE. Fl-aħħar nett, il-ġbir u l-ipproċessar mhux immirat u bil-massa ta’ data tal-iskema PNR jammontaw għal miżura ta’ sorveljanza ġenerali. Fil-fehma tal-KEPD, l-uniku skop li jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ trasparenza u proporzjonalità, ikun l-użu ta’ data tal-PNR fuq bażi ta’ każ b’każ imma biss fil-każ ta’ theddida serja u konkreta stabbilita b’indikaturi iżjed speċifiċi.

64.

Billi ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli fis-sens li n-neċessità u l-proporzjonalità tal-miżuri proposti ġew ippruvati b’mod adegwat, il-KEPD jikkunsidra li l-Proposta, anki mmodifikata, għadha ma tissodisfax l-istandards tal-Artikoli 7, 8 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni, l-Artikolu 16 tat-TFUE u l-Artikolu 8 tal-KEDB.

65.

Il-KEPD jixtieq jinkoraġġixxi lil-leġiżaturi li jesploraw iktar l-fattibbiltà kontra theddid kurrenti b’miżuri ta’ sorveljanza iżjed selettivi u inqas intrużivi bbażati fuq inizjattivi iktar speċifiċi li jiffukaw, fejn ikun xieraq, fuq kategoriji mmirati ta’ titjiriet, passiġġieri jew pajjiżi.

66.

Flimkien man-nuqqasijiet essenzjali tal-Proposta identifikati iktar ‘il fuq, il-kummenti prinċipali tal-KEPD f’din l-Opinjoni jirrigwardaw l-aspetti li ġejjin:

Il-Proposta għandha tillimita l-perijodu ta’ żamma ta’ data għal dak li huwa ġġustifikat bi kriterji oġġettivi u jiġi spjegat il-perijodu miżmum;

Il-proposta għandha tipprovdi b’mod iktar espliċitu li d-data tal-PNR ma tistax tintuża għal skopijiet oħra ħlief għall-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji transnazzjonali;

Għandha tinkiseb approvazzjoni minn qabel minn qorti jew korp amministrattiv indipendenti, fil-prinċipju, wara talba ta’ aċċess għad-data minn awtorità kompetenti;

Il-Proposta għandha tirreferi għal salvagwardji xierqa li jiggarantixxu s-sigurtà tad-data pproċessata mill-PIU;

L-iskop tal-iskema PNR għandu jkun ferm iktar limitat fir-rigward tat-tip ta’ delitt. Barra minn hekk, id-definizzjoni ta’ “delitti serji transnazzjonali” u “theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika” għandom jiġu ddefiniti iktar;

Il-kriterji meħtieġa għall-aċċess ta’ data tal-PNR mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu ddefinit aħjar u jkunu iktar preċiżi;

Il-leġiżlaturi huma mistiedna jistennew sakemm jiġi adottat il-Pakkett dwar il-Protezzjoni tad-Data l-ġdid sabiex ikun hemm allinjament sħiħ tal-obbligi tal-Proposta mad-dispożizzjonijiet ġodda adottati;

L-evalwazzjoni tad-Direttiva għandha tkun ibbażata fuq data komprensiva, inkluż in-numru ta’ persuni effettivament ikkundannati u mhux biss imħarrka, fuq il-bażi tal-ipproċessar tad-data tagħhom.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2015.

Giovanni BUTTARELLI

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  COM(2007) 654 finali.

(2)  Opinjoni tal-KEPD tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar il-Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar l-użu tad-data fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi (ĠU C 110, 1.5.2008, p. 1).

(3)  Opinjoni tal-KEPD tal-25 ta’ Marzu 2011 dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tad-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji.

(4)  Approċċ Ġenerali tal-Kunsill, test adottat fit-23 ta’ April 2013, 8916/2.

(5)  Ara Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ April 2013.

(6)  Ara https://en.wikipedia.org/wiki/Charlie_Hebdo_shooting. Għall-konnessjoni magħmula mal-proposti PNR tal-EU; ara pereżempju l-istqarrija mill-membri tal-Kunsill Ewropew wara l-Laqgħa informali tal-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern, Brussell, 12 ta’ Frar 2015: http://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/02/150212-european-council-statement-fight-against-terrorism/ u r-rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri mill-Koordinatur tal-UE għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu: http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-9422-2015-REV-1/mt/pdf.

(7)  Riżoluzzjoni 2015/2530 tal-Parlament Ewropew.

(8)  Riżoluzzjoni, §11.

(9)  Riżoluzzjoni, §122

(10)  Ir-rapport huwa disponibbli fil-link li ġejja http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+REPORT+A8-2015-0248+0+DOC+XML+V0//MT

(11)  Ittra tad-19 ta’ Marzu 2015 mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 lill-President tal-Kumitat LIBE.

(12)  Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, Digital Rights Ireland ltd,8 ta’ April 2014, fil-kawżi magħquda C-293/12 u C-594/12.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

25.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/14


Notifika ta’ bidu ta’ rieżami interim parzjali tal-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u fit-Tajlandja

(2015/C 392/10)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   Talba għal rieżami

It-talba għal rieżami tressqet minn Metpro Limited (“l-applikant”), importatur ta’ ċerti tipi ta’ fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin ta’ ħadid fondut malleabbli, għal importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

Billi l-miżuri japplikaw ukoll għal importazzjonijiet li joriġinaw fit-Tajlandja, il-Kummissjoni ddeċidiet fuq inizjattiva tagħha stess li tibda rieżami għal importazzjonijiet li joriġinaw fit-Tajlandja wkoll.

Ir-rieżami huwa limitat għall-eżaminazzjoni tal-ambitu tal-prodott fir-rigward tal-kjarifika ta’ jekk ċerti tipi ta’ prodotti jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri tal-antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ fittings tal-fonduti għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajlandja (“il-pajjiżi kkonċernati”).

2.   Il-prodott li qed jiġi rieżaminat

Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huma fittings tal-fondut ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li jeskludi korpi ta’ fittings ta’ kompressjoni bl-użu tal-kamin metriku ISO DIN 13 u kaxxi fejn jingħaqdu l-kejbils tal-ħadid malleabbli bil-kamin ċirkolari mingħajr ma jkollhom għatu (“il-prodott li qed jiġi rieżaminat”), li bħalissa jaqa’ fil-kodiċi NM ex 7307 19 10 (kodiċi TARIC 7307191010).

3.   Il-miżuri eżistenti

Il-miżuri li hemm bħalissa fis-seħħ huma dazju definittiv ta’ anti-dumping impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 430/2013 (2).

4.   Raġunijiet għar-rieżami

L-applikant jitlob l-esklużjoni ta’ ċerti fittings tal-fondut ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin ta’ ħadid fondut malleabbli mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri antidumping attwali. Il-prodotti li allegatament se jiġu esklużi huma fittings ta’ kondjuwits tal-elettriku (elbows, liwjiet u forma ta’ T) b’distanze bejn il-kamin metrika standard ta’ 1,5 mm skont il-forma metika tal-ISO BS 3463.

It-talba skont l-Artikolu 11(3) hija bbażata fuq evidenza prima facie pprovduta mill-applikant li turi li l-karatteristiċi bażiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi tal-prodotti li se jiġu esklużi jvarjaw b’mod sinifikanti minn dawk tal-prodott li qed jiġi rieżeminat. L-istess evidenza titqies applikabbli għall-prodott rieżaminat miż-żewġ pajjiżi kkonċernati.

Għalhekk, huwa xieraq li jiġu rieżaminati l-miżuri attwali sa fejn għandu x’jaqsam l-ambitu tal-prodott li qed jiġi rieżaminat mill-pajjiżi kkonċernati. Kull regolament li jista’ jirriżulta minn dan ir-rieżami jista’ jkollu effett retroattiv sa mid-data tal-impożizzjoni tal-miżuri eżistenti, jew inkella minn data ulterjuri, pereżempju d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-partijiet interessati kollha, u b’mod partikolari l-importaturi, huma mistiedna jressqu l-fehmiet tagħhom dwar din il-kwistjoni, u jissottomettu kull evidenza li tappoġġa dawn il-fehmiet.

5.   Proċedura

Wara li stabbiliet, wara li infurmat lill-Istati Membri, li hemm biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta’ rieżami parzjali interim limitat għall-eżaminazzjoni tal-ambitu tal-prodott fir-rigward tal-kjarifika dwar jekk ċerti tipi ta’ prodotti jaqgħux fl-ambitu tal-miżuri tal-antidumping applikabbli għal importazzjonijiet tal-prodott rieżaminat il-Kummissjoni b’dan tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

5.1.    Kwestjonarji

Sabiex tikseb l-informazzjoni meqjusa neċessarja għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-applikant bħala importatur, lill-produtturi esportaturi magħrufa fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajlandja u lill-awtoritajiet ta’ dawk il-pajjiżi, lill-produtturi magħrufa fl-Unjoni, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa. Din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.2.    Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Avviż, il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jesprimu l-opinjoni tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.3.    Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limitu tal-iskadenzi speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

5.4.    Struzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

L-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ hija ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew dejta soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ partijiet terzi, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-dejta għall-iskop ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dejta lill-partijiet interessati għal din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali jkunu mmarkati bħala “Ristrett” (3).

Il-partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni “Ristretta” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li se jiġu mmarkati bil-kliem “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn is-sommarji jridu jkunu ddettaljati tant li jippermettu li l-qofol tal-informazzjoni imressaq b’mod kunfidenzjali jinftiehem raġonevolment. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti skennjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li għandhom jiġu ppreżentati fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta’ ittra reġistrata. Permezz ta’ ittra elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika validu tagħhom u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tan-negozju uffiċjali operattiv u ċċekkjat kuljum. Ladarba d-dettalji ta’ kuntatt ikunu stabbiliti, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, sakemm ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b’ mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma jkunx jeħtieġ l-użu ta’ posta rreġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ

Direttorat H

Uffiċċju: CHAR 04/039

1040 Bruxelles/Brussels

BELGIUM/BELGIË

Posta elettronika: TRADE-R623-MALLEABLE-FITTINGS@ec.europa.eu.

6.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fit-termini preskrittivi stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, il-konklużjonijiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, jistgħu jsiru abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Jekk jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata, u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

In-nuqqas li tingħata risposta kompjuterizzata ma jiġix ikkunsidrat bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dejjem jekk il-parti interessata turi li biex tippreżenta r-risposta kif mitlub ikun ifisser piż żejjed mhux raġonevoli jew spiża addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata għandha tagħmel kuntatt mal-Kummissjoni immedjatament.

7.   L-Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati b’mod sħiħ.

It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għal seduti dwar kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fl-iskadenzi speċifiċi stipulati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.

L-Uffiċjal tas-Seduta jipprovdi wkoll opportunitajiet sabiex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost affarijiet oħra, l-ambitu tal-prodott tal-miżuri kurrenti.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni elettroniċi tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit elettroniku tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/

8.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   L-ipproċessar ta’ dejta personali

Kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni tiġi ttrattata b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (4).


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 430/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajlandja u li jtemm il-proċediment fir-rigward tal-Indoneżja (ĠU L 129, 14.5.2013, p. 1).

(3)  Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tal-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Antidumping). Dan hu wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(4)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

25.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/18


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7829 — Transgourmet / C+C Pfeiffer / Top-Team Zentraleinkauf)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 392/11)

1.

Fit-18 ta’ Novembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Transgourmet Holding AG (“Transgourmet”, l-Isvizzera) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ C+C Pfeiffer GmbH kollha kemm hi (“C+C Pfeiffer”, l-Awstrija) u l-kontroll konġunt ta’ Top-Team Zentraleinkauf GmbH (“Top-Team”, l-Awstrija) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Transgourmet: bejgħ bl-ingrossa ta’ ikel permezz ta’ ħwienet cash&carry u ordnijiet li jaslu bl-posta,

—   għal C+C Pfeiffer: bejgħ bl-ingrossa ta’ ikel permezz ta’ ħwienet cash&carry tal-flus u ordnijiet li jaslu bil-posta, bejgħ bl-ingrossa tax-xorb permezz ta’ ordnijiet li jaslu bil-posta, bejgħ bl-imnut tax-xorb bl-ingrossa, bejgħ bl-imnut ta’ xorb,

—   għal Top-Team: il-provvista ta' servizzi ta’ akkwist u ta’ distribuzzjoni lill-grossisti u lill-bejjiegħa bl-imnut.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7829 — Transgourmet / C+C Pfeiffer / Top-Team Zentraleinkauf, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.